{"id": "15213", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15213", "title": "Università ta' New York", "text": ["Università ta' New York", "L-Università ta' New York, jew New York University (NYU) hija università li tinsab f'New York City, ġewwa l-Istati Uniti.", "Ġiet fundata fl-1831 minn Albert Gallatin bħala ċentru tal-istudju miftuħ għal kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni tan-nazzjonalità, twemmin reliġjuż jew sfond soċjali—impenn li għadu miżmum sal-lum.", "NYU illum hija fost l-ikbar universitajiet fl-Amerika u fid-dinja.", "Mill-158 li kienu applikaw fl-1831, illum din l-università tgħodd mal-40,000 student maqsuma f'erbatax-il stitut u kulleġġi f'sitt distretti ta' Manhattan.", "Barra minn dawn is-sitt ċentri, għandha wkoll faċilitajiet tagħha ġewwa Londra, Pariġi, Tel Aviv, Buenos Aires, Firenze, Praga, Madrid, Berlin, Accra u Shanghai.", "Jgħallmu ġo din l-università hemm 3,100 professur."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15216", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15216", "title": "Anton Agius", "text": ["Anton Agius", "Anton Agius (Rabat, 1 ta' Diċembru 1933 – Msida, 19 ta' Ottubru 2008) kien skultur magħruf Malti, magħruf bħala l-\"Iskultur Nazzjonali\".", "F'intervista li ta fl-2004, Anton Agius qal:\"Tista' tgħid li fil-familja tagħna hemm diversi artisti, pitturi u skulturi, uħud bħal ħija Michael, naħseb li kapaċi aktar minni... imma ma tantx iħobb jaħdem.", "Naħseb li xi ħaġa qiegħda fir-razza,\" qalli Toni.", "Ħa l-ewwel direzzjoni lejn l-arti bis-saħħa ta' ommu, Maria Estella, li ħaditu għand l-iskultur Ġużeppi Galea li studja barra u għamel disa' snin bħala apprentista miegħu.", "Agius studja l-arti bejn l-1951 u l-1953 fis-Soċjetà Maltija tal-Arti, Manifattura u Kummerċ u wara fl-Iskola tal-Arti tal-Gvern.", "Fl-1957 rebaħ borża ta' studju għal Ruma mogħtija mill-Gvern Malti fejn studja fi Scuola Del Nudo dell'Associazione Artistica Internazionale, fl-Accademia di Belle Arti u fi Scuola delle Arti Ornamentali.", "Agius studja f'St. Martin's School of Art f'Londra, fejn akkwista d-Diploma Nazzjonali fid-Disinn, Mudellar, Skultura u Qtugħ ta' Ittri.", "Fuq l-esperjenza tiegħu barra minn Malta, Agius jgħid: \"Qatt ma ħassejtni inferjuri ma' studenti minn diversi pajjiżi.", "Anzi kont inkun l-aktar ippreparat.\"", "Kien għalliem fl-iskejjel sekondarji, lekċerer fl-Università ta' Malta u membru tal-Bord tal-Estetika ta' Malta.", "Anton Agius rebaħ diversi premjijiet u ġie onorat b'diversi għotjiet għal-livell artistiku li laħaq, fosthom l-Ewwel Premju tal-Human Rights Art Exhibition li tnediet fl-1968 fil-Mużew Nazzjonali ta' Malta, l-Onorifiċenza Per Meriti mill-Assoċjazzjoni Kulturali Amici di Pan ta' Firenze fl-1979, l-għotja tal-Artist tas-Sena fl-1980 u t-Targa d'Oro fl-1982 mogħtija mill-Associazione Nazionale Artistica Culturale tal-Italja.", "Fl-1999 imbagħad huwa kien ingħata l-Ewwel Premju fil-Biennale Internazzjonali tal-Arti ta' Malta.", "Kien propju fis-7 ta' Frar 1999 fil-Mużew Wignacourt ir-Rabat, fi ftuħ ta' wirja li kienet tirrappreżenta 50 sena ta' ħidma tal-iskultur Anton Agius, li l-President ta' Malta Ugo Mifsud Bonnici, f'diskors li kien għamel ta lil Anton Agius it-titlu onorifiku ta' \"l-iskultur nazzjonali\".", "Dan għax Agius poġġa fl-irħam u fil-bronż ġrajjiet importanti mill-istorja ta' Malta.", "Fl-2005, Agius ingħata Ġieħ ir-Repubblika.", "Agius ħa sehem f'bosta esebizzjonijiet f'Malta, Londra, Edinburgh, l-Italja u l-Litwanja.", "Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu wkoll f'kollezzjonijiet privati f'diversi partijiet tad-dinja.", "Għalkemm il-qofol tal-kreattività artistika tiegħu jinsab fil-monumenti li ħadem u fl-iskulturi fl-injam, huwa kien ukoll disinjatur ta' bolol postali, disinjatur u dekoratur ta' knejjes, ċeramista u ħaddiem tal-medaljuni.", "Fost il-monumenti maħdumin minn Anton Agius insibu:", "Anton Agius kien miżżewweġ lil Mary Louise u kellhom tlett itfal, li tnejn minnhom mietu qablu.", "Agius bata ħafna f'ħajtu.", "F'intervista li ta erba' snin qabel mewtu huwa stqarr: \"In-natura kienet kiefra wisq miegħi.\"", "Tnejn minn uliedu twieldu b'difetti mentali u fiżiċi.", "Huwa dejjem għex ir-Rabat fejn twieled u kien dilettant tal-klieb u tal-għasafar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15225", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15225", "title": "Lourdes", "text": ["Lourdes", "Lourdes (\"Lorda\") huwa komun fid-dipartiment ta' Hautes-Pyrénées, fir-reġjun ta' Midi-Pyrénées fil-Lbiċ ta' Franza.", "Lourdes hi meqjusa bħala post sagru għal prattikanti Kattoliċi.", "Ġewwa Lourdes jgħixu 15,254 ruħ (2007), iżda iżuruha ammonti kbar ta' turisti minħabba s-sinjifikat li għandha għall-pellegrini Kattoliċi.", "Sal-1858, Lourdes kien post kwiet, iżda huwa mifhum li nhar il-11 ta' Frar, 1958, il-Madonna dehret lit-tfajla Bernardette Soubirous, li dakinhar kien għad kellha 14-il sena.", "Il-lokalità ta' Lourdes hija mservija bl-Ajruport ta' Tarbes-Lourdes-Pyrénées (Franċiż: \"Aéroport de Tarbes-Lourdes-Pyrénées\") (Kodiċi IATA: LDE)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15227", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15227", "title": "Kuba", "text": ["Kuba", "Il-Kuba, uffiċjalment ir-Repubblika tal-Kuba (Spanjol: \"República de Cuba\" [reˈpuβlika ðe ˈkuβa] ), huwa pajjiż fil-Karibew.", "In-nazzjon tal-Kuba jikkonsisti fil-gżira prinċipali ta' Kuba, il-Gżira taż-Żgħożija, u diversi arċipelagi oħrajn.", "Ħavana hija l-akbar belt u l-kapitali ta' dan il-pajjiż.", "San Ġakbu ta' Kuba hija t-tieni l-ikbar belt.", "In-nies, il-kultura, u d-drawwiet ta' dan il-pajjiż huma diversifikati u jieħdu minn diversi sorsi, fosthom, l-Aboriġini Taíno u Ciboney, iż-żmien taħt il-ħakma Spanjola, l-introduzzjoni tal-iskjavitu fil-kolonji Spanjoli u l-fatt li hi viċin tal-Istati Uniti tal-Amerika.", "Kuba hija pajjiż b'popolazzjoni ta' iktar minn 11-il miljun ruħ, f'medda ta' 114,524 km kwadru (mitt ruħ kull km kwadru), fil-Baħar tal-Karibew, 145 km 'il bogħod mill-belt Amerikana ta' Florida.", "Tikkonsisti f'Kuba, l-ikbar gżira tal-West Indies, u ħafna gżejjer żgħar oħra.", "L-ibliet prinċipali huma Ħavana (il-kapitali), Camaguey, Santiago de Cuba, u Guantanamo.", "Il-klima hija waħda tropikali.", "Il-kafe`, ross, qamħ, frott taċ-ċitru u t-tabakk huma l-prodotti li jitkabbru; in-nickel huwa r-riżors minerali ta' Kuba; u teżisti wkoll l-industrija tas-sajd.", "Iżda minkejja t-tentattivi kollha biex tiġi diversifika, l-ekonomija ta' Kuba għadha tiddependi mill-produzzjoni taz-zokkor.", "Il-poplu Kuban huwa ta' dixxindenza Spanjola, Afrikana, u taħlita ta' Spanjol-Afrikana u l-lingwa tiegħu hi l-Ispanjol.", "Ir-reliġjon Kattolika naqset minn iktar minn 70 fil-mija għal madwar 40 fil-mija tal-popolazzjoni mill-1957.", "Numru kbir ta' Kubani huma animisti, tal-kult magħruf bħala santeria, kult li ġabuh magħhom l-iskjavi Afrikani.", "Ħafna Kubani jqisu lilhom infushom atei jew nonreliġjużi.", "Il-gvern huwa reġim ta' partit wieħed, dak Marxista, iddominat mill-fundatur tiegħu, Fidel Castro.", "Kristofru Kolombu skopra l-gżira ta' Kuba fl-1492, u Spanja kkolonizzatha sa mill-1511, u użatha bħala bażi għall-esplorazzjoni tad-Dinja l-Ġdida u l-punt fejn jinġabru l-flotot tagħha.", "Imsejħa l-\"Perla ta' l-Antille,\" Kuba prosperat fis-sekli 17 u 18, b'ħafna ħaddiema lsiera minn Spanja u l-Afrika.", "Meta fil-bidu tas-seklu 19 ħafna mill-artijiet Amerikani ta' Spanja saru indipendenti, Kuba baqgħet kolonja.", "L-iskjavitu`, is-saħħa ta' l-ekonomija ta' Kuba bbażata fuq iz-zokkor, kien għadu ma tneħħiex sa l-1886.", "Gwerra ta' Għaxar Snin għall-indipendenza (1868–78) ma kinitx biżżejjed.", "Fl-1895 ġlieda ġdida, mmexxija minn José Martí wasslet għall-Gwerra Spanjol-Amerikana u t-twaqqif tar-repubblika Kubana fl-1898.", "Dan in-nazzjon ġdid għadda minn taħt diversi dittatorjati, li matulhom il-ħeġġa għar-riforma ħalliet postha għal korruzzjoni u ripressjoni, l-aktar taħt Gerardo Machado (1925–33) u s-suċċessur tiegħu, Fulgencio Batista y Zaldívar.", "Fl-1 ta' Jannar 1959, Fidel Castro ħa t-tmexxija tal-pajjiż wara rivoluzzjoni popolari kontra d-dittatur Batista.", "Castro mill-ewwel beda jwettaq programm ta' riformi ekonomiċi u soċjali iżda mingħajr ma ta lura lill-pajjiż il-libertajiet li kien wiegħed qabel ma ħa l-poter.", "Dawk li bdew jopponuh intefgħu l-ħabs jew inqatlu.", "Bil-mod il-mod, Castro innazzjonalizza kollox, ħafna drabi mingħajr ma ta xi kumpens lis-sidien ta' qabel tal-kumpaniji.", "Fl-1962 l-Amerika mponiet embargo fuq l-esportazzjoni minn Kuba li ħalla effett ħażin fuq l-ekonomija Kubana.", "Ir-relazzjonijiet bejn Kuba u l-Amerika komplew jiħżienu fil-bidu tas-snin 60 meta madwar 1,400 Kuban imħarrġin mic-CIA Amerikana ppruvaw jinvadu lil Kuba biex ineħħu lil Castro mill-poter, fil-magħrufa Bay of Pigs (1961), disfatta kbira għall-Gvern ta' Kennedy.", "Fl-1962 qamet il-kriżi tal-missili nukleari tal-Unjoni Sovjetika f'Kuba li wasslet biex is-Sovjetiċi jirtiraw il-missili fuq l-insistenza ta' l-Amerikani.", "L-involviment ta' Kuba fl-Amerika ċentrali, l-Afrika u l-Karibew komplew żiedu l-antipatija lejhom min-naħa ta' l-Amerikani.", "F'pajjiżu, Castro rnexxielu jeqred kważi għal kollox l-illiteratiżmu, iżda l-ekonomija kellha bżonn għajnuna kbira.", "Il-bidliet kbar li seħħew fis-snin tmenin fil-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant, u t-tmiem ta' l-Unjoni Sovjetika ħallew lil Kuba iżolata politikament, filwaqt li l-embargo ta' l-Amerikani kompla jagħmel ħafna ħsara lill-ekonomija Kubana.", "Fi Frar 1996, jet fighters Kubani waqqgħu żewġ ajruplani Amerikani li kienu qed ituru fl-ispazju ta' l-ajru Kuban.", "L-embargo Amerikan sar iktar strett.", "Fil-21 ta' Jannar 1998 il-Papa Ġwanni Pawlu II beda żjara f'Kuba fejn appella biex \"Kuba tinfetaħ għad-dinja u d-dinja għal Kuba.\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15228", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15228", "title": "Ħavana", "text": ["Ħavana", "Ħavana (Spanjol: \"La Habana\", [la aˈβana] uffiċjalment \"Ciudad de La Habana\") hija l-belt kapitali tar-Repubblika tal-Kuba.", "Hija ċ-ċentru kummerċjali u ekonomiku tal-pajjiż.", "Fiha jgħixu 2,141,993 persuna."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15232", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15232", "title": "Vjetnam", "text": ["Vjetnam", "Ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, magħrufa sempliċement bħala Vjetnam, hija pajjiż fl-Asja, bil-belt kapitali tagħha tkun Hanoi.", "Il-Vjetnam għandu popolazzjoni ta' 86 miljun – it-tlettax-il pajjiż l-iktar popolut fid-dinja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15234", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15234", "title": "Madonna ta' Coromoto", "text": ["Madonna ta' Coromoto", "Il-Madonna ta' Coromoto (bl-Ispanjol: \"Nuestra Señora de Coromoto\", magħrufa wkoll bħala Il-Verġni ta' Coromoto) hija immaġini li tingħata ġieħ mill-Kattoliċi li tirrafigura dehra tal-Verġni Marija.", "Fl-1950 ġiet dikjarata bħala l-patruna tal-Veneżwela.", "Meta l-belt ta' Guanare (kapitali tal-istat ta' Portuguesa) twaqqfet fl-1591, it-tribù Indjan li kien jgħix dak ir-reġjun, il-Cospes, ħarab lejn il-ġungla tat-Tramuntana.", "Kien minn dakinhar li bdiet l-evanġelizzazzjoni ta' dawk l-artijiet.", "L-ewwel dehra tal-Verġni Marija kienet nhar it-8 ta' Settembru, 1652, fil-foresta fejn kienu ħarbu il-Cospes.", "Il-Madonna dehret lill-Cacique (il-kap tat-tribù) Coromoto u lil martu u qaltilhom bil-lingwa tagħhom: \"\"Morru fid-dar tal-bojod u saqsuhom biex ixerrdu l-ilma fuqhom sabiex ikunu jistgħu jmorru s-sema\"\".", "Sussegwentament, Marija saqsiet lilu u lit-tribù sabiex jirċievu l-magħmudija.", "It-tradizzjoni orali tgħid li Cacique Coromoto irrakonta lill-encomendero don Juan Sánchez dwar din il-viżjoni, fejn qallu biex jipprepara lilu u lit-tribù ħalli jitgħallmu l-katekiżmu u b'hekk ikunu jistgħu jitgħammdu fi żmien tmient ijiem.", "Diversi indiġeni Cospes ikkonvertew u ġew mgħammda, imma mhux il-kap, minħabba li ħassu skomdu li taħt reliġjon ġdida ma kienx se jibqa' l-kap leġittimu tal-poplu tiegħu.", "Għalhekk ħarab fil-foresta, fejn hemmhekk il-Madonna reġgħet dehritlu.", "Coromotto, b'suppervja, prova jgħalli idejh sabiex jaqbadha, imma din sparixxiet.", "Din id-dehra ġiet konfermata minn sinjal mirakoluż magħmul minn fibra tal-injam, li ġew imfittixja u aktar tard instabu.", "Illum il-ġurnata, din ir-relikwa hi venerata fis-santwarju nazzjonali tal-Madonna ta' Coromotto.", "Cacique Coromoto irrakonta l-istorja fuq kif ġie migdum minn serp velenuż u reġa' lura lejn Guanare imweġġa' u għoddu mejjet, u beda jistaqsi sabiex jiġi mgħammed, magħmudija li saret fir-reġjun ta Barinas.", "Hu sar Appostlu tal-Kristjaneżmu, u bl-isem Kristjan ta' Anġlu Kustodju u mfejjaq mill-velenu, Coromoto sejjaħ lill-ftit ribelli indiġeni Cospes sabiex jitgħammdu.", "Fl-1950, il-Papa Piju XII iddikjaraha bħala l-patruna tal-Veneżwela.", "Il-Papa Ġwanni Pawlu II fiż-żjara tiegħu fis-santwarju Marjan ta' Guanare inkuruna l-istatwa, u l-Papa Benedittu XVI tella' s-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Coromoto għall-grad ta' Bażilika Minuri."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15250", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15250", "title": "Karmenu Mifsud Bonnici", "text": ["Karmenu Mifsud Bonnici", "Karmenu Mifsud Bonnici (Bormla,17 ta' Lulju 1933) kien Priministru ta' Malta bejn l-1984 u l-1987.", "Karmenu Mifsud Bonnici, bin it-tabib Lorenzo Mifsud Bonnici (li kien it-tabib ta' San Ġorġ Preca) u Caterina imwielda Buttigieg, ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tal-Gvern u aktar tard daħal il-Liċeo u mbagħad l-Università ta' Malta fejn iggradwa fil-Baċellerat tal-Arti.", "Fl-1954 hu kiseb Dottorat fil-Liġi.", "Bejn l-1967 u 1968 kompla l-istudji tiegħu fit-Tassazzjoni u l-Liġi Industrijali f' \"University College London\".", "Fl-1968, huwa beda jgħallem l-Liġi Fiskali u Industrijali fl-Università ta' Malta.", "Meta kien student kien membru attiv fl-Azzjoni Kattolika, u aktar tard fil-Moviment Żgħażagħ Ħaddiema Insara bħala konsulent legali.", "Fl-istess moviment dak iż-żmien kien hemm ukoll Edward Fenech Adami.", "Mifsud Bonnici kien membru tal-bord editorjali tal-ġurnal \"Il-Ħaddiem\" ippubblikat mill-istess moviment.", "Fl-1969, kien maħtur bħala konsulent tal-General Workers Union.", "Fl-1980, Mifsud Bonnici nħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista fuq proposta ta' Dom Mintoff, u fl-1982 bħala mexxej suċċessur.", "Fit-2 ta' Mejju 1982, Karmenu Mifsud Bonnici kien \"co-opted\" fil-Parlament wara r-riżenja tal-Membru Parlamentari Pawlu Xuereb, u kien maħtur bħala Ministru tax-Xogħol u s-Servizzi Soċjali.", "Fil-5 ta' Settembru 1983, inħatar Deputat Prim Ministru Anzjan u Ministru tal-Edukazzjoni.", "F'dan iż-żmien kien hemm il-Kwistjoni tal-Iskejjel tal-Knisja li l-Gvern riedhom ikunu b'xejn għal kulħadd.", "Karmenu Mifsud Bonnici ħa l-ġurament ta' Prim Ministru fit-22 ta' Diċembru 1984, wara li dak in-nhar stess fil-Parlament il-Perit Dom Mintoff ħabbar ir-rizenja tiegħu.", "Huwa kien l-ewwel Priministru li qabel inħatar qatt ma kien ikkontesta elezzjoni.", "Bħala Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici kien responsabbli miċ-Ċittadinanza, Uffiċċju Elettorali, Tiftix għaż-żejt, Xandir, Avjazzjoni Ċivili u Portijiet fost l-oħrajn.", "Kellu wkoll ir-responsabbiltajiet tal-Intern u l-Edukazzjoni.", "Nhar il-15 ta' April 1986 bombers Amerikani attakkaw Tripli taħt l-ordnijiet tal-President Ronald Reagan, attakk li kien ħalla diversi vittmi, fosthom it-tifla adottiva tal-mexxej Libjan Muammar Gaddafi.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien avża ftit minuti qabel lil Gaddafi b'dan l-attakk imminenti wara li kien twaqqa' ajruplan Amerikan mil-Libjani fil-Golf ta' Sirte li l-Libja kienet issostni li kien baħar intern tagħha.", "Il-pre-avviż ta' Mifsud Bonnici kien salva ħajjet il-mexxej Libjan.", "Minn Mejju 1987 sa Marzu 1992 huwa kien Kap tal-Oppożizzjoni, u kien elett fl-elezzjonijiet tal-1987 u l-1992.", "Nhar il-5 ta' Marzu 1992 huwa rriżenja minn mexxej tal-Partit Laburista għalkemm baqa' deputat parlamentari u attiv fil-Partit.", "F'Ġunju 2008 huwa mar xeħet il-vot tiegħu għall-għażla tal-mexxej il-ġdid wara r-riżenja ta' Alfred Sant.", "Fl-1999 waqqaf is-CNI, Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali kontra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.", "Huwa baqa' viċin ħafna l-eks Priministru Dom Mintoff.", "F'Ġunju 2005 Mifsud Bonnici ressaq mozzjoni fil-Konferenza Generali Laburista kontra r-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali Ewropew.", "Fl-indirizz tieghu lid-delegati Mifsud Bonnici qal:", "Dakinhar Mifsud Bonnici tkellem dwar ir-relazzjoni tieghu mal-Partit Laburista.", "Fil-waqt li stqarr dwar l-importanza tad-diskussjoni fil-partit, qal li huwa jrid l-ghaqda fil-Partit Laburista u ma jrid jurta lil hadd u ghalhekk hareg favur l-astensjoni.", "Il-kelliem qal li huwa bl-ebda mod m'ghandu f'mohhu li l-Partit Laburista jinqasam ghax huwa gid xtaq lill-Partit Laburista fl-imghoddi u gid jixtieqlu llum u fil-gejjieni.", "Nhar it-2 ta' Lulju 2005, il-mozzjoni ta' Mifsud Bonnici ma kinitx għaddiet.", "699 delegat ivvutaw favur l-mozzjoni mressqa mill-Ezekuttiv Nazzjonali u mill-Grupp Parlamentari u 118-il vot (14.4%) favur il-mozzjoni mressqa minn Karmenu Mifsud Bonnici.", "Fil-votazzjoni ivvutaw id-delegati kollha, 825 delegat."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15254", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15254", "title": "Ġorġ Borg Olivier", "text": ["Ġorġ Borg Olivier", "Ġorġ Borġ Olivier (Valletta, 5 ta' Lulju 1911 – Sliema, 29 ta' Ottubru 1980) kien politiku Malti, magħruf l-aktar għall-kariga tiegħu bħala Prim Ministru ta' Malta, li fl-1964 ġab l-Indipendenza ta' Malta.", "Ġorġ Borg Olivier twieled il-Belt Valletta, iben Olivier Borg Olivier de Puget Paleologo (1866–1939) u Rosa Amato-Pace.", "Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u fl-Università Rjali ta' Malta, minn fejn iggradwa bħala avukat fl-1937.", "Fl-1939 Borg Olivier ġie elett fil-Kunsill tal-Gvern.", "Fl-1947 kien elett fl-Assemblea Leġislattiva f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Meta l-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Enrico Mizzi, fl-1950 intalab imexxi gvern ta' minoranza, Borg Olivier inħatar Ministru tax-Xogħol u Rikostruzzjoni u Ministru tal-Edukazzjoni.", "Wara l-mewt ta' Nerik Mizzi tliet xhur biss wara li dan sar Prim Ministru, f'Diċembru tal-1950 Borg Olivier, ta' 39 sena, inħatar Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja.", "Wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-1951, Borg Olivier ifforma Gvern ta' koalizzjoni mal-Malta Workers Party ta' Pawlu Boffa.", "Borg Olivier reġa' sar Prim Ministru u kien ukoll il-Ministeru tax-Xogħol u Rikostruzzjoni.", "Fl-1953, huwa reġa' mexxa l-Gvern ta' koalizzjoni flimkien mal-Malta Workers Party.", "L-elezzjoni tal-1955 intrebħet mill-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff.", "Mill-1955 sal-1958 Borg Olivier kien Kap tal-Oppożizzjoni.", "Bejn Ġunju u Settembru tal-1955 hu mexxa delegazzjonijiet fil-Malta Round Table Conference u f'Novembru tal-1958 mexxa delegazzjoni għal taħdidiet f'Londra biex Malta terġa' tingħata d-dritt li tiggverna lilha nnifisha.", "Wara l-elezzjoni ta' Frar tal-1962, iddominata mill-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, Borg Olivier reġa' sar Prim Ministru fi gvern ta' koalizzjoni.", "Kellu wkoll f'idejh il-Ministeru tal-Ippjanar Ekonomiku u Finanzi.", "F'Ġunju tas-sena 1962, hu għamel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f'Settembru 1962 attenda l-laqgħa tal-Prim Ministri tal-Commonwealth.", "Fit-13 ta' Lulju, 1963, Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-Konferenza dwar l-Indipendenza ta' Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir indipendenti.", "Kellu diversi taħdidiet mal-Gvern Ingliż.", "Il-Kostituzzjoni għal Malta Indipendenti għaddiet mill-Parlament, u approvata mill-poplu f'referendu fi Frar tal-1964.", "Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajjiż indipendenti.", "Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl-Arena tal-Indipendenza, il-Furjana, huwa u jindirizza lill-Prinċep Filippu, Duka ta' Edinbera:", "F'Marzu tal-1965, Borg Olivier ħa f'idejh ukoll il-Ministeru tal-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin.", "Fl-elezzjonijiet ġenerali li saru f' Marzu 1966, il-Partit Nazzjonalista reġa' tela' fil-Gvern, u Borg Olivier inħatar Prim Ministru u Ministru tal-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin.", "Fl-1971 u fl-1976, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali.", "Fl-1974, Borg Olivier ivvota kontra fil-Parlament li Malta ssir Repubblika, b'differenza mill-pożizzjoni li ħadet il-maġġoranza tad-deputati Nazzjonalisti.", "Wara t-telfa elettorali tal-1976, il-Partit Nazzjonalista għażel lil Eddie Fenech Adami bħala Kap minfloku.", "Borg Olivier iżżewweġ lil Alexandra Mattei (mietet nhar il-25 ta' Frar 2009) fl-1943.", "Huma kellhom tlett itfal: Angela (mietet 18 ta' Frar 2008), Alexander u Peter.", "Il-Gvern Laburista ta' Mintoff ta lil Ġorġ Borg Olivier funeral statali fl-1980.", "F'Ġunju 2010, iż-żewġ ulied subien ta' Borg Olivier iddeċiedew li jagħmlu irkant ta' diversi oġġetti ta' missierhom, fosthom kwadri, għamara, pitturi, mapep, u affarijiet dekorattivi.", "Fosthom kien hemm l-iskrivanija personali ta' Borg Olivier li nbiegħet għal 25,000 ewro."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15257", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15257", "title": "Joseph Muscat", "text": ["Joseph Muscat", "Joseph Muscat (Burmarrad, 22 ta' Jannar 1974) kien is-seba' Prim Ministru ta' Malta indipendenti (2013-2020) u s-seba' mexxej tal-Partit Laburista Malti 2008-2020).", "Huwa ħa l-ġurament ta' Prim Ministru nhar il-11 ta' Marzu 2013, wara li l-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 b'maġġoranza ta' 55% jew 36,000 vot b'vantaġġ inizjali ta' disa' siġġijiet fil-Parlament.", "Muscat ġab l-ikbar ammont ta' voti li qatt seta' jikseb kandidat fl-Elezzjonijiet Ġenerali kollha li saru f'Malta, 26,000 vot minn fuq żewġ distretti.", "Wara elezzjoni bikrija fit-3 ta' Ġunju 2017, huwa kien ikkonfermat fil-kariga wara rebħa oħra storika kważi bl-istess numri.", "Huwa rriżenja minn Prim Ministru nhar it-13 ta' Jannar 2020.", "Bin Salvu, negozjant, u Grace, ħajjata, Joseph Muscat irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola ta' St Francis, l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, l-Iskola Stella Maris, fil-Kulleġġ San Alwigi, u fl-Università ta' Malta.", "Fl-1995, huwa ggradwa bil-Baċellerat tal-Kummerċ, bi speċjalizzazzjoni fil-\"Management\" u \"Public Policy\".", "Fl-1996 iggradwa fil-Baċellerat tal-Arti bl-Unuri fil-Public Policy.", "Fl-1997 ġab il-\"Masters\" tal-Arti fl-Istudji Ewropej u d-Dottorat fil-\"Management Research\" mill-Università ta' Bristol, b'teżi dwar riċerka innovattiva fuq intrapriżi żgħar u l-multinazzjonali, fl-2007.", "Fl-1992, meta Muscat kien għad kellu 18-il sena, ngħaqad ma' ONE Radio, l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista, li dak iż-żmien kien jismu Super One Radio.", "Fl-1994 daħal fil-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) u nħatar Segretarju Finanzjarju, Deputat Chairperson u Aġent Chairperson.", "Fl-1995, kien elett fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, fejn dam sal-2001 meta nħatar Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista, kariga li żamm sal-2004.", "Bejn l-1997 u 1998 huwa ta sehem fl-implimentazzjoni tal-istrateġija industrijali tal-Gvern Laburista ta' Alfred Sant.", "Kien parti mill-grupp li waqqaf l-Istitut għall-Promozzjoni tal-Intrapriżi ż-Żghar (IPSE), li ngħata fondi Ewropej għar-ristrutturar tal-industrija.", "Muscat kien membru tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Moralità Fiskali u membru tad-Djalogu Ewro-Għarbi tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Kien iċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Mediterran tal-International Union of Socialist Youth (IUSY) waqt il-laqgha ta' Malta fl-1999, u attenda bosta laqgħat tal-European Young Socialists (ECOSY) f'isem il-Forum Żgħażagħ Laburisti.", "Fl-2001, Muscat tqabbad mill-Partit Laburista biex jagħmel sit elettroniku tal-aħbarijiet bl-Ingliż, \"maltastar.com\".", "Fl-2003, Joseph Muscat inħatar membru fi grupp ta' ħidma, immexxi minn George Vella u Evarist Bartolo, li fassal il-politika Laburista dwar l-Unjoni Ewropea, li ħareġ id-dokument \"Il-Partit Laburista u l-Unjoni Ewropea: Għall-Ġid tal-Maltin u l-Għawdxin\" li f'Novembru ta' dik is-sena kien aċċettat mill-Konferenza Ġenerali.", "Fl-istess konferenza, Muscat kien approvat bħala kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Muscat ġie elett fil-Parlament Ewropew f'Ġunju 2004 bi kważi 37,000 vot, l-iktar kandidat li ġab voti għall-Partit Laburista.", "Fil-Parlament Ewropew, Muscat kien membru tal-Kumitat għall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji, il-Kumitat għas-Suq Intern u Protezzjoni tal-Konsumatur.", "Fl-2007, kien elett Viċi President tal-Kumitat għall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew.", "Muscat tqabbad ukoll jagħmel rapporti fuq il-kontijiet tat-telefonija ċellulari (Roaming) u rapport fuq il-bejgħ u xiri tal-banek.", "Ħadem fuq it-tneħħija tat-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satelliti, d-dritt li konsumaturi jaraw avvenimenti sportivi ewlenin mingħajr ħlas, u l-kwistjoni tar-reġistrazzjoni tal-mediċini.", "Muscat irriżenja mill-Parlament Ewropew fil-25 ta' Settembru 2008 biex jieħu postu fil-Parlament Malti u jassumi l-irwol ta' Kap tal-Oppożizzjoni wara li kien elett Mexxej tal-Partit Laburista.", "Nhar l-24 ta' Marzu 2008 Muscat ħabbar il-kandidatura tiegħu għal Mexxej tal-Partit Laburista, wara r-riżenja ta' Alfred Sant.", "Nhar il-5 ta' Ġunju 435 minn 879 delegat ivvutaw għal Joseph Muscat, 3 voti biss inqas mill-kwota meħtieġa, jiġifieri 50% u wieħed tal-voti validi mitfugħin.", "It-tieni l-eqreb kontestant lejn Joseph Muscat kien George Abela, li kiseb 200 vot.", "It-tliet kontestanti l-oħra li kienu eliminati mit-tiġrija għall-ħatra ta' Mexxej Laburista - Michael Falzon, Evarist Bartolo u Marie Louise Coleiro Preca kisbu 181 vot, 32 vot u 26 vot rispettivament.", "L-għada 865 delegat reġgħu vvutaw f'votazzjoni oħra bejn Joseph Muscat u George Abela biss, li fiha Muscat kiseb 574 vot, 66%.", "George Abela kiseb 291 vot, 34%.", "Dan kien żieda ta' 139 vot fuq l-ammont tal-jum ta' qabel fil-każ ta' Joseph Muscat u żieda ta' 91 vot fil-każ ta' George Abela.", "Mat-tħabbira tar-rebħa tiegħu, Muscat talab lil dawk kollha li kienu fis-sala biex jagħtu applaws kbir lil George Abela.", "B'messaġġ dirett lejn Abela, Muscat qallu li dik hija daru u li fil-Partit Laburista hemm post għalih.", "Nhar it-8 ta' Ġunju 2008, Muscat għamel \"mass rally\" fil-Kwartieri tal-Partit fil-Ħamrun li fih dehru eks-Membri Parlamentari Laburisti u eks-Ministri Laburisti li kienu ilhom ma jidhru fil-Partit Laburista bħal John Dalli, Salvu Sant, Lino Debono, Bertu Pace, Joe Abela, Joe Brincat, Maria Camilleri, Joe Micallef Stafrace, Joe Grima, Reno Calleja, Louis Buhagiar, Philip Muscat, Joseph Saliba, Carmelo Brincat u Paul Chetcuti Caruana.", "Bagħtu t-tislijiet tagħhom, imma minħabba impenji oħrajn ma setgħux jiġu Carmen Sant, Carmelo Borg, Daniel Piscopo, Cettina Darmenia Brincat, Alex Sciberras Trigona u Carmelo Buttigieg.", "Muscat qal li hu kien stieden b'mod personali lil dawk kollha li kienu jirrappreżentaw lil Partit Laburista fil-Parlament tul iż-żmien kollu u lil dawn qalilhom li:", "Joseph Muscat, għamel diskors li baqa' magħruf, meta qal lil dawk preżenti:", "Muscat semma l-mexxejja tal-Partit Laburista, lil Willie Savona li ħoloq u mexxa lill-Partit Laburista fi żmien meta l-ħsibijiet tiegħu ma kinux jiġu milqugħin.", "Semma li qed jimla l-post ta' Pawlu Boffa li kien il-bniedem li ta tifsira lid-demokrazija soċjali bil-fatti.", "Qal li huwa ġej wara dak li kien, għadu, u jibqa' Missier il-Partit Laburista, Dom Mintoff, liema isem ħadd mhu se jħassru minn qalbu.", "Semma li dieħel fl-istess post tal-bniedem li żamm flimkien lill-Partit Laburista fi żmien tant delikat, Karmenu Mifsud Bonnici u finalment qal li huwa qiegħed jiġi fdat bil-fiduċja biex jimla l-post tal-bnidem li għaqqad lill-Partit Laburista, Alfred Sant.", "Iżda qal li", "Muscat kien ko-optjat fil-Parlament Malti nhar l-1 ta' Ottubru 2008 biex jimla s-siġġu tad-Deputat Laburista Joseph Cuschieri.", "Ġimgħa wara l-ħatra tiegħu bħala Mexxej, Muscat stieden lil Dom Mintoff iżur il-Kwartieri Ġenerali tal-Partit.", "Nhar il-31 ta' Marzu 2009, Mintoff attenda għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 sena ta' Jum il-Ħelsien organizzati mill-Partit Laburista fil-Birgu.", "Nhar il-5 ta' Dicembru, 2009, Dom Mintoff għamel żjara fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun, l-ewwel darba li Mintoff daħal f'dan il-bini li ilu jservi ta' kwartieri tal-Partit Laburista sa mill-1995.", "Mintoff intlaqa' fiċ-Ċentru minn Muscat li mbagħad kellhom laqgħa privata flimkien fl-uffiċċju tiegħu.", "Fl-ewwel tliet snin tat-tmexxija ta' Joseph Muscat ingħaqdu mal-Partit Laburista persuni li qabel kienu jaħdmu fil-kamp Nazzjonalista bħal Manuel Mallia (li fl-2013 sar il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali)Marisa Micallef Leyson, Mario Farrugia Borg, Deborah Schembri (li fl-2013 telgħet fil-Parlament) u Cyrus Engerer (li ħiereġ għall-Elezzjonijiet Ewropej tal-2014).", "Ħareġ ukoll mal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet Ewropej il-Professur Edward Scicluna, li qabel ma kienx fil-politika u li fl-2013 sar Ministru tal-Finanzi, u Dr. Konrad Mizzi (li fl-2013 sar Ministru għall-Enerġija u wara Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, qabel ma tneħħielu l-portafoll minħabba li ismu deher fil-Panama Papers, bħala azzjonist ewlieni ta' kumpanija sigrieta fil-Panama).", "Lydia Abela, mart iben il-President George Abela saret is-segretarju eżekuttiv tal-Partit Laburista.", "Robert Abela, bin il-President, ikkampanja fl-elezzjoni ġenerali favur il-Partit Laburista.", "John Bundy, eks-kandidat tal-PN, beda jippreżenta programm fuq ONE TV.", "Fil-Konferenza Ġenerali tal-2011, ħabbru li se joħorġu għall-ewwel darba għall-elezzjoni mal-Partit il-mużiċista Sigmund Mifsud, l-avukat tal-General Workers' Union Joanne Vella Cuschieri, u t-tobba Deo Debattista (li fl-2013 tela' fil-Parlament) u Silvio Grixti.", "Nhar is-6 ta' Ġunju 2009, Muscat iffaċċja l-ewwel elezzjoni tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista, sena wara l-ħatra tiegħu.", "Il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjonijiet Ewropej b'55% tal-voti, 35,600 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li ġab 40% tal-voti.", "Il-Partit Laburista ġab 7% aktar minn kemm kien ġab fl-2004.", "Reġa' ġab 3 siġġijiet minn 5, u jieħu anke s-sitt siġġu meta dan jiġi approvat it-Trattat ta' Lisbona.", "Il-kandidat minn fost it-tnax li kienu qegħdin jikkontestaw f'isem il-Partit Laburista bl-akbar għadd ta' voti fl-ewwel għadd kien Louis Grech, il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija għall-Parlament Ewropew li kiseb 27,753 vot, 20% tal-voti li kiseb il-Partit Laburista jew 11% tal-voti kollha miftugħin f'din l-elezzjoni; żieda ta' 12,382 vot fuq kemm kien ġab fl-ewwel Elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2004.", "Il-Professur Edward Scicluna li kkontesta l-ewwel darba f'isem il-Partit Laburista, ġab 24,574 vot (9.7% tal-voti mitfugħin u 18% tal-voti Laburisti).", "John Attard Montalto naqqas 12,407 vot u ġab 12,880 jew 9.5% tal-voti kollha li nkisbu mill-Partit Laburista, imma xorta kien elett bil-voti li wiret.", "Joseph Cuschieri ġab 19,672 vot (7.7% tal-voti miftugħin u 14.5% tal-voti tal-Partit Laburista.", "Glenn Bedingfield ġab 4,982 vot u ma kienx elett, 8,453 inqas mill-voti li kien kiseb fl-ewwel għadd ta' ħames snin ilu meta dakinhar huwa kiseb 13,435 vot.", "Marlene Mizzi li ukoll ikkontestat għall-ewwel darba f'isem il-Partit Laburista, ġabet 17,724 vot (7% tal-voti mitfugħin jew 13% tal-voti Laburisti) imma ma kinitx eletta.", "Sa minn qabel il-ħatra tiegħu bħala mexxej tal-Partit Laburista f'Ġunju 2008, Joseph Muscat wiegħed kemm-il darba li fl-ewwel darba li jkun hemm Gvern Laburista hu personalment (\"Private Member's Bill\") kien se jressaq liġi tad-divorzju għall-approvazzjoni tal-Parlament.", "Nhar is-6 ta' Lulju 2010, id-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando ressaq \"Private Member's Bill\" fil-Parlament biex jiġi introdott id-divorzju.", "F'Novembru 2010 twaqqaf il-Moviment Iva għad-Divorzju, b'Deborah Schembri, ċerpersin tal-moviment, u b'membri prominenti bħall-Membru Parlamentari u eks-Ministru Laburista Evarist Bartolo, u Jeffrey Pullicino Orlando, iċ-Ċerpersin tal-Alternattiva Michael Briguglio, l-eks Ministru Nazzjonalista Michael Falzon u Marlene Mizzi.", "Nhar is-16 ta' Marzu 2011 tressqet mozzjoni tal-Oppożizzjoni quddiem il-Parlament dwar kif għandha tkun il-mistoqsija tar-referendum li se jsir fit-28 ta' Mejju 2011, jiġifieri \"Taqbel mal-introduzzjoni tal-għażla tad-divorzju f'każ ta' koppja miżżewġa li tkun ilha sseparata jew tkun ilha ma tgħix flimkien għal mill-inqas erba' snin u meta ma jkun hemm l-ebda tama raġjonevoli ta' rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin, fil-waqt li jkun garantit manteniment adegwat u jkunu mħarsa t-tfal?\"", "Din għaddiet għax ivvutat għaliha l-Oppożizzjoni kollha u żewġ Membri Parlamentari Nazzjonalisti, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett.", "Għar-Referendum tat-28 ta' Mejju ħarġu jivvutaw 232,691 persuna jew 73% ta' dawk li kellhom dritt jivvutaw, u dan għadda b'maġġoranza ta' 53.2%, b'distakk ta' 14,576 vot.", "L-għada, Muscat sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li fiha ddikjara li b'dan ir-riżultat, bdiet titwieled Malta differenti, Malta ġdida.", "Nhar it-2 ta' Ġunju 2011, id-deputata Laburista Marie Louise Coleiro Preca ħabbret li fiċ-ċirkostanzi kif żviluppaw mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss bħala kandidata elettorali f'isem il-Partit Laburista.", "Qalet li kienet diġa' infurmat lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat b'din id-deċiżjoni nhar it-Tlieta 31 ta' Mejju, jiġifieri jumejn wara li tħabbar ir-riżultat tar-referendum.", "Fi stqarrija l-ġurnata ta' qabel, hija kienet semmiet kif kien hemm min hedded, immalafama u intimida lilha u lill-familja tagħha dwar il-pożizzjoni li kienet ħadet fil-kampanja għar-referendum, kontra d-dħul tad-divorzju.", "Iżda tmintax-il jum wara din l-istqarrija, nhar l-20 ta' Ġunju, Coleiro Preca ħabbret li se terġa' tikkontesta mill-ġdid l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-Partit Laburista wara t-turija kbira ta' appoġġ u solidarjeta' li l-elettorat tas-Sitt Distrett u l-insistenza u l-ħeġġa li urew l-eluf ta' familji fid-distrett u barra minnu biex terġa' tikkounsidra d-deċiżjoni tagħha, ġabuha f'qagħda li kellha tirrifletti bis-sħiħ fuq id-deċiżjoni li kienet ħadet.", "Hi semmiet ukoll l-istqarrijiet tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat li ikkonferma li hi kienet konformi mal-linja tal-partit komplew għabbewha bil-piż biex tirrevedi d-deċiżjoni dwar il-kandidatura tagħha.", "Nhar it-3 ta' Ġunju, l-avukatessa Deborah Schembri, ċerpersin tal-moviment \"Iva għad-Divorzju\", ħabbret li fl-elezzjoni ġenerali li kien imiss kienet se tikkontesta f'isem il-Partit Laburista wara talba li saritilha minn Muscat.", "Nhar it-13 ta' Lulju 2011, għadda mill-Parlament it-tieni qari tal-abbozz ta' liġi dwar id-dħul tad-divorzju f'Malta, b'44 vot favur, 13-il vot kontra u 12-il astensjoni.", "Il-Prim ministru Gonzi u l-Ministri kollha, barra wieħed (Joseph Cassar) ivvutaw kontra jew astjenew.", "Il-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni vvutaw kollha favur, ħlief Adrian Vassallo li vvota kontra u Marie-Louise Coleiro Preca li astjeniet.", "Tnax -il Membru Parlamentari Nazzjonalista vvutaw favur.", "Nhar il-15 ta' Lulju 2011 il-Viċi Sindku ta' Tas-Sliema Cyrus Engerer irriżenja minn kull kariga fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u ngħaqad mal-Partit Laburista.", "Dan għamlu għax iddiżappunta ruħu għall-mod kif il-Prim Ministru vvota fil-parlament dwar it-tieni qari tal-abbozz tal-liġi dwar id-divorzju u \"l-prinċipji u l-valuri liberali u demokratiċi tiegħi huma f'kunflitt mal-prattiċi li qed jippersistu fil-Partit Nazzjonalista\".", "Nhar l-10 ta' Marzu 2012, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru f'35 lokalità madwar Malta u Għawdex bi swing ta' 5.5% fil-voti għall-Partit Laburista u tnaqqis ta' 5.26% fil-voti għall-Partit Nazzjonalista.", "F'dawn l-elezzjonijiet ħarġu jivvotaw ftit aktar minn 59%, bi kważi 56% tal-voti jmorru għall-PL.", "Il-PL rebaħ lokalitajiet li tradizzjonalment dejjem kienu f'idejn il-PN, f'San Pawl il-Baħar, Ħal Safi u l-Qala.", "F'lokalitajiet oħrajn tradizzjonalment Nazzjonalisti, il-PL irnexxielu jżid il-voti b'persentaġġi sostanzjali fosthom f'Ħal Balzan, is-Siġġiewi u San Ġiljan fejn żied il-voti b'7%, b'4% u 10.7% rispettivament.", "Minn 35 lokalità li fihom saru l-elezzjonijiet, f'21 minnhom il-Partit Laburista ġab maġġoranza tal-voti.", "B'kollox kien hemm 61,751 li vvutaw għall-Partit Laburista, 46,409 li vvutaw għall-Partit Nazzjonalista, 1,797 vot għall-Alternattiva Demokratika u 960 għall-kandidati indipendenti.", "Il-PL ġab 15,342 vot iktar mill-PN, 14% iktar.", "Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, Franco Debono flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvutaw fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m'għaddiex b'35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern Nazzjonalista waqa'.", "Dan ġiegħel lill-Prim ministru Lawrence Gonzi imur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta' Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta' Marzu 2013.", "Il-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 b'maġġoranza ta' 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 132,426 vot f'dik li tista' tiġi meqjusa bħala l-ikbar differenza għal diversi snin tant li bħala persentaġġi l-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni.", "Il-PL ingħata vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament.", "Il-vantaġġ tas-siġġijiet ġie mnaqqas għal seba, b'segwitu ta' proċedimenti fil-Qorti Kostituzzjonali, fejn ġie konfermat żball fl-għadd tal-voti.", "Muscat li nħatar Prim ministru fil-11 ta' Marzu 2013, kiseb 26,170 vot bħala l-ewwel preferenza miż-żewġ distretti li kkontesta fuqhom, 13,968 vot mit-Tieni Distrett u 12,202 vot mir-Raba' Distrett, ifisser li Muscat kiseb aktar voti personali milli qatt kisbu żewġ persuni meqjusin kbar fix-xena politika lokali, Dom Mintoff u Eddie Fenech Adami", "F'Marzu 2013, fl-istess jum tal-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, il-Partit Laburista reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fi 33 lokalità u żied il-voti fuq l-elezzjonijiet ta' erba' snin qabel fl-istess lokalitajiet bi 2.2% biex issa ġab kważi 57%.", "Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti bi kważi 2% u ġab 42%.", "F'dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba il-kunsill lokali ta' Birkirkara u kien hemm ħames lokalitajiet oħra li fihom il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza: l-Imtarfa, Tal-Pietà, il-Mellieħa, l-Imqabba u Santa Venera.", "Hekk fl-2013, il-Partit Laburista għandu kważi żewġ terzi, 65%, tal-lokalitajiet kollha f'idejh, 44 lokalità minn 68.", "Joseph Muscat ħa l-ġurament ta' Prim ministru nhar il-11 ta' Marzu 2013 fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.", "Bħala Prim Ministru huwa kien responsabbli ukoll mill-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, l-Amministrazzjoni Pubblika, il-Ko-ordinazzjoni ta' Politika Strateġika, it-Taqsima tal-Immaniġġjar tal-Effiċjenza, l-Informazzjoni, l-Ippjanar u Kordinazzjoni ta' Prijoritajiet, il-MEPA, l-Istamperija tal-Gvern, id-Dipartiment tal-Artijiet, ir-Reġistru tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt.", "Jumejn wara ġie ffurmat il-kabinett ta' gvern ġdid, magħmul minn 14-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari, wieħed mill-akbar kabinetti fl-istorja politika Maltija.", "F'dan il-Kabinett inħolqu żewġ Ministeri ġodda: dak għall-Affarijiet Ewropej, u l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili.", "Inħolqu 7 segretarjati parlamentari ġodda: dak għall-Ippjanar, dak għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Ewropea 2017, dak għall-Kultura u Gvern Lokali, dak għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, dak għall-Agrikoltura s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, dak għall-kompetittivita' u t-Tkabbir Ekonomiku, dak għall-Anzjanita' Attiva u d-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilita', u dak għall-Ġustizzja.", "Fl-ewwel xhur tal-Gvern, saru diversi ħatriet ġodda fosthom Kummissarju ġdid tal-Pulizija, Peter Paul Zammit.", "Franco Debono inħatar Kummissarju għal-Liġijiet, u Giovanni Bonello inħatar President tal-Kummissjoni għar-Riforma fil-Ġustizzja.", "Tonio Portughese sar iċ-Ċermen ġdid tal-PBS, ix-Xandir Pubbliku, u Reno Bugeja sar il-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet.", "Wara li nstabu serje ta' abbużi fil-ħabs, irriżenja d-Direttur tal-Ħabs.", "Oliver Friggieri nħatar ċermen tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin.", "Helen D'Amato kienet konfermata Kummissarju għat-tfal.", "John Dalli kien maħtur mill-Gvern biex jagħmel riforma fl-Isptar Mater Dei.", "Fil-qasam tal-edukazzjoni, il-Gvern Laburista beda strateġija nazzjonali kontra l-illitteriżmu u ħareġ żewġ miljun ewro f'opportunitajiet ġodda ta' scholarships ta' Masters u Dottorat.", "Fil-qasam tax-xogħol beda l-istrateġija \"Jobs+\" bil-għan li l-ħaddiema, b'mod partikolari żgħażagħ, ikunu iktar imħarrġa u jagħtu iktar valur lil min jimpjega.", "Nieda l-\"Global Residence Scheme\" u għamel sejħa għall-interess fl-iżvilupp tal-eks-shipbuilding, bħala parti mill-istrateġija li jagħmel minn Malta hub marittimu tal-aqwa kwalità fil-Mediterran.", "Naqqas it-tariffi tal-MEPA biex jitnaqqsu l-piżijiet fuq kull min irid jinvesti f'daru jew fuq in-negozju tiegħu.", "Saret sejħa għall-interess biex ikun żviluppat \"cruise terminal\" f'Għawdex u l-pjan ġdid tal-enerġija, li għalih dsatax-il kumpanija li wrew interess u ħdax li issa ntgħażlu biex jikkompetu għal dan il-proġett.", "Fil-qasam tad-drittijiet ċivili, il-Gvern emenda l-liġi biex persuna transesswali tkun tista' tiżżewweġ.", "Waqqaf ukoll Kunsill Konsultattiv li se jkun qed ifassal il-liġi tal-unjoni ċivili għal koppji tal-istess sess.", "Ta d-dritt tal-vot lil żgħażagħ ta' sittax-il sena fl-elezzjonijiet lokali.", "Neħħa l-liġi tal-preskrizzjoni fuq reati ta' korruzzjoni politika għall-politiċi u dawk kompliċi magħhom.", "Bejn it-3 u l-25 ta' Ġunju 2013, fil-Berġa ta' Kastilja, saret il-konsultazzjoni pubblika bit-tema \"Gvern Li Jisma\"', bl-għan li l-membri kollha tal-Kabinett jisimgħu lin-nies sa mill-bidu nett tal-leġislatura u mhux lejliet l-elezzjoni ġenerali sabiex il-Gvern jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu wara li jkun sema' bir-reqqa dak li għandhom xi jgħidu l-Maltin.", "Kull Ministru u kull Segretarju Parlamentari poġġa lilu nnifsu għad-dispożizzjoni ta' dawk kollha li xtaqu jaqsmu magħhom il-ħsibijiet, l-ideat u l-proposti tagħhom.", "B'kollox għal dawn il-laqgħat attendew madwar 3,200 persuna minn Malta, Għawdex u anki barranin residenti Malta.", "Dawn il-laqgħat damu tletin siegħa mifruxin fuq erba' ġimgħat.", "Waqthom, kien hemm xejn inqas minn 600 intervent.", "Dawn il-konsultazzjonijiet pubbliċi ser jibqgħu jsiru kull sitt xhur, bis-sensiela ta' laqgħat li jmiss ippjanata li tibda f'Jannar 2014.", "Il-Kabinett ma baqax biss jiltaqa' Kastilja iżda wkoll f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex matul il-legiżlatura biex jagħti ċ-ċans liċ-ċittadini u r-rapprezentanti taghhom fil-Kunsilli Lokali biex jsemmu lehinhom.", "Fl-elezzjonijiet każwali tal-Elezzjonijiet Ewropej li saru f'April 2013, il-Partit Laburista tella' l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew mara fl-istorja politika Maltija, Marlene Mizzi, li kienet ċermen tas-Sea Malta, u ġabet kważi 24,000 vot.", "Muscat żar l-Istati Uniti u l-Kanada, fejn filwaqt li fl-Istati Uniti ndirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda u kellu għadd kbir ta' laqgħat ma' mexxejja diversi minn pajjiżi minn madwar id-dinja u anke laqgħat mal-kommunità Maltija, fil-Kanada ffokka l-attenzjoni tiegħu fuq il-laqgħat mal-komunitajiet Maltin.", "Muscat għamel l-ewwel żjara li qatt għamel Priministru Malti f'Iżrael.", "Huwa tella' miegħu delegazzjoni kummerċjali fl-Iżrael u l-Palestina.", "Kellu taħditiet mal-Gvern tal-Kuwajt dwar diversi opportunitajiet għaż-żewġ pajjiżi fejn ukoll il-kumpanija tal-investiment tal-Gvern tal-Kuwajt xtrat il-maġġoranza tal-ishma fil-Fimbank.", "Wara taħditiet mal-Gvern Laburista Malti, l-Istati Uniti għażlu lil Malta biex f'pajjizna jkun ibbażat Istitut dwar il-Ġustizzja.", "Fuq it-tħaffir għaż-żejt f'żoni kkontestati, il-Gvern laħaq ftehim ta' strateġija, biex issir ħidma flimkien mal-Libja fuq esplorazzjoni taż-żejt fin-Nofsinhar u ftehim simili ġie reġistrat mal-Italja biex jittieħdu inizjattivi flimkien fit-Tramuntana.", "Tibdil fis-sistema li biha jiġu determinati l-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass biex ikun hemm aktar stabbilità fil-prezz fuq medda ta' xhur, bl-iskop li l-konsumatur ikun jista' jippjana aħjar.", "€3 miljun fi proġetti fil-lokalità ta' Birżebbuġa.", "Iddeċieda li aktar minn 40,000 familja jirċievu ċ-Children's Allowance u s-Supplementari qabel iż-żmien biex ikunu jistgħu jixtru l-bżonnijiet ta' wliedhom qabel il-bidu ta' sena skolastika ġdida.", "Malta rreġistrat it-tieni l-ogħla rata ta' żieda ta' kummerċ fil-ħwienet fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-aħħar xhur.", "Il-proġett ġdid tal-enerġija kif propost se jkun ifisser 50% inqas emissjonijiet u 90% inqas ta' trab fl-arja.", "It-telf fl-Air Malta niżel minn €6.1 miljun għal €3.3 miljun.", "Bini ta' sptar għall-kura mentali viċin l-Isptar Mater Dei, biex il-pazjent iħossu aktar integrat fis-sistema tas-saħħa.", "Wara li f'Marzu 2013, il-Gvern Laburista għadda mill-Parlament il-Budget li ma kienx għadda fil-Leġislatura ta' qabel meta waqa' l-Gvern Nazzjonalista, il-Gvern immexxi minn Muscat ressaq l-ewwel veru budget tiegħu fl-4 ta' Novembru 2013.", "Dan kien budget imfaħħar mill-korpi kostitwiti kollha, u f'ħafna elementi tiegħu anke mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.", "Fost l-aktar miżuri li ssemmew f'dan il-budget kien hemm li :", "fil-qasam tal-enerġija", "fil-qasam tax-Xogħol", "F'Għawdex", "Fl-Edukazzjoni", "Fit-trasport", "Fis-saħħa", "Fil-qasam tad-djar", "Fil-qasam tal-anzjani u r-romol", "Fit-tieni ta' amministrazzjoni Laburista, l-ekonomija Maltija kompliet tikber b'rata ta' 3.2% f'termini reali, bi tkabbir ekonomiku fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea.", "L-ammont totali tal-pagi tal-impjegati kiber b'5.6%.", "Fl-istess waqt, il-profitti tal-kumpaniji żdiedu b'1.7%.", "F'sena, inħolqu 'l fuq minn 6,000 impjieg ġdid li jfisser aktar minn 17-il impjieg ġdid kuljum.", "Kien is-settur privat li xpruna l-ħolqien ta' dawn l-impjiegi permezz tal-ingaġġ ta' aktar minn 4,000 impjieg ġdid full-time.", "Setturi bħal manifattura, tar-retail u kostruzzjoni kellhom ukoll żieda fl-impjiegi.", "Ir-rata tal-qgħad niżlet għal 5.8 fil-mija li hi l-anqas rata li qatt rat Malta kif ukoll fost l-anqas rati fl-Unjoni Ewropea.", "Iż-żieda fil-prezzijiet bdiet kull ma tmur tonqos speċjalmenti wara r-roħs fit-tariffi tad-dawl u l-ilma għall-familji.", "F'Settembru 2014, ir-rata tal-inflazzjoni kienet ta' 0.6%.", "Id-defiċit tal-Gvern naqas bi 2.7%.", "Dan se jeħduh il-\"full time\" kollha li mhux qed igawdu mit-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, il-pensjonanti kollha u dawk kollha fuq il-benefiċċji soċjali u se tingħata wkoll \"pro-rata\" għall-ħaddiema \"part-timers\" u għall-istudenti.", "Tħabbar li se jkun il-Gvern li se jħallas dan il-\"bonus\" ta' darba lill-ħaddiema fis-settur privat.", "It-taxxa ta' 29% għal dawk li jaqilgħu inqas minn €60,000 se titnaqqas għal 25%.", "Se jiżdied ukoll il-limitu tal-paga minima biex il-Gvern jieħu kont tal-COLA u dan se jkun qed japplika wkoll għall-pensjonijiet.", "Mis-sena d-dieħla, il-Gvern se jagħti l-ammont kollu tal-COLA lill-pensjonanti sabiex jirċievu l-kumpens tal-għoli tal-ħajja.", "L-inbid huwa l-uniku alkoħol li mhux intaxxat u għalhekk qed joħloq diskrepanza fis-suq.", "Il-Gvern jemmen fil-prodott lokali u għalhekk se tibda kampanja ta' promozzjoni favur l-użu tal-inbid Malti.", "Il-liċenzji tal-karozzi li ġew reġistrati mill-bidu tal-2009 'l quddiem u b'emissjonijiet tal-karbonju baxx se jibqa' l-istess.", "It-taxxa tar-reġistrazzjoni għall-ATV's jew quad bikes se titnaqqas bi kważi 50%.", "Dwar il-muturi, dawk li għandhom ċilindraġġ żgħar u li jiġu klassifikati bħala \"vintage\" se jkunu eżentati mit-taxxa tar-reġistrazzjoni.", "Tħabbret ukoll reviżjoni tar-rati mħallsa mill-krejnijiet u apparat ieħor li jintuża fil-kostruzzjoni.", "\"Tower Cranes\" sa 10 metru kwadru se jibdew iħallsu r-rata ta' €10 kuljum filwaqt li \"tower cranes\" ikbar se jibdew iħallsu €15 kuljum.", "Id-dazju fuq il-\"leaded petrol\", li jintuża mill-ajruport biss, se jiżdied b'2 ċenteżmi kull litru filwaqt li dak fuq \"unleaded petrol\" se jiżdied b'ċenteżmu kull litru.", "Id-dazju fuq il-\"gas oil\", \"diesel\", \"biodiesel\", \"heavy fuel oil\" u l-pitrolju se jiżdied b'2 ċenteżmi kull litru.", "Għalkemm se jiżdied id-dazju, il-prezz tal-\"petrol\" u d-\"diesel\" xorta se jonqos.", "Permezz ta' ftehim mal-Enemalta, il-prezz tal-\"petrol unleaded\" se jorħos b'2 ċenteżmi għal €1.42c kull litru u dak tad-\"diesel\" ukoll se jorħos b'ċenteżmu għal €1.35c kull litru.", "Dawn il-prezzijiet se jibqgħu stabbli sal-aħħar ta' Marzu 2015.", "Mill-1 ta' Jannar 2015 se titneħħa t-taxxa ta' 35% u minflok se tidħol fis-seħħ taxxa finali ta' 8% fuq il-valur tal-propjetà trasferita.", "Dan ifisser li r-rata kurrenti ta' 12% se tonqos għal 8%.", "Trasferimenti ta' propjetà se jkunu suġġetti għal taxxa finali fuq il-valur mibjugħa mingħajr ma jitnaqqsu l-ispejjeż u din it-taxxa se titħallas mal-kuntratt tal-bejgħ.", "Il-konċessjoni għal min jixtri propjetà għall-ewwel darba ġew eżentati mill-boll fuq l-ewwel €150,000 tal-valur tal-propjetà.", "L-iskema introdotta fl-aħħar baġit ġiet estiża sat-30 ta' Ġunju 2015.", "Ir-reviżjoni fl-eko kontribuzzjoni se titneħħa minn fuq l-apparat elettroniku u li jaħdem bl-elettriku, minn mowbaljs sa' televixins u \"fridges\".", "L-eko kontribuzzjoni fuq l-apparat kollu elettroniku se tispiċċa mill-1 ta' Settembru 2015.", "Fl-4 ta' Marzu 2014 il-Prim Ministru Joseph Muscat innomina lin-Nutar Marie Louise Coleiro Preca bħala d-disa' President tar-Repubblika, u t-tieni mara f'din l-ogħla kariga tal-pajjiż, u l-iżgħar President fl-età ta' 55 sena.", "Hija ħadet il-ħatra nhar l-4 ta' April 2014 wara li tlett ijiem qabel għadda vot unanimu mill-Parlament.", "Nhar l-24 ta' Mejju 2014, Muscat iffaċċja l-ewwel elezzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, sena wara l-ħatra tiegħu.", "Il-Partit Laburista rebaħ l-Elezzjonijiet Ewropej għat-tielet darba b'53.3% tal-voti, 33,675 vot iktar mill-Partit Nazzjonalista, li ġab 40% tal-voti.", "Il-Partit Laburista ġab 1.5% inqas minn kemm kien ġab fl-2009, għalkemm irid jingħad li l-ammont ta' nies li ħargu jivvutaw fl-2014 kien 4% inqas mill-elezzjonijiet tal-2009.", "Il-kandidat minn fost it-tnax li kienu qegħdin jikkontestaw f'isem il-Partit Laburista bl-akbar għadd ta' voti fl-ewwel għadd kien Alfred Sant, li kiseb 48,739 vot, 36% tal-voti li kiseb il-Partit Laburista.", "Tnaqqis fl-Income Tax", "Il-Gvern se jnaqqas l-income tax.", "Bħalma ġara fil-Baġit preċedenti, kull min jaqla' dħul minn impjieg jew pensjoni li ma taqbiżx il-paga minima se jerġa'ma jħallasx taxxa.", "Barra minn hekk, kull min ma gawdiex mit-tnaqqis fl-income tax ta' sentejn ilu, se jgawdi minn tnaqqis ta' bejn €90 u €120 f'taxxa fis-sena.", "Kumpens Għoli tal-Ħajja", "Il-kumpens għall-għoli tal-ħajja s-sena d-dieħla ser ikun ta' €1.75.", "Miżuri tad-Dħul", "Id-dazju tas-SISA fuq il-fjuwil se jogħla bi 3ċ fuq il-petrol u 3ċ fuq id-diesel.", "Minkejja li se jiżdied id-dazju, il-prezzijiet tal-fjuwil se jonqsu minn Jannar 2016 għaliex l-Enemed, ikkonkludiet ftehim li permezz tiegħu l-prezz tal-petrol se jorħos b'3ċ għal €1.32ċ kull litru u tad-diesel b'4ċ għal €1.22ċ kull litru.", "Se jkun hemm ukoll żieda ta' dazju tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk (sigaretti medja ta' +30 ċenteżmu), iż-żjut lubrikanti (+0.02ċ) u s-siment (żieda ta' €5 għal kull tunellata).", "L-Eko-kontribuzzjoni li kien hemm fuq il-basktijiet tal-plastik, kontenituri tal-birra, l-inbid, fermented beverages, intermediate products, xarbiet non-alkoħoliċi kif ukoll iċ-chewing gum qed titneħħa u għaldaqstant, biex jinżamm il-messaġġ favur l-ambjent filwaqt li s-sistema tkun aktar faċli li tiġi implimentata u tnaqqas l-abbużi, se tiġi sostitwita bid-dazju tas-sisa.", "Taxxa tad-Dħul imnaqqsa għal 7.5% għall-atleti u plejers ta' kull sport", "Fil-baġit ta' sentejn ilu ddaħħel rata ta' taxxa mnaqqsa ta' 7.5% għall–plejers tal-futbol.", "Is-sena l-oħra ġiet estiża għall-plejers tal-waterpolo wkoll.", "Minn din is-sena dan il-benfiċċju se jinfetaħ għall-plejers u atleti ta' kull sport, li b'hekk ikunu jistgħu igawdu mir-rata favorevoli ta' 7.5%.", "Dan il-benefiċċju qiegħed jiġi estiż ukoll għall-kowċis.", "Rata ta' VAT imnaqqsa (7%) fuq faċilitajiet sportivi", "Se titnaqqas ir-rata ta' VAT minn 18% għal 7% fuq kull faċilità sportiva, inklużi l-gyms, fitness centres, futbol nurseries u faċilitajiet sportivi.", "Ħin Żejjed Maħdum mill-Pulizija ntaxxat b'rata ta' 15%", "B' effett mill-1 ta' Jannar 2016, il-ħlas li jingħata lill-pulizija għal xogħol extra duty li hu xogħol li jsir minn pulizija għal organizzazzjonijiet, individwi u kumpaniji se jibda jkun intaxxat separatament b'rata ta' taxxa ta' 15 fil-mija.", "Estensjoni tal-Benefiċċju 'In Work'", "Koppja fejn persuna waħda biss tkun fl-impjieg bi dħul baxx u fejn hemm ulied dipendenti li għandhom inqas minn 23 sena se jingħataw il-benefiċċju ta 'In-Work'.", "Dan se jkun qed jiġi estiż għal dawk il-familji b'persuna waħda li taħdem bi qligħ ta' bejn €6,600 u €12,700.", "Il-beneficcju massimu se jkun ta' €150 għal kull wild.", "Madwar 3,700 familja u kważi 5,000 tifel u tifla, li ħafna minnhom jinsabu f'riskju ta' faqar, se jibbenefikaw minn din il-miżura.", "L-inċentiv li t-tieni ġenitur jidħol jaħdem se jibqa'.", "Fil-fatt fejn iz-żewġ ġenituri ikunu f'impjieg, il-benefiċċju jogħla għall-massimu ta' €1000 kull wild.", "Żieda medja ta' €5 fil-ġimgħa għal 20,000 pensjonant", "Mal-20,000 pensjonant se jibdew igawdu sa 5 ewro żieda fil-ġimgħa, sakemm jibdew jitħallsu ż-żidiet dovuti kull sena sakemm kull pensjonant jibda jirċievi pensjoni minima nazzjonali ekwivalenti għal 60 fil-mija tad-dħul medju nazzjonali.", "L-Għotja lil anzjani ta' iktar 75 sena", "L-anzjani li jkollhom minn 75 sena 'l fuq se jibqgħu jirċievu l-għotja ta' €300 fis-sena.", "Fond pilota għal Live-In Carers", "Se jitwaqqaf fond pilota ta' miljun ewro li minnu, familji li għandhom anzjan/anzjana dipendenti u li hemm bżonn ta' kura kostanti, se jkun qed jingħatalhom sussidju meta dawn jimpjegaw, fuq bażi ta' full-time carer għal dan/din l-anzjan/a. Mill-fond allokat, huwa stmat li madwar 160 anzjan se jingħatalhom din it-tip ta' għajnuna.", "Huwa propost li dan is-sussidju jammonta għal €6,300 fis-sena għal kull anzjan/a bejn l-età ta' 65-74, u sussidju ta' €6,100 għal dawk ta' età minn 75 sena 'l fuq, meta dawn jipprovdu dokumenti li qed jimpjegaw carer għal dan l-iskop.", "Meta kkumparat li dawn il-160 anzjan jidħlu f'xi istituzzjoni, dan jammonta għal spiża ta' madwar €2.35 miljun.", "Għalhekk, b'dan il-fond ta' miljun ewro, il-Gvern se jkun qiegħed jiffranka d-differenza ta' madwar €1.35 miljun.", "Estiż il-programm ta' Childcare b'xejn", "Din is-sena l-Gvern se jkomplu bil-programm ta' Childcare b'xejn b'valur ta'€5,000 għal kull wild.", "Childcare Centres Ġodda", "Hu ppjanat li jinfetħu Child Care Centres ġodda għat-tfal f'Ħaż-Żebbuġ, San Ġiljan, u Wied il-Għajn.", "Eżenzjoni għall-First Time Buyers", "L-eżenzjoni mill-boll għal first time buyers ser tiġi estiża.", "Il-Gvern se jġedded dan il-programm sa tmiem is-sena d-dieħla sabiex iż-żgħażagħ jiffrankaw sa €5,000 fuq l-ewwel dar tagħhom.", "Dan se jkun b'seħħ b'lura għal konvenji li sena mill-1 ta' Lulju li għadda meta għalaq il-programm l-ieħor.", "Dawk il-first time buyers li laħqu għamlu konvenju u kuntratt wara l-ewwel ta' Lulju se jingħataw refund tal-boll li ħallsu.", "Penali fuq Proprjeta' Kummerċjali Abbandunata", "Il-Gvern jixtieq jgħolli l-livell tal-ambjent li ngħixu fih u l-proprejatà abbandunata hija fattur li tkerrah il-bliet tagħna.", "Għal dan il-għan il-Gvern qal li se jikkonsulta l-pubbliku u s-settur tal-proprejeta biex jiġi mfassal pjan biex għall-ewwel darba jiġi stabbilit obbligu fil-liġi li proprjetà tinżamm fi stat tajjeb.", "L-ewwel fil-mira tal-Gvern se jkun bini kummerċjali bħal showrooms li tħallew mitluqa u miftuħa, u f'ċertu każijiet b'mod perikolużfejn faċilment jista' jweġġa' xi ħadd", "Rifużjoni ta' VAT imħallsa fuq it-taxxa ta' reġistrazzjoni tal-karozzi", "Is-sena li jmiss se jitħallsu lura l-ammont kollu ta' taxxa lil dawk li rreġistraw vettura matul l-2005.", "Għalhekk matul is-sena d-dieħla se tinħareġ skema oħra għal min irreġistra vettura bejn l-1 ta' Jannar u l- 31 ta' Diċembru 2005 u kien eliġibbli fl-iskema li kienet inħarġet matul l-2014.", "Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena d-dieħla se jkunu tħallsu lura b' kollox madwar €9.7 miljun f'taxxa li kienet inġabret żejda.", "Kontribuzzjoni Ambjentali ta' 50ċ minn kull turist", "Il-Gvern ħa d-deċiżjoni li mill-1 t'April 2016, se tiddaħħal kontribuzzjoni ambjentali li se titħallas mit-turisti kollha, mill-eta' ta' 18 il-sena 'l fuq, li jżuru pajjiżna.", "Din se titħallas bir-rata ta' 50 ċentezmu għal kull lejl li t-turist iqatta' Malta, iżda sa massimu ta' €5 għal kull żjara.", "Għal dan il-għan ser isiru d-diskussjonijiet kollha mal-partijiet involuti dwar it-twettiq ta' din il-miżura.", "Id-dħul minn din il-miżura, li mistenni jkun ta' madwar €5 miljuni, ser jitħaddem mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp Ta' Żoni Turistiċi bil-għan li jsir upgrading, titjib u manutenzjoni ta' żoni pubbliċi ewlenin fil-pajjiż.", "Żieda ta' 3 ċenteżmi fid-dazju tal-petrol u d-diesel u 30 ċenteżmu fuq is-sigaretti", "Miżuri oħra fiskali jinkludu d-dazju tas-sisa fuq il-fjuwil li se jogħla bi 3 ċenteżmi fuq il-petrol u 3 ċenteżmi fuq id-dijżil.", "Minkejja ż-żieda iżda, il-Ministru Scicluna qal li minn Jannar tas-sena d-dieħla l-prezzijiet tal-fjuwis se jonqsu – 3 ċenteżmu fuq il-petrol għal ewro u 32 ċenteżmu kull litru u 4 ċenteżmi fuq id-dijżil għal ewro u 22 ċenteżmu kull litru.", "Se tiżdied is-sisa fuq it-tabakk bi 30 ċenteżmu; kif ukoll fuq iż-żjut lubrikanti b'żewġ ċentżmi, u s-siment b'5 ewro.", "Se titneħħa l-ekokontribuzzjoni fost orhajn fuq il-basktijiet tal-plastik u kontenituri tal-plastik u minflok ser tidhol fuqhom is-sisa biex jinqata l-abbuz u fl-istess waqt ser ikun hemm ukoll taxxa tas-sisa fuq ic-chewing gum.", "Ingaġġ ta' spetturi tax-xogħol biex jiġġieldu l-prekarjat", "Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern se jkun qed jingaġġa seba' spetturi tax-xogħol u staff ieħor biex ikunu mħarsa wkoll ir-regolamenti tal-Gvern kontra x-xogħol prekarju.", "Id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali se jkun ukoll qed jippubblika u jqassam Charter bil-kundizzjonijiet bażiċi tax-xogħol f'kull dar f'Malta u Għawdex sabiex il-partijiet kollha involuti, inklużi ħaddiema f'setturi vulnerabbli, ikunu mgħarrfa bil-kundizzjonijiet bażiċi li huma jistennew li jkollhom fil-postijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom.", "Budget li jrid iwassal biex fi żmien tliet snin it-tfal kollha f'familja fejn minn tal-inqas taħdem persuna waħda jkunu ħarġu mill-faqar.", "L-uniku gvern fl-istorja li naqqas kull sena t-taxxa tad-dħul u li żied il-pensjonijiet fi kwart ta' seklu għat-tieni darba konsekuttiva.", "L-ikbar tliet miżuri ta' dan il-baġit huma;", "Kull min hu fuq il-paga minima se jieħu żieda", "Se jiżdied id-dħul tal-pensjonanti", "Se tiżdied l-għajnuna lil eluf ta' familji li jgħixu f'post mikri", "Miżuri li jinċentivaw lin-nies biex jaħdmu", "Fl-aħħar żewġ baġits daħlet l-iskema tal-in work benefit fejn fl-ewwel sena kienet għal familji bi dħul baxxa u żewġ ġenituri li jaħdmu u din is-sena kienet estiża għal familji bi dħul baxx fejn jaħdem ġenituri wieħed.", "Din is-sena l-gvern se jgħolli c-ceiling.", "Għal koppji li jaħdmu t-tnejn is-ceiling se jogħla minn €20,400 għal €24,000 fis-sena.", "Għas-single parents li jaħdmu s-ceiling se jogħla minn €15,000 għal €16,500 fis-sena.", "Filwaqt li koppji fejn wieħed biss jaħdem is-ceiling se jogħla minn €13,000 għal €16,500 fis-sena.", "Għal koppji li se jaħdmu tnejn il-benefiċċju se jiżdied minn €1,000 għal €1,200 fis-sena.", "Għas-single parents li jaħdmu ir-rati se jgħolew b'€50 fis-sena għal €1,250 fis-sena.", "Filwaqt li għal koppji fejn wieħed biss jaħdem ir-rati se jgħolew minn €150 sa massimu ta' €350 fis-sena skont id-dħul.", "Se ssir riforma fl-għajnuna supplimentari li titħallas lill-ħaddiema miżżewġin u m'għadndhomx tfal u ma jiħdux childrens allowance.", "Is-ceiling se jiżdied minn €11,089 għal €13,000.", "Iżda, mhux biss.", "Persuni single li jaħdmu u d-dħul tagħhom ma jaqbiżx id-9,012 se jibbenefikaw minn żieda ta' €126.36.", "Minn din ir-riforma se jgawdu mal-ħdax-il elf koppja u ħames t'elef persuna single.", "Total ta' sebgħa u għoxrin elf persuna.", "Permezz ta' dawn ir-riformi u meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-COLA kull min qiegħed bil-Minimum wage se jiżdied b'minn tal-inqas erbgħa ewro fil-ġimgħa, jew mitejn u tmin ewro fis-sena.", "Żieda li se jerfagħħha kollha l-gvern.", "Inizjattivi biex ikattru l-investiment", "Dawn kienu tnejn mill-miżuri mħabbra waqt il-qari tal-baġit għall-2017, li jinkludi numru ta' inizjattivi maħsuba biex ikattru l-investiment.", "Il-Gvern se jinvesti €30 miljun f'Bank ta' Żvilupp li se jkollu kapital awtorizza ta' €200 miljun.", "Mill-fond strateġiku ta' investiment, grazzi għall-miljuni ta' ewro li daħlu mill-programm ta' ċittadianza b'investiment, se jkunu investiti miljuni ta' ewro f'diversi oqsma.", "Se ssir reviżjoni li biha persuni bi dħul minn dividends jiffrankaw bejniethom maż-żewġ miljun ewro.", "Wara li sar \"memorandum of understanding\" bejn il-Gvern u l-kumpanija Huawei, se jsir ċentru konġunt ta' innovazzjoni bejn l-Università ta' Malta u l-Huawei għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-informatika.", "Drittijiet tal-Ħaddiema", "Wara diskussjonijiet bejn l-imsieħba soċjali fi ħdan il-Bord għar-Relazzjonijiet Industrijali, matul is-sena li ġejja se jidħlu fis-seħħ emendi importanti fil-liġi tax-xogħol.", "Is-sena 2017 se tkun sena li fiha d-Dipartiment tax-Xogħol, minbarra li jkompli jaħdem bis-sħiħ kontra l-prekarjat, jibda jagħmel użu minn sistema elettronika aġġornata li qed tiġi żviluppata li permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru spezzjonijiet f'postijiet tax-xogħol f'anqas ħin u b'aktar effiċjenza.", "Fil-kuntest tal-proposta li għandu jingħata ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur, fl-2017 se jinfetaħ proċess ta' konsultazzjoni mal-istakeholders kollha involuti, inklużi dawk involuti f'aġenziji ta' xogħol temporanju, biex jinġabar tagħrif sħih dwar l-implikazzjonijiet kollha ta' pass bħal dan li permezz tiegħu l- paga u l-kundizzjoniet tax-xoghol ta' ħaddiema ta' kuntrattur (sub- contractor) ikunu fuq l-istess livell bħal dawk tal-ħaddiema li jkunu tal-post fejn huma jkunu qed jaħdmu.", "Leave tal-mard (sick leave)", "Il-Gvern se jniedi proċess ta' konsultazzjoni dwar il-proposta li ġenitur ikun jista' jibbenefika minn leave tal-mard meta jimirdu t- tfal.", "Għajnuna finanzjarja f'każ ta' inċident fatali jew gravi fuq il-post tax-xogħol.", "Matul is-sena id-dieħla l-impjegati kollha fis-servizz pubbliku se jkunu qed jingħataw aktar dettalji fuq din il-miżura.", "Il-bidliet fil-qasam tas-saħħa", "Fil-qasam tas-saħħa se jibqgħu l-prijoritajiet li jonqos iż-żmien ta' stennija għall-operazzjonijiet u fl-emerġenza fost oħrajn.", "Is-sena d-dieħla se tkompli tkun estiża l-kura primarja u jingħata bidu għal hub reġjonali fis-sit fejn kien hemm il-ground Pace Grasso.", "Se jibda wkoll il-proġett li se jwassal għal ċentru ta' saħħa ġdid f'Ħal Kirkop.", "Is-sena d-dieħla se tibda ħidma li għandha twassal biex fis-snin li ġejjin ikollna sptar speċjalizzat fil-kura għall-ommijiet u t-tfal.", "Il-proġett pilota li li jwassal għal mediċini fid-djar tal-pazjenti l-fuq minn sebgħin sena jew li għandhom problemi ta' mobbiltà se jilħaq aktar lokalitajiet.", "Bil-għan li jindirizza l-problema tad-dijabete, se jiddaħlu mediċini ġodda fil-formolarju tal-gvern u nintroduċu insulini ġodda.", "Se jingħataw b'xejn ukoll glucose sticks għal min ibati mid-dijabete tat-tip wieħed u tip tnejn.", "Il-pazjenti bid-dijabete se jkollhom benefiċċji ġodda.", "Pazjenti dijabetiċi bil-kartuna s-safra se jibdew jibbenefikaw minn kura dentali bla ħlas; sussidju fuq in-nuċċalijiet; aċċess għal antibijotiċi b' xejn, kif ukoll kontra l-kura taz-zokkor.", "Fil-formolarju tal-Gvern se jidħlu wkoll mediċini ġodda kontra l-kanċer.", "Il-Gvern se jikkonsulta mal-imsieħba soċjali dwar l-introduzzjoni ta' \"leave\" mediku speċjali bi ħlas b'żieda mal-\"leave\" ta' mard statutorju lil ħaddiem li jkunu qed jieħdu xi forma ta' kura kontra din il-marda.", "Se jkun hemm iktar persuni li jibbenefikaw mill-karta r-roża u għalhekk iktar mediċini b'xejn.", "Filwaqt li l-gvern se jniedi proċess ta' konsultazzjoni dwar il-proposta li ġenitur ikun jista' jibbenefika minn leave tal-mard meta jimirdu t-tfal.", "Mill-ewwel ta Jannar se jsir kontra l-liġi tipjip f'karozzi fil-preżenza tat-tfal.", "Edukazzjoni", "Għat-tielet sena konsekuttiva, se jinbnew tliet skejjel ġodda.", "Din id-darba f'San Pawl il-Baħar, Marsascala, u r-Rabat Għawdex.", "Se jinbena ċentru ġdid għall-ħarsien tat-tfal fl-iskola Primarja ta' San Ġiljan.", "Dan flimkien ma' xogħol fi skejjel oħra.", "Għal sena oħra se jerġgħu jiżdiedu l-istipendji \"pro rata,\" biż-żieda għall-għoli tal-ħajja.", "Dawk li jattendu l-Alternative Learning Programme f'Raħal Ġdid se jieħdu stipendju.", "Studenti b'diżabbiltà u studenti li jgħixu fid-djar tal-Knisja u konservatorji se tingħatalhom b'mod awtomatiku l-għotja supplimentari mal-istipendju.", "Għas-sena d-dieħla wkoll se jkunu allokati €400,000 għal ħaddiema minn skejjel statali u minn skejjel oħra li jitolbu \"leave\" mħallas biex ikollhom ċans jistudjaw.", "Se jkunu investiti madwar seba' miljun ewro fl-Università fi proġett kapitali li jinkludi l-estensjoni ta' laboratorji, faċilitajiet, residenza u parkeġġ f'Tal-Qroqq.", "Investimenti oħra se jsiru fl-MCAST.", "Ġustizzja", "Fl-2017 se jkunu qed jitwettqu dawn il-miżuri prinċipali fil-qasam tal-ġustizzja", "Fl-2017 se jiżdiedu tlett awli ġodda fil-bini tal-Qorti biex l-ammont ta' awli jitla' għal 27 u nagħmlu faċilitajiet infrastrutturali oħra bħal-librerija u training room ġdida.", "Se jsir studju dwar jekk wasalx il-mument li f'pajjiżna jkollna mill-ġdid sezzjoni tal-Kummerċ fi ħdan il-Qorti Ċivili.", "Se tkompli tissaħħaħ l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u titwettaq il-wegħda li jiġi assenjat imħallef biex iservi fil-Qorti ta' Għawdex.", "Se jkomplu jiżdiedu r-riżorsi u jitjiebu iktar il-faċilitajiet eżistenti fil-Qorti tal-Familja.", "Fl-2017 se jkun estiż il-proġett pilota tas-sistema ġdida tal- informatika fil-kamp kriminali.", "F'Diċembru 2014, Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u Kurt Farrugia żaru l-Ażerbajġan għal laqgħat mal-President tal-Ażerbajġan, .", "Id-delegazzjoni ma kinitx akkumpanjata minn ġurnalisti jew rappreżentanti taċ-ċivil.", "Iż-żjara l-Ażerbajġan ġiet żvelata biss mill-gazzetta \"The Sunday Times of Malta\" dakinhar stess.", "Il-ftehim għax-xiri taż-żejt li irriżulta minn din iż-żjara ġie ffirmat mingħajr rappreżentanza mill-Kumitat għax-xiri taż-żejt.", "F'April tal-2015, Muscat reġa' jżur l-Ażerbajġan.", "Għall-darb'oħra, iż-żjara l-Ażerbajġan ma ġietx akkumpanjata la mill-media u lanqas minn rappreżentanza miċ-ċivil.", "Muscat iħabbar \"reshuffle\" fil-Kabinet fit-28 t'April 2016 wara li isem Konrad Mizzi deher fl-hekk imsejħa .", "Muscat neħħa lil Mizzi minn Ministru tas-Saħħa u l-Enerġija, filwaqt li żammu bħala Ministru bla portafoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.", "Il-Prim Ministru nnifsu ħa r-responsabbiltà tas-settur tal-enerġija filwaqt li Chris Fearne laħaq Ministru tas-Saħħa.", "Fl-istess jum tħabbar li Konrad Mizzi kien se jirriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.", "Nhar l-20 ta' April, Daphne Caruana Galizia, fil-blogg tagħha allegat li l-kumpanija Egrant hija ta' Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru, u li minn din il-kumpanija għaddew mal-$1 miljun mingħand bint il-mexxej tal-Ażerbajġan, Ilham Aliyev.", "Fil-blogg ta' Caruana Galizia, u anke fil-media tal-Partit Nazzjonalista ingħad li hemm dokumenti li jippruvaw li l-kumpanija Egrant hi ta' Michelle Muscat.", "L-istorja qajmet furur u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil talab għar-riżenja ta' Muscat.", "Il-PN beda kampanja biex Joseph u Michelle Muscat ikunu arrestati, b'banners ma' diversi każini li juru lil Muscat fil-ħabs.", "F'konferenza tal-aħbarijiet f'Kastilja, il-Prim Ministru ċaħad kategorikament, \"u naħlef f'ismi, f'isem marti u l-familja tiegħi li kelli qatt kelli jew għandi xi tip ta' kont jew kumpanija mhux dikjarati f'Malta jew barra.\"", "Żied jgħid li la hu u lanqas martu qatt iffirmaw dokumenti biex jitrasferixxu ishma ta' xi kumpanija fuqu fil-futur.", "Muscat kompla jgħid li hu u martu, qabel ma daħal għall-ħajja politika iddeċidew li jiftħu mill-inqas libelli u jagħtu kas mill-inqas lil Daphne Caruana Galizia.", "Minkejja dan, Joseph Muscat qal li f'dan il-mument ma jistax ma jiħux azzjoni, \"speċjalment meta dan huwa sostnut bl-aktar mod inetiku mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-media tal-Partit Nazzjonalista.\"", "Muscat qal li hu u martu se jkunu qed jiftħu proċeduri legali kontra Daphne Caruana Galizia u l-mezzi tax-xandir tal-PN, \"talli qegħdin jirrepetu din il-gidba faħxija.\"", "Muscat appella wkoll li jekk hemm xi ħadd għandu l-iċken prova, din tinħareġ b'mod immedjat, u jsiru l-verifiki kollha neċessarji tal-awtentiċità, \"għaliex jekk hawn min wasal biex jagħmel din l-ikbar gidba faħxija, xejn ma neskludi li hawn min hu lesti li jagħmel il-falsifikazzjonijiet.\"", "Muscat qal li hu m'għandu xejn x'jaħbi u li, \"nittama li qabel rikeb fuq dan il-karru moqżież, Simon Busuttil għamel il-verifiki tiegħu,\" waqt li sostna li se jżomm responsabbli lill-Kap tal-Oppożizzjoni.", "Il-Prim Ministru talab li ssir Inkjesta Maġisterjali.", "Nhar it-22 ta' Lulju 2018, wara kważi sena u nofs, l-Inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant ikkonkludiet li l-ishma f'din il-kumpanija ma kinux tal-Prim Ministru Joseph Muscat, ta' martu Michelle, jew ta' xi membru tal-familja tagħhom.", "Il-konklużjonijiet prinċipali tal-inkjesta ġew ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "L-inkjesta stabbiliet li l-Prim Ministru u martu ma kinux involuti f'korruzzjoni jew f'ħasil ta' flus u xejnet l-allegazzjoni li kien hemm miljun dollaru li ġew trasferiti mill-kont bankarju tal-familja Aliyev fl-Ażerbajġan għall-kont ta' Egrant.", "L-inkjesta tal-Maġistrat Bugeja sabet li ġew falsifikati dokumenti u firem, dikjarazzjonijiet ta' xhieda ewlenin li ma qablux, u li l-allegazzjoni li c-Chairman tal-Bank Pilatus ħa evidenza f'bagalji ma ġietx sostnuta b'filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà.", "L-inkjesta maġisterjali ntalbet tara wkoll jekk il-Prim Ministru jew membri tal-familja tiegħu jew John Dalli, Keith Schembri u Konrad Mizzi għandhomx kontijiet bankarji fil-bank Pilatus u jekk xi ħadd minnhom kienx involut f'xi transazzjonijiet suspettużi jew f'atti ta' korruzzjoni jew ħasil ta' flus ma' persuni mill-Azerbaijan bil-Bank Pilatus.", "Dwar dan, il-Maġistrat Bugeja kkonkluda li ma nstabx li xi ħadd minn dawn il-persuni setgħu kienu involuti f'korruzzjoni, ħasil ta' flus jew transazzjonijiet finanzjarji suspettati minn kontijiet ta' Ażeri esposti politikament permezz ta' kontijiet fil-Bank Pilatus.", "Din il-konklużjoni twieġeb għall-allegazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia li aktar minn miljun dollaru ġew trasferiti f'salt minn kumpanija fl-Azerbaijan għall-kumpanija Egrant.", "Nhar l-1 ta' Mejju 2017, 11-il jum biss wara l-allegazzjoni serja ta' Daphne Caruana Galizia u l-instabbiltà li nħolqot fil-pajjiż bl-akkużi ta' korruzzjoni fil-konfront tal-Prim Minustru u ta' martu, Muscat ħabbar waqt mass meeting tal-Partit Laburista fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħaddiem, li wara, dakinhar stess kien se jmur għand il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta' Sant'Anton biex jissuġġerilha li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji dakinhar stess, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir is-Sibt 3 ta' Ġunju 2017.", "Għall-Elezzjonijiet Ġenerali, 333,380 kienu eliġibbli li jivvutaw, wara waħda mill-iqsar kampanji elettorali fl-istorja ta' Malta, uffiċjalment ħames ġimgħat.", "Il-Partit Laburista kiseb 170,976 vot; 35,280 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 135,696 vot; u bħala persentaġġi l-PL ġab 55% u l-PN 43.7%, kważi ripetizzjoni tal-istess riżultat tal-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta).Fil-fatt din kienet l-ikbar rebħa elettorali f'Malta minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sal-lum.", "Fid-9 ta' Ottubru 2017, tressaq il-Budget għall-2018, budget li ma kien fih ebda żieda fit-taxxa, filwaqt li kien fih pakkett ta' miżuri u benefiċċji b'valur ta' €35 miljun li ser jolqtu prattikament lill-ħaddiema u l-pensjonanti kollha.", "Il-mira tal-\"Budget\" hija li l-Gvern anke s-sena d-dieħla jkollu \"surplus\" ta' madwar €100 miljun b'riżultat taż-żieda fl-attivita ekonomika li tiġġenera aktar dħul għall-Gvern.", "Benefiċċji għall-Ħaddiema", "Bit-tema, Malta lesta għall-futur, il-\"Budget\" fost oħrajn jinkludu benefiċju għal madwar 200,000 ħaddiem li s-sena d-dieħla se jirċievu \"rebate\" tat-taxxa li jvarja bejn €40 u €68 li se jitħallas anke lil persuni li ma humiex taxxabbli.", "Ser tiżdied ġurnata mal-leave tal-ħaddiema.", "Mal-200,000 ħaddiem, is-sena id-dieħla ser jirċievu rebate tat-taxxa li jvarja bejn €40 u €68 li ser jitħallas anke lill-persuni li ma humiex taxxabbli.", "Ser tiżdied ġurnata mal-leave tal-ħaddiema biex tibda titwettaq il-weghda tal-kumpens għall-festi pubbliċi li jaqgħu fit-tmiem il-ġimgħa.", "Il-ħaddiema fil-\"community workers' scheme\" ser jingħataw żieda ta' €200 fix-xahar.", "Il-Gvern ser jalloka €10 miljun biex isewwi l-inġustizzji ma' bosta kategoriji ta' ħaddiema.", "Benefiċċji lill-Pensjonanti", "Minbarra l-kumpens tal-għoli tal-ħajja li se jkun ta' €1.75 fil-ġimgħa, il-pensjonanti kollha anke dawk li jirċievu pensjoni mhux kontributorja, ser jingħataw żieda oħra ta' €2 fil-ġimgħa, waqt li mhux ser iħallsu taxxa fuq l-ewwel €13,200.", "Għall-pensjonanti wkoll, il-Gvern ser jerga' joħroġ bond iehor 62+ b'rata ta' imgħax vantaġġjuża.", "Ġenituri li jadottaw ser jingħataw għotja ta' €10,000 waqt li l-benefiċċju tal-\"foster carers\" ser jiżdied minn €70 għal €100 fil-ġimgħa.", "Edukazzjoni", "Fil-qasam tal-edukazzjoni fuq medda ta' sentejn, ser jispiċċa l-ħlas għall-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC, miżura li tista' €2 miljun.", "Mill-2018, ser ikun provdut trasport b'xejn ghat-tfal fl-iskejjel privati u tal-Knisja.", "Ser tkun estiża l-iskema tat-trasport pubbliku b'xejn li din is-sena kienet għall-persuni li għalqu 18-il sena li minnha ser igawdu ż-żgħażagħ fl-età bejn is-16 u l-20 sena.", "Tħabbret ukoll eżenzjoni mit-taxxa ta' sena jew sentejn għal min jikseb Masters jew Phd wara kors \"full-time\" b'ċerti kundizzjonijiet.", "Suq tal-Propjetà", "Il-Budget fih sensiela ta' miżuri għas-suq tal-propjetà.", "Fost oħrajn ser tkun estiza l-iskema tal-\"first-time buyers\" u issa persuni li jbiegħu l-propjetà tagħhom u jixtru propjetà oħra minflokha ser jibbenefikaw sa €3,000 ħelsien mit-taxxa tal-boll.", "Fis-suq tal-kera fost oħrajn ser tiddaħħal ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kirjiet biex is-sidien u l-kerrejja igawdu mill-protezzjoni tal-liġi u ser issir reviżjoni tal-liġi tal-kera.", "Il-Gvern ser iwessa' l-kriterji għas-sussidju tal-kera li għandu jgħin l-iżjed lill-pensjonanti.", "Miżura oħra hija għotja mill-Gvern ta' €25,000 għat-tiswija ta' djar abbundannati li s-sidien tagħhom ikunu lesti jirranġawhom u jgħadduhom lill-Awtorità tad-Djar għal 10 snin għall-akkomodazzjoni soċjali.", "L-anzjani li joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern u jirritornaw iċ-ċwievet meta jidħlu fid-djar tal-anzjani ser jibbenfikaw billi jonqos minn 80 għal 60% l-ammont li jitnaqsilhom mill-pensjoni.", "Trasport", "Ser titneħħa t-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi \"hybrid\" u tal-elettriku.", "Akkomodazzjoni soċjali", "Trasport u Infrastruttura", "Għawdex", "Edukazzjoni u Sport", "Bit-tema, Malta inkomplu nikbru flimkien, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ppreżenta l-Baġit b'nefqa ta' 5,000 miljun ewro.", "Il-baġit ma kienx fih taxxi ġodda u fost il-miżuri li tħabbru kien hemm żewġ bonuses għal ħaddiema flimkien mal-kumpens għall-għoli tal-ħajja.", "Ser tonqos ukoll ir-rata tat-taxxa fuq is-sahra u tħabbar bonus għal kull tarbija li titwieled jew tiġi adottata.", "Fil-baġit fost oħrajn tħabbret ukoll żieda fil-pensjonijiet.", "Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta' €3.49 ċenteżmu fil-ġimgħa.", "Minbarra din iż-żieda, il-Gvern ser jagħti wkoll bonus ta' darba ta' €15-il ewro lil familji ta' persuna waħda u €35 lil familji ta' aktar minn persuna waħda biex tagħmel tajjeb għal żidiet fil-prezz tal-ħalib li s'issa ma nqabditx bis-sistema tal-COLA.", "Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll li t-tax refund lil mitejn elf ħaddiem li għandhom dħul inqas minn sittin elf ewro fis-sena ser jerġa' jingħata u ser ivarja bejn €40 u €68, bl-ogħla rata titħallas lil dawk li għandhom dħul baxx.", "Ħaddiema u pensjonanti", "Akkomodazzjoni", "Ambjent u Infrastruttura", "Trasport", "Edukazzjoni u skejjel", "Saħħa u persuni b'diżabilità", "Għawdex", "Sigurtà", "Nhar it-Tnejn 16 ta' Ottubru 2017, fit-3.00 p.m., il-karozza li kienet fiha Daphne Caruana Galizia splodiet u l-ġurnalista mietet fuq il-post.", "Fi stqarrija f'Kastilja madwar siegħa u nofs wara d-delitt, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dak li seħħ hu inaċċettabbli fuq kull livell.", "Ikkundanna bla riżervi dan \"l-attakk barbaru fuq il-persuna u l-liberta' tal-espressjoni f'pajjiżna.\"", "Muscat qal li filwaqt l Caruana Galizia kienet kritika ħarxa tiegħu, kemm politikament kif ukoll personalment, \"madanakollu ma nista' nuża qatt dan il-fatt biex jiġġustifika bl-ebda mod possibbli dan l-att barbaru li jmur kontra kull dinjita' u kull ċiviltà.\"", "Qal li ta struzzjonijiet lill-pulizija kif ukoll lis-servizzi kollha tas-sigurta' fil-pajjiż biex jieħdu kull miżura biex il-ħati jew ħatja jitressqu quddiem il-ġustizzja.", "Ta struzzjonijiet biex tiġi mitluba assistenza minn korpi tas-sigurta' minn pajjiżi oħra fl-investigazzjonijiet.", "Muscat qal li hu l-Prim Ministru ta' kulħadd u s-saħħa tad-demokrazija tagħna toħroġ f'mumenti bħal dan, fejn irridu nkunu lesti niddefendu l-prinċipji tagħna u d-drittijiet ta' kull wieħed u waħda minna.", "Hu appella għall-għaqda nazzjonali u mhux se jistrieħ sakemm issir ġustizzja għaliex il-pajjiż jistħoqqlu ġustizzja.", "\"Kulħadd għandu dritt jikteb u jgħid li jrid f'pajjiżna u min iħossu nġurjat, għandu d-dritt tal-protezzjoni tal-Qrati u ebda rimedju ieħor.", "Mhux se nistrieħ qabel nara li ssir ġustizzja f'dan il-każ.", "Għaliex pajjiżna jistħoqqlu ġustizzja,\" temm il-Prim Ministru.", "7 ġimgħat biss wara l-assassinju ta' Caruana Galizia, nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru 2017, operazzjoni kbira fl-inħawi tal-Menqa fil-Marsa twassal biex jiġu arrestati l-aħwa Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat.", "Din l-operazzjoni kienet fost l-akbar li qatt saret f'Malta u li rat is-sehem tal-Pulizija u l-Forzi Armati.", "Ftit wara, Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet f'Kastilja li fiha ta dettalji dwar l-operazzjoni.", "Fid-19 ta' Diċembru bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda", "Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Prim Ministru ta' Malta u Mexxej tal-Partit Laburista, fl-1 ta' Diċembru tal-2019.", "Wara l-elezzjoni interna fil-Partit li seħħet nhar il-11 ta' Jannar, 2020, l-avukat Robert Abela intagħżel bħala l-Mexxej il-ġdid, Muscat irriżenja minn Prim Ministru.", "Joseph Muscat huwa miżżewweġ lil Michelle imwielda Tanti (kienet Assistenta Personali ta' Alfred Sant), u għandu żewġ bniet tewmin: Etoile Ella u Soleil Sophie."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15260", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15260", "title": "Martin Luther King Jr.", "text": ["Martin Luther King Jr.", "Martin Luther King (15 ta' Jannar 1929 – 4 ta' April 1968) kien qassis Amerikan, mexxej Afro-Amerikan fil-moviment għad-drittijiet ċivili, l-iktar vuċi importanti għall-Amerikani Afrikani skur tal-Istati Uniti tal-Amerika.", "King kien mexxej kariżmatiku, li jiġbed il-folol warajh bil-kelma mqanqla tiegħu.", "L-isforzi tiegħu għenu biex jitfassal is-\"Civil Rights Acts\" fl-1964 u l-\"Voting Rights Act\" sena wara.", "Fl-1964 ġie unurat bil-Premju Nobel għall-Paċi.", "King twieled fil-15 ta' Jannar - mill-1983, dan il-jum sar Jum Nazzjonali fl-USA - tal-1929, f'Atlanta fl-Istati Uniti tal-Amerika.", "Missieru kien \"pastor\" Battista.", "Sa minn ċkunitu Martin beda jara l-inġustizzji kbar li kienu jeżistu kontra l-Amerikani Afrikani.", "Qabel ma beda jmur l-iskola hu u oħtu kienu jilagħbu ma' żewġt itfal bojod.", "Meta marru l-iskola għall-ewwel darba, iż-żewġt itfal bojod marru fi skola għall-bojod waqt li Martin u oħtu marru fi skola għas-suwed.", "Minn dakinhar omm it-tfal bojod ma ħallithomx jilagħbu iżjed magħhom għax suwed.", "Fi tmiem l-ewwel sena tal-iskola, is-surmast ħadhom ħarġa.", "Dak iż-żmien l-Amerikani Afrikani kien ikollhom iċedu posthom fuq il-karozza tal-linja.", "King jgħid li qatt ma ħass qalbu sewda daqs dakinhar.", "Fi tfulitu kien iħobb jisma' l-mużika sewda, l-iktar dik tal-kantanta Bessie Smith.", "Din il-kantanta sewda mietet wara inċident tat-traffiku għax ma ridux jagħtuha kura fi sptar tal-bojod.", "Dak li King kien qed jara madwaru kien l-iskjavitu tal-Amerikani Afrikani.", "Il-faqar kien mifrux ħafna fosthom.", "Kienu jiġu mċaħħda minn impjiegi mħallsa tajjeb, edukazzjoni xierqa u djar tajbin.", "Ma kinux jitħallew jidħlu f'ġonna pubbliċi, ħotels jew ristoranti.", "Gradwa mill-MoreHouse College u ta' 26 sena ħa d-Dottorat fit-Teoloġija mill-Università ta' Boston.", "Ta' 18-il sena kien diġà ġie ordnat ministru Battista u sar \"assistant pastor\" fil-knisja ta' missieru f'Atlanta.", "F'waħda mill-ewwel priedki tiegħu qal hekk:", "\"Alla huwa l-Missier ħanin tal-popli kollha, fosthom l-Amerikani Afrikani.", "Għalhekk, aħna lkoll, Bojod u Suwed, aħna aħwa.", "La l-kulur tal-ġilda tiegħek, lanqas ir-reliġjon tiegħek mhuma qatt ħa jkissru din il-fraternita.", "Għax is-Suwed għandhom ġilda skura, m'għandhomx jiġu mċaħħda mid-drittijiet fundamentali tagħhom, l-aspirazzjonijiet ġusti tagħhom, l-opportunitajiet.", "Dan la jagħmel ġieħ lil nazzjon kbir bħal tagħna u lanqas lil Fidi Nisranija tal-Amerikani.\"", "Mill-1954 sa l-1960 serva bħala pastor tal-Knisja Battista ta' Montgomery.", "Fl-1960 reġa' mar ma' missieru bħala \"co-pastor\", servizz li baqa' jagħti sakemm miet.", "King kien beda jinvolvi ruħu fil-moviment għad-drittijiet ċivili fl-1955 meta mexxa l-bojkott tal-karozzi tal-linja ta' Montgomery.", "B'dan il-bojkott spiċċat is-segregazzjoni fuq il-karozzi tal-linja ta' dak il-post, jiġifieri spiċċaw is-seats għall-bojod u seats għal-Amerikani Afrikani.", "Wara dan, King ħeġġeġ lill-Amerikani Afrikani biex jimxu fuq l-eżempju ta' Montgomery u jirbħu d-drittijiet tagħhom mingħajr vjolenza.", "Bħala mexxej tas-Southern Christian Leadership Conference li għen biex titwaqqaf fl-1957, King mexxa dimostrazzjonijiet, marċijiet, \"sit-ins\", u bojkotts f'ħafna bliet kemm fis-sud kif ukoll fin-nord tal-Amerika, fejn ħafna drabi kien jiltaqa' ma' tgħajjar u xi drabi vjolenza.", "Tefgħuh il-ħabs bosta drabi għall-attivitajiet tiegħu fis-sud.", "Fl-1967 sar ukoll mexxej tal-moviment paċifista li ħadem biex iġib fi tmiem il-Gwerra twila tal-Vjetnam.", "King organizza l-Marċ kbir ta' l-1963 f'Washington, għax-xogħol u għad-drittijiet ċivili.", "Fit-28 ta' Awwissu 1963, King għamel id-diskors famuż \"I Have a Dream\", quddiem 200,000 ruħ:", "\"Jien għandi ħolma.", "Għandi ħolma li xi darba fuq l-għoljiet ħomor tal-Georgia it-tfal tal-iskjavi u t-tfal tas-sidien ikunu jistgħu jpoġġu bil-qiegħda fuq l-istess mejda bħall-aħwa.", "Għandi ħolma li meta aħna nikbru u jkollna t-tfal tagħna, dawn ikunu jistgħu jgħixu f'pajjiż li fih ma jiġux iġġudikati mill-kulur tal-ġilda tagħhom imma mill-kwalità tal-karattru tagħhom.", "Iva hekk noħlom.\"", "Fl-4 t'April 1968, meta kien qiegħed Memphis, Tennessee, fejn mar biex jappoġġja lill-kenniesa li kienu qed jistrajkjaw, James Earl Ray, ħabsi maħrub, sparalu tir meta King kien f'gallarija u qatlu.", "King kien għad kellu biss 39 sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15264", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15264", "title": "Papa Piju XII", "text": ["Papa Piju XII", "Papa Piju XII, imwieled Eugenio Maria Giuseppe Pacelli (Ruma, 2 ta' Marzu 1876 – Castel Gandolfo, 9 ta' Ottubru 1958) kien il-260 Papa tal-Knisja Kattolika.", "Eugenio kien it-tielet wild ta' Filippo Pacelli (1837-1916), avukat tas-Sacra Rota u Virginia Graziosi (1844-1920).", "Flimkien ma' ħuh Francesco u ż-żewġ ħutu bniet, Giuseppina u Elisabetta, Eugenio trabba fiċ-ċentru ta' Ruma.", "Ħa l-edukazzjoni tiegħu fi skola privata Kattolika, fil-liċeo tal-Istat \"Ennio Quirino Visconti\" (li kien iddominat minn sentiment anti-Kattoliku), fil-Collegio Capranica, u mill-1894 sal-1899 studja t-teoloġija fl-Università Gregoriana minn fejn ġab id-dottorat fl-1901, meta diġà kien ilu sentejn saċerdot (mill-1899).", "Fl-1902 ggradwa fil-Liġi għalkemm qatt ma pprattika.", "Sa minn età ċkejkna Eugenio ħass li kellu l-\"vokazzjoni\" saċerdotali: fil-ħin ħieles tiegħu kien joqgħod taparsi jqaddes.", "Sa minn meta kellu 8 snin, Don Giuseppe Lais, xjenzat u astronomu, kellu influwenza kbira fuqu, u għal ħafna snin kellu jkun il-preċettur tiegħu.", "Fl-1939, fl-istess jum u xahar li fihom twieled: it-2 ta' Marzu, Pacelli kien elett Papa.", "Huwa kien l-\"għażla obbligatorja\" għall-ħamsa u sittin kardinal li nġabru fil-konklavi ta' Frar 1939.", "Fi żmien fejn id-dinja kienet qed tistenna li tfaqqa' l-gwerra, il-kardinali riedu xi ħadd li kien midħla sew fit-tradizzjoni tad-diplomazija Vatikana - għalhekk huma għażlu s-Segretarju ta' l-Istat li kellu Piju XI.", "Pacelli ħa l-isem ta' Piju XII.", "Ġimgħatejn wara l-inkoronazzjoni ta' Piju XII, Hitler invada ċ-Ċekoslovakkja - pass 'il bogħod minn gwerra dinija.", "Piju XII għamel minn kollox biex ibiegħed il-gwerra.", "Jibqa' magħruf id-diskors tiegħu fuq ir-radju tal-24 ta' Awwissu 1939 li fih qal il-frażi li baqgħet simbolu tal-Pontifikat tiegħu: \"Xejn ma jintilef bil-paċi; kollox jista' jintilef bil-gwerra\".", "Iżda ġimgħa wara, nhar l-1 ta' Settembru, il-Ġermanja invadiet il-Polonja u jumejn wara, Franza, u l-Ingilterra wieġbu għall-attakk; hekk bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Papa Pacelli organizza għajnuna lill-popolazzjonijiet milquta u ħoloq l-uffiċċju informazzjoni fuq il-priġunieri u dawk dispersi.", "Huwa saħansitra issogra ħajtu meta għamilha ta' intermedjarju bejn l-Alleati u l-moviment ta' reżistenza fil-Ġermanja, li fl-1940 kien qed jippjana li jqum kontra Hitler.", "Meta l-Italja ddikjarat li hi wkoll ser tidħol fil-gwerra, il-Vatikan ġie f'pożizzjoni kritika.", "Il-Papa għamel ħiltu sabiex iżomm id-dehra ta' imparzjalità u b'hekk jevita li l-Vatikan jiġi attakkat bħala stat kompliċi mal-Alleati.", "Għalkemm Piju kellu stmerrija lejn il-Komuniżmu, hu ma wera l-ebda sens ta' qbil man-Nażi li pinġew l-attakk fuq ir-Russja bħala gwerra qaddisa antikomunista.", "Madankollu, Piju XII kellu mħabba speċjali lejn il-poplu Ġermaniż u l-kultura tiegħu, u għalhekk hu ħadem sabiex iġib il-paċi li b'xi mod tirrispetta l-interessi leġittimi tiegħu.", "U meta l-gwerra daret favur l-Alleati, il-Papa beża' mill-fatt li l-komunisti kienu ser jirbħu, għalhekk hu ħadem sabiex jintlaħaq ftehim li ma jagħtix rebħa totali la lill-Unjoni Sovjetika u lanqas lill-Ġermanja.", "F'ħajtu u għal xi snin wara mewtu Piju XII kien imfaħħar għal dak kollu li għamel b'riżq il-Lhud.", "Iżda fl-1963, wara d-dramm teatrali \"Il-Vigarju\", bdiet polemika fuq Piju XII, akkużat li ma ħadimx biżżejjed biex jiddefendi l-Lhud, sa ġie definit \"Il-Papa ta' Hitler\".", "Iżda l-istudjuż Lhudi Pinchas Lapide, li kien ukoll il-konslu ta' Israel fl-Italja, jgħid li bejn 70% u 90% tad-950,000 Lhud Ewropew li ħarġu ħajjin mill-Olokawst, jafu dan lil inizjattivi Kattoliċi, inkoraġġiti u sostnuti mill-istess Piju XII.", "Iżda għaliex Piju XII ma kkundannax pubblikament l-atrocitajiet tan-Nażi fl-Olokawst?", "Beża' wisq li ma jibqax newtrali?", "M'hemmx dubju li l-Papa kien infurmat biżżejjed dwar x'kien qed jiġri.", "Madankollu hu żamm is-silenzju.", "Żgur li għal dan kien hemm xi raġuni.", "Dawn huma xi raġunijiet possibli:", "Madankollu ħafna jibqgħu jsostnu li dawn ir-raġunijiet ma humiex biżżejjed biex jiġġustifikaw is-silenzju ta' Piju XII quddiem l-Olokawst - bħala vigarju ta' Kristu hu kien fi dmir li jleħħen l-għajta dgħajfa tal-Lhud u tal-kuxjenza umana tad-dinja kollha.", "Għalhekk id-dibattitu dwar Piju XII li ma tkellimx kontra n-Nażiżmu u l-antisemitiżmu matul it-Tieni Gwerra Dinija għadu sejjer.", "L-istoriku Ġiżwita Robert Graham jistqarr li \"Fiż-żewġ gwerer, uffiċjali minn diversi pajjiżi riedu li l-Papa jitfa' il-piż ta' l-awtorità reliġjuża tiegħu wara l-kawża tagħhom - billi, ngħidu aħna, jikkundanna espressament ċerti atrotiċitajiet ta' l-għadu u wkoll billi jiddikjara li l-gwerra tagħhom hi waħda ġusta u jiskomunika l-mexxejja ta' l-għadu.", "F'dawn iċ-ċirkustanzi, ġudizzju morali dirett (min-naħa tal-Papa) kien ikun qed jaqdi biss fini politiku ta' propoganda u wkoll ikun qed jikkomprometti l-influenza reliġjuża għall-paċi min-naħa tas-Santa Sede.\"", "Darba Piju XII stqarr ma' Montini, li iktar 'il quddiem kellu jkun Pawlu VI, għalfejn hu żamm is-silenzju:", "\"Aħna fid-dmir li nlissnu kliem tan-nar quddiem affarijiet bħal dawn u l-unika ħaġa li żżommna milli nagħmlu dan hu l-fatt li jekk nitkellmu, inkunu qedgħin ngħarrqu aktar il-kundizzjoni ta' dawn l-imsejkna.\"", "Fix-xitwa tal-1943 il-Ġermaniżi daħlu fil-Bażilika ta' San Paolo fuori le Mura u arrestaw lil kull min kien refuġjat hemm.", "Riċentement instab pjan sigriet ta' Hitler li jokkupa l-Vatikan u jarresta lil Piju XII, għax dan skond id-dittatur Nażista kien qed ifixkel il-pjanijiet tal-Ġermanja.", "Kien għalhekk li biex jevita li Hitler iżomm priġunier lill-Papa, Piju XII kien hejja ittra ta' riżenja li kellha tintuża f'każ li jinqabad, bi struzzjonijiet li jsiru konklavi għall-għażla ta' Papa ġdid f'Lisbona.", "Fl-1943, meta l-Ġermaniżi ordnaw lil-Lhud Rumani jagħtu d-dehbijiet tagħhom biex suppost isalvaw ħajjithom, il-Vatikan ikkontribwixxa 20 kilo mill-50 kilogramma mitluba.", "Skond ħafna storiċi, il-Ġermaniżi illikwidaw il-ghetto ta' Ruma proprju biex ipattuha lill-Papa Pacelli.", "Nhar id-19 ta' Lulju 1943 wara bumbardament qawwi fuq il-kwartier ta' San Lorenzo f'Ruma, Piju XII żar l-inħawi milquta, ħruġ eċċezzjonali tal-Papa mill-Vatikan għal dak iż-żmien.", "Nhar l-4 ta' Ġunju 1944, wara l-liberazzjoni, irċieva fil-Vatikan lis-suldati alleati.", "Il-Ħadd ta' wara folol kbar ta' Rumani imlew Pjazza San Pietru biex isellmu mill-qalb lill-Papa, li kien l-unika awtorità li baqgħet fil-kapitali wara t-8 ta' Settembru.", "F'Marzu 1998, il-Kummisjoni għar-Relazzjonijiet Reliġjużi mal-Lhud ippubblikat id-dokument bl-isem ta' \"Aħna Niftakru: Riflessjoni fuq ix-Shoah\".", "Il-Vatikan sejjaħ dan id-dokument dwar l-Olokawst bħala att ta' ndiema, aktar minn apoloġija.", "Fost l-oħrajn, f'dan id-dokument insibu li żewġ papiet, Piju XI u Piju XII, ikkundannaw ir-razziżmu u l-anti-semitiżmu.", "Ix-Shoah kien il-frott ta' reġim modern u pagan, b'għeruq antisemitiċi u li ppersegwita wkoll il-Knisja Kattolika.", "Id-dokument jgħid li l-Knisja Kattolika stess jisgħobbiha għall-iżbalji li għamlet u tenna l-kundanna għal kull forma ta' razziżmu u antisemitiżmu.", "Id-dokument isejjaħ din id-dikjarazzjoni bħala \"Teshuva\", att ta' ndiema għax il-Kattoliċi illum wirtu l-ilġiem tad-dnubiet li twettqu fix-Shoah.", "Piju XII kiteb 41 enċiklika u xandar madwar elf messaġġ u diskorsi fuq ir-radju u t-televixin.", "Kien spiss jindirizza lin-nies tax-xjenza u tal-mediċina.", "Bl-enċiklika \"Mystici Corporis\", Piju XII fisser ir-relazzjonijiet spiritwali u viżibbli li jgħaqqdu l-bnedmin mal-Kelma Inkarnata.", "F'din l-enċiklika hu offra għall-ewwel darba ġabra teoloġika ta' x'inhi l-Knisja.", "Permezz tal-Enċiklika \"Divino Afflante Spiritu\", Piju XII stabbilixxa n-normi duttrinali biex wieħed jistudja l-Iskrittura, filwaqt li saħaq fuq l-importanza u r-rwol tagħha fil-ħajja Nisranija.", "Bl-enċiklika \"Mediator Dei\", Piju XII kompla mbotta l-moviment liturġiku, l-iżjed meta kiteb: \"L-ogħla element tal-kult divin jeħtieġ li jkun dak interjuri...", "Inkella r-reliġjon issir sempliċiment formaliżmu, mingħajr tifsira u kontenut\".", "Piju XII ta spinta lill-attività missjunarja bl-enċikliċi \"Evangelii Praecones\" u \"Fidei Donum\".", "F'dawn iż-żewġ dokumenti, il-Papa enfasizza d-dmir ta' kull komunità Nisranija li tħabbar il-Vanġelu lill-ġnus.", "Fl-omelija li għamel nhar id-9 ta' Ottubru, 2008, nhar il-50 anniversarju mill-mewt ta' Piju XII, Papa Benedittu XVI fisser l-imħabba li dan il-Papa kbir kellu għall-Missjoni:", "Fl-1974, Papa Pawlu VI qal hekk fuq Piju XII:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15293", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15293", "title": "Alexa Internet", "text": ["Alexa Internet", "Alexa Internet Inc. hija kumpanija Amerikana sussidjarja ta' Amazon.com li tagħmel analiżi u tiġbor statistika fuq it-traffiku tal-internet.", "Alexa hi wkoll mutur ta' tfittxija b'servizz ta' direttorju elettroniku.", "Alexa Internet bdiet fl-1996 minn Brewster Kahle u Bruce Gilliat.", "Għall-bidu kienet toffri \"toolbar\" li kienet tiggwida lill-utenti tal-internet permezz ta' suġġerimenti fuq fejn jistgħu jmorru, ibbażati skont mudelli tat-traffiku tal-komunità tal-utenti tagħha.", "Alexa kienet toffri informazzjoni fuq kull sit li wieħed kien iżur: il-proprjetarju, in-numru ta' paġni li hemm fis-sit, kemm il-sit ieħor jipponta lejh, u l-frekwenza ta' kemm isiru l-aġġornamenti.", "Barra minn hekk, Alexa tipprovdi l-arkivjar ta' paġni elettroniċi permezz ta' \"web crawlers\".", "B'kollaborazzjoni mal-Internet Archive, l-inġiniera informatiċi ta' Alexa ħolqu l-Internet Archive's Wayback Machine.", "Fl-1999, l-azjenda ġiet akkwistata minn Amazon għaċ-ċifra ta' 250 miljun dollaru.", "Fir-rebbiegħa tal-2002, Alexa bdiet sħubija mal-Google u aktar tard fl-2005 mal-Open Directory Project.", "F'Mejju tal-2006, Alexa issostitwixxiet lil Google ma' Live Search bħala l-pjattaforma għat-tfittxija.", "F'Settembru tal-istess sena Alexa bdiet tuża' l-pjattaforma ta' tfittxija tagħha.", "F'Diċembru, Alexa ħolqot l-\"Alexa Image Search\".", "Din hija l-ewwel applikazzjoni li ġiet iddisinjata b'mod awtonomu u installata fuq il-pjattaforma tal-web.", "Illum il-ġurnata Alexa hija qabel xejn mutur ta' tfittxija."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15306", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15306", "title": "Emmanuel Muscat", "text": ["Emmanuel Muscat", "Emmanuel \"Manny\" Muscat (Melbourne, 7 ta' Diċembru 1984) huwa plejer tal-futbol Malti mwieled Awstraljan li jilgħab bħala difensur ma' Wellington Phoenix.", "Imrobbi f'West Sunshine, ġewwa Melbourne, Manny Muscat lagħab ma' Sunshine George Cross fejn kien intgħażel bħala l-kaptan tat-tim ta' dsatax-il sena, qabel ma mar jilgħab mar-rivali ta' Green Gully.", "F'Awwissu tal-2008, Wellington Phoenix kisbu l-firma ta' Muscat, għall-bidu bħala sostitut ta' Vince Lia li kien imweġġa, imma aktar tard ingħata kuntratt sħiħ.", "Muscat lagħab total ta' 26 logħba matul l-istaġun 2009-10.", "Barra minn difensur lemini, hu ġie skjerat diversi drabi fi rwol ta' midfilder difensiv.", "Il-prestazzjonijiet tiegħu ġew premjati meta fl-20 ta' Ottubru 2009 hu ffirma estenda l-kuntratt tiegħu mal-klabb għal tliet snin oħra.", "Nhar il-11 ta' Mejju, 2009, Muscat ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Malti għal-logħba ta' ħbiberija kontra r-Repubblika Ċeka u l-partita valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 kontra l-Iżvezja.", "Id-debutt tiegħu wasal kontra r-Repubblika Ċeka nhar il-5 ta' Ġunju, 2010, waqt li kien użat bħala sostitut fil-konfront kontra l-Iżvezja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15311", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15311", "title": "Oġġett (filosofija)", "text": ["Oġġett (filosofija)", "Oġġett huwa terminu tekniku li tintuża fl-epistemoloġija, fergħa tal-filosofija li titratta dwar l-istudju tal-għarfien.", "Aristotle kien qal li \"kull bniedem bin-natura tiegħu rrid ikun jaf.\"", "René Descartes espanda dan l-għarfien fuq bazi ta' ċertezza bil- cogito ergo sum, tipikament tradotta hekk \"Jien naħseb u għaldaqstant jien jien.\"", "Il-Ħassieb ma jistax ikun ċert mill-ħsibijiet tiegħu u l-eżistenza tiegħu sakemm ikun jaf dwara.", "Jiġġiefieri, l-ażżjoni partikolari tal-ħsieb tagħti għarfien lil ħassieb.", "Descartes agħmel dan fuq l-argument tar-risposta tal-insigurta tal-ħolm, li tistaqsi liem affarijiet huma reali u dawk li huma ħolm.", "Madankollu ħadd ma jista' joħlom mingħajr ma jaħseb."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15313", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15313", "title": "Oġġett", "text": ["Oġġett", "Oġġett tista' tirreferi għal:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15320", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15320", "title": "Ludovic Magnin", "text": ["Ludovic Magnin", "Ludovic Magnin (Lausanne, 20 ta' April 1979) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru.", "Imrobbi f'Echallens, fil-kantun ta' Vaud, qalb familja \"miġnuna fuq il-futbol\": missieru kien jilgħab fi klabb tal-ewwel diviżjoni waqt li ommu kienet fl-iskwadra femminili ta' pajjiżu.", "Hu hu miżżewweġ lil Chantale u għandu żewġt itfal, Nicos (twieled fl-2002) u Thierry (twieled fl-2006).", "Beda fil-livell ġovanili tal-klabb tal-lokal, FC Echallens, qabel ma fl-1996 ingħaqad għal staġun ma' Lausanne-Sports.", "Fis-sajf tal-1997 issieħeb ma' Yverdon, tim mit-tieni diviżjoni Żvizzera.", "Magħhom għamel id-debutt professjonali tiegħu, fejn fi tliet snin deher total ta' 45 logħba.", "Fis-sena 2000 ingħaqad mal-ambizzjuż Lugano fejn magħhom lagħab il-kampjonat 2000–01, qabel ma għamel qabża ta' kwalità f'Jannar tas-sena ta' wara meta ttrasferixxa mal-klabb Ġermaniż ta' Werder Bremen.", "Fl-ewwel tliet staġuni fil-Bundesliga ftit li xejn kien involut, fejn ġabar 20 preżenza u gowl wieħed.", "Mal-Werder irnexxielu jirbaħ il-kampjonat u t-Tazza Ġermaniża fl-istaġun 2003–04.", "Madanakollu, iż-żmien mal-klabb kien imtappan minn nuqqas ta' logħob ħabba li kien iweġġa' ta' spiss.", "Fis-sajf tal-2005 ġie akkwistat minn VfB Stuttgart u fl-istaġun ta' wara rnexxielu jikseb it-tieni titlu nazzjonali tal-kampjonat personali, fejn għamel 22 dehra u skorja gowl wieħed, ironikament kontra l-eks-klabb tiegħu.", "L-istaġun 2009–10 ftit li xejn azzjoni mat-tim, u sabiex isalva postu mat-tim nazzjonali Żvizzeru għat-Tazza tad-Dinja 2010, iddeċieda li f'Jannar 2010 jingħaqad mal-klabb Żvizzeru ta' FC Zürich.", "Fis-27 ta' Awwissu 2012, Magnin ħabbar li kien se jirtira wara problemi fiżiċi persistenti.", "Fis-sena 2000, grazzi għall-prestazzjonijiet tajbin li beda juri ma' Lugano, ġie msejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru, bid-debutt tiegħu jasal f'Awwissu kontra l-Greċja.", "Mat-tim nazzjonali pparteċipa fil-Kampjonati Ewropej 2004, fit-Tazza tad-Dinja 2006 u fil-Kampjonati Ewropej 2008 fejn għal dan tal-aħħar kien hu li libes il-faxxa ta' kaptan tat-tim wara li waqt il-kompetizzjoni weġġa' Alexander Frei.", "Werder Bremen"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15332", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15332", "title": "Diego Benaglio", "text": ["Diego Benaglio", "Diego Benaglio (Żurigu, 8 ta' Settembru 1983) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab fil-Bundesliga ma' VfL Wolfsburg bħala gowlkiper.", "Benaglio beda l-karriera tiegħu mal-klabb lokali ta' Grasshopper-Club Zürich u lagħab magħhom għal numru ta' staġuni qabel ma ngħaqad ma' VfB Stuttgart, imma sab post biss mat-tim tar-riservi.", "Fl-2005–06 ingħaqad ma' Nacional ġewwa l-Portugall, fejn mal-ewwel kiseb post regulari fit-tim quddiem il-veteran Henrique Hilário, u postu assigurah bit-tluq ta' Hilário ma' Chelsea.", "Fit-22 ta' Jannar, 2008, Benaglio issieħeb ma' VfL Wolfsburg.", "Iddebutta fit-30 ta' Jannar, fejn għen lit-tim javanza għall-kwarti tal-finali tat-Tazza Ġermaniża.", "Maż-żmien kiseb postu regulari mal-ewwel ħdax, fejn sar l-ewwel għażla bejn il-lasti għall-klabb u għen lit-tim jirbaħ l-ewwel titlu tal-Bundesliga fl-istaġun 2008–09.", "Iddebutta mat-tim nazzjonali Żvizzeru nhar it-3 ta' Ġunju, 2006, fir-rebħa ta' 4–1 fuq iċ-Ċina, li ntlagħbet bħala preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, liema manifestazzjoni ħa sehem bħala t-tielet gowlkiper tal-iskwadra.", "Grazzi għall-prestazzjoni eċċellenti matul l-2008, hu kiseb post titulari mat-tim.", "Matul il-Kampjonati Ewropej li saru ġewwa pajjiżu, lagħab żewġ logħbiet u sofra tliet gowls.", "Fl-2009, ġie nominat bħala \"L-Aqwa Plejer Żvizzeru\".", "Matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010 kien fost il-protagonisti tat-tim li kiseb post awtomatiku fil-fażi finali tal-kompetizzjoni, fejn impressjona fl-ewwel logħba mill-fażi tal-gruppi kontra Spanja li ssarfet f'rebħa ta' 1–0 għat-tim Żvizzeru.", "Grasshopper"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15335", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15335", "title": "Marco Streller", "text": ["Marco Streller", "Marco Streller (Bażel, 18 ta' Ġunju 1981) huwa futboler Żvizzeru li jilgħab bħala attakkant ma' Basel u mat-tim nazzjonali.", "Streller beda l-karriera tiegħu ma' Basel.", "Iddebutta mat-tim fis-sena 2000, qabel ma fl-istaġun segwenti ġie misluf lil FC Concordia Basel fejn ħalla l-marka tiegħu b'16-il gowl minn 30 logħba.", "F'Jannar tal-istaġun ta' wara, għadda għal ma' FC Thun, dejjem fuq bażi ta' self.", "Wara prestazzjonijiet sodisfaċenti li ħalla, irritorna lura lejn Basel bil-wegħda ta' aktar spazju fit-tim.", "Matul l-istaġun 2003–04, ir-ritorn tiegħu ta' 13-il gowl minn 16-il partita attira interess minn numru ta' klabbs fil-Bundesliga Ġermaniża, fosthom VfB Stuttgart, liema klabb kiseb il-firma tiegħu għall-istaġun 2004–05.", "Madanakollu, ftit li xejn ħalla xi forma ta' marka mat-tim u ġie msellef lit-tim ta' Köln għall-aħħar nofs tal-istaġun 2005–06.", "Lura ma' Stuttgart, ftit li xejn impona ruħu fis-sistema tat-tim u reġa' rritorna lura ma' Basel f'Ġunju tal-2007.", "Lura pajjiżu, Streller reġa' sab il-forma hekk kif kien l-aqwa skorer matul l-2007–08 bi 12-il gowl.", "Plejer internazzjonali mill-2003, hu kien jifforma parti mit-tim parteċipi fil-Kampjonati Ewropej 2004, it-Tazza tad-Dinja 2006 u l-Kampjonati Ewropej 2008.", "Madanakollu kellu jirtira mill-manifestazzjoni tal-Euro 2004 minħabba uġigħ.", "Wara partita kontra l-Liechtenstein, ħabbar li kien se jirtira b'mod definittiv mit-tim nazzjonali minħabba nuqqas ta' sosten tal-partitarji.", "Imma, il-kowċ Ottmar Hitzfeld ikkonviċieh jerġa' pass lura mid-deċiżjoni li kien ħa.", "Basel"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15337", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15337", "title": "Mérida (Veneżwela)", "text": ["Mérida (Veneżwela)", "Mérida (l-isem sħiħ, Santiago de los Caballeros de Mérida) hija belt fil-Veneżwela, il-kapitali tal-muniċipalità ta' Libertador u tal-istat ta' Mérida, u hi waħda mill-bliet prinċipali tal-Andi Veneżwelani.", "Fundata fl-1558 bħala parti mill-Viċirenju tal-Grenada l-Ġdida, aktar tard saret parti mill-Kapitali Ġenerali tal-Veneżwela, u kellha rwol dirett fil-Gwerra tal-Indipendenza.", "II-popolazzjoni ta' Mérida tgħodd iktar minn 200,000 ruħ u ż-żona metropolitana għandha mat-350,000 ruħ.", "Din il-belt hija ċ-ċentru tal-edukazzjoni u tat-turiżmu ta' Veneżwela tal-Punent, fejn hi s-sede tal-Università tal-Andi u l-Arċidjoċesi ta' Mérida.", "Barra minn hekk, għandha t-tieni l-itwal u l-ogħla funikular fid-dinja.", "Il-belt tinsab fuq pjanura fil-wied tax-xmara Chama li tgħaddi minn tarf għal ieħor.", "L-altitudni ta' Mérida hi ta' 1,600 metru fuq il-livell tal-baħar.", "L-isfond tal-orizzont ta' Mérida hu l-ogħla quċċata tal-pajjiż, il-Pico Bolívar.", "Il-belt kisbet l-isem tagħha mill-fundatur tagħha Juan Rodríguez Suárez li semmieha hekk bħala sinjal ta' ġieħ għall-belt fejn kien twield hu, Mérida f'Estremadura (Spanja).", "Madanakollu, Juan de Maldonado taha l-isem ġdid ta' \"San Juan de las Nieves\".", "Fl-1559, reġgħet biddlet isimha, din id-darba għal \"Santiago de los Caballeros\".", "Bil-mod il-mod bdiet tadotta l-isem \"Santiago de los Caballeros de Mérida\", forma li kienet tikkombina l-ismijiet adottati sa dakinhar.", "Il-kelma Mérida ġejja mit-terminu \"emerita\", kelma Latina li t-tifsira tagħha tingħad għal \"xi ħadd li għandu mertu\" u emeritu, li hi tassew l-oriġini etimoloġika tal-isem tal-belt, minħabba li tifsira oħra tat-terminu bil-Latin aċċettati kienet relatata mas-suldati li kienu liċenzjati mill-armata.", "Għalhekk il-belt ta' Mérida, il-kapitali attwali tal-Komunità Awtonoma ta' Estremadura, għandha din l-oriġini: l-isem ta' Emerita Augusta ifisser li kienet belt fundata matul iż-żminijiet ta' Awgustu b'suldati mkeċċijin mill-armata, li marru jgħixu f'raħal diġà eżistenti fi skambju fejn rat lir-residenti antiki tal-belt jingħataw iċ-ċittadinanza Rumana.", "Fatt ieħor komuni bejn Mérida Spanjola u dik Veneżwelana hi fiż-żewġ bliet hemm tributarja tax-xmara prinċipali bl-isem ta' Albarregas.", "Minkejja l-fatt li l-pajjiż tal-Veneżwela għandu temp sħun u klima tropikali, Mérida hi aktar temperata bi klima muntanjuża.", "Din hi minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, imdawwra minn mutanji għoljin iktar minn 4,500 metru, u l-altitudni għolja li għandha.", "Anke jekk it-tniġġis tal-arja wassal għal żieda fit-temperaturi, dawn kienu pjuttost inqas minn dawk ta' bliet oħra importanti tal-pajjiż, b'temperaturi li jvarjaw bejn it-18 °C u l-24 °C, b'medja ta' 22 °C. Ix-xita hi ta' intensità medja matul l-istaġun tax-xita, bejn April u Novembru.", "Il-Veneżwela jinsab f'żona intertropikali, u għalhekk id-differenza fit-temperaturi matul is-sena hija waħda minima.", "L-isess japplika għal Mérida, li fix-xahar ta' Awwissu tirreġistra temperaturi kważi l-istess għal dawk miġbura f'kundizzjonijiet simili waqt jum ta' Jannar.", "Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-pożizzjoni ta' Mérida fil-qalba tal-pajjiż, 'il bogħod mill-kosti u l-oċean, u l-altitudni għolja tagħha, id-differenza tat-temperatura matul il-ġurnata hija waħda għolja.", "Bejn lejl u nhar, tista' tiġi reġistrata differenza ta' aktar minn 10 °C; din id-differenza kapaċi testendi anke sa 20 °C. It-temperaturi għoljin jintlaħqu matul il-jum, u ġeneralment huma madwar il-25 °C, imma f'każijiet rari tista' tkun iktar minn 30 °C. L-inqas limitu tat-temperaturi ta' matul il-ġurnata hu ta' madwar 20 °C.", "Il-belt tgwadi mill-ogħla kwalità ta' ħajja fil-Veneżwela.", "Fis-sena 2000, 36 ċentru tas-saħħa kienu jinsabu fiż-żona metropolitana ta' Mérida, klassifikati taħt il-mod segwenti: sptar tip I, sptar tip III u sptar tip IV, li huma fil-belt proprja, flimkien ma' 15-il klinika urbana, erba' ta' tip III u ħdax ta' tip I. Iż-żona għandha wkoll 18-il klinika rurali, 13 ta' tip II u 5 ta' tip I.", "Kif taħt aspetti oħra, l- u l-faċilitajiet tagħha huma mgħaqqda ħafna mal-ħajja tal-belt; l-infrastruttura medika tikkonsisti minn ċentri li jappartjenu għal tal-ewwel, flimkien ma' ċentri mediċi privati.", "Fost l-isptarijiet pubbliċi li joffru servizz b'xejn huma l-\"Instituto Autónomo Hospital Universitario de Los Andes\" (IHULA), l-ikbar wieħed fir-reġjun, u kif ukoll żewġ sptarijiet iżgħar u fergħa tas-Salib l-Aħmar Veneżwelana.", "Fost l-isptarijiet privati, magħrufa bħala \"kliniki\", l-ikbar huma l-\"Hospital Clínico de Mérida\", is-\"Centro Clínico\", il-\"Clínica Mérida\", il-\"Clínica Albarregas\" u għexieren kliniki iżgħar.", "Minkejja s-sitwazzjoni prekarja tal-infrastruttura tas-saħħa fil-pajjiż kollu, il-belt ta' Mérida kienet l-inqas li ġiet affettwata, grazzi għall-ħidma tal-IHULA, fejn it-telfa ta' pazjenti fiċ-ċentri mediċi privati kienet inqas estrema minn muniċipalitajiet Veneżwelani oħra.", "Fl-2001, il-belt ta' Mérida kellha wieħed fost l-inqas rata ta' faqar fil-Veneżwela.", "Skont iċ-ċensiment ta' dik is-sena, din kellha rata ta' faqar ta' 18.09%, ftit biss ogħla minn dik ta' San Cristóbal u minn dawk tal-kwartieri aktar raffinati ta' Chacao (8.69%), Baruta (11.22%) u San Antonio de Los Altos (6.13%) fl-istat ta' Miranda.", "Il-bidu tas-seklu 20 fisser bidla drastika tal-ekonomija tal-belt.", "Tradizzjonalment, l-agrikoltura kienet xi ħaġa importanti tal-attivitajiet ekonomiċi ta' Mérida, li kienet iċ-ċentru ta' distribuzzjoni ta' prodotti agrikoli tal-istat ta' Mérida.", "Barra minn hekk, fil-madwar kien hemm fabbriki (\"haciendas\") importanti taz-zokkor tal-kannamieli, li kienu jipprovdu dħul li wassal għall-bini ta' raffinerija taz-zokkor.", "Illum il-ġurnata, din ir-raffinerija spiċċat bħala mużew.", "Bil-bini tal-funikular ta' Mérida fl-1960 (li jwassal għal Pico Espejo, f'altitudni ta' 4,765 metru), bit-tlestija tal-awtostrada u l-inawgurazzjoni tal-ajruport, l-attivitajiet ekonomiċi mxew 'il quddiem, fejn għaddew mis-settur primarju tal-agrikoltura għas-settur terzjarju tas-servizzi, speċjalment fis-settur tat-turiżmu.", "Attwalment, il-funikular hi wieqfa minħabba nuqqas ta' manutenzjoni, u minħabba li l-impjant qdiem tqajjment il-bżonn ta' wieħed ġdid.", "It-turiżmu, spiss imsejjaħ \"l-industrija l-ħadra\", hu s-sors prinċipali għas-sosten tal-belt, u waħda mill-industriji li jagħtu profitt.", "Mill-punt ta' vista turistiku, Mérida toffri l-veduta ta' żewġ ktajjen muntanjużi madwar il-belt, u hi mdawwra minn wied.", "Ġewwa l-belt jinstabu parks, mużewijiet, pjazez li jippreseraw l-aspett kolonjali, diversi knejjes Barokki u Neoklassiċi, eċċ. F'dawn l-aħħar snin, grazazi għall-ħolqien tal-uniku park tax-xjenza fil-Veneżwela, \"żona ħielsa\" mill-punt ta' vista kulturali, xjentifika u teknoloġika, li tat sforz fl-iżvilupp tal-belt fl-ambitu teknoloġiku, anke grazzi għall-appoġġ li nkiseb mill-Università tal-Andi.", "Fl-2005, il-belt ġiet immarkata bħala fost l-iktar bl-inqas għoli tal-ħajja u l-qliegħ \"per capita\" relattivament għoli (madwar 4,381 dollaru), li jpoġġuwha fid-disa' post fost l-ibliet Veneżwelani.", "Is-settur tas-servizzi jforni perċentwal essenzjali tad-dħul tal-Estado Mérida.", "Fl-2005, Mérida kienet tgħodd 82,537 persuna potenzjalment attivi mill-aspett ekonomiku, li 6.57% minnhom kienu qiegħda."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15338", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15338", "title": "Feria del Sol (Mérida)", "text": ["Feria del Sol (Mérida)", "Il-Feria Internacional del Sol, magħrufa wkoll bħala Carnival Taurino de America, huwa festival kulturali internazzjonali li jiżvolġi fil-belt ta' Mérida, fil-Veneżwela, matul ix-xahar ta' Frar.", "Il-festival jinvolvi kompetizzjonijiet ta' barrin, wirjiet kulturali, kummerċjali u żootekniċi, kunċerti, sfilati, diversi attivitajiet sportivi u l-ħatra ta' reġina tal-fiera (\"La Reina del Sol\").", "Fil-belt ta' Mérida, waħda mill-eqdem bliet tal-Veneżwela, ma kienux jsiru fieri bħalma kienu jsiru fil-bliet ta' San Cristóbal, Barquisimeto, Maracaibo u Táriba.", "Għal din ir-raġuni, grupp ta' residenti tal-post ġiethom l-idea li jibnu arena tal-barrin (\"Plaza de Toros\"), sabiex Mérida setgħet tidħol fpst l-aktar fieri importanti tal-pajjiż, liema fieri kellhom diġà prestiġju konsiderevoli fit-territorji nazzjonali kollha.", "Għall-bidu l-fieri, li kienu jsiru fl-ewwel jiem ta' Diċembru, kellhom il-funzjoni li jiċċelebraw il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni; għalhekk, in-nies iffissaw id-data tal-fieri għad-9 u l-10 ta' Diċembru.", "Għal dan l-avveniment ġew imsejjħa toreri famuż bħal César Faraco, Manuel Benítez \"El Cordobés\", Francisco Rivera \"Paquirri\", Julio Aparicio, Curro Girón, Paco Camino u l-Messikan Juan Cañedo, u ġew użati barrin ta' Félix Rodríguez (\"Achury Viejo\" u \"Ambaló\"), ilkoll ġejjin mill-Kolombja.", "L-ewwel ġlieda ma seħħitx minħabba li saret xita qawwija li wasslet sabiex l-inawgurazzjoni tal-avveniment tiġi posposta għal ġurnata oħra, u għalhekk iż-żewġ ġlidiet saru fit-tieni jum.", "Għal dik il-ġurnata ġiet stabbilita li ssir ġlieda filgħodu u l-oħra wara nofsinhar, b'din l-okkażjoni tkun l-ewwel waħda fejn saru żewġ ġlidiet fl-istess pjazza u fl-istess jum fil-Veneżwela.", "Fl-1968, il-fiera ma saritx, imma fit-13 ta' April tal-istess sena saret \"corrida\" nhar Sibt il-Għid.", "F'dik l-okkażjoni, il-barrin Kolombjani ġew miġġielda minn Alfredo Leal, Curro Girón u Pepe Cáceres.", "Minħabba l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tax-xahar ta' Diċembru, ftit li xejn xierqa għall-organizzazzjoni ta' fiera, ġie deċiż li l-fiera ssir matul iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival taħt l-isem ta' \"Feria del Sol\" (Fiera tax-Xemx).", "Fl-1969, saret l-ewwel fiera li kienet tinkludi tliet ġlidiet tal-barrin nhar il-15, 16 u 17 ta' Frar.", "Minn dakinhar 'l hawn, il-fiera saret bil-mod il-mod waħda mill-aktar importanti fil-Veneżwela u fid-dinja tal-ġlidiet tal-barrin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15343", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15343", "title": "Fabio Coltorti", "text": ["Fabio Coltorti", "Fabio Coltorti (Kriens, 3 ta' Diċembru 1980) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li attwalment jinsab jilgħab mal-klabb Ġermaniż ta' RB Leipzig bħala gowler.", "Hu jħaddan ċittadinanza Żvizzera u Taljana.", "Matul il-karriera tiegħu ġewwa pajjiżu, Coltorti lagħab mat-tim tal-lokal Kriens, u aktar tard ma' Schaffhausen, Thun u Grasshoppers, fejn kien l-ewwel għażla bejn il-lasti ma' dawn l-aħħar tliet timijiet.", "Fil-31 ta' Awwissu, 2007, hu ffirma kuntratt ta' erba' snin mal-klabb Spanjol ta' Racing de Santander għal miljun ewro.", "Fl-ewwel żewġ staġuni mal-\"Cantabrians\" rawh limitat għal-logħob mit-tazza nazzjonali.", "Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal fit-22 ta' Diċembru, 2007, fit-telfa ta' 4–1 kontra Sevilla.", "Fit-18 ta' Settembru, 2008, lagħab mal-ewwel ħdax fid-debutt ta' Racing Santander fit-Tazza UEFA.", "Minn nofs Diċembru tal-2009 sa Frar tal-2010, Coltorti sab spazju mal-ewwel ħdax fit-tim minħabba li l-gowlkiper regulari Toño kien weġġa'.", "Fl-ewwel tmien partiti, il-klabb tilef darba biss (kontra Villarreal bl-iskor ta' 2–0) u sofra seba' gowls.", "Coltorti iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Iżvizzera fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Iskozja tal-1 ta' Marzu 2006, li rriżultat f'telfa ta' 3–1.", "Hu ġie inkluż fost l-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret fil-Ġermanja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15344", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15344", "title": "Pascal Zuberbühler", "text": ["Pascal Zuberbühler", "Pascal Zuberbühler (Frauenfeld, 8 ta' Jannar 1971) huwa eks-futboler Żvizzeru li kien jilgħab bħala gowler.", "Zuberbühler lagħab 187 logħba fil-kampjonat għal Grasshopper Zürich bejn l-1991 u l-1999, fejn matul dan il-perjodu rebaħ is-Super League Żvizzera tliet darbiet u t-Tazza Żvizzera darba.", "Ma' Basel lagħab total ta' 217-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn rebaħ il-kampjonat għal tliet darbiet oħra u t-Tazza Żvizzera darbtejn.", "Matul dan iż-żmien, jibqa' mfakkar għall-prestazzjoni eċċellenti li wettaq fil-partita kontra Liverpool fil-UEFA Champions League, fil-pari ta' 1–1.", "Waqt il-perjodu ta' self ma' Bayer Leverkusen hu lagħab tlettax-il partita fil-Bundesliga u ħamsa fiċ-Champions League.", "Fl-14 ta' Lulju, 2006, iffirma kuntratt ta' sentejn ma' West Bromwich Albion.", "Id-debutt kompetittiv tiegħu wasal kontra Hull City fit-trijonf ta' 2–0 nhar il-5 ta' Awwissu, 2006.", "Madanakollu, ftit li xejn għamel suċċess mal-\"Baggies\" u ma baqax jissejjaħ mal-ewwel ħdax taħt il-kowċ il-ġdid Tony Mowbray.", "Zuberbühler reġa' ġie skjerat mal-ewwel ħdax wara li Russell Hoult ġie sospiż, u rrisponda bi prestazzjoni sodisfaċenti fir-rebħa ta' 3–0 fl-FA Cup kontra r-rivali Wolves.", "Din kellha tkun l-aħħar logħba tiegħu mal-klabb.", "Bil-wasla ta' Dean Kiely, Zuberbühler sab postu fit-tim iktar insigur, aktar u aktar biċ-ċans li ma jintgħażilx mal-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej tal-2008.", "Wara iffirma kuntratt ta' 18-il xahar mal-klabb ta' Neuchâtel Xamax.", "F'Awwissu 2008, Zuberbühler reġa' rritorna fl-ogħla diviżjoni Ingliża, din id-darba ma' Fulham, fejn iffirma kuntratt ta' sena.", "Hu kien fuq il-bank tas-sostituti fil-finali tal-UEFA Europa League 2009–10.", "Zuberbühler deher 51 darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru u kien membru tal-iskwadra Żvizzera fl-Euro 2004, l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2006.", "Fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, hu rnexxielu ma jsofrix gowl fl-erba' logħbiet tal-Iżvizzeri kontra Franza, il-Korea t'Isfel, it-Togo u l-Ukrajna.", "L-Iżvizzera huwa l-uniku tim fl-istorja tal-kompetizzjoni li ġew eliminati mingħajr ma sofru gowl fil-ħin normali.", "Zuberbühler iżomm ir-rekord għall-aktar logħbiet f'turnew inernazzjonali mingħajr ma sofra gowl (ħames partiti).", "Fil-11 ta' Ġunju, hu lagħab l-aħħar logħba tiegħu bil-flokk tal-Iżvizzera f'rebħa ta' 2–0 fuq il-Portugall fil-Kampjonati Ewropej tal-2008."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15347", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15347", "title": "Johnny Leoni", "text": ["Johnny Leoni", "Johnny Leoni (Sion, 30 ta' Ġunju 1984) huwa futboler Żvizzeru li jilgħab bħala gowler ma' Neftchi Baku fil-Premier League Ażerbajġan.", "Wara li beda l-karriera tiegħu ma' Sion, f'Mejju tal-2003 issieħeb ma' Zürich.", "Madanakollu, kellu jistenna sal-istaġun 2005–06 sabiex jistabbilixxi lilu nnifsu bħala l-ewwel għażla bejn il-lasti.", "Tibqa' mfakkra fost il-partitarji tal-klabbs il-prestazzjoni tiegħu fil-kwarti tal-finali tat-Tazza Żvizzera fejn kien salva tliet penalties waqt l-għoti tal-penalties kontra Aarau.", "Il-kowċ tat-tim nazzjonali Żvizzeru, Ottmar Hitzfeld, inkludieh għal numru ta' drabi fost l-iskwadra u kien ukoll membru tat-tim fit-Tazza tad-Dinja 2010, però sal-lum naqas li jagħmel id-debutt tiegħu.", "Zürich"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15356", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15356", "title": "Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012", "text": ["Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012", "Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012, magħrufin sempliċement bħala Euro 2012, kienu l-erbatax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, kompetizzjoni dedikata għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-UEFA.", "Il-fażi finali tat-turnew saret ġewwa l-Polonja u l-Ukrajna bejn it-8 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2012.", "Din kienet l-aħħar darba li l-fażi finali rat il-parteċipazzjoni ta' 16-il pajjiż, fejn għall-edizzjoni tal-2016 hu previst li n-numru ta' parteċipanti jiġi estiż għal 24.", "Il-fażi ta' kwalifikazzjoni saret bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.", "Fil-finali li saret ġewwa l-Olympic Stadium ta' Kjiv (l-Ukrajna), Spanja rebħu l-kompetizzjoni bl-iskor ta' 4–0 kontra l-Italja.", "B'din ir-rebħa Spanja saru l-ewwel tim li rebħu żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Kampjonati tal-Euro, u l-ewwel tim nazzjonali Ewropew li rebaħ tliet titli internazzjonali infila, li jinkludu l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2010.", "Minħabba li Spanja kienu diġà ggwadanjaw l-aċċess għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 wara t-trijonf fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja ikkwalifikat.", "Għall-bidu, l-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment kienet bejn ħames offerti minn seba' pajjiżi: Kroazja–Ungerija (ma' xulxin), il-Greċja, l-Italja, Polonja–Ukrajna (ma' xulxin), u t-Turkija.", "Nhar it-8 ta' Novembru, 2005, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA naqqas il-lista tal-kandidati għal tlieta:", "Fil-31 ta' Mejju 2006, it-tliet offerti komplew it-tieni fażi tal-proċess billi bagħtu iktar \"dossiers\" dettaljati.", "F'Settembru tal-2006, il-UEFA wettqet żjarat fuq is-siti tal-pajjiżi kandidati.", "L-offerta ta' Polonja–Ukrajna ġiet magħżula b'votazzjoni mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA waqt laqgħa ġewwa Cardiff nhar it-18 ta' April 2007.", "B'hekk din saret it-tielet darba li żewġ pajjiżi ospitaw il-Kampjonati Ewropej, wara Belġju–Pajjiżi l-Baxxi (2000) u Awstrija–Żvizzera (2008).", "Ir-riżultati tal-votazzjoni kienu hekk:", "Il-votazzjoni kellha ssir f'massimu ta' żewġ rawnds.", "Sabiex il-vot ikun validu, kellu jkun hemm kworum fil-kamra tal-laqgħat, jiġifieri, mill-inqas tmien membri tal-Kumitat, esklużi l-president u d-deputat li ma kellhomx id-dritt il-vot.", "Fl-ewwel rawnd, kull membru kellu vot wieħed.", "Minħabba li l-offerta tal-Polonja u l-Ukrajna kisbet maġġoranza assoluta ta' tmien voti, din tħabbret bħala r-rebbieħa u ma kienx hemm bżonn li jsir it-tieni rawnd.", "Il-votazzjoni saret mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA kompost minn 14-il membru:", "La Carraro u lanqas Surkis ma setgħu jivvutaw fl-ebda votazzjoni, minħabba li kienu rappreżentati ta' pajjiżi kandidati.", "Din ħalliet tnax-il vot disponibbli għat-tliet offerti.", "Il-lista tat-tmient ibliet li se jospitaw il-partita tal-Euro 2012 ġiet uffiċjalizzata mill-UEFA f'laqgħa ġewwa Bukarest nhar l-14 ta' Mejju 2009, fejn kull grupp se jibbaża ruħu fuq żewġ grawnds kull wieħed.", "Il-bliet ospiti ta' Varsavja, Gdańsk, Wrocław, Poznań, Kjiv u Lviv huma kollha mkejjen turistiċi popolari, bil-kontra ta' Donetsk u Kharkiv (tal-aħħar ħadet post lil Dnipropetrovsk bħala belt ospitu fl-2009).", "It-tlugħ tal-poloz għall-partiti tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2012 saru ġewwa Varsavja fis-7 ta' Frar 2010.", "51 tim daħlu jikkompetu għal 14-il post fil-fażi finali, flimkien mal-Polonja u l-Ukrajna.", "Dawn it-timijiet ġew maqsuma f'disa' gruppi, bil-polza taqsamhom skont il-koeffiċjenti tat-timijiet nazzjonali tal-UEFA.", "Ir-rawnd ta' kwalifikazzjoni bdiet f'Awwissu tal-2010 u tlestiet f'Novembru 2011.", "Fi tmiem il-fażi tal-gruppi f'Ottubru 2011, id-disa' rebbieħa tal-gruppi għaddew awtomatikament għall-finali, bl-aqwa tim li spiċċa fit-tieni post jagħmel dan ukoll.", "It-tmien timijiet l-oħra li temmew fit-tieni post affrontaw lil xulxin fi \"play-off\" ta' żewġ legs, bir-rebbieħa jaqtgħu passaġġ għall-finali.", "Il-fażi finali tal-kompetizzjoni se tara sittax-il tim nazzjonali, format li ilu jiġi adottat mill-1996.", "Ċerti assoċjazzjonijiet tal-futbol Ewropej ipproponew li dan jiġi estiż għal 24 tim, minkejja li n-numru ta' membri tal-UEFA ftit li xejn kiber minn mindu saret l-aħħar estensjoni fl-1996 (53 f'April tal-2006 ikkumparat ma' 48 fl-Euro 1996).", "F'April tal-2007, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA iddeċieda kontra l-estensjoni għall-2012.", "Għal dawn il-kampjonati, tnax-il finalist ħadu sehem fl-edizzjoni preċedenti tal-2008, bl-Ingilterra u d-Danimarka jirritornaw wara l-2004.", "Ir-Repubblika tal-Irlanda rritornat wara assenza ta' 24 sena għat-tieni dehra tagħhom f'fażi finali tal-kompetizzjoni.", "Waħda mill-ospiti, l-Ukrajna, iddebuttat bħala pajjiż indipendenti wara r-rebħ tal-edizzjoni inawgurali tal-1960 bħala parti mill-Unjoni Sovjetika."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15357", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15357", "title": "Ninu Cremona", "text": ["Ninu Cremona", "Ninu Cremona (Rabat,Għawdex, 27 ta' Mejju 1880 – 4 ta' Jannar 1972) kien lingwista u kittieb Malti.", "Ninu Cremona, magħruf bħala \"Is-Sur Nin\", kien bin Feliċ u Margaret Pace imwielda fil-Munxar, Għawdex.", "Missieru miet meta Ninu kellu tliet snin u sentejn wara mar jgħix ma' zijuh f'Tuneż u ħa l-edukazzjoni tiegħu fi iskola tal-Freres u wara fil-kulleġġ Saint-Charles.", "Meta kellu 8 snin ġie lura Malta u mar is-Seminarju ta' Għawdex u tal-Furjana, fejn hemmhekk sar jaf lil Dun Karm.", "Fl-1900, Cremona daħal skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Spettur tas-Sanità wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Università ta' Liverpool.", "Fl-1928 sar l-editur risponsabbli għat-traduzzjonijiet u pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern.", "Cremona kien jgħallem il-Malti fil-klassijiet ta' filgħaxija u fl-1936 kien l-ewwel għalliem tal-Malti fil-Liċeo.", "Kien ukoll eżaminatur tal-Malti fl-Università.", "Cremona kien wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti.", "Kien Viċi-President tagħha u wieħed mill-edituri ta' \"Il-Malti\", ir-rivista tal-Għaqda.", "L-ikbar sehem tiegħu b'riżq il-Malti kien fit-tfassil tal-ortografija Maltija – li fiha għenu Ġanni Vassallo, bil-ktieb \"Tagħrif fuq il-Kitba Maltija\" li ħarġu fl-1924.", "Dramm", "Poeżija", "Novelli", "Lingwistika", "Riċerka", "Folklor", "Fl-1970, Cremona ippubblika ħafna mix-xogħlijiet tiegħu ta' proża f' \"Antoloġija ta' Proża Maltija\".", "http://www.akkademjatalmalti.com/page.asp?p=9052&l=1"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15358", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15358", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012", "Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 huwa perjodu ta' logħob bejn l-2010 u l-2011 sabiex jiġi deċiż il-parteċipanti tal-Kampjonati Ewropej 2012, li se ssir fil-Polonja u l-Ukrajna.", "It-tlugħ tal-poloz saru fis-7 ta' Frar, 2010, fil-Palazz tal-Kultura u Xjenza tal-Varsavja, bil-partiti mistennija li jintlagħbu bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.", "Hemm total ta' disa' gruppi, sitta minnhom b'sitt timijiet u t-tlieta l-oħra b'ħamsa.", "Fi tmiem il-fażi ta' kwalifikazzjoni, it-tim li jispiċċa fl-ewwel post ta' kull grupp jieħu post awtomatiku fil-fażi finali.", "L-aqwa tim li jispiċċa fit-tieni post jingħata post dirett fil-kompetizzjoni, u t-tmien timijiet l-oħra li jkunu temmew dan il-proċess fit-tieni post jaffrontaw lil xulxin fi \"play-off\" ibbażata fuq żewġ logħbiet, sakemm joħorġu l-erba' timijiet l-oħra.", "It-tqassim tat-timijiet fl-urni differenti kien ibbażat skont il-klassifika tal-koeffiċjenti tal-UEFA.", "Bħall-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008, jekk żewġ timijiet (jew aktar) jispiċċaw l-istess fin-numru ta' punti, il-kriterji segwenti jiġu esegwiti biex jiġi determinat il-pożizzjoni tat-timijiet:", "Minħabba li xi gruppi jinvolvu sitt timijiet u oħrajn ħamsa, partiti kontra t-tim klassifikat fis-sitt post f'dawn il-gruppi mhumiex inklużi f'din il-klassifikazzjoni.", "B'riżultat t'hekk, tmien partiti milgħuba minn kull tim se jintużaw biex jiddeterminaw din il-klassifika."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15361", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15361", "title": "Arda Turan", "text": ["Arda Turan", "Arda Turan (Istanbul, 30 ta' Jannar 1987) huwa plejer tal-futbol Tork li jilgħab ma' Atlético Madrid u għat-tim nazzjonali Tork.", "Arda huwa prodott tas-settur ġovanili ta' Galatasaray, u wara staġun sodisfaċenti taħt self ma' Manisaspor, għall-istaġun 2006–07 ġie mgħajjat lura fit-tim u żblokka minnufih mal-ewwel tim.", "Kien f'dan iż-żmien li ngħata l-ewwel sejħa mat-tim nazzjonali.", "Il-prestazzjonijiet tiegħu ħallew impressjoni fuq il-kowċ Eric Gerets, u 'l quddiem sar plejer regulari mal-ewwel ħdax.", "Arda kompla jitjieb mal-istaġun 2007–08.", "Minkejja bidu diffiċli tal-istaġun, Arda tejjeb bil-kbir il-forma tiegħu u dan urieh meta skorja seba' gowls fit-tieni nofs tal-istaġun.", "Wara dawn il-prestazzjonijiet, il-klabb Ingliż ta' Newcastle United għamel offerta ta' £9 miljun għall-akkwist ta' Arda, liema offerta ġie rrifjutata mid-diriġenza tal-klabb.", "Fil-bidu tal-istaġun 2009–10, Arda ingħata l-faxxa ta' kaptan ta' Galatasary, u ngħata wkoll l-flokk numru 10, flokk li fil-passat intlibes minn Metin Oktay u Gheorghe Hagi.", "Matul dan l-istaġun hu mexxa lit-tim għar-rebħ ta' sitt partiti konsekuttivi fil-kampjonat, u sal-aħħar tal-istaġun kien skorja seba' gowls u kkontribwixxa għal 17-il gowl f'kull kompetizzjoni.", "Fid-9 ta' Awwissu 2011, ġie ikkonfermat li Arda kien se jissiebaħ ma' Atlético Madrid għas-somma ta' €12-il miljun, somma li tpoġġieh bħala l-aktar akkwist Tork għoli fl-istorja.", "Arda Turan iddebutta mat-tim nazzjonali tat-Turkija fir-rebħa ta' 2–0 fuq il-Lussemburgu tas-16 ta' Awwissu, 2006, wara li kien membru f'diversi sezzjonijiet tat-tim nazzjonali.", "L-ewwel gowl internazzjonali tiegħu wasal f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Urugwaj tal-25 ta' Mejju, 2008.", "Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, Arda ħa sehem f'disa' logħbiet mit-tnax-il logħba ta' kwalifika, f'kampanja li rat lit-Turkija jaqtgħu passaġġ għall-fażi finali.", "Matul il-kompetizzjoni hu skorja żewġ gowls.", "L-ewwel wieħed wasal fit-92 minuta kontra l-Iżvizzera u sarraf bħala l-gowl rebbieħ tat-tieni logħba mill-fażi tal-gruppi.", "It-tieni gowl kien dak kontra r-Repubblika Ċeka fl-aħħar konfront mill-grupp; bit-Turkija 2–0 minn taħt, hu għeleb lil Petr Čech fil-75 minuta hekk kif it-Turkija rnexxielhom jagħmlu rimonta imprevedibbli biex kisbu post fil-kwarti tal-finali.", "Eventwalment, it-Turkija ġiet megħluba fis-semifinali mill-Ġermanja finalista.", "Arda Turan permezz ta' gowl fil-konfront kontra l-Estonja tal-5 ta' Settembru, 2009, validu għar-rawnd ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2010, irnexxielu jiskorja s-600 gowl internazzjonali tat-tim nazzjonali Tork.", "Galatasaray"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15362", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15362", "title": "Patrick Müller", "text": ["Patrick Müller", "Patrick Müller (Ġinevra, 17 ta' Diċembru 1976) huwa plejer tal-futbol Żvizzeru li attwalment jinsab mingħajr klabb.", "Patrick Müller beda l-karriera tiegħu ma' Meyrin qabel ma ngħaqad ma' Servette.", "Aktar tard ingħaqad ma' Grasshoppers.", "Fis-sena 2000, hu ngħaqad mal-klabb Franċiż ta' Lyon fejn magħhom mal-ewwel sar figura regulari qalb id-difiża tat-tim.", "Magħhom irnexxielu jirbaħ l-ewwel titlu tal-kampjonat fl-istorja tal-klabb.", "Fil-finali tal-Coupe de la Ligue 2001 hu skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin barrani kontra AS Monaco, l-ewwel trofew mirbuħ minn OL għal din il-kompetizzjoni.", "Wara r-rebħ tal-ewwel titlu, Müller u t-tim irrepetew l-istess tragward fl-2003 u l-2004.", "Fi tmiem il-kuntratt tiegħu, id-difensur Żvizzeru ssieħeb mal-Ispanjoli ta' Mallorca.", "Il-perjodu li qatta' mal-klabb ta' Mallorca kien wieħed diżappuntanti fejn naqas li jżomm postu mal-ewwel ħdax, u f'Jannar tal-2005 inxtara minn Basel.", "Minkejja li magħhom rebaħ il-kampjonat Żvizzeru, żmienu mal-klabb kien imtappan minn uġigħ li kien isofri ta' spiss.", "F'Jannar tal-2006, Lyon, li kienu jinsabu fi kriżi fil-qasam difensiv, reġgħu xtraw lil Müller.", "Magħhom reġa' rebaħ għal tliet darbiet konsekuttivi l-kampjonat, fl-2006, fl-2007 u fl-2008.", "Waqt li ġie operat f'Diċembru 2007 f'irkopptu l-leminija, hu ma kienx disponibbli għal-logħob u tilef iktar minn sittin logħba.", "Matul is-suq tat-trasferimenti tal-2008, id-difensur ingħaqad mal-klabb ta' Monaco.", "Fil-bidu tal-istaġun 2009–10, il-klabb espressa kif il-plejer ma kienx fil-pjanijiet tal-kowċ il-ġdid Guy Lacombe.", "Kien fi tmiem l-istaġun li ntemmlu l-kuntratt tiegħu u spiċċa mingħajr klabb.", "Patrick Müller issejjaħ mat-tim nazzjonali Żvizzeru mill-kowċ Gilbert Gress, fejn f'April tal-1998 iddebutta f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Irlanda ta' Fuq.", "Sussegwentament, kien figura regulari matul il-fażijiet ta' kwalifika ta' numru ta' kompetizzjonijiet.", "Mal-Iżvizzera hu lagħab fil-Kampjonati Ewropej 2004, fit-Tazza tad-Dinja 2006, u l-kowċ Jakob Kuhn għażlu fost l-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn minkejja l-eliminazzjoni bikrija tat-tim Müller kien wieħed mill-punti pożittivi tat-tim hekk kif lagħab it-tliet partiti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15370", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15370", "title": "Arkanġlu Mikiel", "text": ["Arkanġlu Mikiel", "Mikiel huwa wieħed mit-tliet arkanġli li jissemmew b'isimhom fil-Bibbja, flimkien ma' Rafel u Gabrijel.", "L-isem Mikiel ġej mil-espressjoni \"Mi-ka-El\" li tfisser \"min hu bħal Alla?\"", "San Mikiel jissemma darbtejn fit-Testment il-Qadim u darbtejn fit-Testment il-Ġdid.", "Jissemma darbtejn fil-Ktieb tal-Profeta Danjel bħala l-Prinċep li jħares lill-ulied tal-Poplu t'Alla, lil-Lhud, fi żmien il-jasar tal-Babilonja. - Danjel 12, 1", "Fl-Ittra ta' San Ġuda jissemma San Mikiel jiġġieled max-xitan fuq il-ġisem ta' Mosè. - Ġuda, 9", "Fl-Apokalissi 12, 7-8, insibu r-rebħa tal-anġli mmexxija minn San Mikiel fuq x-xjaten wara battalja qalila. - Apokalissi 12, 7", "San Mikiel jissemma wkoll f'kotba Apokrifi bħal \"De principiis\" ta' Oriġenu u \"Rivelazzjoni ta' Mosè\".", "Fil-Koran, l-anġlu Mikiel jissemma darba, fis-Sura 2:98.", "L-Arkanġlu Mikiel huwa wieħed mill-erba' Arkanġli għall-Misilmin u wieħed minn tnejn imsemmijin b'isimhom fil-Koran, flimkien ma' Gabrijel.", "It-tradizzjoni Nisranija tħares lejn San Mikiel bħala dak li jiġġieled kontra x-xitan, dak li jsalva l-erwieħ fil-punt tal-mewt, dak li jħares lill-Knisja, u dak li jieħu l-erwieħ għand Alla għall-ġudizzju.", "L-Insara tal-bidu kienu jpoġġu l-morda taħt il-ħarsien ta' San Mikiel.", "San Mikiel hu marbut ma' ħafna nixxigħat bil-qawwa li jfejqu madwar l-Ewropa, bħal fi Chiarotopa ħdejn Kolossae u dawk f'Khonas.", "Fis-Santwarju ta' Sosthenion, qrib Kostantinopli jingħad li San Mikiel deher lill-Imperatur Kostantinu.", "F'Ruma, jingħad li l-Arkanġlu deher fuq il-\"Moles Hadriani\" fis-sena 950 w.K. waqt purċissjoni mill-Papa Girgor għall-ħelsien mill-pesta.", "Jingħad ukoll li fis-seklu 6 w.K. l-Arkanġlu Mikiel deher fuq il-muntanja Gargano fin-nofsinhar tal-Italja.", "F'Malta nsibu tliet knejjes iddedikati lil San Mikiel: fis-Salini (Burmarrad), fl-Iklin u fl-Imqabba.", "Kien hemm oħra Ħaż-Żebbuġ.", "L-Arkanġlu Mikiel huwa l-patrun tal-morda, tal-kavallieri, tal-baħħara u tal-bejjiegħa tal-merċa.", "Hu patrun ukoll ta' Franza u tal-Ġermanja.", "San Mikiel Arkanġlu jiġi raffigurat b'xabla f'idu, liebes kurazza, rebbieħ fuq ix-xitan.", "Ġieli jiġi raffigurat ukoll b'miżien f'idu, simbolu tal-ġustizzja divina.", "Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tiegħu nhar id-29 ta' Settembru, flimkien mal-Arkanġli Gabrijel u Rafel.", "L-oriġini tas-santwarju ta' San Mikiel tmur lura għas-sena 490.", "Skont it-tradizzjoni, raġel għani, ċertu Elvio Emanuele, ħa l-merħla tiegħu tirgħa fuq il-muntanja Gargano.", "Barri ħarablu u dam ħafna jfittxu.", "B'għaġeb kbir sabu għarkubbtejh quddiem għar, tgħid il-leġġenda.", "Bir-rabja li ħakmitu Elvio sparalu vleġġa imma spiċċa biex laqat siequ stess.", "Imbellah b'dak li ġara, Elvio erħielha għand l-isqof u tarraflu x'ġara.", "Wara tlett ijiem ta' talb u sawm l-Arkanġlu San Mikiel dehrlu u qallu: \"Jiena l-Arkanġlu Mikiel.", "Jiena dejjem fil-preżenza ta' Alla.", "L-għar huwa qaddis għalija.", "Għażiltu jien.", "Jiena nnifsi il-ħarries tiegħu...", "Fejn hemm il-blat miftuħ id-dnubiet tal-bnedmin huma maħfura...", "Dak li jintalab hawnhekk fit-talb jiġi maqlugħ.", "Għalhekk, mur fuq il-muntanja u ddedika l-għar lir-reliġjon Nisranija\".", "Sfortunatament l-isqof ma tahx widen kemm għax l-għar kien fl-għoli u anki għaliex dak l-imkien kien post fejn il-pagani kienu jqimu l-allat foloz tagħhom.", "Sentejn wara, jiġifieri fis-sena 492, in-nies ta' Siponto ġew assedjati mill-għadu tagħhom.", "L-Isqof San Lorenzo rnexxielu jikseb ftehim ta' tlett ijiem ta' waqfien mill-ġlied.", "Tul dawn il-jiem sam u talab b'fidi kbira.", "Fit-tielet jum dehrlu l-Arkanġlu u qallu li n-nies tal-belt kienu se jirbħu l-battalja.", "Dan il-messaġġ tant mela b'kuraġġ lin-nies tal-belt li ħarġu u qerdu lill-għadu f'ħakka ta' għajn.", "Il-ġellieda kienu msieħba minn dawl qawwi u ragħad.", "Meta ra din ir-rebħa ssir quddiem għajnejh, l-Isqof reġa' lura minn fehmtu u ħaseb biex jikkonsagra l-għar imqaddes li kien ħeġġu jagħmel San Mikiel Arkanġlu.", "Imma l-Arkanġlu dehrlu u qallu li l-għar kien diġà kkonsagrah hu stess.", "Minħabba dan il-fatt tal-għaġeb, din il-bażilika tissejjaħ \"il-Bażilika Ċelesti\" l-għaliex ma ġietx ikkonsagrata minn idejn il-bnedmin.", "Meta sema dan, l-isqof, flimkien ma' seba' isqfijiet oħra Apuljani, irħwelha purċissjonalment lejn l-għar imqaddes mal-poplu u man-nies ta' Siponto.", "Tul il-purċissjoni ġrat ħaġa tassew tal-għaġeb skont it-tradizzjoni: xi ajkli ħarsu lill-isqfijiet mid-dawl tax-xemx billi fetħulhom ġwenħajhom.", "X'ħin waslu fl-għar sabu li kien hemm altar qadim u li kien mgħotti b'terħa tal-vermilion, b'salib għoli fuqu.", "Skont il-leġġenda, instabet ukoll il-forma tas-sieq ta' San Mikiel fil-blat.", "B'ferħ mill-aktar kbir l-isqof offra l-ewwel Ewkaristija f'dan il-post mqaddes.", "Kien id-29 ta' Settembru tas-sena 493.", "L-aħħar ġrajja marbuta mal-interċessjoni qawwija ta' San Mikiel seħħet mal-1150 sena wara, sewwasew fl-1656.", "In-naħa ta' isfel tal-Italja kienet maħkuma mill-marda qerrieda tal-pesta.", "Quddiem din l-epidemija, li ħalliet eluf ta' nies mejta, l-Arċisqof, Alfonso Puccinelli, sam u talab lil San Mikiel Arkanġlu.", "Barra minn hekk, kiteb talba u poġġieha quddiem l-istatwa tal-Arkanġlu li hemm fis-santwarju tiegħu fil-Gargano.", "Nhar it-22 ta' Settembru, waqt li kien qiegħed jitlob fil-kappella tal-palazz tiegħu fuq Monte Sant'Angelo kien hemm bħal terremot u San Mikiel dehrlu f'dija li tgħammex.", "L-Arkanġlu ordnalu biex ibierek il-ġebel tal-għar u jnaqqax fuqhom is-sinjal tas-Salib u l-ittri MA (Mikiel Arkanġlu).", "Min żamm dawn il-ġebel b'devozzjoni kellu jkun imħares mill-pesta.", "L-isqof għamel dak li qallu l-Arkanġlu.", "L-istorja tgħid li mhux biss il-belt ġiet meħlusa mit-theddida tal-pesta imma wkoll dawk kollha li talbu għall-ġebel biex iżommuh b'devozzjoni, jgħixu fejn kienu jgħixu.", "Bħala tifkira għal dejjem u bi gratitudni eterna għal dan il-miraklu li l-Mulej wettaq permezz ta' San Mikiel, l-Arċisqof bena monument lil San Mikiel fil-pjazza tal-belt, li wieħed għadu jista' jarah sal-lum, sewwasew quddiem il-kamra fejn jingħad li seħħet id-dehra.", "Il-kitba li hemm fuq il-monument tgħid hekk: \"Lill-Prinċep tal-Anġli, Konkwistatur tal-Pesta, Patrun u Ħarries, aħna npoġġu dan il-monument bi gratitudni eterna.", "Alfonso Puccinelli 1656\".", "Matul iż-żminijiet, is-santwarju fuq il-Gargano kien post li ra eluf ta' pellegrini li żaruh.", "Fost l-għadd bla tarf ta' pellegrini li telgħu fuq il-muntanja Gargano insibu lill-Papiet Ġelasju I, San Ljun IX, Urbanu II, Alessandru III, Gregorju X, San Ċelestinu V, Ġwanni XXIII (meta kien għadu Kardinal) u Ġwanni Pawlu II.", "Fost is-slaten li żaru din il-Bażilika Ċelesti nsibu lil Ludoviku II, Ottone III u ommu Teofane, Karlu t'Anġù, Alfonsu t'Aragona, is-Slaten Borboni Ferdinandu I u II, Vittorju Emanuele III u Umberto ta' Savoja.", "Ma' dawn nistgħu nżidu wkoll xi qaddisin bħal San Franġisk t'Assisi, Santa Briġida tal-Isvezja, San Alfons Maria de Liguori, San Geraldu Maiella u San Piju ta' Pietralcina.", "Sa mit-13 ta' Lulju 1996, il-kura pastorali tas-santwarju ta' San Mikiel fuq il-muntanja tal-Gargano għaddiet f'idejn il-Kongregazzjoni ta' San Mikiel Arkanġlu.", "Il-Mikeliti, kif inhuma magħrufa l-membri ta' din il-kongregazzjoni, daħlu wara 25 sena ta' servizz pastorali li kienu wettqu l-Benedittini Verginiani.", "Din il-kongregazzjoni Pollakka, imwaqqfa mill-Venerabbli Qaddej ta' Alla, Dun Bronislao Markiewicz, għandha bħala għan tagħha li taqdi lit-tfal u liż-żgħażagħ abbandunati.", "Dun Ġorġ Preca kien devot kbir tal-Arkanġlu San Mikiel.", "Dun Ġorġ kien jirrakkonta kif darba meta kellu madwar ħames snin kien ghaddej il-Belt mas-seftura tal-familja u waqqfu uffiċjal żagħżugħ li qegħedlu f'idu arloġġ tad-deheb.", "Dan l-uffiċjal sparixxa f'daqqa u anke l-arloġġ.", "Dun Ġorġ kien persważ li dak l-uffiċjal ma kien ħadd ħlief l-arkanġlu San Mikiel u l-arloġġ kellu jkun l-\"Arloġġ ta' Talb\" li Dun Ġorġ stess kellu jikteb għas-soċji tal-MUSEUM biex jitolbuh kull kwarta.", "Iżjed tard Dun Ġorġ għażel lil San Mikiel bħala d-Difensur tas-Soċjetà tal-MUSEUM.", "Fil-bidu ta' kull laqgħa tagħhom, is-soċji jagħtuh qima b'talba msejħa s-Salve Sancte Michael, li qabel kienet titkanta bil-Latin:", "Nhar l-4 ta' Novembru 1946, bil-barka ta' Dun Ġorġ, soċju tal-MUSEUM u eks-impjegat tat-Tarzna, Toni Agius, mgħejjun l-iktar mill-Assistent Superjur Ġenerali Karmenu Callus, fetaħ skola tas-Soċjetà tal-MUSEUM, bl-isem Skola St Michael li fil-bidu kienet f'dar jisimha Villa Violette, il-Marsa.", "Iżda erba' snin wara, fl-1951 is-Soċjetà akkwistat biċċa art kbira fl-inħawi ta' Fleur-de-Lys.", "Nhar id-19 ta' Mejju 1951, Dun Ġorġ imdawwar mis-soċji, għalliema u tfal, bierek l-ewwel ġebla tal-iskola u talab b'dal-kliem:", "Kuljum fl-Iskola St Michael, wara l-brejk ta' nofsinhar l-istudenti jitolbu t-talba lil San Mikiel.", "Din it-talba kienet inkitbet u xterdet mill-Papa Ljun XIII fl-1886 immedjatament wara viżjoni terribli li jingħad li kellu hekk kif spiċċa l-quddiesa.", "Fl-1930, il-Papa Piju XI kien ordna li t-talba lil San Mikiel tingħad b'intenzjoni speċjali, għall-konverżjoni tar-Russja.", "It-talba kienet tingħad fl-aħħar ta' kull quddiesa.", "Fir-riforma tal-Liturgija ta' wara l-Konċilju Vatikan II, matul il-Pontifikat ta' Pawlu VI, ir-reċitazzjoni tat-talba ta' Papa Ljun tneħħiet mill-quddiesa.", "L-epika ta' John Milton, \"Paradise Lost\" tirrakkonta fis-sitt ktieb l-istorja tal-ġlieda bejn l-anġli t-tajbin immexxija mill-Arkanġlu Mikiel kontra x-xjaten.", "L-Arkanġlu Mikiel hu l-karattru priċipali, maħdum minn John Travolta, fil-film \"Michael\" (1996).", "Fil-film \"Ghost Rider\" (2007), l-Arkanġlu Mikiel huwa wieħed mill-karattri prinċipali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15371", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15371", "title": "Ateni", "text": ["Ateni", "Ateni hija l-kapitali u l-ikbar belt tal-Greċja, u tiddomina l-periferija ta' Attika.", "Ateni hija waħda mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tagħha tmur lura għal madwar 3,400 sena ilu.", "Il-kapitali Griega għandha popolazzjoni ta' 745,514 (fl-2001) fiċ-ċentru amministrattiv tagħha.", "Iż-żona urbana testendi 'l barra mil-limiti amministrattivi tal-istess belt, b'popolazzjoni ta' 3,130,841 (fl-2001).", "Ateni hija ċ-ċentru ekonomiku, finanzjarju, industrijali u kulturali tal-Greċja, u fuq livell Ewropew u globali din għandha importanza notevoli.", "Ateni hi l-aktar imfakkra fuq il-kotba tal-istorja bħala l-post fejn twieldet id-demokrazija, li kienet is-seded tal-akkademja ta' Platun u l-liċew ta' Aristotli, u kif ukoll il-post tat-twelid ta' Sokrate, Perikle, Sofokle u filosfi u persunaġġi oħra importanti tal-antik.", "Barra minn hekk, kienet polis prosperuża u hi kkunsidrata bħala l-benniena taċ-ċiviltà tal-Punent.", "Tradizzjonalment, il-protettriċi tal-belt hija l-alla Atena, li tidher kemm fl-emblema tal-belt kif ukoll fil-bandiera.", "Fil-Grieg tal-Qedem, l-isem tal-belt kien Ἀθῆναι (\"Athēnai\", ] bil-Attiku Klassiku) li huwa fil-plural.", "Fil-Grieg ta' qabel, bhal Grieg Omeriku, l-isem kien fis-singular bħala Ἀθήνη (\"Athēnē\").", "Huwa possibli li ġiet fil-plural aktar tard, bħal dawk ta' Θῆβαι (\"Thêbai\") u Μυκῆναι (\"Μukênai\").", "L-għeruq tal-kelma forsi mhumiex ġejjin minn oriġini Grieg jew Indo-Ewropej, u huwa fdal tas-sottostrat Pre-Grieg ta' Attika, kif jista' jkun l-isem tal-alla Atena (Attiku Ἀθηνᾶ, \"Athēnā\", Joniku Ἀθήνη, \"Athēnē\", u Doriku Ἀθάνα, \"Athānā\"), li kienet dejjem marbuta mal-belt ta' Ateni.", "Matul il-perjodu Medjevali l-isem tal-belt reġa' ġie fis-singular bħala Ἀθήνα.", "Madankollu, wara l-istabbiliment tal-istat Grieg modern, u parzjalment minħabba l-konservattiżmu tal-lingwa miktuba, Ἀθῆναι ] għal darba oħra saret l-isem uffiċjali tal-belt u baqa' hekk sal-abbandun tal-Katarevusa fl-1976, meta Ἀθήνα, \"Athína\", saret l-isem uffiċjali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15374", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15374", "title": "Silvio Appiani", "text": ["Silvio Appiani", "Silvio Appiani (Padova, 5 ta' April 1894 – Kras, 20 ta' Ottubru 1915) kien militant, plejer u kowċ tal-futbol.", "Silvio Appiani kien attakkant tat-tim ta' Padova fil-bidu tas-seklu 20.", "Iddebutta mal-Padovani nhar l-4 ta' Mejju, 1913, fil-Promozione.", "Fl-istaġun 1913–14 lagħab żewġ logħbiet, kontra Petrarca u Udinese.", "Fl-1914, il-Padova rebħu l-Kampjonat tal-\"Promozione\" ta' Veneto-Emiliano u ngħaqdu mal-Prima Categoria tal-Italja ta' Fuq li ntemmet fir-raba' post wara Vicenza, Hellas Verona u Venezia.", "Appiani kien it-tmun tat-tim hekk kif irnexxielu jiskorja tmintax-il gowl f'erbatax-il logħba.", "Fl-1915, mal-Padova rebaħ it-Tazza Veneta.", "Fl-istaġun 1913–14 ħa r-rwol ta' kowċ flimkien ma' Guido Festa u Mario Pedrina.", "Fl-1915, l-Italja daħlet fil-gwerra.", "F'dik l-istess sena Silvio Appiani, li kien għadu kif iggradwa fil-farmaċewtika, daħal bħala volontarju fl-armata.", "Hu rrifjuta li jingħaqad mal-\"Corpo della Sanità Militare\", u talab li jiġġieled fil-fanterija, u ddaħħal mal-139 reġiment f'Bosco Lancia, fejn fuq il-Kars miet nhar l-20 ta' Ottubru, 1915, kawża ta' bumbardament Awstrijak, f'età tenera ta' 21 sena.", "Illum il-ġurnata, il-grawnd tal-klabb ta' Padova iġib l-isem ta' dan l-istess plejer."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15376", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15376", "title": "Hasse Jeppson", "text": ["Hasse Jeppson", "Hans Olof Jeppson, magħruf sempliċement bħala Hasse (Kungsbacka, 10 ta' Mejju 1925) huwa eks-plejer tal-futbol Żvediż.", "Beda l-karriera tiegħu ma' Kungsbacka IF, qabel ma' ngħaqad ma' Örgryte IS.", "Fl-1948, bit-trasferiment tiegħu għal ma' Djurgårdens IF, beda juri tassew il-potenzjal tiegħu: Jeppson spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat Żvediż 1950–51 b'total ta' 17-il gowl u minn dakinhar infetħu l-bibien għal mat-tim nazjonali fejn ħa post Gunnard Nordahl.", "Il-prestazzjonijiet brillanti tiegħu matul it-Tazza tad-Dinja 1950, fejn matulha kien serva ta' kaptan tat-tim, attiraw l-attenzjoni ta' Charlton Athletic.", "Jeppson, li mar l-Ingilterra għal raġunijiet ta' studju f'isem id-ditta li kien jaħdem għaliha u biex jara l-partiti, il-kowċ Jimmy Seed ikkonvinċieh sabiex jissieħeb mat-tim nhar is-6 ta' Jannar, 1951, sabiex sar it-tieni plejer Żvediż li qatt lagħab fil-kampjonat Ingliż, wara Dan Ekner mal-Portsmouth bejn l-1940 u l-1950.", "Magħhom skorja total ta' 12-il gowl mill-istess numru ta' logħob, sabiex tejjeb il-pożizzjoni tat-tim miż-żona relegazzjoni għal waħda ta' salvazzjoni.", "Fost oħrajn, irnexxielu jiskorja tripletta f'Highbury kontra l-Arsenal u gowls kontra Liverpool u Chelsea.", "L-esperjenza tiegħu fil-futbol Ingliż intemmet biss wara sena, hekk kif ingħaqad mat-tim tal-Atalanta għall-istaġun 1951–52.", "B'nuqqas ta' riżultati pożittivi, l-akkwist tal-Iżvediż seħħ narh is-26 ta' Ottubru, 1951, wara li l-kowċ tat-tim Ceresoli kien talab għal rinforzi fl-attakk.", "L-ewwel logħba tiegħu kienet rebħa ta' 1–0 fuq Como, logħba li ratu jiskorja l-ewwel gowl tiegħu.", "F'dan l-istaġun għen lit-tim jaqbeż mit-tielet post ta' qabel tal-aħħar tal-klassifika għat-tnax-il post. Fuq il-lat personali, spiċċa r-raba' post fil-klassifika tal-aqwa skorers bi 22 gowl.", "Wara staġun impekkabbli kienu n-Napoli li kisbu l-firma tiegħu, fi sfida diretta mal-Inter u Legnano, hekk kif it-tim Naplitan kien qiegħed jibni skwadra denja ta' rebħ tal-kampjonat.", "L-akkwist tiegħu kien idur maċ-ċifra stratosferika ta' 55 miljun lira; minħabba din is-somma, il-partitarji bdew isejħulu \"'o Banca 'e Napule\" (il-Bank ta' Napli).", "Man-Napoli mal-ewwel sar wieħed mill-benjamini tat-tim, fejn fl-erba' staġuni li qatta' mal-klabb skorja xejn inqas minn 52 gowl u ifforma koppji offensivi ma' Amedeo Amadei u Luís Vinício.", "L-attakkant Żvediż jibqa' mfakkar għall-gowls impossibbli li kien jiskorja, u fl-istess ħin, kif kin ifalli okkażjonijiet aktar sempliċi quddiem il-gowlkiper.", "Minkejja l-ħafna wegħdiet tal-bidu, l-iskawdra Naplitana kienet biss kompetittiva fl-ewwel sena, meta fl-istaġun 1952–53 waslet sar-raba' post, waqt li minn sena għall-oħra r-rendiment tat-tim beda jmur għall-agħar.", "Il-karriera ta' Jeppson intemmet fl-1957 wara staġun bil-flokk ta' Torino, fejn irnexxielu jisraq qlub il-partitarji tal-\"granata\" b'doppjetta fid-Derby della Mole tas-17 ta' Marzu, 1957, mirbuħ 4–1.", "It-tim temm l-istaġun fis-seba' post, staġun li temm definittivament il-karriera tiegħu.", "Mat-tim nazzjonali ddebutta f'Ġunju tal-1949, fejn skorja wieħed mit-tliet gowls tal-ewwel reħba Żvediża kontra l-Ingilterra.", "Fis-sena ta' wara kien fost it-tim li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Brażil, fejn l-uniċi gowls tiegħu kienu żewġ gowls kontra l-Italja fil-partita tal-ftuħ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15377", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15377", "title": "Ġwanni Kriżostmu", "text": ["Ġwanni Kriżostmu", "Ġwanni Kriżostmu jew Ġwanni t'Antijokja (Antijokja, 344/354 – Comana Pontica, 14 ta' Settembru 407) kien reliġjuż Nisrani, patrijarka ta' Kostantinopli, u miżmum mill-Knisja Kattolika bħala wieħed mill-ikbar erba' Missirijiet tal-Knisja tal-Lvant.", "Ġwanni Kriżostmu twieled f'Antijokja, madwar is-sena 347, minn familja Nisranija, nobbli u tat-tajjeb.", "Missieru Sekundu miet meta hu kien għad kellu sentejn jew inqas, u meta ommu Antusa kellha biss għoxrin sena.", "L-ewwel edukazzjoni, ħadha mingħand ommu.", "Imbagħad tgħallem il-filosofija fl-Iskola ta' Andragazju, u studja r-retorika fl-iskola ta' Libanju minn Antijokja, li kien mgħallem tar-rettorika u filosofu magħruf, u li kellu korrispondenza ma' San Bażilju l-Kbir.", "Wara li għalaq tmintax-il sena, Melazju, l-Isqof ta' Antijokja, magħruf bħala l-Konfessur, ħallih joqgħod fis-servizz tiegħu u għamlu Lettur.", "F'dan iż-żmien, Ġwanni tgħallem it-teoloġija mingħand Dijodoru ta' Tarsu, li aktar 'il quddiem sar Isqof ta' Tarsu.", "Sa minn kmieni, San Ġwann Krisostmu beda jgħix ħajja ħarxa ta' penitenza kbira.", "Sa fl-aħħar qata' xewqtu li jgħix fl-eremitaġġ meta mar lejn il-muntanji tal-qrib u qagħad ġo għar ma' eremit xiħ.", "Imma minħabba n-nuqqas ta' rqad, u l-umdita' saħħtu ċediet u kellu joħroġ jfittex il-kura medika meħtieġa.", "Lura Antijokja, Melezju ordnah djaknu fis-sena 381.", "Imbagħad, fis-sena 386 l-Isqof Flavjanu ordnah saċerdot.", "Fuq talba tal-istess Isqof, Ġwanni pprietka fil-knejjes ewlenin tal-belt bejn is-snin 386-397.", "Kien f'dan iż-żmien li hu għamel l-aqwa priedki tiegħu.", "Fis-27 ta' Settembru tas-sena 397, miet l-Isqof Nettarju, Patrijarka ta' Kostantinopli, u Ġwanni Krisostmu nħatar bħala suċċessur tiegħu.", "Min-naħa tiegħu, ma wera l-ebda ħeġġa biex jaċċetta, imma sab ruħu għall-għarrieda f'dik il-belt.", "B'ordni tal-Imperatur, Teofilu, Patrijarka ta' Lixandra, ikkonsagrah Isqof fis-26 ta' Frar tas-sena 398.", "Ġwanni ried jagħmel riforma kbira fil-kleru ta' Kostantinopli, imma b'hekk għamel ħafna għedewwa fost il-kleru.", "Min-naħa l-oħra ma setax jadatta ruħu għall-ambjent imperjali, hekk li wasal biex ikkritika lill-Qorti Imperjali għall-gula u ż-żina bla lġiem.", "Sas-sena 399, it-tmexxija tal-Imperu ta' Kostantinopli kienet f'idejn Ewtropju, Kunsillier u Segretarju tal-Imperatur Arkadju.", "Ewtropju ma kienx jinqala' biex imexxi l-Imperu għax kellu karattru beżżiegħi ħafna.", "Sa dan iż-żmien San Ġwann Krisostmu kien għad għandu l-istima tal-Qorti Imperjali.", "Imma meta Ewtropju tilef it-tmexxija, u l-awtorita' għaddiet f'idejn l-Imperatriċi Ewdossja din ħassitha offiża bi kliem Ġwanni.", "U hekk Ġwanni tilef il-ħbiberija mal-Qorti Imperjali.", "L-imperatur Arkadju ġiegħel lil Ġwanni biex jikkonsagra lil Teofilu ta' Lixandra Isqof li dan ta' aħħar aktar 'il quddiem, lil Ġwanni għamillu ħafna ħsara.", "Ġwanni Krisostmu, bħala Patrijarka ta' Kostantinopli, sejjaħ lil Teofilu biex jieħu sehem f'Sinodu mmexxi minnu stess biex iwieġeb għal xi akkużi li għamlu xi rħieb li kienu jgħixu fid-deżert.", "Teofilu, akkuża lil Ġwanni, li kien hu l-awtur ta' dawn l-akkużi, u bl-għajnuna tal-Imperatriċi dawwar din is-sitwazzjoni kontra Ġwanni.", "Għalhekk, Teofilu sejjaħ laqgħa ta' 36 Isqof, kollha ġejjin mill-Eġittu, minbarra sebgħa li kienu huma wkoll għedewwa ta' Ġwanni, u għamlu sinodu għal rashom.", "Dan is-sinodu beda jissejjaħ is-Sinodu tal-Balluta, - subborg ta' Kalċedonja.", "Huma studjaw is-sitwazzjoni kollha, u akkużaw lil Ġwanni fuq 29 akkuża, (kollha kienu foloz).", "Huma sejħu għal tliet darbiet lil Ġwanni biex jidher quddiem il-'Qorti Episkopali', u meta raw li baqa' jwebbes rasu, neħħewh minn Isqof.", "Dan seħħ f'Awissu tas-sena 403.", "L-Imperatur Arkadju laqa' s-sentenza u eżilja lil Ġwanni f'Bitinja.", "Ma damux ma reġgħu sejħulu lura minħabba li f'Kostantinopli seħħu xi terremoti u xi n-nies ta' Kostantinopli qajmu rewwixta kontra din id-deċiżjoni.", "L-Imperatriċi beżgħet minn din is-sitwazzjoni, u sejħitlu lura wara ftit.", "Fir-ritorn tiegħu, Ġwanni kellu laqgħa kbira mill-poplu.", "Għamel diskors sabiħ fil-knisja tal-Appostli, u x'aktarx l-għada stess, għamel diskors ieħor u faħħar lill-Imperatriċi.", "Bilkemm kienu laħqu għaddew xahrejn li Ġwanni Krisostmu ma reġax tilef il-kalma tiegħu.", "L-okkażjoni kienet il-kxif ta' statwa tal-fidda ta' Ewdossja, li tqiegħdet fuq pedestall qrib il-Kattidral.", "F'diskors li għamel hu kkritika l-indiċenza u ż-żfin li kien hemm bħala parti miċ-ċerimonji tal-okkażjoni.", "L-imperatriċi mill-ewwel uriet kemm kienet qed tħossha offiża b'dan id-diskors.", "Ġiet il-festa ta' San Ġwann Battista, u Ġwanni Krisostmu, beda l-prietka tiegħu b'dan il-kliem: \"Hawn hi mill-ġdid Erodijade; hawn hi bintha mill-ġdid għaddejja tiżfen; hawn hi mill-ġdid titlob ras Ġwanni fuq platt\" (Socrate, Storia Eccl.", "6, 18).", "L-għedewwa tiegħu fehmu li b'dan il-kliem hu ried jikkritika lill-Imperatriċi.", "L-Imperatur talab lil Ġwanni biex ma jkomplix jagħmel funzjoniet iżjed fil-knejjes, imma hu ma obdiex.", "F'lejlet l-Għid tas-sena 404, Ġwanni laqqa' lill-katekumeni fil-banjijiet ta' Kostante biex hemm jgħammidhom solennement.", "Imma ġara li l-funzjoni kellha tieqaf għaliex ġiet armata imperjali u keċċiet lill-fidili 'l barra mill-post, u l-ilma tal-magħmudija tħallat mad-demm.", "Fid-9 ta' Ġunju 404, Ġwanni kien eżiljat għat-tieni darba f'Cucuso fl-Armenja t'Isfel, u baqa' hemm tliet snin.", "Billi l-fidili tiegħu marru jżuruh hemm, Arkadju eżiljah f'Pizio, fil-Baħar Caucasu.", "Ġwanni ma felaħx aktar u miet fil-vjaġġ fl-14 ta' Settembru 407 f'Comana tal-Pontu qabel ma wasal f'Pizjo.", "Ix-xogħlijiet tiegħu jinqasmu fi tlieta:", "Fost Missirijiet il-Knisja ta' Antijokja, San Ġwann Krisostmu hu l-uniku wieħed li għandna x-xogħol tiegħu kollu, forsi minħabba l-isem kbir tiegħu, t-tbatijiet li ġarrab, is-sbuħija tal-kitba tiegħu, u d-duttrina tajba li għallem.", "Dan jixhdu l-istess titlu li tawh fis-sitt seklu, - Krisostmu - li ifisser 'Fommu tad-deheb', ħafna drabi dan ħa post l-istess ismu.", "Fil-Knisja tal-Punent hu biss Santu Wistin li jħabbatha miegħu, għall-fama ta' oratur kbir.", "Fil-prietki tiegħu jidher bħala tabib tal-erwieħ: minn banda jagħraf id-dgħufija tagħhom u mill-oħra jagħti d-duwa meħtieġa.", "Hu ġieli dam sagħtejn fi prietka waħda, imma xorta waħda kien jibqa' jilqa' ċ-ċapċip tal-fidili fil-knisja.", "(i) Omeliji eseġetiċi", "San Ġwann Krisostmu għamel l-eseġesi ta' ħafna testi mit-Testment il-Qadim u mit-Testment il-Ġdid.", "Dawn għamel il-parti l-kbira tagħhom f'Antijokja bejn is-snin 386 u 397 meta kien għadu qassis sempliċi.", "Fittex ifiehem is-sens spiritwali tal-Bibbja u l-applikazzjoni prattika għall-fidili tiegħu.", "Forsi xi priedki ta' din l-epoka kienu miktuba biss u mhux pridkati.", "Hemm żewġ sensiliet ta' omeliji dwar il-Ġenesi : (a) sensiela ta' disgħa, ippridkati fis-sena 386 rigward l-ewwel 3 kapitli tal-Ġenesi u (b) it-tieni sensiela ta' 67 omelija li jinterpretaw il-ktieb tal-Ġenesi silta wara l-oħra, kitba tas-sena 388.", "Hemm omeliji dwar is-Salmi: 58 salm magħżula.", "Din l-antoloġija ġieli nsibuha taħt l-isem 'Interpretazzjonijiet' u mhux taħt dak ta' 'Omeliji u għalhekk forsi ma kinux ippridkati, imma miktuba biss.", "Hemm sitt omeliji dwar Isaija li għadhom jeżistu fl-oriġinal Grieg.", "Xi siltiet minnhom saru f'Antijokja u xi siltiet oħra saru f'Kostantinopli.", "Jeżisti wkoll Kummentarju sħiħ dwar Isaija fi traduzzjoni Armena, u jidher li hu awtentiku.", "San Ġwann Krisostmu għamel 44 omelija dwar l-ewwel Ittra lill-Korintin u 30 waħda dwar it-Tieni Ittra.", "Għamilhom f'Antijokja qabel is-sena 397.", "Xi wħud huma importanti għall-istorja tar-rit tal-magħmudija.", "Isemmu l-formula tal-istqarrija tal-fidi li kienu jgħidu qabel ma jinżlu fil-battisteru.", "Dan is-simbolu kellu l-artiklu tal-fidi: \"u fil-maħfra tad-dnubiet, u fil-qawmien mill-mewt, u fil-ħajja ta' dejjem.\"", "Kiteb ukoll tlett omeliji dwar I Kor 7, 1, omelija waħda dwar I Kor 15,26, u tlett omeliji dwar it-2 Kor: 4,13.", "Permezz ta' sensiela ta' omeliji li għamel f'Antijikja qabel is-sena 397 u kiteb kummentarju dwar l-ittra ta' San Pawl lill-Galatin.", "Għamel ukoll 24 omelija dwar l-Ittra lill-Efesin f'Antijokja qabel is-sena 397.", "L-omelija 20 għandha importanza kbira għaliex fiha San Ġwann jitkellem dwar iż-żwieġ nisrani u fiha jagħti għamla ta' kodiċi morali għall-użu tal-miżżewġin.", "San Ġwann għamel 15-il omelija dwar l-Ittra lill-Filippin wara li sar Isqof f'Kostantinopli.", "Hu jiddefendi d-duttrina kattolika tal-Inkarnazzjoni, jitkellem dwar id-divinita' perfetta u l-umanita' perfetta bir-ruħ u l-ġisem.", "Madwar is-sena 440, meta kien diġa' f'Konstantinopli għamel tnax-il omelija dwar l-Ittra lill-Kolossin.", "Hawn jsemmi diversi temi bħal ma huma l-interess Kristoloġiku, il-limitatezza tar-raġuni umana, il-ħidma ta' grazzja u kliem aħrax kontra l-abbużi li kienu jsiru waqt l-ikla tat-tieġ.", "San Ġwann għamel ħdax-il omelija fuq l-ewwel ittra u ħames omeliji dwar it-tieni ittra lit-Tessalonkin.", "Dawn għamilhom meta kien ġa Isqof f'Kostantinopli.", "Għamel tmintax-il omelija dwar l-ewwel Ittra lil Timotju, 10 omeliji dwar it-tieni ittra lil Timotju, sitt omeliji dwar l-ittra lil Titu, u tlett omeliji dwar l-Ittra lil Filemon.", "Dawn kollha għamilhom f'Antijokja qabel is-sena 397.", "San Ġwann għamel 34 omelija dwar l-ittra lil-Lhud meta kien Isqof fl-ewwel sena tal-episkopat tiegħu f'Kostantinopli fis-sena 403-404.", "B'hekk il-Kristostmu ħallielna mal-250 omelija fuq l-Ittri ta' San Pawl.", "(ii) Omeliji Dommatiċi u Polemiċi", "San Ġwann kiteb żewġ sensiliet ta' omeliji dwar il-fatt li aħna ma nistgħux nifhmu lil Alla.", "Fl-ewwel sensiela jeħodha kontra l-fehma tal-Anomej li kienu jiffurmaw il-partit estrem tal-Arjaniżmu, u kienu jgħallmu li aħna nistgħu nifhmu 'l Alla bl-istess mod kif hu jifhem lilu nnifsu.", "San Ġwann saħaq ukoll fuq li l-Iben għandu l-istess natura divina tal-Missier, u li hu ugwali għalih.", "Saru f'Kostantinopli dwar is-snin 386-387 u fis-sena 397 wara li sar Isqof.", "Għamel erba' omeliji dwar il-Magħmudija meta kien għadu qassis f'Antijokja, x'aktarx fis-sena 388.", "Għamel ukoll seba' omeliji oħra fuq il-Magħmudija wara s-sena 388.", "Għamel tmien omeliji kontra l-Lhud meta kien għadu f'Antijokja fis-sena 386-387.", "Kienu diretti kontra l-Insara Ġudeo-Kristjani li minn banda kienu jmorru jisimgħu lilu u mill-oħra kienu jmorru fis-sinagogi Lhud billi kienu miġbuda mis-sħarijiet u mill-amuleti li kienu komuni fost il-Lhud tal-klassijiet inferjuri.", "(Hom.", "3)", "(iii) Id-Diskorsi Morali ta' San Ġwann Krisostmu", "Biex l-Insara jgħixu ħajja tassew nisranija San Ġwann għamel id-Diskorsi Morali għalkemm kien tkellem fuq dan is-suġġett f'omeliji oħra. }adha kontra l-gula, is-superstizzjonijiet li kien hemm dwar il-Festa tal-Ewwel tas-Sena, il-logħob taċ-ċirku, it-tiġrijiet bil-karrettuni nhar il-Ġimgħa l-Kbira, u l-ispettakli fit-teatru nhar Sibt il-Għid.", "L-Insara kellhom jgħinu lill-fqar li f'Kostantinopli kien hemm madwar ħamsin elf foqra bejn insara u mhumiex.", "Insara kienu jgħoddu madwar 100,000.", "(iv) Priedki għall-festi liturġiċi", "Fid-diskors li għamel fil-25 ta' Diċembru 386, San Ġwann sostna li l-Milied beda jsir fil-25 ta' Diċembru f'Antijokja fl-għaxar snin ta' qabel.", "Għamel diskorsi oħra fuq il-Milied, il-Magħmudija ta' Kristu u l-Epifanija, tliet diskorsi għall-Ġimgħa l-Kbira u tnejn oħra għall-Għid il-Kbir, ieħor għat-Tlugħ ta' Ġesu' fis-Sema u tnejn dwar Għid il-}amsin.", "(v) Paneġierċi", "San Ġwann għamel ħafna paneġierċi fuq qaddisin tat-Testment il-Qadim, fuq ħafna martri, fuq Isqfijiet qaddisa ta' Antijokja u fuq San Pawl li lejh kellu ammirazzjoni kbira.", "(vi) Diskorsi taċ-ċirkustanza", "San Ġwann għamel diskors fl-okkażjoni tal-ordinazzjoni saċerdotali, fil-bidu tas-sena 386.", "Hu rringrazzja lil Alla li tah id-don tal-kelma.", "Radd ħajr lill-Isqof Flavjanu li ordnah, u talab lill-poplu preżenti biex jitolbu għalih ħalli jkun saċerdot tajjeb.", "Għamel 21 omelija dwar l-Istatwi.", "L-istatwi tal-Imperatur Teodosju u tal-familja tiegħu kienu mġarrfin waqt irvell li qam f'Antijokja fis-sena 387 minħabba li daħlet taxxa li kienet meqjusa bħala esaġerata fuq il-popolazzjoni.", "Teodosju kien ħaseb li jibgħat armata sħiħa ħalli teqred il-popolazzjoni tal-belt kollha.", "Flavjanu, l-Isqof ta' Antijokja, beda vjaġġ bil-ħsieb li jmur Kostantinopli ħalli jitlob il-ħniena tal-Imperatur.", "Kien dan iż-żmien li San Ġwann għamel dawn l-omeliji bil-ħsieb li jimla n-nies bil-kalma u fl-istess ħin jissewwew ħafna vizzji komuni.", "Fl-aħħar diskors ħabbar lill-poplu li l-Isqof Flavjanu kien qala' mingħand l-Imperatur il-maħfra ġenerali.", "San Ġwann għamel żewġ omeliji dwar Ewtropju.", "Fil-bidu tas-sena 399, Ewtropju, kunsillier u segretarju tal-Imperatur Arkadju, tneħħa mill-uffiċċji doppji tiegħu, u ħarab mill-mewt billi staħba malajr fil-knisja fejn kien jipprietka San Ġwann Krisostmu.", "Fil-Ħadd ta' wara, is-17 ta' Jannar, 399, waqt li Ewtropju kien imqabbad mal-artal, San Ġwann għamel omelija fuq it-test bibliku: 'Frugħa tal-frugħat u kollox frugħa', u bħala eżempju semma l-waqgħa ta' Ewtropju.", "Ftit jiem wara Ewtropju ħalla l-knisja u ġie eżiljat f'Ċipru.", "San Ġwann għamel omelija oħra fuq is-suġġett u ċaħad ix-xniegħa li kienet ġriet li l-Knisja kienet tat lil Ewtropju f'idejn l-istat.", "San Ġwann Krisostmu għamel diskors lejlet l-ewwel eżilju tiegħu u ieħor l-għada wara li reġa' lura.", "Fl-ewwel wieħed ikkalma l-poplu għax il-Knisja ma tkun qatt mirbuħa.", "Ir-ras ma tistax tkun mifruda mill-membri l-oħra.", "Fit-tieni diskors radd ħajr lill-poplu li baqa' fidil lejh.", "Radd il-ħajr lill-Knisja li waqfet kontra kull min ried iqarraq bih fl-assenza tiegħu.", "Dwar is-Saċerdozju San Ġwann kiteb sitt kotba f'għamla ta' djalogu bejnu u bejn il-ħabib tiegħu Bażilju, li jidher li hu isem fittizju.", "Dwar il-Ħajja Monastika San Ġwann kiteb diversi trattati biex iħajjar għaliha u jiddefendiha.", "Dwar il-Verġinita' u l-istat ta' romol San Ġwann kiteb trattat biex jinterpreta dettaljatament l-ewwel ittra lill-Korintin Kap 7, vers 38, fejn San Pawl jgħid li ż-żwieġ hu tajjeb, imma l-verġinita' hi aħjar.", "It-trattat L-armla żagħżugħa, miktub qrib is-sena 380, San Ġwann kitibha sabiex isabbar lil waħda armla żagħżugħa minħabba t-telfa tar-raġel tagħha Terasju.", "Fit-trattat dwar Li ma jerġax isir iż-żwieġ San Ġwann iħajjar ir-romol biex jibqgħu kif inhuma, u ma jerġgħux jippruvaw jiżżewġu.", "Inkiteb qrib is-sena 380.", "Dwar l-edukazzjoni tal-ulied San Ġwann kiteb dwar Il-vanaglorja u l-edukazzjoni tal-ulied sabiex jitkellem dwar il-vizzji ewlenin ta' Antijokja, jiġifieri ż-żina u l-ħajja mtajra, u kemm dwar l-edukazzjoni tal-ġenituri biex ikunu jafu kif irabbu sewwa 'l uliedhom.", "Meta kien għadu djaknu, San Ġwann kiteb tliet kotba bit-titlu Lil Staġirju mħabbat mix-xitan sabiex isabbar lill-ħabib tiegħu patri li kien għaddej minn kriżi ta' skoraġġiment.", "Jgħidlu li fit-taħbit tidher ukoll l-id tal-Providenza fl-ewwel ktieb.", "Fit-tieni u t-tielet ktieb wera l-istorja tat-tbatija minn Adam sa San Pawl: il-ħbieb ta' Alla kollha jgħaddu mill-prova tat-tbatija.", "San Ġwann kiteb ukoll trattat Dwar San Babila kontra Ġuljanu u l-Pagani qrib is-sena 382.", "Fih juri r-rebħa tar-reliġjon nisranija u t-telfa tal-paganeżmu fl-istorja tal-Isqof Martri Babila ta' Antijokja li miet fil-persekuzzjoni ta' Deċju.", "Ġuljanu li jissemma fit-titlu hu Ġuljanu l-Apostata li fis-sena 362 kien neħħa l-fdalijiet ta' San Babila mill-buskett ta' Dafne, qrib Antijokja, ħalli jerġa' jqajjem fih il-kult qadim ta' Apollu.", "Fl-istess sena t-tempju ta' Dafne ħa n-nar u nqered għal kollox.", "F'Ġunju 363, Ġuljanu kien megħlub.", "San Ġwann kiteb trattat Kontra l-Lhud u l-Pagani fuq il-fatt li Kristu hu tassew Alla u fih jiddefendi d-divinita' ta' Kristu mill-profeti tat-Testment il-Qadim u mill-profeziji ta' Kristu stess.", "Jeżistu 236 ittra kollha marbutin mat-tieni eżilju tiegħu, (404-407) miktubin lil iżjed minn mitt persuna importanti destinatarju.", "Fihom isemmi s-sabar li ried inissel lid-destinatarji.", "L-aktar żewġ ittri importanti kienu dawk indirizzati lill-Papa Innoċenz I. San Ġwann Krisostmu kien oratur kbir, wera bilanċ fl-ideat, u kien missier mimli sabar u mogħdrija.", "Jispikka fl-istqarrija tiegħu fil-preżenza reali ta' Kristu fl-Ewkaristija, u minħabba f'hekk li fi żmienu San Ġwann jissejjaħ bit-titlu: 'Duttur tal-Ewkaristija'.", "Fil-Lvant hu kkunsidrat l-akbar Duttur Ekumeniku."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15382", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15382", "title": "John Henry Newman", "text": ["John Henry Newman", "John Henry Newman (Londra, 21 ta' Frar 1801 – Edgbaston, 11 ta' Awwissu 1890) kien figura importanti fl-istorja reliġjuża Ingliża tas-seklu 19.", "Fil-bidu kien qassis fiċ-Church of England, u figura ewlenija tal-Oxford Movement (li ried ir-ritorn taċ-Church of England lejn ħafna mit-twemmin u mil-liturġija Kattolika), biex imbagħad fl-1845 ikkonverta għall-Kattoliċeżmu u sar Kardinal.", "Kien ukoll figura letterarja kbira.", "Fost kitbietu nsibu l-awtobijografija tiegħu \"Apologia Pro Vita Sua\" (1865–66), \"The Grammar of Assent\" (1870), u ll-poeżija \"Gerontius\".", "Il-beatifikazzjoni tiegħu ser issir mill-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu fl-Ingilterra fid-19 ta' Settembru 2010.", "John Henry Newman twieled Londra, il-kbir fost sitt aħwa.", "Missieru, John ukoll, kien bankier.", "Ta' 7 snin Newman intbagħat Great Ealing School.", "Newman kien diliġenti imma mistħi, riservat u superstizzjuż.", "Kien jogħxa jaqra l-Bibbja, u wkoll ir-rumanzi ta' Walter Scott.", "Iktar tard qara wkoll il-kitbiet xettiċi ta' Paine, Hume, u forsi Voltaire, u għal xi żmien kien influwenzat minnhom.", "Fl-aħħar sena tiegħu f'dik l-iskola, meta kellu 15-il sena, huwa beda jemmen bis-serjetà b'konvinzjoni li, fl-\"Apologia\" jgħid, kienet \"iktar ċerta mill-fatt li għandi jdejja u saqajja.\"", "Huwa waqa' \"taħt l-influwenza ta' kredu definttiv,\" u rċieva fl-intellett tiegħu fidi \"li bil-ħniena t'Alla, qatt ma ġiet imħassra jew imtappna\".", "Huwa kien impressjonat l-iktar bil-ktieb ta' Kalvinu \"Il-Jien u l-Ħallieq tiegħi\".", "Newman sar Kalvinist.", "F'dan iż-żmien huwa sejjaħ lill-Papa tal-Knisja Kattolika: l-Antikrist.", "Fl-1816 huwa sar avukat.", "Iżda ftit wara mar jistudja fi Trinity College, Oxford.", "Iżda l-eċitament fl-eżamijiet finali tal-Università qabdu \"breakdown\" u ġab \"third class\" fl-1821.", "Ta' 23 sena ġie ordnat saċerdot Anglikan u erba' snin wara nħatar Kurat ta' St. Mary's, il-knisja tal-Università f'Oxford fejn ta xhieda ta' twemminu, l-aktar bil-mod kif kien jipprietka.", "Fl-1837 ħareġ l-\"Uffiċċju Profetiku tal-Knisja\" li aktar tard sar magħruf bħala \"Via Media\", li fih jipprova juri li l-Anglikaniżmu kien it-triq tan-nofs bejn il-Kattoliċiżmu u l-Protestantiżmu popolari.", "F'Diċembru 1832 Newman beda vjaġġ fil-Mediterran li fih żar Ġibiltà, Malta, il-gżejjer Ioniċi, Sqallija, Napli u Ruma.", "Huwa wasal Malta fl-10 ta' Jannar 1833 iżda ma tantx gawdiha għax wara li żammewh kwarantina fil-Lazzarett (li l-esperjenza kerha tiegħu jiktibha f'ittra lil Jemima) qabdu riħ qawwi li ma tantx ħallieh jiċċaqlaq.", "Fil-Lazzarett huwa kien kera vjolin li fi kliemu nstema' grandjuż f'dak l-ispazju kbir.", "Kien ftit wara dan li kiteb il-poeżija famuża \"Lead, kindly light\", li aktar tard saret innu popolari.", "Fl-1842 ġara avveniment importanti li biddillu ħajtu: iddeċieda li jirtira f'Littlemore, u baqa' jgħix hemmhekk taħt il-kundizzjonijiet monastiċi flimkien ma' grupp żgħir ta' dixxipli.", "Lil dawn id-dixxipli tahom il-biċċa xogħol li jiktbu l-ħajja ta' xi qaddisin Ingliżi, filwaqt li hu kiteb: \"Essay on the development of Christian doctrine\".", "B'din huwa pprova jerġa' jitħabbeb mal-Kredu kif imħaddan mill-Knisja Kattolika.", "Sena wara, ippubblika stqarrija fl-\"Oxford Conservative Journal\", fejn irtira formalment dak kollu li kien qal kontra Ruma(fosthom li \"l-belt hija sabiħa imma r-reliġjon tagħha hija waħda politeistka, deġenerata u idolatra\").", "Wieħed mid-dixxipli tiegħu hawnhekk ħallieh imma John Henry Newman iddeċieda li kien wasal iż-żmien li jippriedka l-aħħar priedka Anglikana tiegħu f'Littlemore u jirriżenja minn Kurat.", "Nhar id-9 ta' Ottubru, 1845 Newman intlaqa' formalment fil-Knisja Kattolika minn Dominic Barberi, saċerdot Passjonista Taljan fil-Kulleġġ ta' Littlemore.", "Sena wara telaq lejn Ruma u ddeċieda li fuq ir-regola ta' San Filippu Neri, li tiegħu Newman ried iwaqqaf Oratorju f'Londra.", "Fl-1879 il-Papa Ljun XIII ħatru Kardinal.", "Il-motto fuq l-arma tiegħu kien \"Cor ad cor loquitur\" (Qalb tkellem lil Qalb).", "Ħafna żmien qabel Newman kien iddikjara \"li kien ilu ħajtu kollha kontra l-Liberaliżmu li jagħraf li m'hemmx verità fir-reliġjon imma li kull twemmin hu bħal kull ieħor, u li l-Kristjaneżmu hu biss sentiment u gost, imma mhux fatt oġġettiv, mhux mirakoluż\".", "Wara dan reġa' dar dawra mal-kitbiet kollha tiegħu bl-aħħar waħda tkun dwar xi problemi li wieħed isib il-Bibbja.", "Il-kitba \"Il-Ħolma ta' Ġeronzju\"(1865) qalibha fil-vers poetiku, u hi meqjusa fl-istess klassi tal-versi u ħsibijiet ta' Dante, fejn iħares lejn l-aħħar pellegrinaġġ tiegħu bħala \"waħdi mal-Waħdieni\".", "Miet fit-tbatija, fil-11 ta' Awwissu, 1890.", "Il-funeral tiegħu kien wieħed mill-akbar li qatt saru.", "Ġie midfun fl-istess qabar ta' Ambrose St.John, li kien għenu \"jgħix taħt Alla għal 32 sena\".", "Fuq l-irħama hemm miktub hekk: \"Mid-dellijiet u mis-simboli toħroġ il-verità\".", "Ġie ddikjarat Venerabbli mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-22 ta'Jannar 1991.", "Il-beatifikazzjoni tiegħu ser issir mill-Papa Benedittu XVI waqt iż-żjara tiegħu fl-Ingilterra fid-19 ta' Settembru 2010.", "Il-ħsibijiet tal-Kardinal John Henry Newman influwenzaw bis-sħiħ il-Konċilju Vatikan II partikolarment fl-ekkleżjoloġija, l-ekunemiżmu, it-teorija ta' l-iżvilupp dottrinali, il-kuxjenza u l-lajċi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15385", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15385", "title": "Nihat Kahveci", "text": ["Nihat Kahveci", "Nihat Kahveci (Istanbul, 23 ta' Novembru 1979) huwa plejer tal-futbol Tork.", "Nihat jilgħab l-aktar bħala attakkant, imma kapaċi jilgħab ukoll bħala midfilder offensiv.", "Nihat huwa prodott tas-settur ġovanili ta' Beşiktaş u ġie skopert minn Hürser Mustafa Cindir meta l-istess Nihat kien qiegħed jilgħab ma' Beşiktaş matul l-istaġun 1996–97.", "L-istaġun segwenti ssieħeb mal-ewwel tim.", "F'Jannar tal-2002, huwa ngħaqad ma' Real Sociedad ġewwa Spanja, taħt il-gwida tal-eks-kowċ ta' Beşiktaş John Toshack.", "Mat-tim ta' Sociedad, Nihat lagħab 115-il logħba fejn skorja 57 gowl.", "Fl-istaġun 2002–03, Nihat skorja 23 gowl fejn temm l-istaġun bħala t-tieni l-aqwa skorer fil-La Liga wara Roy Makaay (29 gowls) u bl-istess numru ta' gowls ta' Ronaldo.", "Dan l-istaġun ra wkoll lil Real Sociedad jikkonkludu l-impenji tagħhom fil-kampjonat fit-tieni post, b'distakk ta' żewġ punti minn Real Madrid.", "Fi żmienu mal-klabb huwa fforma koppja offensiva mal-attakkant Serb Darko Kovačević, tant li l-ġurnalist sportiv Phil Ball tahom il-laqam ta' \"Iż-żgħir u l-kbir\", bħala referenza għad-differenza fit-tul taż-żewġ plejers.", "Fis-16 ta' Mejju 2006, qabel ma ngħaqad ma' Villarreal, Nihat iffirma kuntratt ta' ħames snin.", "Fl-ewwel staġun mal-klabb ftit li xejn kien involut minħabba xi problemi fiżiċi li tappnulu l-istaġun.", "Però, l-istaġun segwenti kien fundamentali għat-tim hekk kif fil-kampjonat skorja 18-il gowl bit-tim jagħlaq l-istaġun fit-tieni post tal-klassifika.", "L-aħħar staġun tiegħu mal-Villarreal reġa' kien staġun imtappan bil-problemi fiżiċi fejn fid-dsatax-il dehra li għamel ma skorja l-ebda gowl.", "Nhar is-27 ta' Ġunju 2009, Nihat irritorna lura t-Turkija fejn iffirma mat-tim ta' Beşiktaş għal erba' snin.", "Nhar it-18 ta' Mejju 2011, Beşiktaş ħassru l-kuntratt ta' Nihat.", "F'Ottubru tas-sena 2000 waslet l-ewwel dehra mat-tim nazzjonali tat-Turkija għal Nihat kontra l-Iżvezja.", "Man-nazzjonal Torka hu pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 2002, liema kompetizzjoni rat lit-tim jispiċċa fit-tielet post. Matul dan it-turnew, l-uniċi dehriet tiegħu kienu bħala sostitut fid-79 minuta għal Yıldıray Baştürk kontra l-Kosta Rika fil-fażi tal-gruppi, u dehra oħra bħala sostitut kontra l-Ġappun fil-fażi tal-aħħar sittax.", "Hu ħa sehem ukoll fil-Kampjonati Ewropej 2008, fejn fit-tielet logħba minn Grupp A Nihat skorja darbtejn kontra r-Repubblika Ċeka fejn f'temp ta' kwarta l-iskor inqaleb minn 0–2 minn taħt għal 3–2 favur it-Tork (bil-gowl l-ieħor jasal minn Arda Turan).", "Din ir-rebħa wasslet għall-kwalifikazzjoni għar-rawnd suċċessiv għad-danni tal-istess Ċeki.", "Beşiktaş"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15388", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15388", "title": "Yıldıray Baştürk", "text": ["Yıldıray Baştürk", "Yıldıray Baştürk (Herne, 24 ta' Diċembru 1978) huwa plejer tal-futbol Tork, imwieled Ġermaniż, li riċentament kien jilgħab mat-tim ta' Blackburn Rovers fil-Premier League Ingliż.", "Iben ta' minatur, Baştürk beda l-karriera fid-dixxiplina tal-futbol ma' Sportfreunde Wanne-Eickel.", "Bħala żagħżugħ, Baştürk lagħab ma' Wattenscheid 09 waqt li d-debutt fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża wasal mar-rivali tal-belt VfL Bochum, fejn magħhom lagħab fit-Tazza UEFA.", "Ma' Bayer Leverkusen, li kien ingħaqad magħhom fl-2001, gawda minn aktar suċċess.", "Baştürk u Leverkusen spiċċaw it-tieni fil-kampjonat Ġermaniż waqt li tilfu l-finali tat-Tazza Ġermaniża u l-finali tal-UEFA Champions League 2002.", "F'Lulju tal-2004 hu ngħaqad ma' Hertha BSC fejn baqa' magħhom sal-2007 sakemm il-kuntratt tiegħu mal-klabb skada.", "Fit-28 ta' Mejju, 2007, Baştürk issieħeb maċ-ċampjins Ġermaniżi ta' VfB Stuttgart.", "Nhar is-27 ta' Lulju, 2010, ġie mħabbar li Baştürk qabel li jingħaqad mat-tim ta' Blackburn Rovers mingħand Stuttgart f'kuntratt sa tmiem l-istaġun, wara li l-kuntratt tiegħu ma' Stuttgart ġie mħassar.", "Baştürk iddebutta mill-ewwel minuta fil-konfront kontra Wolverhampton Wanderers tal-24 ta' April, 2010.", "Madanakollu, din kellha tkun l-ewwel u l-aħħar dehra tiegħu mal-klabb hekk kif fl-aħħar tal-istaġun, hekk kif il-kuntratt tiegħu kien skada, hu ma ġiex offrut estensjoni tal-kuntratt mar-\"Rovers\".", "Hu ddebutta mat-tim nazzjonali fl-1998, fejn kien parti mill-iskwadra Torka li spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 2002.", "Wara li tħalla barra mil-lista ta' 23 plejer għall-Kampjonati Ewropej 2008, hu stqarr li ma kienx se jilgħab aktar mat-tim nazzjonali sakemm jibqa' kowċ Fatih Terim."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15391", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15391", "title": "San Ġennaru", "text": ["San Ġennaru", "San Ġennaru (Caroniti, 272 – Pozzuoli, 19 ta' Settembru 305) kien Isqof ta' Benevento, fl-Italja, li skond it-tradizzjoni, fi żmien il-persekuzzjoni ta' Djoklezjanu miet martri flimkien ma' sitta oħra fosthom id-Djaknu u l-Lettur tiegħu, billi wara li kkundannawhom għall-mewt, tefugħom lill-iljuni fl-amfiteatru ta' Pozzuoli, fis-sena 305, iżda peress li l-iljuni ma missewhomx, qatluhom bil-qtugħ tar-ras.", "San Ġennaru huwa l-Patrun ewlieni ta' Napli, li fil-Katidral t'hemm jinsab demm magħqud, li t-tradizzjoni tgħid li huwa tal-qaddis u li jinħall tliet darbiet f'sena.", "Dan id-demm magħqud li hu miżmum f'kunjett issiġillat, jinħall tliet darbiet fis-sena waqt ċerimonja solenni mmexxija mill-Kardinal ta' Napli u li għaliha n-Naplitani jattendu bi ħġarhom:", "Skond il-leġġenda, dan id-demm inħall għall-ewwel darba fi żmien Kostantinu, meta l-isqof trasferixxa l-fdalijiet tal-qaddis mill-Agro Marciano, fejn kienu midfun, sa Napli.", "Matul it-traġitt ħarġet Ewsebja bid-demm tal-qaddis: u kif il-kranju tal-qaddis ġie bi drittu, id-demm inħall.", "Iżda storikament, l-ewwel darba li tissemma r-relikwja tad-demm ta' San Ġennaru huwa fl-1389, meta fis-17 t'Awwissu, id-demm inħall \"qisu kien ħiereġ mill-korp tal-qaddis dakinhar stess\".", "Jekk id-demm jinħall, dan jitqies min-Naplitani bħala riżq tajjeb, filwaqt li jekk ma jinħallx, jibdew jibżgħu minn xi traġedja li tkun għadha ġejja.", "Meta d-demm jinħall, il-Kardinal jerfa' t-teka, u jdawwarha minn naħa għal oħra biex juri li nħall u l-fidili jersqu biex ibusuha.", "Il-Knisja Kattolika ma tqisx il-likwefazzjoni tad-demm bħala miraklu bħala \"\"un fatto mirabolante ritenuto prodigioso dalla tradizione religiosa popolare, essendo impossibile, allo stato dell'attuale conoscenza dei fatti, un giudizio scientifico attestante la non spiegabilità scientifica del fenomeno della liquefazione\".\"", "L-ewwel analiżi xjentifika, imsejħa spettroskopika, saret mill-professuri Sperindeo u Januario fl-1902 u sabet li hu emoglobina, jiġifieri demm.", "L-istess esperiment sar l-aħħar fl-1988 u reġa' kien konfermat li hu demm.", "Iċ-CICAP, grupp ta' xjenzati tal-\"Comitato Italiano per il Controllo delle Affermazioni sul Paranormale\", issostni li b'sustanza tissotropika magħmula minn sustanzi ta' dik l-epoka tista' ġġib l-istess effetti tad-\"demm\" ta' San Ġennaru."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15392", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15392", "title": "Gelson Fernandes", "text": ["Gelson Fernandes", "Gelson Tavares Fernandes (Praia, 2 ta' Settembru 1986) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li attwalment jinsab jilgħab ma' Eintracht Frankfurt fil-Ġermanja.", "Imrobbi mat-tim ta' Sion, hu ddebutta mal-ewwel tim fl-2004 fejn waqt it-tliet snin li dam mal-klabb sal-2007 irnexxielu jirbaħ Tazza Żvizzera fl-2006.", "Fl-14 ta' Lulju, 2007, Fernandes iffirma ma' Manchester City għal somma mhux magħrufa, mifhuma li hi madwar €6 miljun.", "Wara l-firma tiegħu, il-kowċ Sven-Göran Eriksson ikkumenta fuq kif li hu kien jara lil Fernandes bħala \"l-aqwa plejer żgħażugħ fl-Iżvizzera\".", "Id-debutt mas-\"Citizens\" wasal f'pari ta' mingħajr gowls kontra Portmsouth.", "L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb il-ġdid wasal fir-rebħa ta' 2–0 kontra Newcastle United nhar it-2 ta' Jannar, 2008, 40 sekonda biss wara li kien daħal bħala sostitut għal Stephen Ireland.", "It-tieni gowl tiegħu wasal f'okkażjoni negattiva, fit-telfa ta' 3–1 kontra Arsenal.", "Fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Fernandes biddel in-numru tal-flokk minn 28 għal 19.", "Minkejja li skorja żewġ gowls matul l-istaġun, Fernandes kellu sena diżappuntanti hekk kif taħt il-kowċ il-ġdid Mark Hughes sab spazju biss bħala sostitut.", "Fid-9 ta' Lulju, 2009, ġiet ikkonfermata li hu għadda mit-testijiet mediċi u kien issieħeb għas-somma ta' £2 miljun ma' Saint-Étienne.", "Hu ffirma kuntratt ta' sentejn u ddebutta fit-telfa ta' 2–0 kontra Nice tat-8 ta' Awwissu, 2009.", "Matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf tal-2010, wara sena biss mal-klabb Franċiż, it-tim ta' Chievo ikkonfermaw li kienu ġabu lill-plejer abbażżi ta' self sal-aħħar tal-istaġun.", "Fernandes iddebutta mat-tim nazzjonali Żvizzeru kontra l-Olanda fit-22 ta' Awwissu, 2007.", "Minn dakinhar baqa' figura regulari mat-tim nazzjonali.", "Hu lagħab fit-tliet partiti tat-tim waqt il-Kampjonati Ewropej 2008.", "Nhar it-28 ta' Marzu, 2009, Fernandes skorja l-ewwel gowl tiegħu fuq livell internazzjonali fir-rebħa ta' 2–0 fuq il-Moldova.", "It-tieni gowl wasal fuq palk iktar prestiġjuż, hekk kif skorja l-gowl tar-rebħa kontra Spanja fl-ewwel logħba mill-gruppi tat-Tazza tad-Dinja 2010."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15393", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15393", "title": "Tranquillo Barnetta", "text": ["Tranquillo Barnetta", "Tranquillo Barnetta (St. Gallen, 22 ta' Mejju 1985) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab bħala midfilder ma' St. Gallen u mat-tim nazzjonali Żvizzeru.", "Minkejja li għandu oriġini Taljani (il-ġenituri tiegħu ġejjin mill-provinċja ta' Bergamo), minn dejjem kien joqgħod l-Iżvizzera.", "Barnetta beda l-karriera tiegħu mal-klabb lokali ta' St. Gallen, u nxtara f'Jannar tal-2004 mill-klabb Ġermaniż ta' Bayer Leverkusen.", "Fl-ewwel staġun fil-Ġermanja, ġie msellef lil Hannover 96, u rritorna lura f'Marzu tal-2005.", "Il-perjodu ma' dan il-klabb kien wieħed sfortunat hekk kif sofra minn problemi fil-ligamenti waqt logħba internazzjonali kontra l-Iżrael, li ħallietu sitt xhur barra mill-azzjoni.", "Wara prestazzjonijiet konviċenti matul it-Tazza tad-Dinja li saret il-Ġermanja, Barnetta sar regulari fl-iskwadra ta' Bayer.", "Matul is-sajf 2009 kien hemm xniegħat li seta' jitlaq jitlaq minn ma' Bayer speċjalment bil-wasla ta' Toni Kroos taħt self.", "Madanakollu, matul l-istaġun 2009–10 reġa' kiseb il-forma tiegħu u kkontribwixxu mhux ftit għal perjodu imbatibbli tat-tim fl-ewwel nofs tal-istaġun.", "Barnetta ġie msejjaħ fost l-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2004 imma ma lagħab l-ebda logħba.", "Matul it-Tazza tad-Dinja 2006, hu skorja t-tieni gowl tal-Iżvizzera fil-konfront mirbuħ kontra t-Togo, però falla penalty waqt l-għoti tal-penalties kontra l-Ukrajna li spiċċaw 3–0 favur dawn tal-aħħar u suċċessivament fisser eliminazzjoni għat-tim Żvizzeru.", "Hu kien parteċipi fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, fejn pajjiżu għaddew għall-fażi finali bħala l-ewwel mill-grupp."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15402", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15402", "title": "Premier League Malti 2010–11", "text": ["Premier League Malti 2010–11", "L-istaġun 2010–11 tal-BOV Premier League kien is-96 wieħed tal-Premier League Malti, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Malti.", "L-iskeda tal-logħob inħarġet fl-24 ta' Awwissu, 2010.", "L-istaġun infetaħ b'żewġ logħbiet fit-12 ta' Settembru 2010, u ntemm fis-7 ta' Mejju 2011.", "Birkirkara kienu d-difensuri tat-titlu wara r-rebħ tat-tielet titlu tagħhom fl-istaġun preċedenti.", "Valletta ġew inkurunati ċampjins għall-20 darba fl-istorja bir-rebħa ta' 1–0 kontra Marsaxlokk nhar is-17 ta' April, 2011, bi tliet logħbiet oħra x'jintlagħbu.", "Dan għamluh billi baqgħu mhux megħluba matul l-istaġun kollu.", "Għal dan l-istaġun, il-Kunsill tal-MFA approva proposta fejn kull klabb jista' jirreġistra ammont mingħajr limitu ta' plejers li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, u erbgħa li huma ġejjin minn pajjiżi mhux fl-UE.", "Waqt il-logħob kompetittiv, klabb jista' jiskjera sa mhux iktar minn erba' plejers barranin, kemm dawk li ġejjin minn pajjiż fl-UE u anki dawk li mhumiex.", "Fost l-ewwel ħdax tat-tim, minimu ta' sebgħa jridu jkunu \"\"home grown\"\", jiġifieri li plejer ikunu ilu ma' tim Malti għal tliet snin taħt il-21 sena.", "Minkejja proposti għal format ġdid tal-kampjonat, ma sar xejn f'dan ir-rigward.", "Għal dan l-istaġun ukoll ġiet introdotta skema ġdida tal-prezz għad-dħul fil-partiti tal-kampjonat domestiku.", "Nhar it-13 ta' Jannar, 2011, waqt lagħa tal-Kunsill tal-MFA ġiet approvata l-proposta li l-kampjonat jikber għal tnax-il tim, minflok għaxra.", "Il-bdil fir-regolamenti se jiġi fis-seħħ mill-istaġun 2011–12, fejn b'riżultat t'hekk għal dan l-istaġun tim wieħed biss se jiġi relegat għall-Ewwel Diviżjoni.", "Timijiet promossi mill-Ewwel Diviżjoni 2009–10", "Total ta' għaxar timijiet se jikkompetu f'dan l-istaġun.", "Marsaxlokk u Vittoriosa Stars, li kienu mistennija jilgħabu f'din id-diviżjoni s-sena l-oħra imma ġew relegati minħabba każijiet ta' korruzzjoni, ġew promossi mill-Ewwel Diviżjoni.", "Min-naħa l-oħra, Dingli Swallows u Msida Saint-Joseph ġew relegati għall-Ewwel Diviżjoni wara li temmew l-istaġun fil-Premier League bħala l-aħħar tnejn rispettivament fir-\"relegation pool\".", "Attwalment, Sliema Wanderers iżommu r-rekord tal-aktar preżenzi fl-ogħla diviżjoni b'90 staġun (2010–11 mhux inkluż).", "Huma biss ftit grawnds li għandhom l-infrastruttura neċessarja sabiex jospitaw fihom logħbiet tal-Premier League.", "Dawn huma l-Grawnd Nazzjonali ta' Ta' Qali u s-Centenary Stadium ġewwa Ta' Qali, il-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun u l-Hibernians Ground ġewwa Raħal Ġdid.", "Barra dawn, kull tim huwa assenjat grawnd fejn jista' jitħarreġ.", "L-ewwel sitt timijiet mill-ewwel fażi kkwalifikaw għaċ-Champions Pool, bl-aħħar erba' timijiet jitpoġġew fir-Relegation Pool.", "Il-punti miksuba fl-ewwel rawnd ġew sussegwentament maqsumin min-nofs."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15406", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15406", "title": "René Adler", "text": ["René Adler", "René Adler (Leipzig, 15 ta' Jannar 1985) huwa plejer tal-futbol Ġermaniż li jilgħab bħala gowler ma' Hamburger u mat-tim nazzjonali Ġermaniż.", "Ta' sitt snin beda jilgħab mat-tim ġovanili ta' VfB Leipzig.", "Wara disa' snin, Adler issieħeb fi ħdan is-sistema ġovanili ta' Bayer Leverkusen fejn magħhom lagħab fir-Regionalliga.", "Id-debutt mal-ewwel tim wasal fil-25 ta' Frar, 2007, kontra t-tim l-ewwel post fil-klassifika Schalke 04.", "B'Hans-Jörg Butt sospiż, Adler għen mhux ftit lit-tim biex jirbaħ 1–0, u b'hekk temm ir-rekord ta' tlettax-il logħba ta' inbattibilità għal Schalke.", "Għaxart ijiem wara d-debutt tiegħu, waslet ukoll l-ewwel dehra f'kompetizzjoni Ewropea li seħħet fit-Tazza UEFA kontra RC Lens.", "Fl-istaġun 2007–08 sar l-ewwel għażla bejn il-lasti għat-tim Ġermaniż u fl-aħħar tal-istaġun ġie nominat \"\"L-aqwa gowlkiper tal-Bundesliga\"\".", "Mal-iskadenza tal-kuntratt tiegħu fl-2012, Adler ingħaqad ma' Hamburger SV.", "Adler lagħab total ta' erba' logħbiet mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena tal-Ġermanja, gwidata minn Dieter Eilts.", "Fl-2008, ġie msejjaħ fost l-iskwadra tal-kbar għall-Kampjonati Ewropej 2008.", "Wara l-irtirar ta' Jens Lehmann u l-mewt għall-għarrieda ta' Robert Enke, hu sar l-ewwel għażla tat-tim matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja.", "Id-debutt wasal fil-11 ta' Ottubru 2008, f'logħba ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010 kontra r-Russja.", "Għat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Afrika t'Isfel, hu kien mistenni li jkun l-ewwel għażla, però kellu jirtira mill-iskwadra minħabba uġigħ fil-kustilji."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15409", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15409", "title": "Vinċenz de Paul", "text": ["Vinċenz de Paul", "San Vinċenz de Paul (Landes, 24 ta' April 1581 – 27 ta' Settembru 1660) kien qassis Kattoliku iddedikat għas-servizz tal-foqra.", "Vinċenz de Paul twieled f'Pouy, qrib il-muntanji Pirinej, f'Landes, il-Gaskonja fi Franza, f'familja ta' seba' aħwa.", "Il-ġenituri tiegħu kellhom razzett żgħir li minnu kienu jaqilgħu l-għixien tagħhom.", "Meta l-missier ra li ibnu Vinċenż kellu xeħta għall-istudju, iddeċieda li jedukah, u bagħtu jistudja f'kulleġġ immexxi mill-Franġiskani.", "Meta Vinċenz kien qed jistudja, laqa' talba ta' wieħed sinjur mid-distrett biex ikun l-għalliem privat ta' uliedu.", "Hekk ma baqax iktar ta' piż finanzjarju fuq il-familja.", "Fl-1596 Vinċenz daħal l-Università ta' Toulouse biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija.", "Fl-1600, meta kellu biss 19-il sena, sar saċerdot u baqa' jistudja sal-1605, meta miet missieru u l-familja tiegħu ġiet daharha mal-ħajt.", "Vinċenz fetaħ skola privata imma mingħajr wisq suċċess u ntela' b'ħafna djun.", "F'Lulju telaq għal vjaġġ fuq il-baħar minn Marsilja għal Narbona, probabilment biex jaħrab mid-debituri tiegħu.", "Waqt dan il-vjaġġ, pirati Torok qabżu fuq il-ġifen tiegħu, u ħaduh ilsir f'Tunes.", "Hemm dam madwar sentejn u qeda tliet sidien bħala lsir, l-aħħar wieħed kien patri apostata, kien ċaħad il-fidi Nisranija u sar Mislem, għall-flus.", "Bl-eżempju tal-ħajja tajba tiegħu Vinċenz ħajru jerġa jsir Nisrani, u flimkien miegħu ħarab minn Tunes fuq dgħajsa.", "Wara li għamel sena Ruma huwa rritorna Franza fl-1607.", "Mar Pariġi u hemm iltaqa' ma' Monsinjur Pierre de Berulle li wara nħatar Kardinal, u fuq il-parir tiegħu sar Kappillan ta' Clinchy, raħal żgħir qrib il-belt, fl-1611.", "Fl-istess waqt kien ukoll kappillan tar-Reġina Margerita ta' Valois, u għalliem privat ta' wlied il-Konti de Gondi li kien Ġeneral tax-xwieni kollha ta' Franza.", "De Berulle kien influwenza pożittiva fuq Vinċenz u ffurmah fi spiritwalità profonda.", "Milqut mill-ħajja ta' talb ta' uħud mill-parruċċani tiegħu, fl-1617 Vinċenz ta lilu nnifsu għat-tagħlim u beda jipprietka l-missjonijiet.", "Darba meta kien f'raħal, sama' l-aħħar qrara ta' wieħed fqir qabel miet, u ntebaħ kemm il-fqar ta' Franza kellhom bżonn min jieħu ħsiebhom.", "Minn dak in-nhar intefa' b'ruħu u b'ġismu jaħdem għall-fqar, fil-ħabsijiet, fl-isptarijiet u fost l-ilsiera tax-xwieni.", "Fl-1619 inħatar uffiċjalment bħala Kappillan tal-ilsiera tax-xwieni.", "Fl-1625 waqqaf il-\"Kongregazzjoni tal-Missjoni\" li l-membri tagħha saru magħrufa bħala l-\"Lazzaristi\" minħabba li l-kunvent li kien qed iservi saru bħala d-Dar Ċentrali kien iġib l-isem ta' San Lazzru, \"Saint Lazare\", f'Pariġi.", "Bil-għajnuna ta' Santa Louise de Marillac waqqaf il-\"Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità\" li l-\"kappella tagħhom kienet il-knisja parrokkjali u l-kunvent tagħhom kien fis-swali tal-morda fl-isptarijiet u fit-toroq mal-fqar\".", "Bil-għajnuna tal-membri ta' dawn il-kongregazzjonijiet huwa waqqaf orfanatrofji għas-subien u għall-bniet, sptarijiet, djar għall-kura tal-mard tal-moħħ, u rnexxielu jifdi iktar minn 1,200 ilsir f'Tunes u fl-Alġier.", "Kien bniedem li jġib il-ferħ kull fejn jersaq.", "Kien sensittiv ħafna għall-bżonnijiet tal-oħrajn.", "Iżda kif jgħid hu stess kellu jissielet bis-sħiħ biex jirbaħ it-temperament supperv, żorr u aħrax li kellu.", "San Vinċenz de Paul miet fis-27 ta' Settembru 1660.", "Papa Benedittu XIII iddikjarah Beatu fl-1729.", "Tmien snin wara, Papa Klement XII ikkanonizzah.", "Fl-1885, Papa Ljun XIII għamlu Patrun tal-Istituzzjonijiet tal-Karità tal-Knisja.", "Qalbu għadha intatta, u qiegħda f'relikarju fil-kappella tad-dar ġenerali tas-Sorijiet tal-Karità f'Pariġi.", "San Vinċenz huwa wkoll il-qaddis patrun tal-Madagascar, tat-tfal abbandunati, tal-iltima, tal-infermieri, tal-iskjavi, u tal-ħabsin.", "Fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan, tinsab statwa ġganteska tiegħu tirrappreżenta lil \"missier il-foqra\", xogħol l-iskultur Pietro Bracci, u ilha hemm sa mill-1754.", "Il-Knisja Kattolika tagħmel it-tifkira tiegħu nhar is-27 ta' Settembru.", "San Ġorġ Preca kien familjari ħafna mal-kitbiet spiritwali ta' San Vinċenz de Paul."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15411", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15411", "title": "Ġlormu", "text": ["Ġlormu", "San Ġlormu (347-430) kien saċerdot Nisrani u wieħed mis-Santi Padri, imsejħin Apoloġisti.", "Magħruf l-aktar għat-traduzzjoni tal-Bibbja għal-Latin imsejħa il-Vulgata.", "Bin Ewsebju, Nisrani konvint, Ġlormu twieled fil-belt żgħira mdawra bis-swar ta' Stridonja, bejn id-Dalmazja u l-Pannonja, forsi ħdejn Ljubljana tal-lum.", "Meta kellu madwar 29 sena, il-Goti qerdu l-belt ta' Stridonja.", "Huwa rnexxielu jagħmel kemm ħbieb kif ukoll għedewwa fil-bliet tal-qrib ta' Akwilea u Konkordja.", "Ħuh Pawlinjanu u oħtu, it-tnejn iżgħar minnu, qabdu bħalu l-ħajja monastika.", "Missieru Ewsebju kien Nisrani ta' tjieba kbira.", "Kien missieru stess missieru li tah l-ewwel edukazzjoni, iżda wara ddependa ħafna mill-benefatturi tiegħu biex kompla javvanza fl-istudji tiegħu.", "Qrib is-snin 360-367 hu mar Ruma u hemmhekk studja l-grammatika u wara r-retorika.", "Hu jgħid li s-surmast tiegħu kien Elio Donatu, imma l-kitbiet tiegħu juru li kien midħla sewwa ta' Ċiċerun u ta' Virġilju.", "F'Ruma wkoll beda jitgħallem il-Grieg, imma mbagħad ipperfezzjona ruħu f'din il-lingwa meta mar fil-Lvant.", "Fil-fatt hu qatt ma rnexxielu jitgħallem il-letteratura klassika Griega.", "F'żgħożitu, meta hu kien għadu mhux mgħammed, stinka biex jitgħallem l-elementi bażiċi tal-filosofija, imma qatt ma mexa ħafna 'l quddiem fiha.", "Jingħad li qabel ma tgħammed Ġirolmu għadda xi żmien fin-namur ma' diversi xebbiet, iżda fl-istess żmien kellu xi ħbieb kompatrijotti tiegħu, bħal Bonosu, Rufinu u Eljodoru, li kienu jmorru miegħu kull nhar ta' Ħadd biex iżuru l-oqbra tal-Appostli u tal-martri.", "Kien f'din l-istess belt ta' Ruma li Ġirolmu tgħammed.", "Wara dan mar sa Treviri (Treves) fuq il-Moselle, mhux bogħod mill-fruntiera bejn il-Ġermanja u Franza, bil-ħsieb li jsib xortih f'din il-belt imperjali.", "Bla ma stenna, iżda, sab ruħu f'ambjent li kien iħajjar lil dak li jkun għall-ħajja monastika ta' stil Orjentali, li hawnhekk kienet fl-aqwa tagħha.", "Hawn ukoll għamel xi żmien jikkopja x-xogħlijiet ta' Ilarju ta' Poitiers.", "Qrib is-sena 370 Ġirolmu reġa' lura lejn Stridonja ma' xi ħbieb tiegħu, bħal Bonosu, Rufinu, Evagriju, Eromazju u Eljodoru, u għex magħhom ħajja rtirata taħt id-direzzjoni tal-Isqof Valerjanu ta' Akwilea.", "Ġirolmu ddeskriva din il-ħajja monastika bħala ħajja tant armonika li kien iħossha daqs li kieku kienet 'kor tal-henjin'.", "Imma din l-'hena' nbidlet malajr f'ħajja ta' tilwim bejn il-ħbieb, l-aktar minħabba l-lingwaġġ aħrax li kien juża ma' ħbiebu l-istess Ġirolmu li kien għadu qed jesperimenta fl-axxetiżmu nisrani.", "Imma t-tilwim kellu wkoll l-aspett tajjeb għax Ġirolmu u sieħbu Rufinu qatgħuha li jmorru f'pellegrinaġġ qaddis biex jesperimentaw il-ħajja monastika fl-Orjent.", "Evagriju, min-naħa tiegħu, qatagħha li jerġa' lura lejn Antijokja pajjiżu.", "Dan kien fis-sena 373.", "Ġirolmu x'aktarx li vvjaġġa miegħu u flimkien għaddew mill-Kappadoċja u minn Antijokja.", "Ġirolmu qatta' xi żmien fid-deżert ta' Kalcide, fis-Sud ta' Aleppo fis-Sirja.", "Hemmhekk kien hemm wieħed Lhudi li kien ikkonverta għall-Kristjaniżmu u li beda jgħallmu l-ilsien tiegħu.", "Kien hawnhekk li Ġirolmu beda t-tieni novizzjat tiegħu fl-eremitaġġ.", "Hekk kif bdieh hu sejjaħ lil ħbiebu biex jissieħbu miegħu fid-deżert, imma fil-fatt irnexxielu jdum hemm inqas minn sentejn, jiġifieri mis-sena 375 sas-sena 377.", "Dan kollu minħabba l-fatt li l-kultura Rumana ta' Ġirolmu kienet għal kollox differenti minn dik tal-eremiti Griegi Orjentali.", "Minħabba f'hekk qamu ħafna kontroversji bejn Ġirolmu u l-eremiti tal-post.", "Ġirolmu tant kien ċert mill-fidi Rumana tiegħu li lanqas biss kien jiġih f'rasu li jipprova jifhem il-fidi ortodossa tagħhom.", "F'dan iż-żmien Antijokja kienet tbaqbaq bix-xiżma.", "Evagriju, wieħed mill-ħbieb ta' Ġirolmu, ingħaqad mal-grupp li kien tbiegħed mit-tagħlim tal-Konċilju ta' Niċea.", "Kien f'dan l-ambjent, u wara l-esperjenza tal-eremitaġġ ta' Kalcide, li Ġirolmu aċċetta li jkun ordnat saċerdot mill-Isqof Pawlinu li ma kellux komunità lil min jaqdi minħabba li kien qed imexxi grupp żgħir ultraniċen (jiġiferi li kien tbiegħed mit-tagħlim ta' Niċea).", "L-esperjenza tad-deżert serviet ta' ħafna ġid għal Ġirolmu.", "Min-naħa hu ħa ċerta spiritwalita', u mill-oħra tħarreġ fil-Grieg u fil-Lhudi, żewġ lingwi li kellhom jgħinuh ħafna iżjed 'il quddiem.", "Fl-istess żmien Rufinu mar u baqa' l-Eġittu, filwaqt li Bonosu mar jgħix bħala eremita fil-gżira ta' Illirja.", "Fiż-żmien li għadda fid-deżert ta' Kalċide, Ġirolmu kellu 'viżjoni' li fiha hu deher quddiem it-tribunal ta' Kristu u kien akkużat li baqa' iktar Ċiċeronjan milli Nisrani.", "Hu nstab ħati ta' din l-akkuża u kien imsawwat ħafna drabi bil-frosta.", "Hu semma din il-ġrajja liż-żagħżugħa Ewstokjo fl-Ittra 22, 30 bil-ħsieb li jħajjarha tiddedika ruħha għall-istudju tal-Bibbja.", "Minkejja din il-kriżi psikoloġika li għadda minnha, Ġirolmu baqa' xorta waħda jdaħħal fil-kitba u fid-diskorsi tiegħu siltiet mill-awturi klassiċi pagani.", "Iktar tard hu kellu kontroversja ma' Rufinu, u dan semmielu l-frugħa tal-'viżjoni'.", "Il-Knisja ta' Antijokja f'dak iż-żmien kienet maqsuma f'żewġ partiti, imma l-eseġeżi baqgħet tiżviluppa bla tbatija fiż-żewġ fergħat.", "L-Isqof Melezju kellu koadjutur jismu Dijodoru li wara sar Isqof ta' Tarsu.", "Dan waqqaf l-iskola Antijokena imma, minħabba li kien membru tal-partit oppost, Ġirolmu tah il-ġenb.", "Minflok Ġirolmu kien imur għal-lezzjonijiet tal-eseġeżi għand wieħed jismu Apollinar ta' Laodiċea, ħabib kbir tal-Isqof Pawlinu, li d-duttrina tiegħu dwar l-Inkarnazzjoni ġa kienet qed issir suspettuża imma kien għadu ma qatax għal kollox l-irbit mal-Knisja Kattolika.", "Qrib is-sena 380 l-Isqof Pawlinu mar Kostantinopli għand l-Imperatur il-ġdid Teodosju biex dan jagħraf l-awtorita' tiegħu bħala isqof.", "L-Isqof Melezju kien qed jixjieħ, imma ma rriżenjax.", "Imbagħad ġara li Pawlinu, flimkien mal-protettur tiegħu Epifanju ta' Ċipru u s-segretarju tiegħu Ġirolmu, mar Ruma sabiex jitlob l-għajnuna tal-Papa Damasu (366-383).", "Meta waslu Ruma l-Papa, li kien qrib it-tmenin sena ried il-paċi, u għalhekk ħatar lil Ġirolmu bħala s-segretarju tiegħu.", "Waqt li kien Ruma Ġirolmu wessa' l-appostolat tiegħu hekk li daħal fis-salotti tal-aristokrazija femminili, fid-dar tar-romol Marcella u Pawla, omm ix-xbejba Ewstokjo.", "Hawnhekk ukoll Ġirolmu sab rabbi li beda jgħallmu Lhudi aktar avvanzat u tah ukoll ħafna kotba fuqiex jistudja.", "B'hekk Ġirolmu seta' jsaħħaħ il-gruppi bibliċi tiegħu u jgħallem il-Lhudi bażiku lil dawn in-nisa benefatturi tiegħu.", "Fl-istess żmien fil-Belt Eterna kien hemm propaganda qawwija ta' ħajja axxetika minn gruppi opposti li kienu dejjem lesti biex jikkritikaw u jniggżu lil xulxin.", "Hekk nibtu ħafna disputi brillanti bejn mexxejja ta' gruppi opposti, ittri devoti li juru livell għoli fl-istudju bibliku u axxetiku, u kitbiet satiriċi minn diversi membri tal-kleru.", "Ġirolmu kien imdaħħal f'dan kollu u sab ruħu f'karriera eċċezzjonali.", "Minħabba dan hu daħħal f'rasu li wara l-Papa Damasu I bilfors kien se jkun hu s-suċċessur tiegħu.", "Fil-fatt f'Diċembru tas-sena 384 kien hemm l-elezzjoni tal-Papa l-ġdid u ntgħażel il-Papa Siriċju (384-399).", "Ġirolmu ried l-art tibilgħu.", "Meta sab ruħu mdawwar minn nies li kienu kontra tiegħu, fis-sajf tas-sena 385 hu farfar it-trab minn mas-sandli tiegħu kontra l-belt li kienet tant ostili għalih u kontra 's-senat tal-Fariżej' li kellu l-kuraġġ jikkalunjawh minħabba l-ħbiberija li kellu mal-aristokrazija femminili ta' Ruma.", "Ftit wara li Ġirolmu telaq minn Ruma, telqu wkoll Pawla u bintha Ewstokjo li mbagħad laħquh f'Reggio Calabria.", "Minn hemm marru flimkien sa Ċipru fejn qagħdu għand Epifanju ta' Salamina li kien ħabib tagħhom.", "Wara marru Antijokja u qagħdu għand Evagriju, ħabib antik ta' Ġirolmu.", "Aktar tard telqu lejn l-Eġittu fejn il-matruna Pawla tat xi flus lir-reliġjużi ta' hemm wara li ħallewha 'dduq il-ġenna tal-eremiti' Eġizzjani.", "Fl-istess okkażjoni Ġirolmu ġie f'kuntatt mal-injożi Oriġenista jew l-għarfien tal-misteri spiritwali li kellu Didimu l-Għami taħt l-influwenza tat-tagħlim ta' Oriġene.", "Fis-sajf tas-sena 386 twaqqfet komunità axxetika għall-irġiel u oħra għan-nisa f'Betlehem taħt id-direzzjoni spiritwali ta' Ġirolmu.", "Huma kienu 'l bogħod kemm mill-istorbju tal-belt ta' Ġerusalemm u kemm mill-Għolja taż-Żebbuġ fejn kien hemm il-komunita' axxetika ta' Rufinu u dik tan-nisa li magħhom kienet tgħix il-benefattriċi tiegħu Melanja.", "Jidher li Ġirolmu fittex li fil-komunitajiet tiegħu tal-irġiel u tan-nisa jkun hemm l-ispiritwalita' ta' Oriġene.", "Il-monasterju tan-nisa baqa' jitmexxa tista' tgħid għal kollox bil-mentalita' Rumana.", "Fil-fatt il-monasteru kien maqsum fi tliet klassijiet ta' reliġjużi, skont il-klassi soċjali li minnha kienu ġejjin il-membri femminili.", "Barra minn dan kellhom foresterija biex iżommu hemm il-pellegrini u l-mistednin tagħhom.", "Ftit 'il bogħod mill-monasterju ta' Ġirolmu kien hemm il-biblioteka eċċezzjonali ta' Ċesarija, li kienet twaqqfet minn Oriġene u wara miżjuda b'ħafna manuskritti oħra minn Ewsebju.", "Fil-komunità ta' Ġirolmu f'Betlehem kien hemm ħafna attività letterarja.", "Kien hemm traduzzjonijiet tal-kotba tal-Bibbja, adattamenti ta' studji eseġetiċi, kif ukoll il-kitba ta' rumanzi dwar il-ħajjiet ta' xi qaddisin li kienu jgħixu fil-monasteru.", "Fl-istudji t-Testment il-Qadim kien jingħata aktar importanza mit-Testment il-Ġdid, u l-Lhudi aktar mill-Grieg.", "Fil-bidu kienet tingħata ħafna importanza lill-istorja tal-Knisja, imma wara ftit din tista' tgħid li serviet biss għall-kitba tal-opra ta' Ġirolmu \"L-Irġiel Magħrufa\".", "Kien jiġu wkoll diskussi suġġetti ta' attwalità, l-iktar taħt forma ta' polemika.", "Fis-sena 393 wieħed jismu Atarbju beda jdur il-monasterji u jitlob lir-reliġjużi li jiffirmaw dikjarazzjoni kontra Oriġene li kien ilu mejjet mis-sena 253.", "Ġirolmu qabad u ffirma, imma Rufinu ma ffirmax.", "Imbagħad fil-festa tad-Dedikazzjoni tal-Qabar Imqaddes, f'Settembru tas-sena 393, Epifanju ta' Salamina għamel serje ta' omeliji u fl-aħħar, fir-rebbiegħa tas-sena 394, ordna lil Pawlinjanu, ħu Ġirolmu, biex jiddisprezza d-drittijiet tal-isqof tal-post.", "Ftit wara ġiet l-iskomunika ta' Ġirolmu.", "Fl-Għid tas-sena 397, wara li kien għamel penitenza u ta l-paċi lil Rufinu, Ġirolmu kien rikonċiljat mal-Knisja.", "żgur li isem San Ġlormu jibqa' marbut mat-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja u l-istudju tagħha.", "Ħbiebu nkoraġġewh biex jagħmel traduzzjoni mill-oriġinal tal-Iskrittura kollha, ħidma kbira li swietlu tlieta u għoxrin sena minn ħajtu u li diversi drabi kien se jaqta' qalbu minnha, iżda t-tenaċità tiegħu ta' studjuż għenitu biex iwassalha sa tmiem, xi ħaġa li ġrat ukoll lill-Professur Pietru Pawl Saydon li elf u ħames mitt sena wara daħal waħdu għall-istess biċċa xogħol meta qaleb l-Iskrittura mill-oriġinal għall-Malti.", "Fis-seklu sittax, il-Konċilju ta' Trentu iddikjara l-Vulgata ta' Ġlormu bħala t-test Latin awtentiku tal-Knisja Kattolika.", "Fis-sena 397 Santu Wistin kiteb ittra lil Ġirolmu u fiha faħħar it-traduzzjoni u l-eseġeżi tiegħu, ukoll jekk għamel hekk b'xi riserva.", "Ġirolmu ma fehemx mill-ewwel x'importanza kellu dan l-isqof żagħżugħ.", "Wistin reġa' kitiblu fis-sena 402 u Ġirolmu wieġeb bl-aħrax għal dak li seta' jara bħala kritika għax-xogħol tiegħu.", "Wistin kien umli u ssaporta l-kliem aħrax ta' Ġirolmu.", "Imma sa fl-aħħar huma għaqqdu l-forzi tagħhom kontra Pelaġju li kien l-għadu komuni tagħhom.", "Fis-sena 399 miet il-Papa Siriċju u laħaq warajh Anastasju I (399-401) li wera ruħu favur Ġirolmu u mill-ġdid laqgħu tajjeb.", "Ħames snin wara mietet Santa Pawla; Ġirolmu ħassha wisq it-telfa tagħha.", "Imbagħad fl-24 ta' Awissu tas-sena 410 waqgħet Ruma.", "Pelaġju ħalla l-Afrika u mar Ġerusalemm.", "Fis-sena 414 Ġirolmu tkellem kontra tiegħu u minħabba f'hekk grupp ta' terroristi Pelaġjani sentejn wara ħarqulu l-monasteri tiegħu.", "Fis-sena 417 il-Konċilju ta' Antijokja keċċa lil Pelaġju mill-Palestina.", "San Ġirolmu li hu ġustament Duttur tal-Knisja speċjalment għal dik li hi xjenza Biblika.", "Hu għamel użu tajjeb fil-kitba tiegħu kemm mill-ilsien Lhudi u kemm mill-Grieg li hu tgħallem sewwa, u għalhekk seta' jkollu kuntatt mal-kotba tal-Knisja Griega u mat-testi oriġinali tal-Iskrittura; dan hu vantaġġ għall-Knisja Latina.", "Iżda baqa' tista' tgħid għomru kollu traduttur u mhux kittieb ta' xogħlijiet oriġinali.", "Għalhekk hu ftit batut għal dak li hu indipendenza tal-ħsieb.", "L-influwenza tiegħu fuq l-iżvilupp tat-teoloġiji ma kinitx kbira għax ma kienx ħassieb oriġinali bħal Santu Wistin u San Tumas t'Aquino.", "Iżda ddefenda t-Tradizzjoni b'għerf kbir u kien difensur tal-awtorità tal-Knisja u tal-maġisteru.", "Il-personalità tiegħu kienet verament tidher fil-kitbiet tiegħu u fl-istil qawwi tiegħu u kien surmast għall-proża nisranija futura.", "San Ġirolmu miet qrib Betlhem fit-30 ta' Settembru tas-sena 419.", "Fl-arti, San Ġlormu ħafna drabi huwa rappreżentat bħala wieħed mill-erba' Dutturi Latini tal-Knisja flimkien ma' Santu Wistin, Sant'Ambroġju u San Girgor il-Kbir.", "Billi għal xi żmien kien Segretarju tal-Papa, jiġi raffigurat anakronistikament bl-ilbies ta' kardinal.", "Anke meta jitpinġa bħala eremit nofsu mneżża', bis-salib, kranju u Bibbja, ma jonqosx il-kappell aħmar tal-kardinali jew xi sinjal ieħor kardinalizju.", "Spiss jiġi raffigurat ma' ljun, ħabba storja medjevali li tgħid li neħħa xewka minn sieq ta' ljun - Skont il-leġġenda, darba waqt li kien qed jgħallem daħallu ljun fil-klassi.", "Id-dixxipli kollha għosfru, iżda Ġlormu neħħielu xewka minn siequ u nfaxxahielu, u bħala ringrazzjament l-iljun baqa' miegħu ghal dejjem.- u ġieli ma' kokka simbolu tal-għerf u l-istudju.", "L-istrumenti tal-kitba u t-tromba tal-ġudizzju finali huma wkoll parti mill-ikonografija tiegħu.", "\"San Ġlormu\" li tinsab fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta hija pittura tat-Taljan Michelangelo Merisi da Caravaggio u saret fl-1607 jew 1608.", "Pittura oħra ta' San Ġlormu tal-Caravaggio hija dik li hemm fil-Galleria Borghese f'Ruma li saret sena jew sentejn qabel dik ta' Malta.", "Fl-aħħar jum tas-sena 1984 din il-pittura nsterqet mill-Kon-Katidral billi tqattgħet b'mus.", "Biex ħarġuha, il-ħallelin irrumblawha u għamlu ħsara lill-kulur.", "Patri Marius Zerafa, li kienet Kuratur tal-Mużewijiet, ħadem qatigħ biex tinstab.", "Huwa ppubblika ktieb, \"Caravaggio Diaries\", dwar is-serqa, it-tfittxija u s-sejba.", "Jeżistu 'voice recordings' tal-ħallelin jheddu lill-istess Zerafa illi l-pittura qed tiġi mbiċċra jekk ma tingħatax is-somma mitluba, fejn anke kienu jibagħtulu biċċiet tal-canvas imqatta'.", "Il-pittura kienet ħarġet minn Malta illegalment biex tiġi rkantata imma wara diversi attentivi li fallew, reġgħet daħlet fil-gżira."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15421", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15421", "title": "Joseph Calleia", "text": ["Joseph Calleia", "Joseph Calleia (Rabat, 4 ta' Awwissu 1897 - Tas-Sliema, 31 ta' Ottubru 1975), kien kantant, kompożitur, u attur Malti, li ħadem kemm fi Broadway kif ukoll films Amerikani.", "Calleia ħadem ma' uħud mill-artisti kbar ta' Hollywood, fosthom John Wayne, William Holden, Errol Flynn, Rita Hayworth, Mae West, Bette Davis, Jane Russell, Mario Lanza, Charlton Heston, Dean Martin u Jerry Lewis, Orson Welles, Tyrone Power, Alan Ladd u Anthony Quinn.", "Bin Pasquale u Elena mwielda Calleja, Joseph Calleia twieled is-Saqqajja, ir-Rabat, Malta, u ħa l-edukazzjoni tiegħu San Ġiljan u l-Kulleġġ ta' San Alwiġi.", "Organizza \"harmonica band\" li minnha għamel biżżejjed flus biex fl-1914 ħalla Malta meta kien għad kellu 17-il sena, u beda jdur mal-Ewropa ikanta f'kafejiet u fi swali tal-mużika ta' ħafna bliet kapitali li kienu mifnija bil-gwerra.", "Iktar tard mar ikanta fi New York u wara ta għat-teatru.", "Għalkemm Calleia ħadem f'iktar minn 50 film, huwa dejjem qal li jippreferi l-palk miċ-ċinema.", "Kien meqjus bħala \"\"a bright light\"\" fi Broadway bejn l-1926 u l-1945, u deher f'ħafna drammi ta' suċċess, fosthom:", "Mill-1931, Calleia iffirma kuntratt mal-MGM f'Hollywood, fejn beda karriera b'suċċess fl-industrija tal-films, li fiha deher f'57 film mill-1931 sal-1955, ħafna drabi fil-parti ta' pulizija jew raġel kriminali f'films tal-\"gangsters\" u films \"western\".", "Għamel id-debutt tiegħu fil-films fl-1935 meta deher f'żewġ B-films: \"His Woman\" (1931) u \"The Girl in the Cab\" (1933).", "Mill-ewwel ħalla impressjoni tajba fil-parti ta' raġel kriminali fil-film \"Public Hero No. 1\", u wara\"Riff Raff\" (1935) li fih ħadimha ta' \"womanizer\", flimkien ma' Jean Harlow, Spencer Tracy u Mickey Rooney.", "Fl-1936, Calleia kiteb ix-xeneġġjatura għal \"The Robin Hood of El Dorado\".", "Fl-1943, ħadimha ta' El Sordo f'\"For Whom The Bell Tolls\".", "Tlieta mill-films li fihom ħa sehem Calleia ma kinux tħallew jidħlu Malta fosthom \"Full Confession\" li fih l-attur kellu l-parti ta' qassis.", "Fl-1936, waqt li kien qed jaħdem il-film \"Tough Guy\", Calleia ħareġ bl-idea li jkanta l-kanzunetta folkoristika Maltija \"Ah lilek tal-Gallarija\", l-ewwel diska bil-Malti li qatt instemgħet fuq film ta' Hollywood.", "Il-kumpanija għal bidu beżgħet tuża d-diska minħabba d-drittijiet tal-awtur imma Calleia kkonvinċihom li ma kien l-ebda drittijiet fuqha u użawha.", "Din il-kanzunetta kien ikantaha ma' sħabu r-Rabtin meta kien għadu tifel fil-Buskett.", "Calleia irċieva l-Premju tal-Kritika fl-1938 għall-film dirett minn John Cromwell \"Algiers\".", "Calleia irtira fl-1963 u miet Tas-Sliema fl-età ta' 78 sena.", "Tliet snin qabel ma miet kienu offrewlu l-parti ta' Don Corleone fil-film kbir \"The Godfather\" minflok Marlon Brando imma ma aċċettax.", "Minkejja l-fama tiegħu fl-Amerka u l-Italja, mewtu ma kinitx aħbar kbira f'Malta.", "Billi fil-films kien ħadem bosta karattri Sqallin, ir-RAI kienet tat l-aħbar li mietet stilla taċ-ċinema Taljana.", "Il-Gvern ta' Malta unuratu b'sett ta' żewġ bolol fl-1997, fiċ-ċentinarju minn twelidu.", "F'Ottubru 2005, fuq inizjattiva taż-żagħżugħ Eman Bonnici, inkixef bust ta' Calleia quddiem id-dar fejn twieled fis-Saqqajja, xogħol l-iskultur Anton Agius.", "F'Mejju 2009, TVM xandar dokumentarju fuq ħajtu fis-sensiela \"Bijografiji\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15424", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15424", "title": "Oreste Chircop", "text": ["Oreste Chircop", "Oreste Kirkop (Ħamrun, 26 ta' Lulju 1923 – San Ġwann, 10 ta' Mejju 1998) kien tenur u attur Malti magħruf l-aktar għall-film ta' Hollywood \"The Vagabond King\".", "Chircop beda l-karriera operistika tiegħu fl-1945 fir-Radio City Opera House tal-Ħamrun bil-karattru Turiddu fil-\"Cavalleria Rusticana\".", "Fil-ħames snin ta' wara ħadem mas-60 rwol ta' tenur, ammont li l-ebda tenur ieħor ma qabeż, f'għaxar opri differenti.", "Huwa kien ikanta l-opra mal-kumpaniji Taljani li kienu jiġu Malta u kanta ma' Tito Gobbi u Maria Caniglia.", "Fl-1950 mar l-Ingilterra u kellu partijiet ewlenin ta' tenur mal-Carl Rosa Opera Company, u wara ma' Sadler's Wells (1952) fejn għamel il-partijiet ta' Turiddu, Mario Cavaradossi, u Rodolfo in \"Luisa Miller\".", "Huwa deher fuq il-BBC TV bħala Canio f' \"Pagliacci\".", "Fl-1954 Chircop għamel id-debutt tiegħu fir-Royal Opera House Covent Garden bħala d-Duka fir-\"Rigoletto\" u wara bħala Rodolfo f' \"La bohème\".", "\"Paramount Pictures\" ta' Hollywood rabtitu b'kuntratt ta' Lm10,000 biex ikanta fil-parti ewlenija ta' François Villon f' \"The Vagabond King\" li kien ukoll l-ewwel film musical tiegħu fl-1956.", "Dan kien l-uniku film ta' Hollywood għal Chircop minkejja li xi kritiċi kienu wissew lil Mario Lanza, li f'dak iż-żmien kien fl-aqwa tiegħu, biex joqgħod attent minn dan ir-rivali ġdid.Flimkien ma' Kathryn Grayson, Oreste ha sehem.", "Wara \"The Vagabond King\", Chircop kanta l-opra f'Las Vegas u fil-Hollywood Bowl u deher fuq l-NBC TV fil-produzzjonijiet ta' \"Madame Butterfly\", \"La traviata\" u \"Rigoletto\".", "Fl-1958 irritorna Covent Garden u rtira Malta fl-1960 għal raġunijiet ta' saħħa li dak iż-żmien ma ssemmewx.", "Sentejn qabel miet, fl-1996, Chircop ħareġ double CD album b'41 track ta' opri u kant."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15431", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15431", "title": "Sami Khedira", "text": ["Sami Khedira", "Sami Khedira (Stuttgart, 4 ta' April 1987) hu plejer tal-futbol Ġermaniż li jilgħab ma' Juventus u mat-tim nazzjonali Ġermaniż.", "Hu hu midfilder ċentrali dinamiku li kapaċi jilgħab ukoll bħala midfilder difensiv, waqt li kapaċi jingħaqad mat-tim waqt l-attakki permezz tax-xuttijiet tajbin li għandu.", "Sami Khedira għandu missier Tuneżin u ommu Ġermaniża.", "Ħuh iż-żgħir, Rani, huwa wkoll futbolers fejn jilgħab mas-sezzjoni ġovanili ta' Stuttgart u lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt is-sittax-il sena.", "Khedira beda jilgħab mal-klabb TV Öffingen, liema klabb kien ikkowċjat minn missieru Lazhar.", "Fl-1995, Stuttgart tefgħu għajnejh fuqu, fejn wara li akkwistawh Khedira beda jilgħab mad-diversi livelli tal-iskwadri ġovanili tal-klabb, u rebaħ it-titli Ġermaniżi tal-klassi A-Jugend u B-Jugend.", "Iddebutta mat-tieni skwadra, li tilgħab fir-Regionalliga, fl-istaġun 2004–05.", "L-istaġun 2005–06 kien imtappan bi problemi fiżiċi li laqqtugħ fl-irkoppa, sabiex lagħab 21 logħba fi tliet staġuni.", "Kien fil-bidu tal-istaġun 2006–07 li l-kowċ Armin Veh daħħlu fil-lista tal-ewwel tim fil-Bundesliga, fejn iddebutta bħala sostitut nhar l-1 ta' Ottubru 2006, fis-sitt logħba mill-kampjonat kontra Hertha Berlin.", "Fid-29 ta' Ottubru 2006, fid-disa' ġurnata mill-kampjonat kontra Schalke 04, Khedira skorja l-ewwel gowls tiegħu fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża; fil-fatt, il-plejer ta' oriġini Tuneżina skorja doppjetta.", "Mill-ewwel staġun tiegħu hu beda jiġi skjerat mal-ewwel ħdax fuq bażi regulari u permezz ta' gowl bir-ras fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat kontra Energie Cottbus, Stuttgart assiguraw ir-rebħ tal-kampjonat.", "F'dik is-sena wkoll, il-klabb wasal sal-finali tat-tazza nazzjonali.", "Hu ffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb fid-29 ta' Ġunju 2007, fejn fid-9 ta' Lulju tas-sena ta' wara estendieh sal-2011.", "Fit-30 ta' Lulju 2010, Stuttgart u Real Madrid, permezz tas-sit uffiċjali rispettivi, ħabbru l-passaġġ ta' Khedira għal mal-klabb Spanjol.", "Il-plejer iffirma kuntratt ta' ħames snin mal-klabb tal-\"merengues\".", "Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal f'pari ta' mingħajr gowls kontra Mallorca.", "Fl-2009, bħala kaptan tat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt il-21 sena, rebaħ il-Kampjonat Ewropew ta' dak il-livell.", "Khedira iddebutta mat-tim tal-kbar fil-5 ta' Settembru 2009, f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Afrika t'Isfel.", "Għat-Tazza tad-Dinja 2010 ġewwa l-Afrika t'Isfel hu lagħab il-logħbiet kollha, dejjem mill-ewwel minuta, u skorja l-gowl rebbieħ (l-ewwel wieħed bil-flokk tat-tim nazzjonali) fir-rebħa deċiża ta' 3–2 għat-tielet post kontra l-Urugwaj."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15439", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15439", "title": "Politiku", "text": ["Politiku", "Politiku jew kap politiku huwa individwu li huwa involut fl-influwenzar tal-politika pubblika, ta' kif soċjetà hi mmexxiha u fit-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Dan jinkludi nies li jkopru dawn ir-rwoli fil-gvern, u nies li jakkwistaw dawn il-pożizzjonijiet, kemm permezz ta' elezzjoni, kolp ta' stat, ħatra, frodi elettorali, konkwista, dritt ta' suċċessjoni, jew mezzi oħra.", "Xi karigi politiċi huma:", "Kandidat għal kwalunkwe minn dawn il-pożizzjonijiet huwa kkunsidrat bħala politiku.", "Minkejja li storikament il-pożizzjoni ta' politiku kienet ikkunsidrata bħala professjoni ta' unur, illum il-ġurnata ħafna nies, anke f'pajjiżi demokratiċi, għandhom opinjoni negattiva dwar il-politiċi bħala klassi.", "Ħafna drabi jidhru bħala nies bla skrupli, li l-wegħdiet tagħhom qatt ma jseħħu.", "Xi drabi jiġu wkoll akkużati għal abbuż tal-fondi għal skopijiet personali u mhux għall-interess tal-pubbliku.", "Fil-fatt, każijiet ta' korruzzjoni fil-kamp politiku mhumiex rari.", "F'numru ta' pajjiżi l-klassi politika hi komposta min-nies sinjuri, jew dawk li jiddependu mill-klassi s-sinjura tas-soċjetà sabiex jiġu eletti.", "Dan il-fatt mhuwiex ristrett għal partit politiku, sistema tal-gvern jew pajjiż partikulari; din hija problema diffuża fil-politika ta' ħafna mill-pajjiżi demokratiċi, u hi kkunsidrata minn ħafna bħala problema.", "Kritika oħra għall-politiċi hi għal dawk li jissejjħu \"politiċi professjonisti\", politiċi li jużaw il-politika bħala sors ta' qliegħ u li jkollhom jaffaċjaw elezzjoni mill-ġdid wara ċertu snin huma inqas probabbli li jieħdu deċiżjonijiet kuraġġjużi jew jaqblu ma' abbozz li mhuwiex popolari."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15440", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15440", "title": "UEFA Champions League 2010–11", "text": ["UEFA Champions League 2010–11", "Il-UEFA Champions League 2010–11 kienet s-56 staġun tal-UEFA Champions League, l-ogħla kompetizzjoni tal-futbol għall-klabbs fl-Ewropa.", "Il-finali saret ġewwa Wembley Stadium f'Londra fit-28 ta' Mejju 2011, fejn Barcelona għelbu lil Manchester United 3–1.", "Internazionale kienu d-difensuri tat-titlu, però ġew eliminati minn Schalke 04 fil-kwarti tal-finali.", "Total ta' 76 tim minn 52 assoċjazzjoni tal-UEFA (minbarra l-Liechtenstein li ma torganzza l-ebda kampjonat domesitku) ħadu sehem fiċ-Champions League 2010–11.", "Il-pajjiżi huma allokati postijiet skont il-koefiċċjenti tal-UEFA 2009, li tieħu l-prestazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej bejn l-2004–05 u 2008–09.", "Minħabba li r-rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti, Inter, kisbu post fil-fażi tal-gruppi grazzi għall-post fil-kampjonat domestiku, il-post għaċ-ċampjin renjanti fil-fażi tal-gruppi baqa' vojt.", "Sabiex jikkumpensa dan:", "Detentur tat-titlu", "It-tlugħ tal-poloz kollha saru fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera, sakemm mhuwiex indikat mod ieħor.", "L-ewwel legs intlagħbu fid-29 u fit-30 ta' Ġunju, u t-tieni legs intlagħbu fis-6 u fis-7 ta' Lulju 2010.", "Madanakollu, l-ewwel logħba tal-kompetizzjoni (FC Santa Coloma vs. Birkirkara – 29 ta' Ġunju) ġiet imħassra minħabba li l-kundizzjonijiet tal-grawnd ma kienux adattati.", "L-ewwel legs saru fit-13 u l-14 ta' Lulju, u t-tieni legs saru fl-20 u l-21 ta' Lulju 2010.", "It-tielet rawnd ta' kwalifika kien maqsum f'żewġ sezzjonijiet: wieħed għaċ-ċampjins u l-ieħor għal dawk li mhumiex.", "It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet jidħlu fir-rawnd tal-\"play-off\" tal-UEFA Europa League 2010–11.", "L-ewwel legs intlagħbu fis-27 u t-28 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fit-3 u l-4 ta' Awwissu 2010. !colspan=\"6\"|Ċampjins", "!colspan=\"6\"|Mhux ċampjins", "L-ewwel legs saru fis-17 u t-18 ta' Awwissu, u t-tieni legs saru fl-24 u fil-25 ta' Awwissu 2010.", "It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet taċ-ċampjins u dawk li mhumiex ċampjins jidħlu direttament fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2010–11. !colspan=\"6\"|Ċampjins", "!colspan=\"6\"|Mhux ċampjins", "Fil-fażi eliminatorja, timijet jilgħabu kontra xulxin fuq bażi ta' żewġ logħbiet ġewwa u barra minn darhom, minbarra l-partita finali li se tintlagħab f'Wembley Stadium f'Londra.", "It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd tal-aħħar sittax saret fis-17 ta' Diċembru, 2010, ġewwa l-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera.", "L-ewwel legs intlagħbu fil-15, 16, 22 u 23 ta' Frar, u t-tieni legs intlagħbu fit-8, 9, 15 u 16 ta' Marzu, 2011.", "L-ewwel legs intlagħbu fil-5 u s-6 ta' April, u t-tieni legs intlagħbu fit-12 u t-13 ta' April, 2011.", "L-ewwel legs intlagħbu fis-26 u s-27 ta' April, u t-tieni legs intlagħbu fit-3 u l-4 ta' Mejju, 2011.", "Il-finali tal-UEFA Champions League 2011 saret nhar t-28 ta' Mejju 2011 ġewwa Wembley Stadium, f'Londra, l-Ingilterra.", "L-aqwa skorers għall-istaġun 2010–11 tal-UEFA Champions League (esklużi r-rawnds ta' kwalifikazzjoni) huma:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15442", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15442", "title": "UEFA Europa League 2010–11", "text": ["UEFA Europa League 2010–11", "Il-UEFA Europa League 2010–11 kienet t-tieni staġun tal-UEFA Europa League, kompetizzjoni għall-klabbs tal-futbol li qabel kienet tissejjaħ it-Tazza UEFA.", "Il-finali, li saret fit-18 ta' Mejju 2011 ġewwa l-Aviva Stadium, f'Dublin, l-Irlanda, intrebħet mill-Portugiżi ta' Porto li fil-finali għelbu lill-konnazzjonali Braga.", "Total ta' 162 tim minn 53 assoċjazzjoni membru tal-UEFA daħlu biex jipparteċipaw fl-edizzjoni 2010–11 tal-Europa League.", "In-numru ta' postijiet ta' timijiet kwalifikati huma allokati skont il-koeffiċjenti tal-UEFA.", "L-iskema ta' kwalifikazzjoni għal din l-edizzjoni ġiet modifikat.", "Fil-Kungress tal-UEFA tal-2009 li sar fid-Danimarka, l-Andorra u San Marino, li sa dakinhar kellhom biss rappreżentant wieħed, ingħataw post għat-tieni wieħed f'din il-kompetizzjoni.", "Is-sistema ta' kwalifikazzjoni huwa kompost minn:", "It-tlugħ tal-poloz kollha saru fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera, sakemm mhuwiex indikat mod ieħor.", "L-ewwel legs intlagħbu fl-1 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fit-8 ta' Lulju 2010.", "L-ewwel legs intlagħbu fil-15 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fit-22 u fit-23 ta' Lulju 2010.", "L-ewwel legs intlagħbu fid-29 ta' Lulju (waħda minnhom saret fis-27 ta' Lulju), u t-tieni legs intlagħbu fil-5 ta' Awwissu 2010 (waħda minnhom saret fit-3 ta' Awwissu).", "L-ewwel legs intlagħbu fid-19 ta' Awwissu (waħda minnhom saret fis-17 ta' Awwissu), u t-tieni legs intlagħbu fis-26 ta' Awwissu 2010 (waħda minnhom saret fl-24 ta' Awwissu).", "Fil-fażi eliminatorja, it-timijiet jilgħabu kontra xulxin fuq bażi ta' żewġ legs ġewwa u barra minn darhom, minbarra l-partita finali.", "It-tlugħ tal-poloz għar-rawnds tal-aħħar 32 u tal-aħħar 16 saru fis-17 ta' Diċembru, 2010, fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera.", "Dawk tal-kwarti tal-finali, is-semifinali u l-finali saru fit-18 ta' Marzu, 2011.", "L-ewwel legs intlagħbu fis-17 ta' Frar (b'eċċezzjoni tal-ewwel leg bejn Aris u Manchester City li saret fil-15 ta' Frar), u t-tieni legs intlagħbu fl-24 ta' Frar (il-legs interni ta' CSKA Moscow u Porto intlagħbu fit-22 u fit-23 ta' Frar rispettivament).", "L-ewwel legs intlagħbu fl-10 ta' Marzu, u t-tieni legs intlagħbu fis-17 ta' Marzu.", "L-ewwel legs intlagħbu fis-7 ta' April, u t-tieni legs intlagħbu fl-14 ta' April.", "L-ewwel legs intlagħbu fit-28 ta' April, u t-tieni legs intlagħbu fil-5 ta' Mejju.", "Il-finali ntlagħbet fit-18 ta' Mejju 2011 fl-Istadju Aviva f'Dublin, l-Irlanda.", "L-aqwa skorers għall-istaġun 2010–11 tal-UEFA Europa League (esklużi r-rawnds ta' kwalifikazzjoni) huma:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15460", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15460", "title": "Premier League (diżambigwazzjoni)", "text": ["Premier League (diżambigwazzjoni)", "Premier League jirreferi għal numru ta' kampjonati sportivi oħra:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15461", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15461", "title": "Eredivisie", "text": ["Eredivisie", "L-Eredivisie huwa l-ogħla kampjonat tal-futbol fl-Olanda.", "Din id-diviżjoni tikkonsisti minn tmintax-il tim.", "Kull tim, matul l-istaġun, jilgħab kontra t-timijiet l-oħra f'logħbiet ġewwa u barra minn daru.", "Fi tmiem l-istaġun, l-aħħar tim jiġi awtomatikament relegat għat-tieni diviżjoni, l-Eerste Divisie (L-Ewwel Diviżjoni), bir-rebbieħ tal-Eerste Divisie jingħata l-promozzjoni għall-Eredivisie.", "It-tim ta' qabel tal-aħħar u t-tielet mill-aħħar jidħlu fi \"play-off\" għall-promozzjoni u relegazzjoni Il-\"play-offs\" jikkonsistu f'żewġ gruppi ta' ħames timijiet kull wieħed: kull grupp huwa kompost minn klabb tal-Eredivisie u minn erbgħa kwalifikati mill-Eerste Divisie.", "F'dawn il-logħbiet eliminatorji jidħlu t-timijiet klassifikati fit-tieni u t-tielet post fil-Eerste Divisie u r-rebbieħa tas-sitt perjodi li hi diviża din id-diviżjoni.", "Fiż-żewġ gruppi, kull tim jilgħab logħba ġewwa u barra minn daru kontra l-erba' timijiet l-oħra (total ta' tmien logħbiet).", "Iż-żewġ rebbieħa taż-żewġ gruppi jilgħabu l-istaġun li jmiss fl-Eredivisie, waqt li s-sitt timijiet l-oħra jibqgħu jew jiġu relegati fl-Eerste Divisie.", "AFC Ajax rebħu dan il-kampjonat nazzjonali total ta' 29 darba, iktar minn kwalunkwe klabb ieħor.", "PSV Eindhoven bi 23 u Feynoord b'14 isegwu warajhom fil-gradwatorja tar-rebbieħa tal-Eredivisie.", "Mill-1965, dawn it-tliet timijiet, li qatt ma ġew relegati mill-ogħla diviżjoni Olandiża, rebħu kull titlu ħlief għal tliet okkażjonijiet: fl-1981 u fl-2009 it-titlu ntrebaħ minn AZ u fl-2010 intrebaħ minn Twente."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15466", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15466", "title": "Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2011", "text": ["Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2011", "Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 20011 qegħdin jinżammu ġewwa l-Prinċipat ta' Liechtenstein matul ix-xahar ta' Ġunju 2011.", "Din hija l-erbatax-il edizzjoni minn mindu l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar bdew isiru fl-1985."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15469", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15469", "title": "Filippu Neri", "text": ["Filippu Neri", "San Filippu Neri, magħruf ukoll bħala l-\"Appostlu ta' Ruma\" (Firenze, 22 ta' Lulju 1515 – Ruma, 25 ta' Mejju 1595) kien saċerdot Taljan, magħruf għat-twaqqif ta' soċjetà ta' qassisin sekulari msejħa \"Il-Kongregazzjoni tal-Oratorju\".", "Filippu Neri twieled f'Firenze, l-Italja, bin Francesco Neri, nutar u iktar tard alkemista, u Lucrezia da Mosciano.", "Kien it-tieni wild minn erbgħa.", "Sentejn qablu kienet twieldet Katerina (li iktar tard kellha żewġ ulied it-tnejn sorijiet), tliet snin warajh Elisabetta (li xehdet fil-Kawża ta' Kanonizzazzjoni tiegħu) u Antonio li miet tarbija.", "Meta kellu ħames snin tilef 'l ommu, iżda hu u ż-żewġ ħutu l-oħra ġew imrobbija b'imħabba kbira mit-tieni mara ta' missierhom, Alessandra di Michele Lensi.", "Sa minn meta kien għadu żgħir, kellu dispożizzjonijiet tant ħelwin li kienu jsejħulu t-\"Twajjeb Pippo\" (\"Pippo Buono\").", "L-ewwel edukazzjoni ħadha d-dar imbagħad għand ċertu Clemente, u mbagħad fil-Kunvent ta' San Marco f'Firenze, li għal xi żmien kien immexxi minn Savonarola.", "Huwa għex Firenze sakemm kellu 18 -il sena, meta ntbagħat għand zijuh, Bartolomeo Romolo, f'Cassino (qabel imsejjaħ San Germano) biex isir kummerċjant.", "Iżda fl-istess żmien beda jħoss is-sejħa reliġjuża, sa bena kappella żgħira fuq għolja jisimha \"Montagna Spaccata\" fejn kien imur jitlob kuljum fis-skiet.", "Zijuh li kien sar iħobbu wisq, u ma kellux eredi, ried iħallilu kollox imma Filippu ma aċċettax għax ried jgħix fil-faqar.", "Fl-1534 mar Ruma bħala pellegrin u hemm iltaqa' ma' Galeatto Caccia, Fjorentin bħalu u kap tad-Dwana, li tah kamra fqira fejn joqgħod u xi ħaġa żgħira x'jiekol kuljum, bil-patt li jedukalu ż-żewġ uliedu, Michele u Ippolito (dawn iktar tard saru wieħed saċerdot u l-ieħor patri Ċertożin).", "Dam f'din il-ħajja għal sbatax-il sena, imma fl-istess żmien, studja l-filosofija mad-Dumnikani, u t-teoloġija mal-Agostinjani.", "Fi tmiem l-1537 biegħ il-kotba li kellu u flushom tahom lil żagħżugħ Kalabriż fil-bżonn, jismu Gugliemo Sirleto, li iktar tard sar Kardinal.", "Fit-talb tiegħu Filippu beda jkun mistiku u kontemplattiv.", "Beda ukoll jiġbor xi żgħażagħ miegħu biex flimkien jitolbu, jistudjaw ir-reliġjon, iżuru l-isptarijiet u jagħmlu atti oħra ta' karità, l-iktar fl-isptar ta' San Ġakbu, fejn hemm sar ħabib kbir ta' San Kamillu de Lellis.", "F'Pentekoste tal-1544, waqt li kien qed jitlob fil-katakombi ta' San Sebastjan, Filippu Neri għadda minn esperjenza soprannaturali, li fiha qalbu kibret.", "Wara din l-esperjenza ħalla d-dar fejn kien ospitat u mar jgħix ta' eremita fit-toroq ta' Ruma, u kien jorqod taħt il-portiku ta' xi knisja jew fejn isib.", "Huwa u jimxi f'Campo dei Fiori u fl-inħawi ta' Trastevere kien ikun hemm żgħażagħ li jiżżufjettaw bih kif jarawh.", "Huwa ma kienx jitlef din l-okkażjoni, u kien ikompli jiżżufjetta magħhom u jirbaħhom bis-simpatija tiegħu.", "Imbagħad wara li jiċċajta kien jinbidel f'daqqa fi predikatur u jgħidilhom: \"Fratelli, state allegri, ridete pure, scherzate finché volete, ma non fate peccato!\"", "(\"L-aħwa, kunu ferħana, idħku, iċċajtaw kemm tridu, imma tagħmlux dnub.\")", "Fl-1548, bl-għajnuna tal-konfessur tiegħu, Persiano Rossa, waqqaf il-\"Fratellanza tat-Trinità tal-Pellegrini\", li l-membri tagħha kienu lajċi u kienu jieħdu ħsieb il-pellegrini u l-morda.", "Fit-23 ta' Mejju 1551, ta' 36 sena, ġie ordnat qassis, ħalla dik il-kamra li kien joqgħod fiha u mar jgħix fil-Presbiterju ta' San Ġlormu ma' Dun Rossa u qassisin oħra li kienu jgħixu bil-karità.", "Hawn intefa' għall-appostolat billi filgħodu kien jgħaddih fil-konfessjonarju u filgħaxija kien ilaqqa' n-nies biex jitolbu, ikantaw u jitkellmu fuq il-ħwejjeġ tar-ruħ.", "Kien ukoll jorganizza pellegrinaġġi għall-knejjes u katakombi biex isaħħaħ il-fidi ta' dawk li kienu jmorru miegħu.", "Għalih il-qrar kien sors ta' djalogu mal-\"penitenti\", u dan kien jagħmlu kuljum minn sbieħ il-jum sa nofsinhar.", "Minn dawn id-djalogi beda l-ewwel nukleu tal-hekk imsejjaħ \"Oratorio\"\": minn dawn xi uħud saru saċerdoti, bdew jgħixu ħajja komunitarja u Filippu sar ir-rettur tagħhom u għamlilhom regola.", "Il-vjaġġ ta' San Franġisk Saverju, fil-Lvant Imbiegħed, ħeġġeġ lil Filippu Neri imur missjunarju f'dawk l-artijiet imma qassis mill-Chiesa di Tre Fontane, ma tahx parir favorevoli u ddeċieda li jiddedika ħajtu għan-nies ta' Ruma.", "L-ewwel Oratorju fl-1558 beda fil-knisja fqira ta' San Girolamo della Carità.", "Xi ekkleżjastiċi għolja bdew jgħiru għalih u jikkritikawh, fosthom il-kardinal Virgilio Rosari, li sa wasal biex ma ħallihx iqarar, xi ħaġa li kienet tant għal qalbu.", "L-istess kardinal baqa' sakemm miet fl-1559, ixerred kalunnji fuq Filippu Neri.", "Fl-1559, Filippu Neri sar ħabib mal-kardinal Milaniż San Karlu Borromeo, u dan tal-aħħar spiss kien imur jieħu pariri mingħand Filippu fuq kwistjonijiet \"jaħarqu\".", "Borromeo għamel minn kollox biex jipperswadi lil Filippu Neri imur Milan biex iwaqqaf komunità bħal ma kellu f'Ruma imma bla suċċess.", "Fl-1575 Papa Girgor XIII approva l-Kongregazzjoni tal-Oratorio u tahom il-Knisja ta' Santa Maria in Vallicella, li saret is-sede tagħhom.", "Neri kien bniedem attiv ħafna: irnexxielu jdaħħal fit-talb u fil-qari tal-Bibbja preghiera nies komuni, artisti, mużiċisti, u xjenzati; u beda skola għat-tfal.", "Fi żmien meta l-pedagoġija kienet awtoritarja huwa kien jitratta mat-tfal tat-triq b'paċenzja u ħlewwa: tibqa' magħrufa l-eżortazzjoni tiegħu bid-djalett Romanesk: \"\"State bboni ...se potete!\"\"", "(Oqogħdu bil-għaqal... jekk tistgħu).", "Frażi ċelebri oħra tiegħu hija: \"\"Te possi morì ammazzato... ppe' la fede\"!\"", "(Jirra joqtluk... għall-fidi!\")", "Ftit qabel miet, Papa Klement VIII ried jagħmlu kardinal imma Filippu ma aċċettax u filwaqt li ħares 'il fuq qallu \"Paradiso, Paradiso\", jiġifieri li kien jippreferi wisq iktar il-Ġenna minflok.", "Filippu miet fi tmiem il-jum tal-25 ta' Mejju 1595, festa ta' Korpus, fl-età ta' 80 sena wara li kien qatta' l-ġurnata iqarar u jirċievi viżti.", "Hu ġie beatifikat minn Pawlu V fl-1615, u kanonizzat minn Gregorju XV fl-1622.", "Il-festa tiegħu hi ċċelebrata fis-26 ta' Mejju fil-kalendarju tradizzjonali u fil-25 ta' Mejju fil-kalendarju riformat.", "Il-ġisem tiegħu jinsab meqjum fil-Chiesa Nuova.", "Il-Kappella ta' San Filippu Neri bdiet tinbena fit-23 ta' Jannar 1761 minn Dun Ġwann Filippu Zammit Mifsud fuq art proprjetà tal-familja, u tlestiet fit-3 ta' Lulju tal-1762.", "Il-perit kien Sebastiano Saliba, u l-bennej kien missier Dun Ġwann Filippu.", "Il-kappella tbierket nhar id-29 ta' Mejju 1763 minn Dun Ġwann Filippu stess.", "It-titular tal-kappella, xogħol il-pittur Malti Rokku Buhagiar juri il-Madonna bil-Bambin u San Filippu Neri u ħafna anġli."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15602", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15602", "title": "Arkanġlu Rafel", "text": ["Arkanġlu Rafel", "Rafel (bil-Lhudi רָפָאֵל, Rāfāʾēl, \"Huwa Alla li jfejjaq\", \"Alla jfejjaq\", \"O Alla, Nitolbok Fejjaq\", bl-Għarbi: رافائيل, Rāfāʾīl) huwa isem ta' arkanġlu fir-reliġjon Lhudija u f'dik Nisranija li jwettaq kull xorta ta' fejqan, u anġlu meqjum ukoll fir-reliġjon Iżlamika.", "Fil-Lhudi modern, il-kelma \"rofe\" tfisser tabib u ġejja mill-istess għerq ta' Rafael, marbuta mal-funzjoni gwaritriċi tiegħu.", "Fil-Ktieb ta' Enok (10, 5-7), ktieb tat-tieni seklu qabel Kristu, li mhuwiex parti mill-Bibbja, Rafel ijassar lil Ażażel, ix-xitan, f'deżert jismu Dudagħel:", "\"U l-Mulej issokta jgħid lil Rafel: 'Orbot lil Ażażel minn idejh u minn saqajh, u ixħtu fid-dlamijiet: u agħmel fetħa fid-deżert, li jinsab f'Dudagħel, u ixħtu hemm.", "U itfa' fuqu blat goff, u għattih bid-dlamijiet, u ħallih jgħammar hemm għal dejjem, u għattilu wiċċu ħa ma jarax id-dawl.", "U fil-Jum tal-Ħaqq il-Kbir ikun mixħut fin-nar'.\"", "Fl-istess ktieb ta' Enok, kapitlu 21, jissemmew erba' arkanġli oħra: Urjel, Ragħwel, Sarjel, u Ġaramel.", "Fil-Bibbja, l-isem tal-arkanġlu Rafel jissemma biss fil-Ktieb Dewtrokanoniku ta' Tobit.", "Il-Ktieb ta' Tobit jitqies bħala ktieb kanoniku (parti mill-Bibbja) mill-Kattoliċi u l-Ortodossi, iżda jitqies apokrifiku mill-Protestanti.", "F'dan il-Ktieb, Rafel isejjaħ lilu nnifsu bħala \"wieħed mis-seba' anġli, li qegħdin quddiem it-tron tal-Mulej, u nistgħu nersqu lejh\" (12, 15).", "Rafel kien mibgħut minn Alla biex jgħin lil Tobit, ibnu Tobija u lil Sara, mart Tobija.", "Tobit kien għama, u Sara għal seba' darbiet ġarrbet il-mewt tal-għarus tagħha dakinhar tat-tieġ.", "Rafel akkumpanja lil Tobija fi vjaġġ lejn il-Medja, u jgħidlu li hu Għażarija li jfisser \"Jahweh jgħin.\"", "Filfatt Rafel jgħin lil Tobija fid-diffikultajiet li kien jinsab fihom u jipprepara lil Tobija għaż-żwieġ ma' Sara.", "Fi tmiem il-vjaġġ jikxef min kien verament.", "Kien Rafel li keċċa l-ispirtu l-ħażin li kien qed iħabbat lil Sara.", "Dan l-ispirtu l-ħażin kien Ażmodew.", "Xogħlu hu li jfarrak iż-żwieġ.", "Kien ukoll bl-interċessjoni ta' Rafel li Tobit beda jara.", "Fl-arti, xi drabi Rafel jiġi raffigurat fuq ħuta kbira jew qed iżomm ħuta f'tarf ta' qasba.", "Dan għax fil-Ktieb ta' Tobit, Rafel jgħid lil Tobija u jaqbad ħuta, u mbagħad juża l-marrara tagħha biex ifejjaq għajnejn missieru Tobit, u biex ikeċċi lil Ażmodew billi jaħraq il-qalb u l-fwied.", "Xi drabi San Rafel jiġi raffigurat ukoll b'xi flixkun tal-mediċina f'idu.", "Rafel, flimkien ma' Mikiel u Gabrijel huma l-uniċi tliet anġli msemmija b'isimhom fil-Bibbja.", "Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tiegħu nhar id-29 ta' Settembru, flimkien ma' San Mikiel u San Gabrijel.", "Fid-devozzjoni popolari Nisranija, San Rafel huwa l-qaddis patrun ta' diversi kategoriji ta' nies:", "Qaddis partikolarment devot ta' San Rafel kien San Ġwann t'Alla, li l-arkanġlu kien deherlu biex jassigurah mill-protezzjoni tiegħu fil-kura li kien qed jagħti lill-morda u l-foqra.", "Id-devozzjoni lejh baqgħet fl-ordni li huwa waqqaf, l-Aħwa Ospidalieri.", "San Ġorġ Preca ried li s-soċji tal-MUSEUM u t-tfal jitolbu l-protezzjoni ta' San Rafel meta jkunu se jibdew xi vjaġġ.", "Is-soċji tal-MUSEUM għadhom sal-ġurnata tal-lum isejħu ismu meta jieħdu t-tfal għal xi ħarġa, speċjalment meta jagħmlu użu minn vetturi.", "Ħafna sptarijiet madwar id-dinja huma ddedikati lil San Rafel, fosthom dak ta' Milan imwaqqaf minn Don Luigi Verzé li jismu \"Istituto Scientifico Universitario San Raffaele\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15683", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15683", "title": "Guillermo Burdisso", "text": ["Guillermo Burdisso", "Guillermo Enio Burdisso (Altos de Chipion, 24 ta' April 1988) huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala difensur mat-tim ta' Boca Juniors.", "Guillermo huwa ħu d-difensur ta' Roma, Nicolás Burdisso.", "Fl-2006, hu lagħab ma Club El Porvenir, fil-Primera B Nacional.", "Fis-sajf tal-2008, hu ssieħeb ma Rosario Central.", "Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu fis-27 ta' Frar 2009, f'telfa ta' 3-1 kontra Banfield.", "Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu f'din l-apperenza.", "Burdisso impressjona fl-ewwel tim ta' Rosario Central fl-2009, imma hu ma setax jevita l-Canallas u waqgħa fil-Primera B fl-aħħar tal-2010 Clausura.", "Huwa mbagħad issieħeb ma ħuh, Nicolas, ma Roma għal €500,000 bl-għażla li jinxtara għal €4.7 miljun.", "Burdisso ssieħeb ma Arsenal de Sarandí fl-2011.", "Fl-2012 Boca Juniors xtraw 25% tad-drittijiet ekonomiċi minn Rosario Central u partijiet terzi mill-Aġenzija tal-Isports HAZ rispettivament.", "Burdisso għamel id-debutt tiegħu għat-Tim nazzjonali Arġentin fis-26 ta' Jannar 2010 f'rebħa ta' 3-2 kontra l-Kosta Rika.", "Huwa skorja t-tieni gowl fil-logħba."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15685", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15685", "title": "Arkanġlu Gabrijel", "text": ["Arkanġlu Gabrijel", "Fil-Ġudaiżmu, fil-Kristjaneżmu u fl-Iżlam, Gabrijel (bil-Lhudi: גַּבְרִיאֵל - il-qawwa ta' Alla, il-kobor ta' Alla; bil-Latin: \"Gabrielus\"; bil-Grieg: Γαβριήλ, \"Gabriēl\"; bl-Għarbi: جبريل, \"Ġibrīl\" jew جبرائيل Ġibrail; bl-Aramajk: Gabri-El, \"Alla huwa l-qawwa tiegħi\", huwa arkanġlu, messaġġier ta' Alla.", "L-ewwel li jissemma fil-Bibbja huwa fil-Ktieb ta' Danjel, ifisser il-viżjonijiet ta' Danjel rigward il-Messija.", "Fl-Evanġelju skond San Luqa, Gabrijel iħabbar kemm it-twelid ta' Ġwanni l-Battista lil missieru Żakkarija, kif ukoll ta' Ġesù lil ommu Marija.", "Il-Kattoliċi jirreferu għalih bħala San Gabrijel Arkanġlu.", "Il-Musulmani jemmnu li Ġibrail kien dak li permezz tiegħu Alla rrivela l- Quran lil Mawmettu, u li ta messaġġ lill-ħafna profeti biex dawn isiru jafu l-missjoni tagħhom.", "Jissejjaħ l-Ispirtu tal-Verità, li m'għandux jitħallat mal-Ispirtu s-Santu li jemmnu fih l-Insara.", "Papa Piju XII kiteb hekk fuq Gabrijel:", "Fil-Knisja Kattolika, San Gabrijel huwa meqjum bħala patrun ta' dawk li jidħlu għal missjonijiet importanti, li jwasslu aħbarijiet importanti għal Alla.", "Gabrijel wassal il-messaġġ t'Alla lil Marija.", "F'dak il-waqt hija kienet flok il-bnedmin kollha, u hu kien jirrapreżenta lill-anġli kollha.", "Huwa wkoll qaddis patrun ta':", "Il-Knisja Kattolika tagħmel il-festa ta' San Gabrijel nhar id-29 ta' Settembru, flimkien mal-arkanġli Mikiel u Rafel."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15689", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15689", "title": "Manuel Almunia", "text": ["Manuel Almunia", "Manuel Almunia Rivero (Pamplona, 19 ta' Mejju 1977) huwa plejer tal-futbol li jilgħab bħala gowler ma' Watford fl-Ingilterra.", "Imwieled Pamplona, Almunia beda l-karriera tiegħu fl-1997 mat-tim tar-riservi ta' Osasuna, fejn lagħab għal żewġ staġuni mat-tim fis-Segunda División B. Għal żewġ staġuni oħra lagħab f'dan l-istess livell ma' Cartagena u Sabadell, qabel ma ngħaqad Real Club Celta de Vigo fl-2001–02 għall-ewwel esperjenza tiegħu fl-ogħla diviżjoni Spanjola.", "Madanakollu, ftit wara li ngħaqad ma' Celta, Almunia ġie msellef lit-tim ta' Eibar li jilgħab fis-Segunda División.", "Wara dan il-perjodu ta' self, reġa' ġie msellef għall-istaġun 2002–03, din id-darba ma' Recreativo Huelva fil-La Liga.", "Mat-tim mill-Andalusja lagħab biss żewġ logħbiet fil-kampjonat.", "Għat-tielet u l-aħħar darba ġie msellef, nhar l-1 ta' Novemru 2003, lit-tim ta' Albacete.", "Fl-14 ta' Lulju 2004, Arsenal iffirmaw lil Almunia għal somma mhux magħrufa.", "Id-debutt tiegħu wasal fis-27 ta' Ottubru 2004, fir-rebħa ta' 2–1 kontra Manchester City, partita valida mill-Carling Cup.", "Hu lagħab fil-logħbiet kollha tal-Arsenal matul din il-kompetizzjoni, li ntemmet fil-kwarti tal-finali kontra Manchester United.", "Minkejja l-iżbalji tiegħu, il-kowċ Arsène Wenger baqa' jżomm fiduċja fil-plejer u kien ukoll involut f'logħbiet importanti għall-\"Gunners\" meta Jens Lehmann kien isofri minn problemi fiżiċi.", "Fil-finali tal-UEFA Champions League 2006 kontra Barcelona, Almunia kellu jidħol fit-18-il minuta wara li Lehmann ġie mkeċċi.", "Minkejja prestazzjoni qalbiena tat-tim (li kienu marru minn fuq anke jekk kienu minn taħt b'għaxar irġiel), sofrew żewġ gowls fit-tieni taqsima għat-telfa finali ta' 2–1.", "Almunia baqa jiġi msejjaħ mal-ewwel ħdax fil-partiti tal-FA Cup u l-Carling Cup fl-istaġun 2006–07, fejn lagħab ukoll logħba waħda fil-kampjonat kontra l-Liverpool, fejn baqa' imbattibbli matul id-disgħin minuta.", "Wara serje ta' problemi fiżiċi ta' Lehmann fl-istaġun 2007–08, Almunia sab ruħu figura regulari mal-ewwel ħdax u onora dan ir-rwol ġdid tiegħu bi prestazzjonijiet tajbin.", "Sussegwentament, anke meta Lehmann reġa' ġie lura fl-azzjoni, Almunia baqa' l-ewwel għażla bejn il-lasti.", "Wara t-tluq ta' Lehmann fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Almunia issolida ruħu bħala l-gowlkiper numru wieħed tal-Arsenal.", "Mill-istaġun 2011–12 sar it-tielet għażla tal-klabb, wara Wojciech Szczęsny u Łukasz Fabiański."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15695", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15695", "title": "Denílson Pereira Neves", "text": ["Denílson Pereira Neves", "Denílson Pereira Neves, magħruf sempliċement bħala Denílson (São Paulo, 16 ta' Frar 1988) huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab f'nofs il-grawnd.", "Attwalment jinsab mal-klabb ta' São Paulo, taħt self mingħand Arsenal.", "Imwieled fil-belt ta' São Paulo, Denílson huwa t-tieni fost erbat aħwa ta' José Neves u Luciene Pereira.", "Missieru kien eks-plejer ta' Botafogo.", "Beda l-esperjenza fil-futbol mal-klabb lokali ta' São Paulo, fejn kien parti mit-tim rebbieħ tal-Copa Libertadores 2005 u tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2005.", "Madanakollu fl-istaġun li qatta' mal-ewwel tim ġie wżat biss tnax-il darba, bi tmien preżenzi jiġu minn fuq il-bankina.", "Fil-31 ta' Awwissu 2006, ingħaqad mal-klabb Ingliż ta' Arsenal għas-somma ta' £3.4 miljun.", "Ħafna baqgħu sorpriżi b'dan it-trasferiment minħabba n-nuqqas ta' esperjenza tiegħu.", "Id-debutt tiegħu wasal fl-24 ta' Ottubru 2006, fil-logħba valida mit-tielet rawnd tal-Carling Cup kontra West Bromwich Albion.", "Hu kien preżenti matul il-kampanja kollha fejn lagħab ukoll il-finali mitlufa kontra Chelsea bl-iskor ta' 2–1.", "Hu ddebutta fil-Premier League fit-30 ta' Diċembru 2006 bħala sostitut fit-telfa ta' 1–0 kontra Sheffield United.", "L-ewwel gowl mal-\"Gunners\" wasal fil-25 ta' Settembru 2007, f'partita mit-tielet rawnd tal-Carling Cup kontra Newcastle United li assigurat rebħa ta' 2–0.", "L-ewwel logħba mal-ewwel ħdax kienet fl-24 ta' Novembru 2007 kontra Wigan Athletic.", "Fl-istaġun segwenti 2008–09, bit-tluq ta' diversi plejers veterani hu sab aktar post fl-iskwadra u fforma koppja ma' Cesc Fàbregas f'nofs il-grawnd.", "F'dak l-istaġun lagħab 37 logħba fil-kampjonat minn 38.", "Fl-istaġuni li segwew minħabba l-emerġenza taż-żagħżugħ Jack Wilshere u l-problemi fiżiċi tiegħu, fl-istaġun 2010–11 beda biss sitt partiti tal-kampjonat minn total ta' 16 li lagħab.", "B'riżultat ta' dan, fit-18 ta' Lulju 2011 ġie msellef lura lill-klabb ta' São Paulo."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15696", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15696", "title": "Armistizju", "text": ["Armistizju", "Armistizju hija sitwazzjoni fi gwerra fejn il-partiti fil-kunflitt jaqblu li jieqfu jiġġieldu.", "Dan ma jfissirx neċessarjament tmiem il-gwerra, imma l-waqfien tal-ostilitajiet waqt li jsir tenattiv sabiex tiġi negozjata l-paċi.", "Il-kelma armistizju ġejja mil-Latin \"arma\", li tfisser armi u \"statium\", li tfisser waqfien."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15708", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15708", "title": "Sivilja", "text": ["Sivilja", "Sivilja (bl-Ispanjol: \"Sevilla\") hija l-kapitali artistika, kulturali u finanzjarja tan-Nofsinhar ta' Spanja.", "Hi l-belt kapitali tal-komunità awtonoma tal-Andalusija u tal-provinċja ta' Sivilja.", "Tinsab fil-pjanura tax-xmara Guadalquivir, f'elevazzjoni medja ta' 7 metri 'l fuq mill-baħar.", "L-abitanti tal-belt jissejħu \"sevillanos\" (forma femminili: \"sevillanas\") jew \"hispalenses\" mill-isem Ruman tal-belt, \"Hispalis\".", "Fl-2009, il-popolazzjoni tal-belt kienet tammonta għal 703,206 ruħ, ir-raba' l-ikbar belt ta' Spanja.", "Il-popolazzjoni taż-żona metropolitana (iż-żona urbana bil-bliet satelliti magħha) kienet ta' 1,493,416 fl-2009.", "Skont il-UNESCO, Sivilja hija Sit tal-Patrimonju Dinji.", "Sivilja għandha aktar minn 2,000 sena.", "Il-mogħdija ta' bosta ċiviltajiet, fundamentali fit-tkabbir tagħha, ħallewha b'personalità distinta, u b'ċentru storiku kbir u kkonservat tajjeb.", "Għalkemm għandha wirt għani medjevali, rinaxximentali u barokk, l-influwenza qawwija tal-kultura Għarbija għadha tidher fil-belt.", "Fiż-żminijiet Rumani l-belt kienet magħrufa bħala \"Hispalis\".", "Il-belt Rumana ta' Italica fil-qrib, li dak iż-żmien kienet belt prinċipalment reżidenzjali, hi kkonservata tajjeb u tista' tagħti impressjoni ta' kif Hispalis x'aktarx kienet tidher tard fil-perjodu Ruman, speċjalment meta wieħed jieħu fil-kuntest ix-xiehda mill-iskavi fil-belt viċina ta' Carmona.", "Fost il-bini Ruman f'Sivilja li għadu jeżisti insibu l-fdalijiet ta' akwedott.", "Matul is-sekli 5 u 6, kien hemm konkwisti wara xulxin tal-provinċja Ruman ta' \"Hispania Baetica\" mill-Vandali u l-Viżigoti.", "Sivilja ttieħdet mill-Misilmin fis-712 u ngħatat l-isem ġdid ta' \"Ixbilija\" (إشبيلية) li ġej minn Hispalis u li minnu ġie l-isem attwali ta' \"Sevilla\".", "Kienet il-belt kapitali tar-rejiet tal-Kalifat Umajjad, id-dinastija tal-Almoravidi, u d-dinastija tal-Almohad (mill-Għarbi الموحدون al-Muwaħħidun, jiġifieri, \"l-monoteisti\"), mis-seklu 8 sas-seklu 13.", "Fl-1248 il-forzi tar-re Ferdinandu III ħadu Sivilja, parti mir-\"Reconquista\" (rikonkwista) Kattolika tal-peniżola.", "Baqa' ħafna elementi Għarbin oriġinali, fosthom bini pubbliku, l-istruttura urbana fid-distrett storiku, u partijiet kbar tas-swar tal-belt.", "L-influwenzi estetiċi u urbani Għarbin għadhom jidhru sewwa f'Sivilja tallum.", "Wara l-ispedizzjoni ta' Kristofru Kolombu tal-1492 lejn id-Dinja l-Ġdida, il-belt bdiet tipprofitta mit-territorji ġodda u l-kummerċ fil-Karibew billi kull ma kien jiġi importat mid-Dinja l-Ġdida kellu jgħaddi mid-dwana tal-\"Casa de Contratacion\" qabel ma jinfierex mal-bqija ta' Spanja.", "Għalhekk bdiet \"Età mdehba ta' żvilupp\" minħabba li dan il-port biss ingħata l-monopolju rjali għall-kummerċ u għana dejjem jikbru mill-kolonji Spanjoli fl-Ameriki.", "Peress li biss ix-xwieni li jitilqu minn u jirritornaw lejn Sivilja setgħu jieħdu sehem fil-kummerċ mal-Ameriki Spanjoli, in-negozjanti mill-Ewropa u minn ċentri oħra tal-kummerċ kellhom imorru Sivilja biex jiksbu prodotti mid-Dinja l-Ġdida.", "Il-popolazzjoni tal-belt kibret għal kważi miljun ruħ fl-ewwel mitt sena wara Kolombu.", "L-iżvilupp tal-belt kompla, prinċipalment minħabba l-pożizzjoni ekonomika tagħha fir-Renju ta' Kastilja, bil-kostruzzjoni ta' bini pubbliku fosthom knejjes, li ħafna minnhom huma fl-istil \"Mudéjar\".", "Il-Palazz tal-Għarab b'xi żiedet li r-rejiet għamlu għall-bżonnijiet tagħhom, sar ir-residenza rjali Kastiljana, l-Alkażar ta' Sivilja.", "Is-sulari ta' fuq tal-Alkażar għadhom jintużaw mill-familja rjali bħala r-residenza uffiċjali f'Sivilja u huma amministrati mill-\"Patrimonio Nacional\".", "Il-Katidral ta' Sivilja nbena fuq l-art tal-moskea l-kbira matul is-seklu 15.", "Il-kampnar tiegħu, il-Giralda, inbena mill-minarett tal-moskea.", "Tard fis-seklu 16, Sivilja tilfet il-monopolju u l-port ta' Cádiz ġie awtorizzat ukoll bħala port tal-kummerċ.", "Il-Pesta l-Kbira ta' Sivilja fl-1649 naqqset il-popolazzjoni bi kważi n-nofs, u din ma reġgħitx irkuprat sa kmieni fis-seklu 19.", "Peress li l-Imperu Spanjol ġie unifikat taħt rejiet minn dinastiji Ewropej, ir-Renju ta' Kastilja tilef l-influwenza li kellu qabel.", "Mis-seklu 18 l-importanza internazzjonali tiegħu marret lura.", "Wara li l-port insadd bil-ħama mix-xmara Guadalquivir, il-vapuri ma baqgħux jitilgħu max-xmara u l-belt majnat ekonomikament.", "L-iżvilupp ta' Sivilja tard fis-seklu 19 u kmieni fis-seklu 20 kien ikkaratterizzat minn tkabbir fil-popolazzjoni u fl-industrijalizzazzjoni, b'kuntrast mal-bqija tal-Andalusija.", "Sivilja waqgħet malajr ħafna fil-bidu tal-Gwerra Ċivili Spanjola fl-1936.", "Il-Ġeneral Queipo de Llano b'kolp ta' stat fil-belt, malajr ħa ċ-ċentru tagħha.", "Radju Sivilja oppona l-kolp u sejjaħ lir-raħħala biex jiġu l-belt għall-armi, filwaqt li xi gruppi ta' ħaddiema waqqfu l-barrikati .", "De Llano mbagħad ħa f'idejh Radju Sivilja, li uża biex ixxandar il-propaganda favur il-forzi ta' Franco.", "Wara li ttieħdet il-belt, ir-reżistenza kompliet għal xi żmien fl-inħawi fejn kienu joqgħodu n-nies tal-klassi tax-xogħol, sakemm kien hemm sensiela ta' tpattijiet ħorox.", "Il-binjiet prinċipali Għarab u Gotiċi fil-kwartier antik ta' Sivilja huma Sit tal-Patrimonju Dinji ta' UNESCO.", "Fl-1929 Sivilja kienet ospiti għall-Wirja Spanjola-Amerikana u ttella' ħafna bini għall-wirja fil-famuż \"Park Maria Luisa\" (\"Parque de María Luisa\") iddisinjat minn Jean-Claude Nicolas Forestier.", "Il-Plaza de España fi stil Għarbi, tfasslet minn Aníbal González .", "Din inbniet f'tarf il-Park bħala vetrina tal-industrija u t-teknoloġija Spanjola..", "Il-Mużew tal-Belle Arti ta' Sivilja twaqqaf fl-1835 fejn qabel kien hemm il-Kunvent ta' \"la Merced\".", "Fih hemm murija ħafna kapulavuri ta' Murillo, Pacheco, Zurbarán, Valdés Leal, u pitturi kbar oħra tal-Iskola Siviljana, flimkien ma' xogħlijiet ta' pitturi Fjammingi tas-sekli 15 u 16.", "F'Sivilja hemm ukoll dawn il-mużewijiet:", "Fost il-parkijiet u l-ġonna prominenti l-oħra hemm:", "Sivilja għandha klima Mediterranja b'sajf sħun (\"CSA\" fil-Klassifikazzjoni tal-klima ta' Koppen) influenzata minn klima semi-arida (\"BSH\").", "It-temperatura medja annwali hija ta' 18.6C.", "Il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Fiera ta' Sivilja, \"La Feria de Sevilla\" (imsejħa wkoll il-\"Feria de Abril\", \"Fiera ta' April\") huma l-aktar ż-żewġ festi magħrufin ta' Sivilja.", "Sivilja hi magħrufa internazzjonalment għall-purċissjonijiet solenni u sbieħ li jsiru matul il-Ġimgħa Mqaddsa u l-fiera ferrieħa u storbjuża li ssir ġimgħatejn wara.", "Matul il-Feria, il-familji, in-negozji u l-organizzazzjonijiet iwaqqfu \"casetas\" jew tined, fejn jgħaddu l-ġimgħa jiżfnu, jixorbu u jpaċpċu.", "Tradizzjonalment, in-nisa jilbsu l-ilbies mimli tiżjin tal-Flamenco u l-irġiel jilbsu pulit kemm jistgħu.", "It-tined jittellgħu f'post permanenti apposta li fih kull triq hija msemmija għal xi torero famuż.", "Sivilja hi ċentru gastronomiku, bi kċina bbażata fuq il-prodotti tal-provinċji ta' madwar, inklużi frott tal-baħar minn Cádiz, żejt taż-żebbuġa minn Jaén, u sherry minn Jerez de la Frontera.", "L-atmosfera tat-\"tapas\" hi waħda mill-attrazzjonijiet kulturali ewlenin tal-belt: in-nies imorru minn bar għall-ieħor, jieħdu pjaċir bl-ikliet fi platti żgħar imsejħin tapas (letteralment \"għotjien\" bl-Ispanjol x'aktarx għax oriġinalment kienu snacks servuti fi platti żgħar użati biex jgħattu t-tazzi tax-xorb).", "Fost l-ispeċjalitajiet lokali insibu frott tal-baħar moqli u mixwi (inklużi klamari, siċċ, pixxispad u mazzola), laħmijiet mixwijin fiz-zlazi, spinaċi u ċiċri, perżut tal-Andalusija (\"Jamón ibérico\"), kliewi tal-ħaruf fiz-zalza tax-sherry, bebbux, u \"gazpacho\".", "Fost il-ħlewwiet tipiċi ta' din il-provinċja hemm il-\"polvorones\" u l-\"mantecados\" mill-belt ta' Estepa, tip ta' galettini magħmulin mill-lewż tal-għarusa, zokkor u xaħam, \"Pestiños\", għaġina moqlija miksija bl-għasel, \"Torrijas\", ħobż moqli bl-għasel; \"fritos Roscos\", qagħaq moqlijin fiż-żejt miksijin biz-zokkor, \"magdalenas\" jew kejkijiet żgħar; \"yemas de San Leandro\", li jipprovdu l-kunventi tal-belt b'sors ta' dħul, u \"Tortas de aceite\", kejkijiet irqaq magħmulin biż-żejt taż-żebbuġa u miksijin biz-zokkor.", "Ħlief il-\"polvorones\" u l-\"mantecados\", li huma ikel tradizzjonali tal-Milied, l-oħrajn jittiklu matul is-sena kollha.", "Il-larinġ ta' Sivilja li jinsab kullimkien mal-belt, hu morr wisq għall-gosti tallum u s-soltu jintuża biss għall-marmellata u l-lozjonijiet.", "Skont il-leġġenda, is-siġar ġew importati meta mbniet il-moskea sabiex jipprovdu d-dell għaliha u jgħattu r-riħa tal-belt medjevali.", "Iż-żifna Sevillanas, li s-soltu hi meqjusa bħala Flamenco, mhijiex maħsuba li hi ta' oriġni Siviljana.", "Iżda l-kanzunetti tradizzjonali imsejħin \"Sevillanas\" huma Siviljani awtentiċi, kif ukoll hi ż-żifna f'erba' partijiet li takkumpanjaha.", "Sivilja, u b'mod partikulari il-\"barrio\" ta' Triana li hu tradizzjonalment fejn joqgħodu ż-żingari kien ċentru important fl-iżvilupp tal-Flamenco.", "\"NO8DO\" huwa l-motto uffiċjali u wieħed mill-bosta leġġendi ta' Sivilja.", "Il-motto jdher kullimkien madwar il-belt.", "Il-motto huwa \"rebus\", li jikkombina s-sillabi Spanjoli (NO u DO) u disinn bejniethom - il-figura \"8\".", "Il-figura tirrappreżenta merilla ħajt, bl-Ispanjol, \"madeja\".", "Meta tinqara, \"No madeja do\" tinstama' \"No me ha dejado\", li tfisser \"(Sivilja) Ma abbandunatnix\".", "L-istorja ta' kif NO8DO saret il-motto tal-belt bla dubju dejjem iżżejnet matul is-sekli, imma l-leġġenda tgħid li wara r-rikonkwista ta' Sivilja min taħt il-Misilmin fl-1248, ir-Re Ferdinandu III ta ' Kastilja u León mexxa l-qorti tiegħu għall-palazz li kien qabel tal-Misilmin, l-Alkażar ta' Sivilja.", "Wara l-mewt ta' Fernandu fl-Alkażar Irjali, laħaq fuq it-tron, ibnu Alfonsu X. Alfonsu X kien re studjuż, u għalhekk jissejjaħ \"l-Għaref\".", "Kien poeta, astronomu, astrologu, mużiċista u lingwista.", "Bin Alfonsu, Sancho IV ta' Kastilja, ipprova jaħtaf it-tron f'idejh minn għand missieru, imma l-poplu ta' Sivilja baqa' leali lejn ir-re l-għaref u dan minn fejn hu ġej NO8DO, skont il-leġġenda, billi Alfonsu X ppremja l-fedeltà tas-Siviljani bil-kliem li issa jidhru fuq l-emblema uffiċjali tal-belt tagħhom.", "L-attività ekonomika ta' Sivilja ma tistgħax tinfired mill-kuntest ġeografiku u urban tal-belt; il-belt kapital tal-Andalusija hi ċ-ċentru ta' żona metropolitana li qiegħda tikber.", "Apparti mill-nħawi tradizzjonali bħal Santa Cruz, Triana u Macarena, dawk aktar 'il bogħod miċ-ċentru, bħal Nervión, Sevilla Este, u El Porvenir reċentement kibru ekonomikament.", "Matul l-aħħar għoxrin sena, din iż-żona urbana kellha żieda sinifikanti fil-popolazzjoni u fl-iżvilupp ta' żoni industrijali u kummerċjali ġodda.", "Minħabba d-daqs u l-post tagħha, Sivilja hi l-aktar b'saħħitha ekonomikament mill-ibliet tal-Andalusija.", "L-infrastruttura li għandha l-belt tikkontribwixxi għat-tkabbir fl-ekonomija li hi ddominata mis-settur tas-servizzi, iżda li fiha l-industrija għad għandha sehem konsiderevoli.", "Fis-snin 1990 kien hemm tkabbir enormi fl-investiment fl-infrastruttura f'Sivilja, l-aktar minħabba li fl-1992 ospitat il-Wirja Universali ta' Sivilja.", "Dan l-investiment ġab żvilupp ekonomiku fil-belt u fiż-żona urbana tagħha.", "Il-belt għandha trasport tajjeb għall-bliet l-oħra Spanjoli, inklużi linja tal-ferrovija ta' veloċità għolja (AVE) għall Madrid, u ajruport internazzjonali ġdid.", "Barra minn hekk:", "Il-belt ta' Sivilja u l-agglomerazzjoni tagħha, minħabba s-sitwazzjoni tagħhom fuq ix-xmara Guadalquivir, għad għandhom attività agrikola ħajja.", "Waqt li l-industrija agroalimentarja hi produttivia, ir-reġjun ilu hares il-quddiem u jinvesti bil-kbir fl-attivitajiet industrijali, mgħejunin mill-infrastruttura eżistenti.", "Is-settur tas-servizzi u teknoloġiji ġodda qiegħed dejjem isir iżjed importanti.", "Fl-2004, f'Sivilja kien hemm ikkonċentrati, 31% tal-kumpaniji kbar Andalusi u 128 mis-6000, l-akbar kumpaniji nazzjonali.", "Fl-2005, fiż-żona metropolitana in-numru ta' ħaddiema kien ta' 471,947 ruħ, li minnhom 329,471 (69.81%) kienu jaħdmu fiċ-ċentru tal-belt.", "Il-belt ta' Sivilja tagħmel kontribut sinifikanti għar-riċerka xjentifika, billi fiha hemm l-ewwel u l-akbar bank tal-ADN fi Spanja fi ħdan il-kumpannija lokali \"Neocodex\".", "Neocodex iżżomm 20,000 kampjun tal-ADN u hi rikonoxxuta internazzjonalment.", "Barra minn hekk, Sivilja hi meqjusa wkoll bħala ċentru importanti għat-teknoloġija u riċerka fl-oqsma tal-enerġiji rinnovabbli u l-industrija aeronawtika.", "Permezz taċ-ċentri ta' teknoloġija għolja u l-kumpaniji innovattivi li fiha, il-belt kapitali tal-Andalusija waslet biex saret fost il-bliet Spanjoli l-aktar importanti fil-qasam ta' żvilupp u riċerka.", "Barra minn hekk, irridu nżidu l-attività xjentifika u teknoloġika tat-tliet universitajiet ta' Sivilja, li l-laboratorji u ċ-ċentri ta' riċerka tagħhom jaħdmu id f'id mal-kurrent soċjo-ekonomiku lokali.", "Għaldaqstant, il-\"Parque Tecnológico Científico Cartuja 93\" jiġbor fih xjenzati mis-settur privat u pubbliku f'bosta oqsma ta' riċerka.", "Id-direzzjonijiet ewlenin fl-innovazzjoni u r-riċerka huma t-telekomunikazzjoni, it-teknoloġiji ġodda, il-bijoteknoloġiji (f'dak li jirrigwarda problemi speċifiċi fl-agrikoli lokali), l-ambjent u l-enerġija rinnovabbli.", "Il-servizz TUSSAM (Transportes Urbanos de Sevilla) jipprovdi xibka ta' rotot tal-karożżi tal-linja mal-firxa tal-belt kif ukoll maż-żoni ta' madwar Sivilja.", "El Metrocentro Tranvia hija linja tat-tram li tagħmel erba' waqfiet; tibda mill-istazzjon tax-xarabank el Prado, tgħaddi minn quddiem l-Università u l-Katidral, u tieqaf fil-Plaza Nueva fejn terġa' lura.", "Fit-2 ta' April, 2009, infetħet l-ewwel linja tal-metrò fil-belt, kważi 28 xahar aktar tard milli kien ippjanat oriġinarjament.", "Il-proġett esperjenza ħafna dewmien ikkawżat minn diversi raġunijiet, fosthom ir-rilokazzjoni ta' xi sejbiet arkeoloġiċi u l-ħtieġa li l-mina taħt ix-Xmara Guadalquivir tinżel iżjed fil-fond biex żgur li ma tibdiex tnexxi l-ilma.", "L-istazzjon tal-ferrovija Santa Justa hu moqdi minn sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja AVE u mmexxi mill-kumpanija Renfe li qabel kienet tal-Gvern Spanjol.", "Il-programm komunitarju tar-roti Sevici qiegħed jintegra r-rota fix-xibka tat-trasport pubbliku.", "Madwar il-belt, hemm roti għall-kiri bi prezz baxx u wieħed jista' jsib passaġġi ħodor għar-roti fil-parti l-kbira tat-toroq ewlenin.", "Din ix-xibka ta' passaġġi (carriles) qiegħda dejjem tinfirex.", "L-Ajruport ta' Sivilja huwa ajruport ta' daqs medju li jservi l-belt u r-reġjun ta' madwarha.", "Fi Spanja l-edukazzjoni hi obbligatorja minn 6 snin sa 16-il sena u l-edukazzjoni statali hi b'xejn.", "Is-sistema ta' edukazzjoni attwali tissejjaħ LOGSE (Ley de Ordenación General del Sistema Educativo).", "F'Sivilja hemm bosta universitajiet.", "L-Università ta' Sivilja, l-Universidad de Pablo Olavide (UPO) u l-Universidad Internacional de Andalucía huma istituzzjonijiet pubbliċi.", "Barra minn hekk, l-Università Internazzjonali Menéndez Pelayo, ibbażata f' Santander, għandha kampus fergħa f'Sivilja ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15714", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15714", "title": "UTC+1", "text": ["UTC+1", "UTC+1 huwa żona tal-ħin li jidentifika ħin għal siegħa (1) 'il quddiem il-UTC."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15716", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15716", "title": "Valery Leontiev", "text": ["Valery Leontiev", "Valery Leontiev (Komi, 19 ta' Marzu 1949) huwa kantant tal-pop Sovjetiku u Russu."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15793", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15793", "title": "Arċipelagu", "text": ["Arċipelagu", "Arċipelagu huwa katina jew grupp ta' gżejjer.", "Il-kelma \"arċipelagu\" hija mnissla mill-Grieg \"ἄρχι- - arkhi-\" (\"kap\") u \"πέλαγος - pelagos\" (\"baħar\") permezz tat-terminu oriġinali Taljan \"arcipelago\".", "Bit-Taljan, possibilment wara tradizzjoni ta' antikità, l-\"Arcipelago\" kien l-isem il-proprju għall-Baħar Eġew u, aktar tard, l-użu tal-kelma dar sabiex jirreferi għall-Gżejjer Eġej (peress li l-baħar huwa magħruf għal numru kbir ta' gżejjer).", "Illum il-ġurnata, din tirrerferi għal kull grupp ta' gżejjer jew, xi kultant, il-baħar li fiha numru kbir ta' gżejjer mifruxa bħall-Baħar Eġew.", "Eżempju ta' arċipelagu huma l-Gżejjer Maltin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15798", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15798", "title": "Nikol Cauchi", "text": ["Nikol Cauchi", "Nikol Ġużeppi Cauchi (Għarb, 2 ta' Marzu 1929 – 15 ta' Novembru 2010) kien is-seba' Isqof ta' Għawdex.", "Nikol twieled fit-2 ta' Marzu, 1929, ġewwa r-raħal Għawdxi tal-Għarb.", "Bin Ġużepp u Ġużeppa mwielda Portelli.", "Hu kien l-ikbar fost il-ħames ħutu.", "Studja fis-Seminarju tal-Qalb ta' Ġesù, Għawdex u ġie ordnat saċerdot nhar id-29 ta' Marzu 1952.", "Wara mar jistudja fl-Università Gregorjana Pontifiċja f'Ruma fejn iggradwa bħala Duttur fil-Filosofija u kiseb Liċenzjat fix-Xjenzi Soċjali bejn l-1952-1956.", "Mons. Cauchi għamel xogħol pastorali wkoll fil-Parroċċa ta' Ladispoli ġewwa Ruma, u lura f'Għawdex, kien appuntat lekċerer tal-Filosofija fis-Seminarju.", "Serva wkoll bħala kappillan tal-Parroċċa tal-Fontana bejn l-1956 u l-1963, kien Fundatur u l-ewwel President tal-MAS (Moviment Azzjoni Soċjali), Għawdex fl-1958; ikkopera fit-twaqqif tal-Kunsill Ċiviku ta' Għawdex, li kien semi-awtonomu fl-1961.", "Mons. Cauchi ġie appuntat Isqof Titulari u Amministratur Apostoliku ta' Għawdex nhar it-2 ta' Marzu, u ġie ikkonsagrat isqof, fid-9 t'April 1967.", "Imbagħad, huwa ġie nominat isqof ta' Għawdex nhar l-20 ta' Lulju 1972 u d-dħul uffiċjali tiegħu fil-Katidral ta' Ghawdex kien nhar l- 10 ta' Settembru 1972.", "Cauchi spiċċa minn Isqof ta' Għawdex f'Novembru tal-2005, wara li kien ilu 33 sena f'din il-kariga.", "Fl-2009, fl-okkażjoni ta' għeluq it-80 sena tal-Isqof Emeritus Nikol Cauchi, l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech waqqaf Fondazzjoni li ġġib ismu.", "It-twaqqif tal-Fondazzjoni kienet tħabbret waqt Pontifikal li sar fil-Katidral ta' Għawdex, bħala radd ta' ħajr għall-Isqof Cauchi.", "L-Isqof Grech kien qal li d-Djoċesi Għawdxija waqqfet din il-Fondazzjoni biex iżżomm ħajja t-tifkira tal-Isqof Cauchi u bħala turija ta' gratitudni, rispett u mħabba lejn l-Isqof Nikol Cauchi.", "L-għan tal-Fondazzjoni hu li tippromwovi d-djalogu bejn il-fidi u l-kultura, kif ukoll biex jiġu organizzati inizjattivi soċjo-kulturali u reliġjużi.", "L-Isqof Cauchi ddaħħal l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex lejn l-aħħar ta' Ottubru 2010, wara li sofra problemi b'qalbu.", "Huwa miet nhar il-15 ta' Novembru 2010 fl-Isptar Mater Dei.", "Il-funeral tiegħu sar jumejn wara fil-Katidral t'Għawdex."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15806", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15806", "title": "Papessa Ġovanna", "text": ["Papessa Ġovanna", "Il-Papessa Ġovanna kienet figura leġġendarja ta' Papa mara, li rrenjat fuq il-Knisja mit-853 sat-855.", "Din hi meqjusa mill-istoriċi bħala leġġenda medjevali, li x'aktarx bdiet fid-dinja Ortodossa antipapali u li wara kisbet xi plawsibbiltà fil-Punent minħabba ċerti elementi ġenwini li jinsabu fl-istorja.", "Skont ir-rakkont, kienet mara Ingliża, edukata f'Mainz li kienet tilbes ta' raġel b'mod konvinċenti u bil-qerq tagħha irnexxielha tidħol patri bl-isem ta' \"Johannes Anglicus\".", "Hekk, imbagħad setgħet tiġi eletta papa u ħadet l-isem ta' \"Ġwanni VIII\", wara l-mewt ta' Ljun IV (17 ta' Lulju 855), fi żmien meta l-elezzjoni tal-papa kienet issir kif ġie ġie.", "Il-papessa ma kinitx tipprattika l-astinenza sesswali u saret tqila minn wieħed mill-ħafna maħbubin tagħha.", "Matul il-purċissjoni solenni tal-Għid meta l-Papa kien sejjer lura lejn il-Lateran wara li kien qaddes f'San Pietru, filwaqt li l-purċissjoni papali kienet waslet fl-inħawi tal-Bażilika ta' San Clemente, il-folla entużjasta ippressat madwar iż-żiemel li kien rikeb fuqu l-Papa.", "Iż-żiemel sfirra u kważi kien hemm inċident.", "Il-qatgħa li ħa l-\"Papa Ġwanni\" f'dan l-inċident wasslet għal ħlas vjolenti qabel iż-żmien.", "Meta nkixef is-sigriet, il-Papessa Ġovanna rabtuha minn saqajha ma' denb ta' żiemel li kaxkarha mat-toroq ta' Ruma u wara tħaġġret mill-folla rrabjata sakemm mietet fl-inħawi ta' Grande Ripa.", "Indifnet fit-triq fejn inkixfet l-identità vera tagħha, bejn il-Lateran u San Pietru.", "Milli jidher din it-triq kienet tiġi evitata fil-purċissjonijiet papali ta' wara, però dan l-aħħar dettal sar parti mil-leġġenda popolari fis-seklu 14 matul il-Qofol tal-papat f'Avignon meta ma kien hemm l-ebda purċissjoni papali f'Ruma.", "Parti essenzjali tal-leġġenda hija ċertu rit li fil-verità qatt ma seħħ, iżda li kien jintgħoġob mill-poplu u ntuża b'ħafna gost mill-awturi Protestanti tas-seklu 16 biex jattakaw il-Knisja Rumana.", "Skont dan ir-rit immaġinarju kull papa ġdid kien jiġi suġġett għal eżami bir-reqqa biex jiġi żgurat li ma kienx mara liebsa ta' raġel (jew ewnuku).", "L-eżami kien isir bil-papa l-ġdid bilqiegħda fuq siġġu tal-porfirju aħmar, li fil-maqgħad tiegħu kien ikun hemm toqba.", "L-iżgħar fost id-djakni preżenti kellhom il-biċċa xogħol li jħossu taħt is-siġġu biex jiżguraw il-preżenza tal-attributi maskili tal-papa l-ġdid.", "L-ewwel wieħed li ppubblika l-leġġenda kien il-kronista Dumnikan Ġwanni ta' Metz fis-sena 1240, u ftit snin wara kompla l-kollega tiegħu Dumnikan Martin Troppau.", "Bħal fil-leġġendi l-oħra kollha in ġenerali, hemm xi verità, mżejna b'saff ta' finzjoni.", "Jeżisti siġġu simili; meta l-papa jieħu l-pussess tal-Katedra tiegħu Rumana, f'San Giovanni in Laterano, tradizzjonalment joqgħod bilqiegħda fuq żewġ siġġijiet tal-porfirju (il-ġebla tal-imperaturi), bil-maqgħad tagħhom f'għamla ta' qagħqa.", "Ir-raġuni għal dawn it-toqob għadha tiġi diskussa, iżda is-siġġijiet huma t-tnejn ta' żmien Kostantinu, sekli qabel l-istorja tal-Papessa Ġovanna u hekk ma jistax ikollhom x'jaqsmu ma' eżami tas-sess tal-Papa.", "Hemm minn jaħseb li dawn kienu oriġinalment tojlits Rumani jew banketti imperjali għall-ħlas u minħabba l-età tagħhom u l-oriġni imperjali, intużaw mill-papiet biex isaħħu l-pretensi imperjali tagħhom (bħal ma għamlu bit-titlu Latin tagħhom ta' \"Pontifex Maximus\").", "D'Onofrio (ara l-bibljografija) ta spjegazzjoni oħra konvinċenti.", "Dan jgħid li l-rit kien essenzjalment ta' karattru reliġjużi: is-siġġu tal-ħlas jissimbolizza l-Knisja omm li twelled 'l uliedha għall-ħajja eterna.", "Wieħed miż-żewġ siġġijiet bħalissa qiegħed għal wiri fis-sala msejħa l-Kabinett tal-Maskri fil-Mużewijiet Vatikani.", "Bosta awturi jżidu mal-konfużjoni billi jżidu siġġu ieħor tal-irħam u l-porfirju bl-ebda toqba fil-maqgħad, li illum għadu jeżisti fil-kjostru anness mal-Bażilika tal-Lateran, dak li hu msejjaħ s-\"sedia stercoraria\" .", "It-\"Théologie portative: ou, Dictionnaire abrégé de la religion chrètienne\" ta' Paul Henri Thiry d'Holbach jiddefinixxi b'mod irreverenti (u b'mod żbaljat) is-sedia stercoraria bħala \"siġġu bit-toqba li l-papa malli jkun elett iqiegħed fuqu l-warrani mqaddes tiegħu, sabiex ikun jista' jiġi vverifikat is-sess tiegħu, u hekk tiġi evitata l-inkonvenjenza ta' papa mara\".", "Fil-\"Vita della papessa Giovanna\", Bartolomeo Platina jispega s-\"sedia stercoraria\" hekk: \"Dan is-siġġu kien iddisinjat sabiex kull min jiġi nvestit b'poter tant kbir ikun jaf li hu mhux Alla, iżda bniedem u hekk hu suġġett għall-ħtiġijiet tan-natura\".", "Il-leġġenda tal-Papa Ġovanna ġiet totalment skreditata mill-istudji ta' David Blondel, storiku u qassis protestant ta' nofs is-seklu 17.", "Blondel, permezz ta' analiżi dettaljata tal-affermazzjonijiet u ż-żmienijiet suġġeriti, argumenta li l-ebda ġrajja ta' dan it-tip ma setgħet ġrat.", "Fost il-provi li jiskreditaw l-istorja tal-Papessa Ġovanna nsibu:", "Iż-żmien tal-ewwel dehra tal-istorja jaqbel mal-mewt ta' Federiku II, li kien wieħed mill-mexxejja fil-kunflitt aħrax mal-Papat.", "L-istoriċi ġeneralment jaqblu li l-istorja tal-Papessa Ġovanna hi satira anti-papali mfassla biex tgħin il-kunflitt tal-Imqaddes Imperu Ruman mal-papat, billi tibbaża ruħha fuq tliet biżgħat Kattoliċi medjevali: Dik li setgħet bdiet bħala satira ppreżentata fil-karnivali tal-Ewropa kollha, spiċċat biex saret realtà aċċettata sal-punt li l-Papessa Ġovanna jirreferu għaliha nies bħal Guljielmu ta' Ockham.", "Tidher f'xi listi tal-papiet, prinċipalment fil-katidral ta' Siena, fejn ix-xbieha tagħha tidher fost dawk tal-papiet veri.", "Il-leġġenda ssaħhet mill-konfużjoni fl-ordni mogħtija lill-papiet imsemmijin Ġwanni; Billi Ġwanni hu l-isem ta' papa l-aktar użat, u xi Ġwannijiet kienu antipapiet, kien hemm konfużjoni dwar kemm minnhom kienu jappartjeni għal Papa Ġwanni veru.", "Minħabba dan, il-lista tal-papiet ma fihiex il-Papa Ġwanni XX.", "Xi wħud jissuġġerixxu li l-karta tal-Papessa, waħda mit-\"trijonfi\" (jew \"arkani maġġuri\") fit-tarokki, hija xbieha tal-Papessa Ġovanna.", "Il-kittieb Ingliż Lawrence Durrell ħareġ traduzzjoni ħielsa ta' ktieb bil-Grieg miktub minn Emmanuel Rhoides fl-1886 , li fiha f'għamla ta' rumanz ipprova jerġa' joħloq l-ambjent medjevali fejn kien possibbli li tifla orfna adottata minn patri u predikatur itineranti, liebsa ta' fratell għas-sigurtà, ftit ftit titgħallem it-teoloġija u taqbad karriera fil-Knisja sakemm tasal għat-tron papali.", "Fl-1996 l-awtriċi Amerikana Donna Woolfolk Cross ħarġet rumanz jismu \"Pope Joan\", li minnu fl-2009 sar il-film bl-istess isem (ara hawn taħt).", "Saru żewġ films fuq din il-leġġenda, wieħed fl-1972 u l-ieħor fl-2009 .", "\"Pope Joan\" huwa film tal-1972 ta' Michael Anderson, b'Liv Ullmann fir-rwol ta' Ġovanna u bil-parteċipazzjoni ta' Olivia de Havilland u Trevor Howard fir-rwol tal-Papa Ljun.", "\"Die Päpstin\" huwa film tal-2009, ibbażat fuq ir-rumanz ta' Donna Woolfolk Cross u dirett minn Sönke Wortmann."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15813", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15813", "title": "Papat ta' Avignon", "text": ["Papat ta' Avignon", "Il-Papat ta' Avignon jirreferi għar-residenza tal-Papa f'Avignon (Franza).", "Din ir-reżidenza 'l bogħod mir-reżidenza storika f'Ruma (l-Italja) minn żmien San Pietru, hi maqsuma f'żewġ perjodi konsekuttivi:", "Fis-seklu 9 l-Imperu Karolinġjan sfaxxa.", "L-awtorità tar-re infexxet fix-xejn, l-iżjed minħabba li l-armata Karolinġjana kienet qiegħda tinħela fuq strateġija offensiva bl-organizzazzjoni ta' kampanji annwali biex jissottomettu lill-ġirien (fil-fatt biex iġegħluhom iħallsu t-tribut).", "Din il-loġistika tqila ma setgħetx tlaħhaq mal-attakki ta' malajr u bla waqfien mis-Saraċeni, il-Vikingi u l-Maġari, li l-vantaġġ ewlieni tagħhom kien il-mobbiltà.", "Għalhekk, id-difiża kellha ssir fuq responsabbiltà lokali.", "Fis-seklu 10 il-kastelli infirxu ma' kullimkien, kultant illelagalment u s-sidien tagħhom kienu jipproteġu u jiggvernaw it-territorji ta' madwarhom.", "F'dawn iż-żminijiet inċerti ta' invażjonijiet u gwerer privati kontinwi, l-abitanti kienu jinġabru fil-qrib tal-kastell u dan kien jilleġittima l-kastellan u l-bannu sinjorali.", "Il-kastellan kien jista' jimponi fuqhom taxxi, tributi, xogħol obbligatorju, u bannilitajiet (ħlas għall-użu bil-fors ta' tagħmir manorjali: fran, imtieħen ...) miġburin mis-surġenti tiegħu.", "Ta' dan, fil-kastell kien ikun hemm l-ikel maħżun għal meta kien ikollhom jiskennu fih fil-każ ta' sakkeġġ.", "It-tentattivi biex jiġi nponut id-dritt tal-bannu fuq il-marġini tat-territorju kkontrollat u l-konflitti tas-suċċessjoni minħabba l-introduzzjoni reċenti tad-dritt tal-maġġurask spiċċaw regolarment fi gwerer privati.", "Ottun I tal-Imperu Mqaddes li kien għeleb il-Maġġari fil-Battalja ta' Lechfeld, ħatar xi isqfijiet bħala vassalli u msaħħaħ bil-klijentela qawwija l-ġdida tiegħu seta' jrażżan il-prinċpijiet Ġermaniċi l-oħra.", "Hekk seta' jerġa' jibni l-imperu li l-qawwa tiegħu ma kellhiex daqsha fil-Punent u seta' jiffronta lill-papa Ġwanni XII bl-importanza tiegħu.", "Fit-2 ta' Frar, 962, ġie inkurunat f'Ruma mill-Papa Ġwanni XII.", "Ottun I ried jikkontrolla l-elezzjoni papali, u għal dan l-għan ippromulga l-\"privilegium Ottonianum\" fit-13 ta' Frar 962 li bih obbliga lill-papiet ġodda kollha li jiedħu ġurament quddiem l-imperatur jew delegat tiegħu qabel jiġu kkonsagrati.", "Il-kollaborazzjoni mill-qrib bejn dawn iż-żewġ poteri kienet tifavorixxi l-Imperatur: Filwaqt li ta xi privileġġi lis-Santa Sede, il-\"Privilegium Ottonianum\" qiegħed il-papa taħt it-tutela imperjali.", "Ottun I ma baqax lura li jniżżel minn papa permezz ta' Kunċilju lil Ġwanni XII li kien ilu jbixkel kontrih mid-963.", "Barra minn hekk insista li r-Rumani jieħdu ġurament li min ikollu x'jaqsam \"ma jtellagħx u ma jaħtarx papa mingħajr il-kunsens tas-Sinjur Ottun jew ibnu\" .", "Allura l-imperatur sar jikkontrolla għal kollox l-elezzjoni tal-papa.", "Il-vantaġġi għalih kienu konsiderevoli.", "Ladarba seta' jistrieħ fuq il-kollaborazzjoni tal-papa, l-awtorità imperjali fuq il-knejjes lokali tal-Imqaddes Imperu Ruman saret garantita.", "L-imperatur imbagħad beda juża l-isqfijiet biex imexxulu l-imperu.", "Bħal Ottun I, Ottun III wkoll kien jindaħal fl-affarijiet tal-papat.", "Beda biex jiżgura li jiġi elett kuġinuh Bruno fis-siġġu papali.", "Ħeles mill-inkwiet bejn il-papa u n-nobbli Rumani.", "F'dokument li ħareġ f'Jannar tal-1001, ir-relazzjonijiet bejn il-Papa Silvestru II u l-Imperatur ġew definiti mill-ġdid.", "Ottun III għamilha ċara li d-Donazzjoni ta' Kostantinu kienet falza u rrifjuta li jikkonferma l-\"Privilegium Ottonianum \".", "L-imperatur ta lill-papa tmien kontej ta' Pentapli, imma dawn kienu b'rigal u mhux bi dritt.", "L-Imperatur kien iqis lilu nnifsu bħala \"lsir tal-appostli\", ir-rappreżentant dirett ta' Pietru u responsabbli għall-wirt tiegħu.", "Hekk qiegħed lilu nifsu fuq l-istess livell bħall-Papa u xtaq jiggverna l-Kristjaneżmu u jippresiedi fuq is-sinodi.", "Il-knisja ma żgiċċatx it-tqanqil tas-sekli 9 u 10.", "Xi karigi ta' superjuri, parrokkjali jew ekleżjastiċi ingħataw 'il-lajċi biex dawn jattiraw il-klijentela, u d-dixxiplina monastika illaxkat, il-livell kulturali tal-qassisin waqa' .", "Min-naħa l-oħra il-ftit monasteri li żammew imġiba irreprensibbli kisbu awtorità morali kbira.", "Meta bdiet toqrob is-sena elf, kien hemm tiġdid kbir fil-ħerqa reliġjuża.", "Il-fidili bdew jinteressaw ruħhom ħafna fit-tniddif minn dnubiethom.", "B'mod partikolari il-monasteri serji bdew jirċievu ħafna donazzjonijiet għall-assuluzzjoni wara l-mewt.", "Iżjed u iżjed nies ta' integrità kbira bdew jintgħażlu bħala abbatijiet u xi wħud minnhom bħal Guliermu ta' Akwitanja wasal biex ta l-awtonomija u l-immunità lill-monasterji li kienu jagħżlu l-abbati tagħhom.", "Dan sar fil-każ tal-abbatija ta' Cluny.", "Xi monasterji oħra użaw ċertifikati foloz ta' immunità biex jiksbu l-awtonomija.", "Minn dawn kollha, Cluny kellha l-akbar żvilupp u influwenza.", "Taħt it-tmexxija dinamika ta' abbatijiet bħal Odon, Maïeul jew Odilon de Mercœur, l-Abbatija ħolqot monasteri oħra marbutin magħha u malajr saret ordni qawwija ħafna (fid-994, l-ordni ta' Cluny diġà kellha 34 kunvent) ).", "Waħda mis-saħħiet kbar ta' Cluny kienet li kienet tirrekluta ħafna mill-membri tagħha u partikolarment l-abbatijiet mill-aristokrazija.", "L-ordni appoġġat attivament il-moviment tal-Paċi ta' Alla, li bl-użu tal-mobilizzazzjoni popolari u l-appoġġ tas-setgħat, daħħal il-moralità fl-imġiba tal-kavallieri spiss responsabbli għall-abbużi fl-impożizzjoni tad-dritt tal-bannu.", "Fil-waqt li għamlet dan, il-Knisja imponiet mudell ta' soċjetà maqsuma fi tliet ordnijiet .", "L-awtorità tal-imperatur fuq il-vassalli tiegħu kienet dgħajfa u matul ir-renju ta' Enriku III, Konti ta' Tusculum, kien hemm familja Rumana qawwija li kienet tikkmanda l-belt.", "Billi kienu imdorrijin itellgħu il-papa, ippruvaw jerġgħu jiedħu l-prerogattivi tagħhom.", "Waqt li kkritikaw il-moralità baxxa tal-papiet maħtura mill-imperatur, tellgħu papa rivali, u hekk ġegħlu l-imperatur jintervjeni militarment u jsejjaħ kunċilju kbir fl-20 Diċembru ta' 1046 biex itemm is-sitwazzjoni fejn kien hemm żewġ papiet fl-istess ħin .", "Iżda dan ma kienx kollox: wieħed wara l-ieħor iż-żewġ papiet maħtura mill-imperatur sfaw maqtula (Klement II u Damasu II).", "Il-kandidat il-ġdid mibgħut mill-imperatur kellu d-delikatezza li jitlob lir-Rumani li jtellgħu lil min jogħġobom.", "Ġie kkonsagrat bl-isem ta' Ljun IX .", "Billi kien imrawwem fl-ispirtu tar-riforma monastika, ikkonkluda li l-indinjità tal-papiet ta' qablu kienet ir-raġuni li r-Rumani ċaħduhom u tal-waqa' tagħhom.", "Ħatar lil Ildebrandu, (il-futur Gregorju VII), sotto-djaknu u nkarigah bl-amministrazzjoni tal-finanzi tas-Santa Sede.", "L-atti l-aktar importanti tal-papat tiegħu u dawk tas-suċċessuri tiegħu (Vittorju II (1055-1057) Stiefnu IV (1057-1058), Nikola II (1058-1061 ) u Alessandru II (1061-1073) kienu ġejjin minn Ildebrandu, li aġixxa bħala tassew \"éminence grise\".", "Fil-fatt, Ildebrandu nieda r-riforma Gregorjan ħamsa u għoxrin sena qabel ma sar papa innifsu.", "Bil-mod ħeles il-Knisja mit-tutela tal-imperatur.", "Il-Knisja ħalliet il-qawwa temporali u militari f'idejn in-nobbiltà u saret il-garantur morali tal-ekwilibriju soċjali.", "Il-kleru ġabar l-għarfien kollu mit-tmiem tal-antikità u sar il-promotur ewlieni tal-edukazzjoni u l-progress xjentifiku u tekniku (l-iżjed fi ħdan l-abbatiji) u hekk sab ruħu bħala l-element ċentrali u indispensabbli tas-soċjetà medjevali.", "Il-kjeriċi li kienu jafu jaqraw u jgħoddu kienu jmexxu l-istituzzjonijiet, u l-fondijiet reliġjużi kienu jmexxu l-karitajiet u l-iskejjel .", "Permezz tal-btajjel reliġjużi, in-numru ta' ġranet ta' mistrieħ laħaq 140 fis-sena.", "Billi fehmu l-iskambji kulturali u billi bbenifikaw mill-aħjar għarfien tekniku, l-abbatiji malajr ħadu l-ikbar sehem fl-istruttura ekonomika li kienet għadha fil-parti l-kbira agrikola.", "Il-Knisja kienet taf kemm kienet kbira il-qawwa tagħha fl-ekonomija, fil-kultura, fil-pulitka u anki fil-militar (peres li permezz tal-ordnijiet militari setgħet tistrieħ fuq forzi armati permanenti mingħajr ma jkollha tħallashom) matul il-Kruċjati.", "Il-ġlieda għall-investituri kienet taqbida ħarxa bejn il-Papa u l-imperatur Ġermaniż.", "Fid-\"Dictatus papae\", Grgorju VII saħħaq jgħid li l-milja tal-poter, \"plenitudo potestatis\" bil-Latin, tappartjeni għall-pontifiċi sovran, imma l-Konkordat ta' Worms tal-1122 daq il-qampiena tal-agunija tat-tmexxija tal-Punent mill-papa u l-imperatur .", "Barra minn hekk, fit-tieni nofs tas-seklu 13, il-milja tal-poter spiritwali saret \"kunċett totalitarju\".", "Il-Knisja ma setgħetx tittolera poter ieħor ħlief tal-papa u skont it-\"teorija ta' żewġ xwabel\", il-Papa kellu f'idejh kemm ix-xabla spiritwali kif ukoll ix-xabla temporali.", "Jagħti t-tieni waħda lill-prinċep biex jużaha kif jgħidlu l-papa.", "B'dan il-mod il-Knisja Kattolika Rumana ippruvat twaqqaf teokrazija pontifiċja waqt li tagħmel lill-papa r-rappreżentant ta' Alla fuq l-art.", "Mit-tmiem tas-seklu 13, il-bilanċ bejn it-tliet ordnijiet sfratta.", "Minn naħa waħda, il-borgeżija ħadet f'idejha l-poter ekonomiku li għamilha politikament dejjem aktar meħtieġa (il-prinċpijiet u l-ekkleżjastiċi selfuha l-flus).", "Min-naħa l-oħra, għal bżonnijiet tal-kummerċ, u mbagħad biex titla' 'l fuq fis-soċjetà, ħadet parti fil-kultura, ħolqot skejjel lajċi u ffinanzjat il-patrunaġġ tal-kultura kif ukoll għadd ta' xogħlijiet soċjali .", "Il-parti l-kbira tal-innovazzjonijiet tekniċi bdew isiru mil-lajċi, inġiniera u arkitetti (bħal Villard) , nies tas-sengħa (bħal Jacoppo u Giovanni di Dondi, disinjaturi tal-arloġġ bl-iskappament)...", "Il-post speċjali mogħti lill-Knisja fis-soċjetà għar-rwol kulturali u soċjali tagħha setgħa jiġi ġġustifikat inqas u inqas.", "Filwaqt li l-kleru kien ta' quddiemnett fil-progress xjentifiku u filosofiku bi studjużi bħal Roger Bacon, Robert Grosseteste, Stone Maricourt, Peter Abelard jew Tumas Akwinu, xi membri beżgħu li jiġu sopraffatti minn żviluppi li jqajmu dubji dwar il-pożizzjoni tagħhom.", "Il-bidla ġiet fis-7 ta' Marzu 1277, meta l-Isqof ta' Pariġi, Étienne Tempier ikkundanna l-Averroisti (Siger ta' Brabant) u xi teoriji ta' Tumas Akwinu .", "Il-Knisja saret forza konservattiva li filwaqt li ppermetiet l-iżvilupp ta' ideat mistiċi, ħalliet il-borgeżija tieħdu sehem dejjem jikber fil-progress xjentifiku u filosofiku .", "Iffaċata bit-telf tal-influwenza spiritwali, ippruvat tirbaħ is-setgħa temporali.", "Filippu s-Sabiħ irriaġixxa b'mod vjolenti jistrieħ partikolarment fuq l-universitarji u l-borgeżija li tahom pożizzjoni politika aktar importanti permezz tal-ħolqien tal-iStati Ġenerali.", "Is-sekli 14 u 15 huma mmarkati bil-ġlieda bejn żewġ kunċetti tas-soċjetà, li tidher minsuġa fil-Gwerra ta' Mitt Sena, fejn l-ordni fewdali kienet mhedda mid-domanda għar-rikonoxximent politiku tal-bliet.", "Filippu IV ta' Franza msejjaħ Filippu s-Sabiħ kellu bżonn il-flusi biex iżomm lesti l-armata u l-flotta biex irażżan ix-xewqa għall-awtonomija li kellhom il-bliet għonja Fjammingi.", "Fl-1295 iddeċieda li jiġbor taxxa fuq il-kleru.", "Il-Papa Bonifaċju VIII, li kien idaħħal ammonti kbar ta' flus minn Franza, wieġeb bil-bolla tal-1296 \"Clericis laicos\".", "F'din avża r-rejiet, li l-kleru ma jista' jiġi sottomess għal ebda taxxa mingħajr il-kunsens tas-Santa Sede.", "L-isqfijiet kellhom jimxu mal-ordnijiet tas-Santa Sede taħt il-piena tal-iskomunika.", "Biex ipattiha lura, Filippu s-Sabiħ ipprojbixxa l-ħruġ tal-flus mir-renju ta' Franza u dan kellu l-effett li jiċħad lill-Papa minn parti importanti mid-dħul tiegħu.", "Ir-relazzjonijiet ma' Ruma marru għall-agħar u, fl-1302, bil-bolla papali \"Unam Sanctam \", Bonifaċju VIII afferma s-superjorità tas-setgħa spiritwali fuq il-poter temporali, u minn din, is-superjorità tal-Papa fuq ir-rejiet li huma responsabbli lejn il-kap tal-Knisja .", "Dan kien wisq għal Filippu s-Sabiħ, li sejjaħ il-Kunċilju tal-isqfijiet ta' Franza biex jikkundannaw il-Papa, imbagħad l-assemblej tan-nobbli u tal-borgeżija f'Pariġi bl-istess skop.", "Ir-re talab l-appoġġ tas-suġġetti tiegħu kollha biex jilleġittima l-ġlieda li kien qiegħed imexxi kontra l-papa.", "Il-papa mbagħad għedded li jiskomunika lil Filippu IV u jifrex l-interdett fuq ir-renju ta' Franza kollu.", "Bl-appoġġ tal-poplu u l-kleru, ir-re bagħat il-gwardjan ts-siġilli tiegħu, il-kavalier Guliermu ta' Nogaret ma' skorta armata żgħira lejn l-Italja biex jarresta l-papa u biex iġegħlu jidher quddiem il-kunċilju .", "Nogaret malajr iltaqa' ma' għadu personali ta' Bonifaċju VIII, Sciarra Colonna, li għarrfu li l-papa kien ħarab lejn Anagni.", "Fit-8 ta' Settembru, 1303, fl-laqgħa storbjuża, Guliermu de Nogaret għedded bl-aħrax lil-Papa Bonifaċju VIII li miet ftit ġimgħat wara.", "Is-suċċessur tiegħu Benedittu XI ġie elett fit-22 ta' Ottubru, 1303 f'atmosfera kerha.", "Dan annulla l-miżuri li kienu jirritaw ir-re qawwi ta' Franza qabel ma miet hu wkoll fis-7 ta' Lulju 1304.", "Matul ħdax-il xahar, saru negozjati diffiċli bejn il-parti Franċiża, immexxija mill-familja Rumana ta' Colonna, u l-parti tal-mejjet Bonifaċju VIII, immexxija mill-Caetani.", "Fl-aħħar iddeċidew li jagħżlu l-papa minn barra s-Sagru Kulleġġ tal-Kardinali u unanimament, jew kważi, intgħażel Bertrand de Got, prelat diplomatiku u ġurista eminenti, li baqa' newtrali fil-glieda bejn ir-re Filippu s-Sabiħ u l-Papa Bonifaċju VIII.", "Fil-5 ta' Ġunju 1305, il-kardinali miġburin f'konklavi f'Perugia, tellgħu bħala kap tal-Knisja lil Bertrand de Got li għażel l-isem ta' Klement V. Dan kien ir-raba' papa Franċiż u l-ewwel wara l-elezzjoni ta' Jacques Pantaleon (Urbanu IV) fid-29 ta' Awissu 1261.", "Tela' fuq it-tron ta' San Pietru fl-età ta' erbgħin sena filwaqt li l-knisja kienet għaddejja minn kriżi politika serja.", "Il-Papa l-ġdid irrifjuta li jmur Ruma minħabba l-biża' mill-intrigi lokali u mir-riskji ġejjin mill-kunflitt bejn il-Gwelfi u l-Gibellini .", "Fl-aħhar għażel li jiġi nkurunat f'Lyon, parti mill-Imperu, fl-1 ta' Novembru.", "Wara l-elezzjoni tiegħu f'Perugia fl-24 ta' Lulju 1305 u l-kurunazzjoni tiegħu fl-Lyon fil-15 ta' Novembru, il-Papa Klement V għamel dawra twila mar-Renju ta' Franza u l-Gwijenna Ingliża.", "L-Arċisqof ta' qabel ta' Bordeaux kien laħaq bl-appoġġ tar-Re ta' Franza, li tiegħu kien suġġett u mhux vassall, u bi tpattija għal dan l-appoġġ kien obbligat lejh .", "Klement V għamel l-almu tiegħu biex jagħmel paċi mal-qawwi Filippu s-Sabiħ, iżda ċaħad it-talba tiegħu li jiftaħ il-proċess kontra Bonifaċju VIII wara mewtu, li seta' jiġġustifika a posteriori l-attakk t'Anagni.", "Fl-1307, kellu taħdita mar-re Kapetingi fejn ġiet diskussa l-kwistjoni tad-destin tat-Templari.", "Filippu s-Sabiħ ried jagħlaq din l-ordni għanja u influwenti ta' kavallieri-reliġjużi.", "Dan sar nhar il-Ġimgħa t-13 ta' Ottubru 1307 mingħajr ma l-Papa seta' jopponieh.", "Il-Kunċilju ta' Vienne, li ssejjaħ biex jiġġudika l-Kavallieri Templari, ħtieġ li hu jmur f'dik il-belt.", "Għalhekk mar fil-Comtat Venaissin.", "Ir-raġuni li għażel il-belt ta' Avignon, il-proprjetà tal-Konti ta' Provenza, kienet il-lokalità tagħha fuq ix-xatt tax-xmara Rhône li tgħaqqadha mat-tramuntana tal-Ewropa.", "Barra minn hekk, l-importanza tal-fieri ta' Champagne sal-aħħar tas-seklu 13 u l-kontinwità tal-fiera ta' Beaucaire għamlu lil Avignon waqfa kummerċjali obbligatorja.", "Il-preżenza papali kienet ħa terġa' tagħtiha importanza li kienet qiegħda titlef u l-kunflitt bejn il-Ingilterra u Franza taha sinifikat politiku li Ruma ma setgħetx ikollha billi kienet 'il bogħod miċ-ċentru vis-à-vis dawn iż-żewġ renji.", "Ruma, mill-qedem, ħadet is-setgħa u l-majestà tagħha mill-pożizzjoni ċentrali li għandha fil-Mediterran, imma tard fil-Medjuevu kienet tilfet l-importanza billi ċ-ċentru tal-gravità tad-dinja Nisranija kien mexa.", "Il-pożizzjoni ta' Avignon kienet ferm aktar favorevoli ġeografikament u politikament .", "Klement V dam ma wasal Avignon sad-9 ta' Marzu 1309 u qagħad fil-kunvent Dumnikan .", "Taħt dan il-pontifikat, Avignon saret, taħt il-ħarsien tar-Re ta' Franza, Filippu s-sabiħ, ir-residenza uffiċjali ta' parti tal-Kulleġġ Imqaddes tal-kardinali, filwaqt li l-Papa kien jippreferi jogħqod Carpentras, Malaucène jew Monteux, bliet fil-Comtat.", "Mal-mewt ta' Klement V, u wara elezzjoni diffiċli, f'Lyon fis-7 ta' Awissu, 1316 ġie elett papa Jacques Dueze.", "Minħabba l-età avvanzata ta' 72 sena, kien meqjus mill-kardinali bħala papa tranżizzjonali.", "La kien Taljan u lanqas Gascon u ma kienx kellu ħlief rwol politiku żgħir.", "Iżda fid-9 ta' Awissu, ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jerġa' jiftaħ l-\"Audience de la Contredite\" (appelli kontra l-editti papali) f'Avignon, fl-1 ta' Ottubru li kien imiss .", "Wera x-xewqa tiegħu li jwaqqaf il-papat fil-belt fejn kien isqof mit-18 ta' Marzu 1310.", "Il-loġika kienet twassal għall-konklużjoni li Carpentras kellha tkun ir-reżidenza tranżalpina tal-papat.", "Imma l-akbar belt tal-Comtat Venaissin kellha r-rieħa tinten tal-kolp mill-Gascons matul il-konklavi li segwa l-mewt ta' Klement V. Barra minn hekk, deher ċar li l-papa li qabel kien isqof ta' Avignon, ipprefera l-belt Episkopali tiegħu li kien jaf sewwa u kellha l-vantaġġ li tinsab f'salib it-toroq ewlenin tad-dinja tal-Punent minħabba x-xmara u l-pont tagħha .", "Ġie nkurunat fil-5 ta' Settembru u għażel l-isem Ġwanni XXII.", "Wasal Avignon fuq ix-xmara u ladarba kien hemm, żamm għall-użu tiegħu il-kunvent tad-Dumnikani qabel ma mar jerġa' joqgħod fil-palazz episkopali fejn kien jgħix qabel.", "Ġwanni miet maż-żerniq tal-4 ta' Diċembru, 1334 fl-età ta' 90 sena.", "Warajh ġie Jacques Fournier, imsejjaħ il-kardinal l-abjad.", "Dan għażel l-isem ta' Benedittu XII f'unur il-patrun tal-Ordni taċ-Ċisterċensi li hu kien membru tagħha u ġie nkurunat fil-knisja tad-Dumnikani ta' Avignon, fit-8 ta' Jannar 1335, mill-kardinal Napuljun Orsini, li kien diġà nkuruna ż-żewġ papiet ta' qablu .", "L-ewwel ħsieb ta' dan il-papa kien biex jerġa' jġib l-ordni fil-Knisja u jerġa' jieħu s-Santa Sede f'Ruma.", "Bilkemm kien ġie elett li annulla l-patrunaġġi tal-predeċessur tiegħu u bagħat lura fid-djoċesi tagħhom u l-abbaziji tagħhom il-prelati u l-abbatijiet kollha tal-qorti .", "Fis-6 ta' Lulju 1335, meta waslu Avignon xi legati minn Ruma, wegħedhom li li jmur lura fuq xatt it-Tevere mingħajr ma speċifika d-data .", "Iżda r-rewwixta tal-belt ta' Bolonja u l-protesti mill-kardinali ħarbtulu xewqtu u kkonvinċewh li jibqa' fuq xatt ir-Rhône.", "Sadanittant, qatta' erba' xhur fil-palazz mibni f' Pont-de-Sorgue mill-predeċessur tiegħu .", "Madankollu, meta mar joqgħod fil-palazz episkopali li l-predeċessur tiegħu kien ittrasforma għal kollox, il-papa l-ġdid malajr iddeċida li jbiddlu u jkabbru.", "Fid-9 ta' Frar, 1335, il-papa bagħat ittra lid-Dauphin ta' Vienne jirrakkomandlu patri tal-abbatija ta' Fontfroide, li hu kien qabbad biex jixtrilu biċċa bosk fid-Dauphiné biex jibni fiha palazz ġdid.", "Waqqa' kollox li l-predeċessur kien bena u fuq il-pjanti tal-arkitett Pierre Obrera bena l-parti tat-tramuntana tal-palazz appostoliku.", "Ir-Reverenda Kamra Appostolika – il-\"Ministeru tal-Finanzi Pontifiċju\" - xtrat il-palazz li kien bena Armand de Via biex iservi bħala reżidenza għall-isqfijiet ta' Avignon .", "Fir-rebbiegħa tal-1335, bagħat għal Pierre Peysson, arkitett li kien qabbad f'Mirepoix, biex imexxi x-xogħol tal-palazz tiegħu u nkarigah biex jiddisinja mill-ġdid it-torri tal-Anġli u l-kappella papali tat-tramuntana .", "Minkejja l-awsterità tiegħu, Benedittu XII, kien bi ħsiebu wkoll fuq il-parir ta' Robert ta' Anjou li jqabbad lil Giotto biex iżejjen il-kappella papali.", "Billi l-papa miet fl-1336 dan il-proġett ma seħħx.", "Dan il-bini ġdid ġie kkonsagrat fit-23 ta' Ġunju 1336, mill-kamrier Gaspard (jew Gasbert) de Laval.", "Ftit qabel ma miet, fil-5 tal-istess xahar, il-Papa kien iġġustifika d-deċiżjoni tiegħu lill-kardinal Pierre des Prés b'dan il-mod: Fl-10 ta' Novembru 1337 bdiet il-Gwerra ta' mitt Sena.", "Fil-Fjandri, l-Ingliżi niżlu fuq il-gżira ta' Cadsan, filwaqt li l-flotta Franċiża kienet f'battalja ma' dik tar-re tal-Ingilterra f'Southampton.", "Benedittu XII permezz tal-legati tiegħu, irranġa waqfien mill-ġlied li kien aċċettat miż-żewġ naħat.", "Imma madankollu ma kienx il-kunflitt Franko-Ingliż li wassal lill-Papa biex jibni għalih palazz iffortifikat, iżda kienet il-biża' mill-imperatur Lwiġi tal-Bavarja li kellu minn mindu ġie elett.", "Ir-relazzjonijiet bejn il-papat u l-Imperu kienu taħt tensjoni kbira billi fit-8 ta' Ottubru 1323, Ġwanni XXII kien iddikjara f'konsistorju sħieħ li l-Bavarjan kien usurpatur u għadu tal-Knisja.", "Meta kien imsejjaħ biex jiġi Avignon biex jiġġustifika l-appoġġ tiegħu għal Visconti, ma kienx deher u ġie skumnikat fit-23 ta' Marzu 1324.", "Bi tpattija Lwiġi IV tal-Bavarja mar l-Italja bl-armata tiegħu biex jiġi nkurunat f'Ruma u ġiegħel li jiġi elett antipapa fil-persuna ta' Nikola V li kien iddepona lil Ġwanni XXII u tah l-isem ġdid ta' \"Jean de Cahors\".", "Minkejja li Benedittu XII kien aktar konċiljatorju, Avignon, li kienet provinċja imperjali, baqgħet mhedda, però kienet ferm aktar żgura minn kull belt fl-Italja .", "Dan il-bini ffortifikat illum hu magħruf bħala l-\"palazz l-antik\".", "Fih, tqegħdet il-bibljoteka pontifiċja ġewwa t-torri mat-teżor papali.", "Taħt il-pontifikat tat-tielet papa ta' Avignon, kien fiha erba' taqsimiet: teoloġija, liġi kanonika, liġi ċivili u mediċina.", "Klement VI (Pierre Roger) mar joqgħod fil-palazz mibni għall Benedittu XII.", "Imma ma raħx tajjeb biżżejjed.", "Jean du Louvre, ġie mqabbad jibni palazz ġdid xieraq għalih.", "Beda x-xogħol tiegħu fis-17 ta' Lulju 1342.", "B'dan ix-xogħol u l-ħolqien tal-faċċata l-ġdida, il-palazz kien ħa d-dehra li kważi naraw illum.", "Klement VI ma nesiex li jqiegħed l-arma tal-familja Roger fuq id-daħla prinċipali ġdida tax-Champeaux.", "Iżda fuq kollox il-Papa qabbad lil ħafna pitturi biex jiksu l-ħitan bl-affreski.", "Matteo Giovanetti, qassis minn Viterbo, student tal-kbir Martini Simone, li miet Avignon, mexxa grupp ta' pitturi importanti li kienu ġew mill-Ewropa kollha .", "Fit-13 ta' Ottubru 1344 Matteo Giovanetti beda d-dekorazzjoni tal-kappella ta' San Marzjal, li tagħti fuq il-Grand Tinel.", "Tlestiet fl-1 ta' Settembru 1345.", "Mid-9 ta' Jannar sal-24 ta' Settembru 1345, żejjen il-kappella ta' San Mikiel.", "F'Novembru 1345, beda l-affreski tal-Grand Tinel li spiċċa f'April 1346 .", "Imbagħad fl-1347 mit-12 ta' Lulju sas-26 ta' Ottubru, ħadem fuq is-sala tal-Konsistorju u wara fuq il-kappella ta' San Ġwann.", "Fid-9 ta' Ġunju 1348, Klement VI xtara Avignon mir-reġina Ġwanna Ire ta' Napli bis-somma ta' 80,000 fjorin u l-belt saret indipendenti minn Provenza u proprjetà papali bħall-Comtat Venaissin.", "Meta Klement VI miet fl-1352, il-fondi finanzjarji tas-Sede Appostolika kienu l-iżjed fil-baxx..", "Fl-1355, Innoċent VI ġiegħel li jinbnew swar ġodda sabiex idawru wkoll is-subborgi ġodda u jżommu 'l barra l-kumpanniji ta' ventura.", "Dawn il-qattiet ta' merċenarji ma attakawx il-belt wara li kienu ngħataw kumpens finanzjarju sewwa.", "Is-swar ma kinux għoljin ħafna u kien hemm mument meta kien hemm xi ħsieb li jintħattu.", "Fil-bidu kellhom 7 bibien li kienu jissakkru bil-lejl u tnaqqsu għal 4 lejn is-seklu XVI.", "Issa fihom 29 daħla u huma 4330m twal.", "Fis-seklu XIX, l-arkitett Eugène Viollet-le-Duc iddisinja mill-ġdid l-kumpless sħiħ.", "Dawn is-swar baxxi biċ-ċombaturi li huma priżervati perfettament iħaddnu l-qalba amministrattiva u kulturali tal-belt.", "Fis-6 ta' Novembru 1362, fil-kappella tal-palazz l-antik, Guillaume Grimoard ġie nkurunat papa minn Étienne-Audouin Aubert, kardinal ta' Ostia u n-neputi tal-papa li miet .", "Ħa l-isem ta' Urbanu V, u meta wasal fil-palazz tiegħu stqarr:", "Għal din ir-raġuni matul il-pontifikat tiegħu wettaq xogħlijiet li qamu ħafna flus fit-tkabbir tal-ġonna .", "Il-parti li tmiss mal-palazz papali fuq il-faċċata tal-Lvant għadha tissejjaħ \"Verger d'Urbain V\" (Ġnien tal-frott ta' Urbanu V).", "Minbarra l-ġonna, Urbanu V qabbad l-arkitett Bertrand Nogayrol jibnilu r-\"Roma\", gallerija twila fuq livell wieħed imdawra mat-torri tal-Anġli.", "Din tlestiet fl-1363, u din id-data timmarka t-tmiem tax-xogħol arkitettoniku fil-palazz il-ġdid .", "Il-Papa qabbad lil Matteo Giovanetti biex iżejjen ir-\"Roma\".", "Il-pitturi tiegħu fuq it-tila tal-ħajja ta' San Benedittu bdihom fil-31 ta' Diċembru 1365 u lestihom f'April tal-1367 .", "Din il-gallerija ma għadhiex teżisti għaliex twaqqet mill-militar fl-1837.", "Gregorju ma għamel l-ebda bini fil-palazz.", "Hu ħa l-papat lura lejn Ruma fejn miet fl-1378.", "Meta Girgor XI ħa s-sede tal-papat lejn Ruma fl-1377, il-belt ta' Avignon kienet amministrata minn legat papali.", "Il-konklavi l-ewwel tella' fuq it-tron papali lil Urbanu VI.", "Iżda l-elezzjoni kienet saret taħt theddid mir-Rumani u billi l-papa l-ġdid kellu karattru koleruż wisq, il-Kardinal reġa' bdielhom u reġgħu iltaqgħu fil-belt ta' Fondi, neħħewh u tellgħu minnfloku l-kardinal Franċiż Robert de Genève li ħa l-isem ta' Klement VII.", "Kellu l-appoġġ ta' ħafna stati, fosthom Franza, u mar joqgħod Avignon mal-qorti tiegħu waqt li Urbanu VI baqa' Ruma.", "Hekk bdiet ix-Xiżma l-Kbira.", "Is-suċċessur ta' Klement VII kien l-Aragoniż Benedittu XIII (illum it-tnejn huma meqjusa bħala Antipapiet mill-Knisja Kattolika).", "Dan ġie elett fit-28 ta' Settembru 1394 u wiegħed li jirriżenja jekk kien meħtieġ sabiex tintemm ix-xiżma l-kbira.", "Il-fatt li baqa' ma żammx kelmtu, fit-28 ta' Lulju 1398, swielu l-ewwel diżubbidjenza min-naħa ta' Franza u l-alleati tagħha.", "Il-papa allura ssakkar fil-palazz tiegħu fejn ġie assedjat minn Geoffroy le Meingre imsejjaħ Boucicaut f'Settembru", "Fl-1409 il-kunċilju ta' Pisa ma renexxielux isolvi tax-xiżma.", "Ħatar papa ieħor, it-tielet wieħed (imsejjaħ il-\"Papa ta' Pisa\" minkejja li ma kienx joqgħod Pisa), fil-persuna ta' Alessaandru V li malajr sar minfloku Ġwanni XXIII.", "Madankollu, il-papa ta' Pisa kellu l-appoġġ ta' ħafna stati li qabel kienu leali lejn iż-żewg papiet l-oħra.", "Il-Papa Benedittu XIII minħabba li kien assedjat f'Avignon kellu jmur fl-eżilju fl-Aragona, l-aħħar pajjiż li baqa jappoġġah, u baqa' hemm sa mewtu.", "Is-suċċessuri tiegħu ukoll kienu joqgħodu hemm imma dawn ftit ftit intnesew.", "Iżda l-tluq ta' Benedittu XIII jimmarka t-tmiem definittiv tal-papat ta' Avignon.", "Fl-ewwel assedju, in-nies ta' Boucicault u ta' Raymond de Turenne, in-neputi ta' Gregorju XI daħlu mill-kċina tal-Grand Tinel.", "Martin Alpartils , kittieb Katalan kontemporanju rrakkonta l-attakk tagħhom.", "Wara li rnexxielhom jidħlu minn taħt is-swar tal-palazz u jaqsmu l-foss u d-drenaġġ tal-kċejjen, telgħu sellum li wassalhom għall-kċina ta' fuq.", "Malli ndunaw it-truppi fidili lejn Benedittu XIII, inbuttawhom lura u tefgħulhom il-ġebel maqluh mill-fuklar u qatet ta' ħatab jaqbdu bin-nar.", "Dan ir-rakkont huwa kkorroborat mill-messaġġier Avignoniż ta' Francesco di Marco Datini, in-negozjant kbir ta' Prato li kiteb:", "Meta saqsewh, ix-xerrej stqarr li hu u n-nies tiegħu kienu sejrin jidħlu fil-palazz mid-dranaġġ.", "Il-messaġġier il-falliment tal-kolp attribwieh għall-eċċitament u l-għaġla tan-nies li għamluh: Wara tliet xhur ta' ġlied qawwi, l-imblokk tal-palazz ġie żgurat u minn April tal-1399, il-ħruġijiet biss bdew jiġu mgħassa sabiex Benedittu XIII ma jkunx jista' jaħrab.", "Il-korrispondenza mibgħuta Prato kompliet tiddeskrivi l-ħajja ta' kuljum kif rawha l-Avignoniżi.", "Ittra bid-data tal-31 ta' Mejju 1401, għarfet lin-negozjant minn Avignon bil-ħruq tal-kamra fejn kien jorqod: Dik tat-13 ta' Novembru informat lin-negozjant bil-bumbardament tad-dar tiegħu:", "Fl-aħħarnett fil-11 ta' Marzu 1403, minkejja l-għassa fuqu, il-papa rnexxielu jħalli l-palazz u l-belt fejn kien joqgħod, wara assedju iebes ta' ħames snin .", "Benedittu XIII qatt ma mar lura Avignon, imma ħalla hemm lil neputijietu, Antonio de Luna bil-kariga ta' rettur ta' Comtat Venaissin, u Rodrigo.", "Dan tal-aħhar u l-Katalani ta' miegħu marru joqgħodu fil-palazz papali.", "Nhar it-Tlieta 27 ta' Jannar 1405 fil-ħin tal-Għasar, il-kampnar piramidali ta' Notre Dame des Doms iġġarraf u huwa u niżel waqqa' l-baptisterju antik ddedikat lil San Ġwann.", "Il-Katalani ġew akkużati b'din l-azzjoni u huma ħadu l-opportunità minnha biex iwaqqfu pjattaforma fuq il-bini mwaqqa' biex jinstallaw l-artillerija tagħhom.", "Wara li kellu jħabbat wiċċu mad-depożizzjoni ta' zijuh mill-Kunċilju ta' Pisa fl-1409, u mad-defezzjoni tal-Avignoniżi u l-Comtadins, is-sena ta' wara, Rodrigo de Luna, li kien sar rettur minflok ħuh, irraggruppa mill-ġdid il-forzi tiegħu fil-Palazz papali.", "Għas-sigurtà tiegħu, kompla jsaħaħ ir-rocher des Doms u biex ikun jista' jara ġejjin l-attakkanti li jistgħu jinqalgħu, spiċċa biex waqqa' d-djar kollha ta' quddiem il-palazz, u b'hekk witta l-pjazza kbira li naraw illum.", "It-tieni assedju sar quddiem il-palazz u ssejjaħ fil-kronaki kontemporanji \"il-gwerra tal-Katalani\".", "Dam sbatax-il xahar u fl-aħħar, fit-2 ta' Novembr 1411, il-Katalani ta' Rodrigo de Luna, li kienu mejtin bil-ġuħ u qatgħu qalbhom li jiksbu l-għajnuna, aċċettaw li jċedu għall-Kamrier Francis Conzie .", "Bertrand Boysset minn Arles fid-djarju tiegħu kiteb dwar dan, li fl-1403, mix-xahar ta' Diċembru, ġew imġarrfa d-djar kollha li kienu jinsabu bejn il-palazz il-kbir u l-palazz iż-żgħir biex id-difiża issir iżjed faċli: Sadanittant, f'Pisa, il-kunċilju kien għażel papa ġdid Alessandru V. Filwaqt li l-għan tal-kunċilju kien li jtemm ix-xiżma, il-Kristjaneżmu safa bi tliet papiet minflok bi tnejn.", "Il-papa rikonoxxut mill-Qorti ta' Franza, bagħat lill-Kardinal Pierre de Thury biex jigverna Avignon u l-Comtat.", "Kellu t-titlu ta' legat u vigarju ġenerali mill-1409 sal-1410.", "Imma fil-5 u fis-6 ta' Diċembru 409, fuq l-ordni ta' Rodrigo de Luna, (il-legat ma kienx neħħielu l-kariga ta' rettur ta' Comtat), sejjaħ l-iStati biex jiltaqgħù f'Pont-de-Sorgue.", "Il-Katalani biex jieqfu lill-għedewwa ta' Benedittu XIII kellhom bżonn it-truppi u l-flus u d-delegati mit-tliet ordnijiet awtorizzaw il-ġbir tat-taxxi għalihom .", "Meta miet Alessandru V, filwaqt li Benedittu XIII kien refuġjat f'Peñíscola u Gregorju XII kienet issaltan f'Ruma, il-Kardinal Baldassare Cossa ġie elett mill-Kunċilju ta' Pisa u ħa l-isem ta' Ġwanni XXIII.", "Għal darb'oħra kien hemm tliet papiet u kien hu li ntagħażel minn Avignon bħala Papa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15830", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15830", "title": "Johann Bernoulli", "text": ["Johann Bernoulli", "Johann Bernoulli (Bażel, 27 ta' Lulju 1667 – Bażel, 1 ta' Jannar 1748; magħruf ukoll bħala \"Jean\") kien matematiku Żvizzeru u wieħed mill-aktar matematiċi prominenti fil-familja Bernoulli.", "Hu magħruf għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-kalkulu infiniteżmali u għallem lil Leonhard Euler f'żgħożitu.", "Johann twieled f'Bażel, l-Iżvizzera, u beda jistudja l-mediċina fl-Università ta' Bażel.", "Missieru xtaqu jistudja l-kummerċ biex ikun jista' jieħu f'idejh in-negozju tal-ħwawar li kellha l-familja, iżda 'l Johann Bernoulli ma kienx jogħġbu l-kummerċ u kkonvinċa 'l missieru li jħallih jistudja l-mediċina minflok.", "Madankollu, 'il Johann Bernoulli lanqas il-mediċina ma għoġbitu u beda jistudja l-matematika fil-ħin liberu ma' ħuh il-kbir Jacob.", "Matul l-edukazzjoni ta' Johann Bernoulli fl-Università ta' Bażel l-aħwa Bernoulli kienu jaħdmu flimkien u jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom jistudjaw l-iskoperta l-ġdida tal-kalkulu infiniteżmali.", "Dawn kienu fost l-ewwel matematiċi li mhux biss studjaw u fehmu l-kalkulu iżda applikawh għal bosta problemi.", "Wara li ħa l-lawrja mill-Università ta' Bażel Johann Bernoulli telaq minn hemm biex jgħallem l-ekwazzjonijiet differenzjali.", "Aktar tard, fl-1694, Johann Bernoulli iżżewweġ lil Dorothea Falkner u ftit wara aċċetta il-pożizzjoni ta' professur tal-matematika fl-Università ta' Groningen.", "Fuq talba ta' ħatnu Johann Bernoulli, fl-1705, Johann Bernoulli telaq lura lejn Basel.", "Meta kien għadu kif telaq sar jaf bil-mewt ta ħuh bit-tuberkulożi.", "Johann Bernoulli kien bi ħsiebu jsir professur tal-Grieg fl-Università ta' Basel meta jmur lura, imma minflok seta' jiehu post ħuh bħala professur tal-matematika.", "Bħala student tal-kalkulu ta' Leibniz, Johann Bernoulli kien iżomm miegħu fl-1713 fil-kontroversja bejnu u Isaac Newton dwar minn kien jixraqlu l-iżjed mertu għall-iskoperta tal-kalkulu.", "Johann Bernoulli iddefenda lil Leibniz billi wera li hu kien solva ċerti problemi bil-metodi tiegħu li Newton ma kienx irnexxielu jsolvi.", "Però, minħabba l-oppożizzjoni tiegħu għal Newton u l-istudju li għamel taħt is-segwaċi ta' Descartes, Johann Bernoulli ppromwova wkoll it-Teorija tal-Vortiċi ta' Descartes kontra t-Teorija tal-Gravità ta' Newton li dawmet l-aċċettazzjoni tat-teorija ta' Newton fl-Ewropa kontinentali .", "Fl-1724 daħal f'kompetizzjoni taħt il-patroċinju tal-Académie Royale des Sciences ta' Franza, li pproponiet il-mistoqsija:", "Fid-difiża tal-opinjoni li kien iħaddan Leibniz, ippropona l-eżistenza ta' forza esterna infinita meħtieġa biex il-korp tagħmlu elastiku billi tegħleb il-forza interna infinita li tagħmlu iebes.", "Minħabba dan ġie skwalifikat mill-premju, li ntrebaħ minn Maclaurin.", "Madankollu, l-artiklu ta' Bernoulli ġie aċċettat wara. fl-1726 meta l-Académie kkunsidrat dokumenti dwar il-korpi elastiċi, li għalihom il-premju ngħata lil Mazière.", "Bernoulli isemma bl-unur fiż-żewġ kompetizzjonijiet.", "Għalkemm Jakob u Johann kien jaħdmu flimkien qabel Johann ħa l-lawrja mill-Università ta' Basel, ftit wara daħlet l-għira u l-pika bejniethom.", "Johann kien jgħir għall-pożizzjoni ta' Jakob u t-tnejn spiss ippruvaw jgħaddu l-xulxin.", "Wara l-mewt ta' Jakob, l-għira ta' Johann daret fuq ibnu stess, Daniel, li kellu talent kbir.", "Fl-1738 il-missier u ibnu ippubblikaw kważi fl-istess ħin xogħlijiet separati dwar l-idrodinamika.", "Johann Bernoulli ipprova jieħu priorità fuq ibnu billi apposta niżżel id-data ta' sentejn qabel ta' ibnu fuq ix-xogħol tiegħu.", "Fl-1691 Johann Bernoulli għal darb'oħra saħħan il-pika bejnu u ħuh meta solva l-problema tal-katenarja proposta minn Jakob.", "Fl-1696 Johann Bernoulli ppropona l-problema tal-brakistokrona, minkejja li l-problema kien diġà solviha hu stess.", "Fi żmien sentejn irċieva ħames soluzzjonijiet li fosthom kien hemm waħda minn ħuh il-kbir, Jakob.", "Bernoulli ppropona wkoll magna ta' moviment perpetwu taħdem bl-enerġija tal-fluwidu.", "Bernoulli kien imqabbad minn Guillaume François Antoine de L'Hôpital biex jgħallmu l-matematika.", "Bernoulli u L'Hôpital ffirmaw kuntratt li ta 'l L'Hôpital id-dritt li juża l-iskoperti ta' Bernoulli kif jogħġbu.", "L'Hôpital kien l-awtur l-ewwel manwal tal-kalkulu infiniteżmali, \"Analyse des Infiniment Petits pour l'Intelligence des Lignes Courbes\", li prinċipalment kien jikkonsisti fix-xogħol ta' Bernoulli, inkluża dik li issa hi magħrufa bħala r-Regola ta' L'Hôpital. ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15834", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15834", "title": "Familja Bernoulli", "text": ["Familja Bernoulli", "Il-familja Bernoulli kienet familja ta' negozjanti u studjużi minn Bażel, fl-Iżvizzera.", "Il-fundatur tal-familja, Leon Bernoulli, emigra lejn Bażel minn Antwerp fil-Fjandri fis-seklu 16 biex jaħrab l-oppressjoni Spanjola.", "Il-familja Bernoulli ipproduċiet artisti u xjenzati notevoli, b'mod partikulari numru ta' matematiċi famużi fis-seklu 18:", "Metodi u ideat assoċjati mal-membri tal-familja:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15835", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15835", "title": "Milied", "text": ["Milied", "Il-Milied hija festa vaganza ċċelebrata l-iktar fil-25 ta' Diċembru biex tfakkar it-twelid ta' Ġesù, il-figura ċentrali tal-Kristjanità.", "Mhuwiex magħruf jekk din il-ġurnata hix tassew il-ġurnata tat-twelid ta' Ġesù imma jista' jkun li ħadet post il-festa qadima tas-solistizju tax-xitwa fil-kalendarju antik Ruman.", "Minkejja li l-Milied hija predominantement festa Nisranija, din tiġi ċċelebrata minn ħafna nies li mhumiex ta' twemmin Nisrani.", "Fost id-drawwiet popolari marbuta mal-Milied insibu l-għoti tar-rigali, il-Father Christmas, il-mużika u l-għanjiet tal-Milied, kartolini b'xewqat, ċelebrazzjonijiet reliġjużi bħall-quddies ta' nofs il-lejl, ikel speċjali, u dekorazzjonijiet varji bħas-siġra tal-Milied, dwal, girlandi, \"mistletoes\", presepji, u l-\"holly\".", "L-għoti tar-rigali u ż-żieda fl-attività ekonomika għamel minn dan iż-żmien żmien importanti għal tal-ħwienet u n-negozjanti.", "L-impatt ekonomiku tal-Milied kiber ħafna f'dawn l-aħħar sekli f'ħafna partijiet tad-dinja.", "L-isem sħiħ tal-festa bil-Malti huwa l-\"Milied ta' Ġesù\", għax il-kelma \"milied\" tfisser sempliċiment twelid, u hija nom mimmat mill-verb \"wiled\".", "Wara l-Evanġelji, l-aktar xhieda antika dwar il-post tat-twelid ta' Ġesù, hi dik ta' Ġustinu, isqof u martri (lejn it-tieni parti tat-2 seklu).", "Oriġinarjament hu kien minn Flavia Neapoli (illum Nablus) tal-Palestina.", "Ġustinu jikteb, \"fil-mument tat-twelid tat-tarbija f'Betleħem, minħabba li ma nstabx post fejn joqogħdu fir-raħal, Ġużeppi waqaf ħdejn grotta viċin iż-żona abitata, u kif kienu jinsabu hemm Marija welldet lil Kristu u qegħditu f'maxtura, fejn ukoll il-Maġi li ġew mill-Għarabja sabuh.\"", "Il-grotta msemmija bħala l-post ta' abitazzjoni hi magħrufa mit-tradizzjonijiet ħajjin tal-lokal, xhieda ta' dan, il-Vanġelu Apokrifu ta' Ġakbu (3 seklu), kif ukoll Oriġene (3 seklu).", "Dan kollu hu l-bażi tal-istorja suċċessiva tas-santwarju ta' Betlem.", "Din l-istess grotta ġiet imdawra mill-Imperatur Kostantinu, kif ukoll minn ommu Elena b'bini mill-isbaħ sa mhux aktar tard mis-sena 325 W.K. Dan jistqarru l-istoriku Ewsebju ta' Ċesarija, kontemporanju tal-fatti miktuba.", "Fis-sena 386, San Ġilormu stabilixxa ruħu biswit il-bażilika, flimkien man-nobbli Rumana Paola u dixxipli oħrajn.", "Kienu jgħixu ħajja monastika, iddedikati għall-istudju tal-Bibbja u fil-ħolqien tal-famuża verżjoni latina ta' l-iskrittura (il-Vulgata), li imbagħad saret il-Bibbja ufficjali fil-Knisja tal-Punent.", "Il-Bażilika tar-raba' seklu ġiet mibdula mill-imperatur Ġustinjanu fis-6 seklu għal waħda ta' dimensjoni akbar, li hi dik li nsibu llum.", "Fil-perjodu tal-Kruċjati (12-il seklu), il-ħitan ġew imżejna b'mużajk prezzjuż miksi bid-deheb u bil-madreperla.", "Sal-lum wieħed jista' jara frammenti sħaħ bix-xeni tal-Ġdid Testment (fit-transett, b'iskrizzjonijiet Latini) u rappreżentazzjonijiet simboliċi tal-konċilji ekumeniċi (fin-navati, b'iskrizzjonijiet Griegi).", "Fuq il-kolonni tan-navi, issib sensiela ta' medaljuni li juru l-antenati ta' Ġesù (bil-lingwa latina).", "L-iskavi li saru fis-snin 1934-35, mill-gvern mandatorju Ingliż, ġabu fid-dawl diversi fdalijiet tal-paviment mużajkat tal-Bażilika Kostantinjana.", "Ħafna minnu huwa viżibbli fin-navata, kif ukoll (kappellun tax-xellug) fit-transett tal-Bażilika.", "Il-Franġiskani, li ilhom jgħammru f'Betleħem mill-1347, għandhom maġenb il-Bażilika tan-Natività l-kunvent u l-Knisja ddedikata lil martri qaddisa Santa Katerina.", "Il-Knisja ilha teżisti sa mis-seklu 12, u gradwalment ġiet imkabbra.", "Prinċipalment isservi għall-bżonnijiet tal-komunita' kattolika tar-rit Latin, u minna wieħed jista' jinżel għall-grotta ta' San Ġilormu.", "L-ewwel indikazzjoni ta' festa tal-Milied insibuha f'Ruma fil-Kalendarju ta' Philocalus tas-sena 354, li jgħid li fil-25 ta' Diċembru, \"VII kalendas Ianuarii, natus est Christus in Betlehem Iudeae\".", "Jista' jkun li ntagħżel il-25 ta' Diċembru biex titwarrab il-festa pagana tax-xemx bi Kristu, li l-miġja tiegħu hi \"bħaż-żjara tax-xemx tielgħa li dawwal il-dawk li jinsabu fid-dlamijiet u dell il-mewt u tmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem\" (Luqa 1, 78-79).", "Fil-bidu, il-festa tal-Milied fil-Punent kienet tinkludi t-tfulija ta' Ġesù, iż-żjara tal-Maġi u l-istraġi tal-innoċenti.", "Fil-Lvant, iżda, u fi Franza, li mxiet fuq il-Lvant, sal-bidu tar-raba' seklu, insibu biss il-festa tal-Epifanija bl-enfasi fuq it-teofanija, jiġifieri, l-manifestazzjoni ta' Ġesù bħala Alla magħmul bniedem.", "Kien lejn tmiem ir-raba' seklu li fil-Punent (fl-Italja, Spanja u l-Afrika ta' Fuq) il-festa tal-Epifanija ġiet mifruda minn dik tal-Milied li, sadanittant, ġiet ukoll introdotta fil-Lvant.", "Dan minkejja li l-festa tal-Epifanija, hawnhekk, baqgħet tingħata iktar importanza.", "Minkejja dan, il-Milied, skont kif jikteb Santu Wistin, kien għadu memorja, tifkira, mhux bħall-festa tal-Għid li kienet ikkunsidrata bħala \"sacramentum\", jiġifieri, sinjal tanġibbli ta' realtajiet intanġibbli.", "Kien lejn tmiem it-tmien seklu li l-Papa Ljun ikkunsidra l-festa tal-Milied bħala \"sacramentum\".", "Lejn tmiem ir-raba' seklu kienet diġà ssir il-quddiesa tal-Vġili, waqt li fil-ħames seklu kienet issir ukoll il-quddiesa ta' nofs il-lejl fil-Bażilika ta' Santa Maria Maggiore kif kien qed isir f'Betlehem.", "Iktar tard, fis-seklu sitta, insibu l-Papa jqaddes quddiesa mas-sebħ f'Sant'Anastasja u quddiesa oħra matul il-jum f'San Pietru.", "Din l-aħħar quddiesa mit-tnax-il seklu 'l quddiem bdiet issir f'Santa Maria Maggiore.", "Mas-seklu għaxra dawn it-tliet quddisiet bdew isiru fil-knejjes kollha tal-Punent fejn fl-ewwel quddiesa jitħabbar il-messaġġ tat-twelid ta' Ġesù, it-tieni quddiesa tħabbar il-qima li tingħatalu mir-rgħajja, waqt li t-tielet tħabbar li t-tarbija ta' Betlehem hija l-Verb magħmul bniedem.", "Tmint ijiem fuq il-Milied, sa min qabel is-sitt seklu kien iddedikat lill-Madonna.", "Iktar tard ġie ddedikat liċ-ċirkonċiżjoni ta' Ġesù, filwaqt li bir-riforma tal-Konċilju Vatikan II l-1 ta' Jannar huwa ddedikat kemm lill-Maternità Divina tal-Madonna, liċ-ċirkonċiżjoni, u 'l-isem ta' Ġesù, kif ukoll lill-Paċi.", "Minn tmiem ir-raba' seklu, fl-Ottava tal-Milied nsibu l-festi ta' San Stiefnu, San Ġwann l-Evanġelista u l-Qaddisin Martri Innoċenti.", "Iktar tard insibu wkoll il-festi ta' San Silvestru papa, San Ġakbu u San Tumas ta' Canterbury.", "Fil-Lvant, fl-ewwel Ħadd fuq il-Milied, insibu l-festa ta' Marja u San Ġużepp, li 'l-Konċilju Vatikan II ddedikah lis-Sagra Familja.", "Bir-riforma tal-Konċilju Vatikan II żmien il-Milied jagħlaq bil-magħmudija tal-Mulej li tiġi Ħadd fuq l-Epifanija fejn insibu s-sejħa tal-ġnus għas-salvazzjoni waqt li mistednin jagħtu qima lill-Mulej.", "Il-festa tal-magħmudija tal-Mulej hija estensjoni tal-Epifanija jew, aħjar, epifanija oħra għax, fi kliem San Pawl, bid-dehra tal-qawwa ta' Alla fostna aħna l-bnedmin ksibna twelid ġdid u tiġdid fl-Ispirtu s-Santu.", "Bħalma l-festi tal-Għid ġew estiżi f'ċiklu li jwassalna kemm sal-Pentekoste u kemm fiż-żmien tar-Randan bħala preparazzjoni għalihom, hekk ukoll il-festi tal-Milied narawhom estiżi f'ċiklu li jagħlaq bil-Magħmudija tal-Mulej u jinkludi wkoll żmien ta' preparazzjoni għalihom, iż-żmien tal-Avvent.", "Ma nafux il-ġurnata, ix-xahar u s-sena meta twieled Ġesù.", "Il-Kalendarju Gregorjan li d-dinja tal-Punent tuża biex tkejjel iż-żmien, bis-sena kurrenti tissejjaħ 2010 wara Kristu, suppost tgħodd iż-żmien mit-twelid ta' Kristu iżda ċertu Dijonisju l-Qasir, patri tas-sitt seklu ħa żball fil-kalkulazzjoni tiegħu ta' madwar 4 jew 6 snin.", "Tul is-snin ġraw diversi avvenimenti marbutin mal-ġrajja tal-Milied.", "Fil-Milied tas-sena 800, Karlu Manju kien inkurunat l-ewwel Imperatur tal-Imperu Qaddis Ruman minn Papa Ljun III.", "Fil-Milied tal-1066, William the Conqueror kien inkurunat Re tal-Ingilterra f'Westminster Abbey.", "Fl-1643 ħaditha isimha Christmas Island, gżira fl-Oċean Indjan li ntlemħet nhar il-Milied ta' dik is-sena mill-Kaptan William Mynors tal-bastiment Royal Mary tal-kumpanija tal-vapuri East India.", "Fl-1914, matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, is-suldati Ġermaniżi u tal-Alleati riedu josservaw il-Milied u l-messaġġ ta' paċi tiegħu billi waqfu mill-ġlied u saħansitra għamlu ukoll logħba futbol bejniethom.", "Fil-Milied tal-1939 \"A Christmas Carol\" ta' Charles Dickens ixxandar għall-ewwel darba fuq ir-radju, CBS Radio.", "Betlem tal-lum, belt Palestinjana fix-Xatt tal-Punent, 8 km 'l isfel minn Ġerusalemm, tkun imżejna bi dwal u dekorazzjonijiet oħra biex jagħtu dehra ta' ferħ lil din il-belt li fiha twieled Ġesù.", "Ħafna huma l-pellegrini li jżuru din il-belt f'dawn il-granet.", "F'Lejlet il-Milied il-ftit Insara tal-post (fl-1947 kienu 75% tal-popolazzjoni, fl-1998 niżlu għal 23%), li huma Palestinjani, u l-pellegrini kollha jiffullaw biex jaraw il-purċissjoni drammattizzata li ssir ta' kull sena.", "Diversi rikkieba fuq iż-żwiemel fosthom pulizija fuq żwiemel ta' razza Għarbija jiftħu l-parata.", "Warajhom jasal rikkieb waħdu jġorr is-salib.", "Wara jimxu s-saċerdoti u l-politiċi.", "Il-Purċissjoni tidħol solennement fil-Knisja tan-Natività fil-Pjazza tal-Maxtura u titqiegħed xbieha antika ta' Ġesù.", "Taraġ għoli iwasslek f'għar fejn wieħed isib kewkba tal-fidda li timmarka l-post fejn it-tradizzjoni tgħid li twieled Ġesù.", "Il-ftit djar tal-Insara ikunu mmarkati b'salib fuq il-bieb u kull dar ikollha presepju espost għall-qima.", "Kewkba kbira tittella' fuq arblu fil-Pjazza tal-Maxtura.", "Fil-qrib wieħed isib ukoll il-Grotta tal-Ħalib fejn il-Familja Mqaddsa marret tistaħba fil-Ħarba lejn l-Eġittu.", "Fil-Knisja ta' Betlem il-Milied ikun iċċelebrat tliet darbiet: Il-Kattoliċi jiċċelebrawh fl-24 ta' Dicembru; il-knejjes Griegi Ortodossi, il-Kopti u s-Sirjani fis-6 ta' Jannar; u l-knisja Armenja fid-19 ta' Jannar.", "Meta tqabbilha ma' pajjiżi oħra Ewropej, Malta għadha tiċċelebra Milied Nisrani, minkejja li diversi drawwiet barranin daħlu ukoll.", "Għal ħafna anzjani, nies ta' mezza età u tfal il-Milied għadu wieħed reliġjuż b'diversi attivitajiet reliġjużi organizzati fl-iskejjel u mis-Soċjetà tal-MUSEUM.", "Mhux l-istess jista' jingħad għall-ġenerazzjoni żagħżugħa għalkemm numru ta' żgħażagħ imorru l-Quddiesa ta' Nofs il-Lejl tal-Milied.", "Kienu d-Dumnikani tal-Belt Valletta li fi żmien il-Kavallieri bdew jagħmlu n-Novena, disat ijiem ta' tħejjija għall-Milied b'Quddiesa kantata kuljum.", "Wara ħafna żmien bdiet fil-parroċċi mmexxija mil-Kleru Djoċesan.", "Illum ħafna parroċċi jiċċelebraw in-novena fil-quddiesa ta' filgħaxija bis-sehem tat-tfal tad-duttrina u għaqdiet oħra.", "Il-qaddis Malti, San Gorg Preca, stinka ħafna biex tinxtered id-devozzjoni lejn il-misteru tal-Inkarnazzjoni.", "Sa mill-1920 ħa ħsieb li f'kull raħal u belt, lejlet il-Milied, tiġi organizzata \"Dimostrazzjoni ad unur ta' Ġesù Bambin\", użanza li daħlet sew fost id-drawwiet sbieħ tal-Milied Malti.", "Ix-xewqa tiegħu kienet li għall-Milied kull tifel u tifla li kienu jattendu l-M.U.S.E.U.M. jieħdu magħhom id-dar, grotta b'Ġesù Tarbija.", "Fl-1920, Dun Ġorġ kien ġabar lis-soċji tal-M.U.S.E.U.M. tal-Ħamrun biex jaqsam magħhom xewqa li kellu: li ssir dimostrazzjoni bil-Bambin tal-Milied fejn it-tfal u s-soċji f'lejlet il-Milied joħorġu mat-toroq tal-Ħamrun jgħajtu l-aħbar li Ġesù Bambin twieled għalina.", "Ix-xewqa tiegħu kienet li dawn joħorġu bħal f'purċissjoni bix-xemgħa f'idejn it-tfal u l-weraq tal-palm u ż-żebbuġ, iduru mat-toroq kollha tal-Ħamrun u jkantaw innijiet tal-Milied.", "Riedhom ukoll li jgħidu lil xi rġiel biex jiġu jimxu magħhom.", "Kellhom bżonn Bambin, u dan issellfuh mill-Belt, mill-Knisja tal-Franġiskani.", "Minn dakinhar, il-purċissjoni bil-Bambin kibret u xterdet ma' Malta u Għawdex u fl-artijiet l-oħra fejn hemm il-M.U.S.E.U.M.: l-Awstralja, il-Kenja, il-Perù, l-Ingilterra u l-Albanija.", "Il-qofol tal-purċissjoni hu bambin imdaqqas f'maxtura, bandalora bil-kliem Verbum Dei factum est, fanali tal-mantell biex jagħtu d-dawl u fanali bl-arkett bi kliem relattiv mal-ġrajja tal-Milied.", "Matul il-purċissjoni x'aktarx li jitkantaw għanjiet tradizzjonali.", "L-istrumenti kienu, u għadhom jintużaw f'xi nħawi, accordion u vjolini.", "Il-Purċissjoni tal-Bambin issir f'madwar 66 lokalità f'Malta, fil-parti l-kbira lejlet il-Milied.", "F'xi postijiet, l-iktar fejn il-MUSEUM, minbarra l-Qasam prinċipali, ikollu fergħa jew tnejn fejn isir it-tagħlim, issir purċissjoni fit-23 ta' Diċembru biex il-membri mill-fergħat differenti fl-istess lokalità jgħinu lil xulxin billi l-purċissjoni titlob ftit xogħol mhux ħażin biex tiġi organizzata.", "\"Il-Benniena ta' Ġesù Bambin\" jew, kif inhi magħrufa, in-'Ninni la Tibkix Iżjed', hija għanja mill-aktar magħrufa fost il-Maltin.", "Inkitbet fl-1846 mill-patri Ġiżwita Indri Schembri.", "Meta kitibha, dal-patri minn Ħal Luqa kien f'Alġeri u kitibha għal dawk il-Maltin li kienu emigraw lejn Tuneż.", "Saret popolari mindu bdiet titkanta fil-purċissjonijiet tal-Milied.", "Ta' min jgħid li n-'Ninni' anke nqalbet bit-Taljan u titkanta fl-Italja.", "\"Ninni la tibkix iżjed", "ninni Ġesù Bambin", "Ħallih għalina l-biki", "għax aħna midinbin.\"", "Taqbila popolari ħafna tat-tfal li saret għanja.", "\"Ninu Ninu tal-Milied, Ommu għamlet il-qagħqiet.", "Il-qagħqiet tal-qastanija, Santu Rokku bit-tiġrija.", "Għaddew il-Festi kollha,", "Baqa' biss Santa Marija.\"", "Għanja fuq melodija Maltija miktuba minn Ġ.Mallia \"O Ġesù ħelwa tarbija", "Ejja twieled ġewwa fija", "Ġesù tfajjel, frott l-imħabba", "Twieled f'qalbi, miegħi trabba.\"", "L-eqdem presepju f'Malta kien inħadem fil-kunvent tal-patrijiet Dumnikani fir-Rabat fl-1617.", "Fil-monasteru tas-sorijiet Benedittini fl-Imdina għadna nistgħu naraw presepju li sar fl-1826.", "F'dan l-istess żmien inħadem l-ewwel presepju mekkanizzat f'Malta.", "Sar minn Antonio Muscat Fenech f'Ħal Qormi, u kien jitħaddem bit-taqtir tal-ilma.", "L-istil tal-presepju Malti ori[ina mill-istil Sqalli iżda matul iż-żmien inbidel.", "Fil-bidu l-pasturi kienu tat-tafal u mlibbsin id-drapp waqt li l-presepju nnifsu kien tal-gagazza jew tal-ġebel.", "Illum jintużaw pasturi magħmulin mill-plastik u huma artistiċi ħafna.", "Il-presepji magħmulin bil-karta pesta huma tant realistiċi u apprezzati.", "Fi żmien l-Ingliżi, il-presepji minbarra l-kartapesta bdiet tintuża il-gagazza, faħam maħruq u materjal ieħor.", "Il-pasturi, minbarra l-Bambin, Marija u San Ġużepp kien ikun hemm ħafna oħrajn li jirrappreżentaw il-ħajja Maltija speċjalment tal-irħula.", "Fost il-persunaġġi kienu jdaħħlu: l-għannej, in-nissieġ, il-bidwi, taż-żaqq, tat-tanbur, taż-żavżava, is-sajjied, l-imgħaġġeb, tal-forn, ir-rieqed u oħrajn mill-ħajja maltija.", "F'dak iż-żmien daħlu pasturi magħmula mit-tafal u anke tax-xemgħa; f'dawn l-aħħar snin daħlu tal-plastika u materjal ieħor.", "Bħala devot kbir tal-Misteru tal-Inkarnazzjoni Dun Ġorġ Preca kellu mħabba kbira lejn il-presepju.", "Kull Milied huwa kien jarma f'kamartu presepju mdaqqas biex jimmedita quddiemu.", "Dun Ġorġ anki ried li, permezz tat-tfal li jattendu l-Oqsma tal-Museum, idaħħal id-drawwa tal-Presepju fost ħafna familji Maltin għax kien irid li s-soċji tiegħu jagħtu lit-tfal kollha qrib il-Milied presepju jew grotta bil-Bambin.", "Illum il-presepju huwa tant popolari f'Malta li anke jsiru kompetizzjonijiet għall-isbaħ presepji.", "L-Għaqda ħbieb tal-Presepju tara li din id-drawwa tal-presepju tkompli tfakkarna fit-twelid ta' Ġesù.", "Din id-drawwa bdiet fis-seklu 19.", "Fl-1883 it-tfajjel, Ġorġ Sapiano, kien għamel il-prietka tal-Milied fil-knisja parrokkjali ta' Ħal Luqa.", "Fl-imgħoddi, it-tifel kien joħroġ minn wara l-altar il-maġġur jew mis-sagristija akkumpanjat minn żewġ abbatini.", "Kien isellem is-sagrament u liċ-ċelebrant u wara jitla' fuq il-pulptu.", "L-abbatini ikollhom gandlier bix-xemgħa tixgħel.", "Meta jitla' fuq il-pulptu minn wara jitla' min għallem il-priedka u joqgħod fuq it-tarag biex jekk dan it-tifel jinsa xi ħaġa jgħidilu fil-pront.", "Meta t-tifel jasal fuq il-pulptu jsellem lil dawk preżenti u jibda bil-kliem b'ilsien Latin.", "Dejjem l-istess frażi: Annuntio Vobis Gaudium Magnun, li tfisser 'Se nagħtikom aħbar ta' ferħ kbir.'", "Ix-xjuħ tal-lokalità kienu jkunu fuq ix-xwiek biex jisimgħu din il-priedka.", "Anke l-familjari tat-tifel ikollhom ċertu ħerqa għal din il-priedka.", "Bħal dejjem in-nies preżenti mat-tmiem tal-priedka jkollhom kliem ta' tifħir bħal 'prosit', 'kemm kellu jistudja miskin!', 'Alla jbierek ftakar kollox', 'kemm kien ħelu'.", "Iżda l-aktar ħaġa li jgħidu hi 'prosit'.", "Is-skiet jispiċċa u għal ftit in-nies tkun trid qisu waqfa mill-quddiesa biex tgħid kelma.", "Hemm drawwa, għall inqas f'ċertu parroċċi, li wara l-priedka u l-quddiesa ta' nofs il-lejl it-tifel jissejjaħ mill-kappillan u jiġi mogħti rigal speċjali.", "Nhar il-Milied filgħodu, ħafna Maltin bħal miljuni oħra madwar id-dinja, isegwu l-Barka Urbi et Orbi li l-Papa jagħti lin-nazzjonijiet kollha.", "Din il-barka bdiet tiġbed iktar interess mill-Milied tal-1980 'l hawn għax minn dik is-sena l-Papa Ġwanni Pawlu II beda jagħti l-awguri tiegħu ukoll bl-ilsien Malti.", "L-istazzjonijiet televiżivi ewlenin Maltin kollha jxandru dirett it-trażmissjoni tal-Barka minn Pjazza San Pietru fil-Vatikan.", "Għall-Milied, il-familji Maltin jinġabru u jippreparaw ikel ftit jew wisq differenti mis-soltu.", "Qabel, kien ikun hemm l-imqarrun il-forn, il-pastizzi u l-qassatat u l-qagħaq tal-għasel.", "Popolari kienu ukoll il-qastan, l-imbuljuta (xarba magħmula mill-qastan), u l-ixkumvat (qisu spagetti moqli u miksi biz-zokkor).", "Illum l-iktar ikla popolari tal-Milied hija d-dundjan jew serduk il-forn u l-pudina tal-Milied.", "Ix-xarba tal-imbuljuta tista' tgħid li hi xarba Maltija.", "Din kienet l-aktar tiġi offruta wara l-quddies ta' nofs il-lejl, fejn il-familji kienu jirritornaw id-dar wara l-quddies u f'dak il-lelj ta' ksieħ kienu jissaħħnu b'kikkra imbuljuta.", "Il-kokkodina, il-qastan, l-imsiefer tal-qronfol, iz-zokk tal-kannella u l-qoxra tal-mandolina huma l-ingredjenti prinċipali.", "Għaliex m'għandniex indaħħluha aktar f'okkażjonijiet tal-Milied.", "Qegħdin jidhru bosta avviżi għal diversi attivitajiet u meta tara dak offrut, l-imbuljuta ma ssibhiex; anzi tiġi offrut xarbiet oħrajn li tradizzjonalment ssibhom f'pajjiżi oħrajn.", "L-ewwel presepju kien presepju ħaj.", "L-idea ġiet lil San Franġisk t'Assisi li ried iqajjem aktar id-devozzjoni lejn Ġesu' mwieled tarbija u jfakkar lin-nies il-ġrajja tal-ewwel Milied.", "Dan għamlu fir-raħal ckejken ta' Greccio fl-1223.", "Sab stalla u ppreparaha u daħħal fiha baqra u ħmara.", "Imbagħad bdew ġejjin il-patrijiet, ikantaw bħalma kien qalilhom San Franġisk minn qabel.", "Wara ġew in-nies iġorru x-xemgħat.", "U fi ftit ħin il-bosk fejn kienu mtela dawl u kant sabiħ tal-Milied.", "Saret quddiesa sabiħa u fiha San Franġisk qralhom l-episodju tat-twelid ta' Ġesù.", "Imbagħad kellimhom fuq kif dan ir-re tar-rejiet twieled fqir u fuq kif Alla jsejħilna għall-imħabba.", "L-istorja tgħid li fil-maxtura vojta dehret tarbija tat-twelid b'mod mirakoluż, u San Franġisk refagħha u wrieha lin-nies.", "Tradizzjoni sabiħa imma li sfortunatament qiegħda tintilef hija dik tal-\"Piferari\" li jinżlu mill-għoljiet tal-Abruzzo u Lazjo jdoqqu ċ-ċirimelli fil-pjazez quddiem xi xena tal-Milied, biex iħabbru li żmien il-ferħ qiegħed fil-qrib.", "Kejk tradizzjonali tal-Milied Taljan huwa l-Panettone, kejk ħafif mimli frott u sultana.", "Dan it-tip ta' ħobż ħelu b'forma ta' koppla, b'għoli ta' madwar 15cm u ġeneralment ikun jiżen kilo' oriġina f'Milan (bid-djalett Milanese jissejjaħ panaton) u huwa wieħed mis-simboli ta' din il-belt.", "Kmieni fis-seklu 20, żewġ furnara minn Milan bdew jipproduċu l-panettone fi kwantitajiet kbar għall-bqija tal-Italja.", "Fl-1919, Angelo Motta ġab rivoluzzjoni fil-panettone tradizzjonali billi tagħha l-forma li nafu llum kif ukoll ħalla l-għaġina togħla ghal tliet darbiet, jew kważi 20 siegħa, qabel ma dan jiġi msajjar.", "Il-Pandoro (pan d'oro) huwa ħobż ħelu, li ġej minn Verona, f'forma ta' frustum bi stilla ta' tmien ponot.", "Ħafna drabi jkollu l-icing sugar biex ikun jixbah il-qċaċet bis-silġ tal-Milied.", "Ħelu ieħor Taljan huwa t-Torrone li hu speċi ta' qubbajd artab mimli lewż, għasel u zokkor.", "\"Tu Scendi Dalle Stelle\" hija l-iktar għanja magħrufa tal-Milied li ħarġet mill-Italja.", "Hija magħrufa wkoll Malta.", "Tradizzjonalment kienet tindaqq biz-\"zampogna\", iż-żaqq jew \"bagpipe\" Taljana.", "Il-melodija u l-kliem huma ta' San Alfons Maria de Liguori, qassis Naplitan famuż, fundatur tar-Redentoristi, li kitibha fl-1744, fil-Kunvent tal-Konsolazzjoni, f'Deliceto fil-provinċja ta' Foggia fl-Italja t'Isfel.", "L-għanja tibda bil-kliem \"Ħallejt O Alla s-sema\" o oriġinarjament semmieha \"\"Quanne nascette Ninno\"\" (Meta twieldet it-tarbija).", "Hafna Finlandizi jiddeciedu li jmorru f'xi sauna lejlet il-Milied.", "Il-familji jingabru flimkien u joqoghdu jisimghu r-radju fejn tigi trażmessa 'Peace of Christmas'.", "Hafna jzuru c-cimiterji biex jittawlu lill-familjari mejtin.", "In-Norveġja huwa l-post tat-twelid taz-zokk popolari hafna matul il-Milied imsemmi 'Yule log'.", "Fl-antik kienu juzaw dan iz-zokk fic-celebrazzjoni tar-ritorn tax-xemx fis-solstizju tax-xitwa.", "Il-kelma 'Yule' gejja mill-kelma Norvegiza 'hweol', li tfisser 'rota'.", "In-Norvegizi kienu jemmnu li x-xemx kienet rota kbira ta' nar li kienet iddur lejn u 'l boghod mid-dinja.", "Qatt hsibt ghalfejn il-fireplace jidher hafna bhala c-centru ta' xi xena tal-Milied?", "Din it-tradizzjoni tmur lura ghall-Yule log Norvegiz.", "Probabbilment huwa responsabbli ukoll ghall-popolarità tal-gobon, kejkijiet, u dezerti forma ta' zokk matul dawn il-festi.", "Id-dekorazzjonijiet mas-siġar magħrufa bħala 'evergreen' minn dejjem kienu parti mit-tradizzjoni tas-solstizju tax-xitwa fil-Ġermanja.", "Is-siġar tal-Milied li ssib imżejnin f'dan iż-żmien tas-sena jvarjaw minn siġar tal-prinjol fil-pajjiżi tas-silġ sa siġar tal-palm fil-pajjiżi tas-sħana.", "Din it-tradizzjoni bdiet ħafna sekli ilu fil-Ġermanja.", "Is-siġra tal-Milied hi waħda mill-aktar drawwiet popolari tal-Milied.", "Illum, fl-Istati Uniti biss, kull sena jinxtraw u jiżżejnu bejn 35 u 40 miljun sigra hajja.", "Fil-Ġermanja, fit-tmien seklu wara Kristu, proprju lejlet il-Milied, il-patri missjunarju Ingliż San Bonifaċju sejjaħ madwaru lil dawk in-nies li kienu tgħammdu u kkonvertew.", "Talabhom biex f'din il-ġurnata speċjali, lejlet it-twelid ta' Ġesu', jaqtgħu is-siġra kbira tal-ballut li qabel taħtha kienu jagħmlu s-sagrifiċċji umani lill-allat foloz.", "Dan kellhom jagħmluh biex juru kemm vera saru jemmnu f'Ġesu'.", "Waqt li s-siġra kienet nieżla, inqasmet f'erbgħa biċċiet u f'nofsha dehret tikber siġra żgħira tal-prinjol.", "San Bonifaċju ħajjarhom jieħdu dik is-siġra bħala simbolu tat-twemmin ġdid tagħhom għax kienet siġra li tipponta 'l fuq lejn is-sema u għax tħaddar is-sena kollha, donnha simbolu tal-ħajja ta' dejjem.", "Ukoll hija simbolu tal-qawwa għaliex minkejja l-maltemp u l-ksieħ li jaħkmu fuqha fix-xitwa, is-siġra tal-prinjol tibqa' tgħix u tikber.", "L-aktar taghrif storiku bikri li nsibu fuqha jmur lura ghall-1521 u jirreferi ghal sigra hajja li zzejnet (minghajr dwal) fir-regjun Germaniz ta' Alsace.", "Taghrif iehor isemmi kif fi Strasbourg fl-1605 in-nies fil-Milied qatghu sigar taz-znuber u zejnuhom b'ward tal-karti, tuffieh, ostji u helu.", "L-ewwel referenza ghal sigra tal-Milied imzejna bid-dawl tax-xemgha nsibuha fis-seklu 17.", "Minn nofs is-seklu 17 'il quddiem, is-sigra tal-Milied ziedet fil-popolarità bil-mod il-mod.", "Izda kien fil-bidu tas-seklu 19 li mill-Germanja nfirxet lejn pajjizi ohra.", "Hu mahsub li s-sigra tal-Milied giet introdotta fi Franza fl-1837, meta l-Principessa Helen ta' Mecklenburg hadet wahda f'Parigi wara li zzewget lid-Duka ta' Orleans.", "Fl-Ingilterra l-ewwel sigra fegget fl-1841, meta l-Princep Albert, ir-ragel tar-regina Vittorja, zejjen wahda fil-Kastell ta' Windsor.", "Kien f'dan iz-zmien li s-sigra dahlet ukoll f'Malta, li kienet kolonja Ingliza.", "Izda minn fejn giet l-idea li sigra tissimbolizza t-tifsira tal-Milied?", "Is-sigar li jhaddru matul is-sena kollha ilhom jissimbolizzaw it-twelid mill-gdid minn zminijiet imbieghda.", "F'diversi kulturi dawn is-sigar fid-djar, specjalment fi zmien is-solstizju tax-xitwa, kienu simbolu tal-hajja.", "Aktar tard, fiz-Zminijiet tan-Nofs, fl-Ewropa kienu jsiru recti fil-berah u fil-knejjes li wahda minnhom kienet dwar Adam u Eva, id-dnub li ghamlu u t-tkeccija taghhom mill-Gnien ta' l-Eden.", "F'din ir-recta l-uniku oggett fuq il-palk kienet sigra taz-znuber imzejna bit-tuffieh.", "Fis-seklu 15 il-Knisja pprojbiet dawn ir-recti izda n-nies tant kienu dwar is-sigra li bdew ipoggu wahda fid-dar taghhom fl-24 ta' Dicembru – il-jum li jfakkar lil Adam u Eva fil-Knisja tal-Lvant.", "Jidher li s-sigra tal-Milied li nuzaw illum gejja minn din id-drawwa.", "Is-sigra li kienet tfakkar lil Adam u Eva kienet tissimbolizza kemm sigra tad-dnub kif ukoll sigra tal-hajja.", "Ghal din ir-raguni, in-nies kienu jzejnuha bit-tuffieh, bhala sinjal tal-frott tad-dnub, u bl-ostji, bhala sinjal tal-hajja.", "Aktar tard zdied il-helu bhala tizjin fuq is-sigra.", "Kien fl-1848 li l-ewwel gazzetta Amerikana uriet stampa tas-sigra tal-Milied u t-tradizzjoni griet kwazi f'kull dar fi zmien ftit snin.", "Fost l-aktar għanjiet popolari Ġermaniżi nsibu 'O Lejl tas-Skiet', bil-Ġermaniż \"Stille Nacht, heilige Nacht\".", "Din l-għanja nkitbet l-ewwel f'forma ta' poeżija minn Joseph Mohr, fl-1816.", "Joseph kien saċerdot fil-knisja ta' Obendorf fl-Awstrija.", "Lejlet il-Milied, l-24 ta' Diċembru ta' l-1818, Joseph ta din il-poeżija lill-ħabib tiegħu Franz Gruber, li kien l-organista tal-istess knisja u surmast ta' skola, biex jikkomponi l-mużika.", "Franz kiteb il-mużika għaliha fi ftit ħin u laħaq lestieha biex tindaqq u titkanta fil-quddiesa ta' nofs il-lejl dakinhar stess.", "Dan il-kejk jaf il-bidu tiegħu fl-1330 fi Dresden il-Ġermanja.", "Kellhom jgħaddu 100 sena biex infirxet il-popolarità tiegħu u sar magħruf bħala \"Christ's Christmas Bread\".", "Dan kien inbiegħ fl-eqdem Suq tal-Milied fi Striezel il-Ġermanja, fejn għadek issibu sal-lum fis-swieq kollha tal-Milied fil-Ġermanja.", "Fl-1560 kienu ġew ppreżentati żewġ kejkijiet Stollen lis-Sindku b'piż rekord ta' 18-il kilo.", "Però dan ir-rekord inkiser minn August the Powerful fejn fl-1730 ordna Stollen ta' 1.8 tunellata għal okkażjoni ta' 24,000 persuna.", "Fis-17-il seklu kien diffiċli li tagħmel dan il-kejk għar-raġuni li l-Knisja Kattolika ibbanjat l-użu tal-ħalib u butir fil-kejkijiet.", "Kienu l-aħwa Kurfurst li fl-1647 bagħtu petizzjoni lill-Papa biex jikkonsidra din id-direttiva.", "Mal-petizzjoni, l-Papa rċieva wkoll kejk Stollen bħala kumplament u t-talba intlaqgħet bil-kundizzjoni li titħallas taxxa lill-Knisja mill-bejgħ ta' dan il-kejk.", "L-oriġinalità tiegħu tibqa' fi Dresden u hemm biss 150 dulċier liċenzjati biex jipproduċuh.", "Il-forma oriġinarjament kienet tirrappreżenta tarbija fil-fisqija, iżda biż-żmien ipparagunaw il-forma ma' mina ta' miniera u kienu l-istess ħaddiema li tawh l-isem Stollen.", "L-ewwel kartolina tal-Milied li qatt saret kien iddisinjaha l-pittur Ingliż magħruf John Callcott Horsley.", "Kien Sir Henry Cole li talbu jiddisinjalu kartolina f'Diċembru ta' l-1843.", "Dak iż-żmien minflok kartolini kienu jibagħtu ittri twal bl-awguri tal-Milied.", "Iżda Sir Henry ma tantx kellu ċans joqgħod jikteb fit-tul minħabba x-xogħol importanti li kellu ta' direttur.", "Għalhekk talab lil Horsley joħloq kartolina b'messaġġ sempliċi fuqha.", "Dan pinġa familja qiegħda tiekol l-ikla tal-Milied flimkien u s-sentenza sempliċi: 'A Merry Christmas and a Happy New Year to You'.", "L-idea ntgħoġbot.", "Bdew jistampaw bħalha fuq kartun 12.6 ċentimetri tul bi 8 ċentimetri wisa'.", "Il-kuluri kienu jinżebgħu bl-idejn.", "Dan kien fl-1843.", "Sa sitt snin wara, fl-1850, il-proċess tal-istampar kien tant żviluppa li dawn il-kartolini setgħu jiġu stampati bl-irħis u bil-kulur, u saru popolari ħafna.", "Wara biss erbgħin sena li nħolqot l-ewwel kartolina tal-Milied, fl-Ingilterra tant kienu qed jibagħtu kartolini li fl-1880 il-posta Ingliża ħarġet għall-ewwel darba l-avviż: 'Post early for Christmas'.", "Matul l-istess zmien, bdew isiru kartolini simili minn R.H. Pease, l-ewwel Amerikan li beda jaghmel il-kartolini, fl-Albanija, New York, u Louis Prang, Germaniz li emigra lejn l-Amerika fl-1850.", "It-Tewtoniċi u ċ-Ċeltiċi kienu jqisu l-viskju bħala pjanta b'qawwiet maġiċi, bħala kura għall-feriti u għall-fertilità.", "Iċ-Ċeltiċi kienu jdendlu l-viskju fid-djar tagħhom għax-xorti tajba u biex ikeċċu l-ispirti ħżiena.", "Matul il-ġranet tal-Milied fl-era Vittorjana, l-Ingliżi kienu jdendlu z-zkuk tal-viskju mis-saqaf għal isfel u fl-entraturi.", "Tnejn min-nies li jinzertaw taħt il-viskju, riedu jbusu lil xulxin, imġiba mhux daqstant komuni fis-soċjetà Vittorjana.", "Din it-tradizzjoni jista' jkun għandha oriġini Skandinava.", "Il-pudina tal-Milied hija ikla tradizzjonali Ingliża li tmur lura ghall-Medju Evu.", "Id-dqiq, iz-zokkor, iż-żbib, il-lewż, xaħam u l-ħwawar jitpoġġew f'biċċa drapp u jitgħallew sakemm l-ingredjenti jintefħu ħafna, u jikbru tant li jimlew id-drapp.", "Imbagħad tinfetaħ, u tiġi mqatta' bħal kejk, bil-krema fil-wiċċ.Fil-Medjuevu din kienet magħrufa bħala mince pie u tisserva bħala ikla magħmula mil-laħam tat-tjur u fniek.", "Wara bdiet tiġi magħmula minn ingredjenti imqatta' (minced), fosthom tuffieħ, ċirasa, qxur tal-larinġ u l-lumi, passolina, sultana, pruna, xorb u zokkor.", "Fl-1664 il-Puritani kienu jikkundannaw lil dawk il-Kattoliċi meta jieklu din il-pudina, ghax kienu jqisuha bħala deżerta rikka u tqanqallek xewqa sesswali.", "Huwa rakkomandat li l-ingredjenti jitħallew jimmarinaw fil-brandy jew cider għal żmien twil biex toħroġ aktar it-togħma.", "Pudina li tissajjar 'steamed', tieħu madwar tmien sigħat biex issir.Użanzi antiki kienu jiġu applikati billi l-pudina jkollha 13-il ingredjent li jirrappreżentaw lil Ġesù t-12-il appostlu.", "Kull membru tal-familja għandu, b'imgħarfa tal-injam, iħawwad l-ingredjenti fl-iskutella fid-direzzjoni mil-lvant għall-Punent li tirrappreżenta t-triq li ħadu t-Tliet Slaten Maġi sa ma waslu fl-għar ta' Betlem.", "Titbexxex bil-brandy u tingħata n-nar biex tfakkarna fil-passjoni ta' Ġesù u l-holly fuq il-pudina tirrappreżenta l-kuruna tax-xewk.", "Jitpoġġew ukoll munita mat-taħlita għal xorti tajba.", "Dik il-persuna li tinzertalha l-munita fil-porzjon tagħha tgawdi saħħa, kuntentizza u gwadann ta' flus.", "L-akbar pudina li qatt issajret kienet tiżen 7,231 libbra magħmula f'Lancashire l-Ingilterra f'Lulju 1992.", "Il-Kejk tal-Milied (Christmas Cake) hu tip ta' kejk tal-frott li nsibu l-oriġini tiegħu fl-Ingilterra u bħal ikel u ħelu ieħor, maż-żmien ġie introdott fl-Irlanda, l-Iskozja, il-pajjiżi kollha tal-Commonwealth fosthom Malta, kif ukoll fil-Ġappun u l-Filippini.", "Dan il-kejk jista' jkun ċar, skur jew morbidu skont l-ingredjenti u l-metodu, forma baxxa, għolja, kwadra, tonda jew ovali, jinkesa bil-marzipan u ġelu u ddekorat b'disinji u simboli konnessi mal-Milied.", "Wieħed mill-favoriti fost il-ħafna hemm dak tradizzjonalment Skoċċiż magħruf bħala Whisky Dundee.", "L-isem ngħata proprju għall-belt ta' Dundee fejn oriġina u m'għandux jonqos li fost l-ingredjenti hemm il-whisky.", "Dan il-kejk hu morbidu u bi ftit passolina, żbib, sultana u ċirasa.", "Hu ideali għal dawk li ma jħobbux kejk bi kwantità ta' frott.", "Anke fit-taħlita tal-kejk kienu okkażjonalment jitpoġġew muniti bħal pudina tal-Milied.", "Ġeneralment kienu muniti ta' tliet soldi tal-fidda jew sikxpens.", "Fil-Ġappun, dan il-kejk jittiekel lejlet il-Milied.", "Għall-kuntrarju dan jikkonsisti fi sponge kejk bil-whipped cream u dekorat bil-frawli u ċikkulata.", "Fil-Filippini, il-kejk tal-Milied huma sofor minħabba l-ingredjenti wżati miżjudin bil-lewż.", "Il-kejk jixxarrab bil-brandy jew rum flimkien mal-ġulep taz-zokkor.", "Jista' jintuża wkoll xi liquor.", "Dan il-kejk jibqa' frisk u jkun jista' jittiekel wara xhur.", "Il-\"Carol singing\" nistgħu ngħidu li beda fl-Ingilterra.", "Il-mużiċisti kienu joqogħdu jduru minn raħal għal ieħor u jżuru l-kastelli u d-djar tas-sinjuri.", "Bħala ringrazzjament huma kienu jistennew li jingħataw il-flus jew ikla sħuna.", "Fost l-iktar għanjiet Ingliżi magħrufin insibu \"Away in a manger, Deck the Halls, Ding Dong Merrily on High, The First Nowell, God rest ye Merry Gentleman, Good King Wenceslas, Hark the Herald Angels Sing, Jingle Bells, Joy to the World,\" u \"The Little Drummer Boy\".", "Fl-Istati Uniti u fl-Ingilterra, it-tfal idendlu l-kalzetta mas-sodda jew vicin il-fireplace lejlet il-Milied, u jistennew li timtela bil-helu filwaqt li jkunu reqdin.", "Fl-Iskandinavja, it-tfal ihallu z-zarbuna fuq il-fireplace bl-istess hsieb.", "Din it-tradizzjoni tmur lura ghal-leggendi fuq San Nikola.", "Wahda mil-leggendi tirrakonta l-istorja fuq tlett ibniet foqra li ma setghux jizzewgu ghaliex ma kellhomx flus.", "Biex ma jigux mibjugha minn missierhom, San Nikola halla l-muniti tad-deheb lil kull wahda minnhom.", "Wahda mill-muniti nizlet mic-cumnija ghal go zarbuna ta' wahda minnhom.", "Ohra giet f'tieqa u go par kalzetti li kienu mdendla vi- cin in-nar biex jinxfu.", "Fi Franza, il-Milied jissejjah 'Noel'.", "Din il-kelma gejja mill-frazi Franciza \"les bonnes nouvelles\", li tfisser 'l-ahbar it-tajba'.", "Popolari ħafna fi Franza dan il-ħelu li nxtered ukoll ma' pajjiżi oħrajn.", "Magħruf bħala Buche de Noel jirrappreżenta zokk ta' siġra fejn fl-imgħoddi kienu jinħarqu zkuk kbar tas-siġar fil-lejl tal-Milied li kienu jirrappreżentaw il-komfort tas-sħana u dawl – simboli tat-twelid tal-Bambin.", "Din hi deżerta tradizzjonali għall-Milied.", "Magħmula minn sponge safrani forma ta' zokk ta' siġra u hemm bosta varjazzjonijiet ta' għamla u dekorazzjoni.", "Miksija biċ-ċikkulata u l-istess kisi mibrux b'furketta ħalli jagħti d-dehra tal-qoxra taz-zokk.", "Imferrex ukoll fuqha icing sugar għad-dehra tas-snow u anke ċirasa.", "Fil-Greċja, ħafna jemmnu fil-\"kallikantzeri\", \"goblins\" (ħlejjaq ċkejknin tal-ħrejjef) li suppost jikkawżaw il-ħsara matul it-12-il ġurnata ta' qabel il-Milied.", "Hawnhekk normalment ir-rigali jingħataw fl-ewwel tas-sena.", "Fl-Awstralja, din il-festa tigi f'nofs is-sajf u hafna drabi t-temperatura f'certi partijiet fl-Awstralja titla' ghal aktar minn 100 °F f'jum il-Milied.", "Matul dan l-istagun shun u xemxi fl-Awstralja, huwa komuni hafna li n-nies imorru l-bahar u jaghmlu l-barbikjus.", "Ic-celebrazzjonijiet tradizzjonali f'jum il-Milied jinkludu festi tal-familja, rigali u#jew xi ikla shuna bis-serduk, majjal jew hut tal-bahar jew kif digà ghidna barbecues.", "L-Ukraini jippreparaw ikla kbira bi tnax-il platt.", "It-tifel iż-żgħir ta' kull familja joqgħod fit-tieqa jittawwal biex jara l-istilla tal-Milied, sinjal li l-festa tista' tibda.", "L-iktar għanja tal-Milied Ukraina famuża hija \"Carol of the Bells\" miktuba mill-kompożitur Ukrain Mykola Dmytrovych Leontovych, u ndaqqet għall-ewwel darba f'Diċembru 1916 minn kor studenti tal-Università ta' Kiev.", "Ħafna mit-tradizzjonijiet tal-Milied fil-Kanada huma simili ħafna ta' dawk prattikati fl-Amerika.", "Fit-tramuntana tal-pajjiż, l-Eskimos jiċċelebraw festa xitwija msejħa sinck tuck, fejn isiru diversi festini biż-żfin u jingħataw ir-rigali.", "Fil-Messiku, skulturi tal-\"paper mache\" msejħa \"pinatas\" jiġu mimlija bil-ħelu u muniti u jiġu mdendla mis-saqaf.", "Imbagħad it-tfal, wieħed wara l-ieħor jagħtu daqqa lill-pinata sakemm tinkiser, u jinżlu xebgħa ħelu u flus fl-art, u mbagħad it-tfal tarahom jinżlu jiġru fl-art biex jiġbru kemm jifilħu ħelu.", "Il-ponsjetta, li l-isem botaniku tagħha hu \"Euphorbia pulcherrima\" ġejja mill-Messiku.", "Il-kelma pulcherrima tfisser l-iżjed sabiħa.", "Din kienet pjanta importanti għall-Azteki u kienu jużawha bħala mediċinali.", "Kienet importanti wkoll fiċ-Ċili u l-Peru.", "Skont leġġenda Messikana tas-seklu 16, Pepita, kienet tifla ċkejkna Messikana, fqira ħafna tant li ma kellhiex flus biex tixtri rigal biex tieħdu l-Knisja bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tat-twelid ta' Ġesù.", "Fi triqitha lit-tifla dehrilha anġlu li talabha tiġbor ftit ħaxix selvaġġ mit-triq u tpoġġih quddiem l-altar tal-knisja.", "It-tifla hekk għamlet u f'daqqa waħda minn fost iż-żbul beda jwarrad fjur ħamrani bellusi.", "Minn dak in-nhar il-Messikani bdew isejħu lil dawn il-fjuri \"Flores de Noches Buena\" jiġifieri'Fjur tal-lejl Qaddis'.", "Fis-seklu 17 il-patrijiet Franġiskani tal-Messiku bdew jużaw dawn il-pjanti fit-tiżjin tal-Milied.", "Fl-1828, l-Ambaxxatur Amerikan għall-Messiku, Joel R. Poinsett, dilettant tal-botanika, ħa pjanta ħamra u ħadra mill-Messiku għall-Amerika.", "Minħabba li l-kuluri tagħha dehru perfetti għal din il-festa ġdida, din il-pjanta, li ssemmiet ponsjetta għal Poinsett, bdiet tidher fis-serer mis-snin 1830.", "Fl-1870, il-ħwienet fi New York bdew ibigħuhom ukoll matul il-Milied.", "Sas-sena 1900, saru simbolu universali ta' din il-festa.Il-popolarità ta' din il-pjanta kompliet tikber tant li fl-Istati Uniti biż-żmien ħolqulha wkoll jum nazzjonali – it-12 ta' Diċembru, jum il-mewt ta' Poinsett.", "L-aktar ikla tradizzjonali u komuni tibqa' dik tad-dundjan mimli u msajjar fil-forn, fejn hawn pajjiżi li jsajjruh biss għal żmien il-Milied.", "Ħelu li wkoll issibu mxerred f'bosta pajjiżi hu l-kejk tal-Milied, il-Pudina tal-Milied u l-gallettini tal-ġinġer.", "Apparti t-tip ta' xorb li wieħed jikkonsma kuljum matul is-sena, huwa l-inbid sħun (mulled wine) li jikkomplimenta ħafna għal dan iż-żmien ta' kesħa.", "l-aktar ikla popolari għal żmien il-Milied hu d-dundjan il-forn.", "Filwaqt li dan id-dixx jissajjar f'bosta pajjiżi madwar id-dinja, dan jaf il-bidu tiegħu fl-Amerika.", "Kien meqjus bħala tajra selvaġġa u tgħix fil-konfini bejn l-Amerika u l-Messiku.", "Biż-żmien dan l-ispeċi ħa post il-wizz, li kien dixx popolari ħafna fl-Amerika.", "Id-dundjan jissajjar fil-forn u bħal tjur oħrajn id-dundjan kien u għadu jimtela b'bosta ikel ieħor bħal ħobż, ħwawar, ċanga mqatta', qastan, qara bagħli eċċ. Kien fl-1523 meta din it-tajra waslet fl-Ewropa, proprju fi Spanja minn xi vjaġġaturi.", "Minn hemm imbagħad dan id-dixx specjali tal-Milied inxtered ma' bosta pajjiżi oħrajn Ewropej u l-ikla tad-dundjan hi sinonima mal-ikliet tal-Milied.", "Hemm pajjiżi fejn iżommu t-tradizzjonijiet tagħhom.", "Eżempju żgħir hu l-Portugall.", "Dan il-pajjiż hu rinomat għall-platti varji fir-riċetti tal-bakkaljaw.", "Fil-fatt jgħidu li għandhom 365 riċetti – waħda kuljum għal matul is-sena.", "Però dik ta' Leljet il-Milied tissajjar biss f'dak il-jum.", "L-Iżvezja għandhom is-Smorgasbord li tikkonsisti f'ikla buffet b'varjazzjoni kbira ta' ikel.", "Fi Franza nsibu varjazzjoni ta' ikliet għal żmien il-Milied, jiddependi mir-reġjun.", "Però l-aktar popolari hi dik fir-reġjun Ile de France fejn tinsab Pariġi, li tikkonsisti fi platti rikki ta' frott tal-baħar.", "Spanja wkoll għandha t-tradizzjonijiet tagħha billi f'lejlet il-Milied, wara l-quddies ta' filgħaxija (mhux bħal tagħna f'nofs il-lejl) jiċċelebraw 'l hekk magħruf bħala La Noche Buena.", "Ikla abbondanti b'ikel varjat bejn il-familji miġburin flimkien.", "Din l-użanza ssir f'pajjiżi oħrajn fosthom Kuba, il-Filippini u l-Amerika Latina.", "Il-gallettini u kejkijiet żgħar huma sinonimi għal żmien il-Milied, speċjalment fl-Ewropa minn fejn oriġinaw.", "Bdiewa Neolitiċi kienu jagħmlu speċi billi jaħmu l-qamħ eluf ta' snin ilu.", "Però kien żmien il-medjuevu li dawn il-prodotti ħadu spinta.", "Kienu l-Olandiżi minn tal-ewwel u fil-fatt il-kelma cookies ġejja mill-kelma Olandiza Koekje – kejk żgħir.", "Fil-bidu tas-16-il seklu saru popolari u kont issibhom ma' kullimkien b'diversi riċetti, għamliet, forom u qisien.", "Dawn il-gallettini ċatti kienu jintużaw mit-tfal billi jpoġġu ammont żgħir fuq it-tieqa għall-Christmas Father biex jikolhom waqt il-vjaġġi tiegħu matul il-lejl.", "Dawn imqarbin kellhom skop biex \"jirrikattaw\" lill-Christmas Father biex iħallilhom il-ġugarelli u dawk bil-għaqal kienu juru l-apprezzament tagħhom għar-rigali li kien iħallilhom il-Christmas Father.", "Insibu wkoll il-famużi gingerbread li dawn ukoll huma ta' kull għamla u daqs u li tfaċċaw fiċ-ċentru tal-Ewropa fil-Medjuevu.", "Però kien fid-19-il seklu li dan il-prodott ġie assoċjat bħala ħelu għal żmien il-Milied.", "Fil-bidu kienu l-patrijiet li kienu jipproduċuhom, iżda fis-17-il seklu tħajjru id-dolċiera, fejn speċjalizzaw aktar fihom.", "L-aktar li speċjalizzaw fihom kienu l-Ġermaniżi fil-belt ta' Nuremberg.", "Issibhom is-sena kollha, iżda d-domanda fenomenali għalihom issir fi żmien il-Milied.", "Il-forom u daqs ivarjaw, però l-aktar popolari hu l-Gingerbread Man.", "Din il-gallettina tkun dekorata b'diversi modi iżda barra l-wiċċ ikollha wkoll is-sidrija bil-buttuni u ċ-ċoff.", "Takkumpanjah hemm il-figura ta' Mara bl-istess dehriet u bil-fardal.", "Insibu wkoll mudelli ta' djar tal-ġinġer u ħelu ieħor bħala dekorazzjoni.", "Popolari ħafna mbagħad hemm dawk il-Lebkuchen li għadhom għamla ta' qalb b'messaġġ fuqha.", "Pajjiżi oħrajn jispeċjalizzaw f'dawn il-prodotti fosthom, l-Awstrija għandhom il-Keskes, iċ-Ċekoslovakkja il-Vanocni Cukrovi u r-Russi l-cookies oriġinali fl-għamla u t-Tea Cakes u fil-Polonja, l-Irlanda u l-Awstralja nsibu s-Soda Bread.", "Dawn kollha huma speċi ta' gallettini.", "Min isiefer f'pajjiżi kesħin jinnota bejjiegħa fit-toroq ibigħu il-qastan inkaljat fejn il-forn ikun forma ta' ferrovija.", "Mhux ta' b'xejn insibu id-diska tal-Milied tibda bil-kliem \"Chestnuts roasted on an open fire...\"", "Il-qastan ukoll hu prodott għal dan iż-żmien u jisserva wkoll waqt l-ikel tal-Milied u anke mdaħħal f'ċerti riċetti.", "Fl-Amerika nsibu l-candy stick li oriġina f'Indiana fl-1900 u kien proprju minn dakinhar li l-istick bdiet tingħata l-forma mgħawwġa min-naħa waħda u fi tliet kuluri: l-abjad, l-aħmar u l-aħdar.", "Jingħad li dan il-ħelu jissimbolizza l-bastun ta' ragħaj u għaldaqstant attribwit lil Ġesù bħala r-ragħaj tagħna.", "Dan il-ħelu jingħata lit-tfal żgħar biex joqogħdu kwieti waqt il-funzjonijiet tal-Milied fil-knejjes.", "Ma' dawn ukoll insibu Lollipops b'forom sinonimi mal-Milied.", "Albaniż - Gezuar Krishtlinjden", "Bask - Zorionak eta Urte Berri On", "Bulgaru - Tchestita Koleda; Tchestito Rojdestvo Hristovo", "Ċiniż - Gun Tso Sun Tan'Gung Haw Sun", "Ċek - Prejeme Vam Vesele Vanoce a stastny Novy Rok", "Daniż - Glredelig Jul", "Finlandiż - Hyvaajoulua", "Franċiż - Joyeux Noel", "Ġermaniż - Froehliche Weihnachten", "Grieg - Kala Christouyenna", "Għarbi - Idah Saidan Wa Sanah Jadidah", "Ingliż - Merry Christmas", "Katalan - Bon Nadal i un Bon Any Nou", "Kroat - Sretan Bozic", "Lhudi - Mo'adim Lesimkha.", "Chena tova", "Malti - Il-Milied it-Tajjeb", "Olandiż - Vrolijk Kerstfeest", "Norvegiż - God Jul", "Pollakk - Wesolych Swiat Bozego Narodzenia", "Russu - Srozhdestvom Kristovym", "Spanjol - Feliz Navidad", "Svediż - God Jul", "Taljan - Buon Natale", "Tork - Noeliniz Ve Yeni Yiliniz Kutlu Olsun", "Ungeriż - Kellemes Karacsonyi unnepeket"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15844", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15844", "title": "Santa Luċija", "text": ["Santa Luċija", "Santa Luċija ( (Franċiż:\"Sainte-Lucie\") hija pajjiż gżira sovrana fil-lvant tal-Baħar Karibew fuq il-konfini mal-Oċean Atlantiku.", "Hija parti mill-Antilli Lesser, li tinsab fit-tramuntana/grigal tal-gżira ta' San Vinċenz, fil-majjistral tal-Barbados u fin-nofsinhar tal-Martinika.", "Hija tkopri żona ta' art ta' 617 km (238.23 mi kw) u għandha popolazzjoni ta' 174,000 (2010).", "Il-kapital hija Castries."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15845", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15845", "title": "Jacob Bernoulli", "text": ["Jacob Bernoulli", "Jacob Bernoulli (magħruf ukoll bħala jew Jacques) (27 Diċembru, 1654 - Awissu 16, 1705) kien wieħed mill-matematiċi prominenti ħafna fil-familja Bernoulli.", "Jacob Bernoulli twieled f'Basel, fl-Iżvizzera.", "Mexa ma' xewqet missieru u studja t-teoloġija u daħal fil-ministeru tal-knisja Kalvinista.", "Imma kontra xewqat il-ġenituri tiegħu, studja wkoll il-matematika u l-astronomija.", "Ivvjaġġa madwar l-Ewropa mill-1676 sal-1682 fejn tgħallem dwar l-aħħar skoperti fil-matematika u x-xjenzi, li fosthom kien hemm ix-xogħol ta' Robert Boyle u Robert Hooke.", "Sar jaf dwar il-kalkulu mill-korrispondenza li kellu ma' Gottfried Leibniz, u wara kkollabora ma' ħuh Johann fuq bosta applikazzjonijiet, u partikolarment ippubblika artikli dwar il-kurvi traxxendenti (1696 ) u l-isoperimetrija (1700, 1701).", "Fl-1690, Jacob Bernoulli sar l-ewwel persuna li żviluppat it-teknika għas-soluzzjoni tal-ekwazzjonijiet differenzjali separabbli.", "Meta rritorna lejn Basel fl-1682, waqqaf skola għall-matematika u x-xjenzi.", "Inħatar professur tal-matematika fl-Università ta' Basel fl-1687 u baqa' f'din il-kariga għall-bqija ta' ħajtu.", "Jacob Bernoulli huwa magħruf l-iżjed għax-xogħol \"Ars Conjectandi\" (L-Arti tal-konġettura), ippubblikat tmien snin wara mewtu fl-1713 minn neputih Nicholas.", "F'dan ix-xogħol iddeskriva r-riżultati magħrufa fit-teorija tal-probabbiltà u fl-enumerazzjoni, u spiss ipprovda provi alternattivi ta' riżultati magħrufa.", "Dan ix-xogħol jinkludi wkoll l-applikazzjoni tat-teorija tal-probabbiltà għal-logħob tal-azzard u l-introduzzjoni tiegħu għat-teorema magħrufa bħala l-liġi tan-numri kbar.", "It-termini prova ta' Bernoulli u numri ta' Bernoulli ġejjin minn dan ix-xogħol.", "Il-kratere tal-qmar Bernoulli huwa wkoll msemmi għalih flimkien ma ħuh Johann.", "Bernoulli għażel il-figura ta' spirali logaritmika u l-motto \"Eadem mutata resurgo\" (Mibdul imma l-istess, nerġa' nirxoxta\") għal-lapida tal-qabar tiegħu; però l-ispirali fuq il-lapida hi spirali Arkimedeja.", "\"[Jacques Bernoulli] kiteb li l-ispirali logaritmika tista' tintuża bħala simbolu, jew ta' fortitudni u l-kostanza fl-diffikultajiet, jew tal-ġisem uman, li wara l-bidliet kollha tiegħu, anki wara l-mewt, se jiġi restawrat eżatt u perfett' \".", "Jacob kellu tmien ulied, ħamsa bniet u tlieta subien."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15846", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15846", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2010", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2010", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2010 huwa turnew tal-futbol li ntlagħbet mit-8 sat-18 ta' Diċembru 2010 ġewwa l-Emirati Għarab Magħquda.", "Din kienet is-seba' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, organizzata mill-FIFA.", "Din il-kompetizzjoni kienet l-ewwel darba fl-istorja li tim minn barra l-Ewropa u l-Amerika t'Isfel wasal sal-finali, wara li l-Afrikani ta' TP Mazembe għelbu lis-Sud-Amerikani ta' Internacional fis-semifinali.", "Madanakollu, Mazembe naqsu li jilħqu t-tragward finali hekk kif tilfu 3–0 kontra t-Taljani ta' Inter.", "Dan kien it-tielet titlu internazzjonali għall-Inter, hekk kif rebħu żewġ titli tat-Tazza Interkontinentali, il-predeċessur tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, fl-1964 u 1965.", "Bħalma ġara fl-edizzjoni preċedenti, il-FIFA għażlet referi minn kull konfederazzjoni flimkien ma' wieħed riserva.", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\" \"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\"", "\"Assistenti:\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15849", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15849", "title": "Ewropa t'Isfel", "text": ["Ewropa t'Isfel", "L-Ewropa t'Isfel huwa sottoreġjun tal-kontinent Ewropew.", "M'hemm l-ebda definizzjoni ċara u unika għal dan it-terminu, li tista' tvarja skont fatturi ġeografiċi, kulturali, lingwistiċi u storiċi.", "Ġeneralment, hu kkunsidrat li pajjiżi bħal Spanja, il-Portugall, l-Italja u l-Greċja, u wkoll il-pajjiżi kollha Mediterranji tal-kontinent Ewropew jagħmlu parti mill-Ewropa t'Isfel.", "In-Nofsinhar ta' Franza hi inkluża fil-parti l-kbira tat-tifsiriet ta' dan it-terminu.", "Ġeografikament, l-Ewropa t'Isfel hi n-nofs l-iktar fin-Nofsinhar tal-kontinent.", "Madanakollu, din id-definizzjoni hi relattiva; fil-fatt, m'hemmx konfini ċari.", "Il-katina muntanjuża tal-Alpi tifforma konfini veri u proprji bejn l-Italja u l-kumplament tal-Ewropa, sabiex timmarka d-diviżjoni radikali bejn iż-żewġ \"Ewropi\": dik ċentrali u ta' fuq fit-Tramuntana u dik t'isfel u Mediterranja fin-Nofsinhar.", "Għall-pubblikazzjoni uffiċjali, il-Ġnus Magħquda tiġbor il-pajjiżi skont is-sottoreġjunijiet.", "Is-sottodiviżjoni tal-ONU tiġbor dawn l-istati u territorji:", "Id-definizzjoni klimatika tal-Ewropa t'Isfel hi simili għal dawk taż-żoni bil-klima Mediterranja, ikkunsidrat il-karattru tipiku tal-pajjiżi tal-Ewropa t'Isfel.", "Din iż-żona tal-Ewropa tirrapreżenta wkoll l-oriġini tal-biċċa l-kbira tat-tradizzjonijiet kulinari tal-Ewropa t'Isfel (bħaż-żejt taż-żebbuġa u l-inbid).", "Iż-żona Mediterranja toffri wkoll pajsaġġi simili, bħal żoni bl-għoljiet, ftit żoni tal-pjanura, foresti tal-arżnu u taż-żebuuġa: iż-żoni li jaqsmu din il-morfoloġija huma ż-żewġ terzi tal-Portugall, il-parti t'isfel ta' Spanja, il-kosti tan-Nofsinhar ta' Franza bil-Korsika, il-kosta tal-Kroazja, il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Montenegro, l-Albanija, il-Greċja, Ċipru u Malta.", "L-Alpi jirrapreżentaw il-fonti prinċipali ta' ilma.", "Il-pajjiżi tal-Ewropa Latina huma ħafna drabi assoċjati mal-kunċett tal-Ewropa t'Isfel, speċjalment l-Ewropa tal-Lbiċ.", "Il-Greċja u l-Balkani huma spiss assoċjati mat-terminu ta' Ewropa tax-Xlokk.", "It-territorji segwenti huma rikonoxxuti komunament bħala dawk li jiffurmaw l-Ewropa t'Isfel:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15862", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15862", "title": "Nicolaus I Bernoulli", "text": ["Nicolaus I Bernoulli", "Nicolaus I Bernoulli (Bażel, 21 ta' Ottubru 1687 - Bażel, 29 ta' Novembru 1759; imsejjaħ ukoll Nicolas jew Nikolas), kien matematiku Żvizzeru u wieħed mill-matematiċi prominenti ħafna fil-familja Bernoulli.", "Kien bin Nicolaus Bernoulli, pittur u membru tal-kunsill ta' Bażel.", "Fl-1704 ħa l-lawrja mill-Università ta' Bażel taħt is-superviżjoni ta' Jakob Bernoulli u kiseb id-dottorat fil-liġi ħames snin wara b'teżi fuq it-teorija tal-probabbiltà.", "Fl-1716 ingħata l-katedra ta' Galileo fl-Università ta' Padova, fejn ħadem fuq l-ekwazzjonijiet differenzjali u l-Ġeometrija.", "Fl-1722 irritorna lejn l-Iżvizzera u ħa l-katedra tal-Loġika fil-Università ta' Bażel.", "Ġie kien elett Fellow tar-Royal Society ta' Londra f'Marzu tal-1714. .", "Il-kontribuzzjonijiet l-aktar importanti tiegħu insibuhom fl-ittri tiegħu, l-iżjed f'dawk li kiteb lil Pierre Rémond de Montmort.", "F'dawn l-ittri, huwa introduċa b'mod partikolari l-Paradoss ta' San Pietruburgu.", "Ikkorisponda wkoll ma' Gottfried Wilhelm Leibniz u Leonhard Euler."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15863", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15863", "title": "Lingwa Oċċitanija", "text": ["Lingwa Oċċitanija", "L-Oċċitan (\"occitan\", jew \"lenga d'òc\") hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 1 miljun ruħ fi Franza, il-Kalabrja, Spanja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15874", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15874", "title": "Karin Grech", "text": ["Karin Grech", "Karin Grech (Londra, Ingilterra, 25 ta' Lulju 1962 - Malta, 28 ta' Diċembru 1977), bint il-Professur Edwin Grech u Pearl, kienet tfajla li nqatlet ta' 15-il sena, kawża ta' splużjoni li seħħet minn pakkett bomba mgeżwer f'karti tal-Milied, li ntbagħat fid-dar tal-ġenituri tagħha f'San Ġwann nhar it-28 ta' Diċembru 1977.", "Fil-preżenza ta' ħuha Kevin, li dak iż-żmien kien għad kellu għaxar snin, Karin kienet fetħet il-pakkett li kien indirizzat lil missierha, li ħasbitu xi rigal.", "Hija mietet nofs siegħa wara fl-Isptar San Luqa, kawża tal-ġrieħi li ġarrbet minħabba ħruq f'diversi partijiet ta' ġisimha.", "Fil-quddiesa tal-Funeral, l-Arċisqof Mikiel Gonzi kien sejjaħ il-qtil ta' Karin Grech \"l-ewwel att terroristiku fil-pajjiż.\"", "Karin kienet l-ewwel wild tal-Professur Edwin Grech li fl-1958 kien tela' l-Ingilterra biex jispeċjalizza fil-ġinekoloġija.", "Fl-1961, iżżewweġ f'Barth lil Pearl Theresa Bryant minn Somerset.", "Dik is-sena marru jgħixu Londra.", "Karin tgħammdet fil-Knisja Kattolika ta' St. Albans, fil-Majjistral ta' Londra, fit-12 ta' Awwissu 1962.", "In-nanniet tagħha, il-ġenituri ta' missierha, Vincent u Maria kienu l-parrini tagħha.", "Fl-1964, il-Professur mar bil-familja f'Kampala, l-Uganda, fejn damu sal-1973.", "Ta' sentejn u nofs, Karin bdiet tattendi l-Kindergarten ta' Kampala.", "Fl-1972, daħlet fi skola tal-borders sal-1974.", "Kienet tifla kreattiva u taf iddoqq sew il-pjanu.", "Fl-1971 kienet ġiet Malta u għamlet xi żmien fl-Iskola tad-Dorotej l-Imdina.", "Fl-1974, il-Professur mar bil-familja fiż-Żambja.", "F'Awwissu 1977, Karin kienet għall-vaganzi tas-sajf f'Malta mal-familja.", "F'Settembru 1977, Karin marret l-Ingilterra għax f'Jannar 1978 riedet tagħmel l-eżamijiet tal-GCE.", "Fil-15 ta' Diċembru 1977, Karin ġiet Malta għall-vaganzi tal-Milied.", "Fit-28 ta' Diċembru 1977, inqas minn tliet xhur wara li missierha beda jirrendi s-servizzi tiegħu lill-Gvern ta' Malta, wasal bil-posta fir-residenza tagħhom envelopp kbir kannella li fih kien imgeżwer pakkett b'wrapping paper tal-Milied, li għall-ħabta tan-12.30p.m., meta ġie miftuħ minn Karin, sploda peress illi kien jikkontjeni materjal splussiv fih.", "Karin, li dak iż-żmien kellha 15-il sena, sofriet ġrieħi gravi fl-isplużjoni u mietet nofs siegħa wara fl-Isptar San Luqa.", "Ħuha Kevin ukoll kien sofra ġrieħi gravi u kellu bżonn kura barra mill-pajjiż.", "Ftit qabel, il-Professur Grech kien ġie mwissi, f'daru stess u fil-prezenza tal-familja tieghu, bil-kliem \"don't forget that you have children\" — kliem li kellu jirrizulta tragikament profetiku.", "Għall-ħabta ta' Awwissu 1977, il-Professur Edwin Grech kien qiegħed għall-vaganzi f'Malta u kien qed jaħseb biex imur lura jagħti s-servizzi tiegħu fir-Renju Unit, meta f'Malta kienet għaddejja kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba, il-MAM.", "Kien il-Gvern Malti li kkuntattja lill-Professur Grech u talbu jibqa' Malta biex ikompli jagħti s-servizzi tiegħu bħala Konsulent u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa.", "Il-Professur aċċetta li jinżel Malta u jkompli bis-servizzi tiegħu sakemm tintemm it-tilwima industrijali.", "Ġara li l-kwistjoni industrijali twalet ferm u ferm aktar milli qatt kien maħsub, tant li l-Professur kien għadu f'pajjiżna meta seħħet it-traġedja fid-dar tiegħu, fit-28 ta' Diċembru, 1977.", "Minkejja li għaddew ħafna snin, il-każ għadu u mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt, l-investigazzjonijiet tal-pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin, u-Inkjesta Maġisterjali għadha miftuħa.", "Mill-2008 'l hawn, il-Pulizija kienet qiegħda tkellem grupp ta' persuni li fl-investigazzjonijiet ta' qabel, ma kinux ġew interrogati mill-Pulizija.", "Fl-2009, il-ġurnal \"It-Torċa\" irraporta li l-Pulizija Maltija tefgħet għajnejha fuq numru żgħir ħafna ta' tobba Maltin residenti fl-Ingilterra, li kienu magħrufa għar-rabtiet fil-qrib mal-Partit Nazzjonalista fiż-żmien l-istrajk tat-tobba tal-1977.", "Irraporta ukoll li kienu investigati wkoll kitbiet fil-\"British Medical Journal\" li dehru fl-1977.", "Sadanittant, fl-aħħar ta' Novembru 2010, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ordnat lill-Prim Ministru, bħala l-Kap tal-Gvern Malti, biex jagħti s-somma ta' €419,287 lill-Professur Edwin Grech u lill-familja tiegħu bħala kumpens għall-qtil politiku ta' Karin.", "Fil-kummenti tiegħu għal din l-aħbar, il-Professur Grech qal li din tiftaħlu ħafna bibien fl-investigazzjoni tiegħu biex jgħin lill-Pulizija tasal għall-qattiel jew qattiela.", "Fl-istess waqt, huwa wera diżappunt kbir għall-mod kif il-Pulizija investigat il-qtil ta' bintu.", "L-Imħallef Raymond Pace, li ppresieda l-kawża, fisser in-nuqqas tal-Gvern milli jagħti kumpens għal dawn is-snin kollha bħala trattament diskriminatorju fuq bażi politika.", "Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef għamilha ċara li d-delitt seħħ bħala konsegwenza tas-servizzi li l-Professur Grech ta lill-Gvern Malti u fisser id-deċiżjoni tal-Gvern li jirrifjuta li jagħti kumpens bħala aġir diskrimintorju.", "L-Imħallef Pace sostna li mill-provi, jirriżulta li l-Gvern ikkumpensa lil diversi persuni li spiċċaw vittmi minħabba ċirkostanzi pubbliċi għax taw servizz lill-Gvern jew minħabba li sofrew atti vjolenti, madankollu naqas milli jagħmel l-istess mal-familja Grech.", "Huwa sostna li d-delitt ta' Karin Grech kien wieħed ta' natura mediko-politika, frott tal-klima partikolari li nħolqot fil-kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba.", "Żied jgħid li d-deċiżjoni tal-Professur Grech li jaċċetta li jkompli jaqdi lill-pubbliku bis-servizzi mediċi tiegħu kienet suġġett ta' tensjoni kbira għalih u għall-familja tiegħu.", "Iżda l-Gvern ħabbar, ftit tal-jiem wara, li se jappella minn din is-sentenza.", "Minkejja li qal li se jaċċetta li jħallas il-kumpens, qal li ma jaqbilx mal-Qorti li dan kien każ politiku għax id-delitt għadu mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt.", "Nhar il-11 ta' April 2011, il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet l-appell imressaq mill-Gvern u kkonfermat is-sentenza li kienet tat il-Qorti Ċivili li l-qtil ta' Karin Grech, li seħħ fit-28 ta' Diċembru, 1977 kellu motivazzjonijiet mediċi-politiċi.", "Għalkemm il-Gvern kien ikkontesta d-dikjarazzjoni li għamlet il-Qorti huwa ħallas il-kumpens lill-ġenituri ta' Karin Grech.", "Għaldaqstant, la darba huwa aċċetta, u fil-fatt ħallas il-kumpens, skont il-Qorti Kostituzzjonali, dan ifisser li l-Gvern aċċetta d-dikjarazzjoni li wasslet għall-ordni tal-kumpens u għalhekk ma jistax jikkontesta iktar id-dikjarazzjoni li ngħatat.", "Nhar is-17 ta' Novembru 2017, xahar waral-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, il-familja ta' Karin Grech, ressqet protest ġudizzjarju fejn qed iżomm lill-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u d-Direttur Ġenerali tal-Qrati responsabbli għall-għibien ta' evidenza meqjusa bħala kruċjali.", "Il-Protest ikompli l-persuni msemmija huma responsabbli tan-nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni, iktar u iktar meta dan l-aħħar saru jafu li biċċiet mill-envelope li kellu traċċi tal-isplussiv, apparentement għebu mill-kustodja tal-Qrati.", "Il-familja Grech qalet li din l-evidenza setgħet tixħet dawl fuq ir-reat grazzi għal teknoloġiji u żviluppi ġodda fix-xjenza forensika f'dawn l-aħħar 40 sena.", "Iżda ġimgħa wara, il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u d-Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja sostnew li mhux vera ntilfet xi evidenza ewlenija mill-każ tal-assassinju ta' Karin Grech.", "Huma argumentaw bi tweġiba lill-Qorti li s-suspetti huma infondati.", "Żiedu jgħidu li minn investigazzjonijiet li saru, dawn id-dokumenti għadhom fil-pussess tal-Maġistrat Inkwirenti.", "Paul Chetcuti Caruana, tabib u Membru Parlamentari Laburista bejn l-1976 u l-1981, kien irċieva bil-posta bomba li ma ħaditx fl-istess jum u ħin li pakkett simili kien impustat lit-Tabib Edwin Grech u li kienet qatlet lil bintu Karin.", "Bdew jinxterdu xnigħat li għax ma ħaditx il-bomba li kien irċieva Chetcuti Caruana, kien hu li għamel il-bomba li qatlet lil Karin Grech.", "F'intervista li ta fl-2007, Chetcuti Caruana meta mistoqsi jafx min qatel lil Karin Grech wieġeb: \"Fid-Depot naħseb jafu min hu u naħseb anki f'Tal-Pietà jafu min hu.\"", "Qal li skond ma qalulu l-esperti l-bomba tiegħu ma ħaditx għax kien hemm xi molol imsaddin, u stqarr li hu kien se jkun \"vittma ta' frame-up mill-Pulizija\" fuq dan il-każ, u akkuża lill-esperti ta' Scotland Yard li għenu fl-investigazzjonijiet li kienu \"kważi viċin li jkomplu bil-frame-up.\"", "Qal li fl-1991 kien hemm tentattiv li jerġa' jsir frame-up fuqu meta programm televiżiv kien reġa' qabad il-każ u kien wassal biex il-Pulizija televa l-marki tal-pala ta' idejn it-tabib biex tqabbilhom ma' dawk elevati minn fuq il-karti li kienu mgeżwra l-pakketti splussivi li ntbagħtu fl-1978, iżda spjega li kollox kien reġa' waqa' fil-muta wara li l-marki tal-id la qablu ma' tiegħu u lanqas ma' ta' Reginald Cini li kien jgħix fl-Awstralja.", "Fil-Parlament, nhar id-19 ta' Ġunju 1985, il-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami meta kien qiegħed iwieġeb għall-intervent tal-Ministru Laburista Alex Sciberras Trigona, kien qal: \"Ngħidlek xi darba dwar Karin Grech, meta nkunu aħna fil-Gvern ngħidlek min, tikkonfondix.", "Nagħmlu l-investigazzjonijiet bis-serjetà u ngħidlek, mela le!\"", "Wara l-bidla fil-Gvern fl-1987, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ta struzzjonijiet lill-Pulizija biex jagħtu prijorità lil numru ta' każijiet fosthom il-każ ta' Karin Grech, iżda tul is-snin qatt ma tressaq ħadd il-qorti fuq il-każ.", "F'intervista li Fenech Adami ta fl-2010 huwa qal li hu kien għamel dak kollu possibbli biex il-każ ikun solvut.", "Fl-2009, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li \"l-qtil ta' Karin Grech u l-qtil ta' Raymond Caruana, kienu delitti li saru minħabba intolleranza politika.", "Din l-intolleranza hija marda kiefra li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jibqa' jikkumbatti.", "Lil hinn mill-politika partiġġjana, f'dawn id-delitti ma nxteridx demm blu jew aħmar, imma demm innoċenti.\"", "Nhar il-11 ta' April 2011, il-Partit Laburista rreaġixxa għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell Sede Kostituzzjonali billi qal li din tpoġġi responsabbiltà kbira fuq il-Prim Ministru u l-Kabinett li jmexxi wara li kienu huma li appellaw mid-deċiżjoni tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili għax ma qablux li d-delitt kien riżultat tax-xogħol li kien qed iwettaq il-Professur Grech fi żmien il-kwistjoni medikol-politika.", "Waqt li ddeskriva l-appell tal-Gvern bħala wieħed insensittiv u li offenda kemm lil kull min huwa ta' rieda tajba kif ukoll lill-familja Grech, il-Partit Laburista qal li l-fatt li l-appell kien miċħud mhux biss juri kemm il-Gvern kien żbaljat meta baqa' jirrifjuta li jaċċetta li d-delitt kien marbut max-xogħol tal-Professur Grech imma wkoll li l-Gvern \"sabbat il-bieb\" f'wiċċ dawk kollha li matul is-snin għamlu sforzi kbar biex iġibu l-għaqda fil-pajjiż.", "Fl-1981, il-Gvern Laburista bena sptar għat-tfal maġenb l-Isptar San Luqa fi Gwardamangia li semmieh Sptar Karin Grech.", "F'San Ġwann, hemm Ġnien Karin Grech, b'monument tagħha fih.", "Ta' kull sena, fl-anniversarju tal-qtil tagħha, il-Partit Laburista itella' programm ta' tifkira f'ġieħha bil-preżenza tal-qraba tagħha.", "Fil-poeżija tiegħu \"Karin u Raymond\", il-poeta Oliver Friggieri 'jżewweġ' fil-ġenna lil Karin Grech u lil Raymond Caruana (li nhar is-6 ta' Diċembru 1986, inqatel meta kien fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja u xi ħadd mhux magħruf spara tiri fuq il-każin).", "Iżewwiġhom fil-ġenna, fejn minn hemm fuq qed jgħassu biex ma jerġax jiġri dak li ġara lilhom.", "Għandhom ħolma waħda li mhi ta' ebda partit politiku, il-ħolma li sseħħ l-għaqda fost ħuthom il-Maltin.", "Biex din l-għaqda sseħħ, il-Maltin ma jridux jinsew dak li ġara fl-imgħoddi.", "Il-memorja ta' dawn iż-żewġ żgħażagħ maqtula għandha tiftħilna għajnejna biex ma ninsewx li aħna lkoll aħwa Maltin.", "Karin u Raymond", "Hawn fuq iltqajna t-tnejn għall-ewwel darba,", "għarajjes li ssaħħarna minn xulxin,", "għarajjes li m'hemm xejn li se jifridna,", "għarajjes li noħolmu bil-Maltin.", "Id'id għarajjes bojod li nittajru", "fi żwieġ li ma jixjieħx matul iż-żmien,", "żewġ kwiekeb li nittawlu kull flgħaxija", "u ngħassu fuqkom dejjem, kullimkien.", "Għassiesa t-tnejn mill-għoli fejn ninsabu,", "għassiesa li ma norqdu qatt u qatt,", "għassiesa biex id-demm li xerridn'aħna", "ma jerġa' jxerrdu ħadd u ħadd u ħadd.", "Hemm ħolma bajda fl-għerusija tagħna", "li ma jħassarha b'xejn ebda kulur,", "hemm ħolma li m'hix blù w anqas m'hi ħamra,", "hemm ħolma li fi żwieġ biddlet dulur.", "Hemm salm li kiber fina biex nessiena", "kull weġgħa, kull tifkira, kull lament,", "hemm vleġġa li trid tinfed lill-qlub kollha", "f'kull dar, f'kull triq, f'kull sqaq, f'kull parlament.", "Hemm blata taħt għajnejna li nonġruha", "filgħodu w filgħaxija t-tnejn id f'id,", "hemm gżira li nsaqquha biex sa fl-aħħar", "minn hawn narawha tikber f'nazzjon ġdid.", "Bl-imħabba jħabbtu qlubna taħbit wieħed,", "l-imħabba li żewġitna hawn fuq it-tnejn,", "l-imħabba nitolbukom biex dal-kalċi", "li xrobna ma nkunux xrobnieh għalxejn.", "Hemm kmandament li tnissel miż-żwieġ tagħna", "biex dawn id-dmija mxerrda ma jinħlewx,", "ktibnieh bid-demm, tgħallmuh w għallmuh 'l uliedkom:", "il-kmandament ta' għada: 'La tinsewx'."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15875", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15875", "title": "Alfons Maria Galea", "text": ["Alfons Maria Galea", "Alfons Maria Galea (Valletta, 23 ta' April 1861 - Balzan, 30 ta' Lulju 1941), magħruf bħala s-Sur Fons, kien filantropu, senatur u awtur Malti.", "Bin Pietru Pawl u Mary Carmen imwielda Galea, Alfons Maria kien ir-raba' fost sitt aħwa.", "Huwa ħa l-ewwel tagħlim fid-dar tal-ġenituri tiegħu mingħand l-għalliem u kittieb Annibale Preca li kien skrivan ma' missieru.", "Ta' 8 snin bagħtuh jistudja għand il-Ġiżwiti ta' Għawdex fejn dam tmien snin, u wara attenda l-Kulleġġ tal-Freres f'Marsilja.", "Meta missieru, negozjant tad-drappijiet, irtira, Alfons ta' 19-il sena ħa f'idejh in-negozju.", "Ta' 32 sena żżewweġ lil Elizabeth Asphar, minn familja Indjana li kellha wkoll negozju tad-drappijiet u tal-ħaġar prezzjuż.", "Tliet snin wara Galea għalaq in-negozju għax ħass li dik ma kinitx il-linja tiegħu u beda jqassam ħafna minn ġidu lill-istituti tal-karità.", "Huwa ta l-art biex jitwaqqaf l-Istitut tas-Sależjani ta' Don Bosco f'Tas-Sliema fejn kien mar jgħix meta żżewweġ.", "Wara li ġie inawgurat il-bini fl-1904, l-Istitut serva bħala ċentru ta' rikreazzjoni u biex jiġbor is-subien li kienu jgħixu hemmhekk.", "Fl-1908 fetaħ il-Juventutis Domus u l-Oratorju tas-subien għat-tagħlim tad-Duttrina.", "Ċentri bħal dawn inbnew fiż-Żejtun, il-Mosta, Bormla u Għawdex.", "Fl-1939 Galea waqqaf ukoll ċentru fejn jitgħallmu l-bniet: l-Istitut ta' Santa Eliżabetta tas-Sorijiet Franġiskani f'Tas-Sliema.", "Ta donazzjonijiet ukoll lill-Isptar tal-Blue Sisters u pprovda l-għajnuna finanzjarja meħtieġa lill-Kunvent tal-Bon Pastur, f'Ħal Balzan.", "Galea ta sehmu wkoll fil-missjoni.", "Meta fl-1896 inħatar bħala Teżorier fil-Kumitat tal-Missjoni ntebaħ li biex in-nies jikkontribwixxu jridu jkunu konxji tal-faqar li hawn fid-dinja u dan wasslu biex jibda jippubblika l-Annali tal-Propagazzjoni tal-Fidi li kien joħroġ darba fix-xahar.", "Għal bosta snin kien il-President tal-Anglo-Maltese Bank u aktar tard fl-1915 laħaq it-Teżorier tal-Kurja tal-Isqof, u teżorier tas-Sorijiet Klarissi ta' San Ġiljan.", "Galea kien xhud fl-inkjesta tas-Sette Giugno 1919.", "Sentejn wara, il-Partit Laburista immexxi mill-Kurunell William Savona ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali li qatt saret f'Malta, dik tal-1921.", "Fiha l-Partit kiseb 23% tal-voti u tella' żewġ senaturi, wieħed minnhom Alfons Maria Galea u l-ieħor kien dak li iktar tard sar Arċisqof ta' Malta, Monsinjur Mikiel Gonzi.", "Alfons Maria Galea serva ta' Senatur f'isem il-Partit Laburista fis-snin 1921-27.", "Tul dawn is-snin ħadem b'riżq il-ħaddiem u l-batut billi semma' leħnu fuq l-istituti tal-karità, l-iskejjel tas-snajja', kundizzjonijiet xierqa fuq il-post tax-xogħol u t-tagħlim fl-iskejjel.", "Meta l-Partit Laburista ngħaqad b'Compact mal-Partit ta' Strickland, is-Sur Fons għażel li jinqata' mill-politika.", "Galea ħass il-ġibda għall-kitba meta kellu madwar 35 sena.", "Għall-ewwel beda jittraduċi.", "Il-kitbiet ta' Galea bil-Malti li kellhom l-għan li jedukaw u jgħallmu lill-poplu bla skola, l-aktar lill-fqar.", "Huwa beda jikteb bil-Malti bis-saħħa ta' Annibale Preca u l-ewwel xogħol tiegħu kien it-traduzzjoni ta' stejjer qosra mit-Taljan.", "Ix-xewqa kbira tiegħu kienet li jirtira min-negozju u l-kummerċ, kif fil-fatt għamel fl-1896, u jiddedika ħajtu għall-kitba.", "F'Settembru tal-1899 beda joħroġ \"Il-Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien\" li saru popolari ħafna tant li baqa' jippubblikahom sal-1915, san-numru 150.", "Kienu bħal enċiklopedija ta' storja, ġeografija, arkeoloġija, folklor, storja naturali u snajja'.", "Kiteb ukoll \"Muftieħ il-Ġenna\" (1889).", "Galea qaleb għall-Malti uħud mill-Kotba Mqaddsa mil-Latin għall-Malti, fosthom Ktieb il-Qwiel, Is-Salmi, L-Għanja tal-Għanjiet, Ġob, Iżaija, Il-Kotba tas-Slaten u Il-Kotba tal-Makkabin.", "Alfons Maria Galea kellu ħamest itfal, waħda minnhom soru.", "Huwa miet fil-Kunvent tal-Bon Pastur, fejn kien mar jgħix f'Ġunju 1940 bħala refuġjat tal-gwerra, fl-età ta' tmenin sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15876", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15876", "title": "Ġużè Chetcuti", "text": ["Ġużè Chetcuti", "Ġużè Chetcuti (Bormla, 11 ta' Awissu 1914 - 18 ta' Lulju 2006) kien poeta u awtur Malti.", "Ġużè Chetcuti studja fl-Iskola Ċentrali ta' San Albert fil-Belt Valletta u wara fil-Kulleġġ tal-Għalliema fil-Belt ukoll.", "Kien daħal mas-servizz ċivili fl-1936 bħala għalliem fl-iskejjel primarji u sentejn wara ngħata l-kariga ta' store officer mad-Dipartiment tas-Saħħa.", "Fl-1940 meta faqqgħet il-gwerra ssieħeb fl-istaff editorjali fl-information office bħala sub-editor u traduttur tas-Service Bulletin u tal-Malta Review.", "Fis-snin tal-gwerra kien wieħed mit-tliet xandara uffiċjali.", "Huwa kien reġa' ssieħeb fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u għallem il-Malti l-Liċeo (1956 - 1974) u għal sentejn ta lectures tal-Malti fil-Mater Admirabilis Training College f'Tal-Virtù u fl-Upper Secondary School (Sixth Form).", "Għallem ukoll fl-emergency teachers' maturity course u għal ħafna snin kien eżaminatur tal-Malti f'eżamijiet taċ-Ċivil, eżamijiet oħra pubbliċi, u diversi drabi f'konkorsi letterarji.", "Ġużè Chetcuti kien fundatur tax-Xirka għat-Tixrid tal-Ilsien Malti (1939) flimkien mat-tabib Ġużè Bonnici u l-Avukat Anton Buttigieg.", "Huwa ħadem għall-Malti u għal-letteratura Maltija fi żminijiet diffiċli ħafna, mhux biss fi żminijiet meta li tħobb il-Malti kien meqjus bħala diżunur imma anki fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Fis-snin tal-gwerra mill-1940 sa l-1948 kien Segretarju tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti (il-lum magħrufa bħala l-Akkademja tal-Malti).", "Kien ukoll sub-editor tar-rivista letterarja 'Il-Malti', ta l-għajnuna tiegħu għal snin twal fil-pubblikazzjoni tar-rivista letterarja 'Leħen il-Malti' maħruġa mill-Università ta' Malta, Viċi-President (1990 - 1992), President Onorarju (1998 - 1999), u President tas-sotto-kumitat fi kwistjonijiet ta' ortografija.", "Huwa kien ukoll membru Onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin, kien membru fil-Kunsill u Segretarju tal-'Malta Drama League'.", "Il-proża ta' Chetcuti hija waħda realista u uża l-letteratura biex fuq kollox mexxa 'l quddiem il-kawża tal-fqir u bla skola.", "Fir-rumanzi tiegħu, Chetcuti juri ċar il-konsegwenzi tal-faqar fuq il-bniedem.", "Rumanzi bhal \"It-Tnalja\", \"L-Isqaq\", \"Il-Kerrejja\" u bosta novelli tiegħu għandhom jitqiesu bħala manifest ċar u realistiku dwar soċjetà fil-qabda ta' bidla soċjali li ħalliet il-vittmi.", "U Chetcuti kien ir-ritrattist u d-difensur letterarju tagħhom.", "Ir-rumanzi u d-drammi ta' Chetcuti taw xhieda tal-ħajja popolari f'pajjiżna u għamlu dan b'realiżmu poetiku mill-aqwa.", "Bosta mill-kitbiet letterarji ta' Ġużè Chetcuti jibqgħu jitqiesu fost il-kapolavuri tal-letteratura Maltija.", "Fihom wera ruħu wkoll kittieb imnebbaħ mill-valuri tal-ġustizzja soċjali u tal-karità Nisranija.", "Chetcuti kien ukoll esponent importanti tal-poeżija romantika f'Malta.", "Għanna ġmiel il-pajjiz.", "Ħabb il-bdiewa u l-ħajja sempliċi.", "Kiteb dwar l-imħabba u setgħetha.", "L-inkwiet u l-ferħ tal-ħajja.", "Il-pattrijottiżmu u l-fidi.", "L-ifjen poeżiji tiegħu żammew bilanċ delikat bejn il-qawwa tal-kelma Maltija u l-ħeġġa tal-istħajjil Mediterraneju.", "Chetcuti ħadem ukoll biex il-poplu jifhem il-letteratura u għalhekk ħareġ ukoll kotba ta' kritika.", "Aspett ieħor li m'għandux jintesa hu Chetcuti t-traduttur.", "Hu qaleb għall-Malti xogħlijiet ta' Vincenzo Maria Pellegrini, Giovanni Curmi u dramm ta' Henrik Ibsen.", "Fost l-għadd kbir ta' kotba li ħarġu mill-pinna ta' Chetcuti hemm \"Id-Dawl tal-Ħajja\", \"L-Isqaq\", \"Poeti Maltin\", ix-xogħlijiet għall-palk jinkludu \"Il-Kerrejja\", \"Imħuħ Morda\", \"Manwela\", u \"1919\", kif ukoll bosta studji kritiċi, novelli, traduzzjonijiet, kitbiet ta' taħriġ fil-grammatika Maltija, kif ukoll il-kotba awtobijografiċi li fihom laqqagħna ma' bosta awturi ta' żmienu kif ukoll m'oħrajn minn ġenerazzjonijiet li ġew wara.", "Xogħlijiet ta' Chetcuti nqalbu wkoll għall-Ingliż u l-Għarbi.", "Il-poplu Malti għaraf ħidmietu meta fl-1996 għażlu biex ikun membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.", "L-aħbar tal-mewt tiegħu tħabbret fuq il-mezzi tax-xandir u fil-ġurnali kollha li taw tagħrif bijografiku dwar ħajtu u l-ħidma kbira u qawwija tiegħu fil-friegħi kollha tal-letteratura Maltija.", "Charles Flores, poeta u Editur Letterarju ta' \"l-orizzont\", qal \"Miet l-aħħar Ġgant Letterarju\".", "Alfred Sant, Mexxej tal-Partit Laburista, ex-Prim Ministru u awtur qal li \"Ġużè Chetcuti baqa' mimli ħeġġa u interess fil-ħajja nazzjonali.\"", "Sant qal li Chetcuti kien għalliem tiegħu li mas-snin sar ukoll ħabib kbir.", "\"L-imħabba li kellu għal-letteratura u l-ilsien Malti kienet dejjem sors mill-aqwa ta' ispirazzjoni għalija u għall-ġenerazzjoni tiegħi, kif ukoll għal dawk li ġew qabilna u warajna.", "Kien bniedem umli u ħabrieki, ġentili ħafna f'imġibtu, għalliem dedikat.", "Kien entużjast għall-ħidma letterarja li rnexxielu jagħtiha, matul is-snin, dimensjoni soċjali.", "Baqa' dejjem għaddej bi proġetti ġodda ta' kitba u tagħrif.\"", "Monsinjur Victor Grech, Direttur tal-Caritas li mexxa ċ-ċerimonja funebri fil-Knisja ta' Stella Maris, waqt l-omelija tiegħu sejjaħ lil Ġużè Chetcuti \"Warda tal-Letteratura Maltija\".."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15877", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15877", "title": "San Ġwann Appostlu u Evanġelista", "text": ["San Ġwann Appostlu u Evanġelista", "San Ġwann Appostlu u Evanġelista (Galilija, bidu l-ewwel seklu - Efesu, tmiem l-ewwel seklu) kien l-iżgħar Appostlu ta' Ġesù.", "Magħruf mit-tradizzjoni Kristjana bħala l-awtur tar-Raba' Vanġelu, San Ġwann kien bin Żebedew u Salomè, ħu Ġakbu l-Kbir.", "Qabel ma kien segwaċi ta' Ġesù, Ġwanni kien dixxiplu ta' Ġwanni l-Battista.", "Ġwanni jiġi attribwit rwol importanti permezz tat-tradizzjoni Biblika, fejn Ġwanni huwa mejqus bħala \"\"id-dixxiplu l-maħbub\"\".", "Ir-rwol ta' Ġwanni huwa fundamentali għaliex kien ix-xhieda tal-avvenimenti li akkumpanjaw ħajjet Kristu, mill-għażla tat-tnax il-Appostlu sal-mewt fuq is-salib, fejn Ġwanni kien l-uniku wieħed mill-appostli preżenti.", "Għaldaqstant, Ġwanni kien dak li permezz tar-rakkont tiegħu fil-Vanġelu, daħal fil-fond tal-misteru ta' Kristu.", "Wara li waqqaf il-Knisja f'Ġerusalemm huwa mar għal xi snin f'Efesu, fl-Asja Minuri (illum it-Turkija).", "Hemmhekk, skont it-tradizzjoni, għex mal-Madonna sakemm mietet.", "Minħabba t-tagħlim tiegħu, huwa kien eżiljat fil-95 WK fil-gżira ta' Patmos mill-Imperatur Domitian.", "Miet f'Efesu, meta kellu madwar erbgħa u disgħin sena, fatt li jindikah bħala l-iktar wieħed li għex fost l-appostli.", "Is-simbolu ta' Ġwanni, l-ajkla, hija d-definizzjoni tal-viżjoni li tidher fil-ktieb tal-Apokalissi fejn jikkontempla il-veru dawl tal-Kelma.", "L-ajkla, fil-fatt, tħares lejn id-dawl qawwi tax-xemx direttament.", "San Ġwann l-Evanġelista ta is-sehem tiegħu fil-kuntest Bibliku, sewwa sew fir-Raba' Vanġelu, fit-tlett Ittri u fl-Apokalissi, fejn iqawwi qalb lill-insara li kienu qed jiġu ippersegwitati."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15878", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15878", "title": "Karl Chircop", "text": ["Karl Chircop", "Karl Chircop (7 ta' Awwissu 1965 – 12 ta' Ottubru 2008) kien tabib u politiku.", "Kien membru tal-Parlament f'isem il-Partit Laburista mill-1996 sal-2008, u serva ta' Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali u s-Saħħa.", "Nhar it-3 ta' Awwissu 2008 Chircop sofra emoroġija ċerebrali.", "Dak in-nhar huwa kien qiegħed jaħsel il-karozza, meta f'ħin minnhom storda, waqa' u ħabat rasu.", "Huwa nstab minn wieħed mill-erbat itfal tiegħu.", "Martu Adriana ċemplet għall-ambulanza u sakemm ittieħed l-Isptar Mater Dei kien għadu jitkellem u jikkomunika mal-qraba tiegħu.", "Madankollu kif daħal l-isptar huwa ntilef minn sensih u wara li saritlu operazzjoni, martu ngħatat l-aħbar li t-tim mediku kien qed jikkonsidra jiddikjarah 'brain dead'.", "It-tifel il-kbir tiegħu, Jan Chircop, kien qiegħed jistudja l-mediċina fil-Messiku u rritorna Malta biex jara lil missieru.", "Minħabba l-qagħda serja tiegħu, ittieħdet id-deċiżjoni li jittieħed fi sptar speċjalizzat f'Londra - in-National Hospital for Neurology and Neurosurgery - fejn huwa hemmhekk fit-12 ta' Ottubru ġie ddikjarat mejjet.", "Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li Karl Chircop \"kien politiku eżemplari b'impenn soċjali qawwi u meqjus fi kliemu biex ifittex li jagħmel il-ġid lil ħaddieħor.", "Kelli l-opportunità insegwi, niddiskuti u niddjaloga ma' Karl Chircop, billi meta kont Viċi Prim Ministru u ministru responsabbli mill-politika soċjali, Karl kien isegwi dan il-qasam, inkluż l-impjiegi.", "Fih dejjem rajt politiku li ried jara titjib soċjali.", "Kien jagħmel argumenti raġunati biex inħarsu 'l quddiem.", "Nibqa' niftakar lil Karl bħala politiku li ta servizz.", "Dak li qiegħda tagħmel il-familja tiegħu li tara x'organi jistgħu jingħataw hu simbolu tal-altruiżmu li emmen u wettaq Karl bħala missier, ħabib, tabib u politiku.", "F'dan il-mument diffiċli ħsibijieti huma ma' martu, uliedu, ommu u qraba tiegħu...", "Karl kien jiddibatti b'ċertu stil bi tbissima, imma avolja kien jaf ikun iebes, imma kien eleganti fl-ebusija tiegħu.", "Huwa kien jagħmel dan b'sens ta' dikazzjomni lejn il-valuri li kien jemmen fihom.", "Karl kien rappreżentant dinjituż u ġenwin...", "Avolja ninqasmu fil-poilitika, imma konna naqsmu l-istess valuri.", "Ma' Karl kont komdu niddibatti u nargumenta għax kien xi ħadd li kellu ħafna valuri komuni...", "Kien bniedem sensittiv u jħoss dak li jgħid u jgħidu bi preparazzjoni.", "Dak li jiddiskuti kien jagħmlu b'sensittività kbira.", "Karl kien jitkellem mill-esperjenza personali tiegħu, mill-preofessjoni tiegħu ta' tabib.", "Meta kont tisimgħu jitkellem, kien jitkellem mill-esperjenzi li jgħaddi minnhom...", "Karl, fis-snin li qatta' fil-Kamra tar-Rappreżentanti u fil-Partit Laburista, nistgħu ngħidu li Karl ta' kontribut ta' sustanza biex il-pajjiż jimxi aktar 'il quddiem.", "Dan huwa mument ta' dwejjaq, imma meta tħares lejn il-pożittiv, is-sofferenza li għad-diet minnha l-familja tiegħu, forsi jitaffew ftit minn dan il-ħsieb.", "Inwassal il-kondoljanzi lill familja tiegħu, lill-mara u lill-uliedu, u naċċerthom li se jsibuna magħhom f'dak li jkollhom bżonn.\"", "Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal hekk fuq Chircop: \"Il-karriera politika ta' Karl dejjem kienet karatterizzata mill-altruwiżmu u minn sens kbir ta' servizz liċ-ċittadin.", "Huwa kien iħoss is-sejħa li jgħin lil kulħadd, speċjalment lil dawk l-aktar fil-bżonn.", "Dan kien jagħmlu kemm fil-professjoni medika kif ukoll fil-qasam politiku bħala rappreżentant tal-poplu, kif jistgħu jixdhu mijiet ta' familji.", "Karl kien jieħu xogħlu b'serjetà kbira, isegwi l-iżviluppi fis-setturi li għalih kien responsabbli u jieħu attitudni pożittiva.", "Il-ftit ġimgħat li għamel fl-aħħar rwol li kellu bħala Kelliem Ewlieni għas-Saħħa, settur li kien tant għal qalbu, huma prova ċara ta' dan.", "Tlifna ħabib ġenwin li kien jaħdem biex jgħaqqad u jferraħ.", "Ħabib li miegħu tista' titkellem, li lest li jisma' u li jgħin.", "Ħabib li għex il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali.", "Personalment, tlift wieħed mill-ħbieb il-kbar tiegħi.", "Minkejja li kont konxju tad-diffikultajiet enormi li kien qed jiffaċċja fl-aħħar ġimgħat ta' kura, qatt ma qtajt qalbi li nistgħu nerġgħu naraw lil Karl magħna, b'mod jew ieħor.", "Sfortunatament, ma kellux ikun hekk.", "Il-ġest tal-familja Chircop li toffri l-organi ta' Karl għad-donazzjoni jirrifletti l-altruwiżmu li kkarterizza l-ħajja ta' Karl.", "B'hekk Karl ried ikun ta' servizz għall-proxxmu sa l-aħħar nifs.", "F'ismi u f'isem il-Partit Laburista, nagħti l-kondoljanzi tiegħi li Adriana, lil erba' uliedu Jan, Francesca, Christian u Keith, lil ommu Marion u l-kumplament tal-familja.\"", "Il-Funeral ta' Chircop sar is-Sibt 18 ta' Ottubru 2008, filgħodu.", "Mill-Isptar Mater Dei, il-kadavru tiegħu ittieħed għall-aħħar darba quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista.", "Hemmhekk sab jilqgħuh il-Mexxej Laburista u Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat flimkien mal-Grupp Parlamentari Laburista, il-membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali.", "Joseph Muscat poġġa bukkett fjuri fuq it-tebut, għannaq miegħu lill-mara ta' Karl, Adriana, imbagħad lissen il-kliem \"Grazzi Karl\" u l-folla sellmet lid-Deputat Laburista permezz ta' minuta silenzju.", "Ivan Grech tal-grupp Winter Moods, flimkien mal-kitarrist tiegħu kantaw 'live' il-kanzunetta \"Marigold.\"", "Minn quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali, il-funeral kompla għaddej fi triqtu għat-Telgħa ta' Kordin f'Raħal Ġdid minn fejn beda korteo funebri għall-Knisja ta' Kristu Rè.", "It-tebut ta' Karl inġarr lejn il-knisja minn dawk l-aktar qrib tiegħu.", "Imbagħad segwietu, folla enormi fil-pjazza ta' Raħal Ġdid, fejn dinjitarji, qraba, kollegi u ħbieb tiegħu imxew miegħu sa fuq iz-zuntier tal-knisja.", "Kienu eluf dawk li kienu preżenti għall-aħħar tislima lil Dr Karl Chircop.", "Il-quddiesa tqaddset minn Monsinjur Victor li kien emozzjonat ferm.", "Fl-omelija tiegħu qal li Karl, fil-ħajja qasira tiegħu, 18-il sena bħala tabib u 13-il sena membru parlamentari, offrilna mudell ta' nisrani integru li għaraf isarraf it-twemmin tiegħu f'qadi bla serħan biex iferraħ u jqawwi l-qlub.", "Fost id-dinjitarji li attendew għall-funeral, kien hemm il-President ta' Malta Eddie Fenech Adami, l-Ispeaker Louis Galea, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat kif ukoll diversi membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, u rappreżentanti ta' diversi għaqdiet.", "Il-quddiesa ġiet ikkonċelebrata mid-Direttur tal-Caritas Monsinjur Victor Grech mgħejjun mill-Kappillani tas-sitt lokalitajiet li jiffurmaw ir-Raba' Distrett minn fejn Karl kien elett bħala Membru Parlamentari.", "Kienu preżenti wkoll l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech, kif ukoll l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca u mill-Vigarju Ġenerali Monsinjur Annetto Depasquale.", "L-Arċisqof ta' Malta Pawl Cremona O.P ma setax jattendi peress li kien Ruma."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15883", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15883", "title": "Rudolf Clausius", "text": ["Rudolf Clausius", "Rudolf Julius Emanuel Clausius (imwieled Rudolf Gotitlieb) (2 ta' Jannar, 1822 - 24 ta' Awissu 24, 1888), kien fiżiku u matematiku Ġermaniż u hu meqjus bħala wieħed mill-fundaturi ċentrali tax-xjenza tat-termodinamika.", "Permezz tal-formolazzjoni ġdida tiegħu tal-prinċipju ta' Sadi Carnot magħrufa bħala ċ-Ċiklu ta' Carnot, poġġa t-teorija tas-sħana fuq bażi aktar veru u soda.", "Fl-artiklu l-aktar importanti tiegħu, \"Dwar it-teorija mekkanika tas-sħana\", ippubblikat fl-1850, ifformola ghall-ewwel darba l-ideat bażiċi tat-tieni liġi tat-termodinamika.", "Fl-1865 introduċa l-kunċett tal-entropija.", "Clausius twieled f'Köslin (issa tissejjaħ Koszalin) fil-Provinċja tal-Pomeranja.", "Beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta' missieru.", "Wara ftit snin, beda jmur il-Ġinnażju fi Stettin (issa Szczecin).", "Clausius ħa l-lawrja mill-Università ta' Berlin fl-1844 fejn studja l-matematika u l-fiżika taħt, fost oħrajn, Heinrich Magnus, Johann Dirichlet u Jakob Steiner.", "Studja wkoll l-istorja taħt Leopold von Ranke.", "Fl-1847, ħa dottorat mill-Università ta' Halle b'tezi dwar l-effetti ottiċi fl-atmosfera tal-Art.", "Imbagħad laħaq professur tal-fiżika fl-iSkola Rjali tal-Artilerija u l-Inġinerija f'Berlin u Privatdozent fl-Università ta' Berlin.", "Fl-1855 huwa sar professur fl-ETH Zürich, l-Istitut Federali Żvizzeru tat-Teknoloġija f'Zürich, fejn baqa' sal-1867.", "Matul dik is-sena, telaq biex isir professur fl-Università ta' Würzburg u sentejn wara, fl-1869 fl-Università ta' Bonn.", "It-teżi tad-Dottorat ta' Clausius dwar ir-rifrazzjoni tad-dawl ipproponiet li naraw is-sema kaħla matul il-jum, u gradi differenti ta' aħmar fi tlugħ u nżul ix-xemx (fost fenomeni oħra) minħabba r-rifrazzjoni u r-riflessjoni tad-dawl.", "Aktar tard, Lord Rayleigh kellu juri li fil-fatt dan kien minħabba t-tifrix tad-dawl, imma madankollu, Clausius kien uża approċċ ferm aktar matematiku milli kien użaw xi wħud.", "L-artiklu l-aktar famuż tiegħu, \"\"Über die bewegende Kraft der Wärme\"\" (\"\"Dwar il-qawwa li tmexxi tas-sħana\"\")", "Matul l-1857, Clausius ikkontribwixxa għall-qasam tat-teorija ċinetika wara li rfina l-mudell ċinetiku sempliċi ħafna tal-gassijiet ta' Awissu Krönig biex jinkludi movimenti translazzjonali, rotazzjonali u vibrazzjonali.", "F'dan l-istess xogħol introduċa l-kunċett tal-\"Mogħdija ħielsa medja\" ta' partiċella.", "Clausius iddeduċa r-relazzjoni ta' Clausius-Clapeyron mit-termodinamika.", "Din ir-relazzjoni, li hi mod kif tista' tiġi kkaratterizzata l-tranżizzjoni tal-fażi bejn żewġ stati tal-materja bħal solidu u likwidu, oriġinarjament kienet ġiet żviluppata fl-1834 minn Émile Clapeyron.", "Fl-1865, Clausius ta l-ewwel verżjoni matematika tal-kunċett tal-entropija, u taha isimha wkoll.", "Użat l-unità 'Clausius' issa abbandunata (simbolu: \"'Cl\"') għall-entropija.", "Clausius ħa l-kelma \"entropija\" mill-Grieg, en + tropein, jiġifieri \"\"kontenut ta' bidla\"\" (\"\"Verwandlungsinhalt\"\") Dawn huma żewġ frażijiet famużi li qal Clausius fl-1865: L-enerġija tal-univers hi kostanti.", "L-entropija tal-univers dejjem tersaq lejn il-massimu."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15887", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15887", "title": "Philip Muscat", "text": ["Philip Muscat", "Philip Muscat (Ħaż-Żebbuġ, 9 ta' Awwissu 1930 - Msida, 31 ta' Diċembru 2010) kien tabib u Ministru Laburista fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, u fi żmienu seħħew żviluppi importanti għal Malta, l-aktar fil-qasam tat-telekomunikazzjoni kif ukoll f'dak tal-edukazzjoni, fosthom bit-twaqqif tal-Junior Lyceums.", "Bin Joseph u Anna mwielda Sciortino, Philip Muscat studja fl-Iskola Primarja ta' Ħaż-Żebbuġ, is-Seminarju u fl-Università ta' Malta minn fejn ggradwa fil-B.Pharm., B.Sc. fl-1952 u sar tabib fl-1955.", "Kien tabib popolari fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi.It-Tabib Muscat kien miżżewweġ lil Doris imwielda Cuschieri u kellhom tlett itfal, Alexander, Joseph u Marlene.", "It-Tabib Muscat daħal fil-politika fl-1956 bħala president tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Hu kkontesta l-elezzjonijiet ġenerali f'isem il-Partit Laburista fl-1962, 1966 u l-1971 u dejjem tela' minn fuq il-ħames distrett.", "Fis-snin 60 kien il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Servizzi Soċjali u s-Saħħa.", "Ikkontesta wkoll b'suċċess l-elezzjonijiet tal-1976, 1981 u 1987 li fihom kien elett mis-sitt distrett.", "Fl-1992 ikkontesta fuq is-sitta u s-seba' distrett fejn kien irnexxielu jżomm is-siġġu parlamentari wara li rebaħ elezzjoni każwali.", "Bejn l-1971 u l-1976 it-Tabib Muscat kien inħatar deputat ċerpersin tal-kumitati tal-Kamra tar-Rappreżentanti, u mexxa wkoll delegazzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa.", "Wara l-elezzjoni tal-1976 ingħata r-responsabbiltà ta' Ministru tal-Edukazzjoni, kariga li żamm sal-1983.", "Waqt il-ħidma tiegħu f'dan il-Ministeru kien introduċa l-iskemi ta' student ħaddiem fl-Università u l-Istitut Tekniku.", "Fl-1979 irrappreżenta lill-Prim Ministru fil-Konferenza tal-Kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth fiż-Żambja.", "Bejn l-1983 u l-1987 it-Tabib Muscat serva bħala Ministru tal-Industrija Parastatali, Enemalta u Telemalta.", "Minn April 1992, huwa kien il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar ix-Xogħol u l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, sakemm imbagħad irtira mill-politika.", "Fi stqarrija wara l-mewt tiegħu, il-Partit Laburista qal: \"It-tabib Muscat kellu karriera mill-aqwa fil-kamp tal-medicina kif ukoll f'dak politiku, fejn għal snin twal ħadem u ta sehem fil-ħidma tal-Partit Laburista, liema ħidma baqa' għaddej biha sal-aħħar żminijiet.\"", "Il-funeral tiegħu sar fit-3 ta' Jannar 2011, fil-Knisja ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Attendew il-President George Abela, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-Aġent Mexxej tal-Partit Laburista Anġlu Farrugia, l-eks-Mexxej Laburista Alfred Sant kif ukoll membri parlamentari preżenti u eks-ministri u deputati li servew fi żmien meta Muscat kien ministru.", "Fl-omelija tal-quddiesa Fr Hilary Tagliaferro iddeskriva lil Philip Muscat bħala bniedem bilanċjat li kapaċi jagħmel awto-kritika u dak li hu abjad jgħidlu abjad u dak li hu iswed jgħidlu iswed.", "Huwa sostna li rridu nitgħallmu minn dawn in-nies u t-tajjeb li għamlu f'ħajjithom nagħmluh aħna.", "Saħaq ukoll li l-awtorità ma tfissirx poter imma servizz għall-oħrajn minn dawk stess li għandhom il-poter u l-awtorità.\"Philip kien juża l-poter biex jagħti servizz\".", "Wara l-quddiesa t-tebut inħareġ mill-knisja qalb iċ-ċapċip tan-nies u minn hemm inġarr fuq l-idejn sa' quddiem il-każin Laburista ta' Ħaż-Żebbuġ fejn mal-faċċata kien hemm 'banner' bil-kliem \"Grazzi Philip\".", "Mill-gallarija ntefgħu fjuri ħomor u bojod kif ukoll indaqq il-Last Post minn grupp ta' bandisti.", "Minn hemm il-korteo bil-qraba u l-ħbieb kompla saċ-Ċimiterju tal-Qalb ta' Ġesù fl-istess raħal fejn Muscat indifen fil-qabar tal-familja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15889", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15889", "title": "Philip Sciberras", "text": ["Philip Sciberras", "Philip Sciberras (Ħaż-Żebbuġ, 7 ta' Ottubru 1945) kien deputat Parlamentari Laburista u Imħallef, u huwa poeta u kittieb.", "Bin Saviour u Mary Ann imwielda Micallef, Sciberras studja fl-Iskola Primarja ta' Ħaż-Żebbuġ, il-Kulleġġ San Alwiġi u l-Università ta' Malta fejn iggradwa u sar avukat fl-1973.", "Sar membru parlamentari fl-1979 wara r-riżenja tan-Nutar Ġużè Abela.", "Fl-elezzjoni tal-1981 kien elett fuq is-sitt distrett.", "Fiż-żewġ elezzjonijiet ta' wara ma kienx elett.", "Fil-kwistjoni interna tal-Partit Laburista serva ta' medjatur bejn il-Prim Ministru Alfred Sant u Dom Mintoff.", "Nhar id-19 ta' Diċembru 2010, il-Partit Laburista għażel lill-Imħallef Emeritus Philip Sciberras biex jamminista u jqassam il-fondi li l-Kap tal-Oppożizzjoni, flimkien ma' deputati oħrajn Laburisti rrinunzjaw miż-żieda fis-salarju li ta l-Gvern.", "Nhar id-9 ta' Diċembru 2002 kien maħtur Imħallef.", "Matul il-karriera tiegħu ta' Mħallef għal tmien snin, bejn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell Inferjuri u dawk tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ta xejn inqas minn 2,529 sentenza, inklużi 69 sentenza li ta matul l-aħħar jum tiegħu, is-6 ta' Ottubru 2010, jiġifieri medja ta' 316-il sentenza fis-sena.", "Fid-diskors li għamel fl-okkażjoni tal-irtirar tiegħu, l-Imħallef Sciberras qal:", "\"Kull ġudikant aspirant għandu jifhem li l-fiduċja ma tintilifx biss b'xi att ta' korruzzjoni jew favoritiżmu, iżda wkoll bl-għażż, in-negliġenza u l-insensibilità anke għax dawn huma ħtijiet gravi.", "Tajbin kemm huma tajbin l-emendi leġiżlattivi intiżi biex iħaffu l-proċeduri u jegħlbu d-dewmien esaġerat, fih innifsu skandaluż, il-ġudikant aspiranti għandu japprezza li kif kien jgħid il-Calamandrei fl-opra tiegħu \"Elogio dei Guidici\", il-ġudikant jappartejni għal dak l-ordni reliġjuż fejn jekk xi wieħed jitnikker u ma jkunx ta' eżempju tajjeb jista' jiġi li l-kredenti jitilfu l-fidi.", "Il-ħidma tal-ġudikant ma għandhiex ikollha waqfien.", "Dan qed ngħidu għax, kif tafu inthom, evitajt kemm stajt id-dewmien fl-għoti tas-sentenzi u dan mingħajr pressjoni żejda għall-Avukat.\"", "Sciberras qal li huwa daħal f'din il-kariga fis-sena li matulha ftit xhur qabel seħħ l-avveniment li heżżeż lill-ġudikatura:", "\"Allura tistgħu tobsru x-xorta ta' magħmudija li dħalt għalija.", "Ma qtajtx qalbi għax deherli li kont kapaċi nerġa' fil-mod u ċ-ċokon tiegħi, flimkien mal-maġġjor parti ta' ġudikanti oħra ħawtiela, nagħti sehemi biex tinkiseb lura l-fiduċja li kienet theżżet...", "Ħdimt bil-mod tiegħi, inqum kmieni filgħodu, naqra l-proċess, nagħmel in-notamenti, nirriċerka u nirrediġi s-sentenzi.", "Dan mingħajr daqq ta' trombi jew fanfarri...", "Illum fis-sewwa nistqarrilkom li nħoss ċerta għafsa li se ntemm il-karriera tiegħi ta' ġudikant meta nqis li għad nista' nagħti kontribut siewi, żgħir kemm hu żgħir.", "Qabel ma nagħlaq nixtieq intenni li matul dawn it-tmien snin osservajt kambjament tajjeb fit-tmexxija tal-kawżi u l-kwalità tas-sentenzi dovut għall-isforz kollettiv li sar minn numru ta' Mħallfin u Maġistrati.", "Eventwalment qatt mhu biżżejjed.", "Iżda fil-fehma umli tiegħi dan l-isforz kellu almenu jsib riskontru ta' apprezzament minn min, fis-setgħa tiegħu, tiddependi l-għażla 'ad altiora'.\"", "Kien wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju.", "Ippubblika \"Priżmi\" ma' Dun Lawrenz Cachia (1968), \"Dawl fil-Persjani\" (1972) , \"Mandala\" (1984) u \"Mirja\" (2014).", "Bhala pubblikazzjonijiet legali imbarka fuq xoghol monumentali intitolat \"L-Alfabett tal-Kodici Civili\" li ser jikkonsisti f'ghaxar volumi.", "Huwa miżżewweġ lil Rose, imwielda Apap u għandu tlett itfal: Alexander, Lara u Andrew, u sitt neputijiet Ivan, Maya, Anja, Michael, Samuel u Matthew.", "MANDALA", "ISSA LI L-FJURI DBIELU", "DATA BASE", "KOLLOX GĦANDI LEST Kollox għandi lest:", "Bagalja ta' uġigħ,", "Passaport għajjien mingħajr uċuħ,", "U portafoll ta' solitudni Sal-biljett li taqtgħu darba,", "Bla ritorn.", "Kollox għandi lest", "U m'hemmx li jasal l-ajruplan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15890", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15890", "title": "Chow Chow", "text": ["Chow Chow", "Chow Chow huwa razza ta kelb li oriġinarjament ġie żviluppat fil-Mongolja madwar 4,000 sena ilu u wara ġie introduċut fiċ-Ċina, fejn huwa riferut bħala \"Songshi Quan\" (: sōngshī quǎn 鬆獅犬).", "Sidien famużi ta' Chow Chow jinkludu (it-tletin president ta' l-iStati Uniti), , il-mara ta' , u missier il-psychoanalytic psikologija ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15897", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15897", "title": "Paul P. Borg", "text": ["Paul P. Borg", "Paul P. Borg (Ħal Balzan, 1949) huwa awtur prolifiku Malti u għalliem tax-xjenza u fiżika fl-iskola ta' San Andrea l-Imġarr, Malta.", "Għex f'B'Kara, imma qatta' parti kbira minn tfulitu jiġri fil-beraħ ta' Selmun fejn tgħallem jikber, jgħix u jirrispetta l-ambjent.", "Borg huwa poeta, rumanzier u ħareġ kotba fuq is-snajja' Maltin.", "L-ewwel ġabra ta' novelli tal-awtur, huma miktubin madwar nies li għandhom xi singularita' fil-karattru.", "Dan jissuġġerixxi lin-novellier li dawn il-karattri jistgħu jirreaġixxu b'mod partikolari li jagħti lill-awtur ħjiel li jista' jutilizza fin-narrazzjoni tiegħu.", "Aħna u naqraw dawn in-novelli, nistgħu nġarrbu l-esperjenzi ta' \"Beżgħat\" u nirrealizzaw li xi wħud mill-karattri li ħoloq okkupaw post prominenti f'moħħ l-awtur.", "Għalkemm dawn in-novelli jidhru maqtugħin wieħed mill-ieħor, xorta jżommu bejniethom rabta li tgħaqqadhom fi storja twila waħda.", "Ġabra ta' novelli li fihom l-awtur jaqbad ċerti inċidenti mill-ħajja ta' kuljum madwarna u jlaqqa' ċerti individwi, jara u jgħarbel u joħroġ minn dawn l-inċidenti ċerti sitwazzjonijiet li mbagħad jirrifletti fuqhom.", "F'dawn in-novelli, l-awtur joħroġ is-sengħa tas-sempliċita'.", "F'din il-ġabra ta' disa' novelli nsibu ġrajjiet umani li jirriflettu s-soċjeta' marida ta' żminijietna.", "Ġabra ta' novelli fuq il-qirda ta' l-ambjent f'kull tifsira tiegħu, dik ukoll li tagħtina identité, u tan-nuqqas tas-soċjetà li tiddefendi sewwa kemm l-ambjent kif ukoll l-identità għal ġid tagħha stess.", "23 novella bl-Ingliż miktubin fl-istil tipiku ta' Borg: l-attenzjoni minuzzjuża għal dak li l-ħin kollu għaddej minn moħħ il protagonist, ix-xewqat u l beżgħat li jġarrab, l-ilsien u l-istil li jirrifletti direttament in-nixxiegħa tal kuxjenza li spiss tmiss l-istat tat thewdin.", "Bħala temi jaħkmu fuq kollox dawk ambjentali u soċjali (iż-żwieġ, l-abort, imma anki s-suwiċidju, id-diżabbiltá fiżika)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15909", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15909", "title": "John F. Marks", "text": ["John F. Marks", "John F. Marks (Isla, 26 ta' Ġunju 1894 - Tas-Sliema, 14 ta' Settembru 1954) kien wieħed mill-intellettwali ewlenin li kellu l-Partit Laburista fil-bidu tiegħu fis-snin 20, li ta sehem kbir biex Jum il-Ħaddiem fl-1 ta' Mejju jiġi ċċelebrat f'Malta.", "Bin Daniel, Lhudi imwieled Varsavja, l-Polonja, u Kunċetta imwield Chetcuti.", "Studja l-Liċeo, il-Kulleġġ tat-Tarzna u wara daħal jaħdem ta' disinjatur fl-inġinerija fit-Tarzna.", "Kien president tal-Każin Laburista tal-Isla.", "Kien fl-Eżekuttiv tal-Partit mill-1925 'il quddiem u għamel żmien Viċi-President tal-Partit.", "Fil-ktieb tiegħu 'Bandiera Ħamra: L-Ewwel ta' Mejju f'Malta', l-awtur Joe Borg, iqis lil John Marks bħala l-magna li tat l-ewwel nifsijiet tal-ħajja lill-Ewwel ta' Mejju f'Malta.", "Tant ukoll li jgħid li kieku ma kienx John F. Marks forsi llum f'pajjiżna ma niċċelebrawx Jum il-Ħaddiem.", "L-ewwel darba li l-Ewwel ta' Mejju ġie ċċelebrat kien proprju fl-Isla fl-1926.", "Kiteb ħafna f'ġurnali Laburisti jew xellugin bħal \"Il Cotra\".", "Kiteb ukoll:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15913", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15913", "title": "Albert Marshall", "text": ["Albert Marshall", "Albert Marshall (Ħ'Attard, 1947) huwa awtur u direttur tad-drammi Malti.", "Studja s-Seminarju, l-Università ta' Malta, il-London Academy of Music and Dramatic Arts u Victoria University ta' Melbourne, l-Awstralja, mnejn kiseb l-M.A. fl-Istudji tal-Komunikazzjoni.", "Bejn l-1971 u l-1980 okkupa diversi karigi fix-xandir nazzjonali u kien l-ewwel kap Malti tal-Akkademja Nazzjonali tal-Arti Drammatika.", "Marshall emigra lejn l-Awstralja fl-1981.", "Għamel żmien reġista residenti fil-Victoria College of the Arts ta' Melbourne u kien l-ewwel Malti li dderieġa fis-Sydney Opera House.", "Kien jgħallem l-istudji tal-Komunikazzjoni f'Victoria University qabel irritorna Malta.", "Irritorna Malta f'Novembru 1995 biex jieħu f'idejh it-tmexxija tar-Radju tal-Università u fl-istess ħin jgħallem l-istudji tal-Komunikazzjoni fl-Università ta' Malta.", "Marshall inħatar General Manager tal-PBS fl-1996.", "Fl-2004, Marshall emigra lejn il-Lussemburgu fejn ħadem bħala traduttur mal-Kummissjoni Ewropea.", "F'Novembru 2009 irtira u irritorna lejn Malta.", "Marshall ippubblika għadd kbir ta' poeżiji f'kotba u antoloġiji tul il-medda taż-żmien bejn il-ħolqien tal-Moviment Qawmien Letterarju, li tiegħu kien protagonist, fis-Snin Sittin, u l-ktieb \"Diaspora\", ġabra tal-poeżiji tiegħu miktubin bejn l-1967 u l-1996."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15915", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15915", "title": "San Staniżlaw Martri", "text": ["San Staniżlaw Martri", "San Staniżlaw Martri (Szczepanow, Polonja, 26 ta' Lulju 1030 - Krakovja, Polonja, 11 ta' April 1079) huwa qaddis tal-Knisja Kattolika, ikkanonizzat mill-Papa Innoċenz IV fl-1253.", "Imwieled minn ġenituri nobbli li għal ħafna żmien kienu bla tfal u li tawh trobbija reliġjuża tajba u ressquh bl-ezempju tagħhom lejn Alla.", "Meta kiber ġie ordnat saċerdot u mogħti kanonkat fil-katidral.", "Ħafna nies kienu jersqu lejn Alla minħabba l-prietki mqanqla tiegħu msaħħa b'ezempju tajjeb.", "Kemm il-poplu kif ukoll il-kleru kienu jfittxuh għall-pariri.", "Kien ġeneruż mal-foqra u mbotta 'l quddiem ir-riformi religjuzi.", "L-isqof ta' Krakovja xtaq jirreżenja u jċedilu postu iżda Staniżlaw insista miegħu biex ma jiħux dan il-pass.", "Imma meta l-isqof miet, huwa intgħażel minfloku għalkemm aċċetta biss għax ordnalu l-Papa.", "Kien kkonsagrat isqof fl-1072.", "Baqa' bl-istess ħeġġa, jgħallem, jirriforma u benefattur ġeneruż tal-fqar.", "Dan l-isqof miet martri meta safa maqtul mir-re Boleslav li qatlu hu stess fil-katidral waqt li kien qed iqaddes.", "L-isqof Stanislaw safa vittma għax ried jaqdi id-dmir tiegħu ta' mexxej tal-erwieħ bl-aktar mod rett.", "Ir-re Boleslav kien ħataf mara ta' waħda min-nobbli tiegħu, u ħadha fil-palazz tiegħu.", "Dan kien skandlu kbir għan-nies tal-Polonja.", "Minkejja li Staniżlaw widdbu biex jindem, Boleslav baqa' kif kien u l-isqof skumnikah.", "Ir-re ma felaħx għal din l-umiljazzjoni u żvoga l-qilla tiegħu meta daħal fil-katidral u qatlu b'idejh stess wara li s-suldati li hu ordna biex ineħħulu ħajtu qalulu li ma setgħux jagħmlu dan għax Staniżlaw kien imdawwar b'dija kbira divina.", "San Staniżlaw huwa l-Qaddis Patrun tal-Polonja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15916", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15916", "title": "Helder Camara", "text": ["Helder Camara", "Dom Helder Câmara (7 ta' Frar, 1909, Fortaleza, Ceará, Brażil - 27 ta' Awwissu, 1999 Recife, Brażil) kien Arċisqof ta' Olinda u Recife, li jinsabu fil-grigal tal-Brażil, magħruf internazzjonalment bħala l-Isqof tal-fqar.", "Câmara jibqa' msemmi għall-invenzjoni tal-kunċett tal-konferenzi episkopali fil-Brażil.", "Huwa kien ukoll responsabbli mill-ħolqien tal-ewwel konferenza, li bdiet f'pajjiżu stess, fl-1952.", "Spalla ma' spalla mal-kollega Ċilen tiegħu Manuel Larraín, Câmara waqqaf il-Kunsill Episkopali Latin Amerikan (CELAM).", "Fit-taħditiet li kien ikollu minn wara l-kwinti fil-Konċilju Vatikan it-Tieni, Câmara kien jisħaq biex il-Knisja Kattolika tinfetaħ għall-bżonnijiet tad-dinja moderna, kif fil-fatt ġara.", "Helder Pessoa Câmara twieled f'Fortaleza, il-belt kapitali tal-istat Brażiljan ta' Ceará.", "Missieru kien ġurnalist, filwaqt li ommu kienet għalliema fl-iskola primarja.", "Minħabba li fis-seminarju fejn fih kien jattendi kien mimli daqs bajda bil-Lazzaristi Franċiżi, Câmara rnexxielu jkollu ħakma tajba tal-ilsien Franċiż u Latin.", "Aktar 'il quddiem dawn iż-żewġ ilsna għenuh mhux ftit fil-ħidma internazzjonali tiegħu.", "Meta ġie ordnat saċerdot f'Awwissu 1931, Câmara mill-ewwel wera l-ħila tiegħu fl-organizzazzjoni taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara f'Ceará.", "Fl-istess waqt, it-tħassib soċjali u politiku tiegħu mexxewh fil-moviment integralista Brażiljan, li kien imnebbaħ mill-ideat faxxisti tad-dittatur Portugiż António de Oliveira Salazar.", "Il-ħiliet organizzattivi tiegħu ittrasferewh f'Rio de Janeiro, l-ewwel bħala assistent nazzjonali għall-Azzjoni Kattolika Speċjalizzata, u iktar tard bħala isqof awżiljarju.", "Hawnhekk l-ideat soċjali ta' Câmara żviluppaw sewwa.", "Il-post tiegħu mal-Azzjoni Kattolika poġġieh f'kuntatt mill-qrib mal-lajċi u fl-istess ħin tah viżjoni sħiħa tal-qagħda soċjali tal-Brażil.", "Kien ukoll l-ispringboard għall-azzjoni iżjed wiesgħa fi ħdan il-Knisja.", "Meta kien Ruma mad-delegazzjoni Brażiljana għall-Anno Santo tal-1950, Câmara seħħlu jiltaqa' mal-Papa Piju XII u mas-Segretarju tal-Istat, Giovanni Montini.", "Il-ħbiberija li nibtet bejnu u bejn Montini ppermettiet lil Câmara li jinfluwenza lil Montini biex dan juri l-appoġġ tiegħu għall-idea tiegħu ta' Konferenza Nazzjonali tal-Isqfijiet fil-Brażil.", "Fil-fatt, din il-Konferenza twaqqfet fl-1952 u kellha lil Câmara bħala l-ewwel segretarju ġenerali tagħha, liema post Câmara dam jokkupa għal 12-il sena sħaħ.", "Fl-1955 insibu l-ħolqien taċ-CELAM, b'Miguel Larraín ikun l-ewwel president tal-Kunsill u Câmara l-ewwel viċi-president.", "Sakemm ġie msejjaħ il-Konċilju Vatikan it-Tieni, Helder Câmara kien wieħed mill-isqfijiet Brażiljani li kellu l-aqwa kuntatti f'Ruma.", "Kien wieħed minn sitt isqfijiet Brażiljani li ġew maħtura fil-kummissjonijiet preparatorji.", "Mill-ittri li Câmara kien jikteb kważi kuljum mill-Konċilju, ilkoll juru kemm kien frustrat minħabba l-kontroll eżerċitat mill-Kurja Rumana fuq il-parteċipanti u l-aġenda tal-Konċilju.", "Fihom, Câmara jidher bħala wieħed mill-iktar organizzaturi enerġetiċi tar-rivoluzzjoni li l-Missirijiet tal-Konċilju wettqu biex kissru din il-morsa.", "F'dan ix-xogħol kien kollaboratur mill-qrib tal-Kardinal Suenens, l-Arċisqof ta' Malines-Brussels, u wieħed mill-aktar figuri influwenti tan-naħa progressiva tal-Konċilju u kif ukoll mas-segretarju tal-konferenza episkopali Franċiża, Roger Etchegaray.", "Câmara qatt ma tkellem fl-awla tal-Konċilju imma kien networker prim u ħabbrieki minn wara l-kwinti.", "Fost il-proġetti li wettaq insibu laqgħat regolari ma' rappreżentanti ta' konferenzi espikopali differenti u forum ta' djalogu bejn l-Ewwel u t-Tielet Dinja.", "Moviment ieħor li antiċipa t-tħassib tiegħu fl-aħħar fażi ta' ħajtu, kien magħruf bħala \"il-Knisja tal-Fqar\".", "Dan kien grupp li ġabar qaqoċċa waħda lill-isqfijiet tat-Tielet Dinja, lis-saċerdoti mill-Mission de France u lill-Aħwa ż-Żgħar ta' Charles de Foucauld.", "L-interess ta' dan il-grupp kien li l-Knisja kellha tindirizza lilha nnifisha għall-abbiss li kien jifred id-dinja għanja minn dik fqira.", "Il-Knisja kellha tissimbolizza l-impenn tagħha favur il-fqar bil-ħajja awstera tagħha.", "Għal dan il-għan inkiteb manifest mit-teologu Dumnikan Yves Congar bit-titlu Pour une Église Servante et Pauvre.", "Sadanittant fil-Brażil, ir-retorika populista tal-President João Goulart ħejjiet il-qiegħa għall-kolp ta' stat militari, li neħħieh mis-setgħa nhar il-31 ta' Marzu tal-1964.", "L-għada, Helder Câmara wasal f'Recife bħala arċisqof.", "Irritorna lejn daru bħala bniedem iktar mħejji, lest biex jgħaqqad dan ir-reġjun abbandunat ma' dinja iktar wiesa'.", "Bħalma qal fl-ewwel messaġġ tiegħu lid-djoċesi: \"Jiena ġej mill-grigal u qiegħed inkellem lill-persuni li bħali, ġejjin minn din in-naħa.", "Jiena ħlejqa umana li jikkunsidra lilu nnifsu ħukom fid-dgħjufija u fid-dnub tan-nies kollha ta' kull razza u rokna tad-dinja.", "Nisrani li qiegħed ikellem lill-Insara, imma b'qalbi miftuħa, ekumenikament, għan-nies, għat-twemmin u għall-ideoloġiji kollha.", "Isqof tal-Knisja Kattolika li, fuq l-eżempju ta' Kristu, ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi\".", "F'Recife, Câmara ipprova jimplimenta l-viżjoni tal-\"Knisja tal-Fqar\".", "Evita li jilbes is-suttana vjola ta' arċisqof, abbanduna l-palazz prestiġjuż tiegħu fis-subborgi lussużi u ttrasferixxa ruħu f'abitazzjoni sempliċi msejħa \"knisja tal-fruntieri\", moħbija kemm jista' ikun wara r-ring road ġewwiena tal-belt.", "Kien jiekol l-ikla ta' filgħaxija tiegħu fil-post fejn kienu jinġabru s-sewwieqa tat-taxi u kien jingħata lifts madwar il-belt minflok li kellu l-karozza uffiċjali għas-servizz tiegħu.", "L-istorja ma waqfitx hawn.", "Câmara ried ikun iżjed radikali.", "Fil-fatt huwa ta l-art tal-Knisja biex dawk li ma kellhomx fejn joqogħdu seta' jkollhom saqaf fuq rashom, waqqaf credit union, involva lill-kleru u lil-lajċi fit-tmexxija tad-djoċesi u ħareġ lill-istudenti mis-seminarju u poġġihom f'komunitajiet żgħar fil-parroċċi.", "Barra minn hekk, Câmara waqqaf istitut teoloġiku li fih is-saċerdoti futuri setgħu jistudjaw mal-lajċi u anki jiġu mgħallma minn letturi nisa.", "Câmara kien wieħed mill-ftit isqfijiet li kien kritiku sa mill-bidu rigward il-kolp militari fil-Brażil tal-1964.", "Minħabba f'hekk, huwa tilef id-drittijiet ċivili tiegħu għal disa' snin, tant li kull referenza għalih kienet illegali.", "Biex tkompli tagħqad, wieħed mis-saċerdoti żgħażagħ li kien qiegħed jagħtih daqqa t'id sewwa, Henrique Pereira, safa brutalment maqtul mill-aġenti tad-dittatura.", "Milli jidher, dawk li kienu mibgħuta biex joqtlu lill-arċisqof, imlibbsin ta' tallaba u sewwieqa tat-taxi, ma kellhomx l-istonku li jwettqu dak li ġew imqabbda biex jagħmlu.", "Għalhekk, stqarrewlu l-ħtija tagħhom u talbuh maħfra.", "Minħabba li Câmara kien iċċensurat fil-Brażil huwa beda jivvjaġġa mad-dinja kollha, jippriedka l-viżjoni tiegħu ta' moviment non-vjolenti, imsejjaħ \"minoritajiet Abrahamiċi\".", "L- għan ta' dan il-moviment kien li jaħdem għat-tmiem tal-inġustizzja permezz tal-pressjoni paċifika u tad-djalogu.", "Kien f'dan iż-żmien li l-figura ċkejkna tiegħu, li kibret mhux ftit minħabba l-ġesti qawwija tiegħu, saret magħrufa mal-udjenza dinjija kollha.", "L-influwenza tiegħu kibret tant li d-diskorsi tiegħu nġabru f'għadd ta' kotba, fosthom Spiral of Violence, Church and Colonialism u The Desert is Fertile.", "Fl-1985, meta Helder Câmara għalaq 75 sena, ir-riżenja tiegħu minn arċisqof tal-Knisja ta' Olinda u Recife malajr ġiet milqugħa.", "Kien jidher ċar li s-suċċessur tiegħu, il-kanonista José Cardoso, kellu viżjoni differenti ħafna għad-djoċesi minn dik tal-predeċessur tiegħu, tant li fil-fehma ta' xi wħud, kien hemm strateġija fina bil-ħsieb preċiż li l-\"Knisja tal-Fqar,\" li Câmara bena b'ħafna sabar u għożża tul is-snin, tinħatt.", "Kien x'kien il-każ, Dom Helder, jew kif kien magħruf fiċ-ċirku ta' ħbiebu bħala \"Id-Dom\", kien għaqli biżżejjed li ma jikkumentax fuq it-tibdil li kien qiegħed isir fl-arċidjoċesi tiegħu.", "Hekk, seta' jħalli lis-suċċessur tiegħu jiżvolġi l-ministeru episkopali tiegħu fl-aħjar interess tal-Poplu ta' Alla f'Olinda u f'Recife, kif jaħseb hu.", "Fl-aħħar snin ta' ħajjet Câmara, f'Recife l-ebda attività favur il-ġustizzja soċjali ma kienet tkun kompluta mingħajr il-preżenza tad-\"Dom\", li b'dik it-tbissima mimlija paċi tiegħu kien jagħtiha l-ħajja.", "Wara l-mewt ta' Câmara, wieħed mill-ħbieb leali tiegħu, il-Franġiskan Aloísio Fragoso, ikkummenta li għall-komunikatur tal-kalibru tad-\"Dom\", it-tbatija ħarxa tiegħu kienet li ma setax isib kliem biex jesprimi lilu nnifsu.", "Il-mewta serena tiegħu serrħitu minn dan it-turment.", "Darba Câmara qal: \"Meta tmajt lill-foqra sejħuli qaddis.", "Meta staqsejt l-għaliex il-fqar huma bil-ġuħ sejħuli komunist\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15924", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15924", "title": "Ester", "text": ["Ester", "Ester (Lhudi: אֶסְתֵּר), imwielda Ħadassa, hija l-eroj ta' wieħed mill-kotba tal-Bibbja, il-Ktieb ta' Ester.", "Skont il-Bibbja, hija kienet ir-reġina Lhudija, mart is-sultan Persjan Assweru (tradizzjonalment miżmum bħala Serse I).", "Il-ġrajja tagħha hija l-bażi tal-festa Lhudija tal-Purim.", "Il-Ktieb ta' Ester wasal għandna f 'zewġ forom: forma qasira bil-Lhudi, miktuba fi tmiem il-ħakma Persjana, u forma twila miktuba bil-Grieg, maħduma fis-sena 78/77 qabel Kristu, u li l-Knisja aċċettat biż-żjidiet kollha.", "Dan il-ktieb jippreżentalna qisu dramm li jdur fuq xebba Lhudija, Ester, li minn eżiljata tasal biex issir Sultana tal-Persja.", "F'din l-istorja Ester issir il-protagonista tal-ħelsien tal-Lhud.", "F'dan id-dramm diversi huma l-protagonisti li jissemmew: hemm Mordekaj li kien Lhudi u li kien sar qaddej tas-Sultan Assweru wara li kixef konfoffa li kienet qiegħda ssir kontra tiegħu; hemm Ħaman, ministru tas-sultan li jitlob li kulħadd jitbaxxa quddiemu, ħaġa li Mordekaj jirrifjuta li jagħmel.", "Dan l-atteggjament ħaraq lil Ħaman li jilgħab lis-sultan u jġiegħlu jordna l-qerda ta' Mordekaj u l-Lhud kollha tal-Persja; jtellà bix-xorti jum għal din il-qerda.", "Hu hawnhekk li tidħol Ester: imqanqla minn Mordekaj hija tidħol għal-Lhud quddiem is-sultan, minkejja l-periklu għal ħajjitha u ssalvahom.", "Ħaman jigi mgħallaq bil-forka li hu stess kien ordna li titlesta għal Mordekaj.", "Din il-ġrajja ssir okkazjoni ta' festa għal-Lhud.", "Din il-grajja wasslet biex tigi mwaqqfa l-festa tal-Purim (xorti) (9, 20).", "Kulħadd jaqbel li dan il-Ktieb ta' Ester jippreżentalna dramm storiku: huwa maħluq biex jagħti raġunijiet storiċi u reliġjużi għal waħda mill-festi ż-żgħar tal-Lhud, dik tal-Purim.", "Din il-festa, li kellha u għad għandha aspett ta' Karnival, fil-fatt kienet festa li kienet issir fost il-Lhud li ħelsu mill-qerda fil-pajjizi tal-Lvant, fi tmiem il-perjodu Persjan.", "Aktar tard din il-festa bdiet issir ukoll fil-Palestina.", "U biex il-festa jkollha bażi, awtur mhux magħruf, kiteb bil-Lhudi dan id-dramm, fit-tieni seklu qabel Kristu.", "Il-verżjoni Griega żiedet xi testi li ma kinux miġburin fid-dramm Lhudi.", "Huma żjidiet li riedu jagħtu aspett aktar reliġjuż lil dan id-dramm."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15927", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15927", "title": "Xigħa", "text": ["Xigħa", "Xigħa (Lingwa Għarbija: الشيعة).", "Hija t-tieni l-akbar l-fergħa tal-Iżlam.", "Il-kelma \"Xigħa\" ġejja minn \"(Xigħat Ali)شيعة علي) li tfisser segwaċi ta' Ali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15929", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15929", "title": "Hidetoshi Nakata", "text": ["Hidetoshi Nakata", "Hidetoshi Nakata (bil-Ġappuniż: 中 英 寿 田; Kofu, 22 ta' Jannar 1977) huwa eks-futboler Ġappuniż li lagħab bħala midfilder ma' diversi klabbs Ewropej diversi.", "Hu hu deskritt bħala fost l-iktar plejer Ażjatiku famuż tal-ġenearazzjoni tiegħu.", "Nakata beda l-karriera professjonali tiegħu fl-1994.", "Fl-1997 u l-1998 rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Konfederazzjoni Ażjatika.", "Barra minn hekk, rebaħ il-kampjonat Taljan mat-tim tar-Roma fl-uniku staġun li qatta' mal-klabb tal-belt kapitali.", "Fis-sena ta' wara, mat-tim ta' Parma, rebaħ il-Coppa Italia."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15931", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15931", "title": "Oscar Romero", "text": ["Oscar Romero", "San Óscar Arnulfo Romero (Ciudad Barros, 15 ta' Awwissu 1917 – San Salvador, 24 ta' Marzu 1980) kien Arċisqof ta' San Salvador, il-belt kapitali tar-Repubblika ta' El Salvador fl-Amerika Ċentrali, li nqatel minn persuna waqt li kien qed jiċċelebra quddiesa minħabba d-difiża tiegħu tal-foqra.", "Huwa ġie ddikjarat qaddis minn Papa Franġisku fl-14 ta' Ottubru 2018.", "Bin Santos Romero u Guadalupe de Jésus Galdámez, Óscar Arnulfo Romero y Galdámez twieled f'familja modesta ta' sebat aħwa, kollha subien ħlief waħda, fi Ciudad Barros, raħal pittoresk fuq l-għoljiet, b'altitudni ta' 900 metru, mhux 'il bogħod mill-fruntiera mal-Ħonduras.", "Missieru kien telegrafu lokali u kien iħobb il-mużika u l-qari.", "F'daru kellu librerija ta' kotba ikbar minn tal-kappillan, iktar minn mitt ktieb.", "Lil uliedu għallimhom it-talb u l-katekiżmu iżda ma tantx kien Kattoliku ferventi u jidher li kellu diversi tfal oħra illeġittimi.", "Ommu mill-banda l-oħra kienet reliġjuża ħafna u kull filgħaxija kienu jgħidu r-rużarju.", "Oscar kien l-iktar wieħed reliġjuż mill-aħwa.", "Kien iħobb imur il-knisja jitlob u jqum bil-lejl jitlob kif xehed ħuh iż-żgħir Mamerto li kien jorqod fl-istess sodda miegħu imma li min-naħa tiegħu kien jippreferi jorqod.", "Ta' 4 snin, Óscar Romero intlaqat minn marda gravi, probabbilment il-poliomielite li żammitu għal xhur milli jiċċaqlaq u milli jitkellem.", "Din l-infermità ħalliet konsegwenzi fit-tul fuq il-karattru tiegħu li sar iktar introvers u timidu iżda ukoll b'intelliġenza riflessiva.", "Kien jiggosta l-kliem u t-tifsir tiegħu u dejjem għatxan li jsir jaf.", "Billi fiżikament kien dgħajjef ma tantx kien jilgħab mat-tfal l-oħra.", "Missieru kien isejjaħlu b'mod xejn sabiħ \"il-paralitiku\".", "Mix-xogħol ta' missieru bħala telegrafu, huwa beda jaffaxxina ruħu mill-mikrofoni, radjijiet u mezzi ta' komunikazzjoni.", "L-għalliema tiegħu jiftakruh tajjeb fl-Ispanjol iżda li xejn ma kien iħobb il-Matematika.", "Fi żjara li l-ewwel isqof ta' San Miguel, Juan Antonio Dueñas y Argumedo, għamel fi Ciudad Barros, dan staqsa liċ-ċkejken Óscar x'jixtieq isir la jikber dan wieġbu qassis.", "Iżda l-isqof b'subgħu l-kbir miss moħħ Óscar u qallu \"Int se ssir isqof\".", "Ħafna żmien wara, Romero meta kien fil-fatt sar isqof kien jgħid filwaqt li jmiss moħħu \"Hawn ara, għadni nħoss is-suba' kbir tiegħu.\"", "Missieru qabbdu s-sengħa ta' mastrudaxxa mal-aqwa mastrudaxxa tal-post, Juan Leiva, u bl-għajnuna tiegħu ħadem bibien, imwejjed u saħansitra twiebet.", "Iżda fuq kollox kien jitlob ħafna tant li Leira qal li f'ħajtu kollha qatt ma ra bniedem jitlob daqsu.", "Kif jispiċċa mix-xogħol kien jitlaq jiġri lejn il-knisja biex jitlob.", "Fis-sengħa kien sejjer tajjeb, iżda ta' 13-il sena kif wera x-xewqa li jsir saċerdot, bagħtuh fis-seminarju ta' San Miguel.", "Biex iħallaslu l-istudji missieru ta għall-kiri biċċa mill-abitazzjoni tagħhom iżda meta dawwar il-ħsieb u ma kienx se jħallaslu iktar, l-Isqof ta' San Miguel ma riedx jitilfu u ħallaslu hu.", "Oscar ukoll kien jaħdem biex imantni lilu nnifsu, tant li sajf minnhom ħadem f'minjiera.", "Fis-seminarju mmexxi mill-Klaretjani, Romero kien kuntent u faħħarhom bħala edukaturi \"denji, umli u ta' servizz\".", "Fil-ġiti li kienu jagħmlu Oscar ma kienx joqgħod lura milli jissoċjalizza u kemm -il darba tela' fil-quċċata tal-vulkan ta' San Miguel.", "Kien iħobb ħafna l-predikazzjoni, il-mużika u l-kant.", "Malajr beda ħiereġ it-talent tiegħu ta' oratur li fis-seminarju ġie inkoraġġit biex ikompli jiżviluppah.", "Is-superjuri tiegħu kif raw ix-xeħta tiegħu għall-istudju bagħtuh Ruma.", "Ftit jiem qaebl telaq lejn Ruma miet missieru.", "Romero studja fil-Pontificia Università Gregoriana immexxija mill-Ġiżwiti bejn l-1937 u l-1942 fil-Fakultà tat-Teoloġija fejn ġab il-Baċellerat, il-Liċenzjat u d-Dottorat.", "Minn hemm xorob ukoll l-ispiritwalità Injazjana u beda jipprattika l-Eżerċizzji Spiritwali ta' San Injazju.", "Kien jgħix fil-Colegio Pío Latino Americano mmexxi ukoll mill-Ġiżwiti fejn għamel ħafna ħbieb.", "Fil-villeġjatura tas-sajf f'Montenero qrib Livorno kien jgħallem jgħumu lis-seminaristi l-oħra.", "Bħal ħafna seminaristi oħra f'Ruma kien jieħu sehem fil-ħajja reliġjuża tal-belt ta' Ruma u hu ta servizz f'parroċċi fil-periferija ta' Ruma bħal Garbatella u Quarticciolo.", "F'Ruma kibret fih imħabba kbira lejn il-figura tal-Papa, speċjalment lejn Papa Piju XI, li assista għall-mewt tiegħu fl-1939 u kien jammirah għall-fermezza u l-kuraġġ tiegħu quddiem il-potenti ta' din id-dinja, Hitler u Mussolini: \"Sakemm indum Papa jien ħadd ma jidħak bil-Knisja.\"", "Kien ordnat saċerdot f'Ruma nhar l-4 ta' April 1942 u baqa' Ruma sakemm ġab id-dottorat fit-teoloġija axxetika.", "Fl-1943 irritorna El Salvador ma' ħabibu Padre Valladares.", "Huma u sejrin lura waqfu Spanja u l-Kuba, fejn żammewh f'kamp ta' internament għax kien ġej mill-Italja Faxxista.", "Wara diversi xhur miżmuma priġunieri, Valladares marad u t-tnejn li huma ġew trasferiti fi sptar.", "Minn hemm inħelsu u salpaw lejn il-Messiku, imbagħad lura lejn El Salvador.", "Sar kappillan ta' Anamorós, iżda għamel biss xahrejn għax fl-1944 Mons. Miguel Angel Machado, isqof ta' San Miguel riedu bħala segretarju tiegħu.", "Hemm sar ukoll kappillan tal-parroċċa tal-Katidral u kien jgħix u jaħdem fil-knisja ta' Santo Domingo.", "Qabel ma jintefa' għall-attività, Romero kien ingħaqad ma' grupp ta' saċerdoti f'għaqda jisimha \"Possumus\", bil-ħsieb li jitqaddsu akkost ta' kollox, b'talb assidwu, axxeżi u dixxiplina interjuri u mortifikazzjonijiet interni u esterni.", "F'San Miguel kien fdat b'ħafna inkarigi: kappillan, konfessur u direttur spiritwali tal-patrijiet u s-sorijiet, direttur tal-ġurnal settimanali tad-djoċesi, kollaboratur stabbli tar-radju djoċesan, rettur tas-seminarju minuri, president tal-kumitat għall-bini tal-katidral, għalliem tar-reliġjon u l-morali f'kulleġġ tal-bniet.", "Kien jorganizza l-klassijiet tal-katekiżmu u ċ-ċerimonji tal-Ewwel Tqarbina.", "Kien Assistent Ekkleżjastiku għall-Azzjoni Kattolika, għat-Terzjarji Franġiskani, l-Appostolat ta' Talb, il-Kavallieri tas-Santu Sepulkru, il-Moviment tal-Familji Insara, l-\"Alcoholics Anonymous\" u għal għaqdiet oħra Kattoliċi.", "Kien promotur tad-devozzjoni tal-Verġni tal-Paċi ta' San Miguel u b'insistenza tiegħu din ġiet elevata għal Patruna ta' El Salvador flimkien ma' Kristu Salvatur.", "F'San Miguel Romero sar famuż bħala predikatur, tant li f'ċertu żmien sa ħames stazzjonijiet tar-radju kienu jxandru fl-istess ħin il-quddiesa tiegħu tal-Ħadd filgħodu.", "Fil-predikazzjoni tiegħu ma kienx jibqa' biss fuq il-pjetà popolari iżda kien jisħaq fuq fidi mgħixa fil-ħajja ta' kuljum.", "Il-Protestanti ma kinux jifilħu l-attakki kontrihom fl-omeliji tiegħu u kienu jakkużawh b'idolatrija ħabba d-devozzjoni tiegħu lejn ix-xbieha tal-Verġni tal-Paċi.", "Romero kien ifittex li jgħix ħajja saċerdotali żelanti u awstera b'ispirazzjoni Injazjana.", "Kellu ħajja spiritwali pjuttost tradizzjonali bbażata fuq il-kostanza fit-talb, kura tad-dmirijiet spiritwali u liturġiċi, eżami spiss tal-kuxjenza, viġilanza fuq il-ħsibijiet, sawm, rużarju u penitenza.", "Dan kien inaqqas mill-aspett attivistiku tiegħu imma kien il-premessa meħtieġa għall-ħidma kollha li kien jagħmel.", "Fl-irtiri kien rigoruż, l-aktar rigward is-solitudni, kif jiftakruh il-Klaretani li ta' kull sena kien imur jagħmel ġimgħa irtir għandhom biex jirrifletti u jitlob f'silenzju assolut.", "Lanqas kelma ma kien jgħid u ma kienx ikun irid jiekol mal-oħrajn.", "Kien jemmen li \"l-akbar ħtieġa li għandna bħalissa hija l-qdusija tas-saċerdoti\", din biss tista' tikseb aktar erwieħ u din tiddependi mit-talb u s-sagrifiċċju.", "Il-mudell preferut tiegħu kien San Ġwann Maria Vianney, il-Kurat t'Ars.", "Romero kien iqis il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu nnifsu bħala \"ċerta u divina\".", "Il-poplu ta' San Miguel kien japprezza u jħobb lil Romero għax kien jifhimhom.", "Ħafna mis-sinjuri ukoll kienu jħobbuh.", "Kien jaf jolqot il-kordi ta' qalbhom fil-prietki tiegħu (kien jaġġorna ruħu kontinwament fil-katekiżi) u fil-konverżazzjonijiet personali.", "Kien ġeneruż spiritwalment u materjalment.", "Kien karitattiv mal-foqra, u ħafna drabi kien joqgħod nieqes hu biex jgħinhom.", "Ġieli lanqas kien jiekol biex jieklu huma.", "Waqqaf għaqda \"Lustrascarpe ta' San Miguel\", tfal li jillustraw iż-żraben tan-nies, u kien itihom ikel u kenn fi proprjetà tal-parroċċa.", "Ħoloq oratorju għaż-żgħażagħ li barra li kien jgħallimhom il-katekiżmu sar skola professjonali ta' snajja' artiġġjanali.", "Kien iżur regolarment il-ħabsin u jirregalalhom oġġetti ta' bżonn u jurihom films divertenti biex itaffilhom il-monotonija.", "Kien jgħin lill-prostituti biex ma jibqgħux fit-triq u l-alkoħolisti biex jieqfu jixorbu.", "Kien iżur kull ġimgħa l-morda tal-Isptar San Juan de Dios.", "Kien jitlob lill-Caritas djoċesana li kienet tqassam l-ikel biex tgħallem ukoll lin-nies kif ikollhom nutrizzjoni tajba.", "Kien jimpurtah mill-ġid tal-persuna sħiħa.", "Kien jiffrekwenta lis-sinjuri mhux għax kien jieħu pjaċir fl-ambjenti tagħhom imma biex jikkatekizzahom u jitlobhom jgħinu lill-foqra.", "Sa filgħaxija kien ikun għajjien mejjet b'din il-ħidma kollha u mhux l-ewwel darba li raqad fil-konfessjonarju jew ta penitenza ta' \"ħames \"pesos\"\" flok ħames ave mariji!", "Il-qassisin l-oħra kienu jirrispettawh imma fl-istess ħin jibżgħu minnu għax kienu jarawh wisq esiġenti.", "Kien jiddefendi s-sagralità tas-saċerdozju b'saħħtu kollha u bħala segretarju tal-Kurja kien iċanfar severament lil saċerdoti li jonqsu minn dmirhom u fejn jara l-bżonn jikkastiga.", "Romero kien jgħid x'jaħseb b'ħafna frankezza, bla ebda kawtela diplomatika.", "Grupp ta' patrijiet kien talab lill-isqof biex inaqqas l-attiviżmu ta' Romero.", "Ma kienx jagħti kunfidenzi żejda lin-nisa u meta grupp nisa tal-Azzjoni Kattolika fixkluh waqt li kien qed jitlob, ċanfarhom bl-ikrah u qallhom: \"Min qalilkom tindaħlu?", "Jien proprju ma żżewwiġtx biex ma nħallix lin-nies jikkmandawni!\"", "Ħafna ħassewhom offiżi meta ma ħalliehomx jużaw il-katidral għal ċerimonja f'ġieħ Gerardo Barrios, patrijott tas-seklu 19, għax kien mażun.", "Lill-mażuni Romero ma kienx jagħtihom difna Kattolika.", "Minkejja l-\"konservattiżmu\" Kattoliku tiegħu, sa minn daż-żmien Romero beda jiġi akkużat b' \"komuniżmu\" minn xi esponenti politiċi tal-lemin għax espona d-duttrina soċjali tal-Knisja u kkritika it-trattament ħażin tal-ħaddiema li kienu jitħaddmu bil-ġurnata mill-\"cafetaleros\", il-produtturi tal-kafè.", "Xi uħud maqrusin bl-appelli tiegħu għal tqassim ġust tal-ġid bdew jakkużawh li qed ibagħbas fil-ġbir tal-fondi għall-bini tal-katidral u li seraq il-ġojjelli li kienu jżejnu lill-Verġni tal-Paċi, iżda dawn kienu biss kalunnji.", "Oħrajn bdew ixerrdu xnigħat fuq saħħtu.", "Dan ħabba l-fatt li t-tabib kien ordnalu tliet xhur mistrieħ.", "L-istess tabib kien stqarr f'ittra lin-nunzjatura fl-1964 li hija gidba li Romero huwa miġnun jew isofri minn xi paraliżi.", "Fi kliem it-tabib \"Romero huwa \"fighter\" kbir, ma jiqafx jaħdem, u bla dubju l-ħafna xogħol tiegħu iwasslu xi drabi għal eżawriment naturali.\"", "Romero kien jiffrekwenta l-\"Opus Dei\", għaqda li l-fundatur tagħha José María Escrivá de Balaguer kien sar jafu fl-1955 fl-Ewropa.", "Escrivà kien ta' inkoraġġiment kbir għal Romero biex \"jaqdi b'żelu appostoliku lill-Knisja Qaddisa Rumana.\"", "Fl-Opus Dei, Romero kien jammira l-ispiritwalità soda tagħhom, il-fedeltà lejn il-Knisja, l-impenn fix-xogħol u s-\"sens sopranaturali\" tagħhom - kwalitajiet li hu nnifsu kien jikkultiva f'ħajtu.", "Romero fil-fatt kien jitlob ħafna, u mit-talb kien iħossu xprunat għall-azzjoni, kien jaħdem b'serjetà u determinazzjoni, u kien lest li jibqa' fidil lejn Kristu u lejn il-Knisja akkost li jmut martri.", "Kien qarrej assidwu tal-\"Osservatore Romano\" u kuljum kien jismu r-Radju tal-Vatikan.", "Kellu venerazzjoni bla tarf lejn il-Papa u t-tagħlim tiegħu.", "Kien isegwi l-motto Injazjan \"sentire cum Ecclesia\" (qalb waħda mal-Knisja).", "Kien jilbes dejjem is-suttana u kien iċanfarhom lil dawk il-qassisin li ma kinux jilbsuha jew li ma kien ikollhom l-ebda distintiv, u dawk li jkollhom familjarità żejda man-nisa.", "Kien jikkultiva l-identità saċerdotali tiegħu iżda kien jaf ukoll ir-ruħ tal-poplu u kien jaf jinterpretaha.", "Kull filgħaxija kien ilaqqa' lin-nies fil-knisja għal \"ora santa\" quddiem is-Sagrament espost.", "Kien jitlob ir-rużarju man-nies, u l-quddiesa dejjem kien jagħmilha b'devozzjoni u solennità.", "Sa daż-żmien il-kwistjoni soċjali ma kinitx fost il-prijoritajiet taż-żagħżugħ Romero, għalkemm kien diġà jipprietka l-konverżjoni tal-għonja li kellhom ikunu inqas egoisti u juru iktar ħniena mal-foqra.", "Fis-snin sittin is-soċjetà u l-Knisja Salvoderena saru ħafna iktar konxji tal-iskwilibriji soċjali fil-pajjiż.", "Romero, dejjem b'fedeltà lejn il-Knisja kien jimxi fuq id-duttrina soċjali tal-Knisja u ddefenda bi sħiħ lill-Arċisqof Chavez ta' San Salvador meta dan safa fil-mira ta' ħafna attakki wara li f'Awwissu 1966 kien ħareġ ittra pastorali li fiha kkundanna b'qawwa l-inġustizzji soċjali fil-pajjiż.", "L-Insara ta' San Miguel stennew li wara r-riżenja tal-Isqof Machado, is-suċċessur naturali tiegħu kien se jkun Romero iżda minfloku nħatar l-isqof Nordamerikan Lawrence Graziano.", "Bil-wasla ta' Graziano, Romero ma baqax fiċ-ċentru tal-ħidma tad-djoċesi u beda jgħin iktar fin-nunzjatura.", "F'Ġunju 1967 inxterdet l-aħbar li Romero ma kienx se jibqa' San Miguel għax inħatar segretarju tal-Konferenza Episkopali ta' El Salvador.", "In-nies infurjat tant li twaqqaf kumitat \"\"Romero in San Miguel\"\" li mar jipprotesta għand in-nunzju.", "Romero ħeġġeġ lin-nies għall-ubbidjenza lejn l-awtoritajiet tal-Knisja iżda hu nnifsu telaq minn San Miguel imnikket għall-aħħar.", "Kien konvint li Graziano ma kienx isqof tajjeb u fil-fatt sena u nofs wara n-nomina tiegħu Graziano rriżenja.", "Fid-djarju tiegħu, fl-1 ta' Settembru 1967, Romero kiteb hekk: \"Irqadt fil-fond.", "Inħoss id-distakk minn ambjent daqstant maħbub imma ninsab seren u qiegħed nistrieħ mingħajr responsabbiltà.", "Nitlob lill-Mulej jaħfirli.", "Kif inti għedtilna: Aħna qaddejja battalna għamilna dak li kellna nagħmlu.", "Nisperaw...\"", "Romero beda jgħix mal-Ġiżwiti fis-seminarju ta' San Salvador.", "Mill-ewwel intefa' b'ruħu u b'ġismu fil-ħidma tiegħu bħala Segretarju, u l-effiċjenza u d-dedikazzjoni tiegħu laqtu minnufih lill-isqfijiet.", "Kien jibqa' jaħdem sa tard bil-lejl.", "F'Mejju 1968, Romero żdiedlu x-xogħol meta sar ukoll segretarju eżekuttiv tas-Segretarjat tal-Isqfijiet tal-Amerika Ċentrali.", "Nhar il-25 ta' April 1970 inħatar isqof awżiljari ta' San Salvador.", "Hekk sar il-kollaboratur prinċipali ta' Mons. Luis Chávez y González, protagonist tat-Tieni Konferenza tal-episkopat latinoamerikan f'Medellín (1968).", "Il-motto li Romero għażel għall-episkopat tiegħu kien \"Sentir con la Iglesia\", meħud mill-Eżerċizzji Injazjani, u li kien sar il-programm ta' ħajtu.", "Iċ-ċerimonja tal-konsagrazzjoni tiegħu nhar il-21 ta' Ġunju kienet waħda solenni għalkemm ġo palestra (\"gym\") ta' liċeo tal-knisja.", "Għaliha attendew il-President tar-Repubblika, Hernandez, il-Kardinal Casariego tal-Gwatemala, l-isqfijiet kollha tal-pajjiż u n-nunzju Prigione.", "Iċ-ċerimonja kienet fdata f'idejn ħabib antik tiegħu, il-ġiżwita Rutilio Grande, li assigura lil Romero li ma kienx se jkun hemm spejjeż speċjali.", "Romero riedha tkun fuq kollox okkażjoni biex in-nies jifhmu x'jiġifieri isqof għall-knisja.", "Xarabanks mimlijin nies minn San Miguel waslu ukoll f'San Salvador, b'turija ta' rispett u affett kbir lejn Romero.", "Għall-ħabta ta' Ottubru 1970 Romero sar ħabib kbir tal-familja Barraza.", "Salvador Barraza kien negozjant żgħir taż-żraben li kellu dar żgħira u karozza żgħira tiegħu.", "Il-ħbiberija kienet bdiet għaxar snin qabel meta Barraza kien intlaqat mill-omeliji ta' Romero u fl-1967 kien hu li ġarrlu kollox fi trakk minn San Miguel għal San Salvador, fejn hemmhekk saru iktar ħbieb, l-aktar għax Romero beda jmur spiss id-dar tiegħu biex iqarben lil martu Ewġenja li għamlet xhur tirkupra minn inċident li kellha.", "F'Ottubru 1970 Romero kien telagħlu d-deni wara li ta irtir lis-sorijiet fil-muntanji.", "Barraza ħadu d-dar tiegħu u din id-darba kienet Ewġenja li ħadet ħsieb Romero.", "Fid-dar ta' Barraza qatta' xahrejn fejn kienu jmorru jżuruh isqfijiet u qassisin, fosthom il-famuż Father Peyton li kien qed ixerred il-kampanja tar-rużarju fil-familji f'El Salvador.", "Barraza sar l-ikbar ħabib ta' Romero, sar ix-xufier volontarju tiegħu u iktar tard meta sar arċisqof akkumpanjah fi żjajjar pastorali fil-parroċċi, viżti għand it-tabib u għal vaganzi fil-Messiku u l-Gwatemala.", "Il-familja Barraza saret il-familja tiegħu.", "L-għaxqa tiegħu kienet jilgħab u jinbex liż-żewġt itfal tal-familja u jiftaħ ir-rigali tal-Milied bl-istess ħerqa tagħhom.", "Kien imur pikniks magħhom, u fuq il-mejda tal-ikel kien jirrakkonta ċ-ċajt u ġieli jibki meta jitkellem fuq l-oppożizzjoni li kien isib mill-isqfijiet l-oħra.", "F'Mejju 1971, l-Arċisqof Chavez ħatar lil Romero editur tal-ġurnal tal-arċidjoċesi bl-isem ta' \"Orientación\", u fl-1972 ħatru Rettur tas-Seminarju inter-djoċesan tal-pajjiż.", "Nhar il-15 ta' Ottobru 1974 inħatar isqof ta' Santiago de María, b'popolazzjoni ta' 425,000 ruħ, djoċesi fqira li kienet tikkomprendi fiha Ciudad Barrios, belt twelidu.", "F'Novembru Romero mar Ruma jirringrazzja lil Papa Pawlu VI għall-fiduċja li wera fih u l-Papa rregalalu kalċi u għajnuna ta' $3,000 għad-djoċesi.", "Nhar l-14 ta' Diċembru Romero kien insedjat bħala isqof min-nunzju Malti Emmanuel Gerada fil-preżenza ta' uffiċjali għoljin governattivi u ekkleżjastiċi fost ferħ popolari.", "Sitt xhur wara, fil-21 ta' Ġunju, fis-siegħa ta' filgħodu gwardji governattivi għamlu irruzzjoni f'raħal żgħir fid-djoċesi tiegħu, jismu Tres Calles, ifittxu l-armi, u barra li ssakkeġġaw ħafna djar qatlu ħames \"campesinos\" (raħħala).", "L-għada stess Romero mar ifarraġ lill-familji u jqaddes għal ruħ il-vittmi u fl-omelija kkundanna l-massakru bħala attakk fuq id-drittijiet umani.", "Wara mar jipprotesta mal-kmandant tal-Gwardja lokali iżda dan imminimizza li ġara u qallu li l-maqtula kienu biss delinkwenti.", "Romero wieġbu li dawn kellhom dritt għall-ġustizzja kienu min kienu u għamlu x'għamlu.", "Erbat ijiem wara, kiteb ittra addolorata lill-President tal-pajjiż Molina mimlija rabja iżda fl-istess ħin rispettuża.", "Romero ma pprotestax pubblikament għax fi kliemu l-Knisja ma kinitx involuta direttament, ma kienx jaf il-veri mottivi tal-qtil u għax ra li jkun aħjar jintervjeni direttament mal-awtoritajiet.", "Sa dakinhar Romero kien għadu jaħseb li l-ogħla awtoritajiet ma kinux responsabbli tad-delitti li jikkomettu dawk ta' taħthom u li se jirremedjaw l-abbużi u li l-ewwel responsabbiltà tiegħu kienet lejn il-Knisja bħala istituzzjoni.", "Iżda l-ġrajjiet tal-ewwel ġimgħat tiegħu bħala arċisqof sentejn wara kellhom ineħħulu kull fiduċja fl-ogħla uffiċjali tal-gvern u ġegħluh jieħu pożizzjoni pubblika kuraġġuża biex jiddefendi l-vittmi tal-vjolenza governattiva u jara f'dan id-dover tal-Knisja fid-dawl tal-Konċilju Vatikan II li ta viżjoni ta' Knisja bħala qaddejja tal-poplu.", "F'Santiago de Maria, Romero ra b'għajnejh it-tbatija tal-bdiewa raħħala iżda għalissa ma offrielhom l-ebda soluzzjoni għall-inġustizzji li kienu qegħdin isofru taħt idejn il-propretarji tal-art, ħlief li kien jappella lil dawn tal-aħħar biex ma jibqgħux egoisti.", "Meta sentejn wara, sar arċisqof għaraf li l-maħqurin għandhom jorganizzaw ruħhom biex ikunu jistgħu jagħmlu pressjoni għad-drittijiet tagħhom, u hu beda jiddefendi id-drittijiet ta' dawn l-organizzazzjonijiet b'saħħtu kollha.", "Iżda f'Santiago de Maria, Romero fetaħ il-bini tal-katidral, fosthom sala, biex fih ikunu jistgħu jorqdu mijiet ta' ħassada li qabel kienu jorqdu barra fil-pjazza u fil-kesħa.", "Ġab ukoll il-Caritas u s-Sinjuri tal-Karità biex jipprovdulhom platt sħun xħin jiġu lura wara ġurnata twila ta' xogħol.", "Kien joffrilhom ukoll films kateketiċi għall-arja aperta biex inaqqsilhom ftit mill-monotonija tax-xogħol.", "Biex ikun ta' għajnuna għar-raħħala l-Isqof Romero kien jarma l-\"loudspeaker\"s fuq il-\"jeep\" u jsuq lejn inħawi abbandunati biex jipprietkalhom, idoqqilhom il-mużika sagra, iqarar, iqaddes, jgħammed u jżewweġ.", "Il-qassisin ta' Santiago kienu jmorru aħjar miegħu milli kienu jmorru dawk ta' San Miguel.", "Barra li kienu jammirawh għall-ħeġġa u l-enerġija tiegħu sabuh isqof iktar miftuħ u lest biex jiddjaloga magħhom.", "Kien jagħmel minn kollox biex jgħin parroċċi foqra u kien jibgħatilhom materjal għall-bini, attrezzaturi għas-\"sound\" tal-knisja u li jkollhom bżonn.", "Nhar it-22 ta' Frar 1977, Oscar Romero, wara biss sentejn isqof f'Santiago de Maria, kien insedjat bħala arċisqof tal-ikbar arċidjoċesi ta' pajjiżu li dak iż-żmien kien għaddej mill-agħar tiġrib taħt gvern dittatorjali lemini.", "L-għażla ta' Romero, propost min-nunzju Gerada, intlaqgħet bil-ferħ mill-gvern li kien għadu ma jafx x'isarraf dak l-isqof kwiet u timidu.", "Meta kien għadu isqof ta' Santiago di Maria kien magħruf bħala bniedem paċifiku li joqgħod lura milli jxellef difru ma' min qiegħed fis-setgħa.", "Il-gvern tal-ġeneral Molina kien moħħu mistrieħ li Romero mhux se jaqlagħlu inkwiet jew jipprotesta kontra l-inġustizzji fil-pajjiż.", "F'intervista li kien ta fl-10 ta' Frar lil ġurnal lokali Romero kien qal: \"Irridu nibqgħu fiċ-ċentru, għassa, bil-manjiera tradizzjonali, imma nfittxu l-ġustizzja...(Il-missjoni tas-saċerdot) hija eminentement reliġjuża u traxxendentali... il-gvern m'għandux iqis saċerdot li jieħu pożizzjoni fuq il-ġustizzja soċjali bħala politiku jew element sovversiv meta dan ikun qed iwettaq il-missjoni tiegħu fil-politika tal-ġid komuni.\"", "Il-President offrielu karozza lussuża Cadillac kif ukoll palazz kollu rħam iżda Romero rrifjutahom it-tnejn, anzi għaġġeb lil kulħadd meta lanqas biss mar jieħu sehem fiċ-ċerimonja tal-ġurament tal-istess president, imtella' hemm bil-qerq.", "Fis-27 ta' Frar, 1977, il-Gwardja Nazzjonali ta' El Salvador fetħet in-nar fuq 10,000 persuna li kienu miġburin fi Pjazza Libertà fil-kapitali San Salvador biex jipprotestaw kontra l-elezzjonijiet imbagħbsa.", "Imkexkxin, in-nies ġrew biex jistkennu fil-knisja tar-Rużarju, imma ħafna nqatlu għax is-suldati sparaw bl-addoċċ fuqhom.", "Dan kellu jkun il-bidu tal-konverżjoni tal-Arċisqof Oscar Romero, li kien ilu biss ġimgħa Arċisqof imma li sa dakinhar kien ġab ruħu ta' isqof x'aktarx konservattiv u prudenti żżejjed, li ma riedx jirfes il-kallijiet tal-Gvern u tas-sidien ta' l-artijiet.", "Imma dakinhar qal lis-saċerdoti biex imorru lura d-dar u jieħdu ħsieb il-campesinos tagħhom u jiftħu l-bibien ta' darhom għal dawk li kienu fil-periklu u, jekk hemm bżonn, jaħbuhom għandhom biex ma jaqbduhomx il-pulizija.", "Fil-5 ta' Marzu Romero ħareġ ittra pastorali li fiha semma' l-ħafna atroċitajiet, qtil, torturi, kampanji ħorox li s-sidien ta' l-artijiet għamlu kontra l-Knisja u t-tkeċċija ta' saċerdoti li kienu jaħdmu favur il-fqar.", "\"Anki jekk il-Knisja tista' tiftiehem ħażin, jeħtieġ tgħolli leħinha u tikxef id-dnub, jagħmlu min jagħmlu: Fariżej, qassisin, għonja, Erodi jew Pilatu.", "Kulħadd hu msejjaħ minn Alla – fqar u għonja – imma l-Knisja trid tkun favor dawk li m'għandhom xejn.\"", "Ġimgħa wara, is-Sibt, 12 ta' Marzu, il-Ġiżwita Rutilio Grande telaq bil-\"jeep\", bil-pastorali ta' Romero fil-but, biex imur iqaddes fir-raħal ta' El Paisnal, fejn kien twieled.", "Miegħu kellu żewġt iħbieb, raġel anzjan u tifel ta'seba'snin jismu wkoll Rutilio.", "Patri Rutilio kien \"ġellied\" favur il-fqar ta' El Salvador u għalhekk xejn ma kien stmat mill-awtoritajiet, anzi kienu jħarsu b'ċerta stmerrija lejh.", "Kien jgħallem li fil-pajjiż kellu jkun hemm liġijiet ġusti li jagħtu dinjità lill-poplu u li qabel iseħħ dan ma setgħux isejħu lil Kristu Salvatur bħala l-patrun ta' pajjiżhom.", "Ftit ġranet qabel, f'waħda mill-priedki tiegħu kien qal: \"Huwa perikoluż tkun Nisrani fid-dinja tagħna, fejn li tippriedka l-Vanġelu saret ħaġa sovversiva u s-saċerdoti huma eżiljati talli jippridkawh!\"", "Fit-triq waqfu biex jagħtu lift lil tlett itfal.", "Kellhom ikunu daw it-tlett itfal l-uniċi xhieda tal-bullets li ftit minuti wara qatlu lill-Ġiżwita u ż-żewġt iħbieb tiegħu.", "L-Arċisqof Romero kien ħabib kbir ta' Rutilio; għalhekk kif sema', telaq jiġri lej Aguilares fejn kienu ħadu t-tliet kadavri u qaddes għal ruħhom.", "Fl-Omelija huwa qal li Alla għandu bżonn il-fqar biex isalva d-dinja,li l-ħelsin jasal biss metal-fqar mhux biss jaqilgħu ġo fihom imma huma stess jilħqu mexxejja u protagonisti tat-taqtigħa tagħhom għal-libertà.", "Wara l-quddiesa Romero talab lis-saċerdoti u lis-sorijiet biex jibqgħu fil-knisja biex jiddiskutu x'se jagħmlu dwar il-mewt ta' Rutilio.", "Dakinhar seħħet il-konverżjoni sħiħa f'Romero: ta' sittin sena kien \"tgħammed\" mill-ġdid!", "Romero ordna l-għeluq tal-iskejjel u l-kulleġġi tal-Knisja għal tlett ijiem bħala viżtu, talab li ssir inkjesta dwar il-qtil tiegħu u ta' oħrajn, akkuża l-istituzzjonijiet u l-istess qorti suprema b'kompliċità mas-setgħa ċivili; u anke waqqaf kummissjoni permanenti biex tħares il-jeddijiet tal-bniedem.", "Fis-sebgħinijiet El-Salvador kien għaddej minn tensjoni kbira u persekuzzjoni mill-awtoritajiet biex joħonqu lill-fqar.", "Aktar minn 75,000 Salvadoren inqatlu, miljun oħra ħarbu mill-pajjiż, miljun sfaw bla dar f'pajjiż ta' ħames miljun u nofs ruħ.", "Kull ma seta' joffri l-Arċisqof kienu l-Omeliji mxandra mal-pajjiż kollu li bihom kien jassigura lill-foqra, mhux li l-atroċitajiet se jieqfu, imma li l-Knisja kienet magħhom: \"Jekk ma jħalluniex nitkellmu, jekk joqtlu lis-saċerdoti kollha u lili, kull wieħed minkom irid isir il-mikrofonu ta' Alla, kull wieħed minkom irid isir profeta.\"", "Il-quddiesa tiegħu, speċjalment dik tal-Ħadd, kienet saret dejjem iffollata, m'hemmx fejn tqiegħed labra.", "U saret waqt ta' spiritwalità profonda għall-poplu kollu, kif saret ukoll il-waqt li fih jikkundanna l-kefrija tas-setgħa ċivili.", "Ir-radju arċidjoċesan sar ir-radju l-iżjed popolari ta' El Salvador u l-Arċisqof Romero sar il-persunaġġ l-iżjed ippreferut mis-semmiegħa tiegħu.", "Id-djarju li kien iżomm, bir-rekording tiegħu ta' kuljum, huwa xiehda tat-tensjoni li nħolqot fil-pajjiż bejn l-1977 u l-qtil tiegħu fl-1980.", "Ir-reġim dittatorjali sar l-eqqel għadu ta' Romero, imma t-tensjoni nħasset ukoll fil-Knisja.", "Bdew jaslu rapporti kontrih anke f'Ruma u n-Nunzju tal-Vatikan, li dak iż-żmien kien il-Malti l-Arċisqof Emmanuel Gerada, ftit li xejn kien favurih.", "U f'ittra pastorali li kiteb f'dawk is-snin, l-Arċisqof Romero wissa li meta l-Knisja \"tidħol fid-dinja tad-dnub b'intenzjonijiet ta' salvazzjoni u liberazzjoni, id-dnub tad-dinja jinfed fil-Knisja u jaqsamha, billi jifred l-Insara awtentiċi ta' rieda tajba minn dawk li huma Nsara biss fl-isem u fid-dehra.\"", "Fl-1978 Romero ġie nnominat għall-Premju Nobel għall-Paċi imma dakinhar il-premju ħaditu Madre Tereża, illum Beata.", "Fl-1980 Romero kiteb lill-President Jimmy Carter biex ma jkomplix jibgħat għajnuna militari għax din kienet qiegħda tintuża \"kontra l-poplu tiegħi\".", "Għal tnax-il sena sħaħ l-Amerika bagħtet miljuni ta' dollari f'għajnuna lill-gvern.", "Iżda ħadd ma ta kas ta' l-ittra ta' Romero.", "Fit- 23 ta' Marzu 1980 l-Isqof Romero irriskja sew u, fi tmiem Omelija li nstemgħet mal-pajjiż kollu, b'leħen sod qal:", "L-għada, 24 ta' Marzu, l-Arċisqof Romero ġie assassinat fis-sitta u nofs ta' filgħaxija waqt li kien qed iqaddes fil-kappella ta' l-Isptar tal-Providenza Divina f'San Salvador stess.", "Skont \"audio-recording\" tal-Quddiesa, huwa ntlaqat minn tir ta' arma sparat waqt li kien qed jgħolli l-kalċi fi tmiem ir-rit Ewkaristiku.", "Demmu nfirex fuq l-altar u tħallat mal-inbid tal-kalċi li l-Insara jemmnu li jsir id-Demm ta' Kristu.", "Il-għada tal-mewt tiegħu, il-Papa Ġwanni Pawlu II hekk tkellem dwar il-mewta tiegħu:", "\"B'dan il-mod hu inkuruna l-ministeru tiegħu li kien mixħut b'mod speċjali ma' dawk li huma l-ifqar u iżjed imwarrbin.", "Kienet xhieda mill-aqwa li ipprovdiet simbolu tat-tbatija tal-poplu imma wkoll raġuni għalfejn wieħed jittama f'ġejjieni aħjar.\"", "Fl-2003, min qatel lil Romero, Álvaro Rafael Saravia, l-id il-lemenija ta' Roberto D'Aubuisson, il-mexxej tal-iskwadra tal-mewt imħarreġ fl-Istati Uniti tal-Amerka tressaq il-qorti fl-Amerika u fl-2004 instab ħati.", "Nhar l-24 ta' Marzu, 2010 — fit-tletin anniversarju mill-qtil ta' Romero — il-President Salvadoren Mauricio Funes għamel apoloġija uffiċjali statali għall-qtil ta' Romero.", "Quddiem qraba ta' Romero, rappreżentanti tal-Knisja, diplomatiċi, u uffiċjali governattivi, Funes qal li dawk involuti fil-qtil \"...sfortunatament aġixxew bil-protezzjoni, kollaborazzjoni jew parteċipazzjoni ta' aġenti tal-istat\".", "Papa Franġisku ddikjara beatu lill-Arċisqof Oscar Romero, fit-23 ta' Mejju 2015.", "Iddikjarah qaddis fl-14 ta' Ottubru 2018 flimkien ma' Papa Pawlu VI u ħames qaddisin oħra.", "Malta kellha sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-beatifikazzjoni bit-tnedija tal-ewwel ktieb bil-Malti dwar Romero, \"Qatlu lill-Arċisqof - Il-ġrajja ta' Oscar Romero\".", "F'dan il-ktieb, l-ewwel produzzjoni ta' \"Say It Publications\", Robert Aloisio, awtur ta' diversi artikli f'ġurnali u rivisti, jitratta fost l-oħrajn ir-relazzjoni ta' Romero mal-Papa Ġwanni Pawlu II, man-Nunzju Malti għal El Salvador Emanuel Gerada, mal-Opus Dei, mat-Teoloġija tal-Liberazzjoni u mal-Ġiżwiti u l-konnessjoni ta' Malta ma' Romero.", "Fuq kollox Aloisio jisħaq fuq l-imħabba ta' Romero lejn il-foqra u l-ħidma tiegħu favur il-ġustizzja soċjali.", "Fil-ktieb wieħed isib ukoll siltiet minn intervisti ma' Malti li ltaqa' ma' Romero f'San Salvador, ma' missjunarju Malti f'El Salvador, ma' Álvaro Rafael Saravia, wieħed mill-assassini ta' Romero.", "Fil-ktieb hemm ukoll tliet omeliji sħaħ: l-ewwel omelija sħiħa ta' Romero bħala Arċisqof, fil-funeral ta' Rutilio Grande, dik meta reġa' ħa l-pussess tal-Knisja ta' Aguilares wara li kienu ipprofanawha s-suldati u l-aħħar omelija ta' Romero eżatt qabel ma' qatluh."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15934", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15934", "title": "Emmanuel Gerada", "text": ["Emmanuel Gerada", "L-Arċisqof Emmanuel Gerada (Żejtun, Malta, 18 ta' Mejju, 1920 - Msida, 21 ta' Jannar 2011) kien arċisqof titulari Malti u nunzju f'diversi pajjiżi, magħruf l-aktar f'pajjiżu għas-sehem li ta biex fl-1969 ntlaħaq il-ftehim storiku bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, li ġab fi tmiemha l-kwistjoni politiko-reliġjuża li kienet ilha sejra għal għaxar snin sħaħ, u kien Nunzju f'El Salvador matul l-Episkopat tal-Arċisqof Oscar Romero f'San Salvador.", "Gerada kien ir-raba' minn fost sitt aħwa.", "Hu ħa l-edukazzjoni tiegħu l-Liċeo, is-Seminarju tal-Arċisqof u l-Università ta' Malta fejn fl-1939 ħa l-grad tal-Baċċelerat tal-Arti waqt li fl-1946 kien liċenzjat fit-teoloġija.", "Kien ordnat saċerdot mill-Isqof Emmanuel Galea fl-1 ta' Awwissu tal-1942 wara li kien kiseb id-dispensa meħtieġa billi ma kienx għadu għalaq l-24 sena.", "Kien ukoll rebaħ borża ta' studju mill-British Council u fl-1944 kompla l-istudji tiegħu fin-Nottingham University College.", "Fl-1952, Mons. Gerada kiseb dottorat fil-liġi kanonika mill-Università Gregorjana u wara segwa kors fil-Pontificia Accademia Ecclesiastica f'Ruma, liema kors kellu jwasslu biex jingħaqad mal-korp diplomatiku tas-Santa Sede.", "Fil-fatt, wara sena taħriġ fis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan, fl-1952 hu kien inħatar attachè għall-intenunzjatura appostolika fl-Eġittu u sena wara kien inħatar bħala assistent privat tal-Papa.", "Aktar tard, l-Arċisqof Gerada kien trasferit biex iservi bħala segretarju għall-internunzjatura appostolika fl-Indja, u fl-1956 kien appuntat segretarju għan-nunzjatura f'Dublin.", "Bejn l-1960 u l-1964, huwa kien maħtur bħala awditur tan-nunzjatura u charge d'affaires f'Tokjo, u aktar tard serva bħala parti mid-delegazzjoni appostolika fil-messiku.", "Fl-1965 kien appuntat bħala konslu fin-nuzjatura u prelat tal-Papa Pawlu VI, waqt li s-sena ta' wara nħata l-kariga bħala charge d'affaires f'Kigali, fl-Rwanda.", "Fit-18 ta' Ġunju tal-1967, Mons. Gerada kien kkonsagrat bħala isqof Titulari ta' Nomentum u Isqof Awżiljarju tal-Arisqof Mikiel Gonzi.", "Sena wara nħatar bħala Isqof Koadjutur ta' Malta.", "L-Arċisqof Gerada kellu sehem importanti fid-diskussjonijiet twal li saru bejn il-Partit Laburista u l-Awtoritajiet Ekklesjastiċi tal-Gżejjer Maltin, liema diskussjonijiet kienu wasslu biex nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-1969 intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat.", "Dan il-ftehim kien ġab fi tmiemha l-kwistjoni politiko-reliġjuża li kienet ilha sejra għal għaxar snin.", "Il-qofol tal-ftehim kien li l-Knisja u l-Malta Labour Party jagħrfu li fis-soċjetà moderna ta' żmienna huwa meħtieġ li ssir għażla bejn il-komunità politika u l-Knisja; li l-Knisja għandu jkollha l-libertà li tħares l-inetressi spiritwali u temporali tagħha, u li meta jkun hemm bżonn tgħallem liema huma l-prinċipji t-tajba u ħżiena; u li min-naħa tagħha l-Knisja tħalli lil kulħadd fil-libertà tal-kuxjenza tiegħu billi ma timponix id-dnub il-mejjet bħala ċensura.", "Fis-sena 1973, Mons. Gerada kien kompla bil-karriera tiegħu fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede, meta inħatar Nunzju Appostoliku għal El Salvador u l-Gwatemala.", "Serva wkoll bħala Nunzju Appostoliku għal Pakistan fl-1980 u għall-Irlanda fl-1989.", "Hu kien irtira f'Malta fl-1995 skont il-Liġi Kanonika fl-età ta' 75 sena.", "Il-Partit Laburista Malti ddeskriva lil Monsinjur Gerada bħala \"bniedem li ta kontribut kbir lis-soċjetà Maltija f'diversi oqsma u kien strumentali fil-ħidma favur l-għaqda nazzjonali fi żminijiet diffiċli għall-pajjiż\".", "Monsinjur Gerada jibqa mfakkar l-iktar għall-medjazzjoni tiegħu fl-eqqel tal-ġlieda politiko-reliġjuża tas-snin 60 u bis-saħħa tie¬għu ntlaħaq il-ftehim bejn il-partit u l-Kurja li biha il-Knisja aċċettat li qatt iktar ma jkun impost id-dnub il-mejjet fl-elezzjonijiet politiċi kif ukoll ġie miftiehem li jkun hemm separazzjoni bejn Knisja u Stat tant li dawn il-prinċipji ġew imnaqqxin fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika fl-1974.", "Monsinjur Gerada għamel unur lil Malta b'ħidmietu permezz tal-karriera diplomatika tiegħu f'isem il-Vatikan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15936", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15936", "title": "Papa Ċelestinu V", "text": ["Papa Ċelestinu V", "Il-Papa Ċelestinu V, imwieled Pietro da Morrone (Molise, bejn l-1209 u l-1215 – Fumone, 19 ta' Mejju 1296), kien il-192 Papa tal-Knisja Kattolika għal inqas minn 4 xhur, bejn id-29 ta' Awwissu u t-13 ta' Diċembru 1294.", "Huwa meqjum bħala qaddis tal-Knisja Kattolika u t-tifkira tiegħu ssir fid-19 ta' Mejju.", "Tliet lokalitajiet fil-Molise jgħidu li Ċelestinu twieled fihom: Isernia, Sant'Angelo Limosano u Sant'Angelo in Grotte.", "Jingħad li tilef lil missieru ta' eta' żgħira ħafna.", "Ta' 20 sena huwa mar jgħix ta' eremita, jitlob, jaħdem u jaqra l-bibbja.", "Huwa mexa mar-regola tal-Benedittini u kienu bosta l-eremiti l-oħrajn li kienu jfittxuh għall-pariri.", "Dan wasslu biex waqqaf il-Kommunità tal-Ispirtu Mqaddes ta' Maiella (\"Celestini Benedettini\").", "Intgħażel Papa fil-5 ta' Lulju, 1294, wara li għal sentejn sħaħ il-konklavi tal-kardinali ma setax jasal għal għażla.", "Meta huwa kien qalilhom li l-Mulej ma kienx qed jieħu pjaċir b'dan id-dewmien, il-kardinali għażluh Papa u ħa l-isem ta' Ċelestinu V. L-għan ewlieni tal-pontifikat tieghu kien li jirriforma lill-kleru, li ħafna minnhom kienu qed jinqdew bis-saċerdozju tagħhom biex jiksbu s-setgħat temporali.", "Il-pontifikat tiegħu kien wieħed qasir ħafna li dam 4 xhur biss.", "Nhar it-13 ta' Diċembru, 1294, Papa Ċelestinu rriżenja mill-kariga tiegħu, l-ewwel Papa li għamel dan fl-istorja tal-Knisja, wara Papa Ponzjanu|Ponzjanu]] (235), Benedittu IX (1045) u Girgor VI (1046).", "Huwa miet fid-19 ta' Mejju, 1296.", "Indifen fil-knisja ta' Sant'Agata f'Ferentino.", "Aktar tard il-fdalijiet tiegħu ttieħdu fil-Knisja ta' Santa Maria di Collemaggio, fl-Aquila.", "Ġie iddikjarat qaddis fl-1313.", "Huwa l-qaddis patrun tal-Aquila u ta' dawk li jillegaw il-kotba."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15937", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15937", "title": "Ġnien Botaniku ta' Mérida", "text": ["Ġnien Botaniku ta' Mérida", "Il-Ġnien Botaniku ta' Mérida (bl-Ispanjol: \"Centro Jardín Botánico de Mérida\") huwa ġnien botaniku fil-belt ta' Mérida, il-Veneżwela.", "Dan il-ġnien ġie fundat fl-1991 mill-Universidad de Los Andes bl-iskop li jippreserva il-fawna u l-flora u għar-riċerka.", "Ġie miftuħ għall-pubbliku fit-8 ta' Diċembru, 2002, u jokkupa 44 tomna li ngħatat mill-istess Università, u ġie maqsum f'żoni skont it-tip ta' flora li tinsab lokalment.", "Il-biċċa l-kbira taż-żona hi okkupata minn bosk ta' arżnu tal-post.", "Dan jinsab fil-parti ta' fuq tal-belt ta' Mérida bejn ix-xmajjar Albarregas u Mucujún", "Il-kollezzjoni l-iktar importanti hi magħmula minn bromelji, li minnhom hemm iktar minn 100 speċi u 600 individwu; din hi l-ikbar kollezzjoni ta' bromelji fil-Veneżwela u fl-Amerika t'Isfel."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15944", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15944", "title": "Manama", "text": ["Manama", "Manama (Għarbi: المنامة) hija l-belt kapitali tal-Baħrejn."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15970", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15970", "title": "Pawlu Miki", "text": ["Pawlu Miki", "Pawl Miki jew Paulo Miki (bil-Ġappuniż: パウロ三木; Tounucumada, c. 1562 – Nagasaki, 5 ta' Frar 1597) kien seminarista, martri u qaddis Kattoliku Ruman Ġappuniż.", "Kien membru Ġiżwita u hu wieħed mis-sitta u għoxrin matri tal-Ġappun.", "Imwieled qrib Kjoto minn familja nobbli Ġappuniża, hu rċieva l-magħmudija ta' ħames snin.", "Ta' 22 sena daħal mal-Ġiżwiti bħala novizz u studja fil-kulleġġi tal-ordni f'Azuchi u Takatsuki, u sar missjunarju.", "Madanakollu ma setax jiġi ordnat qassis minħabba li ma kienx hemm isqof fil-Ġappun.", "Għall-bidu, l-awtorità tal-pajjiż ħalliet id-diffużjoni tal-Kristjaneżmu, imma fl-1587 id-dajmjo Ġappuniż, Toyotomi Hideyoshi, beżgħan mill-influwenza u l-intenzjonijiet tal-Ġiżwiti, beda jippersegwita lill-Kattoliċi.", "Miki kien mitfugħ il-ħabs f'Diċembru ta' dik is-sena, flimkien ma' żewġ sħab oħra Ġappuniżi tal-ordni tiegħu, sitt patrijiet missjunarji Spanjoli u s-sbatax-il dixxiplu lokali tagħhom, terzjarji Franġiskani.", "Hu u sħabu l-Kattoliċi kellhom jimxu 600 mil minn Kjoto għal Nagasaki, fejn tul dan il-vjaġġ kantaw it-talba tat-\"Te Deum\".", "Mal-wasla tagħhom f'din il-belt bl-ikbar popolazzjoni ta' Kattoliċi fil-Ġappun, Miki ġie imsallab fil-5 ta' Frar 1597.", "Hu għamel l-aħħar diskors tiegħu fuq is-salib, u hu mifhum li hu ħafer lil dawk li qatluh.", "Imsallbin miegħu kien hemm ukoll Joan Soan (de Gotó) u Santiago Kisai, it-tnejn li huma membri tas-Soċjetà ta' Ġesù, flimkien ma' tlieta u tletin qassisin oħra u lajċi.", "Hu ġie beatifikat, flimkien ma' sħabu martri, fl-14 ta' Settembru 1627 minn Papa Urbanu VIII.", "Aktar tard fl-1862, ġie kanonizzat minn Papa Piju IX.", "Il-festa liturġika tiegħu tiġi ċċelebrata fis-6 ta' Frar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15973", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15973", "title": "Mata Hari", "text": ["Mata Hari", "Mata Hari, psewdonimu ta' Margaretha Geertruida Zelle (Leeuwarden, 7 ta' Awwissu 1876 – Vincennes, 15 ta' Ottubru 1917) kienet żeffiena u aġent sigriet Olandiża, ikkundanata għall-piena kapitali għall-attività tagħha ta' spjunaġġ matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Margaretha Zelle twieldet fil-familja ta' Adam (1840–1910) u Antje van der Meulen (1842–1891), u kellha tliet ħutha, il-kbir, Johannes (1878), u l-aħwa tewmin, Arie Cornelius u Anne (1881–1956).", "Kellha karnaġġjon samrani, xagħarha u għajnejha suwed u għalhekk kienet tidher differenti min-norma tan-nies Olandiżi.", "Missierha kellu ħanut tal-kpiepel u kien il-proprjetarju ta' mitħna u ta' razzett.", "Il-familja tiegħu setgħet tgħix b'kumdità kbira f'bini antik u sabiħ f'Groote Kerkstraat, fiċ-ċentru tal-belt, u Margaretha kienet tattendi skola prestiġjuża.", "Fl-1889, in-negozju ta' missierha tant beda sejjer ħażin li kellu jbiegħu.", "L-inkwiet finanzjarju ġab ukoll miegħu inkwiet fil-familja tant li fl-4 ta' Settembru, 1890, wassal għas-separazzjoni tal-ġenituri tagħha.", "Missierha mar joqgħod Amsterdam u ommha mietet is-sena ta' wara.", "Margaretha trabbiet fil-belt ta' Sneek ma' parrinuha li ħajjarha tistudja biex issir għalliema fi \"crèche\" f'Leiden.", "Jidher li d-direttur tal-iskola, kien jagħtiha ħafna attenzjoni żejda, jekk mhux fastidju, u dan ġiegħel lil parrinuha li jneħħiha mill-iskola u jibgħatha toqgħod ma' ziju f'Den Haag.", "Fl-1895, ta' tmintax-il sena, Margaretha wieġbet għal proposta li dehret fuq gazzetta lokali fuq raġel li kien qiegħed ifittex mara.", "Dan kien il-Kaptan tal-Armata Kolonjali Olandiża Rudolph MacLeod (1856–1928), li kien qiegħed jgħix Amsterdam, wara li kien ingħata l-liċenzja għall-konvalexxenza mill-kolonja Olandiża tal-Indoneżja billi kien marid bid-dijabete u r-rewmatiżmu.", "Fil-11 ta' Lulju, 1896, Margaretha żżewġet lil Mac Leod wara li kienet kisbet il-kunsens ta' missierha, għalkemm dan ma marx it-tieġ.", "Wara l-\"honeymoon\" f'Wiesbaden, il-koppja marret toqgħod Amsterdam, f'dar oħt Rudolph, Louise.", "Fit-30 Jannar, 1897, Margaretha wieldet tifel, li semmewh għal missier missieru, Norman John.", "F'Mejju, il-familja ttrasferiet lejn Ġava, fejn il-kaptan kellu jkompli s-servizz fir-raħal ta' Ambarawa, fiċ-ċentru tal-gżira.", "Is-sena ta' wara marru joqgħodu Teompoeng, qrib Malang, fejn fit-2 ta' Mejju, 1898, twieldet Jeanne Louise, li kienet tissejjaħ \"Non\", minn \"nonah\" li bil-Maliż tfisser \"iż-żgħira\".", "Il-ħajja fil-familja ma kinitx hienja: kien hemm il-ġlied bejn iż-żewġ miżżewġin, kemm minħabba l-ħruxija tal-ħajja fl-irħula li ma kellhomx il-kumditajiet tal-bliet moderni Ewropej ta' dak iż-żmien, kif ukoll minħabba l-għira tar-raġel u t-tendenza tiegħu li jabbuża x-xorb.", "Is-sena ta' wara r-raġel laħaq maġġur u kmandant tar-reġjun ta' Medan fuq il-kosta tal-Lvant ta' Sumatra.", "Bħala l-mara tal-kmandant, Margaretha kella d-dmir li tistieden id-dar l-uffiċjali l-oħra mal-familji tagħhom u saret taf in-nies importanti tal-post.", "Wieħed minnhom stedinha biex tara għall-ewwel darba ż-żfin lokali ġewwa tempju.", "Dan tant affaxxinaha bil-ġdudija eżotika tal-mużika u tal-movimenti li ppruvat timitah.", "Il-familja sofriet minn xokk qawwi bit-traġedja tal-mewt taċ-ċkejken Norman, li fis-27 ta' Ġunju, 1899, miet avvelenat.", "Il-kawża tal-mewt kienet xi mediċina li seftura indiġena tat lit-tfal tal-koppja, imma m'hemm l-ebda prova li din riedet toqtolhom, iżda kien hemm suspett li żewġha, li kien subaltern taħt il-Maġġur Mac Leod, kien ġiegħelha tagħmel hekk biex ipattiha lil ta' fuqu għal xi kastig li kien tah.", "Rudolph, Margaretha u ċ-ċkejkna Non, biex jitbegħdu minn fejn tant kellhom memorji ta' niket, irnexxielhom jittrasferixxu għal Banjoe Biro fuq il-gżira ta' Ġava, fejn Margaretha mardet bit-tifu.", "Il-maġġur Mac Leod, laħaq l-età tal-pensjoni u fit-2 ta' Ottubru, 1900, iritira mill-armata: wara ftit iktar minn sena f'Ġava, fir-raħal ta' Sindanglaja, forsi minħabba t-talbiet ta' martu, fil-bidu tal-1902 ħa l-familja lura lejn l-Olanda.", "Meta waslu l-Olanda fit-2 ta' Marzu, 1902, reġgħu marru joqgħodu għal żmien qasir ma' Louise Mac Leod f'Amsterdam u mbagħad marru joqgħodu waħidhom f'appartament f'van Breestraat.", "Mac Leod telaq lil martu u ħa t-tifla miegħu u Margaretha talbet is-separazzjoni li ngħatietilha fit-30 ta' Awwissu, flimkien mat-trobbija ta' bintha Non u d-dritt għall-alimenti.", "Wara rikonċiljazzjoni qasira Margaretha u żewġha nfirdu għal dejjem, din id-darba kien il-missier li kiseb il-kustodja tat-tifla, filwaqt li Margaretha marret toqgħod għand zijuha f'Den Haag.", "Margaretha kienet determinata li tipprova esperjenza ġdida f'belt kbira, u f'Marzu tal-1903 marret Pariġi, fejn hemmhekk ma kienet taf 'il ħadd.", "Ippruvat tgħix billi tagħmilha ta' mudella għal xi pitturi u tfittex xi xogħol fit-teatri iżda b'riżultati diżappuntanti u forsi waslet ukoll għall-prostituzzjoni, bit-tama vojta ta' suċċess.", "Meta l-isforzi kollha tagħha fallew iddeċidiet li tmur lura l-Olanda, iżda s-sena ta' wara, fl-24 ta' Marzu, 1904, marret lura Pariġi u qagħdet fil-Grand Hotel.", "Margaretha, li fil-fatt kienet tgħallmet tirkeb iż-żiemel fi żmien li kienet Ġava, marret tkellem lil ċertu Sur Molier, sid ta' ċirklu u ta' skola tal-ekwitazzjoni, u offriet li taħdem miegħu.", "Hu aċċetta l-proposta tagħha u għamlet suċċess.", "Lejl minnhom dehret waqt festa fid-dar ta' Molier f'żifna Ġavaniża (jew xi ħaġa tixbaħha) u Molier baqa' entużjast bl-esebizzjoni tagħha.", "Id-debutt veru tagħha sar fi Frar tal-1905 fid-dar tal-kantant Kiréevsky, li kien jistieden lil ħbiebu għonja u lil dawk li kien jaf għal spettakli għall-karità.", "Tant għamlet suċċess li l-gazzetti bdew jiktbu fuqha.", "Lady Mac Leod, kif bdiet issejjaħ lilha nnifsha, irrepetiet l-istess suċċess f'spettakli oħra li kienu jsiru fi djar privati, fejn kien iżjed faċli li tneħħi l-velijiet tal-kostum tagħha, u l-fama tagħha bħala ż-\"żeffiena li ġejja mil-Lvant\" bdiet tinfirex ma' Pariġi kollha.", "Ċertu wieħed Monsieur Guimet, industrijalista u kollezzjonista tal-arti Orjentali, taha proposta sabiex tidher bħala ġojjell Orjentali animat fil-Mużew Guimet fil-Place de Jéna, fejn kien iżomm is-sejbiet prezzjużi tiegħu.", "Però biex tagħmel dan kellha tbiddel isimha, li kien wisq borgiż u Ewropew.", "Guimet għażel l-isem ta' oriġni Maliż ta' Mata Hari, \"Għajn iż-Żernieq\".", "L-esebizzjoni ta' Mata Hari fil-Mużew Guimet saret fit-13 ta' Marzu.", "Mata Hari kienet daqqa tagħmel rappreżentazzjonijiet miżmuma fid-djar esklussivi tal-aristokratiċi u l-finanzieri u daqqa oħra tagħmel spettakli fil-postijiet prestiġjużi ta' Pariġi: il-Moulin Rouge, it-Trocadero, il-Café des Nations, iżda s-suċċess ġab miegħu kurżità kbira dwar ħajjitha u kien hemm bżonn li l-immaġni privata tagħha ssir taqbel mal-immaġni pubblika.", "Lill-ġurnalisti, tagħthom taħlita ta' daqsxejn verità ma ħafna gideb: \"Twelidt Ġava u għext hemm għal numru ta' snin\" [ ... ]", "\"Issograjt ħajti biex nidħol fit-tempji sigrieti tal-Indja [ ... ] rajt iż-żeffiena mqaddsa jiżfnu quddiem l-idoli ewlenin ta' Xiva, Visnù u tal-alla mara Kalì [ ... ] anki l-qassisin fanatiċi li jgħassu l-altar tad-deheb, iddedikat lill-aktar terribbli mill-allat, ħasbuni żeffiena tat-tempju [ ... ]", "Il-vendetta tal-qassisin Buddisti għal dawk li jipprofanaw ir-riti [ ... ] hi terribbli [ ... ] naf sewwa l-Ġange, il-Benares, għandi demm Induist fil-vini\".", "Wara l-wirja fit-teatru Olympia fit-8 ta' Awwissu 1905, Mata Hari ġiet inkurunata bħala \"il-mara li hija żifna hi stess\", \"artista sublimi\", u bħala dik li \"rnexxiela tagħti s-sens u l-uġigħ l-iżjed profond tal-ispirtu Indjan\" u sabet ruħha mfittxija kemm mit-teatri ewlenin Ewropej kif ukoll minn ħafna rġiel għonja u nobbli biex jiżżewġuha.", "Id-dawra li għamlet Spanja f'Jannar tal-1906, kienet trijonf kbir.", "Billi tissodisfa l-fantasija inġenwa u mħawda, mibnija fuq ir-realtà ta' pajjiżi mhux magħrufin, Mata Hari kienet toffri l-ispettaturi dak kollu li kienu jistennew miż-żfin tagħha: il-faxxinu projbit tal-erotiżmu u s-safa tal-axxetiżmu, f'sinkretiżmu assurd, fejn l-għerf ġentili ta' Buddha kien meqjus ekwivalenti għar-riti imdemmin – li fil-fatti ma jeżistux – ta' allat nisa Indusiti tal-biża'.", "Min-naħa l-oħra, jidher li hija kellha ċertu talent għax iż-żfin tagħha fil-ballett bil-mużika ta' Jules Massenet, \"Le Roi de Lahore\", fit-teatru tal-opra ta' Monako fis-17 ta' Frar kellu suċċess kbir u hi ġiet imfaħħra bħala \"żeffiena unika u sublimi\" waqt li l-kompożitur Franċiż tal-ballett, kif ukoll Giacomo Puccini, stqarru li kienu ammiraturi tagħha.", "Minn Monako marret Berlin, fejn saret taf uffiċċjal għani, Hans Kiepert, li mar magħha Vjenna u mbagħad Londra u l-Eġittu.", "Sadanittant, ġew ippubblikati żewġ bijografiji tagħha, waħda miktuba minn missierha, li fiha lil bintu tellagħha s-sema aktarx biex jonfoħ lilu nnifsu billi ivvinta stejjer li kien jiġi minn rejiet u prinċpijiet, u oħra b'intenzjoni opposta, ta' George Priem, avukat ta' żewġha.", "Mata Hari, naturalment, ikkonfermat il-verżjoni ta' missierha; dak li qabel kien jagħmel il-kpiepel kien uffiċċjal nobbli, filwaqt li nannitha kienet prinċipessa Ġavaniża, waqt li hi kienet ivvjaġġat mal-kontinenti kollha u kienet għexet żmien twil New Delhi, fejn kienet ħabiba ta' maħaraġa u qatlet it-tigri, kif kienet turi l-fer li kienet tilbes – li fil-fatt kienet xtrat minn ħanut f'Lixandra.", "Is-suċċess ipprovoka wkoll imitazzjonijiet iżda l-ebda waħda mill-imitaturi qatt ma laħqet il-fama tagħha.", "Isimha kien imqabbel ma' dak tal-\"vedettes\" tal-imgħoddi, bħal Lola Montez, u ta' żmienha, bħal Bella Otero, Cléo de Mérode u Isadora Duncan.", "Fis-7 ta' Jannar 1910 f'Monte Carlo qagħlet tifħir ġdid għaż-żifna tagħha \"Danse du feu\" li ma reġgħetx żifnet fl-Olympia f'Pariġi għall-unika raġuni li l-ispejjeż kienu eċċessivi.", "Is-suċċess żied b'mod konsiderevoli l-ispejjeż meħtieġa biex iżżomm il-ħajja soċjali bla għeda, u kien darba biss li kienet għamlet waqfa qasira meta fis-sajf marret toqgħod f'kastell f'Esvres, mhux bogħod minn Tours, li l-maħbub ġdid tagħħa il-bankier Félix Rousseau poġġa għad-dispożizzjoni tagħha.", "Minn hemm marret f'proprjetà oħra tal-finanzier, villa lussuża f'Neuilly, viċin ta' Pariġi.", "Fl-aħħar tal-1911 laħqet il-quċċata tar-rikonoxximent artistiku billi f'La Scala ta' Milan, ħadet sehem fl-ewwel rappreżentazzjoni ta' \"Armida\" ta' Gluck, meħuda minn \"Gerusalemme liberata\" ta' Torquato Tasso, u rreċtat il-parti tal-\"Pjaċir\" imbagħad, mill-4 ta' Jannar 1912 kienet f'ħames rappreżentazzjonijiet tal-\"Bacco e Gambrinus\", ballett ta' Giovanni Pratesi bil-mużika ta' Romualdo Marenco, fejn kellha l-parti ta' Venere.", "Id-direttur tal-orkestra Tullio Serafin stqarr li Mata Hari \"hija mara eċċezzjonali, eleganti u perfetta b'sens poetiku mwieled fiha, barra minn hekk taf xi trid u taf kif tiksbu.", "Għalhekk żgur li ż-żfin tagħha tagħmlu opra tal-arti\".", "Fil-fatt, it-teatru Milaniż kien għaddej minn perjodu ta' dekadenza u t-tentattivi magħmula dak iż-żmien minn Mata Hari biex tinkiseb il-kooperazzjoni ta' mużiċisti bħal Umberto Giordano u Pietro Mascagni kienu għalxejn, bħal ma kien ukoll it-tentattiv biex tidher mal-ballerini Russi tal-kumpanija ta' Djagilev.", "Mata Hari allura stabret bil-\"Folies Bergères\", fejn warrbet għal mument iż-żfin orjentali u saret żingara.", "Fis-sajf tal-1913, marret dawra mal-Italja u dehret f'Ruma, Napli u Palermo.", "Kien hemm raġuni, kienet tgħid, għaliex kienet tant taf tajjeb iż-żfin Spanjol: bħala tfajla kienet iżżewġet lil nobbli Skoċċiż, u kienet tgħix f'kastell antik; wara li falla ż-żwieġ tagħha, ivvjaġġat ħafna u fit-tul ma' Spanja, fejn \"torero\", li kien iħobbha, qatel ruħu b'idejh fl-arena, iddisprat li hi ma kinitx tħobbu.", "Fl-1914, marret Berlin biex tħejji spettaklu ġdid li fih kellha l-ħsieb li tinterpreta żifna Eġizzjana fil-kamra tagħha fil-lukanda Cumberland.", "Kitbet hi stess il-librett tal-ballett li semmiet \"Il-Kimera\".", "Sadanittant stenniet li f'Settembru kienet sejra tidher fit-Teatru Metropole f'spettaklu ieħor.", "Imma dan l-ispettaklu qatt ma seħħ: l-assassinju tal-prinċep ereditarju Awstrijakk temm il-\"Belle Epoque\" u bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Filwaqt li l-armata Ġermaniża kienet qiegħdha tinvadi l-Belġju biex twettaq l-operazzjoni tagħha li tagħlaq il-forzi armati Franċiżi u ttemm il-gwerra malajr, Mata Hari kienet diġà telqet lejn l-Iżvizzera minn fejn kellha f'moħħha li tmur lura lejn Franza, iżda filwaqt li l-bagalji baqgħu sejrin fi triqthom lejn it-territorju Franċiż, hi nżammet fuq il-fruntiera u ntbagħtet lura lejn Berlin.", "Fil-lukanda fejn irritornat, mingħajr bagalji u flus, Jon Kellermann, industrijalista Olandiża, offrielha l-flus għall-vjaġġ u taha parir biex tmur Frankfurt u minn hemmhekk, permezz tal-konsulat, taqsam il-fruntiera Olandiża.", "Allura fl-14 ta' Awwissu 1914 l-uffiċċjali tal-konsulat Olandiż ta viża biex tista' tmur Amsterdam lil Margaretha Geertuida Zelle, \"twila metru u ħamsa u sebgħin ċentimetru\", ta' xagħar (dak iż-żmien) bjond.", "Hawnhekk saret il-maħbuba tal-bankier van der Schalk u mbagħad wara li marret Den Haag, tal-Baruni Eduard Willem van der Capellen, kurunell tal-ussari, li għenha ġenerożament fil-ħtiġijiet finanzjarji tagħha.", "Fl-24 ta' Diċembru 1915 Mata Hari maret lura Pariġi sabiex tieħu lura l-bagalji u tipprova, għal darb'oħra għalxejn, biex tikseb xogħol ma' Djagilev.", "Bilkemm kienet saret il-maħbuba tal-maġġur Belġjan Fernand Beaufort meta l-permess biex toqgħod Pariġi skadielha u fl-4 ta' Jannar 1916 kellha tmur lura lejn l-Olanda.", "Meta kienet Den Haag kien iżurha spiss fid-dar tagħha il-konslu Ġermaniż Alfred von Kremer, li f'dan il-perjodu kriha bħala spija fis-servizz tal-Ġermanja, inkarigata biex tipprovdi informazzjoni dwar l-ajruport ta' Contrexéville, qrib Vittel, fi Franza, fejn kienet tista' tmur taħt l-iskuża li kienet qiegħda żżur wieħed mill-ħafna maħbubin tagħha, il-kaptan Russu Vadim Masslov, li kien daħal l-isptar f'din il-belt.", "Mata Hari, saret aġent H21 u ġiet imħarrġa fil-Ġermanja mill-ispija famuża Elsbeth Schragmüller, iżjed magħrufa bħala Fräulein Doktor, li tatha l-kodiċi l-ġdid AF44.", "Iż-żeffiena kien diġà mgħassa mill-kontrospjunaġġ Ingliż u Franċiż meta, fl-24 ta' Mejju 1916, telqet lejn Spanja u minn hemm fl-14 ta' Ġunju marret Pariġi.", "Hemm permezz ta' eks-maħbub tagħha, it-tenent tal-kavallerija Jean Hallaure, li mingħajr ma kienet taf kien hu wkoll aġent Franċiż, fl-10 ta' Awwissu ġabha f'kuntatt mal-kaptan Georges Ladoux, kap ta' sezzjoni tad-Deuxième Bureau, il-kontrospjunaġġ Franċiż, biex tikseb permess biex tmur Vittel.", "Ladoux taha viża u pproponielha li tidħol fis-servizz ta' Franza u Mata Hari aċċettat din il-proposta imma talbet is-somma enormi ta' miljun frank, li ġġustifikat billi ftaħret li kienet taf ħafna nies importanti li setgħu jkunu utli għall-kawża Franċiża.", "F'Vittel iltaqgħet mal-kaptan Russu u tħalltet mal-ħafna uffiċċjali Franċiżi li kienu jiffrekwentaw l-istazzjon termali u wara ġimgħatejn marret lura Pariġi.", "Hemmhekk, barra ma bagħtet informazzjoni dwar il-missjoni tagħha lill-aġenti Ġermaniżi fl-Olanda u l-Ġermanja, irċiviet ukoll istruzzjonijiet mill-kaptan Ladoux biex tgħaddi minn Spanja u tmur lura l-Olanda.", "Wara li nżammet għal ftit jiem Madrid, dejjem mgħassa mill-Franċiżi u l-Ingliżi, f'Novembru siefret minn Vigo għal Den Haag.", "Meta l-bastiment wasal Falmouth fir-Renju Unit, ġiet arrestata minħabba li bi żball ħasbuha ż-żeffiena tal-flamenco, Clara Benedix, li kienet suspettata li kienet spija Ġermaniża.", "Meta ġiet interrogata f'Londra l-iżball ġie ċċarat u wara ftehim ma' Ladoux, Scotland Yard bagħtuha Spanja, fejn żbarkat fil-11 ta' Diċembru 1916.", "F'Madrid kompliet tilgħab il-logħba doppja u żammet kuntatt kemm mal-\"attaché\" militari tal-ambaxxata Ġermaniża, Arnold von Kalle, kif ukoll ma' dak tal-Ambaxxata Franċiża, il-kurunell Joseph Denvignes, fejn lil dan tal-aħħar għarrfittlu bil-manuvri tas-sottomarini Ġermaniżi barra mill-kosta tal-Marokk.", "Von Kalle induna li Mata Hari kienet qiegħdha tilgħab logħba doppja u bagħat telegramma Berlin li fiha qal li \"l-aġent H21\" qiegħdha titlob il-flus u kienet qiegħdha tistenna l-istruzzjonijiet.", "Ir-risposta kienet li l-aġent H21 kellha tmur lura Franza biex tkompli l-missjoni tagħha u hemm tirċievi 15,000 frank.", "L-ipoteżi li l-Ġermaniżi kienu ddeċidew li jeħilsu minn Mata Hari – biex jikxfuha lill-kontrospjunaġġ Franċiż bħala spija Ġermaniża – hija bbażata fuq il-fatt li f'din l-okkażjoni użaw kodiċi ta' trażmissjoni qadim, li kien ġie abbandunat għax il-Franċiżi kienu diġà ddeċifrawh, li fih Mata Hari kienet għadha identifikata bis-simbolu H21, minflok b'dak iżjed riċenti AF44.", "Għalhekk il-messaġġi Ġermaniż kienu faċilment iddeċifrati mill-Franċiżi.", "Fit-2 ta' Jannar 1917 Mata Hari daħlet lura Pariġi u fl-għodwa tat-13 ta' Frar ġiet arrestata fil-kamra tagħha fil-lukanda Elysée Palace u maqfula fil-ħabs ta' Saint-Lazare.", "Quddiem il-kap tal-inkjesta, il-kaptan Pierre Bouchardon, fil-bidu Mata Hari adottat it-tattika li tiċħad kollox u sostniet li ma kinitx imdaħħla f'ebda affari ta' spjunaġġ.", "Fl-ewwel interrogatorju għenha l-avukat Édouard Clunet, eks-maħbub tagħha, li kien żamm relazzjoni ta' affezzjoni magħha.", "Imbagħad, iżjed ma beda jgħaddi ż-żmien iżjed ma setgħetx tevita li tiġġustifika s-somom kbar li l-maħbub tagħha van der Capelen kien jibgħatilha mill-Olanda – meqjusin mill-prosekuzzjoni bħala l-ħlas għall-ispjunaġġ tagħha – li tammetti s-somom li rċeviet f'Madrid minn von Kalle li ġġustifikat bħala sempliċi rigali, u li tikxef storja mhux mistennija li fi Spanja kellha offerta biex taħdem bħala aġent ta' spjunaġġ Russu fl-Awstrija.", "Semmiet ukoll il-proposta li għamlilha l-kaptan Ladoux biex taħdem għal Franza, li fittxet li tisfrutta għall-vantaġġ tagħha, biex turi l-lealtà tagħha lejn Franza.", "Il-prosekuzzjoni s'issa ma kellha ebda prova konkreta kontra Mata Hari, li setgħet saħansitra tiftaħar li poġġiet ruħha għad-diżpożizzjoni tal-ispjunaġġ Franċiż.", "Il-fatt hu li l-kontraspjunaġġ kien għadu ma poġġiex għad-dispożizzjoni tal-kaptan Bouchardon it-trażkrizzjoni tal-messaġġi Ġermaniżi nterċettati li wrewha bħala l-aġent Ġermaniż H21.", "Meta għamlu hekk, xahrejn wara, Mata Hari kellha tammetti li kienet mikrija mill-Ġermaniżi u li kienet irċeviet il-linka inviżibbli biex tikkomunika l-informazzjoni tagħha, iżda qalet li din qatt ma kienet użatha – tefgħitha kollha l-baħar – u li ma kienet bagħtet xejn lill-Ġermaniżi, minkejja l-20,000 frank li rċeviet mill-konslu von Kremer, li hi sostniet li kienu biss kumpens għall-tbatija li soffriet matul iż-żjara tagħha fil-Ġermanja fil-jiem bikrija tal-gwerra.", "Rigward il-messaġġ ta' von Kalle f'Berlin, li kixifha bħala spija, Mata Hari qalet li dan kien vendikazzjoni ta' raġel imwarrab.", "Il-ħafna uffiċċjali Franċiżi li kienet il-maħbuba tagħhom, meta kienu nterrogati ddefendewha u stqarrew li qatt ma kienu jqisuha bħala spija.", "Għall-kuntrarju, Georges Kaptan Ladoux ċaħad li xi darba għamillha proposta biex taħdem għas-servizzi Franċiżi, għax dejjem kien iqisha bħala spija Ġermaniża, filwaqt li l-\"attaché\" militari f'Madrid, Elder Denvignes, sostna li kienet innamrat miegħu bil-ħsieb li toħodlu minn moħħu sigrieti militari; rigward l-informazzjoni dwar attivitajiet Ġermaniżi fil-Marokk, hu ċaħad li kienet Mata Hari li ipproviedthom.", "Iż-żewġ uffiċċjali ma kinux kapaċi jsemmu ebda ċirkostanzi sostanzjali kontra Mata Hari, iżda x-xhieda tagħhom fil-proċess kellha piż determinanti.", "L-inkjesta ngħalqet b'murtal: l-uffiċċjal Russu Masslov, li Mata Hari suppost kienet il-maħbuba tiegħu, kiteb li r-relazzjoni mal-mara dejjem kien qiesha biss bħala avventura.", "Ir-rivelazzjoni ma kellha xejn x'taqsam mal-pożizzjoni legali ta' Mata Hari, iżda żgur li ġegħlitha tħossha f'iżolament drammatiku.", "L-inkjesta ngħalqet fl-21 ta' Ġunju u Mata Hari ntbagħtet quddiem il-qorti.", "Il-proċess, miżmum bil-bibien magħluqin, beda fl-24 ta' Lulju.", "Il-president tal-qorti ta' sitt imħallfin militari kien it-tenent kurunell Albert Ernest Somprou u fuq in-naħa tal-prosekuzzjoni kien hemm it-tenent Mornet.", "Xejn ġdid ma ħareġ fil-jumejn ta' diskussjoni.", "Wara d-difiża appassjonata tal-avukat ta' Mata Hari, Clunet, li qabel kien gwerrier u ngħata midalja fl-1870, fil-Gwerra Franko-Prussjana, l-imħallfin irtiraw biex iwieġbu 8 mistoqsijiet: Wara siegħa inqatgħetilha s-sentenza: \"Il-Kunsill tal-Gwerra jikkundanna unanimament lil Marguerite Gertrude Zelle għall-piena tal-mewt permezz tal-fuċilazzjoni\".", "L-appell għar-rieżaminazzjoni tal-proċess ġie rrifjutat mill-Kunsill tar-reviżjoni fis-17 ta' Awwissu u fis-27 ta' Settembru anki l-Qorti tal-Appell ikkonferma s-sentenza tal-kundanna.", "L-aħħar tama kienet it-talba għall-maħfra li l-avukat Clunet ppreżenta personalment lill-President Poincaré.", "Maż-żernieq ta' nhar it-Tnejn, il-15 ta' Ottubru, il-Kaptan Thibaud qajjem lil Mata Hari, li wara l-proċess kienet taqsam ċella ma' żewġ priġunieri oħra, biex iħabbrilha li l-talba għal maħfra kienet ġiet miċħuda u wissiha tħejji għall-eżekuzzjoni.", "Hi libset bl-eleganza tas-soltu, mgħejuna minn minn żewġ sorijiet, Sor Marie u Sor Leonide, u mbagħad, fuq it-talba tagħha, il-kappillan Arboux għammidha.", "Libset kappell tat-tiben ta' Firenze u l-ingwanti, u akkumpanjata miż-żewġ sorijiet, il-kappillan, l-avukat Clunet, it-tobba Bizard, Socquet, u Bralet u mill-gwardjani, marret fl-uffiċċju tad-direttur, fejn kiteb tliet ittri – li però d-direzzjoni tal-ħabs qatt ma bagħtet – indirizzati lil bintha Jeanne Louise, lil-kaptan Masslov u lill-ambaxxatur tal-Olanda, Cambon.", "Imbagħad tliet vannijiet militari skortati minn draguni rikbin iż-żiemel ħadu l-kortew lejn il-Kastell ta' Vincennes u waslu hemm fis-sitta u nofs ta' għodwa kiesħa u biċ-ċpar.", "Labranzetta ma' Sor Marie, imxiet b'passi sodi lejn il-post maħżul għall-eżekuzzjoni, fejn kienet qiegħdha tistenniha skwadra suldati li sellmulha u ppreżentawlha l-armi.", "Wara li sellmet lura b'ċaqliqiet puliti ta' rasha, ġiet marbuta ħafif mal-arblu.", "Billi rrifjutat l-għamad setgħet tara quddiemha mil-qrib it-tnax-il suldat li kienu assenjati d-dmir tas-sentenza għall-mewt: wieħed minnhom, skont ir-regola, kellu l-ixkubetta vojta.", "Minn ħdax-il tir, tmienja marru fil-vojt – l-aħħar galanterija tal-militari Franċiżi – wieħed fir-rkoppitha, wieħed f'ġenbha u wieħed dritt f'qalbha.", "Il-marixxall Pétey sparalha tir f'għonqha, tir ta' grazzja, biex ikun żgur li mietet.", "Ħadd ma' kien hemm li kellu d-dritt għall-ġisem u allura ġie meħud l-Istitut tal-Mediċina Legali ta' Pariġi, fejn indifnet ġo fossa komuni.", "Rasha nżammet u mbagħat insterqet fis-snin ħamsin, f'ċirkustanzi li qatt ma tfissru, forsi biex isservi bħala relikwa makabra.", "Wara t-tmiem tal-gwerra, il-Ġermanja għall-ewwel ippreżentatha bħala vittma innoċenti, li qatt ma kienet ikkollaborat mas-servizzi tal-ispjunaġġ Ġermaniżi.", "Madankollu fl-1931, f'xogħol kollettiv importanti li fih ikkollaboraw storiċi, uffiċċjali militari u uffiċċjali li qabel kienu fis-servizzi sigrieti, jingħad li \"Mata Hari għamlet affarijiet kbar għall-Ġermanja; hi kienet il-messaġġiera għall-informaturi tagħna li kienu jgħixu barra jew f'pajjiżi għadewwa [...]", "Mata Hari kienet taf perfettament kif jimxu l-affarijiet militari, wara li ġiet imħarrġa f'waħda mill-aqwa skejjel tal-ispjunaġġ [...]", "Hija kien aġent importanti.\"", "Fl-1937, Elsbeth Schragmüller, magħrufa bħala Fräulein Doktor, li ħadmet matul il-gwerra fis-sezzjoni IIIC f'Antwerpen, ippubblikat il-memorji tagħha.", "Rigward Mata Hari, fihom irrevelat li \"l-ebda waħda mill-aħbarijiet li bagħtitilna ma kienet utli u l-ebda informazzjoni tagħha ma kienet ta' interess politiku u militari\".", "Hi taċċetta madankollu li: \"Il-kundanna kien misħoqqa fl-ispirtu tal-kodiċi militari.\"", "L-istoriku Alain Decaux fir-riċerka tiegħu dwar Mata Hari staqsa lill-Avukat Mornet dwar il-kwistjoni vera li ppreżenta l-każ ta' din is-suppost spija.", "Dan wieġbu \"li fl-aħħar ma kienx hemm affarijiet kbar li wieħed seta' jixliha bihom\" imma l-każ tagħha kien ipprovokat \"mill-attakki tal-istampa f'kuntest politiku\" hekk li r-raġuni tal-istat kellha tirbaħ.", "Ħarġu ħafna films ibbażati fuq l-istorja ta' Mata Hari:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15982", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15982", "title": "Auguste Rodin", "text": ["Auguste Rodin", "François-Auguste-Rodin René (Pariġi, 12 ta' Novembru 1840 – Meudon, 17 ta' Novembru 1917) kien skultur Franċiż, wieħed mill-iskulturi l-aktar importanti tat-tieni nofs tas-seklu 19.", "Aguste Rodin twieled Pariġi f'kwartier tal-klassi tal-ħaddiema, qrib il-Kwartier Latin – nru 3, Rue de l'Arbalète.", "Missieru, Jean-Baptiste Rodin, minn Normandija, imwieled f'Yvtot, kien skrivan meta twieled ibnu, u wara laħaq spettur fil-Prefettura tal-Pulizija.", "Ommu, Marie Cheffer, kienet minn Lorraine.", "Jidher li l-familja kienet magħquda u reliġjuża ħafna.", "Rodin kien l-iżgħar minn żewġ ulied.", "Oħtu, li kienet sentejn ikbar minnu, daħlet soru, imma mietet fl-1862 wara marda qasira.", "Lil oħtu kien iħobbha ħafna u mewtha ġabitlu ħafna niket u tbatija.", "Minkejja li l-familja ma kinetx tat-tajjeb, it-tfal kienu edukati b'attenzjoni kbira, it-tifla f'kunvent u Auguste l-ewwel fi skola tal-patrijiet fil-kwartier ta' Val-de-Grâce u wara fil-belt ta' Beauvais fi skola li kien waqqaf zijuh, bniedem kolt ħafna li ħa t-tagħlim bħala professjoni u rnexxielu joħloq pożizzjoni interessanti għalih innifsu.", "Auguste baqa' ma' zijuh sakemm għalaq 14-il sena.", "Kien jidher ċar minn kmieni li t-tifel kien jinqala' ħafna fid-disinn u għalhekk missieru bagħtu l-iskola tad-disinn u l-matematika f'Rue de l'École de Médicine.", "Din l-istituzzjoni kienu jsibuha bħala \"l-iskola ż-żgħira\", biss jiddistingwuha mill-iskola tal-Belli Arti uffiċjali; l-għan tagħha kien li teduka ż-żgħażagħ li kienu ħa jaħdmu fl-industriji artistiċi.", "Sa hemm kienet tasal l-ambizzjoni għat-tifel dak iż-żmien.", "Id-direttur tal-iskola kien wieħed jismu Belloc, imma kien hemm ukoll professur, Lecocq de Boisbaudran, li għamel isem kbir mhux bħala artista imma bħala għalliem, għax ħoloq sistema notevoli għat-tagħlim tad-disinn permezz tat-tħarriġ tal-memorja u b'hekk għen biex jifforma għadd ta' artisti famużi.", "Fost l-istudenti tiegħu kien hemm Fantin-Latour, Cazin, Legros, Lhermitte u l-iskultur Dalou.", "Kien hemm ukoll professur ieħor jismu Fort, li wkoll kellu influwenza kbira fuq iż-żagħżugħ Rodin, li infatti żmien wara stqarr li l-vokazzjoni tiegħu kien jafha lilu.", "Iż-żaghżugħ studja wkoll fl-iskola ta' Gobelins, fejn kien hemm professur jismu Lucas li lejh esprima l-istess gratitudni.", "Bla dubju li dawk in-nies skoprew fiż-żagħżugħ studjuż u akkanit il-kwalitajiet li jagħmlu artista.", "Meta x-xeħta tiegħu bdiet tidher ċara, ġie deċiż min-nies ta' madwaru li kien hemm bżonn li jieħu parir minn skultur jismu Maindron li dak iż-żmien kellu fama konsiderevoli.", "Il-verdett tiegħu kien favorevoli u ż-żagħżugħ Rodin applika biex jidħol fl-École des Beaux-Arts.", "Ġie rrefjutat tliet darbiet.", "Imbagħad għal xi snin kien jaqla' x'jgħix billi jaħdem f'bosta snajja li kellhom x'jaqsmu ftit jew wisq mal-professjoni tal-iskultura – jagħmel il-forom, l-ornamenti u l-induratura u affarijiet oħra, u l-ħin kollu kien qiegħed jiġbor esperjenza prezzjuża għall-karriera tiegħu ta' artista.", "Meta kellu tlieta u għoxrin sena, Rodin imġiegħel min-niket tal-mewt tal-maħbuba oħtu, ħa l-voti reliġjużi u daħal fil-monasteru tal-Ewdisti fil-Faubourg Saint Jacques.", "Din il-ħeġġa spiritwali però ma damitx wisq, u ħames jew sitt xhur wara reġa' mar lura d-dar.", "Ftit wara ltaqa' ma' Rose Bueret li kienet is-sieħba tiegħu għal ħajtu kollha u mietet ftit xhur biss qablu.", "Fl-1886 Rodin beda jieħu l-lezzjonijiet minn għand Barye, l-iskultur tal-annimali li kien artista ammirevoli ta' qawwa kbira, imma jgħidu li bħala għalliem ma tantx kellu ħeġġa.", "Imbagħad mar jaħdem fl-istudju ta' Carrier-Belleuse, skultur ieħor ta' talent kbir, student ta' David d'Angers, u baqa' assisstent miegħu għal xi sitt snin.", "Imma minkejja li Rodin kien isejjaħ lilu nnifsu student taż-żewġ artisti, biex jissodisfa r-regoli tas-Salon, fil-każ tal-ewwel wieħed kien jattendi biss il-lezzjonijiet tiegħu ta' fil-għaxija u fil-każ tal-ieħor kien lavrant miegħu.", "Sa dak iż-żmien ftit hemm xogħlijiet magħrufa ta' Rodin, ħlief xi ordnijiet kummerċjali, bħall-karjatidi tat-teatru Gobelins, il-fuklar tat-teatru Gaîté, ir-rilievi dekorattivi fis-Salle de Rubens tal-Mużew tal-Louvre, etc. Hemm bust ta' missieru li skont il-leġenda tal-familja għamlu meta kellu sbatax-il sena, imma Rodin innifsu qal li kien għamlu xi sena jew sentejn qabel ix-xogħol li jmiss – il-bust ta' Patri Eymard, is-superjur tas-Societas Sanctissimi Sacramenti, li ż-żagħżugħ sar miġbud ħafna lejh fil-ftit żmien li għamel fil-monasteru.", "Id-data ta' dan ix-xogħol kienet l-1863.", "Ma niskantawx li dan il-qasis serju, li Rodin dejjem baqa' jiftakru bil-ġieħ, malajr induna li l-vokazzjoni vera taż-żagħżugħ ma kinetx fil-kjostru.", "Sablu studju u wara ftit bil-ħlewwa kollha ħeġġu biex ibiddel ħsiebu u jmur id-dar.", "Il-bust juri l-qawwa tal-osservazzjoni li kellu Rodin, il-fideltà lejn in-natura u kemm kien jifhimha.", "It-tielet xogħol kien il-famuż \"Raġel bi mnieħru miksur\", li bagħat lis-Salon u ġie refjutat.", "Matul l-assedju ta' Pariġi Rodin baqa' fil-belt u daħal suldat fil-Gwardja Nazzjonali.", "Imma fi Frar tal-1871, inħass li minħabba li ma kienx jara mill-bogħod ma kienx adattat għas-servizz militari u mar ma' Carrier-Beleuze il-Belġu, bil-ħsieb li jkompli jaħdem miegħu.", "Imma kien hemm xi tilwim jew nuqqas ta' qbil bejnithom, u Rodin ħallieh u mar mal-iskultur Belġjan Van Rasbourg, li kompla d-dekorazzjoni tal-Borża ta' Brussels li kien beda l-iskultur Franċiż u ħadem ukoll fuq il-Palais des Académies.", "Ħadem ukoll għal rasu, u fl-1875 (is-sena meta wera żewġ busti aktarx timidi fis-Salon), wara li kien warrab biżżejjed flus, wettaq ambizzjoni li kienet ilha fih li jmur l-Italja biex jistudja x-xogħlijiet ta' Donatello u Mikelanġlu.", "Imma l-finanzi naturalment ma kinux wisq u ma damx fit-tul.", "Qatta' l-parti l-kbira taż-żmien Firenze u Ruma, imma żar ukoll Venezja u Napli.", "Reġa' lura b'entużjażmu kbir mimli bl-influwenza taż-żewġ imgħallmin kbar tal-iskultura.", "Ix-xogħol ta' Rodin li jmiss kien influwenzat ħafna minn Donatello, imma kien oriġinali biżżejjed li lill-iskultur għamlu famuż minnufih u qajjem kontroversja sħiħa.", "Din kienet l-istatwa li l-ewwel kienet magħrufa bħala 'Il-bniedem iqajjem in-Natura', issa magħrufa bħala \"L-Età tal-Bronż\".", "Xi wħud mill-kollegi tiegħu u mill-kritiċi stqarru li kienu jaraw il-qerq fiha, u akkużawh li kien ħa forma min-natura.", "Dan wassal għall-ewwel skandlu tal-karriera ta' Rodin (kien hemm bosta oħrajn warajha), u għadd ta' skulturi u pitturi iffirmaw protesta kollettiva biex jiddefenduh.", "L-iStat ftit wara patta għall-offiża billi kiseb l-istatwa tal-bronż u ta midalja tat-tielet klassi lill-iskultur żagħżugħ.", "L-iStat wara ftit żmien akkwista wkoll l-istatwa tiegħu ta' \"San Ġwann Battista\", li tqegħdet fil-ġnien ta' Lussembourg.", "Minħabba dawn iż-żewġ xogħlijiet għamel ħafna ħbieb ġodda kemm fid-dinja artistika kif ukoll fost l-intellettwali.", "Madwar dan iż-żmien Rodin kien qiegħed jaħdem fuq id-dekorazzjoni tal-Palazz Trocadéro f'Pariġi (dan kien twaqqa' minħabba l-Wirja Internazzjonali tal-1937) mal-iskultur Legrain u mmudella għadd ta' busti tat-terracotta fl-istil u l-manjiera tas-seklu 18.", "Imbagħad is-sotto-segretarju għall-Belli Arti, bħala \"amende honorable\" għat-tmaqdir li kien ġarrab, offrielu li jagħżel ordni tal-istat kif xtaq hu.", "Rodin, li kien għadu mħeġġeg mill-istudji tal-iskultura Taljana, talab li jħalluh iwettaq bieb għall-Mużew tal-Arti Dekorattiva li kellu jinbena, u ispirat minn Dante, għażel bħala suġġett \"Il-Bieb tal-Infern\".", "Fl-1877 Rodin mar lura Pariġi, biex joqgħod hemm għal kollox, wara li għamel dawra ma' Franza biex iżur il-katidrali.", "Kienet waħda minn ħafna żjarat għax bħall-predeċessur kbir tiegħu Mikelanġlu, Rodin kellu interess profond fl-arkitettura tal-katidrali u bini ieħor.", "Kien hemm xi żmien meta kien joħlom li jsir perit u matul il-vjaġġi tiegħu kien iħobb jistudja d-dettalji arkitettoniċi, iħażeż skizzi u jieħu n-noti.", "(Fis-sena 1910 ġie ppubikat il-ktieb tiegħu \"Les Cathédrales de France\", Il-Katidrali ta' Franza, illustrat bit-tpinġijiet tiegħu.)", "Bħal xi wħud mill-predeċessuri tiegħu, miss bosta friegħi tal-arti u idda f'kollha – ritratti, veduti, inċiżjoni, u anki ċeramika; għaliex meta kien impjegati għal xi żmien fil-fabrika statali tal-porċellana f'Sèvres (1879-92 ma' Carrier-Belleuse l-imgħallem li kien ħadem taħtu xi żmien qabel) ħoloq bosta vażuni ta' min ifaħħarhom.", "Il-vjaġġi tiegħu madwar Franza bħal dak ġo l-Italja, ħallew impressjoni profonda fuqu.", "Waqt żjara li għamel Marsilja biex jaħdem fuq il-Palazz tal-Belli Arti, flimkien ma' artista ieħor jismu Fourquet, kien impressjonat ħafna mis-sbuħija tat-tip Grieg tan-nisa tal-bliet Provenzali.", "L-ordni għal \"il-Bieb tal-Infern\" ġiet ikkonfermata fl-1880, u Rodin beda jaħdem fuqu.", "Din il-biċċa xogħol enormi okkupatu u ffaxxinatu għal 'l fuq minn għoxrin sena, u fuqha uża l-aspetti kollha tal-ġenju kbir tiegħu.", "Bħal fix-xogħlijiet l-oħra kollha tiegħu, il-karatteristika ewlenija tagħha hi l-ħajja tiċċaqlaq.", "Fiha xi 186 figuri virili jew armonjużi fl-istati kollha ta' dieqa, biża' u senswalità.", "L-istatwa famuża ta' \"il-Ħassieb\" (li għall-ewwel sejħilha \"il-Poeta\") kellha tiddomina dawn ix-xeni varji kollha u tikkontemplahom.", "Għal żmien twil dan ix-xogħol kien dak li Rodin kien jaħli fuqu l-parti l-kbira tal-enerġija tiegħu; għamel mijiet ta' disinji u skizzi għalih.", "Aktar tard kien qiesu xeba' minnu, jew mill-inqas beda jikkritika il-kunċetti tiegħu stess; u għal xi żmien użah bħala tip ta' għajn li minnu seta' jagħżel il-forom varji tax-xogħol tiegħu.", "Infatti nistgħu ngħidu li l-figuri mimlijin passjoni kważi kollha ġew mill-Bieb.", "Imma fis-snin ta' wara reġa' beda jaħdem fuq din il-biċċa xogħol kbira u stinka biex ilestiha għal kollox fl-irħam u l-bronż.", "Però qatt ma tlestiet għal kollox.", "F'xi l-1882 il-Gvern poġġa studju f'Rue de l'Université għad-dispożizzjoni ta' Rodin bla ħlas.", "Matul dawn is-snin Rodin wera għadd kbir ta' xogħlijiet fis-Salon – pereżempju, \"San Ġwann jippriedka\", \"Il-Ħolqien tal-Bniedem\", \"Ugolino\" u busti ta' J.P. Laurens, Legros, Dalou, Victor Ugo u oħrajn.", "Matul dawn is-snin li l-iskultur sar jaf il-litterarti eminenti ta' dak iż-żmien, bħal Alphonse Daudet u l-aħwa Goncours.", "Fl-1880 ikkompeta għall-monument tad-\"Difiża Nazzjonali\" li kien ħa jinbena f'Courbevoie, ħdejn il-bibien ta' Pariġi, fil-post fejn kienet saret reżistenza kbira mill-Franċiżi fl-1871, meta ġew megħluba.", "Ix-xogħol li daħħal għal din il-kompetizzjoni, \"Il-Ġenju tal-Gwerra\", ma ntagħżilx għax il-membri tal-ġurija ħasbu li 'kien feroċi wisq'.", "Dan il-monument fl-1916 intgħażel minn kumitat Olandiż li xtaq joffri monument lill-belt ta' Verdun bħala tifkira tad-difiża erojka ta' dak il-post, li kellha sehem kbir fl-isforz biex jitfarrak l-attentat kontra l-libertà tal-umanità.", "Rodin ippreżenta x-xogħol lil kumitat li aċċetah bl-entużjażmu.", "Fl-1883 irċieva ordni għal statwa ekwestri tal-Ġeneral Lynch għall-Amerika t'Isfel.", "Fl-1884 il-belt ta' Calais fetħet kompetizzjoni għal monument li jfakkar lil Eustache de St Pierre, iċ-ċittadin storiku li ta l-imfietaħ tal-belt lir-re Ingliż.", "Rodin daħal għall-kompetizzjoni u minflok figura waħda wera l-eroj imdawwar minn ħamsa minn sħabu fl-isfortuna.", "L-ordni ngħatat lilu, imma mhux mingħajr problemi.", "Rodin beda jaħdem fuq il-proġett ispirat mill-kroniki tal-assedju miktubin minn Jean Froissart, u ddedika għalih għaxar snin ta' studju u ħidma.", "Il-monument li sar magħruf bħala \"Il-Borgiżi ta' Calais\", ġie nnawgurat fl-1895, u bħal l-iskuturi l-oħra tiegħu qajjem ħafna kritika u kontroversja.", "Dan hu waħda mix-xogħlijiet l-iżjed magħrufin u mfaħħrin ta' Rodin.", "Ix-xogħliet kbar ta' Rodin kollha jew kważi kollha wasslu għal kontroversji akkaniti u kultant ħorox.", "Hekk kienet l-istatwa ta' \"Claude Lorrain\" li ħadem għal Nancy fl-1889, u twaqqfet fl-1892; \"Victor Hugo\", li ġie rrefjutat mill-kummissjoni għax l-iskultur għamel figura bil-qegħeda minnflok bil-wieqfa, kif kien meħtieġ mid-disinn arkitettoniku.", "Però l-istatwa bil-qegħeda tqegħdet fil-ġnien ta' Lussembourg u l-Ministru ta' dak iż-żmien ordna waħda bil-wieqfa għall-Panthéon.", "L-istess ġara fil-każ tal-monument tal-\"President Sarmiento\" tal-Arġentina għal Buenos Aires.", "Imma l-iħrax kontroversja minn kollha kienet dwar il-famuż monument ta' \"Balzac\", li kien ordnat mis-\"Société de Gens de Lettres\" u ntweriet fis-Salon tal-1898.", "Is-soċjetà rrefjutat ix-xogħol u l-president, il-poeta Jean Aicard, kien tant disgustat bid-deċiżjoni li rriżenja.", "L-istawta ttieħdet lura fl-istudju ta' Rodin f'Meudon, u l-ordni ingħatat lil Falguière.", "F'Londra wkoll il-kumitat li kien ordna minn Rodin momument ta' Whistler ma aċċettahx", "Madankollu kien hemm dawk li għarfu u faħħru l-ġenju tal-artista, u dawn, Franċiżi jew barranin, kienu entużjasti.", "Fost ix-xhieda tal-apprezzament li kellu f'dan iż-żmien, insibu li fl-1886 grupp ta' ammiraturi ħallsu għal kolata ta' \"Il-Bewsa\".", "Kritiċi bħal Gustave Geffroy u Octave Mirbeau appoġġawh bil-pinen tagħhom matul dan il-perjodu diffiċli.", "Ir-ritratti li għamel, bħal ma qal Léonce Bénédite, li kien kuratur tal-Mużew Rodin, kienu biżżejjed biex jagħmlu famuż kwalunkwe artista – xogħlijiet bħal busti ta' Madame Rodin, Carrier-Belleuse, Dalou, Puvis de Chavannes, Henri Rochefort.", "Għall-Ingilterra għamel il-busti ta' Henley, l-poeta, li dak-żmien kien editur tal-\"Magazine of Art\", George Wyndham, Bernard Shaw, Lord Howard de Walden, Mrs Hunter, Lady Sackville, Lady Warwick u Miss Fairfax, Mr Kay and Mr Ryan.", "Kien minħabba l-inizjattiva u l-ġenerożita tar-raġel imsemmi l-aħħar li ġiet inawgurata l-kollezzjoni Rodin fil-Metropolitan Museum ta' New York.", "Il-monument lil Bastien Lapage twaqqaf f'Damvillier (Meuse) fl-1889.", "F'dik is-sena matul il-Wirja Universali, għadd ta xogħlijiet tiegħu intwerew fil-gallerija Georges Petit f'Pariġi.", "Fosthom kien hemm il-\"Perseju u Gorgun\" u d-\"Danajde\" li kien għadu kif lesta u ħafna oħrajn.", "Ir-riżultat kien suċċess għall-iskultur.", "Fl-istess sena is-Société Nationale des Beaux-Arts, li fiha kellu pożizzjoni mlaħħqa żguratlu l-kariga tiegħu bħala kap ta' skola.", "Kien hemm wirja f'paviljun speċjali fil-Place de l'Alma fl-1900 li kienet għalih tassew trijonf.", "Il-fama li damet ma ġiet issa bdiet tiġri warajh.", "Kien hemm ġabra għall-\"Ħassieb\" fost l-ammiraturi tiegħu li tawha rigal lin-nies ta' Pariġi u fl-1906 tqegħdet quddiem il-Panthéon.", "Erba' rilievi magħmulin għall-Villa tal-Baruni Vitta f'Evian intwerew fil-Mużew Lussembourg fl-1905.", "B'kollox 42 mix-xogħlijiet tiegħu intwerew f'dan il-mużew.", "L-unika l-passjoni kbira li imliet il-karriera ta' dan il-bniedem ta' ġenju tremend kienet ix-xogħol, u ħajtu kienet mimlija bih.", "Infatti bilkemm kien interrot ħlief b'xi ftit vjaġġi lejn il-Belġju, l-Ingilterra u Ruma.", "Fl-1903 mar Praga biex jattendi wirja tax-xogħol tiegħu.", "Ħajruh imur l-Amerika imma qatt ma seta' jiddeċiedi.", "Fis-snin ta' wara kien iddispjaċieh li qatt ma' kien mar il-Greċja.", "Fost ix-xogħlijiet aħħarin tiegħu insibu l-busti tad-Duc de Rohan u Georges Clemenceau, u tal-Papa Benedittu XV, li ħadem fl-1915 meta kien Ruma.", "L-aħħar xogħol kien il-bust ta' Etienne Clementel, il-ministru tal-kummerċ.", "Fl-1916 l-iskultur marad u kellu jidħol fis-sodda.", "Bil-mod fieq imma kellu jieqaf għal kollox mix-xogħol.", "Imbagħad beda jirranġa il-propjetà artistika tiegħu u jorganizza l-Mużew Rodin.", "Martu mietet fis-17 ta' Frar 1917 u qatt ma rkupra minn din id-daqqa ta' ħarta.", "Rodin stess miet fis-17 ta' Novembru 1917.", "Indifen fil-ġnien tal-villa tiegħu f'Meudon, b'replika tal-\"Ħassieb\" fuq il-qabbar.", "Dak is-sajf kollu bilkemm ħareġ mill-villa tiegħu f'Meudon, fejn kien joqgħod ma' żewġ kuġini nisa li kienu jduru bih, Léonce Bénédite u xi żewġ ħbieb tal-qalb.", "Kultant, imma inqas u inqas, kien imur l-Hôtel Biron (il-Mużew Rodin) jew jiltaqa' ma ftit ħbieb.", "Kien juri l-affezzjoni u jkun ferrieħi, kuntent bl-attenzjoni li kienu jtuh, l-ispirtu kombattiv ta' qabel kien ħallieh.", "Rodin kien singolarment indifferenti għall-unuri tad-dinja, l-uniku unur li kien jixtieq kien ir-rikonoxximent tax-xogħol tiegħu.", "Qatt ma fittex l-unuri akademiċi, imma kien japprezza ħafna l-approvazzjoni tal-ammiraturi barranin, u l-unuri li tawh l-istituzzjonijiet barranin, bħad-dottorat \"honoris causa\" mill-Università ta' Oxford.", "Rodin bħalma ddeskrivieh ħabibu Camille Mauclair kien ta' statura medja, b'ras enormi fuq tronk massiv; imnieħer prominenti, daqna griża twila, u għajnejn żgħar ileqqu, b'ironija ħafifa li fihom wieħed kien jista' jara li ma kienx jara mill-bogħod.", "L-impressjoni ta' qawwa fil-bniedem kienet imsaħħa mill-mixja mżegilga mill-koxox, ħuġbejn imħassbin qieshom \"tal-blat\" taħt xagħar oħxon imħabbel, l-imnieħer akwilin mgħaddam u l-baffi kbira.", "L-impressjoni, però, kienet parzjalment kontradetta mill-barma siekta ta' xufftejh, il-ħarsa ħafifa, li kienet fl-istess ħin penetranti, malizzjuża u inġenwa (\"waħda mill-iżjed komplessi li qatt rajt\", żied jgħid Mauclair), u fuq kollox mil-leħen maħnuq, immodulat bid-diffikultà u mħallat b'inflessjoniet ta' ħoss baxx.", "Kien jidher mhux komplikat, preċiż, riżervat, ġentili u dħuli imma mhux iż-żejjed.", "Ftit, ftit il-mistħija tinbidel f'awtorità sempliċi u trankwilla.", "Ma kienx entużjata ż-żejjed imma lanqas bla grazzja, u l-maniera ġenerali tiegħu kienet aktarx imnikta u spirata.", "Mill-ġesti kalmi u meqjusa kienet qiesha toħroġ enerġija immensa.", "Il-mod kif kien jitkellem bil-mod u qiesu mistħi u l-pawżi fi kliemu kienu jtuh sinjifikanza speċjali.", "Quddiem wieħed mix-xogħlijiet tiegħu, Rodin kien jispjegah b'mod ellettiku imma ċar.", "Kien jgħid biss dak li kien meħtieġ u jispiċċa l-kliem b'ġest.", "Kien iħares lejn il-kreazzjonijiet tiegħu bl-imħabba, u kultant kien qiesu jiskanta u jitħasseb bl-idea li kien ħalaqhom hu, jitkellem fuqhom qiesu jeżistu apparti minnu.", "Ftit, ftit taħt is-sempliċità ta' Rodin bdew jidhru kwalitajiet li qabel kienu moħbija; kien ironiku, senswali, nervuż u kburi.", "Fih kienu jinstabu flimkien il-passjonijiet li esprima b'grandjożità hekk imħassba, u wieħed jista' jibda jifhem ir-rabta sigrieta bejn dan il-bniedem u l-arti li żvela.", "Kien moderat fl-espressjoni tal-ideat u l-opinjonijiet tiegħu u ta' ftit kliem man-nies.", "Kien jagħti l-impressjoni li ried jeħles malajr mid-dmirijiet soċjali.", "Kien kapaċi ħafna ta' ħbiberija li kien jillimita għal fehma taċita tas-suġġetti essenzjali tal-ħsieb; kellu inqas fiduċja fl-individwi milli fl-ideat ġenerali.", "Billi kien iddedikat daqshekk għal-xogħlu, l-affarijiet l-oħra kienu jxebbgħuh, imma ma kienx juri, u kien jistmerr id-diskussjonijiet jew li jiġi ddisturbat.", "L-artisti ħżiena ma kienx jgħati kashom – ma kienx jikkritikahom.", "Issaporta d-diskussjonijiet ħarxa u l-kritka inġusta kollha kontra x-xogħol tiegħu mingħajr ma qatt qal xejn, għax kien kburi wisq biex jiddiskuti l-kwistjoni.", "Meta kienet għaddejja l-kontroversja dwar Balzac, sħabu tawh parir biex jiġġieled, billi l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu kollha favuru.", "Imma rringrazzjahom għall-parir li tawh u ħa lura l-istatwa mingħajr ma tniffes.", "Dan mhux għax kien dgħajjef, għax ħajjet Rodin kienet waħda iebsa.", "Kien ġej mid-dinjità li kellu ġewwa fih u mill-indifferenza għal-fażijiet tranżitorji tal-ħajja.", "Kien hemm ftit affarijiet li jinteressawh, imma dawk il-ftit kien jinteressa ruħu fihom ħafna.", "Ftit kien jaqra imma kellu ammirazzjoni profonda għal ċeru kittieba.", "Wieħed minn dawn kien Baudelaire.", "Kellu passjoni għall-mużika, l-iżjed ta' Gluck, imma qatt ma kien jitkellem fuqha.", "Kien jissemplifika kollox f'ħajtu u jobgħod kollox li ma kienx meħtieġ.", "Meta tkun sirt tafu sewwa kien isir impossibli li tifirdu minn xogħlu.", "L-istatwi tiegħu kienu l-istati ta' ruħu.", "Is-sigriet tal-hena għalih kien ix-xogħol imwettaq bl-imħabba, u il-moralità tiegħu kienet li tħobb il-ħajja u l-għamliet naturali, u li ma tagħmel xejn li jgħaddab il-liġijiet tan-natura.", "Kien jidher iżolat fi żmienu kemm minħabba l-ġenju tiegħu kif ukoll minħabba l-karattru tal-kunċett artistiku tiegħu, imma fil-verità dan l-iżolament kien biss minn barra.", "Wara snin sħaħ jitħabat mat-tmaqdir u n-nuqqas ta' interess fix-xogħol tiegħu, kien sar mgħallem li l-artisti ż-żgħażagħ kienu jammiraw.", "Kif qalha l-artista Pierre Roche, kien", "Ix-xogħol kien il-liġi li gvernat il-ħajja ta' Rodin, u l-karriera tiegħu kienet sforz twil wieħed.", "Qatt ma kien hemm bniedem li ħadem daqshekk, u ftit hemm nies li għandhom idea tal-produttività vasta matul il-ħajja twila tiegħu.", "Kellu passjoni ta' ġenju, xewqa insazjabbli li joħloq u paċenzja ta' patri tal-medjuevu.", "Lejn l-aħħar ta' ħajtu stqarr li kien għadu kemm beda jifhem ir-regoli tal-iskultura.", "Kien sikwit ikkritikat u rridikolat dwar it-tul taż-żmien li kien jieħu fuq ix-xogħol tiegħu; imma dan kien ġej minn fittaġni żejda.", "\"Xogħol, anki meta jkun lest qatt mhu perfett\" kien jgħid.", "Kien ħa ħames snin jimmudella il-figuri taż-żewġ nisa li jirrapreżentaw il-Mużi fl-istatwa ta' Victor Hugo.", "Fuq l-istatwa ta' Balzac ħa seba' snin u meta kienet ħa tħalli l-istudju tiegħu kien qiegħed jiddispjaċieh li ma setax iżommha għandu ftit żmien ieħor biex iżid xi daqqiet li kien jaħseb li kienu ħa jgħinu biex jagħmluha perfetta.", "Kien iwissi l-ħaddiema żgħażagħ biex ma jemnux fl-ispirazzjoni u kien jgħidilhom li ma jistgħu iwettqu xejn tajjeb ħlief bix-xogħol iebes.", "Aktar tard infatti kien x'aktarx inklinat li ma tantx jistima s-sehem tal-ispirazzjoni fix-xogħol artistiku, u l-idea kien isejħilha 'ħolma'.", "Ix-xogħol kien għalih it-tassew reliġjon.", "Imma l-ispirazzjoni kienet tirrapreżenta xi ħaġa oħra għal Rodin; kien iħobb iżomm xogħol ħdejh biex ikun jista' jikkomtemplah għal żmien twil wara li oħrajn kienu jqisuh lest, u jagħmel xi tibdiliet 'l hawn u 'l hemm malli jiġuh f'rasu ideat kif jista' jagħmlu aħjar.", "Qabbluh ma' wieħed minn dawk il-ħaddiema tal-medjuevu li ma nafux isimhom li qattgħu ħajjithom kollha inaqqxu l-figuri fil-katidrali; imma fil-wisa' ġenerali tal-karattru tiegħu u l-affinitajiet tiegħu kien dixxendent tal-Griegi, bin-naturaliżmu tal-Griegi magħqud ma' sentiment reliġjuż profond.", "Qatt ma kien hemm artista ieħor li fehem il-kondizzjonijiet tal-materja jew il-liġijiet tal-plastika daqs Rodin.", "Għal żmien twil, kif qal hu stess, kien jaħsibha jmurx lejn l-influwenza ta' Mikelanġlu jew ta' Fidja, in-nisrani u l-pagan – l-espressiv u l-plastiku.", "Il-fideltà tiegħu spiċċat bejn il-Grieg u l-Gotiku.", "\"Imxi man-natura\", kienet ir-regola tiegħu matul ħajtu kollha.", "Kien permeat profondament bil-misteru tan-Natura u l-freskezza tal-arti tal-antiki.", "Ma kienx jammetti li hemm il-kruha fin-natura.", "Kien jgħid: Darba dan spjegah hekk:", "Fi kliem ieħor, dak li hu affettat, għall-wiri, mingħajr ruħ u verità.", "Li taħbi jew tnaqqas il-fatti tan-natura biex togħġob dawk li ma jifhmux, għalih kien ix-xogħol ta' artista nferjuri.", "Wieħed jara fix-xogħlijiet tiegħu bħal 'San Ġwann' (raħħal sempliċi, imma ispirat, b'ħalqu miftuħ) u fil-'Borgiżi ta' Calais' (irġiel goffi sempliċi għarwenin barra l-libies tal-ixkora, li ma għandhom xejn erojku la f'wiċċhom u lanqas f'qagħdithom) kemm jinsisti bil-qawwa fuq l-interpretazzjoni assoluta tan-natura, waqt li jirrifjuta li jċedi ebda ħaga lill-ideat konvenzjonali tas-sbuħija.", "L-ebda skultur qatt ma fehem aħjar il-possibilitajiet kollha tan-nudu.", "Kien iġib paragun bejn l-immudellar tal-ġisem u tal-veduta.", "Sa ma' kellu tletin sena, kien kważi kompletament okkupat jgħin l-oħrajn fit-twettieq tax-xogħol tagħhom.", "Imma l-ħin kollu kien qiegħed jitgħallem, u dawn is-snin twal ta' apprendistat kienu imprezzabbli għall-esperjenza varja li tawh fl-istudju tal-effetti fi tqegħid tal-gruppi u fis-sengħa fl-użu tal-għodda tal-iskultur, waqt li pprovdewlu għadd bla tarf ta' opportunitajiet biex jikkritika d-difetti.", "Fl-esperjenza tiegħu fi Brussel kellu l-opportunità li jaħdem barra fuq skala kbira u li josserva l-effetti tal-klima fuq l-iskultura, u kif kull figura tidher meta d-dawl jinbidel matul il-jum.", "Irrealizza kmieni li l-pożi ta' mudelli ħajjin huma l-uniċi li għandhom jiġu rrappreżentati fl-istatwi, u kull tentattiv li tiddetta l-poża jew li ġiegħel lil xi ħadd jippoża bilfors jeqred ir-relazzjoni armonjużà li teżisti bejn il-partijiet tal-ġisem.", "Is-superjorità tal-iskultura antika fuq il-moderna ġejja primarjament mill-osservanza ta' din il-liġi.", "Waħda mill-iskoperti l-oħra tiegħu kienet li mal-impulsi wieħed wara l-ieħor, il-kontorn tal-ġisem il-ħin kollu jinbidel – il-muskoli jintefħu u jerħu f'xorta ta' mewġa ritmika – l-iskultur għandu ħafna opportunità li jagħżel il-profil u l-linji li jinterpretaw il-poża l-iżjed fedelment u effettivament.", "Il-metodu ta' Rodin, kiteb Paul Gsell, kien speċjali.", "Fl-istudju tiegħu kien ikollu għadd ta' mudelli għarwenin, nisa u rġiel, jimxu jew jistrieħu.", "Rodin kien iħallashom biex jipprovduh il-ħin kollu bix-xbieha tan-nudità f'pożi differenti u fil-libertà tal-ħajja ordinarja.", "Kien il-ħin kollu jħares lejhom u għalhekk kien jaf sewwa d-dehra tal-muskoli jiċċaqilqu.", "Allura in-nudu li dan iż-żmien in-nies kienu rari jaraw, u li anki l-iskulturi kienu jarawh biss fiż-żmien qasir tal-poża, għal Rodin kien dehra ta' kuljum.", "Hekk sar jaf il-ġisem imneżża' li kien komuni għall-Griegi billi kienu spiss jitħarrġu fl-isport u l-logħob, u tgħallem l-espressjoni tas-sensazzjoni fil-partijiet kollha tal-ġisem.", "Il-wiċċ hu s-soltu meqjus bħala l-unika mera tar-ruħ, u l-mobbiltà tal-fattizzi suppost hi l-uniku sinjal minn barra tal-ħajja spiritwali.", "Imma fil-verità m'hemm ebda muskolu tal-ġisem li ma jurix il-ħsieb u s-sensazzjoni.", "Allura meta kien jara poża li togħġbu u kienet tidher espressiva fuq mudell – il-grazzja delikata ta' mara tgħolli dirgħaja biex tirranġa xagħarha jew tinklina sidirha biex terfa' xi ħaġa, jew l-enerġija nervuża ta' raġel mixi – kien ikun iridu jżomm il-poża, imbagħad kien jaqbad l-għodda malajr malajr u jagħmel mudell, u mbagħad bl-istess ħeffa kien jgħaddi għal mudell ieħor.", "Hawn tidher id-differenza bejn il-metodu ta' Rodin li jħares lejn il-pożi naturali u dak ta' ħafna mill-kontemporanji tiegħu li kien jippożaw il-mudell fuq pedestal u jirranġaw il-pożizzjonijiet li rieduh jieħu bħalli kieku kien manikin.", "Kif rajna qatt ma kellu d-drawwa li jibda biċċa xogħol, ilestiha u jitlaqha.", "Dejjem kien ikollu f'rasu għadd ta' ideat li kien jimmedita fuqhom bil-paċenzja għal snin huma u jimmaturaw f'moħħu.", "Kien wara l-1900, meta l-fama tiegħu kient stabbilita fis-sod, li Rodin ġieh il-kunċett awdaċi li juri figuri umani (bħal \"Meditazzjoni\", \"Raġel miexi\" u oħrajn) mingħajr ras, riġlejn jew dirgħajn, li għall-ewwel jixxukkjaw l-ispettatur, imma wara li dan jeżaminhom isib li tant huma bilanċjati u perfettament armonizzati li ma jistgħax isib ħliex sbuħija fihom.", "U hemm r-raġuni artistikament profonda għal dan, għalkemm forsi hemm minn jaħseb li dan jieħu 'ir-reliġjon tal-arti' għall-estrem.", "Fl-iżvilupp tal-idea ewlenija – tal-ħsieb, meditazzjoni, l-att tal-miexi – xewqitu kienet li jelimina kull ma seta' jinnewtralizza jew jiġbed l-attenzjoni minn dan il-ħsieb ċentrali.", "\"L-irfinar tad-dwiefer jew in-nokkli ma jinteressanix,\" qal, \"itellef l-attenzjoni mil-linji ewlenin u r-ruħ li irrid ninterpreta.\"", "Madankollu ma naqasx fl-istima tas-sengħa tal-arti tiegħu.", "Għalkemm kien iqiesha biss bħala mezz bil-jilħaq l-għan, qal li l-artista li jittraskuraha qatt ma jikseb l-iskop tiegħu, l-interpretazzjoni tas-sentimenti u l-ideat.", "\"Jeħtieġ li wieħed ikollu kmand mill-aqwa fuq is-sengħa\" qal, \"biex jaħbi x'jaf.\"", "Darba qal lil Paul Gsell dwar lezzjoni prezzjuża fis-sengħa tal-mudellar li rċieva minn ċertu Constant, li kien jaħdem fl-istudju fejn hu beda bħala skultur.", "Ġurnata waħda kien qiegħed jarah jimmudella fit-tafal kapitell bil-weraq, u qallu \"Rodin, mhux qed tagħmlu tajjeb.", "Il-weraq kollha ċatti – għalhekk ma jidhrux ta' veru.", "Għamilhom biex xi wħud minnhom jippuntaw lejk.", "Imbagħad meta tarahom ikollhok sens ta' fond.", "Qatt tħares lejn il-forom fil-wisa' imma ħares lejhom fil-fond.", "Dejjem qies wiċċ ta' oġġett fit-tarf ta' volum.\"", "Mexa ma' din it-twissija prezzjuża u skopra iżjed tard li l-antiki kienu jipprattikaw eżattament dan il-metodu ta' mudellar; minn hemm ġejjin l-enerġija u l-versatilità ta' xogħlhom.", "Kif rajna, l-influwenza ta' Mikelanġlu kienet kbira.", "Darba għamel kopji ta' xi pitturi ta' Rubens bl-amment tant kien studjhom.", "Stqarr li kien tgħallem ħafna fuq il-\"chiaroskuro\" fl-iskultura minn Rembrandt.", "Iktar tard interressa ruħu fl-arti Ġappuniża, li l-aħwa Goncour ħadmu tant biex jagħmluha popolari fi Franza; jingħad li il-pożi ta' xi mudelli tiegħu kienu ssuġġeriti minn disinji Ġappuniżi.", "Imma kien jinteressa ruħu f'kull għamla ta' arti – Eġizzjana, Azteka, mill-Lvant imbiegħed jew Franċiża tas-seklu tmintax, u il-ħin kollu kien ikun qiegħed jitgħallem.", "Kien jgħid li żjara lil Louvre kient taffettwah daqs mużika sabiħa u ġġegħlu jagħmel sforzi ġodda.", "Rodin kien jinteressa ruħu b'mod speċjali fir-rappreżentazzjoni tan-natura elementali.", "Moħħu kien jieħdu lura lejn in-nisel tal-ħlejjaq, u darba wara l-oħra irrapreżenta esseri li kienu qegħdin jinbidlu f'bnedmin minn kondizzjonijiet primittivi jew elementali, ħlejjaq li mhumiex 'il bogħod ħafna minn natura li kibru fiha – parti bnedmin, parti bhejjem jew ħarġu mis-siġar, għejun tal-ilma u l-materjal tal-ħajja elementali.", "Għalih, bħalma kien għal Griegi bikrija, in-Natura kollha kienet imdewda b'għamliet semi-umani: kien jara d-driadi fil-boskijiet u n-naraidi fin-nixxijiet u n-naturi u l-aspetti fiżiċi tagħhom ma kinux differenti ħafna mill-elementi li wellduhom.", "Għadd mill-ħlejjaq tiegħu huma ħerġin mill-materja, oħrajn huma assimilati mas-siġar, mal-blat u l-art stess.", "Billi n-Natura hi l-għajn tal-ħajja kollha, jidher li qiesu ma setax jimmaġina l-ħajja maqtugħa minn dan l-għajn tal-enerġija.", "Albert Besnard għamel ritratt tiegħu fl-1900 (inċiżjoni bl-aqua forte)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15983", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15983", "title": "Edward Maya", "text": ["Edward Maya", "Ilie Eduard Marian, magħruf aħjar bħala Edward Maya (Bukarest, 29 ta' Ġunju 1986) huwa mużiċist, produttur u kompożitur Rumen.", "Matul l-2009 kiseb popolarità kbira kemm fuq bażi Ewropew kif ukoll dak dinji bil-kanzunetta \"Stereo Love\".", "Matul l-2006, Maya ikkolabora ma' diversi artisti Rumeni u ħadem ukoll fuq il-kanzunetta \"Tornerò\" ta' Mihai Trăistariu fil-Festival tal-Eurovision 2006.", "Suċċessivament, fl-2008, ipproduċa l-album tal-grupp Akcent fejn ta d-daqqa t'id tiegħu fil-kompożizzjoni tas-siltiet \"Stay with Me\", \"That's My Name\" u \"Lover's Cry\".", "Fis-sajf tal-2009, Maya ħareġ l-ewwel kanzunetta tiegħu bħala artist taħt l-isem ta' \"Stereo Love\".", "Din sparat għat-tieni post fir-Rumanija u aktar tard saret popolari f'ħafna klabbs imxerrdin madwar id-dinja.", "Il-kanzunetta rnexxielha tidħol fl-ewwel ħames postijiet tal-klassifiki mużikali ġewwa l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Italja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, in-Norveġja, l-Olanda, ir-Renju Unit u Spanja.", "Fuq is-sit tal-YouTube il-vidjo uffiċjali ta' din il-kanzunetta laħaq total ta' 75 miljun viżta f'inqas minn tnax-il xahar, u rnexxielha tagħmel rekord ta' 52 ġimgħa fil-klassifika tal-aqwa 100 kanzunetta fl-Ewropa.", "Fit-13 ta' Mejju, 2010, Maya ħareġ it-tieni kanzunetta tiegħu \"This Is My Life\", u aktar tard ifforma d-ditta diskografika tiegħu Mayavin Records.", "Nhar il-Milied tal-istess sena, Maya ħareġ it-tieni kanzunetta tiegħu \"Desert Rain\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15996", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15996", "title": "FC Twente", "text": ["FC Twente", "Football Club Twente huwa klabb tal-futbol professjonali Olandiż ibbażat fil-belt ta' Enschede, u li jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż.", "Iffumat fl-1965 permezz tal-fużjoni bejn Sportclub Enschede u Enschedese Boys, il-klabb hu attwalment id-detentur tat-titlu tal-Eredivisie u tal-Johan Cruijff Schaal.", "Fl-istorja tegħu, il-klabb spiċċa darbtejn fit-tieni post tal-kampjonat, rebħu darbtejn it-Tazza KNVB u kienu finalisti telliefa tat-Tazza UEFA 1974–75.", "Il-klabb twieled fl-1965 bħala parti minn fużjoni bejn żewġ klabbs professonali, is-Sportclub Enschede (rebbieħ tat-titlu tal-Eredivise fl-1926) u l-Enschedese Boys.", "Is-suċċess kien wieħed istantanju hekk kif taħt il-gwida tal-kowċ Kees Rijvers, Twente spiċċaw it-tielet fl-1969, ir-raba' fl-1970, il-ħames fl-1971 u t-tielet fl-1972 u fl-1973.", "L-aqwa staġun tibqa' dik tal-1973–74 fejn flimkien ma' Feynoord kienu qed jiġġieldu għall-konkwista tat-titlu sal-aħħar ġurnata tal-kampjonat.", "Minkejja t-telfa ta' 3–2 kontra l-istess Feynoord, Twente xorta assiguraw minn post fit-Tazza UEFA.", "Fl-edizzjoni 1974–75 tat-Tazza UEFA, it-\"Tukkers\" (kif inhuma imsejħa r-residenti tar-reġjun ta' Twente), grazzi għar-rebħa fis-semifinali kontra Juventus, avvanzaw sal-finali fejn ġew megħluba mill-Ġermaniżi ta' Borussia Mönchengladbach.", "Minn dakinhar, l-andament tat-tim naqas drastikament tant li fl-1983 spiċċa relegat għall-Eerste Divisie (it-tieni diviżjoni Olandiża).", "Sena biss wara, it-tim kiseb il-promozzjoni u matul l-istaġun fl-ogħla diviżjoni t-tim baqa' mfakkar għan-numru ta' logħbiet pari li kiseb ġewwa daru.", "Il-laqam il-ġdid ta' \"Twente tad-dwejjaq\" tappan xi ftit il-fatt li rnexxielhom jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej għal ħames snin konsekuttivi (mill-1985 sal-1989).", "Fl-1997, taħt il-gwida tal-Ġermaniż Hans Meyer, Twente għalqu l-kampjonat b'post garantit fit-Tazza UEFA u fl-24 ta' Mejju, 2001, rebħu t-tieni Tazza tal-Olanda wara li għelbu 3–1 lil PSV Eindhoven wara l-għoti tal-penalties.", "L-istaġun ta' wara ra lill-klabb jiġi eliminat b'sorpriża mit-Tazza kontra t-tieni tim tal-Ajax.", "Barra minn hekk, fil-kampjonat it-tim wettaq prestazzjonijiet diżappuntanti li wasslu biex il-partitarji, l-\"Ultras Vak-P\", għamlu ħsara fil-grawnd il-ġdid Arke Stadion kawża tal-frustrazzjoni tagħhom lejn il-pożizzjoni tal-klabb.", "Fl-istaġun 2002–03, il-\"holding company\" FC Twente '65 iddikjarat il-falliment tagħha li għal ftit ma poġġiex f'dilemma l-eżistenza tal-klabb.", "Il-klabb irnexxielu madanakollu jevita dawn il-problemi, grazzi wkoll għall-president il-ġdid Joop Munsterman.", "Fil-fatt, it-tim irnexxielu jagħmilha sal-finali tat-tazza nazzjonali fl-2004 u kif ukoll wasal sar-raba' post fl-istaġun 2006–07.", "L-istaġun ta' wara, ra lil Twente jispiċċaw ir-raba' post u kif ukoll jirbħu l-finali tal-\"play-off\" kontra Ajax għal post fit-tielet rawnd ta' kwalifika taċ-Champions League, fejn kellhom jisfidaw lil Arsenal.", "Il-klabb Ingliż ma kellux problemi ixejjen lit-tim Olandiż fejn rebħu 6–0 fuq żewġ legs.", "Mis-sajf tal-2008, inħatar l-eks-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż, Steve McClaren, bħala l-kowċ il-ġdid.", "Fl-istaġun 2008–09, il-klabb akkwista t-tieni post fil-kampjonat, b'distakk ta' ħdax-il punt miċ-ċampjins AZ Alkmaar, u kisbu biljett għall-Europa League wara l-eliminazzjoni tagħhom mill-fażi ta' kwalifikazzjoni taċ-Champions League kontra Sporting Lisbon.", "Is-sena ta' wara, wasal l-ewwel kampjonat fl-istorja tal-klabb, li ġie assigurat fl-aħħar ġurnata.", "\"(taħt self minn Hoffenheim)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "15999", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=15999", "title": "Hapoel Tel Aviv FC", "text": ["Hapoel Tel Aviv FC", "Hapoel Tel Aviv Football Club (bl-Ebrajk: מועדון הכדורגל הפועל תל אביב) huwa klabb tal-futbol Iżraeljan mill-belt ta' Tel Aviv.", "Attwalment, il-klabb jinsab jilgħab fl-ogħla diviżjoni fl-Iżrael u jilgħab fil-grawnd tiegħu Bloomfield Stadium.", "Il-klabb, bit-tlettax-il kampjonat u tlettax-il Tazza tal-Istat, huma t-tieni l-aqwa klabb fil-pajjiż wara r-rivali tagħhom Maccabi Tel Aviv.", "Fl-1967, huma saru l-ewwel klabb li rebaħ il-Kampjonati Ażjatiċi tal-Klabbs."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16008", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16008", "title": "Jamāhīriyya", "text": ["Jamāhīriyya", "Jamāhīriyya (bl-Għarbi: جماهيرية) hija kelma bl-Għarbi ġeneralment tradotta għal \"reġim tal-mases\".", "Dan it-terminu, neoloġiżmu introdott minn Muammar al-Gaddafi, huwa intiż sabiex jiddeskrivi tip ta' stat.", "Fil-prattika, l-unika stat fejn dan it-terminu huwa applikat huwa l-Libja, liema Gaddafi huwa l-\"Qāʼid\" (Kap).", "Il-kelma \"jamāhīrīya\" ġejja minn jumhūrīya, li hija t-traduzzjoni bl-Għarbi għal \"repubblika\".", "L-element \"jumhūr\" – \"pubbliku\" – mill-kelma oriġinali ġiet mibdula għall-plural \"jamāhīr\" – \"il-masses\".", "Għalhekk, hi simili tat-terminu \"Repubblika popolari\".", "Il-gvern Libjan jistqarr li l-Libja hija demokrazija diretta mingħajr ebda partit politiku, immexxi mill-poplu permezz ta' kunsilli u komuni lokali.", "Minħabba li din is-sistema apparentament hija użata biss mil-Libja, it-terminuu \"jamahiriya\" hi użata biex tiddeskrivi dan it-tip ta' stat.", "It-traslitterazzjoni bil-Malti hija \"Ġamaħirija\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16013", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16013", "title": "Muammar al-Gaddafi", "text": ["Muammar al-Gaddafi", "Muammar Muħammad Abu Minjar al-Gaddafi (bl-Għarbi: مُعَمَّر القَذَّافِي, \"Muʿammar al-Qaḏḏāfī\" ; magħruf ukoll bħala Muammar Gaddafi jew Kurunell Gaddafi; Surt, 7 ta' Ġunju 1942 – Surt, 20 ta' Ottubru 2011) kien politiku Libjan, li mill-1969 serva bħala l-kap ta' pajjiżu sat-tneħħija mill-poter fl-2011.", "Wara li ħa t-tmexxija permezz ta' kolp ta' stat fl-1969 li temm il-monarkija ta' Sajjid Ħasan I, hu impona l-ideoloġija politika tiegħu li ġiet ippubblikata fil-\"Ktieb l-Aħdar\".", "Wara 42 sena ta' tmexxija, hu waqa' mill-poter kawża tar-Rivoluzzjoni Libjana tal-2011 li fiha ħalla ħajtu.", "Twieled f'tinda tal-bedwini fid-deżert qrib Surt, li sa dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-provinċja Taljana ta' Misurata, f'familja Iżlamika iben mara Lhudija Razale Tammam, minn Bengażi, li żżewġet Mislem kontra r-rieda ta' missierha (dwar dan mhux l-istoriċi kollha jaqblu).", "Familtu ġejja minn tribù żgħir ta' berberi arabizzati, imsejħa l-Qaddadfa, li kienu jrabbu l-bhejjem fl-oażi ta' Unn.", "Meta Gaddafi kellu sitt snin tilef żewġ kuġini tiegħu u hu nnifsu weġġa' f'idu meta splodiet landmine Taljana ta' żmien il-gwerra.", "Bejn l-1956 u l-1961 attenda l-iskola Koranija ta' Surt, li fiha tħabbeb mal-ideat ta' Gamal Abd el-Nasser.", "Temm l-istudji sekondarji tiegħu taħt \"tutor\" privat f'Miżurata, u kien jinteressah ħafna l-istudju tal-istorja.", "Fl-1961 Gaddafi daħal fl-Akkademja Militari ta' Bengażi.", "Karriera militari kienet toffri opportunità ġdida biex wieħed jikseb edukazzjoni ogħla, u jimxi 'l quddiem ekonomikament u soċjalment, u għal ħafna l-uniku mezz biex wieħed jagħmel azzjoni politika u jġib bidla ta' malajr.", "Għal Gaddafi u ħafna mill-uffiċjali sħabu, li kienu mqanqla min-nazzjonaliżmu Għarbi tip Nasser u minn mibegħda kbira lejn Israel, karriera militari kienet sejħa għar-rivoluzzjoni.", "Wara żmien qasir ta' ta' taħriġ fl-Ingilterra u l-Greċja, sar kurunell tal-armata fl-età ta' 27 sena.", "It-telfiet li ġarrbu l-Għarab fl-1967 fuq tliet fronti minn Israel, kienu umiljazzjoni għas-suldati Libjani li ssaħħew iktar fil-fehma li jagħtu sehemhom għall-unità Għarbija u jibdew billi jwaqqgħu l-monarkija Libjana.", "Nhar l-1 ta' Settembru 1969 uffiċjali militari mmexxija mill-Kurunell Muammar Gaddafi għamlu rivoluzzjoni u neħħew mis-setgha lir-Re Idris li dak inhar kien fuq żjara medika fit-Turkija u meqjus wisq servili lejn l-Istati Uniti u Franza.", "Suldati u tankijiet daħlu Tripli fis-sigħat bikrin ta' filgħodu u f'sagħtejn ħadu f'idejhom postijiet strateġiċi.", "Il-palazz irjali kif ukoll il-kwartieri ġenerali tal-armata u s-sigurta' ġew iċċirkondati, inqatgħu l-komunikazzjonijiet mad-dinja ta' barra waqt li ġie mpost \"curfew\".", "Il-Princep Eredi Hassan ħabbar l-appoġġ tiegħu għar-reġim il-ġdid, li l-ġunta militari tat l-isem ta' Ġamaħarija Libjana Għarbija Soċjalista tal-Poplu.", "L-Eġittu u l-Iraq għarfu r-reġim il-ġdid.", "Il-Kunsill Rivoluzzjonarju, li beda jmexxi l-pajjiż, ħabbar li l-għan tar-rivoluzzjoni kien: l-għaqda, il-ħelsien u s-soċjalizmu.", "Fit-8 ta' Settembru tħabbar kabinett ġdid.", "Il-Kurunell Gaddafi, li kellu 27 sena, laħaq Kap Kmandant tal-Qawwiet Armati.", "Ftit wara li tela' fil-poter Gaddafi qata' r-relazzjonijiet kollha mal-Punent u beda jfittex ħbiberiji ma' pajjiżi Għarab bħall-Eġittu u s-Sirja.", "Kien fost dawk l-iktar li tħabtu kontra l-ftehim ta' paċi bejn l-Iżrael u l-Eġittu li ntlaħaq f'Camp David fl-Istati Uniti.", "Taħt Gaddafi l-Libja kellha relazzjonjiet ħżiena anke ma' ċerti pajjiżi Għarab, fosthom l-Għarabja Sawdita u anke iċ-Ċad.", "Fl-aħħar snin il-Gvern Libjan kien qed jerġa' jibda bil-mod jiftaħ il-bibien tiegħu lill-Punent.", "Fl-2003 Gaddafi iddikjara li l-Libja kienet se tabbanduna l-programm tal-armi tal-qerda tal-massa waqt li ta aċċess lill-ispetturi tal-Ġnus Magħquda.", "Fis-sebgħinijiet u tmeninijiet, ir-relazzjonijiet tal-Libja ta' Gaddafi mal-Istati Uniti ħżienu ħafna.", "Allegatament, ir-reġim ta' Gaddafi kien jiffinanzja hijacks, qtil u rivoluzzjonijiet.", "Wara li r-reġim tiegħu kien wara attakk fuq diskoteka f'Berlin, li fih kien tilfu ħajjithom żewġ suldati Amerikani, l-Istati Uniti rrispondiet billi attakkat il-kumpless tiegħu fi Tripli.", "Dakinhar, allegatement inqatlet it-tifla adottata tiegħu - Aisha.", "Sentejn wara, fl-1988, seħħ il-każ ta' Lockerbie.", "Gaddafi kien akkużat li kien wara dan l-attakk ukoll.", "Dan il-każ kien wassal għal sanzjonijiet li kissru l-ekonomija Libjana.", "Il-poplu Libjan sofra minħabba l-aġir tad-dittatur li kien imexxih.", "Iżda mhux hekk biss - fl-aħħar xhur kien żvelat kif min kien jitkellem kontra r-reġim tiegħu kien jintbagħat il-ħabs.", "Eluf inqatlu u ħadd ma jaf x'sar minnhom.", "Il-media kienet tal-istat u bil-liġi, kull dar u ħanut ried ikollha ritratt tiegħu.", "Gaddafi żar l-ewwel darba l-Italja nhar l-10 ta' Ġunju 2009.", "Qagħad f'tinda f'Villa Doria Pamphili, l-ikbar ġnien pubbliku fil-kapitali Ruma, għat-tlett ijiem li dam fl-Italja.", "Mal-wasla tiegħu fl-Italja, fuq l-uniformi tiegħu Gaddafi kellu mwaħħal ritratt ta' meta t-Taljani kienu arrestaw lill-eroj tar-reżistenza Libjana kontra l-ħakma Taljana, Omar Al-Mukhtar, u li kien inqatel fl-1931.", "Miegħu għal dan iż-żjara ħa wkoll iben al-Mukhtar li llum hu raġel anzjan.", "Mal-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, Gaddafi iffirma diversi ftehim bilaterali.", "Gaddafi, li dak iż-żmien għandu l-Presidenza tal-Unjoni Afrikana, irritorna l-Italja ix-xahar ta' wara bħala delegat għas-summit tal-G8, il-grupp tat-tmien pajjiżi l-aktar industrijalizzati.", "Fil-passat il-Libja kienet kolonja tal-Italja u llum il-ġurnata l-akbar kummerċ fil-Libja hu mal-Italja.", "Matul din iż-żjara, Gaddafi kellu laqgħat ma' xi wħud mit-Taljani li kien keċċa fl-1970 minħabba l-okkupazzjoni Taljana tal-Libja bejn l-1911 u l-1941.", "Din iż-żjara saret possibbli wara li f'Awwissu 2008 ż-żewġ pajjiżi ffirmaw trattat li bih l-Italja investiet 3.4 biljun ewro fil-Libja bi tpattija għas-snin li dan il-pajjiż fit-Tramuntana tal-Afrika kien kolonja tagħha.", "Qabel l-elezzjoni tal-1971, Dom Mintoff kien wiegħed li jekk jitla' hu se jġib għajnuna mil-Libja.", "Il-Partit Nazzjonalista u Mabel Strickland kkritikaw ir-rabtiet ta' Mintoff mal-Libja.", "Kif Mintoff rebaħ l-elezzjoni, mill-ewwel bdew it-taħdidiet mal-Libja.", "Il-Libja tat lill-Gvern ta' Mintoff 3 miljun lira Maltija kif telqet il-marina Ingliża minn Malta, bil-kundizzjoni li l-faċilitajiet militari ta' Malta qatt ma jerġgħu jintużaw biex jintbagħtu missjonijiet ta' provista lil Iżrael (kif Gaddafi allega li kien ġara fil-Kriżi tal-Kanal tas-Swejs tal-1956 u l-Gwerra tal-1967).", "Mill-1973 Mintoff beda politika ta' \"rapprochement\" kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi, li Mintoff kien isejħilhom aħwa mid-demm.", "Beda x-xogħol fuq moskea f'Kordin, immexxija minn fondazzjoni Libjana, l-'Għaqda Misilmija Dinjija'.", "Infetħu Istituti Kulturali Libjani f'Tas-Sliema u l-Belt u mijiet ta' Maltin sabu impjiegi fil-Libja.", "Dak li għal 26 sena kien is-St Michael's Training College f'Ta' Ġiorni, fejn il-Freres ta' De La Salle kienu jħarrġu lill-għalliema rġiel, sar skola Libjana Al Fateh.", "Meta l-prezz internazzjonali taż-żejt għola fil-kriżi tal-1973, Mintoff laħaq ftehim mal-Libja, li kellha tagħti lil Malta ż-żejt kollu li kellha bżonn għall-ekonomija tagħha bi prezz preferenzjali.", "L-ewwel darba li Gaddafi żar Malta kien fil-25 ta' Novembru 1973, hu u sejjer lura Tripli minn Pariġi.", "Kien żar it-Tarzna u kien milqugħ bil-ferħ minn ħafna Maltin.", "Fid-19 ta' Diċembru kien reġa' żar Malta u kien indirizza lill-istudenti tal-Polytechnic, kif reġa' għamel fit-tielet żjara tiegħu fit-22 ta' Mejju 1976, meta l-Gvern Malti kien tah l-unur ta' \"Ġieħ ir-Repubblika\".", "Ir-raba' darba kienet fl-1 ta' Lulju 1978, fejn dakinhar kien żar għall-ewwel darba Għawdex u qiegħed l-ewwel ġebla tal-moskea f'Raħal Ġdid.", "Fl-1979 Gaddafi wiegħed \"appoġġ totali\" lil Malta, hekk kif l-aħħar suldati Ingliżi telqu minn Malta.", "Għaċ-ċerimonja ta' Jum il-Ħelsien, Gaddafi kien l-uniku mexxej ta' pajjiż preżenti, b'delegazzjoni kbira ħafna.", "Il-media oċċidentali spekulat fuq il-possibiltà li Malta tallinea ruħha militarment mal-Libja imma dan qatt ma ġara.", "F'din il-ħames żjara tiegħu Gaddafi kien indirizza lill-pubbliku f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.", "Fl-1980 inqalgħet tilwima bejn il-Libja u Malta, meta Saipem 2 – rig taż-żejt Taljan ikkummissjonat mit-Texaco biex ifittex iż-żejt f'isem il-Gvern Malti – kien avviċinat minn \"gunboats\" u sottomarin Libjani u mġiegħel jieqaf iħaffer fil-Medina bank, 68 mil nawtiku fix-xlokk ta' Malta.", "Iż-żewġ pajjiżi jgħidu li għandhom il-ġurisdizzjoni territorjali fuq dik iż-żona tal-Pjattaforma Kontinentali, u fl-1982 il-kwistjoni marret quddiem il-Qorti Internazzjonali fl-Aja, wara żjara mhux mistennija ta' Gaddafi f'Malta (is-sitt waħda) fit-13 ta' Mejju 1982.", "Minkejja dan, bejn l-1982 u l-1984 ir-relazzjonijiet kulturali u ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi komplew jikbru.", "Iċ-ċertifikat tal-matrikola f'Livell Ordinarju fl-Għarbi sar obbligatorju biex tidħol l-Università ta' Malta.", "Ġie ffirmat Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, li kien jinkludi protokoll ta' sigurtà li bih il-forzi Libjani riedu jħarrġu u jarmaw lis-suldati Maltin.", "U l-Libjani ma kellhomx bżonn aktar ta' visa biex jidħlu Malta.", "Dan sar f'Novembru 1984 fis-seba' u l-aħħar żjara ta' Gaddafi f'Malta.", "Nhar il-15 ta' April 1986 bombers Amerikani attakkaw Tripli taħt l-ordnijiet tal-President Ronald Reagan, attakk li kien ħalla diversi vittmi, fosthom it-tifla adottiva tal-mexxej Libjan Muammar Gaddafi.", "Karmenu Mifsud Bonnici kien avża ftit minuti qabel lil Gaddafi b'dan l-attakk imminenti wara li kien twaqqa' ajruplan Amerikan mil-Libjani fil-Golf ta' Sirte li l-Libja kienet issostni li kien baħar intern tagħha.", "Il-preavviż ta' Mifsud Bonnici kien salva ħajjet il-mexxej Libjan.", "Il-Priministri Karmenu Mifsud Bonnici, Eddie Fenech Adami u Alfred Sant ilkoll kellhom diversi laqgħat ma' Gaddafi.", "L-aħħar mexxej ta' stat li ltaqa' ma' Gaddafi fil-Libja qabel l-irvellijiet ta' Frar 2011 kien il-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi nhar it-8 ta' Frar 2011.", "Fil-laqgħa sar aġġornament ta' ftehim ta' ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll kienu diskussi l-oqsma ta' kooperazzjoni u l-possibilità ta' iktar investimenti bejn iż-żewġ pajjiżi Mediterranji.", "Il-Prim Ministru Gonzi ddeskriva din il-laqgħa bħala waħda pożittiva li tkompli tikkonsolida r-relazzjoni bejn Malta u l-Libja filwaqt li tenna s-s-sehem ta' Malta f'li titwassal l-importanza tan-naħa t'isfel tal-kontinent Ewropew.", "Malta trid tibqa' ssegwi l-iżviluppi f'pajjiżi ġirien tagħha minħabba li l-iżvilupp ekonomiku ta' Malta jiddependi fuq stabbilita' fir-reġjun kollu tal-madwar.", "Gonzi qal ukoll li hemm ħsieb li l-mexxej Libjan issirlu stedina formali biex jagħmel żjara f'Malta.", "L-aħħar laqgħa qabel din bejn Gonzi u Gaddafi kienet saret f'Novembru 2010, fl-aħħar tas-summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika, li kien organizzat fi Tripli, il-Libja.", "Nhar il-21 ta' Frar 2011, erbat ijiem wara li bdew l-irvellijiet kontra Gaddafi, żewġ ajruplani militari Libjani u żewġ ħelikopters niżlu fl-ajruport Internazzjonali ta' Malta wara li ħarbu mill-Libja.", "Huma niżlu wara li għamlu sejħa ta' emerġenza minħabba nuqqas ta' \"fuel\".", "Iż-żewġ ħelikopters ċivili kienu tat-tip \"Super Puma\" b'reġistrazzjoni Franċiża.", "Fuq wieħed mill-ħelikopters kien hemm 4 persuni, filwaqt li fuq l-ieħor kien hemm 3.", "Dawn l-ajruplani tat-tip Mirage F1 tal-Forza Libjana waslu Malta fi 3 minuti wara li ttajru fil-baxx ħafna.", "Iż-żewġ piloti tal-ajruplani huma kurunelli tal-armata li telqu mill-bażi ta' Okba-Bin-Nafe.", "Huma ġew ordnati jibbumbardjaw lin-nies ċivili, izda ma obdewx dawn l-ordnijiet u ħarbu mill-ispazju tal-ajru Libjan.", "Dan wara li ajruplani militari Libjani bdew jittajru fuq Tripli u jisparaw fuq in-nies li ħarġu fit-toroq jipprotestaw.", "Il-piloti inżammu mill-Pulizija Maltija għal aktar investigazzjonijiet.", "Dawn talbu lil Malta kenn politiku u għal status ta' refuġjati, u din it-talba qiegħda tkun ikkonsidrata mill-Kummissarju għar-Refuġjati.", "Nhar is-27 ta' Frar Gonzi qal l-Gvern Malti ma laqax it-talba tal-Gvern Libjan biex ikunu ritornati l-ajruplani Mirage F1.", "Fit-23 ta' Frar kien hemm ajruplan li kien ġej mid-direzzjoni tal-Libja b'sitt piloti abbord li kienu ġejjin biex jieħdu lura l-ajruplani Mirage F1, uli ma kellux permes s jinżel Malta.", "Fuqu kien hemm xi piloti Libjani, u l-Gvern Malti ma taħx permess jinżel fl-ajruport ta' Malta.", "Iżda Gonzi ċaħad rapporti fil-midja li abbord l-ajruplan kien hemm it-tifla ta' Gaddafi.", "Wara li fil-bidu l-Gvern Malti kien żamm kawt fuq is-sitwazzjoni fil-Libja, nhar is-27 ta' Frar 2011 il-Prim Ministru Gonzi iddikjara li quddiem is-sitwazzjoni li qiegħda tiżviluppa fil-Libja, ma jistax ikun evitat aktar it-tmiem tat-tmexxija tal-Kurunell Gaddafi.", "Qal li jekk Gaddafi jibqa' fil-poter, se jkun hemm aktar u aktar vjolenza fil-Libja.", "Iddikjara wkoll li Malta bdiet timplimenta s-sanzjonijiet li impona l-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.", "Hu kkundanna l-vjolenza u qal li din m'għandhiex iċċaħħad lill-poplu Libjan mill-aspirazzjonijiet leġittimi tiegħu.", "Qal li jidher li fis-sigħat li ġejjin is-sitwazzjoni se tkompli teskala u dan se jdaħħal lil Malta fi rwol ġdid, jiġifieri li tagħti l-għajnuna b'diversi modi oħrajn u dan biex il-Libjani ma jkollhomx għalfejn jitilqu mil-Libja.", "Id-dikjarazzjoni ta' Gonzi saret wara li l-Ambaxxatur Malti fil-Libja, Joe Cassar kien fi triqtu lejn Malta abbord katamaran li telaq minn Tripli.", "Nhar it-18 ta' Marzu filgħaxija Gonzi ta konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta' Kastilja li fiha qal li \"l-prijorità assoluta tiegħi u tal-Gvern li mmexxi hi li nħarsu u niżguraw is-sigurtà tal-poplu tagħna u ta' pajjiżna\".", "Rigward id-deċiżjonijiet li ttieħdu l-jum ta' qabel mill-Kunsill tas-Sigurtà li kienet awtorizzata żona bla titjir u miżuri oħra biex tkun imħarsa l-popolazzjoni ċivili, qal: \"Din id-deċiżjoni torbot lil pajjiżna, kif torbot lill-pajjiżi kollha membri tal-Ġnus Magħquda...", "Aħna ser nosservaw l-obbligi tagħna bħala membri tal-Ġnus Magħquda.", "Imma nixtieq nagħmilha ċara li Malta mhix se tiġi wżata bħala bażi militari biex tiġi nfurzata n-no-fly zone.\"", "Fakkar ukoll li f'dawk l-aħħar ġimgħat il-Gvern Malti għen biex jgħaddu minn Malta fi triqthom lejn pajjiżhom madwar 16,000 ħaddiem minn kważi mitt nazzjonalità differenti.", "Qal li sa dakinhar Malta ma kienet irċeviet ebda theddida mil-Gvern Libjan u li l-interess ewlieni ta' Malta dejjem kien u se jibqa' dak li tingħata l-għajnuna umanitarja neċessajra lill-poplu Libjan.", "Tard filgħaxija tal-istess jum il-Gvern Malti qal li kien qed jeżamina talba li saritlu mill-Gvern Libjan biex flimkien maċ-Ċina, it-Turkija u l-Ġermanja, jara li l-waqfien mill-ġlied iddikjarat mil-Libja stess ikun rispettat.", "Dan wara li erba' sigħat qabel il-Gvern Malti kien ċaħad rapporti li dehru fil-midja internazzjonali li kienu jgħidu li kienet saret talba mill-Gvern Libjan \"biex il-Gvern Malti jissorvelja u jimplimenta waqfien mill-ġlied\".", "Finalment il-Gvern Malti ddeċieda li ma jilqax it-talba tal-gvern Libjan.", "Nhar is-17 ta' Frar 2011, issejħu protesti kbar (ispirati minn ġrajjiet simili fit-Tuneżija u l-Eġittu) fil-Libja kontra l-gvern ta' Gaddafi.", "Fil-ġimgħa ta' wara l-protesti kibru u saru iktar vjolenti.", "Allegatament Gaddafi ġab ħafna merċenarji minn pajjiżi Afrikani biex jiġġieldu lid-dimostranti.", "Hu stmat li f'ġimgħa 10,000 ruħ inqatlu fl-attakki li wettaq Gaddafi kontra l-poplu tiegħu stess.", "Nhar it-22 ta' Frar Gaddafi kellem lill-poplu Libjan fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv, u qal li mhux se jitlaq mill-poter: \"Se niknes dar b'dar jekk m'intomx se tieqfu tipprotestaw kontrija...", "Ma nitlaqx mill-poter... immut martri f'pajjiżi.", "Jien ma nistax nirreżenja għax jiem mhux President, iżda jien mexxej ta' Rivoluzzjoni u se nibqa' niddefendi din ir-rivoluzzjoni sal-aħħar.\"", "Waqt ħafna mid-diskors Gaddadi wera l-ponn u talab lil poplu biex jinżel fit-toroq u juru appoġġ lejh.", "Madwar id-dinja kollha saru protesti kbar fejn eluf kbar ta' Libjani ħarġu jipprotestaw kontra l-ħakma ta' Gaddafi.", "L-Ambaxxata f'Londra niżlet il-bandiera ħadra tar-rivoluzzjoni u tellgħet il-bandiera tad-dimostranti li hija l-istess waħda li kien hemm qabel ma ħa l-poter Gaddafi.", "Fit-22 ta' Frar il-Ministru tal-Intern Abdel Fattaħ Junes al Abidi irreżenja minn kull kariga u mhux se jibqa' jagħti l-appoġġ tiegħu \"lir-Rivoluzzjoni 17 ta' Frar\".", "Huwa talab biex kull suldat u uffiċjal tal-armata jingħaqdu mad-dimostranti biex b'hekk ma jibqgħux imutu aktar nies innoċenti u Gaddafi jitneħħa mill-poter.", "Il-Ġnus Magħquda wkoll sejħet laqgħa b'urġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà li kkundanna dak kollu li kien qiegħed jiġri fil-Libja u li dawk kollha li qegħdin iwettqu dawn l-attakki għandhom jinżammu responsabbli u jitressqu quddiem il-ġustizzja.", "Il-Lega Għarbija keċċiet lil Libja minn membru b'mod immedjat u f'każ li l-Istat ikompli joqtol aktar persuni innoċenti, il-Lega Għarbija kienet se tieħu aktar miżuri kontra r-reġim ta' Gaddafi.", "Nhar is-17 ta' Marzu, il-Kunsill tas-Sigurtà approva intervent militari barrani biex jiġu protetti nies ċivili fil-Libja, iżda eskluda li xi forza barranija tokkupa l-pajjiż.", "Fil-jiem ta' qabel Gaddafi hedded li truppi tiegħu kienu se jidħlu bil-forza f'Benghazi matul il-lejl u ma kienu se juru l-ebda ħniena.", "Bir-riżoluzzjoni numru 1973 il-Kunsill tas-Sigurtà witta t-triq għal Żona ta' Bla Titjir, għal attakki mill-arju fuq il-forzi tal-Gvern Libjan u li jittieħdu dawk il-miżuri kollha neċessarji biex jiġu protetti n-nies ċivili u żoni ċivili abitati li qegħdin jiġu attakkati mill-ajru.", "Għaxra mill-15-il membru tal-Kunsill ivvotaw favur ir-riżoluzzjoni filwaqt li l-ħamsa l-oħra (ir-Russja, iċ-Ċina, il-Ġermanja, il-Brażil u l-Indja) astjenew.", "Dakinhar il-President Amerikan Barack Obama kien qal li l-Istati Uniti se jieħdu sehem fil-missjoni biex jinżamm iż-\"żona bla titjir\", imma li pajjiżu ma kienx se jibgħat suldati fit-territorju Libjan.", "Obama saħaq li l-waqfien mill-ġlied għandu jsir minnufih, u li l-Gvern Libjan għandu jieqaf milli jwettaq attakki militari kontra r-ribelli.", "Il-President Amerikan talab ukoll li jerġa' jagħti lura s-servizz tad-dawl u l-ilma.", "Obama qal ukoll li dawn il-kundizzjonijet ma kinux negozjabbli u jekk il-mexxej Libjan ma jimxix magħhom, il-komunità internazzjonali tkun kostretta tieħu passi.", "Nhar id-19 ta' Marzu fis-5.45 p.m. (ħin ta' Malta) beda l-attakk fuq il-Libja meta ajruplani militari Franċiżi fetħu in-nar fuq tankijiet tal-Gvern ta' Gaddafi.", "Dan seħħ ftit tas-sigħat biss wara li mexxejja ta' pajjiżi tal-Punent u mexxejja Għarab iltaqgħu f'Pariġi biex jiftiehmu fuq pjan ta' azzjoni li se jieħdu biex jieqfu lil Gaddafi.", "Tliet sigħat wara sar attakk permezz tal-missili ta' kroċiera minn vapuri navali Amerikani li ġew sparati lejn \"sistema bil-missili ta' difiża itegrata\" irranġati matul il-kosta Libjana, speċjalment fi Tripli.", "Issieħbu magħhom ajruplani tal-Forza tal-Ajru tar-Renju Unit.", "Nhar is-27 ta' Ġunju, il-Qorti Kriminali Internazzjonali ħarġitlu mandat ta' arrest għal delitti li huwa għamel kontra l-umanità u għalhekk jinsab imfittex.", "Nhar it-23 t'Awwissu 2011 Gaddafi tilef il-kontroll ta' Tripli meta r-ribelli ħatfu l-\"kumpless\" tiegħu ta' Bab al-Għażiżija.", "Nhar l-20 ta' Ottubru 2011 inqabad u nqatel il-Kurunell Muammar Gaddafi.", "Gaddafi kien mistoħbi f'katusi tad-drenaġġ u beda jgħajjat biex ma jisparawlux meta nstab minn ġellieda ribelli.", "Gaddafi nqabad fl-istess waqt li eks uffiċjali tar-reġim kienu qed jippruvaw jaħarbu minn Sirte.", "Eżatt malli ħarġet l-aħbar li din il-belt ġiet kompletament meħlusa mill-qawwiet ta' Gaddafi.", "Filwaqt li n-NATO attakkat dan il-konvoj mill-ajru, il-qawwiet tal-Kunsill Tranżitorju ikko-ordinaw ir-raid li wassal biex instab Gaddafi.Meta sabuh, Gaddafi kien diġa' midrub, kemm f'saqajh kif ukoll f'rasu.", "Imbagħad, u jingħad li sakemm ġie trasportat f'ambulanza lejn sptar fil-viċin, Gaddafi miet.", "L-aħbar mal-ewwel ġriet mal-pajjiż kollu u wasslet għal ċelebrazzjonijiet kbar madwar il-Libja, inkluż fil-kapitali Tripli - ċelebrazzjonijiet mil-Libjani li sa 10 xhur ilu żgur ma kienux joħolmu li jwarrbu r-reġim ta' Gaddafi.", "Ftit wara li ħarġet l-aħbar bdew joħorġu ukoll filmati li juru dak li qed jingħad li huwa l-katavru tal-eks Mexxej Libjan.", "Rapporti oħra bdew jgħidu li l-ġisem mejjet ta' Gaddafi ttieħed lejn Moskea f'Misurata.", "Muammar Gaddafi kien ilu ġranet sħaħ ma jidher fil-pubbliku.", "Hu kien esprima ruħu konvint li ried imut fil-Libja, u mhux jaħrab, fil-fatt hekk ġara.", "Malli ħarġet din l-aħbar, kemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Josè Manuel Barroso kif ukoll is-Segretarju tal-Ġnus Magħquda Ban Ki-Moon qalu li dan il-jum ifisser it-tmiem ta' era ta' ripressjoni fuq il-poplu Libjan, u l-bidu ta' Libja ġdida mibnija fuq id-demokrazija.", "Il-Priministru Ingliz David Cameron qal li l-mewt ta' Gaddafi hija konferma li l-Libja tista' issa tibni l-futur demokratiku tagħha.", "L-istess sostna l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Alain Juppe.", "Il-President Amerikan Barack Obama qal li l-mewt ta' Gaddafi immarkat it-tmiem ta' kapitlu twil u ta' uġigħ għall-poplu tal-Libja.", "Huwa kompla jgħid li r-reġim ta' Gaddafi wasal fit-tmiem.", "Obama saħaq l-impenn tal-Istati Uniti mal-Kunsill Tranżitorju F'dikjarazzjoni konġunta bejn il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy u l-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso dwar l-aħbar tal-mewt ta' Muammar Gaddafi, huma rrimarkaw li ġiet fi tmiemha era ta' despotizmu u ripressjoni li minnha l-poplu Libjan sofra għal żmien twil wisq.", "Illum il-Libja tista' taqleb il-paġna fl-istorja tagħha u tilqa' futur paċifiku, demokratiku ġdid.", "Iż-żewġ presidenti Ewropej għamlu sejħa lill-Kunsill Transitorju Nazzjonali biex isegwi rikonċiljazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa, fi proċess li jilħaq lil kulħadd u li jippermetti tranżizzjoni demokratika, paċifika u trasparenti fil-pajjiż.", "Fil-ħajja personali tiegħu Gaddafi kien persuna eċċentrika.", "Is-sigurta` tiegħu kienet fdata f'idejn bodyguards nisa u kien dipendenti fuq infermiera Ukrena.", "Gaddafi iżżewweġ darbtejn.", "L-ewwel mara tiegħu, Fatiha, iddivorzjaha wara sitt xhur biss.", "Wara, kien iżżewweg lil Safia.", "Kellu b'kollox disat itfal, għalkemm wieħed minnhom hu addottat.", "It-tfal tiegħu kienu Muhammad, Saif al-Islam, Saadi, Mutassim, Hannibal, Saif al-Arab, Khamis, li kien inqatel f'attakk mill-ajru, Aisha u Milad li huwa adottat."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16021", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16021", "title": "Fábio Pereira da Silva", "text": ["Fábio Pereira da Silva", "Fábio Pereira da Silva, magħruf ukoll bħala sempliċement Fábio jew Fábio da Silva (Petrópolis, 9 ta' Lulju 1990) huwa futboler li attwalment jilgħab bħala difensur laterali mat-tim ta' Middlesbrough.", "Ma' ħuh tewmi, Rafael, kien jilgħabu flimkien ma' Manchester United wara li ffirmaw mal-klabb Ingliż fi Frar tal-2007.", "Fábio beda l-karriera tiegħu fil-futbol bħala midfilder difensiv mal-klabb ta' Boa Esperança, però beda jilgħab bħala difensur laterali meta ngħaqad ma' Fluminense.", "Matul turnew tan-Nike li sar ġewwa Tokjo, il-prestazzjonijiet ta' Fábio u ta' ħuħ Rafael laqtu għajn il-klabb ta' Manchester United.", "Iż-żewġ klabbs waslu fi qbil fuq it-trasferiment tal-plejers fi Frar tal-2007, u t-tewmin ingħaqdu mal-klabb Ingliż f'Jannar tal-2008 minkejja li kienu għadhom qatt ma dehru mal-ewwel tim tal-klabb Brażiljan.", "Fábio kellu jistenna sal-24 ta' Jannar 2009, sabiex jagħmel id-debutt tiegħu li wasal fir-raba' rawnd tal-FA Cup kontra Tottenham Hotspur, mirbuħa 2–1 mit-tim tal-United.", "Madanakollu, l-ewwel logħba tiegħu kellha tintemm qabel minħabba li weġġa' fil-pexxun.", "Nhar is-16 ta' Awwissu, wasal id-debutt tiegħu fil-Premier League fil-logħba tal-ftuħ tal-istaġun 2009–10 kontra Birmingham City.", "Fl-1 ta' April, 2010, Fábio iffirma estensjoni tal-kuntratt li se jżommu mal-klabb sa Ġunju 2014.", "L-ewwel gowl tiegħu wasal fir-rebħa ta' 4–0 kontra Wigan Athletic li ntlagħbet fis-26 ta' Frar 2011.", "Nhar it-28 ta' Mejju 2011, Fábio beda l-finali tal-UEFA Champions League kontra Barcelona li United tilfu 3–1.", "Fit-2 ta' Lulju 2012, fi sforz sabiex jikseb aktar esperjenza, hu ġie misluf lil Queens Park Rangers għal sena.", "Id-debutt tiegħu sar fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fit-telfa ta' 5–0 kontra Swansea City.", "L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb ta' Londra wasal f'logħba mill-FA Cup, fit-telfa ta' 4–2 kontra MK Dons.", "Grazzi għall-prestazzjonijiet konvinċenti ma' Manchester United, Fábio ġie msejjaħ mal-Brażil nhar it-22 ta' Settembru 2011, u ddebutta kontra l-Kosta Rika nhar is-7 ta' Ottubru 2011 fir-rebħa ta' 1–0 għall-Brażil.", "\"Statistika korretta sat-12 ta' Mejju 2013\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16023", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16023", "title": "Mohamed Bouazizi", "text": ["Mohamed Bouazizi", "Tarek el-Tayyib Mohamed Ben Bouazizi (bl-Għarbi: محمد البوعزيزي; Sidi Bouzid, 29 ta' Marzu 1984 – Ben Arous, 4 ta' Jannar 2011), magħruf sempliċement bħala Mohamed Bouazizi, kien bejjiegħ tal-ħaxix Tuneżin li fis-17 ta' Diċembru 2010 ta n-nar lilu nnifsu wara li sofra inġustizzja mill-pulizija.", "Fi ftit jiem sar magħruf mad-dinja kollha u meqjus bħala s-simbolu tar-rivoluzzjoni li seħħet f'ħafna pajjiżi Għarab, l-aktar dawk fl-Afrika ta' Fuq.", "Mohamed Bouaziz, magħruf f'daru bħala \"Basboosa\" (Beżbuża), twieled fid-29 ta' Marzu, 1984, f'Sidi Bouzid, it-Tuneżija.", "Missieru, bennej, miet b'attakk f'qalbu meta Tarek kien għad kellu biss tliet snin.", "Xi żmien wara, ommu Manoubia żżewġet lil ħu missieru, imma saħħet zijuh ma tantx kienet tajba u peress li ma setax imur għax-xogħol b'mod regolari, Tarek ta' għaxar snin kellu jibda joħroġ jaħdem biex ikun jista' jgħin lil ommu u lis-sitt ħutu.", "Għamel diversi xogħlijiet iżda x-xewqa tiegħu kienet minn dejjem li jiggradwa.", "Dan xtaqu kemm għalih kif ukoll għal ħutu l-oħra iżda l-qagħda ħażina tal-familja tiegħu ġegħlitu, ta' dsatax-il sena, jħalli l-iskola żgħira fejn kien jattendi f'Sidi Salah biex ikun jista' jaħdem full-time.", "Iżda f'Sidi Bouzid, belt f'nofs it-Tuneżija, il-korruzzjoni u l-qgħad huma problema kbira.", "F'belt ta' kważi erbgħin elf ruħ, 30% tal-ħaddiema huma bla xogħol.", "Iż-żagħżugħ applika għal diversi xogħlijiet, fosthom mal-armata, imma dejjem sab il-bibien magħluqin.", "Għalhekk iddeċieda li jibda jbigħ il-ħaxix u l-frott fit-toroq fejn kien jaqla' mal-mitt ewro fix-xahar.", "Minnhom kien jgħajjex il-familja u jħallas għall-miżata ta' oħtu li bdiet tattendi l-università.", "Kellu ukoll xewqa li jixtri vann li jkun jista' jdur ibigħ bih.", "Iżda xi uffiċjali tal-pulizija korrotti ma ħallewx bi kwietu.", "Sa minn meta kien għadu żgħir il-pulizija kienu jaqbdu miegħu.", "Mhux l-ewwel darba li kkonfiskawlu l-ħxejjex tiegħu għax kienu jgħidulu li ma kellux permess ibigħ.", "Iżda l-verità hi li Tarek ma kellux imnejn ixaħħam lill-pulizija biex iħalluh ibigħ fit-toroq.", "Nhar is-17 ta' Diċembru 2010, Tarek iddejjen madwar €150 biex ikun jista' jixtri xi prodotti ħalli jbiegħhom, iżda hekk kif rama l-karretta, il-pulizija kkonfiskawlu l-prodotti.", "Pulizija mara tatu daqqa ta' ħarta, beżqitlu, kkonfiskatlu l-miżien, qalbitlu l-ħaxix u l-frott u offendietlu lil missieru mejjet.", "Pulizija oħra li kienu magħhom komplew jgħajruh u jsawtuh.", "Iż-żagħżugħ umiljat u mbikki rħielha lejn l-uffiċċju tal-gvernatur lokali biex jipprotesta għal dan l-aġir abbużiv tal-pulizija.", "Il-gvernatur irrifjuta li jiltaqa' miegħu u hawn Tarek ma felaħx iktar ibati inġustizzji u qallu: \"Jekk ma taranix, naħraq lili nnifsi.\"", "Siegħa biss wara li ġara l-abbuż tal-pulizija, Tarek iddisprat mar xtara landa petrol u ta n-nar lilu nnifsu quddiem l-istess bini tal-gvern.", "Lil ommu għall-ewwel qalulha li kien iddaħħal l-isptar għax marad.", "Meta saret taf verament x'ġara taha ħass ħażin.", "\"Veru kien kuntent dakinhar\", irrakkuntat ommu iżjed tard, \"ma kienx jorqod ħafna minħabba x-xogħol imma kien kuntent.", "Jum qabel kien mar jixtri l-affarijiet u filgħodu ħareġ biex ibiegħhom\".", "Kienet l-aħħar darba li ratu ħaj u b'saħħtu.", "\"Aħna nies fqar f'Sidi Bouzid.", "M'għandniex flus imma għandna d-dinjità tagħna u d-dinjità ħaduhielu b'daqqa ta' ħarta u kliem mhux xieraq.\"", "Iż-żagħżugħ ittieħed għall-kura fiċ-ċentru mediku ta' Sidi Bouzid, imma l-ħruq tiegħu tant kien gravi li ttieħed lejn l-isptar ta' Sfax li jinsab sebgħin mil bogħod.", "Minn hemm kien trasferit għar-raħal ta' Ben Arous, fejn ġimgħatejn wara mar jarah il-President Tuneżin Ben Ali.", "Tmintax-il jum wara l-inċident, jiġifieri fl-4 ta' Jannar 2011, iż-żagħżugħ miet kawża tal-ħruq estensiv li sofra.", "Għall-funeral tiegħu huwa stmat attendew iktar minn 5,000 ruħ fejn il-pulizija ma ħallietx lin-nies jgħaddu mill-post fejn Tarek ta n-nar lilu nnifsu.", "Waqt il-marċ bit-tebut lejn il-qabar, bosta nstemgħu jaħilfu li kienu se jpattuha lil dawk li wasslu għall-mewt tiegħu.", "Biex itaffi r-rabja tal-poplu, il-gvern Tuneżin fetaħ inkjesta dwar x'wassal liż-żagħżugħ biex jagħti n-nar lilu nnifsu.", "Dan wara li qraba tal-vittma allegaw li waħda mill-pulizija, Faida Hamdi, tatu daqqa ta' ħarta, beżqitlu, kkonfiskatlu l-miżien, qalbitlu l-ħaxix u l-frott u offendietlu lil missieru.", "Madanakollu, ħu Hamdi ċaħad li oħtu jew xi pulizija oħra ttrattawh ħażin u sostna li kulma għamlu kienu li ħadulu l-affarijiet.", "Hamdi spiċċat kienet arrestata f'żewġ okkażjonijiet, l-ewwel wara ż-żjara tal-President Tuneżin fl-isptar u t-tieni wara laqgħa li l-istess President kellu ma' omm u waħda minn ħut Tarek.", "Madanakollu, nħelset u ħuha qal li Hamdi inżammet mill-awtoritajiet biex jipproteġuha u mhux biss jinvestigawha.", "Il-protesti kontra l-gvern li bdew f'Sidi Bouzid malajr infirxu fl-irħula l-oħra sakemm waslu anke f'Tuneż.", "Ir-rabja tal-poplu tant kienet kbira li fl-14 ta' Jannar il-President Ben Ali ħarab mal-familja tiegħu wara 23 sena jmexxi l-pajjiż.", "Floku daħlet tmexxija ġdida imma ħafna ċittadini baqgħu jħossuhom injorati.", "Meta Tarek ta n-nar lilu nnifsu huwa mhux biss firex il-protesti f'pajjiżi oħra, ewlenin fosthom l-Eġittu u l-Libja, imma anke wassal biex persuni oħra spiċċaw għamlu bħalu.", "Fl-Alġerija, ċertu Mohsen Bouterfif ukoll ta n-nar lilu nnifsu wara li laqgħa li kellu ma' sindku fit-13 ta' Jannar 2011 ma wasslitux biex isib impjieg u dar fejn jgħix.", "Fl-Eġittu, Abdou Abdel-Meneim Jaafar ukoll ta n-nar lilu nnifsu quddiem il-Parlament.", "U fl-Għarabja Sawdita, raġel ta' 65 sena miet wara li wkoll ta n-nar lilu nnifsu.", "Dan it-tip ta' aġir wasal ukoll fl-Ewropa fejn fil-11 ta' Frar 2011 Noureddine Adnane, bejjiegħ tal-monti Marokkin, ta n-nar lilu nnifsu f'Palermo wara li kellu l-oġġetti tiegħu konfiskati mill-pulizija.", "Missier ta' tliet itfal, Adnane miet l-għada kawża tal-ġrieħi li sofra.", "Il-mod kif Tarek ta n-nar lilu nnifsu fakkar lil ħafna f'Jan Palach.", "Palach kien student d'dik li kienet iċ-Ċekoslovakkja li fl-1968 ħaraq lilu nnifsu biex jipprotesta kontra t-tmexxija komunista tal-pajjiż li snin wara nqasam fi tnejn, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja.", "Fil-fatt Tarek qiegħed jitqies bħala l-\"Palach Għarbi\".", "Minn meta miet ritratt tiegħu twaħħal mal-monument tal-mużajk li hemm barra l-uffiċċju fejn ta n-nar lilu nnifsu u d-data ta' meta ġara dan l-inċident tpinġiet biż-żebgħa fuq divesi ħitan.", "Familjari u ħbieb tiegħu jiftakruh bħala bniedem sempliċi li ma kellux ħin biex isegwi l-futbol u l-mużika, li kien iħobb il-familja u li ried jiżżewweġ.", "Oħtu Basma ta' 16-il sena tgħid li mindu miet, il-familja spiċċat qisha ġisem bla ruħ.", "\"Kien bniedem ġeneruż.", "Meta ġieli kien jirrabja miegħi, wara kien jiġi u jitlobni naħfirlu.", "Fil-ħin ħieles kien joqgħod id-dar mal-familja u l-ħolma tiegħu kienet li jarana mmorru l-università\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16031", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16031", "title": "Lucrezia Borgia", "text": ["Lucrezia Borgia", "Lucrezia Borgia (Subiaco, 18 ta' April 1480 – Ferrara, 24 ta' Ġunju 1519) kienet it-tifla illeġittima tal-Papa Alessandru VI (Rodrigo Borgia) u l-maħbuba tiegħu Vannozza Cattaneo.", "Kienet mara ta' sbuħija affaxxinanti li spiss sabet ruħha mdaħħla fl-intrigi tal-qrati Taljani ta' żmienha.", "Ħajjitha kienet marbuta mal-fortuna tal-familja qawwija tagħha.", "Kienet kastellana Rinaxximentali perfetta li tattira l-ammirazzjoni u tbeżża' fl-istess ħin u kisbet il-fama ta' politikanta ta' ħila u diplomatika għaqlija.", "Il-familja ta' Lucrezia, matul l-istorja, spiċċat biex saret l-inkarnazzjoni tal-politika Machiavelljana bla ħniena u tal-korruzzjoni sesswali attribwita lill-papati Rinaxximentali.", "Missierha, Alessandru VI u ħuha Cesare irranġawlha bosta żwiġijiet ma' rġiel importanti u qawwija, bl-għan li jilħqu l-ambizzjonijiet politiċi tagħhom.", "F'dan il-kuntest, l-għedewwa tal-familja Borgia għamlu lil Lucrezia xbieha ta' \"femme fatale\", parti li tidher fiha f'ħafna xogħlijiet tal-arti, rumanzi u films, li però għadha ma' ġietx dokumentata bis-serjetà.", "M'għandniex fatti biżżejjed dwar il-vera Lucrezia biex ikunu ċerti jekk l-istejjer li kienet imdaħħla fil-kriminalità ta' missierha u ħuha humiex minnhom.", "Fil-Qorti ta' Este tat-tielet raġel tagħha, Alfonsu I, Lucretia setgħet tinsa l-imgħoddi tagħha u saret popolarissma bis-saħħa tas-sbuħija u l-intelliġenza tagħha.", "Tilfet l-interess kollu fil-politika u ntefgħet minflok fuq il-ħolqien ta' ħajja immaġinattiva u intellettwali fil-qorti, iċċelebrata minn poeti bħal Ariosto, Bembo, Trissino u Ercole Strozzi, u ġabret madwarha n-nies l-aktar famużi tar-Rinaxximent.", "Mill-1512, minħabba l-iżventuri li laqtu lilha u d-dar ta' Ferrara, Lucrezia għaddiet perjodi twal fil-kunvent.", "Mietet fl-1519 ta' disa' u tletin sena hija u twelled.", "Lucrezia Borgia twieldet Subiaco, issa provinċja ta' Ruma, fit-18 ta' April, 1480.", "Missierha kien il-kardinal Spanjol Rodrigo Borgia, Arċisqof ta' Valenzja, li fl-1492 ġie elett Papa tal-Knisja Kattolika bl-isem ta' Alessandru VI.", "Ommha Vannozza Cattanei, kontessa ta' Casa Candia, il-maħbuba ta' Rodrigo għal ħmistax-il sena, kienet ta' nissel Mantovan.", "It-tliet ħutha kienu subien, Cesare, Giovanni u Goffredo.", "Lucrezia trabbiet fil-qorti pontifiċju f'perjodu li fih il-figura tal-Papa kienet tixbaħ ħafna iżjed lil dik ta' kap temporali milli ta' mexxej spiritwali.", "L-edukazzjoni ta' Lucretia kienet fdata f'idejn kuġinitha Adriana Mila Orsini u mart iben din Giulia Farnese.", "Iż-żewġ nisa kienu joqogħdu ma' Lucretia fil-bini li jmiss mal-Vatikan, f'kuntatt mill-qrib mal-Papa Alessandru VI.", "Fl-età ta ħdax-il sena, kienet diġà ġiet mwiegħda darbtejn għaż-żwieġ: fis-26 ta' Frar, 1491, in-nutar tal-familja Borgia, Camillo Beneimbene, fassal l-ewwel kuntratt taż-żwieġ ma' Don Cherubino Juan de Centelles sinjur ta' Val d'Ayora fir-renu ta' Valenzja.", "Il-kuntratt stipula dota ta' 30,000 \"\"timbres\"\" (valuri) maqsumin parti fi flus u parti f'ornamenti u ġojjelli mogħtija lill-għarusa mill-familja Borgia.", "Xahrejn wara però missierha Rodrigo Borgia ftiehem patti taż-żwieġ ġodda ma' Gaspare d'Aversa, konti ta' Procida ta' familja Valenzjana, imma mbagħad xolja ż-żewġ għerusijiet.", "Wara li Rodrigo laħaq Papa Alessandru VI, żewweġ lil Lucrezia ma' Giovanni Sforza, biex jistabilixxi alleanza mal-familja qawwija ta' Sforza li magħha waqqaf lega difensiva għad-difiża tal-istat tal-Knisja kontra l-invażjoni Franċiża imminenti taħt Karlu VIII.", "Fit-2 ta' Frar, 1493, Nicolò da Saiano żewweġ bi prokura lil Lucrezia Borgia, li kellha biss tlettax-il sena, ma' Giovanni Sforza u fit-12 ta' Ġunju 12 ta' dik is-sena kien hemm ċ-ċelebrazzjoni reliġjuża tat-tieġ fil-preżenza tan-nutar imsemmi hawn fuq, Beneimbene, l-isqof ta' Concordia u l-konti ta' Pittigliano.", "Il-tieġ, però ma ġiex konsumat (x'aktarx minħabba n-nuqqas ta' maturità fiżika ta' Lucrezia li kienet għadha tifla) sa nofs Novembru ta' dik is-sena.", "F'dan il-perjodu il-miżżewġin għexu mifrudin, wieħed bejn Pesaro u Milan, l-oħra fil-palazz ta' Santa Maria in Portico fil-Vatikan, dejjem taħt il-ġwienaħ protettivi ta' missierha.", "Wara ftit, il-familja Borgia ma kellhiex bżonn iżjed tal-familja Sforza, u l-preżenza ta' Giovanni fil-qorti papali saret żejda, l-aktar billi kellu l-ħsieb li jiħodha 'l bogħod lil maħbuba Lucrezia.", "Il-Papa kellu bżonn alleanzi politiċi ġodda aktar vantaġġużi, tant li forsi bil-moħbi orndna l-qtil ta' Giovanni.", "Ħu Lucrezia, Cesare għarrafha b'dan u hi qalet lil żewġha, li telaq jiġri lejn Ruma.", "Jew forsi l-Papa qatt ma ta din ordni, u kien pjan maħsub minn Cesare u Lucrezia biex jeħilsu mir-raġel li kien xebbagħhom.", "Ġara x'ġara, il-Papa Alessandru u Cesare kienu kuntenti bl-opportunità ji jirranġaw żwieġ ieħor vantaġġuż għal Lucrezia.", "Iżda qabel ma seta' jiġri dan kien hemm bżonn li jeħilsuha minn Giovanni Sforza.", "Alessandru talab liz-ziju ta' Giovanni, il-Kardinal Ascanio Sforza, biex jipperswadi lil Giovanni li jċedi d-divorzju.", "Madankollu, id-divorzju kien għajb intollerabbli u Giovanni rrifjuta.", "Il-Papa, li ried bilfors is-separazzjoni, akkuża lil Giovanni bl-impotenza, billi ż-żwieġ ma kienx meqjus validu jekk ma kienx jista' jiġi kkonsmat u hekk iwassal għall-ulied.", "Għalhekk beda proċess għall-annullament.", "Giovanni imbagħad akkuża lil Borgia b'inċest ma' bintu, iżda mhux pubblikament imma permezz ta' kuġinuh Ludovico il Moro, li kien mar jitlob parir minn għandu.", "Ludovico waqqa' l-insinwazzjoni biex jevita l-inkwiet u pproponha lil kuġinuh li juri li kellu ħila jikkonsma ż-żwieġ billi jagħti prova quddiem ix-xhieda (b'tgħammir sesswali ma' martu jew nisa oħra quddiem xhieda aċċettati miż-żewġ partijiet) imma Giovanni kien kontra dan għal kollox.", "Fi ftit xhur, kemm Ludovico il Moro kif ukoll il-Kardinal Ascanio Sforza ma baqgħux jappoġġjaw lid-Duka ta' Pesaro, il-Papa beda jirrabja fuq id-dewmien fl-iffirmar tad-divorzju u dawn fl-aħħar mill-aħħar ma kinux beħsiebhom jagħmlu għadu minnu.", "Il-Papa ddikjara ż-żwieġ null billi skontu dan ma kienx ikkonsmat, u offra lil Giovanni d-dota kollha ta' Lucrezia jekk jagħti l-kunsens tiegħu (flimkien ma' dikjarazzjoni ta' impotenza).", "Il-familja Sforza reġgħet ma kinitx se tagħti l-protezzjoni tagħha lil Giovanni kieku kellu jirrifjuta l-offerta tal-Papa.", "Giovanni Sforza ma setax jagħmel ieħor u ffirma quddiem ix-xhieda kemm l-istqarrija tal-impotenza kif ukoll id-dokument ta' nullità.", "Minkejja li l-insinwazzjoni dwar ir-relazzjonijiet inċestwużi fil-familja Borgia malajr waqgħet, dawk li riedu jmaqdru lill-Papa għamlu minn kollox biex jagħtuha importanza fiċ-ċrieki l-aktar prestiġjużi.", "Matul il-proċess delikat tal-annullament, Lucrezia kellha relazzjoni sesswali ma' xi ħadd, jista' jkun il-messaġġier ta' Alessandru, Perrot Calderon, li aktar tard ġie assassinat, skont kif jaħsbu, minn idejn Cesare Borgia stess.", "Ir-riżultat kien li meta ż-żwieġ ġie annullat għaliex ma ġiex ikkonsmat, Lucrezia kienet tqila, u dan hu wieħed mill-fatti li dawk li jridu jmaqdruha jsemmu biex isaħħu l-fama ħażina tagħha.", "Il-tarbija twieldet bil-moħbi u mbagħad Lucretia żżewġet lill-ġuvni ta' sbatax-il sena, Alfonsu ta' Aragona, Duka ta' Bisceglie, it-tifel illeġittmu tar-re Alfonsu II ta' Napli.", "Dan it-tieġ seħħ fil-21 ta' Lulju 1498, quddiem il-Kardinal Ascanio Sforza fil-palazz ta' Santa Maria Portico, wara negozjati komplessi dwar id-dota ta' Lucretia.", "Fil-5 ta' Awissu, ġiet iċċelebrata ċerimonja oħra.", "Mill-1499 sal-1502 Lucrezia kienet, b'ħatra papali, il-gvernatriċi ta' Spoleto, Foligno, Assisi Nocera, Sassoferrato, Visso, Gualdo, Bettona, Trevi, Bevagna, Montefalco, Sangemini u tal-abbazija ta' Ferentillo.", "Kienet toqgħod Spoleto.", "Fil-Qorti ta' Este Lucrezia irpiljat mill-akkużi li spiss kien ikun hemm kontriha fl-imgħoddi, għamlet ruħha apprezzata permezz tal-patrunaġġ tal-arti u għexet ħajja x'aktarx modesta, allavolja fl-ewwel snin kellha mill-inqas żewġ maħbubin: il-futur kardinal Pietro Bembo u Francesco II Gonzaga, ħu r-raġel.", "Bembo iddedikalha \"Gli Asolani\", fejn faħħar is-sbuħija u l-virtù tagħha tagħha, filwaqt li Ariosto faħħar il-virtù fi stanza ta' \"Orlando Furioso\" u fis-\"Satiri\".", "Fl-aħħar snin ta' ħajjitha kellha kriżi reliġjuża profonda u saret terzjarja Franġiskana, titqarben kull filgħodu u tgħaddi sigħat twal fit-talb matul il-jum.", "Baqgħu ħajjin matul is-snin bosta għajdut u leġġendi, li jispekulaw l-iżjed fuq in-natura stravaganti tal-festi organizzati mill-familja Borgia.", "Jingħad li Lucrezia kellha ċurkett vojt minn ġewwa li kienet spiss tużah biex tavvelena x-xorb.", "Jew li fil-pranzijiet tagħhom kienet tuża faqqiegħ velenuż għall-fwied li joqtol il-mistednin tagħha wara xi żmien sabiex ma tqajjimx suspett.", "Il-ħafna spekulazzjoni dwar ir-relazzjoni inċestwuża ta' Lucretia ma' missierha u ħutha hi magħrufa sewwa.", "Jingħad li kellha ċurkett (jew vojt minn ġewwa jew b'labra) li kull jum kienet tgħammed fil-velenu li vvintat hi, il-\"cantarella\".", "Biex tikseb it-taħlita kien meħtieġ li troxx l-arseniku fuq l-imsaren ta' ħanżir li jkun għadu kemm inqatel.", "Meta l-massa mmuffata tinxef, tindaħan fi trab.", "Tant hu vjolenti l-velenu ta' din it-taħlita li joqtol f'erbgħa u għoxrin siegħa, f'agunija orribbli.", "B'dan iċ-ċurkett setgħet toqtol b'tmellisa jew billi ddaħlu fix-xarba tal-vittma.", "Iżda m'hemm l-ebda traċċa ta' dan kollu fid-dokumenti ta' dak iż-żmien, u l-iżjed fl-ittri tal-ambaxxaturi.", "Tabilħaqq, Lucrezia kienet dejjem deskritta bħala \"madonna decorosissima\" (sinjura ta' dinjità kbira).", "L-ikbar maqdâr tal-familja Borgia kien Burckardt ta' Strasburgu, mastru taċ-ċerimonji fil-qorti papali.", "Skond dawn Lucrezia u missierha kienu jorganizzaw Sibtijiet is-Seħer Sataniċi, fosthom \"iż-żifna tal-qastan\", xorta ta' orġija maħluqa minn Cesare.", "Barra minn hekk akkuża lil Lucrezia b'relazzjonijiet inċestwużi mal-Papa u ħuha Cesare.", "Wasal biex jgħid li l-\"Infante Rumano\", l-ewwel iben ta' Lucrezia, twieled minn inċest, u li ħafna mid-delitti tal-membri tal-familja kienu ġejjin mill-għira li kellhom għaliha.", "L-għan ta' Burckardt bħal ta' ħafna oħrajn kien li jrażżan il-qawwa tal-familja Borgia.", "Imma dawn u leġġendi oħra baqgħu ħajjin wara ħafna li l-qawwa rjali li kellha l-familja kienet għebet.", "Diversi xhieda stqarru li raw xadini suwed jgħassu l-kamra tal-Papa, oħrajn li kienu raw il-Papa jiffirma patt max-xitan.", "Dak iż-żmien, il-figura tad-dimonju kienet tieħu l-għamla ta' barri, li qiegħed fl-istemma araldika tal-familja Borgia.", "X'aktarx dawn il-leġġendi ġew mil-mibegħda profonda li dan il-Papa rnexxielu jiġbed lejh, hekk li l-Riforma Luterana tnisslet proprjament mill-imġiba immorali tiegħu.", "Però hu improbabbli ħafna li Lucrezia, kienet kemm kienet kolta, setgħet tieħu xi deċiżjonijiet.", "Kienet biss mara fl-Ewropa tal-aħħar tas-seklu XV, u valurha kien ibbażat biss fuq l-alleanzi li setgħet tistabbilixxi permezz taż-żwiġijiet tagħha.", "Madankollu, hi miftakra bħala mara ħażina, kattiva u l-protagonista ta' konfoffi u qtil."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16042", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16042", "title": "Możambik", "text": ["Możambik", "Il-Możambik hi nazzjon fl-Afrika."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16045", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16045", "title": "Concepción (Ċili)", "text": ["Concepción (Ċili)", "Concepcion hi belt ta' madwar 216,000 ruħ fiċ-Ċili.", "Fl-2002 kienet tgħodd 216,061 ir-ruħ.", "Erja: 221.6km2"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16053", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16053", "title": "L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea", "text": ["L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea", "L-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet) hu uffiċċju interistituzzjonali li għandu l-għan li jiżgura l-istampar tal-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Unjoni Ewropea (UE) - Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom.", "L-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet ta' kuljum joħroġ il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi 22 jew 23 lingwa (fl-Irlandiż meta l-pubblikazzjoni tkun meħtieġa), fenomenu uniku fid-dinja tal-istampa.", "L-Uffiċċju jeditja u jikkoeditja pubblikazzjonijiet fil-kuntest tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet.", "Barra minn hekk, l-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet joffri numru ta' servizzi onlajn li jagħtu aċċess għal tagħrif dwar il-liġi ta' l-UE (EUR-Lex), il-pubblikazzjonijiet ta' l-UE (EU Bookshop), ix-xiri pubbliku (TED), u r-riċerka u l-iżvilupp ta' l-UE (CORDIS).", "L-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea", "Ted Is-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea", "CORDIS", "EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea", "EU Bookshop Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-UE li qed tfittex!"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16054", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16054", "title": "Kleopatra VII", "text": ["Kleopatra VII", "Kleopatra VII Thea Filopator (Κλεοπάτρα Θεά Φιλοπάτωρ; Lixandra, 69 QK – Lixandra, 12 ta' Awwisu 30 QK) kienet reġina Eġizzjana tal-perjodu Tolemajk.", "Din kienet l-aħħar reġina tal-Eġittu l-Antik u l-aħħar membru tad-Dinastija Tolemajka.", "L-isem \"Kleopatra\" bil-Grieg ifisser \"glorja tal-missier.\"", "Illum hi x'aktarx l-aktar famuża fost il-mexxejja kollha tal-Eġittu l-Antik u hi magħrufa bl-isem ta' Kleopatra, għalkemm kienet is-seba' u l-aħħar reġina li kellha dan l-isem.", "Madankollu, Kleopatra, qatt ma rrenjat waħidha fuq l-Eġittu għax kienet issaltan flimkien ma' missierha, ħuha, ħuha-żewġha u binha.", "Kleopatra VII twieldet Lixandra, missierha kien il-Fargħun Tolomew XII Awlete.", "Ma nafux min kienet omm Kleopatra, imma ħafna jaħsbu li kienet Kleopatra V Trifena, oħt jew kuġina u mara ta' Tolomew XII, jew forsi mara oħra mill-familja Tolemajka li kienet bint Tolomew X u Kleopatra Bereniċe III Filopator jekk Kleopatra V ma kinitx bint Tolomew X u Bereniċe III.", "Bejn it-68 QK u d-59 QK twieldu oħtha minn missierha Arsinoe IV u ħutha Tolomew XIII u Tolomew XIV.", "Skont is-sistema dinastika n-nisa wkoll setgħu jilħqu fuq it-tron, bħala miżżewġin ta' ħuthom subien.", "Din l-interpretazzjoni tat-testi antiki dwar l-aħwa \"miżżewġin\" ġiet ikkontestata ħafna drabi.", "Hu ħafna iktar probabbli li l-aħwa subien u bniet kienu jsaltnu flimkien u jaqsmu t-tron iżda mhux bħala miżżewġin.", "Fil-fatt, kull wieħed minnhom kien imbagħad ikun miżżewweġ lil nisa tagħhom li ma kellhomx dritt għat-tron.", "Missierha ħatarha ko-reġġenti ftit qabel miet, minħabba li ħutha l-bniet ikbar minnha, Kleopatra VI u Bereniċe IV, kien mietu, l-ewwel maqtula b'ordni ta' missierha (għax kienet ippruvat twaqqgħu mill-poter) u t-tieni avvelenata.", "Kleopatra VII ssuċċedietu meta kellha 18-il sena fir-rebbiegħa tal-51 QK flimkien ma' ħuha Tolomew XIII ta' għaxar snin, miżżewġin skont il-liġijiet Eġizzjani.", "Fir-rebbiegħa tal-48 QK Tolomew, flimkien mal-kunsillier u ħabib tiegħu tal-qalb (hemm min anki jitkellem dwar storja ta' imħabba bejniethom) Potinu, li kien inħatar reġġent tal-fargħun żagħżugħ, ipprova jiddeponi lil Kleopatra u jġegħelha titlaq minn Lixandra.", "Ir-reġina ġabret armata u bdiet gwerra ċivili.", "Is-sitwazzjoni saret iżjed imħabbla meta oħthom l-oħra, Arsinoe IV, bdiet tippretendi d-dritt għat-tron.", "F'dan il-punt il-megħlub ġeneral Ruman Pompew wasal l-Eġittu biex jistkenn mir-rivali tiegħu Ġulju Ċesri.", "Fil-bidu, Tolomew u Potinu taparsi aċċettaw it-talba tiegħu, iżda fid-29 ta' Settembru 48 Potinu ordna l-mewt ta' Pompew, bit-tama li jitħabbeb ma' Ċesri.", "Meta wasal dan, Tolomew offrielu r-ras tar-rivali tiegħu imma r-reazzjoni ta' Ċesri kienet ta' rabja u ġiegħel li Potinu jiġi maqtul.", "Minkejja li kien l-għadu ta' Ċesri, Pompew kien konslu Ruman u l-għarmel tal-unika tifla legittima ta' Ċesri, Ġulja.", "Ċesri ħa l-belt kapitali tal-Eġittu f'idejh u għamel ruħu l-arbitru bejn Tolomew u Kleopatra.", "Ċesri sejjaħ lil Tolomew u lil Kleopatra fil-palazz irjali.", "Kleopatra beżgħet li jekk tmur lura fil-palazz tinqabad f'nassa ta' ħuha u għalhekk irrikorriet għal stratagemma.Ġegħlet lil ħabib fidil tagħha, Apollodorus l-iSqalli, jirrumblaha f'tapit kbir marbut b'ċinga.", "Apollodorus imbagħad mar il-Palazz bir-romblu kbir fuq spallejh u qal li kellu jagħti rigal lil Ċesri u tħalla jidħol fl-appartamenti tal-konslu.", "Fil-preżenza tal-konslu ħall it-tapit u Ċesri sab quddiemu lil Kleopatra.", "Ir-reġina libset il-ħwejjeġ l-aktar rikki u mqaċċtin u l-ġojjelli l-aktar prezzjużi.", "Kellmitu bil-Latin u talbietu l-protezzjoni minn ħuha.", "Is-sorsi jirrakkontaw li l-impressjoni kienet irreżistibbli u t-tnejn saru maħbubin dak il-lejl stess.", "Ċesri organizza r-ritorn uffiċjali tar-reġina u ġegħelha tiżżewweġ lil ħuha.", "Imma Tolomew, baqa' jwebbes rashu li jneħħi lil Kleopatra, u għamel alleanza ma' oħtu Arsinoe, u flimkien organizzaw armata, li f'Diċembru tal-48 fil-belt ta' Lixandra iltaqgħet f'battalja ma' dik ta Ċesri u Kleopatra.", "Il-battalja għamlet ħafna ħsara lill-bini tal-belt, fosthom il-Bibljoteka ta' Lixandra, li ġarbet ħsara kbira bin-nar u ntilfu fil-fjammi ħafna manuskritti ta' valur bla qies.", "Il-leġjuni Rumani sofrew telfa iebsa u Ċesri stess biex isalva ruħu mill-mewt kellu jaqbeż il-baħar u jaħrab.", "Bis-saħħa tar-rinforzi minn Pergamu li waslu fi Frar tal-47 rebħu Ċesri u Kleopatra.", "Arsinoe u Tolomew inġegħlu jħallu l-belt.", "Fis-27 ta' Marzu tal-istess sena fuq ix-xmara Nil saret l-aħħar ġlieda bejn it-truppi ta' Tolomew u dawk ta' Ċesri.", "Il-battalja spiċċat f'massakru tal-armata Lixandrija: 25,500 mejta u 12,000 meħudin priġunieri.", "Tolomew innifsu tilef ħajtu.", "Kleopatra, li sfat l-unika l-ħakkiema tal-Eġittu, ħatret bħala ko-reġġent lil ħuha ż-żgħir Tolomew XIV.", "L-Eġittu baqa' formalment indipendenti, għalkemm tliet leġjuni Rumani baqgħu stazzjonati hemm bil-ħsieb li jżommu l-ordni pubbliku.", "Ir-relazzjoni bejn Ċesri u Kleopatra, li minnha twieled tifel, Tolomew Ċesri imsejjaħ Ċesarjun, kellha żewġ skopijiet politiċi: id-dittatur Ruman ried jiżgura l-kontroll tal-Eġittu, importanti għar-riżorsi finanzjarji tiegħu, filwaqt li Kleopatra ttamat li biha tikseb għall-pajjiż pożizzjoni privileġġjata ġewwa l-Imperu.", "Fis-46 QK Kleopatra marret Ruma ma' binha li kien għadu kif twieled u baqgħet hemm sal-mewt ta' Ċesri, fl-44 QK.", "Fis-sajf tal-istess sena Tolomew XIV miet, forsi avvalenat minn Kleopatra nfisha, li ftit wara ħatret lil Ċesarjun bħala l-ko-reġġent tagħha, u dan ħa l-isem ta' \"Tolomew XV Ċesri\".", "Fit-42 QK Marku Antonju, wieħed mit-trijumvirat li kien jiggverna Ruma wara l-vojt fil-poter li ħalliet il-mewt ta' Ċesri, talab lil Kleopatra biex tiltaqa' miegħu f'Tarsu biex jivverifika l-lealtà tagħha.", "Antonio mbagħad mar warajha Lixandra, fejn baqa' għas-sena ta' wara kollha.", "Mill-unjoni tagħhom twieldu tewmin Kleopatra Selene u Alessandru Helios.", "Erba' snin wara, fl-37 QK, waqt li kien qiegħed jivvjaġġa għall-gwerra kontra l-Parti, Antonju ltaqa' ma' Kleopatra f'Antijokja, fejn iżżewwġu, minkejja li Antonju kellha rabta ma' Ottavja, oħt Ottavjanu.", "Ftit wara twieled iben ieħor, Tolomew Filadelfu.", "Ottavja ntbagħtet lura lejn Ruma.", "Wara l-konkwista tal-Armenja fl-34 QK, immexxija minn Antonju bl-għajnuna finanzjarja tal-Eġittu, it-tnejn flimkien iċċelebraw it-trijonf f'Lixandra.", "It-tradizzjonaliżmu tal-opinjoni pubblika Rumana kienet profondament ixxukkjata bil-proċedura trijonfali mhux tas-soltu u bid-deċiżjonijiet meħuda fl-okkażjoni tad-Donazzjoni ta' Lixandra: Kleopatra ħadet it-titlu ta' \"reġina tar-rejiet\", ġiet fil-kult assoċjata mal-alla Isidi u nħatret reġġenti tal-Eġittu u Ċipru ma' Ċesarjun; Alessandru Helios ġie nkurunat re tal-Armenja, il-Medja u l-Partja, Kleopatra Selene nħatret reġina taċ-Ċirenajka u l-Libja, u Tolomew Filadelfu ġie nkurunat re tal-Feniċja, is-Sirja u l-Ċiliċja.", "Il-politika ta' Kleopatra u Antonju bit-tendenza li tiddomina l-Lvant kollu, iffavorit lil Ottavjanu, li akkuża r-reġina li qiegħda timmina minn taħt is-supremazija ta' Ruma u kkonvinċa r-Rumani li jiddikjaraw gwerra fuq l-Eġittu.", "Fil-31 QK, il-forzi navali Rumani ltaqgħu ma' dawk ta' Antonju u Kleopatra fil-Battalja ta' Azju.", "Meta rat li l-battalja kienet intilfet ir-reġina marret tiskenn Lixandra ma' parti mill-flotta, segwita minn Antonju.", "Wara r-rebħa, Ottavjanu invada l-Eġittu u, wara reżistenza qasira, daħal Lixandra.", "Fl-30 QK, wara s-suwiċidju ta' Antonju (li qatel ruħu b'idejh meta sema bl-aħbar falza tal-mewt tar-reġina), Kleopatra qatlet ruħha b'idejha b'gidma ta' serp velenuż, forsi kobra Eġizzjana.", "Però, minn studji li saru riċentament, xi arkeoloġi famużi bdew jiddubitaw jekk ir-reġina setgħitx toqtol ruħha b'idejha b'gidma ta' serp velenuż.", "Forsi din kienet biss gidba li vvintat hi stess biex tagħmel mewtha denja tar-reġina kbira li kienet u tagħmel ruħha iktar tixbaħ ir-reinkarnazzjoni ta' Isidi f'għajnejn il-poplu tagħha.", "Jaħsbu li setgħet ħejjiet il-velenu, li kienet esperta ħafna fih, u ordnat il-qaddejja tagħha biex jgħidu li mietet bil-gidma tas-serp velenuż.", "Kleopatra kienet, fil-fatt, anki jekk mhux partikolarment sabiħa, intelliġenti ħafna u kieku kienet ingidmet apposta mis-serp, mewtha kienet tkun b'ħafna uġigħ u l-agunija qabel ma mietet setgħet iddum għal aktar minn tletin minuta.", "Plutarku fil-\"Ħajja ta' Antonju\" tiegħu, irrakkonta kif iddeċidiet li tuża dan l-annimal:", "Ċesarjun kien ikkundannat għall-mewt minn Ottavjanu, waqt li t-tlett itfal li kellha ma' Antonju ttieħdu Ruma.", "L-Eġittu sar provinċja Rumana mmexxija mill-prefett tal-Eġittu, uffiċjal ta' rank ekwestri.", "Ottavjanu li mar lura lejn Ruma biex jiċċelebra t-trijonf tal-ispedizzjoni Eġizzjana, kellu fuq karru xbieha tar-reġina Kleopatra li dawwar f'trijonf mat-toroq tal-belt.", "Is-sorsi tal-letteratura Latina u Griega, li taw dettalji fuq il-ħajja u l-figura ta' Kleopatra huma numerużi.", "Hawnhekk ngħatu lista parzjali:", "Kleopatra ma kinitx seduttriċi kbira biss.", "Kienet taf ħafna lingwi, Plutarku kiteb: \"L-ilsien, bħal strument mużikali b'ħafna kordi, kienet taqilbu faċilment għal-lingwa li riedet titkellem, tkun liema tkun, tant li kienu rari ħafna l-każijiet li fihom kellha tittratta mal-barbari permezz ta' interpretu, kienu x'kienu, Etjopji, Trogloditi, Lhud, Għarab, Sirjani, Medi jew Parti\".", "Kienet taf il-Grieg u kienet wkoll fluwenti fil-Latin.", "Minbarra l-versatilità fil-lingwi, kienet tinteressa ruħha wkoll fl-arti u x-xjenzi: Ikkonvinċit lil Antonju, meta sar mexxej assolut tal-Lvant, li jagħti lil Lixandra l-Bibljoteka famuża ta' Pergamu.", "Kienet ħabiba ma' ħafna studjużi fil-Mużew ta' Lixandra, fosthom il-famuż astronomu Sożiġeni, li lilu nafu r-riforma tal-kalendarju Ruman: kienet kważi żgur Kleopatra li ppreżentatu lil Ċesri.", "Meta wieħed iqis il-familja immedjata ta' Kleopatra jidher ċar kemm kien hemm tgħammir bejn il-membri tal-istess familja Tolomea .", "Il-ġenituri tagħha x'aktarx kienu aħwa u għalhekk kellha par wieħed biss ta' nanniet.", "Dawk in-nanniet kienu ziju u neputija, għal darb'oħra jillimitaw in-numru ta' antenati..", "L-għadd relattivament żgħir ta' antenati nistgħu narawh mid-dixxendenza ta' Kleopatra VII kif setgħet kienet, murija hawn taħt.", "L-istorja ta Kleopatra matul is-sekli affaxxinat eluf ta' kittieba u artisti li għenu biex joħolqu l-leġġenda ta' seduttriċi sabiħa mill-iżjed li rnexxiela ssaħħar tnejn mill-irġiel l-aktar qawwijin ta' żmienha.", "Fost l-akbar xogħlijiet fuq Kleopatra hemm:", "Kleopatra u mewtha ispiraw mijiet ta 'pitturi mir-Rinaxximent sal-lum.", "Hawnhekk hawn lista ta' xi wħud mill-aktar famużi:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16062", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16062", "title": "Ġużeppina Bakhita", "text": ["Ġużeppina Bakhita", "Ġużeppina Bakhita (Sudan, 1869 – Vicenza, l-Italja, 8 ta' Frar, 1947) kienet skjava Sudaniża li saret Kattolika u soru Kanossjana fl-Italja, fejn għexet u ħadmet għal 45 sena.", "Nhar l-1 ta' Ottubru 2000, il-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjaraha qaddisa.", "Bakhita twieldet lejn is-sena 1869 – hi stess ma kinitx taf id-data preċiża –f'Darfur, fis-Sudan.", "Meta kellha disa' snin ħatfuha t-traffikanti tal-ilsiera, sawtuha, xerrdulha demmha u bigħuha ħames darbiet fis-swieq ta' El Obeid u Khartoum fis-Sudan.", "Minħabba t-trawma li ġarrbet insiet saħansitra x'jisimha: dawk li ħatfuha semmewha \"Bakhita\", li bl-Għarbi tfisser \"iffurtunata\".", "Imma ma tantx kienet iffurtunata għax batiet ħafna, fosthom b'tatwaġġ krudil li sar meta kienet skjava ta' ġeneral Tork: għamlulha iktar minn mitt sinjal fuq sidirha, fuq żaqqha u fuq idha l-leminija, ħafruhomlha b'xafra u mlewhom bil-melħ biex jibqgħulha marki permanenti.", "Matul ħajjitha kollha baqgħu jidhru f'ġisimha 144 sinjal tal-ġrieħi.", "Fl-aħħar, fl-1882 xtraha merkant Taljan għall-konslu Taljan Callisto Legnani, li quddiem l-invażjoni tas-segwaċi tal-Maħdi, reġa' lejn l-Italja.", "Hemm Bakhita bdiet tgħix mal-familja ta' Augusto Michieli ħabib ta' Legnani u saret il-\"babysitter\" ta' bintu Mimmina.", "Papa Benedittu XVI, fl-enċiklika tiegħu \"Spe Salvi\", jgħid hekk: \"Hawnhekk, wara \"sidien\" daqshekk ħorox li tagħhom sa dak il-waqt hi kienet proprjetà, Bakhita kellha \"sid\" differenti għal kollox – bid-djalett Venezjan, li issa kienet tgħallmitu, kienet issejjaħ \"paron\" lil Alla l-ħaj, lil Alla ta' Ġesu Kristu.", "Sa dak il-waqt kellha biss sidien jew padruni li kienu jkasbruha u jittrattawha ħażin, jew l-aktar kienu jqisuha lsira ma tiswa għal xejn.", "Issa, iżda, kienet tisma' 'l min jgħidilha li jeżisti \"paron\" li hu 'l fuq mis-sidien kollha, is-Sinjur tas-sinjuri kollha, u li dan is-Sinjur hu tajjeb, it-tjubija nfisha.", "Saret taf li das-Sinjur kien jaf lilha wkoll, ħalaq lilha wkoll – anzi li kien iħobbha.", "Hi wkoll kienet maħbuba, u sewwa sew mill-\"Paron\" suprem, li quddiemu s-sidien l-oħrajn kollha huma biss qaddejja li ma jiswew għal xejn.", "Hi kienet magħrufa u maħbuba u kienet mistennija.", "Anzi das-Sid ħabbat wiċċu hu nnifsu mad-destin li jkun imsawwat u issa kien qiegħed jistennieha \"fin-naħa tal-lemin ta' Alla l-Missier\".", "Issa hi kellha t-\"tama\" – mhux aktar dik it-tama biss li ssib sidien anqas ħorox, imma t-tama l-kbira: jiena maħbuba għal dejjem u jiġri x'jiġri, din l-Imħabba qiegħda tistennieni.", "U għalhekk ħajti hija tajba.", "Permezz tal-għarfien ta' din it-tama hija kienet \"mifdija\", ma ħassithiex aktar ilsira, iżda bint ħielsa ta' Alla.", "Fehmet dak li ried ifisser Pawlu meta fakkar lill-Efesin li qabel kienu bla tama u bla Alla fid-dinja – bla tama għax bla Alla.", "Għalhekk meta riedu jerċgħu jeħduha lejn is-Sudan, Bakhita ma riditx; ma riditx terġa' tinfired mill-\"Paron\" tagħha.\"", "Wara tliet snin Michieli reġa' lura l-Afrika fejn kellu lukanda u ħalla lil bintu u lil Bakhita f'idejn l-Istitut tal-Katekumeni ta' Venezja tas-Sorijiet Kanossjani.", "Bakhita saret katekumena u bdiet titgħallem ir-reliġjon Kattolika.", "Meta mart Michieli marret lura biex tieħu lil bintha u lil Bakhita l-Afrika, Bakhita rrifjutat b'kuraġġ u determinazzjoni u riedet tibqa' mas-sorijiet Kanossjani.", "Michieli irrikorriet għand il-Prokuratur tar-Re, u daħal ukoll fil-kwistjoni l-Kardinal Patrijarka ta' Venezja Domenico Agostini, li ma setgħu jagħmlu xejn għax fl-Italja ma kienx hemm liġi tal-iskjavitù: u nhar id-29 ta' Novembru 1889 Bakhita ġiet iddikjarata legalment libera.", "Fid-9 ta' Jannar 1890, hija tgħammdet, għamlet il-Griżma tal-Isqof u rċeviet l-Ewwel Tqarbina minn idejn il-Patrijarka ta' Venezja u tawha l-isem ta' Giuseppina Margherita Fortunata.", "Fit-8 ta' Diċembru 1896, f'Verona, għamlet il-professjoni tal-voti fi ħdan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Kanossjani.", "Fl-1902 kienet trasferita fi Schio fil-provinċja ta' Viċenza fejn kellha tibqa' sal-aħħar ta' ħajjitha.", "Minn dak iż-żmien – flimkien mal-ħidmiet tagħha fis-sagristija u l-portinerija tal-kunvent – fittxet l-aktar permezz ta' bosta vjaġġi fl-Italja li tgħin lill-missjoni: il-ħelsien li ħadet bil-laqgħa ma' Alla ta' Ġesù Kristu, ħasset li kellha tferrxu, kellu jingħata wkoll lill-oħrajn, lill-akbar għadd possibbli ta' persuni.", "It-tama, li twieldet għaliha u \"fdietha\", ma setgħetx iżżommha għaliha; din it-tama kellha tilħaq lil ħafna, lil kulħadd.", "F'Vicenza għadhom isejħulha l-\"Madre Sewda\", bit-Taljan \"Madre Moretta\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16064", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16064", "title": "Jají", "text": ["Jají", "Jají (l-isem sħiħ San Miguel de Jají) hija belt turistika ewlenija tinsab fil-Muniċipalità ta' Campo Elías ġewwa l-istat ta' Mérida, fil-Veneżwela.", "Din il-belt tinsab mal-34 kilometru 'l bogħod mill-istess Mérida.", "Il-villaġġ jikkonsisti minn djar fuq stil kolonjali flimkien ma' lukandi, mużew u knisja li wkoll hi mibnija fuq stil kolonjali, iddedikata lil San Mikiel Arkanġlu.", "Il-belt ġiet fundata fl-1580 minn Bartolomé Gil Naranjo taħt l-isem ta' \"San Pedro de Jají\".", "Suċċessivament, il-Kaptan García Varela reġa' ffundaha taħt l-isem ta' \"San Miguel de Jají\", ad unur l-Arkanġlu Mikiel.", "Fl-1971 ġiet inawgurata Jají wara li fl-1968 beda r-rikostruzzjoni tagħha.", "Ir-restawr salva numru ta' faċċati, bibien, twieqi u żbarri oriġinali li jmorru lura għal iktar minn 400 sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16065", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16065", "title": "Festival tal-Eurovision 2011", "text": ["Festival tal-Eurovision 2011", "Il-Festival tal-Eurovision 2011 kien is-56 konkors annwali tal-Eurovision.", "Dan il-festival sar f'Düsseldorf, il-Ġermanja, wara li l-Ġermanja rebħet il-konkors tal-2010 permezz ta' Lena Meyer-Landrut bil-kanzunetta \"Satellite\".", "Il-kompetizzjoni saret fl-Esprit Arena ta' Düsseldorf, li ntgħażlet minn tliet postijiet madwar il-Ġermanja fil-fażi finali li saret fl-2010.", "Id-dati stabbiliti għaż-żewġ semifinali kienu l-10 u t-12 ta' Mejju 2011, bil-finali ppjanata għal-lejla tal-14 ta' Mejju 2011.", "Tlieta u erbgħin pajjiż ikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-konkors, fejn fost dawk li irritornaw lura kien hemm l-Awstrija, li l-aħħar ipparteċipat fl-2007; l-Ungerija, li kkompetew l-aħħar darba fl-2009; u San Marino, li pparteċipaw l-aħħar darba fl-2008.", "L-Italja wkoll irritornat lejn il-konkors fejn din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni tagħha mill-1997.", "Nhar it-12 ta' Otturu, 2010, ġie imħabbar mill-istazzjon Ġermaniż Norddeutscher Rundfun (NDR) li l-Esprit Arena f'Düsseldorf kien se jkun l-post fejn se ssir l-edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision il-Ġermanja.", "Dan se jkun l-ewwel darba li l-Konkors tal-Eurovision se jsir fil-Ġermanja wara r-riunifikazzjoni, billi l-Ġermanja tal-Punent ospitat dan il-festival fl-1957 u l-1983.", "Il-Ġermanja huwa wkoll l-ewwel membru tal-\"Big Five\" li se jospita l-konkors, peress li fl-implimentazzjoni tar-regola tas-sena 2000, li tippermetti l-akbar ħames kontributuri tal-European Broadcasting Union (EBU) – il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, Spanja u l-Italja – li jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali flimkien mar-rebbieħ tas-sena preċedenti.", "Total ta' tmient ibliet urew interess li jospitaw l-avveniment li jinkludi lil Berlin, Amburgu, Hanover, Gelsenkirchen, Düsseldorf, Kolonja, Frankfurt u Munich.", "Fil-21 ta' Awwissu 2010, l-NDR ħabbret li l-bliet ta' Berlin, Amburgu, Hannover u Düsseldorf kienu l-uniċi li applikaw uffiċjalment biex jospitaw l-konkors tal-2011.", "Pjanijiet dwar fejn il-konkors jista' jinżamm f'kull belt li applikat jinkludi:", "L-erba' pajjiżi li jiffurmaw parti mill-\"Big Four\", flimkien mal-pajjiż ospitu tal-konkors, awtomatikament jieħu post fil-finali.", "Għall-edizzjoni tal-2011, minħabba li l-Ġermanja barra li hi l-ospitu tifforma wkoll parti mill-\"Big Four\", wassal għal post vakanti fil-finali.", "Laqgħa li saret ġewwa Belgrad iddikjarat li r-regoli mhumiex se jinbidlu, u li n-numru ta' parteċipanti fil-finali se jinbidel sempliċement minn ħamsa u għoxrin għal erbgħa u għoxrin.", "Fil-31 ta' Diċembru 2010, tħabbret il-lista uffiċjali ta' parteċipanti li kienet tinkludi r-ritorn tal-Italja.", "Sussegwentament, din ġiet miżjuda bħala membru tal-\"Big Five\" li jwassal sabiex tikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, flimkien mal-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit.", "B'din il-bidla, in-numru ta' finalisti reġa' ġie restawrat għal ħamsa u għoxrin.", "Fit-31 ta' Awwissu 2010, Svante Stockselius ħalla postu bħala Superviżur Eżekuttiv tal-Festival tal-Eurovision, b'postu jieħdu n-Norveġiż Jon Ola Sand.", "It-tlugħ tal-poloz ta' kif se jitkantaw il-kanzunetti tas-semifinali saru nhar it-Tnejn 17 ta' Jannar 2011.", "Il-pajjiżi parteċipanti ġew maqsuma f'sitt urni skont kif ivvutaw sal-2010.", "It-tlugħ barra li ddeċieda f'liema semifinali se tikkompeti semifinali, iddetermina jekk hux mal-ewwel jew mal-aħħar nofs tas-semifinali, sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jafu bil-ħinijiet rispettivi tal-provi.", "Ġie wkoll deċiż f'liema semifinali l-pajjiżi tal-\"Big Five\" (Franza, il-Ġermanja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Italja) se jivvutaw.", "Nhar il-31 ta' Diċembru 2010, l-EBU ikkonfermat li tlieta u erbgħin pajjiż se jieħdu sehem fil-Eurovision 2011.", "Din l-edizzjoni se tara r-ritorn ta' erba' pajjiżi – l-Awstrija, l-Italja, San Marino u l-Ungerija.", "Il-Montenegro applikaw biex jieħdu sehem fil-konkors fl-4 ta' Diċembru, però irtiraw in-nomina tagħha fit-23 ta' Diċembru.", "Għall-bidu s-Slovakkja ħabret l-irtirar tagħha mill-avveniment minħabba raġunijiet finanzjarji, minkejja li sondaġġ pubbliku fuq is-sit uffiċjali tal-istazzjon Slovenská televízia (STV) wera vot favur parteċipazzjoni.", "STV ħabbru li kienu beħsiebhom jirritornaw għall-konkors tal-2012.", "Madanakollu, l-applikazzjoni Slovakka baqgħet fuq il-lista proviżorja.", "Lejn Jannar tal-2011, STV tenniet li s-Slovakkja kienet fil-fatt se tirtira mill-festival kawża ta' problemi finanzjarji u bidliet fl-organika.", "Madanakollu, il-pajjiż ġie mniżżel mill-EBU bħala wieħed mis-semifinalisti fit-tlugħ tal-poloz tas-17 ta' Jannar, u STV aktar tard ikkonfermat li kienu se jipparteċipaw sabiex jevitaw li jieħdu multa talli rtiraw tard.", "Waqt laqgħa f'Belgrad fit-28 ta' Awwissu 2010, l-EBU iddeċidiet li kull pajjiż għandu jagħżel l-artist u l-kanzunetta tiegħu qabel l-14 ta' Marzu 2011.", "Nhar is-17 ta' Jannar 2011, ittellgħu l-poloz għall-postijiet fiż-żewġ semifinali ġewwa Düsseldorf.", "