{"id": "3697", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3697", "title": "Rhynchocyon", "text": ["Rhynchocyon", "Rhynchocyon huwa ġeneru ta' mammiferi fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Macroscelidea, fil-familja Macroscelididae ma' tliet ġeneri oħra (\"Elephantulus\", \"Macroscelides\" u \"Petrodromus\") u l-uniku wieħed fis-sottofamilja Rhynchocyoninae b' erba' speċijiet ħajjin u minn tal-anqas tlieta estinti.", "Dan il-ġeneru bħala numru ta' speċijiet huwa it-tieni l-aktar ta' suċċess fl-ordni Macroscelidea."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3698", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3698", "title": "Elephantulus", "text": ["Elephantulus", "\"Elephantulus\" huwa ġeneru ta' mammiferi \"(is-senġijiet)\", fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Macroscelidea, fil-familja Macroscelididae, fis-sottofamilja Macroscelidinae ma' bosta ġeneri oħra tnejn minnhom \"Macroscelides\" u \"Petrodromus\" b' rappreżentanti ħajjin.", "Dan il-ġeneru huwa rappreżentat bi ħdax-il speċi estanti (ħajjin)u bħala numru ta' speċijiet huwa l-aktar wieħed ta' suċċess fl-ordni Macroscelidea."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3705", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3705", "title": "Torri Eiffel", "text": ["Torri Eiffel", "It-Torri Eiffel, huwa torri tal-ħadid f'Pariġi, hu landmark tal-post u eżempju bikri ta' xogħol bil-ħadid fuq daqs ġgantesk.", "Ġie ddisinjat u mibni mill-inġinier ċivili Franċiż, Alexander Gustav Eiffel għall-Fiera Dinjija ta' Pariġi fl-1889.", "It-torri, mingħajr l-antenna tax-xandir li saret wara, hu twil 300m.", "Is-sezzjoni t'isfel tikonsisti f'erbgħa arkati kbar bħala saqajn.", "It-torri, ġie mibni minn madwar 6,300 tunnelata ħadid, għandu t-turġien u l-liftijiet.", "Fin-naħa ta' fuq ta' torri ssib, uffiċju meteoroloġiku, statazzjon tar-radju, u antena ta' trasmissjoni ta' televiżjoni, kif ukoll kmamar li huma użati minn Eifel innifsu.", "Dan l-aħħar ġie miżjud dawl ferm sabiħ madwaru li jgħati iżjed dehra romantika li din il-belt kapitali Franċiża."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3706", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3706", "title": "Bir id-Deheb", "text": ["Bir id-Deheb", "Bir id-Deheb hija parti bejn il-lokalitajiet ta' Ħal-Għaxaq u ż-Żejtun.", "Minkejja l-isem f'dan l-inħawi jekk tmur tfittex żgur mhux ħa sib xi bir tad-deheb.", "Fil-fatt din il-parti fiż-żmien il-medjuevu kienet tissejjaħ il-\"Qasam Ta' Dihib\", b'hekk jista' jkun li ġej minn xi kunjom jew laqam tas-seklu XV.", "Bir id-Deheb eżattament jinsab fin-naħa ta' fuq taż-Żejtun u fin-naħa t'isfel ta' Ħal-Għaxaq, u minn nofs ta' din il-parti tgħaddi t-triq prinċipali lejn il-kumplament ta' nofsinhar ta' Malta, it-Triq Tal-Barrani.", "It-Triq Tal-Barrani hi dik it-triq li tifred iż-żewġ lokalitajiet t'hawn fuq.", "Iżda l-ikbar parti ta' Bir id-Deheb tinsab fiż-Żejtun.", "Ġewwa Bir id-Deheb insibu knisja ddedikata lil Madonna tal-Ħniena li tgħamel parti mill-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra fiż-Żejtun.", "Il-festa ta' din il-knisja f'ġieh il-Madonna tal-Ħniena ssir Ħadd fuq il-15 ta' Settembru,jum il-festa tad-duluri.", "Qrib din l-inħawi nsibu irħula oħra żgħar li jagħmlu mall-Belt Żejtunija fosthom Ħal-Ġwann, Ħal-Bajda, Ħal-Bisbut u Ta' Tnella.", "Insibu wkoll diversi knejjes qrib ta' dan il-post li kollha jagħmlu mal-parroċċa ta' Santa Katarina ta' Lixandra, fosthom il-Knisja ta' Sant' Anġlu, il-Knisja ta' Santa Marija u l-Knisja tal-Madonna ta' Sinjura.", "Toroq f'din il-parti insibu diversi fiż-żewġ lokalitajiet u anki l-popolazzjoni mhux daqsekk żgħira li sa anki taqbeż il-popolazzjoni ta' lokalitajiet oħra Maltin u Għawdxin, fost dawn it-toroq insibu:", "Ġewwa Ħal-Għaxaq: Wesgħa ta' Bir id-Deheb", "Triq Birżebbuġa", "Triq il-Bidla", "Sqaq Dendu", "Triq Manwel Dimech", "Sqaq Wilġa", "Triq it-Terħa", "Triq Santa Tereża", "Triq Tal-Barklor", "Parti minn Dawret Ħal-Għaxaq", "Ġewwa ż-Żejtun: Triq Tal-Barrani", "Triq Bir id-Deheb", "Triq Frank Ghio", "Triq l-Għadam", "Sqaq Tal-Ħniena", "Misraħ il-Kanonku Ġiovanni Vella", "Triq Lorenzo Gafà", "Parti minn Triq il-Madonna tal-Ħniena", "Triq Melchiorre Gafà", "Vjal Sir Paul Boffa", "Triq it-Tabib Cannataci", "Triq Xandru Farrugia", "Triq Ħal-Ġwann", "Parti minn Triq il-Labour", "Parti minn Triq il-President Anton Buttigieg"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3709", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3709", "title": "Atomium", "text": ["Atomium", "L-Atomium huwa bini fi Brussell li kien inbena għall-Fiera Dinjija ta' l-1958 (Expo '58).", "Din l-istruttura ta' l-aluminju u l-azzar hi twila 103 metri (335 pied) u tirrappreżenta l-istruttura kristallina tal-ħadid, imkabbra għall 165 biljun darba.", "L-istruttura tikkonsisti f'disa sferi ta' l-azzar, kull waħda b'diametru ta' 18-il metru.", "Dawn huma magħquda flimkien permezz ta' tubi twal 35 metru, li huma turġien.", "It-twieqi fl-isfera ta' fuq nett jipprovdu veduta panoramika ta' Brussel.", "Dan il-monument minn André Waterkeyn, huwa landmark tal-belt kapitali Belġjana."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3731", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3731", "title": "Santu Wistin", "text": ["Santu Wistin", "Santu Wistin huwa wieħed mill-erba' Santi Padri ewlenin tal-Punent, flimkien ma' Sant'Ambroġju, San Ġlormu u l-Papa San Girgor il-Kbir.", "Huwa kien isqof ta' Ippona, belt ewlenija tal-Afrika Rumana (illum Annaba fl-Alġerija) u wieħed mill-figuri ewlenin tal-Knisja tar-raba' seklu.", "Wistin twieled fit-13 ta' Novembru 354 minn missier pagan, Patrizju, li kien Kunsillier ta' muniċipju, u minn omm nisranija Kattolika, Monnika, ta' razza bérbera f'Tagaste, fin-Numidja, Souk-Ahras, illum l-Alġerija.", "Minħabba l-edukazzjoni li kellu, hu kien marbut b'ruħu u b'ġismu ma' Ruma, mal-Imperu Ruman, u mal-kultura Rumana.", "Studja f'Tagaste fejn twieled, wara kompla jistudja fil-belt ta' Madawra (ġewwa l-Alġerija) u mbagħad temm l-istudji f'Kartaġni.", "L-ilsien Grieg ma setax jaqbdu fl-iskola, imma iżjed tard wara li kien kbir tgħallmu biżżejjed biex ikun jista' jittraduċi għal-Latin.", "Min-naħa l-oħra, il-Puniku baqa' ma tgħallmu qatt, neħħi xi ftit kliem 'l hawn u 'l hemm li laħaq tgħallem u li nqeda bih biex ifisser kliem Lhudi li kien jixxiebah etimoloġikament.", "Meta kellu tnax-il sena kien se jmut minħabba x-xedda li qabditu, u kien se jitgħammed.", "Imma billi għaddielu, hu baqa' ma tgħammidx żgħir.", "Ta' dsatax-il sena tbiegħed mill-fidi Kattolika.", "Wara li qara l-ktieb l-Ortensju ta' Ċiċerun li kien iħajjar għat-triq tal-filosofija, Wistin sar Manikew.", "Issa mietlu missieru (373), u reġa' lura lejn Tagaste, u miegħu ħa l-mara li kien jgħix magħha u lil binhom Adeodat.", "Ommu ma laqgħethomx għandha.", "Hu beda jgħallem il-grammatika Latina fl-istess Tagaste (374).", "Wara dan huwa qabad jgħallem ir-retorika l-ewwel f'Kartaġni (375-383), imbagħad f'Ruma (384), u fl-aħħar Milan (Ħarifa 384 – Sajf 386).", "F'Milan stess hu ġie f'kuntatt mal-Isqof Sant'Ambroġju u mal-istudji tan-neoplatoniċi li għenuh iħoll il-problema tal-materjaliżmu u tal-ħażen.", "Bil-qari ta' San Pawl hu għeleb il-problema tan-naturaliżmu, u fehem li Kristu mhux biss hu l-Imgħallem, imma wkoll il-Feddej.", "Hekk wasal biex aċċetta l-medjazzjoni divina u l-grazzja.", "U fl-aħħar wasal ukoll għall-konverżjoni tiegħu.", "Wistin ikkonverta fl-ewwel jiem tax-xahar ta' Awwissu tas-sena 386, jiġifieri 44 sena qabel ma miet bħala Isqof ta' Ippona.", "Bejn il-konverżjoni u l-episkopat tiegħu għaddew ftit inqas minn għaxar snin, imma dan kien perjodu mimli progress spiritwali u kisba ta' tagħlim tat-teoloġija Kattolika.", "Hekk kif ikkonverta hu ħa żewġ deċiżjonijiet kbar: dik li jirrinunzja għat-tagħlim tar-retorika, u dik li jirrinunzja għaż-żwieġ.", "Hekk, qrib it-tmiem ta' Ottubru tas-sena 386 Wistin irtira f'Kassiċijaku, x'aktarx Cossago fil-Brianza, biex hemm iħejji ruħu għall-magħmudija.", "F'dan il-post hu għamel inqas minn ħames xhur għaliex fl-ewwel ġranet ta' Marzu tas-sena 387 hu reġa' lura lejn Milan, inkiteb katekumenu, segwa l-kors tal-katekeżi li għamel Ambroġju u kien mgħammed flimkien ma' Alipju, sieħbu, u Adeodat, ibnu, fil-lejl ta' bejn l-24 u l-25 ta' April, il-viġilja tal-Għid tas-sena 387.", "Minn hemm Wistin qatagħha li jerġa' lura lejn l-Afrika, imma ftit wara li waslu f'Ostia Tiberina, ommu mardet u mietet.", "Wistin reġa' lura lejn Ruma u baqa' sas-sena ta' wara jikteb il-kotba u jitkixxef iżjed dwar il-ħajja monastika.", "Wara l-mewt tal-Imperatur Massimu li ġrat f'Lulju jew f'Awissu tas-sena 388, Wisin ħalla Ruma u mar Tagaste fejn beda l-ħajja komunitarja flimkien mal-ħbieb tiegħu u ma' Adeodat li mbagħad miet minn sena sa tliet snin wara (389-391).", "Fis-sena 391, Wistin mar Ippona bil-ħsieb li jsib xi post fejn ikun jista' jwaqqaf knisja.", "F'dik l-okkażjoni hu aċċetta kontra qalbu li jkun ordnat saċerdot.", "L-Isqof Valerju tah biċċa mill-kwartier nisrani biex iwaqqaf hemm il-monasteru tal-lajċi li xtaq jibni.", "Hawn beda jagħti ruħu għal iżjed ħajja axxetika, għal iżjed studji tat-teoloġija, u fl-istess ħin beda l-ħidma tiegħu tal-predikazzjoni.", "Fis-sena 395 jew 396 hu kien ikkonsagrat Isqof.", "Għadda xi żmien jgħin lill-Isqof Valerju, imbagħad, għallinqas minn Awissu tas-sena 397, hu beda l-ħidma tiegħu proprja bħala Isqof ta' Ippona.", "Meta sar Isqof tal-post, Wistin ħalla l-monasteru tal-lajċi fejn qabel kien superjur, u mar fid-dar ta' l-Isqof u għamel minn din monasteru tal-Kjeriċi.", "Bħala Isqof, Santu Wistin ħadem bis-sħiħ kemm fid-djoċesi tiegħu, kemm fi djoċesijiet oħra fejn mar ħafna drabi l-iktar biex jipprietka, u kemm għall-Knisja universali l-iktar bil-kotba tiegħu.", "Fid-djoċesi tiegħu, Wistin kien jipprietka regolarment darbtejn fil-ġimgħa, jiġifieri s-Sibt u l-Ħadd.", "F'xi okkażjonijiet kien jipprietka għal ġranet sħaħ wara xulxin, meta mhux ukoll jagħmel żewġ prietki kuljum.", "Kellu wkoll laqgħat tal-Isqof mal-membri tad-djoċesi, li kienu jissejħu audientia episcopalia, u dan biex jisma' u jaqta' s-sentenzi fil-kawżi li kienu jippreżentawlu l-fidili.", "Xi kultant dawn il-laqgħat kienu jdumu l-ġurnata kollha.", "Kellu wkoll jieħu ħsieb il-fqar, ir-romol u l-iltiema permezz ta' tqassim ta' affarijiet meħtieġa għall-ikel u għall-ħajja mill-imħażen li kien hemm apposta fil-kwartier nisrani.", "Kien jieħu ħsieb it-tagħlim reliġjuż tal-kleru li fosthom ġab riforma kbira bil-ħsieb li s-saċerdoti jkunu iktar kapaċi teoloġikament u liturġikament.", "Organizza l-monasteri kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.", "Kien iżur il-morda fi djarhom stess.", "U kien jaqbeż għall-fidili quddiem l-awtorita' ċivili.", "Kien ukoll jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-ġid tal-Knisja, xogħol li kien jagħmel kontra qalbu.", "Għall-Knisja ta' l-Afrika u b'xi mod għall-Knisja Universali, hu ħa sehem f'diversi konċilji Afrikani.", "Kiteb ħafna ittri bħala tweġiba għall-problemi jew mistoqsijiet li kienu jagħmlulu.", "Ħa sehem f'disputi pubbliċi mal-eretiċi meta tqum l-okkażjoni, fosthom fil-konferenza tas-sena 411 bejn Isqfijiet Kattoliċi u Isqfijiet Donatisti.", "Hu ħadem ħafna għas-soluzzjoni tax-xiżma Donatista u tal-kontroversja Pelaġjana.", "Meta miet fit-28 ta' Awissu tas-sena 430, fit-tielet xahar ta' l-assedju taIppona mill-Vandali, ħalla warajh ħafna opri mhumiex mitmuma.", "L-aħħar xogħol tiegħu kienet l-Ittra 228 li x'aktarx li ddettaha fuq is-sodda ta' mewtu u indirizzaha lis-saċerdoti tad-djoċesi dwar id-dmirijiet tagħhom għal waqt l-invażjoni barbarika.", "Hu kien midfun fil-Bażilika Pacis ġewwa Ippona.", "Iktar tard l-għadam tiegħu, f'data inċerta, ittieħed f'Sardinja, u qrib is-sena 725 kien ittrasportat f'Pavia fil-Bażilika ta' San Pietru f'Ciel d'Oro, fejn għadu sal-lum.", "Din hi l-aqwa biċċa xogħol ta' Santu Wistin.", "Fiha hu jagħti fil-qosor il-ħsieb tiegħu filosofiku, teoloġiku u politiku.", "Kitbu bejn is-snin 413-426.", "Fir-Ritrattazzjonijiet Santu Wistin meta wasal sabiex jerġa' jagħti daqqa t'għajn lejn ix-xogħol li kien għadu kemm temm, fuq il-Belt ta' Alla, kiteb: \"Waqt dan kollu, Ruma kollha kienet tinsab imfarrka taħt il-qilla ta' l-invażjoni tal-Goti li kienu taħt it-tmexxija tar-re Alariku (370-410); kien diżastru kbir.", "Dawk li aħna mdorrijn insejħu l-pagani, dawk li jagħtu qima lil bosta allat foloz, għamlu l-almu tagħhom kollu sabiex iqiegħdu l-ħtija ta' dan kollu wara bieb it-twemmin nisrani, u dan sabiex iżebilħu lil Alla l-veru bi lsien iniggeż aktar u bi ħdura mhux tas-soltu.", "Għalhekk jien mifni bil-ħeġġa għad-dar ta' Alla, qtajtha illi nikteb kontra dawn id-dagħajja u l-iżbalji tagħhom, il-kotba ta' l-Belt ta' Alla.\"", "Mela skond Wistin dawn kienu raġunijiet ewlenija għaliex ried jikteb il-Belt ta' Alla.", "L-idea ewlinija hi dik li l-Providenza divina ddawwal u tmexxi l-istorja kollha tal-bniedem.", "Fiha 22 ktieb. ~ertament hija l-'Magnum Opus' ta' Santu Wistin - opra twila ħafna u trid iż-żmien biex taqraha kollha.", "Tinqasam f'żewġ partijiet.", "Il-kotba 1-10 fihom il-ħsieb ta' apoloġetika u polemika.", "Fil-kotba 1-5 Santu Wistin jirrifjuta l-opinjoni pagana li l-politeiżmu, jew l-adorazzjoni ta' ħafna allat, kien bżonnjuż sabiex tinstab hena fuq din id-dinja; fil-kotba 6-10 huma miktuba kontra l-filosfi Neo-Platoniċi li kien jżommu li l-adorazzjoni ta' l-allat hija neċessarja għall-ħajja futura.", "Il-kotba 11-22 huma spekulattivi.", "Hemm żewġ saltniet kbar li fihom isir l-iżvilupp tal-ħajja u ta' l-umanita': 'Regnum Dei, Regnum mundi',- 'ir-renju ta' Alla u r-renju tad-dinja.'", "Il-konflitt bejn dawn it-tnejn jifforma suġġett ta' dan ix-xogħol.", "Ir-renju ta' Alla jikkonsisti: fl-anġli tiegħu u n-nies ġusti, u l-essenza tar-renju tad-dinja hi l-apostasiji minn Alla.", "Huwa hawn li dawn iż-żewġ renji jidħlu ġo xulxin għaliex iċ-ċittadini ta' l-ewwel jgħixu bħala ċittadini qalb tat-tieni.", "Il-kotba 11-14 jiddeskrivu l-oriġini ta' kull renju, bil-ħolqien tal-anġli u tal-waqgħa ta' dawk apostati.", "Il-kotba 15-18 jittrattaw fuq l-iżvilupp u l-progress ta' dawn iż-żewġ renji u l-kotba 19-22 l-għan ta' kull renju u kif isib tmiemu.", "Ix-xogħol fih ħafna tagħrif storiku u arkeoloġiku għax Wistin ħa ħafna minn Ċiċerun, Verro u mir-reċensjoni tal-'Chronicon' ta' Ewsebju.", "Ċertament dan ix-xogħol kellu u għad għandu influwenza kbira mill-mewt ta' Wistin l' hawn.", "Għall-grazzja ta' Alla għandna traduzzjoni tajba ħafna tal-Belt ta' Alla, tradotta minn Valentin V. Barbara, maħruġa mill-Provinċja Agostinjana, Malta, fil-1996, bin-noti estiżi ta' P. Salvino Caruana OSA."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3732", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3732", "title": "Baqra tal-baħar", "text": ["Baqra tal-baħar", "Mammiferi plaċentati erbivori tal-baħar li jiffurmaw l-ordni Sirenia, mifruxa ma' ħafna ibħra, xmajjar w estwarji, ma' tul il-kosta ta' l-Afrika, l-Indja, l-Awstralja u ż-żewġ kontinenti Amerikani.", "Dawn il-mammiferi jiġu msejħa b'ħafna ismijiet bħal baqar tal-baħar, lamantini u dugongi fost oħrajn.", "Il-baqar tal-baħar kollha il jeżistu llum għandhom metaboliżmu estremament baxx u tolleranza ta' xejn lejn l-ilma kiesaħ, biss xorta waħda huma mammiferi totalment akkwatiċi u bħal baleni u d-dniefel, f'ħajjithom ma' joħorġu qatt barra mill-ilma lanqas biex iwelldu.", "Minħabba dawn il-fatturi il-baqar tal-baħar jistgħu jgħixu biss f'ibħra baxxi u sħan mal-kosta, fi xmajjar u f'estwarji b'ekosistemi nodfa u b'saħħithom.", "Il-lamantini (Trichechidae) u d-dugongi (Dugongidae) huma fil-periklu ta' estinzjoni.", "L-erba' speċi li huma kollha vulnerabli minħabba telf ta' abitat u mpatti negattivi oħra li huma relatati mal-bniedem, bħall-iżvilupp tal-kosta u żieda fil-popolazjoni.", "Il-baqar tal-baħar għandhom ħafna adattazzjonijiet fisiċi għall-ħajja fl-ilma.", "L-idejn ġew modifikati b'mod biex jintużaw bħala tmun biex jgħinu fid-direzzjoni, is-saqajn tant ċkienu li baqa' biss 2 għadmiet midfuna fil-fond ġewwa l-muskoli u d-denb inbidel f'forma ta' moqdif.", "Ir-ras hija waħda mill-partijiet li ġiet immodifikata l-aktar, biex dawn il-mammiferi jkunu jistgħu jieħdu in-nifs faċilment f'wiċċ l-ilma.", "Is-snien fil-ħalq naqsu drastikament ukoll u l-ftit li baqa' ġew addattati għal veġetazjoni ratba.", "Is-sider fil-mara qiegħed pożizjonat taħt l-idejn u għandhom par wieħed biss.", "Id-differenza bejn il-familja Trichechidae u l-familja Dugongidae hija fil-forma tad-denb u tar-ras.", "Għalkemm jidhru ħoxnin, il-baqar tal-baħar huma fusiformi w idrodinamiċi.", "Għad-differenza mill-mammiferi tal-baħar kollha l-oħra (dniefel, baleni, bumerini, iljuni tal-baħar u lutri tal-baħar) il-baqar tal-baħar huma mammiferi totalment erbivori u jieklu biss veġetazjoni u ħaxix tal-baħar biss."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3735", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3735", "title": "Bolzano", "text": ["Bolzano", "Bolzano (Ġermaniż \"Bozen\", Ladin \"Bulsan\") hija l-belt kapitali u l-ikbar tat-Tirol t'Isfel (Provinċja Awtonoma ta' Bolzano/Bozen) fl-Italja u fl-Alpi.", "Bejn wieħed u ieħor f'Bolzano jgħixu 100,000 abitant.", "73% tal-popolazzjoni titkellem bit-Taljan, 26.29% bil-Ġermaniż u 0.71% bil-Ladin, lingwa tad-Dolomiti.", "Bolzano huwa ċ-ċentru amministrattiv, ekonomiku, finanzjarju, politiku, artistiku, kulturali u reliġjuż (ma' Bressanone/Brixen) tat-Tirol t'Isfel.", "Bolzano hija belt ma' università trilingwa (Ġermaniż, Talian u Ingliż), akkademja ewropea u konservatorju prestiġġjuż.", "Il-popolazzjoni tal-belt mal-agglomerazzjoni hija ta' 140,000 abitant.", "8% (7.929) tal-popolazzjoni tal-belt hija stranġiera u l-ikbar komunità hija Albaniża.", "Luigi Spagnolli huwa is-Sindku ta' Bolzano u Elmar Pichler Rolle huwa viċi-sindku tal-belt.", "Sa l-1918 Bolzano kienet parti mill-Imperu tal-Awstrija-Ungerija.", "Iċ-ċentru storiku huwa ta' oriġini Awstriaka."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3738", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3738", "title": "Dugong", "text": ["Dugong", "\"Dugong\" huwa ġeneru, ta' mammiferi \"(id-dugongu)\", fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Sirenia, fil-familja Dugongidae, fis-sottofamilja Dugonginae, bi speċi 1 biss.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Baqra tal-baħar jew Dugongu)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3741", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3741", "title": "Bniedem", "text": ["Bniedem", "Il-Bnedmin (\"Umani\") huma primati fl-ispeċi Homo sapiens (bil-Latin; 'Raġel għaref'), fil-ġeneru mammiferi, fil-klassi Mammalia, fil-familja Hominidae.", "L-Umani għandhom moħħ żviluppat ħafna li jippermetti raġunamenti astratti, il-lingwa u introspezzjoni (li tikkuntempla lilek innifsek, u mhux tosserva madwarek biss).", "Dan, flimkien ma' ġisem wieqaf li jippermetti l-użu ħieles tal-idejn ippermetta lil bnedmin sabiex jagħmlu użu kbir ta' għodod.", "Bħal ħafna primati oħra, l-umani huma ta' natura soċjali u jħobbu joqogħdu miġburin flimkien.", "Barra minn hekk, kapaċi jużaw ħafna tipi ta' kommunikazjoni.", "Il-bnedmin, matul is-snin u jibqgħu fil-futur, jikkreaw strutturi soċjali kumplessi magħmula minn gruppi ta' individwi li jikkooperaw flimkien u jikkompetu ma' xulxin.", "Id-daqs ta' dawn il-gruppi jvarja minn ftit individwi għal nazzjonijiet sħaħ b'miljuni ta' nies.", "It-taħlit bejn dal-gruppi ħoloq matul iż-żminijiet varjeta' kbira ta' tradizzjonijiet, ritwali, etika, valuri, użanzi, normi soċjali u liġijiet li kollha jiffurmaw l-bażi tas-soċjetà umana."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3747", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3747", "title": "Alan Turing", "text": ["Alan Turing", "Alan Mathison Turing (Londra, 23 ta' Ġunju 1912 – Wilmslow, 7 ta' Ġunju 1954) kien matematiku, loġiku u kriptografu Brittaniku.", "Hu kien pijunier fl-iżvilupp tax-xjenza tal-informatika, fejn ta definizzjoni ċara ta' \"algoritmu\" u \"komputazzjoni\" bil-Magna ta' Turing, li tista' tiġi kkunsidrata bħala l-mudell li jibbażaw irwieħhom diversi kompjuters.", "Turing huwa meqjus bħala missier tal-informatika u l-intelliġenza artifiċjali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3752", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3752", "title": "Notoryctemorphia", "text": ["Notoryctemorphia", "In-Notoryctemorphia huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, eżattament it-talpi marsupjali, li qiegħed ikklassifikat, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Australidelphia.", "Għandu familja waħda, in-Notoryctidae u ġeneru 1 biss \"Notoryctes\", b'2 speċijiet ħajjin.", "Dan l-ordni flimkien ma' 4 ordnijiet oħra, il-Microbiotheria, id-Dasyuromorphia, il-Peramelemorphia u d-Diprotodontia, jiffurmaw is-superordni Australidelphia.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu talpa marsupjal)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3753", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3753", "title": "Festival tal-Eurovision", "text": ["Festival tal-Eurovision", "Il-Festival tal-Eurovision, jew kif inhu magħruf aħjar bħala Eurovision Song Contest (bil-Franċiż: \"Concours Eurovision de la Chanson\"), hija kompetizzjoni annwali bejn il-pajjiżi membri attivi tal-European Broadcasting Union (EBU).", "Kull pajjiż membru jibgħat kanzunetta biex jipparteċipa fi trażmissjoni diretta fuq it-televiżjoni u wara jinġabru l-voti mill-pajjiżi għall-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra — b'hekk tintgħażel l-iktar kanzunetta popolari tal-kompetizzjoni.", "Kull pajjiż membru jipparteċipa permezz ta' stazzjon televiżiv li jkun membru tal-EBU, u li permezz ta' xi sistema ta' għażla ġewwa pajjiżhom, jintgħażel kantant u kanzunetta li jirrapreżenta l-pajjiż f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.", "Il-Festival jiġi trażmess kull sena u l-ewwel edizzjoni saret fl-1956.", "Dan il-festival hu fost l-iktar programmi televiżivi li ilu jsir mad-dinja u hu anki fost l-aktar programmi (li mhumiex sportivi) segwiti mad-dinja, hekk kif jilħaq udjenza ta' madwar 100 miljun u 600 miljun.", "Il-Eurovision jixxandar wkoll barra mix-xtut Ewropej, fejn jiġi mxandar f'pajjiżi bħall-Awstralja, il-Kanada, l-Eġittu, Ħong Kong, l-Indja, il-Ġordan, New Zealand, l-Afrika t'Isfel, il-Vjetnam u l-Istati Uniti, minkejja li dawn il-pajjiżi ma jikkompetux fil-festival.", "Mis-sena 2000, il-festival beda jiġi mxandar ukoll fuq l-internet, b'aktar minn 74,000 persuna minn 140 nazzjon isegwu l-edizzjoni tal-2006 fuq l-internet.", "Fil-ħamsinijiet, meta l-Ewropa kienet għadha kemm iġarrab l-effetti tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-European Broadcasting Union — li kienet ibbażata fl-Iżvizzera — ġietha l-idea ta' festival tal-kanzunetta internazzjonali fejn il-pajjiżi jieħdu sehem fuq programm televiżiv wieħed u jkun trażmess fil-pajjiżi kollha li huma parti minn din l-organizzazzjoni.", "Din l-idea ħarġet waqt laqgħa li kienet qed issir ġewwa Monako fl-1955 minn Marcel Bezençon, Franċiż li kien jaħdem għall-EBU.", "Il-kompetizzjoni kienet immudellata fuq il-festival Taljan ta' Sanremo, u kien jintqies bħala esperiment teknoloġiku f'televiżjoni diretta: f'dawk iż-żmenijiet, kien ikun proġett ambizzjuż li tgħaqqad ħafna pajjiżi ma' xulxin f'network fuq bażi wiesgħa ta' arja.", "L-isem tal-festival, \"Eurovision\", kienet idea tal-ġurnalist Brittaniku George Campey fl-1951.", "L-ewwel edizzjoni saret fil-belt ta' Lugano ġewwa l-Iżvizzera fl-24 ta' Mejju 1956.", "Seba' pajjiżi ħadu sehem b'kull pajjiż jibgħat żewġ kanzunetti, għal total ta' erbatax.", "Dan kien l-uniku festival fejn kull pajjiż kellu iktar minn kanzunetta waħda: mill-1957 kull festival li sar, kull pajjiż kien obbligat li jipparteċipa b'kanzunetta waħda.", "Il-festival tal-1956 kien mirbuħ mill-pajjiż ospitu tal-iŻvizzera.", "Il-programm kien għall-bidu magħruf bħala \"Eurovision Grand Prix\".", "L-isem \"Grand Prix\" kien jiġi ntużat mill-pajjiżi li għandhom influwenza Franċiża qalb il-kultura tagħhom, fejn f'dawn il-pajjiżi l-Eurovision kien magħruf bħala \"\"Le Grand-Prix Eurovision de la Chanson Européenne\"\".", "Il-kelma \"Grand Prix\" ma baqgħetx tintuża' aktar f'dawn il-pajjiżi u ġiet mibdula għal \"\"Concours\"\" (konkors).", "L-uniku żewġ pajjiżi li għadhom jużaw t-terminu oriġinarju huma d-Danimarka u n-Norveġja, li jsejħu l-festival \"Melodi Grand Prix\".", "Fost il-ħafna programmi tal-EBU, ċertament li l-isem \"Eurovision\" huwa marbut ma' din l-organizzazzjoni.", "Il-format tal-Konkors għadda minn serje ta' tibdiliet matul is-snin, minkejja li l-punti fundamentali baqgħu dejjem hemm: il-pajjiżi parteċipanti jibgħatu l-kanzunetti, li huma kantati direttament fi programm televiżiv trażmess fl-istess ħin madwar il-Eurovision Network mill-EBU madwar il-pajjiżi.", "\"Pajjiż\" bħala parteċipant hu rappreżentat minn stazzjon televiżiv wieħed mill-istess pajjiż: tipikament, imma mhux dejjem, tkun l-organizzazzjoni tax-xandir ta' servizz pubbliku.", "Il-programm hu ospitat minn wieħed mill-pajjiżi parteċipanti, u t-trażmissjoni tintbagħat mill-awditorju fil-belt li tkun qed tospita l-edizzjoni.", "Matul dan il-programm, wara li l-kanzunetti kollha jiġu kantati, il-pajjiżi jipproċedu biex jivvutaw għall-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra: il-pajjiżi ma jistgħux jivvutaw għall-kanzunetta tagħhom stess.", "Fl-aħħar tal-programm, ir-rebbieħ ikun imħabbar bl-iktar kanzunetta li tkun kisbet punti.", "Ir-rebbieħ jirċievi, sempliċiment, il-prestiġju li jkun rebaħ — minkejja li ħafna drabi jingħata trofew lill-awturi tal-kanzunetta, u l-pajjiż rebbieħ ikun mistieden biex jospita l-avveniment tas-sena segwenti.", "Il-programm jingħata l-bidu ġeneralment minn wieħed jew aktar preżentaturi, li jilqgħu lit-telespettaturi għas-serata.", "Ħafna pajjiżi li jospitaw din il-kompetizzjoni jieħdu l-opportunità li tingħatalhom biex jospitaw din l-avveniment biex waqt il-preżentazzjoni jkun għaddej servizz li juri xeni mill-pajjiż, bħala reklamar għat-turiżmu.", "Bejn il-kanzunetti u meta jitħabbru l-voti, isir att ta' intervall.", "Dawn il-minuti ta' intervall inkludew atti bħal The Wombles (1974) u l-ewwel preżentazzjon internazzjonali ta' Riverdance (1994).", "Il-mużika tema li tinstema' qabel u wara x-xandira tal-Festival tal-Eurovision (u xandiriet oħra tal-Eurovision) hi l-introduzzjoni tat-Te Deum ta' Marc-Antoine Charpentier.", "Is-serata finali tal-Festival tal-Eurovision issir ġeneralment fil-lejl tas-Sibt tar-rebbiegħa, fid-21:00 CEST.", "Ħafna drabi Sibt partikulari minn Mejju hu magħżul, anke jekk il-Konkors kien isir fil-ġurnata tal-Ħamis (fl-1965) u sa kmieni daqs Marzu.", "Mill-2004, minħabba n-numru kbir ta' pajjiżi eleġibbli li xtaqu jipparteċipaw, bdew isiru rawnds ta' kwalifika — magħrufin bħala Semifinali — jumejn jew tliet ijiem qabel il-finali tas-Sibt.", "Parteċipanti eleġibbli jinkludu Membri Attivi (u mhux Membri Assoċjati) tal-European Broadcasting Union.", "Membri attivi huma dawk li l-istati tagħhom jaqgħu fi ħdan il-European Broadcasting Area, jew inkella dawk li huma membri tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Membri attivi jinkludu organizzazzjonijiet tax-xandir li t-trażmissjonijiet tagħhom jagħmluhom disponibbli (virtwalment) lill-popolazzjoni kollha tal-pajjiż fejn huma ibbażati.", "Jekk Membru Attiv tal-EBU ikun jixtieq jipparteċipa, huma jridu jikkwalifikaw għal ċerti kundizzjonijiet li huma imposti mir-regoli tal-Konkors.", "Sal-2009, din tinkludi n-neċessità li jkunu xandru l-edizzjoni preċedenti fil-pajjiż rispettiv, u li jħallsu lill-EBU miżata ta' parteċipazzjoni qabel data sottoposta mir-regoli tal-Konkors għas-sena li jkunu jridu jidħlu jipparteċipaw fih.", "L-eleġibbilità biex wieħed jipparteċipa mhix determinata mill-pożizzjoni ġeografika fi ħdan il-kontinent tal-Ewropa, minkejja l-frażi \"Euro\" fl-isem stess tal-festival, \"Eurovision\" — u l-anqas m'għandha x'taqsam mal-Unjoni Ewropea.", "Diversi pajjiżi li ġeografikament jinsabu barra l-konfini tal-Ewropa kkompetew f'dan il-festival: l-Iżrael, Ċipru, l-Armenja, fl-Asja tal-Punent, bdew jipparteċipaw mill-1973, mill-1981 u mill-2004 rispettivament; u l-Marokk, fl-Afrika ta' Fuq, daħlet darba fl-1980.", "Aktar minn hekk, diversi pajjiżi transkontinentali b'parti biss mit-territorju tagħhom fl-Ewropa wkoll ikkompetew: it-Turkija, mill-1975; ir-Russja, mill-1994; il-Ġeorġja, mill-2007; u l-Ażerbajġan, li deher għall-ewwel darba fl-2008.", "Żewġ pajjiżi li dehru li xtaqu jieħdu sehem kienu l-Libanu u t-Tuneżija, mill-Asja tal-Punent u l-Afrika ta' Fuq rispettivament, li huma t-tnejn barra mill-Ewropa.", "L-istat Golf tal-Qatar, fl-Asja tal-Punent, fl-2009 qajjem l-interess li jingħaqad biex jieħu sehem fil-festival tal-2011.", "Wieħed u ħamsin pajjiż ipparteċipaw tal-anqas darba.", "Dawn huma elenkati hawnhekk flimkien mas-sena li fiha għamlu d-debutt:", "Kull pajjiż huwa obbligat li jibgħat kanzunetta waħda biex tirrapreżentahom fis-sena li fiha jixtiequ jipparteċipaw.", "L-unika eċċezzjoni kienet meta kull pajjiż bagħat żewġ kanzunetti fl-edizzjoni inawgurali tal-Konkors.", "Hemm regola li tipprojbixxi li tintbagħat kanzunetta li preċedentament ħarġet kummerċjalment jew imxandra fil-pubbliku qabel data speċifika.", "L-għan ta' din ir-regola hi biex tassigura li kanzunetti ġodda biss jidħlu fil-Festival, u mhux kanzunetti eżistenti ta' suċċess, li jista' jagħti pajjiż vantaġġ minħabba l-fatt li l-kanzunetta tkun diġà magħrufha u populari.", "Il-pajjiżi jistgħu jagħżlu l-kanzunetti b'liema metodu li jixtiequ: tista' tkun deċiżjoni interna magħmulha mix-xandar parteċipanti, jew konkors pubbliku li jippermetti lill-pubbliku tal-pajjiż biex jivvota fost numru ta' kanzunetti.", "L-EBU tinkoraġġixxi lill-istazzjonijiet biex jużaw il-format tal-kompetizzjoni pubblika, hekk kif din tiġġenera aktar promozzjoni lejn il-Konkors.", "Dawn is-selezzjonijiet nazzjonali huma magħrufa bħala finali nazzjonali.", "Xi finali nazzjonali ta' xi pajjiżi huma kbar daqs — jew ikbar — mill-Festival tal-Eurovision innifsu, li jinvolvu diversi kanzunetti li jintbagħtu lis-semifinali nazzjonali.", "Il-finali nazzjonali Żvediża, \"Melodifestivalen\" (litteralment, \"Il-Festival Melodiku\") tinkludi 32 kanzunetta li jitkantaw f'erba' semfinali, f'areni b'udjenzi kbar madwar il-pajjiż, qabel is-serata finali li ssir fi Stokkolma.", "Dan sar wieħed mill-akbar programmi segwiti kull sena fl-Iżvezja skont figuri televiżivi.", "Fi Spanja, ir-reality show \"Operación Triunfo\" ġie inawgurat fl-2002; ir-rebbieħa tal-ewwel tliet staġuni pproċedew biex jieħdu sehem f'isem pajjiżhom fil-Eurovision.", "Huwa indifferenti liema metodu li jrid jiġi wżat biex tintgħażel il-kanzunetta, però d-dettalji finali tal-kanzunetta magħżulha jridu jiġu ffinalizzati u sottomessi lill-EBU xi ġimgħat qabel il-Konkors internazzjonali.", "Ħafna mill-ispiża tal-Festival hu kopert mill-isponsors tal-avveniment u kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra.", "Il-Konkors hu kkunsidrat bħala pjattaforma unika biex wieħed jippromovi l-pajjiż ospitu bħala destinazzjoni turistika.", "Fis-sajf tal-2005, l-Ukrajna neħħiet r-rekwiżiti komuni għall-għotja tal-visa lit-turisti biex dan jikkoinċidi mat-tħejjija tal-Konkors.", "Il-preparazzjonijiet għall-Konkors jibdew xi ġimgħat wara r-rebħa tal-pajjiż, u wara l-konferma li tingħata lill-EBU li huma intiżi — u għandhom il-kapaċità — biex jospitaw avveniment ta' dan il-ġeneru.", "Belt partikulari tiġi magħżulha (ħafna drabi tkun il-kapitali, imma mhux dejjem ikun il-każ), u impjant li jkun tajjeb biex jospita s-serati.", "L-ikbar impjant kien stadju tal-futbol f'Kopenħagen, Parken, li żamm udjenza ta' madwar 38,000 persuna meta d-Danimarka ospitat l-edizzjoni tal-2001.", "L-iżgħar villaġġ fejn il-Konkors sar kien f'Millstreet f'Country Cork, ġewwa l-Irlanda, li seħħ fl-edizzjoni tal-1993.", "Il-villaġġ kellu popolazzjoni ta' 1,500, anke jekk l-impjant tal-\"Green Glens Arena\" żamm konsiderabilment aktar udjenza.", "Meta tintgħażel belt u l-impjant fejn se jiġi ospitat dan l-avveniment, jiġi dejjem ikkunsidrat x'lukandi u faċilitajiet tal-istampa jinstabu fil-viċinanzi.", "Fi Kjiv 2005, il-kmamar tal-lukandi kienu skarsi hekk kif l-organizzaturi tal-Konkors staqsew lill-gvern Ukren biex jimblokka il-prenotazzjonijiet li huma ma kellhomx kontroll fuqhom permezz ta' allokazzjonijiet tad-delegazzjonijiet uffiċjali jew pakketti tal-vjaġġi: din wasslet għal diversi prenotazzjonijiet tan-nies biex jiġu mħassra.", "Minħabba l-fatt li l-Festival tal-Eurovision hi serata diretta, l-esebituri jridu jipperfezjonaw l-atti tagħhom fir-riħersals biex b'hekk fil-lejla l-kbira kollox imur b'wiċċ il-ġdid.", "Barra mill-esebizzjonijiet li jkunu għamlu ġewwa pajjiżhom, kull parteċipant jingħata l-opportunità li jirriħersja fuq il-palk fl-awditorju tal-Eurovision.", "Dawn il-provi jsiru matul diversi jiem tal-ġimgħa, u minħabba dan, id-delegazzjonijiet jaslu fil-belt li tkun qed tospita l-edizzjoni diversi ġranet qabel il-bidu tal-avveniment.", "Dan ifisser, min-naħa l-oħra, li l-ġurnalisti u l-ammiraturi tal-festival huma wkoll preżenti matul il-ġranet preċedenti, u l-avvenimenti tal-Eurovision idumu aktar mill-ftit sigħat li jidhru fuq it-televiżjoni.", "Numru ta' lukandi akkreditati huma magħżula għad-delegazzjonijiet biex jospitaw fihom, waqt li diversi karozzi tal-linja jintgħażlu biex iwasslu lill-esebituri lejn l-impjant tal-Festival u lura.", "Kull stazzjon parteċipi jinnomina Kap tad-Delegazzjoni, li x-xogħol tiegħu hu li jikkoordina l-movimenti tal-membri delegati, u jaħdem bħala rappreżentant tal-pajjiż lejn l-EBU fil-belt li tospita l-edizzjoni.", "Membri tad-delegazzjoni jinkludu 'l-esebituri, awturi, kompożituri, uffiċċjali tal-istampa u — jekk orkestra hi wżata f'dik is-sena, u jekk il-kanzunetta jkollha bżonn — konduttur.", "Kull stazzjon jista' jagħmel użu minn kummentatur li jipprovdi l-kummentarju għas-serata għat-televiżjoni jew għar-radju, biex jixxandar fil-pajjiż rispettiv.", "Il-kummentaturi jingħataw kompartimenti tal-kummentarju li jinstabu wara l-arena wara l-udjenza.", "Tradizzjonalment, id-delegazzjonijiet jaslu fil-Ħadd ta' qabel il-Konkors, biex b'hekk ikunu jistgħu jkunu preżenti għar-riħersals li jibdew nhar it-Tnejn filgħodu.", "Madanakollu, bl-introduzzjoni tas-semifinali — b'riżultat b'hekk ta' numru ikbar ta' parteċipanti — mill-2004 l-ewwel riħersals bdew fil-ġimgħa ta' qabel il-\"Ġimgħa tal-Festival\".", "Il-pajjiżi li jkunu qed jieħdu sehem fis-semifinali jagħmlu l-provi erbat ijiem qabel l-ewwel Ħamis sal-Ħadd, b'żewġ perjodi ta' provi jkunu permessi għal kull pajjiż.", "Il-pajjiżi li jkunu diġà kkwalifikaw direttament għall-finali jagħmlu l-provi fit-Tnejn u t-Tlieta tal-\"Ġimgħa tal-Eurovision\".", "Wara kull prova ta' kull pajjiż, id-delegazzjoni tiltaqa' mad-direttur artistiku tal-esebizzjoni fil-kamra fejn tiġi analizzata s-serata.", "Hawnhekk, huma jaraw vidjo tar-riħersal li tkun għadha kemm saret, fejn jiġi diskuss l-angoli tal-kamera, id-dawl u l-koreografija, biex b'hekk jiksbu l-effett estetiku massimufuq it-televiżjoni.", "F'dan il-punt, il-Kap tad-Delegazzjoni itarffu dwar il-bżonnijiet għall-esebizzjoni, u jagħmlu r-rikjesti tagħhom lill-istazzjon ospitu.", "Wara din il-laqgħa, id-delegazzjoni tagħmel konferenza stampa fejn membri tal-istampa akkreditata jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet.", "Ir-riħersals u l-konferenzi stampi jsiru b'mod parallelu; dan jiġifieri li waqt li pajjiż ikun qed jagħmel konferenza, parteċipant ieħor ikun fl-awditorju jipprova.", "Taqsira stampata tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet li jsiru fil-konferenzi stampi hi prodotta mill-uffiċċju tal-istampa ospitu, u imqassma lill-ġurnalisti.", "Nhar il-Erbgħa tal-\"Ġimgħa tal-Eurovision\" isiru żewġ riħersals tas-semifinali bl-ilbies; nhar il-Ħamis filgħodu ssir l-aħħar riħersal bl-ilbes għas-semifinali qabel is-serata diretta ta' filgħaxija.", "Meta jsir magħruf kif se jitkantaw il-kanzunetti fil-finali, żewġ riħersals tal-finali bl-ilbies isiru nhar il-Ġimgħa, u oħra nhar is-Sibt filgħodu qabel it-trażmissjoni diretta tal-finali fis-Sibt filgħaxija.", "Nhar it-Tnejn filgħaxija tal-\"Ġimgħa tal-Eurovision\", isir festin imħejji mis-sindku, fejn l-amministrazzjoni tal-belt torganizza ċelebrazzjoni tal-wasla tal-Eurovision ġewwa belthom.", "Din ħafna drabi ssir f'muniċipalità kbira, fiċ-ċentru tal-belt.", "Id-delegazzjonijiet kollha jkunu invitati, u l-festin ikun ħafna drabi akkumpanjat mill-mużika diretta, ikel u xork, u f'dawn l-aħħar snin biġ-ġigġifogu.", "Wara s-semifinali u l-finali jkun hemm l-festini ta' wara s-serati, fejn isiru jew f'faċilità fl-impjant jew f'post ieħor fil-belt.", "L-Ewroklabb, jew \"Euroclub\" bl-Ingliż, jiġi mħejji f'kull lejl tal-ġimgħa, fejn diskoteka tkun allokata tema tal-Eurovision, fejn in-nies kollha jkunu invitati.", "Matul il-ġimgħa diversi delegazzjonijiet, tradizzjonalment, ospitaw il-festini tagħhom flimkien ma' dawk sponsorizzati uffiċjalment.", "Madanakollu, fil-millenju l-ġdid il-moda kienet tad-delegazzjonijiet nazzjonali biex jiċċentraw l-attività tagħhom fl-Ewroklabb.", "Is-sistemi ta' votazzjoni wżati fil-Konkors tbiddlu matul il-kors tal-kompetizzjoni.", "Is-sistema moderna ġiet introdotta fl-1975.", "Il-pajjiżi jagħtu sett ta' punti minn 1 sa 8, imbagħad 10 u finalment it-12-il punt lill-kanzunetti tal-pajjiżi l-oħra — bil-kanunzetta l-aktar favorita tingħata t-tnax-il punt.", "Storikament, il-voti tal-pajjiż kienu deċiżi mill-ġurija, imma fl-1997 ħames pajjiżi (l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit) esperimentaw bit-televot, billi jagħtu l-opportunità lill-pubbliku biex jagħżlu l-kanzunetta favorita.", "L-esperiment kien ta' suċċess u mill-1998 'il quddiem kull pajjiż beda jiġi mħeġġeġ biex jimplementa din is-sistema.", "Il-ġurija għadha tintuża' fil-każ ta' nuqqas ta' televoti.", "Illum il-pubbliku jista' jivvota bl-SMS, flimkien mal-votazzjoni bil-linja fissa.", "Skont liema sistema li tintuża' ma tistax tivvota għal pajjiż li tkun qed tivvota minnu.", "Wara li jkun spiċċa l-att tal-intervall, meta l-punti kollha jkunu ġew kalkulati, il-preżentatur(i) tas-serata jistieden lil kull pajjiż votant biex iħabbar ir-riżultati tal-voti f'dak il-pajjiż.", "Qabel l-1994, it-tħabbira tal-voti kienet issir permezz tal-linji telefoniċi, bil-vuċi tar-rappreżentant tal-voti jinstema' fl-awditorju għall-udjenza u għat-trażmissjoni televiżiva.", "Bil-wasla ta' aktar sistemi satellitari sostenibbli, mill-1994 'il quddiem il-persuna li taqra l-voti bdiet tidher fuq il-kamera mill-pajjiż rispettiv biex tippreżenta l-voti.", "Ħafna drabi, il-pajjiż jieħu l-opportunità biex juri lill-preżentatur tal-voti taħt sfond ta' xi post prominenti f'dak il-pajjiż.", "Saret kważi tradizzjoni li l-kelliema jagħmlu messaġġ qasir lill-ospiti u l-organizzaturi tas-serata fejn jirringrazzawhom tas-serata, qabel ma jagħtu l-voti tagħhom.", "Il-voti jinqraw mill-inqas wieħed sakem jispiċċaw bil-massimu tat-tnax-il punt.", "Il-punti jiġu ripetuti mill-preżentaturi tal-Konkors bl-Ingliż u l-Franċiż, fejn dan ġab aktar komuni l-frażi \"douze points\" meta l-preżentatur jirrepeti l-punt massimu bil-Franċiż.", "Mill-1957 sal-2003, il-pajjiżi ġew imsejħa bl-istess ordni kif il-kanzunetti ġew preżentati.", "Mill-2004, l-ordni ta' kif jitħabbru l-voti tal-pajjiżi nbidel, minħabba l-preżenza tas-semifinali, u l-fatt li pajjiżi li ma kinux qed jipparteċipaw xorta setgħu jivvutaw.", "Fl-2004, il-pajjiżi ġew imsejħa fl-ordni alfabetiku (skont il-kodiċi ISO).", "Fl-2005, il-voti mis-semifinalisti li ma kinux ikkwalifikaw għall-finali ġew imxandra qabel, skont kif tkantaw fil-lejla ta' nhar il-Ħamis.", "Wara, il-finalisti taw il-voti tagħhom skont l-ordni kif kantaw.", "Mill-2006, beda jsir it-tlugħ tal-poloz separata fejn fiha jiġi determinat l-ordni kif il-pajjiżi jippreżentaw l-voti.", "Mill-1971 sal-1973, kull pajjiż kien jibgħat żewġ membri tal-ġurija, li eżattament kienu preżenti fl-impjant fejn kien qed isir il-Konkors u kienu jħabbru l-voti tagħhom hekk kif il-kamera kienet tkun qed tiffoka fuqhom.", "Din is-sistema ġiet irtirata għas-sena suċċessiva.", "Fl-1956, l-ebda vot pubbliku ma ġie preżentat: ġurija magħluqa sempliċiment ħabbret li l-iŻvizzera kienet rebħet.", "Mill-1957 sal-1987, il-punti kienu jitwerew permezz ta' bord fuq il-ġenb tal-palk fejn fiha kienu jitpoġġew il-punti.", "Hekk kif it-teknoloġija grafika diġitali għamlet progress, il-punti preżentati fiżikament ġew sospiżi fl-1988 b'rappreżentazzjoni elettronika li tista' tiġi muriha fuq l-iskrin tat-televiżjoni skont il-ħsieb tad-direttur tal-programm.", "Fl-2006, l-EBU iddeċidiet biex tikkonserva l-ħin matul ix-xandir — li l-parti l-kbira minnu kien meħud mit-tħabbira ta' kull punt — minħabba n-numru iktar jiżdied ta' pajjiżi votanti.", "Minn dakinhar 'il quddiem, il-punti minn 1 sas-7 bdew jidhru awtomatikament fuq l-iskrin, u l-preżentaturi tal-voti jħabbru biss it-8, l-10 u t-12-il punt individwalment.", "Il-fażi ta' votazzjoni hi immexxiha mis-sorveljant tal-EBU, li għandu r-responsabbilità li jassigura li l-punti kollha huma allokati eżattament.", "Is-sorveljant jiġi mtarraf minn quddiem tar-riżultati tal-aħħar ħames pajjiżi fl-ordni tal-votazzjoni, biex jassigura li ma jsiru l-ebda azzjonijiet taħt il-forma ta' votazzjoni tattika; fejn pereżempju pajjiż jista' jbiddel il-voti tiegħu wara li jara' kif ikunu r-riżultati.", "Fl-1969, kien għad m'hemmx sistema li tiddetermina d-differenza bejn pajjiżi li jispiċċaw bl-istess punti, u f'dik l-edizzjoni kienu erba' pajjiżi li spiċċaw fl-ewwel post skont in-numru totali ta' punti miksuba.", "Dawn kienu Franza, Spanja, l-Olanda u r-Renju Unit.", "Minħabba li ma kienx hemm regola biex tiddeċiedi min hu r-rebbieħ, l-erba' pajjiżi li huma ġew iddikjarati bħala rebbieħa.", "Din l-aħbar ġabet diżappuntament fost il-pajjiżi l-oħra parteċipi f'din il-kompetizzjoni, u diversi pajjiżi heddew li mhux se jieħdu sehem.", "L-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja, in-Norveġja u l-Portugall ma ħadux sehem fl-edizzjoni ta' wara tal-1970 bħala protesta għar-riżultati.", "Din ġabet lill-EBU biex jimplementaw regola ġdida.", "F'każ li aktar minn pajjiż wieħed jispiċċa fl-ewwel post, isir l-għadd tan-numru ta' pajjiżi li taw l-punti lil kull pajjiż li spiċċa l-ewwel post; min jirċievi l-aktar jispiċċa rebbieħ.", "Jekk in-numru jkun ukoll l-istess, isir l-għadd ta' tnax-il punt li rċieva kull pajjiż.", "Jekk jibqgħu l-istess, jiġu kkalkulati kemm il-għaxar punti rċevew — u wara kemm-il tmien punti rċevew sal-aħħar tal-lista.", "Jekk fil-każ l-aktar estrem dawn jiġu l-istess huma jiġu ddikjarati rebbieħa.", "L-istess regola tgħodd ukoll jekk aktar minn pajjiż wieħed jispiċċa f'kwalunkwe pożizzjoni oħra flimkien ma' pajjiż ieħor.", "Sal-2009, l-uniku darba mill-1969 li żewġ pajjiżi spiċċaw l-ewwel post bl-istess punti kien fl-1991, meta l-Iżvezja u Franza ġabu total ta' 146 punt.", "Fl-1991, ir-regola li jingħaddu n-numru ta' pajjiżi li vvutaw għal dawn iż-żewġ pajjiżi ma kinitx teżisti, u allura huma bdew jgħoddu kemm ġabu tnax-il punt.", "Kemm Franza u l-Iżvezja ġabu total ta' erba' settijiet ta' tnax-il punt.", "L-Iżvezja imma ġabu l-iktar numru ta' għaxar punti u allura kienu ddikjarati bħala rebbieħa.", "Kieku r-regola kurrenti kienet diġà fis-seħħ, Franza kienet tkun il-pajjiż rebbieħ.", "Hemm numru ta' regoli li jridu jiġu osservati mill-pajjiżi parteċipanti.", "Ir-regoli huma numerużi, u kull sena jiġi prodott abbozz separat, li espliċitament jispeċifika d-dati fejn bejniethom ċerti avvenimenti jkunu jridu jsiru; pereżempju d-data finali fejn l-istazzjonijiet parteċipanti kollha jridu jibgħatu l-verżjoni finali rikordjata tal-kanzunetta lill-EBU.", "Ħafna regoli jappartjenu materji li jirrigwardaw ftehim dwar l-isponsorizzazzjoni u drittijiet tal-istazzjonijiet biex terġa' tiġi trażmessa s-serata f'ċertu ħin partikulari.", "L-aktar regoli distinti li eżattament jaffetwaw il-format u l-preżentazzjoni tal-Konkors tbiddlu xi ftit, u huma emfassizzati hawnhekk.", "Fl-1958 kien ġie deċiż li minn dakinhar 'il quddiem, il-pajjiż rebbieħ seta' jospita l-Konkors fis-sena ta' wara.", "Ir-rebbieħ tal-Festival tal-1957 kienet l-Olanda, u t-televiżjoni Olandiża aċċettat ir-responsabbilità li sservi ospitu fl-1958.", "Fis-snin segwenti kollha wara li din ir-regola bdiet tiġi applikata, kienu biss f'ħames snin partikulari li din ir-regola ma ġietx segwita.", "L-eċċezzjonijiet huma:", "Il-mużika kantanta kollha trid tiġi kantata diretta: l-ebda vuċijiet m'huma permessi li jkunu rikordjati u li jixxandru b'mod dirett waqt is-serata.", "Fl-1999, il-kanzunetta Kroata kellha ħsejjes fid-diska tal-isfond li dehru li kienu vuċijiet umani.", "Id-delegazzjoni Kroata stqarriet li ma kien hemm l-ebda vuċi umana, imma biss ħsejjes sintetizzati diġitalment b'vokali replikati.", "L-EBU madanakollu iddeċidiet li huma kissru l-ispirtu tar-regoli, u tnaqqsulhom 33% tal-punti totali ta' dik is-sena li kienu jiġu wżati għall-kalkoli biex tiġi deċiża xi kwalifikazzjoni futura bbażata fuq il-punti miksuba fil-ħames snin preċedenti.", "Mill-1956 sal-1998, kien neċessarju li l-pajjiż ospitu jipprovdi orkestra diretta għall-użu tal-parteċipanti.", "Qabel l-1973, kull mużika kellha bżonn li tindaqq mill-orkestra magħżulha mill-pajjiż ospitu.", "Mill-1973 'il quddiem, kienu permessi li jsiru diski rikordjati, minkejja li xorta waħda l-pajjiż ospitu kien obbligat li jipprovdi orkestra biex b'hekk jipprovdi lill-parteċipanti xelta minn fejn jagħżlu.", "Jekk diska fl-isfond kienet użata, l-istrumenti kollha li jinstemgħu fuq id-diska iridu jkunu preżenti fuq il-palk.", "Fl-1997, dan il-bżonn ġie imwaqqa.", "Fl-1999, ir-regoli ġew riveduti u ġiet abolita l-obbligu li l-istazzjon ospitu jrid bilfors jipprovdi orkestra diretta, fejn ħalla din l-għażla f'idejn l-organizzaturi infishom.", "L-ospitu ta' dik is-sena, l-Awtorità tax-Xandir Iżraelita, iddeċiediet biex ma tużax orkestra biex b'hekk issalva mill-ispejjeż, u l-1999 saret l-ewwel sena fejn il-kanzunetti kollha indaqqu b'mużika rikorjdata (b'vokali diretti).", "L-orkestra qatt ma għamlet aktar dehra fil-Festival; l-aħħar darba kienet fl-1998 meta l-BBC ospitat is-serata f'Birmingham.", "Ir-regola li timponi biex pajjiż ikanta bil-lingwa nazzjonali tiegħu tbiddlet diversi drabi matul is-snin.", "Mill-1956 sal-1965, ma kien hemm l-ebda regola li kienet tirrestrinġi liema lingwi setgħu jitkantaw bihom il-kanzunetti.", "Madanakollu, fl-1966 ġiet imposta regola li kienet tgħid li l-kanzunetti riedu jiġu interpretati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż parteċipanti.", "Ir-restrizzjoni tal-lingwa kompliet sal-1973, meta l-kantanti ngħataw il-libertà li jkantaw il-kanzunetta b'liema lingwa li riedu.", "Diversi rebbieħa f'nofs is-snin sebgħin ħadu l-vantaġġ tal-libertà fil-lingwa, fejn kantanti minn pajjiżi li m'għandhomx il-lingwa Ingliża bħala lingwa nattiva kantaw bl-Ingliż, fosthom l-ABBA fl-1974.", "Fl-1977, l-EBU iddeċidiet li terġa' tirrestrinġi s-selezzjoni tal-lingwa nazzjonali.", "Madanakollu, il-Ġermanja u l-Belġju ingħataw dispensazzjoni speċjali hekk kif il-proċedura ta' selezzjoni kienet diġà fi stadji avvanzati biex isir xi tibdil.", "Fl-1999, ir-regola tbiddlet għal darb'oħra biex tingħata l-libertà tal-lingwa.", "Din il-libertà lingwistika wasslet għall-parteċipazzjoni Belġjana fl-2003, \"Sanomi\", kanzunetta kompletament b'lingwa immaġinarja.", "Fl-2006, il-parteċipazzjoni Olandiża, \"Amambanda\", kienet kantata parti bl-Ingliż u parti oħra b'lingwa artifiċjali; u fl-2008, id-daħla Belġjana, \"O Julissi\" tkantat b'lingwa fittizja.", "Kull xandar parteċipanti huwa obbligat li jxandar is-serata kollha, li jinkludu l-kanzunetti, il-votazzjoni u r-rikapitulazzjoni tal-kanzunetti, fejn jinqabeż biss, jekk hu mixtieq, l-att tal-intervall għal waqfiet kummerċjali.", "Mill-1999 'il quddiem, ix-xandara li xtaqu li jagħmlu dan ingħataw l-opportunità biex jieħdu aktar ħin għall-pubbliċità.", "Fl-1978, matul ix-xandir tal-kanzunetta tal-Iżrael, l-istazzjon tal-Ġordan JRTV issospenda x-xandir u wera stampi ta' fjuri.", "Meta deher lejn l-aħħar stadji tal-votazzjoni li l-Iżrael kien se jirbaħ il-Konkors, JRTV f'daqqa waħda temm it-trażmissjoni.", "Wara, l-istampa tal-Ġordan irrifjutat biex tirrikonoxxi lill-Iżrael bħala r-rebbieħ u ħabbret li l-Belġju kien ir-rebbieħ (li fil-fatt spiċċa fit-tieni post).", "Fl-2005, il-Libanu kien mistenni li jipparteċipa fil-Konkors.", "Madanakollu, il-liġi Lebaniża ma tħallix ir-rikonoxximent tal-Iżrael, u konsegwentament it-televiżjoni Lebaniża ma kinitx se xxandar ir-rappreżentazzjoni Iżraelita.", "L-EBU infurmathom li att bħal dan jikser ir-regoli tal-Festival, u sussegwentament il-Libanu kien infurzat biex jirtira mill-kompetizzjoni.", "L-irtirar tard mill-kompetizzjoni swiehom multa, minħabba li kienu diġà kkonfermaw il-parteċipazzjoni u d-data tal-applikazzjonijiet kienet diġà għaddiet.", "In-numru ta' pajjiżi parteċipanti kull sena kiber ġmielu matul is-snin, minn seba' parteċipanti fl-1956 għal aktar minn għoxrin lejn l-aħħar tas-snin tmenin.", "Fl-1993 kien hemm 25 pajjiż parteċipanti fil-kompetizzjoni, li jinkludu — għall-ewwel darba f'dik is-sena — lill-Bożnija u Ħerżegovina, il-Kroazja u l-Islovenja, li daħlu indipendentament wara s-seperazzjoni tal-Jugożlavja.", "Minħabba l-fatt li l-Konkors hu programm televiżiv dirett, irid jiġi impost limitu ta' ħin fuq it-tul tas-serata.", "Fis-snin riċenti, il-limitu nominali kien ta' tliet sigħat, bix-xandira xi drabi taqbeż dan il-limitu.", "Fl-2005, il-programm kien twil xi ftit taħt it-tliet sigħat u nofs.", "Wara l-introduzzjoni tat-tħabbira imqassra tal-voti fl-2006, it-tul tas-serata kien ta' tliet sigħat u ħames minuti.", "Mill-1993 'il quddiem, kien hemm aktar pajjiżi li xtaqu jipparteċipaw fil-Konkors milli kien hemm ħin biżżejjed biex dawn jitkantaw f'serata waħda.", "Diversi sistemi ta' relegazzjoni jew kwalifikazzjoni kienu, għalhekk, ġew ippruvati biex jillimitaw in-numru ta' pajjiżi parteċipanti fil-kompetizzjoni ta' kwalunkwe sena.", "Il-Konkors tal-1993 introduċa żewġ aspetti ġodda: l-ewwel, kompetizzjoni ta' preselezjoni li saret f'Ljubljana fejn seba' pajjiżi ġodda ikkompetew għal tliet postijiet fil-kompetizzjoni internazzjonali.", "Il-Bożnija u Ħerżegovina, l-Estonja, il-Kroazja, ir-Rumanija, l-Islovenja, l-Islovakkja u l-Ungerija ħadu sehem fil-\"Kvalifikacija za Millstreet\"; u t-tielet repubbliki tal-eks-Jugożlavja — il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Kroazja u l-Islovenja — ikkwalifikaw għal post fil-finali internazzjonali.", "F'dik is-sena ġiet introdotta r-relegazzjoni.", "Is-sitt pajjiżi li jkunu kklassifikaw fl-aħħar sitt postijiet fil-klassifika finali jkollhom jitilfu l-edizzjoni tas-sena ta' wara, biex b'hekk jagħtu ċans lil dawk il-pajjiżi li naqqsu mill-preselezzjoni tal-1993 għall-Konkors tal-1994.", "Il-Festival tal-1994 inkluda wkoll, għall-ewwel darba, il-parteċipazzjoni tal-Litwanja, il-Polonja u r-Russja.", "Ir-relegazzjoni tkompliet fl-1994 u fl-1995, imma fl-1996 sistema differenti ta' preselezzjoni ġiet użata, fejn kważi kull pajjiż ipparteċipa.", "Tejps akustiċi tal-kanzunetti kollha intbagħtu lill-ġurija f'kull pajjiż xi ġimgħat qabel is-serata televiżiva.", "Dawn il-ġuriji għażlu l-kanzunetti biex jipproċedu għas-serata finali.", "In-Norveġja, bħala l-pajjiż ospitu tal-1996 (wara li rebħet l-edizzjoni tal-1995), ikkwalifikaw awtomatikament u b'hekk ġiet eskluża min-neċessità li tmur fi preselezzjoni.", "Pajjiż wieħed li falla li jikkwalifika għall-preselezzjoni tal-1996 kienet il-Ġermanja.", "Bħala waħda mill-ikbar kontributuri finanzjari tal-EBU, flimkien mal-ikbar udjenza televiżiva fl-Ewropa, kemm huma u lanqas l-EBU ma kienu kuntenti bl-esklużjoni tagħhom mill-finali internazzjonali.", "Mis-sena 2000 'il quddiem, erba' pajjiżi partikulari ngħataw id-dritt li jikkwalifikaw direttament għall-finali tal-edizzjoni suċċessiva, bil-pożizzjoni fil-klassifika finali ma tiddeterminax jekk jikkwalifikawx jew le.", "Huma ngħataw dan l-istat speċjali minħabba li huma huma l-ikbar erba' kontributuri finanzjarji tal-EBU (li mingħajrhom il-produzzjoni tal-Festival ikun impossibli).", "Dawn il-pajjiżi huma l-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit.", "Minħabba dan l-istat tagħhom fil-Konkors, il-pajjiżi saru magħrufa bħala \"L-Erbgħa l-Kbar\" jew bl-Ingliż \"Big Four\".", "Mill-1997 sal-2001, il-pajjiżi kienu jikkwalifikaw għal kull Konkors skont il-medja ta' punti miksuba fuq il-ħames snin preċedenti.", "Madanakollu, kien hemm skuntentizza kbira fuq din is-sistema minħabba li pajjiż jista' jkun ikkastigat li ma jidħolx minħabba riżultati fqar miksuba, hekk kif din is-sistema ma kinitx tieħu għar-rigward kemm tajjeb attentat ġdid jista' jkun.", "Din wasslet lill-EBU biex toħloq dak li kien maħsub li se jwassal għal soluzzjoni permanenti ta' din il-problema, li kienet li jkun hemm żewġ serati kull sena: rawnd ta' kwalifikazzjoni, u l-finali.", "F'dawn iż-żewġ serati jkun hemm biżżejjed ħin ta' xandir biex jinkludu l-pajjiżi kollha li xtaqu li jipparteċipaw, kull sena.", "Ir-rebħ tal-Eurovision jipprovdi opportunità unika għall-artist rebbieħ biex jibni karriera internazzjonali u jagħmel suċċess.", "Madanakollu, fl-istorja tal-festival relativament ftit ismijiet għamlu suċċess kbir.", "L-aktar artisti magħrufa li rebħu l-festival u li l-karriera taggħhom bdiet wara s-suċċess fil-Eurovision huma l-grupp ABBA, li rebħu l-edizzjoni tal-1974 f'isem l-Iżvezja bil-kanzunetta \"Waterloo\".", "ABBA spiċċaw biex saru l-aktar grupp ta' suċċess ta' dik l-epoka.", "Artista popolari oħra li sussegwentament kisbet fama u suċċess internazzjonali kienet Céline Dion, li rebħet il-Konkors għall-Iżvizzera fl-1988 bil-kanzunetta \"Ne Partez Pas Sans Moi\".", "Is-suċċess ta' Dion, però, mhuwiex direttament attribwit għar-rebħ tagħha tal-Konkors, hekk kif hi kisbet il-fama internazzjonali xi snin wara.", "Artisti oħra li kisbu suċċess wara li rebħu l-Festival tal-Eurovision jinkludu lil France Gall (\"Poupée De Cire, Poupée De Son\", Lussemburgu 1965), Dana (\"All Kinds of Everything\", Irlanda 1970), Vicky Leandros (\"Après Toi\", Lussemburgu 1972), Brotherhood of Man (\"Save Your Kisses for Me\", Renju Unit 1976), Marie Myriam (\"L'oiseau et l'enfant\", Franza 1977), Johnny Logan (li rebaħ \"darbtejn\" għall-Irlanda; \"What's Another Year?\" fl-1980, u \"Hold Me Now\" fl-1987), Bucks Fizz (\"Making Your Mind Up\", Renju Unit 1981), u Nicole (\"Ein Bißchen Frieden\", Ġermanja 1982).", "Ħafna rebbieħa oħra jinkludu artisti magħrufa li rebħu l-Konkors f'nofs il-karriera, wara li kienu diġà stabilixxew ruħhom bħala artisti ta' suċċess.", "Xi artisti, madanakollu, spiċċaw biex għebew fl-oskurità, fejn għamlu ftit jew l-ebda impatt fuq ix-xena tal-mużika internazzjonali wara r-rebħa tagħhom.", "L-Irlanda żżomm ir-rekord għall-ikbar numru ta' rebħiet, hekk kif rebħet il-Festival total ta' seba' darbiet &mdash inklużi wkoll tliet darbiet wara xulxin bejn l-1992 u l-1994.", "Fit-tieni post insibu lir-Renju Unit, Franza u l-Lussemburgu b'total ta' ħames rebħiet kull wieħed.", "L-ewwl snin tal-Knkors raw ħafna rebħiet għall-pajjiżi \"tradizzjonali\" tal-Eurovision: Franza, l-Olanda u l-Lussemburgu.", "Madanakollu, is-suċċess ta' dawn il-pajjiżi naqas fis-snin riċenti: l-aħħar rebħa tal-Olanda tmur lura lejn l-1975, ta' Franza fl-1977 u tal-Lussemburgu fl-1983.", "L-aħħar darba li l-Lussemburgu daħal fil-festival kien fl-1993.", "L-ewwel snin tas-seklu 21 raw bħala rebbieħa pajjiżi li rebħu l-Konkors għall-ewwel darba, kemm minn pajjiżi \"ġodda\" u anki minn pajjiżi li kienu ilhom jieħdu sehem fil-Festival mingħajr ma kienu kisbu rebħa waħda.", "Kull sena mill-2001 sal-2008 irriżultat f'rebħiet għall-pajjiżi ġodda.", "Fl-2006, ir-rebbieħa kienet il-Finlandja li wara 45 sena ta' parteċipazzjoni rnexxielha tirbaħ l-ewwel titlu tagħha.", "L-Ukrajna min-naħa l-oħra ma kellhiex bżonn tistenna ħafna minħabba li fit-tieni parteċipazzjoni tagħha fl-2004, irnexxiela tirbaħ.", "Is-Serbja rebħet fl-ewwel sena li daħlet bħala pajjiż indipendenti (mhux mal-Montenegro), fl-2007.", "Sal-2009, il-pajjiż li l-aktar ipparteċipa mingħajr ma kiseb ebda rebħa hu l-Portugall.", "Huma daħlu l-ewwel darba fl-1964 u għadhom jistennew l-ewwel rebħa.", "Il-Konkors kien suġġett għall-kritika dwar kemm minħabba l-kontenut mużikali tiegħu u l-perċezzjoni li dan il-Festival hu aktar mibni fuq politika milli fuq il-mużika.", "Minħabba l-fatt li l-kanzunetti jitkantaw lil udjenza internazzjonali li lkoll għandhom gosti mużikali differenti, il-pajjiżi jippruvaw jagħmlu l-kanzunetti tagħhom applikabbli kemm jistgħu jkun għall-akbar numru ta' nies possibli biex ikunu jistgħu jiksbu l-massimu tal-voti, fejn il-maġġoranza tal-kanzunetti storikament kienu fuq ġeneru middle of the road pop.", "Kienu ftit il-kanzunetti li għamlu suċċess taħt xi forma ta' ġeneru ieħor, fejn din wasslet għal kritika li l-mużika f'dan il-Festival hi \"bubblegum pop\".", "Madanakollu, dan il-mudell tant stabbilit ġie miksur fl-2006 bir-rebħa tal-grupp hard rock Finlandiż Lordi.", "Minħabba li tkun serata viżwali, ħafna esebituri jippruvaw jattiraw l-attenzjoni tal-votanti permezz ta' mezzi oħra barra l-mużika.", "Il-Konkors ilu mħares bħala festival li hu influwenzat politikament, fejn il-ġurija — u issa l-votanti — jallokaw il-punti bbażati fuq ir-relazzjoni politika tal-pajjiż tagħhom mal-pajjiżi l-oħra, aktar milli fuq l-merti mużikali tal-kanzunetti.", "Skont analisi fuq il-votazzjoni juri biċ-ċar li fil-fatt ċerti pajjiżi jiffavurixxu pajjiżi oħra li huma politikament relatati.", "Difensuri ta' dan il-festival jargumentaw li r-raġuni minħabba li ċerti pajjiżi jallokaw il-punti milf għoljin lil oħrajn hu minħabba li n-nies ta' dawn il-pajjiżi jaqsmu gosti mużikali u kulturi simili u jitkellmu lingwi simili, u għalhekk hemm aktar iċ-ċans li japprezzaw il-mużika ta' xulxin: pereżempju, l-ispjegazzjoni tal-iskambju tat-tnax-il punt bejn il-Greċja u Ċipru (kull darba minn mindu bdiet il-votazzjoni popolari fl-1998, minbarra fl-edizzjoni tal-2009 fejn il-Greċja tat it-tnax-il punt lir-Renju Unit) hu minħabba li huma jaqsmu l-istess industrija mużikali u l-istess lingwa, u l-artisti li huma popolari f'pajjiżi huma popolari fin-nazzjon l-ieħor.", "Fattur influwenti ieħor hu l-proporzjon qawwi ta' espatrijati li jgħixu f'ċerti pajjiżi, ħafna drabi minħabba problemi politiċi riċenti.", "Minkejja li pajjiżi ma jistax jivvota għal pajjiżu, huwa possibbli għal nies espatrijati li jieħdu vantaġġ li jkunu jistgħu jivvutaw għal pajjiżhom waqt li jkunu qed jivvutaw minn pajjiż ieħor.", "Il-voti ta' pajjiżi b'popolazjonijiet kbar ta' nies li mhumiex tal-post, jistgħu jiġu influwenzati ħafna.", "Din kienet ir-raġuni li ġiet preżentata għall-votazzjoni bejn il-pajjiżi Balkaniċi li kienu jiffurmaw il-Jugożlavja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3755", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3755", "title": "Kolokolo", "text": ["Kolokolo", "Il-kolokolo (Dromiciops gliroides) jew kif isibuħ ukoll monito del monte li jfisser \"xadina żgħira tal-muntanji\", huwa mammiferu marsupjali karnivoru ta' l-Amerika t'isfel.", "Jinstab biss fuq il-muntanji bejn iċ-Ċili u l-Arġentina u jippreferi foresti umdi, partikolarment fejn jikber il-bambu jew qasab ċilen u huwa pjuttost komuni fl-arja ristretta li jgħix fiha.", "Il-kolokolo huwa marsupjal notturn u għandu abblità kbira biex jitla' mas-siġar fejn jgħinu ħafna denbu, imma jsibu komdu tant ieħor fuq l-art.", "Huwa għandu kapaċità li jakkumula riserva kbira ta' xaħam f'denbu, u fi żmien ġimgħa kapaċi jirdoppja l-piż ta' ġismu.", "Din ir-riserva tintuża matul il-ġranet kesħin tax-xitwa meta il-kolokolo jkun qiegħed fi stat ta' ibernazzjoni.", "Il-kolokolo huwa ftit akbar minn ġurdien, twil bejn 8 u 13-il cm, b'denb pjuttost oħxon fil-bidu, moderatament preħensili, ta' bejn wieħed u ieħor l-istess tul u jiżen bejn 17 u 31 gramma.", "Il-pil, qasir u folt fil-kanella b'xi ftit iswed fin-naħa ta' fuq għal mal-ġnub, ma' l-idejn u s-saqajn, b'xi tbajja fil-griż ċar 'l hemm u 'l hawn, b'wiċċu u żaqqu fil-bajdani.", "Il-kolokolo għandu par għajnejn kbar ftit imqabbżin 'il barra b'żewġt iċrieki suwed madwarhom u par widnejn qosra, żgħar u tondi.", "Il-parti l-kbira tad-dieta tal-kolokolo hija waħda karnivora, magħmulha minn insetti u annimali vertebrati żgħar, għalkemm ammont żgħir ta' frott jittiekel ukoll.", "It-tgħammir isir matul ir-rebbiegħa u fil-bidu tas-sajf.", "Wara biss ftit ġranet jitwieldu minn 1 sa 5 frieħ taħt forma ta' embrjuni żgħar ħafna, li jiġu miżmuma ġewwa marsupju żviluppat sew li jiflaħ massimu ta' 4.", "Dawn ikomplu jiżviluppaw fil-marsupju ta' l-omm u joħorġu biss wara ftit ġimgħat, meta jkunu kapaċi jżommu it-temperatura ta' ġisimhom stabli.", "Wara jkomplu jikbru ġo bejta fis-siġar li tkun lestiet l-omm minn qabel.", "Ftit ġranet biss wara il-frieħ jibdew iduru ma' l-omm imqabdin ma' daharha, dan sakemm jkunu kapaċi jżommu waħedhom fis-siġar.", "Il-kolokolo jilħqu l-maturità sesswali tagħhom fit-tieni sena ta' ħajja.", "Il-kolokolo jew monito del monte huwa l-uniku membru tal-familja Microbiotheriidae u l-unika speċi ħajja mill-ordni antik Microbiotheria, li ilu miż-żminijiet ta' l-Oligoċen u l-Mioċen ta' l-Amerika t'isfel.", "Għalkemm darba kien maħsub li huwa membru ta' l-ordni Didelphimorphia, ħafna evidenzi anatomiċi u ġenetiċi fi żmienijiet reċenti wasslu għall-konklużjoni li dan il-mammiferu marsupjali ċkejken ta' l-Amerika t'isfel huwa relatat l-aktar fil-qrib mal-marsupjali tal-kontinent Awstraljan.", "Huwa maħsub ukoll li l-antenati fil-bogħod tal-kolokolo, jew baqgħu fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel waqt li oħrajn daħlu fil-kontinent Antartiku w eventwalment f'dak Awstraljan matul iż-żmien li t-3 kontinenti kienu magħqudin f'kontinent wieħed bl-isem ta' Gondwana jew kienu parti mil-fawna marsupjali Awstraljana li reġgħu invadew lura il-kontinent ta' l-Amerika t'isfel.", "L-isem \"Dromiciops australis\" huwa sinonimu ta' \"Dromiciops gliroides\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3758", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3758", "title": "Microbiotheria", "text": ["Microbiotheria", "Microbiotheria huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, eżattament il-kolokolo jew monito del monte, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria u fis-superordni Australidelphia.", "Għandu familja waħda, il-Microbiotheriidae, ġeneru wieħed biss estanti (\"Dromiciops\") rappreżentat bi 3 speċijiet estanti.", "Din l-ordni flimkien ma' erba' ordnijiet oħra, id-Dasyuromorphia, in-Notoryctemorphia, il-Peramelemorphia u d-Diprotodontia, jiffurmaw is-superordni Australidelphia.", "† jindika estinzjoni"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3759", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3759", "title": "Alfabett", "text": ["Alfabett", "L-Alfabett jiġbor fih dawk l-ittri kollha li jintużaw biex tinkiteb il-lingwa ta' diversi pajjiżi.Fil-Malti nużaw b'kollox tletin ittra, li huma:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3802", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3802", "title": "Notoryctidae", "text": ["Notoryctidae", "Notoryctidae hija familja ta' mammiferi (it-talpi marsupjali), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Australidelphia, fl-ordni Notoryctemorphia, b' ġeneru 1 \"Notoryctes\", u b' 2 speċijiet ħajjin.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu talpa marsupjal)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3803", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3803", "title": "Talpa marsupjal", "text": ["Talpa marsupjal", "It-talpi marsupjali kif jgħid isimhom huma mammiferi marsupjali, pjuttost rari, ta' daqs żgħir, mifruxa mad-deżerti fil-Punent u fin-Nofs in-nhar ta' l-Awstralja.", "It-talpi marsupjali jqattgħu l-parti l-kbira ta' ħajjithom iħaffru taħt l-art imma għal kuntrarju tat-talpi ta' veru huma anqas subterranji u jitilgħu aktar ta' spiss fil-wiċċ.", "It-talpi marsupjali huma għomja, minn għajnejhom baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja fuq il-ġilda u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn.", "It-talpi marsupjali għandhom ġisimhom f'forma ċilindrika (tubu), rashom forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni, b'denb qasir ta' 2.6cm li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda.", "It-tul ta' dawn l-annimali hu ta' bejn 9cm u 18cm u jiżnu bejn 40 u 70 gramma.", "Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija.", "Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzjoni ta' dawn l-annimali.", "Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u fih jilqa' minn 1 sa massimu ta' 2 embrjuni kull darba.", "It-talpi marsupjali jipprovdu eżempju ċar ta' evoluzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi tad-deheb ta' l-Afrika.", "Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti it-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzjoni.", "Għal ħafna snin il-klassifikazjoni tagħhom fil-grupp tal-marsupjali kienet suġġett ta' dibattitu jaħraq.", "In-nuqqas ta' fossili ma kien xejn ta' għajnuna għal dan il-misteru u fuq il-bażi li t-talpi marsupjali kellhom ftit karatteristiċi komuni ma' kważi kull marsupjal ieħor, eventwalment ġew kompletament separati u klassifikati għalihom fl-ordni Notoryctemorphia.", "Studji molekulari kmieni fis-snin 80 urew li t-talpi marsupjali ma huma relatati fil-qrib ma' l-ebda marsupjal estant (ħaj) llum u deher ukoll li huma kienu qabdu minn kmieni triq separata għalihom fl-evoluzjoni, minn dik tal-bqija tal-marsupjali l-oħra minn ta' lanqas 50 miljun sena ilu.", "Madankollu morfoloġikament hemm ħjiel li jista jkun li t-talpi marsupjali huma relatati fil-bogħod mal-bandikuti.", "Fl-1985, fis-sejba kbira ta' depositi vasti ta' fossili f'Riversleigh fit-Tramuntana ta' Queensland instab fossilu ta' bejn 15 u 20 miljun sena \"Yalkaparidon coheni\" bil-molari bħal ta' talpa marsupjal, inċisivi qishom tad-diprotodonti u l-bażi tar-ras ta' skeletru simili ħafna ta' dik tal-bandikuti.", "Dawn il-fattizzi ma kienu bl-ebda mod identiċi bħal ta' l-ispeċi ħajjin, imma kien ċar li huma relatati jekk mhux saħansitra l-antenat dirett.", "Fiha nfisha, is-sejba ta' talpa marsupjal tal-Micene ma kinitx misteru kbir, għax bħall-forom moderni kienet diġa mgħammra b'xi adattazzjonijiet għall-ħajja taħt l-art fir-ramel tad-deżert, speċjalment l-idejn b'saħħithom ta' quddiem f'forma ta' pala.", "Minkejja dankollu, l-ambjent ta' madwar id-depositi fossili ta' Riversleigh dak iż-żmien xejn ma kien qisu dak ta' deżert, infatti fil-Miocene hemm kien foresta tax-xita tropikali.", "Suġġeriment minnhom kien li t-talpa marsupjal \"Yalkaparidon coheni\" kienet tuża dawk l-idejn biex tgħum, biss il-biċċa l-kbira jaħsbu li dawn kienu speċjalizzazjoni biex tħaffer qalb strat għoli ta' \"moss\", għeruq u weraq fuq wiċċ l-art tal-foresta tax-xita tropikali, u b'hekk, meta il-kontinent Awstraljan qabad bil-mod il-mod it-triq twila lejn id-deżertifikazjoni, it-talpi marsupjali kienu diġa mgħammra bl-għodda bażiċi li llum il-ġurnata jużaw biex iħaffru qalb ir-ramel tad-deżert fil-Punent ta' l-Awstralja.", "It-talpi marsupjali darba kienu kklassifikati fl-ordni Monotremata, illum il-ġurnata huwa magħruf li huma marsupjali u għaldaqstant ġew klassifikati f'ordni għalihom, in-Notoryctemorphia.", "Hemm 2 speċi ta' talpi marsupjali dik tat-Tramuntana u dik ta' Nofs in-nhar u dawn tant huma simili ta' xulxin li huwa diffiċli ħafna, jekk mhux impossibli biex wieħed jagħraf fuq il-post liema speċi tkun.", "Il-linja anċestrali ta' dawn it-talpi marsupjali tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sal-lum."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3830", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3830", "title": "Tubulidentata", "text": ["Tubulidentata", "It-Tubulidentata huwa ordni ta' mammiferi plaċentati, eżattament l-orikteropi jew il-ħnieżer tal-art.", "Għandu familja waħda, l-Orycteropodidae, b'ħames ġeneri \"Archaeorycteropus\" (estint), \"Leptorycteropus\" (estint), \"Myorycteropus\" (estint), \"Palaeorycteropus\" (estint), u \"Orycteropus\", bi speċi waħda biss ħajja.", "Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, il-Macroscelidea u l-Afrosorcida, jiffurmaw it-takson Afroinsectiphilia u dan tal-aħħar flimkien mat-takson Paenungulata jiffurmaw is-superordni Afrotheria."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3832", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3832", "title": "Proboscidea", "text": ["Proboscidea", "Proboscidea hija ordni ta' mammiferi planċentati, eżattament l-iljunfanti, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria, u fil-Klad Paenungulata.", "Din l-ordni tikkonsisti minn 8 familji, Numidotheriidae (estinta), Moeritheriidae (estinta), Barytheriidae (estinta), Deinotheriidae (estinta), Mammutidae (estinta), Gomphotheriidae (estinta), Stegodontidae (estinta), u Elephantidae.", "Minn bosta ġeneri li għandha l-ordni Proboscidea, illum fadal tnejn biss rappreżentati bi speċi ħajjin u dawn huma il-ġeneru \"Elephas\" (bi speċi waħda) u l-ġeneru \"Loxodonta\" (b'żewġ speċi).", "Din l-ordni flimkien ma' żewġ ordnijiet oħra, il-Hyracoidea u s-Sirenia, jiffurmaw il-Klad Paenungulata u dan tal-aħħar flimkien mal-Klad Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3833", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3833", "title": "Novial", "text": ["Novial", "Novial [\"nov-\", ġdid + \"IAL\", Ilsien Awżiljarju Internazzjonali huwa lsien ippjanat/mibni mill-Professur Otto Jespersen, lingwist Daniż li qabel kien involut fil-muviment Ido.", "Ħoloq in-Novial biex tkun Lingwa Awżiljari Internazzjonali, li tippermetti kommunikazzjoni u ħbiberija internazzjonali, mingħajr ma ħadd jiġi mċaħħad minn ilsien pajjiżu.", "Il-vokabularju hu bbażat ħafna fuq l-ilsna Ġermaniċi u Romantiċi u l-grammatika influenzata mill-Ingliż.", "In-Novial issemma l-ewwel darba fil-ktieb ta' Jespersen \"An International Language\" fl-1928, b'żieda fid-dizzjunarju tiegħu, \"Novial Lexike\", ippublikat sentejn wara.", "Ġew proposti aktar bidliet fis-snin 30 imma mal-mewt ta' Jespersen fl-1943, il-lingwa raqdet, għalkemm fis-snin 90 ħafna nies reġgħu skoprew in-Novial bil-qawmien fl-interess f'ilsna artifiċjali miġjub permezz tal-Internet."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3835", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3835", "title": "Hyracoidea", "text": ["Hyracoidea", "Hyracoidea hija ordni ta' mammiferi placentati, eżattament l-iraċi, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fis-superordni Afrotheria u fit-takson Paenungulata.", "Din l-ordni għadha rappreżentat minn familja waħda biss ħajja, Procaviidae, u minn tliet ġeneri \"Heterohyrax\", \"Procavia\" u \"Dendrohyrax\" u bi speċi ħajjin sa llum.", "Flimkien maż-żewġ ordnijiet oħra ta' Proboscidea u Sirenia, Hyracoidea jiffurmaw it-takson Paenungulata u dan tal-aħħar flimkien mat-takson Afroinsectiphilia jiffurmaw is-superordni Afrotheria.", "Hemm dibattitu jaħraq għaddej bejn il-mammoloġisti dwar kemm huma fin-numru l-ispeċi ta' iraċi.", "Bħalissa fil-biċċa l-kbira tal-klassifikazzjonijiet qegħdin jiġu imniżżla 4 speċi, iżda din hija waħda temporanja, għaliex hemm pressjoni kbira minn ħafna xjentisti biex tinġabar aktar informazzjoni u materjal biex issiru aktar testijiet ġenetiċi.", "Klassifikazzjoni skont \"Mammal Species of the World\" ta' Wilson D.E. u Reeder D.M. (it-3et edizzjoni):", "Klassifikazzjoni skont \"Walker's Mammals of the World\" ta' R. M. Novak (is-6 edizzjoni):", "Klassifikazzjoni alternattiva sal-1995:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3836", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3836", "title": "Metatheria", "text": ["Metatheria", "Metatheria hija infraklassi ta' mammiferi marsupjali, fil-klassi Mammalia u fis-sottoklassi Theria.", "Il-Metatheria tiġbor fiha żewġ superordnijiet l-Australidelphia u l-Ameridelphia u seba' ordnijiet li huma id-Didelphimorphia, il-Paucituberculata, il-Microbiotheria, id-Dasyuromorphia, il-Peramelemorphia, in-Notoryctemorphia, u d-Diprotodontia.", "Din l-infraklassi flimkien mal-Eutheria jiffurmaw is-sottoklassi Theria.", "Il-Metatheria tinkludi fiha l-ispeċij marsupjali kollha eżistenti, kemm dawk estinti kif ukoll dawk estanti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3837", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3837", "title": "Ġuvni", "text": ["Ġuvni", "Ġuvni hi kelma li ġejja mit-Taljan u tintuża biex tindika persuna maskili li għadha żgħira biex tissejjah raġel imma kbira biex tibqa' tissejjaħ tifel.", "L-aħjar kelma f'dan il-każ hi żagħżugħ.", "Ġuvni tista' tintuża wkoll biex tfisser raġel li għadu ma żżewwiġx.", "L-aħjar kelma f'dan il-każ hi għażeb."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3841", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3841", "title": "Imħabba", "text": ["Imħabba", "L-Imħabba tirrapreżenta grupp ta' emozzjonijiet u esperjenzi li jħoss il-bniedem, u li huma relatati mas-sens ta' affezzjoni u l-ġibda sesswali.", "Hemm tipi diversi ta' mħabba, insibu l-imħabba fraterna, li wieħed ikollu lejn ħutu stess, l-imħabba lejn il-ġenituri, lejn il-ħbieb, l-imħabba paterna/materna li raġel jew mara ikollhom lejn it-tfal tagħhom u l-\"Eros\", l-imħabba lejn ir-raġel/mara tal-persuna."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3845", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3845", "title": "Mewt", "text": ["Mewt", "Fuq ambitu bijoloġiku, il-mewt tista' tkun definita fin-negattiv, meta l-funzjonijiet vitali jieqfu jaħdmu u l-organiżmu jieqaf jgħix; it-tmiem tal-ħajja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3848", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3848", "title": "Eutheria", "text": ["Eutheria", "Eutheria (Placentalia f'uħud mil-klassifikazzjonijiet) hija infraklassi ta' mammiferi fil-klassi Mammalia u fis-sottoklassi Theria.", "Din tiġbor fiha erba' superordnijiet, u bejniethom għandhom 21 ordni b'rappreżentanti ħajjin.", "Din l-infraklassi flimkien mal-Metatheria jiffurmaw is-sottoklassi Theria.", "L-Eutheria tinkludi fiha kważi l-ispeċi plaċentati kollha eżistenti (l-eċċezzjoni huma il-bandikuti)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3853", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3853", "title": "Bill Gates", "text": ["Bill Gates", "\"Dan l-artiklu hu fuq wieħed mill-fundaturi ta' Microsoft.", "Għal persuni oħra ara Bill Gates (diżambigwazzjoni)\"", "William Henry Gates III (twieled fit-28 ta' Ottubru 1955 f'Seattle, Washington) hu fundatur flimkien ma' Paul Allen ta' Microsoft li tagħha Gates hu chairman.", "Hu wkoll il-fundatur ta' Corbis, kumpanija li tarkivja dokumenti diġitali.", "Fil-lista \"The World's Billionaires\" tal-magażin \"Forbes\" hu ġie mniżżel bħala l-iktar bniedem sinjur għal dawn l-aħħar tnax-il sena.", "Fis-sena 1999, ir-rikkezza u l-assi ta' Gates qabżu il-$100 biljun li b'hekk sar l-ewwel ċentibiljunarju (f'dollari amerikani).", "Skont il-magażin \"Forbes\" fis-sena 2006, Bill Gates jiswa $50 biljun."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3854", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3854", "title": "Ada Lovelace", "text": ["Ada Lovelace", "Augusta Ada King, kontessa ta' Lovelace (10 ta' Diċembru, 1815 – 27 ta' Novembru, 1852) hi prinċipalment magħrufa għax kitbet deskrizzjoni tal-magna proposta minn Charles Babbage.", "Hi wkoll kienet l-ewwel persuna li kitbet programm għal din il-magna u għaldaqstant hi meqjusa mill-istoriċi bħala l-ewwel persuna li kitbet programm tal-kompjuter."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3855", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3855", "title": "Paul Allen", "text": ["Paul Allen", "Paul Gardner Allen (mwieled il-21 ta' Jannar 21, 1953) hu negozjant American fundatur ma' Bill Gates tal-Microsoft.", "Hu wieħed mill-iktar nies sinjuri tad-dinja; fis-sena 2006 hu kien jiswa $22,7 biljun li $5 biljun minnhom hu fi stock ta' Microsoft.", "Hu chairman ta' Charter Communications u investitur fi Dreamworks Animation."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3859", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3859", "title": "Orikteropu", "text": ["Orikteropu", "L-orikteropu, oritteropu jew kif inhu magħruf ukoll ħanżir tal-art huwa mammiferu insettivoru ta' daqs medju, mifrux fil-kontinent Afrikan.", "Minkejja l-isem ħanżir tal-art, (terminu li ġej minn kelma olandiża Aardvarken \"aarde\" art u \"varken\" ħanżir), l-orikteropu mhux relatat mal-familja tal-ħnieżer u dan id-disgwid ta' termini u kliem ġara għax l-ewwel Ewropew li skoprieħ xebbaħ lill-orikteropu ma' ħanżir.", "L-aktar fattizz distintiv li jagħmel il-membri tat-Tubulidentata uniċi (kif jindika ukoll l-isem tal-ordni) huma s-snien.", "Dawn minflok m' huma magħmulin minn kavità mimlija bil-polpa tas-snien, magħmulin minn tubi rqaq ta' dentina mimlijin bil-polpa tas-snien u mwaħlin flimkien biċ-ċement.", "Is-snien m' għandhomx kisi ta' enamel u b'hekk jittieklu u jikbru il-ħin kollu.", "L-orikteropu jitwieled bis-snien ta' quddiem (jew inċisivi) u bin-nejbiet (jew kanini) tal-ħalib, biss dawn, la darba jaqgħu ma jerġgħux jitilgħu.", "Fl-orikteropu adult l-uniċi snien preżenti huma id-dras (jew molari) fuq in-naħa ta' wara tal-ħalq.", "L-orikteropu ftit li xejn jixbaħ lil-ħanżir.", "Dan il-mammiferu għandu ġisem robust, b' dahar mgħawweġ b' forma ta' arkata mill-għonq san-naħa ta' taħt id-dahar, b' denb oħxon ħafna fil-bażi li jidjieq gradwalment sakemm jispiċċa għall-ponta fit-tarf.", "Għonq qasir u oħxon, b'par widnejn sproporzjonalment twal, b'ras imġebbda fit-tul u b'wiċċ ċilindriku li jispiċċa ċatt fuq quddiem, b' 2 toqbiet tal-imnifsejn kbar (li jagħtuh sens ta' xamm żviluppat ħafna) u ħalq żgħir, b'forma tubulari, mgħammar b'ilsien twil tipikament ta' annimal li jiekol in-nemel u 4 saqajn b' saħħithom, moderatament twal, b' 4 swaba fuq ta' quddiem u 5 fuq ta' wara, b' difrejn b' forma ta' skalpel, uniċi qalb il-mammiferi.", "Il-piż ivarja bejn 40 kilogramm u 65 kilogramm u t-tul normalment ikun bejn 1 metru u 1.3 metri.", "Il-kulur tal-orikteropu huwa isfar fil-griż imma ħafna drabi jkun jagħti fil-kannella ħamrani minħabba l-ħamrija.", "Il-pil tal-orikteropu ma tantx huwa folt u l-protezzjoni ewlenija ta' dan il-mammiferu hija l-ġilda ħarxa, tant li kapaċi jorqod ġewwa bejta tan-nemel li jkun għadu kemm ikisser mingħajr l-ebda problema ta' xejn.", "Wara tqala jew gestazjoni ta' 7 xhur, jitwieled ferħ ta' bejn wieħed u ieħor 2 kilogrammi.", "Ġimgħatejn biss wara t-twelied dan jitlaq jimxi wara l-omm u 6 xhur wara jibda jħaffer il-bejta tiegħu taħt l-art, biss xorta jibqa' mal-omm sakemm jerġa' jasal l-istaġun tan-namra li jmiss.", "L-orikteropu magħruf li jgħix għal aktar minn 20 sena.", "L-orikteropu huwa mifrux ma' kważi l-Afrika kollha ta' taħt id-deżert tas-sahara u għalkemm ikkaċċat mill-bniedem għal-laħam u s-snien (li jintużaw bħala dekorazjoni) ma jidhirx mhedded.", "L-orikteropu huwa l-unika speċi ħajja tal-familja Orycteropodidae u tal-ordni Tubulidentata.", "Oriġinarjament l-orikteropu kien klassifikat fil-ġeneru tal-Wikkelin in-nemel tal-Amerika t' isfel minħabba xebħ superfiċjali, li l-lum il-ġurnata huwa magħruf li dan huwa r-risultat ta' evoluzzjoni konverġenti u mhux ta' antenat komuni.", "L-eqdem fossilu tat-Tubulidentata huwa miż-żmienijiet ta' kmieni fil-Mijoċen li ġew misjuba fil-Kenja.", "Uħud mill-ispeċijiet ta' dan l-ordni kienu mifruxa mal-Ewropa u mal-Asja ta' taħt matul iż-żmienijiet ta' tard fil-Mijoċen sa kmieni fil-Plijoċen.", "Minbarra il-ġeneru \"Orycteropus\", hemm 4 ġeneri oħra magħrufin fil-familja Orycteropodidae u dawn huma \"Archaeorycteropus\", \"Leptorycteropus\", \"Myorycteropus\", u \"Palaeorycteropus\".", "Fil-passat ġew ikklassifikati ħafna speċijiet ta' orikteropi, madankollu, t-tagħrif li għandna llum jindika li hemm speċi waħda biss \"Orycteropus afer\" bil-fuq minn 18-il sottospeċi, biss il-biċċa l-kbira ta' dawn huma meqjusin invalidi u m' humiex aċċettati."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3863", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3863", "title": "Barrakka t'Isfel", "text": ["Barrakka t'Isfel", "Il-Barrakka t'Isfel hu ġnien ġewwa l-Belt Valletta, fejn insibu monument sabiħ stil Grieg ta' Gvernatur ta' Malta ta' żmien l-Ingliżi.", "Kif ukoll tista' tara veduta sabiħa tal-Port il-Kbir u l-Kottonera."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3865", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3865", "title": "Batterija", "text": ["Batterija", "Batterija tista tirreferi għal:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3868", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3868", "title": "Francesco Laparelli", "text": ["Francesco Laparelli", "Francesco Laparelli kien perit Taljan li ddissinja l-pjanta tal-Belt Valletta.", "Meta Francesco Laparelli miet kompla jibni il-belt Ġlormu Cassar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3881", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3881", "title": "Orycteropus", "text": ["Orycteropus", "\"Orycteropus\" huwa ġeneru ta' mammiferi \"(l-orikteropi jew ħnieżer ta' l-art)\", fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Tubulidentata, fil-familja Orycteropodidae, ma' 4 ġeneri oħra \"Archaeorycteropus\" (estint), \"Leptorycteropus\" (estint), \"Myorycteropus\" (estint), u \"Palaeorycteropus\" (estint), b' ħafna speċi estinti u bi speċi waħda biss ħajja (Orikteropu).", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Orikteropu)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3885", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3885", "title": "Theria", "text": ["Theria", "Theria, hija sottoklassi ta' mammiferi, (il-plaċentati u l-marsupjali), fil-klassi Mammalia,b' 2 infraklassi (Metatheria u Eutheria), b' 6 superordnijiet (Ameridelphia, Australidelphia, Xenarthra, Afrotheria, Euarchontoglires, u Laurasiatheria), u b' 28 ordni (Didelphimorphia, Paucituberculata, Microbiotheria, Dasyuromorphia, Peramelemorphia, Notoryctemorphia, Diprotodontia, Pilosa, Cingulata, Afrosorcida, Macroscelidea, Tubulidentata, Hyracoidea, Proboscidea, Sirenia, Rodentia, Lagomorpha, Primates, Scandentia, Dermoptera, Soricomorpha, Erinaceomorpha, Chiroptera, Perissodactyla, Cetacea, Artiodactyla, Carnivora, Pholidotaa).", "Din is-sottoklassi flimkien ma' Prototheria jiffurmaw il-klassi Mammalia.", "It-Theria tinkludi fiha kważi l-ispeċi mammiferi kollha eżistenti (l-eċċezjoni huma il-monotremati).", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Metatheria u Eutheria)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3886", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3886", "title": "Xenarthra", "text": ["Xenarthra", "Xenarthra huwa superordni ta' mammiferi plaċentati, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, b'żewġ ordnijiet (Cingulata u Pilosa).", "Dan is-superordni flimkien ma' tliet superordnijiet oħra (Afrotheria, Euarchontoglires, u Laurasiatheria), jiffurmaw l-infraklassi Eutheria."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3887", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3887", "title": "Afrotheria", "text": ["Afrotheria", "Afrotheria huwa superordni ta' mammiferi plaċentati fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, b'sitt ordnijiet.", "Dan is-superordni flimkien ma' tliet superordnijiet oħra Euarchontoglires, Laurasiatheria, u Xenarthra, jiffurmaw l-infraklassi Eutheria."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3888", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3888", "title": "Euarchontoglires", "text": ["Euarchontoglires", "Euarchontoglires huwa superordni ta' mammiferi plaċentati bbażat fuq analiżi ta' sekwenzi ġenetiċi molekulari u fuq dati preżenti/assenti ta' retrotranspożji.", "Dan is-superordni qiegħed klassifikat, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria u fl-infraklassi Eutheria.", "Euarchontoglires jiġbor fih żewġ kladi u sitt ordnijiet.", "Dan is-superordni flimkien ma' tliet superordnijiet oħra Afrotheria, Laurasiatheria, u Xenarthra, jiffurmaw l-infraklassi Eutheria.", "L-Euarchontoglires probabbilment infired mis-superordni Laurasiatheria bejn 85 u 95 miljun sena ilu matul il-Kretaċju.", "Din l-ipoteżi hija sostnuta kemm minn fossili kif ukoll minn evidenza molekulari.", "\"Supraprimates\" huwa sinonimu jew l-istess bħal, u jirreferi, għas-superordni Euarchontoglires."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3889", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3889", "title": "Laurasiatheria", "text": ["Laurasiatheria", "Laurasiatheria huwa superordni ta' mammiferi plaċentati, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, bi 8 ordnijiet (Artiodactyla, Carnivora, Cetacea, Chiroptera, Erinaceomorpha, Perissodactyla, Pholidota, u Soricomorpha).", "Dan is-superordni flimkien ma' 3 superordnijiet oħra Afrotheria, Euarchontoglires, u Xenarthra, jiffurmaw l-infraklassi Eutheria."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3890", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3890", "title": "Talpa marsupjal ta' Nofsinhar", "text": ["Talpa marsupjal ta' Nofsinhar", "It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar \"Notoryctes typhlops\" jew kif inhi magħrufha ukoll itjaritjari, kif jgħid isimha hija mammiferu marsupjal rari, ta' daqs żgħir, mifrux mad-deżerti fin-Nofsinhar tal-Awstralja u hija 1 miż-2 speċijiet ta' talpi marsupjali.", "Minn studji reenti l-ispeċi \"Notoryctes typhlops\" turi li hija magħmula minn 2 sottospeċijiet, dik miċ-ċentru tal-Awstralja \"Notoyctes typhlops typhlops\" u dik minn Nofsinhar tal-istat Awstraljan ta' Nofsinhar \"Notoryctes typhlops ?\" li għad trid tingħata isem.", "It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar hija marsupjal karnivoru, attiv ħafna kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl.", "Il-biċċa i-kbira tad-dieta tikkonsisti minn larvae u pupae ta' insetti tad-deżert, għalkemm rettili u annimali vertebrati żgħar oħra jiġu ikkunsmati wkoll.", "It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari, hija mammiferu għami, u mill-għajnejn baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn.", "Dan il-marsupjal għandu ġismu b'forma ċilindrika (tubu) b'tul massimu ta' 18ċm, ras forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni, b'denb qasir ta' 2.6cm jew inqas li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda.", "Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija.", "It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar hija l-akbar speċi fost it-tnejn li jeżistu u d-daqs apparti l-lokalità huwa fattur determinanti biex wieħed jagħraf l-ispeċijiet, dan minħabba li huma simili ħafna ta' xulxin.", "Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzzjoni ta' dawn l-annimali.", "Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u huwa maqsum fi 2 u f'kull parti hemm beżżula 1 , fih jilqa' massimu ta' 2 embrjuni kull darba.", "It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari tipprovdi eżempju ċar ta' evoluzzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi dehbin tal- kontinent Afrikaan.", "Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti it-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzzjoni.", "Il-linja anċestrali ta' dan il-marsupjal tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sal-lum."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3901", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3901", "title": "Brimba", "text": ["Brimba", "Il-brimb huma predaturi invertebrati bi tmien saqajn, b'ġisem maqsum fi tnejn, mingħajr apparat ta' tagħmid fil-ħalq u mingħajr ġwienaħ.", "Huma jinsabu ikklassifikati fl-ordni Araneae, wieħed mill-ħafna ordnijiet fi ħdan il-klassi l-kbira tal-Araknidi, grupp li jinkludi ukoll lill-iskorpjuni fost oħrajn.", "L-istudju tal-brimb huwa magħruf bħala l-Araknoloġija.", "Il-brimb kollu jipproduċi l-ħarir, li huwa proteina irqiqa u b'saħħitha, li toħroġ bħala ħajta minn apparat speċjali fin-naħa t'isfel tal-abdome (żaqq).", "Ħafna speċi ta' brimb jużaw dan il-ħarir sabiex jagħmlu l-għanqbuta tagħhom ħalli b'hekk ikunu jistgħu jaqbdu insetti oħra għall-ikel, iżda nsibu brimb ieħor li huwa kapaċi jikkaċċja għall-ikel b'mod ħieles, mingħajr l-użu tal-għanqbuta.", "Il-ħarir jintuża wkoll sabiex il-brimb ikun jista' jitla' ma' superfiċi għoljin, biex jikkrea ħitan lixxi fejn ikun jista' jqiegħed il-bejta, biex jibnu l-boroż għall-bajd, biex iżomm l-isperma, u biex jorbot il-preda, fost ħafna użi oħrajn.", "Huma 150 speċi ta' brimb biss (fil-familji Uloboridae u Holarchaeidae, u fis-subordni Mesothelae), li jistgħu jinġettaw il-velenu għall-protezzjoni tagħhom stess jonkella biex joqtlu u jħollu l-preda.", "Xi 200 speċi biss, iżda, għandhom gdim li jista' jikkawża problemi ta' saħħa fil-bniedem.", "Ħafna gidmiet ta' brimb jista' jikkawża l-uġigħ, imma fl-aħħar mill-aħħar dan il-gdim ma jwassalx għal sitwazzjonijiet fatali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3902", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3902", "title": "Serp", "text": ["Serp", "Is-sriep huma rettili tas-subordni Serpentes.", "Bħal kull rettilu ieħor, is-sriep huma miksija bil-qxur.", "Is-sriep kollha huma karnivori, u jintgħardu mill-gremxul mingħajr saqajn minħabba n-nuqqas ta' kapep ta' l-għajnejn, saqajn u widnejn esterni.", "Jeżistu iktar minn 2,700 speċi differenti ta' sriep, mifruxa ma' kull kontinent minbarra l-Antartika, u jvarjaw ħafnaa fid-daqs: minn dawk żgħar madwar 10 ċm bħas-serp spaga, sal-pituni u l-anakondi li jafu jikbru sa 9m (30 pied).", "Sabiex jakkomodaw l-iġsma rqaq tal-isriep, l-organi interni li jkunu f'pari (bħal ngħidu aħna, il-kliewi), jinsabu waħda 'l quddiem u l-oħra wara, minflok maġenb xulxin, kif jiġri per eżempju, fil-bniedem.", "Is-serp huwa wieħed mill-iktar annimali li jbażża' għax ftit hawn tagħrif dwar is-sriep.", "Filwaqt li ħafna speċji jafu jkunu perikolużi għall-bniedem jekk maltrattati, fir-realtà, fis-sena ħafna iktar nies imutu b'laqtiet ta' sajjetta milli gdim tas-sriep.", "Filwaqt li s-sriep velenużi huma biss minoranza tal-ispeċji kollha (madwar 300 għandhom gidma velenuża), hemm biss madwar 50 speċje ta' serp li huma perikolużi għall-bniedem; madwar 40,000 mewt fis-sena imutu b'kawża tas-sriep.", "Is-sriep tal-baħar huma iktar perikolużi minn dawk ta' l-art.", "Il-velenu tas-sriep jintuża primarjament sabiex joqtol jew irażżan il-priża, u mhux għad-difiża personali.", "Is-sriep setgħu evolvew mill-gremxul li adattaw u tagħlmu jħaffru fl-art, fil-Perjodu Kretaċju (ċ 150 Ma), avolja ħafna xjenzati jissuġġerixxu li s-sriep oriġinaw mill-baħar.", "Id-diversità tas-sriep moderni tfaċċat fil-perjodu Paljoċeniku (ċ 66 sa 56 Ma)", "Is-sriep m'għandhomx widnejn, imma 'jisimgħu' mis-sens tal-ħass billi jħossu l-vibrazzjonijiet tal-art.", "Ix-xedaq tagħhom mhux magħqud mal-bqija tar-ras u jista' jinfetaħ biex jibilgħu xi ħaġa li hi ħafna ikbar minn rashom.", "L-itqal serp mis-sriep kollha hu l-Anakonda, li jaf jiżen 'il fuq minn 225kg."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3903", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3903", "title": "Procaviidae", "text": ["Procaviidae", "Procaviidae hija familja ta' mammiferi plaċentati (l-iraċi), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Hyracoidea, b'erba' ġeneri u b'erba' speċi ħajjin, għalkemm dwar dan hemm dibattitu jaħraq għaddej bejn il-mammoloġisti.", "Bħalissa fil-biċċa l-kbira tal-klassifikazjonijiet qegħdin jiġu imniżżla 4 speċi, iżda din hija waħda temporanja, għaliex hemm pressjoni kbira minn ħafna xjentisti biex tinġabar aktar informazjoni u materjal biex issiru aktar testijiet ġenetiċi biex tissolva din il-kwistjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3904", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3904", "title": "Dendrohyrax", "text": ["Dendrohyrax", "\"Dendrohyrax\" huwa ġeneru ta' mammiferi plaċentati (l-iraċi), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Hyracoidea, fil-familja Procaviidae ma' 2 ġeneri oħra (\"Heterohyrax\" u \"Procavia\") u b' 2 speċi ħajjin.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Iraċ)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3905", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3905", "title": "Heterohyrax", "text": ["Heterohyrax", "Heterohyrax huwa ġeneru ta' mammiferi fil-klassi Mammalia, u fil-familja Procaviidae ma' żewġ ġeneri oħra u bi speċi waħda biss ħajja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3911", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3911", "title": "Dugongidae", "text": ["Dugongidae", "Dugongidae hija familja ta' mammiferi placentati (il-baqar tal-baħar), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Sirenia, bi 3 sottofamilji (Dugonginae, Halitheriinae estinta u Hydrodamalinae estinta), bil- ġeneru \"Dugong\" biss rappreżentat, bi speċi 1 biss ħajja.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Baqra tal-baħar)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3913", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3913", "title": "Dugonginae", "text": ["Dugonginae", "Dugonginae hija sottofamilja ta' mammiferi plaċentati (id-dugongi), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Sirenia, fil-familja Dugongidae ma' 2 sottofamilji oħra (Hydrodamalinae u Halitheriinae) li llum il-ġurnata it-2 estinti, bil-ġeneru \"Dugong\" biss rappreżentat, bi speċi 1 ħajja.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Baqra tal-baħar jew Dugongu)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3914", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3914", "title": "Hydrodamalinae", "text": ["Hydrodamalinae", "Hydrodamalinae hija sottofamilja ta' mammiferi plaċentati (il-baqar tal-baħar) (estinti), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Sirenia, fil-familja Dugongidae ma' 2 sottofamilji oħra (Dugonginae u Halitheriinae), b' 2 ġeneri \"Dusisiren\" u \"Hydrodamalis\", bl'ebda speċi ħajja.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Baqra tal-baħar jew baqra tal-baħar ta' Steller)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3915", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3915", "title": "Lamantin", "text": ["Lamantin", "Il-lamantini huma mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, magħrufa wkoll bħala l-baqar tal-baħar jew bl-isem ta' \"manati\" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser \"sider\" ta' mara.", "Il-familja tal-lamantini (Trichechidae) hija differenti mill-familja tad-dugongi (Dugongidae), fil-morfoloġija tar-ras u l-forma tad-denb.", "Id-dugongi għandhom denbhom f'forma ta' furkun maqsum f'żewġ partijiet, simili ħafna għal dak tal-baleni u d-dniefel waqt li tal-lamantini għandu l-forma tonda ta' moqdief jew pala.", "Dawn huma mammiferi erbivori kbar li jiżnu bejn 350kg u 1000kg, li jqattgħu nofs il-ġurnata reqdin fl-ilma u jitilgħu fil-wiċċ biex jieħdu n-nifs kull ftit inqas minn 20 minuta u l-biċċa l-kbira tal-bqija tal-ħin jirgħu fl-ilma baxx.", "Il-Lamantin tal-Karibew (\"Trichechus manatus\") huwa mifrux mal-kosta u x-xmajjar fil-golf tal-Messiku.", "Il-Lamantin Amazoniku (\"Trichechus inunguis\"), kif jgħid ismu, hu mifrux fix-xmajjar tal-Amazonja u l-Lamantin Afrikan (\"Trichechus senegalensis\") jinsab mifrux mal-kosta u x-xmajjar tal-pajjiżi fil-Punent tal-Afrika.", "Il-lamantini huma mammiferi li jieklu 'l fuq minn 60 speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma.", "Lamantin adult normalment jiekol bejn 8% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.", "It-\"Trichechus manatus\" huwa magħruf ukoll li ġieli kiel xi ħut mix-xbieki tas-sajd."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3918", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3918", "title": "Dugongu", "text": ["Dugongu", "Id-dugongu (\"Dugong dugon\") huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-baħar u huwa l-iżgħar speċi fost il-baqar tal-baħar fl-ordni Sirenia (li jinkludi fih il-lamantini u l-baqra tal-baħar ta' Steller).", "L-adulti ġeneralment ma jikbrux aktar min 3 metri.", "L-isem \"dugongu\" ġej mil-malajan eżattament mil-kelma \"duyung\" li tfisser mara tal-baħar jew sirena.", "Id-dugongu huwa wieħed mill-ftit mammiferi tal-baħar li huma erbivori u d-dieta tikkonsisti kompletament minn veġetazzjoni u ħaxix tal-baħar.", "Għalkemm darba d-dugongu kien mifrux mal-Paċifiku tropikali ta' Nofs in-nhar u ma' l-oċean Indjan kollu, l-popolazzjonijiet naqsu ħafna fin-numru.", "Gruppi kbar ta' 10,000 għadhom jinstabu biss madwar il-Great Barrier Reef u Shark bay fl-Awstralja u fl-istrett ta' Torres fin-Nofs in-nhar ta' New Guinea.", "Qabel l-1970, huwa maħsub li gruppi ta' dan id-daqs kienu jeżistu wkoll fil-Mozambik u mal-kosta tal-Kenja, fejn issa n-numru naqas drastikament u f'Palaw baqa' popolazzjoni żgħira oħra wkoll.", "Numru żgħir ta' dugongi jistabu fl-istretti ta' Ġoħor li jifirdu lill-Ġoħor fil-Malasja minn Singapor u fil-Filippini fil-provinċi ta' Palaw, Romblon, Gujmaras, u Davaw Orjentali u fil-Baħar l-Aħmar viċin l-Eġittu.", "Il-bajja ta' Moreton, hija bajja kbira fil-kosta tal-Lvant ta' l-Awstralja.", "Din il-bajja hija waħda mill-ħafna postijiet li jservu ta' protezzjoni għad-dugongu minn klieb il-baħar kbar fejn l-ilma mhux fond, nadif ħafna u b'veġetazzjoni addattata w abbondanti.", "Din l-arja ta' 'l fuq minn 200km hija mportanti ħafna għall-futur ta' dan il-mammiferu, minn hawn din l-ispeċi tista' tiġi studjata faċilment u b'hekk tkun tista' tingħatha protezzjoni aħjar.", "Id-dugongi li hemm fil-Golf Persiku ġew irrapurtati li kienu f'periklu akbar minħabba l-konflitti li kien hemm bejn l-Istati Uniti u l-Iraq, fejn matul il-gwerrer kwantita kbira ta' żejt infirxet mal-golf.", "L-istat attwali tal-popolazzjoni tad-dugongi fil-Golf Persiku mhux magħruf."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3926", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3926", "title": "Lamantin Afrikan", "text": ["Lamantin Afrikan", "Il-Lamantin Afrikan huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru \"Trichechus\" magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' \"manati\" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser \"sider\" ta' mara.", "Dan il-lamantin ftit li xejn ġie studjat u b'hekk ma tantx hemm tagħrif dwaru.", "Il-lamantin Afrikan għandu ġilda griża u bħala kobor huwa l-mezzan fost it-3 speċi li jeżistu, twil minn 3 metri sa 4.5 metri u jiżen massimu ta' ftit inqas minn 500kilogramm.", "Dan il-lamantin minbarra huwa simili ħafna tal-lamantin tal-Karibew ħlief mid-daqs, fejn normalment il-lamantin tal-Karibew jiżen id-doppju u jidher ħafna eħxen.", "Il-Lamantin Afrikan huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' pjanti u huwa l-aktar speċi ta' lamantin li jiekol veġetazzjoni li mhix tal-ilma.", "Lamantin adult normalment jiekol madwar 10% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.", "Il-Lamantin Afrikan (\"Trichechus senegalensis\") huwa mifrux mal-kosta u max-xmajjar fil-Punent tal-Afrika fil-pajjiżi bħall-Angola, Benin, Burkina Faso, Ċad, Gabon, Gambja, Gana, Gwineja, Gwineja Ekwatorjali, Gwineja-Bissau, Kamerun, Kosta tal-Avorju, Liberja, Mali, Mawritanja, Niġer, Niġerja, Reppublika Demokratika tal-Kongo, Senegal, Sierra Leone u Togo.", "Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla għal ewwel nifs waħdu mingħajr l'ebda għajnuna min naħa tal-omm.", "Dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snien, rata ta' riproduzjoni verament baxxa.", "Il-maturita sesswali fin-nisa tista tintlaħħaq kmieni fl-eta ta' 3 snien biss waqt li fl-irġiel tieħu aktar żmien.Il-lamantin Afrikan huwa maħsub li jgħix madwar it-30 sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3928", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3928", "title": "Iljun", "text": ["Iljun", "L-Iljuni (\"Panthera leo\") huma membri tal-familja Felidae.", "L-iljuni irġiel kbar jiżnu 250 kg u huma t-tieni l-ikbar qtates ħajjin wara t-tigri.", "Huma l-uniċi f'din il-familja li jgħixu u jikkaċċjaw fi grupp.", "Grupp kbir ta' ljuni jikkonsisti minn leonessi u t-tfal tagħhom, b'wieħed jew żewġt irġiel.", "Ġeneralment, hi l-leonessa li tikkaċċja, imma wara li dak l-annimal ikkaċċjat jiġi maqtul, l-iljuni rġiel jieklu l-ewwel, wara l-leonessi u t-tfal l-aħħar.", "Illum l-ġurnata ssib l-iljuni li jgħixu fil-ħajja naturali selvaġġa tagħhom fl-Afrika tal-Lvant u f'parti mill-Indja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3930", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3930", "title": "Qattus", "text": ["Qattus", "Il-Qtates jiġu mill-istess familja tal-iljuni u t-tigri.", "Iżjed minn 4,000 sena ilu, fl-Eġittu tal-Qedem, il-qtates kienu jitqiesu allat.", "In-nies kienu jiġu kkastigati jekk jagħmlu xi att ħażin fuq xi qattus.", "Meta qattus kien imut, kien jiġi rrumblat fi-ħwawar u biċċa drapp speċjali, b'hekk jiġu forma ta' mumja u jagħmlulhom funeral pubbliku.", "Madwar 100 sena ilu f'post fl-Eġittu nstabu madwar 300,000 mumja tal-qtates.", "Il-qtates li nżommu illum f'darna huma dixxendenti minn dawk il-qtates allat.", "Insibu diversi qtates differenti fosthom, il-qtates Persjani, bis-suf twil, il-qtates Sijamiżi, b'suf veru qasir u b'vuċi b'saħħitha, u l-qtates Manx, li m'għandhomx denb.", "Iżda kollha għandhom vista tajba, l-iktar fid-dlam, u dwiefer twal u jaqtgħu.", "Id-dwiefer tal-qtates għandhom partikularità, dik li ma jkunux dejjem jidhru.", "Il-qtates infatti kapaċi jiġbdu difrejhom 'l ġewwa fil-laħam permezz ta' muskoli apposta u joħorġuhom biss meta jridu jużawhom.", "Xi ħaga interessanti fuq il-qtates hija li meta l-bniedem joqgħod imellishom jew ifissidhom, il-bniedem ikollu inqas ċans li jaqbdu attakk tal-qalb."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3931", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3931", "title": "Lamantin Amazoniku", "text": ["Lamantin Amazoniku", "Il-Lamantin Amazoniku huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru \"Trichechus\" magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' \"manati\" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser \"sider\" ta' mara.", "Il-lamantin Amazoniku għandu ġilda skura lewn il-kannella fl-iswed u huwa l-iżgħar u l-irqaq fost it-3 speċi li jeżistu, b'tul massimu ta' 2.8 metri u jiżen minn 350 kilogramm sa 500 kilogramm.", "Dan il-lamantin faċilment jintgħaraf mit-2 l-oħra bin-nuqqas ta' dwiefer fuq l-idejn ta' quddiem (infatti l-isem latin ta' dan il-mammiferu \"T.inunguis\" ifisser eżattament \"bla dwiefer\") u mit-teba kbira bajdanija fir-roża fuq iż-żaqq li l-lamantini l-oħra ma għandhomx.", "Il-Lamantin Amazoniku huwa mammiferu erbivoru magħmar esklużivament bi snien uniċi fost il-mammiferi, dawn jiġu mibdula l-ħin kollu b'numru infinit tul ħajtu kollha.", "Id-dras ġodda jikbru fuq in-naħa ta' wara tal-ħalq u jinbuttaw dejjem 'il quddiem sakemm jieħdu post is-snien qodma fuq quddiem.", "Dan il-mammiferu jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma.", "Lamantin Amazoniku adult fl-istaġun tax-xita normalment jiekol sa 8% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum, waqt li fl-istaġun ix-xott minħabba nuqqas ta' veġetazjoni dan ikollu ma jiekolx għal ġimgħat sħaħ.", "Madankollu l-lamantin għandu depożiti kbar ta' xaħam u metaboliżmu baxx ħafna (terz ta' mammiferi oħra ta' l-istess daqs) li jżommuh ħaj sakemm is-sitwazzjoni tiġi għan-normal.", "Il-Lamantin Amazoniku \"Trichechus inunguis\" kif jgħid l-isem komuni, mifrux f'bosta xmajjar b-ilma kalm fil-foresta Amazonika tal-Brażil, Kolombja, Ekwador, Gujana u Peru.", "Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor jieħu il-fuq minn 3 snien u nofs, rata ta' riproduzjoni verament baxxa.", "Il-maturita sesswali tintlaħħaq fl-eta ta' bejn 5 u 6 snien pero kemm hi twila il-ħajja ta' lamantin Amazoniku għadhu mhux magħruf."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3933", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3933", "title": "Lingwa Taljana", "text": ["Lingwa Taljana", "It-Taljan (, jew \"lingua italiana\") hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 60 miljun ruħ fl-Italja, u minn total ta' 120 miljun madwar id-dinja.", "Fl-Iżvizzera, it-Taljan huwa wieħed mill-erba' lingwi uffiċjali tal-pajjiż.", "Huwa hu wkoll il-lingwa uffiċjali ta' San Marino, kif ukoll il-lingwa primarja tal-Belt tal-Vatikan.", "Sal-1934 kien ukoll il-lingwa uffiċjali ta' Malta.", "It-Taljan standard, adottat mill-istat wara l-unifikazzjoni tal-Taljan, huwa bbażat fuq it-Toskan (partikularment fuq id-djaletti tal-belt ta' Firenze) u hu intermedjarju bejn il-lingwi Italo-Oċċidentali tan-Nofsinhar u l-lingwi Gallo-Romanzi tat-Tramuntana tal-Italja.", "L-iżvilupp tiegħu kien ukoll influwenzat minn djaletti oħra Taljani u mil-lingwa Ġermaniża tal-invażuri post-Rumani.", "Fuq sfond dijakroniku, it-Taljan ġej mil-Latin u hu l-eqreb lingwa għal-Latin.", "B'differenza minn lingwi Rumanzi oħra, it-Taljan żamm il-kuntrast bejn il-konsonanti żgħar u twal li kienu jeżistu fil-Latin.", "Bħal lingwi Rumanzi oħra, l-aċċent fuq il-kliem huwa distintiv.", "Partikularment, fost il-lingwi Rumanzi, it-Taljan huwa meqjus bħala l-eqreb lejn il-Latin f'termini ta' lessiku.", "Is-similarità fil-vokabularju hi ta' 89% mal-Franċiż, 87% mal-Katalan, 85% mas-Sard, 78% mar-Reto-Rumanz u 77% mar-Rumen.", "Ħafna Maltin jifhmu u jitkellmu t-Taljan ħabba l-programmi televiżivi jew għax jistudjawh l-iskola u l-università.", "Sal-1934 kien l-ilsien uffiċjali ta' Malta, sakemm ħadulu postu l-Malti u l-Ingliż.", "L-Ilsien Malti għandu għeruq semitiċi imma biż-żmien ħa ħafna kliem mill-Isqalli Medjovali u mit-Taljan.", "Fost l-iktar kategoriji ta' kliem li ġew mit-Taljan insibu:", "1.", "Arti: pittur, tila, kapulavur, kompożizzjoni, kjaroskur, abbozz, pinzell, skultur, mudell, perspettiva, eċċ. 2.", "Mużika: opra, sopran, tenur, pjanu, sonata, orkestra, vjolin, sinfonija, kompożitur, kor, eċċ.", "3.", "Letteratura: novella, rumanz, ballata, dramm, eleġija, epika, narrativa, metafora, sunett, lirika, eċċ.", "4.", "Knisja: saċerdot, navi, sagristija, koppla, abbati, ostja, liturġija, vespri, altar, fratellanza, eċċ.", "5.", "Mediċina: ingwent, siringa, operazzjoni, anatomija, infermier, mistura, professur, terapija, garza, loppju, eċċ.", "6.", "Liġi: avukat, awla, libell, rikors, kawża, maġistrat, ġurat, prokuratur, proċess, appell, eċċ.", "7.", "Politika: elezzjoni, kandidat, distrett, parlament, propaganda, ministru, partit, tessera, manifest, oppożizzjoni, gvern, eċċ.", "8.", "Ħajja Urbana: palazz, funtana, qorti, teatru, mużew, lukanda, università, bibljoteka, pjazza, każin, eċċ.", "9.", "Navigazzjoni: barkun, ankra, pruwa, poppa, vapur, ammirall, flotta, skuna, frejgata, karavella, eċċ.", "10.", "Xjenza: ċellola, atomu, simmetrija, mikroskopju, laboratorju, fiżika, termometru, matematika, kimika, mikrobu, eċċ.", "11.", "Ilbies: ingravata, kappell, mantell, ingwanti, kalzetti, pavru, inforra, ċintorin, beritta, xalla, eċċ.", "12.", "Skola/Uffiċċju: segretarja, reġistru, skrivanija, nota, pitazz, gomma, riga, taljakarti, klassi, surmast, eċċ.", "13.", "Militar: kavallerija, kapural, armata, gwerra, bumbardament, kanun, ġeneral, battalja, artillerija, suldat, eċċ.", "14.", "Snajja': barbier, induratur, arġentier, tnalja, martell, ċana, morsa, tavla, bronż, stann, skalpell, eċċ.", "15.", "Oġġetti tad-dar: purtiera, tapit, tvalja, antiporta, armarju, banju, finestrun, tavolina, pultruna, gwardarobba, eċċ.", "16.", "Ikel: pizza, minestra, soppa, insalata, gallettini, torta, biskuttini, vitella, ċanga, balbuljata, spagetti, eċċ.", "17.", "Arkitettura: perit, kolonna, arkata, pedament, intrata, balavostra, kuritur, loġġa, sala, pjanta, eċċ.", "18.", "Frott, Siġar, Fjuri, Pjanti: freżja, prinjol, ċipress, mandolin, bambinella, margeriti, gladjoli, tulipan, arbuxxell, eċċ.", "19.", "Annimali: iljunfant, tigra, ġiraffa, lupu, iljun, ċerv, ċerna, pixxispad, ajkla, melvizz, eċċ.", "20.", "Ambjent Naturali: vulkan, xmara, bosk, peniżola, kaskata, arċipelagu, muntanja, foresta, oażi, kontinent, eċċ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3939", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3939", "title": "Szczecin", "text": ["Szczecin", "Szczecin, (Ġermaniż: \"Stettin\") hija belt tar-reġjun storiku tal-Pomeranja ta' fuq fil-majistral tal-Polonja u tinsab fuq ix-xmara Odra.", "Szczecin hija l-kapitali tar-reġjun amministrativ u lokali, imsejjaħ \"vojvodja tal-Pomeranja tallPunent\" minn 1999, li qabel kienet il-kapitali tal-vojvodja ta' Szczecin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3940", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3940", "title": "Lamantin tal-Karibew", "text": ["Lamantin tal-Karibew", "Il-Lamantin tal-Karibew (\"Trichechus manatus\") huwa wieħed minn tliet speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru \"Trichechus\".", "Dan il-lamantin huwa l-aktar speċi li ġiet studjata fost it-tlieta li jeżistu.", "Il-Lamantin tal-Karibew għandu ġilda griża fil-kannella ċar u bħala kobor huwa l-akbar fost it-tliet speċi ta' lamantini, twil minn 3.5 metri sa 4.6 metri u jiżen bejn 500kg sa aktar minn 1500kg.", "Dan il-lamantin minn barra huwa simili ħafna tal-Lamantin Afrikan, wieħed mill-ftit fatturi li jista' jgħin fl-identifikazzjoni, apparti ovvjament il-lokalità, huwa d-daqs, għax normalment il-Lamantin tal-Karibew jiżen 'il fuq mid-doppju u jidher ħafna eħxen minn dak Afrikan.", "Hemm żewġ sottospeċi ta' dan il-Lamantin: dik ta' Florida \"T.manatus latirostris\" u dik tal-Antilli \"T.manatus manatus\" u minn barra jidhru totalment identiċi.", "Il-Lamantin tal-Karibew huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma.", "Lamantin adult normalment jiekol bejn 10% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.", "It-\"Trichechus manatus\" huwa mifrux mal-kosta, xmajjar u ibħra fil-Karibew fil-pajjiżi bħall-Baħamas, il-Beliże, il-Brażil, il-Ġamajka, il-Gujana, il-Gujana Franċiża, il-Gwatemala, il-Ħaiti, il-Ħonduras, il-Kolombja, il-Kosta Rika, il-Kuba, il-Messiku, il-Nikaragwa, il-Panama, l-Istati Uniti, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago u l-Veneżwela.", "Għoġol wieħed (rarament tnejn) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 12-il xahar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla' għall-ewwel nifs waħdu mingħajr l-ebda għajnuna min-naħa tal-omm.", "Dan jibqa' dipendenti fuq l-omm għal madwar sentejn, b'hekk iż-żmien bejn it-twelid ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snin, rata ta' riproduzzjoni baxxa.", "Il-maturità sesswali fin-nisa tista' tintlaħaq fl-età żgħira ta' bejn 3 u 4 snin waqt li fl-irġiel tintlaħaq bejn 9 u 10 snin.", "Il-Lamantin tal-Karibew jista' jgħix bejn wieħed u ieħor sa 60 sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3947", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3947", "title": "Polydolopimorphia", "text": ["Polydolopimorphia", "Polydolopimorphia huwa sottordni estint, ta' mammiferi marsupjali, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Ameridelphia, fl-ordni Paucituberculata, b' 2 infrordijiet Polydolopoidea u Simpsonitheria, b' bosta superfamilji, familji u ġeneri estinti, mingħajr l-ebda speċi ħajja.", "Dan is-sottordni miljuni ta' snin ilu kien rappreżentat b'ħafna ġeneri u speċi.", "Polydolopimorphia flimkien ma' sottordni ieħor, il-Caenolestoidea, jiffurmaw l-ordni Paucituberculata."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3950", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3950", "title": "19 ta' Marzu", "text": ["19 ta' Marzu", "Jum il-Missier f' Spanja, il-Portugall, u l-Belġju", "Il-Festa ta' San Ġużepp ta' Nażarett, l-għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija u l-patrun tal-mastrudaxxi u l-Belġju."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3955", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3955", "title": "Tupaja ta' Madras", "text": ["Tupaja ta' Madras", "It-Tupaja ta' Madras (\"Anathana ellioti\") huwa mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir monotipiku (l-unika speċi fil-ġeneru \"Anathana\")."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3958", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3958", "title": "Tupaja tat-Tramuntana", "text": ["Tupaja tat-Tramuntana", "It-Tupaja tat-Tramuntana (\"Tupaia belangeri\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3961", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3961", "title": "Tupaja l-kbir", "text": ["Tupaja l-kbir", "It-Tupaja l-kbir (\"Tupaia tana\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat fl-[ordni Scandentia."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3963", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3963", "title": "Tupaja ħamrani", "text": ["Tupaja ħamrani", "It-Tupaja ħamrani (\"Tupaia splendidula\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir fl-ordni Scandentia."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3968", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3968", "title": "Tupaja ta' Horsfield", "text": ["Tupaja ta' Horsfield", "It-Tupaja ta' Horsfield (\"Tupaia javanica\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat fl-ordni Scandentia."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3971", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3971", "title": "Tupaja ta' denbu pinna", "text": ["Tupaja ta' denbu pinna", "It-Tupaja ta' denbu pinna (\"Ptilocercus lowii\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir, klassifikat bħala speċi monotipika (l-unika speċi fil-ġeneru \"Ptilocercus\") tal-familja Ptilocercidae fl-ordni Scandentia."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3973", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3973", "title": "San Bastjan", "text": ["San Bastjan", "San Bastjan, jew San Sebastjan, huwa qaddis u martri Nisrani, li jgħidu li miet fl-20 ta' Jannar, 287 taħt persekuzzjoni tal-Insara mill-Imperatur Ruman \"Dijoklezjanu\" fit-3 seklu.", "Hu jidher f'ħafna mill-arti bħala marbut ma' zokk u minfud bil-vleġġeġ.", "Huwa l-patrun tas-suldati, tal-morda bil-pesta, tal-vleġġeġ, tal-atleti u taż-żgħażagħ.", "Il-festa tiegħu ssir fl-20 ta' Jannar fil-Knisja Kattolika; u fit-18 ta' Diċembru fil-Knisja Ortodossa Griega.", "F'Malta parroċċa ddedikata lilu qiegħda f'Ħal Qormi u l-festa issir fit-tielet Ħadd ta' Lulju."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3974", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3974", "title": "San Franġisk t'Assisi", "text": ["San Franġisk t'Assisi", "San Franġisk t'Assisi, imwieled Francesco Giovanni di Pietro Bernardone (Assisi, 26 ta' Settembru 1182 – Assisi, 3 t'Ottubru, 1226) reliġjuż u qaddis Taljan, li waqqaf l-Ordni Franġiskana jew \"Il-Patrijiet Minuri\".", "Kien iddikjarat Patrun tal-Italja flimkien ma' Santa Katerina ta' Siena, fl-1939 minn Papa Piju XII.", "Magħruf ukoll bħala \"il poverello d'Assisi\" jew il-fqajjar t'Assisi, il-qabar tiegħu jżuruh eluf kbar ta' pellegrini fis-sena.", "Il-belt ta' Assisi, saret ħabba fih simbolu ta' paċi, iktar u iktar wara l-laqgħat kbar bejn esponenti ewlenin tar-reliġjonijiet kbar tad-dinja mlaqqgħin mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1986 u fl-2002.", "F'dinja ta' mibegħda, vjolenza, u gwerer, ħafna jitfgħu ħarsithom fuqu, hu li dejjem xtaq li Alla jagħmel minnu strument tal-paċi tiegħu.", "Illum San Franġisk huwa wieħed mill-qaddisin l-aktar popolari u meqjuma fid-dinja.", "Fost il-qaddisin kollha tal-Knisja Kattolika, huwa l-aktar wieħed li jitqies li kien jixbah lil Ġesù, fost l-oħrajn għax saħansitra jingħad li kellu fil-ġisem tiegħu l-istess pjagi ta' Kristu msallab.", "Imma kien jixbhu fuq kollox għax ipprova jgħix il-Vanġelu ta' Kristu fir-radikalità tiegħu.", "Lil Alla kien jarah mhux fil-bnedmin imma fil-ħlejjaq kollha ta' madwaru.", "Franġisku twieled f'Assisi fl-Umbrija, fil-qalba tal-Italja, lejn l-aħħar tas-seklu tnax.", "Missieru, kummerċjant għani tad-drappijiet, malli ġie lura minn Franza, lil dak ibnu ried isejjahlu \"Francesco\", b'rabta ma' Franza li hu tant kien ihobb.", "Ommu, ta' mara twajba li kienet, għamlet ħilitha biex trawwem fih sa minn ċkunitu mħabba kbira lejn Alla.", "Fl-iskola tal-parroċċa tgħallem jaqra u jikteb.", "Kien iħobb il-poeżija, u kellu ġibda qawwija għall-muzika.", "Missieru kellu ħafna ambizzjonijiet għal ibnu; kien jittama li ibnu jasal għal pozizzjoni li tgħollih għal kollox 'il fuq mill-foqra u dawk li s-socjetà kienet tqis bhala z-zgħar.", "Sakemm kellu 23 sena, Franġisk kien il-hena ta' missieru għaliex hu wkoll kien mogħni b'tant xewqat li d-dinja ma titfgħux fil-genb.", "Kien cert li jekk Franġisk jaqbad l-istess triq tiegħu kellu cans kbir li jirnexxi fil-hajja.", "Imma missieru ma kienx kuntent għal kollox bih.", "Franġisk kien jaf ihaddem mohhu biex jaqla' l-flus; imma, imbagħad, hu kien ħali, u jtajjar somom kbar.", "Zgħazagħ tal-eta tiegħu kienu jixxalaw hafna minn fuq dahru; lilu kienu jarawh bhala l-mexxej tagħhom għaliex mhux biss kien jonfoq, imma kien kapaci wkoll jagħti hajja lill-festi li kienu jigu organizzati.", "Franġisk kien jigbed lejh l-attenzjoni taz-zgħazagħ ta' Assisi għaliex kien ihobb jitfa' fuqu lbies li jagħti hafna fil-għajn, u jgħaqqad ohrajn miegħu fid-daqq u fil-kant.", "Minkejja dan, missieru u ommu riedu jkunu generuzi miegħu.", "Missieru, għalkemm ma kienx japprova dak l-infiq, hassu hieni li ibnu kien tant mahbub u stmat.", "Ommu kienet qed tapprezza hafna l-kwalitajiet tajbin ta' binha; għalkemm ihobb il-hajja, Franġisk kien dejjem ta' mgiba tajba, nobbli fi kliemu u għemilu, u ta' qalb kbira mal-foqra.", "Fil-gwerra li nqalgħet bejn Assisi u Peruġja, Franġisku ta s-sehem tiegħu.", "Dawk ta' beltu sofrew telfa, u hu nnifsu waqa' prigunier.", "Dak kien zmien meta Franġisk beda jirrifletti fuq il-veru valur tal-hajja.", "Wara sena magħluq fil-habs, Franġisk waqa' f'marda li hadet fit-tul.", "Imma malli fieq mill-marda tiegħu, lilu malajr reggħu rikbuh l-ambizzjonijiet ta' qabel, u telaq lejn il-Pulja bit-tama li jinhatar Kavallier.", "Imma bilkemm beda dak il-vjagg, li kellu holma li qegħlitu jirrifletti hafna.", "X'inhu l-ahjar timxi wara l-Imgħallem jew wara l-qaddej?", "Franġisk ma ddubitax liema kellha tkun l-għazla tiegħu.", "Imma hu ma kienx fehem x'kellu jagħmel.", "Lura lejn Assisi, beda għal Franġisk zmien gdid.", "Hu qisu nesa l-hbieb tal-imgħoddi, u ntafa' f'hajja ta' gabra.", "F'għar fqajjar maqtugħ mill-hsejjes tal-belt, Franġisk fit-tnehid talab mingħand Alla dawl biex jurih x'ried minnu.", "Franġisk, zagħzugħ imrobbi fil-fsied, kellu bhal stmerrija mill-mard tal-gdiem.", "Imma, f'dan iz-zmien ta' xejra gdida għal hajtu, hu għamel rebha kbira fuq in-natura dgħajfa tiegħu meta, b'imhabba sinciera, għannaq miegħu u bies bniedem milqut mill-gdiem.", "Ftit wara din il-grajja, Kristu Msallab qanqlu meta jingħad li kellmu għall-ewwel darba, u mlielu lil qalbu b'imhabba kbira lejn it-tbatijiet li l-Mulej kien garrab f'hajtu.", "Franġisk baqa' generuz bhalma kien qabel; imma dawk li sthoqqilhom il-generozità tiegħu kienu ohrajn.", "L-imgiddmin dehrulu l-izjed mitluqin fost il-morda; għalhekk, hu habbhom b'imhabba specjali.", "Barra minn dan, minflok ma tajjar flusu f'divertimenti, Franġisk beda jqassam hafna karità lill-foqra, u ma qatax milli jgħin lill-knejjes foqra tal-belt ta' Assisi u lis-sacerdoti li kienu jiehdu hsiebhom.", "Knisja għaziza għal qalbu kienet dik ta' San Damjan.", "F'dik il-knisja ckejkna u fi stat hazin, hu sama' lehen mill-Kurcifiss impingi li kien imdendel wara l-altar.", "Dan stiednu biex isewwi l-Knisja tiegħu li kienet qed tiggarraf.", "Franġisk kien għadu ma fehemx tajjeb x'ried Alla mingħandu.", "Imma hu beda jintebah li l-Mulej riedu jagħti hajtu għas-servizz tal-Knisja.", "Għal xi zmien, Franġisk halla daru, ingabar fil-knisja ta' San Damjan, u għamel dak li s-sacerdot tal-post talab mingħandu.", "Missieru kien għadu jittama li dak ma kienx hlief zmien qasir ta' krizi.", "Imma, meta baqa' jara 'l ibnu mitfugħ fuq attivitajiet li 'l dak il-missier dehru jbaxxuh, missieru ha decizjoni li għal Franġisk fissret hajja gdida.", "Quddiem missier irrabjat u fil-preżenza tal-Isqof Gwido ta' Assisi li kien qed jagħmilha ta' mħallef, Franġisk iddikjara li jichad għal kull wirt li kien imissu minn missieru.", "\"Mil-lum 'il quddiem\", stqarr iż-żagħżugħ Franġisku, \"ngħid: Missierna, li inti fis-smewwiet\".", "Issa Franġisku kien cert x'kellha tkun it-triq ta' hajtu.", "Hu libes libsa fqajra b'salib fuqha, u dak li kien jixtieq isir \"Kavallier tad-dinja\", sejjah lilu nnifsu \"Kavalier tar-Re l-Kbir\".", "Franġisk beda sentejn ta' hajja iebsa maqtugħ għalih wahdu, mogħti għat-talb u għall-penitenza.", "Hu għex ukoll jaqdi u jitlob f'xi monasteri benedittini, u għamel fihom il-hidmiet l-izjed umli u l-izjed ibsin.", "Kienu għadhom f'moħħu l-kelmiet tal-Kurċifiss ta' San Damjan li qallu: \"Sewwi l-Knisja tiegħi\".", "Franġisk accetta dawk il-kelmiet kif daqqew f'widnejh; għalhekk, hu ntafa' biex isewwi l-hsara li kien fihom tliet knejjes ckejknin ta' madwar Assisi: dawk ta' San Damjan, San Pietro della Spina, u Santa Marija tal-Angli.", "Franġisk kien qed jistenna għal darb'ohra l-lehen ta' Alla.", "Hu ma ġġarrafx quddiem id-disprezz ta' dawk li fl-imgħoddi kienu hbiebu; imma hu lanqas ma ntefaħ bl-ammirazzjoni ta' dawk li raw fih bidla tal-għageb.", "Darba, waqt li fil-knisja ta' S. Marija tal-Angli sama' l-qari tal-Vangelu, hu ntlaqat minn kelmiet li hasshom qed jingħadu għalih.", "Kienu l-kelmiet li Kristu bihom habbar x'kellha tkun il-missjoni tal-appostli, u l-hajja ta' faqar li kienu sejrin jgħixu.", "Sacerdot fissirlu dawk il-kelmiet tal-Mulej, u hu sama' t-tifsira bil-ferh għaliex Alla rrivelalu li dawk kienu jgħoddu għalih ukoll.", "Minn dak il-waqt 'il quddiem, Franġisk biddel ukoll il-libsa tiegħu: beda jilbes coqqa griza, lewn l-irmied, thazzem b'habel abjad, u ried li jimxi hafi.", "L-Isqof ta' Assisi tah il-permess li jippriedka l-Vangelu fil-knisja ta' San Gorg; fid-dawl tal-kelmiet ta' Kristu, Franġisk ippriedka l-paci u l-penitenza.", "Għalkemm ma tkellimx bil-kelmiet difficli tal-għorrief, ma kenux ulied il-poplu biss dawk li ssahhru minn kliemu.", "L-għani Bennard u l-gurista Pietru Cattani wrewh li xtaqu li flimkien miegħu jaqsmu l-istess hajja tiegħu.", "Imma, mal-għonja u l-għorrief, malajr thalltu l-foqra u s-semplici.", "Fl-ewwel sena, kien hemm tmienja ohrajn li għazlu dik l-għamla ta' hajja.", "Franġisk, li ried jgħix dejjem f'ubbidjenza lejn il-Knisja, sena wara, hadhom miegħu Ruma, quddiem Papa Innocenz III.", "Il-Papa sabha difficli biex jagħtihom l-approvazzjoni tiegħu; imma l-Mulej nebbhu li kien sejjer jinqeda b'dak il-bniedem qaddis sabiex il-Knisja ma tiġġarrafx.", "Bil-barka tal-Papa, Franġisk beda jinhass bhal Kristu iehor ihabbar l-ahbar it-tajba.", "Hu kien predikatur li jgħaddi minn post għall-iehor.", "Kien jitkellem b'kelmiet li jifhimhom kulhadd u kien jolqot il-bniedem fil-laham il-haj.", "Franġisk kien il-ħabbar tassew tal-kelma t'Alla għaliex ix-xandir tal-kelma kien ifisser li min jisimgħu, aktar milli jitgħallem, jiehu d-decizjoni li jbiddel hajtu.", "Anki l-ghorrief u l-kbar tad-dinja kienu jisimghuh, u l-kelmiet imqanqla tieghu gie li giebu fihom sens ta' biza' li ma satax ma jiswilhomx ta' gid.", "Minkejja dan, il-bniedem li ssejjah \"dawl mibghut mis-sema\", \"il-mibghut minn Alla\", jew \"Kristu iehor\" emmen li ma kienx jisthoqqlu li jkun sacerdot.", "Ghalhekk, hu ghazel li jibqa' jservi 'l Alla bil-ministeru ta' djaknu.", "Il-qasam ewlieni tal-hidma appostolika ta' San Frangisk kien l-Italja ghaliex f'din l-art hu hadem bla waqfien mis-sena 1208 'il quddiem.", "Imma dak li tant kellu jifrah ghall-fatt li x'uhud minn uliedu fl-Ordni tal-Minuri mietu f'art ta' missjoni ghal Kristu, ma satax ma jkunx hu nnifsu mheggeg bl-istess entuzjazmu.", "Il-hegga missjunarja u x-xewqa tal-martirju inghaqdu flimkien f'San Frangisk.", "Imma l-ewwel darbtejn li pprova jmur lejn is-Sirja u l-Marokk, darba minnhom tempesta, u darb'ohra l-mard reġġgħuh lura lejn art twelidu.", "Fis-sena 1212, San Frangisk waqqaf it-tieni Ordni tieghu li kien dak tas-Sorijiet.", "Fil-bidu ssejhu: \"Id-Dami Fqajrin ta' San Damjan\".", "Ghalkemm San Frangisk kien ir-ruh ta' din l-istituzzjoni, huma sabu mexxejja kbira f'Santa Klara ta' Assisi: li minnha s-Sorijiet issejhu \"Klarissi\".", "Ftit wara t-tluq tal-ewwel missjunarji tieghu, San Frangisk innifsu, fl-24 ta' Lulju, 1219, salpa lejn l-Eġittu.", "Is-Sultan Malik-el-Kamil laqghu tajjeb u sama' l-kelma tieghu.", "Is-Sultan ingibed lejn dak il-bniedem ghaliex kien konvint li hu riedlu l-gid; imma ma halliex it-twemmin Musulman tieghu.", "San Frangisk ma giex moghti l-martirju ghal Kristu ghaliex, fiz-zmien qasir ta' esperjenza missjunarja, lilu habbewh anki dawk li ma qablux ma' dak li kien qed jippridkalhom.", "F'dak iz-zmien, ir-raba' Konċilju tal-Lateran kien ordna li ssir Krucjata gdida.", "Din kienet bejn is-snin 1217 -1221.", "L-imgiba ta' San Frangisk wriet li, fi zmien ta' falliment shih ta' dik il-Krucjata, aktar kien kien hemm possibiltà li l-Musulmani jersqu lejn Kristu permezz ta' messaggier ta' paci, milli permezz ta' suldati li juzaw l-armi kontra dawk li ma jaqblux maghhom.", "Nhar l-24 ta' Dicembru, 1223, huwa gabar mieghu l-bdiewa u r-rghajja fqajrin li kienu jghixu qrib l-gholja ta' Greccio.", "San Frangisk riedhom li jhossu l-imhabba kbira ta' Gesù ghall-bniedem meta ghazel li jitwieled fil-ghar ta' Betlem.", "Hu pprezenta presepju haj, u tkellem b'kommozzjoni kbira fuq dan il-misteru tal-ghageb.", "Dik id-drawwa malajr bdiet tinfirex mad-dinja kollha kemm hi.", "Ghalkemm ma kienx l-ewwel darba li sar il-presepju fid-dinja nisranija, madankollu kien San Frangisk li qanqal l-imhabba ta' kulhadd ghall-presepju.", "Mis-sena 1221 'il quddiem, meta kien ghadu ta' madwar 40 sena, Frangisku kien marid.", "L-ulied spiritwali tieghu digà kienu jwasslu ghal eluf.", "Kien hemm bzonn ta' mexxej minfloku.", "Ghalhekk fis-sena 1221, San Frangisk ghazel lil Fra Elija ta' Kortona biex ikun il-Vigarju tieghu fit-tmexxija.", "L-ahhar shin ta' hajtu, kienu dawk li fihom issokta jinghaqad ma' Alla dejjem izjed fit-talb.", "L-ghaqda ma' Kristu msallab kien qed ihossha fil-gisem u r-ruh tieghu ghaliex hu kien ghaddej minn zmien ta' tbatija.", "Fis-sajf tas-sena 1224, San Frangisk ingabar fis-skiet tal-kunvent li kien fuq il-gholja La Verna.", "Il-qaddis kien jghakkes il-gisem tieghu billi, matul is-sena, isum ir-randan ghal seba' darbiet.", "Fuq dik il-gholja, hu kien qieghed isum ir-randan li kien jaghmel f'gieh l-Arkanglu San Mikiel.", "Lejn il-festa tal-ezaltazzjoni tas-Salib, li tahbat fl-14 ta' Settembru, waqt li kien fuq dik l-gholja fi granet ta' sawm u f'meditazzjoni fuq il-passjoni ta' Kristu, jingħad li l-Mulej Ġesù deherlu b'sitt igwienah, bhal serafin, maqtugh fl-ajru u b'dirghajh miftuhin, bir-riglejn ma' xulxin, u msallab ma' salib.", "Mill-gwienah, tnejn kienu weqfin fuq ir-ras, tnejn mifruxin ghattitjir, u tnejn jiksu l-gisem kollu.", "Imbaghad, waqt li kien mitluf f'estasi ta' mhabba, fl-idejn, fir-riglejn, u fil-genb ta' Frangisku bdew jidhru l-pjagi tal-istess Kristu msallab.", "L-idejn u r-riglejn dehru minfudin b'imsiemer li kellhom bhal ras tonda u sewda fuq iz-zewg nahat; kienu ppuntati u milwijin sabiex ma jinqalghux.", "L-imsiemer kienu tal-laham stess, imma mahrugin 'il barra.", "Il-genb lemini wkoll deher bhallikieku minfud minn lanza, u kien jaghti fl-ahmar ghall-gerha li kellu; ta' sikwit, il-gerha kienet tnixxi d-demm, u lbiesu kien jiccappaslu.", "Minn dak il-waqt, il-qaddis Frangisku, li sa minn tant zmien kien jarawh bhal Kristu iehor, gie trasfigurat fi xbieha hajja tal-Mulej anki fl-istess gisem tieghu.", "Minn mindu ngħata l-pjagi, San Frangisk ma qata' qatt milli jbati fil-gisem tieghu.", "Hu mar Lejn Assisi fejn ghadda l-ahhar sentejn ta' hajtu, u kien dejjem marid.", "Persuni gheziez kienu jiehdu hsiebu, u jikkurawh.", "Ma kienx possibbli li jahbihom.", "Imma ftit kienu dawk li raw il-pjagi tieghu.", "L-ahhar sentejn giebu maghhom tbatijiet ohrajn.", "San Frangisk kien qieghed jitlef id-dawl ta' ghajnejh.", "F'dan iz-zmien li matulu Kristu kien ghaqqdu mieghu tant mill-grib fil-passjoni tieghu, San Frangisk kiteb l-\"Ghanja tal-Hejjaq\".", "Biex jobdi lill-Kardinal Ugolino di Segni, il-Protettur tal-Ordni, San Frangisk qaghad ghal xi kura li riedu jaghmlulu f'ghajnejh it-tobba tal-Qorti Papali nnifisha.", "Dan kien f'Rieti fis-sena 1225; kienet kura li giebet maghha tbatijiet kbar fil-pazjent.", "Fl-ahhar sena ta' hajtu, fl-1226, San Frangisk ghadda perjodi qosra fi Siena u f'Cortona.", "F'dak iz-zmien, il-qaddis deher tant maghfus bl-ugigh b'mod li kulhadd haseb li kien sejjer imut.", "Fix-xahar ta' April, 1226, bil-mod il-mod u b'hafna waqfien, San Frangisk raga' ttiehed fil-belt ta' Assisi.", "Ghall-ewwel, hu nzamm fil-palazz tal-Isqof; imbaghad, ghall-ahhar ta' Settembru, hu gie trasportat fil-kunvent ghaziz tal-Porzjunkola.", "Frangisku ghadda l-ahhar hinijiet ta' hajtu jimmedita fuq il-passjoni ta' Kristu li r-rakkont taghha nqralu mill-Vangelu ta' San Gwann.", "Flimkien ma' hutu religjuzi, hu ried igedded ukoll it-tifkira tal-ahhar cena tal-Mulej ma' l-appostli.", "Il-mewt, li San Frangisk fil-\"Ghanja tal-Hlejjaq\" ried isejhilha \"Ohtu\", ma kenitx fil-boghod.", "Ir-religjuzi bdew ikantaw is-Salm 142: \"B'lehen qawwi lill-Mule] insejjah; b'lehen gawwi lill-Mulej nitlob\".", "U, lejn it-tmiem tas-Salm, meta tkantaw il-kelmiet: \"Mill-habs ohrogni, biex inrodd hajr lil ismek.", "Madwari jduru l-gusti, ghax Int timxi tajjeb mieghi\", ruhu harget minn gismu.", "Kien is-Sibt, 3 ta' Ottubru, 1226, filghaxija.", "San Frangisk kellu biss qrib il-45 sena.", "Billi ma nzul ix-xemx kien jitqies li bdiet il-gurnata ta' wara, it-tifkira ta' San Frangisk intrabtet dejjem mal-4 ta' Ottubru.", "Il-Hadd filghodu, li kien proprju l-4 ta' Ottubru, il-gisem tieghu, b'akkumpanjament tal-kleru u l-poplu, ittiehed minn Santa Marija tal-Angli ghall-knisja ckejkna ta' San Gorg.", "'Il San Frangisk, ghaddewh minn magenb il-monasteru tas-Sorijiet Klarissi, f'San Damjan: fejn huma, minn bejn il-grati tal-monasteru, setghu jaraw u jqimu l-pjagi tal-gisem qaddis tieghu.", "Il-gisem inzamm f'San Gorg ghal erba' snin.", "Kien hemm li hu gie ddikjarat qaddis mill-Papa Girgor IX, habib kbir u ammiratur tieghu, fis-16 ta' Lulju, 1228.", "Fil-25 ta' Mejju, 1230, il-fdal tiegħu ttiehed fil-Bazilika gdida li nbniet fuq l-gholja li bdiet tissejjah \"Colle del Paradiso\": l-Gholja tal-Genna, waqt li, sa dak iz-zmien, kienet tissejjah l-gholja tal-infern.", "Fil-bini ta' dik il-bazilika, il-mertu l-izjed kbir kien ta' Fra Elija ta' Cortona.", "Il-Papa Girgor IX, b'sinjal ta' qima lejn il-fdal ta' San Frangisk, lil dik il-Knisja riedha tissejjah \"l-Omm u r-ras tal-Ordni kollu tal-Minuri\", u hi baqghet dejjem is-Santwarju l-aktar ghaziz tal-Ordni Frangikan.", "Hu l-qaddis patrun tal-ambjent, tal-annimali, tal-ekoloġisti, tan-negozjanti, tal-Azzjoni Kattolika, u tal-Italja.", "Dante Alighieri ifakkar il-figura ta' Franġisku, fil-Canto XI tal-Paradiso u jiddeskrivi ż-\"żwieġ mistiku\" tiegħu mal-Faqar, \"Madonna Povertà\", li", "u li qabel imut jafdaha lis-segwaċi tiegħu:", "San Franġisk ispira ħafna pitturi:", "Il-Franġiskani saħqu iktar fuq fuq is-sofferenza ta' Kristu u dan ġab raffigurazzjoni ġdida tal-Kurċifiss: mhux iżjed il-Kristu \"triumphans\", trijunfanti (b'għajnejh miftuħin u qisu mhux qed ibati), imma Kristu \"patiens\", sofferenti, b'rasu baxxuta u ġismu mitluq mejjet.", "L-hekk imsejjaħ Maestro bizantino del Crocifisso di Pisa forsi kien l-ewwel wieħed li ħa din ir-rappreżentazzjoni fl-Italja, li mbagħad ġiet żviluppata, minn Giunta Pisano, Cimabue uGiotto u l-iskola tiegħu.", "San Franġisk ispira ukoll ħafna diretturi ta' films:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3975", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3975", "title": "Tupaja komuni", "text": ["Tupaja komuni", "It-Tupaja komuni (\"Tupaia glis\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk ta' l-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3981", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3981", "title": "Tupaja ż-żgħir", "text": ["Tupaja ż-żgħir", "It-Tupaja ż-żgħir (\"Tupaia minor\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat fl-ordni Scandentia."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3985", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3985", "title": "Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana", "text": ["Tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana", "It-tupaja ta' denbu lixx tat-Tramuntana (\"Dendrogale murina\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3989", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3989", "title": "Tupaja tal-Filippini", "text": ["Tupaja tal-Filippini", "It-Tupaja tal-Filippini (\"Urogale everetti\") huwa mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir monotipiku (l-unika speċi fil-ġeneru \"Urogale\")."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3994", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3994", "title": "Tupaja ta' saqajħ twal", "text": ["Tupaja ta' saqajħ twal", "It-Tupaja ta' saqajħ twal (\"Tupaia longipes\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk ta' l-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3996", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3996", "title": "Tupaja tal-muntanji", "text": ["Tupaja tal-muntanji", "It-Tupaja tal-muntanji (\"Tupaia montana\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "3998", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=3998", "title": "Edukazzjoni", "text": ["Edukazzjoni", "Dan it-terminu li jista' jiġi mifhum b'mod differenti skond il-ħsieb ta' dak li jkun u skond kif nikkunsidraw il-bniedem; il-potenzi tiegħu, għemilu, u l-għanijiet tiegħu.", "Meta nitħadtu dwar Edukazzjoni ġeneralment naħsbu dwar dik li hija edukazzjoni formali.", "Madanakollu, il-kelma tkopri esperjenzi diversi, mit-tagħlim formali għal bini ta' għarfien u tagħrif li wieħed jiltaqa' fil-ħajja ta' kuljum.", "Fl-aħħarnett, dak kollu li nesperjenzaw iservi bħala forma ta' edukazzjoni.", "L-Individwi jirċievu edukazzjoni informali minn varjetà ta' sorsi.", "Membri familjari, nies tamparhom, kotba u medja għandhom influwenza qawwija fl-edukazzjoni informali ta' kull individwu.", "Madanakollu iżda, it-tagħlim jista' jiġi definit bħala \"tibdil fil-proċess mentali u fil-mod kif wieħed iġib ruħu permezz tal-esperjenza''.", "Waqt li, iktar komunament u, biex ngħid hekk, iktar naturalment, l-Edukazzjoni, mill-banda l-oħra, tidher bħala dak il-proċess essenzjalment spiritwali, li bih kull individwu huwa inkuraġġat u kapaċi biex jiżvilluppa bi sħiħ il-potenzjali ġewwieni tiegħu; tista' wkoll isservi l-għan li tibni l-individwu għal dak li huwa neċessarju biex ikun membru produttiv tas-soċjetà.", "Billi jitgħallem u jgħallem l-individwu jieħu u jiżvilluppa l-għarfien, twemmin u abilitajiet.", "Meta individwu jiġi edukat, jiżvilluppa il-qawwiet proprji, u jwassalhom għal realizazzjoni sħiħa tal-personalità proprja.", "Huwa largament aċċetat li l-proċess ta' edukazzjoni jaf il-bidu tiegħu sa mit-twelid u jkompli tul il-ħajja kollha.", "Hemm xi wħud li jemmnu li l-edukazzjoni tibda' saħansitra anki aktar kmieni mit-twelid, bħala evidenza minn xi ġenituri li jsemmgħu mużika jew jaqraw lit-trabi ġo ġufhom bit-tama li jinfluwenzaw l-iżvillup tat-tfal."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4000", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4000", "title": "Lyonogale", "text": ["Lyonogale", "Lyonogale huwa wieħed minn żewġ sottoġeneri fil-ġeneru \"Tupaia\", diffuż ġewwa l-Indja u fix-Xlokk tal-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4002", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4002", "title": "Tupaja ta' denbu lixx ta' Borneo", "text": ["Tupaja ta' denbu lixx ta' Borneo", "It-Tupaja ta' denbu lixx ta' Borneo (\"Dendrogale melanura\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fix-Xlokk tal-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4004", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4004", "title": "Tupaja rqiq", "text": ["Tupaja rqiq", "It-Tupaja rqiq (xjentifikament magħruf bħala \"Tupaia gracilis\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat fl-ordni Scandentia."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4010", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4010", "title": "Temi Zammit", "text": ["Temi Zammit", "Sir Themistocles Zammit (30 ta' Settembru 1864 - 2 ta' Novembru 1935) (magħruf bħala Temi Zammit) kien arkeologu u storiku, professur tal-kimika, tabib, riċerkatur u kittieb Malti.", "Wara li ggradwa fil-mediċina mill-Università ta' Malta, Zammit speċjalizza fil-batterjoloġija f'Londra u Pariġi.", "L-iskoperta tiegħu fl-1905 tal-ħalib imniġġeż bħala vettur għat-trasmissjoni tal-bruċellożi fil-bnedmin (\"B. melitensis\") li tinsab fid-demm tal-mogħoż – ikkontribwixxiet ħafna għall-eliminazzjoni mill-gżejjer tad-deni biered u għaliha ngħata \"knighthood\" mir-re Ġorġ V tal-Ingilterra.", "Kien l-awtur ta' diversi xogħlijiet letterarji fil-lingwa Maltija.", "Ippubblika ukoll \"Il-Gzejjer ta' Malta u l-Grajja Taghhom\", storja tal-gżejjer Maltin, u skava bosta siti arkeoloġiċi importanti, bħall-Ipoġew u t-Tempji ta' Ħal Tarxien, Ħaġar Qim u l- Imnajdra, li minn dak iż-żmien ġew dikjarati Siti tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO.", "Skava wkoll il-Katakombi ta' San Pawl tar-Rabat.", "Temi Zammit ingħata d-DLitt \"Honoris Causa\" mill-Università ta' Oxford.", "Temi Zammit serva bħala Rettur (1920-1926) tal-Università ta' Malta u kien l-ewwel Direttur tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-belt Valletta.", "Kien miżżewweġ lil Aloisia Barbaro di San Giorgio u kellhom żewġt ulied, Charles u Sophia.", "Haas LF, \"Sir David Bruce (1855-1931) and Thermistocles Zammit (1864-1935)\", Journal of Neurology, Neurosurgery & Psychiatry, vol.", "70, ħarġa 4, 2001, p. 520"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4013", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4013", "title": "Tupaja Kalamjan", "text": ["Tupaja Kalamjan", "It-Tupaja Kalamjan (\"Tupaia moellendorffi\") huwa mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux fuq grupp ta' tliet gżejjer – Kuljon, Kujo u Buswanga – fl-arċipelagu Filippin.", "\"Tupaia palawensis moellendorffi\" huwa sinonimu għal \"Tupaia moellendorffi\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4015", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4015", "title": "Tupaja ta' Nikobar", "text": ["Tupaja ta' Nikobar", "It-Tupaja ta' Nikobar (\"Tupaia nicobarica\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifruxa ma' żewġ gżejjer tal-Indja (Nikobar u Andaman) fl-Oċean Indjan, fix-Xlokk tal-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4017", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4017", "title": "Tupaja ta' Palaw", "text": ["Tupaja ta' Palaw", "It-Tupaja ta' Palaw (\"Tupaia palawanensis\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux mal-gżira ta' Palaw fl-arċipelagu Filippin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4020", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4020", "title": "Tupaja ta' żaqqu dehebi", "text": ["Tupaja ta' żaqqu dehebi", "It-Tupaja ta' żaqqu dehebi (\"Tupaia chrysogaster\") huwa speċi ta' mammiferu plaċentat ta' daqs żgħir mifrux mal-erba' gżejjer ta' Mentawaj (Siberut, Sipura, Pagaj Utara u Pagaj Selatan) parti mil-Indoneżja, fix-Xlokk tal-Asja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4024", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4024", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija hu t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tal-Albanija u hu mmexxi mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Albanija.", "Minkejja li mhix ikkunsidrata bħala fost l-aqwa timijiet fl-Ewropa, l-Albaniżi huma ppassjonati fuq il-futbol tagħhom u okkażjonalment irnexxielhom jaqtgħu figura tajba kontra timijiet ta' ċertu kalibru.", "Ġew fundati fis-6 ta' Ġunju 1930, però kellhom jistennew sittax-il sena sakemm jilgħabu l-ewwel partita internazzjonali, fejn iddebuttaw kontra l-Jugożlavja fl-1946.", "Fl-1932, l-Albanija kienet diġà ingħaqet mal-FIFA (matul il-kungress 12 ta' Ġunju – 16 ta' Ġunju) u fl-1954 hi kienet fost il-fundaturi tal-UEFA.", "L-Albanija kienet ġiet mistiedna sabiex tipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 1934, imma minħabba problemi organizzattivi kellhom jirtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom.", "Ħafna mill-partiti tat-tim nazzjonali tal-Albanija jintlagħbu ġewwa l-Qemal Stafa.", "L-istadju ġie mibni lejn is-snin tletin bħala stadju ta' użu multiplu.", "Illum il-ġurnata, hu l-aktar użat għall-partiti tal-futbol.", "L-Albanija wżat ukoll l-Istadju Loro-Boriçi f'Shkodër fejn hemmhekk irnexxielhom jiksbu fost l-iktar riżultati prestiġjużi, bħar-rebħa ta' 3–1 fuq ir-Russja fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004.", "Is-snin tal-bidu raw kampanja b'suċċess tat-Tazza tal-Balkani tal-1946.", "L-Albanija rebħu t-Tazza wara li għelbu lill-Jugożlavja bl-istess punti imma b'differenza ta' gowls aħjar.", "Il-partita finali kienet kontra r-Rumanija u ntrebħet 1–0.", "Erbat ijiem qabel, l-Albanija kienet diġà rebħet lill-Bulgarija 3–1.", "Hu interessanti l-fatt li l-Albanija ma kinitx mistenniha li tipparteċipa, imma l-irtirar tal-Greċja mit-turnew offra lill-Albanija iċ-ċans li tingħaqad fit-Tazza li ġiet ristabbilita wara l-gwerra.", "Wara li ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej tal-UEFA fl-1963, għall-edizzjoni tal-1964, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1968, huma rnexxielhom jiksbu pari ta' mingħajr gowls kontra l-Ġermanja tal-Punent, li eventwalment wassal għall-eliminazzjoni ta' dan tal-aħħar.", "Matul dik l-era, l-Albanija kellha preżenti lil Panajot Pano, ikkunsidrat bħala l-aqwa plejer minn dan il-pajjiż.", "Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1986 waslet aktar riżultati pożittivi bħall-pari ta' 2–2 barra minn darha kontra l-Polonja u rebħa ta' 2–0 kontra l-Belġu, li kienu spiċċaw semifinalisti tal-kompetizzjoni.", "Il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1994 rat lill-Albanija jilgħabu l-logħob ġewwa darhom fi stadji newtrali minħabba problemi politiċi ġewwa l-istess pajjiż.", "Madankollu, huma kisbu rebħa ta' 4–1 fuq it-Turkija f'logħba ta' ħbiberija fl-1998 — l-unika darba li l-Albanija skurjaw aktar minn 3 gowls f'logħba internazzjonali sħiħa (minkejja li lura fl-1946, kienu rebħu 5–0 lill-Montenegro, fejn dakinhar dan tal-aħħar kien parti mill-Jugożlavja).", "Matul il-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004, ra lill-Albanija jagħmlu rebħa storika ta' 3–1 fuq ir-Russja fi Shkodër.", "Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, ra progress fir-riżultati, fejn l-aktar riżultat sodisfaċenti kien dak ta' rebħa ta' 2–1 kontra l-Greċja, fejn dawn tal-aħħar kienu għadhom kemm ġew inkurunati ċampjins tal-Ewropa.", "Fl-14 ta' Marzu 2008, il-FIFA ħabbret li ssospendiet lill-Albanija minn kwalunkwe attività tal-futbol internazjonali, kemm fuq livell ta' klabb u anki dak nazzjonali.", "Ir-raġuni wara din ir-raġuni kienet minħabba n-nuqqas ta' qbil li kien hemm bejn il-Ministeru tal-Isport u l-federazzjoni Albaniża, li għadha attwalment miftuħa, fuq il-kontrolli finanzjarji li l-awtoritajiet tal-gvern riedu jagħmlu fuq il-kontijiet tal-federazzjoni.", "L-irifjutar min-naħa tal-federazzjoni wassal għall-ksur tar-rapporti, u b'konsegwenza t'hekk waslet l-esklużjoni mill-kompetizzjonijiet.", "Id-29 ta' April tal-istess sena, il-kumitat tal-emerġenza tal-istess FIFA, wara taħdidiet li kellha ma' xi diriġenti tal-UEFA, tal-Federazzjoni tal-futbol Albaniża u tal-gvern ta' Tirana, irrevokat lura l-esklużjoni.", "L-Albanija tilgħab b'uniformi ħamra b'xorts u kalzetti suwed, xi drabi b'dekorazzjonijiet bojod jew suwed.", "Barra minn darhom, l-uniformi tkun ħafna drabi bajda b'dekorazzjonijiet suwed jew ħomor.", "L-ewwel uniformi hi sempliċiment rappreżentazzjoni tal-bandiera Albaniża, li hi fil-fatt ħamra b'ajkla sewda fin-nofs.", "L-istemma li tuża' l-iskwadra mhix l-istess bħal dik tal-Federazzjoni, li turi disinn tond bl-ajkla fiċ-ċentru, li tissimbolizza l-bandiera Albaniża, fejn madwarha hemm ċirku abjad bl-isem bil-lingwa oriġinali tal-federazzjoni miktub b'karattri tad-deheb.", "Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lin-Norveġja fit-22 ta' Marzu 2013.", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"B0D3FB\" align=\"left\" |", "Skond il-websajt tal-FSHF, dawn li ġejjin huma l-membri tal-kowċing attwali:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4025", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4025", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Andorra", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Andorra", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Andorra hu r-rappreżentazzjoni tal-futbol tal-Andorra, u hu kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Andorra.", "Andorra hu pajjiż kemmxejn ġdid għall-futbol internazzjonali; it-tim nazzjonali ilu jeżisti għal inqas minn 10 snin.", "Sa issa, huma rnexxielhom jagħmlu tliet rebħiet, kollha ġewwa darhom.", "Fundata fl-1994 u affiljata mal-FIFA u l-UEFA mill-996, hi fost l-aktar selezzjonijiet dgħajfin mill-panorama Ewropea.", "Bħal San Marino u l-Liechtenstein, il-kwalità ta' plejers li tipproduċi hu pjuttost modest, fejn il-biċċa l-kbira huma dilettanti.", "L-unika rebħa fuq bażi kompetittiva hi dik kontra l-Maċedonja lura fl-2004.", "Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lit-Turkija fit-22 ta' Marzu 2013."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4027", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4027", "title": "Pangolin Indjan", "text": ["Pangolin Indjan", "Il-Pangolin Indjan (\"Manis crassicaudata\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux mal-Indja, Sri Lanka, u Pakistan.", "Il-Pangolin Indjan ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Manis, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin Ċiniż."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4031", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4031", "title": "Pangolin Ċiniż", "text": ["Pangolin Ċiniż", "Il-Pangolin Ċiniż (\"Manis pentadactyla\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi fix-Xlokk tal-Asja.", "Il-Pangolin Ċiniż ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Manis, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin Indjan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4033", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4033", "title": "Pangolin Malajan", "text": ["Pangolin Malajan", "Il-Pangolin Malajan (\"Manis javanica\") jew kif inhu magħruf ukoll Pangolin ta' Sunda, huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi fix-Xlokk tal-Asja.", "Il-Pangolin Malajan ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Paramanis, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin ta' Palaw."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4034", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4034", "title": "Pangolin ta' Palaw", "text": ["Pangolin ta' Palaw", "Il-Pangolin ta' Palaw (\"Manis culionensis\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux mal-gżejjer ta' Palaw u Kuljo tal-Filippini fix-Xlokk tal-Asja.", "Il-Pangolin ta' Palaw ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Paramanis, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin Malajan.", "\"Manis javanica culionensis\" huwa sinonimu ta' \"Manis culionensis\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4037", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4037", "title": "Pangolin Ġgant", "text": ["Pangolin Ġgant", "Il-Pangolin Ġgant (\"Manis gigantea\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi tal-Afrika.", "Il-Pangolin Ġgant ġie klassifikat taħt is-sottoġeneru Smutsia, flimkien mal-aktar speċi ta' pangolin relatat fil-qrib miegħu, il-Pangolin ta' Temminck."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4044", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4044", "title": "Pangolin ta' denbu twil", "text": ["Pangolin ta' denbu twil", "Il-Pangolin ta' denbu twil (\"Manis tetradactyla\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi tal-Afrika.", "Il-Pangolin ta' denbu twil ġie klassifikat waħdu taħt is-sottoġeneru Uromanis."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4046", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4046", "title": "Pangolin tas-siġar", "text": ["Pangolin tas-siġar", "Il-Pangolin tas-siġar (\"Manis tricuspis\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru mifrux ma' bosta pajjiżi tal-Afrika.", "Il-Pangolin tas-siġar ġie klassifikat waħdu taħt is-sottoġeneru Phataginus."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4059", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4059", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Armenja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Armenja", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Armenja (bl-Armen: Հայաստանի ֆուտբոլի ազգային հավաքական) hu t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Armenja u hu kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Armenja.", "Wara s-separazzjoni tal-Unjoni Sovjetika, it-tim lagħab l-ewwel partita internazzjonali kontra l-Moldova fit-12 ta' Ottubru 1992.", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "Lista tal-għaxar plejers bl-aktar apparenzi mat-tim nazzjonali u l-aqwa ħames skorers għall-Armenja, sal-10 ta' Settembru 2008 (plejers miktubin b'tipa ħoxna għadhom eleġibbli għas-selezzjoni:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4060", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4060", "title": "Eomanis", "text": ["Eomanis", "Eomanis huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Pholidota, fil-familja Manidae u fis-sottofamilja Maninae, ma' tliet ġeneri oħra, li huma \"Necromanis\" estint, \"Patriomanis\" estint u \"Manis\".", "Eomanis huwa pangolin fossilu mil-Eocene Nofsani tal-Ewropa li nstab fil-fossa tat-tajn ta' Messel fil-Ġermanja.", "Dan kien pangolin ta' madwar 50ċm simili ħafna għal pangolini eżistenti llum.", "Id-dieta ta' Eomanis kienet tikkonsisti kemm minn insetti kif ukoll minn ħxejjex."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4061", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4061", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija jirrappreżenta lill-Awstrija fl-assoċjazzjoni tal-futbol u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Awstrija.", "(Ġermaniż: Österreichischer Fußballbund).", "L-Awstrija kkwalifikat seba' darbiet għat-Tazza tad-Dinja, bl-aktar waħda riċenti fl-1998.", "Il-pajjiż lagħab fil-Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba fl-2008 meta ko-ospitaw l-avveniment mal-Iżvizzera.", "Il-plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Iżvezja fis-7 ta' Ġunju 2013.", "Apparenzi u gowls huma korretti mis-7 ta' Ġunju 2013.", "Dawn il-plejers ġew imsejħa fl-iskwadra fl-aħħar 12-il xahar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4062", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4062", "title": "Necromanis", "text": ["Necromanis", "Necromanis huwa ġeneru ta' mammiferu estint, fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria, fl-ordni Pholidota, fil-familja Manidae u fis-sottofamilja Maninae, ma' tliet ġeneri oħra, li huma \"Eomanis\" estint, \"Patriomanis\" estint u \"Manis\".", "Necromanis jista' jkun wieħed minn tliet speċi ta' pangolini fossili mil-Miocene tal-Ewropa li nstabu fi Franza.", "Minn dak li jidher mill-fossili dawn il-pangolini kienu identiċi fil-biċċa l-kbira tal-anatomija, dieta u mġiba bħall-pangolini eżistenti llum.", "L-ispeċi fil-ġeneru Necromanis huma dixxendenti tal-pangolini fil-ġeneru Eomanis mill-Eocene Nofsani tal-Ewropa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4066", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4066", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan", "It-Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan (bl-Ażerbajġan:Azərbaycan milli futbol komandası) huwa t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Ażerbajġan.", "Huwa jirrappreżenta l-Ażerbajġan fil-kompetizzjonijiet tal-futbol internazzjonali.", "It-Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan ħa sehem fil-kwalifika għal kull turnament kbir mill-Kampjonati Ewropej 1996, iżda qatt ma kkwalifikaw għall-kampjonat finali ta' kwalunkwe Tazza tad-Dinja jew Kampjonati Ewropej.", "Il-plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Lussemburgu fis-7 ta' Ġunju 2013 u logħba ta' ħbiberija kontra l-Qatar fid-29 ta' Mejju 2013.
\"Apparenzi u gowls huma korretti mis-7 ta' Ġunju 2013.\"", "Dawn il-plejers ġew imsejħa fl-iskwadra fl-aħħar 12-il xahar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4070", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4070", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju", "Il-Belġju għandu storja twila fil-futbol internazzjonali fil-fatt l-ewwel logħba teħodna lura għal l-1 ta' Mejju 1904 fejn kontra Franza spiċċa f'draw ta' 3 bi 3 (Belġju 3 - 3 Franza).", "L-ikbar rebħa ta' dan it-tim, li hu mlaqqam bħala ir-Rode Duivels (Xjaten Ħomor), għamilha kontra t-tim Afrikan taż-Żambja fejn rebaħ bl-iskor ta' 9 b'xejn (Belġu 9 - 0 Żambja) fl-4 ta' Ġunju 1994, kif ukoll kontra San Marino fit-28 ta' Frar ta' l-2001 fejn il-logħba spiċċat Belġju 10 - 1 San Marino.", "Fil-bidu ta' l-istorja tiegħu dan it-tim kien tilef logħba ferm kerha kontra t-tim Ingliż tad-dilettanti (Ingilterra tad-dilettanti 11 - 2 Belġju) dan seħħ fis-17 t'April 1909.", "Il-Belġju jitqies bħala wieħed mit-timijiet il-kbar fl-Ewropa għalhekk daħal kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej.", "L-aħjar post li kiseb fit-Tazza tad-Dinja kien fl-1986 fejn kien spiċċa r-raba' (4) post, snin oħra fejn ħa sehem f'dan il-logħob prestiġjuż fil-futbol kienu fl-1930, 1934, 1938, 1954, 1970, 1982, 1990, 1994, 1998 u fl-2002.", "L-ewwel darba li ħadi sehem fil-Kampjonati Ewropej kien fl-1972, u wara fl-1980, 1984 u fis-sena 2000.", "Anki fil-Logħob Olimpiku għamel suċċess għax fl-1900 rebaħ il-midalja tal-Bronż u għoxrin sena wara eżatt fl-1920 rebaħ l-aqwa midalja dik tad-Deheb.", "Informazzjoni dwar dan it-tim internazzjonali Belġjan tal-futbol li bħala stadjum jużaw il-King Baudouin Stadium:", "Assoċjazzjoni: Union Royale Belge des Sociètès de Football-Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Belġjana)", "Il-Kowċ Attwali: Marc Wilmots (2012- )", "L-Awqa skorers: Paul Van Himst u Bernard Voorhoof (b' 30 gowl)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: BEL", "Ir-Ranking tal-FIFA: 5 post", "L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 16-il post (Jannar ta' l-2003)", "L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 57 post (Lulju ta' l-2006)", "Ir-Ranking tal-Elo: 41", "Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Maċedonja fit-22 ta' Marzu 2013.", "\"Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2012\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4071", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4071", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bożnija u Ħerżegovina", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bożnija u Ħerżegovina", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Bożnija u Ħerżegovina huwa r-rappreżentazzjoni tal-futbol tal-Bożnija u Ħerżegovina u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni Bożnijaka.", "L-ewwel partita internazzjonali tagħhom intlagħbet kontra l-Iran fl-1993 wara li saret il-qasma mir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugożlavja.", "Qabel dan, il-plejers Bożnijaċi kienu jilgħabu f'isem it-tim nazzjonali Jugożlav.", "Din is-selezzjoni qatt ma rnexxielha tikkwalifika għal kompetizzjoni maġġuri, imma resqet viċin diversi drabi.", "Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Greċja fit-22 ta' Marzu 2013.", "\"Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2013\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4081", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4081", "title": "Dominju (bijoloġija)", "text": ["Dominju (bijoloġija)", "Dominju (jew superrenju, jew imperu) huwa takson li qiegħed fil-quċċata tal-iskema fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ogħla minn ta' Renju.", "Dominju huwa l-aktar takson li jinkludi organiżmi fih mill-gruppi kollha bijoloġiċi.", "L-ismijiet jistgħu jvarjaw iżda l-arranġament dejjem jirrifletti d-differenzi fundamentali evoluzjonarji fil-ġenomi.", "Hemm bosta alternattivi moderni ta' klassifikazjoni għad-dominji tal-ħajja.", "Fosthom hemm:", "Dawn l-iskemi jiddependu primarjament fuq analiżi ta' dati ta' sekwenzi ġenetiċi u b'hekk wieħed għandu jistenna proposti ta' skemi ġodda."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4082", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4082", "title": "Renju (bijoloġija)", "text": ["Renju (bijoloġija)", "Fil-bijoloġija, renju huwa takson li qiegħed fil-quċċata (jew kważi) tal-iskema fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi (għax fl-iskemi moderni, id-dominju qiegħed jiġi wżat bħala l-ogħla taksa).", "Ir-renji jinqasmu fi gruppi iżgħar, l-hekk imsejħa fajlum (fiż-żooloġija) jew diviżjoni (fil-botanika), għalkemm qabel dan, renju jista' jinqasam f'sottorenju, f'fergħa jew f'infrarenju, biss dawn m'humiex livelli obbligatorji.", "Carolus Linnaeus fl-ewwel pubblikazzjoni tas-\"Systema Naturae\" fl-1735, kellu skema ta' klassifikazzjoni b'żewġ Renji ta' organiżmi ħajjin, Animalia għal annimali u Vegetabilia għal pjanti (Linnaeus inkluda wkoll il-minerali, fir-renju Mineralia).", "Barra minn hekk, Linnaeus qasam ir-renju fi klassijiet u dawn tal-aħħar ġew miġbura f'fajla għal annimali u f'diviżjonijiet għal pjanti.", "Kun af li l-ekwivalenzi f'din it-tabella mhumiex eżatti.", "Pereżempju, Haeckel poġġa lill-algi ħomor (fil-klassifika ta' Haeckel Florideae u fil-klassifiki moderni Florideophyceae) u l-algi blu-ħodor (fil-klassifika ta' Haeckel Archephyta u fil-klassifiki moderni Cyanobacteria) fir-renju Plantae, filwaqt li fl-iskemi ta' klassifika moderna huma kkunsidrati bħala membri tar-renji Protista u Bacteria rispettivament.", "Madanakollu, għalkemm hemm xi nuqqasijiet fl-ekwivalenzi, din hija tabella semplifikata utli xorta waħda."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4090", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4090", "title": "Phylum", "text": ["Phylum", "Phylum (pronunzjata \"Filum\", Phyla fil-plural, pronunzjata \"Fila\") huwa Takson użat fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin.", "Il-Phyla jirrapreżentaw l-akbar gruppi ta' annimali u organiżmi oħra ħajja b'ċertu attributi evoluzzjonarji li huma ġeneralment aċċettati, għalkemm dawn xi kultant jiġu miġbura f'gruppi akbar l-hekk imsejħa Superphyla (eż. Ecdysozoa bi 8 Phyla).", "Informalment, Phylum jista' jkun maħsub bħala grupp ta' annimali bbażat fuq mudell ta' ġisem inġenerali.", "Il-Phylum bħala Takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-Renju u livell aktar 'l fuq mil-Klassi.Il-Phylum bħala Takson fil-ġerarkija f'tassonomija kumplessa huwa Takson bejn is-Superphylum u s-Sottophylum.", "Il-Klassifikazjonijiet tal-organiżmi f'sistema ġerarkika bdew jintużaw fis-sekli 17 u 18.", "Normalment l-organiżmi kienu jiġu miġbura fi gruppi skond is-similaritajiet morfoloġiċi bl-idejat tal-esperti ta' dawk iż-żminijiet u dawn il-gruppi fi gruppi akbar dejjem skond is-similaritajiet u kienu jibqgħu sejrin hekk sakemm tifforma ġerarkija sħiħa (eż. annimali bl-għadam u annimali b'exoskeletru \"skeletru minbarra\").", "Madankollu bid-differenzi kollha fid-dehra esterjuri ta' dawn l-organiżmi, il-klassifikazjoni tal-Phyla hija bbażata fuq l-organizzazjoni interna.", "Għalkemm il-Kodiċi Internazjonali tan-Nomenklatura Botanika jaċċetta l-użu tat-terminu \"Phylum\" b'referenza għal pjanti, fil-botanika kważi dejjem jiġi użat it-terminu \"Diviżjoni\".", "L-aktar Phyla magħrufa huma Mollusca, Porifera, Cnidaria, Platyhelminthes, Nematoda, Annelida, Arthropoda, Echinodermata u Chordata.", "Dan ta' l-aħħar huwa il-Phylum li huwa klassifikat fih il-bniedem.", "Għalkemm bejn wieħed u ieħor hemm 35 Phylum, id-9 imsemmija hawn fuq jinkludu fihom il-biċċa l-kbira ta' l-ispeċi.", "Ħafna minn dawn il-Phyla huma esklużivament tal-baħar (jew marini) u Phylum 1 biss huwa totalment nieqes mill-ambjent tal-baħar, il- Onychophora jew ħniex tal-bellus.", "L-aħħar Phylum skopert mix-xjenza kien Cycliophora fl-1993.", "Meta jinstab annimal ġdid ħafna drabi, jkun kemm ikun stramb, normalment dejjem ikun jikklassifika fost il-Phyla magħrufa.", "Għalkemm hemm miljuni ta' speċi eżistenti, dawn kollha jikklassifikaw taħt wieħed minn bejn wieħed u ieħor 35 Phylum.", "Madankollu S.pandora tant hija speċi mhux tas-soltu li ma kienx possibli tkun klassifikata taħt wieħed mill-Phyla eżistenti u b'hekk inħoloq Phylum ġdid il-Cycliophora għal din l-ispeċi biss u dan kien 1 mit-3 Phyla li ġew skoperti fl-aħħar seklu."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4094", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4094", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bulgarija", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bulgarija", "Fil-21 ta' Mejju 1924 il-Bulgarija lagħbu l-ewwel logħba tal-futbol internazzjonali kontra l-Awstrija u sofrew ukoll l-ewwel telfa tagħhom (Awstrija 6 - 0 Bulgarija).", "Dan it-tim li mlaqqam The Lions (L-Iljuni), kellu wkoll suċessi kbar fejn rebaħ diversi logħbiet t'importanza kbira.", "L-ikbar riżultat f'logħba waħda għamlu kontra n-Norveġja fl-1957 u kontra Malta fl-1982 fejn rebaħ id-darbtejn li huma b'seba' gowls minn fuq (Bulgarija 7 - 0 Norveġja) u (Bulgarija 7 - 0 Malta).", "Iżda fl-agħar logħba li mar tilef bi skor ta' 13-il gowl minn taħt, kontra Spanja fil-21 ta' Mejju 1933 (Spanja 13 - 0 Bulgarija), eżatt disa' snin wara li lagħab l-ewwel logħba uffiċjali.", "B'kollox il-Bulgarija ħadet sehem s'issa f'7 kompetizzjonijiet tat-Tazza tad-dinja.", "L-ewwel darba fl-1962 imbagħad fl-1966, 1970, 1974, 1986 u fl-1994.", "Iżda l-aħjar riżultat kisbu fl-1994 meta wasal sas-semi finali u spiċċa r-raba' post. Anki fil-European Championship ħa sehem fl-1996 u fl-2004.", "Fil-Logħob Olimpiku għamel suċċes ukoll meta fl-1956 fl-Olimpjadi ta' Melbourne (l-Awstralja) rebaħ il-midalja tal-Bronż u fl-1968 tela' tarġa 'l fuq għax ġewwa Mexico City (il-Messiku) rebaħ il-Fidda.", "Assoċjazzjoni: Bulgarian Football Union (L-Unjoni Bulgara tal-Futbol)", "Il-Kowċ Attwali: Hristo Stoichkov (2004- )", "It-Top Scorer: Hristo Bonev (b'47 gowl)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: BUL", "Ir-Ranking tal-FIFA: 38 post", "L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 8 post (Ġunju ta' l-1995)", "L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 58 post (Awissu ta' l-2002)", "Ir-Ranking tal-Elo: 42"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4095", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4095", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja", "L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tal- Kroazja u hu mmexxi mill-Croatian Football Federation.", "It-tim ilu jeżisti mill-1990 u kien rikonixxut mill-FIFA u l-UEFA fis-sajf ta' l-1992, sena wara li l-Kroazja kisbet l-Indipendenza mill-Jugoslavja.", "It-tim lagħab l-ewwel logħob kompettiv fil-Kampjonati Ewropej 1996 u kkwalfikaw għall-finali biex b'hekk għamlu l-ewwel apparenza f'kampjonat internazzjonali.", "Huma kienu tim qawwi fil-futbol internazzjonali, meta spiċċaw it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1998, b\"'golden goal\" ta' Davor Šuker.", "Huma rnexxielhom jgħaddu għal kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta daħlu bħala nazzjon indipendenti.", "Fir-\"rankings\" tal-FIFA, it-tim kien wasal sat-tielet post u anki żar pożizzjonijiet mhux daqshekk tajbin bħal 125 post. Huma għadhom ma tilfux logħob kompetittiv ġewwa darhom mill-1994.", "Huma kkwalfikaw għat-Tazza tad-Dinja 2002 u 2006 mingħajr ma jitilfu logħba mill-kwalifikazzjoni.", "Il-futbol beda jintlagħab fil-Kroazja mill-bidu tas-seklu għoxrin, imma qabel id-90ijiet il-pajjiż ma kienx indipendenti.", "Qabel l-indipendeza, il-plejers mill-Kroazja kienu jagħmlu parti mir-Renju tal-Jugoslavja (1919-39), mill-Banovina tal-Kroazja (1939-41), mill-Istat Indipendenti tal-Kroazja (1941-45) u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja (1945-90).", "Minħabba ċirkustanzi ta' politika fir-Renju tal-Jugoslavja ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, timijiet sportivi Kroati kellhom il-jedd li jirrapreżentaw lil pajjiżhom taħt il-bandiera Kroata.", "Għalhekk l-ewwel logħba internazzjonali tista tiġi kkunsidrata r-rebħa ta' 4-0 kontra l-Isvizzera f'Żagreb fit-2 ta' April 1940.", "Gowlers:", "Difensuri:", "Midfielders:", "Attakkanti:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4096", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4096", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol ta' Ċipru", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol ta' Ċipru", "It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Ċipru huwa t-tim nazzjonali tad-dixxiplina tal-futbol ta' Ċipru, meqjus fost wieħed mill-iżgħar pajjiżi tal-Ewropa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4097", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4097", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka", "It-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka huwa t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tar-Repubblika Ċeka u hu mmexxi mill-Českomoravský fotbalový svaz.", "Qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Boemja (ir-Repubblika Ċeka tal-lum), meta kienet parti mill-Imperu tal-Awstrija-Ungerija, huma lagħbu seba' partiti bejn l-1903 u l-1908, sitta minnhom kontra l-Ungerija u waħda kontra l-Ingilterra.", "Il-Boemja lagħbet ukoll partita kontra l-Jugożlavja, Osmark u l-Ġermanja fl-1939, waqt li kienet il-Protettorat tal-Boemja u l-Moravja.", "Meta r-Repubblika Ċeka kienet parti miċ-Ċekoslovakkja, it-tim nazzjonali wasal darbtejn bħala finalista tellief tat-Tazza tad-Dinja (1934, 1962) u rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej fl-1976.", "Wara li ċ-Ċekoslovakkja ġiet diviża bħala r-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, it-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka ġie ffurmat, u huma lagħbu l-ewwel logħba barra minn darhom kontra t-Turkija fl-1994, fejn rebħu 4–1.", "L-ewwel partita ġewwa darhom kienet kontra l-Litwanja f'Ostrava, fejn irreġistraw rebħa ta' 5–3.", "L-ewwel partita kompetittiva waslet kontra Malta fejn ġewwa Ostrava rebħu bl-iskor ta' 6–1.", "Fil-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 1996, ir-Repubblika Ċeka rebħet Grupp 5 quddiem il-favoriti tal-Olanda, b'total ta' sitt rebħiet, tliet pari u telfa imbarazzanti kontra l-Lussemburgu.", "Fil-fażi finali, li sar ġewwa l-Ingilterra, iċ-Ċeki għaddew mill-fażi tal-gruppi, minkejja telfa fl-ewwel ġurnata kontra l-Ġermanja.", "Il-forma pożittiva tagħhom kompliet sejra u waslu sal-finali fejn tilfu 2–1 kontra l-Ġermaniżi.", "Il-finali tal-1996, poġġiet liċ-Ċeki favoriti li jaqtgħu l-passaġġ għat-Tazza tad-Dinja 1998.", "Madanakollu, spiċċaw it-tielet fil-grupp tagħhom, taħt Spanja u l-Jugożlavja.", "Madanakollu, huma mal-ewwel pattew għal dan in-nuqqas billi kkwalifikaw għall-Euro 2000, fejn rebħu l-għaxar partiti tal-grupp.", "It-tim, madanakollu, falla li juri l-aħjar logħob tiegħu, fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi wara rebħa waħda biss.", "Għal darb'oħra, iċ-Ċeki naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja, din id-darba jispiċċaw it-tieni fil-grupp wara d-Danimarka, u jiġu megħluba 1–0 u 0–1 mill-Belġju fil-partita ta' spareġġ għal post fil-finali.", "Fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004 huma għaddew għar-rawnd finali meta spiċċaw quddiem l-Olanda, u l-uniku punti li tilfu kienu fil-pari ta' 1–1 kontra l-\"Oranje\".", "Fil-fażi finali, iċ-Ċeki waslu sas-semifinali fejn ġew megħluba finalment mill-Greċja, li kellha tirbaħ dik l-edizzjoni.", "Is-sena 2006 fissret l-ewwel dehra tagħhom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fejn ikkwalifikaw grazzi għal żewġ rebħiet identiċi ta' 1–0 fuq in-Norveġja fil-partiti ta' spareġġ.", "Ġewwa l-Ġermanja, huma kienu mistennija li jgaddu għar-rawnd suċċessiv wara rebħa konvinċenti ta' 3–0 fuq l-Istati Uniti, però telfiet ta' 2–0 kontra l-Gana u l-Italja fissru li l-pjanijiet tagħhom għal passaġġ fir-rawnd li jmiss sfumaw.", "Il-kampanja deludenti tat-Tazza tad-Dinja wasslet għal kampanja ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 bl-unuri, fejn spiċċaw l-ewwel fil-grupp, quddiem il-Ġermanja.", "Iċ-Ċeki fl-ewwel logħba rebħu lill-ospiti tal-kompetizzjoni, l-Iżvizzera, 1–0, qabel ma tilfu 3–1 kontra l-Portugall.", "L-aħħar logħba kienet waħda deċiżiva kontra t-Turkija hekk kif iż-żewġ timijiet kienu qed jiġġieldu għal post fil-fażi li jmiss.", "Iċ-Ċeki bnew vantaġġ ta' 2–0 wara siegħa logħob u meta deher li kienu huma li se jkomplu fil-kompetizzjoni, it-Turkija għamlu rimonta impressjonati fejn fi kwarta skorjaw tliet gowls u rebħu 3–2, biex eliminaw lir-Repubblika Ċeka u temmet l-esperjenza internazzjonali tal-kowċ Karel Brückner.", "Wara l-falliment fil-Kampjonati Ewropej, l-attenzjoni reġgħet irritornat fuq it-Tazza tad-Dinja, fejn iċ-Ċeki ttellgħu fi Grupp 3.", "Huma bdew il-kampjonat b'pari ta' 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq, li kienet segwita minn prestazzjoni deludenti kontra l-Polonja li sarrfet f'telfa ta' 2–1.", "Il-prestazzjonijiet ftit li xejn tjiebu fejn kellhom jitħabtu biex jegħlbu 1–0 lis-Slovenja, u rebħa oħra sofferta kontra San Marino, u pari ta' mingħajr gowls kontra s-Slovenja.", "Il-partita segwenti, telfa ta' 2–1 ġewwa darhom kontra l-ġiriena tas-Slovakkja fissret l-aħħar partita ta' Petr Rada man-nazzjonal u poġġiet liċ-Ċeki f'pożizzjoni kritika.", "Ivan Hašek ħa l-presidenza tal-federazzjoni Ċeka u tat-tim taħt idejh, fejn l-affarijiet tjiebu xi ftit b'pari barra minn darhom kontra s-Slovakkja u reħba kbira ta' 7–0 fuq San Marino.", "Huma marru għall-partita ta' qabel tal-aħħar bil-ħsieb li jirbħu kontra l-Pollakki, u s-Slovakkja ma titlifx kontra s-Sloveni.", "Minkejja li huma rnexxielhom jagħmlu dan, is-Slovakki tilfu 2–0, li fissret li San Marino kellhom iżommu lil San Marino sabiex jagħtu ċans liċ-Ċeki għall-\"play-offs\".", "Ir-Repubblika Ċeka raw il-ħolm tagħhom jisfuma meta spiċċaw 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq u ġew miċħuda miċ-ċans ta' post fil-finali.", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "\"Għar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja\"", "\"Għar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4098", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4098", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka", "It-tim tal-futbol Daniż mill-bidu nett tal-kariera tiegħu kienet ta' suċess, fil-fatt dan jidher mill-ewwel logħba fix-xena internazzjonali fejn fid-19 t'Ottubru 1908 kien skorja 9 gowls ma' tim Franċiż (Danimarka 9 - 0 Franza B) u tlett ijiem wara kiseb ukoll l-ikbar rebħa fl-istorja tiegħu meta fit-22 t'Ottubru 1908 rebaħ bi skor ta' 17-il gowl (Danimarka 17 - 1 Franza A).", "Ma nistgħux ngħidu li dan it-tim dejjem sab il-logħba faċli, għax fl-1937 kiseb l-agħar żewġ logħbiet li qatt lagħab.", "L-ewwel waħda hi kontra l-Ġermanja li saret fis-16 ta' Mejju 1937 (Ġermanja 8 - 0 Danimarka) u l-logħba l-oħra għalkemm ma tiġix ikkalkulata bħala logħba uffiċjali saret fid-29 t'Awissu kontra l-Pajjiż Bask fejn sofrew 11-il gowl (Danimarka 1 - 11 Pajjiż Bask).", "Dan it-tim bil-laqam Danish Dynamite (Splussiv Qawwi Daniż) jew Olsen Banden (peress li jikkowċjah il-kowċ Morten Olsen) daħal għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1986 u wara fl-1998 u fl-2002.", "Wieħed mis-suċċessi li kiseb kien fl-1992 meta rebaħ l-European Championship, barra f'dik is-sena li rebaħ f'dan il-kampjonat ħa sehem ukoll fl-1964, 1984, 1988, 1996, 2000 u fl-2004.", "Fil-Logħob Olimpiku wkoll ħareġ ta' nies, għax b'kollox rebaħ 4 midalji.", "Il-midalja tal-Bronż rebaħha darba fl-1948 ġewwa Londra (l-Ingliterra).", "Iżda l-midalja tal-Fidda raha tliet darbiet fl-1908 (Londra), fl-1912 (Stokkħolm) u fl-1960 (Ruma).", "Assoċjazzjoni: Dansk Boldspil-Union (L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Futbol)", "Il-Kowċ: Morten Olsen (2000- )", "It-Top Scorer: Paul \"Tist\" Nielsen (b' 52 gowl)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: DEN", "Ir-Ranking tal-FIFA: 22 post", "L-Aħjar Ranking: 3 post (Mejju ta' l-1997)", "L-Agħar Ranking: 27 post (Mejju ta' l-1998)", "Ir-Ranking tal-Elo: 8", "L-Istadju li jużaw: Stadju Parken", "Il-plejers li ġejjin kienu msemmija għall-logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja kontra Malta u l-Armenja fis-6 u fl-10 ta' Settembru 2013.", "Preżenzi u gowls huma korretti sal-11 ta' Ġunju 2013."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4100", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4100", "title": "Subphylum", "text": ["Subphylum", "Subphylum (pronunzja: subfilum) fil-bijoloġija, huwa Takson fil-Klassifikazzjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih l-Infrafajla.", "Is-Subphylum fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-phylum u livell aktar 'l fuq mill-Infraphylum.", "Subphylum huwa Takson li jintuża fl-iskema ta' klassifikazzjoni fiż-żooloġija waqt li fil-botanika jintuża t-Takson ekkwivalenti is-Subdiviżjoni.", "Ftit eżempji ta' Subphyla huma;", "Mhux il-Phyla kollha jinqasmu f'Subphila."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4104", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4104", "title": "Klassi (bijoloġija)", "text": ["Klassi (bijoloġija)", "Fil-bijoloġija, klassi hija takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin, li jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f'ordnijiet fit-tassonomija obbligatorja.", "Għalkemm qabel dan, klassi tista' tiġi maqsuma f'sottoklassi, f'infraklassi jew f'parvklassi.", "Il-Klassi bħala takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-fajlum (jew diviżjoni fil-botanika) u livell aktar 'l fuq mill-ordni.", "Fil-ġerarkija tassonomika kumplessa, il-klassi hija bejn is-superklassi u s-sottoklassi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4108", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4108", "title": "Takson", "text": ["Takson", "Takson (plural Taksa), jew unità tassonomika, huwa grupp ta' organiżmi (għandu jew ma għandux isem).", "Meta jingħata isem, it-Takson normalment jiġi kategorizzat u jingħata livell partikolari f'ġerarkija f'skema ta' Klassifikazjoni Xjentifika.", "Skema semplifikata ta' livelli f'ordni ġerarkiku:", "Prefiss jista' jiġi wżat biex jindika kategorija f'livell ogħla jew livell aktar baxx fil-ġerarkija.", "Il-prefiss Super- jindika livell ogħla waqt li l-prefiss Sotto- jindika livell aktar baxx.", "Fiż-żooloġija il-prefissi jistgħu jkunu Magn-, Super-, Grand-, jew Mir- biex jindikaw livell ogħla filwaqt Sotto-, Infra- jew Parv- biex jindikaw livell aktar baxx.", "Eżempju:", "Wieħed għandu jinnota li livell huwa relattiv u ristrett fi skema użata partikolari.", "Pereżempju, liverworts ġew kategorizzati f'gruppi, f'sistemi ta' klassifikazjoni varji, bħala Familja, Ordni, jew anke Klassi.", "L-użu ta' livelli huwa sfidat minn dawk li jużaw il-Kladistiċi u dan ġiegħel biex jiġi propost il-PhyloCode jew Fajlokodiċi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4111", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4111", "title": "Leġjun (bijoloġija)", "text": ["Leġjun (bijoloġija)", "Fil-bijoloġija, leġjun huwa takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f'sottoleġjuni.", "Il-leġjun bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt is-superleġjun u livell aktar 'il fuq mis-sottoleġjun."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4116", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4116", "title": "Ordni (bijoloġija)", "text": ["Ordni (bijoloġija)", "Ordni (bil-Latin: \"ordo\") hija takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin.", "L-ordni bħala takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-klassi u livell aktar 'il fuq mill-familja.", "Fil-ġerarkija tat-tassonomija kumplessa, l-ordni tinsab il-mirordni u s-sottordni.", "Għal xi kladi, jintużaw xi klassifikazzjonijiet addizzjonali, imma mhux kollha huma rikonoxxuti uffiċjalment.", "Fil-klassifikazzjoni tagħhom tal-mammiferi tal-1998, McKena u Beel użaw żewġ livelli addizzjonali bejn superordni u ordni: \"grandordni\" u \"mirordni\".", "L-ordni bħala livell u b'isem distint fil-klassifikazzjoni xjentifika (u mhux imsejjaħ biss bħala \"ġeneru ogħla\" (bil-Latin \"genus summum\")) kien ġie ntrodott għall-ewwel darba minn botanist Ġermaniż Augustus Quirinus Rivinus, iżda kien Carolus Linnaeus li użah l-ewwel ta' spiss biex jaqsam it-tliet renji tan-natura (minerali, pjanti u annimali) fis-\"Systema Naturae\" tal-1735.", "Wieħed irid jiġbed l-attenzjoni li l-ordnijiet ta' Carolus Linnaeus għal pjanti f\"Systema Naturae\" u f\"'Species Plantarum\", kienu strettament artifiċjali u li kienu ntrodotti biex jaqsmu l-klassijiet artifiċjali fi gruppi iżgħar biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar.", "Meta il-kelma \"ordo\" kienet użata ta' spiss għal unità naturali ta' pjanti f'xogħolijiet tas-seklu 19 bħal \"Prodromus\" ta' de Candolle u l-\"Genera Plantarum\" ta' Bentham u Hooker, din kienet tindika taksa li llum għandhom livell ta' familja.", "F'pubblikazzjonijiet botaniċi Franċiżi ta' Michel Adanson bħal \"Familles naturelles des plantes\" (1763) u sal-aħħar tas-seklu 19, il-kelma \"famille\" kienet użata bħala l-ekwivalenti tal-kelma bil-Latin \"ordo\".", "Din l-ekwivalenza kienet spjegata espliċitament f\"'Lois de la nomenclature botanique\" (1868) ta' Alphonse De Candolle's, il-predeċessur ta' \"International Code of Botanical Nomenclature\".", "Fl-ewwel \"Regoli\" tan-nomenklatura botanika internazzjonali tal-1906 il-kelma familja (\"familia\") ingħatat il-livell ta' \"famille\" fil-pubblikazjonijiet bil-Franċiż, waqt li l-kelma ordni (\"ordo\") ingħatat livell ogħla, dak il-livell li fis-seklu 19 ħafna drabi kien jissejjaħ koħort (bil-Latin \"cohors\", plural \"cohortes\").", "Uħud mill-ismijiet tal-familji fl-\"ordnijiet naturali\" ta' Carolus Linnaeus baqgħu jintużaw u anke ftit mill-ismijiet tal-gruppi naturali li kienu ġew rikonoxxuti minn Linnaeus bħala ordnijiet fil-klassifikazzjoni naturali tiegħu baqgħu aċċettati u wżati sal-lum (eż.", "\"Palmae\" jew \"Labiatae\").", "Fiż-żooloġija, l-ordnijiet ta' Linnaeus kienu wżati aktar ta' spiss.", "Dawn l-ordnijiet fil-parti żooloġika tas-\"Systema Naturae\" kienu jirreferu għal gruppi naturali.", "Uħud mill-ismijiet tal-ordnijiet għadhom jintużaw sal-lum (eż. Lepidoptera, l-ordni tal-friefett u l-ordni Diptera tad-dubbien u n-nemus)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4126", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4126", "title": "Familja (bijoloġija)", "text": ["Familja (bijoloġija)", "Il-Familja plural Familji ( Latin familia plural familiae) fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin semplifikata, huwa Takson bejn Ordni u Ġeneru, waqt li f'Klassifikazjoni Xjentifika kumplessa hemm żewġ Taksi oħra, Superfamilja 'l fuq minn Familja u Sottofamilja taħt Familja (il-klassifikazjoni tal-Lepidoptera hi eċċezjoni billi t-Takson Familja qiegħed bejn it-Taksa Serje u Grupp), għalkemm dan jiddependi skond l-iskema.", "Il-livell tat-Takson Familja huwa l-aktar importanti wara it-Taksa Speċi u Ġeneru fit-Tassonomija.", "Dettalji eżatti tan-nomenklatura formali jiddependu fuq il-Kodiċi tan-Nomenklatura u f'liema tip ta' grupp it-Takson Familja jkun qiegħed , jekk hux:", "Familja, bħala livell intermedju bejn Ordni u Ġeneru, hija invenzjoni relativament reċenti.", "Fil-Botanika il-kelma \"Familja\" (familia) ġiet użata mil-botaniku franċiż Pierre Magnol f' \"Prodromus historiae generalis plantarum, in quo familiae plantarum per tabulas disponuntur\" (1689) fejn hu sejjaħ \"Familji\" (familiae) is-76 grupp ta' pjanti li hu rrikonoxxa fit-tabelli tiegħu.", "Dak iż-żmien il-kunċett livell kien għadu fl-istat ta' in statu nascendi u fil-Prologu ta' \"Prodromus\" Magnol kiteb li ried jiġbor il-Familji f' Ġenera akbar, kelma li hija ferm 'il bogħod minn kif tintuża llum.", "Fiż-Żooloġija, il-Familja bħala livell intermedju bejn Ordni u Ġeneru kien introdott minn Pierre André Latreille f' \"Précis des caractères génériques des insectes, disposés dans un ordre naturel\" (1796).", "Huwa uża l-Familji (uħud minnhom bla isem) f'uħud mill-Ordnijiet tal-\"insetti\" iżda mhux kollha (bl-artropodi kollha inklużi).", "Madankollu, mill-bidu tas-seklu 20 din il-kelma bdiet tintuża kostantement b'kunċett u f'sens modern.", "L-użu u l-karatteristika ta' dawn l-ismijiet huwa definit fil-'Kodiċi tal- \"International Code of Botanical Nomenclature\" u tal-\"International Code of Zoological Nomenclature\"\".", "Grupp fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin huwa Takson bejn il-Familja u s-Sottofamilja u dan huwa Takson ta' eċċezjoni għax jintuża biss fil-klassifikazjoni tal-Lepidoptera."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4127", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4127", "title": "Serje (botanika)", "text": ["Serje (botanika)", "Is-Serje huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin.", "Fiż-Żooloġija is-Serje għandu livell fil-kategorija tal-familji bejn is-Superfamilja u l-Familja u dan it-Takson huwa ta' eċċezjoni għax jintuża biss fil-klassifikazjoni tal-Lepidoptera.", "Fil-Botanika is-Serje huwa Takson f'livell aktar baxx li qiegħed fil-kategorija tal-ġeneri bejn is-Sottosezzjoni li qiegħed f'livell ogħla u s-Sottosejre li qiegħed f'livell aktar baxx."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4128", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4128", "title": "Grupp", "text": ["Grupp", "Grupp jista' jirreferi għal:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4132", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4132", "title": "Tribù (bijoloġija)", "text": ["Tribù (bijoloġija)", "Fil-bijoloġija, tribù (jew f'uħud mix-xogħolijiet tal-klassifikazjoni infrafamilja) huwa takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f'sottotribù.", "It-tribù bħala livell fil-ġerarkija, qiegħed eżatt taħt is-sottofamilja u livell aktar 'l fuq mis-sottotribù."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4135", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4135", "title": "Ġeneru (tassonomija)", "text": ["Ġeneru (tassonomija)", "Fin-Nomenklatura Binominali użata mad-Dinja kollha, l-isem ta' organiżmu huwa magħmul minn 2 partijiet: l-isem ġeneriku (dejjem kapitalizzat) u l-isem speċifiku (magħruf bħala \"epithet\").", "Eżempju huwa \"Homo sapiens\", l-isem xjentifiku tal-ispeċi Umana li tagħmel parti mill-Ġeneru Homo.", "Il-burduri bejn il-Ġeneri kienu storikament suġġettivi, iżda bl-avvent tal-Filoġenetika, sar ferm aktar komuni li l-livelli tassonimiċi kollha 'l fuq mil-livell speċifiku jridu jkunu ristretti għal gruppi li juru biċ-ċar li huma monofiletiċi, dan ifisser li d-dixxendenti ta' Takson anċestrali jridu jiġu miġbura flimkien fi grupp wieħed, anke jekk uħud minnhom ma jkunux jaqsmu l-karatteristiċi viżibli kollha mal-bqija.", "Dan kollu fil-kodiċi taż-Żooloġija jew tal-Botanika qatt ma kien rekwiżit u b'hekk din hija diskussjoni taħraq għaddejja l-ħin kollu fil-qasam tas-sistematika; jekk wieħed għandux jibbaża fuq il-Kladistika jew fuq il-Fenetika.", "Fil-present, il-biċċa l-kbira tal-klassifikazjonijiet ibbażati fuq il-Fenetika qegħdin jiġu bil-mod il-mod mibdula bi klassifikazjonijiet ibbażati fuq il-Kladistika (eż. Reptilia u Amphibia ma għadhomx użati).", "Ħafna Ġeneri jistgħu jiġi maqsuma f'Sottoġeneri (singular Sottogeneru).", "Ġeneru f'Renju jista' jiġi użat bħala isem ta' Ġeneru jew Takson ieħor f'Renju ieħor, għalkemm l-International Code of Zoological Nomenclature u l-International Code of Botanical Nomenclature jagħtu l-parir biex dan ma jsirx.", "Hemm 'il fuq minn 5000 minn dawn l-ismijiet użati f'aktar minn Renju wieħed.", "Eżempji huma Anura li huwa isem ta' Ordni taż-Żrinġijiet imma huwa wkoll isem ta' Ġeneru ta' pjanti u Aotus li huwa isem ta' Ġeneru tal-pjanta tal-piżelli u ta' Xadina tal-lejl.", "Ovvjament fl-istess Renju isem ġeneriku partikolari jista' jintuża għal Ġeneru wieħed.", "Dan jispjega għaliex il-Ġeneru tal-platipu huwa Ornithorhynchus — għall-ewwel George Shaw fl-1799 kien semmieħ Platypus, iżda kien diġa' użat għal insett minn Johann Friedrich Wilhelm Herbst fl-1793 u peress li l-platipu u l-insetti jagħmlu parti mill-istess Renju l-Animalia, l-isem Platypus ma setax jintuża għat-tnejn li huma u b'hekk Johann Friedrich Blumenbach fis-sena 1800, għall-platipu, ippublika l-isem xjentifiku Ornithorhynchus bħala sostitut.", "Il-Ġeneru bħala Takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-Familja u livell aktar 'l fuq mill-ispeċi.", "Il-Ġeneru bħala Takson fil-ġerarkija f'tassonomija kumplessa huwa Takson bejn l-Infratribu u s-Sottoġeneru (jew Sezzjoni fil-botanika)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4136", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4136", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Estonja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Estonja", "L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Estonja hu t-tim nazzjonali tal-futbol li jirrapreżenta lil-Estonja u hu mmexxi mill-Estonian Football Association.", "Huma lagħbu l-ewwel logħba tagħhom fl-1920.", "Fl-1940, l-Estonja kienet ingħaqdet ma' l-Unjoni Sovjetika u ma kisbetx l-indipendeza (u l-possibilità ta' tim nazzjonali tal-futbol) sa l-1991.", "Bħala nazzjon indipendenti, huma lagħbu l-ewwel logħba kontra l-Litwanja fit-Tazza Baltika fil-15 ta' Novembru 1991, u l-ewwel logħba rikonoxxuta mill-FIFA kienet kontra Slovenja fit-3 ta' Ġunju 1992, u l-partita spiċċat 1-1 f'Tallinn.", "Il-partiti tat-tim ta' l-Estonja jintlagħbu f'A. Le Coq Arena f'Tallinn.", "Wara li l-Estonja kisbet l-indipendenza, it-tim nazzjonali kien fil-bidu tiegħu l-iktar wieħed dgħajjef mit-timijiet Baltiċi, fejn sofra telfa ta' 7-1 kontra l-Kroazja fil-kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 1996.", "It-tim żviluppa mas-snin fejn fil-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2004, huma kisbu tmien punti fejn skurjaw erba' gowls u laqqtu sitt gowls.", "Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 huma komplew jissorprendu meta spiċċaw b'5 rebħiet, 2 pari u 5 telfiet.", "L-Estonja għandhom numru ta' plejers li għamlu numru ta' apparenzi, fejn jinkludu lil Mart Poom, Andres Oper, Marko Kristal u Martin Reim.", "Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Olanda fit-22 ta' Marzu 2013.", "\"Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2013\"", "! colspan=\"9\" style=\"background:#b0d3fb; text-align:left;\"|", "! colspan=\"9\" style=\"background:#b0d3fb; text-align:left;\"|", "! colspan=\"9\" style=\"background:#b0d3fb; text-align:left;\"|"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4137", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4137", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Gżejjer Faroe", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Gżejjer Faroe", "Il-Gżejjer Faroe għalkemm jagħmlu man-nazzjon tad-Danimarka għandhom it-tim tal-futbol nazzjonali għalihom.", "Jitqiesu bħala tim daqs l-istess tim nazzjonali tad-Danimarka u kwalinkwa tim nazzjonali ieħor fl-Ewropa.", "Dan it-tim ilu jeżisti mill-1930, iżda l-ewwel logħba uffiċjali li lagħab saret fl-24 t'Awissu 1988 kontra l-Islanda.", "Il-Gżejjer Faroe fl-ewwel logħba sofrew telfa b'1 b'xejn (Islanda 1 - 0 Gżejjer Faroe).", "L-agħar skor sofrewh ukoll ma' l-Islanda meta l-Islandiżi skurjawlhom disa' gowls (Islanda 9 - 0 Gżejjer Faroe), fl-10 ta' Lulju 1985, qabel l-ewwel logħba uffiċjali.", "Fil-25 ta' Mejju 1995 kontra San Marino rebħu bl-ikbar skor dak ta' tliet gowls minn fuq (Gżejjer Faroe 3 - 0 San Marino).", "Informazzjoni dwar it-tim tal-Gżejjer Faroe:", "Assoċjazzjoni: Faroe Islands Football Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Gżejjer Faroe)", "Il-Kowċ Attwali: Lars Olsen (2011- )", "It-Top Scorer: Rógvi Jacobsen (b' 10 gowls)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: FRO", "L-Aħjar Ranking: 104 post (Lulju ta' l-1999)", "L-Agħar Ranking: 185 post (Ottubru ta' l-2006)"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4138", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4138", "title": "Sottoġeneru", "text": ["Sottoġeneru", "Sottoġeneru fil-bijoloġija, huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin.", "Is-Sottoġeneru bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-Ġeneru.", "Fiż-Żooloġija, isem sottoġeneriku jista' jintuża indipendentement jew inkluż f'isem speċifiku, f'par ( ), bejn l-isem ġeneriku u l-isem speċifiku ( eż. il-Pangolin Ċiniż, Manis (manis) pentadactyla fejn (manis) huwa l-isem sottoġeneriku.", "Madankollu dan m'huwiex bżonn jew obbligu li wieħed jinkludi l-isem sottoġeneriku meta jsemmi speċi.", "Wieħed għandu jinnota wkoll li l-isem fil-( ) jista' jkun ukoll indikazjoni ta' opinjoni differenti fl-opinjoni tassonomika, fejn l-isem fil-( ) ikun irid juri li uħud mit-tassonomisti jikklassifikaw jew jifirdu dik l-ispeċi partikolari f'ġeneru ieħor (eż. il-Qattus ta' Iriomote Felis (Mayailurus) iriomotensis fejn Felis iriomotensis huwa l-isem normali iżda uħud mit-tassonomisti jikklassifikaw dan il-qattus fil-ġeneru Mayailurus)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4139", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4139", "title": "UEFA", "text": ["UEFA", "L-Unjoni tal-Assoċjazzjoniet tal-Futbol Ewropew (bl-Ingliż: \"The Union of European Football Associations\"), hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol Ewropew.", "Ħafna drabi tiġi riferuta bl-akronimu tagħa UEFA ().", "Il-UEFA tirrapreżenta l-assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol tal-Ewropa, fejn tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet fuq bażi nazzjonali u dawk tal-klabbs madwar l-Ewropa kollha u tieħu ħsieb il-flus regalati, ir-regoli u d-drittijiet tal-istampa ta' dawn il-kompetizzjoniet.", "Diversi assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol li ġeografikament jagħmlu mal-Asja huma msieħba mal-UEFA minflok fiż-Żona Ażjatika.", "Dawn jinkludu l-Armenja, il-Ġeorġja, il-Każakistan, it-Turkija, l-Iżrael, Ċipru, ir-Russja u l-Ażerbajġan (l-Iżrael u l-Każakistan kienu qabel membri tal-AFC).", "Ċipru għażlu li jkunu meqjusa bħala nazzjon tal-futbol Ewropew — dan kellu l-għażla tal-Ewropa, l-Asja jew l-Afrika.", "Din l-assoċjazzjoni hi waħda mill-ikbar konfederazzjonijiet tal-futbol tal-FIFA.", "Mill-konfederazzjonijiet kollha, din l-assoċjazzjoni hi l-aktar b'saħħitha f'dak li jirrigwarda rikkezza u influwenza fuq il-logħba.", "Virtwalment kważi kull plejer ta' klassi jinsab jilgħab fl-aqwa kampjonati tal-Ewropa u dan minħabba tal-paga tajba li jingħataw mill-aktar klabbs tal-futbol sinjuri, partikularment fl-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja.", "Ħafna mit-timijiet nazzjonali l-aktar b'saħħithom fid-dinja jinsabu fil-UEFA.", "Mit-32 tim li daħal għat-Tazza tad-Dinja 2006, erbatax kienu allokati għat-timijiet tal-UEFA, u s'issa fl-ewwel għoxrin post tal-klassifika mondjali tal-FIFA insibu erbatax-il tim Ewropew.", "Il-UEFA ġiet imwaqqfa fil-15 ta' Ġunju 1954 ġewwa Bażel, l-Iżvizzera wara diskussjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Franċiża, Taljana u Belġjana.", "Il-kwartieri ġenerali kienu jinstabu f'Pariġi sal-1959 meta l-organizzazzjoni mxiet lejn Bern.", "L-ewwel Segretarju Ġenerali kien Henri Delaunay u Ebbe Schwarts kien l-ewwel president.", "Iċ-ċentru amministrattiv ilu miftuħ sa mill-1995 u jinsab f'Nyon, l-Iżvizzera.", "Fil-bidu kienet magħmula minn 25 assoċjazzjoni nazzjonali, iżda illum insibu fiha 53 assoċjazzjoni.", "Il-president kurrenti tal-UEFA hu Michel Platini.", "Bħalissa l-UEFA għandha f'idejha 53 pajjiż, li parti minnhom inqasmu minn pajjiżi oħra jew ingħaqdu ma' din il-konfederazzjoni:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4140", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4140", "title": "Sezzjoni (botanika)", "text": ["Sezzjoni (botanika)", "Fil-bijoloġija, sezzjoni hija takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin.", "Dan it-takson jintuża' biss fil-botanika u fiż-żooloġija s-sottoġeneru qiegħed f'livell ekkwivalenti.", "Is-sezzjoni jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f'sottosezzjonijiet.", "Is-sezzjoni bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt il-ġeneru u livell aktar 'il fuq mis-sottosezzjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4144", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4144", "title": "Koort (bijoloġija)", "text": ["Koort (bijoloġija)", "Koħort fil-bijoloġija, huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika tal-organiżmi ħajjin li jista' jiġbor fih jew jista' jiġi maqsum f-Sottokoħorti.", "Il-Koħort bħala livell fil-ġerarkija qiegħed eżatt taħt is-Superkoħort u livell aktar 'l fuq mis-Sottokoħort."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4147", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4147", "title": "Varjetà (botanika)", "text": ["Varjetà (botanika)", "Varjetà huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika li jintuża biss fil-botanika u ma hemmx livell ekwivalenti għalih fiż-żooloġija.", "Fin-Nomenklatura Botanika, Varjetà ( Latin \"varietas\") huwa Takson b'livell aktar baxx minn dak ta' Ġeneru, iżda b'livell ogħla minn dak ta' Sottovarjetà ( Latin \"subvarietas\") u b'hekk jissejjaħ Takson infraspeċifiku.", "Dan jidher fl-isem li jkun magħmul minn 3 partijiet isem ġeneriku, isem speċifiku jew l-epitet speċifku u l-isem infraspeċifiku jew l-epitet infraspeċifiku.", "Biex jiġi ndikat dan, l-abbrevjazjoni \"var.\" trid tiġi miktubha qabel l-epitet infraspeċifiku.", "Varjetà jrid ikollha apparenza distinta minn varjetajiet oħra, iżda tkun kapaċi tipproduċi l-ibridi magħhom (dejjem jekk jiġu f'distanza ta' kuntatt).", "Normalment il-varjetajiet ikunu ġeografikament mifruda minn xulxin.", "Eżempju: Il-Kaktus, \"Escobaria vivipara\", hija speċi varjabli mifruxa mill-Kanada sal-Messiku, b' 9 varjetajiet deskritti.", "Dawn il-varjetajiet fejn jiltaqgħu ġeografikament jipproduċu l-ibridi faċilment.", "Il-varjetà Escobaria vivipara var. arizonica hija mill-Ariżona, waqt Escobaria vivipara var. neo-mexicana hija min-New Mexico."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4148", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4148", "title": "Forma (botanika)", "text": ["Forma (botanika)", "Forma (bil-Latin: \"forma\") huwa takson fil-klassifikazzjoni xjentifika li jintuża biss fil-botanika u fiż-żooloġija il-Morf qiegħed f'livell ekkwivalenti.", "Fin-nomenklatura botanika, forma huwa takson b'livell aktar baxx minn dak ta' sottovarjetà (\"subvarietas\") iżda b'livell ogħla minn dak ta' sottoforma (\"subforma\") u b'hekk jissejjaħ takson infraspeċifiku.", "Dan jidher fl-isem li jkun magħmul minn tliet partijiet isem ġeneriku, isem speċifiku jew l-epitet speċifku u l-isem infraspeċifiku jew l-epitet infraspeċifiku.", "Biex jiġi ndikat dan, l-abbrevjazzjoni \"f.\" trid tiġi miktuba qabel l-epitet infraspeċifiku.", "Eżempju, il-kaktus \"Acanthocalycium spiniflorum\" f. \"klimpelianum\" jew \"Acanthocalycium spiniflorum\" forma \"klimpelianum\".", "Forma normalment huwa grupp b'differenzi żgħar imma notabbli.", "Per eżempju, forom bil-fjura bajda ta' speċi li normalment ikollhom fjuri kkuluriti jistgħu jingħataw l-isem \"f. \"alba\"\".", "Uħud mill-botanisti jemmnu li l-forom m'hemmx bżonn jingħataw ismijiet għax hemm numru li ma jispiċċa qatt minn dawn ibbażati fuq differenza ġenetika żgħira ħafna."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4154", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4154", "title": "Speċi", "text": ["Speċi", "Fil-bijoloġija, speċi hija unità bażika tal-bijodiversità.", "Fil-Klassifikazzjoni xjentifika, speċi tingħata isem b'żewġ partijiet, bil-Latin.", "L-ewwel parti huwa l-Ġeneru bl-ewwel ittra kapitalizzata u t-tieni parti eżatt wara miktuba kollha b'ittri żgħar.", "Eżempju: il-Bniedem jagħmel parti mil-Ġeneru Homo u l-isem ta' l-ispeċi huwa Homo sapiens.", "L-isem ta' l-ispeċi huwa magħmul dejjem miż-2 partijiet u jissejjaħ isem binominali jew il-binominal u mhux mit-tieni parti biss (li tissejjaħ l-epitet speċifiku, għall-pjanti, jew l-isem speċifiku, għall-annimali).", "Il-binominal, li wara ħafna kien ġie formalizzat fil-kodiċi bijoloġiċi tan-nomenklatura, kien introdott bħala xi ħaġa standard minn Carolus Linnaeus fl-1700 u b'hekk irrisulta li xi drabi jissejjaħ in-\"Nomenklatura Linnaeusjana\".", "Dak iż-żmien, it-Teorija bijoloġika kienet tgħid li l-ispeċi jirrapreżentaw atti ta' kreazjoni indipendentement minn Alla u b'hekk kienu kkunsidrati objettivament reali u immutabli.", "Bl-avvent tat-teorija ta' l-evoluzjoni, il-kunċett ta' Speċi fil-bijoloġija għadda minn bidla kbira, madankollu qatt ma ntlaħaq kunsens fuq id-definizjoni tal-kelma.", "L-aktar definizjoni komunement użata ta' Speċi hija dik ta' Ernst Mayr.", "Din id-definizjoni imsemmija bħala l-kunċett ta' speċi bijoloġika jew il-kunċett ta' speċi isolata tgħid; l-ispeċi huma \"gruppi ta' popolazjonijiet naturali li attwalment jew potenzjalment jirriproduċu bejniethom li huma riproduttivament isolati minn gruppi oħra ta' dan it-tip\".", "Madankollu, ħafna aktar kunċetti ta' Speċi huma użati (ara Definizjonijiet ta' Speċi hawn taħt).", "L-isem xjentifiku ta' speċi propjament irid jinkiteb italizzat.", "Meta wieħed irid jirreferi għal speċi li m'hijiex magħrufha dan għandu jsir billi juża l-abbrevjazjoni \"sp.\" fis-singular jew \"spp.\" fil-plural fil-post fejn jinkiteb it-tieni parti tal-isem tal-ispeċi jew kif jissejjaħ ukoll l-isem speċifiku jew l-epitet speċifiku.", "Speċi hija popolazjoni riproduttivament iżolata li taqsam set ta' ġeni u niċċa komuni.", "Din id-definizjoni tiddefinixxi Speċi riproduttivament, ġenetikament, u ekoloġikament...", "Id-definizjoni ta' Speċi hawn fuq li parti minnha hija ta' Ernst Mayr, hija ftit idejalistika.", "Din tassumi riproduzjoni sesswali, u b'hekk tħalli barra mhux definiti klassi kbira ta' organiżmi li jirriproduċu asesswalment.", "Il-bijoloġisti ta' spiss ma jkunux jafu do not know whetherjekk 2 gruppi ta' organiżmi morfoloġikament simili humiex \"potenzjalment\" kapaċi jirriproduċu.", "Aktar minn hekk hemm ikkunsidrata il-varjazjoni ta' b'liema grad ta' suċċess għandha l-ibridazjoni kemm naturali kif ukoll taħt kundizzjoni sperimentali jew inkella b'liema grad ta' suċċess uħud mil-organiżmi jużaw ir-riproduzjoni sesswali bejniethom biex jipproduċu.", "B'hekk, jeżistu numru ta' definizjonijiet bi ħsieb ta' Speċi:", "Fil-prattika, dawn id-definizjonijiet ħafna drabi jaqblu ħafna bejniethom, u d-differenzi bejniethom magħmula ħafn' aktar mil-emfasi milli mil-kontradizjonijiet.", "Mhux minn ta' linqas, s'issa 'l ebda kunċett ta' Speċi li ġie propost ma kien totalment objettiv, jew li jista jiġi applikat fil-każi kollha mingħajr ma jkun hemm bżonn għal ġudizju.", "Bil-ħajja kumplessa kif inhi, uħud argumentaw li definizjoni totalment objettiva għat-tipi kollha tal-ħajja hija pratikament impossibli, w il-bijoloġisti għandhom jużaw l-aktar definizjoni prattika.", "Għal-biċċa l-kbira tal-vertebrati, huwa il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika, u sa ċertu punt (jew għal skopijiet differenti) il-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika.", "Ħafna sottospeċi tal-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika, huma ikkunsidrati Speċi bil-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika; id-differenzi bejn il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika w il-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika tista tiġborhom f'din is-sentenza il-kunċett tal-iSpeċi bijoloġika jiddefinixxi Speċi b'konsegwenza ta' manifest ta' storja evoluzjonarja, waqt li l-kunċett tal-iSpeċi filoġenetika jiddefinixxi Speċi b'konsegwenza ta' manifest ta' potenzjal evoluzjonarju.", "B'hekk Speċi b'kunċett tal-iSpeċi filoġenetika tinħoloq meta linjaġġ evoluzjonarju jibda jinfired, waqt li Speċi b'kunċett tal-iSpeċi bijoloġika tinħoloq meta il-firda tal-linjaġġ evoluzjonarju tkun kompluta.", "L-ideja ta' l-iSpeċi għandha storja twijla. l-iSpeċi huwa wieħed mill-aktar Taksa jew livelli importanti fil-klassifikazjoni għal ħafna raġunijiet:", "Wara użu għal-eluf ta' snien il-kunċett baqa ċentrali għal bijoloġija u għal suġġetti relatati, biss, f'uħud mid-drabi jibqa wkoll definit ħażin u kontroversjali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4156", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4156", "title": "Fenetika", "text": ["Fenetika", "Fil-bijoloġija il-Fenetika (magħrufha wkoll bħala tassonomija numerikali) hija metodu ta' kif tista' tikklassifika l-organiżmi ħajjin ibbażat fuq ix-xebħ morfoloġiku minflok fuq il-metodu ġenetiku.", "Hija dixxiplina antika u llum qed jintuża il-metodu tal-filoġenetika."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4157", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4157", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Finlandja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Finlandja", "It-tim nazzjonali Finlandiż lagħab l-ewwel logħba uffiċjali kontra tim Svediż fit-22 t'Ottubru 1911 u b'hekk niżżel l-ewwel telfa tiegħu wkoll peress li l-logħba spiċċat Finlandja 2 - 5 Svezja.", "L-aħjar skor li kiseb kien fil-11 t'Awissu 1922 meta rebaħ lill-Estonja (Finlandja 10 - 2 Estonja).", "Iżda fl-1 ta' Settembru ta' l-1940 tilef bl-ikbar skor li qatt ħareġ tellief, b'dak ta' 13-il gowl minn taħt (Ġermanja 13 - 0 Finlandja).", "Informazzjoni dwar it-tim nazzjonali tal-futbol Finlandiż, li huwa magħruf bil-laqam ta' Sinivalkoiset:", "Assoċjazzjoni: Suomen Pollolitto (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Finlandja)", "Il-Kowċ Attwali: Roy Hodgson (2006- )", "It-Top Scorer: Jari Litmanen (b' 28 gowl)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: FIN", "Ir-Ranking tal-FIFA: 56 post", "L-Aħjar Ranking: 36 post (Marzu ta' l-2005)", "L-Agħar Ranking: 79 post (Diċembru ta' l-1996)", "Ir-Ranking tal-Elo: 47", "Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Spanja fit-22 ta' Marzu 2013.", "\"Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2013\"", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |", "! colspan=\"9\" bgcolor=\"#B0D3FB\" align=\"left\" |"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4158", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4158", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza", "L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Franza hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza.", "It-tim kellu suċċess f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1998 li sar f'pajjiżu, u spiċċa wkoll it-tieni fl-edizzjoni ta' l-2006 fil-Ġermanja.", "Sa dak iż-żmien, Franza kienet rebħet l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000.", "It-tim hu mmexxi mill-French Football Federation u jikkompeti bħala membru tal-UEFA.", "Franza spiċċat l-ewwel, it-tieni u t-tielet kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Logħob Olimpiku tas-Sajf.", "Hu hu l-uniku tim li rnexxielu jasal sa dal-punt.", "L-ewwel logħba ta' Franza kienet pari ta' 3-3 kontra l-Belġju fl-1904.", "Huma lagħbu fit-tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Lucien Laurent skorja l-ewwel gowl fit-Tazza tad-Dinja fl-1930, f'rebħa ta' 4-1 fuq il-Messiku.", "Huma waslu sal-kwarti tal-finali fl-1938 meta ospitaw il-kompetizzjoni.", "Franza spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1958, meta rebħet bi skor kbir ta' 6-3 lill-Ġermanja biex kisbet it-tielet post. Franza kienet tilfet mal-Brażil fis-semi-finali, wara l-\"injury\" tad-difensur ċentrali u t-tripletta ta' Pelé.", "L-attakkant Just Fontaine skorja tlettax-il gowl fil-kampjonat f'sitt logħbiet.", "Dak iż-żmien kien fost l-aqwa timijiet ta' l-Ewropa.", "Matul l-era ta' Michael Platini bħala \"captain\", l-istil ta' logħob tal-Franċiżi fit-Tazza tad-Dinja tjieb, fejn spiċċa r-raba' fl-edizzjoni ta' l-1982 fi Spanja u t-tielet fl-edizzjoni tal-Messiku ta' l-1986.", "FIż-żewġ edizzjonijiet huma tilfu kontra l-Ġermanja tal-Punent.", "Is-semi-finali ta' l-1982 tibqa' famuża għad-daqqa ta' minkeb li l-gowler tal-Ġermanja, Harald Schumacher, ta lill-plejer ta' Franza Patrick Battiston f'wiċċu wara li dan għamel xutt.", "Minkejja l-uġiegħ li sofra Battiston, Schumacher ma kienx penalizzat.", "Flimkien mal-ħafna apparenzi fis-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja, bi Platini preżenti, huam rebħu l-Kampjonati Ewropej ta' l-1984 li sar ġewwa darhom, u kif ukoll il-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Los Angeles ta' l-istess sena.", "L-akbar suċċessi ta' Franza kienu lejn tmiem l-1990, fil-ġenerazzjoni ta' Zinedine Zidane u l-bidu ta' l-esperjenza internazzjonali ta' Thierry Henry.", "It-tim beda tajjeb hekk kif wasal fis-semi-finali tal-Kampjonati Ewropej ta' l-1996.", "Wara din l-edizzjoni, l-kowċ Aimé Jacquet addotta strateġija difensiva u għamel lis-\"supporters\" anzjużi minħabba li t-tim qatt ma deher li kien qed jiżviluppa fit-tattika offensiva.", "Il-\"media\" bdiet tattakka l-kowċ tat-tim u bdiet tgħidlu li t-tim ma kellux ċans li jimxi fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998 li kienet se ssir f'pajjiżhom.", "F'Mejju 1998, il-\"media\" reġgħet attakkat lil Jacquet hekk kif hu semma' 28 plejer minflok 22 għat-Tazza tad-Dinja, u l-gazzetta \"L'Équipe\" stqarriet fl-editorjal li hu ma kienx l-aħjar persuna biex jiggwida lit-tim Franċiż għar-rebħa.", "Franza bdew tajjeb l-edizzjoni ta' l-1998 hekk kif rebħu l-grupp b'punti massimi meta rebħu kontra l-Afrika t'Isfel (3-0), kontra l-Għarabja Sawdita (4-0) u kontra d-Danimarka (2-1).", "B'hekk huma spiċċaw biex skurjaw disa' gowls u laqqtu gowl wieħed biss.", "Wara kien imiss lill-Paragwaj, u Franza rnexxiela tikkwalifika permezz ta' \"golden-goal\" ta' Laurent Blanc.", "Fil-kwarti tal-finali, huma rebħu lill-Italja bil-\"penalties\" wara li wara l-ħin normali u l-ħin miżjud huma spiċċaw 0-0.", "Fis-semi-finali huma affrontaw lill-Kroazja u wara li marru minn taħt, għall-ewwel darba fil-kampjonat, minn gowl tat-\"top-scorer\" ta' l-istess kampjonat, Davor Šuker, huma rribaltaw is-sitwazzjoni b'doppjetta ta' Thuram.", "Fil-finali huma rebħu lir-rebbieħa ta' l-edizzjoni ta' qabel, il-Brażil, bl-iskor ta' 3-0.", "Fl-ewwel taqsima, Zinedine Zidane tefa' lill-Franċiżi 2-0 fil-vantaġġ, biż-żewġ gowls jaslu minn daqqiet tar-ras minn żewġ \"corners\".", "Il-Brażil ma rnexxielhomx jagħmlu pressjoni biex inaqqsu d-distakk, alavolja Desailly kien muri l-karta l-ħamra.", "Emmanuel Petit skorja t-tielet gowl tas-serata fl-aħħar minuta tal-logħba.", "Din ir-rebħa kienet l-ewwel rebħa fil-finali mill-ospitu f'għoxrin sena.", "Madwar miljun persuna ċċelebraw ir-rebħa tal-Franċiżi fit-toroq ta' Pariġi.", "Roger Lemerre ħa post Jacquet wara r-rebħa fil-finali tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998.", "Hu ggwidahom għall-Euro 2000.", "Zidane żamm il-forma tiegħu tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA meta fil-kwarti tal-finali kontra Spanja hu skorja \"free kick\" dirett u \"penalty\" fis-semi-finali kontra l-Portugall.", "Fil-finali, Franza rebħet lill-Italja 2-1, wara li kienet minn taħt.", "David Trezeguet skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud biex ta r-rebħa lill-Franċiżi.", "Din kienet l-ewwel darba li tim nazzjonali żamm it-titlu tat-Tazza tad-Dinja u t-titlu tal-Kampjonat Ewropew, wara l-Ġermanja tal-Punent fl-1974, u kienet ukoll l-ewwel darba li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja kiseb it-titlu ta' \"champion\" ta' l-Ewropa.", "Franza żammet l-pożizzjonijiet għoljin tar-\"rankings\" tal-FIFA bejn s-sena 2000 u 2001.", "Il-plejers segwenti ġew imsejħa sabiex jipparteċipaw fil-partiti kontra l-Ġeorġja (22 ta' Marzu) u Spanja (26 ta' Marzu) validi għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4159", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4159", "title": "Sottospeċi", "text": ["Sottospeċi", "Fiż-Żooloġija, it-Takson Sottospeċi huwa l-livell immedijatament taħt l-ispeċi, waqt li fil-botanika bħala ekwivalenti qiegħed jintuża t-Takson Varjetà għalkemm \"sensu stricto\" dan m'huwiex eżattament ekwivalenti.", "Fiż-Żooloġija, l-isem xjentifiku ta' Sottospeċi huwa l-isem binominali b'immedjatament warajh l-isem sottospeċifiku, eż. Homo sapiens sapiens.", "Il-Kodiċi Internazjonali tan-Nomenklatura Żooloġika (4 edizjoni, 2000) ma kien hemm l-ebda tentativ biex jikkodifikaw \"entita infrasottospeċifika\" (eż. ir-Razzez tal-Bniedem).", "Jekk ikun hemm bżonn ta' Takson sottospeċifiku f'nomenklatura ta' annimali jista' jingħata isem trinominali jew trinominal.", "Ħafna \"eżemplari tipiċi\" jistgħu jiġu deskritti, iżda ma jistgħux jiġu meqjusa bħala assoluti jew kategoriċi.", "Dawn il-forom ma għandhomx status uffiċjali, għalkemm jistgħu jkunu ta' għajnuna biex jiddiskrivu popolazjonijiet ta' altitudni jew ġeografija differenti.", "Sottospeċi indikata bir-repetizjoni ta' l-isem speċifiku hija magħrufha bħala is-\"sottospeċi nominata\".", "Allura Panthera leo leo hija is-\"sottospeċi nominata\" ta' l-Iljun (Panthera leo).", "F'dokumenti xjentifiċi, is-Sottospeċi tkun komunement imqassra f'abbrevjazjoni subsp.\" jew ssp. — eż. Iljun Asjatiku ssp. persica\" huwa l-istess bħal Iljun.", "Wieħed għandu jinnota li:", "Membri ta' sottospeċi jridu jkunu morfoloġikament differenti minn membri ta' sottospeċi oħra ta' l-istess speċi.", "Sottospeċi huma definiti f'relazjoni ma' speċi.", "M'huwiex possibli li wieħed jifhem il-kunċett ta' sottospeċi mingħajr ma jkun fehem x'inhi speċi.", "Fil-kuntest ta' organiżmi ħajjin kbar bħal fjuri, siġar, ħut, għasafar u l-bniedem, speċi tista tkun definita bħala grupp distint u magħruf li jissodisfa 2 kundizjonijiet:", "Wieħed irid jinnota li l-qofol ta' dan kollu huwa, li biex il-gruppi jitqiesu different minflok \"grupp wieħed varjat\", id-differenza trid tkun distinta tassew u mhux sempliċiment varjazjoni gradwali kontinwa.", "Dan m'huwiex arbitraġġ kundizzjunarju.", "Bidla gradwali, imsejħa klinazjoni jew Xaqliba, hija evidenza ċara ta' taħlit sustanzjali fil-ġeni bejn iż-2 popolazjonijiet.", "B'firda kbira bejn iswed u abjad jew b'żona relativament żgħira u stabli ta' ibridazjoni, turi li ż-2 popolazjonijiet m'humiex jitħalltu fuq livell għoli u b'hekk huma speċi separati.", "Madankollu, il-klassifikazjoni bħala speċi separati jew sottospeċi tiddependi fuq l-\"għaliex\" dawn ma jitħalltux u ma jirriproduċux bejniethom.", "Meta jew jekk 2 gruppi ma jirriproduċux għax hemm xi ħaġa ġenetika li żżommhom lura (eż. żrinġijiet suwed m'humiex sesswalment attratti lejn żrinġijiet bojod jew jirriproduċu fi żminijiet differenti matul is-sena) f'dan il-każ huma speċi differenti.", "Biss, jekk iż-2 gruppi jirriproduċu liberament dejjem jekk il-barrieri esterni jitneħħew b'xi mod (eż. popolazjonijiet li huma 'l bogħod minn xulxin jew mifrudin minn xmara u b'xi mod ma jibqgħux) f'dak il-każ dawn huma sottospeċi.", "Wieħed għandu jinnota li bejn speċi u sottospeċi d-distinzjoni tiddependi \"biss\" fuq il-probabilita li iż-2 popolazjonijiet (fin-nuqqas ta' barrieri esterni) jerġgħu jingħaqdu lura f'popolazjoni 1 ġenetikament mgħaquda.", "Ma għandu x'jaqsam xejn \"b'kemm\" iż-2 popolazjonijiet jidhru \"differenti\" f'għajnejn il-bniedem.", "Waqt li t-tagħrif dwar grupp partikolari jiżdied, il-kategorizzazjoni jista' jkun li jkollha bżonn xi tibdil.", "Hemm ħafna każi fejn popolazjonijiet meqjusa [[Sottospeċi] ta' popolazjonijiet oħra ġew ri-klassifikati bħala [[Speċi]] sħiħa kollha kemm hi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4162", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4162", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġeorġja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġeorġja", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Georgia bil-laqam ta' Jvarosnebi, li jfisser Krusadi, fl-ewwel logħba tiegħu fis-27 ta' Mejju 1990 spiċċ f'draw kontra l-Litwanja (Georgia 2 - 2 Litwanja).", "Għalkemm ma jitqiesx xi tim tajjeb kellu logħob ukoll b'rebħa sabiħa fosthom meta fit-30 ta' Marzu 1997 rebaħ lill-Armenja b'7 gowls (Georgia 7 - 0 Armenja).", "L-agħar skor sofrih ma' żewġ timijiet nazzjonali Ewropew b'5 gowls minn taħt, dawn seħħew fl-24 t' April 1996 kontra r-Rumanija (Rumanija 5 - 0 Georgia) u fis-7 ta' Settembru 2005 kontra d-Danimarka (Danimarka 6 - 1 Georgia).", "Informazzjoni oħra dwar it-tim nazzjonali tal-Krusadi (Georgia):", "Assoċjazzjoni: Georgian Football Federation (Il-Federazzjoni Ġeorġjana tal-Futbol)", "Il-Kowċ Attwali: (il-Ġermaniż) Klaus Toppmoller (2006- )", "It-Top Scorer: Shoto Arveladze (b' 19-il gowl)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: GEO", "Ir-Ranking tal-FIFA: 98 post", "L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 42 post (Settembru ta' l-1998)", "L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 156 post (Marzu ta' l-1994)", "Ir-Ranking tal-Elo: 87"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4221", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4221", "title": "Senġi ta' taħt dahru dehebi", "text": ["Senġi ta' taħt dahru dehebi", "Is-Senġi ta' taħt dahru dehebi (\"Rhynchocyon chrysopygus\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea.", "Dan huwa l-akbar speċi ta' senġi fost dawk kollha li jeżistu u jqatta' 80% tal-ħin li jkun attiv jikkaċċja l-ġurati, il-brimb u annimali vertebrati żgħar oħra.", "Fost is-senġijiet dan hu l-aktar speċi fil-periklu ta' estinzjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4222", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4222", "title": "Senġi ta' wiċċu qasir", "text": ["Senġi ta' wiċċu qasir", "Is-Senġi ta' wiċċu qasir, magħruf xjentifikament bħala \"Elephantulus brachyrhynchus\", huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjutost żgħir, tal-ordni Macroscelidea.", "Fost is-senġijiet kollha is-senġi ta' wiċċu qasir huwa l-aktar speċi komuni u għandu l-akbar firxa fil-kontinent Afrikan.", "Dan is-senġi mifrux ma' bosta pajjiżi fl-Afrika fosthom Angola, Botswana, Repubblika Demokratika tal-Kongo, Kenja, Malawi, Możambikk, Namibja, Afrika t'Isfel, Sudan, Tanżanija, Uganda, Żambja u Żimbabwe."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4227", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4227", "title": "Senġi ħamrani", "text": ["Senġi ħamrani", "Is-Senġi ħamrani \"Elephantulus rufescens\", huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea.", "Dan is-senġi minbarra li huwa monogamu, huwa wieħed mill-ftit speċi li huma abbundanti u mhumiex fil-periklu ta' estinzjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4237", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4237", "title": "Senġi tal-blat tal-Lvant", "text": ["Senġi tal-blat tal-Lvant", "Is-Senġi tal-blat tal-Lvant \"Elephantulus myurus\", huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir ta' l-ordni Macroscelidea.", "Dan is-senġi għalkemm l-abbundanza tvarja skond iż-żminijiet mhux fil-periklu ta' estinzjoni u għandu firxa vasta fin-Nofs in-nhar tal-kontinent Afrikan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4239", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4239", "title": "Senġi tal-blat tal-Punent", "text": ["Senġi tal-blat tal-Punent", "Is-Senġi tal-blat tal-Punent \"Elephantulus rupestris\", huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir ta' l-ordni Macroscelidea.", "Dan is-senġi għandu firxa kbira li tlaħħaq il-450,000km2, f'ambjenti xotti bħad-deżert u s-savana."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4241", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4241", "title": "Senġi iswed u aħmar", "text": ["Senġi iswed u aħmar", "Is-senġi iswed u aħmar (\"Rhynchocyon petersi\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea.", "Dan is-senġi huwa wieħed mis-sbatax-il speċi mifruxin mal-kontinent Afrikan.", "Is-senġi iswed u aħmar huwa wieħed mill-akbar speċi ta' senġi u fil-fatt it-tliet speċi f'dan il-ġeneru jissejħu senġijiet ġganti.", "Dan is-senġi qiegħed ukoll f'periklu kbir ta' estinzjoni u għalkemm għandu firxa akbar mis-senġi ta' taħt dahru dehebi, il-popolazzjoni ma tlaħħaqx l-istess densità."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4249", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4249", "title": "Senġi ta' erbat iswaba", "text": ["Senġi ta' erbat iswaba", "Is-senġi ta' erbat iswaba (\"Petrodromus tetradactylus\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea.", "Dan is-senġi huwa speċi monotipika, l-unika fil-ġeneru \"Petrodromus\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4252", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4252", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Greċja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Greċja", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Greċja (Grieg:\"Εθνική Ελλάδος, Ethniki Ellados\") jirrappreżenta lil Greċja fl-assoċjazzjoni tal-futbol u huwa kkontrollat ​​mill-Hellenic Football Federation, il-korp governattiv għall-futbol fil-Greċja.", "Il-grawnd nazzjonali tagħhom huwa Stadju Karaiskakis ġewwa Pirew u l-kowċ prinċipali tagħhom huwa Fernando Santos.", "Il-Greċja ntefqu ħafna mill-istorja tagħhom fl-oskurità relattiva, huma pparteċipaw biss darbtejn fil-kompetizzjonijiet finali tat-Tazza tad-Dinja u tal-Kampjonati Ewropej, fl-1994 u l-1980 rispettivament, sal-Kampjonati Ewropej 2004, meta dawn saru ċampjins Ewropej fit-tieni parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni.", "Il-Griegi għelbu xi wħud mill-favoriti fil-kompetizzjoni inklużi ċ-ċampjins preċedenti Franza u l-ospiti l-Portugall, li Greċja għelbu kemm fil-logħba tal-ftuħ u għal darb'oħra fil-finali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4253", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4253", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija", "L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' l-Ungerija hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' l-Ungerija u hu mmexxi mill-Hungarian Football Federation.", "Dan it-tim nazzjonali għandu storja rikka ħafna u provda plejers ta' klassi.", "Hu għandu post fl-istorja tal-futbol bħala wieħed mill-ewwel pajjiżi oriġinali tal-futbol fl-Ewropa.", "F'dawn l-aħħar snin is-saħħa tat-tim naqqset ħafna, fejn naqsu li jikkwalifikaw għal xi kampjonat prestiġjuż mill-1986.", "Il-futbol Ungeriż huwa aħjar magħruf bħala l-aktar tim formidabbli u ta' influwenza fl-istorja tal-futbol, li rrivoluzzjona din il-logħba.", "Bi plejers bħal Ferenc Puskás, Sándor Kocsis, József Bozsik u Nándor Hidegkuti, dan it-tim żviluppa l-logħba tal-futbol fejn irnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1954 b'rekord rimarkabbli ta' 43 rebħa, 7 pari, u l-ebda telfa mill-15 ta' Ġunju 1952 sat-tmiem ta' din il-mixja pożittiva, fit-18 ta' Frar 1956.", "L-Ungerija għandha d-distinzjoni unika li tipposta ruħha bl-ikbar numru ta' punti (2173 punt) fir-\"ratings\" ta' l-ELO f'Ġunju 1954 flimkien mat-tieni l-iktar b'2153 punt fl-1956; fejn tgħaddi lill-Brażil, l-Ingilterra, l-Arġentina u l-Ġermanja f'kull kompetizzjoni ta' kull żmien.", "L-Ungeriżi kienu darbtejn fil-finali tat-Tazza tad-Dinja bit-tnejn li huma jitilfuhom; kontra l-Italja fl-1938 (4-2) u kontra l-Ġermanja tal-Punent fl-1954 (3-2), minkejja li rebħu lill-istess Ġermanja tal-Punent 8-3 kmieni fil-kompetizzjoni.", "It-tim, mibni fuq il-leġġendarju Ferenc Puskás, mar fil-vantaġġ 2-0 fil-partita, imma spiċċaw jitilfu 3-2 f'logħba li l-Ġermaniżi baqgħu jsejħulha bħala \"Il-Miraklu ta' Bern\" (\"The Miracle of Bern\").", "F'din il-partiti kien hemm xi żewġ kontroversji: l-ewwel x'ħin Puskas ġab l-iskor indaqs fid-89 minuta imma l-gowl kien imħassar wara \"offside\", u t-tieni meta plejer Ġermaniż għamel \"foul\" ċar fuq Kocsis fil-kaxxa tal-gowler u l-Ungerija ma ngħatatx \"penalty\".", "L-Ungerija rebħet id-deheb fl-Olimpjadi tliet darbiet: fl-1952, fl-1964 u fl-1968.", "It-tim ta' taħt it-23 sena, li kienet l-età limitu għat-timijiet ta' l-Olimpjadi, rebħu l-Kampjonat tal-UEFA ta' taħt it-23 sena fl-1974.", "Mill-1976, it-tim beda jikkompeti bħala parti mit-tim ta' taħt il-21 sena.", "Il-logħba bejn l-Awstrija u l-Ungerija, fi Vjenna fl-1902, kienet l-ewwel logħba internazzjonali bejn żewġ pajjiżi li ma kinux Brittaniċi.", "L-Ungerija kienet l-ewwel tim, minn barra l-Gżejjer Brittaniċi, li rebħet lill-Ingilterra ġewwa l-Ingilterra stess.", "Hi kienet rebħet bl-iskor kbir ta' 6-3 f'Wembley fil-25 ta' Novembru 1953.", "Din ir-rebħa kellha sinjifikat mondjali hekk kif din waqfet il-mixja pożittiva ta' l-Ingilterra li kienet ilha sejra minn meta twaqqfet l-assoċċazzjoni tal-futbol fl-1863.", "Huma rebħa l-Ingilterra 7-1, din id-darba f'Budapest sena wara, fl-1954.", "Din it-telfa tibqa' bħala l-ikbar telfa għall-Ingilterra.", "L-Ungerija żżomm ir-rekord ta' l-iktar partiti mingħajr telfa bi 33 logħba internazzjonali bejn l-14 ta' Mejju 1950 u l-4 ta' Lulju 1954, meta tilfu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ġermanja.", "Dan ir-rekord għadu mhux miksur sa Jannar ta' l-2007.", "L-Arġentina u Spanja jżommu t-tieni l-itwal żmien ta' bla telfa - 31 partita (l-Arġentina bejn l-1991 u l-1993, u Spanja bejn l-1994 u l-1998).", "Din hija l-iskwadra nazzjonali Ungeriża li qed tikkompeti għall-Euro 2008.", "Gowlers:", "Difensuri:", "Midfielders: Attakkanti:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4255", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4255", "title": "Senġi ta' Kap", "text": ["Senġi ta' Kap", "Is-Senġi ta' Kap (\"Elephantulus edwardii\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea.", "\"Elephantulus edwardii\" huwa speċi endemika li tinstab f'pajjiż wieħed, l-Afrika t'Isfel.", "Għalkemm mhux abbundant, dan is-senġi huwa mifrux ma' arja kbira ta' aktar minn 130,000 km2."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4257", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4257", "title": "Senġi ta' saqajħ skuri", "text": ["Senġi ta' saqajħ skuri", "Is-Senġi ta' saqajħ skuri \"Elephantulus fuscipes\", huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir ta' l-ordni Macroscelidea.", "Dan is-senġi jippreferi s-savana u għalkemm imniżżel bħala \"Data deficient\" iġifieri hemm nuqqas ta' informazjoni, huwa maħsub li m'huwiex fil-periklu, għaliex parti mill-firxa tas-senġi ta' saqajħ skuri qiegħda f'żona protetta.", "\"Elephantulus fuscipes\" għandu distribuzjoni żgħira mifruxa ma' 3 pajjiżi afrikani li huma, Republika Demokratika tal-Kongo, Sudan u Uganda."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4259", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4259", "title": "Senġi skur", "text": ["Senġi skur", "Is-Senġi skur (magħruf xjentifikament bħala \"Elephantulus fuscus\") huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea.", "Dan is-senġi jippreferi savana bi ftit siġar u għalkemm għandu firxa ristretta ħafna u mniżżel bħala \"speċi b'informazzjoni insuffiċjenti\", jiġifieri hemm nuqqas ta' informazjoni (speċjalment dwar l-ambjent li jgħix fih u l-abbundanza tal-ispeċi), huwa maħsub li m'huwiex fil-periklu, għaliex parti mill-firxa tas-senġi skur qiegħda f'żona protetta.", "\"Elephantulus fuscus\" għandu distribuzzjoni żgħira ħafna mifruxa ma' tliet pajjiżi Afrikani li huma l-Malawi, Możambikk u ż-Żambja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4261", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4261", "title": "Senġi tas-Somalja", "text": ["Senġi tas-Somalja", "Is-Senġi tas-Somalja \"Elephantulus revoili\", huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir ta' l-ordni Macroscelidea.", "\"Elephantulus revoili\" huwa speċi endemika (speċi li tinstab f'pajjiż wieħed biss) tas-Somalja u hemm ftit li xejn tagħrif dwar dan is-senġi.", "Dan is-senġi mifrux mal-kosta tat-Tramuntana tas-Somalja u jinstab f'dan il-pajjiż biss."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4269", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4269", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Irlanda", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Irlanda", "L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża, li hu wieħed miż-żewġ timijiet nazzjonali ta' l-Irlanda, bit-tim l-ieħor ikun ta' l-Irlanda ta' Fuq.", "Hu hu mmexxi mill-Football Association of Ireland u hu membru tal-UEFA u l-FIFA.", "Alavolja kienu nvoluti fil-kompetizzjoni internazzjonali mill-1930, it-tim qatt ma kwalifika għal xi kompetizzjoni ta' importanza, imma wara l-Euro 1988 fil-Ġermanja huma rnexxielhom jagħmlu suċċess.", "Huma waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1990 u waslu wkoll sat-tieni rawnd tat-Tazza tad-Dinja 1994 u l-edizzjoni ta' l-2002.", "Bejn l-1882 u l-1924 l-Irlanda kienet irrapreżentata minn tim nazzjonali wieħed organizzat minn Belfast - ibbażat bħala l-Irish Football Association.", "Imbagħad fl-1920 l-Irlanda nqasmet bħala l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda t'Isfel.", "Fl-1922, l-Irlanda t'Isfel saret l-Istat Ħieles tal-Irlanda, biex imbagħad saret ir-Repubblika ta' l-Irlanda.", "Minħabba din il-bidla fis-sistemà politika, il-Football Association of Ireland (FAI) bdiet minn Dublin fl-1921 u bdiet torganizza kemm l-kampjonat nazzjonali u anki t-tim nazzjonali tagħha.", "Fl-1923 il-FAI kienet rikonoxxuta mill-FIFA bħala l-assoċċazzjoni li tiggwida l-futbol fl-Istat Liberu ta' l-Irlanda, u fl-Olimpjadi ta' l-1924 fi Stade Olympique, huma rebħu 1-0 lill-Bulgarija, bil-plejer Paddy Duncan jiskorja l-ewwel gowl li qatt skorja t-tim.", "Fl-14 ta' Ġunju 1924, l-Istat Ħieles ta' l-Irlanda għamel id-debutt tiegħu ġewwa daru meta rebaħ lill-Istati Uniti 3-1 bi tripletta ta' Ed Brookes.", "L-Istat Ħieles Irlandiż kellhom jistennew sal-21 ta' Marzu 1926 biex jilagħbu l-partita li jmiss.", "Din kienet partita barra minn darhom kontra l-Italja fejn tilfu 3-0.", "Din kienet l-ewwel partita internazzjonali fejn hiha kien hemm plejers professjonali.", "Fil-25 ta' Frar 1934, huma għamlu d-debutt fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta spiċċaw pari ta' 4-4 kontra l-Belġju fil-fażi ta' kwalifikazzjoni f'Daymount Park.", "Paddy Moore skorja erba' gowls għat-tim u sar l-ewwel plejer li qatt skorja erba' gowls f'logħba tat-Tazza tad-Dinja", "Sa l-1980, ħafna mil-logħob li lagħbu f'darhom intalgħbu ġewwa Lansdowne Road f'Dublin, il-grawnd nazzjonali tat-tim tar-rugby.", "Dan il-grawnd huma magħluq minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li se jkomplu sa l-2009.", "L-ewwel logħba internazzjonali kienet logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja fl-1971; ir-rebħa ta' 5-0 kontra San Marino fil-15 ta' Novembru 2006, kienet l-aħħar logħba li ntlagħbet f'dan il-grawnd.", "Il-grawnd jesa' aktar minn 36,000 persuna.", "Il-kostruzzjoni li qed issir se testendi l-kapaċità ta' dan il-grawnd għal 50,000.", "Xi ftit mil-logħob ta' l-1980 tar-Repubblika Irlandiża ntlagħbu f'Daymount Park u l-aħħar partita li saret f'dan il-grawnd kienet fl-1990 kontra l-Marokk.", "It-tim lagħab ukoll xi partiti f'daru f'Tolka Park (darbtejn) u fir-Royal Dublin Society f'Dublin u kif ukoll f'Mardyke u fi Flower Lodge.", "Minħabba l-proġetti fuq il-Lansdowne Road, grawnd ġdid kellu jospita l-logħob internazzjonali ta' l-Irlanda.", "L-uniku grawnd kapaċi li jospita futbol internazzjonali fih huwa Croke Park.", "Inizjalment, erba' logħbiet għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 sejrin jintlagħbu fi Croke Park matul l-2007.", "Din hija l-iskwadra nazzjonali Kroata li qed tikkompeti għall-Euro 2008.", "Gowlers:", "Difensuri:", "Midfielders:", "Attakkanti:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4271", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4271", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżrael", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżrael", "Ġeografikament, l-Iżrael jagħmel parti ma' l-Asja, iżda huwa membru tal-UEFA l-għaqda li tieħu ħsieb il-futbol Ewropew.", "Fis-16 ta' Marzu 1934 hu l-jum li lagħab l-ewwel darba l-Iżrael, iżda dak iż-żmien it-tim kien jismu Palestina/Erets Yisrael u kien lagħab kontra l-Eġittu (Eġittu 7 - 1 Palestina/Erets Yisrael).", "B'hekk nistgħu ngħidu li l-ewwel logħba uffiċjali bl-isem t'Iżrael biss kienet dik tas-26 ta' Settembru 1948 kontra l-Istati Uniti (Stati Uniti 3 - 1 Iżrael).", "Bħala l-agħar logħob nsibu tnejn, dik li kienet l-ewwel logħba kontra l-Eġittu bl-isem ta' Palestina/Erets Yisrael; u l-oħra ntlagħbet fit-13 ta' Frar 2002 kontra t-tim Ġermaniż (Ġermanja 7 - 1 Iżrael).", "Imma l-ikbar rebħa li għamlu kienet bi skor ikbar minn dak ta' l-agħar żewġ telfiet, għax fit-23 ta' Marzu 1988 rebħu lit-tim ta' Tajwan bl-iskor ta' 9 b'xejn (Iżrael 9 - 0 Tajwan).", "Fit-Tazza tad-Dinja, Iżrael ħa sehem darba biss fl-1970 meta dak iż-żmien ma kienx membru tal-UEFA, iżda ta' l-għaqda Asjatika tal-futbol.", "Informazzjoni oħra dwar dan it-tim bil-laqam ta' The Holy XI (Il-Ħdax Imqaddsa):", "Assoċjazzjoni: Israel Football Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol t'Iżrael)", "Il-Kowċ Attwali: Dror Kashtan (2006- )", "It-Top Scorer: Mordechal Spiegler (b'32 gowl)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: ISR", "Ir-Ranking tal-FIFA: 22 post", "L-Aħjar Ranking: 20 post (Ġunju ta' l-2008)", "L-Agħar Ranking: 71 post (Settembru ta' l-1993)", "Ir-Ranking tal-Elo: 42"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4272", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4272", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja", "It-tim nazzjonali Taljan hu l-iktar tim fl-Ewropa li rebaħ it-Tazza tad-Dinja, kif ukoll l-iktar wieħed li ħa sehem f'din il-kompetizzjoni, flimkien mal-Ġermanja, b'total ta' 16-il darba.", "Fil-fatt l-unika darbtejn li ma ħax sehem kien fl-1930 u fl-1958.", "It-Tazza tad-Dinja rebaħha erba' darbiet fl-1934, 1938, 1982 u fl-2006.", "Huwa, ħa sehem ukoll sitt darbiet għat-tazza tal-kampjonat Ewropew, dawn kienu fl-1968 meta rebaħ din it-tazza; fl-1980 (spiċċa r-4 post); fl-1988; fl-1996; fis-sena 2000 (spiċċa t-2 post); u fl-2004.", "Biex it-tim Taljan wasal fejn jinsab llum xi darba kellu jibda l-ewwel logħba tiegħu u fil-fatt dan seħħ fil-15 ta' Mejju 1910 meta kien rebaħ l-ewwel logħba tiegħu wkoll kontra Franza (Italja 6 - 2 Franza).", "Iżda għall-\"Azurri\" mhux din kienet l-ikbar rebħa.", "Fil-fatt l-ikbar rebħa saret kontra l-Istati Uniti fit-2 t'Awwissu 1948 (Italja 9 - 0 Stati Uniti).", "Dan it-tim kellu wkoll telf ikrah fl-istorja tiegħu u bħala l-agħar telfa kienet dik tas-6 t'April 1924 kontra l-Ungerija (Ungerija 7 - 1 Italja).", "Fejn jidħol il-Logħob Olimpiku l-peniżola Taljana kellha wkoll suċċessi, biss biss nistgħu nsemmu ż-żewġ midalji tal-Bronż, li din l-iskwadra rebħet fl-1928 ġewwa Amsterdam u fl-2004 ġewwa Ateni.", "Iżda l-aħjar midalja dik tad-Deheb rebħitha fl-1936 ġewwa Berlin.", "Informazzjoni dwar dan it-tim nazzjonali tal-futbol:", "Assoċjazzjoni: Federazione Italiana Giuco Calcio (Il-Federazzjoni Taljana tal-Futbol)", "Il-Kowċ Attwali: Marcelo Lippi (2008- )", "It-Top Scorer: Gigi Riva (b'35 gowl)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: ITA", "Ir-Rankatura tal-FIFA: 2 post", "L-Aħjar Rankatura (tul iż-żminijiet): 1 post (Novembru tal-1993)", "L-Agħar Rankatura (tul iż-żminijiet): 16-il post (April tal-1998)", "Ir-Rankatura tal-Elo: 3"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4273", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4273", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Każakistan", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Każakistan", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Każakistan huwa r-rappreżentazzjoni nazzjonali tal-futbol tal-Każakistan u hu mmexxi mill-Federazzjoni Każakistana.", "Huma nfirdu mit-tim nazzjonali tal-Unjoni Sovjetika wara l-indipendenza fl-1991 u ngħaqdu l-konfederazzjoni Ażjatika.", "Wara li naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 1998 u 2002 huma ngħaqdu mal-UEFA."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4275", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4275", "title": "Ochotona (sottoġeneru)", "text": ["Ochotona (sottoġeneru)", "Ochotona huwa sottoġeneru ta' mammiferu (il-piki tal-isteppa), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Ochotonidae, fil-ġeneru Ochotona, b'disa' speċi ħajjin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4280", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4280", "title": "Prolagus", "text": ["Prolagus", "\"Prolagus\" huwa ġeneru ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament \"il-prolagi jew il-pika ta' Sardinja)\", fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Prolagidae, u b' bosta speċi kollha estinti.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Pika ta' Sardinja)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4281", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4281", "title": "Leporidae", "text": ["Leporidae", "Leporidae hija familja ta' mammiferi ta' fniek u liebri (jew kif jissejħu wkoll flimkien leporidi) fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, bi 11-il ġeneru b'rappreżentanti ħajjin u b'kollox mhux anqas minn 60 speċi ħajja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4284", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4284", "title": "Nesolagus", "text": ["Nesolagus", "Nesolagus huwa ġeneru ta' mammiferi (il-fniek), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, ma' għaxar ġeneri oħra b'rappreżentanti ħajjin (Pentalagus, Bunolagus, Romerolagus, Brachylagus, Sylvilagus, Poelagus, Oryctolagus, Lepus, Caprolagus, u Pronolagus) u b'żewġ speċi ħajjin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4292", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4292", "title": "Tapeti (sottoġeneru)", "text": ["Tapeti (sottoġeneru)", "It-Tapeti huwa sottoġeneru ta' mammiferi \"(il-fniek)\", fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru \"Sylvilagus\" ma' żewġ sottoġeneri oħra (\"Sylvilagus\" u \"Microlagus\"), b'sitt speċi ħajjin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4296", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4296", "title": "Pronolagus", "text": ["Pronolagus", "Pronolagus huwa ġeneru ta' mammiferi (il-fniek ħomor jew liebri l-ġebel), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, ma' għaxar ġeneri oħra b'rappreżentanti ħajjin (\"Bunolagus\", \"Nesolagus\", \"Romerolagus\", \"Brachylagus\", \"Sylvilagus\", \"Poelagus\", \"Oryctolagus\", \"Lepus\", \"Pentalagus\", u \"Caprolagus\") u b'erba' speċi estanti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4303", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4303", "title": "Marrara", "text": ["Marrara", "Il-marrara hija organu forma ta' lanġasa li jesa' madwar 50 mL ta' bili (\"bile\") sakemm dan jiġi użat għad-diġestjoni.", "Il-marrara hija twila 7-10 ċm fil-bniedem, u għandha kulur aħdar skur minħabba l-kontenut tagħha u mhux minħabba l-kulur tat-tessut.", "Hija mqabbda mal-fwied u d-duwodenu (\"duodenum\") permezz tat-tratt biljari."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4309", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4309", "title": "Sistema diġestiva", "text": ["Sistema diġestiva", "It-tratt gastrointestinali jew it-tratt diġestiv, ukoll riferut bħala l-kanal alimentari jew il-GIT, huwa sistema ta' organi fl-annimali li jirċievi l-ikel, jiddiġerih sabiex joħroġ minnu l-enerġija u n-nutrienti u jespella l-fdalijiet.", "Dan il-proċess kollu huwa magħruf bħala diġestjoni.", "Il-tratt gastrointestinali, huwa differenti minn annimal għal ieħor.", "Per eżempju, ċerti annimali għandhom stonku li huwa mqassam fi kmajjar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4311", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4311", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Latvja", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Latvja", "Il-Latvja wieħed mill-pajjiżi fil-Lvant ta' l-Ewropa, beda jidher fix-xena tal-futbol internazzjonali mill-24 ta' Settembru 1922, meta lagħab kontra l-Estonja u spiċċaw parità (Latvja 1 - 1 Estonja).", "L-ikbar rebħa li għamlet il-Latvja kienet kontra l-Litwanja, meta fit-30 ta' Mejju 1935, it-tim Latvjan skurja sitt gowls (Latvja 6 - 1 Litwanja).", "Iżda jekk insemmu l-agħar telfa bilfors irridu nsemmu dik tad-29 ta' Mejju 1927 kontra l-Isvezja (Svezja 12 - 0 Latvja).", "S'issa l-Latvja għadha qatt ma ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja, iżda fl-2004 ħadet sehem għall-ewwel darba fil-European Championship Cup.", "Informazzjoni dwar it-tim Latvjan tal-futbol:", "Assoċjazzjoni: Latvian Football Association (L-Assoċjazzjoni Latvjana tal-Futbol)", "Il-Kowċ Attwali: Jurijs Andrejevs (2004- )", "It-Top Scorer: Eriks Pètersons (b'24 gowl)", "Il-Kodiċi tal-FIFA: LVA", "Ir-Ranking tal-FIFA: 90 post", "L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 51 post (Diċembru ta' l-2003)", "L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 107 post (Frar ta' l-2002)", "Ir-Ranking tal-Elo: 83", "L-iskwadra magħżula għal-logħba kontra l-Liechtenstein."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4312", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4312", "title": "Tim nazzjonali tal-futbol tal-Liechtenstein", "text": ["Tim nazzjonali tal-futbol tal-Liechtenstein", "It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Liechtenstein huwa r-rappreżentazzjoni internazzjonali fid-dixxiplina tal-futbol għal-Liechtenstein.", "L-ewwel logħba tat-tim kienet waħda mhux uffiċjali kontra Malta ġewwa Seoul, dro ta' 1–1 fl-1981.", "L-ewwel logħba uffiċjali kienet kontra l-Iżvizzera nhar id-9 ta' Marzu 1982 fit-telfa ta' 1–0.", "L-ikbar rebħa wettaqha meta lagħab kontra l-Lussemburgu fit-13 ta' Ottubru 2004, fejn rebaħ 4–0.", "Iżda fid-9 ta' Novembru 1996 sofra l-agħar telfa kontra t-tim tal-Maċedonja meta tilef 11–1, riżultat li hu wkoll l-ikbar rebħa tal-Maċedonja sal-lum il-ġurnata."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4315", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4315", "title": "Lepus (sottoġeneru)", "text": ["Lepus (sottoġeneru)", "\"Lepus\" huwa sottoġeneru (jew ġeneru ara \"Lepus\") ta' mammiferi \"(il-liebri)\", fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru \"Lepus\" stess ma' 8 sottoġeneri oħra (\"Macrotolagus\", \"Poecilolagus\", \"Proeulagus\", \"Eulagos\", \"Sabanalagus\", \"Indolagus\", \"Sinolagus\", \"Tarimolagus\") bi 3 speċijiet ħajjin.", "\"(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Liebru, jew Lagomorfu)\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4327", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4327", "title": "Pika", "text": ["Pika", "Il-Piki (singular \"Pika\") huma it-30 speċi ta' mammiferi tal-familja Ochotonidae (b' hekk jissejħu okotoni ukoll) li hija waħda miż-2 familji li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha li jinkludi fiħ il-fniek u l-liebri (jew kif jissejħu wkoll il-leporidi).", "L-ispeċijiet kollha ta' piki estanti qegħdin miġburin f'ġeneru 1 biss, il-ġeneru \"Ochotona\".", "Il-Piki jirreferu għalijhom bl-isem ta' fniek il-ġebel u magħrufa bħala liebri tas-suffara ukoll minħabba l-għajta għolja li jagħmlu biex iwissu lil xulxin b'xi periklu.", "L-isem Pika jidher li ġej mill-kelma \"piika\" tal-lingwa Tungus jew saħansitra mill-kelma Russa \"pikat'\", li tfisser \"twerżieqa\".", "Il-Piki huma nattivi ta' klimi kesħin, l-aktar ta' l-Asja, ta' l-Amerika ta' fuq u ta' l-Ewropa tal-Lvant.", "Il-Piki ta' l-Ewropa u l-Asja normalment jgħixu fi gruppi familjari u jaqsmu x-xogħolijiet tal-ġurnata bejniethom (eż. ġbir ta' ikel u l-għassa għall-periklu).", "Dawk ta' l-Amerika ta' fuq (eż.\"Ochotona princeps\" u \"Ochotona collaris\") huma asoċjali jew solitarji.", "Il-Piki jilħqu l-quċċata ta' l-attivita tagħhom qabel l-istaġun tax-xitwa.", "Dawn il-mammiferi ma jorqdux fix-xitwa bħal annimali oħra, għalhekk iridu jaħżnu t-tiben għall-ikel u s-sħana.", "Il-Piki jagħmlu dan billi jiġbru ħxejjex friski f'munzell barra fix-xemx u kif jinxef dan jinġarr fil-bejtiet taħt l-art għall-ħażna, biex imbagħad jintuża matul ix-xitwa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4333", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4333", "title": "Fenek", "text": ["Fenek", "Il-Fniek huma mammiferi żgħar tal-familja Leporidae ta' l-ordni Lagomorpha, mifruxa mal-biċċa l-kbira tad-dinja.", "Hemm 10 ġeneri differenti li jiklassifikaw bħala fniek, għalkemm uħud minn dawn magħrufa bħala liebri bl-ismijiet komuni.", "L-aktar ġeneru ta' suċċess bl-akbar numru ta' speċi huwa \"Sylvilagus\" il-fniek ta' denbhom qotni jew kif jissejjħu ukoll denb qotni u denb il-qoton li jiġbor fiħ madwar 16-il speċi.", "L-aktar speċi komuni hija l-Fenek Ewropew (\"Oryctolagus cuniculus\") u fost l-aktar rari, ristretti ġeografikament u fil-periklu ta' estinzzjoni hemm il-Fenek tax-xmara (\"Bunolagus monticularis\") ta' l-Afrika, l-Fenek tal-vulkan (\"Romerolagus diazi\") tal-Messiku u l-Fenek ta' Amami (\"Pentalagus furnessi\") tal-Ġappun.", "L-iżgħar speċi hija l-Fenek pigmew (\"Brachylagus idahoensis\") ta' l-Amerika ta' fuq u fost l-isbaħ hemm iż-2 speċi ta' fniek bl-istrixxi tal-ġeneru \"Nesolagus\".", "Fost il-partikolaritajiet insibu l-Fenek ta' Bunyoro (\"Poelagus marjorita\") fejn il-ġenitali ta' l-irġiel u n-nisa minn barra għandhom l-istess forma u l-5 speċi tal-ġeneri \"Pronolagus\" u \"Caprolagus\" li għalkemm ħafna drabi jissejħu liebri dawn huma fniek.", "Dawn l-ispeċi ta' fniek, flimkien mal-liebri tal-ġeneru \"Lepus\" u l-piki, jiffurmaw l-ordni kollu Lagomorpha.", "Id-differenza prinċipali bejn il-fniek u l-liebri hija l-mod kif jitwieldu ż-żrameġ.", "Waqt li ż-żrameġ tal-liebri jitwieldu b'għajnejhom miftuħa, miksijin bil-pil u ferm attivi minn ftit żmien wara li jaraw id-dawl, dawk tal-fniek jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dippendenti fuq l-omm.", "Differenzi oħra b' eċċezzjonijiet żgħar minn uħud mill-ispeċi huma li l-fniek normalment huma iċken, għandhom widnejn iqsar, ma għandhomx marki suwed fil-pil (eż. it-truf tal-widnejn u d-denb) u jgħixu f'bejtiet taħt l-art, fejn fil-każ tal-liebri meta jagħmlu l-bejta din tkun vera sempliċi u ssir f'wiċċ l-art, qalb il-ħaxix għoli.", "Il-fniek (flimkien mal-liebri) darba kienu jagħmlu parti mill-ordni Rodentia (ir-rodituri jew gerriema) fis-sottordni Duplicidentata dan sal-1912, meta ġew mifruda u wara miġbura flimkien mal-piki fl-ordni Lagomorpha għalihom biss.L-akbar fenka li qatt instabet ija f'malta gewwa il-lokalita tal-maarsa semewa tiziana vassallo"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4338", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4338", "title": "Pika Amerikana", "text": ["Pika Amerikana", "Il-Pika Amerikana (\"Ochotona princeps\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurni tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-muntanji fil-Punent ta' l-Amerika ta' fuq, normalment f'għelieqi bil-ġebel 'il fuq jew mal-linja tas-siġar.", "Din hija speċi komuni u hemm 'il fuq minn 36 sottospeċi, li ħafna minnhom huma popolazzjonijiet iżolati.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Pika\".", "Għalkemm skond l-IUCN Red List of Threatened Species u l-Lagomorph Specialist Group hija mniżżla bħala speċi komuni u għandha stat ta' l-inqas ħsieb (\"Least Concern\"), artiklu reċenti fl-aħbarijietta' ħjiel li l-popolazzjoni ta' din l-ispeċi qiegħda tonqos minħabba fatturi varji.", "Il-Piki bħal din l-ispeċi, li huma sensittivi għal temperaturi sħan huma kkunsidrati bħala l-aħjar sistema ta' twissijja kontra s-sħana globali li qeghda dejjem togħla.", "Din l-ispeċi mifruxa mal-muntanji fil-Punent ta' l-Amerika ta' fuq, tal-Kanada u l-Istati Uniti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4340", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4340", "title": "Pika tal-kullar", "text": ["Pika tal-kullar", "Il-Pika tal-kullar (\"Ochotona collaris\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurn (attiv matul il-ġurnata) u asoċjali (mhux soċjali jew solitarju), tal-familja Ochotonidae u fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, speċifikament fil-Kanada u l-Istati Uniti, normalment f'ambjent muntanjuż jew bl-irdumijiet.", "Din hija speċi komuni pjuttost żgħira ta' mhux aktar minn 160 gramma.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn tmien speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Pika\" u relatata fil-qrib mal-Pika Amerikana (\"Ochotona priniceps\").", "Il-Pika tal-kullar timmatura sesswalment fl-età ta' sena u jkollhom botton ta' 2 jew 3 żrameġ fis-sena.", "Dawn jibqgħu fil-bejta għal bejn wieħed u ieħor 30 jum, ftit ġranet wara jsiru indipendenti u f'qasir żmien dawn jitilqu mill-arja fejn jitwieldu u jinfirdu minn mal-omm biex ifittxu territorju għalihom."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4342", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4342", "title": "Pika tat-Tramuntana", "text": ["Pika tat-Tramuntana", "Il-Pika tat-Tramuntana (\"Ochotona hyperborea\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurni tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent ta' l-Asja, normalment f' ambjent muntanjuż.", "Din hija speċi komuni mifruxa fuq territorju vast u tagħmel parti mil-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċijiet li huma miġburin fis-sottoġeneru \"Pika\".", "Pika tat-Tramuntana adult għandu tul ta' bejn 12.7ċm u 18.6ċm u denb mhux aktar minn 1.2ċm.", "Din l-ispeċi tbiddel il-pil darbtejn fis-sena u dan ikun ta' lewn kannella fl-aħmar fis-sajf u griż fil-kannella fix-xitwa.", "Din l-ispeċi mifruxa mit-Tramuntana ta' l-Asja, mil-muntanji Ural sa fit-Tramuntana tal-Ġappun u minn Nofs in-nhar tal-Mongolja għal fil-Manċurja u fit-Tramuntana tal-Koreja ta' fuq."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4345", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4345", "title": "Pika ta' Pallas", "text": ["Pika ta' Pallas", "Il-Pika ta' Pallas (\"Ochotona pallasi\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent ta' l-Asja, normalment f'ambjent muntanjuż.", "Din hija speċi ta' pika komuni mifruxa fuq territorju vast u tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Pika\".", "Il-Pika ta' Pallas għandha rata ta' riproduzzjoni għolja ħafna , minbarra li kapaċi tirriproduċi kemm il boton f'kull stagun, dawn jistgħu jkollhom minn 1 sa saħansitra 13-il żarmuġ.", "Is-sistema ta' riproduzzjoni tista' tvarja minn sena għal oħra skond il-popolazzjoni u t-territorji disponibbli fil-madwar.", "Is-sottospeċi \"Ochotona pallasi pricei\" minħabba ċerti differenzi fl-imġieba (eż. waqt li s-sottospeċi l-oħra jgħixu qalb il-ġebel, din tħaffer il-bejta tagħha stess taħt l-art), fil-vokalizzazjoni u fir-riproduzzjoni probabilment 'il quddiem ħa tiġi meqjusa bħala speċi.", "Din l-ispeċi mifruxa fil-kontinent ta' l-Asja, eżattament mal-Kazakistan, Mongolja, Ċina u Russja.", "Is-sottospeċi \"Ochotona pallasi sunidica\" qiegħda fil-periklu u \"Ochotona pallasi hamica\" fil-periklu kritiku ta' estinzjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4347", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4347", "title": "Pika tal-fidda", "text": ["Pika tal-fidda", "Il-Pika tal-fidda (\"Ochotona argentata\") jew Pika ta' Helan Shan hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha, mill-kontinent Asjatiku.", "Din hija speċi żgħira pjuttost rari li tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċijiet u miġburin fis-sottoġeneru \"Pika\".", "Il-Pika tal-fidda ġiet deskritta l-ewwel darba bħala sottospeċi tal-Pika Alpina, iżda din l-ispeċi għandha l-karyotype (2n = 38), il-kulur tal-pil, xi fatturi fl-għadam tar-ras u l-vokalizzazjoni differenti u b'hekk ġiet klassifikata bħala speċi.", "Il-firxa ta' din il-pika ċkienet drammatikament; dan ġara minħabba d-deforestazjoni katastrofika li ġarrab l-irdum u l-madwar ta' Helan Shan.", "F'dawn l-aħħar 30 sena l-eżemplari kollha maqbuda ġew minn foresta waħda b'arja ta' 2km b'1.5km viċin ir-raħal ta' Su-i-kou.", "Skond il-\"2006 IUCN Red List of Threatened Species\" il-Pika tal-fidda qiegħda mniżżla bħala speċi fil-periklu kritiku ta' estinzjoni.", "Din l-ispeċi ta' pika tinsab fuq l-irdum ta' Helan Shan biss fil-lokalità ta' Ningxia fiċ-Ċina.", "\"Ochotona helanshanensis\", \"Ochotona pallasi helanshanensis\" u \"Ochotona alpina argentata\" huma sinonimi ta \"Ochotona argentata\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4351", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4351", "title": "Pika Alpina", "text": ["Pika Alpina", "Il-Pika Alpina (xjentifikament magħrufha \"Ochotona alpina\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mat-Tramuntana tal-kontinent Ażjatiku, normalment f'ambjent muntanjuż u bl-irdumijiet.", "Din għandha distribuzzjoni vasta mifruxa ma' tliet pajjiżi li huma l-Każakistan, il-Mongolja u r-Russja.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn tmien speċi u li huma miġburin fis-sottoġeneru \"Pika\".", "\"Ochotona alpina\" hija mniżżla mil-Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN bħala speċi komuni b'popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4353", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4353", "title": "Pika ta' Hoffmann", "text": ["Pika ta' Hoffmann", "Il-Pika ta' Hoffmann (\"Ochotona hoffmanni\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi ta' piki, miġburin fis-sottoġeneru \"Pika\".", "Il-Pika ta' Hoffmann hija speċi relativament ġdida, din l-ispeċi ta' pika sa l-1996 kienet ikkunsidrata bħala sottospeċi tal-Pika Alpina (\"Ochotona alpina\")", "Din l-ispeċi hija endemika għall-Mongolja u ma tinstab fl-ebda pajjiż ieħor.", "\"Ochotona alpina hoffmanni\" huwa sinonimu ta' \"Ochotona hoffmanni\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4355", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4355", "title": "Pika ta' Turuchan", "text": ["Pika ta' Turuchan", "Il-Pika ta' Turuchan (\"Ochotona turuchanensis\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u qegħdin miġburin kollha fis-sottoġeneru \"Pika\".", "Il-Pika ta' Turuchan għal tul ta' żmien kienet klassifikata bħala sottospeċi tal-Pika Alpina (\"Ochotona alpina\").", "Din hija speċi endemika tar-Russja mifruxa fit-territorju ta' Krasnoyarskyi Krai.", "\"Ochotona alpina turuchanensis\" huwa sinonimu ta' \"Ochotona turuchanensis\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4357", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4357", "title": "Pika ħamra taċ-Ċina", "text": ["Pika ħamra taċ-Ċina", "Il-Pika ħamra taċ-Ċina (\"Ochotona erythrotis\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi, miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Din il-pika qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi b'popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb.", "Din hija waħda mill-ispeċi endemiċi taċ-Ċina u tinsab mifruxa mal-muntanji fit-territorji jew fil-provinċi ta' Gansu, ta' Qinghai, ta' Sichuan u ta' Xinjiang."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4360", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4360", "title": "Pika ta' Forrest", "text": ["Pika ta' Forrest", "Il-Pika ta' Forrest (\"Ochotona forresti\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja f'ambjent ta' rdum mal-ġnub tal-muntanji li jħarsu lejn ix-xemx f'għoli ta' mhux inqas minn 2,600 metru u mhux aktar minn 4,400 m.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Il-pika ta' Forrest qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi li m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar il-popolazzjonijiet tagħha u qiegħda mniżżla fi stat ta' \"tagħrif insuffiċjenti\".", "Din hija speċi mifruxa mal-muntanji ta' erba' pajjiżi tal-Asja li huma l-Indja, iċ-Ċina, il-Butan u Mjanmar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4362", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4362", "title": "Pika ta' Gaoligong", "text": ["Pika ta' Gaoligong", "Il-Pika ta' Gaoligong (\"Ochotona gaoligongensis\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja f'ambjent ta' rdum u foresti f'ogħli ta' madwar 2,950m ta' muntanja waħda biss.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Il-Pika ta' Gaoligong qiegħda klassifikata mil-\"IUCN Red List of Threatened Species\" bħala speċi li hemm bżonn aktar studji u osservazzjoni fuq il-popolazzjonijiet tagħha u mniżżla fi stat \"Indeterminat\" (\"Indeterminate\").", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal-muntanja ta' Goligong biss fil-Majjistral tal-provinċa ta' Yunnan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4364", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4364", "title": "Pika ta' Glover", "text": ["Pika ta' Glover", "Il-Pika ta' Glover (\"Ochotona gloveri\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Il-Pika ta' Glover qiegħda klassifikata mil-\"IUCN Red List of Threatened Species\" bħala speċi bil-popolazzjonijiet mifruxin, stabili u mhumiex jonqsu.", "B'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' \"L-inqas ħsieb\" (\"Least Concern\").", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa ma' 3 territorji jew provinċi li huma Qinghai, Sichuan u Yunnan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4368", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4368", "title": "Pika ta' Muli", "text": ["Pika ta' Muli", "Il-Pika ta' Muli (\"Ochotona muliensis\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Il-Pika ta' Muli tinsab ikklassifikata mil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi fi stat indeterminat.", "Il-ftit eżemplari li jeżistu minn din l-ispeċi għandhom 'il fuq minn 25 sena u hemm il-biża' li xi kimiċi li ntużaw biex jikkontrollaw annimali vertebrati oħra affettwaw ħażin lill-Pika ta' Muli.", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina u tinsab f'lokalità waħda biss fil-Punent ta' Sichuan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4371", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4371", "title": "Pika tal-widnejn kbar", "text": ["Pika tal-widnejn kbar", "Il-Pika tal-widnejn kbar (\"Ochotona macrotis\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa fuq arja vasta fl-Asja.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Il-Pika tal-widnejn kbar qiegħda klassifikata mil-\"IUCN Red List of Threatened Species\" bħala speċi b'popolazzjoni stabbli mifruxa f'bosta pajjiżi u b'hekk imniżla fi stat ta' \"L-inqas ħsieb\" (\"Least Concern\").", "Din hija speċi mifruxa f'bosta pajjiżi ta' l-Asja bħal Afganistan, Ċina, Indja, Kazakistan, Kirgistan, Nepal, Pakistan u Tajikistan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4373", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4373", "title": "Pika ta' Kozlov", "text": ["Pika ta' Kozlov", "Il-Pika ta' Kozlov (\"Ochotona koslowi\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha u tinsab fl-Asja u tippreferi ambjent ta' tundra qalb l-għolijiet.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Il-Pika ta' Kozlov qiegħda klassifikata mil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi bil-popolazzjoni dgħajfa b'distribuzzjoni ristretta u b'hekk imniżżla fi stat \"vulnerabbli\".", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina li tinsab biss f'Arkatag, parti żgħira mil-muntanji ta' Kunlun, f'punt fil-Punent fejn jiltaqaw il-provinċi ta' Xinjiang, Xizang, u Quinghai."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4379", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4379", "title": "Pika ħamra tat-Turkestan", "text": ["Pika ħamra tat-Turkestan", "Il-Pika ħamra tat-Turkestan (\"Ochotona rutila\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja.", "Din hija speċi b'distribuzzjoni vasta f'bosta pajjiżi Ażjatiċi fosthom il-Każakistan, il-Kirġiżistan, it-Taġikistan, l-Użbekistan u possibilment fl-Afganistan u ċ-Ċina.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li huwa magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Il-Pika ħamra tat-Turkestan qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi komuni b'popolazzjoni stabbli mifruxa fuq arja vasta u b'hekk mniżżla fi stat tal-inqas ħsieb."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4381", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4381", "title": "Pika tal-Ħimalaja", "text": ["Pika tal-Ħimalaja", "Il-Pika tal-Ħimalaja (\"Ochotona himalayana\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae.", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal-muntanji fl-arja ta' Xizang, biss hemm possibilità li tinsab fin-Nepal ukoll.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Il-Pika tal-Ħimalaja qiegħda klassifikata mil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi bil-popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4384", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4384", "title": "Pika sewda", "text": ["Pika sewda", "Il-pika sewda (\"Ochotona nigritia\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat pjuttost żgħir, tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha, li ġiet misjuba fis-sena 2000.", "Ftit li xejn hemm informazzjoni fuq din l-ispeċi, ħlief li tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Conothoa\".", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal-muntanji ta' Pianma, f'Lushui,fil-provinċja ta' Yunnan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4430", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4430", "title": "Ipertensjoni", "text": ["Ipertensjoni", "L-ipertensjoni hija ż-żieda fil-pressjoni ta' sistema mimlija b'likwidi jew gassijiet.", "Id-dijanjosi ta' l-ipertensjoni tirrikjedi li l-pazzjent ikollu pressjoni tad-demm iktar minn 140/90.", "Riċentement, ġiet introdotta definizzjoni ġdida, li tikklassifika lil dawk li għandhom pressjoni iktar minn 120/80, flimkien ma' ċerti sintomi, bħala suġġetti għal-ipertensjoni.", "Dari, pressjoni ta' iktar minn 120/80 kienet tkun ritenuta sempliċiment bħala pressjoni għolja u mhux bħala vija li tista' twassal għall-marda.", "B'hekk, meta l-pressjoni ta' fuq (sistolika) tkun bejn il-120 u l-139, u dik ta' taħt (dijastolika) il-kundizzjoni tkun magħrufa bħala pre-ipertensjoni.", "L-ipertensjoni tista' tkun sintomu ta' diversi patoloġiji, per eżempju:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4432", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4432", "title": "Molière", "text": ["Molière", "Jean-Baptiste Poquelin, aħjar magħruf bħala Molière (15 ta' Jannar 1622 - 17 ta' Frar 1673), kien kittieb tat-teatru Franċiż, direttur u attur kif ukoll wieħed mill-pijunieri tal-Kummiedja Satirika.", "Bin artist, Jean-Baptiste Poquelin, tilef lil ommu ta' età zgħira u sabiex ikompli l-istudji tiegħu huwa daħal fis-Soċjetà tal-Giżwiti, hekk meqjusa prestiġġjuża f'dawk iż-żminijiet, fil-Kulleġġ ta' Clermont.", "Fl-età ta' tmintax-il sena, Poquelin irċieva t-titlu ta' \"Tapissier du Roi.\"", "Din il-pożizzjoni tatu lok għall-kuntatti iktar frekwenti mar-Re Luiġi XIV.", "Huwa laħaq avukat fl-1642 ġewwa Orléans.", "F'Ġunju ta' l-1643, flimkien mal-maħbuba tiegħu Madeleine Béjart, ħuha u oħta, huwa waqqaf il-kumpanija tejatrali bl-isem ta' L'Illustre Théâtre, li spiċċat bla fondi fl-1645.", "Kien hawnhekk li huwa addotta l-isem fittizju ta' Molière, x'aktarx insipirat minn villaġġ żgħir fin-Nofsinhar ta' Franza, fil-viċinanzi ta' Le Vigan,li kien ta' l-istess isem.", "Jista' jagħti l-każ, li huwa għamel dan it-tibdil sabiex ma jġibx mistħija fuq missieru talli għandu attur fil-familja tiegħu.", "Minħabba l-falliment tal-kumpanija tiegħu kellu jqatta' xi ġimgħat il-ħabs biex ipatti għal xi dejn li kellu.", "Ġie meħlus mill-ħabs bil-għajnuna ta' missieru, u minn hemmhekk telaq ma' Madeleine idur mal-villaġġi ta' Franza u jagħmilha ta' kummidjant.", "Dam jgħix f'dan it-tip ta' ħajja għal 14-il sena sħaħ.", "Fil-bidu kien daħal bħala attur mal-kumpaniji ta' Charles Dufresne iżda mbagħad waqqaf kumpanija tiegħu.", "Matul il-vjaġġi tiegħu, Molière iltaqa' mal-Prinċep ta' Conti, gvernatur ta' Languedoc.", "Dan minn naħa tiegħu sar il-benefattur tiegħu u għalhekk Molière semma l-kumpanija tiegħu għalih.", "Din il-ħbiberija spiċċat ħesrem hekk kif Conti ssieħeb mal-għedewwa ta' Molière fil-\"Parti des Dévots\".", "Ġewwa Lyon, Mlle Duparc, magħrufa bħala \"Marquise\", issieħbet fil-kumpanija.", "Pierre Corneille ipprova kemm -il darba jirbaħ l-imħabba ta' Marquise imma l-persekuzzjoni tiegħu ma sarfitx fi frott għax Marquise saret il-maħbuba ta' Jean Racine.", "Dan ta' l-aħħar offra lil Molière it-traġedja tiegħu \"Théagène et Chariclée\" (waħda mill-ewwel xogħolijeit tiegħu wara li abbanduna l-istudji tat-Teolgija).", "Imma Molière ma ried bl-ebda mod li jaċċetta dan għalkemm inkoraġġixxa lil Racine sabiex ikompli bil-karriera artistika tiegħu.", "Din il-ħbiberija intemmet bħal dik ta' qabilha meta Molière sar jaf li Racine kien ipprezenta l-istess traġedja bil-moħbi lill-kumpanija bl-isem ta' Hôtel de Bourgogne ukoll.", "Molière wasal lura Pariġi fl-1658 u ħa sehem fit-traġedja ta' Corneille \"Nicomède\" u fil-farsa \"Le docteur amoureux\" ġewwa l-Louvre li dak iż-żmien kien jiġi mikri bħala teatru.", "Ta' min jgħid li dawn iż-żewġ wirjiet kienu ta' suċċess.", "Ġie ppremjat it-titlu ta' \"Troupe de Monsieur\" (\"Monsieur\" kien ħu r-Re)u bil-għajnuna ta' dan, il-kumpanija ta' Molière ingħaqdet mal-kumpanija famuża Taljana Commedia dell'Arte.", "Huwa stabillixxa ruħu sewwa fit-teatru tagħhom, \"Petit-Bourbon\", fejn fit-18 ta' Novembru 1659, ġiet murija għall-ewwel darba fuq il-palk waħda mix-xogħolijiet il-kbar tiegħu, \"Les Précieuses Ridicules\".", "Dan kien l-ewwel attentat minn ħafna oħra li ġew warajh fejn Molière iwaqqa' ghaċ-ċajt ċerti manjieri u mġiba li kienu kommuni fi Franza ta' dak iż-żmien.", "Hawnhekk huwa ħareġ bil -frażi castigat ridendo mores (tikkritika lis-soċjetà permezz ta' l-umoriżmu).", "L-istil u l-kontenut ta' dan l-ewwel suċċess tiegħu mal-ewwel kienu l-mira ta' kritika qalila."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4466", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4466", "title": "Ġużè Aquilina", "text": ["Ġużè Aquilina", "Ġużè Aquilina (Munxar, Għawdex, 7 ta' April 1911 - 8 ta' Awwissu 1997) kien lessikografu, etimologu u kittieb Malti.", "Ġużè Aquilina kien il-kbir fost ħames aħwa.", "Ta' tmintax-il sena tilef lil missieru.", "Studja fl-iskola primarja Ta' Sannat, fis-Seminarju t'Għawdex.", "Il-Professur Aquilina għadda għall-Università ta' Malta fejn fl-1933 ħa l-grad tal-B.A. u erba' snin wara l-lawrija bħala avukat.", "F'Malta, Aquilina trabba ma' zitu Reġina fil-Birgu.", "Fl-1935 laħaq Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali fl-Università ta' Malta.", "Studja l-ilsna Semitiċi fid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali u Afrikani fl-Università ta' Londra.", "Hemmhekk f'Jannar 1940 ingħata l-Ph.D. wara li kien ressaq it-teżi tiegħu \"The Structure of Maltese\".", "Aquilina reġa' Malta fil-bidu ta' Diċembru 1939, u beda jgħallem fl-Università ta' Malta f'Jannar 1940.", "Fl-1966 ingħata l-Medalja Guzè Muscat Azzopardi; inħatar Membru tal-Ordni tal-Meritu ta` Malta fl-1994.", "Aquilina kien Dekan tal-Fakultà tal-Arti bejn l-1948 u l-1966, kif ukoll bejn l-1972 u l-1975.", "Bejn l-1970 u l-1974 kien Pro-Viċi Kanċillier, u fl-1976, meta rtira mill-Kattedra, ingħata t-titlu ta' Professur Emeritus.", "Il-Professur Aquilina kien awtur ta' diversi ħidmiet, fosthom kritiki letterarji, studji xjentifiċi, studji lingwistiċi, novelli u kotba reliġjużi.", "Il-Professur Aquilina jibqa' msemmi l-iktar għad-Dizzjunarju \"Malti - Ingliż\".", "Meta l-Prof Ġużè Aquilina miet, il-Prim Ministru Malti ta' dak iż-żmien Dr Alfred Sant, kittieb ieħor magħruf, sejjaħ il-mewt tiegħu \"telfa kbira għall-pajjiż\".", "Tmint ijiem wara saret kommemorazzjoni uffiċjali f'Kastilja f'ġieħ Aquilina li fi kliem il-Prim Ministru Sant \"kien persuna ta' kalibru kbir li żviluppat il-kultura u l-identità tal-Malti\".", "Il-kontribut kbir li Aquilina ta fl-istudju tal-Malti ħa diversi forom.", "Aquilina sar l-ewwel Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali, fl-1937, kariga li sfruttaha kemm felaħ għat-tixrid u t-tagħlim tal-ilsien Malti.", "Niftakru li kien biss tliet snin qabel, fl-1934, li l-Malti sar l-ilsien uffiċjali tal-pajjiż.", "Bħala student universitarju Aquilina ħadem spalla ma' spalla mal-Prof Saydon fil-ġlieda għall-Malti fi żmien il-Kwistjoni tal-Lingwa.", "Aquilina kiteb diversi studji lingwistiċi dwar l-ilsien Malti, fosthom The Structure of Maltese (1959) u Papers in Maltese Linguistics (1961).", "F'tal-ewwel jeżamina ż-żewġ elementi li jsawru l-ilsien Malti u kif dawn jingħaqdu flimkien.", "Fost l-aqwa xogħlijiet tiegħu nsibu l-Maltese English Dictionary (1990) u l-English Maltese Dictionary li ma laħaqx lestieh qabel ma miet.", "Ġużè Aquilina, li tista' tgħid waħdu bena d-Dipartiment tal-Malti fl-Università, spiċċa biex sar id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti, kariga li żammha għal ħafna snin.", "Kien jemmen bis-sħiħ fil-libertà intelletwali u fir-riċerka fl-università.", "Permezz tal-istudji lingwistiċi tiegħu li wħud minnhom ippubblika f'rivisti lingwistiċi Ewropej, huwa wassal il-messaġġ tal-ilsien Malti lil ħafna studjużi barranin li qabel qatt ma kellhom l-opportunità li jkunu jafu l-għerf u l-ġmiel moħbi ta' lsienna.", "Kien jagħti taħditiet dwar l-ilsien Malti f'diversi universitajiet bħal f'Londra, Durham, Cambridge u Edinburgh.", "Ir-riċerki lingwistiċi tiegħu ġabulu għarfien internazzjonali, fosthom mill-Council of Europe's Specialised Language Linguists (1967).", "Fl-1972 ġie elett president tal-International Association of Studies on Mediterranean Civilisations.", "Aquilina kkontribwixxa wkoll ħafna għall-iżvilupp tal-letteratura bil-Malti b'numru ta' drammi, antoloġiji, poeżiji, kritika letterarja, u ħafna kitbiet f'ġurnali.", "Flimkien mal-Prof Saydon ħareġ l-antoloġija Ward ta' Qari Malti (1940).", "Fl-1938 ħareġ ir-rumanz magħruf tiegħu Taħt Tliet Saltniet.", "Aquilina kien jemmen bis-sħiħ li l-kultura għandha tkun fil-qabda tal-ikbar udjenza possibbli.", "Għal snin twal kien ixandar taħditiet fuq ir-radju dwar aspetti varji tal-kultura u ċ-ċiviltà, li iktar tard ftit minnhom ġabarhom u ppubblikahom.", "Kien jagħmel diskorsi u jindirizza seminars fuq ħafna suġġetti.", "Prof Daniel Massa, poeta u Kap tad-Dipartiment tal-Ingliż, student ta' Aquilina, jgħid li l-imħabba ta' Aquilina għall-ilsien u l-viżjoni tiegħu ta' xogħlijiet mill-aqwa bil-Malti kienet ta' ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet ta' studjużi u awturi Maltin.", "Barra l-imħabba tiegħu lejn l-ilsien Malti kellu mħabba kbira oħra, dik lejn il-Fidi Nisranija, li kien jiddefendi b'kull mod, l-iktar bil-kitbiet u bl-ittri tiegħu fil-ġurnali iżda wkoll bix-xogħlijiet letterarji tiegħu li fihom joħorġu biċ-ċar il-valuri Nsara u l-kultura Nisranija tiegħu.", "Insemmu fost l-oħrajn il-kotba tiegħu \"Twemmin u Ħajja\" (1984), \"Il-Ġenna Pajjiżna\" (1989) u \"Armoniji ta' Ħsieb u Fidi\" (1995)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4479", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4479", "title": "Pika ta' Thomas", "text": ["Pika ta' Thomas", "Il-Pika ta' Thomas (\"Ochotona thomasi\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Ochotona\".", "Il-Pika ta' Thomas hija speċi ta' pika li tħaffer taħt l-art u tħobb ambjent bi ħxejjex bħal \"Caragana jubata\", \"Dasiphora fruticosa\" u \"Salix spp.\" f' għoli ta' bejn 3,400 u 3,900 metru.", "Id-densità tal-popolazjoni ta' din l-ispeċi mhijiex magħrufa u b'hekk skont l-Lista Ħamra l-IUCN qiegħda mniżżla bħala speċi fi stat indeterminat.", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa ma' katini ta' muntanji iżolati f'Gansu, Quinghai u Sichuan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4487", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4487", "title": "Pika ta' Moupin", "text": ["Pika ta' Moupin", "Il-Pika ta' Moupin (\"Ochotona thibetana\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Ochotona\".", "Il-Pika ta' Moupin hija speċi ta' pika li tħaffer il-bejta taħt l-art u tħobb ambjent ta' foresta tal-bambu jew forest alpina minn għoli moderat ta' madwar 1,800m u aktar.", "Din l-ispeċi f'mod globali qiegħda klassifikata mil-\"IUCN Red List of Threatened Species\" bħala speċi bil-popolazjoniji stabili u mifruxa, b'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' \"L-inqas ħsieb\" (\"Least Concern\"), eċċezzjoni hija is-sottospeċi \"O. thibetana sikimaria\" li qiegħda fi stat ta' \"periklu ta' estinzjoni\" (\"Endangered\").", "Din hija speċi taċ-Ċina u l-Indja u jista jkun li tinsab fil-Butan ukoll."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4489", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4489", "title": "Pika ta' Gansu", "text": ["Pika ta' Gansu", "Il-Pika ta' Gansu (\"Ochotona cansus\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Ochotona\".", "Il-Pika ta' Gansu hija speċi li tħobb tgħix fil-bejta li tħaffer hi stess taħt l-art.", "Din bħala speċi qiegħda klassifikata mil-\"IUCN Red List of Threatened Species\" bħala waħda mifruxa u stabli (eċċezzjoni huma iż-2 sottospeċi \"O.cansus sorella\" li qiegħda imniżla fil-\"Periklu ta' estinzjoni\" u \"O.cansus morosa\" li qiegħda imniżla bħala \"Vulnerabli\"), b'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' \"L-inqas ħsieb\" (\"Least Concern\").", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal- muntanji fil-provinċi ta' Gansu, Quinghai u Sichuan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4490", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4490", "title": "Pika tax-xofftejn suwed", "text": ["Pika tax-xofftejn suwed", "Il-Pika tax-xofftejn suwed (\"Ochotona curzoniae\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppa li hu magħmul minn disa' speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Ochotona\".", "Il-Pika tax-xofftejn suwed hija speċi li tħobb tgħix fil-bejta li tħaffer hi stess taħt l-art.", "Din bħala speċi qiegħda klassifikata mil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala waħda mifruxa u stabbli, b'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' \"l-inqas ħsieb\".", "Din l-ispeċi għandha distribuzzjoni maċ-Ċina (mifruxa fil-provinċi ta' Gansu, Quinghai u Sichuan), l-Indja (mifruxa f'Sikkim) u n-Nepal."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4498", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4498", "title": "Pika ta' Nubra", "text": ["Pika ta' Nubra", "Il-Pika ta' Nubra (\"Ochotona nubrica\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Ochotona\".", "Il-Pika ta' Nubra, skond il-ftit informazjoni li hemm hija speċi trans-Ħimalajana b' firxa dejqa ma' tul il-pjanura ta' Quinghai-Xizang (Tibet) minn Ladak fil-Punent, sal-Lvant ta' Xizang fil-Lvant.", "Minn ħabba n-nuqqas ta' informazjoni li hemm dwarha il-Pika ta' Nubra bħala speċi qiegħda klassifikata mil-\"IUCN Red List of Threatened Species\" bħala waħda fi stat \"Indeterminat\" (\"Indeterminate\").", "Din hija speċi preżenti f' 5 pajjiżi fl-Asja u dawn huma, Butan, Ċina, Indja, Nepal u Pakistan."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4503", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4503", "title": "Żiemel", "text": ["Żiemel", "Iż-żwiemel ilhom fid-dinja ħafna qabel l-umani.", "Meta il-Bniedem Prestoriku beda jgħix fl-għerien, iż-żwiemel kienu ilhom diġa fid-dinja madwar miljun sena.", "L-ewwel żiemel kien id-daqs ta' fenek.", "Kien jiekol pjanti u weraq fil-foresti ta' l-Ewropa, l-Asja tal-Lvant u l-Amerika ta' Fuq, madwar 50 miljun sena ilu.", "Jissejjaħ ukoll Eohippus jew 'L-Ewwel Żiemel'.", "30 miljun sena ilu, Mesohippus jew 'Iż-Żiemel tan-Nofs', kien kbir daqs mogħża tal-lum, b'saqajn itwal u tliet iswaba fuq kull sieq.", "Is-sabà tan-nofs kien il-bidu ta' difer taż-żiemel.", "Għaxar miljun sena wara, kien hemm iż-żiemel imdaqqas Merychippus jew 'Grazing Horse'.", "Snienu kienu itwal u aħjar biex iqaċċtu l-ħaxix biex jiekol.", "Għaxar miljun sena ilu, il-Merychippus, reġa' sar tibdil enormi fiż-żwiemel, fil-fatt il-Pliohippus kien kbir daqs poni.", "Kellu d-difer bħal taż-żwiemel tal-lum u kellu saqajn twal biżżejjed biex ikun jista' jivjaġġa fit-tul.", "Dan it-tip ta' żiemel imsejjaħ 'iż-Żiemel Modern' beda jgħix fid-dinja madwar żewġ miljun sena ilu.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn ftit li xejn sar tibdil fl-istrutura taż-żiemel.", "Hawn diversi razzez ta' żwiemel, kull razza tingħaraf minn oħra permezz ta' differenza fil-kuluri u marki, kif ukoll mid-daqs, karattru u l-fatturi tal-ġisem.", "Dawn huma xi razzez differenti ta' żwiemel:", "Il-\"hack\" huwa tip ta' żiemel li n-nies jirkbu fuqu għall-gost, fi kliem ieħor huwa dak iż-żiemel li jintuża' għall-\"horse riding\".", "Il-\"hack\" għandu għonqu u saqajh twal u eleganti u b'dak ġismu mhux daqshekk tqil huwa ż-żiemel perfett biex tirkeb mara.", "L-\"Eventer\" huwa żiemel sinjur bit-talenti!", "Huwa dak iż-żiemel dritt li jintuża mill-pulizija tal-kavallerija u f'diversi festi importanti.", "Huwa magħruf ukoll għall-isport tal-ġiri bil-qbiż li jsir miż-żwiemel.", "Fil-fatt b'hekk jissejaħ \"Eventer\" għax jieħu sehem f'diversi avvenimenti.", "Żiemel Kaċċatur jista' jkun kull żiemel li huwa tajjeb għall-kaċċa tal-volpi.", "Imma bniedem li mhux interresat fil-kaċċa jista' juża dan iż-żiemel biex jivjaġġa bih minn post għal ieħor.", "\"Cob\" huwa dak iż-żiemel li jintuża' biex iġorr xi karettun, karozzin jew tip ta' trasport ieħor li jitmexxa minn żiemel.", "Il-\"Cob\" ikollu għonqu qasir u saqajh irqaq u qosra, imma huwa verament b'saħħtu.", "Il-persuna li tidderieġi lil dan iż-żiemel tissejjaħ kuċċier.", "L-aħħar Tarpani li kienu jeżistu fis-salvaġġ kienu jinstabu fir-Russja madwar 100 sena ilu.", "Illum il-ġurnata ftit għadek issib li jgħixu fi grupp ukoll.", "It-Tarpan ġej mir-razza taż-żwiemel magħrufa bħala Plateau.", "Magħruf ukoll bħala ż-Żiemel Salvaġġ Mongoljan, jew iż-Żiemel Salvaġġ Asjatiku.", "Dan it-tip ta' żiemel huwa msemmi għall-Kurunell Nicolai Przewalski, li fl-1881, sab merħla żwiemel li ilhom jeżistu minn Żmien is-Silġ u qatt ma nbidlu.", "Illum ftit għadek issib jgħixu fis-salvaġġ, dawn tista' issibhom fil-lbiċ tal-Mongolja.", "Dan iż-żiemel ġej mir-razza pre-storika Steppe.", "Matul it-tfittix għad-deheb fl-Awstralja fl-1850, ħafna raħħala u bdiewa telqu mid-dar tagħhom biex ifitxxu 'l fortuna.", "U sabu dawn iż-żwiemel \"Brumby\" jgħixu fis-salvaġġ.", "Dawn kienu jużawhom bħala għajnuna f'xogħolhom sa kemm daħlu l-magni, wara l-Ewwel Gwerra Dinjija."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4508", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4508", "title": "Pika ta' Tsing-ling", "text": ["Pika ta' Tsing-ling", "Il-Pika ta' Tsing-ling (\"Ochotona huangensis\") hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru \"Ochotona\".", "Il-Pika ta' Tsing-ling hija speċi ta' pika li tħaffer il-bejta taħt l-art u tħobb ambjent ta' foresta tal-bambu jew foresta alpina minn għoli moderat ta' madwar 1,800m u aktar.", "Din l-ispeċi sa ftit żmien ilu kienet meqjusa bħala sottospeċi (\"O. thibetana huangensis\") tal-Pika ta' Moupin.", "Il-Pika ta' Tsing-ling qiegħda klassifikata mil-\"IUCN Red List of Threatened Species\" bħala speċi b'nuqqas kbir ta' informazjoni, b'hekk qiegħda mniżla fi stat \"Indeterminat\" (\"Indeterminate\").", "Din hija speċi endemika taċ-Ċina u ma tinstab fl' ebda pajjiż ieħor.", "\"O. thibetana huangensis\" huwa sinonimu jew l-istess bħal \"Ochotona huangensis\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4511", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4511", "title": "Fenek ta' Amami", "text": ["Fenek ta' Amami", "Il-Fenek ta' Amami, magħruf ukoll bħala l-Fenek ta' Ryukyu (\"Pentalagus furnessi\") huwa mammiferu plaċentat erbivoru.", "Hu hu fenek monotipiku (l-uniku wieħed fil-ġeneru \"Pentalagus\") ta' pil skur pjuttost primittiv li jinsab biss fuq iż-żewġ gżejjer tal-arċipelagu ta' Ryūkyū fil-Ġappun.", "Dan il-fenek notturn għandu saqajn qosra bi dwiefer kemmxejn kbar u mgħawġijn, ġisem goff u ras ċkejkna b'par widnejn żgħar speċjalment meta mqabla ma' dawk tal-fniek u l-liebri l-oħrajn.", "Dan il-fenek tal-foresta, apparentement jirriproduċi billi jkollu żarmuġ wieħed (rarament tnejn) kull darba, li l-omm taħbi f'bejta li tħaffer hi stess taħt l-art għal matul il-ġurnata.", "Bil-lejl, l-omm tiftaħ id-dħul ta' din il-bejta waqt li tibqa għassa għal periklu (bħal xi sriep velenużi), biex tisqi ż-żrameġ u kif tlesti, din terġa tgħalaq kollox bil-ħaxix u t-trab billi tagħfas fuqhom b'saqajha ta' quddiem.", "Il-fniek ta' Amami jorqdu matul il-ġurnata f'postijiet moħbija bħal l-għerien.", "Dan il-fenek huwa partikulari wkoll għax jikkomunika bi twerżieq u ħsejjes simili għal dawk tal-pika u dan jagħmel din l-ispeċi unika fost il-fniek minn ħabba li ġeneralment il-fniek m'humiex kapaċi jagħmlu ħsejjes.", "Sfortunatament il-Fenek ta' Amami huwa f'periklu ta' estinzjoni minħabba l-kaċċa mill-bniedem, li spiċċat meta l-Ġappun ta' protezjoni legali lil dan il-fenek fl-1921, qtil minn klieb, qtattes u annimali oħra li telaq fis-salvaġġ il-bniedem fuq dawn il-gżejjer li għadu għaddej sa llum u d-deforestazzjoni fejn din issir matul il-ġurnata waqt li l-fenek ikun rieqed u b'hekk ma jkollux ħin biżżejjed lanqas biex jaħrab u jispiċċa maqtul fuq il-post.", "Dan huwa speċi endemiku tal-Ġappun u jinsab biss fuq iż-żewġ gżejjer żgħar ta' Amami Oshima u Toku-no-Shima ta' 820 km2 u 248 km2 rispettivament, li jagħmlu parti mil-arċipelagu ta' Ryūkyū u qegħdin fin-naħa t isfel ta' Kyūshū u Okinawa f'Kagoshima (iżda aktar fil-qrib ta' Okinawa).", "Ħafna drabi meqjus u msejjaħ bħala fossilu ħaj, il-fenek ta' Amami huwa l-aħħar wieħed minn linjaġ antik ta' fniek li darba kienu mifruxin fuq il-kontinent Ażjatiku wkoll fejn illum huma estinti, minbarra fuq iż-żewġ gżejjer Ġappuniżi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4517", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4517", "title": "Fenek tal-vulkan", "text": ["Fenek tal-vulkan", "Il-fenek tal-vulkan (\"Romerolagus diazi\"), magħruf ukoll bħala teporingo jew conejo zacatuche huwa mammiferu plaċentat erbivoru ċkejken tal-familja Leporidae li jgħix qalb il-muntanji vulkaniċi tal-Messiku.", "Dan huwa it-tieni l-iżgħar fenek fid-dinja u fenek tal-vulkan adult jiżen bejn 390 u 600 gramma, ftit akbar biss mil-fenek pigmew u għandu par widnejn żgħar ġejjin għat-tond, erba' saqajn qosra u pil qasir u oħxon.", "Il-fenek tal-vulkan jgħix f'bejtiet taħt l-art fi gruppi minn 2 sa 5 u xi ħaġa rari fost il-fniek f'każ ta' periklu bħala komunikazzjoni, juża' ħsejjes bħal twerżieqa irqieqa u għolja minflok it-tisbit tas-saqajn mal-art li jużaw ħafna speċi ta' fniek oħra.", "Dan huwa fenek notturn u għalkemm attiv matul il-lejl kollu, il-quċċata tal-attività tiegħu tkun fi tlugħ u nżul ix-xemx.", "Il-popolazzjoni fis-salvaġġ tal-fenek tal-vulkan fl-1969 kienet niżlet drastikament għal mhux aktar minn 1,200 fenek.", "Illum il-ġurnata bħala sigurtà kontra l-possibilità ta' estinzjoni ta' dan il-fenek fis-salvaġġ, jeżistu kolonji ta' ripproduzzjoni f'Jersey Zoo, fir-Renju Unit u f'Chapultepec Zoo, fil-Belt tal-Messiku (Olney & Ellis, 1993).", "Il-fenek tal-vulkan huwa speċi endemika tal-Messiku u jgħix fuq il-ġnub tal-vulkani Iztaccihuatl, Pelado, Popocatépetl u Tlaloc f'għoli bejn 2,800 u 4250 metru ġo foresti tal-pinu fejn jikber ħafna ħaxix taħt is-siġar u f'artijiet b'ħagar vulkaniku li jissejħu assi transversali neo-vulkaniċi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4521", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4521", "title": "Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi", "text": ["Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi", "Il-Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, \"Sylvilagus insonus\", huwa mammiferu plaċentat erbivoru (magħruf biss minn anqas minn 10 eżemplari) endemiku tal-Messiku li jgħix f' arja ristretta ħafna u l' ilu ma jidher mis-snin 1960.", "MacPhee u Flemming fl-1999 ikkunsidraw din l-ispeċi bħala każ ta' estinzjoni moderna tal-llum il-ġurnata solvut.", "Madankollu Cervantes et al. (fl-istampar) eżamina ġilda ta' annimal li nnġabar fil-viċinanzi fl-1998 minn residenti tal-post.", "L-eżemplari rriżulta li huwa ġenetikament distint minn \"Sylvilagus cunicularius\", speċi li tinsab fil-madwar u li il-kulur tal-pil jaqbel ma' deskrizzjonijiet ta' \"Sylvilagus insonus\" li kienu saru fil-passat.", "Cervantes et al. (fl-istampar) ikkonkluda li l-ispeċi għada teżisti u probabilment tigħx ristretta fil-muntanji umdi, miksijin bil-foresta li qiegħda fil-qrib ta' Omiltemi.", "Il-Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, huwa speċi endemika tal-Messiku u jgħix biss f' Sierra Madre del Sur fl-istat ta' Guerrero, u jippreferi ambjent ta' foresta maquda tas-sħab f' għoli ta' bejn 2,300m u 5,280m."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4523", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4523", "title": "Fenek pigmew", "text": ["Fenek pigmew", "Il-fenek pigmew, xjentifikament magħruf bħala \"Brachylagus idahoensis\", huwa mammiferu plaċentat erbivoru u wieħed mil-uniċi żewġt ifniek Amerikani li jħaffru il-bejta tagħhom stess.", "Dan il-fenek huwa differenti sew mil-ispeċi fil-ġeneri \"Lepus\" u \"Sylvilagus\" u b'hekk meqjus bħala fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru \"Brachylagus\".", "Għalkemm bħala speċi fil-Colombia Basin tal-Istati Uniti imniżżla f'\"periklu ta' estinzjoni\", mil-IUCN din hi mniżżla bħala speċi f'\"riskju minuri\".", "Din il-valutazzjoni differenti hi minħabba li l-popolazjoni fil-Columbia Basin hija relitt iżolat u ġenetikament distinta li qiegħda fit-triq ta' żvilupp ta' sottospeċi ġdida, iżda l-IUCN tikkunsidra biss l-istat tal-popolazjoni tal-ispeċi b'mod sħiħ u globali.", "Il-fenek pigmew huwa l-iżgħar leporidu fid-dinja, fejn fenek adult jiżen bejn 375 sa massimu ta' 500 gramma u tul totali ta' bejn 23.5 sa 29.5 ċentimeteri, u n-nisa ta' din l-ispeċi huma kemmxejn akbar mil-irġiel.", "Il-fenek pigmew jingħaraf minn leporidi oħra mid-daqs eċċezjonalment żgħir, mill-widnejn qosra, mis-saqajn ta' wara pjuttost żgħar u n-nuqqas ta' pil abjad mad-denb.", "Il-fenek pigmew ġeneralment iħobb jgħix f'arja b'ħaxix għoli tal-Artemisia spp. għal ilqugħ, ikel u protezzjoni matul is-sena kollha.", "Id-distribuzjoni storika ta' dan il-fenek endemiku, kienet mifruxa mal-ambjenti xotti fir-regjuni tal-Great Basin u ż-żoni muntanjużi fil-Punent tal-Istati Uniti, li jinkludu partijiet minn Montana, Idaho, Wyoming, Utah, Nevada, Kalifornja, Oregon u Washington."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4526", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4526", "title": "Fenek Ewropew", "text": ["Fenek Ewropew", "Il-Fenek Ewropew \"Oryctolagus cuniculus\" jew kif jissejjaħ f' Malta Fenek tax-xiber jew Fenek tas-salvaġġ u li jagħmel parti mil-fawna ta' Malta ukoll, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat erbivoru oriġinarjament minn naħa ta' Nofs in-nhar tal-kontinent Ewropew, għalkemm il-llum il-ġurnata għandu firxa ħafna akbar grazzi għal bniedem.", "Din hija l-unika speċi ta' fenek li giet iddomestikata kemm għal-ikel, pil u bħala annimal tad-dar mill-ispeċi kollha ta' leporidi li jeżistu u b' hekk ir-razzez jew varjetajiet kollha ta' fniek iddomestikati huma kollha \"Oryctolagus cuniculus\".", "Il-Fenek Ewropew huwa leporidu ta' daqs żgħir, twil bejn 34 u 45 ċentimetru u jiżen bejn 1.3 u 2.2 kilogrammi.", "Din l-ispeċi ta' fenek għandha par widnejn twal, is-saqajn ta' wara kbar, u pil qasir ta' lewn griż fil-kannella b'denb qasir u sufi.Il-Fenek Ewropew jiċċaqlaq minn post għal ieħor bil qbież u għal dan l-iskop jużaw is-saqajn ta' wara kbar u b'saħħithom li huma miksijin bi strat ta' pil oħxon biex jassorbi fiħ id-daqqa waqt il-ġiri.", "Is-swaba tas-saqajn ta' wara għandhom il-ġilda bejniethom biex jibqu maqudin flimkien anke waqt il-ġiri għal aktar stabilita.", "Il-Fenek Ewropew huWa magħrufa sew għal bejtiet kumplessi li jħaffer taħt l-art, fejn dan iqatta ħafna mill-ħin tiegħu meta ma jkunx qiegħed jiekol.", "Il-Fenek Ewropew ġie ntrodott bħala speċi eżotika f' ħafna gżejjer (eż.fil-gżejjer Brittaniċi, f' uħud mil-gżejjer tal-Ħawaj, fil-gżejjer ta' San Juan, Awstralja u New Zealand) u waqt li f' kull waħda minn dawn ħoloq problemi ekoloġiċi enormi għax irriproduċa f' numru kbir u poġġa ħafna speċi endemiċi f' periklu ta' estinzjoni minn ħabba kompetizjoni, fil-Penisula Iberika (Spanja u Portugal) tant naqas drastikament fin-numru (minn ħabba l-mard myxomatosis u calicivirus tal-fniek, il-kaċċa żejda mill-bniedem u telf ta' abitat) li poġġa lil-Linċi Iberika u l-Ajkla rjali ta' Spanja li kienu jibbażaw id-dieta tagħhom fuqu f' periklu ta' estinzjoni ukoll.", "Il-Fenek Ewropew għalkemm mhuwiex żgur wieħed mill-aktar b'saħħtu, veloċi jew intelliġenti fost il-mammiferi, żgur qiegħed f' niċċa ekoloġika ferm solida grazzi għar-rata ogħlja ta' ripproduzzjoni li għandu.", "Il-fenka t' ovula eżatt waqt it-tammir u wara tqala ta' 31 ġurnata (għalkemm din tista tvarja minn 29 sa 35 ġurnata), ġeneralment ikollha boton minn 2 sa 12-il żarmuġ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4530", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4530", "title": "Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra", "text": ["Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra", "Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra (\"Nesolagus netscheri\"), magħruf ukoll bħala Fenek tal-widnejn qosra ta' Sumatra jew Fenek Sumatran, huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha.", "Dan il-fenek huwa ristrett għal foresti tal-muntanja fil-Punent u l-Lbiċ ta' Sumatra, hemm rekord wieħed biss fl-1972 mill-Park Nazzjonali ta' Gunung Leuser u rapport ta' avvistament fl-1978 fil-qrib tal-Muntanja Kerinci.", "Kważi r-rekords kollha ta' din l-ispeċi ġejjin minn żoni fejn ikabbru l-pjanti tat-te u l-kafe fejn il-foresta ġiet maqtugħha, f'għoli ta' bejn 600 u 1,600 metru.", "L-ambjent huwa kollu foresta tal-muntanja li tikber fuq ħamrija vulkanika u l-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra jiekol il-ħxejjex li jikbru fil-livell ta' taħt is-siġar u mhux fejn hemm il-ftuħ jew saret xi tip ta' deforestazzjoni.", "Dan il-fenek huwa notturn u matul il-ġurnata jistaħba f'bejtiet jew f'toqob taħt l-art qalb l-għeruq tas-siġar.", "Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra huwa imniżżel bħala speċi f'periklu kritiku ta' estinzjoni minħabba telf ta' abitat minn deforestazzjoni.", "Minn dan il-fenek ftit li xejn inqabdu eżemplari u ħafna drabi jkunu għaddew snin twal bejniethom u l-unika Fenek Sumatran li nżamm barra mill-ambjent naturali tiegħu miet fi ftit żmien.", "Dan kien maħsub li huwa fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru \"Nesolagus\" sakemm ftit snin ilu instab il-Fenek tal-istrixxi ta' Annam (\"Nesolagus timminsi\"), fil-muntanji ta' Annamite bejn Laos u Vjetnam.", "Il-Fenek tal-istrixxi ta' Sumatra huwa speċi ta' fenek rari ħafna endemiku tal-Indoneżja li jinsab biss fil-foresta tal-Muntanji Barisan fil-Punent tal-gżira ta' Sumatra."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4534", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4534", "title": "Fenek tax-xmara", "text": ["Fenek tax-xmara", "Il-Fenek tax-xmara (\"Bunolagus monticularis\") huwa mammiferu plaċentat erbivoru u notturn, tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha.", "Dan il-fenek huwa wieħed mill-aktar mammiferi rari fid-dinja, li jgħix f'żona ristretta ħafna u jinsab biss fir-reġjuni tan-Nofsinhar u fiċ-ċentru tad-deżert ta' Karoo tal-Afrika t'Isfel fil-Provinċja ta' Kap. Il-fenek tax-xmara huwa fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru Bunolagus.", "Normalment il-fenek tax-xmara jkollu strixxa sewda mir-rokna tal-ħalq għal fuq il-warda tal-wiċċ fuq kull naħa.", "Il-pil lewn il-krema minn taħt l-għonq għal taħt iż-żaqq li jiskura huwa u tiela' mad-dahar, denb sufi fil-kannella ċar bit-tarf ħarira fl-iswed u par saqajn wiesgħajn fuq wara f'forma ta' mazza.", "L-evidenza turi li d-daqs tal-popolazzjoni qiegħed dejjem jonqos.", "Mill-aħħar stimi ħareġ li dawn l-aħħar 70 sena il-popolazzjoni globali naqset saħansitra b'60%.", "Illum il-ġurnata il-popolazzjoni qiegħda maqsuma u mifruda f'sottopopolazzjonijiet iżgħar li l-ebda waħda ma għandha aktar minn 50 fenek adult fiha.", "Dan il-fenek tax-xmara jħobb ambjent magħmul minn ħaxix għoli li jikber fuq il-ħamrijja tal-pjanuri tal-għargħar fejn jiffurmaw xmajjar staġjonali, li sfortunatament 80% minn dan l-abitat ġie kkultivat jew immodifikat mill-bniedem.", "Dan il-fenek huwa speċi endemika tal-Afrika t'Isfel.", "Illum il-ġurnata l-fenek tax-xmara jinsab jgħix fi ftit postijiet biss fid-Deżert ta' Karoo u l-ebda wieħed minn dawn il-postijiet ma huwa erja protetta.", "Fraserburg, Sutherland u Victoria West kollha għandhom popolazzjoni żgħira."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4537", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4537", "title": "Fenek ta' denbu qotni tad-deżert", "text": ["Fenek ta' denbu qotni tad-deżert", "Il-Fenek ta' denbu qotni tad-deżert \"Sylvilagus audubonii\" jew kif jissejaħ ukoll Denb qotni tad-deżert (l-ispeċi kollha tal-ġeneru Sylvilagus kollha, minflok Fenek ħafna drabi jissejħu denb qotni), huwa mammiferu plaċentat erbivoru membru tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomrpha, tad-Dinja l-Ġdida (il-kontinenti Amerikani).", "Din l-ispeċi għalkemm ħafna drabi tiġi msieħbha ma' ambjent xott u abitat ta' kważi deżert jew deżert fil-Lbiċ tal-kontinent Amerikan tan-naħa ta' fuq, tgħix ukoll f'ambjenti anqas xotti bħal foresti tal-pinu-ġunipru.", "Il-Fenek ta' denbu qotni tad-deżert huwa simili ħafna fl-apparenza tal-Fenek Ewropew, biss dan għandu widnejn akbar u normalment iżommhom aktar wieqfa.", "Dan id-denb qotni huwa ħafn' anqas soċjali mill-Fenek Ewropew u jagħmel anqas użu ta' bejtiet taħt l-art ukoll.", "Bħall-Fniek ta' denbhom qotni kollha l-oħra, il-Fenek ta' denbu qotni tad-deżert għandu denbu ġej fit-tond bil-pil abjad fuq in-naħa ta' taħt li jidher sew meta jkun qiegħed jaħrab (fenek ta' din l-ispeċi kapaċi jiġri b'veloċita ta' 30 kilometru fis-siegħa).", "Dan huwa fenek ta' lewn ċar ta' kulur griż fil-kannella, li jsir kważi totalment abjad fuq in-naħa ta' taħt taż-żaqq.", "Denb qotni tad-deżert adult għandu tul ta' bejn 33 u 43 ċentimetru u jiżen sa 1.5 kilogrammi.", "Il-widnejn twal normalment ikunu bejn 8 u 10 ċentimetri u s-saqajn kbar ta' wara jilħqu s-7.5 ċentimetri.", "Bejn is-sessi m' hemmx dimorfismu sesswali kbir, iżda in-nisa għandhom tendenza li jkunu ftit akbar mill-irġiel, biss waqt li l-arja territorjali tan-nisa tkun ta' bejn wieħed u ieħor 4,000 m2, tal-irġiel kapaċi tlaħħaq 'il fuq minn 60,000 m2.", "Il-Fenek ta' denbu qotni tad-deżert għalkemm huwa fenek dijurnu jew attiv matul il-ġurnata jiskarta is-sigħat sħan ta' nofs il-jum.", "Il-biċċa l-kbira tad-dieta tikkonsisti minn ħaxix iżda jiekol ħafna varjetà ta' pjanti ukoll, saħansitra kaktus.", "Dan id-denb qotni rarament jixrob għax il-likwidi kollha li għandu bżonn isibhom fil-pjanti li jiekol.", "Dan id-denb qotni fejn l-abbundanza ta' ikel u l-klima jippermettu dawn jipproduċu kemm il-boton fis-sena.", "Iż-żrameġ għalkemm jitwieldu għomja u bla pil, l-omm tpoġġihom f'ħofra xejn fonda jew f'bejta qalb il-ħaxix mal-art u ma jitilqux minn hemm qabel 3 ġimgħat.", "Il-Fenek ta' denbu qotni tad-deżert għalkemm ma jiffurmax u ma jaqsamx bejtiet soċjali taħt l-art ma' individwi oħra, meta mqabbel ma' speċi ta' leporidi oħra huwa relativament tolleranti lejn membri tal-istess speċi li jkunu fil-qrib.", "Il-Fenek ta' denbu qotni tad-deżert jgħix fiċ-ċentru tal-Istati Uniti mil-Lvant tal-Montana sa fil-Punent tat-Texas u fit-Tramuntana tal-Messiku.", "Lejn il-Punent jinsab jgħix fiċ-ċentru ta' Nevada u fin-Nofs in-nhar ta' California u Baja California.", "Dan id-denb qotni jgħix sa ogħli ta' 'l fuq minn 2000 metru."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4541", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4541", "title": "Fenek ta' denbu qotni tal-foresta", "text": ["Fenek ta' denbu qotni tal-foresta", "Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta \"Sylvilagus brasiliensis\", magħruf ukoll bħala Tapeti u Fenek Brażiljan, huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha.", "Din l-ispeċi hija waħda mis-16-il denb qotni tal-kontinenti Amerikani tal-ġeneru Sylvilagus u flimkien ma' 5 speċi oħra huwa miġbur fis-sottoġeneru \"Tapeti.", "Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta huwa wieħed solitarju u ta' abitudni notturni (jkun attiv bil-lejl), ħafna drabi minn ftit wara nżul ix-xemx sa ftit qabel it-tlugħ.", "Dan id-denb qotni jippreferi jgħix f'ambjent ta' foresta, b'abitat fil-qrib ta' artijiet ta' l-għargħar jew mal-ġnub tax-xmajjar, għalkemm kemm il-darba jinstab jiekol fil-ġonna u f'egħlieqi kkultivati.", "It-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti huwa wieħed mil-ftit speċi ta' denb qotni li huwa komuni matul il-firxa tad-distribuzzjoni kollha u b'hekk ma' l-\"IUCN Red List of Threatened Species\" qiegħed imniżżel bħala leporidu fi stat ta' \"L-inqas ħsieb\" (\"Least Concerned\").", "Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta għandu distribuzjoni vasta mifruxha ma' bosta pajjiżi fl-Amerika Centrali u fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel.", "Dan il-fenek huwa speċi li jinsab fil-foresti ta' l-Arġentina, Beliże, Bolivja, Kolombja, Kosta Rika, Ekwador, El Salvador, Gujana, Gujana Franċiża, Gwatemala, Ħonduras, Messiku, Nikaragwa, Panama, Paragwaj, Peru, Surinam u Venezwela."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4545", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4545", "title": "Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant", "text": ["Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant", "Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant \"Sylvilagus floridanus\" jew kif inhu msejjaħ ukoll Denb qotni tal-Lvant huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha.", "Dan id-denb qotni huwa wieħed mill-aktar speċi komuni fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq.", "Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant jista' jkun ta' kulur kannella fil-ħamrani (fis-sajf) jew kannella fil-griż (fix-xitwa) li jiċċara lejn taħt iż-żaqq fejn il-pil jidher ħafn' aktar fin, għandu par saqajn kbar fuq wara, par widnejn twal u weqfin u denb qasir u qotni ta' lewn abjad fuq in-naħa ta' taħt u b'tebgħa ta' kulur is-sadid fuq in-naħa ta' fuq.", "In-nisa ġeneralment ikunu ftit akbar mill-irġiel.", "Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant huwa leporidu notturnu li jkun attiv ħafna minn tard wara nżul ix-xemx sa kmieni filgħodu qabel it-tlugħ.", "Dan huwa denb qotni li jippreferi tip ta' abitat fejn jista' jħaffer il-bejta taħt l-art, ikun jista' jaħrab malajr (kapaċi jiġri b' veloċita ta' 'l fuq minn 30 kilometru fis-siegħa u jaqbeż bejn 3 u 5 metri) iżda dejjem fil-ftuħ.", "L-irġiel ġeneralment jitgħammru ma' aktar minn fenka waħda minn Frar sa Settembru u dawn jista' jkollhom minn 2 sa 4 btan żrameġ fis-sena.", "Il-Fenka tipprepara bejta taħt l-art miksijja bil-ħaxix u s-suf tagħha stess ftit qabel ma' twelled u kif twelled din tkun lesta u tista' titgħammar mill-ewwel.", "Il-boton ikun magħmul minn 1 sa 9 żrameġ li jitwieldu għomja, bla pil u totalment dippendenti fuq l-omm.", "Iż-żrameġ ta' 3 ġimgħat jieqfu jieħdu l-ħalib u jaqbdu jieklu l-ħaxix, ta' 7 ġimgħat isiru indipendenti u ta' 3 xhur jimmaturaw sesswalment.", "Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant għandu firxa fil-Lvant u fil-Lbiċ ta' l-Istati Uniti, fin-Nofs in-nhar tal-Kanada, fil-Lvant tal-Messiku u fl-Amerika Ċentrali.", "Id-distribuzzjoni ta' dan id-denb qotni kibret u nfirex lejn it-Tramuntana meta l-bniedem beda jaqta' l-foresti.", "Oriġinarjament il-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant ma' kienx mifrux b'mod naturali f'New England, hawn dan id-denb qotni ġie ntrodott mill-bniedem u issa qiegħed jikkompeti għall-abitat mal-Fenek ta' denbu qotni li huwa nativ ta' l-istat ta' New England."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "4558", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=4558", "title": "Aztlanolagus", "text": ["Aztlanolagus", "Aztlanolagus huwa ġeneru estint ta' mammiferu lagomorfu (il-fenek, il-liebru u l-pika), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, ma' bosta ġeneri oħra estinti u ma' għaxar ġeneri oħra b'rappreżentanti ħajjin (Bunolagus, Nesolagus, Romerolagus, Brachylagus, Sylvilagus, Poelagus, Oryctolagus, Lepus, Caprolagus u Pronolagus).", "Dan il-ġeneru ġie kkunsidrat u kklassifikat bħala leporidu minn B. D. Russell u A. H. Harris, 1986."], "category": "wikipedia, article"}