{"id": "16385", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16385", "title": "William Shakespeare", "text": ["William Shakespeare", "William Shakespeare (Stratford-upon-Avon, 26 ta' April 1564 - Stratford-upon-Avon, 23 ta' April 1616) kien poeta u drammaturgu Ingliż, meqjus bħala l-aqwa kittieb fl-ilsien Ingliż u l-aqwa drammaturgu tad-dinja.", "Ħafna jsejħulu wkoll il-poeta nazzjonali tal-Ingilterra u l-\"Bard of Avon\".", "Ix-xogħlijiet li wasslulna tiegħu jinkludu 38 dramm, 154 sunett, żewġ poeżiji narrattivi twal, u ħafna poeżiji.", "Id-drammi tiegħu nqalbu fl-ilsna ewlenin kollha tad-dinja u jsiru rappreżentazzjonijiet tagħhom iktar minn ta' kull drammaturgu ieħor fid-dinja.", "Ta' 18-il sena, iżżewweġ lil Anne Hathaway, li minnha kellu tliet ulied: Susanna, u t-tewmin Hamnet u Judith.", "Bejn l-1585 u l-1592, beda karriera mimlija suċċessi f'Londra bħala attur, kittieb u propjetarju bi sħab ta' kumpanija drammatika bl-isem \"The Lord Chamberlain's Men\", iktar tard imsejħa \"the King's Men\".", "Irtira fi Stratford xi tliet snin qabel ma miet.", "Billi ftit li xejn jeżisti tagħrif storiku fuq il-ħajja privata tiegħu, tul iż-żmien ħafna spekulaw fuq id-dehra fiżika tiegħu, is-sesswalità tiegħu, it-twemmin reliġjuż tiegħu, u jekk hux tassew il-kitbiet tiegħu kitibhomx hu jew oħrajn.", "Shakespeare kiteb ħafna mix-xogħlijiet tiegħu bejn l-1589 u l-1613.", "Id-drammi tiegħu tal-bidu kienu kummiedji u drammi storiċi, ġeneri li hu għolla għal livell artistiku għoli lejn l-aħħar tas-seklu sittax.", "Imbagħad sal-1608 kiteb l-aktar traġedji, fosthom \"Hamlet\", \"King Lear\", \"Othello\", u \"Macbeth\", meqjusin fost l-aqwa xogħlijiet fil-letteratura Ingliża.", "Fl-aħħar fażi tiegħu, kiteb l-aktar traġikummiedji, magħrufin l-aktar bħala \"romanzi\", u ħadem ma' drammaturgi oħra.", "Ħafna mid-drammi tiegħu ġew ippubblikati f'ħajtu.", "Fl-1623, tnejn milli kienu jaħdmu miegħu ippubblikaw il-\"First Folio\", antoloġija tad-drammi kollha tiegħu ħlief tnejn.", "Shakespeare kien poeta u drammaturgu stmat f'ħajtu, imma l-fama kbira li għandu llum ma bediex igawdiha qabel is-seklu 19.", "Ir-Romantiċi faħħru l-ġenjalità tiegħu u l-Vittorjani tant kienu jadurawh li George Bernard Shaw sejħilha \"bardolatry\".", "Fis-seklu 20, xogħlijiet ġew riskoperti minn movimenti ġodda.", "Id-drammi tiegħu għadhom popolari ħafna fi żmienna u kontinwament jiġu studjati, esegwiti, u ri-interpretati f'kuntesti kulturali u politiċi diversi madwar id-dinja.", "Alfred Palma qaleb għall-Malti ħafna drammi ta' Shakespeare: 1994: Romeo u Ġuljetta; 1995: Il-Merkant ta' Venezja; 1996: L-Imqarba Immansata; 1996: Ħolma ta' Lejla Sajfija; 1996: It-Tempesta; 1996: Il-Kummiedja ta' l-Iżbalji; 1996: It-Tnax-il Lejl; 1996: Macbeth; 1997: Hekk Kif Jogħġbok; 1997: Hamlet; 1997: Ġulju Ċesri."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16386", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16386", "title": "Macbeth", "text": ["Macbeth", "Macbeth huwa dramm ta' William Shakespeare li jitratta reġiċidju (qtil ta' re) u x'ġara wara.", "Hija l-iqsar traġedja ta' Shakespeare u hu maħsub li nkitbet f'xi żmien bejn l-1603 u l-1607.", "L-għejjun għall-ġrajja kif rakkuntata minn Shakespeare kienu l-ġrajjiet tar-Re Macbeth tal-Iskozja, Macduff, u Duncan fil-\"Holinshed's Chronicles\" (1587), storja tal-Ingilterra, Skozja u l-Irlanda familjari għal Shakespeare u għan-nies ta' żmienu.", "Madankollu l-ġrajja ta' Macbeth kif trattata minn Shakespeare ftit li xejn għandha x'taqsam mal-ġrajjiet storiċi tal-Iskozja, għax fil-verità Macbeth kien re maħbub u ta' ħila.", "Fid-dinja ta' wara l-kwinti tat-teatru, xi uħud jemmnu li dan id-dramm hu misħut, u ma jsemmux it-titlu tiegħu b'vuċi għolja, imma minflok jirreferu għalih bħala \"id-dramm Skoċċiż\".", "Tul is-sekli, id-dramm ġibed fost l-aqwa atturi tad-dinja għall-partijiet ta' Macbeth u Lady Macbeth.", "Ġie addattat bħala film, għat-televixin, opra, rumanzi, komiks, u \"media\" oħra.", "L-ewwel att jiftaħ qalb il-beraq u s-sajjetti bit-Tlett Isħaħar jiddeċiedu li l-laqgħa tagħhom li kien imiss kellha tkun ma' Macbeth.", "Suldat ferut jirraporta lir-Re Duncan tal-Iskozja li l-ġenerali tiegħu — Macbeth, \"Thane\" ta' Glamis, u Banquo — kienu għadhom kemm rebħu lin-Norveġja u lill-Irlanda, immexxijin mit-traditur Macdonwald.", "Macbeth, qarib tar-Re, jiġi mfaħħar għall-kuraġġ u għall-ħila militari.", "Macbeth u Banquo jiddiskutu t-temp u r-rebħa li għamlu (\"So foul and fair a day I have not seen\").", "It-Tlett Isħaħar isellmulhom bil-profeziji.", "Lil Macbeth, l-ewwel saħħara tindirizzah bħala \"Thane of Glamis,\" it-tieni bħala \"Thane of Cawdor,\" u t-tielet tħabbarlu li se jkun \"Re minn hawn 'l hemm.\"", "Macbeth jissumma, u Banquo jisfidahom.", "Lil Banquo jgħidulu li hu missier ta' nisel ta' rejiet, għalkemm hu nnifsu qatt mhu se jkun re.", "Kif is-sħaħar jisparixxu, jasal messaġġier tar-Re li jgħarraf lil Macbeth bit-titlu ġdid li tah ir-Re: \"Thane of Cawdor\".", "Hekk Macbeth jibda mill-ewwel jixxennaq li jsir re.", "Macbeth jikteb lil martu fuq il-profeziji tas-sħaħar.", "Meta Duncan jiddeċiedi li joqgħod fil-kastell ta' Macbeth f'Inverness, Lady Macbeth taħdem pjan kif toqtlu u tassigura t-tron lil żewġha.", "Għalkemm Macbeth ma jkunx ċert, Lady Macbeth tikkonvinċih jimxi fuq il-pjan tagħha, meta tisfidalu l-virilità tiegħu.", "Fil-lejl taż-żjara tar-Re, Macbeth joqtol lil Duncan.", "Macbeth ikun tant imriegħed li Lady Macbeth ikollha tieħu hi r-riedni.", "Tagħmel \"frame-up\" fuq il-qaddejja ta' Duncan li kienu reqdin billi qegħditilhom is-sjuf bid-demm.", "L-għada filgħodu jaslu Lennox, nobbli Skoċċiż, u Macduff, Thane of Fife.", "Macbeth iwassalhom fil-kamra tar-re, fejn Macduff isib il-kadavru ta' Duncan.", "F'dagħdigħa ta' rabja falza, Macbeth joqtol lill-gwardji qabel dawn setgħu jistqarru l-innoċenza tagħhom.", "Macduff mill-ewwel jissuspetta f'Macbeth, imma ma jgħid xejn.", "Ulied Duncan jaħarbu, Malcolm l-Ingilterra u Donalbain l-Irlanda.", "Il-ħarba tagħhom tagħmilhom suspettati u Macbeth jassumi t-tron bħala r-Re ġdid tal-Iskozja, billi kien qarib ir-re mejjet.", "Macbeth jibqa' mħasseb fuq il-profezija ta' Banquo, u allura Macbeth jistiednu għal ikla u jħallas żewġ qattiela biex joqtlu lilu u lil ibnu Fleance.", "Lil Banquo joqtluh, imma Fleance jaħrab.", "Fl-ikla, l-ispirtu ta' Banquo joqgħod bil-qiegħda fil-post ta' Macbeth.", "Macbeth biss seta' jarah; il-mistidnin jinfixlu quddiem Macbeth jagħmel xenata quddiem siġġu vojt, sakemm Lady Macbeth tordnalhom jitilqu, għax skont hi żewġha kien ibati minn kundizzjoni ereditarja li ma kinitx perikoluża.", "Macbeth jerġa' jżur lit-Tliet Sħaħar.", "Jagħmlulu tliet profeziji oħra: \"ibża' Macduff,\" \"ħadd imwieled minn mara mhu ħa jweġġa' 'l Macbeth\" u \"qatt ma jkun megħlub sakemm il-masġar ta' Great Birnam Wood għall-għolja ta' Dunsinane Hill jiġi kontrieh\".", "Billi Macduff kien eżiljat l-Ingilterra, Macbeth jassumi li hu sikur; joqtol lil kull min kien hemm fil-kastell Macduff anke lil martu u lil uliedu żgħar.", "Lady Macbeth tinfena bil-ħtija tad-delitti li għamlu hi u żewġha.", "Ituha l-ħmar il-lejl u tipprova taħsel tbajja' tad-demm immaġinarji minn idejha, il-ħin kollu titkellem fuq l-affarijiet terribbli li kienet taf.", "Macduff jiġi mgħarraf li \"l-kastell ġie attakkat f'daqqa; mara u wlied/imbiċċra b'mos selvaġġ.\"", "Macbeth, issa meqjus bħala tirann, ħafna minn niesu ħallewh.", "Malcolm imexxi armata, flimkien ma' Macduff u Siward (the Elder), Earl of Northumberland, kontra Dunsinane Castle.", "Meta kienu kkampjati f'Birnam Wood, is-suldati jiġu ordnati jaqtgħu u jġorru l-friegħi tas-siġar biex jaħbu n-numru tagħhom u hekk titwettaq it-tielet profezija tas-sħaħar.", "Macbeth jagħmel il-famuż monologu \"Għada, u għada, u għada\" kif jisma' bil-mewt ta' Lady Macbeth (probabilment suwiċidju għax Malcolm jgħid fuqha \"maħsub li b'ruħha nfisha u jdejn vjolenti/ Temmet ħajjitha\").", "Il-battalja tilħaq il-quċċata tagħha bil-qtil taż-żagħżugħ Siward u l-konfrontazzjoni bejn Macduff u Macbeth.", "Macbeth jiftaħar li m'għandux minn xiex jibża' minn Macduff, għax ma jistax jinqatel \"minn ebda bniedem imwieled minn mara\".", "Macduff jgħidlu li hu kien \"minn ġuf ommu/mqaċċat qabel il-waqt\" (i.e., twieled b'ċesarja) u ma kienx \"imwieled minn mara\" (eżempju ta' sofiżma letterarja).", "Macduff jaqta' ras Macbeth u hekk titwettaq l-aħħar profezija.", "Għalkemm Malcolm, u mhux Fleance, jieħu t-tron, il-profezija tas-sħaħar lil Banquo (\"Ħa jitwildulek rejiet\") kienet magħrufa li kienet vera għall-udjenza ta' żmien Shakespeare: James VI tal-Iskozja(iktar tard James I tal-Ingilterra) kien meqjus bħala dixxindent ta' Banquo.", "It-tema ewlenija ta' Macbeth — il-qerda li ġġib l-ambizzjoni meta ma tkunx imrażżna mill-morali — toħroġ bl-akbar qawwa fiż-żewġ karattri ewlenin.", "Macbeth huwa ġeneral Skoċċiż qalbieni li mhuwiex inklinat normalment għall-ħażen, iżda jixtieq wisq il-poter.", "Joqtol lil Duncan imbagħad jinħakem mill-ħtija u mill-paranoia.", "Fl-aħħar jispiċċa f'ġenn iddisprat u mimli ftaħir fieragħ.", "Lady Macbeth, tasal għal dak li trid b'iktar determinazzjoni iżda mbagħad ma tiflaħx għar-riperkussjonijiet tal-għemil immorali tagħha.", "L-ambizzjoni twassalhom iwettqu attroċitajiet dejjem iktar terribbli.", "Meta wieħed jiddeċiedi li jibda juża l-vjolenza biex jieħu l-poter, ikun diffiċli jieqaf.", "Dejjem hemm theddid potenzjal għat-tron — Banquo, Fleance, Macduff — u l-użu tal-vjolenza biex wieħed jeħles minnhom jibqa' tentazzjoni attraenti.", "Lady Macbeth timmanipula lil żewġha billi tiddubita l-viriltà tiegħu, tixtieq li hi nnifsiha tkun \"bla sess,\" u Macbeth jgħidilha li mara bħalha għandha twelled biss subien.", "Bl-istess mod kif Lady Macbeth iġġiegħel lil żewġha joqtol, Macbeth jipprovoka lill-assassini biex joqtlu lil Banquo billi jisfida l-viriltà tagħhom.", "Għat-tnejn li huma, il-maskulinità tfisser aggressjoni pura, u kull meta jitkellmu fuq irġulija, mill-ewwel tasal il-vjolenza.", "Ma jfissirx li n-nisa mhumiex ukoll għajn ta' ħażen u vjolenza.", "Il-profeziji tas-sħaħar jixegħlu l-ambizzjonijiet ta' Macbeth u jħeġġu l-imġiba vjolenti tiegħu; Lady Macbeth hija l-moħħ tal-kumplott; u l-unika alla fl-istorja hija Ekate, l-alla mara tas-seħer.", "Macbeth jara l-għerq tal-ħażen u tal-kaos fin-nisa.", "L-aggressività fil-karattri nisa timpressjonak iktar għax ma tistennihiex minnhom.", "Lady Macbeth hija eżempju ta' kemm il-mara taf tkun ambizzjuża u krudili daqs ir-raġel.", "Finalment fid-dramm insibu definizzjoni riveduta ta' rġulija.", "Fix-xena fejn Macduff bil-qtil ta' martu u uliedu, Malcolm jikkunslah billi jgħidlu jieħu l-aħbar bl-\"irġulija\", jiġifieri billi jara kif jagħmel vendetta minn Macbeth.", "Macduff jurih li għandu idea żbaljata ta' rġulija.", "Għall-kliem ta' Malcolm, \"Iddiskutiha bħala raġel\", Macduff iwieġbu, \"nagħmel hekk.", "Imma rrid inħossha bħala raġel\".", "Lejn l-aħħar, Siward jieħu l-aħbar tal-mewt ta' ibnu b'mod pjuttost sodisfatt.", "Malcolm jgħidlu: \"Jistħoqqlu iżjed niket [milli inti wrejt] / U jien ħa naħli fuqu\".", "Il-kumment ta' Malcolm juri li tgħallem il-lezzjoni li tah Macduff fuq in-natura sensittiva tal-vera rġulija.", "Juri ukoll, li bl-inkoronazzjoni ta' Malcolm, l-ordni se jiġi rinstrawrat fis-Saltna tal-Iskozja.", "Duncan dejjem jissejjaħ ir-re, \"king,\" filwaqt li Macbeth malajr jibda jissejjaħ it-tirann, \"tyrant.\"", "Id-differenza bejn it-tnejn toħroġ l-iktar f'Att 4, xena 3, meta Macduff jiltaqa' ma' Malcolm, l-Ingilterra.", "Biex jittestja l-lealtà ta' Macduff lejn l-Iskozja, Malcolm jgħidlu li hu se jkun re agħar minn Macbeth.", "Lil Macduff isemmilu l-kwalitajiet negattivi tiegħu bħall-għatx għall-poter personali u t-temperament vjolenti, żewġ karatteristiċi li kellu ukoll Macbeth.", "Mill-banda l-oħra, Malcolm jgħid, \"L-attribwiti li jixirqu r-re /(huma) ġustizzja, verità, temperanza, stabbiltà / Ġenerożità,perseveranza, ħniena, (u) umiltà\".", "Ir-re eżemplari jagħti ordni u ġustizzja lis-saltna, iżda wkoll komfort u mħabba.", "Taħtu, in-nies jiġu ppremjati skont il-merti tagħhom, bħal meta Duncan jaħtar lil Macbeth Thane of Cawdor wara li dan rebaħ lill-invażuri.", "L-iktar importanti, ir-Re jrid ikun leali lejn l-Iskozja qabel l-interessi tiegħu.", "Macbeth iġib biss kaos fl-Iskozja, simbolizzat mit-temp ikrah u fenomeni strambi soprnaturali, u ma jġib l-ebda vera ġustizzja, iżda biss assassinji kapriċċużi ta' dawk li jara bħala theddida.", "Irid jiġi megħlub minn Malcolm biex l-Iskozja jerġa' jkollha mill-ġdid re tassew."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16387", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16387", "title": "Il-Merkant ta’ Venezja", "text": ["Il-Merkant ta' Venezja", "Il-Merkant ta' Venezja (bl-Ingliż: \"The Merchant of Venice\") hija traġikummiedja miktuba minn William Shakespeare, maħsuba li nkitbet bejn l-1596 u l-1598.", "Għalkemm fl-\"Ewwel Folju\" hija klassifikata bħala kummiedja, id-dramm hu magħruf l-iktar għax-xeni drammatiċi tiegħu, u għal Shylock u għad-diskors famuż 'Mela Lhudi m'għandux għajnejn'.", "Famuż ukoll id-diskors ta' Portia fuq il-'kwalità tal-ħniena'.", "Minkejja li d-dramm mhuwiex imsemmi għalih, Shylock, huwa l-iktar karattru magħruf tad-dramm.", "L-istorja ta' merkant li jħallas garanzija li twassal għall-mewt li kien għamel għal somma li kien issellef ħabib kienet magħrufa sew fl-Ingilterra tard fis-seklu 16.", "Il-ħelsien tal-merkant mill-ħlas ta' \"libbra laħam\" mill-mara li kien għadu kif iżżewweġ liebsa ta' avukat u t-talba tagħha għaċ-ċurkett tal-għerusija bħala rikompens kollha qegħdin fil-ħrafa tas-seklu 14, \"Il Pecorone\" ta' Giovanni Fiorentino, li kienet ippubblikata Milan fl-1558 u tradotta għall-Ingliż minn William Painter.", "L-elementi tax-xena fil-qorti wkoll nsibuhom f\"'L'Orateur\" ta' Alexandre Sylvane, ippubblikata f'traduzzjoni Ingliża fl-1596.", "Id-dramm jiftaħ fi triq ta' Venezja.", "Jidħlu Antonio, Salarino u Salanio.", "Antonio għandu qalbu sewda u qiegħed jistaqsi x'kienet ir-raġuni ta' dan in-niket.", "Ħbiebu jissuġġerulu li kien l-inkwiet li kellu fuq il-finanzi.", "Kien investa ħafna flus fuq merkanzija ġejja minn barra u jispjegawlu li ħaġa naturali li jkun inkwitat u mħawwad.", "Antonio jiżgurahom li mhux il-flus li kienu qegħdin jinkwitawh għax kien firex l-investimenti tiegħu.", "Salarino jgħidlu li ladarba mhux il-flus qegħdin jinkwitawh, allura kien tilef qalbu wara xi ħadd.", "Antonio jiċħad li hu hekk u jħalli 'l ħbiebu imħawdin dwar in-niket tiegħu li milli jidher ma kellux raġuni.", "Jidħlu Bassanio, Lorenzo u Gratiano.", "Salanio u Salarino jiskużaw ruħhom għax kellhom x'jagħmlu.", "Gratiano jinduna kemm kellu qalbu sewda Antonio, u biex iferrħu jagħmel solilokwiju enigmatiku qasir fuq in-natura tal-għerf u nies li suppost għandhom l-għerf u jitlaq ma' Lorenzo.", "Il-kliem ta' Gratiano jħawdu 'l Antonio.", "Bassanio jispjegalu li Gratiano hu l-ikbar fanfarun ġo Venezja.", "Antonio jistaqsi min hi l-mara li Bassanio marritlu qalbu bih warajha.", "Bassanio jammetti lil Antonio li kien irvinat bid-djun li kellu l-iżjed lil Antonio stess.", "Antonio jiżgura 'l Bassanio li jagħmel kull ma jista' biex jgħinu.", "Bassanio jfiehmu li ġġenen wara Portia, mara għanja li toqgħod Belmont.", "Madankollu kien inkwitat li mhux ħa jkun jista' jiżżewiġha, hi tant sabiħa daqskemm hi għanja u għandha ammiraturi abbli jiġru warajha mill-Ewropa kollha.", "Antonio joffri li jgħin, imma jfiehmu li billi l-iġfna tiegħu kienu għadhom barra, ma kellux flus x'jagħtih.", "Madankollu joffri l-kredtu tiegħu lil Bassanio biex ikun jista' jissellef bil-garanzija tiegħu u jmur Belmont bħala bniedem għani.", "Ix-xena tiftaħ f'kamra fid-dar ta' Portia f'Belmont.", "Jidħlu Portia u l-qaddejja tagħha, Nerissa.", "Portia mxabba' mill-ħajja tagħha, imma Nerissa tfakkarha li minkejja l-problemi li kellha, kien għad għandha ġid enormi.", "Portia tisħet xortiha li hi mara, tant kapaċi u intelliġenti, m'għandhiex kontroll fuq id-destin tagħha.", "Hawn jinkixef punt importanti mit-trama - Missier Portia miet u ħalliha għanja imma mingħajr ma għażillha żewġa.", "Però qabel ma miet fassal lobgħa tal-ażżard biex ikun jaf jekk ammiratur jistħoqqlux jiżżewwiġha.", "Kull ammiratur irid jagħżel minn tliet kaxxetti u min jagħżel il-kaxxetta t-tajba jiżżewwiġha.", "Portia u Nerissa jiddiskutu l-ammiraturi u jmaqdruhom kollha.", "Portia tifraħ meta tisma' li l-ammiraturi kollha rrefjutaw li jieħdu sehem fil-logħba tal-kaxxetti u kienu ħa jitilqu.", "Nerissa tfakkar lil Portia f'Bassanio, li kienet iltaqgħet miegħu meta kien ħaj missierha.", "Iż-żewġ nisa t-tnejn intlaqtu minnu, kif tgħid Nerissa \"hu, mill-irġiel kollha li l-għajnejn boloh tiegħi waqgħu fuqhom, kien l-iżjed mistoqq ta' sinjura sabiħa\".", "Qaddej iġib messaġġ li kien ġej ammiratur ieħor, il-Prinċep tal-Marokk.", "Portia ma tiħux gost u t-tlieta joħorġu biex Portia ssellem lill-ammiraturi li kienu sejrin.", "Ix-xena tiftaħ f'misraħ f'Venezja.", "Bassanio u Shylock qegħdin jiftiehmu fuq kuntratt - Bassanio jrid jissellef tlett elef Dukat għal tliet xhur.", "Shylock qiegħed jaħsibha sew, jirrepeti kull kundizzjoni tal-kuntratt.", "Bassanio joffri l-garanzija ta' Antonio għall-flus.", "Shylock jaqbel li Antonio hu raġel sewwa, imma jargumenta li flusu kollha marbutin fuq merkanziji li minn natura tagħhom mhux ta' min jorbot fuqhom: \"l-iġfna mhux ħlief twavel, il-baħrin mhux ħlief nies; hemm firien tal-art u tal-baħar, ħallelin tal-art u tal-baħar, --irrid ngħid pirati,--u mbagħad hemm il-periklu tal-ilma, irjieħ u blat.\"", "Minkejja d-dubji li għandu, Shylock jaqbel li l-kelma ta' Antonio tajba biżżejjed bħala garanzija għad-dejn, imma jrid ikellem lil Antonio nnifsu.", "Bassanio jaċċetta u jistieden lil Shylock għall-ikel.", "Jidħol Antonio.", "Shylock jdur lejn l-ispettaturi u jkellimhomm direttament, u jgħidilhom għaliex jobgħod lil Antonio.", "Jobgħodu mhux biss għax Nisrani, imma għax Antonio kien jislef mingħajr imgħax, u fl-istess ħin imaqdar lil dawk li jieħdu l-imgħax.", "Ħa jieħu din l-okkazjoni biex jirvinah 'l Antonio.", "Antonio jgħid li hu s-soltu ma jsellifx u ma jissellifx bl-imgħax imma ħa jagħmel eċċezzjoni biex jgħin lil Bassanio meta għandu bżonnu.", "Shylock jaqbel mal-kundizzjonijiet tas-self, imbagħad jibda jfakkar lil Antonio fuq l-insulti kollha li għamillu.", "Antonio kien insultalu twemminu, għajru qattiel u kelb, u kien beżaqlu.", "Jiskanta kif wasal li jislef il-flus lil xi ħadd li kien jobgħodu daqshekk?", "Antonio jwieġbu li eħfef issellef li xi ħadd li tobgħod - hekk, Shylock ma jiddejjaqx jeżiġi l-kastig jekk id-dejn ma jiħallasx.", "Shylock jesklama li ma rridx ikun l-għadu ta' Antonio, u joffri li jinsa l-insulti kollha u jneħħi l-imgħax fuq il-flus li kien ħa jselfu.", "Kull ma jitlob kien li jmorru għand nutar u jiffirmaw kuntratt, bil-kundizzjoni li fil-każ ta' kontumaċja, Antonio jkollux iħallas multa, minflok, Shylock jieħu \"libra eżatta ta' laħam, minn ġismek sabiħ, maqtugħa u meħuda minn liema parti ta' ġismek togħġobni.\"", "Antonio ma jiħdux bis-serjetà, u jqis din l-offertà bħala att ta' ħbiberija.", "Bassanio jwissi 'l Antonio biex ma jiffirmax il-kuntratt, imma Antonio jiżgurah li ħa jkollu disagħt elef dukat kull xahar qabel jiskadi ż-żmien li fih kellu jħallas id-dejn.", "Wara li jiftiehmu biex jiltaqgħu għand in-nutar iktar tard, Shylock jitlaq.", "Ix-xena tintemm b'Antonio kuntent bil-bidla fl-imġiba ta' Shylock, waqt li Bassanio suspettuż tal-iskopijiet tiegħu.", "Din tiftaħ fid-dar ta' Portia f'Belmont.", "Id-daqq tat-trumbetti jħabbar il-wasla tal-Prinċep tal-Marokk, li jidħol bil-korteġġjani tiegħu.", "Jidħlu Portia u Nerissa, segwiti mill-korteġġjani ta' Portia.", "Il-Prinċep tal-Marokk ikellem lil Portia, u jitlobha li ma tiġġudikahx fuq id-dehra tiegħu li jiżguraha m'għandhiex x'taqsam mal-valur tiegħu bħala wieħed li jista' jsir żewġha: \"Ġibli l-bniedem l-iżjed bjond imwieled fit-tramuntana, fejn in-nar ta' Febe bilkemm iħoll il-ponot indendlin tas-silġ, u ejjew nagħmlu qasma fil-ġilda biex għal imħabbtek nippruvaw liema demm hu l-iżjed aħmar, tiegħu jew tieghi\"", "Portia tiżgura l-Prinċep li hi mhux daqshekk superfiċjali li se tiġġudikah fuq il-kulur ta' ġilditu, u anki kieku kienet hekk, ma kienx jimporta, għax ma setgħitx tagħżel 'l min tiżżewweġ.", "Il-Prinċep reġa' enfasizza kemm kien den li jiżżewwiġha, u jisħet ix-xorti li tħalli wieħed inqas den minnu li jkun ir-rebbieħ.", "Portia tfakkru li jekk jagħżel il-kaxxetta l-ħażina, ma jistax jerġa' jiġi biex jiżżewwiġha.", "Il-Prinċep jaqbel, u jitlob li jmur jipprova xortih billi jagħżel il-kaxxetta.", "Joħorġu kollha mad-daqq tat-trumbetti.", "Din ix-xena tiftaħ fi triq ġo Venezja.", "Jidħol Launcelot Gobbo li għandu dilemma.", "Qiegħed jaħsibha jitlaqx l-impjieg tiegħu ma' Shylock imma ma jistax jiddeċiedi.", "Jidħol missieru, Gobbo x-xiħ li hu għama, b'ġewlaq f'idu fejn kellu rigal għal Shylock.", "Wara diskussjoni ma' ibnu, li għall-ewwel ma għarafx, dwar l-impjieg tiegħu fid-dar ta' Shylock, Lancelot jitlob 'il missieru li jagħti r-rigal lil Bassanio minflok u jitolbu jimpjegah f'daru.", "Jidħlu Bassanio, Leonardo, u s-segwaċi tagħhom.", "Gobbo x-xiħ joffri r-rigal lil Bassanio, u jitolbu favur, li ibnu Launcelot isir qaddej tiegħu.", "Bassanio jaċċetta li jimpjega 'l Lancelot bħala qaddej u jibgħat qaddej ieħor ilestilu fejn joqgħod.", "Launcelot jirringrazzja 'l Bassanio bl-abbundanza, u jitlaq ma' missieru.", "Jidħol Gratiano u joħroġ Leonardo.", "Gratiano jrid imur Belmont ma' Bassanio, imma Bassanio ma' tantx irid għax billi hu storbjuż jista' joffendi 'l xi ħadd f'Belmont u jgħarraqlu kollox.", "Gratiano jiżgurah bil-qawwa li mil-lejla stess jibda jġib ruħu sewwa.", "Bassanio jgħidlu li m'hemmx għalfejn jibda mil-lum u joħorġu.", "Ix-xena tibda Venezja, f'kamra f'dar Shylock.", "Jessica, bint Shylock, qiegħda tkellem lil Launcelot.", "Ma tixtiqux jitlaq u titolbu jwassal ittra lil Lorenzo bil-moħbi.", "Lancelot jiżguraha li hi l-aħjar persuna Lhudija li qatt iltaqa' magħha.", "Jitlaq u Jessica tkellem lill-ispettaturi.", "Tilfet qalbha wara Lorenzo, u tistħi billi hi Lhudija u ma tistax tiżżewġu.", "Jekk irid, tikkonverti u ssir Nisranija biex ikunu jistgħu jiżżewġu.", "Ix-xena hi triq ġo Venezja.", "Jidħlu Gratiano, Lorenzo, Salarino u Salanio.", "Qegħdin jikkonfoffaw xi ħaġa li tinvolvi l-ilbies tal-maskri wara l-ikel.", "Salanio jgħid li ma jaqbilx għal kollox.", "Jidħol Launcelot b'ittra minn għand Jessica .", "Lorenzo jagħraf il-kitba tagħha.", "Launcelot ikun ħa jitlaq biex jistieden lil Shylock għall-ikel f'dar Bassanio.", "Lorenzo jitolbu jgħidilha li mhux ħa jonqosha.", "Launcelot joħroġ.", "Salarino u Salanio jiftiehmu li jiltaqgħu iżjed tard għad-'divertiment' li lestew u jitilqu.", "Lorenzo jgħarraf lil Gratiano li hu u Jessica kienu ppjanaw li joħodha minn dar missierha.", "Joħorġu flimkien eċitati dwar il-pjan.", "Ix-xena tiftaħ barra d-dar ta' Shylock.", "Jidħlu Shylock u Launcelot, Shylock iwiddeb lil Launcelot li ħajtu tkun ħafna iżjed iebsa bħala qaddej ta' Bassanio.", "Isejjaħ lil Jessica u jgħidilha li sejjer jiekol għand Bassanio.", "Jagħtiha ċ-ċwievet u jgħidilha toqgħod attenta.", "Launcelot javża lil Shylock li Bassanio u sħabu qegħdin jikkonfoffaw kontra tiegħu.", "Shylock jibgħat lil Launcelot biex jgħid lil Bassanio li kien sejjer għall-ikel.", "Qabel ma jitlaq Lancelot lil Jessica jagħtiha xi ħjiel dwar il-pjan ta' Lorenzo: \"Sinjorina, ħares mit-tieqa, għal dan kollu.", "Jiġi Nisrani li jiswieha ħarsa ta' Lhudija\".", "Imbagħad joħroġ.", "Shylock irid jaf x'qallha Launcelot, imma Jessica ma tgħidlux u Shylock joħroġ.", "Wara li joħroġ Jessica tgħidlu: \"Saħħa, jekk xortija ma' tmurx kontrija, jien tlift missier u inti bintek\".", "Dix-xena sseħħ fl-istess post, iktar tard fil-għaxija.", "Jidħlu Gratiano u Salarino, libsin il-maskri li semmew qabel u jitħassbu għaliex Lorenzo għadu ma għadu ġiex.", "Jasal Lorenzo, u Jessica toħroġ fit-tieqa fuqhom liebsa ta' tifel.", "Lorenzo jwiegħedha mħabbtu u Jessica titfa' kaxxetta bil-ġojjelli u tidħol 'l ġewwa.", "Qiegħda tistħi liebsa ta' tifel imma tinżel u ġġib magħha iżjed muniti tad-deheb u taħrab mal-maħbub tagħha, Lorenzo.", "Dak il-ħin jidħol Antonio bl-aħbar li mhux ħa jkun hemm ikla dak inhar; ir-riħ kien dar u Bassanio ħa jitlaq fuq il-ġifen lejn Belmont.", "Gratiano ħa gost bl-aħbar u hu ħerqan li jmur ma' Bassanio.", "Joħorġu kollha jiġru.", "Ix-xena fid-dar ta' Portia f'Belmont.", "Tidħol Portia mal-Prinċep tal-Marokk u tieħdu jagħżel il-kaxxetta.", "Jistaqsi kif ħa jkun jaf li għażel il-kaxxetta t-tajba, u Portia tgħidlu li jkun hemm fiha ritratt tagħha.", "Il-prinċep jifli l-kitba fuq il-kaxxetti, Jagħżel dik tad-deheb għax jirraġuna li Portia u hu tant huma sbieħ u tajbin li d-deheb biss jista' jirrappreżentahom.", "Madankollu meta jiftaħ il-kaxxetta jsib rotlu bil-kitba \"Mhux kull ma jleqq hu deheb\".", "Il-prinċep jitlaq malajr u Portia tifraħ li telaq.", "Ix-xena tiftaħ fi triq ta' Venezja.", "Jidħlu Salarino u Salanio, ipaċpċu fuq Shylock.", "Meta sab li bintu kienet ħarbet ma' Nisrani u ħaditlu ġidu wkoll, Shylock jisplodi u jibda jgħajjat fuq bintu u d-dukati li kellu.", "Salerio u Solanio jindunaw li ħabibhom Antonio qiegħed fil-periklu; jekk Antonio ma jħallasx id-dejn, Shylock iġiegħlu jħallas għal kull ma jaħseb li bata.", "Imbagħad Salerio u Solanio jsemmu t-tjubija ta' Antonio, u l-imħabba tiegħu għal Bassanio; Salerio jgħid kif għajnejn Antonio imtlew bid-dmugħ meta qal saħħa lil Bassanio.", "Iż-żewġt iħbieb imorru jfittxu 'l Antonio biex iferħuh.", "Ix-xena tibda fid-dar ta' Portia f'Belmont.", "Jidħlu l-Prinġep ta' Aragona bil-korteġġjani tiegħu u Portia.", "Il-prinċep irid jiżżwweġ lil Portia u ġie jagħżel il-kaxxetta.", "Iqis il-kaxxetti u jirrifjuta dik taċ-ċomb li għandha miktub fuqha \"Min jagħżilni jkollu jagħti u jazzarda kull ma għandu.\"", "Billi ma jridx ikun wieħed mill-\"folla ta' boloħ\", jirrifjuta wkoll il-kaxxetta tad-deheb li fuqha hemm miktub, \"Min jagħżilni jikseb dak li ħafna nies jixtiequ.\"", "Togħġbu l-kitba fuq il-kaxxetta tal-fidda, \"Min jagħżilni jingħata dak li jistħoqqlu,\" u jagħżilha għax jaħseb li jistħoqqlu ħafna.", "Fiha jsib ras ta' iblaħ bil-messaġġ li hu wkoll iblaħ.", "Jitlaq minnufih u jasal messaġġier li jgħid li wasal namrat ieħor minn Venezja.", "Portia toħroġ tiġri tara min hu, u Nerissa tittama li hu Bassanio.", "Ix-xena tiftaħ fi triq f'Venezja.", "Jidħlu Salanio u Salarino, jiddiskutu l-isfortuna ta' Antonio għax semgħu li kien għeriqlu ġifen.", "Jixtiqulu x-xorti tajba għax jafu li Shylock mhux ħa jħenn għalih.", "Jidħol Shylock u Solanio jistaqsih jekk semax xi aħbar \"fost il-merkanti.\"", "Solanio u Salerio jridu jkun jafu jekk Shylock semax fuq il-ġifen li tilef Antonio, imma Shylock iffissa fuq bintu.", "Jgħidilhom, \"Intom tafu, daqskom ħadd, daqskom ħadd ma jaf fuq il-ħarba ta' binti,\" qishom kienu ttradewh, imma Salerio u Solanio jiżżufjettaw bih.", "Wara dan, Salerio jistaqsi d-domanda li l-iżjed għandu f'moħħu: \"Imma għidilna jekk Antonio kellux xi telfa fuq il-baħar jew le?\"", "Kif isemmgħu 'il Antonio, Shylock jirrabja; jgħid li Antonio aħjar jaħseb fil-garanzija.", "Salerio jistaqsi, \"Għala, jien żgur li jekk ma jħallsikx mhux ħa toħodlu laħmu: x'tambih?\"", "\"Nużah lixka għall-ħut\" iwieġeb Shylock b'sarkażmu aħrax.", "Shylock imbagħad isemmi d-deni kollu li kien għamillu Antonio, u jistaqsi, \"għaliex?\"", "Shylock jirrispondi l-mistoqsija tiegħu stess: \"Jiena Lhudi.\"", "U jkompli, \"Jekk tniggiżna, ma joħroġilniex demm? jekk tagħraxna, ma nidħqux? jekk tivvelenana, ma mmutux?\"", "U l-konklużjoni tal-biża' tiegħu hi \"jekk tagħmlilna d-deni, ma npattuhilikx?\"", "Kif Shylock jispiċċa dal-kliem aħdar fuq Antonio, jidħol Tubal, ħabib Lhudi ta' Shylock.", "Tubal kien qiegħed ifittex lil Jessica imma ma sabhiex.", "Jgħidlu fuqha u li Antonio x'aktarx ma jkunx jista' jħallas id-dejn lil Shylock.", "Sakemm jispiċċa, Shylock jsir tant ħerqan li \"jieħu qalb\" Antonio li jgħid lil Tubal biex iqabbad uffiċjal biex jarresta 'l Antonio minnufih malli ma jkunx jista' jħallas id-dejn.", "Ix-xena fid-dar ta' Portia f'Belmont.", "Jidħlu Bassanio, Portia, Gratiano, Nerissa u bosta qaddejja oħra.", "Bassanio ġie jagħżel il-kaxxetta.", "Portia li ħadet grazzja miegħu, tistenna l-għażla b'nifisha maqtugħ.", "Waqt li Bassanio qiegħed jaħsibha, titkanta għanja li tagħtih ħjiel fuq liema għandu jagħżel.", "L-għanja tgħid li \"il-ġenn tal-imħabba\" (u mhux l-imħabba vera) jibda b'ħarsa.", "Minn din Bassanio jikkonkludi li d-dehra mhux importanti u jagħżel il-kaxxetta taċ-ċomb.", "Il-kaxxetta taċ-ċomb fiha ritratt ta' Portia u messaġġ li jgħid \"Int li mid-dehra ma tagħżilx, / Ix-xorti t-tajba w żbal tagħmilx!\"", "Bassanio u Portia jimtlew bil-ferħ, u Portia tagħti 'l Bassanio ċurkett li Bassanio jwiegħed li jilbes għal dejjem.", "Imbagħad Nerissa u Gratiano jħabbru li huma t-tnejn ukoll qabdithom l-imħabba lejn xulxin u kienu tgħarrsu.", "Kulħadd jifraħ.", "Jidħlu Lorenzo, Jessica u Salerio messaġġier minn Venezja.", "Salerio ġab aħbar ħażina: L-iġfna kollha ta' Antonio għerqu u Antonio m'għandux mnejn iħallas il-flus li ssellef minn għand Shylock.", "Shylock qed jiġri wara d-Duka biex jinforza l-kondizzjonijiet tal-kuntratt, u Antonio hu żgur — kif kiteb f'ittra lil Bassanio — li ħa jmut.", "Antonio jiktiblu, \"id-djun bejnietna imħassrin, nixtieq biss narak waqt mewti.\"", "Meta Portia tisma' b'dan, tiżgura 'l Bassanio li m'hemmx problema.", "Bi flusha, Bassanio jista' jħallas id-doppju tad-dejn jew iżjed.", "Ftiehmu li minnufih wara t-tieġ, Bassanio jmur Venezja biex iħallas id-dejn.", "Bassanio jaċċetta l-offerta ta' Portia bil-gratitudni.", "Ix-xena tiftaħ fi triq ġo Venezja.", "Jidħlu Shylock, Solanio, Antonio u karċrier.", "Huwa u dieħel Shylock jgħid, \"Issemmulix il-ħniena; / Dan l-iblaħ li jsellef flusu gratis.\"", "Warajh hemm Antonio, miżmum mill-karċrier, u warajhom ħabib Antonio, Solanio.", "Jidher li qal xi ħaġa fuq li Shylock għandu jħenn għal Antonio, imma Shylock ma jridx jisma', minkejja li Antonio biddel kliemu.", "Iżjed kmieni fid-dramm, Antonio qal li Shylock hu xitan, imma issa jitolbu, \"Erġa' ismagħni, twajjeb Shylock.\"", "Minkejja l-bidla fit-ton, Shylock jibqa' sod; jgħid, \"Nieħu l-garanzija,\" u joħroġ.", "Meta joħroġ Shylock, Solanio jibda jgħajru \"kelb rasu iebsa\" imma Antonio jifhem.", "Jgħid li Shylock jobgħodu għax ħeles ħafna nies li kellhom jagħtu 'l Shylock minn multi ħorox.", "Solanio jipprova jiżgura 'l Antonio li d-Duka ta' Venezja qatt m'hu ħa jħalli 'l Shylock joħodlu libbra laħam, imma Antonio jaħseb li jħallih, u jittama biss li \"Bassanio jiġi / Biex jarani nħallas dejnu.\"", "Ix-xena fid-dar ta' Portia f'Belmont.", "Jidħlu Portia, Nerissa, Lorenzo, Jessica u Balthasar qaddej ta' Portia.", "Lorenzo, ir-raġel Nisrani ta' Jessica, jgħid lil Portia kemm kien raġel tajjeb Antonio, li għalih Portia qed tbati billi ir-raġel li għadha kif iżżewġet, Bassanio, kellu jitlaq malajr.", "Portia twieġeb \"Qatt ma sogħobini li għamilt il-ġid,\" u tgħid lil Lorenzo li ħa tagħtih id-dar tagħha f'idejh biex hi u Nerissa jgħaddu ż-żmien sakemm jiġi lura Bassanio \"f'talb u kontemplazzjoni\" f'kunvent.", "Joħorġu Jessica u Lorenzo.", "Portia tikkmanda 'l Balthasar joħdilha ittra għand kuġinuha, Dottor Bellario, li mbagħad jagħti 'l Balthasar ċerti noti u lbies biex iġibhom għand Portia fuq il-moll tal-lanċa li tmur Venezja.", "Minn dan jidher li Portia fasslet xi pjan.", "Kif jitlaq Balthasar, Portia tikxef iżjed mill-pjan.", "Tgħid lil Nerissa li dalwaqt jaraw lil żwieġhom imma dawn mhux ħa jagħrfuhom għax ikunu libsin ta' rġiel.", "U twiegħed li tgħidilha iżjed fuq il-karozzella.", "Ix-xena fil-ġnien tad-dar ta' Portia f'Belmont.", "Jidħlu l-buffu Lancelot u Jessica.", "Il-buffu qiegħed jinki 'l Jessica.", "Jgħidilha li hi indannata għax missierha Lhudi, jew jekk Shylock mhux missierha, hi illeġitma u allura indannata xorta.", "Jessica twieġbu \"Ħa jslavani żewġi; għamilni Nisranija.\"", "Il-buffu biċ-ċajt jgħidilha li iżjed ma jkun hemm Lhud li jsiru Nsara, iżjed jgħola l-prezz tal-majjal.", "Jidħol Lorenzo li jsofri bumbardament ta' botti mill-Buffu qabel ma jġiegħlu jidħol ġewwa biex jordna li jservu l-pranzu.", "Meta jitlaq il-Buffu, Lorenzo u Jessica jfaħħru 'l sidt id-dar, Portia.", "Jessica tgħid li Bassanio miżżewweġ lil Portia, \"Isib l-hena tal-ġenna hawn fl-art.\"", "Ix-xena qorti f'Venezja.", "Jidħlu d-Duka, Antonio, Bassanio, Gratiano, Salerio, il-Manjifiċi, u oħrajn.", "Id-Duka li ħa jiġġudika l-każ ta' Antonio u Shylock, jesprimi simpatija kbira għal Antonio, li jgħid li hu lest għal kull ma jista' jagħmillu Shylock.", "Jidħol Shylock.", "Id-Duka jagħmillu ħafna pressjoni biex jerġa' jibdielu, u jaħfer il-piena tal-libbra laħam.", "Shylock jirrifjuta u jisħaq li m'għandux għalfejn jagħti raġuni, barra li hi fin-natura tiegħu li jobgħod 'il Antonio, kif hi fin-natura ta' xi nies li jagħmlu taħthom meta jisimgħu id-daqq taċ-ċirimella.", "Bassanio jipprova jargumenta miegħu imma Antonio jgħidlu li għal xejn, għax xejn mhu ħa jrattab il-qalb Lhudija kiefra ta' Shylock.", "Bassanio imbagħad joffri sitt elf dukat għal dejn ta' tlett elef.", "Shylock jirrifjuta l-offerta u d-Duka jistaqsih, \"Kif tistenna l-ħniena, meta ma tagħti xejn?\"", "Id-Duka jgħidilhom li ħa jxolji l-laqgħa tal-qorti jekk ma' jiġix id-duttur tal-liġi Bellario, biex jiddeċiedi l-każ.", "F'dak il-waqt Salerio jħabbar li hemm messaġġier mingħand Bellario jistenna barra.", "Tidħol Nerissa (liebsa taparsi skrivan tal-avukat) u ġġib ittra mingħand id-duttur tal-liġi, Bellario.", "L-ittra titlob id-Duka li jħalli id-duttur tal-liġi żagħżugħ, Balthasar, jiġġudika l-każ.", "Waqt li d-Duka qiegħed jaqra l-ittra, Shylock qiegħed isinn sikkina fuq il-qiegħ taż-żarbun biex ilesti biex jaqta' libbra laħam minn ġisem Antonio.", "Meta Portia (liebsa taparsi ta' \"Balthasar\") tibda tiġġudika l-każ, tipprova tħajjar 'il Shylock li jkun ħanin, u Bassanio joffri d-doppju tas-somma, imma Shylock jisħaq fuq \"il-ħaqq\" u l-kuntratt.", "Portia tgħid lil Antonio biex ilesti ruħu għas-sikkina u Shylock jifraħ.", "Imma fl-aħħar minuta Portia tinsisti li Shylock ma jistax joħroġ lanqas qatra waħda demm meta jaqta', għaliex ma kienx hemm demm imsemmi fil-garanzija.", "Meta induna li tilef, Shylock jitlob il-flus li kien offra Bassanio, imma Portia tgħid li la Shylock kien diġà rrifjuthom quddiem il-qort ma jistax joħodhom.", "Infatti, Shylock lanqas ma jista' jieħu s-somma mislufa u ma jistax iħalli l-qorti għax hu mixli li kkonfoffa kontra l-ħajja ta' ċittadin ta' Venezja — Antonio.", "Il-piena għad-delitt ta' Shylock hi l-mewt u t-telf ta' ġidu kollu - nofsu jmur għand Antonio u n-nofs l-ieħor għand l-istat ta' Venezja.", "Id-Duka jaħfirlu l-piena tal-mewt 'il Shylock, u Antonio jistipula li Shylock jagħti ġidu kollu lil bintu Jessica.", "Shylock joħroġ.", "Lil Bassanio u Antonio, id-Duka jgħidilhom li jafulu ħafna gratitudni lill-imħallef żagħżugħ u joħroġ mal-korteġġjani tiegħu.", "Jibqgħu hemm Portia u Nerissa waħidhom ma' Antonio, Gratiano, u Bassanio.", "Bassanio lill-mħallef joffrilu bħala ħlas it-tlett elef dukat li kien ħa jagħti 'l Shylock.", "Portia tirrifjuthom, għax tgħid li s-sodisfazzjoni li s-salva 'l Antonio biżżejjed għaliha.", "Bassanio jinsisti li l-imħallef għandu jieħu xi ħaġa bħala ħlas, u Portia ċċedi u titolbu ċ-ċurkett li kellu f'subajh.", "Bassanio jweġibha li ma' jistax jagħtihulha għax kien rigal mingħand martu.", "Portia tirrispondi li dik skuża u tgħidlu \"jekk martek mhux miġnuna, / U taf sew kemm ħaqqni dak iċ-ċurkett, / Mhux ħa tibqa' għadu għal dejjem, / Għax tajtuli.\"", "Imbagħad toħroġ ma' Nerissa.", "Kif joħorġu, Antonio jipperswadi 'l Bassanio li għamel żball u Bassanio jibgħat 'il Gratiano jiġri wara l-imħallef biex jagħtih iċ-ċurkett.", "Jidħlu Portia u Neriisa.", "Portia tibgħat lil Nerissa għand Shylock biex jiffirma l-kuntratt biex jagħti kollox lil bintu.", "Gratiano jilħaqhom u jagħti ċ-ċurkett lill-\"imħallef\".", "Portia titlob lil Gratiano biex iwassal l-\"iskrivan\" tagħha (Nerissa) għand Shylock.", "Nerissa tiġiha idea u tgħidha 'l Portia f'widnejha.", "Kienet ħa titlob lil Gratiano ċ-ċurkett li tatu martu (hi stess) u Portia taqbel magħha.", "Ħa jaraw kemm ħa jkollhom inkwiet iż-żewġ irġiel biex jispjegaw lil marthom li taw iċ-ċurkett.", "Ix-xena f'Belmont.", "Jidħlu Lorenzo u Jessica u jistennew 'l Portia.", "Lejla sabiħa b'qamar jiddi u żiffa ħelwa.", "It-tnejn jitkellmu fuq l-imħabba.", "Jidħol il-messaġġier Stephano u jgħidilhom li Portia ħa tasal qabel jisbaħ.", "Imbagħad jasal Launcelot bl-aħbar li Bassanio wkoll ħa jasal matul il-lejl.", "Jidħlu Portia u Nerissa kif ikun qiegħed jisbaħ.", "Portia tistaqsi jekk żwieġhom kinux waslu u meta jgħidulhom li għadhom ma waslux jikkmandawhom li ma jgħidulhomx li kienu telqu minn Belmont.", "Jidħlu Bassanio, Antonio, Gratiano u n-nies tagħhom.", "Bassanio jsellem lil Portia bit-tifħir fuq sbuħitha.", "Bassanio jintroduċi 'l Antonio, u waqt li Portia qiegħda tagħtih il-merħba, ifaqqa' argument bejn Gratiano u Nerissa.", "Nerissa takkuża 'l Gratiano li ta ċ-ċurkett tat-tieġ lil mara oħra u Gratiano jinsisti li tah lill-\"iskrivan tal-imħallef\".", "Bassanio ma jdumx ma jkollu jammetti li ċ-ċurkett tiegħu tah ukoll u n-nisa jgħidulhom li ħa jorqdu mal-irġiel li ħadu ċ-ċrieket.", "Wara li jdumu jinkuhom in-nisa jtuhom lura ċ-ċrieket.", "L-irġiel jagħrfuhom u jibqgħu skantati.", "In-nisa jkomplu jinkuhom u jgħidulhom li diġà raqdu mal-irġiel li rċivew iċ-ċrieket.", "Imbagħad Portia tgħidilhom il-verità: hi kienet l-imħallef u Nerissa l-iskrivan.", "Portia għandha aħbar tajba oħra: Tlieta mill-iġfna ta' Antonio daħlu fil-port qawwin u sħaħ.", "Mhux hekk biss, Nerissa għandha d-dokument mingħand Shylock li jagħmel 'il Lorenzo l-werriet tiegħu.", "Jidħlu ġewwa biex Portia tirrakkontalhom kollox.", "Id-dramm ta' Shakespeare ispira ħafna films."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16389", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16389", "title": "Ħolma ta’ Lejla Sajfija", "text": ["Ħolma ta' Lejla Sajfija", "Ħolma ta' Lejla Sajfija, (bl-Ingliż: \"A Midsummer Night's Dream\") hija dramm, kummiedja, ta' William Shakespeare, maħsub li nkiteb f'xi żmien bejn l-1590 u l-1596.", "Wieħed mid-drammi l-iktar popolari ta' Shakespeare u jiġi esegwit ħafna fit-teatri madwar id-dinja kollha.", "Teżew, id-Duka ta' Ateni, qed iħejji għaż-żwieġ ma' Ippolita, reġina tal-Amażonji, b'festa ta' erbat ijiem ta' ċelebrazzjonijiet.", "Iqabbad lil Filostrate, isib divertimenti addattati għall-okkażjoni.", "Eġew, nobbli minn Ateni, jidħol fil-palazz ta' Teżew, b'bintu Ermia, u żewġ żgħażagħ, Dimetriju u Lisander.", "Eġew ikun irid lil Ermia tiżżewweġ lil Dimetriju (li jkun iħobbha), iżda Ermia tħobb lil Lisander u ma tobdix lil missierha.", "Eġew ikun irid li l-liġi tiġi applikata fuq bintu.", "Teżew jagħti żmien lil Ermia saż-żwieġ tiegħu, u jheddidha li jekk tibqa' tal-istess fehma jixħtuha f'kunvent jew tinqatel.", "Ermia u Lisander ifittxu li jaħarbu minn Ateni l-lejl ta' wara u jiżżewġu fid-dar taz-zija ta' Lisander.", "B'dan jgħidu lil Elena, ħabiba ta' Ermia.", "Elena darba kienet mgħarrsa ma' Demetriju u għalkemm kien telaqha meta tilef għaqlu fuq Ermia, Elena baqgħet tħobbu.", "Biex terġa' tipprova tikseb imħabbtu Elena tgħid lil Dimetriju bil-pjan tal-ħarba.", "Demetriju jmur ifittxhom fil-bosk.", "Elena tmur warajh.", "Fil-bosk hemm żewġ gruppi differenti ta' karattri.", "L-ewwel grupp huwa dak tal- \"fairies\", fosthom Oberon, ir-re, u Titania, ir-reġina tiegħu, li għadha kif ġiet lura mill-Indja biex tbierek iż-żwieġ bejn Teżew u Ippolita.", "It-tieni grupp huwa dak grupp ta' atturi minn Ateni li qegħdin jippruvaw reċta li jittamaw li se jtellgħu quddiem id-duka fit-tieġ tiegħu.", "Oberon u Titania mhux qed jaqblu fuq tifel prinċep Indjan li ommu tatu lil Titania; tifel tant sabiħ li Oberon xtaq jagħmlu kavallier imma Titania ma tridx.", "Oberon jibgħat lill-qaddej tiegħu Puck, iġib fjura msaħħra li l-meraq tagħha meta wieħed jitfgħu fuq il-kpiepel tal-għajnejn ta' persuna rieqda jagħmel lil dik il-persuna tħobb lill-ewwel ħaġa li tara kif tqum.", "Puck isib il-fjura u Oberon jgħidlu bil-pjan tiegħu li jitfa' l-meraq tagħha fuq għajnejn Titania.", "Meta ra lil Demetriju jitratta ħażin lil Elena, jordna lil Puck jitfa' ftit mill-meraq fuq għajnejn Demetriju.", "Puck jiltaqa' ma' Lisander u Ermia; jaħseb li Lisander huwa Demetriju, u jagħmillu l-filtru tal-imħabba.", "Malli jqum Lisander l-ewwel ma jara lil Elena, isir iħobbha u jabbanduna lil Ermja.", "Puck jipprova jsewwi l-iżball tiegħu, imma Lisander u Demetriju jispiċċaw iħobbu t-tnejn li huma lil Elena, li taħseb li qegħdin iwaqqgħuha għaċ-ċajt.", "Ermia tant tgħir li tisfida lil Elena għall-ġlied.", "Demetriju u Lisander kważi jiġu fl-idejn minħabba Elena, imma Puck iħawwadhom billi jimita leħinhom, billi jbegħedhom minn xulxin sakemm jintilfu fil-bosk.", "Meta Titania tqum, l-ewwel ma tara lil Bottom, l-iktar attur tad-daħk li Puck kien bidillu rasu f'dik ta' ħmar.", "Titania tibda tfaħħar lil dal-bniedem.", "Oberon jirnexxilu jieħu l-prinċep Indjan, Puck jitfa' l-filtru tal-imħabba fuq għajnejn Lisander u sa filgħodu kollox ikun sew.", "Teżew u Ippolita jsibu lill-maħbubin reqdin fil-foresta u joħduhom Ateni biex iżewġuhom — Demetriju issa jħobb lil Elena, u Lisander lil Ermia.", "Wara t-tieġ, il-maħbubin isegwu lil Bottom u lil sħabu jagħmlu r-reċta, verżjoni tad-daħk tal-istorja ta' Piramus u Tisbe.", "Meta tispiċċa r-reċta, il-maħbubin imorru fis-sodda; il-fairies joħorġu jbierku lill-koppji reqdin u jgħibu.", "Jibqa' biss Puck li jitlob lill-udjenza taħfirlu u jgħidilha tiftakar id-dramm bħallikieku kien ħolma.", "\"It-triq ta' mħabba vera qatt ma mxiet ħarir,\" jgħid Lisander.", "Għalkemm id-dramm fih ħafna elementi romantiċi, mhuwiex storja ta' mħabba; jifred lill-udjenza mill-emozzjonijiet tal-karattri biex iwaqqa' għaċ-ċajt it-turmenti li jsofru dawk li jkunu saru jħobbu lil xulxin.", "It-ton tad-dramm tant hu allegru li l-udjenza qatt ma tiddubita li l-istorja se tispiċċa tajjeb, u tħossha libera li tgawdi l-kummiedja mingħajr ma tinqabad fit-tensjoni ta' tmiem inċert.", "Fid-dramm hemm ukoll sitwazzjonijiet romantiċi li fihom ċerta disparità jew diżugwaljanza tfixkel l-armonija ta' relazzjoni.", "Ermia tħobb lil Lisander, Lysander iħobb lil Ermia, Elena tħobb lil Demetriju, u Demetriju iħobb lil Ermia minflok lil Elena — sempliċi żbilanċ numeriku fejn żewġ irġeil iħobbu l-istess mara, u hekk mara għandha ħafna min jixtieqha u mara oħra m'għandha 'l ħadd.", "Il-plott ifittex bilanċ intern, meta l-kobbla tinħall u kull par għall-paru tinstab l-armonija.", "Il-passjoni ta' Titania għal Bottom b'ras ta' ħmar tirrapreżenta żbilanċ fl-apparenza u fin-natura: Titania sabiħa u grazzjuża, u Bottom goff u grottesk.", "Il-maġija tal-fairies toħloq ħafna mis-sitwazzjonijiet tad-daħk u strambi tad-dramm.", "Shakespeare juża l-maġija biex ifisser il-qawwa kważi sopranaturali tal-imħabba (simbolizzata bil-filtru tal-imħabba) u biex joħloq dinja surreali.", "Għalkemm l-użu ħażin tal-maġija jġib il-kaos, imma fl-aħħar tkun il-maġija li ssolvi s-sitwazzjoni.", "Il-faċiltà li biha Puck juħa l-maġija tikkuntrasta mal-battikkati li jieħdu l-atturi tal-bosk biex itellgħu d-dramm tagħhom.", "Il-ħolm huwa marbut mal-ġrajjiet strambi li jsiru fil-bosk.", "L-ewwel kliem ta' Ippolita juri kemm il-ħolm huwa importanti (\"Four days will quickly steep themselves in night, / Four nights will quickly dream away the time\"), u ħafma karattri jsemmu l-ħolm (I.i.7–8).", "Meta l-karattri jippruvaw jispjegaw ġrajjiet strambi li ġrawlhom jinqdew bil-ħolm: \"I have had a dream, past the wit of man to say what / dream it was.", "Man is but an ass if he go about t'expound this dream,\" jgħid Bottom meta jiġi biex jispjega x'ġara.", "Shakespeare jinteressah kif ċerti ġrajjiet jiġru bla spjegazzjoni, kif bil-ħolm il-ħin jitlef il-kors normali tiegħu, u jiġri l-impossibbli; dan jipprova joħolqu fid-dramm bl-intervent tal-fairies fil-bosk maġiku.", "Fl-aħħar tad-dramm, Puck jestendi l-idea tal-ħolma lill-udjenza nnifsiha, u jgħidilha li jekk ħassitha offiża, tiftakar li dik ma kienet xejn għajr ħolma.", "Dan is-sens ta' illużjoni huwa kruċjali għall-atmosfera tad-dramm għax jgħinu jkunu esperjenza fantastika iktar milli drama peżanti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16391", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16391", "title": "Patt tas-Sindki", "text": ["Patt tas-Sindki", "Il-Patt tas-Sindki huwa moviment Ewropew popolarizzat li jinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali impenjati volontarjament biex iżiedu l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-territorji tagħhom.", "Permezz tal-impenn tagħhom, il-firmatarji tal-Patt għandhom l-għan li jilħqu u jaqbżu l-għan tal-Unjoni Ewropea ta' tnaqqis ta' emissjonijiet CO b'20% sal-2020.", "Wara l-adozzjoni, fl-2008, tal-pakkett tal-klima u l-enerġija tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea nidiet il-Patt tas-Sindki biex tapprova u tappoġġja l-isforzi skjerati mill-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-enerġija sostenibbli.", "Minħabba l-karatteristiċi uniċi tiegħu – minħabba li huwa l-uniku moviment ta' dan it-tip li jimmobilizza atturi lokali u reġjonali għas-sodisfazzjoni tal-oġġettivi tal-Unjoni Ewropea – il-Patt tas-Sindki huwa meqjus mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bħala mudell eċċezzjonali ta' governanza fuq livelli multipli.", "L-awtoritajiet lokali Ewropej ta' kull daqs – minn villaġġi żgħar għal bliet kapitali u żoni metropolitani kbar – huma eliġibbli biex jiffirmaw bħala Firmatarji tal-Patt tas-Sindki.", "L-ibliet u żoni urbani oħra għandhom rwol kruċjali x'jilgħabu fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, għaliex dawn jikkonsmaw tliet kwarti mill-enerġija prodotta fl-Unjoni Ewropea u huma responsabbli għal sehem simili ta' emissjonijiet CO.", "L-awtoritajiet lokali jinsabu wkoll f'pożizzjoni ideali biex jibdlu l-imġiba taċ-ċittadini u jindirizzaw kwistjonijiet tal-klima u tal-enerġija b'mod komprensiv, notevolment permezz tal-konċiljazzjoni tal-interessi pubbliċi u privati u bl-integrazzjoni ta' kwistjonijiet tal-enerġija sostenibbli f'għanijiet ġenerali ta' żvilupp lokali.", "Il-parteċipazzjoni fil-Patt tas-Sindki tirrapreżenta opportunità għall-awtoritajiet lokali biex jinfurzaw mill-ġdid l-isforzi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet CO skjerati fit-territorju tagħhom, jibbenefikaw mill-appoġġ u r-rikonoxximent Ewropew u jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom mal-kontrapartijiet Ewropej.", "L-ambitu tal-Patt tas-Sindki jmur lil hinn minn sempliċement dikjarazzjoni tal-intenzjonijiet.", "Tabilħaqq, sabiex jilħqu l-miri ambizzjużi ta' tnaqqis ta' CO li stabbilixxew għalihom infushom, il-firmatarji jikkommettu għal serje ta' passi u jaċċettaw li jirrapportaw u li jiġu monitorjati dwar l-azzjonijiet tagħhom.", "F'perjodi ta' żmien definiti minn qabel, dawn formalment jimpenjaw ruħhom li jwettqu dan li ġej:", "Sabiex jikkonformaw man-neċessità kruċjali li jiġu mobilizzati l-partijiet interessati lokali fl-iżvilupp tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli, il-firmatarji jimpenjaw ruħhom ukoll li:", "Sabiex jilħqu u jaqbżu l-oġġettivi ambizzjużi tal-enerġija u l-klima tal-Unjoni Ewropea, il-firmatarji tal-Patt tas-Sindki jikkommettu ruħhom li jiżviluppaw Pjan ta' Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (SEAP), fi żmien sena wara l-adeżjoni tagħhom għall-inizjattiva.", "Dan il-pjan ta' azzjoni, approvat mill-kunsill muniċipali, jiddeskrivi l-attivitajiet u l-miżuri previsti mill-firmatarji sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom, bil-perjodi ta' żmien korrispondenti u r-responsabbiltajiet assenjati.", "Materjali ta' appoġġ tekniċi u metodoloġiċi differenti (inkluż id-\"Dokument ta' Gwida dwar is-SEAP\" u l-mudell , rapporti dwar metodoloġiji u għodod eżistenti, eċċ) joffru gwida prattika u rakkomandazzjonijiet ċari dwar il-proċess sħiħ ta' żvilupp tas-SEAP.", "Abbażi tal-esperjenzi prattiċi tal-awtoritajiet lokali u żviluppat f'kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, dan il-pakkett ta' appoġġ jipprovdi lill-firmatarji tal-Patt bil-prinċipji ewlenin u approċċ ċar pass wara pass.", "Id-dokumenti kollha jistgħu jitniżżlu mil-librerija tal-websajt. www.eumayors.eu", "Il-Firmatarji tal-Patt mhux dejjem ikollhom l-għodod u r-riżorsi xierqa biex jippreparaw Inventarji Bażi tal-Emissjonijiet, ifasslu l-Pjan ta'Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli relatat u jiffinanzjaw l-azzjonijiet li hemm f'dan tal-aħħar.", "Fid-dawl ta' dan, il-provinċji, ir-reġjuni, in-netwerks u l-gruppi ta' muniċipalitajiet għandhom rwol kruċjali x'jilgħabu biex jgħinu l-firmatarji jonoraw l-impenji tagħhom.", "Il-Koordinaturi tal-Patt huma awtoritajiet pubbliċi minn livelli tal-gvern differenti (nazzjonali, reġjonali, provinċjali) li jipprovdu gwida strateġika lill-firmatarji, kif ukoll appoġġ finanzjarju u tekniku fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli tagħhom.", "Il-Kummissjoni tiddistingwi bejn \"Koordinaturi Territorjali\" – li jinkludu provinċji, reġjuni u gruppi pubbliċi ta' muniċipalitajiet -, u \"Koordinaturi Nazzjonali\", li jinkludu korpi pubbliċi nazzjonali – bħal aġenziji tal-enerġija nazzjonali u ministeri tal-enerġija.", "Il-Partitarji tal-Patt huma netwerks Ewropej, nazzjonali u reġjonali u assoċjazzjonijiet ta' awtoritajiet lokali li jingranaw l-attivitajiet ta' influwenza, komunikazzjoni u kooperazzjoni tagħhom biex jippromwovu l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki u jappoġġjaw l-impenji tal-firmatarji tiegħu.", "Assistenza promozzjonali, teknika u amministrattiva tingħata fuq bażi ta' kuljum lill-firmatarji u l-partijiet interessati tal-Patt mill-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki (CoMO), ġestit minn konsorzju ta' netwerks ta' awtoritajiet lokali u reġjonali, immexxi minn Energy Cities, u kompost minn CEMR, Climate Alliance, Eurocities u FEDARENE.", "Iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, il-CoMo hu responsabbli mill-koordinazzjoni ġenerali tal-inizjattiva.", "Sabiex tappoġġja l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli tal-firmatarji, il-Kummissjoni Ewropea kkontribwixxit għall-iżvilupp ta' faċilitajiet finanzjarji li jimmiraw b'mod partikolari lejn il-firmatarji tal-Patt tas-Sindki, fosthom il-faċilità Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali (ELENA), stabbilita f'kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment, għal proġetti ta' skala kbira, u ELENA-KfW li, stabbilita fi sħubija mal-German Group KfW, toffri approċċ kumplimentari li jimmobilizza investimenti sostenibbli ta' muniċipalitajiet ta' daqs żgħir u medju.", "Flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, il-Patt jibbenefika minn appoġġ istituzzjonali sħiħ, inkluż mill-Kumitat tar-Reġjuni, li appoġġja l-inizjattiva mill-bidu; il-Parlament Ewropew, fejn saru l-ewwel żewġ ċerimonji tal-iffirmar; u l-Bank Ewropew tal-Investiment, li jassisti lill-awtoritajiet lokali fil-ftuħ tal-potenzjali tagħhom ta' investiment.", "Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea huwa responsabbli għall-provvista ta' appoġġ tekniku u xjentifiku lill-inizjattiva.", "Dan jaħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki biex jagħti lill-firmatarji linji gwida tekniċi u mudelli ċari sabiex jassisti s-sodisfazzjon tal-impenji tal-Patt tas-Sindki tagħhom, kif ukoll biex jissorvelja l-implimentazzjoni u r-riżultati."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16393", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16393", "title": "Sannat", "text": ["Sannat", "Sannat, jew Ta' Sannat, hija lokalità Għawdxija b'popolazzjoni ta' madwar 2,200 ruħ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16398", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16398", "title": "Premier League Malti 2011–12", "text": ["Premier League Malti 2011–12", "Il-BOV Premier League 2011–12 kien is-97 staġun tal-Premier League Malti.", "Il-programm ta' logħbiet għal dan l-istaġun tħabbru nhar it-3 ta' Awwissu 2011, bl-ewwel logħba skedata għad-19 ta' Awwissu.", "Minn dal-istaġun il-kampjonat kiber għal tnax-il tim, minflok għaxra, wara li din il-proposta ġiet aċċetata f'laqgħa tal-Kunsill tal-MFA fil-bidu ta' Jannar 2011.", "Valletta irnexxielhom jiddefendu titlu mirbuħ l-istaġun preċedenti b'rebħa kontra Sliema Wanderers bi tliet ġranet oħra x'jintlagħbu.", "Dan kien ifisser il-21 titlu tal-kampjonat fl-istorja tagħhom.", "Timijiet promossi mill-Ewwel Diviżjoni 2010–11"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16405", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16405", "title": "Anderson Ribeiro", "text": ["Anderson Ribeiro", "Anderson Mendes Ribeiro (Porto Alegre, 2 ta' Lulju 1981) huwa plejer tal-futbol Brażiljan li jilgħab bħala attakkant ma' Hibernians.", "Imwieled il-Brażil, fl-2002 il-president ta' Arsenal Kharkiv Volodymyr Chumak stiednu fil-klabb Ukren, li dakinhar kien għadu jilgħabu fit-tieni diviżjoni tal-pajjiż.", "Ribeiro aċċetta l-offerta, biex b'hekk sar l-ewwel Brażiljan li qatt ingħaqad mal-klabb.", "Wara perjodu ta' adattament fejn fost oħrajn tgħallem ir-Russu, hu mal-ewwel sar favorit fost il-partitarji.", "Fl-ewwel u l-uniku staġun tiegħu mal-klabb, hu skorja 15-il gowl.", "Fl-2005 issieħeb ma' Kharkiv, fejn għal darb'oħra sar pedina importanti tal-iskwadra.", "Magħhom għamel sal-2009, meta f'Lulju tal-2009 kompla t-trasferiment tiegħu mal-klabb Malti ta' Tarxien Rainbows.", "Iddebutta fit-22 ta' Awwissu 2009, fir-rebħa ta' 4–1 kontra Dingli Swallows, fejn skorja doppjetta.", "Fl-ewwel staġun tiegħu f'Malta hu lagħab 21 logħba fil-kampjonat, u ħalla l-marka tiegħu bi ħdax-il gowl fejn ġie nominat għal erba' darbiet bħala l-plejer tal-logħba.", "Fi tmiem l-istaġun iddeċieda li jirritorna lura l-Ukrajna meta iffirma kuntratt ta' sentejn ma' Metalurh Zaporizhya.", "Madanakollu, it-tieni esperjenza tiegħu ġewwa l-Ukrajna kellha tkun waħda qarsa kemm mil-lat personali u anki min-naħa tal-klabb; Ribeiro ftit li xejn sab spazju fl-ewwel tim, partikularment minħabba l-problemi fiżiċi fil-bidu tal-istaġun, u l-klabb safa relegat għall-Persha Liha (it-tieni serje) għall-ewwel darba fl-istorja.", "Magħluqa l-parentesi Ukrajna, Ribeiro irritorna Malta għal darb'oħra fejn issieħeb mal-klabb ta' Ħamrun Spartans b'kuntratt ta' sentejn.", "Iddebutta fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat 2011–12, u skorja darbtejn fil-konfront kontra Balzan Youths fir-rebħa ta' 3–1.", "Hu spiċċa l-istaġun bħala l-aqwa skorer tat-tim bi 15-il gowl hekk kif għen lil Ħamrun jaħarbu mir-relegazzjoni.", "Fis-sajf tal-2012 hu ngħaqad ma' Hibernians."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16406", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16406", "title": "Tom Cleverley", "text": ["Tom Cleverley", "Thomas William \"Tom\" Cleverley (Basingstoke, 12 ta' Awwissu 1989) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala midfilder ma' Watford.", "Wara li beda fid-dixxiplina tal-futbol ma' Bradford City, Cleverley ingħaqad ma' Manchester United ta' 15-il sena.", "Bejn l-2009 u l-2011 ġie misluf ma' tliet klabbs differenti sabiex jiggwadanja l-esperjenza.", "Cleverley beda l-karriera tiegħu ma' Bradford City, qabel ma fis-sajf tal-2005, fl-età ta' 15-il sena, ingħaqad ma' Manchester United.", "Matul l-istaġun 2005–06 lagħab disa' logħbiet mal-kategorija ta' taħt it-18-il sena, waqt li s-sena ta' wara ġie promoss għat-tim tar-riservi.", "Cleverley kellu rwol strumentali fit-tim taż-żgħażagħ li rebaħ il-Manchester Senior Cup u l-Lancashire Senior Cup.", "Il-prestazzjonijiet konsistenti tiegħu wassluh sabiex jieħu l-faxxa ta' kaptan fl-assenza tal-kaptan regulari Sam Hewson, kif ukoll nominazzjoni fl-unur tal-Plejer tar-Riservi tas-Sena, unur li ntrebaħ minn Richard Eckersley.", "Bħala rikonoxximent għall-prestazzjonijiet eklatanti tiegħu, Cleverley issejjaħ mat-tim tal-kbar ta' Manchester United għat-tour tal-Afrika t'Isfel u l-logħba ta' ħbiberija kontra Portsmouth fin-Niġerja matul is-sajf tal-2008.", "Hu ddebutta fil-konfront kontra Kaizer Chiefs fil-finali tal-Vodacom Challenge, fejn wara li daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima skorja t-tielet mill-erba gowls wara siegħa logħob.", "Nhar is-16 ta' Jannar 2009, Tom Cleverley ġie msellef lil Leicester City għall-kumplament tal-istaġun 2008–09.", "Hu ddebutta fid-19 ta' Jannar 2009 fir-rebħa ta' 2–0 kontra Yeovil Town.", "Wara żewġ gowls u 15-il preżenza ma' Leicester, is-self kellu jintemm minħabba li weġġa' spalltu fil-konfront kontra Colchester United.", "Minkejja li s-self kien spiċċa, Cleverley xorta waħda ngħata midalja wara r-rebħ tal-promozzjoni ta' Leicester bħala ċampjins tal-League One.", "Fit-18 ta' Awwissu 2009, Cleverley iffirma taħt self ma' Watford.", "Id-debutt tiegħu, li wassal f'dik il-ġurnata stess, immarkah b'gowl fir-rebħa ta' 4–2 kontra Nottingham Forest.", "Erbat ijiem wara skorja t-tieni gowl tiegħu fil-pari ta' 2–2 kontra Blackpool.", "Il-perjodu ta' self tiegħu ġie estiż sa tmiem l-istaġun 2009–10, u Cleverley ħad vantaġġ minn dan iż-żmien hekk kif żied ħames gowls mat-total li kellu.", "Għal darb'oħra problemi fiżiċi kellhom joħonqu l-logħob tiegħu u kellu jtemm is-self tiegħu f'April tal-2010.", "Iż-żmien mal-\"Hornets\" kien jinvolvi 11-il gowl f'35 logħba u kif ukoll ir-rebħ tal-unur tal-Plejer tas-Sena.", "Wara li Cleverley ħa sehem fit-tour ta' Manchester United ġewwa l-Istati Uniti tas-sajf 2010, fil-31 ta' Awwissu Wigan Athletic ikkonfermaw li kienu qablu li jisselfu lil Cleverley sa tmiem l-istaġun.", "Fil-11 ta' Settembru, Cleverley iddebutta għal Wigan kif ukoll lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-Premier League, meta ħa post Mauro Boselli fil-75 minuta u assista lil Antolin Alcaraz fil-pari ta' 1–1 kontra Sunderland.", "L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb wasal fit-telfa ta' 3–1 kontra West Ham United tas-27 ta' Novembru.", "F'Jannar tal-2011, il-perjodu ta' self ġie estiż sa tmiem l-istaġun.", "Cleverley iddebutta uffiċjalment ma' Manchester United fir-rebħa ta' 3–2 kontra r-rivali Manchester City fil-finali tal-Community Shield 2011.", "Hu daħal fit-tieni taqsima minflok Michael Carrick, b'United 2–0 minn taħt, u assista l-gowl ta' Nani li ġab l-iskor indaqs.", "Għall-istaġun 2010–11 ingħata l-flokk numru 23, vakanti minn Jonny Evans li ħa n-numru 7.", "Nhar l-14 ta' Awwissu 2011, beda l-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax fil-konfront mill-ewwel ġurnata tal-kampjonat 2011–12 kontra West Bromwich Albion.", "\"Statistika korretta sat-22 ta' Awwissu 2011\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16408", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16408", "title": "Siligo", "text": ["Siligo", "Siligo (Taljan: Siligo, Sardinjan: Sìligo) hija belt Taljana fil-gżira ta' Sardinja.", "Il-popolazzjoni tal-belt tgħodd madwar 950."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16409", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16409", "title": "Mary Cassatt", "text": ["Mary Cassatt", "Mary Stevenson Cassatt (Pittsburgh, 22 ta' Mejju 1844 – Pariġi, 14 ta' Ġunju 1926) kienet pittriċi mill-Istati Uniti.", "Għexet parti kbira mill-ħajja adulta tagħha fi Franza, fejn wara li saret ħabiba ta' Edgar Degas esibiet mal-Impressjonisti.", "Cassatt spiss pinġiet xbihat tal-ħajja soċjali u privata tan-nisa, b'enfasi qawwija fuq ir-rabta intima bejn l-omm u uliedha.", "Cassatt twieldet f 'Allegheny City, Pennsylvania, li issa hi parti minn Pittsburgh.", "Twieldet ġo familja tat-tajjeb: missierha, Robert Simpson Cassat (aktar tard sar Cassatt), kien \"stockbroker\" ta' suċċess u spekulatur tal-artijiet, u ommha, Katherine Kelso Johnston, kienet ġejja minn familja bankarja.", "Isem l-antenati kien Cossart.", "Cassatt li kienet tiġi mill-bogħod mill-artista Robert Henri , kienet waħda minn seba' aħwa, li tnejn minnhom mietu fi tfulithom.", "Il-familja tagħha marru lejn il-lvant tal-pajjiż, l-ewwel lejn Lancaster, Pennsylvania u mbagħad lejn l-inħawi ta' Philadelphia, fejn bdiet tmur l-iskola meta kellha 6 snin.", "Cassatt trabbiet f'ambjent fejn l-ivvjaġġar kien meqjus bħala parti integrali mill-edukazzjoni; għaddiet 5 snin l-Ewropa u żaret ħafna mill-bliet kapitali, fosthom Londra, Pariġi, u Berlin.", "Matul is-safar tagħha tgħallmet il-Ġermaniż u l-Franċiż u kellha l-ewwel lezzjonijiet fis-disinn u l-mużika.", "X'aktarx iltaqgħet għall-ewwel darba max-xogħol tal-artisti Franċiżi Ingres, Delacroix, Corot, u Courbet fil-Fiera Dinjija ta' Pariġi tal-1855.", "F'din il-wirja kienu esibiti wkoll xi xogħlijiet ta' Degas u Pissarro, li 'l quddiem it-tnejn kellhom ikunu kollegi u menturi tagħha.", "Minkejja li l-familja tagħha kienet toġġezzjona li hi ssir artista professjonista, Cassatt bdiet tistudja l-pittura fl-Akkademja tal-Belle Arti ta' Pennsylvania f'Philadelphia, fl-età żgħira ta' 15-il sena.", "Parti mill-inkwiet tal-ġenituri tagħha setgħet kienet li Cassatt kienet sejra tiġi esposta għal ideat femministi u għall-imġiba antikonformista ta' xi wħud mill-istudenti subien.", "Għalkemm madwar 20 fil-mija tal-istudenti kienu tfajliet, il-parti l-kbira minn dawn kienu jqisu l-arti bħala sengħa soċjalment siewja u ftit minnhom kienu ddeterminati daqs li kienet Cassatt biex jagħmlu l-arti l-karriera tagħhom..", "Hi kompliet l-istudji tagħha matul is-snin tal-Gwerra Ċivili Amerikana.", "Fost l-istudenti sħabha kien hemm Thomas Eakins, li wara sar direttur tal-Akkademja diskuss ħafna.", "Tilfet il-paċenzja bit-tagħlim li kien jimxi bil-mod ħafna u bl-attitudni kondixxenti tal-studenti u l-għalliema rġiel, u għalhekk ddeċidiet li tistudja l-mastri antiki waħidha.", "Aktar tard, qalet, \"Ma kienx hemm xejn tagħlim\" fl-Akkademja.", "L-istudenti nisa ma setgħux jużaw mudelli ħajjin (sa ftit aktar tard) u t-taħriġ prinċipali kien primarjament it-tpinġija mill-istatwi tal-ġips.", "Cassatt ddeċidiet li temm l-istudji tagħha (dak iż-żmien, l-ebda lawrja ma kienet tingħata).", "Wara li għelbet l-oġġezzjonijiet ta' missierha, marret Pariġi fl-1866, ma' ommha u l-ħbieb tal-familja bħala \"chaperons\".", "Billi n-nisa ma setgħux jattendu l-École des Beaux-Arts, applikat biex tistudja privatament taħt xi għalliema minn din l-iskola u ġiet aċċettata biex tistudja ma' Jean-Léon Gérôme, għalliem meqjus ħafna, magħruf għat-teknika iper-realistika tiegħu u għat-tpinġija ta' suġġetti eżotiċi.", "Ftit xhur wara Gérôme aċċetta wkoll lil Eakins bħala student.", "Cassatt biex iżżid mat-taħriġ artistiku tagħha kienet tmur kuljum il-Louvre biex tikkopja l-pitturi.", "Biex tagħmel dan kellha l-permess meħtieġ (dawn il-permessi kienu joħorġu biex jikkontrollaw l-għadd ta' \"kopisti\", ħafna minnhom nisa mħallsin bil-ftit, li kuljum kienu jimtlew il-mużew biex ipinġu l-kopji għall-bejgħ).", "Il-mużew kien iservi wkoll bħala post fejn jiltaqgħu soċjalment il-Franċiżi u l-istudenti nisa Amerikani, li bħal Cassatt, ma kinux jitħallew jattendu l-kafejiet fejn il-avangwardja kienu jissoċjalizzaw.", "B'dan il-mod, l-artista ħabiba tagħha Elizabeth Jane Gardner iltaqgħet mal-pittur akkademiku famuż William-Adolphe Bouguereau u u żżewġitu.", "Lejn it-tmiem tal-1866, ingħaqdet ma' klassi tal-pittura mgħallma minn Charles Chaplin, artista magħruf għall-pittura tal-ġeneru.", "Fl-1868, Cassatt studjat ukoll mal-artista Thomas Couture, li s-suġġetti tiegħu kienu l-iżjed romantiċi u urbani.", "Matul il-vjaġġi fil-kampanja, l-istudenti kienu jpinġu mill-ħajja, b'mod partikolari l-bdiewa jagħmlu xogħlhom ta' kuljum.", "Fl-1868, waħda mill-pitturi tagħha, \"Il-mandolinista\", ġiet aċċettata għall-ewwel darba mill-ġurija tal-għażla tas-Salon ta' Pariġi.", "Din il-pittura fl-istil Romantiku ta' Corot u Couture, hi waħda miż-żewġ pitturi mill-ewwel għaxar snin tal-karriera tagħha li nafu bihom illum.", "Id-dinja tal-arti Franċiża kienet fil-proċess ta' bidla, billi artisti radikali bħal Courbet u Manet kienu qegħdin jippruvaw jinqatgħu mit-tradizzjoni Akkademiku aċċettata u l-Impressjonisti kienu fis-snin formattivi tagħhom.", "Il-ħabiba ta' Cassatt, Eliza Haldeman, kitbet f'ittra tagħha li l-artisti \"qegħdin iħallu l-istil tal-Akkademja u kull wieħed qiegħed ijfittex maniera ġdida, u għalhekk bħalissa kollox fil-kaos\".", "Cassatt, min-naħa l-oħra, baqgħet taħdem bil-maniera tradizzjonali, tissottometti x-xogħlijiet lis-Salon għal aktar minn għaxar snin, bi frustrazzjoni dejjem tikber.", "Meta rritornat lejn l-Istati Uniti tard fis-sajf tal-1870 – kif kienet qiegħda tibda l-Gwerra Franko-Prussjana – Cassatt marret toqgħod mal-familja tagħha f'Altoona.", "Missierha baqa' kontra l-karriera li kienet għażlet u kien iħallas biss għall-affarijiet tagħha ta' kuljum, iżda mhux għall-affarijiet tal-arti.", "Uriet żewġ pitturi tagħha f'gallerija f'New York u waqt li intgħoġbu minn ħafna, ħadd ma xtrahom.", "Kienet imdejqa wkoll bin-nuqqas ta' pitturi li setgħet tistudjaw waqt li kienet toqgħod fid-dar tal-villeġġjatura.", "Cassatt bdiet taħseb biex tabbandunaha l-arti, għax kienet determinata li taqla' x'tgħix.", "F'ittra ta' Lulju, 1871, kitbet hekk \"Tlaqtu l-istudju tiegħi u qattajt ir-ritratt ta' missieri, u ili ma mmiss pinzell għal sitt ġimgħat u qatt ma ħa nagħmel hekk iżjed sakemm nara xi prospett li nerġa' mmur l-Ewropa.", "Nixtieq ħafna li nitlaq lejn il-punent fir-rebbiegħa u nsib xi impjieg hemm, imma għadni ma ddeċidejtx fejn\".", "Marret tipprova xortiha Chicago imma tilfet xi pitturi tagħha tal-bidu fl-inċendju tal-1871.", "Ftit wara, ix-xogħol tagħha ġibed l-attenzjoni tal-Arċisqof ta' Pittsburgh, li taha kummissjoni biex tpinġilu żewġ kopji ta' pitturi ta' Correggio f'f'Parma, l-Italja, u minn qabel taha flus biżżejjed biex tkopri l-ispejjeż tal-vjaġġ u parti mis-soġġorn.", "Bl-eċċitament kitbet, \"O kemm jien miġnuna biex nibda naħdem, idejja jikluni u għajnejha jibku biex jerġgħu jaraw pittura suriet in-nies\".", "Cassatt reġgħet telqet lejn l-Ewropa ma' Emily Sartain, pittriċi oħra minn familja minn Philadelphia magħrufa għall-arti.", "Ftit xhur wara li marret lura l-Ewropa fil-ħarifa tal-1871, il-prospetti ta' Cassatt kienu marru għall-aħjar sewwa.", "Il-pittura tagħha \"Żewġ Nisa Jitfgħu il-Fjuri fil-Karnival\" intlaqgħet tajjeb fis-Salon tal-1872, u nxtrat.", "F'Parma kellha ħafna attenzjoni favorevoli u l-komunità artistika tal-belt appoġġatha u ħeġġitha: \"Kullħadd f'Parma qiegħed jitkellem dwar Miss Cassatt u l-pittura tagħha, u kulħadd ħerqan li jsir jafha\" Mathews\".", "Wara li lestiet il-kummissjoni għall-Arċisqof, Cassatt msrret Madrid u Sivilja, fejn pinġiet sensiela ta' pitturi ta' suġġetti Spanjoli, fosthom \"Żeffiena Spanjola Liebsa Mantilla tal-Bizzilla\" (1873, issa fil-National Museum of American Art, Smithsonian Institution).", "Fl-1874, iddeċidiet li tmur toqgħod Franza.", "Hi u oħta Lydia li ġiet toqgħod magħha kienu joqgħodu f'appartament.", "Cassatt kompliet tikkritika l-pulitka tas-Salon u l-gosti konvenzjonali li kienu jsaltnaw hemm.", "Ma kinetx iżżomm ruħha lura fil-kummenti tagħha, kif qal Sartain, li kiteb: \"hi ħarxa wisq, tirrifjuta l-arti moderna kollha, tistmerr il-pitturi tas-Salon ta' Cabanel, Bonnat, u l-ismijiet kollha li drajna nirrispetaw\".", "Cassatt indunat li x-xogħlijiet ta' artisti nisa kienu spiss jiġu rrefjutati b'disprezz jekk il-pittriċi ma jkolliex ħabib jew protettur fuq il-ġurija, u ma riedet titħabeb ma' ħadd biex il-ġurija tagħtiha preferenza.", "Iċ-ċiniżmu tagħha kiber meta waħda minn żewġ pitturi li ssottomettiet fl-1875 ma ġietx aċċettata mill-ġurija, u ġiet aċċettata s-sena ta' wara meta kienet skuratilha l-isfond biss.", "Kella x'tgħid ma' Sartain, li kien jaħseb li Cassatt żbukkata u egoista wisq.", "Minħabba d-dwejjaq li qabadha u l-kritika tagħha nfisha, Cassatt ddeċidiet li titlaq il-pitturi tal-ġeneru u taħdem fuq suġġetti aktar tal-moda, biex tattira kummissjonijiet għal ritratt mill-Amerikana tas-soċjetà barra l-pajjiż, iżda l-isforzi tagħha taw ftit frott għall-ewwel.", "Fl-1877, iż-żewġ pitturi li ppreżentat għas-Salon ma ġewx aċċettati, u għall-ewwel darba f'seba' snin ma kellha l-ebda xogħol muri fis-Salon.", "F'dan il-mument ħażin fil-karriera tagħha, Edgar Degas stedinha biex turi x-xogħlijiet tagħha mal-Impressjonisti, grupp li waħidhom kienu bdew sensiela ta' wirjiet indipendenti fl-1874 li qajmu ħafna storbju.", "L-Impressjonisti (magħrufa wkoll bħala l-\"Indipendenti\" jew l-\"Intransiġenti\") ma' kellhom l-ebda manifest formali u kienu jvarjaw konsiderevolment fis-suġġetti u t-teknika tagħhom.", "Kellhom it-tendenza li jippreferu li jpinġu barra fil-beraħ u li jużaw kuluri jlelxu imqegħdin b'daqqiet ta' pinzell separati mingħajr taħlit minn qabel, biex l-għajn stess tgħaqqad il-kuluri b'mod \"impressjonistiku\".", "Il-kritiċi kienu ilhom iħambqu kontra l-Impressjonisti għal bosta snin.", "Henry Bacon, ħabib tal-aħwa Cassatt, kien jaħseb li l-Impressjonisti kienu radikali tant li kienu \"morda b'xi marda tal-għajnejn li għadha mhux magħrufa\".", "Fosthom diġà kien hemm membru mara, il-pittriċi Berthe Morisot, li saret ħabiba u kollega ta' Cassatt.", "Cassatt kienet tammira 'l Degas, li pastell tiegħu kienu għamlet impressjoni qawwija fuqha meta fl-1875 rathom għall-ewwel darba f'tieqa ta' negozjant tal-arti.", "\"Jiena kont immur u ngħattan imnieħri mat-tieqa u nassorbi kull ma nista' mill-arti tiegħu,\" qalet aktar tard.", "\"Bidlitli ħajti.", "L-arti rajtha kif jien ridt naraha.\"", "Allura aċċettat l-istedina ta' Degas bil-ħerqa u bdiet tħejji l-pitturi għall-wirja tal-Impressjonisti li kien imiss, ippjanata għall-1878, li (wara posponiment minħabba l-Fiera Dinjija) saret fl-10 ta' April, 1879.", "Ħassitha komda mal-Impressjonisti u appoġġat il-kawża tagħhom bl-entużjażmu.", "Qalet: \"aħna qed iwettqu ġlieda ddisprata u neħtieġu l-forzi tagħna kollha\".", "Ma setitx tiltaqa' magħhom fil-kafejiet mingħajr ma n-nies jgħidu biha, u għalhek kienet tiltaqa' magħhom privatament u fil-wirjiet.", "Bdiet tittama li jkollha suċċess fil-bejgħ tal-pitturi lill-Pariġini sofistikati li kienu jippreferu l-\"avant-garde\".", "L-istil tagħha kiseb spontanjetà ġdida matul dawk l-aħħar sentejn.", "Qabel l-artista kienet dejjem taħdem ġewwa, u issa ħadet id-drawwa li ġġorr fuqha pitazz għall-iskizzi meta tkun barra jew fit-teatru, biex tħażeż ix-xeni li kienet tara quddiem għajnejha.", "Fl-1877, missier u omm Cassat u oħtha Lydia ġew joqgħhodu magħha f 'Pariġi.", "Mary kienet tapprezza l-kumpanija tagħhom, peress li la hi u lanqas Lydia ma kienu żżewġu.", "Mary ħadet deċiżjoni minn kmieni f'ħajjitha li ż-żwieġ ma kienx kompatibbli mal-karriera tagħha.", "Lydia, li oħtha pinġiet ħafna drabi, kienet tbati minn perjodi rikorrenti ta' mard, u wara mewtha fl-1882, Cassatt damet ma setgħet terġa' tibda taħdem.", "Missier Cassatt kien jinsisti li l-kera tal-istudju fejn kienet taħdem u l-materjali għall-pittura kellhom jitħallsu mill-bejgħ tax-xogħlijiet tagħha, li kien għadu limitat ħafna.", "Billi kellha l-biżgħa li biex tlaħħaq kien ikollha tpinġi suġġetti poplari, Cassatt intefgħet taħdem fuq pitturi ta' kwalità għall-wirja Impressjonista li kienet tmiss.", "Tlieta mill-aħjar xogħlijiet tagħha mill-1878 kienu \"Ritratt tal-Artista\" (awto-ritratt),\"Tifla Żgħira fuq Pultruna Kaħla\", u \"Il-Qari ta' Le Figaro\" (ritratt ta' ommha).", "Degas kellu influwenza qawwija fuq Cassatt.", "Hi saret tas-sengħa ħafna fl-użu tal-pastelli u iktar tard pinġiet ħafna mix-xogħlijiet l-aktar importanti tagħha b'dan il-materjal.", "Degas għalliema wkoll l-inċiżjoni, sengħa li hu kien mgħallem magħruf fiha.", "It-tnejn kienu jaħdmu flimkien għal xi żmien, u bit-tagħlim tiegħu il-ħila tagħha fid-disinn tqawwiet sewwa.", "Pinġiha f'sensiela ta' inċiżjonijiet li juru l-mawriet tagħhom lejn il-Louvre.", "Kellha sentimenti qawwija għalih imma tgħallmet ma tistenniex wisq min-natura kapriċċuża u temperamental tiegħu.", "Degas li kien sofistikat u dejjem liebes pulit, ta' 45 sena, kien spiss mistieden għall-pranzu għand il-familja Cassatt.", "L-esebizzjoni Impressjonista tal-1879 kellha l-aktar suċċess sa dak iż-żmien, minkejja li ma ħadux sehem fiha Renoir, Sisley, Manet u Cézanne, li kienu qed jippruvaw għal darb'oħra jiksbu rikonoxximent fis-Salon.", "Permezz tal-isforzi ta' Gustave Caillebotte, li organizzat u assigura l-wirja, il-grupp għamel profitt u bigħ ħafna xogħlijiet, għalkemm il-kritika baqgħet ħarxa daqs kemm kienet qabel.", "Ir-\"Revue des Deux Mondes\" kitbet, \"M. Degas u Mlle.", "Cassatt biss jispikkaw ... u joffru xi attrazzjoni u xi skuża fil-wirja pretenzjuża mimlija tiżjin u tħażżiż infantili\".", "Cassatt uriet ħdax-il xogħol, fosthom \"Lydia fil-Palk, Liebsa Ġiżirana tal-Ġawhar, (Mara fil-Palk)\".", "Għalkemm il-kritiċi qalu li l-kuluri ta' Cassatt kienu jgħatu wisq u li r-ritratti tagħha kienu preċiżi wisq biex isebbħu s-suġġetti, ix-xogħol tagħha ma tmaqdarx kif kien ta' Monet, li ċ-ċirkostanzi tiegħu kienu l-iżjed iddisprati fost l-Impressjonisti kollha ta' dak iż-żmien.", "Hi użat is-sehem tagħha tal-qligħ biex tixtri xogħol ta' Degas u ieħor ta' Monet.", "Ħadet sehem fil-Wirjiet Impressjonisti li missu fl-1880 u 1881, u baqgħet membru attiv taċ-ċirku Impressjonista sal-1886.", "Fl-1886, Cassatt daħħlet żewġ pitturi fl-ewwel wirja Impressjonista fl-Istati Uniti, organizzata min-negozjant tal-arti Pawl Durand-Ruel.", "Ħabibitha Louisine Elder iżżewġet lil Harry Havemeyer fl-1883, u b'Cassatt bħala konsulent, il-koppja bdiet tiġbor kollezzjoni kbira tal-pitturi Impressjonisti.", "Parti kbira mill-kollezzjoni vasta tagħhom issa qiegħda fil-Metropolitan Museum of Art fi New York City.", "Pinġiet ukoll bosta ritratti tal-membri tal-familja matul dak il-perjodu, li fosthom ir-\"Ritratt ta' Alexander Cassatt u Ibnu Robert Kelso\" (1885) hu meqjus bħala wieħed mill-aħjar tagħha.", "Wara, l-istil ta' Cassatt żviluppa, u bidlet mill-Impressjoniżmu għal approċċ aktar dirett.", "Bdiet ukoll turi x-xogħlijiet tagħha fil-galleriji ta' New York.", "Wara l-1886, Cassatt ma baqgħetx tiddentifika ruħha ma' l-ebda moviment tal-arti u esperimentat b'varjetà ta' tekniki.", "Il-popolarità ta' Cassatt hi bbażata fuq sensiela twila ta' pitturi u stampi mpinġijin rigorożament, osservati bil-ħlewwa, iżda il-biċċa l-kbira mingħajr sentimentalità, fuq it-tema tal-omm u tifel jew tifla.", "Ix-xogħol bid-data l-aktar bikrija dwar dan is-suġġett huwa l-puntasekka \"Gardner Merfugħ minn Ommu\" (stampa immarkata \"Jan/88\" qiegħda fin-New York Public Library), għalkemm pinġiet xi xogħlijiet qabel fuq dan is-suġġett.", "Xi wħud minn dawn ix-xogħlijiet juru l-qraba, il-ħbieb, jew il-klijenti, tagħha għalkemm aktar tard, ġeneralment użat mudelli professjonali fil-komposizzjonijiet li spiss ifakkruna fir-rappreżentazzjoniet tal-Madonna bil-Bambin tar-Rinaxximent Taljan.", "Wara l-1900, ikkonċentrat kważi għal kollox fuq suġġetti ta' omm u wliedha..", "Is-snin 1890s kienu l-iżjed żmien bieżel u kreattiv għal Cassatt.", "Kienet kisbet ċertu maturità u saret aktar diplomatika u anqas żbukkata fl-opinjonijiet tagħha.", "Saret ukoll xempju għal artisti Amerikani żgħażagħ li kienu jitolbuha l-parir tagħha.", "Fost dawn kien hemm Lucy A. Bacon, li Cassatt introduċiet lil Camille Pissarro.", "Għalkemm il-grupp Impressjonista kien xolja, Cassatt xorta kien għad kellha kuntatt ma' wħud mill-membri, fosthom Renoir, Monet u Pissarro..", "Fl-1891, esibiet sensiela ta' puntasekki kuluriti oriġinali ħafna u akwatinti, fosthom \"Mara tinħasel\" u \"Mara tippettna\", ispirati minn pitturi Ġappuniżi importanti murija f'Pariġi s-sena ta' qabel.", "Cassatt apprezzat ħafna s-sempliċità u ċ-ċarezza tad-disinn Ġappuniż, u l-użu bis-sengħa ta' blokki ta' kulur.", "Fl-interpretazzjoni tagħha, hi użat l-iżjed kuluri pastelli delikati ċari u evitat l-iswed (kulur \"projbit\" fost l-Impressjonisti).", "A. Breeskin, tal-i\"Smithsonian Institution\", jinnota li dawn l-stampi bil-kulur, \"issa spikkaw bħala l-kontribut l-aktar oriġinali tagħha ... li żiedu kapitolu ġdid fl-istorja tal-arti grafika ... li teknikament, bħala stampi bil-kulur, qatt ma kien hemm aħjar minnhom\".", "Ukoll fl-1891, in-negozjanta minn Chicago, Bertha Palmer avviċinat lil Cassatt biex tpinġi mural ta' 54 pied × 12 pied bis-suġġett tal-\"Mara Moderna\" għall-Bini tan-Nisa fil-Wirja Kolombjana Dinjija li kellha ssir fl-1893.", "Cassatt lestiet il-proġett matul is-sentejn li missu filwaqt li kienet tgħix Franza ma' ommha.", "Il-mural kien imfassal bħala trittiku.", "It-tema ċentrali kellha t-titlu \"Nisa Żgħażagħ Jiġbru l-Frott tal-Għarfien jew tax-Xjenza\".", "Il-panew tax-xellug kien \"Tfajliet Ifittxu l-Fama\" u l-panew tal-lemin \"Arti, Mużika, Żfin\".", "Il-mural kien juri komunità ta' nisa apparti mir-relazzjoni tagħhom mal-irġiel, bħala persuni kapaċi fihom infushom.", "Palmer kienet tqis lil Cassatt bħala teżor Amerikan u ma kinitx taħseb li hemm xi ħadd aħjar minnha biex ipinġi mural għall-espożizzjoni li kienet se tagħmel ħafna biex tiffoka l-attenzjoni tad-dinja fuq l-istat tal-mara.", "Sfortunatament il-mural intilef meta twaqqa' l-bini wara l-esebizzjoni.", "Però Cassatt kienet wettqet bosta studji u pitturi fuq temi simili għal dawk fil-mural madwar dak iż-żmien, u għalhekk nistgħu naraw kif iżviluppat dawk l-ideat u xbihat.", "Cassatt uriet pitturi oħra fl-istess Espożizzjoni.", "Fil-bidu tas-seklu l-ġdid, Cassatt kienet qiegħda tagħmilha bħala konsulent għall-bosta kollezzjonisti tal-arti importanti u stipulat li dawn fl-aħħar kellhom jagħtu l-pitturi li jixtru lill-mużewijiet tal-arti Amerikani.", "B'rikonoxximent tal-kontribuzzjoni tagħha għall-arti, Franza tagħtha l-Légion d'Honneur fl-1904.", "Għalkemm il-kolletturi Amerikani kienu jimpjegawha ħafna bħala konsulent, l-arti tagħha damet ma ġiet rikonoxxuta fl-Istati Uniti.", "Anki fost il-membri tal-familja tagħha fl-Amerika, ma tantx kellha rikonoxximent u kienet totalment imdella minn ħuwa li kien famuż.", "Ħu Mary Cassatt, Alexander Cassatt, miet fl-1906.", "Din kien xokk kbir għaliha billi l-aħwa kienu intimi, iżda madankollu baqgħet produttiva ħafna fis-snin qabel l-1910.", "Is-sentimentalità fix-xogħol tagħha żdiedet matul is-snin 1900; ix-xogħol tagħha kien popolari fost il-pubbliku u l-kritiċi, iżda, ma baqgħetx inventiva, u l-kollegi Impressjonisti li qabel kienu jpprovdu l-istimulu u l-kritika kienu ftit ftit qed imutu.", "Hija kienet kontra l-iżviluppi ġodda fl-arti bħall-post-Impressjoniżmu, il-Fauviżmu u l-Kubiżmu.", "Matul vjaġġ fl-Eġittu fl-1910, Cassatt impressjonat ruħha ħafna bil-sbuħija tal-arti antika tiegħu, iżda wara qabditha kriżi ta' kreattività; mhux biss kien għejiha ħafna l-vjaġġ, imma stqarret li sabet ruħha \"umiljata mill-qawwa ta' din l-Arti\" u qalet, \"Iġġilidt kontra tagħha iżda għelbitni, hi żgur l-ikbar Arti li writna mill-imgħoddi ... idejja dagħjfin wisq biex inpinġi l-effet tagħha fuqi\".", "Minkejja li fl-1911 kienet qiegħda tbati mid-dijabete, ir-rewmatiżmu, in-newralġija, u l-katarretti ma waqfitx mix-xogħol, iżda wara l-1914 kellha bilfors tieqaf mill-pittura billi kienet kważi għamiet.", "Minkejja dan bdiet tappoġġa l-kawża tas-suffraġju femminili, u fl-1915, uriet tmintax-il pittura f'wirja biex tgħin il-moviment.", "Mietet fl-14 ta' Ġunju, 1926 f'Château de Beaufresne, ħdejn Pariġi, u indifnet fil-qabar tal-familja f'Le Mesnil-Théribus, Franza."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16419", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16419", "title": "Miraklu Ewkaristiku ta' Lanciano", "text": ["Miraklu Ewkaristiku ta' Lanciano", "Il-miraklu Ewkaristiku ta' Lanciano huwa magħruf bħala l-ewwel miraklu Ewkaristiku dokumentat fil-Knisja Kattolika.", "Dan seħħ fil-belt ċkejkna ta' Lanciano, fin-naħa t'isfel tal-Italja.", "Għall-ħabta tas-seklu 8, patri tal-Ordni ta' San Bażilju inħakem minn dubji serji dwar jekk fil-ħobż u l-inbid ikkonsagrati kienx hemm tassew il-preżenza ta' Ġesù.", "Darba waqt li dan il-patri kien qiegħed jiċċelebra l-quddiesa, fil-mument tal-Konsagrazzjoni, jingħad li l-ostja saret laħam u l-inbid sar demm.", "Id-demm għaqad f'ħames kubi li huma differenti fid-daqs u l-għamla.", "Din wieħed għadu jista' jaraha u għandha l-istess qisien tal-ostja l-kbira li l-Knisja Latina tuża llum.", "Minn quddiem hija ta' lewn kannella ċar u minn wara għandha kulur roża.", "Id-demm huwa magħqud u l-kulur tiegħu jixbah l-okra.", "Mill-1713, il-laħam inżammet f'ostensorju artistiku tal-fidda xogħol skultur tal-iskola Naplitana.", "Id-demm huwa kkonservat f'tazza qadima tal-kristall.", "Sa mill-1252 il-Franġiskani Konventwali ħadu f'idejhom it-tmexxija ta' dan is-Santwarju Ewkaristiku fuq xewqa personali tal-Isqof Landulf ta' Chieti.", "Saru diversi studji ekkleżjastiċi, imsejħa \"recognitiones\", biex jeżaminaw dan il-fenomenu.", "Fl-1574, instab li l-ħames kubi tad-demm, meta kkumbinati, ilkoll jiżnu l-istess.", "Hekk ngħidu aħna, waħda tintiżen l-istess daqs tnejn, tnejn jintiżnu daqs tlieta, filwaqt li tlieta jintiżnu daqs ħamsa.", "Fl-1971, il-Professur Odoardo Linoli, Professur tal-Anatomija, l-Istoloġija Patoloġika, il-Kimika u l-Mikroskopija Klinika, megħjun minn Prof Ruggero Bertelli mill-Università ta' Siena, wasal għal dawn il-konklużjonijiet importanti:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16424", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16424", "title": "Semitiku", "text": ["Semitiku", "Is-Semitiku mhuwiex ilsien wieħed iżda grupp ta' ilsna mitkellma mill-popli tal-Lvant Nofsani, f'partijiet tal-Afrika u fil-gżejjer Maltin.", "Il-kelma \"semitiku\" ġejja minn Sem, bin Noè (ara Ġenesi 10, 21-31; 11, 10-26).", "Ismu ntgħażel biex ifisser dawk il-popli li jissejħu ulied Sem fil-Bibbja, is-Semiti.", "L-ewwel art tas-Semiti kienet il-Peniżola Għarbija.", "Madwar 3000 sena qK is-Semiti bdew jemigraw lejn artijiet iżjed fertili u tħalltu man-nies tal-\"Fertile Crescent\", jiġifieri l-Mesopotamja, is-Sirja u l-Palestina.", "Fost dawn insibu l-Akkadej, l-Amurrin (Babiloniżi, Kananej u Feniċi), il-Lhud, l-Assirjani, l-Aramej u l-Kaldej.", "Gruppi oħra qasmu l-Baħar l-Aħmar għall-Etijopja.", "Ir-rebħiet tal-Għarab fil-bidu tal-Medju Evu ferrxu l-influwenza semitika mill-Persja, tul l-Għarabja ta' Fuq sa Spanja.", "Il-kontribut li taw is-Semiti liċ-ċiviltà kien wieħed kbir.", "It-tliet reliġjonijiet monoteistiċi kbar: il-Ġudaiżmu, il-Kristjaneżmu u l-Islam, bdew kollha fost dawn il-popli.", "Fil-qasam lingwistiku kienu s-Semiti li vvintaw l-alfabett - sett żgħir ta' sinjali biex jinkitbu l-kliem u l-ismijiet kollha ta' lingwa.", "Għalkemm ħafna drabi nħalltu r-razza tal-bnedmin mal-lingwa li jitkellmu, dan ma għandux isir dejjem.", "Hekk il-Maltin aktarx li bħala razza huma aktar Ewropej minkejja li l-ilsien li jitkellmu huwa semitiku.", "B'kollox insibu madwar sebgħin ilsien semitiku.", "Hemm ilsna semitiċi li ilhom mijiet ta' snin li spiċċaw u baqa' biss tifkira tagħhom fil-kitba, bħal fil-każ tal-Feniċju, li dak li nafu dwaru nafuh minn skrizzjonijiet minquxa fil-ġebel jew bronż.", "L-ilsien Lhudi kien spiċċa bħala lsien mitkellem, iżda fis-seklu għoxrin, il-Lhud reġgħu qajmuh, għalkemm huwa xi ftit differenti minn kif kien fi żmien il-profeti.", "Waħda mill-karatteristiċi tal-ilsna semitiċi hija li dawn huma mibnija fuq it-trilitteriżmu jew aħjar is-sistema trikonsonantali.", "Il-biċċa l-kbira tal-kliem hu mibni madwar tliet konsonanti li dejjem iżommu l-pożizzjoni tagħhom u li madwarhom iduru jew jitbiddlu l-vokali u xi drabi jiżdiedu wkoll xi konsonanti.", "Il-qrubija bejn l-ilsna semitiċi jidher fil-fatt li l-istess għerq ikun jinstab f'dawn il-lingwi.", "Ngħidu aħna, l-għerq slm, jinstab fl-Assiro-Babiloniż, fil-Lhudi (shalom), fl-Aramajk, fl-Għarbi (salam), fil-Malti (sliem) u f'ilsna oħra.", "Il-familja kbira tal-ilsna semitiċi tinqasam fi friegħi, li bejn wieħed u ieħor, huma dawn:", "Minkejja li l-Malti tħallat ħafna mal-Isqalli, it-Taljan u l-Ingliż, baqagħlu ħafna kliem semitiku u strutturi semitiċi.", "Fost l-iktar kategoriji ta' kliem li għadhom prinċipalment semitiċi insibu:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16425", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16425", "title": "Markapaġna", "text": ["Markapaġna", "Markapaġna hi oġġett ta' daqs u ħxuna żgħira li l-għan tiegħu hu li jfakkar lill-qarrej il-post fejn ikun wasal fil-qari ta' ktieb.", "Jidher li fil-Malti m'hemmx kellma standard għal dan l-oġġett; insibu senjalibru, fakkarfej, werrejja u bukmark.", "Markapaġna tista' tkun ta' żewġ tipi, jiddependi fuq jekk hiex magħquda ma' ċertu volum jew le.", "Fl-ewwel każ spiss tkun magħmula minn żigarella tad-drapp.", "Meta l-oġġett ikun separat mill-volum, jista' jkun magħmul minn materjali differenti: kartun (l-aktar komuni), ġilda metall, drapp jew injam.", "Il-markapaġni kultant jistgħu ikunu oġġetti prezzjużi li jingħataw bħala rigali u oġġetti ta' kollezzjoni u jistgħu jirrappreżentaw postijiet bħall-kartolini."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16437", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16437", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp B", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp B", "Klassifika u riżultati għal Grupp B mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16439", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16439", "title": "Attakki tal-11 ta' Settembru", "text": ["Attakki tal-11 ta' Settembru", "L-attakki tal-11 ta' Settembru (imsejħin fil-qasir \"9/11\"), kienu serje ta' erba' attakki suwiċidi koordinati immirati lejn siti speċifiċi fil-belt ta' New York u f'Washington, l-Istati Uniti, nhar il-11 ta' Settembru, 2001.", "F'dik il-għodwa, 19-il terrorista mill-grupp Iżlamiku militanti al-Qaeda ħatfu erba' ajruplani tal-passiġġieri fi triqithom lejn San Francisco u Los Angeles wara li dawn telqu minn Boston, Newark, u Washington.", "Il-pirati tal-ajru kraxxjaw intenzjonalment żewġ ajruplani fit-Twin Towers tal-World Trade Center fil-belt ta' New York.", "Fid-8:46 a.m., \"American Airlines Flight 11\" daħal fin-North Tower u fid-9:03 a.m.", "\"United Airlines Flight 175\" daħal fis-South Tower; iż-żewġ torrijiet waqgħu wara sagħtejn.", "Il-pirati tal-ajru kraxxjaw it-tielet ajruplan \"American Airlines Flight 77\" fid-9:37 a.m. fil-Pentagon f'Arlington, Virginia.", "Meta l-passiġġieri ppruvaw jieħdu kontroll tar-raba' ajruplan, \"United Airlines Flight 93\", dan ikkraxxja fl-10:03 a.m. f'għalqa qrib Shanksville, Pennsylvania, u hekk ma tħallix jasal għall-mira tiegħu f'Washington, probabilment il-\"Capitol\" jew il-\"White House\".", "Mietu kważi 3,000 ruħ f'dawn l-attakki.", "Is-suspetti mill-ewwel waqgħu fuq al-Qaeda, u fl-2004, il-mexxej tal-grupp Osama bin Laden, li fil-bidu ċaħad l-involviment tiegħu, ħa r-responsabbiltà għall-attakki.", "Al-Qaeda u Bin Laden qalu li l-attakki saru minħabba l-appoġġ Amerikan lill-Israel, il-preżenza tat-truppi Amerikani fl-Arabja Sawdija, u s-sanzjonijiet kontra l-Iraq.", "L-Istati Uniti wieġbu għall-attakki tal-11 ta' Settembru bil-\"War on Terror\", meta invading l-Afganistan biex ineħħu t-Taliban, li kienu qed jaħbu għandhom lill-membri tal-Al-Qaeda.", "Ħafna pajjiżi ħarrxu l-liġijiet tagħhom kontra t-terroriżmu.", "F'Mejju 2011, Bin Laden instab u nqatel.", "8.46 a.m. Titjira 11, ajruplan Amerikan maħtuf tal-\"American Airlines Boeing 767\" bi 92 passiġġier u l-crew, minn Boston Logan International Airport għal Los Angeles, jidħol fin-North Tower tal-\"World Trade Centre\".", "L-ajruplan faqa' t-torri fis-sulari 94 sa 98, imma l-kumplament tat-torri ma sofriex ħsarat immedjati.", "9.03 Titjira 175, Boeing 767 tal-\"United Airlines\" maħtuf b'65 passiġġier u l-crew minn \"Boston Logan International Airport\" għal Los Angeles, jolqot is-South Tower tal-\"World Trade Centre\".", "Bl-impatt fis-sulari 78 sa 84, l-ajruplan sar fjamma waħda u qered diversi kolonni strutturali fit-torri li, iżda, ma krollax immedjatament.", "Dħaħen ħerġin minn diversi sulari tan-North Tower.", "Hekk kif id-dħaħen kbar bdew jinfirxu 'l isfel f'diversi sulari, ammont kbir ta' nies bdew jippreferu jaqbżu mit-twieqi tal-uffiċċji tagħhom għal isfel.", "9.40 Titjira 77, Boeing 757 tal-\"American Airlines\" b'64 passiġġier u l-crew minn \"Dulles International Airport\" għal Los Angeles, jikkraxxja fuq il-Pentagon u joqtol madwar 189 membru tal-militar u impjegati ċivili li kienu fil-bini.", "9.45 Il-bini governattiv kollu fi New York evakwat.", "L-ajruporti kollha Amerikani jingħalqu mill-awtoritajiet.", "Titjiriet internazzjonali jiġu kanċellati jew devjati lejn il-Kanada u l-Karibew.", "Il-Borża ta' New York tingħalaq.", "9.50 Telefonata thedded li \"issa jmiss Air Force One\" il-President Bush ma jitħalliex jirritorna fil-kapitali tas-Servizz Sigriet minħabba t-'theddida reali'.", "10.05 Is-South Tower tal-\"World Trade Centre\" jiġġarraf u joqtol ħafna minn dawk li kienu salvaw fl-attakk inizjali fuq il-bini u madwar 420 membru tas-servizzi ta' emerġenza.", "It-torri kollu kkrolla f'għaxar sekondi.", "10.10 Titjira 93, Boeing 757 tal-\"United Airlines\", maħtuf b'45 passiġġier u l-crew minn \"Newark International Airport\" għal San Francisco, jikkraxxja 130 kilometru minn Pittsburgh fil-Lvant ta' Pennsylvania, wara konfront bejn il-hijackers u xi passiġġieri.", "10.28 In-North Tower tal-\"World Trade Centre\" jiġġarraf.", "Dan għaliex peress li l-ajruplan daħal u ġarraf is-sulari ta' fuq, il-bini mġarraf beda nieżel fuq is-sulari ta' taħt, li ma felħux għall-piż u sular beda jwaqqa' lill-ieħor ta' taħtu sakemm il-bini waqa' kollu.", "17.20 Il-bini numru 7 tal-\"World Trade Centre\", b'47 sular biswit it-tifrik tat-twin towers, jiġġarraf ukoll.", "Dan minkejja li dan il-bini ma kienx milqut minn xi ajruplan misjuq mit-terroristi.", "Wara snin ta' investigazzjoni dwar x'wassal għal dan il-kollass, in-\"National Institute of Standards and Technology\" (NIST) sab li s-sħana tremenda ta' fuq l-art dgħajfet colonna strutturali ewlenija fil-World Trade Centre Building 7 u konsegwentement, il-bini, wara seba' sigħat, ċeda.", "Jumejn wara l-attakk terroristiku, ħaddiema tas-salvataġġ kienu għadhom ifittxu qalb il-fdalijiet tal-World Trade Centre bit-tama li jsibu persuni ħajjin.", "19.00 Il-President Bush jirritorna f'Washington DC minn Florida.", "20.30 Il-President Bush jindirizza lill-poplu Amerikan f'xandira televiżiva mill-White House.", "Mibnija fis-snin sebgħin, it-Twin Towers tal-World Trade Centre kienu ddisinjati biex jirreżistu ħruq normali u rwiefen qawwija anki f'livell ta' uragani.", "Skont xi rapporti, l-inġiniera tiegħu kienu jemmnu li l-bini kien kapaċi jirreżisti anki l-impatt ta' Boeing 707, u b'ħabta ġo fih ta' ajruplan ta' dan it-tip il-bini ma kienx jikrolla.", "Imma l-ebda inġinier ma seta' qatt ikun preparat għal attack vjolenti fil-bini bħal dak meta terroristi ħatfu żewġ ajruplani jets, ħafna ikbar mill-Boeing 707, u tajruhom dirett għal fuq iż-żewġ torrijiet.", "It-Twin Towers kienu l-bażi tal-WTC, kienu l-ogħla bini fl-Istati Uniti: 1,350 pied.", "Kellhom 110 sulari kull wieħed, kellhom 43,000 tieqa, u 99 lift.", "Kienu msaħħa b'numru ta' ħitan tal-azzar.", "Kienu ġew jiswew 750 miljun dollaru Amerikan.", "Kienu l-uffiċju ta' 1200 negozju, li kważi kollha kienu nvoluti f'kummerċ internazzjonali.", "50,000 ruħ kienu jaħdmu fihom.", "90,000 ruħ kienu jżuruh kuljum.", "Kienu ilhom mibnijin 25 sena, mill-1976."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16440", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16440", "title": "Don Pino Puglisi", "text": ["Don Pino Puglisi", "\"Il-bieraħ f'Palermo, kien dikjarat Beatu Don Giuseppe Puglisi, saċerdot u martri, maqtul mill-mafja fl-1993.", "Don Puglisi kien saċerdot eżemplari, dedikat speċjalment għall-pastorali taż-żgħażagħ.", "Eduka lit-tfal skont l-Evananġelju u neħħihom mid-dinja tal-kriminalità, u din fittxet li tegħlbu billi qatluh.", "Fil-verità, però, kien huwa li rebaħ, ma' Kristu Irxoxt.\" - Papa Franġisku, Angelus, 26 ta' Mejju 2013", "Dun Giuseppe Puglisi magħruf iktar bħala Pino, (Palermo, 15 ta' Settembru 1937 – Palermo, 15 ta' Settembru 1993) kien qassis Taljan, maqtul mill-Mafja fis-56 anniversarju minn twelidu ħabba l-impenn evanġeliku u soċjali tiegħu, bla heda.", "Fl-2013 huwa ġie ddikjarat Beatu tal-Knisja Kattolika.", "Kappillan ta' Brancaccio, kwartier żgħir u mitluq ta' Palermo fi Sqallija, li għax ma beżax jeħodha kontra l-mostru tal-Mafja, safa vittma tal-kritika, imtela bid-djun u fl-aħħar dabbar tir ta' pistola f'għonqu.", "Don Puglisi ma kienx simbolu pubbliku tal-ġlieda kontra l-Mafja, iżda qassis trankwill li saħansitra mill-pulptu kien stieden lill-għedewwa moħbija tiegħu: \"Ejjew nitkellmu u niddiskutu...\"", "L-istorja ta' ħajtu hija ta' qassis \"komuni\".", "Iben skarpan u omm devota, Giuseppe kien il-fustani bejn żewġ aħwa subien.", "Ħuh il-kbir stennieh isir qassis biex iżewġu hu.", "Imbagħad il-\"karriera\" tiegħu fi ħdan il-knisja: qassis fil-kwartier Mafjuż ħafna ta' Settecannoli, għalliem fis-seminarju, kappillan ta' istitut għall-orfni tal-ħaddiema, viċi-kappillan ta' Valdesi u fl-aħħar ta' 34 sena ingħata l-ewwel kariga \"importanti\": kappillan ta' Godrano fejn dam seba' snin.", "Kienu seba' snin importanti għal don Giuseppe li fil-parroċċa żgħira tiegħu, li bil-kemm taqbeż l-elf ruħ, għamel ħafna esperjenzi li iktar tard kellu jiżviluppa fuq livell ogħla meta sar responsabbli miċ-ċentru Djoċesan tal-Vokazzjonijiet, professur tar-reliġjon fil-liċeo klassiku ta' Palermo u fl-aħħarnett kappillan ta' Brancaccio.", "Meta wasal Godrano, il-knisja kienet għadha mħarbta minħabba terremot li seħħ tliet snin qabel, fl-1968.", "Ftit ftit, irranġaha bil-paga li kien jaqla' ta' għalliem.", "Kien hemm żmien fejn l-unika ikla ċerta tiegħu kienet ħobża waħda li l-furnar kien iġiblu fil-bidu tal-ġimgħa.", "L-unika ħaġa li kellu tiegħu kien artal li kien għamlu hu stess, bħala bażi l-artal kellu kartell tal-inbid, li ġarru miegħu anke Brancaccio.", "Nhar id-29 ta' Settembru 1990 inħatar kappillan ta' San Gaetano, fi Brancaccio di Palermo, kontrollat mill-kriminalità organizzata permezz tal-aħwa Graviano, kapi-Mafja marbuta mal-familja tal-boss Leoluca Bagarella.", "Hawn bdiet il-ġlieda kontra l-mafja minn Don Pino Puglisi.", "Hu ma ppruvax idawwar lil min kien diġà daħal fix-xibka tal-mafja imma pprova jipproteġi lit-tfal, li kienu jqisu lill-Mafjużi bħala idoli u nies li jixirqilhom rispett, milli jidħlu magħhom.", "Permezz tal-attivitajiet u tal-logħob ikkonvinċihom li wieħed jista' jikseb ir-rispett tal-oħrajn mingħajr il-bżonn li jsir kriminal, u dan jagħmlu sempliċiment billi jħaddan ideat u valuri tajba.", "Don Puglisi neħħa mit-toroq ħafna tfal li mingħajru kienu jibdew b'xi serqa żgħira u kienu jispiċċaw jitraffikaw id-droga.", "B'hekk sar ostaklu għall-Mafja għax kien joħdilhom it-tfal, u għalhekk wara li heddewh bosta drabi, iddeċidew li joqtluh.", "Fl-1991, akkwista dar biex jilqa' liż-żgħażagħ emarġinati ta' Brancaccio.", "L-isem taċ-ċentru diġà deċiż: isemmieh \"Padre Nostro\"\" bħat-talba favorita tiegħu (Il-Missierna).", "Meta ġie biex jixtri l-post, il-propjetarju għolla l-prezz għax qassis \"u allura tħallas il-Knisja għax għandha minn fejn!\"", "Il-prezz kien 75,000 liri Maltin.", "Żewġ terzi minnhom ġew mid-donazzjonijiet tan-nies u kontribut modest mill-Kurja.", "It-terz l-ieħor ġab taħbit kbir għal Don Puglisi.", "Fil-bidu tal-1993, iċ-ċentru gie inawgurat u beda jaħdem b'erba' sorijiet.", "Meta kienu jistaqsuh fuq id-dejn, kien iwieġeb \"Taħseb il-Providenza\".", "Il-paga tiegħu saret rata fissa biex iħallas ftit ftit dan id-dejn.", "Qatt ma ttallab flus mingħand in-nies, għalkemm kienu jidħlu ħafna.", "Ma ried lil ħadd iħossu obbligat jew imbarazzat.", "Kien jorganizza lotteriji bi premijiet zgħar regalati minn ħbieb tiegħu negozjanti u kien iħallas it-taxxa fuq il-ftit qligħ li kien jagħmel, xi ħaġa mhux daqstant komuni fl-Italja.", "Don Puglisi kellu fama ta' saċerdot mhux tas-soltu.", "Kien iħobb jiċċajta l-aktar bil-logħob tal-kliem.", "Kellu risposta f'waqtha li qatt ma kienet tkun fini fiha nnifisha.", "Meta kienu jistaqsuh \"Kif int\", kien iwegibhom \"Bil-wieqfa\" jew \"Bil-qiegħda\" bħallikieku irid jgħid \"kif ninsab jien mhux daqstant importanti.\"", "Meta darba iltaqa' mal-viċi-parroku u nduna li kellu flokk bhal tiegħu, qallu b'ton ċajtier \"\"Conparroco\", mela qed nilagħbu fl-istess tim?\"", "Sejjaħlu \"conparroco\" għax kien jagħmel l-istess xogħol tiegħu, xejn inqas, allavolja hu l-kappillan.", "U meta kien hemm xi hadd li sellimlu biċ-ċajt \"Bonġu monsinjur\", wiegbu lura \"\"Monsignore a me?", "Ma vallo a dire a tuo padre\"\".", "Ried jurieh biċ-ċar li ma kellu l-ebda ambizzjoni għat-titli.", "Don Pino kien qed jaħseb ukoll biex jorganizza skola sekondarja li ma teżistix fi Brancaccio, bħalma ma jeżistux klinika tal-\"first-aid\", servizz tajjeb ta' trasport pubbliku u istituzzjonijiet oħra importanti.", "Waqqaf ukoll assoċjazzjoni biex tagħfas fuq l-amministrazzjoni komunali ħalli jsiru t-tibdiliet meħtieġa.", "Qatluh f'għeluq sninu, nhar il-15 ta' Settembru 1993 meta ċċelebra is-56 sena ta' ħajtu.", "Instab mejjet quddiem l-għatba ta' daru, maqtul minn bullet Mafjuż sparat f'għonqu.", "Qabel miet huwa tbissem lill-qattiel tiegħu u qallu: \"Kont qed nistennieha!\" (\"me lo aspettavo\") Il-mewt tiegħu reġgħet qajmet lill-belt ta' Palermo mill-illużjoni li kienet rebħet lill-Mafja wara l-arresti ta' Totò Riina u kapijiet oħra tal-mafja.", "F'Ġunju 1997 kien arrestat f'Palermo Salvatore Grigoli, akkużat b'diversi omiċidji fosthom dak ta' Don Pino Puglisi.", "Stqarr li lil Puglisi qatlu flimkien ma' Gaspare Spatuzza.", "Grigoli u Spatuzza nidmu minn għemilhom u bdew it-triq tal-konverżjoni.", "L-aħwa Graviano, il-mandanti tal-qtil, kienu arrestati fl-1994, u ġew ikkundannati għmomorhom il-ħabs għall-qtil ta' Puglisi.", "Magħhom ġew ikkundannati ukoll għal għomorhom Gaspare Spatuzza, Nino Mangano, Cosimo Lo Nigro u Luigi Giacalone.", "Fuq il-qabar tiegħu fiċ-Ċimiterju ta' Sant'Ursula f'Palermo, hemm minquxa l-kliem mill-Evanġelju ta' San Ġwann: \"Ħadd m'għandu mħabba akbar minn dik li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu.\"", "(Ġwanni 15,13).", "Il-Kardinal Ersilio Tonini qal hekk fuq Puglisi: \"Dan il-qassis Palermitan inqatel għax ried jeduka liż-żgħażagħ biex jirrispettaw il-liġi, lil xulxin, u l-valuri tas-sewwa.", "Missjoni bħal din dejjem tbeżża' lil min hu ħażin, jistgħu ikunu Mafjużi jew faxxisti, dan ma jagħmilx differenza.\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16441", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16441", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp Ċ", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp Ċ", "Klassifika u riżultati għal Grupp Ċ mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16442", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16442", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp D", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp D", "Klassifika u riżultati għal Grupp D mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16448", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16448", "title": "Andrey Korotayev", "text": ["Andrey Korotayev", "Andrey Korotayev (Moska, 17 ta' Frar 1961) huwa antropologu, ekonomista, storiku u soċjologu Russu, li ta kontribut kbir f'mudelli matematiċi tad-dinamika soċjali u l-ekonomika.", "Huwa għamel kontribuzzjonijiet importanti fl-istudju tal-istorja tal-Lvant Nofsani bl-qasam mill-iskoperta tax-xejriet ewlenin tal-iżvilupp tal-kultura tal-Jemen permezz tal-applikazzjoni ta' metodi kwantitattivi għall-analiżi ta' sorsi epigrafiċi.", "Hu magħruf ukoll għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fit-teorija tal-evoluzzjoni soċjali.", "Barra minn hekk, Korotayev għamlet kontribut sinifikanti għall-istudju tal-oriġini tal-Islam.", "Iggradwa mill-Università ta' Moska fl-1984.", "Huwa direttur taċ-Ċentru tal-Antropoloġija tal-Lvant f'Moska.", "Ix-xogħlijiet tiegħu ġew ippubblikati fi Franza, l-Istati Uniti, l-Ingilterra, il-Ġermanja, ir-Russja, l-Awstrija, l-Iżvezja, il-Belġju, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, l-Awstralja, iċ-Ċina, l-Ukrajna, il-Ġappun, in-Norveġja, it-Turkija, l-Eġittu, il-Jemen u ħafna pajjiżi oħra.", "Skopra wkoll mewġ twal fid-dinamika globali tal-invenzjonijiet."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16455", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16455", "title": "Rivoluzzjoni Russa", "text": ["Rivoluzzjoni Russa", "Ir-Rivoluzzjoni Russa tal-1917, ġabet fi tmiemha id-dittatura tal-Kżar u wasslet għall-ħolqien tal-Unjoni Sovjetika.", "Il-Kżar tneħħa u minfloku kien hemm gvern proviżorju fi Frar 1917.", "F'Ottubru 1917 il-gvern proviżorju tneħħa u ġie ffurmat gvern Bolxevista (Komunista).", "Ftit wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill, kien stqarr li \"purtiera tal-ħadid niżlet tul l-Ewropa\" u qasmitha fi tnejn.", "Fuq in-naħa tal-punent kellek il-pajjiżi li kienu taħt l-isfera politika tal-Istati Uniti, filwaqt li fuq in-naħa tal-Lvant kellna lil dawk li kienu taħt l-isfera tal-Unjoni Sovjetika.", "Iżda dak li seħħ dak inhar kellu għeruq li jmorru aktar lura fl-istorja Ewropea.", "Storja li seħħet meta fl-isfond kienet għaddejja l-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Ir-Rivoluzzjoni Russa tal-1917 ġabet magħha bidliet kbar speċjalment fil-mod tal-ħsieb u tar-rieda biex il-klassi tal-ħaddiema tieħu dak li bi dritt kien tagħha.", "Meta f'Ottubru 1917, il-'proletarjat' u s-suldati qamu kontra l-ħakkiema ftit kienu dawk li setgħu jimmaġinaw x'effetti u riperkussjonijiet setgħu jinħolqu.", "Qabel xejn wieħed mill-punti prinċipali huwa l-fatt li r-rivoluzzjoni rnexxielha tkebbes il-ħuġġieġa soċjalista u tat saħħa lil dawk il-partiti tax-xellug li għal xi raġuni jew oħra ma setgħux jgħatu direzzjoni lill-ħidma tagħhom.", "L-avveniment tas-7 ta' Ottubru 1917 (f'dawk is-snin ir-Russja kienet tuża l-kalendarju Ġuljan u mhux Gregorjan bħal bqija tal-Ewropa għax kieku Novembru) kienu ilhom snin jinġemgħu.", "Kien in-nuqqas ta' rispett lejn il-poplu Russu mis-sinjuri u l-awtoritajiet Imperjali li wasslu għal qawmien.", "Filwaqt li r-rivoluzzjoni Franċiża tal-1789 bagħtet sinjali qawwija lid-diversi monarki Ewropej biex idaħħlu miżuri li jtejbu l-qagħda tas-sudditi tagħhom u b'hekk ibegħdu kemm jistgħu l-biża' li pajjiżhom jinħakem minn xi rivoluzzjoni, kien biss il-Kżar Russu li ma tax kas.", "Filwaqt li l-iskjavitù u l-fewdaliżmu mill-Ewropa kien ilu li nqata' u anke ċ-ċittadini kellhom dritt li jkunu proprjetarji ta' l-artijiet li jaħdmu, fir-Russja l-qagħda kienet ferm differenti.", "F'dan l-akbar imperu ċ-ċittadini - raħħala u bdiewa - ma kellhom l-ebda drittijiet.", "L-art li kienu jaħdmu ma kinitx tagħhom.", "Huma kienu servi tan-nobbli li tiegħu l-art kienet proprjetà.", "Jista' jingħad li n-nies litteralment kienu proprjetà tan-nobbli u meta art kienet tgħaddi minn nobbli għall-ieħor din kienet tinkludi lin-nies li kienu jaħdmuha.", "Kien biss li fl-1861 li ddaħħlet liġi li l-poplu mhux nobbli seta' jkun prorjetarju ta' l-art tiegħu.", "Din kienet daħqa fil-wiċċ minħabba li r-raħħala u l-bdiewa xejn ma kellhom tagħhom speċjalment flus u bix-xejn żgur ma kinux se jixtru l-art!", "Is-sitwazzjoni ma kinitx waħda pjaċevoli u minkejja ċerti tibdiliet il-poplu baqa' jgħix fil-faqar.", "L-affarijiet komplew jeħżienu hekk kif fl-1914 faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Id-diffikultajiet li ġabet magħha din il-gwerra wasslet biex f'Ottubru ta' l-1917 seħħet r-rivoluzzjoni Russa.", "L-għajta ta' 'Paċi, Ħobż u Art' hekk kif imxerrda minn Vladimir Iljich Lenin appellat lil masses ta' ħaddiema u suldati - li kienu qiegħdin jirritornaw mill-front - imxebba' mill-gvern proviżorju ta' Kerensky li f'Ottubru ħa l-poter wara l-abdikazzjoni tal-Kzar.", "Ir-rivoluzzjoni ta' Ottubru kienet waħda organizzata għall-aħħar.", "Id-diversi kunsilli ta' ħaddiema u suldati, komunement magħrufa bħala Soviets, kienu nfurmati b'kull ma kien se jseħħ u kollha kellhom l-ordnijiet tagħhom.", "Is-sinjal kien tir sparat mill-bastiment Aurora.", "Ma' dan it-tir suldati u baħrin li kienu jiffurmaw il-Gwardji Ħomor attakkaw il-Palazz tax-Xitwa fi Petrograd arrestaw il-membri tal-gvern proviżorju u installaw it-tmexxija Bolxevika.", "Is-suċċess ta' din ir-rivoluzzjoni, minkejja l-gwerra ċivili li seħħet bejn l-1919 u l-1921, iggalvanizzat lill-partiti u movimenti xellugin madwar id-dinja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16456", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16456", "title": "Rivoluzzjoni Industrijali", "text": ["Rivoluzzjoni Industrijali", "Ir-Rivoluzzjoni Industrijali ġabet bidliet kbar fl-Ewropa.", "L-akbar bidla kienet dik ta' klassi ta' nies li l-ġid tagħhom ma bdewx jagħmluh minn fuq il-prodotti agrikoli, iżda mill-manifattura.", "Dan wassal għall-ftuħ ta' diversi fabbriki li bdew jattiraw għadd ta' nies mill-kampanja li jmorru jaqilgħu l-għixien fl-ibliet.", "Id-differenza kienet li għall-ħidma li kienu qiegħed jagħmlu bdew jitħallsu.", "Għall-ewwel darba diversi nies bdew jaraw il-flus f'idejhom, u anke jekk ma kinux ħafna, setgħu jtejbu xi ftit il-kundizzjonijiet tal-għixien tagħhom.", "Iżda l-effett tar-rivoluzzjoni industrijali kien il-fatt li ddaħħlet il-ġirja mal-kwoti.", "Il-kundizzjonijiet ma kinux mill-itjeb u l-ħaddiema - li issa bdew jikbru bħala klassi soċjali - sabu lilhom infushom jaħdmu sigħat twal ferm aktar milli kien maħsub.", "Il-ħlas kien ftit meta mqabbel max-xogħol li kienu qed jagħmlu.", "Xogħol kontinwu li ma jaqta' xejn.", "Il-kundizzjonijiet tal-iġene u ndafa fuq il-post tax-xogħol ma kinux mill-aqwa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16457", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16457", "title": "Komuniżmu", "text": ["Komuniżmu", "Il-Komuniżmu huwa moviment soċjo-politiku li jimmira għal soċjetà bla klassijiet strutturata fuq proprjetà komuni tal-mezzi ta' produzzjoni, aċċess liberu għal artikli ta' konsum, u t-tmiem tal-proprjetà privata", "Wieħed mill-effetti tar-Rivoluzzjoni Industrijali kien li l-ħaddiema bdew jingħaqdu bejniethom biex jiġġieldu għall-kundizzjonijiet u pagi aħjar.", "Hekk twieled il-proletarjat.", "It-twelid tal-proletarjat ġab miegħu għadd ta' ħassieba u intelletwali b'kuxjenza soċjali.", "Dawn bdew jaraw kif se jgħinu lill-proletarjat jikseb id-drittijiet tiegħu.", "Riduh jinqata' mix-xkiel u l-'jasar' tas-sinjur.", "Bdiet il-ġlieda bejn il-klassi tal-ħaddiema u l-klassi ta' min iħaddem.", "L-affarijiet komplew jeħżienu meta l-Ewropa u l-bqija tad-dinja spiċċaw maħkuma mill-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Il-ħaddiema mhux talli ma rnexxielhomx jiksbu d-drittijiet li riedu, talli sabu ruħhom fuq il-front tal-gwerra.", "Il-ħaddiema, issa suldati, bdew iħossuhom il-\"pawn\" taċ-ċess f'logħba bejn l-aristokratiċi li kienu qegħdin jippruvaw juru min minnhom kien l-aqwa.", "L-aħbar li l-Imperu Russu kien sfaxxa u minflok twaqqfet Repubblika Sovjetika, bidlet ix-xena internazzjonali għal bosta snin ta' wara l-1917.", "F'dawk il-pajjiżi li l-Ewwel Gwerra ħalliet devastazzjoni u miżerja, ħafna ħaddiema u suldati ingħaqdu flimkien biex jagħmlu movimenti simili għas-Soviets Russi.", "Eżempji ewlenin huma r-Rivoluzzjoni Ġermaniża u r-repubblika Sovjetika ta' l-Ungerija.", "Iżda t-tnejn li huma kellhom ħajja qasira.", "Biss ir-Rivoluzzjoni Russa sabet art fertili fejn il-qagħda tal-popli kienet ħażina.", "Kellhom jgħaddu 30 sena sakemm ma sseħħet rivoluzzjoni oħra kbira, dik Ċiniża, li bħal dik Russa seħħet fl-isfond tat-tieni Gwerra Dinjija u l-ġlieda kontra l-ħakma Ġappuniża.", "It-tmiem tat-Tieni Gwerra, fejn fuq l-istess mejda tar-rebbieħa kellek lil Josef Stalin il-mexxej ta' l-Unjoni Sovjetika, bdiet tibgħat messaġġ ġdid u ċar - il-popli opressi għandhom jagħmlu dak li seħħ fl-1917 u jqumu kontra l-ħakkiema tagħhom.", "Iżda iż-żminijiet kienu nbidlu.", "Fin-nofs kellek l-influwenza ta' l-Istati Uniti, li bl-hekk imsejjaħ Suq Ħieles riedet twaqqaf il-firxa tal-Komuniżmu u Soċjaliżmu.", "Kellek ukoll lil partiti tal-lemin li bil-biża' li x-xellug jista' jirbaħ il-poter, kontra qalbhom bdew jintroduċu miżuri simili għal dawk mixtieqa mill-partiti u movimenti xellugin, fosthom il-welfare state.", "Ħafna kienu dawk iż-żgħażagħ li kienu influwenzati mill-affarijiet kif seħħew snin qabel fir-Russja.", "Fost dawn nistgħu nsemmu lil Ernesto Che Guevara li wara vjaġġ li għamel tul l-Amerika Latina, il-faqar li ra b'għajnejh ħeġġu biex jippromwovi t-twemmin Soċjalista.", "Ingħaqad ma' Fidel Castro u flimkien ħadmu biex iseħħ ir-Rivoluzzjoni Kubana.", "Mas-suċċess ta' din ir-rivoluzzjoni 'Che' beda jaħdem biex l-ideali tar-rivoluzzjoni jinfirxu fil-kumplament tal-kontinent ta' l-Amerika Latina.", "Fl-istess waqt, fil-pajjiżi li kienu kolonja ta' wieħed mill-pajjiżi Ewropej, bħall-Ingilterra, Franza, Belġju u Portugall, nibtu fihom movimenti xellugin u rivoluzzjonarji.", "L-idea li l-ġid tal-pajjiż jinqasam b'ugwaljan-za fost iċ-ċittadini u ma jitħal-liex ikompli jittiekel mill-ħak-kiema kienet waħda qawwija.", "Iżda l-firxa tat-twemmin xellugi kien kontrastat mill-politika Amerikana li riedet tiproteġi l-interess tagħha - fuq quddiem nett il-kapital.", "L-Istati Uniti ħadmet bis-sħiħ biex flimkien ma' l-alleati tagħha tiġġieled il-firxa Soċjalista.", "Fl-Istati Uniti stess, għexieren kienu dawk iċ-ċittadini Amerikani li spiċċaw fil-ħabsijiet minħabba li kellhom twemmin xellugi.", "Aktar minhekk, l-Istati Uniti rat kif għamlet u għenet gvernijiet u reġimi tal-lemin biex ma jħallux pajjiżhom 'isir' Soċjalista.", "Fost dawn nistgħu nsemmu ċ-Ċili u n-Nikaragwa.", "Għal 50 sena sħaħ l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika kienu jinsabu għaddejjin bil-magħrufa Gwerra Bierda, li għalkemm ma kienx hemm ġlied bl-armamenti, il-battalji kienu jseħħu fil-qasam ekonomiku u nfluwenzi politiċi.", "Minħabba għadd ta' ċirkostanzi, fosthom il-wasla fil-poter ta' Mikhail Gorbachev, is-saħħa tal-Unjoni Sovjetika bdiet tmajna sa ma wasal il-kollass politiku u ekonomiku tagħha tas-snin disgħin.", "Il-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika heżżet is-sisien politiċi ta' diversi partiti xellugin, speċjalment dawk Ewropej.", "Il-fatt li ma kienx fadal stat Soċjalista b'saħħtu d-diżorjenta kompletament lill-partiti xellugin.", "Eżempju ċar ta' dan huwa dak li seħħ fl-Italja.", "Il-Partit Kommunista Taljan għal snin twal dejjem kien wieħed mill-akbar partiti.", "Iżda l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika tatu daqqa li ma rkuprax minnha.", "Il-mexxejja tiegħu bdew jaħsbu kif jaraw ħalli jbiddlu l-politika tagħhom u jagħmluha appellabbli għan-nies.", "Bidlulu isimu għall-Partit Demokratiku tax-Xellug (PDS).", "Wara ftit snin reġgħu bidlu l-isem u għamluh Demokratiċi tax-Xellug (DS) u f'Ottubru li għadda ingħaqdu mal-partit Margherita u ffurmaw il-Partit Demokratiku (PD).", "L-uniku tifkira tal-partit komunista Taljan huma r-Rifondazione Comunista u Comunisti Italiani, magħmula minn politiċi u membri li ma ċaħdux l-ideal tagħhom biex jingħoġbu mill-bidliet li kienu qed iseħħu.", "L-effett tal-waqgħa Sovjetika ma nħassitx mill-Kommunisti biss, iżda anke mill-partiti Soċjalisti.", "Il-biża' li n-nazzjonalizzajzzoni ta' ċerti oqsma tal-ekonomija m'għadhomx appellabbli fid-dinja ta' suq ħieles, tat bidu għall-politika ġdida xellugija.", "Ir-riżultat ta' dan narawh fil-politika ta' New Labour jew Neo Soċjalisti.", "Biss jekk inħarsu n-naħa l-oħra tal-Atlantiku fl-Amerika Latina l-effett kien bil-maqlub.", "Wara snin ta' ħakmiet tal-lemin, il-popli qiegħdin jagħtu appoġġ u saħħa kbira lill-partiti soċjalisti.", "Ir-rebħiet fil-Brażil, Urugwaj, Venezwela, Ċili, Nikaragwa u Arġentina huma sinjal li l-ispirtu rivoluzzjonarju tal-popli għadu hemm u qawwi.", "Għal ħafna snin il-Komuniżmu kien it-tama għall-ħaddiema tad-dinja li jekk jingħaqdu flimkien u jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom m'hemm ħadd li jista' jwaqqafhom.", "Fl-għaqda isibu s-saħħa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16458", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16458", "title": "FA Community Shield", "text": ["FA Community Shield", "L-FA Community Shield (magħrufa qabel bħala Charity Shield) hija logħba tal-futbol li tintlagħab kull sena bejn ir-rebbieħa tal-kampjonat Ingliż u dawk tal-FA Cup.", "F'każ li ċ-ċampjins tal-Premier League ikunu rebħu wkoll l-FA Cup, l-avversarju jkun it-tim li jkun ikklassifika fit-tieni post tal-kampjonat.", "Il-finali ssir ġewwa Wembley Stadium, u ċ-ċampjins attwali huma Manchester United li fil-11 ta' Awwissu 2013 rebħu 2–0 lil Wigan Athletic, biż-żewġ gowls jaslu minn Robin van Persie.", "Il-Community Shield evolviet mix-\"Sheriff of London Charity Shield\", kompetizzjoni li mill-1898 sal-1905 kienet tlaqqa' l-aqwa tim professjonali Ingliż kontra l-aqwa tim tad-dilettanti.", "L-isem ġej mill-fatt li l-introjtu minn din il-logħba jingħata b'karità lill-isptarijiet u karitajiet magħżula mill-klabbs parteċipanti, karatterisitka li għadha preżenti sal-ġurnata tal-lum.", "Il-Football Association Charity Shield, kif kienet magħrufa dak iż-żmien, ġiet immudellata sabiex tieħu post tal-ewwel wara li l-ikbar klabbs tad-dilettanti ma waslux fi qbil mal-FA Ingliża.", "Il-format il-ġdid kien jinvolvi lir-rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni tal-Football League jaffrontaw lir-rebbieħa tas-Southern League, u l-ewwel logħba li ntlagħbet kienet fl-1908 bejn Manchester United u Queens Park Rangers.", "Il-partita ntemmet 1–1, u għalhekk kellha terġa' tintlagħab b'Manchester United joħorġu rebbieħa 4–0.", "Matul is-snin il-format tal-kompetizzjoni nbidel diversi drabi.", "Fl-1913, ix-\"Shield\" kienet missielta bejn formazzjoni tad-dilettanti u dik tal-professjonisti, waqt li fl-1921 il-kompetizzjoni rat ir-rebbieħa tal-Football League u l-FA Cup jaffrontaw lil xulxin.", "Il-format kompla jvarja fis-snin għoxrin, dejjem fuq il-linja ta' dilettanti kontra professjonisti, fosthom fl-1927 meta l-professjonisti kienu rappreżentati mid-detenturi tal-FA Cup, Cardiff City, u d-dilettanti minn Corinthian.", "Fis-sena 1950, ix-\"Shield\" rat jaffrontaw lit-tim nazzjonali Ingliż tat-Tazza tad-Dinja kontra tim tal-FA li kien dar il-Kanada dak is-sajf.", "Anki fl-1961, is-sena tad-doppjetta domestika tat-Tottenham Hotspur, it-trofew ġie missielet bejn Tottenham u selezzjoni tal-FA imsejħa \"Football Association XI\".", "Mill-1959, il-logħba bdiet tintlagħab fil-bidu tal-istaġun.", "Il-mistoqsija fuq liema żewġ timijiet jilgħabu għax-\"Shield\" f'każ li tim jirbaħ kemm l-FA Cup u l-kampjonat baqgħet hemm.", "Fl-1971, l-Arsenal saru t-tieni t-tim li għamlu d-Doppjetta minn meta bdiet ix-\"Shield\", imma minħabba li l-logħob skedat ta' qabel l-istaġun huma ma setgħux jieħdu sehem.", "Leicester City ġew mistiedna bħala ċampjins tat-Tieni Diviżjoni sabiex minflok jilgħabu kontra l-finalisti telliefa tal-FA Cup Liverpool.", "Huma rnexxielhom jirbħu t-trofew minkejja li qatt qabel ma kienu rebħu l-kampjonat jew l-FA Cup.", "Fl-1972, ir-rebbieħa tal-kampjonat Derby County u dawk tal-FA Cup Leeds United irrifjutaw li jieħdu sehem fiċ-Charity Shield, u għalhekk Manchester City, li kienu spiċċaw ir-raba' fl-Ewwel Diviżjoni, u ċ-ċampjins tat-Tielet Diviżjoni Aston Villa ġew mistiedna biex jieħdu sehem; Manchester City rebħu 1–0.", "Fl-1974, is-segretarju tal-FA Ted Croker, ħoloq il-format attwali bil-partita tintlagħab f'Wembley Stadium bejn iċ-ċampjins attwali tal-kampjonat u l-FA Cup.", "Fis-snin tmenin u disgħin, jekk konfront kien jispiċċa fi dro, kull tim kien iżomm dan it-trofew sitt xhur kull wieħed; din ġiet irranġata bl-introduzzjoni tal-penalties fl-1993.", "Fl-2002, iċ-Charity Commission saret taf li l-Football Association naqset li tilħaq l-obbligazzjonijiet legali taħt il-liġi tal-karità, meta naqset li tispeċika liema flus mill-bejgħ tal-biljetti jmorru għall-karità, u ddum sabiex tagħmel il-pagamenti lill-karitajiet magħżula.", "B'riżultat t'hekk, il-kompetizzjoni tbiddlilha isimha għal Community Shield."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16464", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16464", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp E", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp E", "Klassifika u riżultati għal Grupp E mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16483", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16483", "title": "Martri tal-Korea", "text": ["Martri tal-Korea", "Il-Martri tal-Korea kienu vittmi ta' persekuzzjoni kontra l-Insara fis-seklu 19 fil-Korea.", "Huwa maħsub li mill-inqas 10,000 Nisrani nqatlu f'din il-persekuzzjoni, 103 minnhom ġew iddikjarati qaddisin \"en masse\" fl-1984.", "Il-Knisja Koreana għandha l-karatteristika forsi unika, li twaqqfet u kienet sostnuta mil-lajċi; infatti fil-bidu tas-seklu 17 il-fidi Nisranija bdiet fil-Korea permezz ta' delegazzjonijiet KOreani li kull sena kienu jmorru Peking fiċ-Ċina, u hemm ġew f'kuntatt mal-Kristjaneżmu, ħadu lura f'pajjiżhom il-ktieb tal-missjunarju Kattoliku l-ġiżwita Matteo Ricci \"Id-duttrina vera ta' Alla\"; u Lee Byeok lajk u ħassieb kbir, ispirat minn dal-ktieb, waqqaf l-ewwel komunità Nisranija, li kienet attiva ħafna.", "Għall-ħabta tal-1780, Lee Byeok talab lil ħabib Lee-sunghoon, li kien sejjer iċ-Ċina, biex jitgħammed u lura miegħu jġib kotba reliġjużi biex japprofondixxu l-fidi ġdida tagħhom.", "Fir-rebbiegħa tal-1784 ħabibu ġie lura mgħammed bl-isem ta' Pietru, u lill-komunità ta impuls qawwi; il-grupp organizza ruħu b'ġerarkija differenti.", "Kif saru jafu li dan ma setgħux jagħmluh, huma talbu lill-isqof Ċiniż biex jibgħatilhom minnufih saċerdoti; u minnufih dan bagħtilhom lill-qassis Chu-mun-mo, u l-Insara bdew jikbru bl-eluf.", "Iżda sa mill-1785 faqqgħet persekuzzjoni kontra l-Insara, li ħraxet biż-żmien tant li fl-1801 anki l-uniku qassis inqatel, imma dan ma waqqafx il-komunità Koreana milli tkompli tikber.", "Fl-1802 ir-Re ħareġ editt tal-Istat, li fih saħansitra ordna l-qerda tal-Insara.", "Weħidhom u mingħajr gwida spiritwali, l-Insara Koreani talbu bil-ħerqa liċ-Ċiniżi u lill-Papa biex jibgħatilhom is-saċerdoti; imma dan sar possibbli biss fl-1837, meta ntbagħtu isqof u żewġ saċerdoti mill-Missjonijiet ta' Pariġi; li billi daħlu klandestinament inqatlu sentejn wara.", "Andrea Kim Taegon, irnexxielu jdaħħal isqof u saċerdote.", "Fl-1866 seħħet l-eħrex persekuzzjoni; imma fl-1882 il-gvern iddikjara l-libertà reliġjuża.", "Ta' min isemmi b'mod speċjali lil Andrija Kim Taegon, l-ewwel saċerdot Korean li wara li tefgħuh il-ħabs qatluh bil-qtugħ tar-ras, u Pawlu Hasang li kien appostlu lajk ta' qlubija kbira.", "Flimkien ma' San Andrija u San Pawl ġew kanonizzati 101 martri oħra fosthom kien hemm iż-żagħżugħ Peter Yu ta' 17–il sena u Mark Chong ta' 72 sena.", "Kien hemm ukoll tliet isqfijiet u seba' saċerdoti mis-Soċjeta' tal-Missjonijiet Esteri ta' Pariġi, fosthom Monsinjur Imbert li kien l-ewwel Isqof li ppriedka l-kelma ta' Alla fil-Korea.", "Huwa maħsub li b'kollox inqatlu 10,000 martri, li minnhom 103 ġew iddikjarati beati f'żewġ gruppi distinti fl-1925 u fl-1968.", "Minn dawn 10 biss kienu barranin, 3 isqfijiet, u 7 saċerdoti, u l-oħrajn kollha Koreani, katekisti u lajċi, irġiel u nisa, miżżewġin u mhumiex, xjuħ, żgħażagħ u tfal, għonja u foqra.", "Dawn il-103 martri tal-Korea ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Ġwanni Pawlu II, waqt quddiesa li ċċelebra fis-6 ta' Mejju 1984, f'Misraħ Youido, f'Seoul, quddiem folla ta' iktar minn nofs miljun ruħ, meta kien qed jagħmel il-pellegrinaġġ appostoliku tiegħu fil-Korea."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16484", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16484", "title": "San Mattew", "text": ["San Mattew", "Mattew l-Evanġelista (מתי/מתתיהו, \"Don ta' Jaħwe\", bl-Ebrajk: \"Mattaj\" jew \"Mattitjaħu\"; bil-Grieg: Ματθαῖος, \"Mattios\") kien wieħed mit-tnax-il appostlu ta' Ġesù u wieħed mill-erba' Evanġelisti.", "Mattew kien Lhudi.", "X'aktarx li kien mill-Galilija.", "Bla dubju kien raġel għani.", "Huwa l-istess persuna li San Mark u San Luqa jsejħulu Levi.", "Bi professjoni kien pubblikan, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi mingħand il-Lhud u jgħaddihom lill-ħakkiema tagħhom ir-Rumani.", "Dan kien fi żmien Erodi Antipa.", "Il-Lhud ma kinux jaħmluhom lill-pubblikani, għax barra milli kienu aġenti tal-Gvern Ruman, kellhom il-fama li kienu rgħiba u qarrieqa.", "Għalhekk il-Lhud ma kinux iħalluhom jidħlu fit-tempju u fis-sinagoga.", "L-ebda Lhudi tal-affari tiegħu ma kien ikollu kuntatti magħhom.", "B'danakollu, darba waħda Ġesù rah bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: \"Ejja warajja.\"", "Dak qam u mar warajh.", "(Mt.", "9:9) Ftit wara, Mattew stieden lil Ġesù għall-ikla fid-dar tiegħu f'Kafarnahum u stieden ukoll ħafna kolletturi ħbieb tiegħu.", "X'ħin il-Fariżej raw dan ħaduha kontra Ġesù u qalu: \"Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin?\"", "It-tweġiba ta' Ġesù kienet sempliċiment, \"It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f'saħħithom, iżda l-morda\" (Mt.", "9-12).", "Isem San Mattew insibuh fil-lista tal-Appostli.", "Flimkien mal-Appostli kien xhud tal-qawmien mill-mewt ta' Ġesù, kien magħhom ukoll meta Ġesù tela' s-sema, u wara mar magħhom ukoll Ġerusalemm jitlob u jistenna l-miġja tal-Ispirtu s-Santu.", "Dan l-Evanġelju nkiteb madwar is-sena 80.", "Aktarx li nkiteb f'Antjokja tas-Sirja, dik il-belt fejn id-dixxipli ta' Ġesù għall-ewwel darba bdew jissejħu \"Kristjani\" (Atti 11,26).", "Ma nkitibx minn San Mattew l-Appostlu, għalkemm hu msemmi għalih.", "Inkiteb minn Nisrani li baqa' anonimu.", "Qabel ma sar Nisrani dan l-awtur kien wieħed mill-Iskribi, jiġifieri għaref Lhudi li kien jistudja tajjeb il-Kotba Mqaddsa, imma mbagħad għaraf li t-tagħlim ta' Ġesù kien il-milja, il-perfezzjoni ta' dak li Alla kien għallem f'dawk il-Kotba, u għalhekk ħaddan ir-reliġjon Nisranija.", "Kien tassew \"Skriba li sar dixxiplu tas-Saltna tas-Smewwiet, u għahekk mill-ħażna tiegħu seta' joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim\" (Mt13,52).", "Sas-seklu l-ieħor kienu jgħidu li dan l-Evanġelju l-ewwel inkiteb bl-Aramajk, u mbagħad xi snin wara kien maqlub għall-Grieg.", "Illum l-istudjużi jżommu li nkiteb l-ewwel bil-Grieg.", "Minkejja li kienu għaddew 50 sena minn mindu Ġesù kien miet u rxoxta, ħafna mill-Lhud kienu baqgħu ma emmnux li Ġesù kien il-Messija.", "Anzi dawn il-Lhud kienu jagħmlu kull ma jistgħu biex ifixklu lil dawk in-nies ta' ġenshom li kienu saru Nsara.", "Kieu jgħidulhom: \"Ġesù ta' Nazaret ma kienx il-Messija.", "Aħna għalhekk bqajna nimxu wara Mose'.", "Agħmlu bħalna, u temmnux iżjed f'Ġesù.\"", "Dan l-Evanġelju nkiteb biex l-Insara ma jitqarrqux u jitilqu r-reliġjon tagħhom.", "Jippreżentah bħala Mose' il-Ġdid.", "Jekk fl-imgħoddi Alla kien kellem lill-Lhud permezz ta' Mose', issa kellimna b'wieħed aqwa, jiġifieri Ġesù, li kien tassew il-Messija li fih seħħew il-profeziji tal-Kotba Mqaddsa.", "Ġesù, mela, huwa l-Għalliem il-Ġdid li Alla jridna nimxu warajh.", "Kull min irid jogħġob lil Alla, jeħtieġ li jimxi mhux iżjed wara Mose', imma wara Ġesù.", "Biex jisħaq fuq din il-verita', l-Evanġelista jagħmel ħiltu biex juri x-xebħ li kien hemm bejn Ġesù u Mose'.", "Tradizzjoni tgħid li San Mattew mar jipprietka lil Ġesù fl-Etjopja (mhux dik tal-Afrika iżda ta' ħdejn il-baħar Kaspju) fejn miet martri.", "San Mattew huwa l-qaddis patrun tal-kontabilisti, bankiera, \"stock brokers\" u tal-kolletturi tat-taxxa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16493", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16493", "title": "Léster Rodríguez", "text": ["Léster Rodríguez", "Léster Yomar Rodríguez Herrera (Barinas, 29 ta' Marzu 1952) huwa inġinier, akkademiku u politiku tal-Veneżwela, u hu attwalment qiegħed iservi bħala sindku tal-belt ta' Mérida.", "Elett mill-partit tal-COPEI, hu hu fost il-kandidati għall-elezzjoni biex jiġi elett il-gvernatur il-ġdid tal-istat ta' Mérida.", "Bejn l-2004 u l-2008 serva ta' rettur tal-Università tal-Andi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16500", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16500", "title": "Etnika", "text": ["Etnika", "Etnika huwa wieħed mill-gruppi folkloristiċi ewlenin f'Malta, stabbilit fis-sena 2000.", "L-erba' membri fundaturi kienu l-kompożitur Ruben Zahra, Ġużi Gatt li jibni strumenti tradizzjonali, ir-riċerkatur Steve Borg u l-mużiċist Andrew Alamango.", "L-għan ewlieni tagħhom kien li jerġgħu jqajmu l-interess fi strumenti antiki tradizzjonali Maltin waqt li jgħaqqduhom ma' idjomi u strumenti kontemporanji.", "Fl-2000, Etnika ħarġu l-ewwel album bl-isem ta' \"Nafra\".", "It-tieni album \"Żifna\" ħareġ fl-2003.", "F'dan l-album jesploraw iktar l-idea ta' gżira-nazzjon b'influwenzi kulturali Mediterranji differenti.", "Fl-2001 huma ngħataw il-premju \"Award of Music Achievement\" waqt iċ-ċerimonja tal-Malta Music Awards li saret f'Ta' Qali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16507", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16507", "title": "Martin Luteru", "text": ["Martin Luteru", "Martin Luteru (Eisleben, 10 ta' Novembru 1483 – Eisleben, 18 ta' Frar 1546) kien patri Agostinjan Ġermaniż u professur tat-teoloġija li beda r-Riforma Protestanta.", "Ħadha qatta' bla ħabel kontra min kien jgħallem li l-maħfra tad-dnubiet tista' tinxtara bil-flus.", "Oppona lil Johann Tetzel li kien ibigħ l-indulġenzi bil-95 teżi tiegħu fl-1517.", "Iċ-ċaħda tiegħu li jirtira kitbietu ordnata minn Papa Ljun X fl-1520 u minn Karlu V tal-Imperu Qaddis Ruman fid-Dieta ta' Worms fl-1521 wasslet għall-iskomunika mill-Papa u l-kundanna mill-Imperatur.", "Luteru kien jgħallem li s-salvazzjoni ma tinkisibx bl-opri tajba imma hija don gratwit tal-grazzja t'Alla permezz tal-fidi f'Ġesù Kristu bħala salvatur mid-dnub.", "It-teoloġija tiegħu sfidat l-awtorità papali billi għallmet li l-Bibbja hija l-unika għajn tar-rivelazzjoni divina u li l-Insara kollha huma saċerdoti.", "It-traduzzjoni tal-Bibbja fi lsien il-poplu (flok il-Latin) għamilha iktar aċċessibli, u dan ġab impatt qawwi fuq il-Knisja u l-kultura Ġermaniża.", "L-innijiet li kiteb influwenzaw l-iżvilupp tal-kant fil-knejjes.", "Iż-żwieġ tiegħu ma' Katharina von Bora wassal biex il-ministri (saċerdoti) Protestanti bdew jiżżewġu huma ukoll.", "Luteru kien bniedem ta' temperament vjolenti, ta' manjieri goffi u aħrax fi kliemu.", "Fl-istess ħin dan il-karattru kumpless kien bniedem edukat fl-aqwa università ta' pajjiżu, intelliġenti u onest u saċerdot devot, b'talent straordinarju ta' persważjoni kemm fil-kitba kif ukoll bil-fomm.", "Mhemmx dubju li fit-teoloġija ta' Luteru kien hemm xi haga gdida u originali.", "Hija teologija personali hafna u mimlija emozzjoni - xi haga ferm nieqsa fit-trattati Skolastici kesħin u nixfin ta' żmienu.", "B'differenza minn hafna kitbiet ta' zmienu, tieghu kienet profondament biblika.", "Kienet ukoll teologija prattika u rilevanti, li tiffoka fuq l-issues attwali tal-gurnata.", "It-teologija ta' Luteru qajmet kontroversja fl-ambjenti Kattolici, il-fehmiet tieghu bhal nghidu ahna dwar ir-rieda u l-grazzja.", "Verament li ghal Luteru l-fidi kienet kollox izda dan ma jfissirx li qatt ma ta kas tal-opri tajba.", "Iktar nistghu nghidu li Luteru spostja l-enfasi li kien isir fi zmienu fuq l-irwol u l-hila tal-bniedem fis-salvazzjoni tieghu ghall-irwol attiv ta' Alla.", "Dwar l-opri tajba, Luteru kiteb hekk: \"Il-fidi ta' hadd mhi daqshekk kbira li ma tistax jew m'ghandhiex tikber.", "Ghalhekk biex tikber iridu jsiru opri tajba, u dawk hziena evitati.\"", "Band'ohra kiteb ukoll: \"Hekk kif ix-xemx qieghda biex tiddi, bniedem ta' fidi jaghmel opri tajba.\"", "Li jaghmel Luteru hu li jishaq fuq l-inizjattiva u l-azzjoni divina fl-opri taghna, li ahna biss strumenti f'idejn Alla.", "Luteru ghallem li ahna ma niksbux il-gustifikazzjoni izda niggebbdu lejha u dejjem infittxu u nitolbu li nkunu gustifikati biex b'hekk il-qaddisin huma fl-istess hin midinbin, midinbin fil-fatt u qaddisin fit-tama.", "Ghal teologu bhal Luteru li kien jemmen li l-qalba tar-religjon hija r-rispons personali, u ghal bniedem li l-esperjenza religjuza tieghu kienet maghguna fl-idea tas-salvazzjoni bhala don ta' Alla lill- bniedem, il-prattika tal-knisja ta' zmienu kienet tkiddu sew ghax kienet taghmel enfasi zejjed fuq l-irwol tal-bniedem fis-salvazzjoni.", "Hafna affarijiet bhall-pellegrinaggi, il-kult superstizzjuz tar-relikwji u l-effikacja materjalista tal-quddiesa kienu jaghtu impressjoni li l-genna hija xi haga li tista' tixtriha bhal kull haga ohra.", "Kien biss fil-Koncilju ta' Trentu li l-Knisja Kattolika ghamlet tajjeb ghaz-zmien twil u prezzjuz li tilfet u dddiskutiet il-punti kollha li qajjem Luteru.", "Von Harnack jikkummenta, \"Li kieku d-digriet Tridentin dwar il-gustifikazzjoni sar qabel, ma kienx ikun hemm bzonn id-dahla fix-xena ta' Luteru\".", "Izda l-iktar ezempju car ta' din il-prattika li kienet iddarras lil Luteru kienu l-indulġenzi.", "Fl-1343 il-Papa Klement VI iddikjara b'mod ufficjali li Kristu u l-qaddisin hallew tezor ta' merti li membri ohra tal-Knisja jistghu jiehdu ghalihom ghall-mahfra tal-kastig temporali ta' dnubiethom.", "Wiehed jikseb mertu permezz ta' indulgenza, hafna drabi moghtija mill-Papa ghal xi opra tajba li wiehed jaghmel bhal ghotja ta' flus.", "Maz-zmien sar ukoll taghlim ufficjali li l-indulgenzi jistghu jigu applikati ghall-erwieh tal-purgatorju fuq is-suppozizzjoni li huma wkoll bhala membri tal-Gisem Mistiku ta' Kristu jistghu jiehdu sehem mill-merti tal-qaddisin.", "Dan it-taghlim fil-prattika naqqas l-aspett ta' indiema personali li sa dak iz-zmien dejjem kienet parti importanti u mehtiega ghall-indulgenza.", "Il-bieb kien miftuh ghal kull min, bla skrupli, ried jipprezenta l-indulgenza bhala mezz hafif u awtomatiku ta' kif wiehed isalva.", "U hekk gara fil-kaz ta' Luteru jew ahjar fil-kaz ta' Tetzel.", "Il-mexxej tal-Knisja Kattolika ta' zmienu, il-Papa Ljun X (1513-21), Giovanni De Medici, kien Papa Rinaxximentali u ghalhekk generuz hafna mal-artisti u l-letterati minhabba l-interess tieghu li jkabbar il-kultura umanista.", "Izda t-tberbiq tieghu battal il-finanzi papali u biex ipatti ghal dan u biex jibni l-bazilika ta' San Pietru ippermetta l-bejgh tal-indulgenzi u l-bejgh ta' ufficji tal-knisja, anke tal-kardinali.", "Iljun X ma kienx jimpurtah wisq mill-gid spiritwali tal-knisja u kien insensittiv ghax-xewqa generali ta' riforma fi knisja mimlija korruzzjoni, injoranza u tahwid dottrinali.", "Meta ressqulu l-kaz ta' Luteru, Iljun X ma tax kazu u sejjah il-kwistjoni bejn Luteru u l-bejjiegha tal-indulgenzi bhala \"un bisticcio tra monaci\" (glieda bejn il-patrijiet).", "Izda iktar tard kellu jkun hu li jikkundanna lil Luteru fl-1520 u li jiskumnikah sena wara.", "Minkejja l-intenzjonijiet tajba li seta' kellu Luteru biex jirriforma l-Knisja, l-azzjonijiet tieghu wasslu ghal dik li xi storici jqisu bhala l-iktar grajja devastanti fl-istorja tal-Knisja.", "Minhabba serje shiha ta' fatturi - politici, ekonomici u ohrajn rizultat ta' injoranza, ras iebsa u nuqqas kbir ta' komunikazzjoni - il-Knisja Kattolika tal-Punent inqasmet f'zewg blokki kbar, il-Kattolici li ghandhom il-Papa bhala awtorità u l-Protestanti.", "Il-Luteranizmu infirex malajr fl-Ewropa, l-iktar fl-Iskandinavja, il-pajjizi Baltici, kif ukoll fil-Germanja u u l-pajjizi ta' madwarha.", "Dan kien dovut l-aktar ghan-nazzjonalizmu li kien qed iqum dak iz-zmien u l-appogg tal-princpijiet li raw fir-riforma religjuza ta' Luteru opportunit... kbira li jiksbu indipendenza politika minn Ruma.", "Steck jghid li, \"Il-qasma tal-Kristjanezmu occidentali f'zewg gruppi kbar... saret realtà permanenti biss wara l-mewt ta' Luteru...", "Luteru qatt ma xtaq il-Kristjanità maqsuma fil-konfessjonijiet li nafu llum, u wisq probabbli ma kienx japprovahom.\"", "Luteru kien jaf ukoll li l-indhil politiku ma jaghmilx gid lill-Knisja tant li ftit qabel ma miet wasal biex qal lil xi hbieb tieghu: \"Ahna t-teologi m'ghandniex ghedewwa aghar mill-politici... ghax ma jafux il-Knisja x'inhi.\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16511", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16511", "title": "Vladimir Putin", "text": ["Vladimir Putin", "Vladimir Vladimirovich Putin (Leningrad, Unjoni Sovjetika, 7 ta' Ottubru 1952) huwa l-President attwali tal-Federazzjoni Russa.", "Ilu fil-kariga mis-7 ta' Mejju 2012.", "Kien ukoll Prim Ministru mill-1999 sal-2000, u President mill-2000 sal-2008.", "Matul it-tieni terminu tiegħu ta' Prim Ministru, kien ukoll iċ-Chairman tal-Partit Russja Magħquda.", "Putin studja l-Ġermaniż u jitkellmu sew.", "Studja l-Liġi fl-Università Statali ta' Pietruburgu u ggradwa fl-1975.", "Huwa kien Foreign Intelligence Officer tal-KGB għal 16-il sena, u tela' sal-grad ta' Logutenent Kurunell qabel irtira fl-1991 biex daħal fil-politika.", "Fl-1996 mar Moska u daħal fl-amministrazzjoni tal-President Boris Yeltsin u fl-aħħar tal-1999, wara r-riżenja ta' Yeltsin, Putin sar Aġent President.", "Putin rebaħ l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2000 bi 53% u dawk tal-2004 with bi 72%.", "Matul l-ewwel presidenza, l-ekonomija Russa kibret għal 8 snin sħaħ, u l-GDP kiber bi 72%.", "L-elezzjoni tal-2012 rebaħa b'64%.", "Il-waqgħa fil-prezz taż-żejt flimkien ma' sanzjonijiet internazzjonali wara li fl-2013 ir-Russja okkupat il-Krimea u intervjeniet militarment fl-Ukrajna waqqgħet il-GDP bi 3.7% fl-2015, għalkemm is-sena ta' wara reġa' għola b'0.3% u r-Russja ħarġet mir-riċessjoni.", "Ikkritikat internazzjonalment fejn jidħlu demokrazija u governanza tajba, Putin gawda u jgawdi minn appoġġ kbir f'pajjiżu, u huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar mexxejja dinjija potenti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16512", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16512", "title": "Boris Yeltsin", "text": ["Boris Yeltsin", "Boris Yeltsin kien il-president tal-Federazzjoni Russa bejn l-1990 u l-2000."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16517", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16517", "title": "Juvenes Translatores", "text": ["Juvenes Translatores", "Juvenes Translatores (bil-Latin għal \"tradutturi żgħażagħ\") hu konkors annwali tat-traduzzjoni mniedi fl-2007 għal studenti li jistudjaw fi skejjel postsekondarji fl-Unjoni Ewropea (UE) organizzat mid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni (DGT) fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.", "Il-konkors li jmiss se jsir f'Novembru 2015 bejn l-10 ta' filgħodu u nofsinhar (ħin ta' Brussel).", "L-għanijiet prinċipali tal-konkors Juvenes Translatores huma li jippromwovi:", "Il-konkors jimmira li jġib liż-żgħażagħ iktar konxji ta' kif ħiliet fil-lingwi jgħinu lill-Ewropej jikkomunikaw u jiftiehmu aħjar.", "Il-konkors jenfasizza wkoll l-importanza li niddiversifikaw il-lingwi li nitgħallmu biex jiżdied il-multilingwiżmu u l-ftehim interkulturali, kif ukoll jenfasizza l-benefiċċju tal-istudju tat-traduzzjoni bħala tweġiba għad-domanda dejjem tiżdied għat-tradutturi fl-Ewropa.", "Juvenes Translatores hu konkors annwali miftuħ għal studenti li jagħlqu 17 f'dik is-sena – il-konkors tal-2015 hu miftuħ għal dawk li twieldu fl-1998.", "Il-konkorrenti jittraduċu test ta' paġna minn waħda mill-552 possibilitajiet ta' lingwi pari mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, billi jużaw biss dizzjunarji ppubblikati (mezzi elettroniċi mhumiex permessi).", "L-iskejjel f'kull pajjiż tal-UE jistgħu jdaħħlu massimu ta' 5 studenti ta' kull nazzjonalità li jkunu membri ta' dik l-istess skola.", "In-numru ta' skejjel parteċipanti (massimu ta' 751) minn kull pajjiż jiddipendi min-numru ta' siġġijiet li dak il-pajjiż għandu fil-Parlament Ewropew.", "Jekk in-numru ta' skejjel li japplikaw minn xi pajjiż jaqbeż in-numru massimu ta' skejjel, il-Kummissjoni tagħżel min se jieħu sehem permezz ta' polza.", "It-tradutturi tad-DGT jevalwaw it-traduzzjonijiet u jagħżlu dik rebbieħa minn kull pajjiż.", "It-28 parteċipant rebbieħa jiġu mistiedna għaċ-Ċerimonja ta' Premjazzjoni fi Brussell fejn jirċievu l-premjijiet tagħhom."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16528", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16528", "title": "Steve Jobs", "text": ["Steve Jobs", "Steven Paul \"Steve\" Jobs (San Francisco, 24 ta' Frar 1955 – Palo Alto, 5 ta' Ottubru 2011) kien imprenditur u inventur Amerikan tal-kompjuters.", "Kien ko-fundatur, president, u direttur eżekuttiv ta' Apple Inc. Jobs serva wkoll ta' direttur eżekuttiv ta' Pixar Animation Studios u fl-2006 sar membru tal-bord tad-diretturi ta' The Walt Disney Company, wara li Disney ħadet f'idejha Pixar.", "Fl-aħħar tas-sebgħinijiet, Jobs, flimkien ma' Steve Wozniak, Mike Markkula u oħrajn, iddisinja, żviluppa u poġġa fis-suq l-ewwel linja ta' kompjuters personali ta' suċċess, is-serje ta' Apple II.", "Fil-bidu tat-tmeninijiet, Jobs kien fost dawk li ħoloq il-Macintosh.", "Fl-1985, Jobs irreżenja minn mal-Apple u waqqaf NeXT, kumpanija li tispeċjalizza fl-edukazzjoni għolja u fis-swieq tan-negozju.", "Fl-1996 Apple xtrat NeXT u Jobs reġa' lura fil-kumpanija, u sar CEO tagħha mill-1997 sa Awwissu 2011.", "Jobs miet f'Kalifornja fl-età ta' 56 sena, seba' snin wara li sabulu kanċer fil-frixa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16531", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16531", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp F", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp F", "Klassifika u riżultati għal Grupp F mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16532", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16532", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp Ġ", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp Ġ", "Klassifika u riżultati għal Grupp Ġ mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16533", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16533", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp Ħ", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp Ħ", "Klassifika u riżultati għal Grupp Ħ mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16534", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16534", "title": "Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp I", "text": ["Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 - Grupp I", "Klassifika u riżultati għal Grupp I mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16544", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16544", "title": "Fariżej", "text": ["Fariżej", "Il-Fariżej kienu setta reliġjuża Lhudija li bdiet min grupp magħruf bħala l-Hassidim.", "Il-Fariżej kienu jemmnu fill-qawma mill-imwiet u l-immortalità tar-ruħ, l-anġli, l-importanza tal-Liġi ta' Mose' u r-riti marbuta magħha.", "Minkejja li fit-Testment il-Ġdid jidhru f'dell ikrah, it-tagħlim tagħhom kien jixbah lil dak ta' Ġesù.", "Għalhekk il-kritika ta' Ġesù hi aktarx immirata lejn l-imġiba aktar milli lejn it-twemmin tagħhom, l-aktar lejn il-mod kif kienu jinterpretaw il-liġi.", "Wara l-waqgħa ta' Ġerusalemm u b'mod speċjali wara l-qerda tat-Tempju, kienet it-tradizzjoni Fariżajka li żammet it-twemmin Lhudi magħqud, u nistgħu ngħidu li l-Ġudaiżmu modern jaf l-oriġini tiegħu lil dan il-moviment importanti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16550", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16550", "title": "Sirt", "text": ["Sirt", "Sirt hija belt Libjana.", "Sirt tinsab nofs triq bejn Tripli u Bengażi.", "Sirt hija magħrufa bħala l-belt fejn twieled, għex, u miet Muammar Gaddhafi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16554", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16554", "title": "Ludmilla Radchenko", "text": ["Ludmilla Radchenko", "Ludmilla Radchenko (bir-Russu: Людмила Радченко; Omsk, 11 ta' Novembru 1978) hija mudella, artista u attriċi Russa, l-aktar magħrufa ġewwa l-Italja u fil-pajjiżi Anglosassoni.", "Imwielda ġewwa Omsk, li kienet tifforma parti mill-Unjoni Sovjetika, hi ggradwat fid-disinn tal-moda fl-1999.", "Fl-1997 ġiet eletta bħala \"Miss Charm\" fil-kompetizzjoni tal-\"Miss Russia\".", "Ġewwa art twelidha kellha xi esperjenzi fit-televiżjoni ġewwa Moska u San Pietruburgu", "Mal-wasla tagħha fl-Italja, bdiet il-karriera tagħha fix-xena tal-ispettaklu meta ħadet sehem f'reklam televiżiv li kien jixxandar waqt \"Paperissima\".", "Aktar tard, fl-2001, daħlet bħala żeffiena fil-programm \"La sai l'ultima?\" u s-sena ta' wara kienet fost it-tfajliet hekk imsejħa \"letterine\" fil-kwiżż \"Passaparola\" immexxi minn Gerry Scotti.", "Fl-2003 ippreżentat ir-rokna \"Spicy Tg\" fuq Antenna 3.", "Fil-frattemp baqgħet tisfila bħala mudella, u fl-2004 kienet il-protagonista tal-kalendarju tar-rivista \"Fox\".", "Fl-2005 ħadet sehem f\"'La Talpa\", fejn ġiet eliminata fis-semifinali, ġimgħa biss 'il bogħod mill-aħħar serata.", "Fis-sajf tal-2006 kienet protagonista tal-programm \"On the Road\" f'Miami li xxandar fuq Italia 1.", "Is-sena ta' wara ppreżentat \"Tuning and fanatics\", trażmess fuq SKY.", "Ġiet magħżula minn Fapim, azjenda li timmanifattura t-twieqi, biex tippoża għall-kalendarju 2008 fil-pożi erotiċi l-aktar popolari fl-istorja taċ-ċinema internazzjonali.", "Ħadmet ukoll ma' All Music fil-programm dwar il-moda \"Modeland\".", "Wara l-parteċipazzjoni tagħha f\"'La Talpa\", reġgħet qabdet il-passjoni lejn il-pittura (meta kienet żgħira kienet attendiet xi skejjel tal-arti) u bdiet tesponi diversi kollezzjonijiet f'Milan.", "Bħala attriċi rreċtat fil-film \"Il viaggio\" (2005) u ħadet sehem f'żewġ episodji ta' \"R.I.S. - Delitti imperfetti\", minbarra li kienet parteċipi f'rwoli żgħar f'produzzjonijiet Taljani oħrajn.", "Fl-2008 ħadet sehem fil-film \"A Light of Passion\".", "Wara l-esperjenza fit-televiżjoni, fl-2008 reġgħet lura għall-passjoni vera tagħha: il-pittura.", "L-ewwel wirjiet ikkonvinċewha sabiex tħalli definittivament id-dinja tal-ispettaklu u tiddedika ħinha għall-arti.", "Wara li studjajt ġewwa New York, għamlet diversi kollezzjonijiet li aktar tard ġew esposti f'diversi galleriji, avvenimenti, u wirjiet tal-arti.", "Fl-2010, għamel baqra kbira għall-\"Cow Parade 2010\", espożizzjoni tad-disinn internazzjonali.", "Ħadet sehem ukoll f'instalazzjoni artistika fit-Triennale di Milano u f'wirja fil-Mużew tal-Arti Kontemporanja f'Lucca.", "Ftit xhur wara l-esebizzjoni tagħha fit-Teatro alla Scala, ġiet magħżula għall-konkors internazzjonali tal-pittura Gemlucart ta' Monako, fejn bdiet il-kollaborazzjoni tagħha mal-Opera Gallery.", "F'Diċembru tal-2010, fil-libreriji tal-Feltrinelli ħareġ l-ewwel katalgu tagħha \"Power pop\", ippubblikat minn Skira.", "Fi Frar tal-2011, il-provinċja ta' Milan sostniet esebizzjoni ta' Ludmilla fil-Kamra tal-Kulturi tad-Dinja.", "F'Marzu tal-istess sena, gallerija tal-arti fi New York ippreżentat lil Ludmilla għall-festival \"Eating Art\" u l-opri tagħha ġew esposti għall-gallerija Crown Fine Art f'Soho."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16574", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16574", "title": "Lampuna", "text": ["Lampuna", "Lampuna hi l-frotta li tittiekel ta' numru kbir ta' speċi tax-xtieli fil-ġeneru \"Rubus\", li ħafna minnhom huma fis-sottoġeneru \"Idaeobatus\"; l-isem japplika wkoll għal dawn il-pjanti stess.", "Il-lampun hu perenni.", "Fost l-eżempji ta' speċi ta' lampun fis-sottoġeneru \"Idaeobatus\" ta' \"Rubus\" insibu:", "Bosta speċi ta' \"Rubus\" li huma klassifikati f'sottoġeneri oħra jissejħu wkoll lampun, fosthom:", "Il-lampun ikabbruh biex jinbiegħ bħala frott frisk jew biex jiġi ipproċessat kummerċjalment billi jiġi ffriżat malajr waħda waħda, magħsur jew imnixxef biex jintuża f'varjetà ta' prodotti tal-merċa.", "Fl-imgħoddi l-lampun kien jinġabar f'nofs is-sajf, iżda permezz tat-teknoloġija ta' llum, il-kultivari, u t-trasport, dan issa wieħed jista' jsibu s-sena kollha.", "Il-lampun għandu bżonn ħafna xemx u ilma biex l-iżvilupp tiegħu ikun mill-aħjar.", "Il-lampun jirnexxi fil-ħamrija skulata sew b'pH ta' bejn 6 u 7 li jkun fiha materja organika biżżejjed biex izżomm l-ilma.", "Filwaqt li l-umdità hi essenzjali, ħamrija mxarrba ħafna jew tqila jew irrigazzjoni żejda jistgħu iġġibu l-\"Phytophthora\", l-immuffar tal-għeruq, li hija waħda mill-problemi l-aktar serji li tolqot il-lampun aħmar.", "Bħala xitla kkultivata fir-reġjuni bi klima moderata niedja, jikber faċilment u għandu t-tendenza li jinfirex jekk ma jinżabarx.", "Il-lampun spiss jidher bħala ħaxixa ħażina fil-ġonna, mifrux miż-żerriegħa fil-ħmieġ tal-għasafar.", "Hemm ż-żewġ tipi ta' lampun li huma l-iżjed imkabbra kummerċjalment, it-tip li jagħmel il-frott fis-sajf u jipproduċi abbundanza ta' frott fuq iz-zkuk li jkollhom sena (floricanes) matul żmien relattivament qasir f'nofs sajf, u t-tip \"doppju\" li jagħmel il-frott fuq iz-zkuk fl-ewwel sena (primocanes) tard fis-sajf tard u fil-ħarifa, kif ukoll fis-sajf fuq zkuk ta' sena.", "Il-lampun jista' jiġi kkultivat f'żona ta' ħruxija minn 3 sa 9.", "Tradizzjonalment il-lampun jitħawwel fix-xitwa f'għamla ta' zkuk għalkemm it-tħawwil ta' xtieli mkabbra bil-koltura tat-tessuti sar ħafna aktar komuni.", "Hemm sistema ta' produzzjoni speċjalizzat li bih iz-zkuk jitkabbru għal sena fi klima tat-Tramuntana bħal fl-Iskozja (ir-Renju Unit) jew Washington State (SUA) fejn il-kesħa meħtieġa biex ix-xitla tibda tarmi tasal kmieni.", "Dawn iz-zkuk imbagħad jinqalgħu bl-għeruq b'kollox u jerġgħu jitħawlu fi klimi isħan bħal fi Spanja fejn iwarrddu malajr u jipproduċu frott bikri ħafna.", "Ix-xtieli għandhom jitħawlu metru 'l bogħod minn xulxin f'ħamrija skulata sew; il-lampun is-soltu jitħawwel f'ringili mtellgħa meta jkun hemm xi periklu ta' taħsir tal-għeruq.", "Il-fjuri tal-lampun jistgħu jkunu sors importanti tan-nettar għan-naħal tal-għasel u pollinaturi oħra.", "Il-lampun jikber ħafna u lokalment jista' jkun invażiv.", "Jinfirex permess ta' rimjiet twal taħt l-art li jiżviluppaw l-għeruq u pjanti individwali.", "Dan jistgħu itellgħu xtieli ġodda 'l bogħod mhux ħażin mill-pjanta prinċipali.", "Għal din ir-raġuni, il-lampun jinfirex ħafna u jista' jimla ġnien sħiħ jekk u ma jitrażżanx.", "Il-frott jinġabar meta jkun jinqala' faċilment mir-riċettaklu u jkun sar kulur skur (aħmar, iswed, vjola, jew isfar dehbi, skont l-ispeċi u l-kultivar).", "Dan jiġri meta l-frott ikun l-iżjed misjur u ħelu.", "Il-frott żejjed jista' jintgħamel f'ġamm tal-lampun jew iffriżat.", "Il-weraq jistgħu jintużaw friski jew imnixxfin f'tè erbali u mediċinali.", "Dan għandu togħma astrinġenti, u fil-mediċina erbali għandu l-fama li hu effettivi fir-regolazzjoni taċ-ċiklu mestrwali.", "Kull-lampuna tiżen madwar 4 g, fil-medjau hi magħmula minn madwar 100 drupa żgħira , li kull waħda minnhom tikkonsisti minn polpa mmerrqa u żerriegħa waħda fin-nofs.", "Kull arbuxxell tal-lampun jista' jagħti mijiet ta' bakek fis-sena.", "Kontra t-tut tal-għollieq il-lampun ikollu qalba vojta meta jitneħħa mir-riċettakli.", "Intgħażlu ħafna kultivari.", "Permezz tal-mezzi reċenti ntgħażlu kultivari bla xewk u aktar wieqfa li ma jeħtiġux irbit.", "Il-lampun hu spiss propagat permezz ta' biċċiet mix-xitla u jxettel faċilment f'ħamrija niedja.", "Dan l-użu ta' biċċiet mix-xitla jżomm il-ġenotip tal-omm u huwa l-metodu preferit ta' propagazzjoni meta jsir taħwil fil-kobor.", "Il-lampun aħmar\" ( Rubus idaeus\" u/jew \"Rubus strigosus)\" ġie mdakkar mal-lampun (\" Rubus occidentalis\") biex jipproduċi lampun vjola, u ma' ispeċi varji f'sottoġeneri oħra tal-ġeneru \"Rubus\", li rriżultaw f'għadd ta' ibridi, bħall-boysenberry u l-loganberry .", "Qiegħda tiġi investigata wkoll l-ibridizzazzjoni bejn il-lampun ikkultivat tas-soltu u xi speċi Asjatiċi ta' \"Rubus\".", "Il-lampun ġieli jikluh il-larvi ta' xi speċi tal-Lepidoptera (friefet u baħrijiet).", "Il-\"Botrytis cinerea\", jew Moffa Griża, hija infezzjoni fungali komuni fill-lampun u l-frott artab ieħor.", "Titfaċċa bħala moffa griża tikber fuq il-lampun, u taffettwa b'mod partikolari l-frott mibrux, peress li l-brix jipprovdi dħul faċli għall-ispori ta' \"B. Cinerea\".", "Ix-xtieli tal-lampun m'għandhomx jitħawlu fejn qabel kienu jiġu mkabbra l-patata, it-tadam, il-bżar, il-brunġiel jew xtieli bil-basla, mingħajr ma ssir qabel fumigazzjoni tal-ħamrija.", "Dawn l-uċuħ tgħix fihom il-marda Vertiċillożi, fungu li jista' jibqa' fil-ħamrija għal ħafna snin u jista' jinfesta l-uċuħ tal-lampun.", "Il-lampun hu frotta kummerċjali importanti, li titkabbar ħafna fir-reġjuni tad-dinja kollha bi klima moderata.", "Ħafna mill-kultivari kummerċjali moderni l-aktar importanti tal-lampun aħmar ġejjin mid-dakkir bejn \"R. idaeus\" u \"R. strigosus\".", "Xi botaniċi jqisu l-lampun aħmar Ewrażjan u Amerikan fi speċi ċirkumboreali waħda, \"Rubus idaeus\" u l-pjanti Ewropej imbagħad jiġu kklassifikati bħala \" R. idaeus\" sottosp.", "\"Idaeus\" jew \"R. idaeus\" var.", "\"Idaeus\" u l-aħmar indiġenu għall-Amerika ta' Fuq jiġi kklassifikat jew bħala \"R. idaeus\" sottosp. \"strigosus\" jew \"R. idaeus\" var. \"strigosus.\"", "Il-lampun iswed, \"Rubus occidentalis\" hu kultant ikkultivat fl-Stati Uniti, u jipprovdi frott frisk u ffriżat kif ukoll ġammijiet, marmellati, u prodotti oħra, kollha bit-togħma aktar rikka distintiva ta' dik l-ispeċi.", "Il-lampun bil-frott vjola ġie maħluq mill-ibridizzazzjoni ortikulturali tal-lampun aħmar u iswed, imma jinstab ukoll fl-ambjent naturali fi ftit postijiet (per eżempju, Vermont) fejn il-lampun aħmar u l-lampun iswed Amerikani it-tnejn jikbru b'mod naturali.", "L-isem botaniku \"Rubus × neglectus\" japplika għal dawn il-pjanti naturali kif ukoll għall-pjanti prodotti bl-ortikoltura li għandhom l-istess antenati.", "Il-produzzjoni kummerċjali tal-lampun vjola hi rari.", "Iż-żewġ speċi ta' lampun aħmar u iswed għandhom varjanti naturali jew ortikulturali sofor ċar tat-tip albin li ġejjin mill-preżenza ta' ġeni reċessivi li jimpedixxu l-produzzjoni ta' pigmenti tal-antoċijan.", "Il-frott minn pjanti bħal dawn jissejaħ \"lampun tad-deheb\" jew \"lampun isfar\"; minkejja li għandhom l-istess dehra, dawn jibqgħu bit-togħma distintiva tal-ispeċi rispettiva tagħhom (aħmar jew iswed).", "Ħafna lampun bil-frott ċar mibjugħ kummerċjalment fil-Lvant tal-Istati Uniti ġej mill-lampun aħmar.", "Il-lampun fih ammonti sinifikanti ta' antiossidanti polifenoli bħall-pigmenti tal-antoċijanin li jistgħu jipproteġu kontra bost mard tal-bniedem.", "L-istruttura sħiħa tal-frotta tikkontribwixxi għall-valur nutrittiv tagħha billi żżid il-proporzjon ta' fibra djetetika u tagħmilha fost il-pjanti tal-ikel bl-ogħla kontenut tal-fibra, 20% fibri mill-piż totali.", "Il-lampun hu sors rikk ta' vitamina C, b'30 mg għal kull porzjon ta' kikkra (madwar 50% tal-valur ta' kuljum), manganiż (madwar 60% tal-valur ta' kuljum) u fibra (30% tal-valur ta' kuljum).", "Il-kontenut ta' vitamina B 1-3, tal-aċidu foliku, tal-manjeżju, tar-ram u tal-ħadid huma konsiderevoli fil-lampun.", "Il-lampun kważi għandu l-iżjed qawwa ta' antiossidanti mill-frott kollu, b'mod partikolari minħabba d-densità tal-kontenut ta' aċtu ellaġiku, kwerċetina, aċtu galliku, antoċijani, ċijanidini, pelargonidini, katekini, kaempferol u aċtu saliċiliku.", "Il-lampun isfar u oħrajn bil-kulur ċar għandhom inqas antoċijani.", "Minħabba l-kontenut għoli tal-antidiossanti vitamina C u l-polifenoli msemmija hawn fuq, il-lampun għandu valur tal-ORAC (kapaċità għall-assorbenza tar-radikali tal-ossiġenu) ta' madwar 4900 għal kull 100 gramma, li jqegħdu fost il-frott bl-ogħla ORAC.", "Il-mirtill salvaġġ għandu madwar 9000 unitajiet ta' ORAC u t-tuffieħ għandu fil-medja 2800.", "Għalkemm sal-lum ma sarx l-ebda studju kliniku li jipprova dawn l-effetti fil-bniedem, l-effetti tal-antiossidanti u tal-antiproliferattivi (kemopreventivi) kontra l-kanċer ġew assoċjati mal-ammont ta' fenoliċi u flavonojdi f'varjetà ta' ikel fosthom il-lampun.", "Il-lampun, bħall-parti l-kbira tal-bakek l-oħra għandu indiċi gliċemiku baxx."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16576", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16576", "title": "Martin de Porres", "text": ["Martin de Porres", "Martin de Porres (9 ta' Diċembru 1579 – 3 ta' Novembru 1639) kien ajk Dumnikan ibbeatifikat fl-1837, u ddikjarat qaddis fl-1962 minn Papa Ġwanni XXIII, l-ewwel qaddis iswed tal-kontinent Amerikan, fi żmien meta l-Afro-Amerikani bdew jieħdu d-drittijiet ċivili tagħhom.", "Fost l-oħrajn, huwa l-qaddis patrun ta' persuni ta' razza mħallta u ta' dawk li jfittxu l-armonija bejn il-kulturi.", "Ħadem ħafna għall-foqra, bena orfanatrofju u sptar tat-tfal.", "Twieled fil-kapitali Lima, il-Peru, fis-sena 1579.", "Missieru, Juan, kien ta' nisel Spanjol aristokratiku u dam 8 snin biex beda jagħrfu bħala ibnu, billi ommu, Anna Velasquez, kienet eks-skjava sewda mill-Panama, ta' nisel Afrikan.", "Hekk it-tifel kien ta' razza mħallta, imsejjaħ b'mod dispreġġjattiv \"\"mulatto\"\".", "Fir-Reġistru tal-Magħmudija tal-Knisja ta' San Sebastjan ta' Lima, kellu mniżżel \"missier mhux magħruf\".", "Meta missieru nħatar gvernatur tal-Panama huwa ħalla lil bintu, Juana (3 snin iżgħar minn Martin) fil-kura ta' waħda mill-familja tiegħu u lil Martin ħallieh ma' ommu biex tieħu ħsiebu.", "Huwa trabba fil-faqar u għax kien ta' razza mħallta kien jiġi mgħajjar u mwaqqa' għaċ-ċajt.", "Ta' 12-il sena Martin beda jitgħallem ma' barbier-tabib, li mingħandu tgħallem xi ftit mediċina u kura tal-morda, iżda ta' 15-il sena ried jidħol mal-patrijiet Dumnikani li kienu waqqfu l-ewwel kunvent taghhom fil-Perù.", "Minħabba li kien ta' razza mħallta ħallewh biss ikun membru tat-Terza Ordni.", "Kien jagħmel xogħol ta' qaddej u kennies.", "Missieru rvilla imma Martin kien kuntent.", "Meta kien joħroġ jittallab karità għall-foqra kien jiġbor xi elfejn dollaru f'ġimgħa mingħand is-sinjuri u jqassamhom f'ikel u ħwejjeġ.", "Meta l-patrijiet rawh tant ħabrieki u enerġiku, fl-1603 aċċettawh bħala fra.", "Kellu 24 sena.", "Huwa kien eżempju ta' ħajja qaddisa tant li ħafna kienu jfittxuh għall-pariri, fosthom l-Viċi-Re tal-Perù u l-Arċisqof ta' Lima.", "Kien jitlob u jsum ħafna u qatt ma kien jiekol laħam.", "Kien devot kbir tal-Ewkaristija.", "Kien ħabib ta' żewġ qaddisin kbar, San Ġwann de Massias u ta' Santa Roża ta' Lima.", "Kien magħruf għal bosta fenomeni sopranaturali u seħħew ħafna mirakli attribwiti lilu.", "Fi żmienu l-kirurġija kienet għadha primittiva u għalhekk beda jikkura l-mard bil-ħxejjex.", "Kien ifejjaq infezzjonijiet, deni, diżordnijiet intestinali, u saħansitra \"sprains\" u ksur fl-għadam.", "Huwa waqqaf orfanatrofju biex fih jiġbor l-tfal fqar u bla dar ħalli.", "Fih ġabilhom l-aqwa għalliema u infermiera li sab.", "Fuq l-għoljiet ta' Lima huwa ħawwel ġonna tal-frott biex bihom jitma' lill-foqra.", "Meta f'Lima faqqgħet il-pesta, u waħdu ħa ħsieb u ikkura is-sittin fra tal-ordni.", "Kien iħobb ukoll l-annimali u kien jiġbor il-klieb u l-qtates morda jew feruti li jiġġerrew fit-toroq u jikkurahom.", "Bħal San Franġisk ta' Assisi huwa kien iqishom bħala ħutu.", "Kien jitrattahom bl-istess ħlewwa kif kien jitratta mal-bnedmin, iħawwad ħxejjex għalihom u joperahom meta jkun meħtieġ.", "Kien jimxi fit-toroq ta' Lima b'purċissjoni ta' annimali warajh.", "Kien magħruf għall-ħila li kellu biex jikkomunika mal-annimali.", "Jingħad li kien jitma' kelb, qattus u ġurdien minn platt wieħed mingħajr ma l-annimali jiġġieldu bejniethom.", "Sa wasal biex fetaħ sptar għalihom, xi ħaġa straordinarja għal dak iż-żmien.", "Kien strumentali biex l-Arċisqof tal-Messiku ifiq u dan xtaq jieħdu miegħu iżda Martin miet b'deni qawwi ġewwa Lima fl-1639, xahar qabel ma kien se jagħlaq sittin sena.", "Minkejja li kull ma kien sempliċi fra, huwa ingħata funeral kbir b'ħafna dinjitarji politiċi u ekkleżjastiċi.", "Huwa ukoll qaddis protettur tal-barbiera u l-parrukkieri, tas-suwed, tal-lukandiera, tal-Peru, tal-Messiku, tal-foqra, tal-edukazzjoni pubblika, tas-saħħa pubblika, tal-iskejjel statali, tal-ġustizzja soċjali u tat-televixin."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16583", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16583", "title": "Tuta tal-għollieq", "text": ["Tuta tal-għollieq", "It-tuta tal-għollieq hi frotta li tittiekel magħmula minn xi waħda mix-xtieli tal-għollieq ta' bosta speċi fil-ġeneru \"Rubus\" tal-familja Rosaceae.", "Il-frotta mhux bakka tassew; botanikament tissejjaħ \"frotta aggregata\", magħmula minn drupi żgħar.", "Tipikament il-pjanti jkollhom zkuk biennali u għeruq perenni.", "Dan huwa grupp mifrux, u magħruf sewwa ta' aktar minn 375 speċi, li ħafna minnhom huma mikrospeċi apomitiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib, indiġeni fil-partijiet tal-Emisfera ta' Fuq u tal-Amerika t'Isfel li għandhom klima moderata.", "F'Malta tikber speċi waħda bl-isem Rubus ulmifolius.", "L-għollieq hu pjanta perenni li tipikament toħroġ zkuk biennali mis-sistema perenni tal-għeruq .", "Fl-ewwel sena tagħha, joħroġ zokk ġdid, il-\"primocane\", li jikber bil-qawwa sa ma jilħaq 3–6 m (ġieli, sa 9 m), jitgħawweġ u jixxeblek mal-art u joħroġ weraq kbar \"palmati komposti\" b'ħames jew seba' wrejjaq; dan ma jwarradx.", "Fit-tieni sena iz-zokk isir \"floricane\" u ma jitwalx aktar, iżda joħroġ l-blanzuni laterali li jipproduċu friegħi laterali li jwarrdu (li jkollhom weraq iżgħar bi tliet jew ħames urejjaq).", "Ir- rimjiet tal-ewwel u t-tieni sena s-soltu jkollhom ħafna xewk qasir mgħawweġ li jniggeż ħafna.", "Xi kultivari bla xewk ġew żviluppati.", "Riċentement fl-Università ta' Arkansas żviluppaw tut tal-għollieq primocane li jikber u jwarrad fuq iz-zkuk tal-ewwel sena bħal-lampun aħmar \"primocane\".", "Mingħajr rażan, ix-xtieli maturi jiffurmaw tgħaqqida folta ta' zkuk mgħawġin u mħabblin u f'ħafna speċi l-friegħi jagħmlu l-għeruq meta jmissu mal-art.", "L-arbuxxelli tat-tut tal-għollieq jittolleraw ħamrija fqira u jikbru maljar u ma jdumux ma jikkolonizzaw kull fejn isibu .", "Il-fjuri joħorġu fl-aħħar tar-rebbiegħa u l-bidu tas-sajf fuq raċemi qsar fit-truf tal-laterali warradija.", "Kull fjura hija madwar 2-3 ċm fid-dijametru b'ħames petali bojod jew roża ċar .", "Id-drupi żgħar jiżviluppaw biss madwar ovuli li jkunu fertilizzat mill-gameti maskili minn trab atl-pollin.", "L-aktar kawża probabbli ta' ovuli li ma jiżviluppawx hi n-nuqqas ta' żjarat mill-pollinaturi .", "Anke bidla żgħira fil-kondizzjonijiet, bħall-ġurnata bix-xita jew ta' ġurnata taħraq wisq għan-naħal biex ikomplu jaħdmu wara filgħodu kmieni, tista' tnaqqas l-għadd ta' żjarat tan-naħal fuq il-fjuri, u b'hekk tnaqqas il-kwalità tal-frott.", "L-iżvilupp mhux komplut tad-drupi żgħar jista' wkoll ikun sintomu ta' riservi moħlija fl-għeruq tax-xtieli, jew infezzjoni b'viru.", "Fit-terminoloġija botanika, il-frott mhux bakka, iżda frott aggregat minn ħafna drupi żgħar.", "Il-weraq tal-għollieq jikluh ċerti dud tal-ħaxix; xi mammiferi li jirgħu, speċjalment iċ-ċriev, iħobbuhom ħafna l-weraq tiegħu.", "Id-dud tal-baħrija \"Alabonia geoffrella\" jieklu l-ġewwieni tar-rimjiet mejta tal-għollieq.", "Meta jkun misjur, il-frott jikluh bosta mammiferi bħall-volpi l-aħmar u t-tassu Ewrażjatiku, kif ukoll minn għasafar żgħar u dawn l-annimali jxerrdu ż-żerriegħa tiegħu. .", "L-ikbar kultivazzjoni ssir fl-istat ta' Oregon fl-Istati Uniti.", "L-Oregon ipproduċa 19.3 miljun kg fuq 25km, fl-1995 u 25.5 miljun kg fuq 20km fl-2009.", "Filwaqt li l-Oregon hu l-ewwel fid-dinja għall-volum ta' frott prodott, is-Serbja għandha erja enormi ta' għelieqi b'din il-frotta.", "Hu magħruf li t-tut tal-għollieq fih l-antiossidanti polifenoli, kimiċi li jinsabu fin-natura u li jistgħu jagħtu spinta lil ċerti proċessi metaboliċi ta' ġid fil-mammiferi.", "L-għeruq tat-tut tal-għollieq li huma astrinġenti gieli jintużaw fil-fitoterapija għal-fejqan tad-dijarea u d-diżinterija.", "F'xi partijiet tad-dinja, bħal fl-Awstralja, iċ-Ċili, New Zealand u r-reġjun tal-Paċifiku Majjistru tal-Amerika, xi speċi tat-tut tal-għollieq, partikolarment \" Rubus armeniacus\"(syn.\"R. procerus\", \"Himalaya\") u \"Rubus laciniatus\" saru naturalizzati u meqjusa bħala speċi invażivi u ħaxix ħażin li jikber ħafna", "Peress li hemm xhieda forensika mill-Mara ta' Haraldskær tal-Età tal-ħadid li kienet kielet it-tut tal-għollieq xi 2500 sena ilu, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li t-tut tal-għollieq kien jittiekel mill-bniedem ħafna eluf ta' snin ilu.", "Id-drosofila bil-ġwienaħ bit-tikek \"Drosophila suzukii\" tagħmel ħsara serja lit-tut tal-għollieq.", "Kontra qaribitha d-dubbiena tal-frott \"Drosophila melanogaster\" li jogħġobha l-iżjed il-frott imħassar jew iffermentat, \"D. suzukii\" tattakka l-frott misjur frisk, billi tbid il-bajd taħt il-ġilda ratba.", "Il-larvi jfaqqsu u jikbru fil-frott u jeqirdu l-valur kummerċjali tal-frott.", "Intgħażlu bosta kultivari għall-kultivazzjoni kummerċjali u dilettantistika fl-Ewropa u fl-Stati Uniti.", "Peress li ħafna mill-ispeċi jiffurmaw ibridi faċilment, hemm bosta kultivari b'aktar minn speċi waħda fost l-antenati tagħhom.", "\"Marion\" hi kultivar importanti li ntgħażlet minn żerriegħa mdakkra bejn l-għolliqiet \"Chehalem\" u \"Olallie\".", "\"Olallie\" min-naħa l-oħra intgħażlet bid-dakkir bejn loganberry u youngberry.", "\"Marion\", \"Chehalem\" u \"Olallie\" huma biss tlieta mill-ħafna kultivari li jixxebilku tat-tut tal-għollieq żviluppati fil-programm tat-trobbija tat-tut tal-għollieq tad-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti.", "Il-kultivari l-aktar riċenti li ħarġu minn dan il-programm huma l-kultivari bla xewk 'Black Diamond', 'Black Pearl' and 'Nightfall' kif ukoll l-għollieq bikri ħafna \"Obsidian\" u \"Metolius\".", "\"Black Diamond\" bħal issa hu l-kultivar ewlieni tli qiegħed jitħawwel fil-Majjistral ħdejn il-Paċifiku.", "Fost il-kultivari l-oħra minn dan il-programm hemm 'Waldo', 'Siskiyou', 'Black Butte', 'Kotata', 'Pacific' u 'Cascade'..", "L-għollieq li jixxeblek jikber aktar bil-qawwa, jifforma kuruna u jkollu bżonn kannizzata biex iżomm magħha.", "Dan jiflaħ iżjed għall-kesħa mill-għollieq wieqaf jew nofsu wieqaf.", "Minbarra fil-Majjistral tal-Istati Uniti ħdejn il-Paċifiku, dawn it-tipi jmorru tajjeb fl-klimi simili bħal fir-Renju Unit, finNew Zealand, fiċ-Ċili, u fil-pajjiżi tall-Mediterran.", "Għollieq nofsu wieqaf mingħajr xewk ġie żviluppat għall-ewwel darba f'Norwich, fir-Renju Unit, u wara f'Beltsville, Maryland.", "Dawn huma jiffurmaw kuruna, jikbru bil-qawwa ħafna, u jkollhom bżonn kannizzata biex iżżommhom.", "Fost dawn il -kultivari nsibu 'Black Satin' 'Chester Thornless', 'Dirksen Thornless', 'Hull Thornless', 'Loch Ness', 'Loch Tay', 'Merton Thornless', 'Smoothstem' u 'Triple Crown'.", "Dan l-aħħar, fis-Serbja ġie żviluppat il-kultivar 'Cacanska Bestrna' u tħawwel fuq ħafna eluf ta' ettari hemmhekk.", "L-Università ta' Arkansas żviluppat kultivari tal-għollieq wieqfa.", "Dawn it-tipi huma inqas vigorużi minn tipi nofshom wieqfa u jipproduċu zkuk ġodda minn ma' l-għeruq (għalhekk jinfirxu taħt l-art bħall-lampun).", "Minn dan il-programm ħarġu kultivari bix-xewk u u bla xewka, fosthomi 'Navaho', 'Ouachita', 'Cherokee', 'Apache', 'Arapaho' u 'Kiowa'.", "Huma wkoll responsabbli għall-iżvilupp t tal-għollieq li jagħmel il-frott fuq iz-zkuk ta' inqas minn sena (primocane) bħal 'Prime-Jan' u 'Prime-Jim'.", "Fl-lampun, dawn it-tipi jissejħu primocane.", "'Prime-Jim' and 'Prime-Jan' ħarġu fl-2004 u huma l-ewwel kultivari primocanr tal-għollieq.", "Jikbru ftit jew wisq bħall-kultivari wieqfa oħra deskritti hawn fuq, però z-zkuk li joħorġu fir-rebbiegħa, jwarrdu f'nofs is-sajf u jagħmlu l-frott tard fis-sajf jew fil-ħarifa.", "Il-frott tal-ħarifa jkun l-aħjar meta jsir fi klima ħafifa friska bħal f'California.", "L-għollieqa bix-xewk nofsha wieqfa \"Illini Hardy\" introdotta mill-Università ta' Illinois għandha zkuk li jkampaw f'żoni ta' ħruxija 5, fejn tradizzjonalment il-produzzjoni tat-tut tal-għollieq kienet problematika, minħabba li z-zkuk spiss kienu jmutu fix-xitwa.", "It-tut tal-għollieq hu magħruf għall-kontenut nutrizzjonali għoli ta' fibra, vitamina C, vitamina K, aċidu foliku (tip ta' vitamina B), u l-minerali essenzjali l-manganiż.", "nota: Il-valur ta' kuljum mhux stabbilit", "It-tut tal-għollieq hu wieħed mill-frott li fih l-antiossidanti, b'mod partikolari minħabba l-kontenut dens li fih ta' komposti polifenoliċi, bħall-aċtu ellaġiku, it-tannini, l-ellagitannini, il-kwerċetina, l-aċtu galliku, l-antċijan u ċ-ċijanidina.", "It-tut tal-għollieq għandu valur tal-ORAC (kapaċità tal-assorbenza tar-radikali tal-ossiġenu) ta' 5347 għal kull 100 gramma, li jagħmlu wieħed mill-ogħla fil-valur tal-ORAC.", "Rapport ieħor li juża metodi differenti għall-kejl tal-qawwa antiossidanta jqiegħed it-tut tal-għollieq fost l-aqwa minn 1000 ikel antiossidanti li jittiekel fl-Istati Uniti.", "It-tut tal-għollieq fih ħafna żerriegħa kbira li mhux dejjem tintogħob mill-konsumaturi.", "Però iż-żerriegħa fiha xi żejt li hu rikk fl-omega-3 (aċtu alfa-linoleniku) u fix-xaħam -6 (aċtu linolejku), kif ukoll xi proteini, fibra, karotenojdi, ellagitannini u aċtu ellaġiku .", "Skont il-folklor tar-Renju Unit it-tut tal-għollieq m'għandux jinġabar wara l-11 ta' Ottubru, li fl-antik kien il-festa ta' San Mikiel għax ix-xitan ikun għamilhom tiegħu billi jħalli t-tbajja fuq il-weraq meta jagħmel l-awrina fuqhom.", "Din il-leġġenda mhux vojta għal kollox għax wara dan iż-żmien minħabba x-xita u l-bard il-frott sikwit jiġi infettat minn bosta mofof bħal \"Botryotinia\" li jagħtuh dehra kerha u jista' jkun velenużi."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16588", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16588", "title": "Silvio Berlusconi", "text": ["Silvio Berlusconi", "Silvio Berlusconi (Milan, 29 ta' Settembru 1936) huwa politiku u imprenditur Taljan, imlaqqam \"il Cavaliere\" ħabba l-onorifiċenza ta' \"Cavaliere del Lavoro\" li ngħatatlu fl-1977.", "Kien Priministru tal-Italja erba' darbiet, fl-1994, mill-2001 sal-2005, mill-2005 sal-2006, u mill-2008 sakemm irriżenja fit-12 ta' Novembru 2011.", "Skont ir-rivista Amerikana \"Forbes\", fl-2011 Silvio Berlusconi kien it-tielet l-ikbar sinjur fl-Italja u l-118 l-iktar sinjur fid-dinja, b'patrimonju li jlaħħaq is-7.8 biljun dollaru Amerikan.", "Huwa beda l-attività imprenditorjali fis-snin sittin fil-qasam tal-bini tad-djar.", "Fl-1975 waqqaf is-soċjetà finanzjarja \"Fininvest\" u fl-1993 is-soċjetà ta' produzzjoni multimediali \"Mediaset\".", "F'Ottobru 1993 beda l-moviment politiku ċentru-lemini ta' \"Forza Italia\", li fl-2008 sar \"Il Popolo della Libertà\".", "Huwa l-iktar wieħed li dam Priministru fl-Italja u l-iktar wieħed li kellu gvern li dam.", "Berlusconi kien imputat f'iktar minn għoxrin proċediment ġudizzjarju, li l-ebda wieħed minnhom ma ntemm b'sentenza definittiva ta' kundanna, ħabba assoluzzjonijiet, depenalizzazjonijiet tar-reati kontestati u l-preskrizzjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16591", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16591", "title": "Morus (botanika)", "text": ["Morus (botanika)", "Morus huwa ġeneru ta' pjanti fil-familja Moraceae li jwarrdu.", "Il-ġeneru fih xi 10 sa 16-il speċi ta' siġar li jwaqqgħu il-weraq fix-xitwa.", "L-iżjed magħrufin fosthom huma t-tuta (Morus nigra) u ċ-ċawsla (Morus alba).", "It-tassonomija tal-\"Morus\" hi komplessa u m'hemmx qbil fuqha.", "Ġew ippublikati 'l fuq minn 150 isem ta' speċi.", "Però sorsijiet differenti jiċċitaw għażliet \"differenti\" ta' ismijiet aċċettati u 10–16 biss huma aċċettati minn maġġoranza kbira ta' awtoritajiet botaniċi.", "Il-klassifikazzjoni \"Morus\" hi mħawda iżjed bl-għadd kbir ta' ibridi li jeżistu li huma għammiela.", "Dawn l-ispeċi huma aċċettati fil-wisa':", "Il-frott jittiekel u jintuża ħafna fit-torti, tortini, inbejjed, tè u xorb ieħor.", "It-tut, indiġenu fl-Asja tal-Lbiċ, u t-tut aħmar, indiġenu fil-Lvant tal-Amerika ta' Fuq, għandhom l-iżjed togħma qawwija.", "Iċ-ċawsli, speċi li ġejja mill-Asja tal-lvant, għandu togħma differenti, kważi bla togħma.", "Ix-xtieli maturi fihom ammonti sinifikanti ta' reżveratrolu, l-iżjed fil-qoxra taz-zkuk .", "Il-frott u l-weraq jinbigħu f'diversi għamliet bħala supplimenti nutrizzjonali.", "Il-frott nej u l-partijiet ħodor tal-pjanta fihom sugu abjad li hu intossikanti u kemmxejn alluċinoġeniku.", "It-tut, it-tut aħmar u ċ-ċawsli huma mifruxa fl-Albanija, l-Ażerbajġan, l-Armenja, L-Indja ta' fuq, il-Ġordan, is-Sirja, il-Libanu, Ġorġja, il-Pakistan, l-Iran, it-Turkija, l-Eġittu, il-Libja u l-Afganistan, fejn is-siġra u l-frott huma magħrufa bħala \"tut\" jew \"xaħtut\", kliem li ġejjin mill-Persjan.", "Sikwit f'dan ir-reġjun, minhomm jagħmlu ġammijiet u sorbetti.", "It-tut ġie importat fil-Gran Brittanja għall-ewwel darba fis-seklu 17 bit-tama li jintuża fit-trobbija tad-dud tal-ħarir.", "Kien jintuża ħafna fil-mediċina popolari speċjalment bħala duwa għall-ħżież.", "Fl-iStati Uniti it-tut ġiem importat mill-Pakistan.", "Fil-Greċja it-tut hu mifrux sewwa b'mod partikolari fil-Peloponneżu, li fil-Medju Evu kien magħruf bħala Morea (bil-Grieg Μωριάς,\"Morias\") , li ġejja mill-kelma Griega għas-siġra (Μουριά, \"Μouria\").", "Il-weraq tal-morus, l-iżjed taċ-ċawsli, huma ekoloġikament importanti bħala l-uniku ikel tad-dudu tal-ħarir (\"Bombyx mori\", imsemmi għall-ġeneru Morus), li l-fosqda tegħu tintuża biex isir il-ħarir.", "Il-larvi ta' xi lepidotteri oħra kultant jieklu dawn ix-xtieli, fosthom tal-baħrijiet \"Hemithea aestivaria\", \"Mimas tiliae\" u \"Acronicta aceris\".", "Ix-xtieli tal-morus jistgħu jitkabbru miż-żerriegħa, u dan hu rakkomandat għax is-siġar imkabbra miż-żerriegħa ġeneralment ikollhom forma aħjar u huma iżjed b'saħħithom.", "Però iżjed spiss jitħawlu minn biċċiet li jrabbu l-għeruq faċilment.", "Ċerti bliet fl-Amerika ta' Fuq jipprojbixxu t-tħawwil taċ-ċawsli minħabba li dawn jipproduċu ammonti kbar ta' pollin li jista' jkun ta' periklu għas-saħħa ta' dawk jbatu minn xi allerġiji għall-pollin.", "L-antoċijani huma pigmenti li għandhom il-potenzjal li jiġu wżati bħala modulaturi tad-dieta ta' mekkaniżmi ta' xi mard u bħala koloranti naturali tal-ikel.", "Minħabba d-domanda li dejjem tiżdied għall-koloranti naturali tal-ikel, l-importanza tagħhom fl-industrija tal-ikel qed tiżdied.", "L-antoċijani huma responsabbli għall-kuluri attraenti tal-frott u l-ħaxix frisk billi jipproduċu kuluri bħall-oranġjo, l-aħmar, u l-vjola, l-iswed, u l-ikħal.", "Dawn jinħallu fl-ilma u jistgħu jiġu estratti faċilment.", "Ġie stabbilit metodu li ma jqumx ħafna u li hu industrijalment vijabbli biex jippurifika l-antċijani mit-tut li jistgħu jintużaw fl-ikkunzar tat-tessuti jew bħala kolorant tal-ikel ta' valur koloranti għoli (ogħla minn 100).", "Ix-xjenzjati sabu li minn 31 kultivari Ċiniż tat-tut li ttestjaw, il-produzzjoni tal-antoċjani totali varjat minn 148mg għal 2725mg għal kull litru ta' meraq tal-frott .", "Iz-zokkor kollu, l-aċti kollha u l-vitamini baqgħu intatti fil-meraq li fadal wara t-tneħħija tal-antoċijani u l-meraq li fadal seta' jkun iffermentat biex jipproduċi prodotti oħra bħal inbid.", "Il-kontenut tal-antoċjani jiddependi mill-klima, ir-reġjun tal-kultivazzjoni, u hu partikolarment għolja fi klimi xemxija .", "Din is-sejba hi promettenti għall-pajjiżi tropikali li għandhom is-serikultura biex jipptofittaw mill-produzzjoni industrijali mill-antoċjani mit-tut permezz tar-rkupru tal-antoċjani."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16601", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16601", "title": "Ġużeppi Moscati", "text": ["Ġużeppi Moscati", "San Giuseppe Moscati (25 ta' Lulju, 1880 – 12 ta' April, 1927) kien tabib Taljan, riċerkatur xjentifiku, professur universitarju magħruf bħala pijunier fil-qasam biokimiku u għall-qdusija tiegħu.", "Moscati kien iddikjarat qaddis mill-Knisja Kattolika fl-1987; it-tifkira tiegħu ssir fis-16 ta' Novembru.", "Moscati kien is-seba' minn disat ulied ta' familja nobbli minn Benevento li kienet ġejja mir-raħal ta' Santa Lucia f'Serino, qrib Avellino.", "Missieru, Francesco, kien magħruf bħala avukat u maġistrat u ommu, Rosa De Luca dei Marchesi di Roseto, kellha demm nobbli.", "Meta kellu erba' snin Moscati mar ma' familtu jgħix Napli fejn kellu jqatta' l-biċċa kbira ta' ħajtu.", "Kienu jqattgħu s-sjuf f'Avellino, u Giuseppe kien jara lil missieru jagħmel is-servizz ta' abbati fil-knisja tal-lokal meta kienu jmorru għall-quddiesa.", "Meta kellu għaxar snin familtu ltaqgħet ma' Bartolo Longo u qattgħu xi żmien fid-dar ta' Caterina Volpicelli, li iktar tard kellha ssir direttriċi spiritwali tiegħu.", "Fl-1889, Moscati daħal fil-Liceo Vittorio Emmanuele ta' Napli, fejn fost il-professuri tiegħu kellu l-vulkanoloġista Giuseppe Mercalli.", "Fl-1892 ħuh, Alberto, kellu trawma inkurabbli f'rasu wara li waqa' miż-żiemel waqt is-servizz militari.", "Il-kura li rċieva ħuh id-dar qanqlet fih ix-xewqa li jistudja l-mediċina kif fil-fatt għamel meta spiċċa mil-Liċeo fl-1897; l-istess sena li fiha miet missieru.", "Huwa sar tabib fl-1903, bit-teżi tad-dottorat tkun fuq l-uroġenesi epatika.", "Mill-ewwel ingħaqad mal-\"Ospedali Riuniti degli Incurabili\", u ma damx ma sar l-amministratur tiegħu.", "F'dan iż-żmien kompla ukoll jistudja u jirriċerka.", "Fit-8 ta' April 1906 żbroffa l-Vesuvju.", "Wieħed mill-isptarijiet taħt idejh kien f'Torre del Greco, ftit mili 'l bogħod mill-bokka tal-vulkan.", "Ħafna mill-pazjenti kienu xjuħ u paralitiċi.", "Moscati irnexxielu joħroġhom kolha qabel ma waqa' s-saqaf.", "Meta fl-1911 faqqgħet il-kolera f'Napli, huwa rriċerka l-oriġini tal-marda u l-aħjar mod kif tinqered, u l-awtoritajiet ċivili implimentaw is-suġġerimenti tiegħu.", "Fl-1911 ukoll, Moscati sar membru tal-Akkademja Irjali tal-Kirurġija, u ħa d-dottorat fil-kimika fiżjoloġika.", "Kien responsabbli ukoll mill-Istitut tal-Patoloġija Anatomika.", "Fis-sala tal-awtopsji tal-Istitut, huwa qiegħed kurċifiss u taħtu l-kwotazzjoni mill-Ktieb ta' Ħosegħa, Kapitlu 13, vers 14: \"Ero mors tua, o mors\" (Jiena nkun il-mewt tiegħek, ja Mewt).", "Ommu mietet bid-dijabete fl-1914; u Moscati sar wieħed mill-ewwel tobba li esperimenta bl-insulina fil-kura ta' din il-marda.", "Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija l-isptar tiegħu ttieħed mill-militar u hu nnifsu kien jgħin madwar 3,000 suldat ferut.", "Fl-1919, sar direttur ta' skola u tliet snin wara ngħata libera docenza fil-mediċina klinika, li biha seta' jgħallem f'istituti ta' mediċina għolja.", "12 ta' April 1927 wara li jattendu l-quddiesa u rċeviet tqarbin fil-knisja ta' San Giacomo degli Spagnoli u ħadem bħas-soltu ħidma tiegħu fl-isptar u fl-istudju privata tiegħu, madwar 15 sar ħażin, u miet fl-president tiegħu .", "Kien 46 sena u 8 xhur.", "Moscati kien ħa l-vot tal-kastità u kien jipprattika l-karità fil-ħajja tiegħu ta' kuljum.", "Ħidmietu kien jara bħala missjoni biex itaffi t-tbatija mhux biex jagħmel il-flus.", "Kuljum kien iqatta' ħin fit-talb u jieħu sehem fil-quddiesa.", "Il-fidi tal-pazjent u s-sagramenti kienu jagħmlu parti mill-fejqan tiegħu.", "Moscati ma kienx iżomm flus lill-pazjenti foqra anzi kien jagħtihom hu l-flus.", "Ħafna jsostnu li kien iwettaq fejqan mirakoluż, f'każijiet impossibbli.", "Kien ibbeatifikat fis-16 ta' Novembru 1975 minn Papa Pawlu VI, u ddikjarat qaddis tnax -il sena wara minn Papa Ġwanni Pawlu II fis-25 ta' Ottubru 1987.", "Patri Dijonisju jirrakkonta fatt marbut ma' ħuh, il-Priministru Duminku Mintoff.", "Jgħid li meta Mintoff ingħata wkoll borża ta' studju mill-Fondazzjoni Sir Cecil Rhodes u pproċeda f'Hartford College, fl-Università ta' Oxford, fil-vjaġġ tiegħu għamel waqfa f'Napli u hemm irċieva telegramma li biex jidħol fl-università ta' Oxford ried ikollu ċertifikat li jikkonferma li kien b'saħħtu u għalhekk mar ifittex tabib.", "Sab lit-tabib Giuseppe Moscati (li kien ġie ddikjarat qaddis) li wara li għamillu ċ-ċertifikat ma ħadlux flus u minflok qallu, \"Mur u agħmel il-ġid.\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16607", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16607", "title": "Lista tal-poeti tal-ilsien Malti", "text": ["Lista tal-poeti tal-ilsien Malti", "Din hi lista tal-poeti li kitbu bl-ilsien Malti, flimkien ma' ftit mill-poeżiji l-iżjed popolari tagħhom.", "DELIMARA Daniel Massa Firxu bl-imqieta s-sajjieda l-kannizzati tal-jablite f'serje ta' paraboli ferrxu konz u elf sunnara biex jistadu l-orizzont bi dritt il-linji tal-lampuki żlaqt ħafif bħal minn ġuf ommi għal saqajja minn fuq l-alka għal taħt il-blat għax smajt l-għanja tas-sireni biex il-ħut fiddien nistad u maċ-ċeren ninżel ngħarrex fond il-fond fejn għajn ma rat u bqajt ħiereġ, nieżel, ħiereġ wara l-fanfru bluċerkjat war'elf ħuta w blat imqarnat ħaxix jiżfen tiela' jiżfen sa ma jsaħħar il-lampuki taħt il-jablite illuppjat u għidt f'qalbi hawn kont diġa' - qabel ġarrabt il-fsieqi ta' ġensi - qabel għalaqt it-twieqi ta' wensi - qabel ombrajt l-għekiesi ta' niesi qalb id-dell tal-kannizzati kont diġa' forsi mrekken mal-koralli fi spiralli stalaktiti ma' l-artikli kuluriti sekli ilu kont diġa' bla bombli ta' l-arja ma' dahri bla majka ma' wiċċi w ħadida ppuntata f'idejja nniffed ħuta f'denfilara qalb il-blat ta' Delimara kont diġa' u meta jispiċċa l-ossiġenu kważi, kważi nista' nibqa' għax f'dawn l-ibħra, qalb din l-alka kont diġa'.", "HEMM DIL-MARA Mario Azzopardi", "Hemm dil-mara tikkuntempla l-misteru tal-ġerħa tiegħu.", "Imsieħba privileggata dil-mara tad-dulur u l-ġenn divin.", "Kompliċi fl-analoġiji w kull nifs tagħha tnehida tinbala' Mill-kisra t'għajnejh.", "Jevapora d-dmugħ tagħha u sbieħ-il jum jidħol fil-kanali niexfa li tħaffrru Mill-ġnub t'għajnejha sat-truf ta' ħalqha meħjut.", "Bħal zokk maħruq ta' siġra dil-mara Quddiem relikwarju Jesponi t-tempri kollha tiegħu: - Mill-gentilezza sar-rabja ħamra nar - Mis-suppervja qalila sal-biki mrażżan - Min-nifsijiet tiegħu jerħi fuqha sal-kefen li jitkebbeb fih meta jbarriha u jgħidilha titlaq.", "Hemm dil-mara li jgħidu li ħabbet għalxejn imma ħadd ma jaf daqsha.", "Jgħidu li qalbha kessieha bi frott ilu jnawwar imma ħadd ma jaf daqsha.", "Jgħidu li tħossha mielħa daqs statwa fuq qabar imma daqsha ħadd ma jaf.", "Jgħidu li għandha djalogu twil magħha nfisha interrott biss bl-ismazmi tiegħu bla ritmi jew rima.", "Imma daqs dil-mara ħadd ma jaf.", "Anton Buttigieg", "NIFTAKAR", "Niftakar Tal-qniepen il-mota ferrieħa, U l-Ave Maria ta' Schubert, Taż-żahar il-fwieħa, U l-għafsa ta' idek ma' driegħi, U l-ħeġġa ta' wiċċek ħamrani, U l-mantar bajdani Jitkaxkar mal-qiegħa Tal-korsija; Id-dija u d-dawl tal-parilja, Il-ħsejjes taż-żwiemel għaddejja, U ġemgħa bil-ħrara Ma' biebna biex tara Sbuħitna, Mħabbitna; U xita' ta' ross Li niżlet għal fuqna bla ħoss; Imb'għad ix-xampanja Li tfawwar bil-qawwa, Bir-ragħwa, U l-kejk qisu torri bajdan, U l-foxtrot, u t-tango u l-waltzer, U s-sakra u ż-żifna Tal-qraba u l-ħbieb; U mb'għad qajla qajla Ftit ftit qabdu l-bieb, U bqajna ġo darna Fid-dawl tal-Madonna Weħidna flimkien Jien u int U int u jien; U jien kollni tiegħek, U int kollok tiegħi, Bħal Eva u Adam; Qalb waħda, nifs wieħed, Int rieqda, jien rieqed, U ħolma ta' hena, Ta' ferħ ta' tgawdija, Ta' dawl u ta' dija,"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16611", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16611", "title": "Lista tal-għasafar ta' Malta", "text": ["Lista tal-għasafar ta' Malta", "Din hi lista tal-ispeċi tal-għasafar li jidhru f'Malta.", "L-avifawna ta' Malta fiha 384 speċi b'kollox, li minnhom 167 jidhru kultant.", "In-numru ta' għasafar li jbejtu Malta hu limitat; hemm 21 li jbejtu regularment u 17 li jbejtu kultant.", "Madankollu, billi l-gżejjer Maltin qegħdin fuq rotta importanti ta' migrazzjoni ħafna speċi oħra jgħaddu minnhom matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa.", "L-ispeċi li jidhru kultant huma inklużi f'din il-lista u huma mmarkati bl-ittra (K).", "Nota fuq ix-xbihat: Infakkru li r-rix tal-għasafar tal-istess speċi jista' jinbidel skont is-sess, l-istaġun u l-ambjent u hawn nagħtu xbieha waħda (u kultant tnejn).", "Orndi: Gaviiformes.", "Familja: Gaviidae", "Il-Bugħaddasa huma grupp ta' għasafar akwatiċi li jinstabu f'ħafna partijiet tal-Amerika ta' Fuq u l-Ewropa ta' Fuq.", "Huma daqs papra kbira jew wiżżu żgħir u meta jkunu qegħdin jgħumu jixbħuhom ftit jew wisq lil dawn, imma ma jiġu xejn minnhom.", "Hemm 5 speċi ta' bugħaddasa u speċi waħda li tidher f'Malta.", "Ordni:Podicipediformes.", "Familja:Podicipedidae", "Il-Blonġuni huma għasafar għaddasa fl-ilma ħelu ta' daqs mezzan.", "Għandhom is-swaba ta' saqajhom bil-paletti u huma għawwiema u għaddasa tajbin ħafna.", "Pero saqajhom qegħdin lura ħafna f'gisimhom u għalhekk huma bla grazzja fuq l-art.", "Hemm 19-il speċi minnhom madwar id-dinja u 4 jidhru f'Malta.", "Ordni:Procellariiformes.", "Familja:Procellariidae", "Il-familja tal-Procellariidae hi grupp ta' għasafar tal-baħar.", "Din il-familja hija parti mill-ordni tal-għasafar Procellariiformes (jew ta' mniħirhom tubu).", "Il-procellariidae hi l-familja l-aktar numeruża tal-għasafar ta' mniħirhom tubu, u l-aktar diversa.", "Ivarjaw fid-daqs minn għasafar li huma kbar kważi daqs l-albatru, sal-Pachyptila u l-Halobaena, li huma żgħar daqs l-iżgħar kanġi.", "Dawn jieklu l-ħut, il-klamari u l-krostaċej, u ħafna minnhom jieklu wkoll l-iskart tas-sajd u l-ħut mejjet.", "L-ispeċi kollha għandhom il-ħila jħufu għall-ikel fil-bogħod u jagħmlu migrazzjonijiet twal trans-ekwatorjali.", "Jibqgħu fidili lejn parhom u dejjem jinżlu fl-istess post. Fl-ispeċi kollha, kull par ikollu bajda waħda kull staġun tat-tgħammir.", "Iż-żmien tal-inkubazzjoni u tat-trobbija tal-frieħ hu eċċezzjonalment twil imqabbel ma' dak ta' għasafar oħra.", "Hemm 77 speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru f'Malta.", "Ordni: Procellariiformes.", "Familja: Hydrobatidae", "Il-kanġi (hydrobatidae) jiġu mill-ġarniji (procellariidae) u huma l-iżgħar għasafar tal-baħar.", "Jgħixu fuq il-krostaċej plantoniċi u ħut żgħir li jaqbdu minn wiċċ l-ilma, is-soltu huma u sseqqru.", "Meta jtiru jferfru ġwinħajhom u xi minn daqqiet ikunu qieshom friefet il-lejl.", "Hemm 20 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Pelecaniformes.", "Familja: Pelecanidae", "Il-Pellikani huma għasafar kbar tal-baħar li għandhom borża kbira distintiva taħt il-munqar.", "Bħall-membri l-oħra tal-ordni tal-Pelecaniformes, għandhom erba' swaba magħqudin.", "Hemm 8 speċi mad-dinja kollha u speċi waħda li tidher Malta.", "Ordni: Pelecaniformes.", "Familja: Sulidae", "Il-familja tas-sulidae fiha għasafar ta' daqs minn medju sa kbir li jgħixu mal-kosta u li jinżlu sparati meta jogħdsu għall-ħut.", "Hemm xi 10 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher f'Malta.", "Ordni: Pelecaniformes.", "Familja: Phalacrocoracidae", "Il-marguni (phalacrocoracidae) huma familja ta' għasafar tal-baħar ta' daqsijiet minn medji għal kbar li jgħixu fuq il-ħut.", "Il-kulur tar-rix ivarja imma l-maġġoranza huma kważi suwed kollha, xi speċi huma suwed u bojod u ftit għandhom xi kuluri.", "Hemm 39 speċi mad-dinja kollha u 3 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Ciconiiformes.", "Familja: Ardeidae", "Il-membri tal-familja tal-Ardeidae għandhom għonqhom u saqajhom twal, imma kontra l-għasafar l-oħra ta' għonqhom twil bħaċ-ċikonji u l-ibis itiru b'għonqhom imdaħħal.", "Hemm 63 speċi mad-dinja kollha u 10 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Ciconiiformes.", "Familja: Ciconiidae", "Iċ-ċikonji huma għasafar kbar, b'għonqhom twil, saqajhom twal, munqar twil u oħxon li jċafċfu fl-ilma.", "Iċ-ċikonji huma muti u ċ-ċekċik tal-munqar huwa mod importanti biex jikkomunikaw fil-bejta.", "Il-bejtiet tagħhom jistgħu ikunu kbar u jistgħu jintuzaw għal ħafna snin.", "Ħafna speċi huma migratorji.", "Hemm 19-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni Pelecaniformes.", "Familja: Threskiornithidae", "It-threskiornithidae huma familja ta' għasafar kbar tal-art u ċafċafa.", "Għandhom ġwienaħ wisgħin u twal bi 11-il rixa primarja u xi 20 rixa sekondarja.", "Għandhom ħila kbira fit-titjir u minkejja l-piż u d-daqs tagħhom kapaċi jħufu ħafna.", "Hemm 33 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Phoenicopteriformes.", "Familja: Phoenicopteridae", "Il-fjamingi jew fenikottri huma għasafar ċafċafa li jgħixu fi qtajja, is-soltu ta' għoli bejn 0.9 m u 1.5m, li jinstabu fiż-żewġ emsferi tal-Punent u tal-Lvant.", "Huma iżjed numerużi f'tal-aħħar.", "Il-fenikottri jgħixu fuq il-krostaċej u l-algi li jgħaddu minn filtru meta jikluhom.", "Munqarhom li għandu forma stramba hu adattat apposta biex jifirdu t-tajn u l-ħama mill-ikel li jieklu, u jużawh bil-maqlub.", "Hemm 6 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Anseriformes.", "Familja:Anatidae", "Il-familja tal-Anatidae fiha l-papri u l-parti l-kbira tal-għasafar tal-ilma li jixbħu l-papri bħall-wiżż u ċ-ċinji.", "Dawn l-għasafar huma adattati għall-ħajja fl-ilma billi għandhom saqajhom bir-rita, munqarhom ċatt u l-ilma jiżloq minn fuq rixhom għax miksi biż-żejt.", "Hemm 159 speċi mad-dinja kollha u 30 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Falconiformes.", "Familja: Pandionidae", "Il-familja Pandionidae fiha speċi waħda biss, l-arpa.", "L-arpa hi għasfur ta' daqs mezzan mifrux mad-dinja kollha speċjalizzat biex iħuf fl-ajru għall-ħut.", "Ordni: Falconiformes.", "Familja: Accipitridae", "L-Accipitridae hi familja ta' għasafar tal-priża li fiha l-kuċċard, l-ajkli, l-astuni, il-bugħadam u l-avultuni tad-Dinja l-Antika.", "Dawn l-għasafar għandhom munqar qawwi mgħawweġ ganċ biex bih iċartu l-laħam mill-priża, saqajn sodi, dwiefer qawwija u vista tajba ħafna.", "Hemm 240 speċi mad-dinja kollha u 19 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Falconiformes.", "Familja: Falconidae", "Il-Falconidae hi familja ta' għasafar li jfittxu l-priża binhar.", "Huma differenti mill-kuċċard, l-ajkli u l-astun fis-sens li joqtlu l-priża bil-munqar minflok bid-dwiefer.", "Hemm 64 speċi mad-dinja kollha u 12 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Galliformes.", "Familja: Phasianidae", "Il-Phasianidae hi familja ta' għasafar terrestri fosthom is-summien u l-ħaġel.", "Dawn ġeneralment huma mbaċċnin (għalkemm jistgħu ivarjaw fid-daqs) u għandhom ġwienaħ wisgħin u qsar.", "Hemm 155 speċi mad-dinja kollha u 4 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Gruiformes.", "Familja: Gruidae", "Il-graw huma għasafar b'għonqhom twil u saqajhom twal.", "Kontra r-russett li jixbħuhom imma ma jiġux minnhom, il-graw itiru b'għonqhom il-barra u mhux miġbud il-ġewwa.", "Għandhom \"żifniet\" jew wirjiet ta' namur elaborati (tberrik).", "Hemm 15-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Gruiformes.", "Familja: Rallidae", "Ir-Rallidae hi familja kbira ta' għasafar ta' daqs minn żgħir għall-mezzan li fiha fost oħrajn il-gallozz.", "Tipikament jgħixu f'veġetazzjoni folta f'ambjent umdu ħdejn il-lagi, l-art imtajna jew ix-xmajjar.", "Ġeneralment iħobbu jinħbew u għalhekk diffiċli biex tosservahom.", "Il-parti l-kbira tal-ispeċi għandhom saqajn sodi bi swaba twal li huma adattati tajjeb għal art rabta u imħarbta.", "Għandhom gwienaħ qsar fit-tond u huma dagħjfa fit-titjir.", "Hemm 135 speċi mad-dinja kollha u 10 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Otidiformes.Familja: Otididae", "Il-pitarruni huma għasfar kbar tal-art assoċjati l-iżjed ma' kampanja miftuħa niexfa u l-isteppi fid-Dinja l-Antika.", "Jieklu kollox u jbejtu fl-art.", "Jimxu sod ħafna fuq saqajn b'saħħithom u swaba kbar, inaqqru huma u sejrin.", "Għandhom ġwienaħ wisgħin bit-truf \"fi swaba\" u meta jkunu qegħdin itiru juru disinji impressjonanti.", "Ħafna minnhom għandhom tberrik (wirjiet tan-namur) interessanti.", "Hemm 26 speċi mad-dinja kollha u 3 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Haematopodidae", "Il-Haematopodidae huma għasafar kbar u storbjużi li jixbħu l-venewwi, b'munqar qawwi biex ikissru u jiftħu l-molluski.", "Hemm 11-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Recurvirostridae", "Ir-Recurvirostridae huma familja ta' għasafar ċafċafa kbar, fosthom ix-xifa u l-frasservjent.", "Ix-xifa għandha saqajn twal u munqar twil mgħawweġ 'l fuq.", "Il-frasservjent għandu saqajn twal ħafna u munqar twil u rqiq.", "Hemm 10 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Burhinidae", "It-tellerita hi l-ispeċi tat-tramuntana tal-familja Burhinidae.", "Dan l-għasfur ċafċaf hu kbir mhux ħażin, però pparagunata mal-membri l-oħra tal-familja għandu daqs mezzan.", "Għandu munqar b'saħħtu, isfar u iswed, għajnejn kbar sofor (li jagħtuh xeħta \"reptiljana\" jew \"b'għajnejh imqabbżin\") u rix kriptiku.", "Meta jkun qiegħed itir ikun impressjonanti b'marki suwed u bojod.", "Minkejja li hu klassifikat bħala ċafċaf, il-parti l-kbira tal-ispeċi jippreferu ħabitat miftuħ niexef b'xi art bla ħaxix.", "Hu għasfur ta' billejl u jgħanni l-għanjiet jgħajtu mbikkija li jixbħu lil dawk tal-gurlini.", "Jgħix fuq l-insetti u invertebrati żgħar oħra.", "Hemm 9 speċi tal-Burhinidae u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Glareolidae", "Il-Glareolidae huma familja ta' għasafar ċafċafa li fiha l-perniċjotti li għandhom saqajn qsar, gwienaħ twal bil-ponta u denb twil furketta u n-nankini li għandhom saqajn twal, ġwienaħ qsar u munqar twil bil-ponta mgħawweġ 'l isfel.", "Hemm 17-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Charadriidae", "Il-familja Charadriidae fiha fost oħrajn il-pluvieri, il-venewwi u l-birwin.", "Huma għasafar ta' daqsijiet minn żgħar sa mezzani b'ġisem kompatt, għonq oħxon qasir u ġwienaħ twal, is-soltu bil-ponta.", "Jinstabu fil-kampanja miftuħa mad-dinja kollha, l-iżjed fi nħawi ħdejn l-ilma, għalkemm hemm xi eċċezzjonijiet.", "Hemm 66 speċi mad-dinja kollha u 14 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Scolopacidae", "L-iScolopacidae huma familja wisgħa ta' għasafar ta' xatt il-baħar, fosthom il-begazzin, il-gurlin u l-griewel.", "Il-maġġoranza tal-ispeċi jieklu l-invertebrati li jnaqqru mill-ħamma jew mill-ħamrija.", "Minħabba l-varjazzjoni fit-tul tas-saqajn, bosta speċi jistgħu jieklu fl-istess ħabitat, partikularment fuq ix-xtut, mingħajr kompetizzjoni diretta għall-ikel.", "Hemm 89 speċi mad-dinja kollha u 32 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Laridae", "Il-Laridae huma familja ta' għasafar tal-baħar ta' daqs minn mezzan għal kbir.", "Tipikament huma griżi jew bojod, spiss b'marki suwed fuq rashom jew ġwinħajhom.", "Għandhom munqarhom oħxon pjuttost twil u saqajhom bir-rita.", "Hemm 65 speċi mad-dinja kollha u 12 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Sternidae", "Iċ-ċirlew huma grupp ta' għasafar tal-baħar li ġeneralment huma ta' daqs minn medju sa kbir.", "Tipikament għandhom rix griż jew abjad, sikwit b'marki suwed fuq rashom.", "Il-parti l-kbira taċ-ċirlew jogħdsu biex jaqbdu l-ħut imma xi wħud inaqqru l-insetti minn wiċċ l-ilma ħelu.", "Iċ-ċirlew jgħixu ħajja twila, hemm xi speċi li jgħixu aktar minn 25 sa 30 sena.", "Hemm 44 speċi mad-dinja kollha u 9 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Stercorariidae", "L-għasafar tal-familja Stercorariidae huma ġeneralment ta' daqs minn medju sa kbir.", "Għandhom rix griż jew kannella b'marki bojod fuq il-ġwienaħ.", "Ibejtu fl-art f'reġjuni temperati u artiċi u jemigraw fil-bogħod.", "Hemm 7 speċi mad-dinja kollha u 4 minnhom jidhru Malta.", "Nota:Iċ-Ċiefa (Calonectris diomedea) mhux qiegħda f'din il-familja imma fil-familja Procellariidae (ordni: Procellariiformes).", "Ordni: Charadriiformes.", "Familja: Alcidae", "L-Alcidae jidhru qishom pingwini minħabba l-kuluri tagħhom suwed u bojod, il-pożizzjoni wieqfa u xi wħud mid-drawwiet tagħhom, però ma' jiġux mill-pingwini u kontra tagħhom jistgħu itiru.", "Dawn l-għasafar jgħixu fil-baħar miftuħ u jitilgħu l-art biss biex ibejtu.", "Hemm 23 speċi mad-dinja kollha u 4 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Pteroclidiformes.", "Familja: Pteroclidae", "Il-gangi għandhom rashom u għonqhom żgħar bħal tal-ħamiem, imma mbagħad għandhom ġisem mibrum u kompatt.", "Ġwinħajhom huma twal u bil-ponta u x'imdaqqiet denbhom ukoll.", "Itiru dirett b'ħeffa kbira u fis-sbieħ u nżul ix-xemx itiru f'qtajjiet għal fejn jixorbu.", "Saqajhom miksijin bir-rix sas-swaba.", "Hemm 16-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Columbiformes.", "Familja: Columbidae", "Il-Columbidae huma għasafar mibrumin b'għonqhom qasir, munqarhom irqieq u qasir u \"cere\" mlaħħma.", "Hemm 308 speċi mad-dinja kollha u 6 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Cuculiformes.", "Familja: Cuculidae", "L-għasafar tal-familja Cuculidae ivarjaw fid-daqs, għandhom ġisimhom magħlub, denbhom twil u saqajhom b'saħħithom.", "Kontra l-cuculidae tad-Dinja l-Antika, dawk tal-Amerika ta' Fuq m'humiex parasiti tal-bejta.", "Hemm 141 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Strigiformes.", "Familja: Tytonidae", "Il-familja Tytonidae huma għasafar ta' daqs minn medju sa kbir, rashom kbira u wiċċhom bil-forma karatteristika ta' qalb.", "Għandhom saqajhom b'saħħithom u twal bi dwiefer qawwija.", "Hemm 16-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Strigiformes.", "Familja: Strigidae", "Il-kokk huma għasafar tal-priża ta' daqs minn żgħir għal kbir li huma solitarji u notturni.", "Għandhom għajnejhomn u widnejhom kbar iħarsu dritt 'l quddiem, munqar bħal ta' seqer u ċirku tar-rix madwar kull għajn li jidher ħafna u jgħidulu diska faċjali.", "Hemm 199 speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Caprimulgiformes.", "Familja: Caprimulgidae", "Il-bqaraq huma għasafar notturni ta' daqs medju bi ġwienaħ twal, saqajn qsar u munqar qasir ħafna li s-soltu jbejtu fl-art.", "Il-parti l-kbira tal-ispeċi għandhom saqajhom żgħar li ma jiswewx wisq għal mixi u ġwienaħ twal bil-ponta.", "Għandhom rix artab maskarat bħala qoxra tas-siġar jew weraq.", "Hemm 91 speċi mad-dinja kollha u 3 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Apodiformes.", "Familja: Apodidae", "Ir-runduni huma għasafar li jqattgħu l-parti l-kbira ta' ħajjithom fl-ajru.", "Dawn l-għasafar għandhom saqajhom qsar ħafna u qatt ma jinżlu fuq l-art jekk jista' jkun u minflok jiggranfaw ma' xi wiċċ vertikali.", "Ħafna runduni għandhom ġwienaħ mitfugħin lura qishom nofs qamar.", "Hemm 100 speċi mad-dinja kollha u 6 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Coraciiformes.", "Familja: Alcedinidae", "L-Alcedinidae huma għasafar ta' daqs medju b'rashom kbira, munqarhom twil bil-ponta, saqajhom qsar u denbhom qasir.", "Hemm 93 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Coraciiformes.", "Familja: Meropidae", "Il-qerd in-naħal huma group ta' għasafar li jiġu mill-passeriformi fil-familja tal-Meropidae.", "Il-parti l-kbira tal-ispeċi jinstabu l-Afrika imma oħrajn jinstabu l-Ewropa t'Isfel, Madagaskar, l-Awstralja u New Guinea.", "Hums karatterizzati b'rixx ta' ħafna lwien, ġisem mislut, u s-soltu rix tawwalin f'nofs id-denb, li jagħmluhom qishom ħuttaf mill-bogħod.", "Hemm 26 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Coraciiformes.", "Familja: Coraciidae", "Il-Coraciidae jixbħu ċ-ċawl fid-daqs u fl-għamla imma huma eqreb għall-qerd in-naħal u l-għasfur ta' San Martin.", "Bħalhom għandhom rix imlewwen l-iżjed bl-ikħal u l-kannella.", "Għandhom iż-żewġ swaba ta' quddiem ta' ġewwa magħqudin flimkien imma ta' barra le.", "Hemm 12-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Coraciiformes.", "Familja: Upupidae", "L-upupidae għandhom kulur iswed, abjad u roża fl-oranġjo u għandhom għalla kbira mwaqqfa fuq rashom.", "Hemm 2 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Piciformes.", "Familja: Picidae", "Il-Bulebbieta huma għasafar ta' daqs minn żgħir għal medju b'munqar qisu furmatur, saqajn qsar, denb iebes u lsien twil biex jaqbdu l-insetti.", "Xi speċi għandhom saqajhom b'żewġ swaba 'l quddiem u tnejn 'il wara, waqt li xi speċi għandhom tliet swaba biss.", "Ħafna bulebbieta għandhom id-drawwa li jsammru fuq iz-zkuk tas-siġar b'munqarhom.", "Hemm 219-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Alaudidae", "L-alwett huma għasafar żgħar tal-art li sikwit jgħannu u jtiru b'mod estravaganti.", "Il-parti l-kbira tal-alwett għandhom dehra bla kuluri.", "Jgħixu fuq l-insetti u ż-żerriegħa.", "Hemm 96 speċi mad-dinja kollha u 12 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Hirundinidae", "Il-familja tal-Hirundinidae hi grupp ta' passeriformi kkaratterizzati bil-ħila li ghandħom li jieklu waqt li jtiru.", "Għandhom ġisimhom mislut u aerodinamiku, ġwinħajhom twal bil-ponta u munqarhom qasir jinfetaħ wiesa'.", "Saqajhom huma magħmulin biex jaqbdu mas-siġar iżjed milli għall-mixi.", "Hemm 83 speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Motacillidae", "Il-Motacillidae huma familja ta' għasafar passeriformi żgħar b'denbhom ta' daqs medju.", "Għandhom ġisimhom mislut u jgħixu minfuq l-insetti fl-art.", "Hemm xi 66 speċi mad-dinja kollha u 11 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Regulidae", "Ir-Regulidae huma grupp żgħir ta' għasafar li spiss jingħaddu mal-għasafar għanejja tad-Dinja l-Antika, imma sikwit jingħataw l-istatus ta' familja billi jixbħu l-Baeolophus.", "Hemm xi 6 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Bombycillidae", "Il-Bombycillidae huma grupp ta' passeriformi kkaratterizzati b'rix artab ħariri u truf ħomor fuq ir-rix tal-gwienaħ.", "Dan huma għasafar tas-siġar tal-foresti tat-tramuntana.", "Jgħixu fuq l-insetti fis-sajf u fuq il-bakek fix-xitwa.", "Hemm 3 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Cinclidae", "Ic-Cinclidae huma grupp ta' għasafar li jgħixu fis-siġar u l-ħabitat taghħom fih ambjenti akwatiċi fl-Ameriki, l-Ewropa u l-Asja.", "Hemm 5 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Troglodytidae", "Il-bumisturi huma għasafar żgħar li jħobbu jinħbew (għalhekk bismisturin) barra l-għanja tgħajjat tagħhom.", "Għandhom ġwinħajhom qsar u munqarhom irqieq imdawwar l-isfel.", "Bosta speci iżommu denbhom 'l fuq.", "Kollha jgħixu fuq l-insetti.", "Hemm xi 80 speċi mad-dinja kollha (li kollha ħlief waħda jgħixu fid-Dinja l-Ġdida) u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Prunellidae", "Il-Prunellidae huma l-unika familja li huma endemiċi kompletament fil-Palearktiku.", "Dawn huma għasafar żgħar bla xejn li jiddistngwihom, li minn barra jixbħu l-għasafar tal-bejt.", "Hemm xi 13-il speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Turdidae", "L-imlievez huma grupp ta' għasafar passeriformi li jgħixu l-iżjed fid-Dinja l-Antika.", "Dawn huma insettivori (xi ftit omnivori) ta' daqs medju, mbaċċnin b'rixhom artab, li spiss jieklu fl-art.", "Hemm 176 speċi mad-dinja kollha u 8 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Cisticolidae", "Iċ-Cisticolidae huma għanejja (ivversjaturi) li jinstabu l-iżjed fir-reġjuni sħan tan-nofsinhar tad-Dinja l-Antika.", "Ġeneralment huma skuri, kanella jew griżi u joqgħodu fil-beraħ fejn ma tantx hemm siġar.", "Hemm 111-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Sylviidae", "Il-familja tas-Sylviidae huma grupp ta' għasafar passeriformi, insettivori żgħar.", "Is-Sylviidae bħala speċi li jbejtu jinstabu l-iżjed fl-Ewropa, l-Ażja u, inqas fl-Afrika.", "Il-parti l-kbira minnhom għandhom dehra li m'għandha xejn li jaqlagħha, imma għandhom għanja distintiva.", "Hemm 291 speċi mad-dinja kollha u 41 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Muscicapidae", "Il-Muscicapidae huma grupp kbir ta' għasafar passeriformi żgħar indiġeni għad-Dinja l-Antika.", "Ġeneralment huma insettivori żgħar ta' fuq is-siġar.", "Id-dehra ta' dawn l-għasafar tvarja, imma l-parti l-kbira minnhom għandhom għanja dgħajfa u għajta ħarxa.", "Hemm 275 speċi mad-dinja kollha u 23 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Paridae", "Il-Paridae huma fil-parti l-kbira speċi ta' għasafar żgħar mibrumin b'munqarhom qasir u oħxon, li jgħixu fl-imsaġar.", "Huma għasafar adattabbli b'dieta mħallta li tinkludi ż-żerriegħa u l-insetti.", "Hemm 59 speċi mad-dinja kollha u 2 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Tichodromidae", "Id-Daqquqa tal-Ġebel hi għasfur żgħir b'rix stupend, aħmar skur, griż u iswed.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Remizidae", "Ir-Remizidae huma grupp żgħir ta' għasafar passeriformi insettivori li jiġu mill-Paridae.", "Hemm 13-il speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Oriolidae", "L-orjoli tad-Dinja l-Antika huma għasafar kuluriti passeriformi li ma jiġux mill-orjoli tad-Dinja l-Ġdida.", "Hemm 29 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Laniidae", "Il-Kaċċamenduli huma għasafar passeriformi magħrufin għad-drawwa tagħhom li jaqbdu għasafar oħhra u annimali żgħar u jwaħħlu l-biċċċiet li ma jkunux kielu fuq ix-xewk.", "Munqarhom ganċ bħal tal-għasafar tal-priża.", "Hemm 30 speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Corvidae", "Il-familja tal-Corvidae huma ikbar mill-medja tal-ordni tal-passeriformi.", "Xi wħud mill-ikbar speċi għandhom ħila kbira biex jitgħallmu.", "Hemm 119-il speċi mad-dinja kollha u 5 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Sturnidae", "L-isturnelli huma għasafar passeriformi ta' daqs minn żgħir għal medju.", "Itiru fid-dritt bil-qawwa, u huma gregarji ħafna.", "Bħala ambjent jippreferu l-kampanja miftuħa.", "Jieklu l-insetti u l-frott.", "Tipikament rixhom hu skur b'leqqa metalika.", "Hemm 114-il speċi mad-dinja kollha u 3 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Passeridae", "L-għammiela huma għasafar passeriformi.", "Ġeneralment ikunu żgħar, imbaċċnin, kannella jew griżi, b'denbhom qasir u munqarhom qasir u b'saħħtu.", "L-għammiela jieklu l-iżjed iż-żerriegħa imma jieklu wkoll insetti żgħar.", "Hemm 38 speċi mad-dinja kollha u 4 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Vireonidae", "Il-Vireonidae huma grupp żgħir ta' għasafar passeriformi ta' daqs minn żgħir għal medju li huma ristretti għad-Dinja l-Ġdida.", "Tipikament huma fl-aħdar u jixbħu l-Vjolin Ħadrani barra minn munqarhom li hu eħxen.", "Hemm 52 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Fringillidae", "Il-Fringillidae huma għasafar passeriformi li jieklu biss iż-żerriegħ.", "Jistgħu ikunu minn żgħar għal kbar mhux ħażin u għandhom munqarhom b'saħħtu, is-soltu koniku u f'xi speċi kbir ħafna.", "Kollha għandhom 12-il rixa f'denbhom u 9 rix primarji.", "Dawn l-għasafar itiru bil-qabża, jagħtu s-salt iħabbtu l-ġwienaħ imbagħad jiżżerżqu mal-arja u jibqgħu sejrin hekk.", "Il-parti l-kbira minnhom jgħannu tajjeb.", "Hemm 176 speċi mad-dinja kollha u 13 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Emberizidae", "L-Emberizidae huma familja kbira ta' għasafar passeriformi.", "Jgħixu fuq iż-żerriegħ u l-forma ta' munqarhom hi distintiva.", "Ħafna mill-ispeċi tal-Emberizidae għandhom disinn distintiv fuq rashom.", "Hemm 329 speċi mad-dinja kollha u 16 minnhom jidhru Malta.", "Ordni: Passeriformes.", "Familja: Cardinalidae", "Il-Cardinalidae huma familja ta' għasafar passeriformi b'saħħithom, li jgħixu fuq iż-żerriegħa u għandhom munqarhom qawwi.", "Tipikament huma assoċjati mal-boskijiet miftuħa.", "Is-sessi s-soltu jkollhom rix differenti.", "Hemm 43 speċi mad-dinja kollha u waħda minnhom tidher Malta."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16620", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16620", "title": "Ouija Board", "text": ["Ouija Board", "Il-ouija board hija logħba li allegatament biha tista' tikkomunika mal-ispirti.", "Ma teżisti l-ebda prova xjentifika li din il-logħba fiha xi qawwiet paranormali.", "Il-kelma \"ouija\" ġejja minn \"oui\" bil-Franċiż u \"ja\" bil-Ġermaniż, li t-tnejn ifissru \"iva\".", "Kienet ivvintata fl-1892 minn Isaac Fuld minn Baltimore fl-Istati Uniti.", "Fil-bidu tant ħolqot kontroversja dwar jekk setgħetx titqies bħala strument xjentifiku kif qalu l-okkultisti jew bħala sempliċi ġugarell li kellha tkun il-Qorti Suprema Amerikana li tiddeċiedi dwarha.", "Fil-fatt ġiet iddikjarata ġugarell u hekk għadha tinbiegħ minn Parker Brothers.", "Il-ouija board tikkonsisti f'bord jew karta li jkollha mmarkat fuqha \"yes\" u \"no\", l-ittri tal-alfabett, u vleġġa li timmarka.", "Il-persuna tagħmel mistoqsija, ħafna drabi dwar il-futur tagħha.", "Allegatament, għax dan qatt ma ġie ppruvat, il-vleġġa tibda ddur weħidha u timmarka l-ittri.", "Jekk wieħed jgħaqqad l-ittri flimkien ikollu t-tweġiba ta' l-ispirtu.", "Ix-xjenzati ma jaċċettawx li l-ouija board tiċċaqlaq weħidha.", "Ħafna jsostnu li l-persuna nnifisha ċċaqlaqha involontarjament.", "Dan jispjegawh b'dak li jissejjaħ dissociative state.", "Ħafna drabi min jilgħab bil-ouija board ikun f'dan l-istat dissoċjattiv, jiġifieri ma jkunx f'sensih għal kollox.", "Dan jiġri wkoll iżda b'mod iktar estrem fl-ipnożi, fil-mard isteriku u fl-hekk imsejħa \"split personalities\".", "Minħabba f'hekk il-persuna tibda temmen li l-vleġġa qiegħda ddur weħidha jew bl-għajnuna ta' l-ispirti ta' persuni mejtin, meta fil-fatt tkun qiegħda ċċaqlaqha bla ma tinduna.", "Qatt ma sar studju fuq kemm hija pprattikata l-ouija board f'Malta.", "Iżda jidher li l-prattika tal-ouija board mill-istudenti fl-iskejjel Maltin qiegħda tiżdied.", "Dan wassal biex fis-snin disgħin psikologi u eżorċisti intervjenew f'numru mhux żgħir ta' każijiet.", "Il-fenomenu huwa mifrux fl-iskejjel sekondarji kemm statali kif ukoll privati u tal-Knisja, l-iktar minn Form III 'l fuq.", "Ħafna jibdew jipprattikawha bħala logħba jew avventura iżda din tista' tkun logħba perikoluża.", "Il-perikli jvarjaw minn konsegwenzi psikoloġiċi fuq min jipprattikaha sa ossessjoni bl-okkult u anke involviment fis-sataniżmu.", "Il-psikologi qegħdin jiltaqgħu ma' ħafna każijiet ta' persuni li lagħbu mal-ouija board li huma maħkumin minn sens kbir ta' biża'."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16633", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16633", "title": "Annetto Depasquale", "text": ["Annetto Depasquale", "Mons. Annetto Depasquale (Ħal Qormi, 28 ta' Ġunju 1938 – Ħal Qormi, 29 ta' Novembru 2011) kien Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta' Malta mill-1999 sakemm miet.", "Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet ta' San Ġużepp fil-Belt Valletta u l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo.", "Kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta' Malta u fl-Università Pontifiċja tal-Lateran, fejn studja l-Liġi Kanonika u t-Teoloġija Pastorali.", "Ġie ordnat saċerdot fis-7 ta' April 1962 u ta s-servizz tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni Djar tal-Knisja għat-tfal, fil-\"Pastoral Research Services\" tal-Arċidjoċesi, kif ukoll fil-parroċċa ta' San Ġorġ, Ħal Qormi, u fil-Parroċċa Nazzjonali għal Kattoliċi ta' Lingwa Ingliża.", "Fis-6 ta' Awwissu 1977 inħatar Kanċillier tal-Kurja u fl-14 ta' April 1986, Segretarju Pastorali.", "Fid-9 ta' Jannar 1989 inħatar Vigarju Ġenerali u fis-16 ta' Novembru 1998, il-Papa nnominah bħal Isqof Titulari ta' Aradi u Isqof Awżiljarju ta' Malta.", "Ġie ordnat Isqof fit-2 ta' Jannar 1999.", "Għallem il-Liġi Kanonika fil-Fakultajiet tat-Teoloġija u tal-Liġi fl-Università ta' Malta.", "Depasquale miet fid-dar tiegħu fid-29 ta' Novembru 2011 fl-3.45 p.m. f'Ħal Qormi u jidher li hu miet għar għarrieda minħabba li l-jum ta' qabel filgħodu kien qed jagħmel xi xogħol fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana.", "Malli tħabbret l-aħbar tal-mewt kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppo­żizzjoni esprimew in-niket tagħhom fejn waqt li Lawrence Gonzi iddeskrivih bħala \"persuna li f'kull pożizzjoni kien dejjem qiesha bħala opportunità oħra li jkun viċin in-nies biex jagħtihom servizz\", Joseph Muscat fissru bħala bniedem li fi ħdan il-Knisja wettaq \"ħidma li kienet dejjem maħsuba biex twettaq ġid komuni fost il-komunità\".", "Fl-omelija fil-quddiesa tal-funeral ikkonċeleb­rata jumejn wara mewtu fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann l-Arċisqof Pawl Cremona stqarr: \"Forsi taħsbu li l-mewt ħasditu.", "Imma fl-aħħar ħames snin kien jitkellem dwar il-mewt b'sens ta' paċi.", "Ħass li kienet fil-qrib imma kien lest għaliha\".", "Huwa qal li Monsinjur Depasquale qatt ma rribella jew staqsa imma aċċetta b'kalma t-tbatija tal-mard anke jekk l-istess marda żammitu milli jaqdi kif xtaq lill-Knisja li tant kien iħobb.", "L-Arċisqof ta' Malta semma wkoll li jekk kien hemm xi ħaġa li laqtitu f'Monsinjur Depasquale din kienet il-fedeltà li kellu kemm lejn Alla kif ukoll lejh bħala l-Mexxej tal-Knisja Maltija.", "Minbarra t-tmien ħutu, għall-funeral attendew fost oħrajn il-President George Abela, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat, deputati parlamentari, membri tal-ġudikatura u għadd kbir ta' saċerdoti u membri tal-kleru fosthom l-Isqof t'Għawdex Mario Grech, in-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16648", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16648", "title": "Nick Drake", "text": ["Nick Drake", "Nicholas Rodney \"Nick\" Drake (Jangon, 19 ta' Ġunju 1948 – Warwickshire, 25 ta' Novembru 1974) kien kant-awtur u mużiċista Ingliż, magħruf l-aktar għall-kanzunetti tiegħu fuq sfond tal-kitarra.", "F'ħajtu naqas illi jiġbed udjenza kbira però maż-żmien xogħlu beda jiġi rikonoxxut.", "Ta' għoxrin sena iffirma ma' Island Records meta kien għadu student tal-Università ta' Cambridge, u ħareġ l-album \"Five Leaves Left\" fl-1969.", "Sal-1972 hu kien irrekordja żewġ albums oħrajn – \"Bryter Layter\" u \"Pink Moon\".", "L-ebda minnhom ma biegħ iktar minn 5,000 kopja mal-ewwel ħruġ.", "In-nuqqas ta' rieda li kellu li jdoqq quddiem udjenza jew li jkun intervistat ikkontribwixxew għan-nuqqas ta' suċċess kummerċjali.", "Drake sofra minn dipressjoni, partikularment fl-aħħar snin ta' ħajtu.", "Ħafna drabi din kienet tkun riflessa fil-lirika tiegħu.", "Meta lesta mit-tielet album, \"Pink Moon\" tal-1972, hu rtira kompletament mill-kant lajv u mill-irrekordjar, u mar lura jgħix mal-ġenituri tiegħu f'Warwickshire.", "M'hemm l-ebda filmat tiegħu ta' Drake bħala adult; inqabad biss f'ritratti u filmati fi tfulitu.", "Drake miet nhar il-25 ta' Novembru 1974 kawża ta' overdose ta' amitriptilina, antidipressant preskritt; huwa kellu 26 sena.", "Il-mużika ta' Drake baqgħet disponibbli matul in-nofs tas-snin 70, imma t-tnedija tal-album \"Fruit Tree\" wasslet biex il-katalgu mużikali tiegħu jerġa' jiġi evalwat.", "Sa nofs is-snin 80 Drake kien qiegħed jingħata kredtu li influwenza artisti bħal Robert Smith, David Sylvian u Peter Buck.", "Fl-1985, The Dream Academy laħqu l-quċċata tal-klassifiki fir-Renju Unit u l-Istati Uniti b'\"Life in a Norther Town\", diska miktuba u ddedikata lil Drake.", "Sal-bidu tas-snin 90, hu sar il-figura rappreżentattiva ta' mużiċista \"romantiku kkundannat\" fl-istampa mużikali Brittanika u ssemma għal diversi drabi bħala l-influwenza ta' artisti bħal Kate Bush, Paul Weller u The Black Crowes.", "L-ewwel bijografija tiegħu tfaċċat fl-1997, segwita fl-1998 bid-dokumentarju \"A Stranger Among Us\".", "Missier Nick, Rodney Drake (1908–1988), emigra lejn Jangon, f'Burma, fil-bidu tas-snin tletin sabiex jaħdem bħala inġinier ma' Bombay Burmah Trading Corporation.", "Hemmhekk, fl-1934, missieru ltaqa' mat-tifla ta' membru għoli tas-Servizz Ċivili Indjan, Mary Lloyd (1916–1993), magħrufa fost qrabatha bħala \"Molly\".", "Rodney Drake ippropona lil Molly fl-1936 minkejja li l-koppja kellha tistenna sa sena wara sakemm hi għalqet il-21 sena qabel ma l-familja tagħha tawha l-permess biex tiżżewweġ.", "Fl-1950 irritornaw lura lejn Warwickshire sabiex jgħixu fil-kampanja, f'dar bl-isem ta' Far Leys, fir-raħal ta' Tanworth-in-Arden fil-Punent ta' Warwickshire.", "Nick Drake kellu oħt waħda, Gabrielle, li aktar tard kellha ssegwi karriera ta' suċċess bħala attriċi televiżiva u fil-films.", "Il-ġenituri tiegħu kellhom xeħta mużikali u t-tnejn li huma kitbu biċċiet ta' mużika.", "Reġistrazzjonijiet ta' Molly Drake tfaċċaw wara mewtha u l-istil tagħhom huwa simili għat-ton u t-tema tax-xogħol ta' binha.", "Kemm l-omm kif ukoll binha kellhom l-istil vuċi fraġli espressa bil-kant tagħhom, u kemm Gabrielle u l-bijografu Trevor Dann innutaw sens ta' presentiment u fataliżmu fil-mużika tagħhom.", "Xprunat minn ommu, Drake tgħallem il-pjanu ta' età bikrija u beda jikkomponi r-repertorji tiegħu li kien jirrekordja fuq \"tape recorder\" u li ommu kienet iżżomm fis-salott.", "Fl-1957, Drake daħal fl-Eagle House School, kulleġġ preparatorju Ingliż f'Berkshire.", "Ħames snin wara daħal fi skola pubblika f'Marlborough College f'Wiltshire, fejn missieru, nannuh u buż-nannuh kollha kienu alunni.", "Hu beda juri interess fl-isports, fejn kien sar ġerrej stabbilit (ir-rekord tiegħu fuq 100 jarda għadu mhux maqbuż sal-lum il-ġurnata) u għal xi żmien kien kaptan tat-tim tar-rugby.", "Kien ukoll \"Head of House\" ta' C1, l-ikbar abitazzjoni tal-kulleġġ.", "Il-ħbieb tiegħu tal-iskola jiftakru lil Drake bħala persuna kunfidenti u \"awtoritarju ħiemed\", filwaqt li ħafna drabi distakkat fil-manjieri tiegħu.", "Missieru Rodney jiftakar, \"F'wieħed mir-rapporti [is-surmast] qal li ħadd minna ma kien jafu sew.\"", "Drake daqq il-pjanu fl-orkestra tal-iskola, u tgħallem il-klarinett u s-sassofonu.", "Huwa fforma grupp mużikali, The Perfumed Gardeners, flimkien ma' erba' sħabu tal-iskola fl-1964 jew l-1965.", "Bi Drake fuq il-pjanu u, xi drabi, bid-daqq tal-alto sax u l-kant, il-grupp daqq repertorji u mużika jazz ta' Pye Records, kif ukoll kanzunetti ta' The Yardbirds u Manfred Mann.", "Chris de Burgh xtaq jidħol parti tal-grupp, però ma kienx aċċettat minħabba li l-gosti mużikali tiegħu kienu meqjusin mill-membri l-oħra bħala \"wisq f'vena popolari\".", "Ir-rendiment akkademiku ta' Drake malajr beda sejjer lura, u filwaqt li kien qabeż sena fl-Eagle House, f'Marlborough beda jittraskura l-istudji u jikkonċentra iktar fuq il-mużika.", "Huwa kiseb seba' O-Levels tal-GCE fl-1963, iżda dawn kienu inqas minn kemm stennew l-għalliema tiegħu, filwaqt li falla l-\"Fiżika mal-Kimika\".", "Fl-1965, Drake ħallas £13 għall-ewwel kitarra akustika tiegħu, u beda jesperimenta bl-irfinar miftuħ u tekniki differenti ta' kif juża' subajgħ.", "Fl-1966, Drake rebaħ borża ta' studju fil-letteratura Ingliża fil-Fitzwilliam College, fl-Università ta' Cambridge.", "Huwa ttardja d-dħul tiegħu biex jgħaddi sitt xhur fl-Università ta' Aix-Marseille, fi Franza, minn Frar tal-1967 'il quddiem.", "Kemm dam f'Aix, huwa ddedika ħafna ħin għall-prattika tal-kitarra, fejn ħafna drabi kien idoqq ma' sħabu għall-flus fit-toroq tal-qalba tal-belt.", "Drake beda jpejjep il-kannabis, u dik ir-rebbiegħa siefer ma' xi ħbieb lejn il-Marokk għaliex, skont wieħed minn sħabu tas-safar Richard Charkin, \"hemmhekk kien fejn kont issib l-aqwa ħaxixa\".", "Aktarx li Drake beda juża l-LSD waqt li kien f'Aix, u lirika mituba f'dan il-perjodu - partikolarment għall-kanzunetta \"Clothes of Sand\" - jissuġġerixxu interess fid-droga alluċenoġena.", "Mar-ritorn tiegħu l-Ingilterra hu mar joqgħod fl-appartament t'oħtu ġewwa Hampstead, qabel ma daħal fl-Università ta' Cambridge f'Ottubru ta' dik is-sena.", "L-għalliema tiegħu sabuh student intelliġenti, iżda mingħajr entużjażmu u mingħajr ħajra għall-istudju.", "Dann jinnota li kellu diffikultà jibni konnessjoni kemm ma' membri tal-istaff u kif ukoll ma' studenti bħalu, u jinnota wkoll li r-ritratti uffiċjali tal-università juruh żagħżugħ malinkoniku.", "Cambridge kienet tagħmel enfasi fuq it-timijiet tar-rugby u l-krikit, iżda Drake kien tilef l-interess fl-isports u beda jippreferi joqgħod fil-kamra tiegħu fil-kulleġġ, ipejjep il-marijuana u jisma' u jdoqq il-mużika.", "F'Settembru tal-1967 iltaqa' ma' Robert Kirby, student tal-mużika li eventwalment kiteb l-orkestra għal ħafna xogħol mill-ewwel żewġ albums ta' Drake.", "Sa dan iż-żmien, Drake kien skopra x-xeni mużikali folk Brittanniċi u Amerikani, u kien influwenzat minn artisti bħal Bob Dylan, Josh White u Phil Ochs.", "Huwa beda jdoqq fi klabbs lokali u ħwienet tal-kafè madwar Londra u fi Frar tal-1968, waqt li kien qed idoqq bħala l-att tal-ftuħ qabel Country Joe and the Fish ġewwa The Roundhouse f'Camden Town, irnexxielu jħalli impressjoni fuq Ashley Hutchings, bassista ta' Fairport Convention.", "Hutchings jiftakar li baqa' impressjonat bil-ħiliet ta' Drake bħala kitarrist, iżda iktar minn hekk, \"bid-dehra tiegħu ta' stilla.", "Huwa kellu dehra tal-għaġeb, kien jidher twil seba' piedi.\"", "Hutchins introduċa lil Drake lill-produttur Amerikan Joe Boyd, sid tal-kumpanija ta' produzzjoni u l-immaniġġjar Witchseason Productions.", "Dak iż-żmien, il-kumpanija kienet liċenzjata lil Island Records, u Boyd, bħala dak li kien skopra lill-Fairport Convention u li kien responsabbli għall-introduzzjoni ta' John Martyn u The Incredible String Band lil udjenzi wesgħin, kien figura ta' stoffa u rispettata fix-xena folk tar-Renju Unit.", "Hu u Drake mill-ewwel bnew rabta bejniethom, u l-produttur ħa rwol ta' gwida għal Drake tul il-karriera tiegħu.", "\"Demo\" ta' erba' kanzunetti, irrekordjata fil-kamra ta' Drake fil-kamra tal-kulleġġ tiegħu matul ir-rebbiegħa tal-1968, wasslet biex Boyd joffri kuntratt ta' immaniġġjar, pubblikazzjoni u produzzjoni lill-artist ta' 20 sena, u beda wkoll ix-xogħol fuq l-album debuttanti.", "Skont Boyd:", "Dan iż-żmien ma kienx hemm \"cassettes\" - (Drake) ġabli \"tape recorder\" li kien għamel id-dar.", "F'nofs l-ewwel diska ħassejt li din kienet xi ħaġa pjuttost speċjali.", "Sejjaħtlu, ġie, u għedtlu, \"Nixtieq nagħmel rekord miegħek.\"", "Huwa laqlaq, \"Eh, ijja, Ok.\"", "Nick kien raġel ta' ftit kliem.", "F'intervista tal-2004, il-ħabib ta' Drake, Paul Wheeler, ftakar fl-eċitament għal dak li deher bħala l-bidu tas-suċċess għal Drake, u semma' kif il-kantant kien diġà ddeċieda li ma jkomplix it-tielet sena tiegħu f'Cambridge.", "Drake beda jirrekordja l-ewwel album tiegħu \"Five Leaves Left\" fl-1968, b'Boyd jassumi r-rwol ta' produttur.", "Is-sessjonijiet saru fl-istudjo ta' Sound Techniques, ġewwa Londra, bi Drake ħafna drabi jiskarta l-lezzjonijiet biex jaqbad il-ferrovija sal-kapitali Ingliża.", "Ispirat mill-produzzjoni ta' John Simon fuq l-ewwel album ta' Leonard Cohen, Boyd kien ħerqan li l-vuċi ta' Drake tkun irreġistrata bl-istess stil intimu, \"mingħajr ix-xinxilli tal-pop\".", "Boyd fittex ukoll li jinkludi arranġamenti li jixbħu lil ta' Simon, mingħajr ma dawn jisbqu l-kanzunetta.", "Għas-sosten, Boyd qabbad numru ta' kuntatti mix-xena tal-folk f'Londra, inkluż il-kitarrist ta' Fairport Convention Richard Thompson u l-bassista ta' Pentangle, Danny Thompson.", "Hu ġab ukoll lill-produttur John Wood bħala inġinier, filwaqt li qabbad lil Richard Hewson biex jikteb arranġamenti orkestrali.", "L-ewwel sessjonijiet ma marrux tajjeb: is-sessjonijiet kienu irregolari u mgħaġġlin, irrekordjati waqt ħin misluf minn Fairport Convention waqt li dawn kienu qed jipproduċu l-album tagħhom \"Unhalfbricking\".", "Kien hemm tensjoni bejn l-artist u l-produttur dwar id-direzzjoni li l-album kellu jieħu; Boyd kien jappoġġja l-metodu ta' George Martin li \"juża' l-istudjo bħal strument\", waqt li Drake ipprefera ħoss iktar organiku.", "Dann josserva li Drake kien iħossu \"issikat u nervuż\" fuq reġistrazzjonijiet \"bootleg\" meħuda mis-sessjonijiet, u jinnota wkoll it-tentattivi mingħajr suċċess ta' Boyd li jfassal strumentazzjoni.", "Iż-żewġ naħat kienu mdejqin bil-kontribuzzjoni ta' Hewson, u ħassewha wisq tradizzjonali u komuni għall-ħoss tal-kanzunetti ta' Drake.", "Drake issuġġerixxa li jużaw lill-ħabib tiegħu mill-università Robert Kirby, iżda Boyd kien xettiku milli jingaġġa student tal-mużika mingħajr ebda esperjenza fi studjo.", "Madanakollu, huwa kien impressjonat bl-assertività mhux karatteristika ta' Drake u qabel li ssir prova.", "Preċedentement, Kirby kien ippreżenta lil Drake b'xi arranġamenti għall-kanzunetti tiegħu, però, Kirby ma ħassux kunfidenti biżżejjed biex jikteb il-partitura għal dik li hi meqjusa l-qofol tal-album, \"River Man\", u Boyd kellu jġebbed l-estimi finanzjarji ta' Witchseason biex jingaġġa lill-kompożitur veteran Harry Robinson, bi struzzjonijiet biex jimita t-ton ta' Delius u Ravel.", "Diffikultajiet fil-post-produzzjoni wasslet għal dewmien ta' diversi xhur fil-ħruġ tal-album.", "Kien ġie allegat li l-album ma kienx irreklamat u sostnut biżżejjed, għalkemm l-inklużjoni tat-kanzunetta tal-ftuħ \"Time Has Told Me\" fuq l-album tad-dar tal-produzzjoni Island Records \"Nice Enough to Eat\" wasslitu għal udjenza wiesa' (kannzunetta oħra mit-tieni album tiegħu kienet inkluża wkoll fl-album tad-dar diskografika sussegwenti \"Bumpers\").", "Drake deher f'intervisti ta' faċċati sħaħ fl-istampa popolari F'Lulju, \"Melody Maker\" irrifera għall-album bħala wieħed \"poetiku\" u \"interessanti\", għalkemm \"NME\" f'Ottubru kitbu li ma kienx hemm \"biżżejjed varjetà biex l-album ikun wieħed divertenti\".", "L-album indaqq fuq ir-radju minn DJs iktar progressivi tal-BBC, bħal John Peel u Bob Harris.", "Drake ma kienx kuntent bil-kopertina minn ġewwa, li kienet iġġib id-diski fl-ordni l-ħażin u li kienet iġġib versi li ma kienux inklużi fil-verżjonijiet irrekordjati.", "F'intervista oħtu Gabrielle stqarriet: \"Kien riżervat ħafna.", "Kont naf li qed jaħdem fuq album imma ma kontx naf f'liema stadju kien wasal sakemm daħal fil-kamra tiegħi u qalli, 'Ħa!'.", "Waddabli kopja fuq is-sodda u ħareġ 'il barra!\"", "Drake spiċċa l-istudji tiegħu f'Cambridge disa' xhur qabel il-gradwazzjoni, u fil-ħarifa tal-1969 mar jgħix Londra sabiex jikkonċentra fuq karriera mużikali.", "Missieru jiftakar \"jiktiblu ittri twal, dwar l-iżvantaġġi li jitlaq 'il bogħod minn Cambridge ... diploma kienet xi ħaġa sigura, jekk jirnexxielu jġib id-diploma, tal-anqas ikollu xi ħaġa fuq xiex jaqa' fuqha; ir-risposta tiegħu kienet li xi ħaġa sigura kien dak li ma riedx.\"", "Drake qatta' l-ewwel ftit xhur fil-kapitali jgħix minn post għal ieħor, fejn xi drabi għex ukoll fl-appartment ta' oħtu f'Kensington, imma ħafna drabi kien jorqod għand ħbiebu, fuq is-sufanijiet jew mal-art.", "Fl-aħħar, f'tentattiv sabiex isawwab xi forma ta' stabbiltà f'ħajjet Drake, Boyd organizza u ħallas akkomodazzjoni f'Belsize Park, Camden.", "F'Awwissu, Drake irrekordja tliet kanzunetti għall-programm ta' John Peel fuq il-BBC.", "Xahrejn wara, hu fetaħ għal Fairport Convention fir-Royal Festival Hall f'Londra, segwita minn dehriet fi klabbs folk f'Birmingham u Hull.", "Bl-esebizzjoni ta' Hull f'moħħu, il-kantant folk Michael Chapman ikkummenta:", "Il-mużiċisti folkloristiċi m'għoġobhomx; [huma] riedu kanzunetti bil-kor.", "Huma tilfu l-punt kompletament.", "Hu ma lissen l-ebda kelma l-lejla sħiħa.", "Fil-fatt kienet xi ftit ta' dwejjaq taraha.", "Ma nafx x'kienet qed tistenna l-udjenza, ifhimni, kellhom ikunu jafu li ma kellhomx jistennew kunċert konvenzjonali f'kunċert ta' Nick Drake!", "Din l-esperjenza qawwet id-deċiżjoni tiegħu biex ma jkantax aktar quddiem in-nies; il-ftit kunċerti li daqq f'dawn iż-żmenijiet kienu qosra, spjaċevoli u b'attendenza baxxa.", "Drake deher mingħajr ħeġġa biex ikanta u ftit li xejn kien jintegra mal-udjenza.", "Minħabba li diversi kanzunetti kienu jindaqqu b'intonazzjonijiet differenti, hu kien jieqaf ħafna drabi sabiex jirfina.", "Għalkemm il-pubbliċità maħluqa minn \"Five Leaves Left\" kienet żgħira, Boyd kien għatxan sabiex jibni album ġdid fuq id-dinamika li kien hemm.", "\"Bryter Layter\" tas-snin sebgħin, għal darb'oħra prodotta minn Boyd u Wood bħala inġinier, introduċiet ħoss iktar vivaċi, b'elementi ta' jazz.", "Diżappuntant mid-debutt bi prestazzjoni kummerċjali fqira, Drake fittex li jabbanduna l-ħoss pastorali, u qabel mas-suġġeriment tal-produttur tiegħu li jinkludi bassita u batterista fir-rekordings.", "\"Kellu ħoss iktar pop, nissoponi\", Boyd qal iktar tard.", "\"Immaġinajtu li jkun iktar kummerċjali.\"", "Bħall-albums preċedenti, dan l-album involva wkoll lill-mużiċisti minn Fairport Convention, kif ukoll kontribuzzjonijiet minn John Cale f'żewġ kanzunetti: \"Northern Sky\" u \"Fly\".", "Trevor Dann innota li filwaqt li biċċiet minn \"Northern Sky\" kellhom karatteristiċi li jixbhu lil dawk ta' Cale, il-kanzunetta kienet l-eqreb li Drake seta' jasal għal post fuq il-klassifika mużikali.", "Fl-awtobijografija tiegħu tal-1999, Cale stqarr li għamel użu mill-eroina matul dan iż-żmien, u l-ħabib antik tiegħu Brian Wells beda jissuspetta li Drake kien qiegħed jabbuża wkoll.", "Kemm Boyd u Wood kienu kunfidenti li l-album kellu jkun suċċess kummerċjali, imma l-album biegħ ftit inqas minn 3,000 kopja.", "Għal darb'oħra r-reċensjonijiet kienu mħalltin: filwaqt li \"Record Mirror\" faħħret lil Drake bħala \"kitarrist kbir, limpidu, [u] akkumpanjat b'arranġamenti delikati u sbieħ\", \"Melody Maker\" iddeskriviet l-album bħala \"taħlita stramba ta' folk u jazz\".", "Ftit wara t-tnedija tal-album, Boyd biegħ il-kumpanija Witchseason lil Island Records, u mar joqgħod Los Angeles sabiex jagħmel mal-Warner Brothers fl-iżvilupp ta' kolonni sonori għall-films.", "It-telfa ta' din il-figura ta' gwida, flimkien mal-bejgħ miżeru tal-album, wasslet lil Drake sabiex jirtira f'dipressjoni.", "L-attitudni tiegħu f'Londra inbidlet: hu kien skuntent jgħix waħdu, u viżibilment nervuż u skomdu meta kanta f'serje ta' kunċerti fil-bidu tal-1970.", "F'Ġunju, Drake għamel l-aħħar kunċert quddiem udjenza f'Ewell Technical College, ġewwa Surrey.", "Ralph McTell, li wkoll kanta f'dik is-serata, ftakar li \"Nick kien monosillabu.", "F'dak il-kunċert partikulari kien vera mistħi.", "Hu għamel l-ewwel parti u xi ħaġa orribbli ġrat.", "Hu kien qiegħed ikanta 'Fruit Tree' u telaq 'il barra f'nofsha.\"", "Il-frustrazzjoni tiegħu nqalbet għal dipressjoni, u fl-1971 Drake ġie persważ minn familtu sabiex iżur psikjatra f'St. Thomas's Hospital, Londra.", "Hu ġie preskritt kors ta' antidipressanti, imma ħassu skomdu u imbarrazzat joħodhom, u prova jaħbi dak li ġara minn ħbiebu.", "Drake kien jaf biżżejjed dwar id-drogi biex jinkwieta dwar l-effetti tagħhom, u kien inkwetat fuq kif se jirreaġixxu għall-konsum regulari tal-marijuana.", "Island Records kienu ħerqana għall-promozzjoni tal-album \"Bryter Layter\" b'serje ta' intervisti mal-istampa, sessjonijiet tar-radju u kant lajv.", "Drake, li f'dan il-perjodu kien qiegħed ipejjep dak li Kirby iddeskriva bħala \"kwantità kbira\" ta' marijuana u juri \"l-ewwel sinjali ta' psikożi\", irrifjuta.", "Mal-ħarifa tal-1970, hu kien iżola lilu nnifsu f'Londra.", "Diżappuntat mir-reazzjoni għal \"Bryter Layter\", hu sar iktar sekluż u tbiegħed minn familtu u ħbiebu.", "Rari kienu l-okkażjonijiet fejn kien joħroġ mill-appartament, u f'dawk id-drabi kienu biex ikanta f'xi kunċert 'l hemm u 'l hawn jew biex jixtri d-droga.", "\"Dan kien żmien veru ħażin\", oħtu Gabrielle tirrakonta, \"Hu darba qalli li kull ħaġa bdiet tmur ħażin minn dan il-mument, u naħseb li dak kien meta l-affarijiet bdew imorru ħażin.\"", "Minkejja li Island la kienu qegħdin jistennew u lanqas riedu t-tielet album, Drake avviċina lil Wood f'Ottubru tal-1971 sabiex jibda x-xogħol fuq dak li kellu jkun l-aħħar album.", "Is-sessjonijiet saru f'żewġt iljieli, bi Drake u Wood biss preżenti fl-istudjo.", "Il-kanzunetti melankoniċi ta' \"Pink Moon\" huma qosra, u l-album ta' erbatax-il kanzunetta huwa twil 28 minuta biss.", "Drake esprima n-nuqqas ta' sodisfazzjoni bil-ħoss ta' \"Bryter Layter\", u kien jemmen li l-arranġamenti tal-kordi, ir-ram u s-sassofonu taw żoss li kien \"iktar sħiħ, iktar elaborat.\"", "Drake deher fuq \"Pink Moon\" akkumpanjat biss mill-kitarra tiegħu rekordjata, minbarra l-kanzunetta titolari fejn kienet tinkludi l-pjanu.", "\"Hu kien determinat li jagħmel din id-diska naturali kemm jista',\" jiftakar Wood.", "\"Hu definittivament ried li jkun hu kemm jista' jkun.", "U jiena naħseb, f'ċerti aspetti, li \"Pink Moon\" hija probabbilment li l-iktar hi bħall-istil ta' Nick milli ż-żewġ diski l-oħrajn.\"", "Drake wassal it-tejps ta' \"Pink Moon\" lil Chris Blackwell f'Island Records, għall-kuntrarju ta' leġġenda popolari li tgħid li hu ħallihom fuq il-mejda tas-segretarja mingħajr ma' lissen kelma.", "Reklam għall-album fuq ir-rivista \"Melody Maker\" fi Frar fetaħ bil-kliem \"Pink Moon — l-aħħar album ta' Nick Drake: l-ewwel darba li smajna bih kien meta kien lest.\"", "\"Pink Moon\" biegħ inqas kopji mill-predeċessuri tiegħu, għalkemm irċieva kritika pożittiva.", "Fir-rivista \"Zigzag\", Connor McKnight kiteb, \"Nick Drake mhuwiex artista finta.", "L-album ma jagħmel l-ebda konċessjoni għat-teorija li l-mużika għandha tkun eskejpista.", "Hi sempliċement l-ħsieb ta' mużiċista dwar il-ħajja f'dan iż-żmien, u ma tistax titlob għal iktar minn hekk.\"", "Blackwell ħass lil \"Pink Moon\" kellu jkun l-album li tagħmel lil Drake popolari mal-udjenza penerali; madanakollu, l-istaff tiegħu kienu diżappuntanti bin-nuqqas ta' rieda min-naħa ta' Drake biex jagħmel attivitajiet promozzjonali.", "Il-maniġer tal-A&R, Muff Winwood, jiftakar \"jaqla' xagħru\" bil-frustrazzjoni, u jammetti li mingħajr is-sosten entużjażmanti ta' Blackwell \"il-kumplament kienu jħalluh.\"", "Però, wara insistenza minn Boyd, Drake qabel li jagħmel intervista ma' Jerry Gilbert ta' \"Sounds Magazine\".", "Il-\"kantant folk mistħi u introvert\" tkellem dwar li ma kienx jogħġbu jkanta quddiem udjenza u li jagħmel dak li ma jogħġbux.", "\"Ma kien hemm l-ebda konnessjoni [bejnietna]\", Gilbert stqarr.", "\"Naħseb li qatt ma ħares f'għajnejha darba.\"", "B'qalbu maqtugħha u konvint li ma setax jerġa' jikteb, Drake iddeċieda li jirtira mill-mużika, fejn ikkunsidra li jieħu linja differenti u jingħaqad mal-armata.", "Fix-xhur wara t-tnedija ta' \"Pink Moon\", Drake sar inqas soċjevoli u iktar distanti minn dawk qrib tiegħu.", "Hu reġa' lura jgħix fid-dar tal-ġenituri tiegħi f'Tanworth-in-Arden, u għalkemm kien irrabjat b'din ir-rigressjoni, hu aċċetta l-fatt li l-marda tiegħu għamlitha neċessarja.", "\"Ma nieħux gost id-dar\", qal lil ommu, \"imma ma niflaħx x'imkien ieħor.\"", "Ir-ritorn tiegħu kienet ħafna drabi diffiċli għal familtu; kif tispjega oħtu Gabrielle, \"il-ġranet is-sbieħ f'dar il-ġenituri tiegħi kienu ġranet sbieħ għal Nick, u l-ġranet il-koroh kienu ġranet koroh għal Nick.", "U dak kien fuq xiex ħajjithom kienet iddur.\"", "Hu kien jgħix ħajja miżera, fejn l-uniku sors ta' dħul kien l-£20 fil-ġimgħa li kien jirċievi minn Island Records.", "Ħafna drabi kien jisparixxi għal ġranet, fejn mingħajr mistenni kien imur għand ħbiebu.", "Robert Kirby jiddeskrivi viżta tipika: \"Hu kien jiġi u ma jitkellimx, ipoġġi, jisma' l-mużika, ipejjep, jieħu xarba, jorqod matul dak il-lejl, u jumejn jew tliet ijiem wara ma jkunx hemm, ikun telaq.", "U tliet xhur wara jerġa' jiġi.\"", "Rigward dan il-perjodu, John Martyn (li fl-1973 kiteb il-kanzunetta titolari tal-album tiegħu \"Solid Air\" għal u dwar Drake) iddeskrivieh bħala l-iktar persuna sekluża li qatt iltaqa'.", "Hu kien jaqbad il-karozza ta' ommu u jsuq għal sigħat mingħajr skop, sakemm jispiċċalu l-petrol u jċempel lill-ġenituri biex jiġbruh.", "Ħbiebu jiftakru dwar l-estrem kif l-apparenza tiegħu nbdilet.", "Matul dawn il-perjodi skoraġġanti tal-marda tiegħu, hu rrifjuta li jaħsel xagħru jew li jaqta' d-dwiefer.", "Kmien fl-1972, Drake sofra minn kriżi nervuża, u kien l-isptar għal ħames ġimgħat.", "Drake fl-agħar żmien ta' dipressjoni stqarr:", "Ma nħoss l-ebda emozzjoni dwar xejn.", "La rrid nidħaq u lanqas nibki.", "Inħossni insensibbli, mejjet ġewwa fija.", "Fi Frar tal-1974, Drake ikkuntatja lil John Wood sabiex jibda jaħdem fuq ir-raba' album.", "Boyd kien l-Ingilterra dak iż-żmien, u qabel li jattenda s-sessjonijiet tal-irrekordjar.", "Din l-ewwel sessjoni ġiet segwita minn aktar rekordings f'Lulju.", "Fl-awtobijografija tal-2006, il-produttur jiftakar kif kien sorpriż bir-rabja u l-imrar li wera Drake: \"[Hu qal li] Jien għidtlu li hu kien ġenju, u oħrajn qablu.", "Għala ma kienx famuż u sinjur?\"", "Kemm Boyd u Wood innutaw li l-prestazzjoni ta' Drake kienet marret lura ħafna, tant li ma kienx jiflaħ ikanta u jdoqq il-kitarra fl-istess ħin.", "Madanakollu, ir-ritorn lura lejn l-istudjo ta' Sound Techniques għolliet il-moral ta' Drake; ommu stess tistqarr, \"Konna lkoll fis-seba' sema li Nick kien ferħan minħabba li ma kien hemm l-ebda kuntentizza fil-ħajja ta' Nick għal snin.\"", "Sal-ħarifa tal-1974, il-marda ta' Drake wasslitu sabiex jibqa' f'kuntatt biss ma' ftit ħbieb tal-qalb.", "Hu prova jżomm kuntatt ma' Sophia Ryde, li ltaqa' magħha l-ewwel darba Londra fl-1968.", "Ryde ġiet deskritta mill-bijografiji ta' Drake bħala \"l-iktar ħaġa qrib\" ta' tfajla li kellu f'ħajtu, pero illum tippreferi d-deskrizzjoni tal-\"akbar ħabiba\".", "F'intervista tal-2005, Ryde stqarret li ġimgħa qabel mewtu, hi ppruvat ittemm ir-relazzjoni bejniethom.", "\"Ma flaħtx iktar.", "Tlabtu għal xi żmien 'il bogħod.", "U ma rajt qatt iktar.\"", "Bħar-relazzjoni li kellu qabel mal-mużiċista folk Linda Thompson, ir-relazzjoni ta' Drake ma' Ryde ma ġietx konsumata.", "F'xi ħin matul il-lejl tal-24 u l-25 ta' Novembru 1974, Nick Drake miet f'daru f'Far Leys, Tanworth-in-Arden, kawża ta' doża eċċessiva ta' amitriptilina, tip ta' antidipressant.", "Il-lejl ta' qabel kien mar kmieni f'kamartu wara li qatta' l-wara nofs ta' nhar iżur ħabib.", "Ommu qalet li mal-għabex hu telaq minn kamartu għall-kċina.", "Familtu kienet dratu tisimgħu jagħmel dan ħafna drabi matul il-ġurnata, imma din id-darba m'għamel l-ebda ħoss.", "Huma assumew li kien qiegħed jiekol xi ċereali.", "Hu mar lura kamartu ftit wara u ħa xi pilloli biex \"jgħinuh jorqod\".", "Minħabba li kien ibati mill-irqad, hu kien iħobb joqgħod imqajjem jisma' u jdoqq il-mużika, u jorqod sa tard filgħodu.", "Meta ġiet biex tirrakonta dak li ġara dak il-lejl, ommu iddikjarat: \"Qatt ma kont intelfu.", "Imma kien madwar nofsinhar, u dħalt [f'kamartu], minħabba li kien jidher li kien wasal il-ħin biex iqum ...", "L-ewwel ħaġa li rajt kienu saqajh twal.\"", "Ma kien hemm l-ebda nota ta' suwiċidju, għalkemm kien hemm ittra ħdejn is-sodda indirizzata lil Ryde.", "Fl-inkjesta li saret f'Diċembru, l-investigatur stqarr li l-kawża wara l-mewt ta' Drake kienet b'riżultat ta' \"intossikazzjoni akuta ta' amitriptilina meta kien qiegħed isofri minn marda dipressiva\", u kkonkluda l-verdett ta' suwiċidju.", "Minkejja li din l-istqarrija ġiet imxejna minn xi membri tal-familja, hemm perspettiva ġenerali li b'aċċident jew le, sa dak il-punt Drake kien qata' qalbu minn ħajtu.", "Rodney iddeskriva l-mewt t'ibnu bħala sorpriża u straordinarja; madanakollu, f'intervista fl-1979 hu stqarr li \"dejjem kien inkwetat fuq kemm dipressat kien ikun Drake.", "Konna naħbu l-aspirina u l-pilloli u affarijiet bħalhom.\"", "Boyd jgħid li jippreferi jemmen li d-doża eċċessiva kienet aċċident.", "Hu jiftakar fuq kif il-ġenituri ta' Drake iddeskrivew il-burdata tiegħu fil-ġimgħat ta' qabel bħala waħda pożittiva, u li kien ippjana sabiex imur lura Londra sabiex jerġa' jibda l-karriera mużikali.", "Il-ġurnalist ta' \"NME\", Nick Kent, kiteb fl-1975 fuq l-ironija tal-mewt ta' Drake fi żmien meta hu kien qiegħed jerġa' jibda jikseb sens ta' \"bilanċ personali\".", "F'kuntrast, Gabrielle Drake qalet li tippreferi taħseb li Drake miet b'suwiċidju, \"fis-sens li aħjar li miet minħabba li jrid itemm kollox milli kawża ta' żball traġiku.\"", "Fit-2 ta' Diċembru 1974, wara ċerimonja fil-knisja ta' St Mary Magdalene, Tanworth-in-Arden, il-fdalijiet ta' Drake ġew kremati f'Solihull Crematorium u l-irmied ġew midfunin taħt siġra tal-ballut fiċ-ċimiterju ta' St Mary's. Fil-funeral attendew mal-50 ruħ, fosthom ħbieb minn Marlborough, Aix, Cambridge, Londra, Witchseason, u Tanworth.", "Brian Wells, b'referenza għall-ġenju ta' Nick, aktar tard sab li ħafna minn ħbiebu ltaqgħu ma' xulxin għall-ewwel darba f'dik l-għodwa.", "Molly tiftakar kif \"ħafna ħbieb żgħażagħ ġew, li qatt ma konna ltaqjna qabel magħhom.\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16650", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16650", "title": "Volkswagen", "text": ["Volkswagen", "Volkswagen (imqassra VW) hija ditta Ġermaniża tal-karozzi u hi l-marka oriġinali u l-iktar li tagħmel bejgħ tal-Volkswagen Group, illum proprjetarja wkoll tal-marki Audi, Bentley, Bugatti, Lamborghini, SEAT, u Škoda, kif ukoll tal-manifattur tat-trakkijiet Scania.", "Volkswagen tfisser \"il-karozza tal-poplu\" bil-Ġermaniż, fejn hi ppronunzjata \"fɔlksˌvaːɡən\".", "Is-sottotitolu, jew slogan, tagħha bħalissa hu Das Auto (Il-Karozza)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16651", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16651", "title": "Slogan", "text": ["Slogan", "Slogans ta' reklamar huma frażijiet qosra, ħafna drabi memorabbli, użati f'kampanji ta' reklamar.", "Huma kkwotati bħala l-aktar mod effettiv ta' kif wieħed jiġbed l-attenzjoni lejn wieħed jew iktar aspetti ta' prodott.", "It-terminu \"strapline\" huwa terminu użat fir-Renju Unit u 'l-pajjiżi tal-Commonwealth biex jirreferi għal sentenza sekondarja abbinata ma' isem ta' ditta.", "L-għan tal-istrapline hu li jenfasizza frazi li l-kumpanija tkun tixtieq li titfakkar biha, speċjalment biex tirreklama immaġni azjendali jew konnessjoni speċifika ma' prodott jew bażi tal-konsumatur.", "Xi slogans huma maħluqa biss għal kampanji speċifiċi bi żmien limitat; oħrajn huma intiżi bħala slogans azjendali, biex jintużaw fuq perjodu estiż; xi slogans jibdew bħal tal-ewwel, u jsibu ruħhom ikkonvertiti f'tal-aħħar għaliex jinqabdu sew mill-pubbliku, u xi wħud jibqgħu memorabbli għal ħafna snin wara li jkun intemm l-użu tagħhom."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16652", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16652", "title": "Audi", "text": ["Audi", "Audi AG hi manifattur Ġermaniż tal-karozzi, bi prodotti li jvarjaw minn supermini sa crossover SUVs, bi stili varji u prezzijiet differenti, irreklamati taħt id-ditta Audi, meqjusa bħala l-iprem ditta fi ħdan il-Volkswagen Group.", "Il-kwartieri tal-kumpanija jinsabu f'Ingolstadt, fil-Ġermanja.", "Audi ilha proprjetà sussidarja (99.55%) ta' Volkswagen AG mill-1966, wara x-xiri gradwali tal-predeċessur tagħha, Auto Union, mill-eks-sid tagħha, Daimler-Benz.", "Volkswagen irrilanċjat id-ditta Audi fl-1965 bit-tnedija tas-serje Audi F103.", "L-isem tal-kumpanija huwa derivat mill-kunjom tal-fundatur August Horch, li s-sinifikat tiegħu bil-Ġermaniż hu \"isma\"', u li t-traduzzjoni tiegħu bil-Latin issir \"Audi\".", "L-erba' ċrieki fil-logo jirrapreżentaw kull waħda mill-kumpaniji li ngħaqdu flimkien biex twaqqfet id-ditta."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16654", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16654", "title": "Karozza", "text": ["Karozza", "Il-karozza, jew karru tan-nar, hija vettura bil-mutur u bir-roti użata għat-trasport tal-passiġġieri, li wkoll iġġorr il-mutur jew magna tagħha stess.", "Ħafna mid-definizzjonijiet tat-terminu jispeċifikaw li l-karozzi huma ddisinjati biex primarjament ikunu użati fit-toroq, li jakkomodaw minn persuna waħda sa tmienja, li tipikament għandhom erba' roti, u li huma mibnijin primarjament biex iġorru persuni, iktar milli oġġetti", "Hemm madwar 600 miljun karozza madwar id-dinja (bejn wieħed u ieħor karozza għal kull 11-il persuna).", "Madwar id-dinja, fl-2007 kien hemm madwar 806 miljun karozza u trakkijiet żgħar; il-magni ta' dawn jaħarqu 'l fuq minn biljun metru kubiku ta' petrol/gażolina u diesel kull sena.", "In-numru dejjem qiegħed jiżdied, partikolament fiċ-Ċina u fl-Indja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16655", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16655", "title": "Achal Prabhala", "text": ["Achal Prabhala", "Achal Prabhala huwa riċerkatur, attivista u kittieb Indjan minn Bangalore, Karnataka.", "Huwa jaħdem dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-mediċina u l-għarfien.", "Prabhala huwa membru tal-bord ta' konsulenza tal-Fondazzjoni Wikimedia.", "Prabhala jgħix f'Bangalore, l-Indja.", "Huwa studja l-ekonomija u l-amministrazzjoni pubblika f'Middlebury College u wara fl-Università ta' Yale, fejn ikkontribwixxa għal artikli fuq il-\"Yale Daily News\", il-gazzetta tal-istudenti.", "Achal Prabhala jirriċerka l-proprjetà intelletwali f'konnessjoni mal-mediċina u l-għarfien.", "Fl-2005, huwa kiteb rapport dwar il-kwistjonijiet tal-copyright u għall-aċċess tat-tagħlim fl-Afrika tan-Nofsinhar għall-ICTSD u l-UNCTAD u mexxa l-proġett \"Access to learning materials in South Africa\" 2004–05.", "B'fondi minn għotja tal-Fondazzjoni Wikimedia, Prabahala, flimkien ma' Priya Sen u Zen Marie, ipproduċa l-film \"People are Knowledge\".", "Il-film jesplora kif jistgħu jiġu wżat metodi alternattivi ta' ċitazzjoni fuq il-Wikipedija."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16659", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16659", "title": "Filosofija", "text": ["Filosofija", "Il-Filosofija hi l-istudju ta' problemi ġenerali u fundamentali, bħal dawk marbutin mal-eżistenza, l-għarfien, il-valuri, ir-raġuni, il-menti (il-moħħ), u l-lingwa.", "Il-filosofija tiddistingwi ruħha minn metodi oħrajn li jindirizzaw l-istess problemi bil-mod kritiku u ġeneralment sistematiku tagħha, u mid-dipendenza tagħha fuq l-argumentazzjoni razzjonali.", "Il-kelma \"filosofija\" ġejja mill-Grieg - φιλοσοφία (\"philosophia\"), li litteralment tfisser \"imħabba għall-għerf\".", "Ara Metafilosofija L-introduzzjoni tat-termini \"filosfu\" u \"filosofija\" hi attribwita lill-ħassieb Grieg Pitagora.", "L-attribuzzjoni hi magħduda li hi bbażata fuq silta minn xogħol illum mitluf ta' Herakleides Pontikos, dixxiplu ta' Aristotli.", "Ix-xogħol hu meqjus parti minn korp wiesa' ta' leġġendi ta' Pitagora.", "\"Filosfu\" kienet meqjusa kelma li tikkuntrasta ma' \"sofist\" (minn \"sophoi\").", "Sofisti li kienu jivvjaġġaw, jew \"għorrief\", kienu importanti fil-Greċja klassika, ħafna drabi jaqilgħu l-għajxien tagħhom bħala għalliema, filwaqt li l-filosfi kienu \"maħbubin tal-għerf\" u mhux professjonisti.", "Filwaqt li l-filosofija kienet tfisser kwalunkwe tfittxija għall-għerf, il-qasam ittrattat mill-filosofija naqas biż-żmien.", "Meta beda jkun hemm iktar qbil dwar il-fatti, it-terminu filosofija naturali beda jinbidel f'dawk imsejħin ix-xjenzi, bħall-fiżika, il-kimika u l-bijoloġija.", "Il-psikoloġija, xjenza soċjali, bdiet tiġi kkunsidrata xjenza separata mill-filosofija fis-seklu għoxrin.", "L-oqsma ewlenin tal-istudju tal-filosofija jinkludu l-epistemoloġija, il-loġika, il-metafiżika, l-etika u l-estetika.", "L-epistemoloġija tittratta n-natura u l-iskop tal-għarfien, bħar-relazzjoni bejn il-verità, it-twemmin, u teoriji tal-ġustifikazzjoni.", "Ix-xettiċiżmu hu l-pożizzjoni li tqajjem mistoqsijiet dwar il-ġustifikazzjoni ta' kwalunkwe verità.", "It-Trilemma ta' Münchhausen tgħid li t-tliet għażliet biex biex wieħed jipprova bis-sod kwalunkwe verità m'humhiex sodisfaċenti.", "L-ewwel metodu hu l-argument tar-rigress fejn, b'rigress infinit, kull prova tiġi bżonn iktar provi.", "L-infinitiżmu jsostni li din il-katina tista' ma tieqaf qatt.", "Metodu ieħor hul-fondazzjonaliżmu, fejn il-ġustifikazzjoni eventwalment isserraħ fuq twemmin bażiku jew assjomi mhux ippruvati.", "L-atomiżmu loġiku jsostni li hemm \"fatti\" loġiċi (jew \"atomi\") li ma jistgħux jinqasmu f'biċċiet iżgħar.", "It-tielet metodu ta' ġustifikazzjoni jinvolvi raġunament cirkolari, fejn it-teorija u l-prova jsostnu lil xulxin.", "Il-koerentiżmu isostni li twemmin huwa [ġustifikat jekk ikun koerenti ma' sistema iktar wiesa' ta' twemmin.", "B'mod iktar speċifiku, il-it-teorija tal-koerenza tal-verità tafferma li dak li hu minnu hu dak li jikkoera ma' xi ġabra speċifika ta' propożizzjonijiet.", "Ir-Razzjonaliżmu jemfasizza r-raġuni bħala l-għajn tal-għarfien.", "L-Empiriċiżmu huwa l-emfażi fuq evidenza osservata permezz tas-sensi bħala s-sors tal-għarfien.", "Il-loġika hi l-istudju tal-prinċipji ta' konklużjonijiet (inferenzi) validi u ta' raġunament korrett.", "Illum is-suġġett tal-loġika għandu żewġ oqsma vasti: il-loġika matematika (loġika simbolika formali) u dik imsejħa l-loġika filosofika.", "F'raġunament deduttiv, argument jinbena billi jiġi muri li xi konklużjoni loġika tiżvolġi b'mod naturali minn sett ta' ċerti premessi.", "Argument bħal dan jissejjaħ silloġiżmu.", "Argument jissejjaħ validu jekk il-konklużjoni tiegħu tassew titwassal mill-premessi tiegħu, kemm jekk il-premessi huma veri jew le, filwaqt li argument jagħmel sens jekk il-premessi li minnu ħareġ huma veri.", "Konklużjonijiet minn premessi jirrikjedu r-regoli tal-inferenza, bħal, eżempju, l-iktar metodu popolari, il-modus ponens.", "Loġika propożizzjonali sempliċi tinvolvi konklużjonijiet minn prepożizzjonijiet, li huma dikjarazzjonijiet li jistgħu ikunu kemm veri jew foloz.", "Il-Loġika tal-predikat tittratta konklużjonijiet minn varjabbli li jridu jiġu kkwalifikati minn ikkwantifikaturi meta huma veri u meta huma foloz.", "Raġunament induttiv iwassal għal konklużjonijiet u ġeneralizzazzjonijiet ibbażati fuq raġunament probabilistiku.", "Il-metafiżika tittratta temi dwar ir-realtà, bħall-eżistenza, ir-relazzjoni bejn il-menti (il-moħħ) u l-ġisem, l-oġġetti u l-karatteristiċi, avvenimenti and l-kawżalità.", "Friegħi oħra tradizzjonali tal-metafiżika huma l-kożmoloġija u l-ontoloġija.", "L-Idealiżmu hu l-twemmin li r-realtà hi fundamentalment mibnija mill-menti, jew inkella li hi immaterjali, filwaqt li r-realiżmu jsostni li r-realtà, jew għallinqas partijiet minnha, teżisti indipendentement mill-menti.", "Il-partikolari huma dawk l-oġġetti magħduda li jeżistu fi spazju u ħin, bil-maqlub ta' astratti, bħan-numri.", "L-universali huma karatteristiċi ta' partikolari multipli, bħall-ħmura, jew il-ġeneru.", "It-tip ta' eżistenza ta' universali u oġġetti astratti hi dibattibbli.", "Ir-realiżmu huwa kultant użat biex isostni l-eżistenza ta' dawn tal-aħħar, filwaqt li n-nominaliżmu huwa kultant użat biex jissimbolizza ċ-ċaħda tal-universali, l-astratti, jew it-tnejn.", "Il-kunċettwaliżmu jsostni li l-universali jeżistu, iżda jeżistu biss fi ħdan il-perċezzjoni tal-moħħ.", "Il-mistoqsija dwar jekk l-eżistenza hijiex karatteristika ilha tiġi diskussa mill-bidu tal-perjodu Modern.", "L-essenza hi l-ġabra tal-attributi li jagħmlu oġġett dak li fundamentalment hu u li mingħajrhom jitlef l-identità tiegħu.", "L-essenza tikkuntrasta mal-aċċident: karatteristika li s-sustanza għandha b'mod kontinġenti u li mingħajra s-sustanza xorta tista' żżom l-identità tagħha."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16661", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16661", "title": "Stojċiżmu", "text": ["Stojċiżmu", "L-iStojċiżmu (Grieg \"Στωικισμός\") huwa skola ta' filosofija Ellenistika mwaqqfa f'Ateni minn Żenone ta' Ċizju fis-snin bikrin tas-.", "L-Istoċji kienu jemmnu li l-emozzjonijiet distruttivi jirriżultaw minn żbajli fil-ġudizzju, u li għaref, jew \"persuna ta' perfezzjoni morali u intellettwali,\" ma tbatix minn emozzjonijiet bħal dawn.", "L-Istojċi kienu interessati ferm fir-relazzjoni attiva bejn id-determiniżmu kożmiku u r-rieda ħielsa tal-bniedem, u t-twemmin li huwa virtwuż li wieħed ikollu rieda (msejħa \"prohairesis\") li tkun taqbel man-natura.", "Minħabba dan, l-Istojċi ppreżentaw il-filosofija tagħhom bħala mod ta' ħajjaa, u għallmu li l-aħjar indikazzjoni ta' liema filosofija wieħed iħaddan ma kenitx dak li wieħed jgħid, imma dak li wieħed jagħmel.", "L-Istojċi li dehru iktar tard, Seneka u Epittetu, emfażizzaw li minħabba li l-\"virtù hi biżżejjed għall-kuntentizza,\" l-għaref huwa immuni għall-isfortuna.", "Dat-twemmin huwa simili għat-tifsira tal-frażi 'kalma stojka', għalkemm il-frażi ma tinkludix il-pożizzjoni etika radikali tal-Istojċi li l-\"għaref\" biss jista' jiġi meqjus verament ħieles, u li l-korruzzjonijiet morali huma kollha vizzjużi bl-istess mod.", "Mit-twaqqif tagħha, id-duttrina Stojka kienet filosofija popolari u dewwiema, b'appoġġ madwar il-Greċja u l-Imperu Ruman, inkluż mill-Imperatur Marku Awrelju, sal-għeluq tal-iskejjel kollha tal-filosofija fis-sena 529 WK, b'ordni tal-Imperatur Ġustinjanu I, li ra l-karattru pagan tagħhom bħala kunfliġġenti mat-twemmin Nisrani.", "L-Istojċi pprovdew deskrizzjoni unifikata tad-dinja, li tikkonsisti f'loġika formali, fiżika li m'hiex dwalistika, u etika naturalista.", "Minn dawn, huma emfażizzaw l-etika bħala l-għan prinċipali tal-għarfien tal-bniedem, allura t-teoriji loġiċi tagħhom kienu iktar ta' interess għal filosfi li ġew aktar tard.", "L-istojċiżmu jippromwovi l-iżvilupp tal-awto-kontroll u l-fortitudni bħala mezz kif wieħed jegħleb emozzjonijiet distruttivi; il-filosofija ssostni li aktar ma wieħed isir ħassieb ċar u mingħajr preġudizzju, wieħed joqrob dejjem iktar biex jifhem ir-raġunament universali (\"logos\").", "Aspett importanti tal-istojċiżmu jinvolvi t-titjib tas-saħħa morali u etika tal-individwu: \"\"Il-virtù\" tikkonsisti f\"'rieda\" li taqbel man-Natura.\"", "Dan il-prinċipju japplika wkoll għar-relazzjonijiet interpersonali; \"biex wieħed ikun ħieles mir-rabja, mill-għira, u l-ġelożija,\" wieħed għandu jaċċetta anke li l-iskjavi huma \"daqs nies oħra, għaliex il-bnedmin kollha huma prodott tan-natura bl-istess mod.\"", "L-etika Stojka tħaddan prospettiva deterministika; rigward dawk neqsin mill-virtǜ Stojka, Cleanthes darba qal li r-raġel ħażin huwa bħal \"kelb marbut ma' karru, imġiegħel imur kulfejn imur il-karru.\"", "Dak li għandu l-virtǜ Stojka, min-naħa l-oħra, jibdel għemilu biex jaqbel mad-dinja u jibqa', fi kliem Epittetu, \"marid iżda kuntent, fil-periklu iżda kuntent, qed imut iżda kuntent, eżiljat iżda kuntent, fil-grazzja u kuntent,\" u b'dan il-mod jippostula rieda individwali \"kompletament awtonoma\", u fl-istess ħin univers li huwa \"riġidament deterministiku, sħiħ u waħdani\".", "Fid-dinja Ellenistika u fl-Imperu Ruman, l-Istojċiżmu kien l-aktar filosofija popolari fost dawk edukati, daqshekk li, fi kliem Gilbert Murray \"kważi s-suċċessuri kollħa ta' Alessandu [...] stqarru lilhom infushom Stojċi.\"", "Għall-ħabta tas-sena 301 QK, Żenone ta' Ċizju beda jgħallem il-filosofija fl-Stoa Poikile (i.e., \"il-veranda mprittra\"), minn fejn il-filosofija tiegħu ħadet isimha.", "Bil-maqlub ta' skejjel filosofiċi oħrajn, fosthom l-Epikurej, Żenone għażel li jgħallem il-filosofija tiegħu fi spazju pubbliku, loġoġ li jgħatu għall-iktar misraħ ċentrali t'Ateni, l-Agora.", "L-ideat ta' Żenone żviluppaw minn dawk taċ-Ċiniċi, li l-fundatur tagħhom, Antistene, kien dixxiplu ta' Sokrate.", "L-iktar dixxiplu influwenti ta' Żenone kien Krisippu, li kien responsabbli tal-iffurmar ta' dak li llum jissejjaħ Stojċiżmu.", "Stojċi Rumani li ġew iktar tard iffukaw fuq it-tagħlim ta' ħajja f'armonija mal-univers, li fuqu wieħed m'għandu ebda kontroll dirett.", "L-istudjużi ġeneralment jaqsmu l-istorja tal-Istojċiżmu fi tliet fażijiet:", "Kif jgħid A. A. Long, ma ssopraviva l-ebda xogħol Stojku sħiħ mill-ewwel żewġ fażijiet tal-Istojċiżmu.", "Baqa' biss kitbiet Rumani mill-Istoa tal-Aħħar.", "Djodoru Kronu, wieħed mill-għalliema ta' Żenone, huwa kkunsidrat l-ewwel filosfu li introduċa u żviluppa l-metodu loġiku magħruf bħala l-loġika propożizzjonali.", "Dan huwa metodu bbażat fuq stqarrijiet u propożizzjonijiet, iktar milli termini, u dan jagħmlu differenti ħafna mil-loġika tat-termini t'Aristotli.", "Iktar tard, Krisippu żviluppa dan il-metodu loġiku f'sistema li saret magħrufa bħala l-loġika Stojka u inkluda sistema deduttiva (is-silloġistika Stojka) li kienet meqjusa rivali tas-silloġistika t'Aristotli.", "Fis-seklu XX qam interess interess ġdid fil-loġika Stojka, meta żviluppi importanti fil-loġika kienu bbażati fuq il-loġika propożizzjonali.", "Susanne Bobzien tgħid li \"l-ħafna xebħ bejn il-loġika filosofika ta' Krisippu u dik ta' Gottlob Frege huwa impressjonanti.\"", "Bobzien tinnota wkoll li \"Krisippu kiteb 'il fuq minn 300 ktieb dwar il-loġika, tista' tgħid fuq is-suġġetti kollha li jikkonċernaw 'il-loġika tal-lum, inkluż it-teorija tal-atti lingwistiċi, l-analiżi tas-sentenzi, espressjonijiet singulari u plurali, tipi ta' predikati, l-indessikali, propożizzjonijiet eżistenzjali, il-konnettivi sentenzjali, in-negattivi, id-diżġunzjoni, il-kondizzjonali, il-konsegwenz loġika, l-forom t'argumenti validi, it-teorija tad-deduzzjoni, il-loġika propożizzjonali, il-loġika modali, il-loġika tat-tensi, il-loġika epistemoloġika, il-loġika tas-suppożizzjoni, il-loġika tal-imperativi, paradossi dwar l-ambigwità u l-loġika.\"", "L-Istojċi kienu jemmnu li l-kewn (ὄντα) kollu -- għalkemm mhux l-oġġetti kollha (τινά) -- huwa materjali.", "Huma aċċettaw id-distinzjoni bejn affarijiet konkreti u oħrajn Oġġett astratt, iżda ċaħdu t-twemmin ta' Aristotli li jeżisti kewn purament inkorporali.", "Huma aċċettaw l-idea t'Anassagora (bħalma għamel Aristotli) li jekk oġġett ikun jaħraq, ikun hekk għaliex ikun daħal fih xi ftit minn massa universali ta' sħana.", "Iżda, bil-maqlub ta' Aristotli, huma estendew l-idea biex tkopri l-aċċidenti kollha.", "Allura, jekk oġġett huwa aħmar, huwa hekk għaliex ikun daħal fih xi parti minn massa universali ta' ħmura.", "Huma kienu jsostnu li hemm erba' Kategoriji.", "L-Istojċi kienu jemmnu li l-għarfien jista' jinkiseb permezz tar-raġuni.", "Il-verità tista' tingħaraf mill-fallaċja; anke jekk, fil-prattika, tista' ssir biss approssimazzjoni.", "Skont l-Istojċi, is-sensi l-ħin kollu jirċievu sensazzjonijiet: taħbit li jgħaddi mill-oġġetti għas-sensi, għall-menti (moħħ), fejn iħallu impressjoni fuq l-immaġinazzjoni (\"fantasija\").", "(Impressjoni li tqum mill-moħħ innifsu kienet tissejjaħ \"fantażma\".)", "Il-menti għandu l-abiltà li jiġġudika (\"sunkatathesis\")—japprova jew jirriġetta—impressjoni, bil-fakultà li jagħrab bejn rappreżentazzjoni veritiera tar-realtà minn waħda falza.", "Xi impressjonijiet jistgħu jinkisbu mill-ewwel, iżda oħrajn jistgħu jiksbu biss gradi varji t'approvazzjoni dubjuża, li tista' tissejjaħ twemmin jew opinjoni (\"doxa\").", "Huwa biss permezz tar-raġuni li jirbexxielna niksbu fehma u konviżjoni ċara (\"katalepsis\").", "Għarfien ċert u veru (\"episteme\"), li seta' jintlaħaq mill-għaref Stojku, jista' jinkiseb biss billi wieħed jivverifika l-konvizjoni mal-għarfien espert t'oħrajn fis-suġġett, u l-ġudizzju kollettiv tal-umanità.", "Skont l-Istojċi, l-univers huwa sustanza materjali u li tirraġuna, u huwa magħruf bħala Alla jew Natura.", "L-Istojċi qasmu n-natura f'żewġ klassijiet: l-attiv u l-passiv.", "Is-sustanza passiva hi l-materja, li \"hi kajmana, sustanza lesta għal kwalunkwe użu, iżda wkoll ċerta li tibqa' bla użu jew xejn ma jġiegħla tibda.\"", "Is-sustanza attiva, li tista' tissejjaħ ix-xorti, jew ir-Raġuni Universali (\"Logos\"), hi eteru intelliġenti, jew nar primordjali, li jwettaq fuq il-materja passiva:", "Kollox huwa suġġett għal-liġijiet tax-Xorti, għaliex l-Univers jaġixxi biss skont in-natura tiegħu, u n-natura tal-materja passiva li jiggverna.", "L-erwieħ tal-bnedmin u l-annimali joħorġu minn dan-nar primordjali u huma, ukoll, suġġetti għax-Xorti:", "Erwieħ individwali min-natura tagħhom jispiċċaw, u jistgħu jiġu \"mibdulin u diffużi, u jassumu natura qalila billi jintlaqgħu fir-Raġuni Seminali (\"logos spermatikos\") tal-Univers.\"", "Peress li r-raġuni korretta hi l-pedament kemm tal-umanità kif ukoll tal-univers, jirriżulta li l-għan tal-ħajja hu li wieħed jgħixa skont ir-Raġuni, ċioè, li wieħed jgħix ħajtu skont in-Natura.", "L-Istojċi tal-antik huma ħafna drabi mifhumin ħażin għaliex it-termini li kienu jużaw kienu parti minn kunċetti differenti minn dawk tal-lum.", "Il-kelma 'stojku' llum tfisser 'bla emozzjonijiet' jew indifferenti għall-uġiegħ, għaliex l-etika Stojka tgħallem il-ħelsien mill-'passjoni' permezz tar-'raġuni'.", "L-Istojċi ma fittxewx li jitfu l-emozzjonijiet; pjuttost, fittxew li jittrasformaw ruħhom permezz t' 'askēsis' li jħalli 'l persuna trawwem ġudizzju ċar u kalma ġewwiena.", "Il-Loġika, ir-riflessjoni, u l-konċentrazzjoni kienu l-metodi li jwasslu għal din l-awto-dixxiplina.", "B'self miċ-Ċiniċi, il-pedament tal-etika Stojka hu li t-tajjeb jinsab fl-istat tar-ruħ infisha; fl-għerf u fl-awto-kontroll.", "L-etika Stojka emfażizzat ir-regola: \"Imxi fejn tieħdok ir-raġuni.\"", "Allura, wieħed għandu jagħmel ħiltu biex jinħeles mill-passjonijiet, waqt li jżomm f'moħħu li t-tifsira antika ta' 'passjoni' kienet \"dieqa\" jew \"tbatija\", jiġifieri, li wieħed jirreaġixxi \"passivament\" għal avvenimenti esterni — kemmxejn differenti mill-użu modern tal-kelma.", "Kienet issir distinzjoni bejn παθος (\"pathos\") (plural: \"pathe\") li normalment tiġi tradotta għal \"passjoni\", \"propathos\" jew reazzjoni istintiva (eż., li wieħed jibjad meta jiffaċċja periklu fiżiku) u \"eupathos\", li hi l-marka tal-għaref Stojku (\"sophos\").", "L-\"eupatheia\" huma sentimenti li jirriżultaw minn ġudizzju tajjeb, bl-istess mod li l-passjonijiet huma riżultat ta' ġudizzji ħżiena.", "L-idea kienet li wieħed jinħeles mit-tbatija permezz tal-\"apatheia\" (Grieg: ἀπάθεια}}) jew paċi mentali (litteralment,'bla passjoni'), fejn paċi mentali kienet mifhuma fis-sens antik - li wieħed ikun oġġettiv jew li jkollu \"ġudizzju ċar\" u li jżomm rasu fuq għonqu meta jiffaċċja t-tlugħ u l-inżul tal-ħajja.", "Għall-Istojċi, ir-'raġuni' fissret mhux biss l-użu tal-loġika, imma wkoll li wieħed jifhem il-proċess tan-natura - il-logos, jew ir-raġuni universali, inerenti fl-affarijiet kollha.", "Li wieħed jgħix skont ir-raġuni u l-virtù, huma kienu jsostnu, ifisser li wieħed jgħix f'armonija mal-ordni divin tal-univers, f'għarfien tar-raġuni komuni u l-valur essenzjali tal-bnedmin kollha.", "L-erba' virtujiet kardinali tal-filosofija Stojka huma l-għerf (Sophia), il-kuraġġ (Andreia), il-ġustizzja (Dikaiosyne), u t-temperanza (Sophrosyne), klassifikazzjoni derivata mit-tagħlim ta' Platun.", "Ispirati minn Sokrate, l-Istojċi kienu jsostnu li d-dieqa u l-ħażen huma riżultat tal-injuranza tal-bniedem fejn tidħol ir-raġuni fin-natura.", "Meta wieħed ikun kattiv, ikun hekk għaliex ma jkunx konxju mir-raġuni universali tiegħu stess, li twassal għall-ġentilezza.", "Is-soluzzjoni għall-ħażen u d-dieq allura hi l-prattika tal-filosofija Stojka - li wieħed jeżamina l-ġudizzji u l-attitudni tiegħu stess u jiddetermina fejn dawn jitbiegħdu mir-raġuni universali tan-natura.", "L-Istojċi kienu jaċċettaw li għaref jagħmel suwiċidju, f'ċirkostanzi li jistgħu ma jħalluhx jgħix ħajja virtwuża.", "Plutarku sostna li kieku Kato aċċetta li jgħix taħt tirannija, allura kien ikun qed jikkomprometti l-awto-konsistenza (\"constantia\") bħala Stojku u kien jitlef mil-libertà li jagħmel għażliet morali onorevoli.", "Is-suwiċidju jista' jiġi ġustifikat jekk wieħed jaqa' vittma ta' uġiegħ jew mard serju; jekk mhux għal dawn, is-suwiċidju jiġi kkunsidrat bħala ċ-ċaħda tad-dmir soċjali li wieħed għandu.", "F'termini filosofiċi, affarijiet li huma indifferenti ma jaqgħux taħt it-tħaddim tal-liġi morali, jiġifieri m'għandhomx it-tendenza li jew jippromwovu, jew itellfu, għan morali.", "Azzjonijiet li la huma meħtieġa u l-anqas ipprojbiti mil-liġi morali, jew li ma jaffettwawx il-moralità, jissejħu moralment indifferenti.", "Id-duttrina tal-affarijiet indifferenti (ἀδιάφορα, \"adjafora\") kellha l-bidu taggħa fl-iskola Stojka bħala konsegwenza tal-oppożizzjoni dijametrika tagħha tal-virtù u l-vizzju.", "B'riżultat ta' din id-dikotomija, numru kbir ta' oġġetti tħallew bla ma ġew assenjati u allura tqiesu indifferenti.", "Eventwalment, ġew żviluppati tliet sub-klassijiet t'\"affarijiet indifferenti\":", "Il-prinċipju ta' \"adjafora\" kien anke komuni maċ-Ċiniċi u x-Xettiċi.", "It-tfassil tal-affarijiet indifferenti, skont Kant, imur lil hinn mill-morali.", "Id-duttrina tal-affarijiet indifferenti reġgħet tqajmet fir-Rinaxximent minn Philip Melanchthon.", "Il-filosofija, għall-Istojku, m'hijiex biss ġabra ta' twemmin jew tisħiq etiku, iżda mod ta' ħajja li jinvolvi prattika kostanti u taħriġ (jew \"askesis\", ara \"Axetiċiżmu\").", "Il-prattiċi filosofiċi u spiritwali Stojċi kienu jinkludu l-Loġika, id-djalogu Sokratiku u l-awto-djalogu, il-kontemplazzjoni dwar il-mewt, it-taħriġ tal-attenzjoni biex tibqa' fil-mument preżenti (simili għal xi forom ta' meidtazzjoni fil-Lvant), rifflessjoni ta' kuljum dwar problemi ta' kuljum u s-soluzzjoni possibbli, \"hypomnemata\", eċċ. Il-filosofija għall-Istojku hi proċess attiv ta' prattika u tifkir kontinwu.", "Fil-\"Meditazzjonijiet\" tiegħu, Marku Awrelju fisser numru ta' prattiċi ta' dan it-tip.", "Pereżempju fl-ewwel parti tat-tieni ktieb jikteb:", "Kull għodwa tenn lilek innifsek: illum ser niltaqa' ma nies ingrati, vjolenti, tradituri, għajjurin, egoisti.", "Dawn huma hekk minħabba nuqqas t'għarfien ta' x'inhu verament tajjeb u ħażin... la jista' ħadd minnhom iweġġani, għaliex ħadd m'hu ħa jdaħħalni fil-ħażen, u l-anqas ma nista' ninkorla ma' sħabi jew nobgħodhom; għaliex aħna ġejna fid-dinja biex naħdmu filmkien...", "Qabel Awrelju, Epittetu fid-\"Diskorsi\" iddintingwa bejn tliet topoi: il-ġudizzju, ix-xewqa u l-inklinazzjoni.", "Skont il-filosfu Franċiż Pierre Hadot, Epittetu jidentifika dawk it-tliet atti mal-loġika, il-fiżika u l-etika rispettivament.", "Hadotjikteb li fil-Meditazzjonijiet \"kull massima tiżviluppa waħda minn dawn it-\"topoi\" karatteristiċi, jew tnejn minnhom, jew tlieta.\"", "Il-prattiċi t'eżerċizzi spiritwali ġew deskritti minn Seamus Mac Suibhne bħala influwenti fuq dawk li jipprattikaw ir-riflessjoni.", "Similaritajiet bejn l-eżerċizzji spiritwali Stojċi u t-terapija tal-imġieba konjittiva kienu deskritti fit-tul f\"'The Philosophy of Cognitive-Behavioural Therapy\" ta' Robertson.", "Karatteristika distinta tal-Istojċiżmu hu l-kożmopolitaniżmu tagħha: Il-bnedmin kollha huma manifestazzjonijiet tal-ispirtu waħdieni tal-univers u jridu jgħixu f'imħabba fraterna u jkunu lesti jgħidu lil xulxin.", "Fid-\"Diskorsi\" tiegħu, Epittetu jikkummenta dwar ir-relazzjoni tal-bniedem mad-dinja u jgħid li \"kull bniedem huwa l-ewwel u qabel kollox ċittadin tal-unità tiegħu stess; iżda huwa wkoll ċittadin ta' belt kbira ta' allat u bnedmin oħra, u li l-politika tagħha hi kopja ta' dik tiegħu.\"", "Dan is-sentiment jirrifletti dak ta' Djoġene ta' Sinope, li qal, \"Jien la jien ċittadin ta' Ateni u l-anqas ta' Korintja, iżda ċittadin tad-dinja.\"", "L-Istojċi kienu jsostnu li d-differenzi esterni, bħall-grad u l-flus, m'huma t'ebda importanza f'relazzjonijiet soċjali, għall-kuntrarju ta' fraternità bejn l-umanità u ugwaljanza bejn il-bnedmin kollha.", "Punt ieħor partikolari kienet il-ħeġġa għall-ħniena lejn l-iskjavi.", "Seneka kien iħeġġeġ, \"Ftakar li dak li inti ssejjaħ l-iskjav tiegħek ħareġ mill-istess zokk, huwa mżiegħel mill-istess sema tiegħek, u bl-istess mod tiegħek jieħu n-nifs, jgħix, u jmut.\"", "L-ikbar differenza bejn iż-żewġ filosofiji hu l-panteiżmu tal-Istojċiżmu, fejn Alla qatt m'hu kompletament tranxendenti imma dejjem immanenti.", "Alla bħala entita ħallieqa huwa personalizzat fil-ħsieb Nisrani, iżda l-Istojċiżmu jwaħħad lil Alla mas-sħuħija tal-univers; l-idea stojka li l-kewn kollu huwa korporju kienet fundamentalment kuntrarja għall-Kristjaneżmu.", "Barra minn hekk, l-Istojċiżmu, bil-maqlub tal-Kristjaneżmu, ma jistipula la bidu u l-anqas għall-univers, u l-anqas ma jsostni li l-individwu jibqa' ħaj wara l-mewt.", "Aktar tard, l-Istojċiżmu kien meqjus mid-Dutturi tal-Knisja bħala 'filosofija pagana', iżda minkejja dan, uħud mill-kunċetti filosofiċi ewlenin tal-Istojċiżmu kienu użati minn kittieba bikrin Insara.", "Xi eżempji: \"logos\", \"virtù\", \"Spirtu\", u \"kuxjenza\".", "Iżda x-xebħ imur lil hinn mit-terminoloġija komuni.", "Kemm l-Istojċiżmu kif ukoll il-Kristjaneżmu jsostnu ħelsien ġewwieni meta ffaċċati bid-dinja esterna, twemmin fi fratellanza bejn il-bniedem u n-Natura (jew Alla, imsejjaħ \"pneuma\" mill-Istojċi), u sens ta' ħżunija ġewwiena -- jew \"ħażen persistenti\" -- fil-bniedem kif ukoll il-futilità u t-temporanjetà tal-passjonijiet u l-attakkamenti materjali.", "It-tnejn inkoraġġew \"Ascesis\" tal-passjoni u l-emozzjonijiet inferjuri (bħar-regħba, l-għira u r-rabja) sabiex il-possibilitajiet iktar għoljin tal-umanità ta' dak li jkun ikunu jistgħu jitqajmu u jiġu żviluppati.", "Kitbiet Stojċi bħall-\"Meditazzjonijiet\" ta' Marku Awrelju intlaqgħu tajjeb ferm minn ħafna Nsara tul is-sekli.", "L-ideal Stojku tal-apatija huwa aċċettat sal-ġurnata tal-lum bħala l-istat morali perfett mill-Knisja Ortodossa.", "San Ambroġu ta' Milan kien magħruf għall-użu ta' filosofija Stojka fit-teoloġija tiegħu.", "Il-kelma \"stojku\" spiss tfisser xi ħadd indifferenti għall-uġiegħ, għall-pjaċir, għan-niket, jew għall-ferħ.", "L-użu modern għal \"persuni li ma jurux x'qed iħossu u li jsofru bil-paċenzja\" kien użat għall-ewwel darba bħala nom fl-1579, u fl-1596 bħala aġġettiv.", "B'kuntrast mat-terminu \"epikurju\", l-artiklu fl-i\"Stanford Encyclopedia of Philosophy's\" jgħid li \"s-sens tal-aġġettiv Ingliż 'stoical' m'huwhiex kompletament qarrieqi dwar l-oriġini filosofiċi tiegħu\".", "Dawn huma xi kwotazzjonijiet minn filosfi Stojċi ewlenin, magħżulin biex juru twemmin komuni tal-Istojċi:", "Epittetu:", "Marku Awrelju:", "Seneka ż-Żgħir:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16666", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16666", "title": "Curaçao", "text": ["Curaçao", "Curaçao (Olandiż: Curacao, Papjamentu: Kòrsou) hija gżira fil-Baħar Karibew tan-Nofsinhar, 'l hinn mill-kosta tal-Veneżwela.", "Il-pajjiż ta' Curaçao (Olandiż: Land Curaçao, Papjamentu: Pais Kòrsou), li jinkludi l-gżira ewlenija kif ukoll il-gżejra mhux abitata ta' Klein Curaçao (\"Little Curaçao\") huwa pajjiż kostitwenti tar-Renju tal-Olanda.", "Il-kapitali hija Willemstad.", "Curaçao hija l-ikbar gżira u l-iktar popolata mit-tlett gżejjer ABC (Aruba, Bonaire u Curaçao) tal-Antilli ż-żgħar, speċifikament l-Antilli \"Leeward\".", "Għandha medda ta' 444 kilometru kwadru (171 mil kwadru).", "Mill-1 ta' Jannar, 2009, għandha popolazzjoni ta' 141,766.", "Qabel l-10 ta' Ottubru, 2010, meta ġew xolti l-Antilli Olandiżi, Curaçao kienet amministrata bħala l-gżira territorju ta' Curaçao (Olandiż: Eilandgebied Curaçao, Papjamentu: Teritorio Insular di Kòrsou), wieħed mill-ħames gzejjer territorji ta' dawk li kienu l-Antilli Olandiżi.", "Il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alfa-3 CUW u l-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alfa-2 CW ġew mogħtija lil Curaçao, imma l-kodiċi ccTLD ta' l/Internet .cw għadu mhux fis-seħħ.", "L-oriġni tal-isem Curaçao huwa mistħarreġ.", "L-oriġni l-iktar milqugħa mill-Portugiżi u l-Ispanjoli hi li l-kelma ġejja mill-kelma Portugiża li tfisser l-istat ta' meta wieħed ikun qiegħed ifieq (curaçao).", "Ir-raġjuni għal dan hi li l-baħħara li kienu jbaħħru għal xhur fuq il-baħar kienu jimirdu spiss bl-iskorbut.", "Jidher li f'wieħed minn dawn il-vjaġġi twal, grupp ta' baħħâra Portugiżi niżlu għall-ewwel darba fuq Curaçao u fiequ mill-iskorbut, probabilment wara li kielu frott bil-vitamina Ċ.", "Il-gżira saret magħrufa b'hekk bħala Ilha da Curação (Gżira tal-Fejqan).", "Spjegazzjoni oħra hi dik li ġejja mill-kelma Portugiża għal qalb (coração), bħala referenza għall-gżira bħala ċentru ta' kummerċ.", "In-negozjanti Spanjoli ssellfu l-kelmu bħala Curaçao, segwiti mill-Olandiżi.", "Spjegazzjoni oħra hi li Curaçao kien l-isem li l-popli indiġeni ta' Curaçao kien jużaw biex isejħu lilhom infushom (Joubert u Van Buurt, 1994).", "Din it-teorija hija appoġġjata minn kitbiet Spanjoli bikrija, li jirreferu għall-popli indiġeni bħala \"Indios Curaçaos\" li tfisser \"Indjani li jfejjqu\" peress li l-aboriġini x'aktarx kienu diġà jafu bil-marda tal-iskorbut u l-fejqan tagħha mill-Indjani tal-Amerika ta' Fuq.", "Wara s-sena 1525, il-gżira dehret fuq mapep Spanjoli bħala \"Curaçote\", \"Curasaote\" u \"Curasaore\".", "Sas-seklu 17, il-gżira kienet magħrufa fuq il-mapep bħala \"Curaçao\" jew \"Curazao\".", "Fuq mappa magħmula minn Hieronymus Cock fl-1562 ġewwa Antwerp, il-gżira hija murija bħala Quracap.", "L-isem \"Curaçao\" ġie assoċjat ma' lewn ta' ikħal, imħabba d-dehra kaħla skura tal-likur msemmi Curaçao (magħruf ukoll bħala Blue Curaçao).", "Illum, lokalment, il-gżira hija magħrufa bħala \"Dushi Kòrsou\" (Ħelwa Curaçao).", "L-abitanti oriġinali ta' Curaçao kienu l-Amerindjani Arawak.", "L-ewwel Ewropej li lemħu l-gżira kienu membri ta'l-ispedizzjoni Spanjola taħt it-tmexxija ta' Alonso de Ojeda fl-1499.", "L-Ispanjoli għamlu skjavi lill-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni indiġena u ġarrew bil-forza dawk li baqgħu ħajja lejn kolonji oħra fejn kien hemm bżonn iktar ħaddiema.", "Il-gżira giet maħkuma mill-Olandiżi fl-1634.", "Il-kumpannija ta'l-Indja tal-Punent Olandiża waqqfet il-kapitali ta' Willemstad fuq l-ixtut tad-daħla magħrufa bħala \"Schottegat\".", "Curaçao kienet ġiet minsija mill-kolonjalisti peress li kienet nieqsa minn ħafna affarijiet li kienu jinteressaw lill-kolonjalisti, bħad-depożiti tad-deheb.", "Madanakollu, il-port naturali ta' Willemstad malajr sewa bħala post idejali għall-kummerċ.", "In-negozju u t-tbaħħir - u s-sibi - saru l-iktar attivitajiet ekonomiċi prinċipali ta' Curaçao.", "Apparti minn hekk, il-kumpannija tal-Indja tal-Punent Olandiża għamlet Curaçao ċentru tan-negozju tal-iskjavi tal-Atlantiku fl-1662.", "Fil-gwerra Franko-Olandiża wara r-rebħiet ta' Cayenne u Tobago, il-konti Jean d'Estrées ippjana li jattakka Curaçao.", "Il-flotta tiegħu - 12 -il man-of-war, 3 \"fire ships\", 2 vapuri tat-trasport, vapur-sptar, u 12 -il vapur kursar - ġiet melgħuba, bit-telf ta' 7 man-of-war, u 2 vapuri oħra li laqtu s-sikek tal-qroll 'l hinn mill-arċipelagu ta' Las Aves minħabba żball ta' navegazzjoni fil-11 ta' Mejju 1678, ġimgħa wara li rħew minn San Kitts u Nevis.", "Ġewwa Curaçao, kien jiġi mfakkar Jum ta' Tifkira sa tard fis-seklu 18 biex tiġi mfakkra din il-ġrajja li evitat li l-gżira tiġi meħruba mill-Franċiżi.", "Negozjanti Olandizi ġabu skjavi mill-Afrika b'kuntratt ma' Spanja magħruf bħala Asiento.", "B'dan il-ftehim, numri kbar ta' skjavi ġew mibjugħa jew mibgħuta lejn destinazzjonijiet fl-Amerika t'Isfel u l-Karibew.", "In-negozju ta'l-iskjavi għamel lill-gżira iktar affluwenti, u wassal għat-twaqqif ta' bini kolonjali impressjonanti.", "F' Curaçao nsibu arkitettura li tħallat stili arkitettoniċi kolonjali Spanjoli u Olandiżi.", "In-numru kbir ta' bini kolonjali ġewwa u madwar Willemstad sewa lill-kapitali post fil-lista ta' Wirt Storiku Mondjali ta'l-UNESCO.", "Djar li qabel kienu proprjetajiet ġewwa l-pjantaġġjonijiet u il-\"kas di pal'i maishi\" fuq stil Afrikan tal-punent (li qabel kienu jgħixu l-iskjavi) jinstabu madwar il-gżira kollha u xi ftit minnhom ġew irristrutturati u jistgħu jiġu miżjura.", "Fl-1795 seħħet rewwixta kbira ta'l-iskjavi taħt it-tmexxija ta' Tula Rigaud, Louis Mercier, Bastian Karpata u Pedro Wakao.", "Sa 4000 skjav Negro ħadu sehem fir-rewwixta fil-parti tal-majjistral tal-gżira.", "'Il fuq minn elf skjav kienu nvoluti fi sparar qalil u l-Olandiżi bezgħu għal ħajjithom.", "Wara xahar, ir-rewwixta ġiet maħnuqa.", "Il-fatt li Curaçao tinsab qrib l-Amerika t'Isfel sewa f'influwenza twila mill-kosta qariba ta'l-Amerika Latina.", "Dan jidher ħafna fix-xebħ arkitettoniku bejn il-partijiet tas-seklu 19 ta' Willemstad u l-belt qariba ta' Coro fl-istat ta' Falcón, din tal-aħħar ukoll parti mill-Wirt Storiku Mondjali ta'l-UNESCO.", "Fis-seklu 19, nies minn Curaçao bħal Manuel Piar u Luis Brión ħadu sehem attivament fil-gwerer tal-indipendenza tal-Veneżwela u l-Kolombja.", "Refuġjati politiċi mill-kontinent (bħal Bolivar innifsu) ġew internati ġewwa Curaçao u t-tfal tal-familji prominenti mill-Veneżwela kienu jiġu edukati fuq il-gżira.", "Matul is-sekli 18 u 19, il-gżira għaddiet taħt idejn l-Ingliżi, il-Franċiżi u l-Olandiżi ħafna drabi.", "Il-ħakma stabbli Olandizi reġgħet lura fl-1815 fi tmiem il-gwerer Napolejoniċi, meta l-gżira ġiet miżjuda fil-kolonja ta' Curaçao u l-gżejjer tagħha.", "L-Olandiżi temmew l-iskjavitù fl-1863.", "It-tmiem ta'l-iskjavitu ġabet magħha tbatija ekonomika, li wasslet lil ħafna abitanti ta' Curaçao jemigraw lejn gżejjer oħra, bħal Kuba biex jaħdmu fil-pjantaġġjunijiet tal-kannamieli.", "Eks-skjavi oħra ma kellhom ebda mod ieħor ħlief li jibqgħu jaħdmu mas-sidien tal-pjantaġġjunijiet taħt is-sistema Paga Tera.", "Dan kien ordni institwit fejn in-Negro jien jikri biċċa art u dan kellhu jagħti l-biċċa l-kbira tal-ħsad tiegħu lil dak li kien is-sid tiegħu fiż-żmien meta kien skjav.", "In-Negroes ġew mġiegħla għal darba oħra jaħdmu l-produzzjoni tal-massa bħaż-żminijiet imgħoddija inkella ma kienx ikollhom biżżejjed għalihom wara li jagħtu dak li kien jistħoqq lis-sid.", "Dan kien iseħħ sal-bidu tas-seklu 20.", "Meta ġie misjub iż-żejt fil-belt ġewwa l-baċir tal-Marakajbo ta' Mene Grande, ir-riżq tal-gżira nbidel b-mod drammatiku.", "Il-kumpanniji Royal Dutch Shell u l-Gvern Olandiż bnew installazjonijiet kbar ta'l-irfinar taż-żejt fl-imkien fejn qabel kien isir in-negozju ta'l-iskjavi ġewwa Asiento, u b'hekk ħolqu sors abbundanti ta' xogħol għall-popolazzjoni lokali u din ħolqot mewġa ta' immigrazzjoni mill-pajjiżi ta' madwar.", "Curaçao kien post idejali għall-irfinar peress li kienet 'il bogħod mit-taqlib soċjali u ċivili li kienet għaddejja minnhom l-Amerika t'Isfel, imma fl-istess ħin qrib tal-bjar taż-żejt tal-Baċir tal-Marakajbo.", "Kellha port naturali eċċellenti li seta' jżomm tankers taż-żejt kbar.", "Il-kumpannija ġabet magħha affluwenza lejn il-gżira.", "Ġew mibnija djar għall-akkomodazzjoni fuq skala kbira u Willemstad ħolqot infrastruttura estensiva.", "Madankollu, bdew jinħolqu differenzi bejn gruppi soċjali f'Curaçao.", "L-iskuntentizza u l-antagonizmi bejn il-gruppi socjali f'Curaçao wassal ghal rewwixti u protesti fit-30 ta' Mejju, 1969.", "L-inkwiet ċivili wassal għal moviment soċjali tal-popolazzjoni Afro-Karibea li nfluwenzat politikament iktar ma għadda ż-żmien (Anderson u Dynes 1975).", "Il-gżira ħolqot industrija turistika u offriet taxxi korporattivi baxxi biex tħeġġeġ lil ħafna kumpanniji biex joħolqu ażjendi biex jevitaw skemi iktar ħorox ta' pajjiżi oħra.", "F' nofs is-snin 80, ir-Royal Dutch Shell biegħet ir-raffinerija għal ammont simboliku lil konsorzju tal-gvern lokali.", "Ir-raffinerija li kienet qiegħda tiqdiem kienet suġġett ta' ħafna każijiet fil-Qorti fi żminijiet reċenti, li jwissu li l-emissjonijet, li jinkludu dijossidu tal-kubrit kif ukoll trabijiet, jaqbzu l-limiti ta' sigurtà.", "Il-konsorzju tal-gvern qieghed jikri bħalissa r-raffinerija lill-kumpannija taż-żejt statali tal-Veneżwela, il-PDVSA.", "F'dawn l-aħħar snin, il-gżira ppruvat tapprofitta mill-istorja u l-wirt partikolari biex tespandi l-industrija tat-turiżmu.", "Fl-1984, il-Kunsill tal-gżira ta' Curaçao għazel il-bandiera nazzjonali u l-innu uffiċjalu tal-gżira.", "Dan sar fit-2 ta' Lulju, id-data meta fl-1954 ġie ffurmat l-ewwel kunsill tal-gzira elett.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-moviment biex jifred il-gżira mill-federazzjoni tal-Antilli beda jissaħħaħ.", "Minħabba l-istaġnar ekonomiku, l-emigrazzjoni lejn l-Olanda kienet kbira f' dawn l-aħħar snin.", "Tentattivi min-naħa tal-politiċi Olandiżi biex iwaqqfu din l-emigrazzjoni diġà kabbret it-tensjonijiet fir-relazzjoni bejn Curaçao u l-Olanda.", "Immigrazzjoni mill-gżejjer tal-Karibew tal-madwar, pajjiżi ta'l-Amerika t'Isfel qiegħda sseħħ.", "Bħal Aruba u Bonaire, Curaçao hija gżira transkontinentali li ġeografikament tagħmel parti mill-Amerika t'Isfel imma hija kkunsidrata li tagħmel parti wkoll mill-West Indies u waħda mil-\"Leeward Antilles\".", "Curaçao u l-gżejjer l-oħra ABC jixbħu f'termini ta' klima, ġeoloġija, flora u fawna iktar lill-Peniżola ta' ParaguanA, il-Peniżola ta' Guajira, Isla Margarita, Araya u r-reġjun ta' Coro fil-Veneżwela u l-istat ta' Falcón.", "Il-flora ta' Curaçao hija differenti mill-veġetazzjoni tipika ta' gżira tropikali.", "Il-makkja ta' tip niexef hija komuni, b'ħafna forom ta' kakti, arbuxelli bix-xewk, pjanti li jħaddru s-sena kollha, kif ukoll is-siġra nazzjonali tal-gżira, id-divi-divis.", "L-iktar punt għoli ta' Curaçao hu ta' 372 metru u l-għolja jisimha Christoffelberg.", "'L hinn mill-kosta ta' Curaçao, fix-xlokk, tinstab il-gżira zgħira u mhux abitata ta' Klein Curaçao (\"Curaçao Zgħira\").", "Curaçao hija magħrufa għas-sikek tal-qroll tagħha, li huma wżati għall-\"iscuba diving\".", "Fil-bajjiet fin-nofsinhar jisntabu ħafna postijiet popolari għal dan l-isport.", "Fatt mhux tas-soltu għal dak li għandu x'jaqsam ma'l-\"iscuba diving\" ġo Curaçao hu li l-qiegħ tal-baħar jsir fond ma'l-ewwel mitt pied mix-xatt, u s-sikka tal-qroll tista' tiġi milħuqa faċilment mingħajr l-użu ta'l-ebda dgħajsa.", "Dan il-punt hu magħruf bħala l-\"blue edge\".", "Il-kurrenti qawwija u n-nuqqas ta' bajjiet jagħmlu l-kosta tat-tramuntana perikoluża għall-għawm u fl-għadis, imma l-għaddasa b'esperjenza jgħodsu hemmhekk meta l-kundizzjonijiet ikunu jaqblu.", "Il-kosta tan-nofsinhar hija differenti ħafna u toffri ibħra kalmi ħafna.", "Il-kosta ta' Curaçao tinkludi ħafna bajjiet u daħliet, il-biċċa l-kbira minnhom tajbin għall-irmiġġ.", "Xi sikek tal-qroll huma affetwati mit-turiżmu.", "Il-bajja ta' Porto Marie qiegħda tesperimenta b'sikek tal-qroll artifiċjali sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-sikka.", "Fil-mijiet ta' blokok artifiċjali tal-qroll li ġew mqiegħda jgħammru varjetà kbira ta' ħut tropikali.", "L-iktar bajjiet popolari ta' Curaçao huma: Baya Beach, Blue Bay (Blauwbaai), Daaibooi, Grote Knip (Playa Abou), Kleine Knip (Kenepa Chiki), Playa Forti, Playa Gipy, Playa Jeremi, Playa Kalki, Playa Kanoa, Playa Lagun, Playa Porto Marie, Playa Santa Cruz, Santa Barbara Beach, Seaquarium Beach, Westpunt.", "Curaçao għandha klima kwazi-aridu bi staġun niexef minn Jannar sa Settembru u staġun tax-xita minn Ottubru sa Diċembru.", "It-temperaturi huma relattivament kostanti b-differenzi zgħar matul is-sena.", "L-irjieħ li jiġi mill-oċeani jġibu magħhom arja kiesħa matul il-jum, u l-istess irjieħ iġibu magħhom arja sħuna matul il-lejl.", "L-iktar xahar kiesaħ hu Jannar b'temperatura medja ta' 26.5 °C (80 °F) u l-iktar xahar sħun hu Settembru b'temperatura medja ta' 28.9 °C (84 °F).", "Il-medja tat-temperatura massima hi ta' 31.2 °C (88 °F).", "Il-medja tat-temperatura minima annwali hi ta' 25.3 °C (78 °F).", "Curaçao tinstab 'l hinn miż-żona maħkuma mill-uragani, imma tiġi affetwata okkażjonalment mill-uragani, bħal per eżempju l-uragan Omar fl-2008.", "L-ebda uragan ma mess l-art ġewwa Curaçao minn meta twaqqaf iċ-Ċentru Nazzjonali għall-uragani biex josserva l-uragani.", "Madankollu, Curaçao hija affetwata direttament mill-maltemp tropikali ta' qabel l-uragani kemm -il darba.", "L-aħħar drabi li dan il-maltemp seħħ kien Cesar fl-1996, Joan-Miriam fl-1988 u Tomas fl-2010.", "Dan l-aħħar uragan mess lil Curaçao bħala maltempata tropikali fil-bidu ta' Novembru, u niżlu sa 265mm (10,4 pulzieri) xita fuq it-territorju li kkawżaw għarar estiż.", "Dan għamel li l-uragan Tomas kien wieħed mill-iktar devastanti fl-istorja ta' Curaçao, kif ukoll għamlu ħafna ħsara, li ġiet stmata mas-60 miljun dollaru ta'l-Antilli Olandiżi (28 miljun dollaru Amerikan).", "Kif ukoll 2 persuni mejta.", "Curaçao rebħet is-\"self-government\" f' Jannar tal-1954 bħala gżira territorju fi ħdan l-Antilli Olandiżi.", "Madankollu, l-abitanti tal-gżira ma ħadux sehem attivament fil-proċess politiku sal-movimenti soċjali ta' tmiem is-snin 60.", "Fis-snin 2000, l-istatus politiku tal-gżira reġa' ġie diskuss, bħal dak tal-gżejjer l-oħra fi ħdan l-Antilli Olandiżi, għal dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjoni ma'l-Olanda u bejn il-gżejjer ta'l-Antilli.", "Permezz ta' referendum li sar fit-8 ta' April 2005, l-abitanti vvutaw għal status separat 'l hinn mill-Antilli Olandiżi, bħal Aruba, b'hekk ġew skartati l-għazliet l-oħra li kienu jinkludu l-indipendenza, isiru parti mill-Olanda, jew jinżamm l-istatus quo.", "Fl-2006, Emily de Jongh-Elhage, reżidenti ġewwa Curaçao, ġiet eletta bħala l-ewwel prim ministru ta'l-Antilli Olandiżi, u mhux ta' Curaçao.", "Fl-1 ta' Lulju 2007, il-gżira ta' Curaçao kienet se ssir pajjix fi ħdan l-Antilli Olandiżi.", "Fit-28 ta' Novembru 2006, il-kunsill tal-gżira m-aċċettax memorandum ta' kjarifika tal-proċess.", "Fid-9 ta' Lulju 2007 il-kunsill ġdid tal-gżira ta' Curaçao rratifika l-ftehim li kien ġie mwarrab f-Novembru 2006.", "Fil-15 ta' Diċembru 2008, Curaçao kienet mistennija li ssir pajjiz separat fi ħdan ir-Renju ta'l-Olanda (bħal Aruba u l-Antilli Olandiżi dak iż-żmien).", "Referendum konsultattiv dwar dan il-pjan sar ġewwa Curaçao fil-15 ta' Mejju 2009, fejn 52 fil-mija tal-votanti qabblu ma' dawn il-pjanijiet.", "Ix-xoljiment ta'l-Antilli Olandiżi seħħ fl-10 t' Ottubru 2010.", "Issa, Curaçao huwa pajjiż fi ħdan ir-Renju ta'l-Olanda, fejn ir-Renju għad għandu r-responsabbiltà għad-difiża u l-affarijiet barranin.", "Ir-Renju qiegħed ħsieb il-finanzi tal-gżira billi l-Olanda tagħmel tajjeb għad-djun tal-gżira.", "Storikament, l-edukazzjoni ġewwa Curaçao, Aruba u Bonaire kienet issir il-biċċa l-kbira bl-iSpanjol sa tard is-seklu 19.", "Kien hemm sforzi biex tiġi mdaħħla edukazzjoni pubblika bilingwi (Olandiz u Papjamentu) fi tmiem is-seklu 19 (van Putte 1999).", "L-Olandiż sar l-ilsien uniku fit-tagħlim fis-sistema edukattiv fil-bidu tas-seklu 20 biex jħaffef l-edukazzjoni għat-tfal tal-ħaddiema barranin tar-Royal Dutch Shell (Romer, 1999).", "Il-Papjamentu reġa' ġie mdaħħal fil-kurrikulu f'nofs is-snin 80.", "Reċentement, sar dibattitu politiku dwar jekk il-Papjamnentu għandux isir l-ilsien uniku tat-tagħlim.", "Dawk li qegħdin jipproponu l-Papjamentu bħala lsien uniku tat-tagħlim jinsistu li b'hekk l-ilsien jibqa' użat u titjieb il-kwalità tat-tagħlim primarju u sekondarju.", "Dawk li jisħqu fuq it-tagħlim bl-Olandiż jinsistu li l-istudenti li jistudjaw bl-Olandiż ikunu ppreparati aħjar għall-edukazzjoni universitarja offruta għar-reżidenti ta' Curaçao fl-Olanda.", "L-edukazzjoni publika hija bbażata fuq is-sistema edukattiva Olandiża u minbarra l-iskejjel pubbliċi, jinstabu ukoll skejjel privati u dawk parrokjali.", "Minn meta ddaħħlet leġiżlatura edukattiva ġdida fl-1992, il*edukazzjoni primarja obbligatorja tibda minn sitt snin u ddum sitt snin.", "L-edukazzjoni sekondarja ddum ħames snin oħra.", "Il-fergħa prinċipali għall-edukazzjoni terzjarja hija l-Università ta' Curaçao, fejn jattendu 2100 student.", "Għalkemm xi pjantaġġjuni ġew imwaqqfa fuq il-gżira mill-Olandiżi, l-ewwel industrija mwaqqfa ġewwa Curaçao li ġabet qligħ kienet dik tal-produzzjoni tal-melħ.", "Dan il-mineral kien esportazzjoni lukrattiv dak iż-żmien u sar wieħed mill-fatturi responsabbli li fetħu l-gżira għan-negozju internazzjonali.", "Curaçao saret ukoll ċentru tan-negozju tal-iskjavi matul is-sekli 17 u 18.", "Fis-seklu 19, l-imminar għall-fosfati sar importanti.", "Matul iż-zminijiet kollha, il-portijiet b'ilma fond u l-pożizzjoni idejali fil-Karibew kienu kruċjali biex il-gżira ssir ċentru importnati tal-kummerċ.", "Curaçao għandha wieħed mill-għola livelli tal-għixien fil-Karibew, b'GDP ta 20,5000 dollaru r-ras (stima tal-2009) u infrastruttura żviluppata sew.", "L-industriji prinċipali tal-gżira huma l-irfinar taż-żejt, it-turiżmu u s-servizi finanzjarji.", "It-tarzna, il-kummerċ internazzjonali u attivitajiet oħra relatati mal-port ta' Willemstad (bħaż-Żona Ħielsa) jagħtu kontribut lill-ekonomija.", "Sabiex jintlaħaq l-għan tal-gvern biex tiġi ddiversifikata l-ekonomija, saru sforzi biex jiġu attirati iktar investimenti barranin.", "Din il-\"policy\" ġiet imsejħa \"Open Arms Policy\" fejn l-aċċenn qiegħed isir fuq il-kumpanniji tat-teknoloġija informatika.", "Għad-daqs tagħha, il-gżira għandha ekonomija kemmxejn mħallta li ma tiddependix biss mit-turiżmu esklussivament kif jiġri fi gżejjer oħra tal-Karibew.", "Mill-bidu ta' Jannar 2014, ix-shuttle Lynx ser jibda jagħmel titjiriet suborbitali fl-ispazju u missjonijiet ta' tiftix xjentifiku minn port spazjali ġdid ġewwa Curaçao.", "Curaçao għandha ftehim kummerċjali mal-iStati Uniti, il-Veneżwela u l-Unjoni Ewropeja.", "Għandha ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropeja li tħalli lill-kumpanniji jagħmlu negozju ġewwa jew permezz ta' Curaçao biex jesportaw ħafna prodotti lejn is-swieq Ewropej, mingħajr taxxi tad-dwana u kwoti.", "Il-gżira tipparteċipa ukoll fil-\"US Caribbean Basin Initiative\" li tippermetti li jkollha aċċess preferenti għas-suq Amerikan.", "Il-prostituzzjoni hija ttollerata.", "Viċin l-ajruport jinstab burdell kbir fil-ftuħ li jismu \"Le Mirage\" jew \"Campo Alegre\" li ilu jezisti mis-snin 40.", "Peress li l-prostituzzjoni teżisti f'partijiet oħra tad-dinja, Curaçao addottat pożizzjoni differenti biex tieħu ħsieb il-prostituzzjoni.", "Permezz tal-monitoraġġ, il-qies u r-regolament, il-ħaddiema f'dawn l-istabbilimenti huma mogħtija ambjent żgur u aċċess għat-tobba.", "Madankollu, ta' min jgħid li d-Dipartiment tal-iStat tal-Amerika ddikjara li, \"Aruba, Curaçao u San Maarten huma destinazzjonijiet għan-nisa li huma ttraffikati għan-negzoju sesswali mill-Peru, il-Brażil, il-Kolombja, ir-Republika Dominikana u l-Ħaiti, kif jistqarru l-awtroitajiet lokali\".", "L-uffiċjali fi ħdan il-gvern kemm il-darba ma stmawx il-problemi tat-traffikar tal-bnedmin.", "Imħabba l-istroja tagħha, il-popolazzjoni tal-gżira ġejja minn sfondi etniċi differenti.", "Hemm maġġoranza Afro-Karibeja ta' nisel Afrikan u Ewropew, kif ukoll minoranzi ta' Olandiżi, Sudamerikani, Franċiżi, nies mill-Lvant Mbiegħed u l-Lvant Nofsani Indjani u Portugiżi.", "Il-Lhud Sefarditi li waslu mill-Olanda u l-Brażil (li qabel kienet kolonja Olandiża) sa mis-seklu 17 kellhom influwenza qawwija fuq il-kultura u l-ekonomija tal-gżira.", "Is-snin ta' qabel u wara it-Tieni Gwerra Dinjija raw influss ta' Lhud Axkenazi mill-Ewropa tal-Lvant, il-maġġor parti Lhud Rumeni.", "Fil-bidu tas-seklu 19, ħafna Portugiżi u Lebaniżi emigraw lejn Curaçao mħeġġa mill-possibilitajiet finanzjarji li kienet toffri l-gżira.", "L-emigranti mill-Lvant Imbiegħed u l-Indja waslu matul il-boom ekonomiku tal-bidu tas-seklu 20.", "Kien hemm ukoll għadd ta' emigranti reċenti mill-pajjiżi ġirien bħar-Republika Dominikana, Ħaiti u l-gżejjer tal-Karibew li jitkellmu bl-Ingliż.", "F'dawn l-aħħar snin, l-influss ta' pensjonanti Olandiżi kiber bis-sew, kif inhuma magħrufa lokalment \"pensionados\".", "Skond iċ-ċensiment tal-2001, il-biċċa l-kbira tal-abitanti ta' Curaçao huma Kattoliċi (85%).", "Dan jinkuldi movimenti lejn it-Tiġdid Kariżmatiku jew Moviment Kariżmatiku sa minn nofs is-snin sebgħin.", "Denominazzjonijiet oħra jinkludu is-\"Seventh-Day Adventists\" u l-Knisja Metodista.", "Ma' dawn id-denominazzjonijet Kristjani, xi abitanti jipprattikaw il-Montamentu kif ukoll reliġjonijiet oħra miġjuba mid-djaspora Afrikana.", "Bħal f'postijiet oħra fl-Amerika Latina, il-Knisja Pentekostali qiegħha tikber.", "Hemm ukoll Musulmani u Ħindu prattikanti.", "Għalkemm ta' daqs zgħira, il-kommunità Lhudija kellha impatt importanti fl-istorja tal-gżira.", "Curaçao hija fejn tinstab l-eqdem kongregazzjoni Lhudija fil-kontinent Amerikan, sa mill-1651.", "Is-sinagoga ta' Curaçao hija l-eqdem waħda fil-kontinent li għadha fl-użu, sa minn meta tlestiet fl-1732 fejn kien hemm sinagoga eqdem qabilha.", "Il-komunità Lhudija] lagħbet rwol importanti fl-għajnuna tal-ewwel kongregazzjonijiet Lhud fl-iStati Uniti fis-sekli 18 u 19, inklużi dawk ta' New York u s-sinagoga ta' Touro.", "Curaçao hija soċjetà li titkellem ħafna ilsna.", "L-ilsna l-iktar mitkellma huma l-Papjamentu, l-Olandiż, l-Ingliż u l-iSpanjol.", "Ħafna nies fuq il-gżira jistgħu jitkellmu b'dawn l-ilsna kollha.", "L-iSpanjol u l-Ingliz kellhom preżenza storika twila fuq il-gżira flimkien mal-Papjamentu u l-Olandiż.", "L-iSpanjol baqa' ilsien importanti matul is-sekli 18 u 19 kif ukoll minħabba l-kuntatti ekonomiċi mal-Veneżwela u l-Kolombja.", "L-użu tal-Ingliż imur lura sal-bidu tas-seklu 19 meta Curaçao kienet saret kolonja Ingliża.", "Fil-fatt, wara li reġgħet giet stabbilita l-ħakma Olandiża mill-ġdid fl-1815, l-uffiċjali tal-kolonja mal-ewwel innutaw l-użu wiesa' tal-Ingliz fil-gżira (van Putte 1999).", "L-emigrazzjoni reċenti mill-gżejjer tal-Karibew li jitkellmu bl-Ingliż kif ukoll il-gżejjer SSS (Sint-Eustatius, Saba u San Maarten) fejn il-lingwa prinċipali hi l-Ingliz - kif ukoll il-fatt li l-Ingliz sar lingwa mondjali, kabbar l-użu tal-Ingliz ġewwa Curaçao.", "Għal ħafna żmien matul l-istorja kolonjali, l-Olandiz qatt ma kien mitkellem daqs l-Ingliż jew l-iSpanjol u dejjem baqa' esklussivament il-lingwa tal-amministrazzjoni u l-lingwa tal-qorti.", "L-użu popolari tal-Olandiż kiber lejn tmiem is-seklu 19 u bidu s-seklu 20 (van Putte 1999).", "Curaçao hi waħda mill-ftit eżempji ta' ppjanar lingwistiku soċjali fejn il-lingwa Creole intużat bħala mezz biex jintlaħaq livell ta' qari bażiku permezz tad-dħul tal-Papjamentu bħala lingwa fl-edukazzjoni primarja fl-1993.", "Avolja l-gżira għandha popolazzjoni zgħira, id-diversità lingwistika u l-influwenzi kulturali ġewwa Curaçao ħolqu tradizzjoni letterarja ta qies, speċjalment bl-Olandiż u l-Papjamentu.", "Id-drawwiet orali tal-popli indiġeni Arawak intilfu.", "L-iskjavi mill-Afrika tal-Punent ġabu magħhom il-ħrejjef ta' Anansi, u b'hekk ifformaw is-sisien tal-letteratura Papjamentu.", "L-ewwel kitba ppublikata bil-Papjamentu kienet poeżija ta' Joseph Sickman Corsen li kien jisimha Atardi li ġiet ippublikata fil-gażżetta La Cruz fl-1905.", "Matul il-lettaratura ta' Curaçao, tekniċi narrattivi u metafori magħrufa bħala realizmu maġiku kienu jippredominaw.", "Kittieba u poeti minn Curaçao taw kontribut impressjonanti lil-letteratura tal-Karibew u dik Olandiża.", "L-iktar magħrufa huma Cola Debrot, Frank Martinus Arion, Pierre Lauffer, Elis Juliana, Guillermo Rosario, Boeli van Leeuwen u Tip Marugg.", "L-ikel lokali huwa magħruf bħala Kriyoyo (ppronunċjata bħal criollo, il-kelma Spanjola għal \"Creole\") u jinkludi taħlit ta' togħmiet u tekniċi użati fl-ikel tal-Karibew u l-Amerika Latina.", "Il-platti komuni ta' Curaçao jinstabu ukoll ġewwa Aruba u Bonaire ukoll.", "Platti popolari jinkludu l-istobà (stuffat magħmul mill-papaya, ċanga jew laħam tal-mogħza), Guiambo (soppa tal-okra jew frott tal-baħar), kadushi (soppa tal-kaktus), sopi mondingo (soppa tal-imsaren), funchi (paté tal-qamħirrun li jixbaħ lill-fufu, l-ugali u l-polenta) u ħafna tipi ta' ħut u frott tal-baħar.", "L-akkompanjament li ma jonqosx hija l-patata ħelwa.", "Rolls tal-ħobż jsiru skond riċetta Portugiża.", "Madwar il-gżira kollha, jinstabu sneks li jservu platti lokali kif ukoll xorb alkoħolihu bħall-pubs Inglizi.", "Il-platt li ma jonqosx fl-ewwel kolazzjoni huwa pastechi, pasti moqlija mimlija bil-ġobon, tonn taż-żejt, perżut jew kkapuljat.", "Matul żmien il-festi jittieklu platti speċjali bħal hallaca u pekelé, magħmula minn ħut immellaħ.", "Fit-tiġijiet u okkażżjonijiet speċjali varjetà ta' kos dushi jiġu servuti bħal kokada (ħelu tal-kowkonut), ko'i lechi (ħelu magħmul mill-ħalib tal-bott u z-zokkor) u tentalaria (ħelu tal-piżelli).", "Il-liker Curaçao ġie żviluppat hawn, meta abitant beda jesperimenta bil-qxur tal-frotta taċ-ċitru lokali, magħrufa bħala laraha.", "Jinstabu wkoll influwenzi kulinarji mis-Surinam, iċ-Ċina, l-Indoneżja, l-Indja u l-Olanda fil-gżira.", "Il-gżira għandha wkoll ħafna ristoranti Ċinizi li jservu ħafna platti Indoneżjani bħal satay, nasi goreng u lumpia (li huma kollha ismijiet Indoneżjani ta' dawn il-platti).", "Platti Olandizi bħall-pulpetti u oliebollen jiġu servuti ukoll fir-ristoranti u d-djar.", "Mill-2001, it-tim tal-bejżbol ta' Willemstad li jilgħab fil-Pabao Little League wasal sas-Serje Mondjali tal-Little League ġewwa Williamsport, Pennsylvania.", "It-tim jiġbor fih plejers ta' 11 u 12 -il sena li jkollhom ċans jirrapreżentaw ir-reġjun tal-Karibew.", "Fl-2004 it-tim minn Willemstad, Curaçao rebaħ il-finali kontra r-rebbieħ Amerikan ta' Thousand Oaks, Kalifornja.", "Is-sena ta' wara, it-tim minn Curaçao reġa' ikkwalifika imma ġew megħluba minn Ewa Beach, Hawaii wara li Michael Memea laqat home-run biex b'hekk rebbaħ it-titlu lil Hawaii.", "Fl-2007, it-tim tilef kontra l-Ġappun fil-logħba tal-Kampjonat Internazzjonali.", "Fil-World Baseball Classic tal-2006, il-plejers ta' Curaçao lagħbu għall-Olanda.", "Shairon Martis, mwieled ġewwa Willemstad, kien il-parti prinċipali tat-tournament għat-tim Olandiz meta serva 7 innings mingħajr jolqtu l-ballun kontra Panama (il-logħba giet mitmuma mħabba il-\"mercy rule\").", "Il-plejers tal-Major League u All-Star Andrew Jones u Tirone Maria, li jilgħabu ġewwa Aruba, huma minn Curaçao.", "L-irjieħ li jaqblu u l-ibħra sħan jagħmlu Curaçao lok ideali għall-windsurfing, avolja il-gżejjer ġirien ta' Arubau Bonaire huma iktar magħrufa għal dan l-isport.", "Il-fatt hu li l-ibħra fondi ta' madwar Curaçao jagħmluha diffiċli biex jitqiegħdu l-bagi li jintuzaw fl-\"events\" tal-\"windsurfing\", u b'hekk jagħmluha diffiċli l-gżira ssir destinazzjoni għall-\"windsurfing\".", "Għall-istess raġuni l-ibħra sħan u ċari madwar il-gżira jagħmlu lil Curaçao post ideal għall-għadis."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16672", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16672", "title": "Franco Debono", "text": ["Franco Debono", "Franco Debono (9 ta' Marzu 1974) huwa l-Kummissarju tal-Liġijiet.", "Huwa avukat u kien Membru Parlamentari fi ħdan il-Partit Nazzjonalista mill-2003 sal-2012, meta' waqqa' l-Gvern wara nuqqas ta' qbil mat-tmexxija tal-Priministru Lawrence Gonzi.", "Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Alwigi u kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta' Malta fejn studja l-liġi u t-teoloġija bħala qasam sussidjarju.", "Franco kiseb il-warrant biex jipprattika bħala avukat fl-2000.", "It-teżi tiegħu kient titratta l-aspetti kostituzzjonali tal-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-partiti politiċi.", "Huwa beda jaħdem għal rasu f'uffiċċju ż-Żurrieq.", "Sa mill-bidu tal-karriera tiegħu speċjalizza fil-kamp penali u llum imexxi uffiċċju legali \"Franco Debono and Associates\" b'uffiċċji ġewwa ż-Żurrieq u l-Belt Valletta li jispeċjalizza wkoll fl-oqsma tal-liġi ċivili u kummerċjali.", "Taħt it-tmexxija tiegħu jaħdmu l-avukati Marion Camilleri, Angie Muscat u Amadeus Cachia.", "Fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 ikkontesta mal-Partit Nazzjonalista fuq il-ħames distrett u kiseb 1130 vot tal-ewwel preferenza, u kien elett.", "Huwa reġa' kien elett fl-elezzjoni tal-2008.", "Minn wara l-elezzjoni tal-2008, Debono kellu diversi kwistjonijiet mat-tmexxija tal-gvern tal-Priministru Lawrence Gonzi.", "Nhar l-14 ta' Diċembru 2009 Debono ħalla l-Parlament qabel ma ttieħed vot fuq emendi tal-Oppożizzjoni.", "Il-Gvern kellu jserraħ fuq il-casting vote tal-Ispeaker.", "Debono reġa' lura l-Parlament għall-vot finali.", "Wara nħatar chairman tal-Kumitat għall-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet.", "Ħamest ijiem wara talab iktar rispett għall-Parlament, id-dritt li wieħed ikellem avukat qabel l-interrogazzjoni u l-liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti.", "Fl-2011, huwa ikkritika bl-aħrax ir-riforma fit-trasport pubbliku u wasal biex fl-4 ta' Novembru astjena waqt il-votazzjoni fuq il-mozz­joni ta' sfiduċja mressqa mill-Oppożizzjoni fil-Ministru Aus­tin Gatt.", "Dan wassal biex il-Mi­nistru Gatt, żamm postu bil-vot tal-Ispeaker.", "Diversi la­qgħat tal-eżekuttiv tal-Partit Nazz­jonalista fuq il-mozzjoni ma kinux irnexxielhom jik­kon­vinċu lil Franco Debono biex jivvota kontra din il-mozz­joni kif għamlu d-deputati l-oħrajn tal-Gvern.", "Ftit jiem biss wara din il-kwistjoni, Debono ppreżenta mozzjoni li fiha jesiġi li l-Parlament jiddiskuti diversi nuqqasijiet li hemm fil-qasam tal-ġustizzja u Intern li jaqa' taħt il-Ministru Carm Mifsud Bonni­ci.", "Debono f'dikjarazz­jo­ni li għamel f'Diċembru 2011, qal li \"jien informajt lill-Prim Ministru li ma kontx se nagħti appoġġ aktar lill-Gvern u li hu jista' jibqa' miexi u jagħmel elezzjo­ni, jekk ma jaqsamx il-ministeru tal-ġustizzja u l-intern...", "Il-Prim Ministru talabni għal aktar żmien, iżda jien insistejt li hu wegħedni dan.", "Jonqos biss sena għall-elezzjoni ġenerali u għalhekk kull ġurnata li tgħad­di hi ġurnata mitlufa.", "Jekk il-ministeru ma jinqasamx issa, mhux se jkun hemm żmien biex isir dan.\"", "Debono qal li hu tkellem diversi drabi dwar dan mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u mas-Segretarju Ġene­rali tal-Partit Nazzjonalista, Paul Borg Olivier.", "Debono qal li \"jien se nżomm kelmti bħal m'għa­milt meta astjenejt.", "Nistenna li membri oħrajn iżommu kelmt­hom ukoll, b'mod partikolari fejn jirrigwarda kwistjonijiet delikati li jolqtu d-drit­tijiet fundamentali u l-ġustizz­ja.\"", "Debono saħaq li l-Gvern għandu jpoġġi fuq l-ix­kaffa il-proposti li saru f'ab­bozz ta' liġi li ġie ppreżentat riċentament mill-Ministru Carm Mifsud Bonnici.", "Debono qal li \"mhux se nittollera li jiċ­ċaqil­qu l-lasti.", "Nittama li kulħadd fehem li s-sitwazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja għandha bżonn attenzjoni urġenti.", "Dan il-pajjiż mhux ta' Lawrence Gonzi jew ta' Edgar Galea Curmi.", "Il-pajjż hu tal-poplu Malti kollu u t-tmexxija għandha tkun kontabbli.\"", "Nhar is-6 ta' Jannar 2012 il-Prim Ministru Lawrence Gonzi għamel tibdil fil-Kabinett.", "Chris Said sar il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, Mario de Marco sar Ministru tat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent, waqt li Jason Azzopardi sar il-Ministru tal-Kompetizz­joni Ġusta u l-Konsumatur.", "Il-Ministru Carm Mifsud Bonnici ġie responsabbli mill-Intern u ma' dan żdidulu l-Affarjiet Parlamentari.", "Dolores Cristina saret Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.", "Dakinhar stess, Franco Debono, f'kummenti lill-ġurnal \"L-Orizzont\", qal li \"din mhix demokrazija.", "Għal darb'oħra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi reġa' ħa l-pariri tiegħi.", "Jien nagħti l-pariri u huma jimxu fuqhom u jwettquhom.", "Illum Malta spiċċat f'Oligarkija, gvern immexxi minn ftit nies.", "Dan hu gvern tal-ftit.", "Jien għedt u kont ikkwotat fuq dan, li jekk joff­rili xi kariga nara dakinhar.", "Sa fejn naf jien ma sejjaħx nies ġodda.", "Sejjaħ lill-istess nies.", "Lill-'elite'.", "Lill-istess uċuħ.", "Imma basta jaħqarni lili.", "Krudeltà din.", "Krudeltà fl-aqwa tagħha.\"", "Debono, għamilha ċara li f'vot fuq fiduċja fil-Gvern hu kien se jivvota kontra.", "Qal dan waqt li għamilha ċara li m'għadx fadallu aktar fiduċja fil-Prim Ministru Lawrence Gonzi.", "Sostna wkoll li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi għandu jirriżenja, għax b'dak li għamel wera l-iżbalji li għamel tul dawn l-aħħar erba' snin.", "Hu qal li jaqbel mat-talba li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat – dik li jintalab vot ta' fiduċja fil-Parlament fejn sostna li hu se jivvota kontra l-Gvern.", "Waqt li ddikjara li Lawrence Gonzi mhux Alla iżda hu biss Prim Ministru.", "Qal li l-pajjiż għaddej minn ħafna tbatija minħabba r-ras iebsa.", "Nhar it-13 ta' Jannar 2012, il-Kap tal-Oppożizzjoni ħabbar li l-Oppożizzjoni kienet se tressaq vot ta' sfiduċja fil-Gvern.", "Il-vot tressaq fis-27 ta' Jannar imma Debono astjena.", "Nhar it-30 ta' Mejju 2012, f'żewġ votazzjonijiet li saru marbutin mal-mozzjoni mressqa mill-Oppo­żizzjoni Laburista, fost­hom dik tar-riżenja tal-Ministru Carm Mifsud Bonnici, hu vvota mal-Oppożizzjoni.", "Il-vot kien ta' 35 vot favur il-mozzjoni u 34 kontra.", "Dan wassal biex il-Ministru Mifsud Bonnici rriżenja immedjatament, liema riżenja ġiet aċċettata mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, waqt li l-istess Prim Ministru ressaq mozzjoni ta' fiduċja fil-Gvern li se tibda tiġi diskussa fl-4 ta' Ġunju 2012.", "Nhar l-20 ta' Lulju 2012, l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ikkundanna lil Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett għall-mod kif ivvutaw fil-Parlament.", "Nhar it-12 ta' Lulju 2012, l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett mhux se jitħallew jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, Franco Debono flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvota fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m'għaddiex b'35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern Nazzjonalista waqa'.Dan ġiegħel lill-Priministru Lawrence imur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta' Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta' Marzu 2013.", "Fl-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament huwa qal hekk, fost affarijiet oħra: \"Illum permezz ta dan il-vot mhux biss qed terga tirristabbilixxi ruha s-supremazija ta' dan il-parlament fis-sens tal-iskrutinju tal-ezekuttiv, tal-gvern izda wkoll nittama li qed inpoggi l-pedament u l-ewwel gebla ta' demokrazija moderna Ewropea.", "Dan hu mument storiku fejn il-parlament rega ha \"centre stage\" fis-sistema politika taghna – l-poplu huwa sovran permezz ta dan il-parlament u gvern irid l-approvazzjoni ta' dan il-parlament biex imexxi u mhux l-ispin ta' bloggers, gurnalisti u xandara, u l-finanzjament okkult ta' certi negozjanti parassiti.\"", "Sa Jannar 2013 Debono kien għadu jikkunsidra l-possibiltà li jwaqqaf partit politiku ġdid iżda dan ma rrealizzax ruħu.", "Nhar it-2 ta' Marzu 2013 fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista ħabbar li hu ma kienx se jivvota għall-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali imma kien se jivvota għall-bidla, b'indikazzjonijiet ċari li se jivvota għall-Partit Laburista billi fuq il-blogg tiegħu qal li vot għall-Alternattiva ikun vot moħli.", "Wara l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, huw nħatar Kummissarju għal-Liġijiet."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16684", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16684", "title": "San Bażilju", "text": ["San Bażilju", "San Bażilju l-Kbir (Kappadoċja, 330 w.K. - 379 w.K.) kien wieħed mis-Santi Padri Insara tal-Knisja tal-Lvant.", "Fost il-Missirijiet kollha tal-Knisja tal-Kappadoċċa kien San Bażilju waħdu li ngħata t-titlu ta' 'il-Kbir'.", "Fil-fatt San Bażilju kien tassew kbir mhux biss għax kien organizzatur kapaċi fil-Knisja imma wkoll minħabba l-ħila li kellu biex jagħti interpretazzjoni tajba u ġenwina tat-tagħlim Kattoliku.", "Barra minn hekk hu kien wieħed mill-Missirijiet l-iktar important tal-monakiżmu fl-Orjent u rnexxielu jirriforma l-liturġija tal-Knisja Griega u jreġġagħha lura lejn is-sempliċita' li kellha fil-bidu.", "San Bażilju twieled madwar is-sena 330 f'Ċesarija tal-Kappadoċja, fl-Asja Minuri fin-nofsinhar tat-Turkija tal-lum, minn familja magħrufa kemm għall-ispirtu nisrani u kemm għan-nobbilta' tagħha.", "Missieru, li wkoll kien jismu Bażilju u li kien magħruf bħala għalliem tar-rettorika fin-Neoċesarija, kien dak li tah l-ewwel tagħlim.", "Ommu kien jisimha Emmelja u kienet bint martri.", "Mill-għaxart itfal li kellha, tlieta saru Isqfijiet u iktar tard qaddisin.", "Dawn kienu: San Bażilju, San Girgor ta' Nissa u San Pietru ta' Sebaste.", "San Bażilju għamel l-istudji tiegħu superjuri tar-retorika l-ewwel f'Ċesarija, wara f'Kostantinopli u fl-aħħar, meta hu diġa' kellu wieħed u għoxrin sena jew iżjed, f'Ateni.", "Waqt li kien f'Ateni, iltaqa' ma' Girgor ta' Nażjanże, għamel ħbieb miegħu u baqa' jżomm din il-ħbiberija qaddisa tul għomru kollu.", "Qrib is-sena 356, meta hu kellu madwar sitta u għoxrin sena, Bażilju reġa' lura lejn il-belt ta' Ċesarija li fiha twieled u beda jgħallem ir-rettorika, imma fi żmien qasir irriżenja u ta ruħu għall-perfezzjoni axxetika wara li kkonverta u tgħammed (357).", "Tgħammed meta kellu madwar ħamsa u għoxrin sena u mill-ewwel interessa ruħu fil-ħajja axxetika.", "Bl-iskop li jkollu quddiemu l-eżempju ta' ħafna axxeti ta' żmienu, għamel vjaġġ twil li ħadu fl-Eġittu, fil-Palestina, fis-Sirja u fil-Mesopotamja.", "Wara li reġa' lura f'Ċesarija tal-Kappadoċja, Bażilju qassam ġidu lill-fqar u nġabar f'eremitaġġ li hu għamel qrib Neoċesarija, fuq l-Iris.", "Ftit wara, xi ħbieb tiegħu ngħaqdu miegħu fl-istess eremitaġġ.", "Fis-sena 358 mar iżuru Girgor ta' Nażjanże u t-tnejn flimkien għamlu antoloġija tal-opri ta' Oriġene taħt it-titlu ta' Filocalia (L-imħabba lejn il-ħwejjeġ sbieħ).", "Miegħu kiteb ukoll żewġ regoli bħala gwida għall-ħajja komunitarja fil-monasteru.", "Minħabba f'hekk San Bażilju beda jitqies bħala l-leġislatur tal-monakiżmu Grieg.", "Imbagħad fi żmien qasir hu waqqaf diversi monasteri.", "Qrib is-sena 364 l-Isqof Ewsebju, Metropolita ta' Ċesarija, ipperswada lil Bażilju biex isir saċerdot.", "Wara li ħa l-ordni sagri, Bażilju beda jgħin lill-Isqof Ewsebju bħala kunsillier u assistent tiegħu, u taha għall- interpretazzjoni tal-Iskriturra fil-predikazzjoni u fil-kitba.", "Hekk ġara li meta fis-sena 370 miet l-Isqof Ewsebju, Bażilju sar Isqof ta' Ċesarija minfloku u Metropolita tal-Kappadoċja.", "Hekk kif sar Isqof, Bażilju ta bidu għal riforma fid-djoċċesi tiegħu.", "Hu bena ħafna sptarijiet għall-morda u għall-vittmi tal-epidemiji li kienu komuni minħabba l-faqar u n-nuqqas ta' iġjene.", "Bena wkoll djar għall-vjaġġaturi u għall-barranin li kienu jinzertaw f'pajjiżu.", "Fi żmien Bażilju l-Istat kien iħaddan l-Arjaniżmu, u għalhekk l-Isqof dejjem kellu għadma iebsa fir-relazzjoni tiegħu mal-mexxejja lokali.", "Fl-azzjonijiet kollha tiegħu, Bażilju wera li kien prudenti min-naħa l-waħda, imma wkoll kien jaf ikun iebes quddiem l-intimidazzjoni ta' l-Imperatur Valente u tal-Prefetti tiegħu.", "Valente spiċċċċa biex bagħat lill-Prefett Mudest għand l-Isqof Bażilju ħalli jheddu li, sakemm ma kienx se jagħtih dikjarazzjoni ffirmata minnu li hu jħaddan l-Arjaniżmu, hu kien se jeżiljah u jaħtaf taħt idejh il-ġid kollu tiegħu, mobbli u immobbli.", "Meta l-Imperatur Valente ra xi bniedem ta' kuraġġ kien Bażilju, ma baqax jitlob minnu d-dikjarazzjoni favur is-setta arjana, u rtira d-digriet ta' l-eżilju li kien ħejja għal Bażilju.", "Bażilju kien jinkwieta ħafna quddiem il-problema tan-nuqqas ta' għaqda bejn il-Knisja Orjentali u dik Oċċidentali, u dan mhux biss fost il-lajċi nsara imma wkoll fost il-kleru u l-istess Isqfijiet.", "Minħabba f'hekk hu talab lil Atanasju biex flimkien miegħu jkun jista' jtejjeb ir-relazzjoni bejn Ruma u l-Orjent.", "Hu spiċċċċa biex kiteb ittra lill-Papa Damasu li fiha fissirlu l-qagħda iebsa li kienu fiha l-Knejjes Orjentali, u saħansitra talbu biex imur u jżurhom personalment (Ittra 70)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16685", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16685", "title": "San Girgor Nażjanżenu", "text": ["San Girgor Nażjanżenu", "San Girgor Nażjanżenu (329 - 389 w.K.) kien wieħed mis-Santi Padri tal-Lvant.", "Twieled f'Nażjanże, Kappadoċja fis-sena 330.", "Missieru Girgor Nazjanzenu x-xiħ, ommu Nonna, ħuħ Ċesarju, u oħtu Gorgonja, huma lkoll qaddisin.", "Kellu temperament differenti minn ta' ħabibu Bażilju, kien aktar miġbur, ta' għalih waħdu, u jħobb il-kwiet.", "Meta ħabibu mar eremita, hu mar warajh.", "Fis-sena 362 ġie ordnat saċerdot, u fis-sena 372 ġie kkonsagrat Isqof ta' Sasima, mill-ħabib tiegħu San Basilju li kien Arċisqof ta' Ċesarija.", "Fis-sena 380 sar il-Patrijarka ta' Konstantinopli.", "Sena wara rtira f'Nażjanzu fejn għex fil-kwiet, jitlob, jikteb u jipprietka, sakemm miet fil-25 ta' Jannar tas-sena 389, ta' 64 sena.", "Hu ukoll huwa Duttur tal-Knisja.", "San Girgor hu wieħed mit-tliet teoloġi l-kbar tal-Kappadoċja, kolonni tal-Knisja fi żmienu flimkien ma' ħabibu San Bażilju u San Girgor ta' Nissa (ħu San Bażilju).", "Hu magħruf bħala d-Duttur tat-Trinita'.", "Kien hu l-ewwel wieħed li sejjaħ lill-Madonna \"Omm Alla\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16686", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16686", "title": "Ilarju ta' Poitiers", "text": ["Ilarju ta' Poitiers", "Ilarju ta' Poitiers (Poitiers, madwar 315 – Poitiers, 367) kien isqof ta' Pictavium (illum Poitiers), teologuo, filosfu u kittieb.", "Hu meqjum bħala qaddis fil-Knisja Kattolika, fil-Knisja Ortodossa u fil-Komunjoni Anglikana u ġie proklamat Duttur tal-Knisja.", "Twieled għall-ħabta tas-sena 315, madwar erbgħin sena qabel Santu Wistin.", "Hu sar Isqof ta' Poitiers, il-belt kapitali ta' Poitou li kienet provinċja qadima ta' Franza, qrib is-sena 350.", "Fis-sena 356 hu ħa sehem fil-Konċilju ta' Beziers.", "Dan tlaqqa' sena wara l-Konċilju ta' Milan li minħabba l-pressjoni ta' l-Imperatur Arjan Kostanzu, iben l-Imperatur Kostantinu, kien ikkundanna lil Atanasju, Isqof ta' Lixandra, għax dan ma kienx laqa' mill-ġdid fil-Knisja lill-ereżjarka Arju.", "Sant'Illarju kien kontra l-kundanna ta' Atanasju.", "Minħabba f'hekk hu kien akkużat fil-Konċilju ta' Beziers li ma kienx qabel ma' l-isqfijiet l-oħra Oċċidentali meta dawn ikkundannaw lil Atanasju.", "Dan kien ħadha kontra Arju li ċaħad kemm l-unità u l-konsustanzjalità tat-Tliet Persuni tat-Trinita' Qaddisa kif ukoll id-divinità ta' l-Iben ta' Alla.", "Bħala konsegwenza Illarju kien imneħħi minn Isqof ta' Poitiers u eżiljat fil-Friġja, fl-Asja Minuri.", "Is-snin li Illarju għadda fl-eżilju fl-Asja Minuri servewh biex kabbar il-kultura tiegħu u ssaħħaħ fid-duttrina nisranija.", "Hawnhekk hu sab ruħu espost għall-kitbiet ta' Missirijiet il-Knisja u ta' kittieba nsara oħrajn li kitbu bil-Grieg.", "Kien influwenzat b'mod speċjali mill-kitba Griega ta' Oriġene.", "Minħabba f'hekk hu seta' jitbiegħed mill-materjaliżmu ta' Tertulljanu u jasal għall-ispiritwaliżmu ta' Platun.", "Għal dik li hi formazzjoni teoloġika, Illarju sar jaf minn ras il-għajn x'kien ifisser l-Arjaniżmu u x'valur kellha l-kontroversja Arjana.", "Illarju għamel użu minn din it-teoloġija Griega meta kiteb iż-żewġ trattati ta' matul l-eżilju, jiġifieri It-Trinita' u Is-Sinodi.", "Hu għamel enfasi fuq il-fatt li l-Iben kien imnissel mill-Missier qabel kull żmien, jiġifieri minn dejjem ta' dejjem.", "Sostna wkoll li l-Persuni jintgħażlu minn xulxin, imma huma Alla wieħed, b'sustanza waħda, minkejja l-fatt li l-Missier hu Alla, l-Iben hu Alla u l-Ispirtu s-Santu hu Alla.", "Min-naħa l-oħra l-Ispirtu s-Santu ġej mill-Missier u mill-Iben, u la hu mnissel u lanqas maħluq mill-Iben qabel il-ħolqien ta' l-univers.", "Kemm dam fl-eżilju fil-Friġja, Illarju kien ħieles li jagħmel u jmur fejn irid, mhux bħal xi isqfijiet u kittieba sagri oħra mill-Oċċident, ngħidu aħna Ewsebju ta' Verċelli u Luċiferu ta' Cagliari.", "Minħabba f'din il-libertà hu ħa sehem fil-Konċilju ta' Selewċja f'Settembru tas-sena 359.", "Wara li ntemm dan il-Konċilju, l-Arjani u dawk li ma kinux jemmnu fil-konsustanzjalità tat-Tliet Persuni, jiġifieri li l-Persuni huma essenza jew sustanza waħda, marru Kostantinopli għand l-Imperatur Kostanzu li kien Arjan bħalhom u qalulu b'dak li kien ġara.", "Fl-istess żmien Illarju mar hu stess Kostantinopli, imma qrib it-tmiem tas-sena 359 waslitlu l-aħbar kerha li l-isqfijiet tal-Knisja Latina kienu ltaqgħu f'Rimini u, taħt il-pressjoni ta' l-Imperatur Kostanzu, iffirmaw il-formula ta' fidi Trinitarja li kienet influwenzata mit-tagħlim Arjan u setgħet tissejjaħ formula Filoarjana bħala konsegwenza tat-taħlita tad-duttrina ta' Filone u dik ta' Arju.", "Fis-sena 364 Illarju mar Milan minn Poitiers biex flimkien ma' Ewsebju ta' Verċelli jneħħi lill-Isqof Awsenzju minn dik is-sede.", "Dan kien ilu isqof ta' dik id-djoċesi importanti sa mis-sena 355.", "It-tentattiv falla u l-Isqof Illarju kellu jerġa' lura pajjiżu bla ma kiseb suċċess.", "Skont San Ġlormu hu miet kważi tliet snin wara, fis-sena 367.", "Il-fundatur tad-duttrina Arjana kien Arju, qassis ta' nisel Libjan (ċ.", "256-336) imma li kien tgħallem it-teoloġija f'Antijokja.", "Hu sar djaknu u wara kien ordnat saċerdot fil-Knisja ta' Lixandra.", "Mill-istess skola Antijokena ħarġu ereżjarki oħra, bħal Nestorju u Appollinar ta' Laodicea.", "Kien hemm ukoll Teodoru ta' Mopswestja, imma dan għall-inqas kellu tajbin il-kummentarji bibliċi tiegħu li fihom wera talent kbir eseġetiku; ħdejn l-oħrajn, għalhekk, Teodoru kien inqas ħażin f'tagħlimu.", "F'Antijokja fil-fatt kien hemm l-għalliem Luċjanu li l-Isqof Alessandru ta' Lixandra jgħoddu bħala wieħed mill-fundaturi ta' l-Arjaniżmu.", "Qrib is-sena 318 Arju beda jqajjem ħafna diskussjonijiet minħabba l-fatt li beda jippriedka duttrina teoloġika personali u jippreżentaha bħala d-duttrina tal-Knisja Kattolika.", "Hu kiteb ftit ferm u l-ftit li kiteb intilef, neħħi xi frammenti 'l hawn u 'l hinn.", "Arju bena d-duttrina tiegħu fuq tagħrif li kien parzjalment żbaljat.", "Meta qal li d-divinità ma tistax tkun maħluqa kien qed jgħid sewwa, imma meta sostna li din (id-divinità) ma tistax tkun imnissla kien qed jiżbalja.", "Minn din it-tieni asserzjoni ġibed il-konklużjoni li l-Logos, jew l-Iben ta' Alla, mhux Alla imma ħlejqa ta' Alla.", "Skond hu l-Iben kien maħluq mix-xejn, imma mhux mis-sustanza ta' Alla.", "Għalhekk hu differenti ħafna mill-Missier.", "Kien hemm żmien meta l-Iben ma kienx jeżisti.", "Hu jista' jissejjaħ l-Iben ta' Alla fis-sens wiesa' u morali tal-kelma għaliex Alla l-Missier tah l-adozzjoni divina minħabba li applikaha għalih minn qabel ma seħħew il-merti li kien se jikseb f'ħajtu.", "Alla l-Missier hu l-uniku Alla.", "Il-Logos, jew l-Iben, għandu post speċjali fil-ħolqien għaliex jokkupa l-post singulari ta' esseri suprem bejn il-ħolqien u Alla l-Missier.", "Fil-fatt Arju jgħid li Alla l-Missier ħalaq l-Iben mix-xejn biex hu jieħu ħsieb joħloq id-dinja u kull ma fiha.", "Imbagħad l-Iben sar bniedem fis-sens li ħa post ir-ruħ ta' Ġesu' Kristu.", "L-Iben wettaq f'Ġesu' Kristu l-funzjoni tar-ruħ tiegħu.", "Meta l-Logos imbagħad ġie biex joħloq, l-ewwel ħalaq l-Ispirtu s-Santu u wara l-univers.", "Din id-duttrina ma kienx Arju li vvintaha imma kienet ilha teżisti mal-ħamsin sena kaġun ta' l-influwenza tad-duttrini Neoplatoniċi.", "Dak li għamel Arju kien li bħala duttrina wassalha sa l-estrem.", "L-Arjaniżmu kien attakkat sa minn kmieni minħabba l-fatt li kien qed jesponi duttrina li kienet teħodha kontra l-bażi tat-teoloġija nisranija.", "Li kieku l-Iben ma kienx Alla, hu ma kienx ikun jista' jifdi l-umanità mid-dnub tan-nisel u mid-dnubiet personali.", "Il-qagħda tal-kontroversja Arjana ħżienet meta Alessandru, Isqof ta' Lixandra, talab lil Arju u lis-segwaċi tiegħu biex jirtiraw id-duttrina falza tagħhom.", "Dawn irrifjutaw bil-qawwa kollha.", "Għalhekk fis-sena 318 l-Isqof Alessandru sejjaħ sinodu li skomunika lil Arju u lis-segwaċi tiegħu.", "Minflok ma aċċetta s-sentenza, Arju fittex l-appoġġ tal-kondixxipli tiegħu f'Antijokja.", "Xi wħud minn dawn kienu ġa isqfijiet, fosthom Ewsebju ta' Nikomedja li tah l-appoġġ kollu u għamillu laqgħa kbira.", "B'hekk in-nuqqas ta' qbil infirex fil-knisja Griega u l-periklu kiber.", "L-Imperatur Kostantinu ried li tinstab soluzzjoni u għalhekk laqqa' l-ewwel Konċilju Ekumeniku: dak ta' Niċea.", "B'kollox kien hemm aktar minn tliet mitt isqof li ħadu sehem.", "Il-konklużjoni kienet li l-konċilju kkonferma s-sentenza ta' l-Isqof Alessandru kontra Arju u fformula s-Simbolu jew Kredu ta' Niċea li għadu magħruf sa llum għad-dettalji duttrinali li jesponi.", "L-Imperatur Kostantinu bagħat lil Arju fl-eżilju f'Illirja, imma wara għaxar snin, fis-sena 328, ħallieh jerġa' lura lejn pajjiżu.", "Wara s-Sinodu ta' Tir u dak ta' Ġerusalemm, fis-sena 335, l-isqfijiet iddeċidew li jaħfru lil Arju u jerġgħu jilqgħuh fil-Knisja fost il-membri tal-kleru.", "Fis-sena 336 l-Imperatur Kostantinu ordna li ssir rikonċiljazzjoni solenni f'Kostantinopli bil-ħidma ta' l-isqof tal-belt imperjali, imma lejliet il-jum tar-rikonċiljazzjoni Arju miet għal għarrieda.", "Sa fl-aħħar l-Imperatur Kostanzu ta l-maħfra lil Illarju u ħallieh jerġa' lura lejn pajjiżu fi Franza bla ma ġiegħlu jiffirma l-formula tal-fidi Filoarjana.", "Illarju kien milqugħ bil-kbir.", "Ftit wara hu ħa sehem fil-Konċilju ta' Pariġi li sar fis-sena 351.", "L-isqfijiet li ħadu sehem fil-Konċilju ta' Pariġi rnexxielhom isibu termini dommatiċi li kienu kompatibbli mat-tagħlim tal-Knisja u setgħu jkunu milqugħa bħala teoloġikament tajbin.", "Fil-kontroversja Arjana kien hemm min tkellem dwar it-Tliet Persuni tat-Trinita' u ħareġ bit-tifsira omousiana, terminu li jfisser li l-Persuni għandhom essenza waħda, dik li llum ngħidulha sustanza waħda.", "Kien hemm ukoll min ħareġ bit-tifsira omeousiana, terminu li jfisser li l-Persuni tat-Trinita' jixxiebħu fl-essenza jew fis-sustanza.", "Il-Konċilju ta' Pariġi aċċetta dawn iż-żewġ tifsiriet, imma fl-istess ħin ikkundanna l-mexxejja ta' l-Arjaniżmu tal-Knisja Latina, filwaqt li wera ħniena kbira ma' l-isqfijiet li f'Rimini u bnadi oħra kienu ċedew għall-pressjoni li kienet saret fuqhom mill-Imperatur Kostanzu jew minn ħaddieħor.", "Ir-riżultat kien li l-Franċiżi kienu meħlusa immedjatament mill-fdalijiet ta' l-Arjaniżmu.", "Il-parti l-kbira tal-kitbiet ta' Illarju waslu sħaħ sa għandna u dan juri l-imħabba li kellhom lejh il-qarrejja tiegħu matul iż-żminijiet.", "Ix-xogħlijiet tiegħu jinqasmu f'erbgħa:", "(1) opri dottrinali, (2) opri storiċi, (3) opri eseġetiċi jew ta' tifsir il-Bibbja u (4) innijiet.", "(A) L-opri dottrinali ta' Illarju", "L-opri dottrinali ta' Illarju huma ż-żewġ trattati li kiteb kemm dam fl-eżilju, jiġifieri It-Trinita' u Is-Sinodi.", "It-Trinita' (De Trinitate)", "Dan it-trattat fih 12-il ktieb.", "X'aktarx li Illarju ma tahx dan it-titlu.", "San Ġirolmu jirreferi għalih bħala Kontra l-Kotba ta' l-Arjani.", "Hu fil-manuskritt l-iktar riċenti li jissejjaħ It-Trinita'.", "Kittieba oħra sejħulu Dwar il-Fidi.", "Il-kitba kienet ispirata mill-kuntatt li Illarju kellu fl-Orjent mal-omeousiani, jew dawk li kienu jgħidu li l-Persuni tat-Trinita' għandhom essenza li tixxiebah.", "Din tista' tkun duttrina tajba jekk wieħed jgħallem li l-essenza tixxiebah għax hi l-istess, imma hi duttrina ħażina jekk wieħed isostni li l-essenza tal-Persuni Divini tixxiebah biss imma mhix l-istess.", "Hu f'dan it-tieni sens li l-omeousiani kienu qegħdin jinterpretaw ix-xebh bejn il-Persuni tat-Trinita'.", "L-ewwel ktieb hu introduzzjoni.", "Fil-prologu Illarju jistqarr li ħadd ma jista' jifhem il-misteru tat-Trinita', iżda hu kien qiegħed fi 'vjaġġ lejn Alla'.", "Imbagħad jagħti sintesi ta' l-opra kollha.", "Is-suġġett fil-fatt hu ttrattat mit-tieni ktieb 'il quddiem.", "Il-kotba mit-tieni sat-tnax huma maqsumin fi tlieta: (a) l-ewwel taqsima tiġbor fiha t-tieni u t-tielet ktieb, (b) it-tieni tkopri mir-raba' sas-seba' ktieb u (ċ) it-tielet mit-tmienja sat-tnax.", "L-ewwel taqsima fiha espożizzjoni ġenerali tal-kontroversja dwar ir-rabta bejn il-Missier u l-Iben u dwar id-divinità ta' l-Iben li kienet miċħuda mill-Arjani.", "Imbagħad fit-tieni ktieb l-awtur juri x'kienet tgħallem il-Knisja Kattolika dwar id-diversi ereżiji.", "Jgħid xi ħaġa wkoll dwar l-Ispirtu s-Santu.", "It-tielet ktieb jeħodha kontra l-argumenti foloz li l-Arjani kienu jġibu biex juru li l-Iben hu inferjuri għall-Missier.", "Fit-tieni taqsima Illarju jagħti lista ta' l-istqarrijiet tal-fidi ta' l-Arjani.", "Jagħti traduzzjoni Latina tat-test sħiħ tal-professjoni Arjana li Arju kien bagħat lil Alessandru, Isqof ta' Lixandra u jeħodha kontra l-kontenut tagħha permezz ta' siltiet bibliċi biex jipprova li l-Iben hu Alla veru bħall-Missier.", "Fit-tielet taqsima jikkonfuta t-tagħlim Arjan u juri li r-rabta bejn il-Missier u l-Iben hi vera u reali u mhux biss morali kif kienu jgħidu l-Arjani.", "L-Iben mhux inferjuri għall-Missier.", "Kristu bata iżda b'daqshekk ma kienx esseri imperfett; id-divinità ma tbatix.", "Sar bniedem biex ikun jista' jbati u jmut.", "Qam mill-mewt għaliex kien bniedem u Alla.", "Fi tmiem din it-taqsima Illarju kiteb il-kapitli 55 u 56 dwar l-Ispirtu s-Santu.", "Is-Sinodi (De Synodis)", "Illarju kiteb dan it-trattat fis-sena 359 waqt li kien qed jikteb fuq it-Trinita'.", "Fl-istess ħin kienu qed isiru t-tħejjijiet għall-Konċilju ta' Rimini u ta' Selewċja.", "It-trattat kien indirizzat lill-Isqfijiet tal-Gallja u fl-aħħar lill-Isqfijiet ta' l-Orjent.", "L-opra hi maqsuma f'żewġ taqsimiet.", "Fl-ewwel taqsima (kap1 sa 65) Illarju jeżamina l-istqarrijiet varji tal-fidi li l-Orjentali kienu ppubblikaw bejn is-snin 341 u 359, u li l-Insara tal-Knejjes Latini kienu jqisu kollha flimkien bħala stqarrija tal-fidi Arjana.", "Illarju qies bħala Arjana l-istqarrija l-iżjed estrema - dik tas-sena 357 imsawra f'Sirmio.", "Fit-tieni taqsima (kap 66 sa 92) hu jistudja t-termini Griegi homoousios u homoiousios.", "It-terminu homoousios ifisser li Kristu hu ta' l-istess essenza jew sustanza tal-Missier; it-terminu homoiousios ifisser li Kristu hu bħall-Missier skond l-essenza jew is-sustanza.", "Illarju interpreta l-kliem 'ta' l-istess sustanza tal-Missier' bħala li tfisser li l-Iben hu bħall-Missier skond is-sustanza.", "B'hekk wera li ż-żewġ termini kienu aċċettabli jekk jingħataw interpretazzjoni ortodossa.", "Għalhekk il-Persuni Divini huma sustanza waħda għalkemm magħżulin minn xulxin.", "B. L-opri storiċi ta' Illarju.", "Insibu ħames opri storiċi ta' Illarju, jiġifieri Ktieb lil Kostanzu, It-Tieni Ktieb lil Kostanzu, Ktieb Kontra Kostanzu, Kontra Awsenzju u Frammenti Storiċi.", "Fl-ewwel parti ta' din l-opra nsibu t-test ta' l-ittri li bagħtu l-isqfijiet tal-Knisja Latina miġburin fil-Konċilji lill-Imperatur Kostanzu biex jitolbuh iwaqqaf il-persekuzzjoni kontra min kien isostni l-Kredu tal-Konċilju ta' Niċea.", "Fit-tieni parti Illarju jitkellem dwar il-proċedura irregolari li kien hemm fil-Konċilju ta' Milan fis-sena 355 u li wasslet għall-kundanna ta' Atanasju u ta' Ewsebju ta' Verċelli.", "(2) It-Tieni Ktieb lil Kostanzu", "Kitbu fis-sena 359.", "Wara l-Konċilju ta' Selewċja Illarju mar Kostantinopli u bagħat jitlob lill-Imperatur Kostanzu biex jippermettilu jidħol f'dibattitu pubbliku ma' Saturninu ta' Arles.", "Talbu wkoll biex ma jistqarrx il-fidi Arjana fformulata f'Rimini iżda jirrikorri għall-fidi li kellu fil-Magħmudija.", "It-talba ta' Illarju ma kinitx milqugħa u għalhekk Illarju kiteb din l-opra.", "Kitba qalila ħafna fejn Kostanzu hu mqabbel ma' Neruni u Deċju.", "Din ukoll kienet intenzjonata bħala apoloġija (difiża) għall-isqfijiet.", "Illarju kiteb dal-ktieb fis-sena 364, wara li hu u Ewsebju ta' Verċelli ma rnexxilhomx ineħħu mis-sede episkopali ta' Milan lill-Isqof Awsenzju li kien Arjan.", "Illarju kiteb lill-Imperatur Valentinjanu kontra Ewsebju, iżda l-Imperatur ried jibqa' newtrali fil-każ tal-kontroversji reliġjużi.", "(5) Frammenti Storiċi", "Dawn il-frammenti fihom diversi dokumenti marbutin mal-Konċilju ta' Sardica (343) u mas-snin ta' wara bejn is-Sinodu ta' Béżiers u t-tluq ta' Illarju għall-eżilju.", "Fihom ukoll dokumenti dwar il-Konċilju ta' Rimini u ittri tal-Papa Liberju.", "Jinkludu wkoll dokumenti ta' wara s-sena 359 u jagħtu direttivi dwar kif għandhom ikunu ttrattati l-isqfijiet li ffirmaw il-formula tal-fidi ta' Rimini.", "Dawn il-frammenti jagħtuna dokumentazzjoni tajba dwar il-kontroversji Arjani bejn is-snin 343 u 366.", "Ġ.", "L-opri eseġetiċi ta' Illarju.", "Illarju għandu 3 opri eseġetiċi: (i) Kumment għall-Mattew (355) – opra li fiha jimxi mat-test bibliku u jiddiskuti l-fatti ewlenin u t-tifsira spiritwali tagħhom; (ii) Kumment għas-Salmi (364) – opra li fiha kien influwenzat minn Oriġene li wkoll kien kiteb il-Kumment għas-Salmi.", "Hawn Illarju jagħti diversi kummenti marbutin mal-kontroversja Arjana; (iii) Dwar il-misteri (ċ.", "360) – jgħid li l-Iskrittura titkellem dwar l-Inkarnazzjoni bil-fatti u bil-kliem.", "Kristu kien prefigurat fl-irqad ta' Adam, fid-dulluvju ta' żmien Noè, fil-barka ta' Melkisedek, fil-ġustifikazzjoni ta' Abraham fit-twelid ta' Iżakk, u fil-jasar ta' Ġakobb.", "Parti minn din l-opra ġiet skoperta minn J.F. Gammurrini f'manuskritt ta' Arezzo fl-1887.", "D. L-innijiet ta' Illarju", "Illarju hu l-ewwel kittieb tal-Knisja Latina li kiteb l-innijiet Latini.", "Il-Konċilju ta' Toledo approva l-kant ta' l-innijiet bħal dawk li kitbu Illarju u Ambroġju ta' Milan.", "Ġirolmu jgħid li Illarju kiteb din l-opra.", "L-innijiet ġew skoperti wkoll minn J.F. Gammurrini.", "San Illarju ta' Poitiers kien espost għall-kitbiet tal-Padri tal-Knisja Griega u tal-kittieba sagri fl-Orjent fi żmien l-eżilju tiegħu fil-Friġja (Asja Minuri).", "Dan il-fatt kellu importanza kbira fil-formazzjoni personali tiegħu u għall-patrimonju tal-Knisja Latina.", "Illarju kiteb bil-Latin u għalhekk ta kontribut kbir lill-Ewropa tal-Punent u l-Afrika ta' Fuq.", "Għen mhux ftit biex il-Knisja Latina taġġorna ruħha mal-Knisja Griega ta' dak iż-żmien, tant li ħafna jsejħulu l-Anastasju tal-Punent.", "Il-Papa Piju IX għamel lil San Illarju ta' Potiers Duttur tal-Knisja fl-1851."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16689", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16689", "title": "Mahatma Gandhi", "text": ["Mahatma Gandhi", "Mohandas Karamchand Gandhi (2 ta' Ottubru 1869 – 30 ta' Jannar 1948) kien l-akbar mexxej tal-Indja fil-ġlieda tagħha għall-indipendenza.", "Pijunier tas-\"satyagraha\", jew reżistenza għat-tirannija permezz ta' diżubbidjenza ċivili tal-massa — filosofija mibnija fuq l-\"ahimsa\", non-vjolenza totali — Gandhi wassal lill-Indja għall-indipendenza u ispira movimenti għad-drittijiet ċivili għal-libertà madwar id-dinja.", "Gandhi jissejjaħ ħafna drabi bħala \"Mahatma\", li bis-Sanskrit tfisser \"Ruħ Kbira\".", "Fl-Indja jsejħulu \"Bapu\", li bil-Gujarati tfisser \"missier\", u jqimuh uffiċjalment bħala Missier in-Nazzjon.", "Jum twelidu, it-2 ta' Ottubru, huwa Jum Nazzjonali fl-Indja, u l-Jum Internazzjonali tan-Non-Vjolenza fid-dinja kollha.", "Gandhi l-ewwel ma ħaddem id-diżubbidjenza ċivili non-vjolenti kien bħala avukat fl-Afrika t'Isfel, fil-ġlieda li kellha l-komunità Indjana t'hemmhekk għad-drittijiet ċivili.", "Meta mar lura l-Indja fl-1915, beda jorganizza lill-bdiewa, raħħala u ħaddiem a biex jipprotestaw kontra t-taxxi esaġerati fuq l-art u d-diskriminazzjoni.", "Minn meta beda jmexxi l-Kungress Nazzjonali Indjan fl-1921, Gandhi beda jmexxi kampanji nazzjonali kontra l-faqar, biex jagħti iktar drittijiet lin-nisa, jgħaqqad nies ta' reliġjonijiet u etniji differenti, itemm id-diskriminazzjoni tal-intokkabbli, ikabbar l-awtonomija ekonomika personali, u jġib l-indipendenza tal-Indja mill-okkupazzjoni Brittanika.", "Gandhi mexxa lill-Indjani kontra t-taxxa fuq il-melħ li mponew l-Ingliżi, fil-famuż Marċ tal-Melħ twil 400 kilometru (250 mil) fl-1930, u iktar tard sejjaħ lill-Ingliżi biex jitilqu fl-1942.", "Intefa' l-ħabs bosta drabi, kemm fl-Afrika t'Isfel kif ukoll fl-Indja.", "Gandhi issielet biex jipprattika n-non-vjolenza u l-verità dejjem u f'kull sitwazzjoni, u ħeġġeġ lil ħaddieħor jagħmel l-istess.", "Għex fil-faqar f'komunità residenzjali awto-suffiċjenti u kien jilbes ilbies fqir tradizzjonali Indjan, li kien nisġu hu nnifsu.", "Kien jiekol ikel veġitarjan sempliċi, u kien jagħmel diversi sawmiet fit-tul kemm biex jissaffa spiritwalment kif ukoll bħala protesta soċjali.", "Gandhi twieled f'Porbandar, belt max-xatt li kienet tagħmel parti minn Bombay.", "Missieru, Karamchand Gandhi (1822–1885), li kien jagħmel parti minn komunità Hindu imsejħa \"Modh\", kien \"diwan\" (uffiċjal għoli) ta' Porbander.", "Ommu, kienet ir-raba' mara ta' missieru, l-ewwel tlieta mietu waqt li kienu qegħdin iwelldu.", "Imrobbi minn omm devota u influwenzat mit-tradizzjonijiet Ġainisti tar-reġjun, Mohandas żviluppa fih qima kbira lejn l-annimali, il-veġitarjaniżmu, is-sawm għat-tisfija personali, u tolleranza lejn persuni ta' twemmin differenti.", "Il-Klassiċi Indjani, l-iktar l-istejjer ta' Shravana and Maharaja Harishchandra, ħallew impatt kbir fuq it-tfajjel Gandhi.", "Dawn il-karattri epiċi wassluh jidentifika ruħu mal-valuri supremi tiegħu, il-Verità u l-Imħabba.", "Ta' 13-il sena Mohandas iżżewweġ lil Kasturbai Makhanji ta' 14-il sena fi żwieġ irranġat mill-familji skont it-tradizzjoni ta' dak iż-żmien.", "Sentejn wara kellhom tifel li iżda miet wara ftit ġranet.", "Missieru miet fl-istess sena.", "Iktar tard kellhom erbat itfal, kollha subien: Harilal, imwieled fl-1888; Manilal, fl-1892; Ramdas, fl-1897; u Devdas, fl-1900.", "Bħala student kellu livell medju.", "Għadda b'diffikultà mill-matrikola għall-Kulleġġ Samaldas f'Gujarat.", "Hemm ma tantx kien kuntent għax familtu riditu jsir avukat filwaqt li hu ried isir tabib.", "Fl-1888, mar l-Ingilterra jistudja l-liġi fil-University College London u beda jitħarreġ ta' avukat fl-Inner Temple.", "F'Londra żamm il-ġurament li kien għamel quddiem ommu li jastjeni mil-laħam, l-alkoħol, u n-nisa.", "Hemm daħal fil-Vegetarian Society, u kien elett fl-eżekuttiv.", "Uħud mill-veġitarjani kienu membri tas-Soċjetà Teosofika, li kienet taħdem għall-fraternità umana, u kienet tistudja l-letteratura Induwista u Buddista.", "Dawn ħeġġew lil Gandhi jaqra l-\"Bhagavad Gita\".", "Gandhi, li qabel ma kellux interess fir-reliġjon, beda jaqra l-kitbiet sagri Induwisti, Misilmin u Insara.", "Gandhi sar avukat fl-1891 u mar l-Indja fejn skopra li ommu kienet mietet meta hu kien għadu Londra.", "Ipprova jipprattika l-liġi f'Bombay imma bla suċċess.", "Ipprova jidħol għalliem imma għalxejn.", "Sentejn wara, aċċetta kuntratt ta' sena minn studju legali Indjan, Dada Abdulla & Co., fil-kolonja ta' Natal, fl-Afrika t'Isfel, li dak iż-żmien kienet ukoll parti mill-Imperu Brittaniku.", "Gandhi qatta' 21 sena fl-Afrika t'Isfel, fejn żviluppa l-ideat politiċi u l-etika tiegħu, u l-ħiliet ta' tmexxija.", "L-Indjani tal-Afrika t'Isfel kienu mmexxija minn Musulmani għonja, li impjegaw lil Gandhi bħala avukat, u minn ħaddiema Indù, u dawn kellhom drittijiet limitati.", "Fl-Afrika t'Isfel, Gandhi esperjenza d-diskriminazzjoni li kien hemm lejn il-persuni kollha li ma kinux bojod.", "F'Pietermaritzburg tefgħuh barra mill-ferrovija għax ma riedx jiċċaqlaq mill-vagun tal-ewwel klassi.", "Ipprotesta u l-għada ħallewh.", "Xufier ta' kowċ sawtu għax ma riedx iċedi postu lil wieħed Ewropew.", "Ħafna lukandi ma aċċettawhx.", "Maġistrat fil-qorti ta' Durban ordnalu jneħħi t-turbant u hu ma aċċettax.", "Dawn il-ġrajjiet kienu punt ta' żvolta f'ħajjet Gandhi u ġagħluh jirrealizza l-inġustizzji soċjali.", "Huwa dam iktar milli kien pjanat fl-Afrika t'Isfel biex jgħinu lill-Indjani jiġġieldu liġi li ma tħallihomx jivvutaw.", "Għalkemm m'għaddietx tiegħu iżda rnexxielu jiġbed l-attenzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-Indjani fl-Afrika t'Isfel.", "Huwa għaqqad il-komunità Indjana flimkien meta waqqaf in-Natal Indian Congress fl-1894.", "Fl-1897, meta Gandhi wasal Durban, folla settlers bojod attakkatu u ħelisha biss għax daħlet għalih mart is-supretendent tal-pulizija.", "Iżda per prinċipju ma ħarrek lil ħadd minn dawk li assaltawh.", "Fl-1906, il-gvern ta' Transvaal għadda liġi li biha l-Indjani kienu obbligati jirreġistraw ruħhom.", "Gandhi beda jħaddem l-idea tiegħu ta' protesta non-vjolenti billi ħeġġeġ lill-Indjani jisfidaw dik il-liġi u jkunu lesti jsofru biex jagħmlu dan.", "L-Indjani aċċettaw u damu seba' snin isofru ħabs, swat u anke qtil għax ma ridux jirreġistraw jew għax ħarqu r-registration cards.", "Minkejja li l-Gvern irripressahom, tant qala' kritika li l-mexxej tal-Afrika t'Isfel Jan Christiaan Smuts, kien imġiegħel jinnegozja kompromess ma' Gandhi.", "Fl-1913, dawk il-ħaddiema Indjani li qabel kienu skjavi b'kuntratt kellhom jibdew iħallsu taxxa ġdida wara li għadda l-Indian Relief Bill.", "Gandhi beda kampanja ta' reżistenza passiva li sabet l-appoġġ ta' eluf ta' ħaddiema tal-minjieri.", "Meta fis-6 Novembru 1913 kien qed imexxi marċ, li fih kien hemm 127 mara, 57 tifel u 2037 raġel, Gandhi kien arrestat.", "Inħeles fuq kawzjoni, reġa' ingħaqad mal-marċ u reġa' kien arrestat.", "Iżda l-Indian Relief Bill tneħħa.", "Fl-1915, Gandhi mar lura l-Indja għal kollox.", "Ingħaqad mal-Indian National Congress li beda jmexxih ħames snin wara u fis-26 ta' Jannar 1930 iddikjara l-independenza tal-Indja li iżda l-Ingilterra ma għarfitx.", "Fl-1939, Gandhi u l-Kungress ma baqgħux jagħtu appoġġ lir-Raj wara li l-Viceroy iddikjara gwerra fuq il-Ġermanja bla ma kkonsulta lil ħadd.", "Gandhi talab independenza immedjata fl-1942 u l-Ingliżi tefgħu l-ħabs lilu u għexieren ta' eluf ta' partitarji tal-Kungress.", "Sadattant il-Lega Musulmana ikkoperat mal-Ingliżi, minkejja li Gandhi oppona bil-qawwa, biex ikollha l-istat separat tal-Pakistan.", "F'Awwissu 1947 l-Ingliżi qasmu l-art biex hekk l-Indja u l-Pakistan saru żewġ stati Indipendenti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16704", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16704", "title": "Filosofija Ellenistika", "text": ["Filosofija Ellenistika", "Il-Filosofija Ellenistika hi dak il-perjodu fl-istorja tal-Filosofija tal-Punent li kien ġie żviluppat miċ-ċiviltà Ellenistika wara Aristotli u li ntemm mal-bidu tan-Neoplatoniżmu.", "Il-Pitagoriżmu huwa sistema filosofika u xjentifika żviluppata minn Pitagora, u li influwenza kważi s-sistemi filosofiċi Ellenistiċi kollha li ġew warajh.", "Eventwalment żviluppaw żewġ skejjel ta' ħsieb Pitagoriku, waħda bbażata fuq il-matematika u li kompliet il-ħidma xjentifika tiegħu, u l-oħra li ffukat iktar fuq it-tagħlim eżoteriku ta' Pitagora, għalkemm it-tnejn li huma kellhom parti mill-oħra.", "Fil-Greċja tal-qedem, is-sofisti kienu kategorija t'għalliema speċjalizzati f'għodod filosofiċi u retoriċi bl-għan li jgħallu aretê — eċċellenza, jew virtù — l-aktar lil statisti u nobbli żgħażagħ.", "Iċ-Ċiniċi kienu setta ta' filosfi axxeti li bdew b'Antistene fir-raba' seklu QK u li komplew sal-ħames seklu WK.", "Huma kienu jemmnu li wieħed għandu jgħix ħajja vurtwuża bi qbil man-Natura.", "Dan fisser iċ-ċaħda tax-xewqat konvenzjonli għall-għana, għall-poter, għas-saħħa, jew għall-fama, u ħajja ħielsa minn pussess.", "Iċ-Ċirenejċi kienu skola filosofika ultra-edonista mwaqqfa fir-raba' seklu WK minn Aristippu ta' Ċirene.", "Huma kienu jsostnu li l-pjaċir huwa l-ogħla tjubija, speċjalment il-gratifikazzjoni immedjata.", "Fi żmien seklu d-duttrina iktar moderata tal-Epikurej ħadet post iċ-Ċirenejċiżmu.", "Il-Platoniżmu huwa l-filosofija ta' Platun, kif miżmuma u żviluppata mis-segwaċi tiegħu.", "Il-kunċett ewlieni kienet it-Teorija tal-Forom: l-arketipi traxendenti, perfeffi, li tagħhom l-oġġetti ta' kuljum fid-dinja huma biss kopja imperfetta.", "L-ogħla forma kienet il-Forma tat-Tjubija, is-sors tal-kewn, li seta' jintlaħaq bir-raġuni.", "Fit-tielet seklu QK, Arċilesaw addotta x-xettiċiżmu, li sar prinċipju ewlieni tal-iskola sas-sena 90 QK, meta Antjoku żied elementi Stojċi, u ċaħad ix-xettiċiżmu.", "Bl-addozzjoni ta' mistiċiżmu orjentali fit-tielet seklu WK, il-Platoniżmu evolva fin-Neoplatoniżmu.", "Il-Peripatetiċi kienu filosfi li żammew u żviluppaw il-filosofija ta' Aristotli.", "Huma kienu favur li wieħed jistudja d-dinja biex jifhem il-pedament aħħari ta' kollox.", "L-għan tal-ħajja kienet l-hena, li kienet toħroġ minn azzjonijiet virtwużi bl-g]an li wieħed iżomm fin-nofs taż-żewġ estremitajiet bejn il-wisq u l-ftit wisq.", "Il-Pirroniżmu, jew ix-xettiċiżmu Pirroniku, kien skola ta' xettiċiżmu mibdija minn Pirro fit-tielet seklu QK, u li kompla javvanza taħt Enesidemu fl-ewwel seklu QK.", "Dan kien isostni xettiċiżmu filosofiku sħiħ dwar id-dinja sabiex wieħed jilħaq \"ataraxia\" jew hena fil-menti (moħħ), filwaqt li kien isostni wkoll li xejn ma jista' jiġi ppruvat veru allura wieħed għandu jissospendi l-ġudizzju.", "L-Epikurejiżmu kien imwaqqaf minn Epikuru fit-tielet seklu QK.", "Dan kien jara l-univers immexxi miċ-ċansijiet, mingħajr l-indħil tal-allat.", "L-Epikurejiżmu kien iqis in-nuqqas ta' uġiegħ bħala l-akbar pjaċir, u kien isostni ħajja sempliċi.", "Kien ir-rivali ewlieni tal-Istojċiżmu sakemm iż-żewġ filosofiji mietu fit-tielet seklu WK.", "L-Istojċiżmu kien imwaqqaf minn Żenone ta' Ċizju fit-tielet seklu QK.", "Ibbażat fuq l-ideat etiċi taċ-Ċiniċi, dan kien jgħallem li l-għan tal-ħajja hu li wieħed jgħix skont in-Natura.", "L-Istojċiżmu kien isistni l-iżvilupp tal-awto-kontroll u l-fortitudni bħala mezz kien wieħed jegħleb emozzjonijiet distruttivi.", "Kien l-aktar skola tal-filosofija ta' suċċess sakemm miet fit-tielet seklu WK.", "L-Eklettiċiżmu kien sistema filosofika li addottat numru ta' duttrini filosofiċi eżistenti li l-aktar rat li jagħmlu sens.", "L-iktar proponent magħruf tagħha kien Ċiċerun.", "Il-Ġudaiżmu Ellenistiku kien attentat biex tiġi stabbilita tradizzjoni reliġjoni Lhudija fi ħdan il-kultura u l-lingwa Ellenistika.", "Ir-rappreżentant ewlieni tagħha kien Filos ta' Lixandra.", "In-Neopitagoriżmu kien skola filosofika li reġgħet qajmet id-duttrini filosofiċi tal-Pitagoriżmu, u li kien prominenti bejn l-ewwel u t-tieni seklu WK.", "Kien attentat biex jiddaħħal element reliġjuż fil-filosofija Griega, il-qima ta' Alla permezz ta' ħajja axxetika, li tinjora l-pjaċiri tal-ġisem u l-impulsi kollha tas-sensi, sabiex tiġi ppurifikata r-ruħ.", "Il-Kristjaneżmu Ellenistiku kien l-attentat ta' rikonċiljazzjoni bejn il-Kristjaneżmu u l-filosofija Griega, liema attentat beda lejn l-aħħar tat-tieni seklu WK.", "Meħud b'mod partikolari mill-Platoniżmu u min-Neoplatoniżmu emerġenti, persunaġġi bħal Klement ta' Lixandra fittxew li jipprovdu lill-Kristjaneżmu b'qafas filosofiku.", "In-Neoplatoniżmu, jew Plotiniżmu, kien skola ta' filosofija reliġjuza u mistika mwaqqfa minn Plotinu fit-tielet seklu WK u bbażata fuq it-tagħlim ta' Platun u ta' Platonisti oħrajn.", "Il-quċċata tal-kewn (eżistenza) kien il-Wieħed jew it-Tajjeb, l-għajn ta' kollox.", "Bil-virtù u l-meditazzjoni r-ruħ kellha l-qawwa li tgħolli lilha nfisha u titwaħħad mal-Wieħed; din kienet il-funzjoni vera tal-bniedem.", "Il-Plotiniżmu kien ir-rivali ewlieni tal-Kristjaneżmu sakemm spiċċa fis-sitt seklu WK."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16707", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16707", "title": "Plotinu", "text": ["Plotinu", "Plotinu (Grieg: Πλωτῖνος) (ca.", "204/5–270 WK) kien filosfu ewlieni tal-qedem.", "Fis-sistema teoretika tiegħu hemm tliet prinċipji: il-Wieħed, l-Intellett, u r-Ruħ.", "L-għalliem tiegħu kien Ammonju Sakka u kien parti mit-tradizzjoni Platonika.", "Storiċi tas-seklu 19 ivvintaw it-terminu Neoplatoniżmu u applikawh għalih u għall-filosofija tiegħu, li kienet influwenti fl-Antikwità tal-Aħħar.", "Ħafna mill-informazzjoni bijografika dwar Plotinu ġejja mid-daħla ta' Porfirju għall-edizzjoni tiegħu tal-\"Enneadi\" ta' Plotinu.", "Il-kitbiet metafiżiċi tiegħu ispiraw sekli sħaħ ta' metafiżiċi u mistiċi Pagani, Insara, Lhud, Islamiċi u Njostiċi.", "Porfirju jikteb li Plotinu kellu 66 sena meta miet fis-sena 270, it-tieni sena tar-renju tal-imperatur Klawdju II, li jindika li s-sena tat-twelid tiegħu kienet il-205 WK.", "Ewnapju jikteb li Plotinu twieled f'Likopoli (Lycopolis), fl-Eġittu elenizzat \"Plotinu\".", "Lyco bil-Grieg tfisser \"lupu\".", "L-istess għerq intuża għal-Liċew (Lukos / Λύκος) ta' Aristotli fl-Eġittu - l-inħawi tal-lupu.", "Bħal Platonisti oħrajn, Plotinu kellu sfiduċja intrinsika fil-materjaliżmu, u kien jemmen li l-fenomena huma kopja, jew mimika (mimesi) ta' xi ħaġa \"ogħla u inteliġibbli\" [VI.I] li kienet \"il-parti l-aktar veritiera tal-Kewn ġenwin\".", "Din l-isfiduċja estendiha għall-ġisem, inkluż ġismu stess; Porfirju jgħid li darba minnhom ma riedx li jitpinġa ritratt tiegħu, x'aktarx għall-istess raġunijiet ta' disgust.", "Bl-istess mod Plotinu qatt ma ddiskuta l-antenati tiegħu, it-tfulija, jew il-post u d-data tat-twelid tiegħu.", "Skont il-kitbiet kollha dwaru, il-ħajja personali u soċjali tiegħu tixhed l-ogħla livelli morali u spiritwali.", "Madwar is-sena 232, ta' 27 sena Plotinu vvjaġġa lejn Lixandra biex jistudja l-filosofija.", "Hemmhekk ma għoġbu ħadd mill-għalliema tiegħu, sakemm xi ħadd issuġġerielu li jisma' l-ideat ta' Ammonju Sakka.", "Meta sema' l-lezzjonijiet ta' Ammonju, huwa qal lil ħabib tiegħu, \"dan hu r-raġel li kont qed infittex,\" u beda studju intensiv taħt l-għalliem ġdid tiegħu.", "Minbarra Ammonju, Plotinu kien influwenzat ukoll mix-xogħlijiet ta' Alessandru ta' Afrodisja, Numenju, u diversi Stojċi.", "Wara ħdax-il sena f'Lixandra, ta' madwar 38 sena, huwa ddeċieda li jivestiga l-filosofija ta' filosfi mill-Persja u mill-Indja.", "F'tentattiv biex jikseb dan, huwa ħalla Lixandra u ngħaqad mal-armata ta' Gordjanu III meta din kienet qed tavvanza fuq il-Persja.", "Madankollu, il-kampanja militari kienet falliment, u mal-mewt ta' Gordjanu Plotinu sab ruħu mitluf f'art ostili, u irnexxielu jmur lura Antjokja biss b'diffikultajiet kbar.", "Meta kellu 40 sena, waqt ir-renju ta' Filep l-Għarbi, huwa wasal Ruma, fejn baqa' kważi għall-kumplament ta' ħajtu.", "Hemmhekk ġibed lejh diversi studenti.", "Dawk l-eqreb lejh kienu jinkludu lil Porfirju, lil Amelju Ġentiljanu tat-Toscana, lis-Senatur Kastriċu Firmu u lil Ewstokju ta' Lixandra, tabib li ddedika ħajtu għat-tagħlim Plotinu u li baqa' jassistih sal-mewt.", "Kemm dam Ruma, Plotina kiseb ukoll ir-rispett tal-Imperatur Galljenu u ta' martu Kornelja Salonina.", "F'punt minnhom Plotinu pprova jikkonvinċi lil Galljenu jerġa' jibni komunita' abbandunata f'Campania, magħrufa bħala 'Belt il-Filosfi', fejn l-abitanti setgħu jgħixu skont il-kostituzzjoni mfassla fil-\"Liġijiet\" ta' Platun.", "Għal xi raġuni mhux magħrufa minn Porfirju, din it-talba qatt ma ngħatat sussidju Imperjali.", "Sussegwentement Porfirju mar jgħix Sqallija, u hemm sar jaf li l-eks għalliem tiegħu kien miet.", "Il-filosfu kien qatta' l-aħħar jiem tiegħu għalih waħdu, f'biċċa art ġewwa Campania, imħallija lilu minn sieħbu Zethos.", "Skont ir-rakkont ta' Ewstokju, li assistih fl-aħħar mumenti tiegħu, l-aħħar kliem ta' Plotinu kien: \"Stinkaw biex tagħtu d-Divin li jinsab fikom lura lid-Divin li jinsab f'Kollox.\"", "Ewstokju jikteb li daħal serp taħt is-sodda li fuqha kien jinsab Plotinu, u li malli dan tal-aħħar miet, iżżerżaq 'il barra minn toqba fil-ħajt.", "Plotinu ħalla diversi kitbiet li saru l-\"Enneadi\", miktubin fuq medda ta' snin minn madwar is-sena 253 sa ftit xhur qabel ma miet, sbatax-il sena wara.", "Porfirju jinnota li l-Enneadi, qabel ma hu stess ikkompilahom u rranġahom, kienu biss il-ġabra enormi ta' noti u kitbiet li Plotinu kien juża fil-lezzjoni li jagħti u fid-dibattiti tiegħu.", "Plotinu kien isibha diffiċli jirrevedi xogħlu, minħabba l-vista batuta li kellu, iżda kitbietu kienu jitolbu editjar intensiv.", "Skont Porfirju, il-kitba ta' Plotinu kienet waħda atroċi; ma kienx jifred il-kliem kif suppost; u ma tantx kien jaqa' u jqum mir-regoli tal-ortografija.", "Plotinu kien jobgħod il-proċess editorjali, u ħalla din il-biċċa xogħol f'idejn Porfirju, li mhux biss irfina x-xogħol tal-għalliem tiegħu, iżda wkoll ġabru fl-arranġament li għandha llum.", "Fost it-tagħlim ta' Plotinu hemm \"il-Wieħed\": suprem, kompletament tranxendenti, mingħajr ebda distinzjoni, multipliċità jew distinzjoni; bl-istess mod, huwa lil hinn minn kull kategorija tal-kewn u l-baħħ.", "Il-kunċett tal-\"kewn\" huwa derivat minna permezz tal-oġġetti tal-esperjenza tal-bniedem, imsejħin dijade, u huwa attribut ta' tali oġġetti, iżda l-Wieħed infinit u tranxendenti jmur lil hinn minn tali oġġetti, u allura jmur lil hinn mill-kunċetti li nidderivaw minnhom.", "Il-Wieħed \"ma jista' jkun ebda oġġett eżistenti\", u l-anqas ma jista' jkun sempliċement is-somma ta' tali oġġetti, iżda jiġi \"qabel kulma jeżisti\".", "Allura, ebda attribut ma jista' jiġi assenjat għall-Wieħed.", "Nistgħu biss nidentifikawh mat-Tajjeb u mal-prinċipju tas-Sbuħija.", "[I.6.9]", "Per eżempju, il-ħsieb ma jistax ikun attribwit mal-Wieħed għaliex jimpli distinżjoni bejn ħassieb u l-oġġett tal-ħsieb (mill-ġdid, dijade).", "Anke l-intelliġenza awto-kontemplativa (in-noeżi tan-\"nous\") titlob dualità.", "\"Ladarba tlissen 'It-Tajjeb,' iżżid xejn iktar: ma' kull żieda, u proporzjonali ma' dik iż-żieda, tkun qed iddaħħal defiċenza.\"", "[III.8.11] Plotinu jiċħad li l-Wieħed huwa senzjenti, konxju minnu nnifsu, u li jwettaq azzjonijiet (ergon) [V.6.6].", "Minflok, jekk wieħed jinsisti li jrid jiddeskrivi lill-Wieħed, allura jrid isejjaħlu dinamiżmu pur, jew potenzjalità li mingħajra xejn ma jista' jeżisti.", "[III.8.10] Plotinu jispjega li huwa impossibbli għall-wieħed li jkun Kewn jew Alla Ħallieq konxju minnu nnifsu.", "F'[V.6.4], Plotinu jqabbel lill-Wieħed mad-\"Dawl\", 'in-\"Nous\" Divin max-\"Xemx\" u fl-aħħar ir-Ruħ mal-\"Qamar\" li d-dawl tagħha hu biss \"derivazjoni tad-dawl tax-Xemx\".", "L-ewwel dawl jista' jeżisti mingħajr il-bżonn tax-Xemx.", "Il-Wieħed, li jmur lil hinn mill-attributi kollha, inkluż il-kewn jew in-nuqqas tiegħu, hu l-għajn tad-dinja - iżda mhux permezz ta' xi att ta' ħolqien, mixtieq jew le, għaliex il-Wieħed, li ma jinbidilx, ma jistax jingħata l-attribut tal-Attività.", "Plotinu minflok jargumenta li l-multiplu ma jistax jeżisti mingħajr is-sempliċi.", "Dak \"inqas perfett\" irid bilfors joħroġ minn dak li hu \"perfett\" jew \"iktar perfett\".", "Allura, il-\"ħolqien\" kollu joħroġ mill-Wieħed fi stadji suċċessivi ta' inqas u inqas perfezzjoni.", "Dan l-istadji m'humhiex iżolati temporalment, iżda jseħħu mal-medda taż-żmien bħala proċess kostanti.", "Plotinu hawnhekk jirriżolvi l-kwistjoni bejn l-ontoloġija ta' Platun u l-Actus et potentia (att u potenzjal) ta' Aristotli.", "Il-kwistjoni kienet li Aristotli, billi rriżolva argument ta' Parmenide - (l-Argument tat-Tielet Raġel) - kontra l-ontoloġija u t-teorija tal-forom ta' Platun, ħoloq skola oħra ta' ħsieb filosofiku.", "Hawnhekk Plotinu jirrikonċilja \"it-Tajjeb fuq id-Demiurgu\" mit-\"Timew\" ta' Platun mal-mexxej mhux immexxi tal-Actus et potentia ta' Aristotli.", "Plotinu jagħmel dan billi jagħmel il-potenzjal, jew il-qawwa, il-Wieħed u d-demiurgu, jew id-diade, il-komponent tal-azzjoni jew tal-enerġija fl-ontoloġija konjitiva filosofika.", "Filosfi Neoplatoniċi li ġew iktar tard, speċjalment Jambliku, żiedu mijiet ta' essri intermedji bħala ħarġiet bejn il-Wieħed u l-Bniedem' iżda s-sistema ta' Plotinu hi ħafna iktar sempliċi.", "Il-Wieħed m'huwiex biss kunċett intellettwali, iżda xi ħaġa li tista' tiġi esperjenzata, esperjenza fejn wieħed imur lil hinn minn kull multipliċità.", "Plotinu jikteb, \"Imissna l-aqqas biss ngħidu li \"ħa jara\", iżda li \"ser ikun dak li jara\", jekk tassew jibqa' possibbli li wieħed jiddistingwi bejn \"dak li jara\" u l-\"muri\", mingħajr ma wieħed isostni bla biżgħa li t-tnejn huma, filfatt, wieħed.\"", "Plotinu joffri alternattiva għall-kunċett Kristjan Ortodoss tal-ħolqien \"ex nihilo\" (mix-xejn), liema kunċett jattribwixxi lil Alla d-deliberazzjoni tal-menti (moħħ) u l-azzjoni tar-rieda, għalkemm Plotinu qatt jsemmi 'l-Kristjaneżmu fix-xogħlijiet tiegħu.", "L-emanazzjoni \"ex deo\" (minn Alla) tikkonferma t-tranxendenza assoluta tal-Wieħed, u allura tagħmel l-iżvolġiment tal-kosmos sempliċement \"konsegwenza\" tal-eżistenza t'Alla; il-Wieħed bl-ebda mod ma jiġi affetwat jew imnaqqas b'dawn l-emanazzjonijiet.", "Plotinu juża l-analoġija tax-Xemx li tarmi d-dawl mingħajr diskriminazzjoni mingħajr ma tnaqqas lilha nfisha, jew ta' rifless f'mera li b'ebda mod ma tnaqqas jew b'xi mod tibdel l-oġġett rifless.", "L-ewwel emanazzjoni hija n-\"Nous\" (il-Monti jew Moħħ divin, logos jew ordni, Ħsieb, Raġuni), identifikata metaforikament mad-Demiurgu fit-Timew ta' Platun.", "Hija l-ewwel Rieda lejn it-Tajjeb.", "Min-\"Nous\" joħroġ l-Anima Mundi, jew l-ispirtu, tad-dinja, li Plotinu jaqsam fi tnejn, l-għoli u l-baxx, filwaqt li jidentifika l-aspett baxx tar-Ruħ man-Natura.", "Mill-Anima Mundi toħroġ ir-ruħ individwali, u finalment il-materja, fl-aktar livell baxx fil-katina tal-kewn, u allura l-inqas livell perfett fil-kosmos.", "Plotinu sostna li n-natura essenzjali tal-ħolqien hi waħda divina, għaliex fl-aħħar mill-aħħar din ħierġa mill-Wieħed, permezz tan-nous u l-Anima Mundi.", "Huwa permezz tat-Tajjeb u tas-Sbuħija li nagħrfu lill-Wieħed, l-ewwel f'affarijiet materjali u mbagħad fil-Forom.", "In-natura essenzjalment devozzjonali tal-filosofija ta' Plotinu toħroġ ukoll mill-kunċett tiegħu ta' \"henosis\" - il-kisba t'unjoni f'estasi mal-Wieħed.", "Porfirju jirrakkonta li Plotinu kiseb dan it-twaħħid erba' darbiet kemm dam jafu.", "Dan jista' jitqabbel mal-kunċetti tal-illuminiżmu, il-ħelsien, u kunċetti oħra t'unjoni mistika komuni f'ħafna tradizzjonijiet kemm tal-Lvant u tal-Punent.", "L-hena awtentika tal-bniedem għal Plotinu tikkonsisti f'li dan jidentifika ruħu ma' dak li hu l-aqwa fl-univers.", "Minħabba li l-hena tmur lil hinn minn dak kollu li hu materjali, Plotinu jisħaq li r-rikkezzi tad-dinja ma jikkontrollawx l-hena vera tal-bniedem.", "(Enneadi I.4.4) L-argument ta' Plotinu dwar l-hena hu wieħed mill-akbar influwenzi tiegħu fuq il-ħsieb tal-Punent; dan għaliex kien wieħed minn tal-ewwel li daħħal l-idea li l-eudaimonia (l-hena) tintlaħaq biss bil-kuxjenza.", "Il-bniedem veru huwa kapaċità kontemplattiva mhux korporja tar-ruħ, superjuri għal dak kollu li hu korporju.", "Jirriżulta, allura, li l-hena vera tal-bniedem hija indipendendi mid-dinja fiżika.", "L-hena vera hi, minflok, dipendenti fuq il-bniedem metafiżiku u awtentiku li jinsab fl-għola kapaċità tar-Raġuni.", "\"Għaliex il-bniedem, speċjalment dak Profiċjenti, m'huwiex iż-żwieġ tar-Ruħ u l-ġisem: prova ta' dan hi li l-bniedem jista' jinqata' mill-ġisem u jiddisprezza t-tjubija apparenti tiegħu\" (Enneadi I.4.14) Il-bniedem li kiseb l-hena ma jiddejjaqx mill-mard, mill-iskumdità, eċċ., għaliex l-attenzjoni tiegħu hu fuq l-aqwa u l-akbar affarijiet.", "L-hena awtentika tal-bniedem hi l-użu ta' dik il-kapaċità l-aktar awtentika tal-bniedem: il-kontemplazzjoni.", "Anke fl-aktar affarijiet ta' kuljum, f'dawk l-azzjonijiet fiżiċi l-aktar mundani, l-istagħnar tal-att tal-bniedem \"... huwa determinat mill-fażi l-aktar għolja tar-Ruħ\".", "(Enneadi III.4.6) Anke fl-aktar argumenti drammatiċi li Plotinu jikkunsidra (eżempju meta wieħed ikun jgħaddi minn tortura estrema), huwa jikkonkludi li dan isaħħaħ l-argument tiegħu li l-hena vera hija metafiżika, għaliex il-bniedem li huwa tassew ħieni jifhem li dak li qed jiġi ttorturat huwa biss ġisem, mhux l-istess individwu konxju, u li allura l-hena tippersisti.", "Plotinu joffri deskrizzjoni sħiħa tal-kunċett tiegħu ta' persuna li laħqet eudaimonia.", "\"Il-ħajja perfetta\" tinvolvi persuna b'kontroll fuq ir-raġuni u l-kontemplazzjoni.", "(Enneadi I.4.4) Il-bniedem ħieni ma jitbandalx bejn l-hena u d-dwejjaq, kif ħafna kontemporanji ta' Plotinu kienu jemmnu.", "L-Istojċi, per eżempju, kienu jiddubitaw l-abiltà ta' xi ħadd li jkun ħieni (jekk wieħed jassumi li l-hena hi l-kontemplazzjoni) jekk dan ikun mentalment inkapaċitat jew anke rieqed.", "Plotinu jiċħad dan, għaliex għalih ir-ruħ u l-bniedem veru ma jorqdux mhux marbutin bil-ħin jew biż-żmien; l-anqas ma l-bniedem ħaj li laħaq eudaimonia m'hu sejjer, f'daqqa waħda, jieqaf juża l-kapaċitajiet l-aktar awtentiċi tiegħu sempliċiment minħabba skumdità fil-lat fiżiku tiegħu. \"...Ir-rieda tal-Profiċjenti hi magħmula dejjem, u biss, ġewwiena.\"", "(Enneadi I.4.11)", "B'mod ġenerali, l-hena għal Plotinu hi \"... ħarba mill-mogħdijiet u l-affarijiet ta' did-dinja\" u l-attenzjoni fuq l-għola, jiġifieri l-Forom u l-Wieħed."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16723", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16723", "title": "Mirtilla", "text": ["Mirtilla", "Il-mirtilla hi frotta li jagħmlu varji speċi tal-ġeneru \"Vaccinium\" (familja tal-\"Ericaceae\").", "Dawn huma bakek żgħar blu-vjola b'togħma ħelwa u ftit izzukrata.", "L-isem kien oriġinarjament jirreferi għall-\"Vaccinium myrtillus\", il-mirtilla komuni, u għadu l-iżjed jirreferi għal dawn, iżda t-terminu jista' jirreferi wkoll għall-\"Vaccinium uliginosum\" u d-diversi speċi Amerikani li xi wħud minnhom huma kkultivati (\"Vaccinium caespitosum\", \"Vaccinium corymbosum\", \"Vaccinium angustifolium\", \"Vaccinium deliciosum\", \"Vaccinium membranaceum\", \"Vaccinium ovalifolium\", \"Vaccinium myrtilloides\", eċċ.).", "Fis-sens botaniku, il-mirtill jappartienu għall-ġeneru \"Vaccinium\" u għalhekk it-terminu jintuża għall-ispeċi kollha tal-ġeneru.", "Fis-sens kulinari, issir distinzjoni bejn il-mirtilla (blu u pjuttost ħelwa) u il-mirtilla ħamra (Vaccinium vitis-idaea, ħamra u pjuttost qarsa).", "Il-bakek jistgħu jittieklu friski jew jintużaw fit-torti jew ħelu ieħor.", "It-torta tal-mirtill huwa deżerta tradizzjonali tal-istaġun fir-reġjuni muntanjużi tal-Ewropa.", "Il-muffins tal-mirtill huma pasti Amerikani klassiċi.", "Il-mirtill jista' jintuża wkoll biex jintgħamlu xi ġammijiet, ġuleppi, sorbetti, tejiet, eaux-de-vie, likuri jew imbejjed.", "Din hija waħda mill-bakek li għandha l-inqas zokkor u kaloriji; billi hi rikka fil-fibra u fl-antiossidanti tajba biex taqta' l-ġuħ , u fl-istess ħin hi dijuretiku qawwi.", "Hi rikka fil-vitamini li jinħallu fl-ilma, fl-aċtu ċitriku u fl-aċtu maliku, fl-alkalojdi indoliċi, fl-antoċjani u fit-tannini; għandha propjetajiet antisettiċi, antidiarreatiċi, u antiemorraġiċi u kontra l-għama ta' bilejl.", "Din hija waħda mill-frott l-iżjed rikki fl-antiossidanti, ikun kif ikun imkejjel.", "Minn tmienja u tletin tip ta' frott u ħxejjex ttestjati, il-miritill ġie:", "Ara t-tabella ta' hawn taħt li tagħti l-kompożizzjoni tal-\"blueberries\" Amerikani.", "Il-prova xjentifika tal-effett tal-mirtill fuq il-mard tal-għajnejn bdiet fis-snien 1980.", "L-effetti protettivi u ta' benefiċċju fuq il-katarretti ġejjin mill-qawwa antiossidanti li għandu l-mirtill.", "Waħda mill-proprjetajiet notevoli li għandu l-meraq tal-mirtill hi l-kapaċità tiegħu li jġeded il-memorja tal-firien xjuħ.", "Dan urih J.A. Joseph f'Boston u ġie kkonfermat minn timijiet oħra.", "Mhuwiex ċar jekk dan l-effet tajjeb fuq il-memorja hux riproduċibbli fil-bniedem .", "Xi riċerkaturi qegħdin jistudjaw xi soluzzjonijiet terapewtiċi f'oqsma oħra (il-prevenzjoni tal-kanċer u l-mard deġenerattiv).", "Il-mirtilla hi l-unika xitla li għandha bżonn ħamrija għanja fl-[[aluminju]] .", "Dawn il-[[baħrija|baħrijiet]] (heterocera) jieklu l-mirtilla:", "[[Kategorija:Bakek]]"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16724", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16724", "title": "Prospero Grech", "text": ["Prospero Grech", "Il-Kardinal Prospero Grech (Birgu, 24 ta' Diċembru, 1925 - Ruma, Italja, 30 ta' Diċembru, 2019), imwieled Stanley Grech, kien it-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja Kattolika.", "Bin Vincenzo Grech u Amelia mwielda Gatt.", "Ir-Reġistru tal-Magħmudija tal-parroċċa ta' San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa jgħid li Patri Prospero kien mgħammed jumejn wara li twieled, jiġifieri fis-26 ta' Diċembru, mill-Arċipriet ta' dak iż-żmien, il-Kan Joseph Maria Farrugia.", "Hu ngħata l-isem ta' Stanley.", "Ingħata wkoll ħames ismijiet oħra: David, John, Arthur, Lawrence u Joseph.", "Il-parrinijiet tiegħu tal-magħmudija kienu John u Sophia Craig.", "Studja l-Liċeo u serva bħala gunner fil-Home Guard tal-Università fi żmien il-Gwerra.", "Wara li għamel tliet xhur fl-Army, beda l-kors tal-mediċina fl-Università ta' Malta, iżda wara sena daħal mal-Patrijiet Agostinjani fl-1943.", "Il-professjoni solenni tiegħu għamilha fi ħdan dan l-Ordni fis-26 ta' Ottubru 1947.", "Ħa l-isem reliġjuż ta' Prospero.", "Kien ordnat subdjaknu f'Ruma fit-3 ta' Lulju 1949 u ordnat presbiteru fil-Bażilika ta' San Giovanni Laterano f'Ruma fil-25 ta' Marzu 1950.", "Patri Prospero Grech studja l-filosofija fil-Monasteru ta' San Mark, ir-Rabat, Malta, u t-Teoloġija fil-Kulleġġ ta' Santa Monika f'Ruma.", "Huwa kiseb Dottorat fit-Teoloġija mill-Università Gregorjana ta' Ruma (1953), Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa mill-Istitut Pontifiċju Bibliku ta' Ruma (1954) u Diploma fil-Psikoloġija Edukattiva minn Freibourg, l-Iżvizzera (1951).", "Patri Prospero Grech irriċerka l-lingwi Semitiċi fl-Università ta' Oxford (1957-58) wara li kien akkwista 'scholarship' tal-British Council u f'dik ta' Cambridge (1958-59).", "Fl-1958, il-Professur Arberry tal-Istudji Orjentali fl-Università ta' Cambridge, ried skular Malti ħalli jgħinu f'xogħol li kien qed jagħmel.", "Il-Professur Ġużè Aquilina kien irrakkomanda lill-Professur Prospero Grech għal dan ix-xogħol.", "Il-Professur Prospero Grech għen lill-Professur Arberry fil-ktieb \"A Maltese Anthology\" ta' poeżija u proża Maltija maqluba bl-Ingliż u fi ktieb ieħor bl-isem \"Dun Karm – Poet of Malta\" maħruġ minn Arberry u Grech minn Cambridge University Press.", "Artiklu ppubblikat fil-\"Catholic Herald\" jikkwota lill-kittieb u l-kritiku Nigel Dennis jgħid li Patri Prospero huwa possibilment l-iktar persuna intelliġenti li teżisti.", "Din l-allegata stqarrija ta' Dennis għaddiet mingħand l-armla ta' Dennis għal għand il-kittieb tal-artiklu, Patri Alexander Lucie-Smith.", "Fost id-diversi karigi li okkupa fl-Ordni Agostinjan, fl-1971 inħatar l-ewwel President tal-Istitut Patristiku Augustinianum tal-Ordni ta' Santu Wistin.", "Barra minn hekk Patri Prospero ħadem f'diversi universitajiet barra minn Malta u f'Kummissjonijiet Pontifiċji.", "Kien ukoll Konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi.", "Fit-13 ta' Diċembru 2011, Jum ir-Repubblika, Patri Prospero Grech kien onorat mill-President ta' Malta, Dr George Abela, bħala Kumpann tal-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.", "Waqt konferenza li kienet saret fl-2010, intitolata \"Revisiting Labour's History\", il-Professur Godfrey Pirotta kien qal li fis-snin sittin Patri Prospero kien ghamilha ta' medjatur bejn il-Partit Laburista u l-Vatikan fuq il-kwistjoni tas-sitt punti.", "Ftit huma dawk li jafu b'dan is-sehem ta' medjatur li kellu Patri Prospero, u dan proprju ghax din il-medjazzjoni ma kinitx giet imxandra.", "Fl-1963 kienet saret laqgħa sigrieta bejn Dom Mintoff u Patri Prospero gewwa Ruma, fejn iktar tard Patri Prospero kien ressaq l-argumenti tal-Mexxej Laburista quddiem il-Vatikan.", "Dan kollu kien qed isir bhala parti mill-isforz tal-Partit Laburista biex il-kwistjonijiet bejn l-Istat u l-Knisja jissolvew darba ghal dejjem.", "Is-sitt punti li Mintoff kien qed jinsisti fuqhom biex jintlahaq qbil bejn iz-zewg nahat kienu jinkludu: is-separazzjoni bejn Stat u l-Knisja; l-ugwaljanza bejn religjonijiet differenti; ir-rikon-oxximent legali taz-zwieg civili u anki d-divorzju ghal min kien jemmen fih; it-taghlim tar-religjon fl-iskejjel tal-Istat li jinghata biss lil min jixtiequ; li l-iskejjel privati jghaddu min process ta' spezzjoni qabel jikkwalifikaw ghall-fondi mill-Gvern; is-servizzi socjali jinghataw lil kulhadd minghajr diskriminazzjoni (anki lil tfal imwielda barra z-zwieg); li l-Knisja taghti kontribut finanzjarju u l-privilegum fori jkun ristrett; ic-censura fuq l-arti tkun hielsa mill-influwenza tal-Knisja; u li l-Knisja ma tindahalx fl-affarijiet tal-Istat.", "Skont il-ġurnal Laburista \"Kullħadd\", Patri Prospero kien wieħed minn żewġ patrijiet, li kienu ġew indikati minn Ruma li setgħu jieħdu post l-Isqof Emmanuel Gerada.", "Imma allegatament Monsinjur Mikiel Gonzi kien instema' jgħid li f'din il-kariga ried jaħtar qassis, u mhux patri.", "L-istess sorsi jispekulaw ukoll jekk din kinitx verament ir-raguni li ghalfejn Gonzi kien oggezzjona li Patri Prospero jinhatar f'din kariga, u dan fid-dawl tal-fatt li Patri Prospero kellu parentela ma' familja b'konnotazzjonijiet Laburisti qawwija.", "Skont il-ġurnalista Anton Cassar, Grech jiġi t-tifel ta' oħt Mosè Gatt li serva fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Laburista sal-isplit fil-partit.", "Fr Prospero Grech kien imsemmi biex isir isqof iżda billi kien jiġi mil-Laburista Mosè Gatt, il-Gvern ta' Borg Olivier ma approvax in-nomina tiegħu.", "Kien is-Sibt 6 ta' Jannar 2012, festa tal-Epifanija f'Ruma, li l-Papa Benedittu XVI, wara l-Angelus ta' nofsinhar, ħabbar li kien se jlaqqa' Konċistorju biex jinnomina 22 membru ġdid tal-Kulleġġ tal-Kardinali fosthom lil Grech.", "Il-Papa dakinhar iddeskriva lil Patri Prospero Grech OSA bħala \"professur emeritu ta' għadd ta' universitajiet Rumani u Konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi\".", "Patri Prospero huwa t-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja, wara li fis-seklu dsatax Malta kellha Kardinal ieħor, Fabrizio Sceberras Testaferrata, li kien nominat Kardinal mill-Papa Piju VII, kważi 200 sena qabel, fil-Konċistorju tas-6 t'April 1818.", "Patri Prospero Grech inħatar arċisqof fit-8 ta' Frar 2012 fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.", "Fit-18 ta' Frar inħatar Kardinal mill-Papa Benedittu XVI.", "Il-Provinċja Agostinjana Maltija ferħet lil Patri Prospero ghan-nomina li rcieva bhala Kardinal.", "\"Minbarra li huwa unur fuq livell personali, huwa wkoll unur ghall-Ordni ta' Santu Wistin li fin-nomina tieghu jara r-rikonoxximent tal-Knisja Universali ghas-servizz lejn l-Evangelju\".", "Patri Prospero ngħata t-titlu personali ta' Arċisqof Titulari ta' San Leone fil-Basilicata, titlu li qablu ġarru l-Kardinal Stanislaw Dziwisz, bl-arma tiegħu, li tirrappreżenta s-salib ta' Malta u l-arma tal-Agostinjani bil-baklu u s-salib.", "Interessanti ċ-ċurkett tad-deheb li ngħata mill-Kurja Arċiveskovili Maltija lill-Isqof Prospero Grech, maħdum kollu Malta u li juri lil San Pawl bis-salib, ħuġġieġa u l-lifgħa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16725", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16725", "title": "Għenba tax-xewk", "text": ["Għenba tax-xewk", "L-Għenba tax-xewk, (\"Ribes uva-crispa\", syn.", "\"R. grossularia\") hi speċi tar-\"Ribes\", indiġena fl-Ewropa, l-Afrika tal-majjistral, u l-Asja tal-punent, nofsinhar u l-lbiċ.", "Hi waħda minn bosta speċi simili tas-sottoġeneru \"Grossularia\" u m'għandha x'taqsam xejn ma' l-għeneb (ġeneru Vitis) ħlief fid-dehra.", "Minkejja li s-soltu hi kklassifikata bħala sottoġeneru fir-\"Ribes\", xi tassonomisti iqisu l-\"Grossularia\" bħala ġeneru separat, għalkemm jista' jkun hemm ibridi bejn l-għenba tax-xewk u l-kassis (e.g., il-Jostaberry).", "Is-sorroġeneru \"Grossularia\" hu differenti mill-kassis l-iżjed fiz-zkuk li għandhom ix-xewk u fil-fjuri li jikbru waħidhom jew f'pari u mhux f'raċemi.", "Il-frott tal-arbuxxelli jittiekel u hu mkabbar fuq skala domestika u kommerċjali.", "L-għeneb tax-xewk jikber f'arbuxxelli mħabbla li jogħlew bejn 1m u 3m.", "Iz-zkuk tiegħu, mimlijin xewk iniggeż ħafna, joħorġu wieħed wieħed jew fi friegħi ta' tnejn jew tlieta mill-qiegħ ta' zkuk qsar jew fuq frieghi laterali.", "Il-fjuri f'għamla ta' kniepen joħorġu waħda waħda jew f'pari minn gruppi ta' weraq fit-tond maqtugħin il-ġewwa sewwa fi tliet jew ħames tebqiet.", "Il-frott selvaġġ hu iżgħar minn dak tal-varjetajiet koltivati, imma s-soltu jkollu togħma tajba.", "Ġeneralment hu sufi barra minn f'varjetà waħda, \"R. uva-crispa\".", "Il-kulur is-soltu hu aħdar imma hemm varjanti ħomor u kultant ikun hemm bakek vjola skuri.", "L-għeneb tax-xewk hu indiġenu f'ħafna partijiet tal-Ewropa u l-Asja tal-punent, nofsinhar u lbiċ u jikber min-natura fl-arbuxelli alpini u msaġar imġebblin fir-reġjuni baxxi minn Franza lejn il-lvant u l-ġewwa fil-Himalaya u l-Indja peniżolari.", "Għalkemm illum l-għeneb tax-xewk hu komuni fuq iż-żrieżaq tal-baxx tal-Alpi tal-Piedmonte u tas-Savojja, m'aħniex żguri jekk ir-Rumani kinux jafu bih, imma jista' jkun li hu msemmi f'silta vaga fl-iStorja Naturali ta' Plinju l-Kbir; is-sjuf sħan tal-Italja, fl-antik bħal ta' llum, ma kinux jiffavorixxu il-koltivazzjoni tiegħu.", "Minkejja li l-għeneb tax-xewk issa hu abundanti fil-Ġermanja u Franza, jidher li fil-medju evu ma kinux ikabbruh wisq, imma l-frott selvaġġ kienu jqisuh utli fil-mediċina billi l-meraq aċituż tiegħu għandu l-propjetà li jberred il-ġisem fil-mard; waqt li l-kelma bl-Ingliż antik, \"Fea-berry\", li għada tintuża f'xi djaletti provinċjali, turi li kellu l-istess valur fil-Brittannja, fejn bdew minn kmieni jħawluha fil-ġonna.", "Hemmhekk tant ilu kkoltivat l-għeneb tax-xewk li diffiċli tiddistingwi arbuxxelli selvaġġi li tnisslu minn xtieli ikkoltivati u dawk li huma parti mill-flora indiġena tal-gżira.", "Mill-mijiet ta' varjetajiet imsemmijin fix-xogħlijiet ortikulturali riċenti, forsi ftit iħabbtuha fit-togħma mal-\"Old Rough Red\" u \"Hairy Amber\".", "Il-klima tal-Gżejjer Brittaniċi tidher li hi ideali biex jitkabbar l-għeneb tax-xewk u jista' jitkabbar anki fil-partijiet tal-Iskozja l-iżjed 'l fuq fejn jissejjaħ \"grozet\"; anzi t-togħma tiegħu titjib iżjed ma titla' 'l fuq.", "Fin-Norveġja (fejn jissejjaħ \"stikkelsbær\" — jew \"bakka xxewwek\"), l-għeneb tax-xewk jiffjorixxi fil-ġonna tal-kosta tal-punent kważi saċ-Ċirku polari Artiku, u jinstab 'l fuq sa 63°.", "Is-sjuf nixfin ta' Franza u l-Ġermanja ma taqbilx miegħu għalkemm jitkabbar b'xi suċċess f'xi distretti għoljin.", "L-għeneb tax-xewk fin-nofsinhar tal-Ingilterra jikber tajjeb fil-frisk u wieħed jista' jsibu fil-ġonna ħdejn Londra fejn jikber fin-nofs dell taħt is-siġar tat-tuffieħ; imma fit-tramuntana jkollu bżonn ikun espost għax-xemx biex isir perfett.", "Imur tajjeb f'kważi kull kwalità ta' ħamrija, imma jippreferi ħamrija b'materja organika jew jew sediment alluvjonali, u minkejja li minn natura hu pjanta ta' postijiet pjottost nixfin, immur tajjeb f'ħamrija niedja jekk tkun skulata sewwa.", "Sikwit jinsab fl-irħula mifruxa maċ-Ċekoslovakkja ta' qabel kollha.", "L-eħfef metodu għall-propagazzjoni tal-għeneb tax-xewk hu bit-tħawwil tal-biċċiet maqtugħin mix-xitla, ħafna eħfef milli miż-żerriegħa.", "Biċċiet maqtugħin fil-ħarifa jaqbdu malajr u jibdew jagħtu l-frott fi ftit snin.", "Jista' jinħtieġ żbir aħrax; il-frott jikber fuq il-friegħi tal-ġenb u dawk li jkunu ħarġu s-sena ta' qabel, għalhekk fis-seklu 19, kellhom id-drawwa li jiżbru l-friegħi tal-ġenb fix-xitwa, u forsi jiżbru l-friegħi prinċipali wkoll fl-istess ħin jew innaqqrulhom it-truf fis-sajf.", "Ix-xtieli jistgħu jipproduċu bakek kbar jekk ikun fertilizzati sewwa bil-kompost, l-iżjed jekk jinġabru l-maġġoranza tal-frott meta jkun għadu żgħir u jitħallew ftit bakek biss jibqgħu jikbru.", "Għal dan l-għan tajjeb li l-għeneb tax-xewk jitlaqqam fuq (\"Ribes aurum\") jew speċi oħra tar-\"Ribes\".", "Xi kabbara tas-sekli 19 u 20 irnexxielhom ikkabbru għeneb tax-xewk jiżen bejn uqija u tnejn, imma bħal f'ħafna varjetajiet ta' frott, ikbar ma jkun l-għeneb tax-xewk inqas ikollu togħma.", "L-arbuxxelli tal-għeneb tax-xewk huma vulnerabbli għad-dud tal-baħrija \"Abraxas grossulariata\".", "Fil-kultivazzjoni, l-aħjar metodu biex teħles minnhom hu li tneħħi l-larvi b'idejk malli jfaqqsu; din tbid il-bajd fuq il-weraq tal-għeneb tax-xewk li jaqgħu.", "Il-baħrija \"Macaria wauaria\" u d-dubbiena \"Nematus ribesii\" jagħmlulha l-ħsara wkoll.", "Id-dud tan-\"Nematus reibesii\" jindifnu fil-ħamrija biex jagħmlu l-fosqda; meta jfaqqsu fil-forma adulta, ibidu l-bajd li jfaqsu bħala larvi, fuq in-naħa ta' taħt tal-weraq tal-għeneb tax-xewk..", "Fis-seklu 19 fost l-insettiċidi kontra dawn kien hemm l-ilma bir-raża tal-arżnu, taħlita dgħajfa ta' aċtu karboliku u trab tal-helleborus li jaħdmu kontra l-\"Macaria wauaria\" u n-\"Nematus ribesii\" t-tnejn.", "Kienu jużaw ukoll infużjoni ta' tabakk jew ta' digitalis.", "Jekk il-weraq li jaqgħu jitneħħew bil-galbu u l-ħamrija ta' madwar tintgħażaq, il-bajd u l-krisalidi ta' dawn l-insetti jinqerdu.", "Is-Sulfid tal-Potassju kien magħruf li hu effettiv fil-kura tal-mofof tas-siġar bħall-moffa tal-għeneb tax-xewk Amerikan.", "Ninnotaw li bħall-parti l-kbira tar-\"Ribes\", l-għeneb tax-xewk jista' jospita l-fungu Cronartium ribicola, li jista' tagħmel ħsara kbira lill-arżnu tat-tip \"pinus strobus\"; għalhekk il-koltivazzjoni tal-għeneb tax-xewk hi projbita f'ċerti reġjuni tal-Istati Uniti.", "L-għeneb tax-xewk jintuża sikwit bħala ingredjent fid-deżerta, bħal torti u \"crumbles\".", "Jintuża wkoll biex jagħti t-togħma x-xorb u jista' jsir minnu inbid jew tiżani.", "L-għeneb tax-xewk jista' jiġi kkonservat bħala ġamm, frott imnixxef jew fis-siropp taz-zokkor."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16727", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16727", "title": "Kassisa", "text": ["Kassisa", "Il-kassisa, \"Ribes nigrum\" hi speċi ta' \"Ribes\" indiġena fl-Ewropa ta' Fuq u fl-Asja, u hi perenni.", "Il-kassis jikber f'arbuxxelli żgħar għoljin bejn 1-2 m. Il-weraq tagħhom huma alternati, sempliċi, bejn 3-5 ċm twal u wisgħin, u palmati maqsumin f'ħames tebqiet bit-truf bis-snien.", "Il-fjuri huma bejn 4-6 mm fid-dijametru, b'ħames petali b'lewn minn aħdar ħamrani sal-kannella; dawn dawn joħorġu f'raċemi bejn 5-10 ċm twal.", "Il-pjanta tagħti fwieħa qawwija mill-weraq u z-zkuk.", "Tagħmel bakek li jittieklu, 1 ċm fid-dijametru, ta' kulur vjola skur ħafna, kważi iswed, bil-ġilda tleqq u caliċi li ma jaqax fuq nett.", "Il-ftit żerriegħa fil-bakek huma rikki fin-nutrijenti.", "Arbuxxell stabbilit jista' jipproduċi sa 5 kilogrammi ta' bakek matul is-sajf.", "Ix-xtieli mill-Ażja kultant jiddistingwuhom bħala varjetà separata, \"Ribes nigrum\" var. \"sibiricum\", jew anki bħala speċi distinta \"Ribes cyathiforme\".", "Hemm kultivari ħafna tal-kassis, fosthom: Amos Iswed, Ben Alder, Ben Avon, Ben Connan, Ben Dorain, Ben Gairn, Ben Tama, Ben Lomond, Ben Loyal, Ben More, Ben Sarek, Ben Tirran, Ben Zona, Big Ben , Boskoop Giant, Cotswold Cross u Wellington XXX.", "Varjetajiet ġodda qed jiġu żviluppati kontinwament biex tissaħaħ it-tolleranza għall-ġlata u r-reżistenza għall-mard u jittejjeb il-ħsad bil-magna, il-kwalità tal-frott, il-kontenut nutrittiv u togħma tal-frott.", "Żewġ kultivari ġodda li ħarġu mill-programm tat-tnissil tal-kassis f'British Colombia, il-Kanada - Blackcomb u Tahsis - intgħażlu għall-immunità li għandhom għall-fungu tal-arżnu, Cronartium ribicola, u t-tolleranza għall-ġlata.", "Fil-Finlandja jikkoltivaw varjetajiet li jipproduċu frott aħdar, ta' togħma inqas qawwija u iżjed ħelwa mill-kassis tipiku.", "Dan jissejjaħ \"viherherukka\".", "Tħejjija qabel it-tħawwil", "Hu importanti ħafna li jkun hemm eradikazzjoni kompluta tal-ħaxix ħażin għal staġun sħiħ qabel it-tħawwil.", "Hu rakkomandat li jintużaw l-erbiċidi għall ħaxix ħażin.", "Barra minn hekk il-ħamrija għandha tiġi ttestjata għan-nematodi; jista' jkun hemm bżonn il-fumigazzjoni fejn hemm preżenza sinifikanti ta' nematodi li jġorru l-virus.", "Il-kultivaturi għandhom iqisu l-fertilità ġenerali tal-art fejn ikunu se jħawlu (pereż. nutrijenti, pH) biex jiżguraw is-sit jissodisfa l-kondizzjonijiet tat-tħawwil rakkomandati kif hu spjegat fil-gwida għall-produtturi ta' din ix-xitla (www.berrycrops.net).", "Hu importanti li jkun hemm biżżejjed irrigazzjoni u skulatura tal-ilma qabel wieħed jaħseb biex iħawwel.", "Il-kontroll tal-ħaxix ħażin – Il-kultivaturi jistgħu jużaw \"mulch\" organiku (fosthom serratura u tiben), plastik oħxon miksi bil-\"mulch\" organiku, jew kanvas bħala mezz kontra l-ħaxix ħażin.", "Jekk jintużaw xi erbiċidi kimiċi, wieħed għandu jiċċekkja mal-awtoritajiet biex jiżguraw l-użu ta' dawn is-sustanzi hu reġistrat u xieraq.", "Iż-żbir – Iż-żbir annwali tal-friegħi u r-rimjiet qodma li huma inqas minn ~45 grad mal-art huwa importanti għall-kura tal-uċuħ u għall-ħsad bil-magna.", "Spiss jiġri li meta ż-żbir tar-rimjiet niżlin l-isfel jiġi ttraskurat, il-piż tal-frott li jkollhom jegħlibhom u jniżżilhom mal-art u l-frott ikollu l-ħsara jew jitħassar.", "Iż-żbir jista' jsir bl-idejn jew mekkanikament.", "Il-pjanti tal-familja Ribes huma ibatu minn bosta mardiet, fosthom l-aktar prominenti huma \"Cronartium ribicola\" u l-moffa.", "Però hemm Però hemm ġew żviluppati u qed jiġu żviluppati varjetajiet li jirreżistu xi wħud minn dan il-mard.", "Hemm ukoll il-marda \"Drepanopeziza ribis\", iżda din normalment mhijiex problema serja għall-varjetajiet żviluppati permezz ta' programmi tat-tnissil prominenti.", "Il-frott fih ammont straordinarju ta' vitamina C (302% tal-valur ta' kuljum irrakomandat kull 100 g. Għandu wkoll livelli tajbin ta' potassju, fosfru, ħadid u Vitamina B5, u firxa wiesgħa ta' nutrijenti essenzjali oħra (ara t-tabella tan-nutrijent fuq il-lemin).", "F'xi esperimenti tal-laboratorju ntwera li xi fitokimiċi oħra fil-frott (polifenoli/antoċiani) għandhom potenzjal li jinibixxui l-mekkaniżmi tal-infjammazzjoni li huma suspettati li għandhom x'jaqsmu mal-bidu tal-mard tal-qalb, kanċer, infezzjonijiet mikrobjali jew mard newroloġiku bħall-marda ta' Alzheimer..", "L-antoċiani prinċipali fil-lbieba tal-kassis delfinidina-3-O-glukoside, delfinidina-3-O-rutinoside, ċianidina-3-O-glukoside, u ċianidina-3-O-rutinoside", "li jibqgħu fil-meraq konċentrat fost polifenoli oħra li għadhom ma ġewx identifikati.", "Iż-żejt miż-żerriegħa tal-kassis huwa rikk f'ħafna nutrijenti, speċjalment il-vitamina E u diversi aċti grassi mhux saturati fosthom l-aċtu alfa-linoleniku u l-aċtu gamma-linoleniku.", "Fi studju pilota fuq in-nies, id-dermatite atopika naqset fit-trabi mredda' minn ommijiet li kienu jieħdu ż-żejt taż-żerriegħa tal-kassis meta l-ulied baqgħu jieħdu ż-żejt għal aktar minn sentejn.", "Dan il-frott jista' jittiekel nej, imma għandu togħma qarsa qawwija u għalhekk ikollu bżonn ta' xi ħlewwa miegħu.", "Is-soltu jissajjar maz-zokkor biex isir purè, li mbagħad jista' jitgħadda minn biċċa filoxx biex joħroġ il-meraq.", "Il-purè jista' jintuża fil-ġamm, jogurt, ġelat, sorbet, u ħafna platti ħafna oħra kemm ħelwin u kemm mhumiex.", "It-togħma qawwija tiegħu tista' tittaffa billi jiġi mħallat ma' frott ieħor, bħal-lampun u frawli fil-ħelu tas-sajf jew tuffieħ fit-torti.", "Dan il-frott spiss jintuża fil-kċina Daniża u fir-\"Rødgrød\", diżerta popolari fil-Ġermanja ta' Fuq.", "Minbarra li jintuża bħala meraq u fil-ġuleppi u kordjali, il-kassis jintuża wkoll fit-tisjir billi l-qrusa tiegħu toħloq togħma tajba f'ħafna zlazi, platti tal-laħam, u diżerti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16728", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16728", "title": "René Descartes", "text": ["René Descartes", "René Descartes [ʀəˈne deˈkaʀt], latinizzat bħala Renatus Cartesius (La Haye f'Touraine, 31 ta' Marzu 1596 – Stokkolma, 11 ta' Frar 1650) kien filosfu u matematiku Franċiż.", "Hu meqjus bħala l-fundatur tal-filosofija u tal-matematika moderna.", "Bil-Malti Descatres hu magħruf bħala Karteżju.", "Karteżju estenda l-kunċett tal-għarfien razzjonalistiku ispirat miċ-ċertezza u l-preċiżjoni tax-xjenzi matematiċi, kif kien propost minn Francis Bacon u fformulat u applikat b'mod effettiv minn Galileo Galilei, għal kull aspett tal-għarfien, u welled dak li llum hu magħruf bħala r-razzjonaliżmu kontinentali, pożizzjoni filosofika li kienet dominanti fl-Ewropa bejn is-seklu 17 u s-seklu 18.", "Karteżju twieled fil-31 ta' Marzu tal-1596 f'Haye \"f'dar mill-iżjed nobbli, mill-eqdem u l-aktar prominenti ta' Touraine\".", "L-ewwel bijografu tiegħu, Pierre Borel, min-naħa l-oħra kien jaħseb li twieled fid-dar li il-familja Descartes kellhom f'Poitiers fil-Poitou: iż-żewġt idjar għadhom jeżistu u l-antenati tal-filosfu, li però ma kinux nobbli, kienu ġejjin mill-Poitou.", "In-nannu tiegħu Pierre Descartes kien tabib u ibnu Joachim (1563-1640), li kien jaħdem ta' avukat f'Pariġi fl-1585 inħatar kunsillier tal-Parlament ta' Rennes , fejn fejn kien jgħix meta l-mara tiegħu Jeanne Brochard (1570-1597) welldet lil René, it-tielet mill-ulied wara t-twelid ta' Jeanne (1590-1640) u Pierre (1591-1660).", "René tgħammed fit-3 ta' April 3 fil-knisja ta' Saint-Georges u ngħata l-isem tal-parrinu tiegħu, René Brochard des Fontaines, zijuh min-naħa t'ommu li kien imħallef f'Poitiers.", "Mill-ewwel ġie fdat f'idejn balija, li baqgħet ħajja wara mewtu u kellha pensjoni li ħallielha l-filosfu.", "Qabel ma miet reġa' talab lil ħutu biex jieħdu ħsiebha.", "Omm René mietet sena wara, fit-13 ta' Mejju 1597, hija u twelled it-tifel l-ieħor li għex biss tlett ijiem.", "Fl-1600 Joachim Descartes żżewweġ lil Anne Morin, bint is-sid tax-\"Château de Chavagne\" f'Sucé qrib Nantes, li magħha kellu żewġt itfal, Joachim u Anne.", "Billi ma kellux omm, u missieru ta' spiss ma kienx ikun id-dar, René trabba ma' omm ommu u l-balija.", "Għadda t-tfulija tiegħu f'La Haye maż-żewġ ħutu u rċieva l-edukazzjoni elementari minn għalliem privat.", "Billi kien dejjem isfar u sikwit kellu sogħla xotta, it-tobba kellhom dubju kienx ħa jgħixuu żammewh milli jibda l-istudji regolari tiegħu.", "Dam sal-Għid tal-1607 biex jidħol fil-Kulleġġ ta' La Flèche - imwaqqaf minn Enriku IV fl-1603 li tah lill-Ġiżwiti.", "Dan il-kulleġġ diġà kien magħruf ħafna u ħuh Pierre kien beda l-istudji tiegħu hemm fl-1604, kif kien għamel l-istudjuż Marin Mersenne.", "Kenu jiġu studenti mill-partijiet kollha ta' Franza, mingħajr distinzjoni ta' klassi soċjali.", "Kellhom iħallsu biss għall-ikel u l-korsijiet ta' studju kien fihom tliet snin ta' Grammatika, tliet snin ta' istudji umanistiċi u tliet snin ta' filosofija .", "Dawk li riedu biex jieħdu karriera fil-knisja, kienu jkomplu jistudjaw għal ħames snin oħra, it-teoloġija u l-Iskrittura.", "Ftit kien hemm tagħlim fil-matematika, kienet mgħallma biss għal inqas minn siegħa kuljum lill-istudenti tat-tieni sena tal-filosofija.", "Kien jgħallmu biss il-filosofija Aristotelika f'kors ta' tliet snin maqsum fit-tagħlim tal-loġika, ibbażat fuq il-manwali ta' Toledo Francisco u ta' Pedro da Fonseca, tal-fiżika u tal-metafiżika, flimkien mal-kunċetti tal-filosofija morali.", "Karteżju deher li kien iddiżappuntat bit-tagħlim li kien kiseb: \"Trawwimt fl-istudji umanistiċi mit-tfulija, u billi sirt nemmen li bihom stajt nikseb għarfien ċar u żgur ta' dak kollu li hu utli fil-ħajja, kont nixtieq ħafna li nitgħallem.", "Iżda kif lestejt dan il-kors ta' studju sħiħ, li fi tmiemhom is-soltu tkun fost l-istudjui, bdielt l-opinjoni tiegħi kompletament: infatti sibt ruħi f'taħwida ta' dubji u żbalji tant li kelli l-impressjoni li ma kont ksibt l-ebda profitt, waqt li nfittex li nitgħallem u dejjem niskopri aktar u aktar l-injoranza tiegħi.\"", "Dawn huma l-ħsibijiet ta' Karteżju matur meta kiteb il-\"Metodu\" tiegħu u lminta li l-iskejjel ma kinux jinkurraġġixxu l-ispirtu kritiku fl-istudenti.", "Din ix-xewqa għar-riċerka personali kien diġà preżenti f'René żagħżugħ: \"Bħala żagħżugħ, meta kont niltaqa' ma' xi iskoperta inġenjuża, kont nistaqsi lili nifsi jekk stajtx insibha għal rasi mingħajr ma nitgħallima mill-kotba.\"", "Ħareġ mill-kulleġġ tal-Ġiżwiti f'Settembru 1615 b'imħabba u gratitudni għar-rettur, il-Patri Chalet Étienne, li kien għamilha ta' missieru matul il-perjodu ta' żgħożitu. u għas-sistema ta' ħajja osservata fl-iskola, li matulha saħħtu rkuprat kompletament.", "Mar joqgħod ma' ħajjat ta' Poitiers biex jistudja l-liġi fl-Università ta' dik il-belt, fejn ħuh Pierre kien ħa l-lawrja tliet snin qabel.", "Hemm ħa l-bakkalawrjat u l-lawrja fil-liġi kif kienet ix-xewq ta' missieru.", "Imbagħad mar joqgħod mal-familja li, wara t-tieni żwieġ ta' missieru, kienu joqgħodu Rennes - fejn kienet toqgħod ukoll oħtu Jeanne, li fl-1613 kienet iżżewġet lil Pierre Rogier, Sinjur ta' Crévis, - jew f'Sucé f'Nantes, fejn il-matrinja tiegħu Anne Morin kellha dar.", "Meta laħaq l-età ta' adult, saħħtu kienet irkuprat u xtaq li jitgħallem affarijiet ġodda.", "Fil-bidu tal-1618 Karteżju, daħal volontier f'wieħed miż-żewġ reġimenti Franċiżi stazzjonati fi Breda fl-Pajjiżi Baxxi, taħt il-kmand tal-Prinċep ta' Orange.", "Dan kien perjodu ta' tregwa fil-gwerra bejn Franza u Spanja: Karteżju kellu vallett fis-servizz tiegħu, iżda l-injoranza u vulgarità ta' sħabu u l-għass infurzat li spiss kien isib ruħu fih, ma ġegħluhx iħobb l-ambjent militari.", "Madankollu, iż-żmien li qatta' hemm kien importanti minn aspett ieħor: Fl-10 ta' Novembru b'kumbinazzjoni iltaqa' mat-tabib Isaac Beeckman li ġie minn Middelburg fi Breda biex isib 'l zijuh u tfajla biex jiżżewwiġha.", "Flimkien sabu ruħhom jippruvaw isolvu problema matematika.", "Beeckmam li kellu tletin sena m'għandnix xi ngħidu eżerċita ġibda intellettwali qawwija fuq René u twieldet ħbiberija li, minkejja d-differenza fl-età, dawwar l-interess ta' Karteżju lejn ix-xjenzi matematiċi.", "Beeckman kellu d-drawwa li jniżżel l-osservazzjonijiet u l-problemi xjentifiċi fi djarju li kien iżomm.", "Waħda mill-problemi li Karteżju poġġa lil Beeckman kienet \"Jekk tkun taf id-distanza li jivvjaġġa oġġett f'sagħtejn, sib id-distanza li tivvjaġġata f'siegħa.\"", "Iit-tweġiba ta' Karteżju kienet li l-veloċità tiżdied fi proporzjon mad-distanza vvjaġġata, aktar milli mal-ħin li jgħaddi.", "Fil-31 ta' Diċembru Karteżju lesta trattat qasir fuq il-mużika intitolat \"Compendium musicae\" li offra lil Beeckman bħala rigal għall-sena l-ġdida.", "Hu rċieva bi tpattija rigal ta' djarju li dejjem kien iżomm miegħu .", "Żewġ noti inħażżin minn Beeckam fuq il-manuskritt tal-\"Compendium\" juru li dan il-ktejjeb kien ir-riżultat ta' skambju ta' ideat bejn iż-żewg ħbieb...", "Fil-31 ta' Diċembru Karteżju lesta trattat qasir fuq il-mużika intitolat \"Compendium musicae\" li offra lil Beeckman bħala rigal għall-sena l-ġdida.", "Hu rċieva bi tpattija rigal ta' djarju li dejjem kien iżomm miegħu .", "Żewġ noti inħażżin minn Beeckam fuq il-manuskritt tal-\"Compendium\" juru li dan il-ktejjeb kien ir-riżultat ta' skambju ta' ideat bejn iż-żewg ħbieb.", "\"Il-ħsibijiet tiegħi għoġbuh,\" kiteb Beeckmam, meta fit-2 ta' Jannar 1619 telaq lejn Middelburg, u \"dan jikkonferma mhux bil-ftit kemm kont ktibt fuq il-modi.\"", "Fil- \"Compendium\" Karteżju qal bil-konvinzzjoni li l-passjonijiet differenti li tqajjem il-mużika għandhom ġustifikazzjoni fil-varjazzjoni fid-daqs tal-ħsejjes u r-relazzjonijiet tonali: jekk fil-bażi tal-effett emozzjonali prodott mill-mużika fuq is-semmiegħ hemm biss relazzjonijiet kwantitattivi, huwa jirrikonoxxi li għandu jkun hemm analiżi aktar preċiża tan-natura tar-ruħ umana u l-movimenti tagħha sabiex jintfiehmu kompletament l-emozzjonijiet indotti mill-mużika.\"", "Il-ħbieb żewġ baqgħu jiktbu 'l xulxin.", "Fis-26 ta' Marzu 1619 Karteżju għarraf lil Beeckman li kien ivvinta xi kumpassi li bihom seta' jifformulaw dimostrazzjonijiet ġodda dwar il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qsim tal-angoli f'partijiet indaqs u l-ekwazzjonijiet kubiċi, l-intenzjoni li jiżviluppa dawn l-iskoperti fit-trattat li fih kellu jesponi \"xjenza ġdida għal kollox, li biha nistgħu nirriżolvu in ġenerali l-kwistjonijiet li jistgħu jiġu proposti fi kwalunkwe tip ta' kwantità, kemm kontinwa u kemm diskreta.\"", "Din hi l-ewwel xhieda tal-intwizzjoni tal-ġeometrija analitika: \"Fil-kaos skur ta' din ix-xjenza, rajt xaqq dawl.\"", "F'dan ir-rigward, għalkemm huwa ma kienx l-inventur, Karteżju hu magħruf wkoll għat-tixrid tal-hekk imsejħa Sistema Karteżjana li l-użu tagħha beda fl-epoka antika.", "Fid-29 ta' April, 1619, Karteżju telaq minn Amsterdam għal Kopenħagen: kellu l-ħsieb li jżur id-Danimarka, imbagħad il-Polonja u l-Ungerija biex imur il-Boemja, imma reġa' bdielu fuq dan il-vjaġġ twil u fl-aħħar ta' Lulju mar Frankfurt, fejn fis-27 ta' Awissu attenda l-inkoronazzjoni ta' Ferdinandu II u baqa' fil-belt għat-tul tal-festi.", "Meta reġgħet bdiet dik li jsejħulha il-Gwerrw ta-Tletin Sena, jidher li Karteżju daħal fl-armata taħt il-kmand ta' Massimiljanu tal-Bavarja u qatta' x-xitwa Neuburg, fit-tramuntana tal-Bavarja, f'dar komda u msaħħna sewwa fuq ix-xatt tad-Danubju: hawn, ħa d-deċiżjoni li jistudja \"fih infissu\" u li juża l-qawwa kollha ta' \"ruħu\" biex jagħżel it-triq li kellu jsegwi.\"", "Bl-istudju tagħna nfisna insiru nafu kemm inkunu ġbarna ideat f'moħħna minn tfulitna, mingħajr ma qatt flejnihom bir-reqqa: għalhekk, \"hu kważi impossibbli li ġudizzju tagħna jkun ġenwin u fis-sodd daqs kemm kieku kellna l-użu sħiħ tar-raġuni mit-twelid u konna dejjem immexxija biss mir-raġuni.\".", "Għandua nagħmlu reviżjoni tal-opinjonijiet li nkunu ksibna u nibdluhom, jekk ikun meħtieġ, ma' dawk li nistgħu nilleġittimawhom bil-verità.", "Sadattant, ma kien jaċċetta l-ebda ħaġa bħala vera jekk ma jkunx raha quddiem il-menti tiegħu \"b'tant ċarezza u distinzjoni li ma jkollu l-ebda raġuni sabiex jiddubitaha.\"", "Imbagħad, kull problema għandha naqsmuha fl-ikbar numru ta' partijiet possibbli biex nirriżoluha aħjar u, \"nibdew mill-oġġetti l-aktar sempliċi u l-eħfef li nkunu nafu u nitilgħu qajla, qajla, tarġa, tarġa, għall-għarfien ta' dawk l-aktar kumplessi.\"", "Fl-aħħarnett, nagħmlu \"enumerazzjonijiet tant kompleta u reviżjonijiet tant ġenerali li nkunu żguri li ma ħallejna xejn barra.\"", "Dawk il-kliem kitibhom madwar ħmistax-il sena wara fid-\"Diskors dwar il-Metodu\", iżda f'Novembru tal-1619 Karteżju, fid-djarju li tah bħala rigal Beeckman, f'taqsima li hu stess semma \"Olympica\", kiteb li f1-10 ta' Novembru, \"mimli bl-entużjażmu\", kien qiegħed jiskopri s-\"sisien ta' xjenza tal-għaġeb\" u tkellem fuq il-ħolm u l-viżjonijiet li kienu għamlu l-lejl aġitat, imma ma nafux eżattament għal liema xjenza kien qiegħed jalludi hawn Karteżju.", "L-ambaxxatur Franċiż fl-Iżvezja Pierre Chanut, li kien jafu tajjeb ħafna lil Karteżju, meta kien qiegħed jiddetta l-epitaffju tiegħu irrefera għal dan l-episodju: \"fil-mistrieħ tax-xitwa, ħares lejn il-misteri tan-natura bil-liġijiet matematiċi u ssogra jittama li seta' jiftaħ is-sigrieti tat-tnejn bl-istess ċavetta\".", "X'aktarx meta kien qiegħed ikompli r-riċerki tiegħu dwar il-korrispondenza bejn l-alġebra u l-ġeometrija, kien sar konvint li l-għarfien jista' jiġi unifikat fi xjenza waħda u d-dixxiplini individwali imbagħad jiffurmaw friegħi partikolari tagħha, kif kiteb fir-\"Regulae ad directionem ingenii\": \"Ix-xjenzi m'humiex ħlief l-għarfien tal-bniedem, li dejjem jibqa' wieħed u l-istess għall-oġġetti differenti kollha li jiġi applikat għalihom [...]", "Ix-xjenzi huma tant konnessi flimkien li huwa ħafna aktar faċli li titgħallimhom flimkien milli jekk tisseparahom waħda mill-oħra\".", "Matul dik ix-xitwa sar jaf il-matematiku Johannes Faulhaber fil-belt viċina ta' Ulm, li seta' kellu xi influwenza fuq ir-riċerka ta' Karteżju li wasslitu biex jikteb il-\"Progymnasmata solidorum de Elementis\" li fih jitttratta l-proprjetajiet tal-poliedri.", "Ħalla Neuburg fil-bidu ta' Marzu tal-1620 u \"fid-disa' snin ta' wara m'għamilx ieħor ħlief jiġġerra mad-dinja, jipprova jkun spettatur aktar milli attur fil-kummiedji kollha ta' madwaru\", biex jikseb għarfien fiċ-ċert, iwarrab minn moħħu d-dubji skont ir-regoli tal-\"metodu\" tiegħu, li kien japplika \"b'mod partikolari għall-problemi tal-matematika jew anki f'oħrajn li seta' jxebbaħ mal-problemi matematiċi u jifridhom mill-prinċipji tax-xjenzi l-oħra mhux li ma kienx iħosshom sodi biżżejjed.\"", "Jgħidu li Karteżju, matul il-vjaġġi tiegħu fil-Ġermanja, ipprova javviċina l-membri tal-moviment tar-Rożacruċe u li daħal f'din il-konfraternià.", "Il-problema ta' xi relazzjoni possibbli bejn Karteżju u r-Rożakruċe tqajjem għall-ewwel darba mill-bijografu Adrien Baillet.", "Dan jikkwota siltiet tal-mitluf \"Studium bonae mentis\", jsostni li Karteżju kien ħaseb li Rożakruċi setgħu kienu sabu eżatt dik ix-xjenza ġdida li kien intebaħ biha u li kien ħa jikteb fuqha.", "Nistgħu inkunu żguri li qatt ma affiljat ma' dik is-setta misterjuża u ma nafux jekk jekk qatt kien jaf Rożakruċjan, iżda b'xi mod Karteżju sar jaf l-opinjonijiet tagħhom għax fis-sezzjoni tat-\"Thesaurus Mathematicus\" hi ddedikata ironikament \"lill-għorrief tad-dinja u speċjalment lill-Aħwa Roża Kroċe famużi fil-Ġermanja\".", "Karteżju kien qiegħed jiżżufjetta b'dawk kollha li kienu jippretendu li \"juru meravilji ġodda fix-xjenzi kollha u jttaffu l-uġigħ tal-mases\" waqt li jikkunsmaw għal xejn \"iż-żejt tal-intelliġenza tagħhom\".", "Wara li ħalla l-armata, fil-1622 mar lura mal-familja f'Rennes u fl-ewwel xhur ta' 1623 mar Pariġi, bħala mistieden ta' ħabib missieru, Nicolas Le Vasseur, li introduċieh lill-matematiku Didier Dounot.", "F'dan il-perjodu ta' żmien seta' sar jaf ukoll lil Claude Mydorge u 'l Mersenne.", "Fil-Ħarifa, telaq fuq vjaġġ twil fl-Italja.", "Karteżju ipprova jikseb l-impieg imħallas sewwa ta' Kummissarju Ġenerali tal-proviżjon għat-truppi Franċiżi stazzjonati fl-Italja, li kien tbattal bil-mewt ta' Sain, ir-raġel tal-parrina tiegħu, imma kien għalxejn", "Skont il-bijografi, Cartesio, li fil-kulleġġ kien qara t-test li dak iż-żmien kien famuż jismu, \"Le pèlerin de Lorète\" tal-Ġiżwita [Louis Richeome]], mar Loreto biex iżur id-dar leġġendarja ta' Betlem li kienet inġarret hemm mill-anġli.", "Imbagħad mar Ruma, u wara Firenze, fejn ma rnexxilux jiltaqa' ma' Galileo, u Venezja.", "Mar lura Franza mill-pass ta' Moncenisio u kellu x-xorti li jara l-waqgħa ta' xi valangi, fenomenu li 'l quddiem ittratta fil-ktieb tiegħu fuq il-\"Météores\".", "Wasal Pariġi f'Mejju tal-1625 u, kollox b'kollox, ma ħax impressjoni tajba tal-peniżola u tan-nies li kienu joqgħodu hemm: \"l-għomma ta' matul il-jum hi insopportabbli, il-kesħa ta' filgħaxija tmarrdek u fid-dlamijiet ta' bil-lejl jinħbew ħafna serq u qtil.\"", "Minn dan iż-żmien Karteżju beda jgħix kif baqa' jgħix għal ħajtu kollha.", "Wara li ċaħad karriera fil-militar u rrifjuta li jsir imħallef, beda jgħix mid-dħul mill-artijiet tiegħu li żguraw li qatt ma jkun nieqes u jkun jista' jiddedika ruħu għall-istudji tiegħu.", "Kien jikkorrispondi regularment ma' Beeckman u beda relazzjoni mal-matematiċi Jean Baptiste Morin u Florimond Debeaune, kif ukoll ma' Claude Mydorge, u mal-letterati Jean de Silhon, Jacques de Sérisay, Guez de Balzac u mal-patri Marin Mersenne, li kien kiteb trattat fuq l-ottika.", "Dan seta' ħajru jistudja il-problemi f'dal-qasam u hekk wasal biex jiskopri l-liġi dwar il-kostanza tar-rapport bejn is-seni tal-angoli tal-inċidenza u tar-rifrazzjoni.", "Karteżju skopra din il-liġi wara Willebrord Snell imma indipendentement minnu.", "F'Novembru tal-1627 stidnuh bieħu sehem f'laqgħa ta' xjenzjati u filosfi fid-dar tan-nunzju pontifiċju Gianfrancesco Guidi di Bagno, fejn fost l-oħrajn kien hemm preżenti il-kardinal Pierre de Bérulle u l-patri Mersenne.", "Hemm Karteżju kkonfuta it-teoriji filosofiċi ta' ċertu Chandoux permezz tal-ispjegazzjoni tal-\"metodu naturali\" tiegħu imsejjes fuq ir-\"Regulae ad directionem ingenii\" li kien qiegħd jiżviluppa f'dak il-perjodu.", "Biex jaħdem fuq ir-\"Regulae\" iżjed bil-kwiet telaq lejn Bretagne imbagħad mar joqgħod f'waħda mill-propjetajiet tiegħu f'Poitou.", "Ir-\"Regulae\" huma magħmulin minn 21 propożizzjoni, li minnhom l-ewwel 18 huma kommentati.", "Fir-realtà anki dan it-test baqa mhux komplut, minħabba l-iżvilupp organiku dwar it-tema tal-metodu tal-għarfien li kien ħa jagħti Karteżju fil-futur \"Discours\".", "L-għan hu li l-istudji jiġu orjentati b'mod li \"l-moħħ jasal għal ġudizzji sodi u veri fuq kull ma jiġi pprżentat lilu\".", "Il-metodu hu \"t-triq li l-moħħ irid jimxi magħha biex jasal għall-verità\": dan jikkonsisti f'li nordnaw u nirranġaw l-oġġetti li fuqhom ikun qiegħed jindirizza ruħu l-moħħ biex jasal għall-verità.", "Il-propożizzjonijiet komplikati u skuri irridu nibidluhom f'propożizzjonijiet iżjed sempliċi u mbagħad nibdew mill-intuwizzjoni ta' dawn u nersqu għall-għarfien ta' dawk iżjed komplessi.", "Il-propożizzjonijiet sempliċi, li nifhmu intuwittivament u mingħajr ma nirrikorru għall-prova għall-evidenza tagħhom, huma ekwivalenti għall-postulati u għall-assjomi matematiċi u jikkostitwixxu l-prinċipji tal-għarfien.", "F'April tal-1628 reġa' mar Pariġi.", "F'dan il-perjodu kiteb trattat żgħir, li issa ntilef, dwar l-iskerma, \"L'art de l'escrime\".", "F'Ottubru żar 'il ħabibu Beeckman f'Dordrecht, fl-Olanda.", "Għandu mnejn li kien f'din l-okkażjoni li ħa d-deċiżjoni li jmur joqgħod fil-Pajjiżi l-Baxxi.", "Wara li reġa' mar Pariġi fix-xitwa tal-1628, telaq lejn l-Olanda f'Marzu tal-1629.", "Mar joqgħod Franeker u fis-26 ta'April inkiteb fl-Università ta' dik il-belt biex jattendi l-korsijiet tal-filosofija.", "X'aktarx għażel dik l-Università għax kien jgħallimha l-matematiku Adrien Metius, ħu Jacques Metius li skont Karteżju kien ivvinta l-ewwel teleskopju.", "Karteżju baqa' jaħdem fuq il-problemi tal-ottika u f'Awwissu ħabibu, il-professur tal-filosofija Henricus Reneri għarrfu bl-osservazzjoni tal-fenomenu ottiko-astronomiku tal-pareli, li kienet saret fl-20 ta' Marzu fi Frascati mill-astronomu Ġiżwita Cristoph Scheiner.", "Dal-fenomenu kien diġà ġie osservat u Pierre Gassendi fl-14 ta' Lulju ta deskrizzjoni tiegħu li Karteżju rrepeta fil-\"Méteores\": dawn huma ċrieki bojod li \"minflok li għandhom stilla fiċ-ċentru tagħhom, is-soltu jaqsmu ċ-ċentru tax-Xemx u l-Qamar u jispiċċaw paralleli jew kważi mal-orizzont.\"", "Mill-1630 beda jaħdem fuq \"Le Monde ou traité de la lumière\" li fih kellu jispjega l-filosofija tiegħu, imma fl-1633 l-aħbar li Galileo kien ġie kkundannat u li d-\"Dialogo sopra i due massimi sistemi del mondo\" kien tqiegħed fuq l-Indiċi, iddisswadietu milli jlesti u jippubblika ix-xogħol tiegħu li fil-parti l-kbira kien jappoġġa it-teżijiet ta' Koperniku li kienu kkundannati mill-Knisja.", "Edizzjoni parzjali tradotta għal-Latin ħarġet f'Leiden wara mewtu fl-1662 u t-trattat ġie ppubblikat fil-verżjoni oriġinali bil-Franċiż f'Pariġi fl-1664.", "It-trattat kien maqsum f'żewġ partijiet bit-titlu rispettivamente, ta' \"Le Monde ou le traité de la lumière et ppi des autres principaux objects des sens\" u ta' \"L'Homme\".", "Fl-aħħar fl-1667, ix-xogħol ġie ppubblikat sħiħ f'Pariġi flimkien mal-framment \"La formation du foetus\".", "Fir-\"Regulae\" Karteżju identifika il-\"matematika universali\" bħala x-\"xjenza tal-ordni\", ossija dik ix-xjenza li billi tistabilixxi l-ordni fost il-varji modi ta' għarfien li huma marbutin bejniethom b'prinċipji komuni, hi x-xjenza li hi r-ras tal-oħrajn kollha.", "Wara l-matematika, f' \"Le Monde\" Karteżju affronta il-problema tal-fiżika, u identifika l-prinċipju li jobduh il-fenomeni fiżiċi kollha.", "Dan il-prinċinpju hu l-għarfien \"ċar u distint\" tal-elementi sempliċi li minnhom huma magħmulin il-korpi.", "Il-korpi huma materja mgħonija bil-moviment li tokkupa spazju determinat u l-elementi primi tal-materja huma l-art, l-arja u n-nar.", "Mela l-materja nistgħu nesprimuha kwantitativament permezz ta' \"l-moviment, id-daqs, l-għamla u l-arraġament tal-partijiet\", u minn dawn biss irridu noħorġu l-spjegazzjoni tal-kwalità tagħhom.", "Il-liġijiet tan-natura jobdu tliet prinċipji: \"kull parti tal-materja żżomm l-istes stat għal dejjem sakemm l-oħrajn ma jġielgħluhiex tinbidel\", li hu l-prinċipju tal-inerzja: \"meta korp jimbotta korp ieħor, ma jittrażmettilux moviment u lanqas inaqqaslu mingħajr ma' jitlef jew jikseb l-istess kwantità\", u \"meta korp ikun miexi, kull parti minnu, meħuda separatament tkompli timxi il-moviment tagħha f'linja dritta\".", "F-1635 sar missier bit-twelid ta' bintu Francine (1635-1640), li tgħammdet fis-7 ta' Awwissu tal-istess sena, minn qaddeja bl-isem ta' Helena Jansdr vander Strom.", "Din kienet il-maħbuba tiegħu għal xi snin imma qatt ma żżewwiġha lanqas wara t-twelid ta' binthom.", "Karteżju però 'l Francine irrikonoxxieha bħala bintu.", "Din għexet 5 snin biss.", "Fl-1637 ippubblika id-\"Discours de la méthode\" u s-saġġi dwar id-\"Dioptrique\", \"La Géométrie\" u \"Météores\".", "Fl-1641 ħarġet l-ewwel edizzjoni tal-\"Meditationes de prima philosophia\" li kien fiha l-ewwel sitt \"Objezzjonijiet u risposti\".", "Is-sena ta' wara, 1642, fit-tieni edizzjoni tal-\"Meditationes\" ippublika is-seba' objezzjoni u risposta.", "Fl-1643 il-filosofija Karteżjana ġiet ikkundannata mil-Università ta' Utrecht.", "Fl-istess żmien Karteżju beda korrispondenza twila ma' Eliżabetta, prinċipessa tal-Boemia.", "Fl-1644 kiteb il-\"Principia philosophiae\" u għamel vjaġġ fi Franza.", "Fl-1647 ir-re ta' Franza tah pensjoni.", "Is-sena ta' wara minn taħdita twila ma' Frans Burman twieled il-ktieb Responsiones Renati des Cartes... .", "Fl-1649 aċċetta l-istedina tar-reġina Kristina ta' Żvezja, li kienet dixxipla tiegħu u xtaqet issaħaħ l-għarfien tagħha tal-filosofija, u mar joqgħod Stokkolma.", "Dik is-sena ddedika it-trattat \"Les passions de l'âme\" lill-prinċipessa Eliżabetta.", "Ix-xitwa ħarxa tal-Iżvezja u l-ħinijiet li Kristina kienet iġġiegħlu joħroġ mid-dar biex jgħallimha - kmieni filgħodu meta l-kesħa kienet l-iżjed kiefra - dgħajfulu saħħtu.", "Karteżju miet fil-11 ta' Frar 1650 minħabba, skont ir-rakkont tradizzjonali u l-ipoteżi l-iżjed emnuta, polmonite mhux mistennija.", "Il-Knisja Kattolika ma damitx ma kkundannat il-ħsieb Karteżjan.", "Fl-1663 poġġiet ix-xogħlijiet tiegħu fuq l-Indiċi (għalkemm bil-klawżula attenwanti \"suspendendos esse, donec corrigantur\").", "Wara mewtu, il-ġisem Karteżju ndifen f'ċimiterju Kattoliku żgħir 'il fuq minn Stokkolma fejn baqa' sal-1666 meta il-fdalijiet inqalgħu biex jittieħdu Pariġi u jindifnu fil-knisja ta' Sainte Geneviève-du-Mont fejn baqgħu sas-26 ta' Frar 1819 meta tmexxew mill-ġdid u ndifnu bejn żewġ oqbra oħra, dawk ta' Jean Mabillon u di Bernard de Montfaucon fl-istess knisja: \"fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Akkademja tas-xjenzi, il-fdalijiet inqalgħu għal darba oħra.", "Imma, meta resqu lejn it-tebut, dawk li kienu preżenti indunaw li kien hemm xi ħaġa mhux sewwa.", "L-iskeletru tal-filosfu misterjożament kien jonqsu l-kranju.\"", "Instab li l-Iżvediżi ma kinux bagħtu l-kranju u dan spiċċa fi rkant f'Stokkolma fejn inxtara u ngħata lil Franza.", "Fuq ir-ras, bix-xedaq u l-parti ta' taħt neqsin, hemm il-firem tas-sidien kollha minn meta nbiegħ sas-seklu 17.", "Skont l-użu ta' dak iż-żmien l-intellettwali kienu jżommu kranju fuq l-iskrivanija, jekk jista' jkun ta' persunaġġ famuż, b'tifkira tal-mewt li tasal 'l kulħadd.", "Imma l-kranju li hu attribwit lil Karteżju, kemm mill-età u kemm mir-rikostrizzjonijiet magħmulin mir-ritratti tal-filosfu, baqa' mifrud mill-bqija tal-ġisem u hu muri fil-\"Musée de l'Homme\".", "F'ġieħ il-filosfu fl-1801, belt twelidu ħadet l-isem ġdid ta' \"La Haye-Descartes\" u mbagħad, fl-1966 meta ngħaqdet mal-komun ġar ta' \"Balesmes\", saret sempliċement Descartes.", "Il-filosfu Ġermaniż Theodor Ebert (1939), tal-Università Friedrich-Alexander ta' Erlangen, fix-xogħol \"Il-mewt misterjuża ta' René Descartes\" wasal għall-konklużjoni li l-kawża tal-mewt ta' Karteżju ma kinetx pulmonite imma avvelenament bl-arseniku.", "Ebert sab nota tat-tabib ta' Karteżju li fiha kienu deskritti l-kondizzjonijiet tal-filosfu \"sulluzzu ma jaqtax, bili suwed, nifs irregolari\" sintomi li jaqblu ma' avvelenament bl-arseniku.", "Fl-istess xogħol jirrakkonta kif Karteżju, forsi billi ssusspetta avvelenament, ftit qabel mewtu talab infużjoni ta' nbid u tabakk, xarba li ġġiegħlek tivvomta.", "Din it-teżi tal-avvelenament ta' Karteżju ġiet proposta wkoll fl-1996 minn awturi oħra bħal Eike Pies li attribwieha għall-inizjattiva personali ta' patri kappillan mal-ambaxxata Franċiża f'Stokkolma li kien inkarigat li jagħmilha bħala \"missjunarju ta-tramuntana\" għall-konversjoni tar-reġina Żvediża għall-Kattoliċesmu.", "Fl-1980 Pies seta' jaqra fl-arkivju tal-università Olandiża ta' Leiden ittra mit-tabib personali tar-reġina Kristina li fiha ddeskriva lil tabib ieħor ħabib tiegħu is-sintomi li Karteżju kellu huwa u jmut \"emorraġija fl-istonku, vomtu iswed, l-affarijiet kollha li m'għandhomx x'jaqsmu mal-pulmonite\".", "Xi studji, meqjusin ta' min joqgħod fuqhom mill-esperti tas-suġġett, bħal Rolf Puster, jgħidu li Karteżju ġie avvelenat minn François Viogué permezz ta' ostja tat-tqarbin imbilla fl-arseniku.", "François Viogué kien patri Agostinjan Franċiż mibgħut Stokkolma mill-Papa Innoċenz X bħala \"missjunarju appostoliku\" biex jikkonverti r-reġina Kristina għall-Kattoliċeżmu, kif ġara wara fl-1654.", "L-ipoteżi li 'l Karteżju qatlu l-fanatku patri Viogué hi msejsa fuq il-fatt li dan il-patri it-tagħlim Karteżjan kien iqisu razzjonalista wisq u hekk kien ħa jieħu r-reġina Kristina lejn Kattoliċezmu differenti ħafna minn dak li kien jemmen fih hu.", "Però, kif kien jaħsibha l-patri, jidher f'parti kontra dak li stqarret ir-reġina tal-Iżvezja nfisha f'testimonjanza inkluża fid-daħla tal-edizjoni tal-\"Méditations métaphysiques\" li ħarġet Pariġi wara mewt Karteżju.", "F'din faħħret il-filosfu u kitbet li \"\"[M. Des-Cartes] a beaucoup contribué a nostre glorieuse conversion; et que la providence de Dieu s'est servie de luy [...] pour nous en donner les premières lumières; ensorte que sa grâce et sa misericorde acheverent apres à nous faire embrasser les veritez de la Religion Catholique Apostolique et Romaine\"\".", "Il-parti l-kbira tal-istudjużi ma tantx jemmnu din l-ipoteżi ta' avvelenament, u jqisu l-ipoteżi tradizzjonali li ta il-bijografu Baillet iżjed ta' min jemminha.", "Baillet jgħid \"assolutament ma nsegwix 'l dawk li skonthom il-filosfu miet b'avvelenament, vittma ta' konġura tal-qorti, mhux ta' min jemminhom u ħadd qatt ma ta prove plawsibbli\".", "Barra minn hekk, il-ħbieb ta' Karteżju li assistewh fl-aħħar sigħat ta' ħajtu osservaw li kellu ħafna deni, sintomu li ma jaqbilx mal-avvelenamento bl-arseniku.", "Hemm fatt ieħor li jagħmel l-avvelenament inqas konvinċenti u dan hu li dak li qed jiġi akkużat bħala avvelenatur, Vioguè, qarar u wennes 'l Karteżju fuq is-sodda tal-mewt u għamillu l-griżma tal-morda.", "Karteżju hu meqjus bħala l-ewwel ħassieb \"modern\" li provda kwadru filosofiku ta' riferiment għax-xjenza moderna meta bdiet tiżviluppa.", "Hu fittex li jidentifika s-sett ta' prinċipji fondamentali li jistgħu jkunu magħrufin b'ċertezza assoluta.", "Biex jidentifikhom inqeda bil-metodu msejjaħ \"xettiċismu metodoloġiku\": nirrifjutaw bħala falza kull idea li tista' tiġi revokata bid-dubju."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16733", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16733", "title": "Gustavo Gutiérrez", "text": ["Gustavo Gutiérrez", "Gustavo Gutiérrez (Lima, Peru, 8 ta' Ġunju 1928) huwa teologu Peruvjan u patri Dumnikan, u huwa sinonimu mat-Teoloġija tal-Liberazzjoni, li hija l-fergħa mill-aktar sinjifikanti ta' ħsieb Kattoliku li ħarġet mill-Konċilju Vatikan II mis-snin sittin tas-seklu l-ieħor 'l hawn.", "Huwa jitqies bħala l-fundatur ta' din it-teoloġija.", "Gustavo Gutiérrez, li ġej minn nisel imħallat bejn indiġeni u Spanjoli, twieled nhar it-8 ta' Ġunju 1928 f'Lima, il-belt kapitali tal-Perù.", "F'żgħożitu beda jbati bl-osteomelite, marda fl-għadam u kien iqatta' ħafna żmien fis-sodda.", "Minn meta kellu 12-il sena sakemm għalaq 18, Gutiérrez kien ikollu juża siġġu tar-roti.", "Meta l-kundizzjoni ta' saħħtu tjiebet beda jistudja l-mediċina u l-humanities filwaqt li beda jaħdem fl-Azzjoni Kattolika fejn beda jiżviluppa l-ewwel riflessjonijiet teoloġiċi tiegħu.", "Ir-rabta tiegħu mar-realtajiet ta' pajjiżu ġegħluh japprofondixxi iktar l-għarfien tiegħu ta' Alla.", "Fil-bidu xtaq isir psikjatra u studja fl-Università Nazzjonali ta' San Marcos fil-Peru imma mbagħad irrealizza li kien imsejjaħ għall-ħajja reliġjuża.", "Kien ordnat saċerdot fl-1959 meta kellu 31 sena.", "Wara li studja l-mediċina u l-letteratura fl-Università ta' San Marcos, kompla jistudja l-psikoloġija u l-filosofija fl-Università ta' Louvain fil-Belġju, imbagħad it-teoloġija fl-Università Kattolika ta' Lyons fejn ġab id-dottorat mill-Institut Pastoral d'Etudes Religieuses (IPER).", "Bħala għalliema tat-teoloġija kellu lill-kbar Henri de Lubac, Yves Congar, Marie-Dominique Chenu u Christian Ducoq.", "Ġie f'kuntatt ukoll ma' ħafna mit-teoloġi moderni tal-Konċilju Edward Schillebeeckx, Karl Rahner, Hans Küng u Jean Baptista Metz.", "Kien ukoll fi djalogu mat-teoloġija Protestanta u studja sew ix-xogħlijiet ta' Karl Barth u kellu interess f'teologi bħal Jürgen Moltmann u Dietrich Bonhoeffer u xjenzati soċjali bħal François Perroux.", "Sal-lum, ingħata mal-25 grad akkademiku onorarju ieħor minn universitajiet mifruxa madwar id-dinja kollha.", "Gutiérrez illum huwa Professur tat-Teoloġija fl-Università ta' Notre Dame, fl-Istati Uniti.", "Huwa kien il-professur ewlieni fl-Università Pontifiċja tal-Perù, u jżur ukoll ħafna universitajiet ewlenin fl-Amerika ta' Fuq u fl-Ewropa.", "Huwa membru ta' l-Akkademja Peruvjana tal-Lingwa, u fl-1993 ingħata l-Leġjun tal-Unur mill-gvern Franċiż għall-ħidma kbira tiegħu favur id-dinjità umana u l-ħajja, u kontra l-oppressjoni, speċjalment fl-Amerika Latina u t-Tielet Dinja.", "Fl-2002 Gutiérrez kien elett fl-\"American Academy of Arts and Sciences\" u fl-2003 ingħata l-premju prestiġjuż \"Príncipe de Asturias\".", "L-aktar xogħol famuż ta' Gutiérrez, fost il-ħafna li għandu (anki maqlubin f'ħafna ilsna tad-dinja) huwa \"Teoloġija tal-Liberazzjoni: Storja, Politika, Salvazzjoni\" (1971).", "Huwa ktieb ta' importanza storika monumentali fil-Knisja Kattolika, u meqjusa minn ħafna bħala l-aktar kontribuzzjoni teoloġika sinifikanti mill-Konċilju Vatikan it-Tieni 'l hawn.", "2014 Premio Capri San Michele", "L-\"għazla preferenzjali għall-fqar\" (optión por los pobres) hi l-qalba ta' dak li Gutiérrez u sħabu kollha fl-Amerika Latina pproponew lill-Kattoliċizmu u lid-dinja fis-snin snin.", "Xi kummentaturi jgħidu li din l-għajta kienet l-aktar waħda rilevanti u rivoluzzjonarja fil-Knisja Kattolika minn wara l-għajta l-oħra ta' Martin Luteru \"Sola Fides\" (Bil-Fidi Biss) fis-seklu 16.", "L-għajta tesprimi viżjoni, missjoni u strateġija pastorali u umana.", "Hi moviment ta' ħsieb u azzjoni li, fi ftit kliem, ifittex li jeqred il-kawżi ta' kull tip ta' faqar fid-dinja.", "Aktar minn hekk, hi interpretazzjoni ġdida tal-Evangelju u tat-tagħlim tal-Knisja.", "Dawk li jissejħu l-\"fqar\", aħna aktarx insejħulhom ż-\"żgħar\".", "Xi wħud isejhulhom ukoll l-\"esklużi\".", "Kollha jirreferu għall-istess kundizzjoni umana ta' nies imwarrba, sfruttati, oppressi, imtarrfa; nies li t-twarrib tagħhom faqqarhom b'kull mod immaġinabbli.", "Bit-Teoloġija tal-Liberazzjoni, Gutiérrez u sħabu laqgħu s-sejħa tal-Koncilju Vatikan, u tal-Papiet Ġwanni XXIII u Pawlu VI, u qraw l-Evanġelju mill-perspettiva ta' ħelsien u liberazzjoni li Alla fassal għal kull bniedem."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16734", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16734", "title": "Charles Clews", "text": ["Charles Clews", "Charles Clews (Isla, Malta, 27 ta' Settembru 1919 - G'Mangia, 29 ta' Jannar 2009) kien attur komiku Malti.", "\"Charlie\" Clews, kif kien magħruf aħjar, twieled l-Isla fis-27 ta' Settembru 1919 u kien wieħed mill-ewwel vuċijiet li nstemgħu fuq is-sistema tar-Redifussion.", "Fl-1996 kien ingħata ġieh bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, filwaqt li fl-1998 ingħata Premju għall-karriera komika tieħu lill-pajjiż.", "Qabel beda l-karriera fil-media, Clews kien jaħdem fit-Tarzna ta' Malta, minfejn telaq biex jibda karriera fil-ġurnaliżmu.", "Biex ikun jista' jgħin lill-familja tiegħu fir-riżorsi finanzjarji limitati li kellha, huwa kien telaq mill-iskola, għalkemm kien xtaq ħafna jsir perit u jistudja l-Latin, u daħal apprendist fit-Tarzna fejn dam bejn l-1935 u l-1964 bħala 'engine fitter surveyor'.", "Iżda minn dejjem kien jistqarr li qalbu hi aktar marbuta mal-palk u r-radju.", "Fil-fatt, hu beda jirreċta f'raħal twelidu stess qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.", "Il-karriera pubblika bdiet fi żmien il-Gwerra stess, meta kien jagħmel kunċerti għall-ħaddiema fit-Tarzna li mhux l-ewwel darba twaqqfu ħesrem minn xi bumbardament.", "Fl-1945 Charles Clews kien membru tal-kumpanija komika \"The Stage Commandos\" u anke parti essenzjali minn \"Radju Muskettieri\".", "Fil-karriera tiegħu ħadem viċin ħafna mill-aqwa komiċi tal-pajjiż, iżda l-aktar viċin Johnny Catania.", "Oħrajn kienu jinkludu lil Ġemma Portelli, Vitorin Galea, Johnny Navarro, Terry Bencini, Josette Ciappara, Nosi' Ghirlando u Ġuża Caruana.", "Fl-istejjer tiegħu kien jieħu gost jinkludi lill-kunjata, impinġija bħala 'mostru', għalkemm kien jiddikjara li fil-verita' kienet 'anġlu'.", "Iżda probabbli l-akbar suċċess ta' Clews kienet is-soap opera \"It-Tieġ ta' Karmena Abdilla\", li għal sentejn sħaħ inżammet fit-Teatru Radio City, u wara kważi daret is-swali kollha ta' Malta u Għawdex bl-interpretazzjoni ta' Nosi' Ghirlando.", "Clews kien igawdi wkoll popolarita' fl-Awstralja, fejn kien mistieden darbtejn mill-Maltin tal-Awstralja.", "Aktar riċenti, kien jikteb kontribuzzjonijiet komiċi f'ġurnali lokali.", "Bogħod mill-komiċità, fis-snin ħamsin hu serva għal tliet snin bħala ċermen tal-Bord taċ-Ċensura għall-Palk u l-Films.", "Għal ħafna żmien kien jikteb regolarment fil-ġurnali \"It-Torċa\", \"L-Antenna\" u \"Is-Sejħa tal-Ħbiberija\".", "Fl-1964 huwa ngħaqad mal-Union Press bħala ġurnalist u ħadem f'it-Torċa, l-orizzont u l-Malta News u beda jikteb il-kolonna tiegħu fuq it-Torċa fl-1959 meta The Torch saret it-Torċa.", "Il-kolonna tiegħu kien jisimha \"X'kont se ngħid\", li baqgħet regolari sa ftit qabel daħal l-isptar fl-2008.", "Fost l-eluf ta' kitbiet tiegħu nsibu: Ali Babì, Ħotel Żewwiġni u Don Rodrigo (kummiedji mużikali) u L-Imgermda (adattazzjoni ta' Cinderella).", "Prof. A. J. Arberry ittraduċielu Dar Fuq ir-Ramel għall-\"Maltese Anthology\".", "Kiteb madwar ħamsin makjetta, fosthom il-famuża \"Rosa Marie\".", "Charles Clews iżżewweġ lil Anne fl-1943, u kellu tmint itfal – Hilary (miet qablu l-Kanada), Miriam, Jane, Irene, Norman, Kenneth, Alan u Kevin.", "Kien proprju l-post fejn illum hemm id-Domus Piju IX f'Bormla fejn Clews beda jirreċta, post li laqqgħu ukoll mal-mara tiegħu Annie, li kienet tmur tarah jirreċta u minn hemm ħadet grazzja miegħu.", "Huwa għex għal ħafna żmien Bormla."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16747", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16747", "title": "European Border Breakers Awards", "text": ["European Border Breakers Awards", "Il-Premju tal-EBBA tnieda mill-Kummissjoni Ewropea u huwa premju tal-Unjoni Ewropea.", "L-għażla tal-artisti u ċ-ċerimonja hi organizzata mill-Fondazzjoni Noorderslag, li għandha l-għan li tħeġġeġ il-firxa tal-mużika pop Ewropea.", "L-artisti jew gruppi nnominati għall-\"European Border Breakers Awards\" jintgħażlu skont dawn il-kriterji:", "Sa mill-2010, issir votazzjoni elettronika biex jintgħażel ir-rebbieħ tal-Premju EBBA li jieħu l-Premju tal-Għażla tal-Poplu, apparti l-premju \"normali\".", "L-ewwel rebbieħ kien il-kantawtur Belġjan Milow.", "Sa mill-2009 ċ-ċerimonja tal-premjazzjonijiet issir kull sena f'Jannar, waqt il-festival Eurosonic Noorderslag, fil-belt Olandiża ta' Groningen, u tkun preżentata mill-personaġġ u mużiċist tal-BBC Jools Holland.", "Ir-rebbieħa tal-premju EBBA jdoqqu b'mod dirett waqt l-ispettaklu, kif ukoll waqt il-festival innifsu.", "Ir-rebbieħa mis-snin ta' qabel jiġu mistiedna jdoqqu bħala mistiedna speċjali.", "Iċ-ċerimonja tiġi rrekordjata mill-istazzjon Olandiż tax-xandir pubbliku NOS/NTR u mxandra permezz ta' NET3.", "L-ispettaklu jixxandar kull sena fuq bosta stazzjonijiet tat-televiżjoni fl-Ewropa.", "Kienet il-Kummissjoni Ewropea li tat bidu għall-Premjijiet tal-EBBA fl-2004.", "Bil-premjijiet, il-Kummissjoni Ewropea tipprova tqanqal iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-għażla tal-mużika popolari u li turi d-diversità kbira fil-mużika Ewropea.", "Il-\"European Border Breakers Awards\" jiġu appoġġjati permezz tal-Programm Kulturali tal-Unjoni Ewropea, li għandu l-għan jippromwovi l-mobbiltà bejn il-pajjiżi tal-artisti u l-professjonisti tal-kultura; biex iħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-opri aritistiċi u kulturali; u biex ikattar id-djalogu bejn kulturi differenti.", "Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Selah Sue", "Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: The Baseballs", "Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Milow"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16758", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16758", "title": "Antonio Nocerino", "text": ["Antonio Nocerino", "Antonio Nocerino (Napli, 9 ta' April 1985) huwa plejer professjonali tal-futbol li jilgħab bħala midfilder mal-klabb Kanadiż ta' Orlando City.", "Antonio Nocerino twieled Napli, fid-9 ta' April 1985 iben Ciro u Giovanna.", "Fit-3 ta' Lulju 2010, huwa żżewweġ lil Federica, li kien ilu jafa miż-żminijiet tal-iskola u li kienu għarajjes għal tmien snin.", "Huma kellhom tifel, Francesco, imwieled fis-6 ta' Mejju 2009.", "Fil-5 ta' Ottubru kellhom it-tieni wild tagħhom bl-isem ta' Cecilia.", "Huwa għandu diploma fil-kontabilità.", "Huwa beda jilgħab fl-età ta' 5 snin ma' klabb żgħir immexxi minn missieru fil-lokal tiegħu.", "Meta kellu 13-il sena ingħaqad ma Juventus.", "Matul il-karriera tiegħu huwa lagħab ukoll ma' Avellino, Genoa, Catanzaro , Crotone , Messina u Piacenza .", "Huwa għamel id-debutt tiegħu mal-professjonisti fis-Serie B ma' Avellino fil-11 ta' Settembru 2003 fil-partita Avellino-Palermo (0-0).", "Fi tliet staġuni u nofs fis-Serie B, Nocerino laghab 111-il loghba.", "Id-debutt fis-Serie A wasal fit-12 ta' Frar 2006 fil-partita Messina-Sampdoria (4-2).", "L-ewwel gowl tiegħu fis-Serie A skurjaħ fis-7 Mejju 2006 mal-flokk ta' Messina fil-partita kontra Empoli , iżda il-gowl gie ikkanċellat lilu minhabba li l-logħba kienet eventwalment abbandunata.", "Fl-istaġun 2006-2007, ma' Piacenza, laghab regolarment 37 logħoba u skorja 6 gowls.", "Fis-sajf ta' l'2007, Juventus, xtraw nofs l'iehor tal-propjeta ta' Nocerino minnghand Piacenza għal 3.7 miljun ewro.", "Huwa għamel id-debutt uffiċjali tiegħu ma Juventus meta beda il-loghba ma' l'ewwel 11 fl-ewwel jum tal-ftuħ ta' Serie A fil-logħba Juventus-Livorno (5-1).", "Wara din il-loghba kowċ Ranieri baqa jilghabu regolari mat-tim ta' Juventus.", "Madankollu fit-tieni rawnd, bil-wasla ta Sissoko f'Turin, ma bediex jintuża kontinwament, imma xorta spiċċa b'mod pożittiv l'esperjenza tieghu ma' Juventus b'32 prezenza fil- kampjonat u 4 fil-Coppa Italia.", "Fit-30 ta' Mejju 2008 ingħaqad għal kollox mat-tim ta' Palermo bit-trasferiment tal-plejer Amauri ma' Juventus.", "Lagħab l'ewwel logħoba ma' Palermo fit-13 ta' Settembru 2008 fir-rebħa kontra Roma 3-1.", "Nocerino irnexxielu jilgħab titolari għal kwazi l'istagun kollu, pero spicca l'aħħar ftit ta' l'istagun bħala riseva.", "B'kollox lagħab 33 loghoba (kollħa fil-kampjonat) mingħajar ma skurja; ħdejn Mark Bresciano , li huwa aktar offensiv minn Nocerino, li xogħolu dejjem kien li jiddefendi u jkisser l'attakki ta' l'avversajri.", "Fl'istaġun 2009-2010 ma' Palermo Walter Zenga , reġa beda jilgħab titolari, imma f'qasir żmien reġa spiċċa riserva.", "Skorja l'ewwel gowl tiegħu kemm fis-Serje A u kemm bil-flokk ta' Palermo fil-ħames ġurnata tal-kampjonat fil-ġrawnd Barbera kontra Roma, li spiċċat 3-3.", "Bid-dħul ta' Delio Rossi bħala kowċ minflok Zenga, reġa sar plejer titolari u ġie fdat xogħol ta' finalizzazjoni u jakkumpanja l'attakk ta' Palermo.", "B'hekk il-fażi difensiva ġiet fdata lil Giulio Migliaccio.", "Għalaq it-tieni staġun tiegħu ma' Palermo b'35 presenza u 2 gowls fil-kampjonat u 3 presenzi fil- Coppa Italia.", "Fl-istaġun 2010-2011 halla in-numru 9 lil Abel Hernández, u ghazel 23, il-gurnata li miet Padre Pio, li Nocerino huwa devot tieghu.", "Laghab l'ewwel darba ma Palermo fl'Europa League kontra Maribor.", "Lahaq il-100 presenza tieghu fis-Serje A (89 presenzi), Coppa Italia (5) u Europa League (6) fil-kwarti ta' finali fil-Coppa Italia b'rebha kontra Parma.", "Fit-3 ta' Frar 2011, fil-loghoba bejn Palermo-Fiorentina (2-4), skurja it-3 gowl tieghu fil-kampjonat.", "Fl'10 April fil-loghoba bejn Palermo-Cesena (2-2), laghab il-mitt partita tieghu fis-Serje A ma Palermo.", "Ghalaq posittivament l'istagun b'49 presenza u 4 gowls fil-kampjonat, Coppa Italia u Europa League.", "B'hekk Nocerino spicca l'aktar plejer utilizzat mit-tim kollu.", "Fil-bidu ta' l-istaġun 2011-2012, wara li lagħab iż-żewg logħobiet tat-tielet preliminari ta' l'Europa League kontra l-isvizzeri ta' Thun, telaq lit-tim sqalli wara li lagħab 122 darba u skurja 6 gowls.", "Wara li spiċcalu l'kuntratt ma' Palermo, fil-31 ta' Awwissu 2011, fl-aħħar ġurnata tat-trasferimenti, inagħaqad definittivament ma' AC Milan ghas-somma ta' 500.000 euro.", "Ma AC Milan iffirma kuntratt ta' ħames snin.", "Nocerino kien mitlub hafna minn Massimiliano Allegri .", "Lagħab l'ewwel logħoba tiegħu bil-flokk aħmar u iswed fid-9 ta' Settembru 2011 fil-loghoba tal-kampjonat kontra Lazio li spiċcat bir-riżultat ta' 2-2 meta dahla jilgħab minflok Alberto Aquilani fit-68 minuta.", "Erbgha t'ijiem wara fit-13 ta' Settembru 2011, lagħab l'ewwel logħoba fic-Champions League, kontra Barcellona li spiċcat 2-2.", "Nocerino lagħab il-loghoba kollha.", "Skurja l-ewwel gowl tiegħu ma' Milan fil-15 ta' Ottubru f'San Siro fil-partita mirbuħa 3-0 kontra l'ex tim tieghu Palermo, fid-39 minuta minn passaġġ ta' Alberto Aquilani.", "Fis-26 ta' Ottubru fil-loghoba Milan-Parma (4-1) fid-9 gurnata tal'kampjonat skorja l'ewwel 'hatrick' tal-karriera tiegħu, b'hekk laħaq ir-rekord personali ta' 4 gowls fis-Serje A li kellu fl-istagun ta' qabel Palermo.", "Fit-2 ta' Dicembru ssupera dan il-primat billi skurja fir-rebha kontra Genoa, 0-2: dan kienet infatti il-ħames gowl fis-Serje A fi stagun wiehed.", "Fis-17 ta' Diċembru 2011, fil-logħoba mirbuħa 2-0 kontra Siena, skorja is-6 gowl staġunali; b'dan il-gowl laħaq ir-rekord personali tiegħu b'6 gowls fi staġun wieħed meta kien jilgħab fis-Serje B ma Piacenza fl-2006 - 2007.", "Fid-29 ta' Jannar 2012 rega ssupera dan ir-rekord billi skurja fl-20 gurnata tal-kamjonat kontra Cagliari f'San Siro, li spiċċat bir-rizultat ta' 3-0, b'hekk lahaq ir-rekord ta' gowls staġunali minn 'midfielders' bil-flokk ta' Milan, li kien għand Romeo Benetti.", "Fis-26 ta' Frar 2012, skorja it-8 gowl f'San Siro kontra Juventus li spiccat 1-1.", "Fit-3 ta' April skorja l-ewwel gowl tieghu fiċ-Champions League fil-kwarti tal-finali kontra Barcelona, li Milan tilfu 3-1.", "Ghalaq l-ewwel stagun tieghu ma' AC Milan b'35 presenza fil-kampjonat, 3 fil-Coppa Italia u 10 fic-Champions League u skorja 11 il-gowl.", "Fis-sajf ta' l'2012, Nocerino biddel in-numru tal-flokk tieghu ghan numru 8, dan war li Gennaro Gattuso halla lil klabb biex jinghaqad mat-tim Svizzeru ta' Sion.", "Nocerino qal li huwa unur ghalih li ser ikollu n-numru 8 wara Gennaro Gattuso.", "Fis-16 ta'Dicembru, 2012, Nocerino skorja wara biss 35 seekonda fil-loghoba li Milan rebhu kontra Pescara.", "Wara l-loghoba, Nocerino qal lil gurnalisti li l'gowl li skorja kien qieghed jiddedikah lil vittmi ta Sandy Hook Elementary School.", "Nocerino qal, \"... dak kollu li ghamilt illum huwa ghalihom biss.\"", "Fis-sajf ta' l'2013, Nocerino biddel in-numru tal-flokk tieghu ghan numru 23 wara Massimo Ambrosini telaq lil klabb ta' Milan biex imur jilghab ma Fiorentina.", "Fil-25 ta' Jannar 2014 Nocerino inghaqad mal-klabb ingliz tal-Premier League, West Ham.", "Nocerino iddebbutta bil-flokk ta' West Ham fid-29 ta' Jannar meta daħal jilgħab fit-80 minuta.", "Huwa għazel in-numru 47.", "Fit-13 ta' Mejju ġie maghżul mil-kowċ taljan Cesare Prandelli fil-lista ta' 32 plejer għal fażi ta' preparazzjoni għal kampjonat Ewropew 2012 (Euro 2012) biex fid-29 ta' Mejju gie nkluż definittivament fil-lista għal loghob finali.", "Fl-10 ta' Ĝunju 2012 daħal bħala sostitut fid-90 minuta minflok Thiago Motta fl'ewwel logħoba minn grupp C kontra Spanja li ntemmet bir-riżultat ta' 1-1 b'gowls ta' Di Natale għal l'Italja u Fabregas għal Spanja.", "It-tieni preżenza tieghu kienet fl-24 ta' Ĝunju 2012 meta daħal bhala sostitut ta' De Rossi fit-80 minuta fil-logħba mill-kwarti tal-finali kontra l'Ingilterra.", "Fil-115 il-minuta kellu gowl annullat minhabba 'offside' minn passaġġ ta' Diamanti.", "Il-loghoba intemmet 4-2 bil-'penalties' favur l'Italja fejn Nocerino skorja ir-raba' wiehed."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16759", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16759", "title": "Kurt Calleja", "text": ["Kurt Calleja", "Kurt Calleja (Ħamrun, 5 ta' Mejju 1989) huwa kantant Malti.", "Hu rebaħ id-dritt li jirrapreżenta lil Malta fil-Festival tal-Eurovision 2012 meta rebaħ il-finali nazzjonali bil-kanzunetta \"This is the Night\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16764", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16764", "title": "San Ġużepp", "text": ["San Ġużepp", "San Ġużepp (Lhudi יוֹסֵף, \"Josef\"; Grieg: Ἰωσήφ) kien ir-raġel tal-Madonna u l-missier putattiv ta' Ġesù Kristu.", "L-isem Ġużeppi bil-Lhudi huwa 'Josef' li ġejja minn 'jasaf' li tfisser tkattar.", "L-ewwel żewġ personaġġi li jiktbu fuq dan il-qaddis huma San Mattew u San Luqa.", "Skont San Mattew (1,20) San Ġużepp gej mir-razza ta' David.", "Ukoll skont San Luqa (2,4) jidher ċar li Ġużeppi gej minn din ir-razza.", "Skont San Mattew (1,16) missieru huwa Ġakobb, u skont San Luqa (3, 23) Għeli.", "Huwa evidenti li missieru huwa kif qal San Luqa, Għeli, għax dan qaluh in-nies ta' Ġerusalemm stess.", "Kien il-Kustodju msejjaħ minn Alla biex jieħu ħsieb lil Ġesù u lil Marija.", "Kien raġel żagħżugħ qaddis u mhux xiħ kif huwa ppreżentat f'ħafna stampi u statwi tiegħu.", "L-artisti jpinġuh xiħ biex tidher iżjed il-verġinità ta' Marija.", "Għalkemm kienu miżżewġin, it-tnejn baqgħu verġni.", "(Mattew 1, 18-21) San Ġużepp huwa l-Missier legali ta' Ġesù.", "La Marija hija ommu verġni, hekk ukoll Ġużeppi huwa Missieru Kast.", "Missier għax ir-raġel ta' Omm Ġesù, u kast għax ma kellux x'jaqsam mal-Inkarnazzjoni.", "San Ġużepp jissemma wkoll meta mar ma' Marija l-Egittu biex isalvaw lil Ġesù u meta Ġesù intilef fit-tempju u wara tlett ijiem sabuh.", "Xejn iżjed ma' nafu fuq il-ħajja ta' Ġużeppi.", "Kieku kien għadu jgħix meta Ġesù miet fuq is-salib, kieku ma kienx jgħid lil Gwanni biex jieħu ħsieb lill-Madonna.", "Il-Vangelu jesprimi l-qdusija ta' dan ir-raġel b'kelma waħda li kien \"ġust\" (Matt.", "2, 19).", "Allura kien innoċenti, pur, kast, virtuż.", "Rett, mimli setgħa biex jegħleb il-passjonijiet tiegħu, u kellu bilanċ tajjeb bejn dak li hu uman u dak li hu Divin.", "Kellu fidi qawwija u dan narawh fit-twemmin tiegħu lejn martu li ma ħarġitx tqila minnu.", "Il-Fidu u t-tama offrewlu ferh, ottimiżmu u mhabba.", "L-imħabba ddominatlu ħajtu.", "Iz-żwieġ ma kienx isir bħalma nafuh illum.", "Iż-żwieġ kien jinvolvi prinċipalment lil missirijiet tal-għarajjes.", "Jekk il-missier ikun mejjet, jigi involut l-iben il-kbir.", "Ir-rabbi iffissaw l-età minima li fiha wieħed seta' jiżżewweġ.", "Tnax il-sena għall-bniet u tlettax għas-subien.", "L-għarajjes kienu jitlaqqgħu mill-ġenituri.", "Missier l-għarus kien jagħti ċerta somma lil missier l-għarusa (tissejjah mehar) għax peress li issa, l-familja tal-għarusa tkun se titlef persuna utli għax-xogħol, l-għarus ipatti għal dan it-telf permezz tas-somma mogħtija.", "F'Elfavtina, l-Eġittu, instab dokument ta' firma taż-żwieġ ta' tnejn min nies li jgħid hekk: \"Hija l-mara tiegħi u jien żewġha, mil-lum għal dejjem\".", "Anke San Ġużepp kien iffirma l-patt tiegħu hekk biex jieħu l-Marija.", "Mal-firma tal-kuntratt ix-xebba ssir għarusa tar-raġel li ħadd ħlief il-mewt ma tista' tifridha minnu.", "Iżda skont id-drawwa Ebrajka, iż-żwieġ kien ikun komplut meta r-raġel iħalli d-dar tal-ġenituri tiegħu u jingħaqad ma' martu; dan kien isir xi sena wara l-firma tal-kuntratt.", "Il-festa tat-tieġ komplut tieħu xi ġimgħa u tibda billi l-għarusa tmur f'dar l-għarus.", "Din tidħol b'mant fuq wiċċha li jitneħħa mill-għarus fil-kamra taż-żwieġ.", "L-għarusa tkun akkumpanjata minn ħafna xebbiet li fil-Vanġelu jissejħu verġni (Matt.", "25, 1-13) u dawn joqogħdu jkantaw kant ta' mħabba.", "Anke l-għarus u l-għarusa kienu jridu jkantaw u skont il-profeta Ġeremija l-kant tal-għarajjes kien l-iżjed mistenni.", "Meta l-Madonna ħarġet tqila kienet għadha għamlet biss l-ewwel pass taz-żwieġ.", "U dan jispjegah ċar ħafna San Mattew (1,18) li kiteb id-drawwiet Ebrajki bla ma spjegahom.", "U jkompli San Mattew (1,24) \"U qam kif qallu l-anġlu tal-Mulej u ħa lil martu għandu\".", "Fl-ewwel tliet sekli tal-Knisja, San Ġużepp intesa jew twarrab xi ftit mill-kittieba biex jispikka aktar Ġesù.", "San Ġużepp reġa' beda jissemma fir-raba' seklu minn San Ġwann Griżostmu u San Ġilormu u Santu Wistin.", "San Ġilormu enfasizza il-Verġinità ta' Marija, allura biex jiċċara dan il-punt, semma l-kastità ta' Ġużeppi.", "Santu Wistin tkellem fuq il-qdusija, iż-żwieġ tiegħu.", "Id-devozzji lejh bdiet mill-Insara Kopti fl-Eġittu.", "Iżda fil-Punent San Ġużepp reġa' twarrab fis-sekli ta' wara, u kien propju fit-13 –il seklu meta reġa' ssemma minn San Tumas, li kiteb fuq iż-żwieġ qaddis ta' Ġużeppi u Marija u fuq il-Verginità tagħha.", "Kiteb fuqu wkoll J.Gerson (1363 - 1429).", "L-Arċisqof ta' Chambrai kien għamel trattat fuq it-12 il-Glorja ta' San Ġużepp fl-1495.", "San Bonaventura, il-kittieb Frangiskan tant magħruf, kiteb fuqu wkoll.", "San Bernard ta' Siena għamel studju wkoll billi ħa ħsieb jgħaqqad il-kitbiet ta' qabel biex it-tagħlim jinġabar fi ktieb wieħed.", "Isidoro Isolari għamel trattat ta' Teologija Ġużeppina fis-seklu ħmistax: \"Summa de Donis S.Joseph\".", "Fl-1621, il-Papa Girgor XV għamel il-festa ta' San Ġużepp fid-19 ta' Marzu bl-obbligu tal-quddies.Nhar it-8 ta' Diċembru 1870, San Ġużepp ġie iddikjarat Patrun tal-Knisja Universali u d-19 ta' Marzu ntgħażlet biex tkun iddedikata lilu.", "Dan sar mill-Beatu Papa Piju IX.", "Fuq San Ġużepp kitbu wkoll San Piju X, Papa Benedittu XV, Piju XI u Piju XII.", "Fl-1955 il-Papa Piju XII iddedika l-ewwel ta' Mejju lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Ħaddiema.", "Il-Beatu Papa Ġwanni XXIII, għażel lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Konċilju Vatikan II f'ittra tiegħu tad-19 ta' Marzu 1961.", "Id-devozzjoni lejn San Ġużepp hija mxerrda sew fil-gżejjer Maltin.", "Dan narawh fid-diversi knejjes li hawn iddedikati lil dan il-patrun, u d-diversi festi li jiġu ċċelebrati ad unur tiegħu.", "Il-knejjes prinċipali ddedikati lilu jinsabu fl-Imsida, fil-Manikata, l-Kalkara, fil-Qala Għawdex, f'Birkirkara, fil-Belt Valletta u fir-Rabat Malta.", "Kważi f'kull knisja f'Malta nsibu xi statwa, artal jew fratellanza li huma iddedikati li San Ġużepp.", "Fir-Rabat insibu statwa Inkurunat magħrufa mir-Rabtin u l-Maltin bħala San Ġużepp ix-Xiħ għaliex hija l-eqdem xbieha f'dawn il-gżejjer.", "L-oriġini ta' din l-istatwa kienet bħala dekorazzjoni fuq xini tal-ordni ta' San Ġwann mall-Karrakka Sant' Anna.", "L-Istatwa ġiet regalata lil Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp mill-Ewwel Gran Mastru ta' Malta Philippe Villiers de L'Isle Adam.", "Maż-żmien kibret id-devozzjoni lejha.", "L-Istatwa ħarġet f'bosta pellegrinaġġ meta kien ikun hawn nuqqas ta' xita, li f'dan il-kas kienu iliebsuh Kapożża għaliex waqt jew wara l-pellegrinaġġ kienet tagħmel ix-xita.", "Meta Malta kellha il-mard tal-Pesta u l-Kolera il-poplu irrikorra bi ħġaru jitlob l-interċessjoni ta' San Ġużepp.", "Matul il-bidu tas-seklu 20 bdiet tinħass il-ħtieġa għall-Inkurunazzjoni tal-Vara Devota u Mirakoluża ta' San Ġużepp ix-Xiħ.", "Il-proċess li wassal għall-Inkurunazzjoni tal-Vara ta' San Ġużepp:- 3 t' April 1949: F'konsulta Ġenerali Strordinarja ta' l-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp, li saret fl-Oratorju tal-istess Fratellanza fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù fir-Rabat ta' Malta ġie imħabbar mir-Rettur Mons. Dun Ġiuseppe Vassallo, biex tinħatar kummissjoni mill-istess Fratellanza, sabiex taħdem ħalli jkun jista jinkiseb il-permess meħtieġ mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex l-istatwa antika ta' San Ġużepp tiġi inkurunata.", "Din l-aħbar ġiet milqugħa b'akklamazzjoni kbira u b'ċapċip kbir mill-membri preżenti li kienu ilaħqu il-fuq minn mitejn ruħ.", "1 ta' Ġunju 1949: fl-laqgħa li kienet satet fl-Oratorju ta' San Ġużepp fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu'.", "Intaqet għall-ewwel darba l-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni biex din tagħmel it-talba tal-Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp, tal-poplu tar-Rabat, tal-Imdina u tal-Poplu malti kollu biex tiġi inkurunata l-Istatwa ta' San Ġużepp.", "10 ta' Diċembru 1949: fl-laqgħa li kienet satet fl-Oratorju ta' San Ġużepp fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu'.", "Ġie deċiż li għandha tintbgħat petizzjoni lill-Qdusija Tiegħu l-Papa mill- Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp tar-Rabat ta' Malta f'isem il-poplu malti iffirmata minn Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi.", "10 ta' Jannar 1950: fl-laqgħa li saret għall-membri tal-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, Oratorju ta' San Ġużepp fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu'.", "Il-President tal-imsemmija Kummissjoni n-Nobbli Kavallier Alexander dei Marchesi Apap Bologna, stieden lir-Rev.", "Patri Mro.", "Benedetto Pirotta O.S.A.biex jaqra' l-petizzjoni li kien ħejja, biex din warali ġiet iffirmata mill-membri tal-imsemmija Kummissjoni, intbgħatet lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti fuq rakkomandazzjoni ta' Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi.", "Fil-fatt din il-petizzjoni ġiet mibgħuta fit-12 ta' Jannar 1950.", "30 ta' Marzu 1950: fl-laqgħa li saret għall-membri tal-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, Oratorju ta' San Ġużepp fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu'.", "Il-President tal-imsemmija Kummissjoni, qara l-ittra tat-18 ta' Marzu 1950, maħruġa mis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti.", "Li ġiet mibgħuta lill-Mons.", "Arċisqof Mikiel Gonzi, b'risposta għar-rikors li kienet għamlet l- Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp.", "Fejn fl-imsemmija ittra, il-Kongregazzjoni tar-Riti, ċaħdet it-talba ta' l-Inkurunazzjoni ta' l-Istatwa ta' San Ġużepp.", "30 ta' November 1950: Reġa' sar tentativ ieħor biex it-talba tal-Arċikonfraternitata' San Ġużepp u tal-Poplu Malti; sabiex tiġi inkurunata l-istatwa ta' San Ġużepp tiġi aċċettata mis-Sagra Kongregazzjini tar-Riti permezz tal-Wisq Rev. Patri Provinċjal Anġeliku Azzopardi O.F.M. flimkien mal-Mastru Ġenerali tal-istess Ordni, l-wisq Rev. Patri Pacifica Perantoni, bil-permess tal-Kummissjoni ta' l-Inkurunazzjoni.", "28 ta' Diċembru 1950: fl-ittra maħruġa mis-sagra Kongregazzjoni tar-Riti, fid-data imsemmija reġet ċaħdet it-Talba tal-Inkurunazzjoni.", "29 ta' Mejju 1956:fl-laqgħa li saret għall-Kummissjoni tal-Inkurunazzjoni, inqara id-dokument fejn fih reġġet saret mill-ġdid it-talba lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, għall-Inkurunazzjoni ta' l-istatwa ta' San Ġużepp.", "Fejn nhar l-1 ta' Ġunju 1956, l-imsemmi dokument (rikors)ġie ffirmat mill-membri tal-isemmija Kummissjoni u minn Mons. Arċisqof Gonzi.", "Wara dan id-dokument ġie mibgħut mill-Ministru Provinċjal tal-Minuri Patri Alfonfs Camilleri lill-Prokuratur Ġenerali tal-Ordni, l-Wisq Rev. Patri Ferdinando Antonelli (Konsultur Kwalifikat tal-Kongregazzjoni tar-Riti).", "Fejn dan id-dokument ġie preżentat lis-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti.", "Fil-Fatt ftit jiem wara l-Imsemmi rikors ġie aċċettat mill-istess Kongregazzjoni.", "27 ta' Lulju 1956: Ġewwa Castell Gandolfo l-Q.T l-Papa Piju XII, ħareġ id-Digriet tal-Inkurunazzjoni tal-Istatwa ta' San Ġużepp.", "3 ta' Settembru 1956:il-Ministru Provinċjal l-Wisq Rev. Patri Alfons Camilleri O.F.M. irċiva l-aħbar mingħand il-Prokuratur Ġenerali l-Wisq Rev. Patri Ferdinando Antonelli O.F.M., li l-Kardinal Preffet tas-sagra Kongregazzjoni tar-Riti kien laqgħa t-talba biex l-istatwa ta' San Ġużepp tiġi inkurunata.", "Wara t-talba ġiet moqrija quddiem is-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti, biex imbgħad il-Papa ta l-approvazzjoni tiegħu u ħareġ id-Digriet taħt forma ta' Brevi.", "27 ta' Settembru 1956: il-Ministru Provinċjal Patri Alfons Camilleri O.F.M. irċiva d-digriet \"Brevi Appostoliku\" mingħand il-qdusija Tiegħu l-Papa Piju XII, li bih l-istatwa ta' San Ġużepp setgħet tiġi inkurunata.", "7 t' Ottubru 1956: fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu' fl-10 u kwart ta' filgħodu il-wisq Rev. Patri Provinċjal Alfons Camilleri O.F.M. qara' il-Brevi Appostoliku tal-Papa Piju XII, quddiem folla kbira ta' nies li nġabret fil-Knisja u wara tkanta \"Te Deum\" b'ringrazzjament lil-Alla ta' dan il-Privileġġ hekk kbir.", "Nhar l-1 ta' Mejju 1963 l-Arċisqof Sir Mikiel Gonzi Inkuruna Solennament il-Vara ta' San Ġużepp b'żewġ kuruni ta' deheb fin u ħaġar prezjuz waħda fuq ras il-Bambin u l-oħra fuq ras San Ġużepp.", "L-Inkurunazzjoni saret fuq il-Fosos tal-Floriana quddiem folla numeruza ta' mitt elf ruħ.", "F'Birżebbuġa nbniet kappella ddedikata lil San Ġużepp li għadha tezisti sal-lum għalkemm m'hiex aċċesibli għan-nies għax tinsab ġo dar privata u għalhekk ftit jista' wieħed jidħol fiha.", "Minn barra, wieħed jista' jaraha u jagħrafha żgur billi l-kampnar tagħha li hu ta' stil Korint jisboq bini iehor.", "Ġewwa hija kappella sempliċi u żgħira.", "Hemm kwadru li juri lil San Ġużepp bil-Bambin u li hu ċert hu li mal-bieb ta' barra hemm kitba li tgħid li kull min jgħid Pater, Ave u Gloria quddiem ix-xbieha ta' San Ġużepp li hemm ġewwa l-knisja għal erbgħin jum jaqla' indulġenza.", "Kappella oħra ċkejkna ddedikata lil San Ġużepp li wieħed ukoll diffiċli jkollu aċċess għaliha hija dik li tinsab ġewwa Wied il-Għajn.", "Din tinsab ħdejn ix-xatt ta' Wied il-Għajn.", "Kien bniha ċertu wieħed jismu Wenzu Bigeni għaliex kien devot ta' San Ġużepp u x-xewqa tiegħu kienet li meta jmut jindifen fiha kif fil-fatt hekk ġara.", "Din il-kappella nbniet fuq il-pjanta tal-Perit Solar.", "Maż-żmien din il-knisja saret privata u mbagħad inħattet biċċa sew minnha.", "Illum il-ġurnata qed tintuża biss għal skop turistiku.", "F'Ħaż-Żabbar insibu knisja u wkoll istitut li hu ddedikat ukoll lil San Ġużepp.", "Dawn għadhom jeżistu sal-lum u wieħed faċli jkollu aċċess għalihom.", "L-Istitut u l-knisja jinsabu inti u diehel f'Ħaż-Żabbar.", "L-Istitut kien jintuża biex jilqa' fih bniet iltiema u kien f'idejn is-sorijiet Dumnikani.", "Il-fundatur tiegħu kien Patri Feliċjan Grech li kien Dumnikan.", "L-ewwel ġebla tiegħu tqiegħdet fit-2 ta' Lulju 1930 fuq il-pjanta tal-Perit Ġużeppi Pace u x-xogħol intemm fis-7 ta' Novembru 1937.", "Il-knisja ukoll inbniet ma' dan l-istitut fuq pjanta ta' l-istess perit.", "Kienet ikkonsagrata mill-Arċisqof Gonzi fl-14 ta' April 1961.", "Fiha artal wieħed li naturalment huwa iddedikat lil San Ġużepp.", "Minn ġewwa hija mżejna b'diversi pitturi sbieħ li huma maħduma mill-pittur Ġużeppi Briffa.", "It-titular juri lil San Ġużepp.", "Fl-arzella li hemm fil-ġenb hemm kwadru ieħor li juri d-dehra tal-Madonna lil San Duminku.", "Fuq iż-żewġt iġnub l-oħra hemm żewġ kwadri żgħar li juru lil San Vinċenz Ferreri (1937) u ż-żwieġ ta' Santa Katerina.", "F'Santa Venera l-knisja għadha daqs daqsxejn kbir meta tqabbilha ma' dawk li diġà semmejt.", "Din il-knisja bnieha Dun Ġorġ Bugeja fl-1906 u magħha bena ukoll istitut li kien jintuża biex fih jilqa' dawk it-tfal li kienu jiġġerrew fit-toroq.", "Il-flus biex tinbena din il-knisja kienu inġabru u ingħataw minn Dun Ġorġ stess bl-għajnuna ta' xi benefatturi.", "Infatti benefattur li għen ħafna biex tinbena din il-knisja kien Karmenu Bugeja li kien qarib ta' Dun Ġorġ.", "Meta wieħed jidħol ġo din il-knisja jinduna li tikkonsisti minn kor, żewġ kappelluni u korsija.", "Għandha tliet artali u fiha għamla ta' salib Latin.", "Fil-ġenb għandha kampnar.", "Nhar l-14 ta' Mejju 1916 Mons. Mawru Caruana l-Isqof ta' Malta ikkonsagra din il-knisja u fl-artal maġġur qiegħed ir-relikwi tal-qaddisin Ġuswar, Beninju u Vittorju.", "Ġo din il-knisja wieħed jista' jammira żewġ kwadri, xogħol iż-Żebbuġi Lazzaro Pisani, li juru tar-Rużarju (1919) u lil Kristu fl-Ort (1920).", "F'San Pawl il-Baħar hemm knisja li kien berikha Mons. Mikiel Gonzi u qiegħed l-ewwel ġebla tagħha fis-6 ta' Dicembru 1959.", "Din il-knisja tellgħuha l-patrijiet Kappuċċini u kienet taħt ittitlu ta' San Ġużepp Ħaddiem.", "Il-pjanta saret mill-magħruf Kavallier Ġuże D'Amato.", "Il-knisja kellha koppla, għamla ottagonali, b'djametru ta' 90 pied u kienet mibnija fuq stil modern.", "Kien fiha tliet artali.", "Fost l-iktar kwadri popolari kont issib dawk li kienu jinsabu ħdejn l-artal tax-xellug l-kwadru ta' San Antnin qed jippriedka lill-ħut, il-kwadru ta' San Ġużepp u l-Bambin u l-kwadru ta' San Franġisk ma' l-annimali.", "Imbagħad kien hemm kwadri oħra fl-artal tal-lemin dak ta' San Pawl, dak tal-Madonna madwar l-Appostli u dak ta' Sant'Andrija.", "Dawn kollha għamilhom il-pittur Pietru Camilleri Cauchi.", "Statwi kien hemm dik ta' San Ġużepp u l-Bambin, San Guda Taddew u l-Kuncizzjoni li ħadimhom Wistin Camillieri.", "Din il-knisja telgħet fuq il-lok fejn il-kappuccini kienu jagħmlu s-servizz tagħhom f'daqsxejn ta' kamra rranġata f'kappella.", "Imma din il-knisja ħelwa ma kellhiex tgawdi wisq għaliex ftit snin wara li nbniet bdew jidhru xi xquq li ħassbu sewwa lill-patrijiet.", "Sar studju fuq l-art li fuqha inbniet il-knisja u instab li l-art kienet taflija u kollha xquq kbar.", "B'hekk kien ġie deċiż li titwaqqa qabel ma taqa weħidha bilkaġun ta' xi diżgrazzja.", "Għalhekk f'Gunju 1988 inbeda x-xogħol ta' twaqqiegħ ġebla ġebla li bdiet mill-koppla.", "Il-haddiema ma laħqux ħattew wisq għaliex parti l-kbira minnha waqgħet weħidha u hekk illum tidher biss qisha qafas."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16765", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16765", "title": "Mario Monti", "text": ["Mario Monti", "Mario Monti (19 ta' Marzu 1943) kien Priministru tal-Italja għal sena u nofs, bejn is-16 ta' Novembru 2011 sat-28 t'April 2013, ekonomista u politiku Taljan li twieled f'Varese, fil-Lombardija.", "Gradwat fl-ekonomija u l-management mill-Universita' Bocconi ta' Milan.", "Kompla bl-istudji universitarji tieghu fl-Universita' ta' Yale, Connecticut, fl-Istati Uniti, fejn kien studja taħt James Tobin, rebbieh tal-Premju Nobel ghall-Ekonomija.", "L-ewwel gvern ta' Silvio Berlusconi fl-Italja kien ghazlu Kummissarju Ewropew fl-1994.", "Erba' snin wara l-gvern ta' Massimo D'Alema kien ikkonfermah f'dik il-hatra.", "It-tieni gvern ta' Berlusconi, fl-2004, ma kkonfermahx bhala Kummissarju Ewropew u minfloku ppropona lil Rocco Buttiglione.", "Izda dan ma giex accettat mill-Parlament Ewropew u l-gvern Taljan ippropona lil Franco Frattini.", "Mario Monti kien il-President tal-Universita' Bocconi ta' Milan u l-ewwel chairman tal-grupp Bruegel, \"think tank\" Ewropew li twaqqaf fl-2005.", "Huwa sar l-54 Priministru tal-Italja, u Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi, fit-12 ta' Novembru 2011 wara r-riżenja ta' Berlusconi.", "Huwa żżewweġ lil Elsa fl-1970 u għandu żewġ ulied."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16766", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16766", "title": "San Valentinu", "text": ["San Valentinu", "San Valentinu huwa magħruf l-aktar għall-Jum li jġib ismu Valentine's Day, festa ċċelebrata fl-14 ta' Frar li tfakkar qaddis jew qaddisin martri Insara bl-isem ta' Valentinus.", "Il-festa bdiet tiġi ċċelebrata minn Papa Ġelasju fis-sena 496 wK, u tneħħiet mill-Kalendarju tal-Qaddisin fl-1969 minn Papa Pawlu VI.", "Hija ċċelebrata madwar id-dinja, l-iktar fil-Punent, għalkemm hija jum ta' xogħol.", "Il-ġurnata bdiet tiġi assoċjata mal-imħabba romantika fiċ-ċirku ta' Geoffrey Chaucer fil-Medju Evu"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16771", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16771", "title": "Papa Ljun XIII", "text": ["Papa Ljun XIII", "Papa Ljun XIII (2 ta' Marzu 1810 – 20 ta' Lulju 1903), imwieled Vincenzo Gioacchino Raffaele Luigi Pecci f'familja aristokratika Taljana, kien il-256 Papa tal-Knisja Kattolika, u serva bejn l-1878 u l-1903.", "Kien l-ixjeħ Papa (miet ta' 93 sena), u kellu t-tielet l-itwal Pontifikat, wara l-predeċessur immedjat tiegħu Piju IX u Ġwanni Pawlu II.", "Magħruf l-iktar għat-tagħlim soċjali tiegħu, l-iktar bl-enċiklika tiegħu \"Rerum Novarum\".", "Kien l-ewwel Papa li twieled fis-seklu 19 u l-ewwel wieħed li miet fis-seklu 20.", "Wara li lesta l-istudji tieghu fil-Kullegg Ruman u fl-\"Accademia dei nobili\" ecclesiastici, gie ordnat sacerdot fl-1937 u dahal mill-ewwel fis-servizz tal-Kurja Pontificja.", "Meta kien gvernatur ta' Benevento u Perugia wera li kien jinqala' hafna bhala politiku u anke bhala amministratur.", "Fiz-zmien li ghamel bhala Nunzju fil-Belgju, spikkat fih il-kapacità diplomatika li kellu.", "Wara gie nominat Arċisqof ta' Perugia fejn wettaq hafna attività pastorali u li minhabba fiha sar wiehed mill-aktar isqfijiet mahbuba fl-Italja.", "Mhux ta' b'xejn, ghalhekk, illi fil-Konklav ta' Frar tal-1878 (l-ewwel konklav li sar minn mindu s-Santa Sede tilfet is-setgha temporali taghha), gie elett mat-tieni jum.", "Huwa ghazel l-isem ta' Ljun f'ġieħ Ljun XII, li lilu kien jammira ghall-isforzi tieghu favur l-ghaqda, kif ukoll ghall-hidma ekumenika tieghu u ghall-imhabba li kellu ghal-letteratura u x-xjenzi.", "Dawn kienu fil-fatt il-linji gwida li fuqhom mexa Ljun XIII matul il-pontifikat twil tieghu.", "L-ewwel hidma tieghu kienet dik li jtejjeb ir-relazzjoni tal-Vatikan mal-qawwiet Ewropej, tant li rnexxielu jikkonvinci lill-Germanja biex tirrevedi l-ligijiet antiklerikali taghha.", "Huwa ha hsieb ukoll li jaghti rwol gdid lill-Knisja fid-dinja moderna, billi hajjar lill-Kattoliċi sabiex johorgu mill-izolament taghhom u jistinkaw sabiex jaghtu sens lill-hidma umana permezz tal-ispirtu Nisrani taghhom.", "Kien f'dan id-dawl li nkitbu l-enciklici tieghu fuq is-setgha civili, fuq il-kuncett ta' liberta' u gustizzja u fuq kollox l-aqwa opra tal-pontifikat tieghu, ir-\"Rerum Novarum\".", "Fiha huwa waqaf ghad-drittijiet tal-haddiema u b'hekk niseg l-aktar dokument socjali importanti tas-Santa Sede.", "Ljun XIII ħadem ukoll bis-shih sabiex itaffi l-firdiet bejn il-Knejjes Insara u matul is-sena tal-Gublew tal-1900 ikkonsagra lill-umanita' kollha lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù.", "B'differenza mill-Papiet kollha ta' warajh hu ma riedx jindifen fil-Bażilika ta' San Pietru fil-Vatikan imma fil-Lateran."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16772", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16772", "title": "Soft law", "text": ["Soft law", "Fil-lingwaġġ ġuridiku, it-terminu Ingliż soft law, li hu diffiċilment traduċibbli għall-Malti, jirreferi għal sensiela ta' fenomeni ta' regolazzjoni marbutin mal-produzzjoni ta' regoli li m'għandhomx effikaċja vinkolanti diretta.", "Is-soft law għalhekk hija kontrapposta għall-istrumenti tradizzjonali tar-regoli (il-liġijiet, ir-regolamenti, eċċ), li joħorġu skont proċeduri determinati minn min għandu l-awtorità (il-parlamenti, il-gvernijiet, eċċ.), li jipproduċu regoli li għandhom effikaċja vinkolanti diretti fil-konfront tad-destinatarji tagħhom (hard law).", "Fin-nuqqas ta' effikaċja vinkolanti diretta, il-garanzija tal-osservanza tar-regoli tas-soft law tistrieħ fuq il-fatt li min jagħmel is-\"soft law\" huwa d-destinatarju tagħha (l-awtoregolamentazzjoni) inkella fuq l-awtorevolezza ta' min jagħmilha u għalhekk fuq il-qawwa persważiva tal-istess.", "Dawn ir-regoli jwasslu għal sitwazzjonijiet ġuridiċi soġġettivi direttament tutelabbli f'sede ġuridsizzjonali, għad li dan ma jeskludix li l-imħallef jieħu kunsiderazzjoni indiretta tagħhom.", "Il-kunċett ta' \"soft law\" hu pjuttost sfumat, u jfisser gamma varjegata ta' fenomeni normattivi: mill-kodiċijiet tal-awtoregolamentazzjoni adottati minn impriżi partikolari jew organizzazzjonijiet oħrajn, sal-kodiċijiet deontoloġiċi jew regoli simili adottati minn assoċjazzjonijiet professjonali; minn xi atti ta' dritt internazzjonali, għal ġabriet ta' prinċipji u regoli ta' nisel spontanju, spjegati minn organizzazzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali, governattivi jew mhux governattivi.", "Il-kunċett ġej mid-Dritt Internazzjonali tas-snin sebgħin bħala strument alternattiv għall-trattat internazzjonali, użat meta, għal diversi raġunijiet, il-partijiet ma jridux jew ma jistgħux jirrikorru għall-istess.", "Il-ftehimiet ta' dan it-tip ma joħolqux obbligi ġuridiċi bejn il-partijiet kontraenti (skont il-prinċipju \" \"pacta sunt servanda\"\"), iżda biss impenji politiċi, li l-konformità magħhom hija fir-rieda tal-partijiet, għalkemm ir-regoli tagħhom jistgħu mbagħad jiġu inkorporati fi trattat.", "Hemm strument legali ieħor użat fil-liġi internazzjonali li jista' jaqa' taħt il-kunċett ta' \"soft law\".", "Dan hu r-\"rakkomandazzjoni\", att li joħroġ minn organizzazzjoni internazzjonali biex tindika lr-riċevitur kif għandu jġib ruħu sabiex jinkisbu ċerti riżultati mixtieqa, iżda li ksur tagħhom ma jwassalx għal sanzjoni.", "Bħala eżempju hemm ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Unjoni Ewropea.", "Anki l-atti ta' leġiżlazzjoni ta' \"hard law\", bħal-liġijiet u r-regolamenti, jistgħu jipproduċu liġijiet ta' \"soft law\" meta jagħżlu li jimponu fuq ir-riċevitur obbligi bla rabta fuq il-livell ġuridiku (\"soft obligation\").", "Ir-raġuni għar-rikors għal regoli bħal dawn tista' tkun il-bżonn li tinħoloq dixxiplina flessibbli, li tadatta ruħha għall-iżvilupp mgħaġġel ta' ċerti setturi tal-ħajja ekonomika jew soċjali, jew sabiex jinkludu fis-sitema tal-liġi liġijiet ta' \"soft law\" maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Wieħed jista' jdaħħal fil-kunċett ta' soft law anki l-\"lex mercatoria\", jiġifieri dak il-korp ta' regoli maħluq mill-komunità tal-kummerċjanti għall-eżiġenzi tal-kummerċ internazzjonali.", "Dawn huma regoli ta' oriġini diversi, li twieldu l-aktar mill-prassi, b'mod partikolari dik li toħroġ mid-deċiżjonijiet ta' ċerti kmamar internazzjonali importanti tal-arbitraġġ), li iżda, in-natura tagħhom, hija kontroversa ħafna, tant li hemm min saħansitra jiċħad li jeżistu.", "Il-bijoetika hi qasam li fih is-\"soft law\" għandha rwol rilevanti.", "Id-dikjarazzjonijiet internazzjonali prinċipali f'dal-qasam (Il-Kodiċi ta' Nurimberga, id-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, ir-Rapport ta' Belmont, il-Prinċipji ta' Barċellona eċċ.) jagħtu punt ta' riferiment komuni li jindirizza u jistimula d-dibattitu fil-qasam tal-etika; huma wkoll opportunità biex jiġu adottati standards fil-pajjiżi fejn qabel fil-qasam ma kienx hemm dixxiplina.", "L-UNESCO kienet minn ta' quddiem fl-iżvilupp ta' standards internazzjonali bl-għan li jinkuraġġixxu u jmexxu lill-Istati Membri tal-Ġnus Magħquda biex jiżguraw li l-attivitajiet bijomediċi jitmexxew bir-rispett kollu lejn id-dinjità tal-bniedem u l-jeddijiet invjolabbli tiegħu.", "Skont xi awturi is-\"soft law\" kellha rwol importanti fir-regolazzjoni ta' dawn il-jeddijiet u għenet biex ikun hemm viżjoni globali tar-rispett u l-ħarsien tagħhom."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16773", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16773", "title": "Kardinal", "text": ["Kardinal", "Kardinal tal-Knisja Kattolika huwa prelat, magħżul direttament mill-isqof ta' Ruma (il-Papa) biex ikun kollaboratur dirett tiegħu fil-funzjoni tiegħu ta' ragħaj tal-Knisja Kattolika.", "M'hemm l-ebda kriterju speċifiku biex isqof jew saċerdot jintagħżel biex isir kardinal.", "Hija prerogattiva tal-Papa.", "Minkejja li hemm klawsoli sħaħ fil-liġi kanonika dwar il-ħatra tal-kardinali, kollox hu bbażat fuq l-għażliet li jkun għamel il-Papa nnifsu u l-klawsoli jipprovdu biss għad-dmirijiet u drittijiet li jkollhom il-kardinali wara li jagħżilhom u jaħtarhom il-Papa.", "Kull Papa kien kardinal sal-jum li l-konklavi eleġġih Papa.", "Għalhekk irid jara li minn żmien għal żmien l-għadd ta' kardinali jkun adattat u mqassam b'mod li jirrappreżenta firxa wiesgħa mid-dinja kattolika biex jagħżel suċċessur għal meta jmut hu.", "Ma jeżistix perjodu preċiż meta Papa għandu jaħtar kardinali ġodda.", "Il-Papa jaf li jrid jimxi ma' dak li kien deċiż fil-5 ta' Novembru 1973 minn Papa Pawlu VI li l-massimu ta' kardinali biex jagħżlu Papa ġdid ikun ta' 120 (Acta Apostolicae Sedis, 1973, Vol.", "LXV, p. 163).", "Fit-22 ta' Frar 1996 Ġwanni Pawlu II ikkonferma dan il-massimu (Universi Dominici Gregis).", "Ġwanni Pawlu II kien ħatar b'kollox 231 kardinal ġdid.", "Ir-raba' u l-aħħar Konċistorju pubbliku ta'Papa Benedittu XVI sar fit-18 ta' Frar 2012.", "Bih l-għadd ta' Kardinali eletturi, jiġifieri l-għadd ta' dawk il-Kardinali li jkunu jistgħu jieħdu sehem f'konklavi biex jeleġġu Papa ġdid se jkun ta' 125.", "Kemm ilu elett Papa seba' snin ilu, Benedittu XVI innomina b'kollox 68 Kardinali eletturi, anki jekk tlieta minnhom diġà tilfu l-jedd li jivvutaw f'konklavi minħabba li qabżu t-80 sena, waqt li tnejn oħra mietu.", "Skont il-kodiċi tal-liġi tal-knisja, (Can.", "351) Papa jista' jaħtar lil min jidhirlu hu minn fost il-kleru u li fl-opinjoni nfurmata tiegħu jkun denju għall-ħajja eżemplari, għerf, duttrina, virtujiet u prudenza li juri b'mod prattiku.", "Jekk ikun għadu qassis jew patri jkollu jkun ordnat isqof malli jsir kardinal.", "F'dan is-sens il-Papa ma jħarisx biss lejn dawk li jkunu diġà qegħdin iservu bħala isqfijiet, imma wkoll oħrajn li jkunu qegħdin jiddistingwu ruħhom fil-qasam li fih ikunu qegħdin iservu lill-knisja f'pajjiżhom jew fid-dinja.", "Bil-mezzi avvanzati tal-komunikazzjoni u biż-żjarat spissi f'kontinenti oħra, illum il-Papa għandu għarfien iktar dirett dwar dawk li jistħoqqilhom ikunu fost dawk li jagħżlu lil dak li jinħatar warajh!", "Dawk li jkunu diġà qegħdin imexxu xi waħda mill-kongregazzjonijiet tal-Kurja Rumana jew kummissjonijiet speċjali u permananeti maħturin mill-Papa, ġeneralment jinħatru wkoll bħala kardinali.", "Dawn ikunu residenti f'Ruma stess u, skont it-Trattat tal-Lateran tal-1929 (art.", "21) jitqiesu bħala ċittadini tal-Vatikan.", "Hemm imbagħad ħafna kardinali oħra li jkunu wkoll isqfijiet djoċesani f'artijiet madwar il-kontinenti kollha.", "Dawn l-isqfijiet jinħatru kardinali jew tkun saret drawwa li l-isqof tat-tali belt magħrufa jkun ukoll kardinal, jew għax bħala persuni jkollhom merti kbar.", "Jidher ukoll li, kif jaħsbu ħafna osservaturi attenti, ikun hemm xi polemiċi jew kontroversji f'dawk il-pajjiżi bejn il-Knisja u l-Istat u allura l-Papa jidhirlu li għandu jagħti spinta lill-isqof tal-post ħalli jidher iktar b'saħħtu f'għajnejn in-nies kollha f'dak il-pajjiż.", "F'dan is-sens, infatti, fis-snin sittin, fi żmien il-kwistjoni Politiko-Reliġjuża, kien hawn għidut li l-arċisqof Mikiel Gonzi jista' jsir kardinal, ħaġa li ma seħħitx.", "L-istess ġara fl-2010 meta kien hawn għidut li l-arċisqof Pawlu Cremona jista' jsir kardinal fi żmien il-kwistjoni tar-referendum tad-divorzju.", "Kien hemm każi wkoll fejn Papa jista' jaħtar kardinal bla ma jxandar ismu – jinżamm 'in pectore', f'qalbu.", "Dan jagħmlu minħabba ċirkostanzi fejn ħa-ra bħal din tista' tpoġġi l-ħajja tal-'kardinal ġdid' f'periklu minħabba l-ebusija għall-knisja lokali min-naħa tal-Istat, bħal meta l-Papa xtaq jaħtar kardinali fiċ-Ċina jew pajjiżi oħra fejn il-knisja tgħix ħajja iebsa.", "Il-Kardinali jiffurmaw dak li jissejjaħ il-Kulleġġ tal-Kardinali li jaf il-bidu tiegħu fis-sena 1150 u sal-15-il seklu ma kienx jilħaq iktar minn tletin u kien ikun magħmul minn uħud bit-titlu ta' kardinal imma li ma jkunux isqfijiet.", "Maż-żmien l-għadd kompla jikber sakemm fil-15 ta' April 1962 il-Papa Ġwanni XXIII ordna li l-kardinali kellhom ikunu kollha isqfijiet (Motu Proprio 'Cum gravissima').", "Skont il-Kanoni 351 tal-Liġi Kanonika, jew il-Liġi tal-Knisja, biex wieħed ikun nominat Kardinal, irid ikun almenu presbiteru.", "L-istess Kanoni jgħid li dawk nominati Kardinali, \"jekk ma jkunux diġà Isqfijiet, iridu jirċievu l-ordinazzjoni Episkopali\".", "Madankollu, presbiteru li jkun nominat Kardinal jista' jitlob dispensa lill-Papa biex ma jkunx ordnat Arċisqof.", "Fost il-Kardinali riċenti li ma rċevewx l-ordinazzjoni Episkopali meta kienu nominati Kardinali, kien hemm il-Kardinal Urbano Navarrete Cortés SJ, għal ħafna snin professur tal-Liġi Kanonika fl-Università Gregoriana, f'Ruma.", "Il-Kardinal Navarrete Cortés miet f'Novembru 2010.", "Fil-21 ta' Novembru 1970, Pawlu VI kien iddeċieda li malli kardinal jagħlaq tmenin sena ma jkunx jista' iktar jieħu sehem fil-konklavi u għalhekk ma jkunx jista' jkun elett Papa (Motu Proprio 'Ingravescentem aetatem').", "Dan jinħass ftit kontrastanti mal-fatt li l-isqfijiet djoċesani huma mitlubin joffru r-riżenja tagħhom meta jagħlqu 75 sena, imbagħad jiddeċiedi l-Papa jekk jaċċettahiex jew le.", "Madankollu, kardinali li jmexxu l-kongregazzjonijiet (dipartimenti) fil-Vatikan iridu wkoll joffru r-riżenja tagħhom meta jagħlqu 75, imma jibqgħu eletturi jew eleġibbli fil-konklavi sa ma jagħlqu 80.", "Il-kulleġġ tal-kardinali hu magħmul ukoll minn uħud f'karigi speċifiċi.", "Id-dekan, l-iktar wieħed anzjan fil-kariga, ikun dak li jordna lill-Papa ġdid, waqt li l-kardinal djaknu jħabbar l-isem tal-Papa l-ġdid.", "Il-kardinal 'camerlengo' jmexxi l-funzjonijiet wara li jmut Papa sakemm jinħatar ieħor.", "Ikun speċi ta' amministratur ewlieni imma biss f'affarijiet ta' kuljum mingħajr ebda jedd li jordna regoli ġodda.", "Il-kardinali kollha huma mistennija li jgħinu lill-Papa b'mod kolleġġjali fit-tmexxija tal-Knisja universali u jitqiesu bħala konsulenti tiegħu (Can.", "353).", "Jitlaqqgħu flimkien mill-Papa skont il-ħtieġa f'laqgħat apposta, imsejħin 'konċistorju' (privat jew pubbliku, ordinarju jew straordinarju) fejn il-Papa jaqsam magħhom ideat jew deċizjonijiet li jkun irid jieħu dwar materji speċjali ta' duttrina jew riformi.", "Issir ukoll konsultazzjoni dwar ħatriet jew trasferimenti ta' isqfijiet, twaqqif ta' djoċesijiet ġodda u tlaqqiegħ ta' sinodi jew konċilji.", "Sal-1689, fi żmien Innoċenz XI laqgħat bħal dawn kienu jsiru kull xahar, imma maż-żmien bdew isiru biss meta jkun meħtieġ.", "F'dawn il-konċistorji l-Papa jista' wkoll iniedi l-ismijiet u l-merti tal-kardinali ġodda li jkollu ħsieb jaħtar.", "F'konċistorju 'ordinarju' jattendu kardinali li jkunu joqogħdu jew jaħdmu f'Ruma jew fil-Vatikan, waqt li l-kardinali mid-dinja kollha jkunu mistiedna għal konċistorji 'straordinarji'.", "F'dawk pubbliċi jistgħu jkunu mistiedna nies oħra, inklużi l-ambaxxaturi għall-Vatikan.", "Il-lewn formali tal-ilbies tal-kardinali hu distint minn dak tal-isqfijiet.", "Kardinal jilbes kollox aħmar waqt li isqof jilbes vjola (paonazzo).", "Il-kulur aħmar jissimbolizza d-disponibiltà tal-kardinal li jxerred demmu għal Kristu.", "Kardinal jista' wkoll jintbagħat mill-Papa bħala Legat (mibgħut) tiegħu f'pajjiżi mbegħda biex jippresiedi f'ismu għal xi ġrajja speċjali għall-knisja lokali – bħal meta kellna fostna lill-Kardinal Muench fl-1960 għaċ-ċentinarju Pawlin.", "Ir-rit tal-ħolqien tal-Kardinali l-ġodda isir waqt konċelebrazzjoni ewkaristika mmexxija mill-Papa, u jibda eżattament wara l-qari tal-Evanġelju.", "Ir-rit jibda billi l-Papa jelenka l-ismijiet ta' dawk li jkunu se jinħatru Kardinali.", "Wara dawn jagħmlu l-Professjoni tal-Fidi u jwiegħdu fedeltà u ubbidjenza lejn il-Papa u s-suċċessuri tiegħu.", "Wara din il-Professjoni ta' Fidi, Kardinal wara l-ieħor jinżlu għarkobbtejhom quddiem il-Papa biex dan jagħtihom il-karlotta, il-berettin ta' Kardinal u ċ-ċurkett.", "Iċ-ċurkett li jirċievu l-Kardinali fuq il-wiċċ tiegħu għandu replika tal-istatwi ta' San Pietru u San Pawl li jinsabu fil-faċċata tal-Bażilika tal-Vatikan.", "Iż-żewġ qaddisin pilastri tal-Knisja Kattolika jirrappreżentaw il-fidi u l-proklamazzjoni tal-missjoni tal-Knisja.", "Bejn iż-żewġ qaddisin hemm stilla bi tmiem ponot, riferenza ċara għall-Verġni Marija, skont l-ikonografija Nisranija.", "Fil-ġewwieni taċ-ċurkett, taħt il-wiċċ tiegħu, hemm l-istemma tal-Papa preżenti.", "Ir-rit ikompli billi l-Papa jassenja lil kull Kardinal knisja partikolari f'Ruma bħala sinjal tas-sehem li kull Kardinal hu mistenni li jkollu fil-ħidma pastorali tal-Papa bħala Arċisqof ta' Ruma.", "Il-Papa mbagħad jagħti lil kull Kardinal il-Bolla Kardinalizja u t-Titlu, waqt li jagħtihom ilkoll it-tgħanniqa tal-paċi.", "Il-Kardinali ġodda mbagħad jagħtu l-paċi lil xulxin u jieħdu l-post assenjat lilhom fuq il-presbiterju.", "Ir-rit tal-konċistorju tal-2012 saru xi tibdiliet fih bil-ħsieb li dan ikun aktar sempliċi.", "Stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan bid-data tal-10 ta' Jannar spjegat li meta kien qed iħejji dawn it-tibdiliet, l-Uffiċċju taċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Vatikan \"żamm mal-kriterju prinċipali li jingħata sfond liturġika lil proċess li minnu nnifsu ma jagħmilx parti mil-liturġija.", "\"Il-ħolqien ta' Kardinali ġodda għandu jkun inserit f'kuntest ta' talba, waqt li fl-istess żmien tkun evitata kull ħaġa li tista' tagħti l-idea ta' 'cardinalatial sacrament'.\"", "Dan għaliex storikament il-konċistorji qatt ma kienu kkunsidrati bħala parti mir-rit liturġiku, \"imma biss bħala laqgħa tal-Papa nnifsu mal-Kardinali, li jaqsmu miegħu t-tmexxija tal-Knisja\".", "It-tibdiliet fir-rit tal-ħolqien tal-Kardinali l-ġodda saru bl-approvazzjoni tal-Papa Benedittu XVI nnifsu.", "Fost l-aktar modifikazzjonijiet importanti, it-tliet fażijiet tar-rit inġiebu flimkien, jiġifieri dawk tat-tqegħid tal-berettin, l-għoti taċ-ċurkett u l-għotja tat-Titlu.", "Dwar it-tliet aspetti tar-rit, qabel ir-riforma tal-1969 li kien għamel il-Papa Pawlu VI, il-kappell l-aħmar ta' Kardinal kien jingħata waqt il-konċistorju 'pubbliku', li kien ikun segwit minn konċistorju 'privat' li matulu kien jingħata ċ-ċurkett u t-titlu lil kull Kardinal.", "Id-distinzjoni bejn konċistorju 'pubbliku' u 'privat' illum m'għadhiex teżisti.", "Dan wara li l-awtoritajiet tal-Knisja dehrilhom li jkun aktar koerenti li t-tliet fażijiet tar-rit tal-ħolqien tal-Kardinali l-ġodda jinġiebu flimkien f'rit wieħed.", "Tħalliet biss iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija tal-Papa mal-Kardinali l-ġodda, li tradizzjonalment kienet dejjem issir l-għada tal-konċistorju, kif fil-fatt sar fl-2012.", "Din tibda b'espressjoni ta' rispett u gratitudni lejn il-Papa li jagħmel wieħed mill-Kardinali l-ġodda f'isem il-Kardinali l-oħra.", "Fis-6 ta' Jannar 2012 f'Ruma, li l-Papa Benedittu XVI, wara l-Angelus ta' nofsinhar, ħabbar li kien se jlaqqa' Konċistorju biex jinnomina 22 membru ġdid tal-Kulleġġ tal-Kardinali, fosthom lill-Malti Prospero Grech.", "Il-Papa dakinhar iddeskriva lil Patri Prospero Grech OSA bħala \"professur emeritu ta' għadd ta' universitajiet Rumani u Konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi\".", "Patri Prospero huwa t-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja, wara li fis-seklu dsatax Malta kellha Kardinal ieħor, Fabrizio Sceberras Testaferrata, li kien nominat Kardinal mill-Papa Piju VII fil-Konċistorju tas-6 t'April 1818.", "Il-Kardinal Sceberras Testaferrata kien mill-Belt Valletta.", "Tul is-27 sena li dam Kardinal sal-mewt tiegħu f'Awwissu 1843, il-Kardinal Sceberras Testaferrata pparteċipa fi tliet konklavi li taw lill-Knisja tliet Papiet."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16786", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16786", "title": "Mariupol", "text": ["Mariupol", "Mariupol (Ukraina — Маріуполь, Ingliż — Mariupol) — hija belt fil-parti Ukrajna Southeastern, port fuq il-Baħar ta 'Azov.", "Mariupol tinsab fil-oblast Donetsk.", "Il-ċentru tal-belt storika tinsab fil-konfluwenza tal-xmajjar u Kalchik Kalmius fil-Baħar ta 'Azov.", "L-isem moderna ta '«Mariupol» ġej mill-kelma «poli» (bil-Grieg «Πόλη» — «belt») u tfisser «Belt ta' Marija» (fil-unur tal heiress għall-Fedorovna Maria tron).", "Mariupol twaqqfet fis-seklu 16 bħala post gwardja Cossack («zimovnik») imsejjaħ «Domakha», u aktar tard bħala fortizza Cossack imsejħa «Kalmius» (imsemmija wara xmara hawn jinsabu), bl 1611 isir iċ-ċentru amministrattiv tal-Kalmius \" Palanca \"- unità amministrattiva tal-Cossacks Ukraina.", "Fil 1774 territorju tal-belt moderna saret parti mill-Imperu Russu, skond Paċi Trattat ta 'Küçük Kaynarca.", "Fl-1778 hawn twaqqfet l-ewwel belt ta 'Donbass — PAVLOVSK, deher l-ewwel knisja.", "Sena wara l-gvern Russu Tsarist iddeċieda li jirrilokaw hawn 18,408 Griegi mill-Krimea, għaliex kienu oppressi mill-Tatars hemmhekk.", "Sistemazzjoni mill-ġdid Krimea tal-Griegi kienet immexxija mill-Injazju Metropolitan, li intitolat il-belt għal żmien twil wara.", "Minn Settembru 29, 1779 il-belt għandha isem kurrenti — Mariupol.", "Għal belt żmien twil kien post esklussiva tal-Griegi ta 'residenza, u żviluppat bħala ċentru ewlieni fil-kummerċ u tas-sajd.", "Fis-seklu 19 il-belt saret iċ-ċentru ta 'Mariupol uezd — unità amministrattiva ta' l-Imperu Russu.", "Fis-seklu dsatax tard kienu mibnija port (Awissu 29, 1889) u bil-ferrovija-triq (1882), li konnessi Mariupol mar-reġjuni ewlenin tal-pajjiż, bdiet tiżviluppa industrija tqila (il-pajp tal-pjanti «Nikopol-Mariupol soċjetà» nbniet fl- Fra 1, 1897, u l-impjant tal-ħadid u azzar «Russu Providence» nbniet fl-1899, issa dawn il-fabbriki tnejn huma parti mill Il'ič Ħadid u Azzar Xogħlijiet).", "Sa 1920 il-belt saret wieħed miċ-ċentri metallurġika akbar ta 'l-istat.", "Qawwa Sovjetika kien stabbilit fl Diċembru 30, 1917 fi rewwixta armata, iżda diżgrazzji kważi ebda.", "Minn Marzu 7, 1923 sa Frar 27, 1932 il-belt saret iċ-ċentru ta 'Mariupol Okrug — unità amministrattiva ta' l-SSR Ukraina u minn Lulju 17, 1932 saret parti mill-oblast Donetsk (qabel il-gwerra kienet imsejħa bi «Stalino oblast») .", "Matul il-perjodu Sovjetika fl-istorja tal Mariupol-belt żdied sew, popolazzjoni tal-belt żdied aktar minn għaxar darbiet, deher l-skyscrapers ewwel, it-trasport belt ta 'ġewwa (trammijiet u trolleys), industriji ġodda, inklużi metallurġiċi pjanti «AZOVSTAL» (Awissu 11, 1933), kokk u impjant kimiku «Markokhim» (Settembru 27, 1935) u bini tal-magna tal-pjanti «Azovmash» (April 28, 1958).", "Il-belt kienet telf ħafna bħala riżultat ta 'Holodomors 1921—1922, 1932—1933, 1946—1947, ripressjonijiet Stalin fl-1933 u 1937, il-ġenoċidju tal-poplu Grieg mill-NKVD fl-1937, u matul il-Tieni Gwerra Dinjija u l-Nazisti okkupazzjoni tal-belt 1941—1943.", "Madankollu, il-poplu ta 'Mariupol malajr reġgħu meqrud matul il-fabbriki tal-gwerra u kwarti residenzjali tal-belt.", "Minn Ottubru 22, 1948 biex Jan 13, 1989 il-belt kellha isem ġdid — Zhdanov (fil-unur tal-mexxej politiku Sovjetika).", "Issa Mariupol — iċ-ċentru industrijali akbar fil-Baċir Donets, belt hija l-akbar produttur ta 'ħadid fondut u azzar fil-pajjiż, hawn topera l-akbar bini tal-magna tal-pjanti fl-Ukraina.", "Hemm il-teatru drammatika, tliet mużewijiet, żewġ universitajiet, gazzetti u xandir tat-TV.", "Mariupol fl-aħħar deċennji huwa kontinwament jiffaċċjaw problemi ekoloġiċi u ekonomiċi.", "Il-popolazzjoni ta 'Mariupol hija 486,856 ruħ (2011), b'kont meħud tal-subborgi.", "Gruppi etniċi: Ukraini — madwar 48 %, Russu — 43 %, Griegi — 7 %, Belarusians, Lhud, Armeni, Bulgari u popli oħra.", "In-numru massimu tal-popolazzjoni — madwar 550,000 ruħ kienet osservata fl-1992.", "Il-maġġoranza assoluta (87 %) titkellem Russu, Ukrain lingwa juża inqas minn 10 % tal-popolazzjoni (kważi għalihom kollha jitkellmu «Surzhik» — taħlita ta 'lingwa Russa u Ukraini).", "Karatteristiċi distintivi tal-belt huma l-lingwa Griega lokali («Griegi Azov»): lingwa Rumaiic (Grieg Ellenika) u Urum lingwa (Grieg-Tatar).", "Madwar 2 % tal-popolazzjoni titkellem il-lingwa Griegi lokali.", "Il-belt għandha numru kbir ta 'intrapriżi industrijali kbar, inkluż l-intrapriża akbar fil-Donbass — Il'ič Ħadid u Azzar Xogħlijiet u Xogħlijiet Metallurgical «AZOVSTAL», ġgant bini tal-magna tal-pjanti «Azovmash» tarzna, kimika, kokk, l-ikel u l-industriji tat-tessuti.", "Il-kumpaniji tat-trasport akbar huma l-kummerċ bil-baħar port, ajruport, stazzjon tal-ferrovija, stazzjonijiet tax-xarabank u trasport bejn l-ibliet (tramm, trolley, xarabank, minibuses).", "Mariupol huwa maqsum f'erba amministrattivi nazzjonali raions «(reġjuni) b'popolazzjoni ta 'aktar minn 100,000 ruħ,» Zhovtnevy \"(reġjun ċentrali, l-akbar minn popolazzjoni), \" Illichivsky \"(imsemmija wara Illich), \" l Ordzhonikidzevsky \"(imsemmija wara Ordzhonikidze), «PRIMORSKY».", "Ukoll soluzzjonijiet lokali huma subordinati għad-awtoritajiet tal-belt: Sartana, Stary Krym u Talakovka.", "Ħajja ta 'Mariupol amministrat mill-kunsill Belt — parlament lokali, li jikkonsisti ta' 76 deputati.", "Il-kap tal-kunsill tal-belt Mariupol huwa l Sindku («Kap Belt»).", "Mill-1998 Sindku Mariupol huwa Yuri Khotlubey.", "In-numri assoluti ta 'deputati huma mill-politika tal-Partit tar-Reġjuni, hemm ukoll membri tal-partijiet Komunista, Soċjalisti u oħrajn ta' l-Ukraina.", "Downtown tikkonsisti prinċipalment ħames istorja bini, distretti residenzjali ġodda li huma mibnija bi djar ta 'għaxar jew tnax artijiet, jinsabu fil-periferija u' l bogħod mill-industrija.", "Nofs l-akkomodazzjoni ppreżentat ftit Manor storja waħda djar.", "A territorju kbar huwa jokkupa mill-intrapriżi industrijali.", "Mariupol hija waħda mill-ibliet l-aktar imniġġsa fl-Ukraina minħabba n-numru kbir ta 'gassijiet skartati industrijali u trab.", "Il-akbar sorsi ta 'tniġġis ta' l-ambjent huma impjanti metallurġiċi u kokk.", "Downtown jinsabu fil-mod tar-riħ mill-xogħlijiet metallurġiċi «AZOVSTAL», dak mibnija fl-1933 fil-qalba tal-belt fuq il-kosta tal-Baħar Azov.", "Barra minn hekk sors importanti ta 'tniġġis huwa eċċess ta' oġġetti perikolużi fil-port.", "Mariupol għandha żewġ universitajiet istat (Mariupol State University u Azov Teknika State University), l Azov Navali Istitut, madwar 60 skejjel, kulleġġi u skejjel tekniċi diversi.", "Il-belt għandha teatru drama Russu, lott ta 'teatri movie, ċentri ta' divertiment, ukoll tliet mużewijiet u swali tal-wiri.", "Huma prodotti għexieren ta 'gazzetti, hemm kumpaniji TV erba.", "Mariupol huwa ċentru sportiv fir-reġjun: skola qawwi tal-boxing, Grieg-Ruman lotta, hemm futbol, ​​water polo u timijiet tal-baskitbol li jipparteċipaw fil-kampjonati nazzjonali.", "L-attrazzjonijiet ewlenin tal-belt: Mariupol lokali istorja mużewijiet u Mariupol arti mużew (indirizz: Str Georgievskaya), il-park «Garden City», Luna Park «Extreme-Park» (indirizz: Metallurgov Av), swimming pool «Neptune» (indirizz : Metallurgov Av), kumplessi silġ «Iceberg» (indirizz: Petrovsky park), ski artifiċjali runs «Alaska», bajjiet urbani, l-torri ilma qodma (indirizz: Str Varganov), djar ma spires u l-teatru (Indirizz: teatrali sq.), il-kultura palazz «Molodyozhny» (indirizz: Str Harlampievskaya), il-bini tal-iskola teknika Industrijali (l-indirizz: Str Georgievskaya), grawnds «Illichivets», «AZOVSTAL» u oħrajn, monumenti ta 'Vladimir Vysotsky, Arkhip Kuindzhi (imwieled fl- Mariupol), Metropolitan Injazju, Taras Shevchenko u wkoll tempji Ortodossi u Musulmani.", "Riservi naturali Kamennye Mogily («Grave Stone») u isteppa Khomutovskaya («isteppa Khomutovo») man-flora lokali uniku u l-fawna huma qrib il-belt.", "Phone żona kodiċi +380629", "Telefon Pulizija — 102, kura medika telefon — 103, tat-telefon tas-servizz ta 'salvataġġ — 101, belt telefon amministrazzjoni — 332,240, telefon Grieg Konsulat — 345,384, telefon stazzjon tal-ferrovija — 334,217, telefon istazzjon tax-xarabank — 331,168, lukanda «Spartak» telefon — 331,088, lukanda «Ewropew» tat-telefon — 530373."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16794", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16794", "title": "La Liga", "text": ["La Liga", "La Liga jew Liga BBVA hija l-ogħla livell ta' futbol fi Spanja.", "Dan il-kampjonat huwa wieħed mill-aktar kampjonati kompetittivi.", "L-uniku timijiet li qatt ma ġew relegati kienu Barcelona, Real Madrid u Athletic Bilbao."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16799", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16799", "title": "Matthew Bartolo", "text": ["Matthew Bartolo", "Matthew Bartolo (Naxxar, 14 ta' Ġunju 1986) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab mat-tim ta' Qormi bħala midfilder, partikularment fuq il-linja.", "Ġeneralment juża' favurieh il-veloċità tiegħu sabiex jaqbeż plejers avversarji fuq il-linja.", "Beda il-karriera tiegħu ma' Hibernians, u lagħab ukoll ma' Sliema Wanderers."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16805", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16805", "title": "Charles Dickens", "text": ["Charles Dickens", "Charles John Huffam Dickens (7 ta' Frar tal-1812 – 9 ta' Ġunju 1870) kien awtur Ingliż, meqjus bħala l-akbar rumanzier tal-era Vittorjana u l-inventur ta' uħud mill-iktar karattri fil-letteratura Ingliża li baqgħu popolari sa żmienna.", "Xogħlijiet kisbu popolarità meta kien għadu ħaj, u hekk għadhom sal-lum.", "Iżda kien fis-seklu 20 li l-istudjużi u l-kritiċi għarfu l-merti tiegħu.", "Ħafna minn xogħlijietu kienu ppubblikati għall-ewwel darba f'serje darba fix-xahar, format ta' pubblikazzjoni li Dickens innifsu ppopolarizza.", "Kien jirrevedi l-istejjer u l-karattri skont ir-rispons tal-qarrejja.", "Għalhekk l-istejjer tiegħu għandhom ritmu partikulari, bi cliffhangers li jġiegħlu lill-qarrejja jistennew l-episodju li jmiss.", "Il-kitbiet ta' Dickens tfaħħru bil-kbir minn awturi kbar bħal Leo Tolstoy, George Orwell, u G. K. Chesterton għar-realiżmu tagħhom, komiċità, stil, karatterizzazzjoni unika, u kritika soċjali.", "\"Oliver Twist\", \"A Christmas Carol\", \"Great Expectations\", \"David Copperfield\", \"A Tale of Two Cities\", \"The Old Curiosity Shop\" u \"The Life and Adventures of Nicholas Nickelby\" huma biss uhud mix-xogħlijiet -forsi l-iktar popolari- ta' Charles Dickens, studjati matul is-snin minn eluf ta' tfal fuq il-bankijiet tal-iskola imma wkoll minn eluf oħra li raw film jew xogħol teatrali fosthom ukoll musicals ispirati mill-istejjer mill-iktar ħajja tal-kittieb Ingliż.", "Xogħlijietu huma meqjusin bħala għajta kbira soċjali kontra l-faqar u l-inġustizzji ta' dak iż-żmien, influwenzati mhux ftit mill-esperjenza diretta ta' Dickens tfajjel li ta' 12-il sena spiċċa waħdu, mingħajr familja, jaħdem f'fabbrika, meta familtu spiċċat il-ħabs, l-iktar minħabba d-dejn kbir li kien daħal għalih missieru.", "Esperjenzi li mmarkaw lit-tfajjel tant li huma riflessi ferm fil-kitbiet tiegħu li sal-lum nqalbu f'iktar minn 300 adattament għall-film jew għat-televiżjoni li min-naħa tagħhom rebħu wkoll diversi Oscars.", "Illum, id-dar li fiha għex għal sentejn - mhux wisq bogħod mill-istazzjon tal-underground Russel Square fiċ-ċentru ta' Londra - hi l-mużew li Charles Dickens ħalla bħala ikona ħajja ta' fejn kiteb għadd ta' manuskritti u minn fejn bdew is-suċċessi tal-karriera li żammitu fost il-pilastri tal-letteratura attwali anke sal-lum.", "Charles Dickens twieled f'familja ta' klassi baxxa, fejn riedet jew ma riditx, kellha tkun sfruttata mis-servi tal-poter.", "Il-paga ta' missier Dickens, li kien skrivan mal-flotta Ingliża, ma kienx biżżejjed biex imantni l-familja.", "Bħal ħafna oħrajn ta' żmienu, missier Dickens kien spiċċa jqatta' xi snin fil-ħabs ta' dawk li kellhom id-djun u ma ħallsuhomx.", "Kien għalhekk li l-awtur kellu jissospendi l-edukazzjoni tiegħu u ta' 12-il sena – bħal tfal oħrajn – ifittex impjieg anke jekk bi ftit flus.", "Dar diversi fabbriki, jew kif kien jissejħu f'dawk iż-żminijiet: djar tax-xogħol, fosthom fabbrika li għal sitt xhur sħaħ ta' kuljum kien ikollu joqgħod jibblakka ż-żraben.", "Dak li kellu jgħaddi minnu f'din l-età hekk żgħira, influwenza bil-kbir lil Dickens fil-mod li bih iħares lejn ix-xogħol u b'mod speċjali lejn il-flus.", "Wara li Dickens kien irnexxielu jkompli l-edukazzjoni tiegħu sab impjieg bħala ġurnalista tal-parlament.", "Grazzi għal dan ix-xogħol huwa seta' jkabbar aktar l-għarfien tiegħu fil-mod li bih il-politiċi ta' żmienu kienu jqisu l-kwistjonijiet soċjali.", "Grazzi għal dan l-għarfien Charles Dickens ippubblika l-ewwel minn serje ta' kitbiet.", "Kien fl-1837 li hu ppubblika l-ewwel rumanz tiegħu bl-isem ta' \"Pickwick Papers\".", "Fl-erba' snin ta' wara hu rnexxielu jippubblika xejn inqas minn ħames rumanzi oħra, l-aktar magħruf fosthom: \"Oliver Twist\".", "Dan ir-rumanz kien juri bl-aktar mod ċar id-diffikultajiet tal-familji, il-kundizzjonijiet tax-xogħol f'dawk il-fabbriki tal-bidu, kif ukoll l-intolleranza lejn il-ħaddiema mill-klassijiet diriġenti, kemm jekk industrijalisti kif ukoll politiċi.", "Interessanti ħafna huwa l-fatt li f'dan ir-rumanz Dickens jagħti idea ċara ta' x'kienet tfisser il-mobilità fid-dinja tax-xogħol.", "Fl-1842 Charles Dickens għamel l-ewwel minn żewġ vjaġġi fl-Istati Uniti.", "F'dan il-pajjiż il-kitbiet tiegħu kienu ferm popolari.", "Iżda minkejja l-ftaħir tas-suċċess tal-ħolma Amerikana, Charles Dickens wara l-ħames xhur li qatta' jgħix f'dak il-pajjiż, kien diżilluż bil-kbir mill-qerq tal-wegħdiet ta' x'toffri d-demokrazija Amerikana.", "Lejn l-aħħar ta' dik is-sena, wara l-esperjenzi li kellu, Dickens ippubblika l-ktieb \"American Notes,\" li fost affarijiet oħra jinkludi l-esperjenzi tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f'fabbrika tat-tessuti u l-kundizzjonijiet tas-skjavi.", "Għalkemm illum il-ġurnata Charles Dickens huwa magħruf għar-rumanz \"A Christmas Carol\", l-ewwel minn sensiela ta' rumanzi, dan ir-rumanz jinkludi kritika qawwija lejn is-soċjetà kif fil-perjodu tal-Milied tappella għall-karità kristjana u redenzjoni.", "Tul is-snin 40 Dickens kompla jaħdem bħala ġurnalist.", "Fl-istess ħin huwa ħoloq il-gazzetta \"London Daily News\" u fl-1850 beda jippubblika l-magazine ta' kull ġimgħa bl-isem ta' \"Household Words\".", "Kważi l-kitbiet kollha ta' Dickens qabel ma kienu ppubblikati f'kotba, kienu ppublikati f'faxxikli.", "Kien fil-magazine tiegħu li Dickens ippubblikat r-rumanz li kellu b'mod dirett juri u jattakka s-sitwazzjoni u l-kefrija tar-rivoluzzjoni industrijali: \"Hard Times\".", "F'dan ir-rumanz Dickens irnexxielu joħroġ id-differenzi bejn il-klassijiet soċjali.", "Fil-karattru ta' Mr Bounderby Dickens joħroġ il-krudeltà u l-isfruttament imwettaq mill-industrijalisti, filwaqt li fil-karattru ta' Stephen Blackpool il-kittieb juri l-onestà tal-ħaddiema u x-xewqa li jaħdmu u jkollhom kundizzjonijiet tajba.", "Biss Dickens għalkemm kien jissimpatizza mat-talbiet tal-ħaddiema kien ukoll jibża' mill-militanza u kien iżomm lura milli jagħti xi forma ta' alternattivi għal mod li bih kienu qegħdin jitmexxew il-fabbriki.", "Dickens kien jifhem li l-industrijalizzazzjoni kienet ir-riżultat ta' kapitaliżmu sfrenat.", "Kien jappella għall-aktar ħniena mal-ħaddiema.", "Iżda minħabba l-fatt li huwa għex fi snin li kienu għadhom qegħdin jirkupraw minn snin ta' gwerer kawża tar-rivoluzzjoni Franċiża, bħal ħafna oħrajn kien jibża' mill-konfrontazzjoni li kienet se tinħoloq biex il-ħaddiema jiksbu kundizzjonijiet aħjar.", "Minkejja dan, il-ħassieb u missier is-soċjaliżmu Karl Marx kien japprezza bil-qabda l-kitbiet ta' Dickens.", "F'\"Hard Times\", \"Bleak House\" u \"Little Dorrit\", Marx ra x'effetti kien qed ikollu l-kapitaliżmu fuq il-klassi tal-ħaddiema.", "Wieħed mir-rumanzi li jista' jitqies li hu attwali għal dak li qiegħdin ngħixu llum huwa proprju \"Little Dorrit\".", "Dan ir-rumanz jirrakkonta x'jiġri meta jisfaxxa l-imperu industrijali ta' Mr Merdle.", "L-effett ikun wieħed qerriedi fuq kull minn b'xi mod jew ieħor kien jiddependi fuqu, l-aktar il-ħaddiema.", "Interessanti hu l-fatt ta' frażi li kiteb Dickens stess fid-deskrizzjoni ta' dak li seħħ fl-isfaxxar tal-industrija ta' Merdle: 'It's nobody's fault', M'hu tort ta' ħadd.", "Frażi miktuba 155 sena ilu, li iżda tiddeskrivi l-atteġġament li qed ikollhom l-gvernijiet fi żminijietna għal dak li seħħ fil-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008 u tas-snin ta' wara.", "Wieħed jista' jinnota li l-gvernijiet mhumiex qegħdin jieħdu passi kontra min kien responsabbli għal din il-kriżi, iżda bħal żmien Dickens stess qed jisfurzaw lil klassi tal-ħaddiema biex tagħmel tajjeb għall-iżbalji u l-inkompetenza tal-industrijalisti.", "L-aħħar rumanz li Charles Dickens ippubblika qabel mewtu kien \"Our Mutual Friend\".", "Dan ir-rumanz jista' jitiqies li huwa wieħed iebes fil-mod li jiddeskrivi l-iżvilupp tal-qagħda soċjali ta' żmien Dickens.", "F'\"Our Mutual Friend\" Dickens juri kif ir-relazzjoni bejn il-persuni tispiċċa f'relazzjoni kapitalista, fejn anke ż-żibel jispiċċa jkollu l-valur monetarju tiegħu (Qisu kien jaf li xi darba jkun hemm il-ħsieb li tiddaħħal taxxa fuq iż-żibel jew li jinġabar u jinbiegħ.)", "Għalkemm Dickens bl-ebda mod ma jista' jitqies bħala xi kittieb rivoluzzjonarju, fis-sens politiku, irnexxielu jippreżenta lill-qarrejja tiegħu realtà li fiha l-ħaddiema kienu qegħdin jitkarrbu għal bidla.", "Din hija karba li anke llum qiegħda tinħass, f'dinja fejn qegħdin ikunu mnaqqra l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, bl-iskuża li l-ekonomija trid tirpilja mill-kriżi, u fl-istess ħin il-ħaddiema qegħdin ikollhom iħallsu aktar taxxi biex il-gvernijiet jgħinu lil min kien responsabbli għal din il-kriżi li ninsabu fiha.", "Il-biċentinarju ta' twelidu, fl-2012, tfakkar b'għożża minn ħafna qarrejja ta' kitbietu, fosthom ukoll is-search engine Google li għall-okkażjoni biddlet il-paġna inizjali.", "F'Malta, f'Marzu 2012, id-Dar tal-Pubblikazzjoni tal-Partit Laburista, SKS, fakkret il-200 sena mit-twelid ta' Charles Dic­kens b'espożizzjoni ta' dokumenti awtentiċi tal-kittieb Ingliż.", "Fost l-esebiti kien hemm il-firma oriġinali ta' Charles Dic­kens, edizzjonijiet antiki u rari ta' rumanzi ta' Charles Dic­kens u t-traduzzjoni Maltija ta' \"A Tale of Two Cities\" mik­tuba bl-idejn fuq pitazz li Karmenu Vassallo kien qaleb għall-Malti fl-1950 u ippubb­likah bl-isem ta' \"Ġrajja Ta' Żewgt Ibliet\".", "Il-firma ta' Charles Dickens tinsab fl-aħ­ħar paġna tal-ewwel edizzjoni tar-rumanz \"Hard Times\" li Dickens kiteb fl-1863.", "SKS nidiet l-edizzjoni ġdida ta' \"Ġrajja Ta' Żewgt Ibliet\" bl-illustrazzjonijiet oriġinali li kienu dehru mar-rumanz li Dickens kien kiteb fl-1859.", "L-edizzjoni għandha \"Kelm­­tejn Tal-Aħħar\" ta' Joe Mical­lef Stafrace.", "Anton Cassar, Ċer­men tal-SKS qal li din id-Dar tal-Pubblikazzjoni ħasset li għandha tfakkar il-biċentinar­ju tat-twelid ta' Charles Dickens b'rikonixximent għall-ħila letterarja tal-awtur u l-im­penn tiegħu favur ir-riforma soċjali.", "Is-Sur Cassar ippreżenta kopja tar-rumanz lil Oliver Paul Vassallo, iben Karmenu Vassallo, li attenda għat-tnedija tal-es­pożizzjoni.", "Din l-espożizzjoni t­tellgħet fil-foyer taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista bil-kollaborazzjoni ta' kollezzjonisti privati u tal-Bib­ljoteka Nazzjonali.", "Kien esebit pitazz li fuqu Karmenu Vassallo kien beda jaqleb ir-ru­manz għall-Malti fl-1948.", "Vas­sallo dam 30 xahar jaħdem fuq din it-traduzzjoni.", "Hemm ukoll għall-wiri l-ewwel (1950) u t-tieni edizzjoni (1981) ta' \"Ġrajja Ta' Żewġ Ibliet\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16807", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16807", "title": "Loreen", "text": ["Loreen", "Lorine Zineb Nora Talhaoui, magħrufa wkoll bħala Loreen (Stokkolma, 16 ta' Ottubru 1983) hija kantanta pop u produttriċi tal-mużika Żvediża ta' dixxendenza Marokkina.", "Hi rebħet id-dritt li tirrapreżenta lill-Iżvezja fil-Festival tal-Eurovision 2012 bil-kanzunetta \"Euphoria\".", "Billi kienet interessata li sir mużiċista, ħadet parti f' \"Idol 2004\", kompetizzjoni tat-televiżjoni, u spiċċat fir-4 post ġenerali.", "Il-sena ta' wara ħarġet l-ewwel kanzunetta tagħha, \"The Snake\", mal-banda Rob'n'Raz u saret preżentatriċi televiżiva fuq TV400.", "Hija taħdem bħala produttriċi u direttriċi għal diversi wirjiet tat-televiżjoni Żvediża.", "Fl-2011 ħarġet diska \"My Heart Is Refusing Me\" b'suċċess kummerċjali fl-Iżvezja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16813", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16813", "title": "Peter Serracino Inglott", "text": ["Peter Serracino Inglott", "Il-Professur Fr.Peter Serracino Inglott, magħruf sempliċiment bħala \"Father Peter\", (Valletta, 26 t'April, 1936 - 16 ta' Marzu, 2012) kien saċerdot, filosfu, lettur internazzjonali u eks-Rettur tal-Università ta' Malta.", "Deskritt bħala bniedem intelliġenti ħafna, viżjunarju kbir, u mimli tjubija, huwa kien attiv f'movimenti Kattoliċi, u kien ċentrali fir-rikostruzzjoni tas-sistema edukattiva Maltija.", "Bin Oscar u Maria Calamatta, Serracino Inglott kien ordnat qassis f'Milan fl-1962 minn Kardinal Montini li aktar 'il quddiem ġie proklamat Papa Pawlu VI.", "Bejn l-1987 u l-1988, u mill-1 ta' Lulju 1991 sa meta rtira fl-1996, hu serva bħala Rettur tal-Università ta' Malta.", "Hu mexxa t-tibdil kbir u fetaħ l-Universita' għall-kotra.", "Fil-kitba tiegħu kien hemm esplorazzjoni sħiħa fil-valutazzjoni artistika tax-xogħol letterarju.", "Kien hemm fuq kollox proċess filosofiku.", "Hu studja f'Malta, Pariġi, u Oxford fejn kien Rhodes Scholar u rebaħ il-Premju tal-Kanċillier għall-Ingliż.", "Studja fl-Institut Catholique de Paris (BD cum laude 1958-1960) u fl-Università Cattolica del Sacro Cuore (Ph.D. 1960-1963) b'teżi fuq it-\"Tractatus Logico-Philosophicus\" ta' Wittgenstein.", "Għallem il-filosofija f'Malta, Ottawa, Venezja u Milan.", "Kien membru ta' diversi korpi internazzjonali u ppublika ħafna artikli fuq l-arti u l-kultura Maltija, l-estetika u r-reliġjon, u fuq il-fruntieri bejn il-filosofija u x-xjenzi soċjali.", "F'ħajtu kellu diversi pożizzjonijiet għolja.", "Sena wara li nħatar qassis, jiġifieri fl-1963 kien Librar fl-Universita' ta' Malta u sentejn wara beda jgħallem il-Filosofija.", "Imbaghad fl-1971 laħaq Professur u Kap tad-Dipartiment tal-Filosofija.", "Serva wkoll bħala Dekan tal-Fakulta' tal-Arti.", "Flimkien ma' Professur Salvino Busuttil fl-1974 waqqaf il-European Documentation Centre fil-Belt Valletta.", "Kien iċ-Chairman tiegħu meta fl-1992 sar il-European Documentation and Research Centre, fejn ħadem mill-qrib mal-Professur Roderick Pace.", "Fl-1978 laħaq Direttur tal-Istitut tal-Filosofija u l-Istudji umani.", "Kien ukoll Professur fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta' Malta.", "Serracino Inglott kien professur tal-estetika fl-Instituto Internazionale di Arte e Liturgia ta' Milan, \"visiting professor\" fl-Università ta' Pariġi II (Sorbonne – Pantheon) (1989-1990), UNESCO Fellow fl-Open University, UK (1978) u \"guest lecturer\" fl-universitajiet ta' Cincinnati, Milan (Cattolica), Venezja (Ca Foscari), Palermo u l-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges (1989, 1990).", "Għal disa' snin bejn l-1987 u l-1996 serva bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.", "Fl-istess snin kien ukoll Konsulent tal-Prim Ministru ta' Malta ta' dak iż-żmien Eddie Fenech Adami.", "Reġa' serva bħala Konsulent bejn l-1998 u l-2004.", "Minkejja dan f'mewtu, Joseph Muscat, il-Mexxej tal-Partit Laburista stqarr li \"l-Professur Peter Serracino Inglott kien protagonist ewlieni tal-ħajja intellettwali ta' pajjiżna għall-kważi nofs seklu.", "Għamilna għażliet politiċi differenti minn xulxin iżda ir-rispett u l-istima tagħna lejh bħala bniedem, bħala studjuż, bħala saċerdot, u bħala Malti li ħabb lill-pajjiżu, kienu għoljin ħafna.", "Minkejja dawn l-għażliet, kien hemm art komuni ta' soċjetà aktar ġusta, aktar tolleranti u aktar miftuħa.", "F'ismi, f'isem marti Michelle, il-familja tiegħi u l-Partit Laburista nesprimi s-sogħba tagħna għat-telfa ta' dan l-intelletwali ewlieni Malti.\"", "Il-filosofija ta' Fr Peter dejjem poġġiet lill-bniedem sħiħ fil-qalba ta' kull azzjoni politika f'dak li hu kien isejjaħ \"il-primat tal-bniedem\".", "Bħala saċerdot u studjuż, dejjem fittex li jlaqqa' flimkien it-tiftix razzjonali mat-twemmin.", "Għalih, \"l-iskoperta ta' Alla qiegħda fl-istħarriġ fil-fond, b'mod speċjali tal-ħolqien, u dan jiġi biss mill-istudju\".", "Il-kontribut ta' Fr Peter kien wieħed fl-aqwa sens ta' dak li hu politiku, jiġifieri l-politika bħala mezz li jittraduċi ħsieb u valuri f'azzjoni prattika favur in-nies u l-familji biex dawn jilħqu l-milja tagħhom.", "Fost il-kontributi kbar ta' Fr Peter hemm l-impenn tiegħu fil-qasam soċjali, edukattiv, kulturali u artistiku.", "Bħala bniedem li ħabb l-għerf kien iddikjara li jixtieq li \"l-Università ssir id-dar tal-poplu kollu\" u wara l-1987 dan wettqu meta nebbaħ u mexxa r-riformi edukattivi li rrivoluzzjonaw dan il-qasam u fetħu beraħ il-bibien tal-Università u ta' istituzzjonijiet edukattivi oħrajn għal kulħadd.", "Bħala Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija saħaq fuq il-bżonn li Malta tkun fuq quddiem nett fil-qasam tal-iżviluppi teknoloġiċi.", "Kontribut ieħor tiegħu kien dwar is-soċjetà tal-wens, li fiha l-bniedem ma jkunx il-klijent tal-Istat iżda jkun il-qalba ta' sistema sħiħa li tinkludi l-familja, il-privat u l-volontarjat f'soċjetà li tagħti sedqa u dinjità lil kull persuna.", "Fr Peter jibqa' msemmi kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna għall-kontribut li ta fil-qasam soċjali, edukattiv, kuturali u artistiku, iżda fuq kollox jibqa' mfakkar għall-umiltà tiegħu u għal kemm kien aċċessibli għal kulħadd.", "Fl-aħħar ftit xhur ta' ħajtu, hu beda jsoffri mill-marda \"Creuzfeldt-Jakob\".", "Il-funeral tiegħu sar fit-23 ta' Marzu 2012, wara li tpoġġa għall-qima tal-pubbliku, l-ewwel fuq il-kampus tal-Universita', u aktar tard il-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt.", "Il-quddiesa presente catavere saret fil-Knisja ta' San Pawl il-Belt stess, wara korteo li telaq mill-Knisja tal-Ġiżwiti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16842", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16842", "title": "Youddiph", "text": ["Youddiph", "Maria Lvovna Katz (bir-Russu: Мария Львовна Кац) (Moska, 23 ta' Jannar 1973) hi kantanta Russa li ħadet sehem fil-Festival tal-Eurovision 1994 li sar f'Dublin, fit-Irlanda."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16843", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16843", "title": "Santa Katerina ta' Siena", "text": ["Santa Katerina ta' Siena", "Santa Katerina ta' Siena (Siena 1347 – Ruma 1380) hija qaddisa tal-Knisja Kattolika bit-titlu ta' Verġni u Duttur tal-Knisja.", "Kienet l-iżgħar fost il-ħamsa u għoxrin wild tal-familja Benincasa.", "Ta' tmintax-il sena, ikkonsagrat lilha nnifisha 'l Alla, u daħlet Terzjarja San Duminku, u mal-ħajja kontemplattiva ta' meditazzjoni u talb, bdiet ħajja l-aktar attiva, billi bdiet tmur fl-isptarijiet iddur bil-morda, u bix-xjuħ u tgħin lil kull min setgħet.", "Kienet tmur ukoll fil-ħabsijiet, u tkellem speċjalment lil dawk li kienu jkunu kkundannati għall-mewt.", "Fl-epidemija tal-pesta, fl-1374, kienet tieħu ħsieb lil dawk li kienu jimirdu, iddur bihom u tgħinhom, u ġie li anke difnithom hi stess meta mietu.", "Ħadmet u għenet ħafna L-Knisja meta kienet għaddejja minn wieħed miż-żminijiet tqal tagħha.", "Fl-1377, ikkonvinċiet lill-Papa Girgor XI biex iħalli Avignon, Franza u jmur Ruma.", "Ġara li meta miet, floku ġie elett il-Papa Urbanu VI f'Ruma, u f'Avignon ġie elett Papa ieħor bl-isem ta' Klement VII, u warajh Benedittu XIII, li għal xi żmien kien appoġġat minn Vinċenz Ferrer, sakemm fl-1414, il-Konċilju ta' Kostanza saħaq li Benedittu XIII għandu jirriżenja, u fl-1416, iddepożitah.", "Hi ħadmet bla heda biex tara l-Knisja magħquda mal-Papa leġittimu Urbanu VI.", "Santa Katerina kitbet id-\"Djalogu\", ktieb li jikkonsisti fi djalogi bejn Alla u r-ruħ; madwar erbaq' mitt ittra lill-Papiet, mexxejja ta' pajjiżi u nies prominenti, li juru l-fond ta' l-ispiritwalita' u tal-għerf tagħha; u kitbiet oħrajn.", "Tliet xhur qabel mietet, mardet u sofriet ħafna.", "Kellha devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija, u kellha wkoll l-uġigħ ta' l-istigmata.", "Mietet fid-29 ta' April 1380, f'Ruma, meta kellha 33 sena.", "Il-Papa Pawlu VI fl-4 ta' Ottubru 1970 iddikjaraha \"Duttur tal-Knisja\" flimkien ma Tereża t'Ávila.", "Il-festa tagħha ssir fid-29 t'April."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16848", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16848", "title": "Rafael Correa", "text": ["Rafael Correa", "Rafael Vicente Correa Delgado (Guayaquil, 6 ta' April 1963) huwa politiku Ekwadorjan.", "Wara l-istudji fl-ekonomija, li saru f'pajjiżu, il-Belġju u fl-Istati Uniti, fl-2005 ġie maħtur bħala Ministru tal-Finanzi tal-Ekwador.", "Bir-rebħa fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-2006, minn nhar il-15 ta' Jannar 2007 beda jkopri l-irwol ta' President tar-Repubblika u reġa' ġie kkonfermat fl-2009."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16854", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16854", "title": "Alla Pugacheva", "text": ["Alla Pugacheva", "Alla Borisovna Pugacheva (bir-Russu: Алла Борисовна Пугачёва) (Moska, 15 ta' April 1949) hi kantanta Russa li ħadet sehem fil-Festival tal-Eurovision 1997 li sar f'Dublin, fit-Irlanda."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16864", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16864", "title": "Oliver Twist", "text": ["Oliver Twist", "Oliver Twist, magħruf ukoll bħala \"The Parish Boy's Progress\", huwa t-tieni rumanz tal-awtur Ingliż Charles Dickens, ipubblikat fl-1838.", "L-istorja hija fuq tifel iltim Oliver Twist, li jgħix ħajja miżerabbli f'ospizju tal-fqar u mbagħad imur jaħdem ma' bokkamort.", "Jaħrab u jivjaġġa sa Londra fejn jiltaqa' mal-Artful Dodger, mexxej ta' klikka ta' tfal \"pickpockets\".", "Oliver jittieħed fil-moħba tal-għalliem adult tagħhom Fagin, bla ma jinduna bl-attivitajiet illegali tagħhom.", "Il-ktieb jesponi t-trattament kiefer tat-tfal abbandunati f'Londra fl-era ta' Dickens.", "Huwa eżempju bikri ta' rumanz soċjali, u jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku fuq ħwejjeġ ħżienu ta' dak iż-żmien bħal-Liġi tal-Foqra, tfal jaħdmu u tfal fil-kriminalità, id-diffikultajiet tal-familji, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-fabbriki tal-bidu, kif ukoll l-intolleranza lejn il-ħaddiema mill-klassijiet diriġenti, kemm jekk industrijalisti kif ukoll politiċi.", "Interessanti ħafna huwa l-fatt li f'dan ir-rumanz Dickens jagħti idea ċara ta' x'kienet tfisser il-mobilità fid-dinja tax-xogħol.", "Dickens jirredikola l-ipokresija ta' żmienu b'sarkażmu u umoriżmu iswed.", "Ir-rumanz seta' kien ispirat mill-ġrajja ta' Robert Blincoe, tifel iltim li t-tbatijiet tiegħu fil-mitħna tal-qoton kienet popolari ħafna fis-snin tletin tas-seklu dsatax.", "Kien ukoll influwenzat mhux ftit mill-esperjenza diretta ta' Dickens tfajjel li ta' 12-il sena spiċċa waħdu, mingħajr familja, jaħdem f'fabbrika, meta familtu spiċċat il-ħabs, l-iktar minħabba d-dejn kbir li kien daħal għalih missieru.", "F\"'Oliver Twist\", Dickens iħallat ir-realiżmu u s-satira biex jiddeskrivi l-effett tal-industrijalizzazzjoni tal-Ingilterra tas-seklu dsatax u jikkritika il-liġijiet ħorox kontra l-foqra.", "Oliver, tifel innoċenti, jinqabad f'dinja fejn l-uniċi għażliet li għandu huma l-ospizju tal-fqar, il-klikka ta' Fagin, il-ħabs, jew mewt bikrija.", "Iżda f'nofs il-korruzzjoni u d-degrad, Oliver jibqa' tifel qalbu safja; jibqa' 'l bogħod mill-ħażen minkejja li dawk ta' madwaru jogħdsu fih, u fl-aħħar jieħu l-premju tiegħu — jgħix ħajja paċifika fil-kampanja mdawwar bi ħbieb qalbhom tajba."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16865", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16865", "title": "Hugo (film)", "text": ["Hugo (film)", "Hugo huwa film tal-avventura Amerikan tal-2011, 3D ibbażat fuq ir-rumanz ta' Brian Selznick \"The Invention of Hugo Cabret\" dwar tifel li kien jgħix waħdu fi stazzjon tal-ferrovija f'Pariġi.", "Il-film kien dirett minn Martin Scorsese u miktub minn John Logan.", "Koprodott minn \"GK Films\" ta' Graham King u \"Infinitum Nihil\" ta' Johnny Depp.", "Fil-partijiet ewlenin, Asa Butterfield, Chloë Grace Moretz, Ben Kingsley, Sacha Baron Cohen, Helen McCrory, Ray Winstone, Emily Mortimer, Jude Law u Christopher Lee.", "Il-film irċieva riċensjonijiet tajbin ħafna, b'ħafna mill-kritiċi jfaħħru l-viżwal, ir-reċtar u d-direzzjoni.", "Xi uħud sejħulu l-aqwa film 3D tad-deċennju.", "Fl-84 Academy Awards, \"Hugo\" rċieva ħames Oscars — għal Best Cinematography, Best Art Direction, Best Visual Effects, Best Sound Mixing, u Best Sound Editing — u bl-ikbar numru ta' nominazzjonijiet - ħdax.", "Fl-1931, Hugo Cabret (Asa Butterfield), tifel ta' tnax-il sena, kien jgħix ma' missieru armel (Jude Law), arluġġar mustaċċun f'Pariġi.", "Missieru kien jieħdu jara l-films b'mod speċjali dawk ta' Georges Méliès.", "Il-missier imut f'nirien li qabdu f'mużew, u Hugo beda jitrabba minn zijuh (Ray Winstone), arluġġar sakranazz li kien jieħu ħsieb l-arloġġi tal-istazzjon tal-ferrovija \"Gare Montparnasse\".", "Zijuh jgħallmu jieħu ħsieb l-arloġġi imbagħad jgħib.", "Wara jinstab li jkun għereq.", "Hugo jgħix fl-istazzjon, isewwi l-arloġġi, jisraq l-ikel, u jaħdem fuq l-iktar proġett ambizzjuż ta' missieru: isewwi robot ta' raġel li suppost seta' jikteb.", "Konvint li dan ir-robot kellu messaġġ mingħand missieru, Hugo jagħmel minn kollox biex isewwih.", "Jisraq biċċiet mekkaniċi, iżda jinqabad minn sid ta' ħanut tal-ġugarelli, Papa Georges (Ben Kingsley), li jieħu l-ktieb tan-noti ta' Hugo li fih kellu disinni kif se jsewwi r-robot.", "Biex jerġa' jieħu l-ktieb tan-noti, Hugo jsegwi lil sid il-ħanut f'daru u jiltaqa' ma' Isabelle (Chloë Grace Moretz), iltima tamparu u l-filjozza ta' Georges.", "Twiegħdu li se tgħinu.", "L-għada, Georges jagħti koċċ irmied lil Hugo, u jgħid li dawk kienu l-fdal tal-ktieb, imma Isabelle tgħidlu li l-ktieb ma kienx inħaraq.", "Fl-aħħar iħalli lil Hugo jieħu l-ktieb lura jekk jaħdimlu sakemm ipatti għal dak kollu li kien seraq.", "Hugo jaħdem fil-ħanut, u biż-żmien jirnexxilu jsewwi r-robot imma jkun jonqsu biss parti waħda, ċavetta f'forma ta' qalb.", "Hugo jintroduċi lil Isabelle għall-films, xi ħaġa li parrinuha ma kienx iħalliha tara, filwaqt li hi tintroduċi lil Hugo għal ħanut tal-kotba li sidu (Christopher Lee) għall-ewwel ma jafdax lil Hugo.", "Isabelle ikollha ċ-ċavetta tar-robot.", "Meta jużaw iċ-ċavetta biex jattivaw ir-robot, dan jipproduċi tpinġija ta' xena ta' film, iffirmata minn Georges Méliès.", "Hugo jiftakar li dak kien l-ewwel film li kien ra missieru (\"Voyage to the Moon\") u Isabelle tagħraf il-firma ta' parrinuwha, Papa Georges, u t-tnejn joħduha d-dar għal iktar spjegazzjoni.", "Hugo juri lil mart Georges, Mama Jeanne (Helen McCrory) it-tpinġija li għamel ir-robot, imma ma qaltilhom xejn u ħbiethom ġo kamra meta wasal id-dar.", "Filwaqt li kienu mistoħbijin, Isabelle u Hugo sabu gabinett sigriet u minnu ħarġu stampi ta' Georges - il-ħsejjes jismagħhom Georges, li jirrabja ħafna u jkeċċi 'l barra lil Hugo għax iħossu tradut.", "Sid il-ħanut tal-kotba jagħti ktieb lil Hugo u Isabelle fuq l-istorja tal-films u jistagħġbu kif l-awtur, Rene Tabard (Michael Stuhlbarg), jgħid li Méliès kien miet fl-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Tabard jippreżenta ruħu hu nnifsu, u t-tfal jgħidulu li Méliès kien ħaj.", "Tabard, li kien iħobb il-films ta' Méliès, kellu kopja ta' \"Voyage to the Moon\", maħsuba li kienet l-aħħar kopja ta' film ta' Méliès.", "Hugo jikkonvinċi lil Tabard imur id-dar ta' Georges.", "Dak il-lejl Hugo joħlom li ttajjar minn ferrovija meta jipprova jieħu ċ-ċavetta f'forma ta' qalb mil-linja tal-ferrovija, ri-kreazzjoni tax-xena tal-inċident ta' Montparnasse.", "Meta jqum, jisma' ħoss qawwi ta' tektik u jinduna li ġej minn sidru u f'daqqa waħda jieħu l-forma ta' robot, sakemm imbagħad iqum.", "Hugo, Isabelle u Tabard imorru d-dar ta' Georges, u għall-ewwel Jeanne tgħidilhom biex imorru qabel ma żewġha jqum.", "Iżda, Jeanne taċċetta li jaraw \"Voyage to the Moon\" meta Tabard ifaħħarha bħala attriċi sabiħa fil-films ta' Georges.", "Kif jintemm il-film, jidher Georges li jispjega kif beda jagħmel il-films, kif ivvinta l-effetti speċjali, u kif tilef il-faxxinu tal-films meta bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija, wara li kellu jbigħ il-films bħala kimika biex jaqla' l-flus, u kellu jiftaħ ħanut tal-ġugarelli biex ikun jista' jgħix.", "Ħaseb li r-robot li kien ħoloq kien spiċċa fin-nirien tal-mużew u ma kien baqa' xejn mill-ħidma ta' ħajtu.", "Hugo imur lura l-istazzjon biex iġib ir-robot, biex jagħti sorpriża lil Georges, iżda l-ispettur tal-istazzjon (Sacha Baron Cohen) bil-kelb iwaqqfu.", "Hugo jaħrab u jmur fil-quċċata tat-torri tal-arloġġ u jaħrab billi jitla' fuq il-minutieri tal-arloġġ.", "Kif l-ispettur jitlaq, jitlaq jiġri bir-robot, imma l-ispettur jonsbu u jarmilu r-robot fuq il-linja tal-ferrovija.", "Hugo kważi ttajru ferrovija imma uffiċjal isalvah u jżommu fil-kura tiegħu.", "Hugo jitlob lil uffiċjal iħallih, jasal Georges u jgħidlu li Hugo kien fil-kura tieghu.", "L-uffiċjal iħallih imur.", "Fl-aħħar tal-film, Georges jintroduċi ċerimonja li fiha ningħat rikonoxximent lill-films tiegħu b'Tabard iħabbar li iktar minn 80 film instabu jew ġew restawrati.", "Georges jirringrazzja lil Hugo għal dak li jagħmel u jistieden lill-udjenza ssegwi l-ħolma tiegħu, \"\"follow his dreams\"\".", "Ħafna mill-ħajja ta' Georges Méliès kif murija fil-film hija eżatta: tassew li beda jinteressa ruħu fil-films wara li ra dimostrazzjoni tal-kamera tal-aħwa Lumière, tassew li kien illużjonista u kien jaħdem il-ġugarelli, tassew li kien jesperimenta bir-robots, tassew li kellu teatru(Theatre Robert-Houdin), li spiċċa fallut, il-films tiegħu nħallu għaċ-cellulose, beda jbigħ il-ġugarelli fl-istazzjon ta' Montparnasse u finalment ingħata l-midalja Légion d'honneur wara perjodu terribbli fejn kien assolutament minsi.", "Ħafna mis-\"silent films\" tal-bidu murija fil-film huma xpgħlijiet veri ta' Méliès bħal \"Le voyage dans la lune\" (1902).", "Id-disinn għar-robot kien wieħed ispirat minn dak li għamel arluġġar Svizzeru Henri Maillardet, li Selznick kien ra fi Franklin Institute, Philadelphia, u r-robot ta' Jaquet-Droz \"the writer\".", "Emil Lager, Ben Addis, u Robert Gill jidhru ukoll fil-film bħala Django Reinhardt, missier il-kitarra jazz taż-żingari, Salvador Dalí, il-pittur surrealista Spanjol, u James Joyce, awtur Irlandiż.", "Il-ktieb li Monsieur Labisse jagħti lil Hugo bħala rigal, \"Robin Hood le proscrit\", inkiteb minn Alexandre Dumas fl-1864 traduzzjoni mill-oriġinal Ingliż ta' Pierce Egan the Younger."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16873", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16873", "title": "Il-Ħolma Maltija", "text": ["Il-Ħolma Maltija", "\"Il-Ħolma Maltija\" hu r-raba' u x'aktarx l-aqwa rumanz ta' Frans Sammut (1945-2011), li kemm fl-istruttura kemm fil-kontenut jilħaq qċaċet li qatt ma ntlaħqu fil-Letteratura Maltija.", "Ħareġ darbtejn, fl-1994 u fl-2012 (SKS).", "\"Il-Ħolma Maltija\" huwa l-psewdo-awtobijografija tal-patrijott Malti Mikiel Anton Vassalli (1764-1829), Missier l-Ilsien Malti.", "Mil-lat ta' struttura r-rumanz donnu loġġa massonika.", "Din l-interpretazzjoni toħroġ bħala estrapolazzjoni mill-istudju ta' Matthew Theuma,\"Vassalli f'Il-Ħolma Maltija\" (SKS 2012).", "Ir-rumanz hu maqsum fl-ewwel taqsima li fiha Vassalli jgħaddi mill-\"apprentistat\" tiegħu, fit-tieni taqsima fejn \"isib id-dawl\" u fit-tielet taqsima li fiha jaġixxa ta' \"mgħallem\".", "Mil-lat ta' kontenut, ir-rumanz hu miżgħud b'lingwa mill-isbaħ, li l-kittieb bnieha apposta biex joqrob kemm jista' lejn l-ilsien Malti ta' żmien Vassalli.", "Intqal li l-Letteratura Maltija m'għandha xejn tal-kobor ta' \"Il-Ħolma Maltija\".", "\"Il-Ħolma Maltija\" nqaleb għall-Esperanto minn Dr Carmel Mallia (\"La Malta Revo\"), u ntebagħ New York, fl-2007.", "Il-Professur Peter Serracino Inglott (1933-2012) tkellem dwar il-ġenju ta' Frans Sammut f'dan ir-rumanz: \"Il-ġenju ta' Sammut kien jinsab fil-ħila li kellu bħala ġullar Volterrjan li jittrasforma personaġġ storiku f'għamla ta' libbies karnevalesk ta' maskra li hija ironikament akbar mir-realtà.", "Il-qarrej jitwassal li jiddeverti billi jħares dritt f'wiċċ nies magħrufin li s-soltu jħares lejhom b'solennità sħiħa.", "Wieħed jitbissem daqslikieku kompliċi fid-dubji, il-ħmerijiet u t-terġiverżazzjonijiet tagħhom.", "Iċ-ċaqliqa stilistika min-narrattiva storika għal dik tal-istħajjil hija x'aktarx l-akbar sfida li jkun irid iħabbat wiċċu magħha kull tip ta' traduttur.\""], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16903", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16903", "title": "Ġiljan l-Ospitalier", "text": ["Ġiljan l-Ospitalier", "San Ġiljan l-Ospitalier huwa qaddis tal-Knisja Kattolika.", "Ħafna studjużi tal-ħajjiet tal-qaddisin huma tal-fehma li dak li nafu dwar San Ġiljan l-Ospitalier huwa għal kollox leġġendarju.", "Uħud jaħsbu li twieled fi Franza, f'Le Mans.", "Oħrajn jgħidu li twieled f'Ath fil-Belġju, għall-ħabta ta' nofs is-seklu 7 wK U oħrajn ħasbu li ġie minn Napli.", "L-iktar ħaġa magħrufa fuq dan il-qaddis hija li qatel lill-ġenituri tiegħu.", "Tant li għandna qawl jew espressjoni Maltija li tgħid hekk: 'San Ġiljan qatel 'l ommu u lil missieru u sar qaddis!'.", "Jingħad li dan għamlu bi żball, u li meta ntebaħ mar Ruma biex jinħafirlu dnubu.", "Għal dan il-għan jingħad ukoll li bena sptar għall-pellegrini fuq ix-xtut tax-xmara Gardon, fi Provenza, jew forsi fl-inħawi ta' Isola qrib ix-xmara Potenza, ħdejn Macerata.", "Aktarx li l-leġġenda ta' San Ġiljan taf il-bidu tagħha fil-Medju Evu, fi Franza jew fil-Belġju.", "Din il-leġġenda malajr xegħlet l-immaġinazzjoni popolari ta' l-Ewropej medjevali.", "San Ġiljan kien magħruf, l-istess bħall-Arkanġlu San Rafel u bħal San Kristoforu, bħala patrun tal-vjaġġaturi, u wkoll bħala patrun tal-lukandiera u tal-ibliet ta' Gand u ta' Macerata.", "Fid-Decameron (1353) ta' Boccaccio, l-ewwel kapolavur letterarju tar-Rinaxximent Taljan (fil-ħdax -il jum, il-ħdax -il novella) diġà niltaqgħu mal-Paternoster ta' San Ġiljan li sal-ġurnata tal-lum għadu jgħaddi minn fomm għal fomm f'ħafna nħawi tal-Italja.", "Il-leġġenda ta' San Ġiljan ispirat ħafna poeżija popolari fit-tradizzjoni tal-Leggenda Aurea tal-aġjografu Ġenwiż, id-Dumnikan Giacomo da Vararazze.", "Il-punti ewlenin tal-leġġenda jinsabu miġburin f'orazione popolari ta' endekasillabi (versi bi ħdax-il sillaba) epiċi.", "Din kienet imxandra mal-Italja kollha, mir-Romagna sal-Kalabrija.", "Din l-orazione nsibuha wkoll fil-Biblijoteka Nazzjonali tagħna, fil-Belt Valletta u tmur lura sas-seklu ħmistax, skond il-paleografu awtorevoli Dom Mauro Inguanez.", "Fl-1902 dehret għall-ewwel darba bil-Malti, f'forma ta' proża, bl-isem 'Il-Kaċċatur u iċ-Ċerv -Ġrajja tal-Fjandri' fis-sensiela Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien.", "Il-leġġenda ispirat ukoll xogħlijiet ta' l-arti mill-aqwa.", "Fis-seklu tlettax insibu vetrata mill-isbaħ li tirrafigura lil San Ġiljan, ta' artist mghux magħruf, fil-Katidral ta' Chartres.", "Fis-seklu erbatax saru affreski imponenti li juru lill-qaddis fil-Katidral ta' Trento u fis-seklu ta' wara saru affreski tiegħu fil-Palazzo Comunale ta' Assisi.", "Il-leġġenda tgħid li fil-lejla li fiha twieled San Ġiljan, missieru, minn familja nobbli, ra lis-sħaħar pagani jagħmlu seħer bil-moħbi fuq ibnu, li kellu jkun hu li joqtol lil ommu u lil missieru.", "Missieru ried jeħles minnu iżda martu ma ħallitux.", "It-tifel beda jikber u 'tant kien sabiħ li ommu u missieru kienu mogħmijin warajh' u kull meta ommu kienet tħares lejh kienet dejjem tinfaqa' tibki u tgħid 'Ibni, aħjar li ma twelidt xejn għax għad trid tagħmel dnub kbir.'", "Meta Ġiljan kellu madwar għaxar snin, staqsa lil ommu għala kull meta tħares lejh kienet tinfaqa' tibki.", "Ommu qaltlu x'kien id-destin tiegħu li b'xejn ma' seta' jeħles minnu.", "Ġiljan 'li kien tajjeb u qalbieni' qal 'Ma jkun qatt li jiena nagħmel dnub bħal dan,' u 'b'tama qawwija fi Kristu li jista' kollox telaq għal għonq it-triq mimli kuraġġ.'", "Il-leġġenda tgħid li dam miexi ħamsin jum u mar jgħammar fil-Galizja fejn hemmhekk iżżewweġ mara 'mill-aħjar'.", "Għaddew għoxrin sena minn meta Ġiljan telaq mid-dar u missieru u ommu kellhom xewqa kbira li jerġgħu jaraw lil binhom, issa raġel ta' tletin sena.", "Ma kellhomx iżjed tfal ħliefu u ddeċidew li jmorru jfittxuh.", "Meta waslu fil-Galizja daħlu jitolbu quddiem l-altar sabiħ ta' San Ġakbu.", "'Hekk kif ħarġu mill-knisja ltaqgħu ma' mara bil-qiegħda fuq siġġu, u l-pellegrini resqu fuqha u sellmulha.", "Dik il-mara sellmitilhom.", "Huma talbuha jekk, għall-imħabba ta' Kristu, setgħetx tilqagħhom għandha dik il-lejla, jekk setgħux jirranġaw magħha għax kienu għajjenin mill-vjaġġ.'", "Il-mara daħlithom f'darha u qaltilhom li żewġha, Ġiljan, dak il-ħin kien jinsab għall-kaċċa.", "(Minħabba f'hekk San Ġiljan huwa magħruf ukoll bħala patrun tal-kaċċaturi).", "L-omm u l-missier ferħu bil-kif li kienu sabu lil binhom u mart Ġiljan ferħet hi wkoll li saret taf lill-ġenituri ta' żewġha.", "'Ħadet ħsiebhom sew u mbagħad ħadithom jistrieħu fis-sodda ta' Ġiljan.'", "Iżda \"l-għadu\" mar ifittex lil Ġiljan u qallu, 'Aħbar ħażina għandi għalik.", "Int qiegħed hawn għall-kaċċa u martek tinsab fis-sodda, mgħannqa mal-ħabib tagħha.", "Hemm jinsabu mgħannqin flimkien, u issa, kemm wieħed kemm l-oħra jinsabu reqdin.'", "Inħallu l-kliem tal-leġġenda jitkellem waħdu: \"U Ġiljan ħass dwejjaq kbar u wiċċu tbiddel.", "Rikeb fuq iż-żiemel mingħajr ma qal xejn, u malajr wasal f'daru.", "Mar ħdejn is-sodda b'saħna kbira u hemm ra raġel u mara.", "F'soddtu kienu reqdin.", "Ħataf ix-xabla u biha nifidhom.", "U Ġiljan ried jitlaq u f'dik l-art ma riedx joqgħod iktar.", "Qiegħed idu biex jiftaħ il-bieb u ra lil martu bil-qiegħda man-nisa l-oħra.", "Lil Ġiljan hekk kellmitu: 'Missierek u ommok ġew hawn u jinsabu mimdudin fis-sodda.'", "Allura Ġiljan beda jagħti fuq sidru; u ħwejġu u laħmu beda jqatta'.", "'Daħak bija l-għadu makakk meta qal li marti kienet qiegħda tibdilni.'", "U mimdudin kienu l-mejtin, mimdudin fis-sodda.", "Il-feriti kollha tagħhom beda jbusilhom u jgħid: 'Jaħasra, imsejken jien.", "Aħjar ma twelidt xejn għax f'ruħi u ġismi jiena misħut.'", "U martu t-twajba bdiet tkellem lil Ġiljan u qalet: 'Afda fi Kristu li jista' kollox, li huwa għajn ħajja ta' kull ħniena.'", "Ma kellhom la tifel u lanqas tifla.", "Deheb u fidda kellhom bil-bosta...", "U Ġiljan bena seba' sptarijiet u ħamsa u għoxrin post, qabel kollox.", "U l-fqar bdew imorru joqogħdu hemm, għall-imħabba ta' Ġesu Kristu li jista' kollox.\"", "Ħafna jafu li San Ġiljan qatel lil ommu u lil missieru iżda forsi ftit jafu li dan għamlu bi żball u forsi inqas minn hekk jafu bil-konverżjoni tiegħu u bil-ġid li għamel mal-foqra u l-morda.", "Iżda l-leġġenda ma tiqafx hawn.", "\"L-għadu qarrieqi beda jaħseb biex ipattilu mingħajr telf ta' żmien.", "Taħt is-sura ta' pellegrin magħdur, Ġiljan daħħlu jistkenn ma' l-oħrajn.", "F'nofs il-lejl qam dak il-qarrieqi.", "Ir-rix tas-saqqu mat-tiben beda jħallat...", "Id-dar kollha beda jqalleb.\"", "Meta l-għada filgħodu qam Ġiljan ra l-ħsara li kienu għamlulu f'daru u ħalef li ma jilqa' 'l ħadd iżjed.", "Bir-rabja li kellu, keċċa 'l kulħadd 'il barra.", "'U Ġesu mar għandu u taħt sura ta' pellegrin kellmu sabiex iħallih jistrieħ għandu.", "Talbu b'wiċċ umli, f'ġieħ Alla, sabiex Ġiljan idaħħlu għandu dik il-lejla.", "Iżda Ġiljan wieġbu b'disprezz: 'Jien ma nilqakx għandi.", "Itlaq 'l hemm, għax il-lejl l-ieħor għamluli tant ħsara li bl-ebda mod ma ndaħħlek.'", "U Kristu bil-ħlewwa qallu, 'Żommli dan il-bastun, jekk jogħġbok.'", "U Ġiljan staħa u bil-qalb kollha il-bastun mar biex jieħu.", "Mattar idejh u l-bastun weħel magħhom.", "U Ġiljan għarfu mill-ewwel, żgur li kien Ġesu Kristu, li kien iħobbu.", "U Ġiljan qal: 'Daħak bija l-għadu makakk li ma jridx li jien inkun qaddej fidil tiegħek.", "Imma jiena nħaddnek miegħi u ma jimpurtanix minnu; u għall-imħabba tiegħek nagħti kenn lil min għandu bżonn.'", "F'riġlejn Kristu mar jinxteħet għarkubbtejh, u Ġesu Kristu ħafirlu.", "U Ġiljan b'qalb niedma talab lil Kristu: 'Tqisx biss li jiena midneb, O Kristu, imma aħfer lili u lil marti.'", "U Kristu ħanin ħafrilhom.", "'U aħfer lil ommi u lil missieri.'", "Huwa qaddes lill-missier u lill-omm bis-saħħa tal-ġid kollu li għamel lil Ġiljan.'", "Min għandu ftit familjarità mal-mitoloġija Griega jew ma' Freud jintebaħ minnufih bix-xebh li l-leġġenda ta' San Ġiljan għandha ma' l-istorja ta' Edipu li minnha Freud ħareġ it-teorija tal-Kumpless ta' Edipu jew \"Oedipus Complex\".", "Il-bażi tal-istorja hija l-istess jiġifieri d-destin ta' iben li għad joqtol lil ommu u lil missieru, għalkemm it-tmiem ta' l-istorja huwa differenti għall-aħħar.", "Minkejja li l-istorja ta' San Ġiljan hija leġġenda mill-bidu sa l-aħħar, ma nistgħux niċħdu l-fatt li d-devozzjoni lejh hija qadima ħafna u mferrxa ħafna.", "Irridu ngħidu wkoll li leġġenda mhijiex ħrafa iżda storja tradizzjonali, taħlita ta' storja u immaġinazzjoni.", "Il-kelma Latina medjevali legenda tfisser \"ħwejjeġ għall-qari.\"", "Kienu jissejħu leggenda wkoll il-ħajjiet tal-qaddisin li kienu jinqraw b'vuċi għolja fir-riti tal-Knisja tal-bidu.", "Id-devozzjoni lejn San Ġiljan jidher li daħlet fil-ġżejjer Maltin fis-seklu ħmistax wara li fl-1442 instabu r-relikwji tiegħu fil-belt ta' Macerata.", "Billi l-Isqof de Astis ta' Macerata kellu rabtiet mal-familja nobbli De Astis li kienet minn ta' quddiem f'Malta, jidher li kienu huma li daħħlu din id-devozzjoni.", "Qabel il-miġja tal-Kavallieri kien hawn tliet knejjes f'Malta ddedikati lil dan il-qaddis: f'Tabija, qrib l-Imdina, f'Ħal-Luqa u l-Isla.", "Tal-Isla hija l-aktar interessanti għax kienet marbuta ma' riserva għall-kaċċa, karatteristika tal-qaddis.", "Il-knisja fl-Isla għenet biex tikber id-devozzjoni lejn San Ġiljan fost il-baħħara ta' madwar il-Port il-Kbir, kif joħroġ mill-fatt li mriekeb b'kaptani mill-Birgu ssemmew għalih fis-seklu sittax.", "Karatteristika oħra tal-kult tal-qaddis torbtu mal-isptarijiet u mad-djar tal-ospizju.", "Fis-seklu sittax kien jeżisti sptar fiċ-Ċittadella t'Għawdex magħruf bħala Ospedale di San Giuliano.", "Meta ġew il-Kavallieri ta' San Ġwann, billi kienu ordni ta' Ospitalieri, xerrdu ħafna d-devozzjoni lejn San Ġiljan l-Ospitalier.", "Fl-1539 bnew mill-ġdid il-Knisja tal-Isla u fl-1590 bnew mill-ġdid dik ta' San Ġiljan fil-parroċċa ta' Birkirkara, fl-inħawi li fi tmiem is-seklu sittax bdew jissejħu San Ġiljan propju minħabba l-knisja ddedikata għalih.", "Fl-1891, din il-knisja saret parroċċa, l-ewwel u l-unika waħda f'Malta ddedikata lil San Ġiljan l-Ospitalier.", "Qabel ir-riforma fil-Kalendarju tal-Qaddisin it-tifkira ta' San Ġiljan kienet issir fis-27 ta' Jannar.", "Illum issir fit-12 ta' Frar, għalkemm fir-raħal Malti ta' San Ġiljan baqgħet issir fis-27 ta' Jannar. http://museumstjulians.webs.com/sangiljan.htm"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16905", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16905", "title": "Santa Katerina (diżambigwazzjoni)", "text": ["Santa Katerina (diżambigwazzjoni)", "Santa Katerina tista' tirreferi għal:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16906", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16906", "title": "Sant'Ambroġju", "text": ["Sant'Ambroġju", "Sant'Ambroġju huwa wieħed mill-erba' Santi Padri ewlenin tal-Punent, flimkien ma' Santu Wistin, San Ġlormu u l-Papa San Girgor il-Kbir.", "Huwa kien isqof ta' Milan u wieħed mill-figuri ewlenin tal-Knisja tar-raba' seklu.", "Ambroġju twieled fi Trier fil-Ġermanja, parti mill-Imperu Ruman, meta missieru kellu f'idejh il-prefettura tal-Gallja, għall-ħabta tas-sena 340.", "Kien ġej minn familja aristokratika u Nisranija.", "Missieru miet qasir il-għomor, u fis-sena 353 ommu ħadet lilu u liż-żewġ ħutu Ruma.", "Hemm tgħallem ir-rettorika u studja għal avukat.", "Ħadem bħala avukat fis-sena 368 fil-prefettura ta' Sirmju.", "Qrib is-sena 370 hu nħatar konslu tal-Ligurja u tal-Emilja, bis-sede tiegħu f'Milan.", "Xhieda tat-tmexxija għaqlija tiegħu huwa l-fatt li wara l-mewt tal-Isqof Arjan Awsenzju, waqt li hu bħala konslu tal-provinċja kien qiegħed iżomm l-ordni fost il-popolazzjoni Milaniża mifruda ħabba l-ereżija Arjana, kemm il-Kattolici kif ukoll l-Arjani bdew jgħajtu li riedu lil Ambroġju isir Isqof ta' Milan.", "Billi kien għadu biss katekumenu, l-ewwel irċieva l-magħmudija u ġimgħa wara ġie ordnat saċerdot, u kkonsagrat isqof, fis-7 ta' Diċembru 374.", "Dakinhar Ambroġju ta ġidu kollu għall-Knisja u l-foqra ta' Milan.", "Biex ikun jista' jħejji sewwa, Ambroġju qagħad taħt id-direzzjoni tal-qassis anzjan Simpliċjan li ħarrġu fil-qari u t-tifsir tal-Bibbja (li kellha ssir kollox għal Ambroġju), fit-twemmin tal-fidi nisranija u fil-kitba ta' Missirijiet il-Knisja Griega billi hu kien ġa jaf sewwa l-Grieg.", "Studja wkoll bosta kitbiet tal-Lhud u ta' awturi pagani bħal Filone u Plotinu.", "Fil-bidu tal-episkopat tiegħu hu kellu kuntatti tajbin ħafna mal-Imperatur Valentinjanu I li approva mill-ewwel l-għażla tiegħu bħala Isqof ta' Milan, iżda sena wara Valentinjanu miet fi żmien il-gwerra ta' fuq id-Danubju.", "Ambroġju sar predikatur qawwi tal-Kelma t'Alla li kien assimila.", "Meta ma kienx ikun qed jaqdi lin-nies fil-ħtiġjiet tagħhom (dawn kienu jiffurmaw kjuwijiet twal kuljum) kien jinxteħet jistudja l-Iskrittura u jikteb.", "Fis-sena 377, Ġustina, omm l-Imperatur Grazjanu (375-383), li kien filo-Arjan, riedet tieħu taħt idejha l-knisja ta' Ambroġju.", "Ambroġju għamel speċi ta' sit-in strike meta żamm in-nies fil-knisja ikantaw bil-lejl u bi nhar.", "Fost in-nies f'dik il-knisja kien hemm Santa Monika, omm Santu Wistin.", "Is-suldati ta' Ġustina dawru l-knisja imma wara tlett ijiem kienu ordnati jirtiraw, u hekk il-knisja baqgħet f'idejn l-Isqof Ambroġju.", "Santu Wistin intlaqat ferm minn dan il-fatt: \"li l-Insara kienu lesti jmutu mal-isqof tagħhom\" u fi żmien meta Wistin kien għadu xettiku xi ħaġa bdiet tiċċaqlaq fih meta kiteb: \"Aħna ukoll, minkejja li konna spiritwalment bierda, ħadna sehem fl-eċitament tal-poplu kollu\" (Stqarrijiet 9,7).", "Iżjed tard Ambroġju iltaqa' ma' Grazjanu u dan talbu jgħallmu l-kredu Niċean.", "Ir-rabta li nbniet bejn Ambroġju u Grazjanu għenet biex jissaħħaħ l-isforz kattoliku kontra l-Arjaniżmu fl-Imperu.", "Fis-sena 383 Grazjanu kien assassinat.", "Fis-sena 390 beda jaħkem l-Imperatur Teodosju.", "Fis-sajf ta' dik is-sena dan ried li jikkastiga lill-poplu ta' Tessalonika minħabba nuqqas ta' ubbidjenza lejh, u għamel massakru sħiħ minnhom.", "Ambroġju għamel li seta' biex iżomm lill-Imperatur milli jwettaq din il-ħerba, imma ma rnexxielux.", "Wara li seħħ il-massakru Ambroġju ried li l-Imperatur Teodosju jagħmel penitenza pubblika qabel ma jitħalla jidħol mill-ġdid fil-Knisja u jersaq għas-sagramenti, kif fil-fatt kellu jagħmel.", "San Ambroġju miet f'Milan wara marda qasira li qabditu meta kien qed jerġa' lura minn Pavia fil-Vġili tal-Għid tal-4 ta' April tas-sena 397.", "Kellu inqas minn sittin sena."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16907", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16907", "title": "Sport Club Corinthians Paulista", "text": ["Sport Club Corinthians Paulista", "Sport Club Corinthians Paulista, jew sempliċement Corinthians, hu klabb tal-futbol, li hu bbażat f'São Paulo, Brażil.", "Fundat fl-1910, il-klabb kien parti mill-istorja tal-futbol Brażiljan.", "Fis-snin ħamsin, il-klabb kellu wieħed mill-aqwa timijiet fil-Brażil.", "Il-kulur tradizzjonali tal-klabb għall-logħob ġewwa darhom huwa kollox abjad-iswed."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16909", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16909", "title": "Aung San Suu Kyi", "text": ["Aung San Suu Kyi", "Aung San Suu Kyi (Yangon, 19 ta' Ġunju 1945) hija politika Birmana, mexxejja tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija, il-partit politiku li waqqfet hi u li rebaħ l-uniċi elezzjonijiet li saru fi kważi erbgħin sena ta' dittatura militari f'pajjiżha.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn Aung San għamlet ħmistax-il sena arrestata f'darha u l-mexxejja l-oħrajn tal-partit tagħha ntefgħu l-ħabs.", "Dan iż-żmien kollu qattgħetu weħidha f'darha filwaqt li l-familja tagħha kienet tinsab l-Ingilterra.", "Inħelset biss nhar it-13 ta' Novembru 2010.", "Aung San Suu Kyi hija bint l-eroj ta' l-indipendenza tal-Birmanja, Aung Sang, meqjum mill-poplu u maqtul ftit wara li pajjiżu kiseb il-ħelsien fl-għomor ta' 32 sena meta hi kien għad għandha sentejn.", "F'missierha hija kellha mera ta' kuraġġ kbir.", "Meta ommha nħatret ambaxxatur tal-Birmanja fl-Indja, marret magħha u hemmhekk interessat ruħha fil-filosofija tan-non-vjolenza ta' Mahatma Gandhi.", "Mill-Indja Aung San telgħet l-Ingilterra biex tistudja l-filosofija, il-politika u l-ekonomija fl-Università ta' Oxford.", "Hemm iltaqgħet ma' Michael Aris, studjuż tal-politika tad-dinja tal-Lvant, u fl-1972 iżżewġitu, issetiljaw f'Oxford fejn Michael kien jgħallem fl-Università u kellhom żewġt itfal, Alexander u Kim.", "Hi ngħatat għall-ħajja tal-familja u fl-istess ħin baqgħet tistudja.", "Iżda hi u Michael kienu diġà qablu li 'l quddiem għad tmur lura lejn il-Birmanja.", "Fl-ittri tagħha lil Michael meta kienet mifruda minnu minħabba x-xogħol li kellha fi New York fis-Segretarjat tal-Ġnus Magħquda, Aung San tat xhieda tal-imħabba li għandha lejn art twelidha, kemm tħoss li x-xorti tagħha kienet marbuta max-xorti ta' pajjiżha, u kemm tħoss li hi tinsab imsejħa biex taqdi dmirha bħalma qdih missierha", "Kien fl-1988 meta Aung San irċeviet telefonata li tgħid li ommha tatha puplesija gravi.", "Minnufih ippakkjat u marret Rangoon, il-belt kapitali tal-Birmanja, li dak iż-żmien kienet maħkuma minn dimostrazzjonijiet u protesti kontra d-dittatura militari tal-ġeneral Ne Win.", "Waqt li kienet Rangoon ħafna dimostranti sfaw maqtula fit-triqat tal-belt.", "Quddiem nofs miljun dimostrant, quddiem ir-ritratt ta' missierha, Aung San stqarret li hi ma tistax tkun bint missierha u tibqa' bierda għal dak li kien qed jiġri.", "Fi żmien ftit ġimgħat hi u sħabha waqqfu l-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija u Aung San intgħażlet bħala segretarju ġenerali li prattikament tfisser li saret mexxejja.", "Minn hawn bdiet ħajja ġdida għal Aung San, ħajja li firditha mill-familja tagħha, minn żewġha u uliedha, li baqgħu jgħixu fl-Ingilterra għax il-Birmanja ma kinitx toffri sigurtà lilhom billi d-dittatura militari biddlet il-mexxejja tagħha imma żammet l-id tal-ħadid li biha dejjem imxiet mal-poplu.", "Aung San issagrifikat il-hena tagħha u l-ħajja komda li setgħet tgħix biex tagħti sehemha għall-ħelsien ta' pajjiżha mit-tirannija.", "Issagrifikat il-libertà tagħha b'solidarjetà mal-poplu biex issaħħaħ il-għajta tiegħu għal-libertà u għad-demokrazija.", "Id-dittatura militari xtaqet teħles minnha imma l-prestiġju li tgawdi minħabba missierha żamm lill-ġenerali milli joqtluha jew jittorturawha.", "Xtaquha titlaq mill-pajjiż imma hi qagħdet attenta biex qatt ma jkollha għalfejn toħroġ mill-Birmanja, la minħabba l-familja u lanqas meta rebħet il-Premju Nobel, li mar iġibu żewġha u t-tfal.", "Tant tħobb lil art twelidha li kellha tiċċaħħad milli tara lil uliedha jitrabbew u milli tkun qrib żewġha Michael meta dan marad bil-kanċer u wasal biex miet bla ma setgħet tkun ħdejh.", "Il-ġenerali għall-ewwel bdew iħallu lil żewġha u lit-tfal jiġu jżuruha bit-tama li dawn iħajruha tħalli l-pajjiż biex tgħix magħhom fl-Ingilterra.", "Imma meta raw li kien għalxejn, anke dan il-faraġ neħħewlha, għax ma baqgħux jingħataw il-permess jiġu jżuruha.", "F'intervista li tat lil Alan Clements, Aung San stqarret l-għażliet tagħha: \"Naturalment kont nixtieq li kieku kelli l-familja tiegħi madwari – speċjalment kont nixtieq inrabbi lil uliedi u narahom jikbru.", "Imma dik hija biss parti minn ħajti, art twelidi hija wkoll parti minn ħajti.", "Naf li jkollok tagħżel fil-ħajja u tissagrifika ċerti ħwejjeġ.\"", "F'Mejju 2002 Aung San inħelset mill-arrest u tgħidx kemm kien hemm ferħ u ċelebrazzjonijiet fil-pajjiż u anke fid-dinja.", "Imma ma tantx damet fil-libertà għax il-ħidma tagħha fil-pajjiż qanqlet ir-rabja tar-reġim u spiċċat biex ftit aktar minn sena wara reġgħet lura għall-arrest f'darha, wara li żammewha tliet xhur fil-ħabs.", "Aung San saret l-aktar priġunier tal-kuxjenza magħrufa fid-dinja.", "Kellhom jgħaddu disa' snin biex Aung San tinħeles għal kollox, wara ħafna pressjoni internazzjonali.", "Żewġha kien miet iżda binha Kim, seta' jmur jaraha wara li kien ilu ma jagħmel dan għaxar snin sħaħ.", "F'Diċembru 2011, il-Papa bagħat lill-Kardinal Renato Martino f'Burma biex jiltaqa' ma' Aung San Suu Kyi u miegħu bagħat ittra sabiħa ta' inkoraġġiment, li hi apprezzat ħafna.", "Nhar l-1 April 2012, Aung San kienet eletta fil-Parlament, u l-Partit tagħha rebaħ 43 mill-45 siġġu vakanti tal-Kamra l-Baxxa tal-Parlament.", "Iżda l-ġlieda tagħha għal-libertà għadha ma ntrebħitx għal kollox.", "It-triq għadha waħda twila iżda l-kisbiet li dil-mara kuraġġuża rnexxielha twettaq mingħajr vjolenza mhumiex kisbiet żgħar."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16922", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16922", "title": "Sant'Antnin ta' Padova", "text": ["Sant'Antnin ta' Padova", "Sant'Antnin ta' Padova (Liżbona, 1191 – Padova, 1231) kien saċerdot, patri Franġiskan, u Duttur tal-Knisja.", "Padova hi l-isem tal-belt fl-Italja fejn San Antnin għex l-aħħar snin ta' ħajtu, mhux fejn twieled.", "Twieled Liżbona, il-Portugall, fl-1191, minn familja nobbli, u fil-magħmudija semmewh Ferdinandu.", "Beda l-iskola fil-Katidral ta' Liżbona.", "Ta' ħmistax-il sena daħal mal-Kanoniċi Regolari ta' Santu Wistin, iżda billi kien qed ikollu ħafna żjajjar minn qrabatu u ħbiebu talab biex ibiddel il-monasteru, u ġie mibgħut f'Koimbra.", "Hawnhekk studja sew l-Iskrittura u s-Santi Padri, u ħa wkoll il-Quddiesa.", "Fis-16 ta' Jannar 1220 ġew maqtula fil-Marokk l-ewwel ħames martri Franġiskani, u f'dik is-sena stess ġabu l-iġsma tagħhom f'Koimbra.", "Meta Ferdinandu ra l-proċessjoni għaddejja tqanqal ħafna biex jidħol mal-Franġiskani ħalli jkun jista' jmur il-Missjoni u jmut martri.", "Fl-1221, daħal mal-Franġiskani Minuri u ħa l-isem ta' Anton.", "Fil-ħarifa ta' l-istess sena telaq lejn il-Marokk.", "Hemmhekk marad, u wara ftit xhur kellu jirritorna lejn pajjiżu, iżda billi l-vapur li kien fuqu ltaqa' ma' tempesta, flok il-Portugall sab ruħu Sqallija ġo Messina.", "Minn Messina mar Assisi fejn kellu jiltaqa' l-Kapitlu Ġenerali, hawn ra u sama' lil San Franġisk.", "Minn hemm mar Montepaulo mal-Provinċjal fejn għex ħajja ta' ġabra.", "Darba minnhom ġie mitlub biex jagħmel kelmtejn fil-Katidral ta' Forli, u tant ipprietka tajjeb li wara, il-Provinċjal talbu biex jagħti ruħu għall-prietki.", "Hekk għamel, filwaqt li baqa' jistudja u ħa d-Dottorat fit-Teoloġija.", "San Franġisk sama' b'għerfu u ħatru biex jgħallem it-teoloġija lill-Patrijiet sħabu.", "Għamel ħafna ġiri jipprietka fl-Italja, fi Spanja, u fi Franza.", "Fl-1224 kien Gwardjan, u fl-1226 ġie maħtur Ministru Provinċjal.", "Fl-1228 mar ruma fuq xogħol ta' l-Ordni.", "Hemm ipprietka quddiem il-Papa Girgor IX, li sejjaħlu \"Arka tat-testment u moħba ta' l-Iskrittura\".", "Fl-1230, fuq talba tiegħu biex ikompli jipprietka, ġie meħlus mill-uffiċċju ta' Ministru, u mar fil-Kunvent ta' Padova li kien bena hu nnifsu.", "Hawn ħadem bla heda speċjalment għall-fqar, li sal-lum għadna nisimgħu bil-\"ħobż ta' San Antnin\".Fil-prietki tar-Randan ta' dik is-sena l-folla ta' nies li marret tisimgħu laħqet it-30,000.", "Miet meta kellu 40 sena, fit-13 ta' Ġunju 1231.", "Ħdax-il xahar wara, il-Papa Girgor IX iddikjarah Qaddis.", "Fl-1946 il-Papa Piju XII ipproklamah Duttur tal-Knisja.", "San Antnin hu meqjum ħafna fil-Bażilika li bnewlu l-Franġiskani Konventwali f'Padova, fejn hemm il-fdal tiegħu."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16946", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16946", "title": "Caruana", "text": ["Caruana", "Caruana jista' jirreferi għal:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16965", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16965", "title": "J. J. Camilleri", "text": ["J. J. Camilleri", "J.J.Camilleri (Mosta, 1928 - 5 ta' Lulju 2012) kien rumanzier modern u awtur ta' bosta xogħlijiet letterarji, fosthom \"Aħna Sinjuri\", \"L-għar tax-xitan\", I\"s-Sejħa tal-Art\", \"Ulied il-Qawsalla\" u \"Luteru żmien li tibni, żmien li tħott\".", "Kien studjuż u riċerkatur l-aktar fl-istorja u l-edukazzjoni.", "Kittieb ta' poeżiji, drama u novelli, apparti r-rumanzi.", "Kien wieħed mill-esponenti tal-\"Moviment Qawmien Letterarju\".", "Serva ukoll bħala membru tal-Awtorità tax-Xandir.", "Studja fil-Liċeo, fl-Università ta' Malta u fl-Università ta' Londra.", "Hu kien kap ta' skola, uffiċjal edukattiv, lekċerer fil-Kulleġġ tal-Għalliema u fl-Università, eżami­natur fis-servizz pubbliku u kellu karigi bħala ċermen jew membru f'għadd ta' bordijiet.", "Huwa ddedika ħajtu għall-edukazzjoni fejn fuq quddiem kien ipoġġi dawk li l-iżjed jaqgħu lura.", "Snin twal ta' impenn letterarju b'kitbiet ta' rumanzi u versi li bihom wera biċ-ċar l-għażla tiegħu favur il-ġustizzja soċjali, soċjetà miftuħa u libertajiet tal-bniedem kontra l-faqar, id-diskriminazzjoni u l-intolleranza.", "Camilleri dejjem rabat flimkien l-impenn ċiviku, edukattiv u letterarju fejn ħadem għall-ġid komuni tas-soċjetà.", "\"Aħna Sinjuri\" meqjus bħala wieħed mill-akbar xogħ­lijiet tiegħu, fejn l-istorja hi ambjentata mad­war it-tarzna, fejn tispikka l-insigurtà ta' ħafna ħaddiema mit-tkeċċija mix-xogħol.", "Fir-rumanz ikun tratta kif is-sidien tal-fabbriki kienu qed jippre­feru jħaddmu lin-nisa u lit-tfal għax dawn bil-liġi setgħu jit­ħallsu inqas mill-irġiel.", "Il-politika korrotta hi wkoll xi ħaġa li tispikka fir-rumanz, fejn kollox jiddependi minn kemm wieħed għandu flus u kemm hu midħla ta' persuni li jinsabu fil-quċċata tal-poter.", "Il-Knisja fir-rumanz tagħti importanza lill-ġid materjali.", "Meta taqra r-rumanz \"Aħna Sinjuri\" tinduna mill-ewwel li hu ambjentat fiż-żminijiet ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija.", "Tibda taħseb li se jkollok tibda tqabbel ir-realtà ta' dak iż-żmien ma' tal-lum, iżda malajr tinduna li m'hemmx baħar jaqsam bejn iż-żewġ żminijiet.", "Malajr tinduna li flok nitbiegħdu mid-drawwiet soċjo-politiċi ta' dari, iżjed qed nersqu lejhom b'ħeffa kbira.", "Ir-rumanz hu meq­jus bħala l-ewwel rumanz ġdid fil-letteratura Maltija.", "Magħruf mal-Mostin bħala \"J.J.\", kien persuna mill-aktar ċajtiera u kien iħobb jgħid \"iwa JJ (ġej ġej) imma daqt jasal\".", "Il-Mosta kienet għal qal­bu u kien kburi b'dak kollu li hu Mosti.", "L-għaxqa tiegħu jikteb xi anneddoti storiċi, iżda dejjem biex jislet tbissima.", "L-għors tiegħu jirrakkont dwar id-drammi li kien jikteb hu ­stess għall-Oratorju tal-Mosta u mbagħad kien jieħu ­sehem fihom ukoll.", "Fl-2004 kien ingħata \"Ġieħ il-Mosta\" mill-Kunsill Lokali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16972", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16972", "title": "Mudell Standard", "text": ["Mudell Standard", "Il-Mudell Standard (MS) hu teorija kwantistika tal-kampi (rinormalizzabbli) li tiddeskrivi l-partiċelli elementari kollha magħrufa sal-lum u tlieta mill-erba' forzi fundamentali magħrufa, jiġifieri l-interazzjoni qawwija, elettromanjetika u dgħajfa (l-aħħar tnejn huma magħqudin flimkien fl-interazzjoni elettrodgħajfa).", "Il-forza gravitazzjonali hi l-unika interazzjoni magħrufa li mhijiex deskritta mill-Mudell Standard.", "Din it-teorija kwantistika tal-kampi taqbel mal-mekkanika kwantistika kif ukoll mar-relattività ristretta.", "Illum, il-previżjonijiet tal-Mudell Standard ġew fil-parti l-kbira verifikati sperimentalment bi preċiżjoni għolja ħafna.", "Madankollu ma jistax jitqis bħala teorija kompluta tal-interazzjonijiet fundamentali.", "Infatti din it-teorija ma tinkludix il-gravità li għaliha sal-lum ma teżistix teorija kwantistika koerenti.", "Barra minn hekk ma tipprevedix, l-eżistenza tal-materija skura li tagħmel parti kbira mill-materija li teżisti fl-univers.", "Il-formulazzjoni tal-unifikazzjoni tal-interazzjoni elettromanjetika u l-interazzjoni dgħajfa fil-Mudell Standard nafuha lil Steven Weinberg, Abdus Salam u, qabilhom lil Sheldon Glashow .", "L-ewwel formulazzjoni bbażata fuq il-grupp tal-guage SU(2)xU(1) nafuha lil S. Glashow imma din il-proposta iltaqgħet ma' diffikultajiet li għandhom x'jaqsmu mal-introduzzjoni diretta tal-mases tal-bożoni intermedji vetturi.", "Wara indipendentement minn xulxin Weinberg fl-1967 u Salam fl-1968 estendewh u komplewh billi integrawh mal-proposta ta' Peter Higgs u oħrajn tal-ksur spontanju tas-simetrijali biha il-partiċelli kollha deskritti fil-mudell setgħu jingħataw massa.", "Wara l-iskoperta fis-CERN tal-eżistenza ta' kurrenti newtrali dgħajfa medjati mill-bożon formula_1, kif bassar il-Mudell Standard, Weinberg, Glashow u Salam ġew mogħtija l-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1979.", "Il-mudell kif kien propost oriġinarjament kien limitat għall-leptoni.", "Il-quarks ġew introdotti aktar tard permezz tax-xogħol pivotali tal-1970 ta' Glashow istess, John Iliopoulos u Luciano Maiani li introduċew ir-raba' quark, imsejjaħ charm, li kellu l-għan li jegħleb bil-qawwa l-kurrenti u l-bidla fl-istramberija (mekkaniżmu GIM).", "Fil-Mudell Standard il-partiċelli fundamentali huma miġbura f'żewġ kategoriji:", "Il-materja ordinarja kollha li nosservaw fid-dinja makroskopika hi magħmula minn quarks u leptoni: infatti hi magħmula minn atomi, li huma stess huma komposti minn nukleu u minn għadd ta' elettroni, li huma l-eħfef fost il-leptoni ċċarġjati.", "In-nukleu stess hu magħmul minn protoni u newtroni, li kull wieħed minnhom hu kompost minn tliet quarks.", "Fil-Mudell Standard il-fermijoni huma miġbura ġo familji, tlieta għal-leptoni u tlieta għall-quarks.", "Kull waħda mit-tliet familji ta' leptoni fiha partiċella ċċarġjata (rispettivament elettron, muon u taw) u newtrino li jikkorrispondi magħhom.", "Kull waħda mit-tliet familji ta' quarks fiha quark ta' ċarġ +2/3 u ieħor ta' ċarġ –1/3.", "L-eħfef quarks huma \"up\" (u) u \"down\" (d), li magħquda flimkien skont l-iskema uud jiffurmaw il-proton (ta' ċarġ +2/3+2/3–1/3 = +1), u magħqudin skont l-iskema udd jiffurmaw in-newtron (ta' ċarġ +2/3 –1/3 –1/3 = 0).", "Il-bożoni tal-gauge li jimmedjaw l-interazzjonijiet huma: il-foton permezz tal- interazzjoni elettromanjetika, iż-żewġ bożoni ċċarġjati W u il-bożon Z permezz tal-interazzjoni dgħajfa u l-gluoni permezz tal-interazzjoni qawwija.", "Il-Mudell Standard mistenni li jkun fih mill-inqas bożon ta' Higgs wieħed li l-massa tiegħu mhux prevista mill-Mudell, u bħalissa qed jiġi riċerkat minn xi esperimenti kbar, fosthom l-Esperiment Atlas u l-Compact Muon Solenoid u fuq kollox il-LHC, ta' CERN li dan l-aħħar kellhom riżultati kważi konklużivi .", "Il-gravitoni, jiġifieri, il-bożoni li xi xjenjati jaħsbu li jistgħu jimmedjaw l-interazzjoni gravitazzjonali f'waħda mill-formulazzjonijiet kwantistiċi possibbli tagħha, mhumiex inklużi fil-Mudell Standard.", "Il-Mudell Standard huwa eżempju ta' unifikazzjoni ta' interazzjonijiet fundamentali għaliex l-interazzjonijiet elettromanjetiċi u dgħajfa huma flimkien manifestazzjonijiet ta' interazzjoni waħda li tissejjaħ \"elettrodgħajfa\".", "Storikament kien hemm eżempji oħra ta' unifikazzjoni:", "Ħafna fiżiċi tal-partiċelli jemmnu li tista' ssir unifikazzjoni tal-forzi iżjed profonda.", "L-interazzjoni elettrodgħajfa u l-qawwija, fil-fatt, huma karatterizzati minn żewġ kostanti ta' rabta li fil-Mudell Standard huma ffissati, iżda l-estrapolazzjoni tagħhom għal enerġiji ogħla tista' tkun mod ta' unifikazzjoni.", "Il-Mudell Standard ma jistax jinkludi l-gravità, li t-trattament tagħha fir- Relattività Ġenerali bħalissa mhux kompatibbli mal-mekkanika kwantistika.", "Il-formulazzjoni tal-Mudell Standard hi bbażata fuq prinċipju ta' simetrija.", "Dan jikkonsisti fl-invarjanza taħt trasformazzjonijiet imsejħa trasformazzjonijiet tal-gauge.", "L-invarjanza tal-\"gauge\" tiggarantixxi l-konsistenza matematika u l-prevedibbiltà tat-teorija, jiġifieri dik li teknikament tissejjaħ ir-rinormalizzabbiltà tat-teorija.", "It-trasformazzjonijiet tal-gauge jikkorrispondu ma' xi ġeneraturi: il-bożoni vetturi, li jiddeskrivu l-forzi osservati fin-natura li huma dawk deskritti mill-grupp unitarju SU (3)×SU(2)×U(1).", "Dan il-grupp hu magħmul mill-prodott tal-grupp SU(2 )×U (1) li jiddeskrivi l-interazzjonijiet elettromanjetiċi u dgħajfa, u l-grupp SU(3) li jiddeskrivi l-interazzjonijiet qawwija.", "Id-deskrizzjoni tal-interazzjonijiet elettromanjetiċi permezz tal-grupp U(1) tissejjaħ elettrodinamika kwantistika, jew QED, filwaqt li d-deskrizzjoni tal-interazzjonijiet qawwija permezz tal-grupp SU(3) tissejjaħ kromodinamika kwantistika, jew QCD.", "Fit-teorija tal-gauge, ma' kull grupp ikkunsidrat jikkorispondi għadd ta' xi bożoni vetturi u l-għadd tagħhom jiddependi min-numru ta ' ġeneraturi, li huwa proprjetà matematika tal-grupp stess.", "Mas-sottogrupp SU(2)×U (1) jikkorrispondu il-foton, il-medjatur tal-interazzjoni elettromanjetika, u il-bożoni W (iċċarġjat) u Z (newtrali)]] medjaturi tal-interazzjoni dgħajfa, filwaqt li mas-sottogrupp SU(3) jikkorispondu tmien gluoni, mogħnija b'ċarġ tal-kulur.", "Il-gluoni, kontra l-fotoni, li għandhom ċarġ elettriku żero, għandhom il-propjetà taċ-ċarġ tal-kulur, u għalhekk huma soġġetti għall-forza qawwija (din il-proprjetà għandha x'taqsam mal-fatt li SU(3) huwa grupp mhux abeljan).", "L-istess jiġri fil-każ tal-bożoni W u Z li jistgħu jinteraġixxu bejniethom.", "Din il-proprjetà ġiet ivverifikata sperimentalment, b'mod partikolari fuq l-aċċeleratur LEP ta' CERN.", "It-teoriji tal-gauge, fihom infishom, ma jistgħux jiddeskrivu il-bożoni \"vetturi\" mogħnija bil-massa, u dan jikkontradixxi dak li ġie osservat sperimentalment.", "Min-naħa l-oħra, il-bożoni \"vetturi\" massivi jagħmlu t-teorija mhux rinormalizzabbli, allura inkoerenti mill-punto di vista matematiku.", "Biex niddeskrivu korrettament il-partiċelli massivi fil-Mudell Standard inżidu l-mekkaniżmu tal-ksur spontanju tas-simetrija.", "Is-sottogrupp U(2)×U(1) \"jinkiser\" spontanjament, u għalhekk bożon massiv ieħor imsejjaħ il-bożon ta' Higgs, ġie introdott fit-teorija.", "Il-mekkaniżmu ta' Higgs jista' wkoll jispjega, mingħajr tbassir kwantitattiv, il-preżenza tal-mases tal-fermijoni.", "Fl-4 ta' Lulju 2012 tħabbar f'CERN li fl-esperimenti ATLAS u CMS tal-LHC ġiet osservata b'sigurtà ta' 99.9996%, partiċella kompatibbli mal-bożon ta' Higgs b'massa bejn 125 GeV u 126 GeV .", "Il-fermijoni jistgħu jiġu raggruppati skond il-proprjetajiet tagħhom ta' interazzjoni fi tliet ġenerazzjonijiet: l-ewwel magħmula minn elettroni newtrino u Quarks, \"Quark up\" u \"Quark down\".", "Kull materja ordinarja tikkonsisti, kif rajna, minn elettroni u quarks \"up\" u \"down\".", "Il-partiċelli taż-żewġ ġenerazzjonijiet li jmiss għandhom massa ikbar minn ta' qabel ta' hawn fuq (safejn nafu, għall newtrini il-kejl ma jippermettux qis dirett tal-massa, iżda biss il-valuri assoluti tad-differenzi fil-massa).", "Minħabba li għandhom massa akbar, il-leptons u l-Quarks tat-tieni u t-tielet familja (jew il-partiċelli ffurmati minnhom) jistgħu jinqasmu f'partiċelli eħfef magħmula minn elementi tal-ewwel familjal.", "Għalhekk, dawn il-partiċelli huma instabbli u jkollhom nofs-ħajja qasira.", "L-elettron il-muon u t-taw u n-newtrini li jikkorrispondu magħhom neutrino huma klassifikati bħala leptoni.", "Kontra l-Quarks, dawn ma għandhomx ċarġ tal-kulur u allura l-forza nukleari qawwija m'għandha l-ebda effett.", "Il-Quarks, għandhom ċarġ tal-kulur li jagħmilhom suġġetti għall-forza qawwija, li hi medjata mill-bożoni \"vetturi\" msejħin gluoni.", "Il-gluoni għandhom ċarġ bil-kulur u jistgħu jinteraġixxu bejniethom.", "Għal din ir-raġuni u minħabba l-valur għoli ta' kostanti tar-rabta, il-forza qawwija tiżdied mad-distanza, u hekk il-Quarks qatt ma jistgħu jiġu osservati ħielsa fil-materja ordinarja, imma biss magħqudin fi stati li għandhom ċarġ tal-kulur.", "Dawn l-istati b'kulur newtrali jissejħu adroni, u huma maqsuma f'barjoni tat-tip fermijoniku, magħmul minn tliet Quarks (protoni u newtroni), u meżoni, tat-tip bożoniku, kompost minn par quark-antiquark (pijoni).", "Il-massa totali ta' dawn il-partiċelli hi iżjed minn dik tal-komponenti individwali minħabba l-\"enerġija tar-rabta\".", "Minbarra dawn l-istati marbuta ġew ipotizzati wkoll dawn li jsejħulhom stati \"eżotiċi\" magħmulin minn kombinazzjonijiet varji, bħall-pentaquark.", "Madankollu, sal-lum, m'hemmx xhieda sperimentali għal dawn l-istati.", "Il-Mudell Standard bassar l-eżistenza tal-bożoni W u Z, il-gluon, tal-quarks top u ċ-charm qabel ma dawn il-partiċelli ġew osservati.", "Ġie ivverifikat sperimentalment ukoll li l-karatteristiċi teoretiċi ta' dawn il-partiċelli jaqblu bi preċiżjoni kbira ma' dawk li fil-fatt jidhru li għandhom fin-natura.", "L-aċċeleratur ta' elettroni u pożitroni LEP ta' CERN ittestja u vverifika ħafna mit-tbassiriet tal-Mudell Standard, b'mod partikolari dwar id-diżintegrazzjoni tal-bożoni Z. Fost il-verifiki li saru ta' min isemmi dawk tal-eżistenza ta' tliet familji ta' newtrini ħfief.", "Għalkemm il-Mudell Standard kellu suċċess kbir fl-ispjegazzjoni tar-riżultati sperimentali, qatt ma ġie aċċettat bħala teorija sħiħa tal-fiżika fundamentali, minħabba n-nuqqasijiet tiegħu partikolarment il-punti li ġejjin:", "Minn mindu kien lest il-Mudell Standard saru ħafna sforzi biex jintgħelbu dawn il-limiti u jibdluh f'teorija sħiħa.", "It-tentattiv biex jintgħeleb l-ewwel nuqqas hu magħruf bħala l-Unifikazzjoni l-Kbira.", "It-teorija msejħa GUT (\"Grand Unification, Theory) tissuġġerixxi li l-gruppi SU(3 ), SU(2) u U(1) mhumiex ħlief sottogruppi ta' grupp ta' simetrija ikbar.", "F'enerġiji għolja (barra l-kapaċità tal-esperimenti tallum) is-simetrija tal-grupp unifikatur tibqa' konservata, f'enerġiji aktar baxxi min-naħa l-oħra il-grupp jinżel għall-SU(3)×SU(2)×U(1) permezz tal-proċess magħruf bħala l-ksur spontanju tas-simetrija.", "L-ewwel teorija ta' dan it-tip ġiet proposta fl-1974 minn Howard Georgi u Sheldon Glashow, bil-grupp SU(5) bħala l-grupp ta' unifikazzjoni.", "Il-GUT għandu l-proprjetà li m'għandux il-Mudell Standard.", "Din hi li jista' jbassar il-fenomenu tad-diżintegrazzjoni tal-protoni.", "Fl-1999 l-Osservatorju tan-Newtrini, Super-Kamiokande stabbilixxa li qatt ma osserva diżintegrazzjoni tal-protoni, u hekk stabilixxa l-limitu l-aktar baxx ta' 6.7×10 sena għan-nofs ħajja ipotetika tal-proton.", "Dan u esperimenti ipprovaw li ħafna teoriji GUT, fosthom dik ibbażata fuq il-grupp SU(5) kienu foloz, u dawn ġew skartati.", "L-evoluzzjoni tal-kostanti tar-rabta tat-tliet gruppi SU(3), SU(2) u U(1) li tat-support tat indikazzjoni sperimentali possibbli lil xi unifikazzjoni tal-interazzjonijiet.", "Meta tiżdied l-iskala l-enerġija (teknikament imsejħa \"running\") din tevolvi b'mod li l-kostanti, estrapolati għal enerġiji kbar, għandhom it-tendenza li jkollhom valuri viċin ta' xulxin.", "Madankollu, il-konverġenza tal-valuri tal-kostanti mhix preċiża, u nistgħu nissuspetaw li jeżistu fenomeni oħra li għadna ma skoprejnihomx li jidhru bejn l-iskala ta' enerġija tal-massa taż-Z u l-iskala ta' enerġija li fiha titwettaq l-unifikazzjoni l-kbira.", "L-ewwel konferma sperimentali tad-devjazzjoni mill-formulazzjoni oriġinali tal-Mudell Standard saret fil-1998, meta l-esperiment Super-Kamiokande ippubblika riżultati li indikaw xi oxxillazzjoni tan-newtrini bejn tipi differenti.", "Dan implika li n-newtrini għandhom massa differenti minn żero, peress li kieku l-massa kienet żero ma kienx jista' jkun hemm l-oxxillazzjoni bejn togħmiet differenti ta' newtrini, minbarra l-fatt li jridu jivvjaġġaw bil-veloċità tad-dawl.", "Il-Mudell Standard ma jipprevedix li n-newtrini għandhom massa, u jissoponi biss l-eżistenza ta' newtrini xellugin, jiġifieri l-ispin tagħhom hu orjentat fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni tal-mixi tagħhom.", "Kieku n-newtrini kellhom massa, kienu bilfors jivvjaġġaw b'veloċità inqas minn tad-dawl u kienu jistgħu jeżistu newtrini leminin (infatti kien ikun possibbli li \"tgħaddi jew taqbeż\" newtrino bl-għażla ta' sistema ta' referenza li fiha d-direzzjoni tal-mixi tiegħu tinqaleb mingħajr effett fuq l-ispin tiegħu, u hekk isir lemini).", "Minn dakinhar il-fiżiċi rrevedew il-Mudell Standard u introduċew massa għan-newtrini, li żiedet 9 parametri ħielsa oħra (3 mases, 3 angoli ta' taħlit u 3 fażi) mad-19 li kienu diġà hemm; dan il-mudell ġdid għadu jisejjaħ il-Mudell Standard, minkejja l-bidliet li sarulu", "It-teorija tas-Supersimetrija nistgħu inqisuha bħala estensjoni oħra tal-Mudell Standard.", "Din li tipproponi li kull partiċella tal-Mudell Standard konvenzjonali għandha \"sieħba\" supersimetrika bil-massa.", "Is-Supersimetrja tbassar l-eżistenza ta' partiċelli tqal stabbli li għandhom interazzjonijiet dgħajfa mal-materja ordinarja.", "Dawn il-partiċelli kienu kandidati fl-ispjegazzjoni tal-hekk imsejħa materja skura tal-univers.", "Dawn huma l-bożoni medjaturi (imsejħin bożoni tal-gauge) li hemm fil-Mudell Standard:", "Dawn huma l-fermijoni tal-Mudell Standard imqassma skont il-ġenerazzjoni:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16978", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16978", "title": "Jeffrey Pullicino Orlando", "text": ["Jeffrey Pullicino Orlando", "Jeffrey Pullicino Orlando huwa dentist u kien deputat parlamentari Indipendenti fl-aħħar fażi tal-Gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi li sofra telfa elettorali fl'2013.", "Twieled Tas-Sliema, trabba Ħ'Attard u jgħix Ħaż-Żebbuġ.", "Għandu tlett itfal u jipprattika bħala dentist f'Ħaż-Żebbuġ.", "Jghix ma Lara Boffa.", "Kien attiv fil-Partit Nazzjonalista sa minn meta kellu ħmistax il-sena.", "Għamel żmien membru attiv fil-Kumitati tal-Partit f'Ħ'Attard.", "Kien elett bħala kunsillier għal Ħaż-Żebbuġ fl-1993.", "Ikkontesta u ġie elett mis-seba' distrett f'isem il-PN fl-1996, 1998 u 2003.", "Kien elett mis-seba u mill-ħdax il-distrett fl-elezzjoni tal-2008 b'total ta' 5131 vot.", "Joseph Muscat, mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru, stqarr li l-\"kontroversja tal-Mistra\" li kien involut fiha Pullicino Orlando qabel din l-elezzjoni kienet \"ħadma tal-Partit Nazzjonalista u li l-Partit Laburista kien waqa' għal din il-ħadma.\"", "Kienet intiza biex tiddiskredita lill-predecessur tieghu Alfred Sant u trebbahhom l-elezzjoni.", "Pullicino Orlando accetta li jikkontesta mal-Partit Laburista fl'elezzjonijiet generali tas-sena 2017 fuq insistenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat .", "Minkejja kampanja qasira hafna ta' ghaxart ijiem mar tajjeb izda ma giex elett.", "Il-kandidatura tieghu wasslet ghal kritika harxa minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista.", "Ftit jiem wara l-elezzjoni l-klinika tieghu sfat fil-mira ta' attentat ta' hruq.", "Pullicino Orlando beda l-esperjenza Parlamentari tieghu bhala 'shadow Minister' tas-settur tat-Telekommunikazzjoni.", "Serva ghal numru ta' snin bhala l-kap tad-delegazzjoni Parlamentari Maltija ghall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa.", "Kien mahtur Vici-President ta' l-Assemblea ghal sentejn.", "Ilu mill-2010 jservi bhala Chairman tal-Kunsill Malti ghax-Xjenza u Teknologija (MCST).", "Pullicino Orlando ipprotesta kontra simenterija li kienet ha tinbena f'nofs Malta, kontra l-mizbliet li kienu ha jitwaqqfu biswit it-Tempji Megalitici tal-Imnajdra u Hagar Qim u kontra muzew taht l-art li kien se jinbena quddiem il-Kon-Katidral ta' San Gwann li potenzjalment seta jwassal ghal sfregju fil-wirt storiku taghna.", "F'dawn il-protesti sab appogg shih mis-socjeta civili.", "Fil-fatt tista tghid li f'kull okkazzjoni organizza moviment li ghinu biex iwassal dawn il-kampanji ghas-success li kellhom.", "Nhar is-6 ta' Lulju 2010, Pullicino Orlando ressaq Private Member's Bill fil-Parlament biex jiġi introdott id-divorzju.", "F'Novembru 2010 twaqqaf il-Moviment Iva għad-Divorzju, b'Deborah Schembri, ċerpersin tal-moviment, u b'membri ohra prominenti fosthom l-Membri Parlamentari Evarist Bartolo u Jeffrey Pulli­cino Orlando.", "Dan il-moviment kien uniku ghal Malta ghax kellu fi hdanu membri li gejjin minn kull parti ta'l-ispettru politiku Malti.", "Nhar is-16 ta' Marzu 2011 tressqet mozzjoni tal-Oppożizzjoni quddiem il-Parlament dwar kif għandha tkun il-mistoqsija tar-referendum li se jsir fit-28 ta' Mejju 2011, jiġifieri \"Taqbel mal-introduzzjoni tal-għażla tad-divorzju f'każ ta' koppja miż­żewġa li tkun ilha sseparata jew tkun ilha ma tgħix flimkien għal mill-inqas erba' snin u meta ma jkun hemm l-ebda tama raġjonevoli ta' rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin, fil-waqt li jkun garantit manteniment adegwat u jkunu mħarsa t-tfal?\"", "Din għaddiet għax ivvutat għaliha l-Oppożizzjoni kollha u żewġ Membri Parlamentari Nazzjonalisti, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett.", "Ir-Referendum għadda b'maġġoranza ta' 53%, b'distakk ta' 14,576 vot.", "Nhar is-26 ta' Ġunju 2012, Pullicino Orlando, f'ittra li bagħat lill-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, talab lill-Eżekuttiv jikkunsidra t-tkeċċija ta' Richard Cachia Caruana mill-Partit Nazzjonalista.", "Ta min wiehed jghid li Richard Cachia Caruana kien ghadu kif gie kkundanat b'vot fil-Parlament Malti wara li harget, permezz tal-Wikileaks, informazzjoni li kienet tindika li Cachia Caruana hadem wara dahar l-Parlament Malti ma ufficcjali ta' gvernijiet barranin.", "L-akkużi li għamel Pullicino Orlando fir-rigward ta' Richard Cachia Caruana huma li fil-perjodu bejn l-1996 u l-1998 kien ikkonfoffa ma' uffiċjali tal-Partit Laburista, li kien ħadem ma' uffiċjali ta' gverni­jiet barranin minn wara dahar il-Parlament u li qajjem inkwiet fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.", "L-akkużi ġew diskussi f'laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN fis-17 ta' Lulju iżda dawn ma ġewx aċċettati u minflok għaddiet mozzjoni għar-ringrazzjament lil Cachia Caruana, b'mod unanimu.", "Nhar it-12 ta' Lulju 2012, l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett mhux se jitħallew jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss f'isem il-Partit Nazzjonalista.", "U dan minkejja li Pullicino Orlando kien diga ddikkjara li mhux sejjer jikkontesta sitt xhur qabel.", "Nhar id-19 ta' Lulju 2012, Pullicino Orlando rriżenja mill-Partit Nazzjonalista u mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.", "Hekk il-gvern tilef il-maġġoranza parlamentari.", "F'ittra li bagħat lil Priministru Gonzi qal li m'għadux iħossu komdu jimmilta f'partit li ġie \"hijacked\" minn Richard Cachia Caruana u Austin Gatt.", "Huwa qal li se jinforma lill-iSpeaker tal-Kamra bid-deċiżjoni tiegħu.", "Huwa qal li b'rispett tal-5,100 konstitwent li tawh l-ewwel prefernza u se jibqa' jikkolabora mal-gvern fuq il-miżuri imniżżla fil-programm elettorali 2008.", "Madankollu jixtieq li jiġi kkunsultat fuq kwalunkwe miżura oħra li mhiex imniżżla f'dan il-programm u li l-gvern jkollu bżonn il-vot tiegħu biex jimplimenta.", "Temm l-ittra billi qal li dan m'hu se jbiddel xejn mir-rispett li hu għandu lejn il-Prim Ministru.", "Pullicino Orlando rega gie mahtur Chairman tal-Kunsill Malti ghax-Xjenza u Teknologija mill-Gvern Laburista wara l-elezzjoni ta' l-2013.", "Assuma rwol ezekkutiv wara li is-CEO precedenti rrezenja mill-kariga ghal ragunijiet personali.", "F'Awissu ta' l-2013 waqqaf l-'Anti-Cyberharassment Alliance (Malta)'ma numru ta individwi prominenti fosthom Deborah Schembri, il-membru parlamentari laburista li serviet ukoll bhala Chairperson tal-Moviment Iva, Joseph Cuschieri, il-kap tad-delegazzjoni Laburista ghall-Parlament Ewropew, Silvio Debono, chairman ta' l-MCAST u Jesmond Mugliett, ex-Ministru Nazzjonalista."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16979", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16979", "title": "Reggie Miller", "text": ["Reggie Miller", "Reggie Miller (Tas-Sliema, 1 ta' Novembru 1898 - Londra, Ingilterra, 21 ta' Lulju 1970) kien il-fundatur tal-ikbar union Maltija tal-ħaddiema, il-General Workers Union.", "Kien tifel xipli u qabel ma daħal il-Liċeo ta' disa' snin kien imur il-Billion Scuola Preparatoria al Liceo.", "Meta kellu 16-il sena daħal l-Università.", "Miegħu kien hemm Joseph Caruana Colombo, li iżjed tard bħala mħallef kien iċ-Chairman tal-Caruana Colombo Arbitration Tribunal.", "Fl-1952 dan it-tribunal biddel radikalment il-paga tal-ħaddiema Maltin billi ta żidiet ta' 30 xelin sterlina fil-ġimgħa.", "Dan meta l-anqas paga dak iż-żmien, tal-ħaddiema tal-Gvern Ċivili u tal-Gvern Imperjali, kienet ta' 70 xelin sterlina fil-ġimgħa.", "Reggie ma kompliex l-istudji l-università wara attakk ta' plewrite u wkoll minħabba problemi finanzjarji tal-familja.", "Fi Frar 1917 daħal jaħdem mal-Ammiral bħala boy-writer b'paga ta' xelin kuljum.", "F'Mejju 1917 meta kien hemm strajk mill-ħaddiema tal-Ammiraljat, Reggie u skrivani oħra bħalu ma setgħux jistrajkjaw u ngħataw ġimgħa paga.", "Għal Reggie l-problema ta' pagi miżeri kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol wasslu, fost affarijiet oħra, għat-traġedja tal-irvellijiet tas-Sette Giugno.", "Il-Kostituzzjoni tal-1921 tat lil ħaddiema rappreżentanza fis-Senat permezz tat-Trade Union Council.", "Dan il-privileġġ kien gawdut ukoll mill-kleru, minn nobbli, mill-gradwati kif ukoll mill-Kamra tal-Kummerċ.", "Iżda minħabba li sa dak il-mument f'Malta ma kienx għad hawn Trade Union Council iż-żewġ voti tal-ħaddiema fis-Senat kienu manipulati mill-politiċi.", "Biżżejjed tgħid li waqt minnhom wieħed mir-rappreżentanti tat-Trade Union Council fis-Senat kien Gerald Strickland, il-mexxej tal-Partit Kostituzzjonali.", "L-ewwel darba li Reggie attenda laqgħa ta' trade union kien fl-1930 meta sħabu l-iskrivani Assuero Farrugia, Eddie Caruana u John Mifsud ħaduh magħhom għal meeting tas-Civil Service Clerical Association (Admiralty Branch).", "Reggie ħalla impressjoni tajba tant li f'Awwissu tal-1931 kien elett segretarju ta' din l-union.", "Fit-treġija ta' din il-union, Miller, Edward Fenech u Mifsud kienu ta xejra Nazzjonalista, J. Hamilton u oħrajn kienu Sticklandjani.", "Il-ħaddiema mal-Gvern Imperjali dejjem ħarsu lejn il-kundizzjonijiet ta' xogħol tal-ħaddiema Brittanniċi bħala mira li lejha riedu jersqu.", "Waqt il-Great Depression il-ħaddiema Brittanniċi u Maltin kienu tilfu parti mid-dħul tagħhom taħt sura ta' bonus.", "Iżda fl-1934, filwaqt li l-ħaddiema Britanniċi ħadu lura l-bonus kollu l-Maltin ma ħadu xejn.", "Dan kien inaċċettabbli għall-ħaddiema Maltin tas-Servizzi.", "Fl-1935 Miller mar Carton, l-Ingilterra bħala r-rappreżentant Malti tas-CSCA.", "Fl-istess sena Miller attenda wkoll il-Foreign Dockyards Committee.", "Hawn, N. Mcleod President ta' dan il-Kumitat, l-ewwel ried iżid in-numru ta' nies established (nies li kienu jieħdu pensjoni meta jispiċċaw bl-età) minn 19 għal 31.", "Eventwalment, iżda, in-numru ta' nies established kien ried jinżel għal erbgħa.", "Miller tkellem bis-saħħa kontra din il-mozzjoni ta' Mcleod u dan eventwalment irtiraha.", "Meta Miller ġie lura Malta ngħata merħba ta' eroj.", "Sa mill-1934 Miller beda jħoss li titjib fil-pagi u kundizzjonijiet tal-iskrivani kien biss possibbli jekk il-ħaddiema tal-pinna u tal-id jingħaqdu.", "Miller kulma jmur beda jersaq lejn il-ħsieb li fl-għaqda tal-ħaddiema kollha kien hemm is-saħħa.", "Fl-1938 waqt konferenza f'Margate, l-Ingilterra Reggie tkellem dwar il-bżonn li l-iskrivani jingħaqdu ma' ħaddiema oħra biex flimkien ikollhom iżjed saħħa.", "Għal ftit żmien Miller kien segretarju kemm tal-CSCA kif ukoll tal-Imperial Workers Union, union ta' ħaddiema tal-id.", "Meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1939 il-ħajja għoliet bil-bosta u l-unions tal-ħaddiema tal-Gvern Ċivili u tal-Gvern Imperjali ngħaqdu u talbu war bonus.", "Saru tliet kumitati li kellhom l-għan li jiddiskutu u jiksbu war bonus għall-ħaddiema.", "Il-personalità ta' Reggie Miller intweriet meta ngħażel biex ikun segretarju ta' kull kumitat tal-war bonus.", "Il-kwistjoni tal-war bonus mhux biss ressqet lejn xulxin il-ħaddiema tal-pinna u tal-id, iżda l-ħaddiem intebaħ li s-sitwazzjoni soċjali kienet qed tinbidel u Reggie hawn ħass il-bżonn li jwaqqaf il-General Workers' Union.", "Qatt mhu faċili li twaqqaf trade union.", "Li tagħmel dan fi żmien gwerra qalila meta Malta kienet fortizza kien ifisser aktar diffikultajiet.", "Il-Gvern Ingliż ma kienx lest li jħalli lil xi ħadd inaqqas b'xi mod l-isforzi biex tintrebaħ il-gwerra.", "It-Tieni Gwerra Dinjija kienet qed tiġi miġġielda kontra l-Nazziżmu u l-Faxxiżmu fl-Ewropa, waqt li kienu qed imutu nies kemm fl-Ewropa stess kif ukoll fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant.", "Reggie u n-nies li għenuh biex waqqaf il-GWU dan kienu jafuh.", "Ma kellhom l-ebda ħsieb li b'xi mod itellfu l-isforzi tad-dinja ħielsa biex tintrebaħ il-gwerra.", "Iżda ż-żmien kien f'waqtu biex il-ħaddiem Malti jimxi 'l quddiem fl-emanċipazzjoni tiegħu.", "Dan il-waqt Reggie u sħabu ma riduhx jaħarbilhom.", "F'The Times of Malta tat-12 t'Ottubru, 1942 deher avviż fejn Miller talab biex dawk li kienu interessati fit-twaqqif tal-moviment ġdid jiktbu fl-indirizz 60, Rue D'Argens, Gżira.", "L-ewwel tħeġġiġ favur it-twaqqif tal-GWU sar fit-Tarzna, post fejn kien faċli li tlaqqa' lin-nies u iżjed minn hekk dawn il-ħaddiema kellhom sens qawwi ta' trejdunjonizmu.", "Skont Paul Sciberras, l-ewwel President tal-GWU, kien hemm numru ta' trejdunjonisti lesti biex jgħinu lil Miller.", "Iżda kien Reggie li waqqaf il-GWU.", "Skont Sciberras hu biss kellu \"the audacity, the panache and the influence\" biex iwaqqaf trade union magħmula minn tant diversità ta' ħaddiema.", "Fit-28 ta' Marzu 1943, il-GWU kellha l-ewwel meeting fil-Mile End Sports Ground, fil-Ħamrun.", "Attendew bejn 2,000 u 3,000 ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Gvern Imperjali, mal-Gvern Ċivili kif ukoll ħaddiema tal-partikular.", "Miller kien introdott bħala l-promotur tal-GWU u li ma kellu l-ebda għanijiet politiċi.", "Il-ħsieb waħdieni tiegħu kien li jwaqqaf trade union soda li kienet tkun ta' benefiċċju u tarka mhux biss għall-ħaddiema iżda wkoll għall-istat.", "Waqt il-meeting Miller irringrazzja lill-ħaddiema għall-appoġġ tagħhom u wissa li ma kien se jittollera l-ebda insubordinazzjoni lejn l-Awtorità u ried li l-union timxi skont is-saltna tad-dritt (Rule of Law).", "Il-GWU kienet sabet appoġġ minn kwartieri differenti tas-soċjetà.", "Fil-meeting tal-Mile End kien hemm preżenti l-Kurunell A.L. Bartolo, Direttur tax-Xogħol u l-Onorevoli Dr John Formosa; A.V Bartolo; it-Tabib Pawlu Boffa; in-Nutar George Borg Olivier u Mabel Strickland.", "Kien hemm ukoll C. Scicluna, l-uffiċjal inkarigat mill-Protezzjoni Ċivili f'Tas-Sliema.", "Fit-tieni meeting tal-25 ta' April, E. Fenech (kumitat organizzativ) qal li hemm bżonn li l-union ġdida taħdem biex iġġib bilanċ bejn sezzjonijiet tas-soċjetà.", "J. Cilia (Kumitat Organizzativ) qal li hemm bżonn li ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol ikollhom l-istess paga u privileġġi.", "L-analomija li nies li jagħmlu l-istess xogħol u ma jingħatawx l-istess paga kienet tinsab mhux biss fost il-ħaddiema tal-Gvern Imperjali u tal-partikular iżda wkoll fost il-ħaddiema tal-Gvern Ċivili.", "Ta' min jgħid li korrispondenza bejn Prof. V. Bernard, il-Kap Uffiċjal Mediku tal-Gvern u Roger Castillo, Segretarju għall-Gvern, turi t-tħassib ta' dawn iż-żewġ uffiċjali għolja tal-Gvern Ċivili dwar l-istess problema.", "Huma jilmentaw li fost il-ħaddiema tal-Gvern Ċivili l-pagi ma kellhomx gradi u bejn dipartiment u ieħor kien hemm differenzi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-pagi għal nies li jagħmlu xogħol simili.", "Fl-14 ta' Lulju l-kumitat organizzattiv tal-GWU ħareġ komunikat li deher f'Il-Berqa fejn intqal li l-membri miktuba fil-GWU kienu laħqu 9,000.", "Imħeġġa minn dan il-GWU fetħet uffiċċju f'18, Triq il-Mitħna, il-Belt.", "Fl-24 ta' Awwissu il-ħaddiema tat-Tarzna għamlu strajk mhux uffiċjali u riedu li jkellimhom Miller.", "Miller aċċetta u fuq l-insistenza tiegħu l-ħaddiema li kienu fuq strajk ma mxewx lejn il-Belt kif kellhom ħsieb li jagħmlu.", "Dan l-inċident wera s-saħħa li kien qed kiseb Reggie fost il-ħaddiema u li kien sar tassew it-tredjunjonista ewlieni f'Malta.", "Fil-27 ta' Awwissu sar meeting politiku mill-War Bonus Joint Conference Committee li għalih attendew 10,000 ruħ.", "Il-meeting kien indirizzat minn Mosè Gatt, E. Fenech u R.G. Miller (GWU), J.F. Marks (Dockyard u Imperial Workers Union), A. Cilia (Civil Service Clerical Associaton) u W. Azzopardi (Civil Government Employees Joint Bonus Committee).", "Riżoluzzjoni f'isem il-ħaddiema fuq l-istrajk iddikjarat li dawn il-ħaddiema kienu lesti li jerġgħu jmorru għax-xogħol jekk il-kwistjoni tal-bonus tissolva malajr u jekk ma jkunx hemm vittimizzazzjoni tal-ħaddiema li kienu strajkjaw.", "Din ir-riżoluzzjoni ġiet aċċettata mill-mexxejja tat-trade unions.", "Fil-meeting pubbliku tal-1 ta' Ottubru l-ħaddiema għaddew riżoluzzjoni fejn urew fiduċja fid-delegati li kienu qed jitkellmu f'isimhom dwar il-war bonus.", "Għal darb'oħra l-ħaddiema li kienu fuq strajk sostnew li kienu lesti li jmorru lura għax-xogħol biex igħinu fl-isforz biex tintrebaħ il-gwerra.", "Il-5 ta' Ottubru 1943 hu mfakkar fl-istorja tat-trejdunjonizmu Malti bħala l-jum li fih twaqqfet uffiċjalment il-GWU.", "Għal dak il-jum tħabbru żewġ meetings oħra, wieħed il-Ħamrun u l-ieħor Raħal Ġdid, minn xorta ta' dissidenti li iżda sfumaw fix-xejn għax il-ħaddiema bi ħġarhom bl-eluf, wieġbu għas-sejħa ta' Reggie Miller u ltaqgħu l-Imsida.", "Reggie dejjem sostna li t-twaqqif tal-GWU ma kellu bl-ebda mod ixxejjen il-war effort.", "Għalhekk, apparti l-fatt li l-Imsida kienet post ċentrali fejn tlaqqa' n-nies, kien f'waqtu li l-meeting kolossali tal-5 ta' Ottubru 1943 sar l-Imsida minn fejn ftit qabel telqu l-landing barges u bċejjeċ tal-baħar ohra, għall-invazjoni ta' Sqallija.", "Waqt il-meeting kien mitlub li tiġi stabbilita sistema ta' arbitraġġ minnufih u l-ħaddiema fuq strajk ma jkunux vittimizzati.", "Il-meeting wera l-fiduċja li l-ħaddiema kellhom f'Miller.", "Is-sejħa tiegħu għal trade union soda li fiha kellhom post ħaddiema minn kull sezzjoni ta' impjieg f'Malta xegħlitilhom l-immaġinazzjoni.", "Il-ħaddiem fehem li kien biss bis-saħħa ta' trade union kbira li kellu tama li jikseb kundizzjonijiet aħjar.", "Wara kollox għal ħafna snin kien hemm trade unions żgħar f'Malta iżda minħabba d-diversità ta' sħubija u għanijiet differenti, il-ħaddiem baqa' mxekkel b'paga baxxa u kundizzjonijiet ta' xogħol spiss kiefra.", "Sa ma feġġgħet il-GWU t-trade unions baqgħu ma ħadux ruħ u fl-istatistika tat-trade unions tal-1939 insibu li n-numru ta' ħaddiema fihom kien biss ta' 3,579.", "Dan kien ifisser 6.8 fil-mija tal-ħaddiema ta' dak iż-żmien.", "Fl-1946, allura wara t-twaqqif tal-GWU, in-numru ta' ħaddiema fi trade unions tela' għal 33,309: issa 38.7 fil-mija tal-ħaddiema kollha.", "Minn dawn, 29,660 kienu fi ħdan il-GWU.", "L-Ammiral Suppretendent tat-Tarzna kien fehem li kienet biss il-GWU li kellha s-saħħa biex iġġiegħel lill-ħaddiema li kienu fuq strajk imorru lura għax-xogħol.", "Fil-fatt l-Ammiral Supretendent tat-Tarzna aċċetta r-riżoluzzjoni li għaddew il-ħaddiema waqt il-meeting tal-Imsida.", "Il-bibien tat-Tarzna raw lill-ħaddiema deħlin lura għax-xogħol il-Ħamis 7 ta' Ottubru fis-7 ta' filgħodu.", "Għalkemm il-GWU kien irnexxielha treġġa' lura lejn ix-xogħol il-ħaddiema fuq strajk il-problema tal-war bonus kienet għadha hemm.", "N. McLeod, li konna ltqajna miegħu meta Miller attenda il-Foreign Dockyards Committee l-Ingilterra, l-espert li ġie Malta biex isolvi l-problema tal-war bonus, ta rapport lill-Gvernatur fit-30 ta' Ottubru 1943, iżda kien biss fit-27 ta' Jannar 1944 li r-rapport kien ippreżentat lill-Kunsill tal-Gvern.", "Skont dan ir-rapport McLeod stqarr li l-ħaddiem Malti ma kellux bżonn flus iżda consumer goods.", "Il-minor workers kienu ngħataw biżżejjed flus fil-bonuses u li parità mal-ħaddiema Britanniċi ma kinitx possibbli.", "Hu sostna li wara kollox il-ħaddiema mal-Gvern Ċivili kellhom il-Public Service Commission waqt li dawk tat-Tarzna kellhom id-Dockyard Whitley Committee.", "Kien hemm bżonn li ħaddiema oħra mhux koperti jissieħbu fi trade unions.", "Il-McLeod Report ma kienx aċċettat mill-GWU mhux biss għax kien implimentat qabel ma kien diskuss mal-ħaddiema iżda iżjed u iżjed għax ir-rapport ħalla l-problema ta' pagi miżeri mhux solvuta.", "Id-Dockyard and Imperial Workers Union ilmentaw fuq in-nuqqas ta' sistema ta' arbitraġġ.", "The Times of Malta, Il-Berqa u Leħen is-Sewwa qablu mal-kritika tal-unions kontra r-rapport.", "Iżda il-Kunsill tal-Gvern aċċetta r-rakkomandazzjonijiet ta' McLeod.", "Il-kwistjoni ma waqfitx hawn.", "Il-kritika kontra l-McLeod Report mit-trade unions u mill-Istampa, mistoqsijiet fil-House of Commons u l-fatt li f'dak iż-żmien inzerta Malta Orde Brown, Labour Adviser tal-Uffiċċju Kolonjali wasslu biex inħatar Labour Coordination Committee li fuqu kien hemm rappreżentanti tal-Gvern Ċivili u Gvern Imperjali kif ukoll it-trade unions.", "Miller ikkritika l-Labour Coordination Committee għax ma kellu ebda saħħa esekuttiva.", "Dan il-kumitat, għalkemm ta leħen lill-ħaddiema, ma kienx żvilupp suffiċjenti pari passu mal-qawmien tal-ħaddiema meta twieldet il-GWU.", "Is-saħħa tal-GWU għamlet neċessarju l-ħolqien ta' leġiżlazzjoni fuq linji tredunjonistiċi moderni.", "L-Ordinanza tal-1945 ħasbet biex tirregola kemm ir-relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-ħaddiem kif ukoll bejn l-istess ħaddiema.", "Ir-regolament li kull trade union kellha l-obbligu li tirregistra iddixxiplinat lit-trade unions u fl-istess ħin tat lill-gvern perspettiva eżatta tan-numru ta' ħaddiema fi ħdanhom.", "It-trade unions kienu obbligati li jpoġġu flushom f'Banek – miżura li tat stabbiltà lit-trade unions.", "Il-fatt li mhux biss il-fondi tat-trade unions kienu protetti iżda t-trade unions kienu wkoll imħarsa minn passi kriminali kontrihom, saħħaħ lit-trade unions.", "Dawn ingħataw ukoll id-dritt ta' l-istrajk u picketing.", "Il-Conciliation and Arbitration Act 1948 ħoloq sistema fejn kwistjonijiet industrijali bejn il-ħaddiema u min iħaddem, setgħu jissolvew malajr u mingħajr il-bżonn ta' strajk.", "Wieħed jista' jgħid li l-iżjed aspett importanti ta' dan l-Att kienet l-Arbitration.", "Sa Diċembru 1952 kien hemm ħames kwistjonijiet importanti li ġew solvuti bis-saħħa ta' arbitraġġ.", "Dawn kienu:", "- GWU vs Malta Med Coy Ltd - GWU vs Association of Printers and Manufacturing Stationers - GWU vs Navy, Army and Air Force Institutes; -Association of Scientific Workers vs Cable & Wireless Ltd - Malta Government Joint Council vs Malta Government (il-famuż Caruana Colombo Award li diġà ssemma)", "Il-Conditions of Employment (Regulation) Act 1952, li kulħadd jafu bħala CERA, kien ta' ġid kbir għall-ħaddiema tal-partikular.", "Sa dak iż-żmien il-ħaddiema tal-partikular kienu għadhom regolati bl-Ordinanza VII tal-1868.", "Il-kundizzjoni ħażina li kienu fiha l-ħaddiema tal-partikular kienet riżultat ta' nuqqas ta' liġijiet fir-rigward, ħafna nies jiġru wara l-istess xogħol kif ukoll nuqqas ta' sħubija fit-trade unions.", "Taħt dan il-Att ġew stabbiliti Wages Councils li taw parità bejn ħaddiema li jaħdmu l-istess xogħol.", "Kienu mdaħħla wkoll miżuri biex ix-xjuħ u dawk b'diżabbiltà jiġu protetti fuq ix-xogħol.", "The Torch, The Times of Malta u Il-Berqa faħħru din il-Liġi li wasslet lill-ħaddiem Malti viċin prinċipji ta' xogħol imħaddna f'pajjizi żviluppati u tat lill-ħaddiem Malti drittijiet stabbiliti mill-International Labour Organisation.", "Iżda għalkemm saru avvanzi kbar fid-drittijiet tal-ħaddiema l-esiġenzi tan-nisa, kemm għall-paga bħall-irġiel, id-dritt li jibqgħu jaħdmu meta jiżżewwġu kif ukoll protezzjoni waqt it-tqala ma sar l-ebda provvediment għalihom.", "Ta' min igħid li l-GWU sa mill-bidu nett, meta kellha ħaddiema nisa, tathom paga bħall-irġiel u ma kellhomx jitilqu bilfors mix-xogħol meta jiżżewġu.", "Reggie Miller ħa sehem b'mod prominenti fl-Assemblea Nazzjonali li ltaqgħet bejn l-20ta' Jannar 1945 u t-3 ta' Marzu 1947.", "Fil-bidu l-GWU lanqas kienet mistiedna biex tibgħat rappreżentanti u meta eventwalment kienet mistiedna ngħatat biss żewġ delegati, bħalma kellhom il-każini tal-banda u għaqdiet filantropiċi.", "Din il-pożizzjoni ma ġietx aċċettata mill-GWU li eventwalment ingħatat 50 delegati, tnejn għal kull sezzjoni.", "Ta' min isemmi min kienu dawn id-delegati u s-sostituti tagħhom: M. Regina, V. Billion (D.M. Cremona), A. Cilia, E. Wright, C. Mizzi, P. Sciberras, S. Cacciottolo, T. Mallia, C. Libreri (A. Abela), A. Camilleri, C. Barbara, S. Rapa, G. Clare, G. DeGiovanni, A. Vassallo, Ch.", "Zammit, Ch.", "Thewma, J. Attard Bezzina, J. Gatt (A. Privitera), C. Cauchi, E. Vassallo, D. Taliana, L. Gauci, C. German, A. Grima, M.S. Mallia (V. Dye), E. Cilia, J. Pace, J. Sant'Angelo, P. Giuliano (D. Mangion), W. Tagliaferro, C. Ellul Galea, T. Xuereb (E. Agius), L. Musu (G. Azzopardi), G. Zarb (G. Cutajar), C. Busuttil, E. Schembri, E. Farrugia (W.A. Rigaud), G. Zarb (A. Rizzo), J. Vassallo, C. Cassano, G. Attard (S. Calleja), J. Bonello (G. Zarb), L. Galea (A.P. Bilocca), E. Tabone, J.P. Xuereb, V. Bonello (F. Barun), J. Hall Formosa (G. Bonello), L. Magro, H. Smith.", "Reggie Miller kien awtomatikament elett segretarju tal-Assemblea meta Giuseppe Degiorgio, li kien ukoll nominat, ma aċċettax in-nomina biex witta t-triq għal Miller.", "L-elezzjoni ta' Miller għal din il-kariga tat prestiġju kemm lil Miller nnifsu kif ukoll lill-GWU.", "Il-GWU ipproponiet dawn il-punti għall-Kostituzzjoni l-ġdida: – ir-reliġjon Kattolika kellha tkun dikjarata r-reliġjon ta' Malta – il-plural voting jiġi abolit u jingħata d-dritt għal vot lil kull raġel u kull mara – ikun hemm Kamra waħda – l-impjegati jingħataw frank speċjali biex joħorġu għall-Parlament", "Kien hemm qbil bejn il-GWU u l-Partit Laburista għall-punti kollha ħlief għall-ewwel punt.", "Il-Partit Laburista fil-manifest tal-1944, qabel l-elezzjonijiet għall-Kunsill tal-Gvern, kien ħalla barra kull referenza għar-reliġjon għax ħass li f'Malta Kattolika din ir-referenza kienet żejda.", "Iżda fl-Assemblea Nazzjonali, mozzjoni ta' Enrico Mizzi li r-reliġjon ta' Malta hi r-reliġjon Kattolika, kienet ivvutata favur unanimament.", "Id-delegati Laburisti vvutaw favur.", "L-Assemblea għaddiet b'maġġoranza ta' tmienja għall-mozzjoni dwar il-vot għall-irġiel kollha li jagħlqu l-21 sena.", "Iżda meta ġiet għall-vot tan-nisa ma kienx hemm qbil mill-ewwel.", "Il-Knisja u elementi oħra konservattivi kienu kontra l-vot għan-nisa.", "Fl-Assemblea kien hemm bħala membri tliet nisa biss u dawn kienu J. Burns Debono, Helen Buhagiar u Mabel Strickland.", "Iżda n-nisa ngħatalhom id-dritt li joħorgu għall-elezzjonijiet.", "Hawn Miller għamel emenda li kienet tgħid \"in-nisa bħall-irġiel\" għandhom id-dritt għall-vot u din l-emenda għaddiet.", "Il-GWU u l-PL kienu determinati li jkun hemm Kamra waħda.", "Fis-27 ta' Lulju 1945 il-mozzjoni ta' Dr. Boffa li jkun hemm biss Kamra waħda ngħelbet b'165 vot kontra u 160 favur.", "Qam pandemonju meta Miller indika irregolaritajiet fil-votazzjoni u ħafna delegati wrew dubju dwar il-validità tal-vot li kien ittieħed.", "Eventwalment il-McMichael Constitution ħalliet lis-Senat barra.", "B'hekk jista' jingħad li dak li wera Miller wassal biex Malta jkollha Kamra waħda.", "Sadattant il-pożizzjoni ekonomika tal-pajjiż baqgħet sejra lura u l-GWU ordnat strajk ġenerali fil-5 ta' Jannar 1946.", "L-istrajk kien maħsub bi protesta kontra l-amministrazzjoni ħażina, kontra il-fatt li d-drittijiet tal-ħaddiema kienu qed jiġu njorati u għax il-Gvern Imperjali kien irtira s-sussidji.", "L-istrajk kien suċċess u kellu l-parti kbira tal-Maltin warajh.", "Il-GWU kienet favur il-Marshall Aid.", "Ma setax ikun mod ieħor meta l-ħaddiem, partikularment mal-Gvern Imperjali, kellu l-mannara tas-sensja fuq rasu u l-ekonomija Maltija kellha bżonn il-flus minn barra l-pajjiż.", "Malta rċeviet £900 għall-Power Station.", "Malta ma setgħetx tirsisti b'mod sħiħ għal din l-għajnuna għax bħala kolonja Malta ma setgħetx titkellem direttament.", "Il-GWU, konformament mal-ħsieb ta' Miller, kienet taqbel mal-Integration ta' Malta mar-Renju Unit.", "Il-ħaddiema tat-Tarzna, li kienu s-sisien tal-GWU, dejjem ħolmu li jkollhom pagi bħall-ħaddiema Ingliżi.", "L-Integration, fi ħsieb Miller, kienet tkun ta' benefiċċju għal kulħadd: \"Practically everyone... in Malta would be... in the same favourable position\".", "Miller fl-Integration ra l-istess rabta ekonomika li kienet qed isseħħ dak iż-żmien fl-Ewropa.", "F'Novembru 1954 waqt laqgħa tal-European Regional Organisation tal-International Confederation of Trade Unions (li tagħha l-GWU kienet membru fundatur meta twaqqfet f'Novembru 1949) Reggie kien ivvota favur l-għaqda ekonomika Ewropea.", "Miller kien benvist mill-ICFTU, tant li kien ingħata tliet ħatriet importanti fi ħdanha meta ntagħżel biex jorganizza u jgħin lit-trade unions fit-Turkija fl-1953, fil-Libja fl-1954 u fl-Italja 1954-55.", "Wara theddida ta' sensji kbar fit-Tarzna il-GWU sejħet strajk ġenerali għat-28 ta' April fl-1958.", "L-istrajk kien suċċess kbir.", "Iżda l-istrajk inbidel fi protesta kontra l-Gvern Imperjali u kien hemm inkwiet mal-pulizija f'ħafna postijiet f'Malta.", "Minn hemm 'il quddiem l-istilla ta' Reggie bdiet tittappan.", "Hu għamel tliet mossi żbaljati.", "Kien siefer għall-konferenza tal-ICFTU waqt li hawn Malta kien sejjaħ l-istrajk ġenerali tat-28 ta' April.", "Imbagħad, meta spiċċa bl-età minn mal-GWU, mar jaħdem mad-ditta CH Bailey Ltd li kienet ħadet it-treġija tat-Tarzna.", "Miller dan għamlu minkejja li l-GWU kienet kontra li t-Tarzna tiġi f'idejn il-partikular.", "Iżda l-agħar mossa tiegħu kienet meta Miller ħabbar it-twaqqif ta' union ġdida, il-Union of Free Workers – inizjattiva li mill-ewwel sfumat fix-xejn.", "Hawn ir-rispett lejn Miller naqas drastikament.", "Diżilluż u umiljat Reggie telaq minn Malta u mar jgħix l-Ingilterra fejn kienet toqgħod Ariadne, it-tifla li kien rabba u li kien tant iħobb.", "Ta' min jgħid iżda li sa ma miet hu gawda minn pensjoni li kienet ħarġitlu l-GWU.", "Qabel telaq ġie festeġġat mill-GWU u anke ngħata rigali ta' tifkira.", "Joe Attard Kingwell, is-Segretarju Ġenerali li laħaq warajh, kien iżuru regolarment kull meta kien ikun Londra."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16993", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16993", "title": "Salve Reġina", "text": ["Salve Reġina", "Is-Salve Reġina hija waħda mill-erba' antifoni Marjani li jinkludu r-\"Regina Coeli\", l-\"Ave Regina Caelorum\", u l-\"Alma Redemptoris Mater\".", "Din il-kompożizzjoni li saret fil-Medjuevu, inkitbet bil-Latin u ġiet tradizzjonalment attribwita lil Ermanno ta' Reichenau, magħruf bħala Ermannu l-Immankat.", "Tradizzjonalment titkanta bil-Latin, għalkemm jeżistu għadd kbir ta' traduzzjonijiet b'ħafna lingwi.", "L-antifona tas-\"Salve Regina\" ġiet tradotta għal għadd ta' lingwi matul iż-żmien.", "Fost it-tradzzjonijiet li saru, insibu dik għal-lingwa Maltija:", "It-talba ġejja mis-seklu 11, imma l-oriġni tal-kompożizzjoni tagħha mhux ċert.", "It-tradizzjoni l-iżjed mifruxa tattribwixxi l-abbozz ta' din l-antifona lill-patri Ermannu ta' Reichenau .", "Ġiet attribwita wkoll lill-Papa Gregorju VII, lil Sant'Anselmu minn Baggio (miet fl-1086), lil San Pietro ta' Mezonzo, jew lil San Bernard.", "X'aktarx San Bernard ikkompona biss l-aħħar vers \"\"o clemens, o pia, o dulcis virgo Maria\"\".", "Il-forma preżenti ġiet formalizzata mill-Abbazija ta' Cluny fis-seklu 12.", "Fl-1221, id-Dumnikani daħħlu is-Salve Regina fit-talba tal-kumpieta.", "Iċ-Ċisterċensi bdew jużawha fl-1251.", "Iċ-Ċertożini mis-seklu 12 bdew ikantawha kuljum fl-għasar.", "Fl-1250 il-papa Gregorju IX approva u ppreskriba l-kant tagħha fl-aħħar tat-talba tal-kumpieta.", "Tradizzjonalment tiġi reċitata fl-aħħar tar-Rużarju.", "Is-\"Salve Regina\" is-soltu tintuża fil-funzjonijiet tal-Knisja Kattolika, l-iżjed fil-jiem qrib il-festi tal-Assunzjoni tal-Madonna (Santa Marija) u tal-Kunċizzjoni.", "Fl-1750 l-għaxar versi kienu l-bażi ta' bosta kapitli fix-xogħol \"Il-Glorji ta' Marija\" ta' Sant'Alfonsu Marija de Liguori.", "It-tema mużikali tal-forma Gregorjana tat-test hi meqjusa li ġejja mis-seklu 11 u tirrapreżenta waħda mill-eżempji l-iżjed antiki ta' mużika sagra li għadha tintuża.", "Illum jeżistu fil-patrimonju Gregorjan, (fil-Liber Usualis), żewġ melodiji differenti miktuba fuq dan it-test.", "L-ewwel waħda, ftit iżjed meliżmatika, fl-ewwel mod (Dominica ad Completorium), tidher fix-xbieha iżjed 'l fuq.", "It-tieni waħda fil-ħames mod (tonus simplex), hi iżjed sempliċi minn dik li s-soltu nisimgħu fil-knejjes.", "Imbagħad hemm għadd kbir ta' kompożituri, li matul l-istorja inqdew b'dan it-test biex jimmużikawh.", "Fost dawn ta' min isemmi:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16994", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16994", "title": "Evarist Bartolo", "text": ["Evarist Bartolo", "Evarist Bartolo (Mellieħa, 14 ta' Ottubru 1952) huwa l-Ministru tal-Edukazzjoni attwali ta' Malta.", "Kien ukoll Ministru tal-Edukazzjoni mill-1996 sal-1998.", "Huwa edukatur u ġurnalist u politiku Malti fi ħdan il-Partit Laburista.", "Missier Bartolo kien għalliem tal-Primarja, u Bartolo trabba f'familja reliġjuża ħafna.", "Kien jgħallem il-Bibbja lit-tfal, u kien ukoll attiv f'għaqdiet reliġjużi bħall-Azzjoni Kattolika, iż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara u l-Leġjun ta' Marija.", "Fl-1975 Bartolo ggradwa mill-Università ta' Malta b'Baċellerat fil-Letteratura Ingliża, u fl-1984 rebaħ borża ta' studju għal diploma fil-ġurnaliżmu mill-Università ta' Stanford.", "Sentejn wara ggradwa b\"'Masters\" fl-Edukazzjoni mill-Università ta' Cardiff.", "Bartolo ħadem għal tliet snin bħala għalliem fil-Kulleġġ De La Salle, erba' snin bħala ġurnalist mal-istazzjon nazzjonali, u għaxar snin bħala editur u kap tal-aħbarijiet fil-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista.", "Kien biss wara li esplora l-kitbiet u l-politika ta' ħassieba bhal Karl Marx, Mahatma Gandhi, Vladimir Lenin, u Martin Luther King Jr. li beda jifhem liema partit kien jirrappreżenta dak li jemmen fih.", "Bartolo jgħid li ż-żmien li għamel jaħdem mal-attivist ta' kontra l-Mafja Danilo Dolci ukoll għenu f'din il-formazzjoni tiegħu: \"Twelidt f'familja Nazzjonalista, iżda għazilt li nħaddan lill-Partit Laburista għax il-valuri tiegħu ta' ġustizzja soċjali, libertajiet ċivili, u l-impenn favur l-interess ta' Malta huma l-valuri li nemmen fihom jien..", "Dħalt fil-politika bit-tama li dak li nagħmel itejjeb, għall-inqas imqar ftit, il-ħajja ta' madwarna.\"", "Bartolo ħadem mad-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando fuq abbozz ta' liġi tad-divorzju, u flimkien miegħu u ma' Deborah Schembri, mexxa b'suċċess il-kampanja tal-\"Iva\", biex id-divorzju sar legali fl-2011.", "Bartolo kien Ministru tal-Edukazzjoni mill-1996 sal-1998 fl-Amministrazzjoni ta' Alfred Sant.", "Bartolo ħadem biex ipoġġi l-problemi tal-illiteriżmu u l-falliment edukattiv fuq l-aġenda tal-pajjiż, biex iżjed tfal u żgħażagħ jirnexxu fl-edukazzjoni.", "Nhar it-13 ta' Marzu 2013 huwa reġa' nħatar Ministru tal-Edukazzjoni fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel.", "Bejn l-2008 u l-2013 huwa kien il-Kelliem Laburista għall-Edukazzjoni u d-Drittijiet Ċivili, u tkellem favur id-drittijiet tan-nisa, tal-omosesswali u tal-immigranti fost l-oħrajn."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16998", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16998", "title": "Santiago (Ċili)", "text": ["Santiago (Ċili)", "Santiago hija l-belt kapitali taċ-Ċili.", "Il-belt għandha popolazzjoni ta' 6,061,185 persuna (sal-2002)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "16999", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=16999", "title": "Valparaíso", "text": ["Valparaíso", "Valparaíso hija belt, fiċ-Ċili."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17002", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17002", "title": "Johanna von Puttkamer", "text": ["Johanna von Puttkamer", "Johanna Friederike Charlotte Dorothea Eleonore von Puttkamer (Barnowiec, 11 ta' April 1824 – Warcino, 27 ta' Novembru 1894) kienet nobbli Prussjana, mart il-Kanċillier Ġermaniż Otto von Bismarck.", "Johanna kienet l-unika tifla fost familja aristokratika ddominata minn kultura ta' konservattiżmu Protestant.", "Il-ġenituri tagħha, Heinrich von Puttkamer (1789–1871) u Luitgarde Agnes von Glasenapp (1799–1863), iżżewġu fl-1 ta' Diċembru 1819 ġewwa Gramenz.", "Nhar il-21 ta' Diċembru 1846, Otto von Bismarck bagħat ittra lil missier Johanna sabiex jitlob il-permess li jiżżewwiġha.", "Iż-żwieġ seħħ f'Kołczygłowy, qrib Reinfeld, fit-28 ta' Lulju 1847.", "Huma kellhom tliet itfal: żewġ subien, Herbert (1849–1904) u Wilhelm (1852–1901), u tifla waħda, Marie (1848–1926)", "Wara l-mewt tagħha, Bismarck irranġa sabiex il-mara tiegħu tindifen fil-post fejn mietet, fejn it-tnejn qattgħu diversi sjuf u xtiewi flimkien.", "Kamra żgħira fil-ġnien, li kien il-punt favorit tagħha, ġie rranġat sabiex isir post ta' dfin.", "Aktar tard, il-ġisem tagħha ġie trasferit lejn Friedrichsruh fejn indifnet biswit ir-raġel tagħha."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17005", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17005", "title": "Mustafa Kemal Atatürk", "text": ["Mustafa Kemal Atatürk", "Mustafa Kemal Atatürk, magħruf f'pajjiżu bħala Gazi Mustafa Kemal Paxa (Saloniki, Mejju 1881 – Istanbul, 10 ta' Novembru 1938) kien ġeneral Tork."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17006", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17006", "title": "Sea Malta", "text": ["Sea Malta", "Sea Malta Company Limited (1973-2006) kienet il-kumpanija nazzjonali Maltija tat-tbahhir.", "Il-kumpanija twaqqfet fl-10 ta' Novembru 1973 fi zmien il-Gvern Laburista mmexxi mill-Perit Duminku Mintoff, li kellu l-maggoranza tal-ishma f'din il-kumpanija gdida.", "Il-hsieb wara din il-kumpanija kien illi tipprovdi servizzi marittimi kemm ghall-bzonn tan-nazzjon ingenerali kif ukoll biex tghin l-industrija Maltija.", "L-ewwel vapuri li operat is-Sea Malta kienu tlett vapuri qodma li qabel kienu jappartjenu lill-kumpanija Maltese National Lines; il-\"Marsa\", \"Gudja\" u \"Mdina\".", "Fl-1974, inxtraw l-ewwel vapuri mis-Sea Malta illi kienu r-\"Rabat\" u z-\"Zejtun\".", "Dan tal-ahhar, ghalkemm wiehed mill-aktar vapuri famuzi li kellha l-kumpanija, ma tantx kien xortih tajba wara li fl-1976 kella tinbidillu l-pruwa wara habta ma' vapur iehor qrib Capo Passero fi Sqallija waqt li fl-1978 rega dahal fit-Tarzna ta' Malta wara li nqaleb f'Tunez.", "Il-kumpanija kompliet tevolvi u anke investiet f'oil bunkering, assikurazzjoni u agenzija ta' vapuri.", "Fl-1975 il-vapur \"Tudor Prince\" inqaleb waqt li kien fil-Port il-Kbir.", "Dan inxtara mis-Sea Malta u wara li sarulu t-tiswijiet mehtiega issemma \"Bormla\".", "Ma' dan il-vapur inxtara iehor li ssemma \"Dwejra\", izda dan inbiegh wara ftit xhur biex floku ngieb vapur iehor li ssemma \"Dwejra II\" fl-1976.", "It-tlett vapuri qodma \"Marsa\", \"Gudja\" u \"Imdina\" waqfu joperaw fl-1976 u fl-istess sena inxtara l-vapur \"Qormi\" biex b'hekk il-kumpanija tipprovdi servizz ahjar lejn l-Ewropa.", "Fl-1979 is-Sea Malta kellha wkoll sehem fit-twaqqif tal-kumpanija nazzjonali tal-irmonk, it-Tug Malta.", "Fl-1980 inbiegh il-vapur \"Rabat\" li fl-1990 ghereq vicin il-Kanal Ingliz.", "FL-1981, l-ufficcji tas-Sea Malta gew ittrasferiti lejn il-Marsa fejn damu hemmhekk sal-2006.", "Fl-1985 gie akkwistat il-vapur \"Zebbug\" wara l-bejgh tal-\"Bormla\" fl-1984.", "Iz-\"Zebbug\" ha post il-\"Qormi\" fuq ir-rotta lejn l-Italja.", "Fl-1987 inxtara vapur iehor sinonimu mas-Sea Malta, il-\"Pinto\".", "Maz-zmien xi vapuri kienu mislufa lis-Sea Malta ghal perjodu qasir fosthom il-\"Mosta\" (1986-1988) u l-\"Kusi\" (1985-1987).", "Sa nofs id-disghinijiet, is-Sea Malta spiccat biss b'zewg vapuri, iz-\"Zebbug\" u l-\"Pinto\" wara li nbieghu ukoll id-\"Dwejra II\" fl-1987 u l-\"Qormi\" fl-1989.", "Pero, fl-1996 inxtara l-ikbar vapur sa dak iz-zmien, is-\"Senglea\", li pero rega nbiegh fl-1997.", "Fl-1998 inbiegh il-\"Pinto\" u sena wara nxtara l-ahhar u l-ikbar vapur li qatt kellha l-kumpanija, il-\"Maltese Falcon\".", "Ghall-ahhar sitt snin tal-kumpanija din operat biss biz-\"Zebbug\" bejn Malta - Catania - Reggio u l-\"Maltese Falcon\" bejn Malta - Tunez - Genoa - Marsilja.", "Sa mill-2003 beda jrieghed fuq il-kumpanija hekk kif il-Gvern Nazzjonalista ddikjara li kienet qed taghmel it-telf u tiswa l-flus lill-poplu, ghalkem is-Sea Malta qatt ma hadet l-ebda sussidju.", "Fl-2005 fallew proposti ta' privatizzazzjoni u l-Gvern iddikjara l-kumpanija falluta u s-Sea Malta, wahda mill-ikoni ta' Malta u li dejjem qdiet lin-nazzjon, spiccat fix-xejn.", "Iz-\"Zebbug\" inbiegh lill-kumpanija Fergun Lines u inghata l-isem ta' \"Fehim Bey\", u ghadu jopera lejn Malta.", "Il-\"Maltese Falcon\" inxtara mill-kumpanija Grimaldi u zamm l-istess isem u dam jopera sal-2009 fejn gie skrapjat fl-Indja.", "Is-Sea Malta kienet bla dubju ass importantissimu fl-ekonomija Maltija u bid-dizmantellar taghha batiet mhux biss l-istess ekonomija imma anke il-bahhara Maltin li ghal tul ta' snin provditilhom karriera u sodisfazzjon."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17007", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17007", "title": "Flora ta' Malta", "text": ["Flora ta' Malta", "Id-distribuzzjoni tal-flora tal-gżejjer Maltin f' \"habitats\" differenti tista', bejn wieħed u ieħor, tiġi klassifikata hekk - 40% tal-flora kollha tikber fuq art imqallba jew raba', 40% tikber fuq artijiet bil-blat (fosthom widien, truf tal-iskarpi, xagħri tal-korallina) u l-20% li jifdal tinsab f' \"habitats\" partikolari bħal xtajtiet ramlija, rdumijiet tal-korallina, bwar salmastri, eċċ", "Il-ġabriet tal-flora ġeneralment jistgħu jiġu kategorizzati f'waħda minn tliet tipi, li ta' spiss jidħlu fuq xulxin:", "- żoni rupestri", "- komunitajiet kostali, pereżempju duni tar-ramel, xtut bil-blat, artijiet mistagħdra mielħa u bassasa kostali tranżitorji", "- widien", "L-imsaġar jew iżjed eżatt il-Foresti Sklerofilli tal-Mediterran, huma l-\"habitat\" l-iżjed tipiku tar-reġjun kollu tal-Mediterran u dan hu kkaratterizzat minn siġar u arbuxxelli sempreverdi b'weraq ħoxnin.", "Dawn huma l-quċċata tas-sensiela tal-veġetazzjoni (steppa –> gariga –> makkja –> msaġar).", "F'Malta dan il-\"habitat\" inqered kważi għal kollox u illum baqa' ftit imsaġar żgħar.", "Il-ftit irqajja' li baqa' huma s-soltu dominati mill-Ballut (\"Quercus ilex\") u huma meqjusin bħala fossili ħajjin ta' foresti antiki.", "L-ikbar erja hi dik tal-Ballut tal-Wardija li fiha siġar li hu maħsub li għandhom bejn 500 u 900 sena.", "Il-Buskett, li l-parti kbira minnu tħawwel min-nies, illum kiseb ix-xeħta ta' masġar semi-naturali fejn is-siġar jirreġeneraw ruħhom b'mod naturali.", "Is-siġar ewlenin f'dawn l-erji huma ż-Żnuber (\"Pinus halepensis\"), il-Ballut (\"Quercus ilex\"), iż-Żebbuġ (\"Olea europea\") u l-Ħarrub (\"Ceratonia siliqua\").", "Il-\"habitat\" li jmiss fis-sensiela hu l-makkja, karatterizzata minn siġar żgħar u arbuxxelli kbar.", "Dan il-\"habitat\" hu relattivament mifrux fil-gżejjer Maltin u ta' nisel sekondarju.", "Xi makkji artifiċjali jistgħu jiżviluppaw fi msaġar.", "Il-komunitajiet tal-makkja aktarx insibuhom mal-ġnub tal-widien jew fil-qiegħ tal-wieden l-iżjed fondi, ma' blat imżerżaq jew taħt irdumijiet ta' ġewwa mill-baħar.", "Fost l-ispeċi tal-makkja insibu d-Deru (\"Pistacia lentiscus\"), ir-Rand (\"Laurus nobilis\") u l-Ħarrub (\"Ceratonia siliqua\") u ż-Żebbuġ (\"Olea europea\") li daħħluhom il-bnedmin.", "Hemm grupp ta' siġar tal-Għargħar (Tetraclinis articulata) li jikbru f'komunità tat-tip tal-makkja li jistgħu ikunu l-fdal ta' msaġar antiki.", "Il-gariga hi eko-sistema li tiżviluppa fuq xagħri tal-ġebla tal-ġir li jkun fihom ħafna ħofor u xquq.", "Hi kkaratterizzata minn arbuxxelli folti, baxxi u aromatiċi bħas-Sagħtar (\"Thymbra capitata\") u l-Erika (\"Erica multiflora\").", "Xi komunitajiet naturali tal-gariga jiffurmaw fuq art karsika waqt li oħrajn jiffurmaw bħala r-riżultat ta' degradazzjoni tal-komunitajiet tal-makkja.", "Fost l-ispeċi l-oħra tal-gariga hemm il-Klin (\"Rosmarinus officinalis\"), it-Tengħud tax-xagħri (\"Euphorbia melitensis\"), xitla endemika u bosta orkidi bħall-Orkida piramidali ta' Malta (\"Anacamptis urvilleana\").", "Il-komunitajiet tal-isteppi, li huma komuni mal-gżejjer, is-soltu jiffurmaw minn makkji jew garigi li jiddegradaw minħabba raġunijiet differenti fosthom wisq bhejjem jirgħu fuqhom jew ħruq jew bħala komuntajiet naturali tal-isteppi li jinstabu pereżempju fuq art imżerżqa taflija.", "Fl-aħħar każ l-isteppi naturali qatt ma jsiru garigi għax ikunu laħqu l-ogħla li jistgħu jilħqu skont il-fatturi ambjentali tagħhom.", "Iż-żrieżaq taflin huma ddominati mill-Ħalfa (Lygeum spartum).", "Fost l-ispeċi tal-isteppi hemm ix-xtieli erbaċej, l-iżjed il-\"Poaceae\", l-\"Apiaceae\", il-\"Fabaceae\" u l-ispeċi tuberużi u bulbużi bħall-Berwieq \"Asphodelus aestivus\" u l-Għansar \"'Urginea maritima\".", "Il-veġetazzjoni rupestra, li hu t-terminu mogħti lil dawk l-ispeċi tax-xtieli li jgħixu mal-uċuħ tal-irdumijiet, hi waħda mill-\"habitats\" l-iżjed importanti għall-veġetazzjoni lokali billi tipprovdi l-aħħar refuġju mill-indħil mill-bniedem.", "L-irdumijiet li jinsabu man-naħat tan-nofsinhar u l-punent tal-gżejjer jgħixu fihom ħafna speċi endemiċi l-iżjed dawk li għandhom affinità mal-Afrika ta' Fuq.", "Mal-irdumijiet ix-xtieli jadattaw ruħhom biex jgħixu f'postijiet esposti ħafna u melħin u fuq l-uċuħ weqfin tal-irdumijiet jisfruttaw l-iċken irqajja' ta' ħamrija u sediment li jinqabdu fix-xquq jew xfar.", "Ix-xtieli li jikbru fl-irdumijiet qalb blat imfarrak jużaw il-kenn li jipprovdu xi ġebel kbar u xi xquq.", "Fost l-ispeċi endemiċi li jikbru mal-uċuħ tal-irdumijiet insibu l-Widnet il-baħar (\"Palaeocyanus crassifolius\") u l-Bjanka ta' l-irdum (\"Cremnophyton lanfrancoi\") flimkien max-Xebb (\"Darniella melitensis\"), il-Limonju ta' Malta (\"Limonium melitensis\"), il-Tulliera ta' Malta (\"Chiliadenus bocconei\") u s-Sempreviva t'Għawdex (\"Helichrysum melitense\").", "Fost l-speċi li mhumiex ristretti għall-Gżejjer Maltin, insibu xi wħud li huma mifruxin biss madwar il-Mediterran, bħall-Fexfiex tal-irdum (\"Triadenia aegyptica\"), il-Kruċanella (\"Crucianella rupestris\"), is-Siġra tal-ħarir (\"Periploca angustifolia\") u l-Papoċċa bajda (\"Antirrhinum siculum\").", "Il-gżejjer Maltin, kif inhuma mdawwrin bil-baħar, fihom ħafna \"habitats\" kostali karatterizzati mill-alofili, jiġifieri xtieli li jistgħu jinqdew b'ammonti żgħar ta' ħamrija mielħa.", "Fost dawn insibu xi wħud li huma endemiċi, ristretti għal dan it-tip ta' ambjent, bħall-Limonju ta' Zerafa (\"Limonium zeraphae\") u l-Bebuna tal-baħar (\"Anthemis urvilleana\").", "Insibu wkoll is-Siġra tal-bruk (\"Tamarix africana\"), l-Almeridja tal-blat (\"Arthrocnemum macrostachyum\"), ix-Xorbett (\"Inula crithmoides\") u l-Ħaxixa tal-irmied (\"Salsola soda\").", "F'bosta postijiet max-xtajta, nistgħu insibu wkoll għadd ta' rqajja' baxxi li jimtlew bl-ilma matul ix-xita.", "It-taħlita tal-ilma mielaħ mat-tajn u l-ilma ħelu tifforma art mistgħadra salmastra.", "L-evaporazzjoni tal-ilma fis-sajf iżżid ħafna l-imluħa tal-ilma u tista' tnixxef il-bur għal kollox u tħalli għadajjar ta' tajn mielaħ.", "Però, minkejja dawn il-kundizzjonijiet ħorox u ibsin xi speċi ta' xtieli jgħixu f'dan il-\"habitat\".", "Hemm wieħed minn dawn il-\"habitats\" Marsaxlokk, u dan ġie ddikjarat riżerva naturali fl-1993.", "Dan il-\"habitat\" jagħmilha ta' \"interfaċċja bejn l-ambjenti tal-baħar, tal-ilma ħelu u tal-art\" u hu kkolonizzat minn xtieli alofili bħall-Limonju tal-baħar (\"Limonium virgatum\") and u t-tliet speċi tal-\"Juncus\" – Is-Simar niggież (\"J. acutus\"), is-Simar tal-ilma (\"J. subulatus\") u s-Simar tal-baħar (\"J. maritimus\").", "Ftit 'l bogħod mill-ftit xtut bir-ramel li għandhom il-gżejjer, l-aħħar qabda ta' duni jew għaram li baqa' jissaraw kontra l-indħil tal-bnedmin biex jibqgħu ħajjin.", "Dawn id-duni sofrew ħafna degradazzjoni u taqlib u saru \"habitats\" mhedda għall-aħħar li fihom xi xtieli rari ħafna.", "Xi wħud bħall-ħaxix \"Ammophila littoralis\" diġà saru estinti.", "Illum dawn il-\"habitats\" saru ddominati mill-ħxejjex tad-duni \"Elytrigia juncea\" u \"Sporobolus arenarius\".", "Nistgħu ngħidu l l-quċċata hi s-siġra tal-Bruk \"Tamarix africana\" li tikber ftit 'il ġewwa mill-baħar.", "Fost l-ispeċi l-oħra nsibu l-\"Cakile maritima\", l- \"Eryngium maritimum\" u l-Pankrazju \"Pancratium maritimum\".", "\"Habitats\" tal-ilma ħelu huma skarsi f'Malta u Għawdex l-iżjed fix-xhur tas-sajf.", "Fix-xitwa l-ilma jinġabar ġo għadajjar żgħar fil-blat u xi speċi tal-ilma ħelu jgħixu fihom għal żmien qasir.", "F'xi widien insibu wkoll xi għadajjar u għejun u dawn jista' jkun fihom speċi li huma meqjusin bħala rari minħabba l-iskarsezza ta' dawn il-\"habitats\".", "Il-maġġoranza tax-xtieli Maltin li jgħixu f' \"habitats\" tal-ilma ħelu aktarx insibuhom fil-qigħan tal-widien meta dawn ikun mimlijin bl-ilma fix-xitwa.", "Il-Qasba l-kbira, \"Arundo donax\" insubuha fejn ikun hemm l-ilma.", "Billi l-gżejjer Maltin għandhom densità ta' popolazzjoni għolja ħafna u kważi l-art kollha hi wżata, dan it-tip ta' komunità hu mifrux ħafna.", "Il-\"habitats\" imsemmijin iżjed 'l fuq kollha ġew affettwati ftit jew wisq minn fatturi antropoġeniċi u għalhekk l-ebda parti mill-gżejjer ma nistgħu ngħidu li hi fi stat tassew naturali.", "B'art imqallba hawn infissru art li soffriet ħafna degradazzjoini minħabba l-impatt uman dirett.", "Hawn insibu xi speċi reżistenti li jistgħu jibqgħu jgħixu f'kondizzjonijiet fqar u speċi barranin li kellhom suċċess rimarkabbli fil-kolonizzazzjoni ta' art bħal din, u jużawha biex minnha jinfirxu ma' ħafna postijiet għad-dannu tal-ispeċi indiġeni.", "Fix-xhur tax-xita nistgħu naraw b'mod partikulari l-varjetà kbira ta' xtieli li sfruttaw l-art imqallba.", "Maż-żmien jista' jkun li dawn il-\"habitats\" jibdew irabbu xi speċi ħatbin u jerġgħu lura għal stat semi-narurali.", "Fost l-ispeċi barranin li jikbru fl-art imqallba bħall-ġnub tat-toroq u l-għelieqi mitluqin insibu l-Ħaxixa Ingliża \"Oxalis pes-caprae\", is-siġra tar-Riġnu \"Ricinus communis\", is-Settembrina salvaġġa \"Aster squamatus\", il-Lellux \"Chrysanthemum coronarium\", il-Ġarġir isfar \"Diplotaxis tenuifolia\" u l-Bajtar tax-xewk \"Opuntia ficus-indica\", flimkien mal-ispeċi tal-Akaċja u l-Ewkaliptu.", "Fl-art imqallba nsibu wkoll il-Buqexrem \"Verbena officinalis\", il-Fidloqqom \"Borago officinalis\", ix-Xewk tal-Madonna \"Silybum marianum\", il-Leblieb tax-xagħri \"Convolvulus althaeoides\" u l-Pepprin \"Papaver rhoeas\".", "Il-bini antik bħas-swar u l-fossijiet spiss joffru refuġju għall-flora lokali li mingħajru ma jistgħux ikomplu.", "Il-ħitan għoljin is-soltu ma jistgħux jintlaħqu (jekk ma jitnaddfux) u jħallu xi xtieli jikbru ( li jistgħu ikunu ta' ħsara għall-bini jew le).", "Fuq is-swar insibu xi speċi partikulari bħall-Papoċċi ta' Malta \"Linaria pseudolaxiflora\", ix-Xewk Malti \"Centaurea melitensis\" u x-Xebb \"Darniella melitensis\".", "Fl-imgħoddi xi programmi ta' forestazzjoni ħalqu imsaġar zgħar bħal tal-Miżieb, tal-Aħrax tal-Mellieħa, ta' tal-Pietà, ta' Fort Chambray (l-Imġarr) u ta' Kennedy Grove (is-Salini).", "Però l-ebda wieħed minn dawn l-imsaġar ma nistgħu ngħidulhom naturali u f'xi każi l-għażla ta' siġar u l-metodi li ntużaw ma kinux adattati.", "Forestazzjoni fuq skala iżgħar qed issir ukoll fir-Riżerva Naturali ta' Wied Għollieqa.", "Hemm xi 16-il speċi ta' xtieli vaskulari li jinstabu biss f'Malta fosthom il-pjanta nazzjonali ta' Malta, Widnet il-baħar.", "Fost ix-xtieli endemiċi l-oħra insibu it-Tewm irqieq ta' Malta, il-Bjanka tal-irdum, il-Kurrat selvaġġ ta' Malta, il-Bebuna tal-baħar, it-Tulliera ta' Malta, is-Sempreviva ta' Għawdex, it-Tengħud tax-Xagħri, iż-Żagħfran tal-blat, iż-Żigland ta' Għawdex, il-Brimba sewda, l-Orkida piramidali ta' Malta, ix-Xebb, il-Limonju ta' Malta, il-Limonju ta' Zerafa, u l-Ħarira tal-ilma.", "Dawn huma mmarkati b' E", "\"Acacia cyanophylia\" Gazzija", "\"Acanthus mollis\" Ħannewija", "\"Adiantum capillus-veneris\" Tursin il-bir", "\"Adonis microcarpa\" Għallet is-serduq", "\"Aeonium arboreum\" (\"Sempervivum arboreum\") Kalluwa", "\"Agave americana\" Sabbara tal-Amerka", "\"Ajuga iva\" Xantkura", "\"Alisma plantago-aquatica\" Biżbula tal-ilma", "\"Allium lojaconoi\" Tewm irqieq ta' Malta", "\"Allium melitense\" Kurrat selvaġġ ta' Malta", "\"Allium roseum\" Tewm ħamrani", "\"Allium subhirsutum\" Tewm muswaf", "\"Aloe vera\" (\"Aloe barbadensis\") Sabbara", "\"Anacamptis pyramidalis\" Ħajja u mejta", "\"Anacamptis urvilleana\" Orkida piramidali ta' Malta", "\"Anagallis arvensis caerulea\" Ħarira kaħla", "\"Anagallis arvensis phoenicea\" Ħarira ħamra", "\"Anagyris foetida\" Ful tal-klieb", "\"Anchusa azurea\" Ilsien il-fart ikħal", "\"Anemone coronaria\" Kaħwiela", "\"Anogramma leptophylla\" (\"Gymnogramma leptophylla\") Tursin ir-riħ", "\"Anthemis arvensis\" Bebuna tar-raba'", "\"Anthemis urvilleana\" Bebuna tal-baħar", "\"Anthyllis hermanniae\" Ħatba sewda", "\"Anthyllis vulneraria\" Silla tal-blat", "\"Antirrhinum majus subsp. tortuosum\" Papoċċa ħamra", "\"Antirrhinum siculum\" Papoċċa bajda", "\"Arisarum vulgare\" Garni tal-pipi", "\"Arthrocnemum macrostachyum\" Almeridja tal-blat", "\"Arum italicum\" Garni", "\"Arundo donax\" Qasba l-kbira", "\"Asparagus aphyllus\" Sprag xewwieki", "\"Asperula cynanchica\"", "\"Asphodelus aestivus/ramosus/microcarpus\" Berwieq", "\"Asphodelus fistulosus\" Berwieq żgħir", "\"Aster squamatus\" Settembrina selvaġġa", "\"Astragalus boeticus\" Kafè Messikan", "\"Atriplex halimus\" Bjanka", "\"Avena sterilis\" Ħafur kbir", "\"Bellardia trixago\" Perlina bajda", "\"Bellis annua\" Bebuna", "\"Bellis sylvestris\" Margerita selvaġġa", "\"Borago officinalis\" Fidloqqom", "\"Brassica rapa\" Liftija", "\"Briza maxima\" Beżżulet il-qattusa", "\"Cakile maritima\" Ravastrell/Kromb il-baħar", "\"Calamintha nepeta\" Kammilta", "\"Calendula arvensis\" Suffejra tar-raba'", "\"Capparis spinosa ssp. orientalis\" Kappar", "\"Capsella bursa-pastoris\" Ġarġir il-ġemel", "\"Carlina gummifera\" Xewk tal-miskta", "\"Carlina involucrata\" Sajtun", "\"Carthamus lanatus\" Xewk ta' Kristu", "\"Carthamus lanatus ssp. baeticus\" Xewk ta' Kristu", "\"Celtis australis\" Bagular", "\"Centaurea melitensis\" Xewk Malti", "\"Centaurea nicaeensis\" Xewk tal-għotba", "\"Centaurium erythrea\" Ċentawrija", "\"Ceratonia siliqua\" Ħarrub", "\"Cercis siliquastrum\" Siġra ta' Ġuda", "\"Cerinthe major\" Qniepen", "\"Chamaerops humilis\" Gummar safrani", "\"Chara spp.\"", "Kara", "\"Chenopodium sp.\"", "Għobbejra", "\"Chiliadenus bocconei\" Tulliera ta' Malta", "\"Chiliadenus saxatilis\" Tulliera salvaġġa", "\"Chrozophora tinctoria\" Turnasol", "\"Chrysanthemum coronarium\" Lellux", "\"Cichorium intybus\" Ċikwejra", "\"Cichorium spinosum\" Qanfuda", "\"Cistus creticus\" Ċistu roża", "\"Clematis cirrhosa\" Il-kiesħa", "\"Colchicum cupanii\" Busieq", "\"Convolvulus althaeoides\" Leblieb tax-xagħri", "\"Convolvulus arvensis\" Leblieb tar-raba'", "\"Convolvulus oleifolius\" Leblieb tal-blat", "\"Convulvulus\" sp. (fosthom \"cantabrica\" u \"pentapetaloides\") Leblieb", "\"Conyza bonariensis\" Żagħżigħa selvaġġa", "\"Crataegus azarolus\" Għanzalor", "\"Crataegus monogyna\" Żagħrun", "\"Cremnophyton lanfrancoi\" Bjanka tal-irdum", "\"Crocosmia x aurea\" Mombreżja", "\"Crocus longiflorus\" Żagħfran salvaġġ", "\"Crucianella rupestris\" Kruċanella", "\"Cupressus sempervirens\" Ċipress", "\"Cynara cardunculus\" Qaqoċċ tax-xewk", "\"Cynodon dactylon\" Niġem", "\"Cynoglossum creticum\" Ilsien il-kelb", "\"Cynomorium coccineum\" Faqqiegħ ta' Malta", "\"Cynosurus cristatus\" Denb il-kelb", "\"Cyperus longus\" Bordi", "\"Daldinia concentrica\" Ballun tas-siġar", "\"Damasonium bourgei\" Damasonju", "\"Darniella melitensis\" Xebb", "\"Datura innoxia\" Sigriet ir-rizzi", "\"Daucus carota\" Zunnarija selvaġġa", "\"Delphinium halteratum\" Sieq il-ħamiema vjola", "\"Diplotaxis erucoides\" Ġargir abjad", "\"Diplotaxis erucoides\" Ġarġir abjad/tal-ġojjini", "\"Diplotaxis tenuifolia\" Ġarġir isfar", "\"Dittrichia viscosa\" Tulliera komuni", "\"Echallium elaterium\" Faqqus il-ħmir", "\"Echium italicum\" Ilsien il-fart abjad", "\"Echium plantagineum L.\"", "Ilsien il-fart ikħal ta' fjura kbira", "\"Echium parviflorum\" Ilsien il-fart żgħir", "\"Elytrigia juncea\" Elitriġja", "\"Ephedra fragilis\" Efedra", "\"Epilobium tetragonum\"", "\"Erica multiflora\" Erika", "\"Erodium laciniatum\" Miskta tar-ramel", "\"Erodium malacoides\" Moxt", "\"Erodium moschatum\" Ħaxixa tal-misk", "\"Eryngium maritimum\" Erinġju tal-baħar", "\"Euphorbia dendroides\" Tengħud tas-siġra", "\"Euphorbia helioscopia\" Tengħud tax-xemx", "\"Euphorbia melitensis\" Tengħud tax-xagħri", "\"Euphorbia pinea\" Tengħud komuni", "\"Evax\" Evaks", "\"Fedia graciliflora\" Sieq il-ħamiema", "\"Ferula communis\" Ferla", "\"Ficus carica\" Tina", "\"Foeniculum vulgare\" Bużbież", "\"Fraxinus angustifolia\" Fraxxnu tal-werqa dejqa/Siġar tal-paċenzja", "\"Freesia refracta\" Friżja", "\"Fumana arabica\" Ċistu isfar", "\"Fumana thymifolia\" Ċistu żgħir", "\"Fumaria capreolata\" Daħnet l-art", "\"Galactites tomentosa\" Xewk abjad", "\"Ganoderma sp\" Lixka", "\"Geranium purpureum\"", "\"Gladiolus communis subsp. byzantinus\" Gladjoli", "\"Gladiolus italicus\" Ħabb il-qamħ", "\"Glaucium flavum\" Pepprin isfar", "\"Gynandriris sisyrinchium\" Fjurdulis salvaġġ", "\"Hedera helix\" Liedna", "\"Hedysarum coronarium\" Silla", "\"Helichrysum melitense\" Sempreviva ta' Għawdex", "\"Heliotropium europaeum\" Vanilja bajda", "\"Holoschoenus vulgaris\" Simar tal-boċċi", "\"Hordeum leporinum\" Nixxief komuni/Bunexxief", "\"Hyoscyamus albus\" Mammażejża", "\"Hyoseris frutescens\" Żigland ta' Għawdex", "\"Hyoseris radiata\" Żigland tal-pizzi", "\"Hypericum pubescens\" Fexfiex sufi", "\"Hypericum triquetrifolium\" Fexfiex tar-raba'", "\"Inula crithmoides\" Xorbett", "\"Iris pseudopumila\" Bellus", "\"Juncus acutus\" Simar niggież", "\"Juncus maritimus\" Simar tal-baħar", "\"Juncus subulatus\" Simar tal-ilma", "\"Kickxia elatine\" Xatbet l-art", "\"Lagurus ovatus\" Denb il-liebru kbir", "\"Lamarckia aurea\" Xkupilja", "\"Lamium maculatum\"", "\"Lathyrus clymenum (sin: articulatus)\" Ġilbiena tas-serp", "\"Laurus nobilis\" Rand", "\"Lavatera arborea\" Ħobbejża tas-siġra", "\"Lavatera cretica\" Ħobbejża wieqfa", "\"Lavatera trimestris\" Ħobbejża tal-warda kbira", "\"Leontodon tuberosus\" Żigland tal-għerq", "\"Limonium melitensis\" Limonju ta' Malta", "\"Limonium virgatum\" Limonju tal-baħar", "\"Limonium zeraphae\" Limonju ta' Zerafa", "\"Linum angustifolium/Linum bienne\" Kittien salvaġġ", "\"Linaria pseudolaxiflora\" Papoċċi ta' Malta", "\"Lobularia maritima\" Buttuniera", "\"Lonicera implexa\" Qarn il-mogħża", "\"Lotus edulis\" Qrempuċ", "\"Lotus ornithopodioides\" Qrempuċ tal-mogħoż", "\"Lotus tetragonolobus\" Fiġġiela ħamra", "\"Lycium intricatum\" Għawseġ", "\"Lygeum spartum\" Ħalfa", "\"Lythrum hyssopifolia\" Litrum tal-għadajjar", "\"Lythrum junceum\" Litrum tal-ilma", "\"Malva sylvestris\" Ħobbejża komuni", "\"Matthiola tricuspidata\" Ġiżi tal-baħar", "\"Mentha pulegium\" Plejju", "\"Mercurialis annua\" Burikba", "\"Mesembryanthemum nodiflorum\" Kristallina komuni/Kristallina tal-blat", "\"Mespilus germanica\" Fomm il-lipp/Naspli Tedeski", "\"Micromeria microphylla\" Xpakkapietra", "\"Mirabilis jalapa\" Ħommejr", "\"Misopates orontium\" Papoċċa rqiqa", "\"Morus nigra\" Tut", "\"Muscari comosum\" Basal il-ħnieżer", "\"Myrtus communis\" Riħan", "\"Narcissus serotinus\" Narċis imwaħħar", "\"Narcissus tazetta\" Narċis", "\"Nauplius aquaticus\" Għajn il-baqra tax-xatt", "\"Nerium oleander\" Oljandru", "\"Nicotiana glauca\" Tabakk tas-swar", "\"Nigella damascena\" Sieq il-brimba", "\"Notobasis syriaca\" Xewk tax-xitan", "\"Olea europea\" Żebbuġ", "\"Ophrys bombyliflora\" Naħla", "\"Ophrys speculum\" Dubbiena kaħla", "\"Ophrys sphegodes\" Brimba Sewda", "\"Opuntia ficus-indica\" Bajtar tax-Xewk", "\"Orchis collina\" Orkida ħamra", "\"Orchis conica\" Orkida tat-tikek", "\"Ornithogalum arabicum\" Ħalib it-tajr kbir", "\"Ornithogalum narbonense\" Ħalib it-tajr żgħir", "\"Orobanche muteli\" Budebbus tal-Ingliża", "\"Oxalis pes-caprae\" Ħaxixa Ingliża/Qarsu", "\"Palaeocyanus crassifolius\" Widnet il-baħar", "\"Palienis spinosa\" Għajn il-baqra xewwikija", "\"Paliurus spina-christi\" Xewk tal-Kuruna", "\"Pancratium maritimum\" Pankrazju", "\"Papaver rhoeas\" Peprin", "\"Papaver setigerum\" Xaħxieħ vjola", "\"Parentucellia viscosa\" Perlina safra", "\"Parietaria Judaica\" Xeħt ir-riħ", "\"Periploca angustifolia\" Siġra tal-ħarir", "\"Petalophyllum ralfsii\" Ħass il-bir", "\"Phagnalon graecum ssp. ginzbergeri\" Lixka komuni", "\"Phillyrea latifolia\" Fillirja ta' werqa wiesgħa", "\"Phillyrea media\" Fillirja", "\"Phlomis fruticosa\" Salvja tal-Madonna", "\"Physantylla tetraphyllis\" Silla tal-bżieżel", "\"Picris echioides\" Pikris", "\"Pinus halepensis\" Żnuber", "\"Pistacia lentiscus\" Deru", "\"Pistacia x saportae\" Deru bagħal", "\"Pistacia terebinthus\" Skornabekk/Terebintu/Siġra tat-trementina", "\"Plantago lagopus\" Biżbula komuni", "\"Plantago serraria\" Biżbula tas-snien", "\"Populus alba\" Luq", "\"Potentilla reptans\" Frawli selvaġġ", "\"Prasium majus\" Te sqalli", "\"Prunus dulcis\" Lewż", "\"Prunus spinosa\" Prajn tax-xewk", "\"Psoralea bituminosa\" Silla tal-mogħoż", "\"Punica granatum\" Rummien", "\"Pyrus amygdaliformis\" Lanġas lewżi", "\"Pyrus pyraster\" Lanġas selvaġġ", "\"Pyrus syriaca\" Lanġas bagħal", "\"Quercus ilex\" Ballut", "\"Raphanus raphanistrum\" Ravanell salvaġġ", "\"Ranunculus aquatilis/saniculaefolius/trichophillus\" Ċfolloq tal-ilma", "\"Ranunculus bulbosus\" Ċfolloq", "\"Ranunculus ficaria\" Fomm-il-għeliem", "\"Reseda alba\" Denb il-ħaruf", "\"Rhamnus alaternus\" Alaternu", "\"Rhamnus oleoides\" Żiju", "\"Rhus coriaria\" Xumakk tal-konz", "\"Ricinus communis\" Riġnu", "\"Romulea columnae\" Żagħfran tal-blat", "\"Romulea melitensis\" Żagħfran tal-blat", "\"Rosa sempervirens\" Girlanda tal-wied", "\"Rosmarinus officinalis\" Klin", "\"Rubia peregrina\" Robbja selvaġġa", "\"Rubus ulmifolius\" Għollieq", "\"Rumex conglomeratus\" Qarsajja tal-ilma", "\"Salix alba\" Safsaf kbir/Żafżaf kbir", "\"Salix pedicellata\" Safsaf żgħir/Żafżaf żgħir", "\"Salvia verbenaca\" Salvja selvaġġa", "\"Sanguisorba minor\" sottosp. \"muricata\" (\"Poterium sanguisorba\") Tursin il-għul", "\"Sarcopoterium spinosum\" (\"Poterium spinosum\") Tursin il-għul xewwieki", "\"Scabiosa marittima\" Skabjoza", "\"Scilla autumnalis\" Għansar tal-ħarifa", "\"Scilla sicula\" Għansar ikħal", "\"Scolymus hispanicus\" Xewk isfar tar-ramel", "\"Scopiurus sp.\"", "Widna", "\"Scrophularia peregrina\" Nittiena", "\"Sedium sediforme\" Sedum", "\"Sedum caeruleum\" Beżżul il-Baqra", "\"Sedum sediforme\" Sedum", "\"Senecio bicolor\" Kromb il-baħar isfar", "\"Senecio vulgaris\" Kubrita", "\"Setaria adhaerens\" Xrika komuni", "\"Sherardia arvensis\" Ħarxajja roża", "\"Sideritis romana\"", "\"Silene colorata\" Ilsien l-Għasfur", "\"Silene vulgris\" Qażqajża", "\"Silybum marianum\" Xewk tal-Madonna", "\"Smilax aspera\" Pajżana", "\"Smyrnium olusatrum\" Karfus il-ħmir", "\"Solanum nigrum\" Għeneb id-dib", "\"Solanum villosum\" Tuffieħ is-serp", "\"Sonchus Olearceus/Tenerrinus\" Tfief", "\"Spartium junceum\" Ġenistra safra", "\"Spiranthes spiralis\" Bajdet il-fenek", "\"Sporobolus arenarius\"", "\"Stachys ocymastrum\"", "\"Stellaria pallida\" Ħarira bajda", "\"Tamarix africana\" Bruk", "\"Tetraclinis articulata\" Għargħar", "\"Teucrium flavum\" Borgħom komuni", "\"Teucrium fruticans\" Żebbuġija", "\"Thymus capitatus\" Sagħtar", "\"Tordylium apulum\" Ħaxixet it-trieraħ", "\"Torilis nodosa\" Tursin xewwieki", "\"Triadenia aegyptica\" Fexfiex ta' l-irdum", "\"Trifolium nigrescens\" Xnien abjad", "\"Tropaeleum majus\" Kapuċċinell", "\"Tulipa sylvestris\" Tulipan salvaġġ", "\"Typha domingensis\" Buda", "\"Ulmus canescens [=Ulmus minor subsp. canescens]\" Nemmiesa/Siġar tan-nemus", "\"Ulmus minor[=Ulmus minor subsp. minor]\" Ulmu komuni", "\"Urginea maritima\" Għansar", "\"Urospermum picroides\" Tfief xewwieki", "\"Urtica dubia\" Ħurrieq", "\"Verbascum sinuatum\" Xatbet l-andar", "\"Verbena officinalis\" Buqexrem", "\"Vicia sativa\" Ġilbiena sewda", "\"Vitex agnus-castus\" Sigra tal-virgi/Għadib", "\"Vitis vinifera\" Dielja", "\"Xanthoria sp\" Ksantorja", "\"Zanichellia melitensis\" Ħarira tal-ilma", "Native Plants of the Maltese Island", "Wild Plants of Malta", "Nature Trust (Malta)", "Maltese wild flowering plants on the net"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17012", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17012", "title": "Aaron Camilleri Cauchi", "text": ["Aaron Camilleri Cauchi", "Aaron Camilleri Cauchi (12 ta' Marzu 1979) huwa artist Malti.", "Camilleri Cauchi ġej minn linja familjari ta' artisti li bdiet min-nannuh Wistin Camilleri u kompliet b'uliedu, fosthom missieru Alfred.", "Aaron twieled fit-12 ta' Marzu 1979 minn Alfred u Catherine mwielda Ellul.", "Id-doni artistiċi ta' Aaron dehru sa minn ċkunitu u din is-sengħa tal-familja ntirtet minn misser għal iben.", "Minn età żgħira huwa kien josserva u jgħin lil missieru fil-ħafna xogħlijiet artistiċi li ħoloq minn materjali differenti fosthom fit-tafal, fil-kartapesta, fil-fibreglass, fl-injam, fil-bronż, fil-ġebla Maltija u fl-irħam.", "Meta kiber, Aaron tħarreġ aktar fis-sengħa tal-iskultura kif ukoll kellu l-opportunità li jaħdem ġewwa l-Italja, proprju fid-Domus Dei ġewwa Ruma u l-Fonderia Storica Chiurazzi f'Napli.", "Għalkemm ta' età żgħira, Aaron diġà ħoloq għadd kotran ta' xogħlijiet.", "Huwa ġie kkumissjonat jaħdem numru kbir ta' statwi tal-kartapesta li jżejnu l-pjazez u t-toroq tal-ibliet u l-irħula tagħna matul il-jiem ferrieħa tal-festi.", "Barra minn hekk, xogħlijiet oħra tiegħu jinsabu mxerrdin madwar l-Ewropa, l-Amerika u l-Awstralja.", "Apparti x-xeħta artistika li wiret min-niesu, ma tridx wisq biex tagħraf il-kapaċità akkademika fil-kompożizzjonijiet tiegħu, riflessa fl-istil u fl-oriġinalità bl-użu tal-kuluri.", "Il-figuri ta' qaddisin, appostli, profeti, anġli u personaġġi bibliċi li joħorġu minn taħt idejh jixhdu l-virtujiet tal-umiltà, karità u ġustizzja.", "It-talenti ta' dan l-artist żagħżugħ jispikkaw fix-xogħlijiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa.", "Dan għaliex huwa ħadem numru ta' figuri lifesize tal-fibreglass sabiex jintużaw f'wirjiet diversi li jittellgħu f'dan iż-żmien qaddis.", "Fost dawn l-esebizzjonijiet, ta' min isemmi l-Mejda tal-Appostli fil-Belt Valletta, il-Ħasil tar-Riġlejn fil-Gudja u t-Tradiment ta' Ġuda f'San Ġiljan.", "Bejn l-2007 u l-2009, Camilleri Cauchi kien ikkummisjonat sabiex jaħdem tliet statwi tal-kartapesta għall-Katidral ta' San Ġorġ f'Ragusa fi Sqallija.", "Dawn jirrapreżentaw id-Duluri, is-Sepulkru Mqaddes u l-Irxoxt.", "Imma l-aktar xogħlijiet riċenti ta' Aaron li sawwar flimkien ma' missieru Alfred, relatati mal-Ġimgħa l-Kbira, saru għall-parroċċa ta' Ħal Għaxaq.", "Dan għaliex fis-sena 2010 u fl-2011, tnaqqxu fl-injam żewġ vari artistiċi li juru lil Ġesù marbut mal-kolonna u l-Ecce Homo rispettivament.", "Camilleri Cauchi jispeċjalizza wkoll fix-xogħol ta' konservazzjoni u restawr.", "Fl-1999 Aaron irrestawra l-vari antiki tal-Ġimgħa l-Kbira li jinsabu fil-Knisja Katidrali ta' Għawdex.", "Dawn l-istatwi tal-kartapesta nħadmu min-nannuh Wistin Camilleri u minn Saverio Laferla, u wħud minnhom imorru lura sa tliet mitt sena.", "Fis-sena 2001, Aaron kellu sehem importanti fir-restawr tal-istatwa titulari ta' Santa Marija li nsibu fil-Katidral ta' Għawdex filwaqt li fl-2003, huwa rrestawra statwa tal-injam tal-Immakulata Kunċizzjoni li tinsab fil-knisja parrokjali ta' San Romano fil-belt ta' Ruma.", "Fis-sajf tas-sena 2011, Camilleri Cauchi rrestawra l-vara titulari u devota tal-Madonna tal-Grazzja li nsibu fil-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar.", "Matul il-proċess ta' restawr, huwa rnexxielu joħroġ l-karatteristiċi oriġinali tal-istatwa, li nħadmet mill-Artist Mariano Gerada.", "Proprju fil-bidu tas-sena 2012, Aaron irrestawra vara tal-injam li tirrapreżenta lil Marija Bambina jew il-Vitorja, kif inhi magħrufa aħjar mal-Maltin.", "Din tinsab fil-Knisja ta' San Franġisk t'Assisi f'Warrawong ġewwa Sydney, l-Awstralja.", "Mill-1995 sal-2004, Camilleri Cauchi kien responsabbli mix-xogħlijiet ta' restawr u konservazzjoni fis-swali prinċipali ta' Palazzo Parisio, in-Naxxar.", "Dawn ix-xogħlijiet huma tal-artisti ta' fama internazzjonali Filippo Venuti, Antonio Cardona, G. Olzai u l-Professur Carlo Sada.", "Aaron irrestawra anke diversi xogħlijiet artistiċi antiki li jinsabu f'kollezzjonijiet privati.", "Fl-2004, l-Iżviluppi tal-Wirt Dinji, is-Sorijiet Dumnikani u l-Arċidjoċesi tal-Port ta' Spanja, ikkummissjonaw lil Camilleri Cauchi sabiex iwettaq proġett fil-gżejjer ta' Trinidad u Tobago li jinsabu fl-Oċean Atlantiku.", "Hemmhekk huwa kien responsabbli mir-restawr tal-Knisja tal-Isem Imqaddes, fejn irrestawra l-pitturi tal-ħitan kif ukoll iddekora s-soqfa b'induratura tad-deheb.", "Apparti minn hekk, huwa għallem dwar id-dekorazzjonijiet fil-knejjes, inkluż l-affreski mal-ħitan, is-sengħa tal-induratura, il-bini tal-istatwi u l-konservazzjoni tagħhom.", "Aaron kien ukoll il-kelliem ewlieni f'konferenza li fiha ddiskutew il-knejjes storiċi u l-patrimonju tagħhom.", "B'rabta ma' żmien il-Milied, nistgħu ngħidu li Aaron huwa l-uniku statwarju li ħadem żewġ vari li jirrappreżentaw in-Natività sabiex jintramaw fuq il-presbiterju tal-knejjes fi żmien il-Milied.", "Dawn saru għall-Katidral t'Għawdex fl-2005 u fl-2011 għall-Knisja Arċipretali tal-Mosta.", "Permezz tax-xogħlijiet tiegħu, Camilleri Cauchi pparteċipa f'ħafna esebizzjonijiet lokali kif ukoll internazzjonali.", "Fost l-aktar importanti u ta' sodisfazzjoni, ta' min jgħid li fl-2008, Aaron kien mistieden jipproduċi biċċa xogħol tal-arti relatata mat-tema tan-Natività sabiex jirrapreżenta lil Malta fis-Sitt Esebizzjoni Internazzjonali Ewropea tal-Presepji.", "'Il fuq minn tliet mija u ħamsin opra tal-arti maħdumin minn mitejn u ħamsin artist mill-Ewropa u Lvant Nofsani kienu esebiti għal aktar minn xahar fir-reġjun ta' Kalabrija ġewwa l-Italja.", "Aaron kien fost l-aħjar disa' artisti li mbagħad intgħażlu sabiex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom fil-Parlament Ewropew.", "Barra minn hekk, l-altoriljiev ta' Aaron Camilleri Cauchi ntgħażel bħala l-aħjar skultura ta' din l-esebizzjoni.", "Dan rebbħu l-ewwel premju f'din il-kompetizzjoni prestiġjuża, li kien ippreżentat mill-Membru Parlamentari Ewropew l-Onorevoli Vittorio Prodi.", "Iċ-ċerimonja saret fil-Parlament Ewropew nhar it-28 ta' Jannar 2009, taħt il-patroċinju tas-Sindku ta' Betlehem Dr. Victor Batsrseh u l-Viċi-President tal-Parlament Ewropew l-Onorevoli Mario Mauro.", "Aaron kien ikkumissjonat jipproduċi skultura oħra relatata mat-tema tan-Natività sabiex waqt iċ-ċerimonja jippreżentaha lill-Onorevoli Mario Mauro bħala tifkira ta' dan l-avveniment.", "Din l-iskultura hija miżmuma b'għożża ġewwa l-Parlament Ewropew.", "Fl-2010, Aaron ħa sehem f'esebizzjoni internazzjonali oħra li ttellgħet fiċ-ċentru ta' Londra.", "Xogħlu kien esebit qalb xogħlijiet ta' artisti minn kull naħa tad-dinja.", "Il-kuraturi tal-wirja, Prof. Alan Munslow u Dr. Chris Barlow, ma kellhomx ħlief kliem ta' tifħir għall-iskulturi li Camilleri Cauchi ppreżenta.", "F'April tas-sena 2012, l-Artist Aaron Camilleri Cauchi tella' wirja retrospettiva ta' arti sagra bl-isem \"Ruħ t'Artist\".", "Din ittellgħet fil-Kappella ta' San Franġisk f'Ħal Qormi bl-għajnuna tal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri.", "Ix-xbihat sagri esebiti mhux biss xeħtu dawl fuq ħajjet l-artist, iżda wkoll irriflettew l-ispiritwalità tiegħu.", "Il-wirja kienet taħt il-patroċinju distint tal-E.T. Dott. George Abela, President ta' Malta, u l-kuratur tal-wirja kien in-Nutar Manwel D Schembri.", "Il-viżitaturi li żaru l-wirja ngħataw katalgu dettaljat u illustrat li kien jinkludi artikli dwar l-arti f'Malta, l-artist innifsu u l-opri artistiċi esebiti.", "Din il-wirja kellha wkoll għan filantropiku għaliex matulha nġabru donazzjonijiet b'risq Puttinu Cares, li laħqu s-somma sabiħa ta' € 2,500.", "Preżentament, Aaron Camilleri Cauchi huwa mpjegat mal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fejn jaħdem bħala koordinatur ta' konservazzjoni fi ħdan ir-Rehabilitation Projects Office.", "Naturalment, huwa jaħdem ukoll bħala artist fil-bottega tiegħu li tinsab fil-Fgura."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17013", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17013", "title": "UNCLOS Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Dritt tal-Baħar", "text": ["UNCLOS Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Dritt tal-Baħar", "Il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Dritt tal-Baħar, jew l-UNCLOS (l-akronimu tal-isem bl-Ingliż \"United Nations Convention on the Law of the Sea\",) hija trattat internazzjonali li jiddefinixxi l-jeddijiet u r-responsabiltiajiet tal-Istati li jużaw l-ibħra u l-oċeani, u jiddefinixxi l-linji-gwida li jirregolaw it-trattattivi, l-ambjent u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali.", "L-UNCLOS issawret wara proċess twil ta' negozjati permezz ta' sensiela ta' Konferenzi tal-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda li bdiet fl-1973.", "Fl-aħħar infetħet għall-firem f'Montego Bay, il-Ġamajka, nhar l-10 ta' Diċembru 1982.", "Daħlet fis-seħħ nhar is-16 ta' Novembru 1994, sena wara l-firma tal-Gujana, is-sittin pajjiż kontraenti.", "Bħalissa huma 155 l-Istat li ffirmaw il-Konvenzjoni.", "L-Unjoni Ewropea ffirmatha u rratifikatha, l-Istati Uniti tal-Amerika ffirmawha imma s-Senat Amerikan għadu ma rratifikahiex.", "L-UNCLOS tieħu post il-kunċett qadim tal-libertà tal-ibħra, li kien imur lura għas-Seklu 17.", "Skont dan il-kunċett, il-jeddijiet nazzjonali kienu limitati għal faxex speċifiċi ta' baħar li kienu jestendu ġeneralment għal tliet mili nawtiċi, skont ir-regola tal-hekk-imsejjaħ \"tir tal-kanun\" żviluppata mill-ġurista Olandiż Cornelius Bynkershoek.", "L-ispazju kollu lil hinn minn dik il-faxxa kien jitqies \"ibħra internazzjonali\", jiġifieri li ma hu tal-ebda Stat u għalhekk kull Stat kellu aċċess liberu għalih.", "Fis-Seklu 20, xi Stati fissru x-xewqa li jestendu l-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom l-aktar biex ikattru l-possibilità li jisfruttaw b'mod esklussiv ir-riżorsi tal-baħar, l-aktar dawk minerarji u tas-sajd, lil hinn mil-limitu tat-tliet mili.", "Bejn l-1946 u l-1950, sensiela ta' pajjiżi bdew jiddikjaraw f'ambitu internazzjonali l-estensjoni tal-ibħra internazzjonali tagħhom sa 12-il mil jew saħansitra sa 200 mil.", "Il-lum il-ġurnata parti żgħir biss mill-Istati kostieri tad-dinja żammew limitu ta' ġurisdizzjoni nazzjonali fuq faxxa ta' baħar ta' tliet mili biss.", "L-UNCLOS, fost ħwejjeġ oħra, tiddefinixxi l-ibħra internazzjonali għalhekk mhux aktar bħala \"art li ma hi ta' ħadd\" imma bħala proprjetà ta' kulħadd.", "Il-Konvenzjoni tiddetta r-regoli dwar l-attivitajiet u ddaħħal sensiela ta' indikazzjonijiet speċifiċi b'mod li filfatt tittrasforma f'regola dak li sa issa kien l-użu konswetudinarju tal-ispazji marini.", "L-aktar argumenti importanti huma: iz-zonazzjoni tal-arji marine, it-tbaħħir, l-istat tal- arċipielgi u r-reġimi ta' tranżitu, iz-zona ekonomika esklussiva, il-ġurisdizzjoni tal-pjattaforma kontinentali, l-attivitajiet ta' estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar, ir-reġimi ta' sfruttament, il-ħarsien tal-ambjent marin, ir-riċerka xjentifika u r-riżoluzzjoni tat-tilwim.", "Il-Konvenzjoni timponi limiti fuq arji marini identifikati, imkejla b'mod ċar u definit li jibda mill-hekk-imsejħa \"linja ta' bażi\".", "Il-linja ta' bażi, imsejħa hekk billi hija l-bażi tat-tluq għad-definizzjoni tal-ibħra interni u tal-ibħra internazzjonali, hija ddefinita bħala linja maqsuma li tgħaqqad l-punti notevoli tal-kosta, billi żżomm ġeneralment fl-ibħra baxxi, imma fejn il-kosta tkun partikolarment imħarbta jew f'każijiet li fihom l-gżejjer ikunu partikolarment qrib il-kosta, il-linja ta' bażi tista' taqta' u tħaddan meded kbar ta' baħar.", "L-arji identifikati mill-UNCLOS huma dawn li ġejjin:", "L-ibħra interni, jiġifieri l-ispazju ta' baħar 'il ġewwa mil-linja ta' bażi.", "F'din l-arja jorbtu b'mod vinkolanti l-liġijiet tal-Istat kostier li jirregola l-użu tar-riżorsi u l-passaġġ tal-bastimenti.", "L-ibħra territorjali, li fihom hemm l-ispazju ta' baħar bejn il-linja ta' bażi fit-12-il mil nawtiku.", "F'din l-arja jorbtu l-liġijiet tal-Istat kostier imma 'l ġewwa mill-ibħra territorjali hemm il-jedd ta' kull opra tal-baħar għall–hekk-imsejjaħ passaġġ inoffensiv.", "Il-passaġġ inoffensiv huwa ddefinit bħala l-mogħdija minn arji marini b'mod kontinwu u b'ħeffa li ma jippreġudikax il-paċi, il-bwon ordni u s-sigurtà tal-Istat kostier.", "Is-sajd, it-tfigħ tal-iskart, l-attivitajiet armati u l-ispjunaġġ ma humiex meqjusin bħala azzjonijiet inoffensivi; is-sottomarini marbutin ibaħħru f'emersjoni u juru l-bandiera.", "L-arċipielgi: L-ibħra interni tal-Istati li fihom l-arċipielgi huma identifikati billi titberfel linja ta' bażi li tgħaqqad il-punti l-aktar esterni tal-gżejjer l-aktar esterni, basta dawn il-punti jkunu raġonevolment qrib xulxin.", "Iz-zona kontigwa: Lil hinn mit-12 il-mil nawtiku mil-linja ta' bażi hemm faxxa ta' aktar minn 12-il mil, jiġifieri 24 mil nawtiku mil-linja ta' bażi, li fiha l-Istat kostjer jista' jibqa' jwettaq il-liġijiet tiegħu l-aktar dwar il-kontroll tal-kutrabandu u l-immigrazzjoni klandestina.", "Iz-zona ekonomika esklussiva, magħrufa wkoll bl-akronimu ZEE, hija l-arja ta' baħar li testendi għal 200 mil nawtiku mil-linja ta' bażi li minnha l-Istat kostier jista' jeżerċita l-jedd tal-isfruttament esklussiv tar-riżorsi naturali.", "Dan il-prinċipju feġġ biex jitrażżan l-isfruttament indiskriminat tas-sajd, ukoll jekk, bit-teknoloġiji l-ġodda li jippermettu t-tħaffir għaż-żejt f'ibħra fondi ħafna, dan l-aħħar intużat ukoll għall-isfruttament tal-estrazzjoni minerarja esklussiva.", "Il-pjattaforma kontinentali: Il-pjattaforma kontinentali titqies bħala l-prolungament naturali tat-territorju ta' Stat, li għalhekk ikun jista' jisfruttalha r-riżorsi minerarji jew mhux-ħajjin b'mod esklussiv.", "Il-pjattaforma kontinentali tista' tkun akbar minn 200 mil nawtiku imma ma taqbiżx it-350, jew tista' tkun ikkalkulata billi jitkejlu 100 mil nawtiku mil-linja batimetriċi tal-2,500 metru."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17031", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17031", "title": "Joe Hart", "text": ["Joe Hart", "Charles Joseph John \"Joe\" Hart (Shrewsbury, 19 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala gowler mal-klabb ta' Manchester City u t-tim nazzjonali Ingliż.", "Ta' ħmistax-il sena diġà kien jivvjaġġa mat-tim tal-kbar ta' Shrewsbury Town.", "Hu ddebbuta mal-ewwel tim meta lagħab kontra Ebbsfleet United fl-ewwel staġun tal-klabb wara r-relegazzjoni għall-Football Conference.", "Mill-istaġun 2005–06, Hart intgħażel bħala l-ewwel għażla bejn il-lasti u lagħab total ta' 46 logħba fejn sofra 55 gowl.", "Kien f'dan iż-żmien li ġie msejjaħ sabiex jilgħab mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt id-19-il sena.", "Il-prestazzjonijiet eklatanti tiegħu wasslu biex diversi klabbs tal-Premier League juri interess fil-plejer, fejn ġie vvutat bħala l-aqwa gowler tal-League Two għall-istaġun 2005–06.", "Fl-24 ta' Mejju 2006, ġie mħabbar li Manchester City għamlu l-akkwist ta' Joe Hart.", "It-termini tan-negozjati kien jinkludi li City iħallsu somma inizzjali ta' £600,000, li setgħet titla' għal £1,500,000.", "L-ewwel logħba tiegħu waslet fl-14 ta' Ottubru 2006 wara li problemi fiżiċi għal Andreas Isaksson u Nicky Weaver wasslu għad-debutt tiegħu kontra Sheffield United.", "Il-partita ntemmet fi dro ta' mingħajr gowls.", "F'Jannar tal-2007 ġie msellef lit-tim mil-League One, Tranmere Rovers, fejn magħhom lagħab sitt logħbiet.", "F'April tal-istess sena reġa' ġie msellef fl-istess diviżjoni lil Blackpool.", "Mas-\"Seasiders\" hu ġabar ħames preżenzi fil-kampanja li rat lill-klabb jiġi promoss għaċ-Championship.", "Meta rritorna lura lejn Manchester City, il-kowċ il-ġdid Sven-Göran Eriksson għażel lil Hart bħala l-ewwel gowler tal-klabb, u Isakkson sab ruħu fuq il-bankina.", "Hu lagħab 26 logħba dak l-istaġun, u l-istaġun ta' wara 23 logħba.", "Bl-akkwist tal-Irlandiż Shay Given f'Jannar tal-2009 postu ġie fi skrutinju hekk kif Given ħadlu postu.", "Riżultat ta' dan, Hart ġie misluf lit-tim promoss ta' Birmingham City.", "Id-debutt tiegħu wasal fit-telfa barra minn darhom bl-iskor ta' 1–0 kontra Manchester United.", "Wara bidu diffiċli, il-forma tiegħu tjiebet fejn fl-aħħar tal-istaġun barra l-garanzija ta' post il-klabb fl-ogħla diviżjoni hu ġie vvutat bħala l-Plejer tas-Sena ta' Birmingham City u ġie nnominat għall-Plejer Żagħżugħ tas-Sena.", "Minkejja li tilef dan l-unur lil James Milner, hu xorta waħda sab postu fit-Tim tas-Sena tal-PFA.", "L-istaġun suċċessiv bir-ritorn tiegħu ma' City hu reġa' kiseb l-ewwel post bħala gowler u rrelega lil Given għal fuq il-bankina.", "Hu baqa' jimpressjona fejn ġie mfaħħar ħafna minn diversi kritiċi u ġurnalisti sportivi.", "Dak l-istaġun hu għen lis-City jirbħu l-FA Cup, barra li rnexxielhom jirbħu post fil-UEFA Champions League.", "Grazzi għall-prestazzjonijiet tiegħu hu ngħata l-unur bħala Gowler tas-Sena tal-Premier League għall-iktar numru ta' xbieki mhux mittiefsa (18).", "Bit-tluq ta' Shay Given ma' Aston Villa f'Lulju 2011, Hart issiġilla postu bħala l-ewwel gowler tal-klabb.", "Għat-tieni sena konsekuttiva hu rebaħ l-unuru tal-Gowler tas-Sena hekk kif għen lil Manchester City jirbħu l-ewwel titlu tal-kampjonat għal 44 sena.", "Wara li kien figura regulari mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, hu ġie magħżul għaż-żewġ logħbiet ta' ħbiberija tat-tim tal-kbar kontra l-Istati Uniti u t-Trinidad u Tobago.", "Minkejja li ma lagħabx kontra l-Istat Uniti, hu daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima kontra Trinidad u Tobago fl-1 ta' Ġunju 2008, bl-Ingilterra toħroġ rebbieħa 3–0.", "Minkejja li ġie magħżul mal-iskwadra Ingliża għat-Tazza tad-Dinja 2010, hu ma lagħab l-ebda logħba.", "Wara l-eliminazzjoni bikrija, il-kowċ Fabio Capello innominah bħala l-ewwel gowler tat-tim fejn minn hemmhekk ifforma pedina importanti tat-tim nazzjonali.", "Hu ġie magħżul għall-Kampjonati Ewropej 2012, fejn minkejja li l-Ingilterra ġew eliminati fil-kwarti tal-finali hu kien l-aktar gowler li għamel salvataġġi (19).", "Manchester City"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17048", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17048", "title": "Stanislav Šesták", "text": ["Stanislav Šesták", "Stanislav Šesták (Demjata, 16 ta' Diċembru 1982) huwa plejer tal-futbol Slovakk li jilgħab bħala attakkant mal-klabb Tork ta' Bursaspor u mat-tim nazzjonali tas-Slovakkja.", "L-ewwel togħma ta' futbol professjonali Šesták irċivieha mill-klabb ta' Tatran Prešov.", "F'Diċembru tal-2001, ingħaqad ma' Slovan Bratislava, fost l-aqwa klabbs tal-pajjiż.", "Sentejn wara ġie ċedut lil Žilina fejn fl-ewwel sena tiegħu rebaħ il-kampjonat nazzjonali tal-2002–03.", "F'dak l-istaġun u ta' wara huwa spiċċa fir-raba' post fost l-iskorers (bi 13 u 17-il gowl rispettivament) u t-tieni fl-2006–07 bi 15-il gowl.", "Fis-7 ta' Ġunju 2007, Šesták għamel il-pass il-kbir u ffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Bochum li jimmilta fil-Bundesliga Ġermaniża.", "Id-debutt tiegħu wasal fil-11 ta' Awwissu fil-konfront kontra Werder Bremen li ntemmet 2–2 fejn anke skorja l-ewwel gowl tiegħu.", "Fit-tielet ġurnata tal-kampjonat, skorja l-gowl tal-vantaġġ kontra Amburgu fir-rebħa ta' 2–1.", "L-ewwel doppjetta tiegħu waslet fid-29 ta' Settembru kontra Norimberga.", "Hu temm l-istaġun bi 13-il gowl fejn spiċċa fil-ħames post tal-klassifika tal-aqwa skorers.", "It-tieni staġun tiegħu fil-Ġermanja kien imtappan minn problemi fiżiċi.", "Wara bidu diskret b'żewġ gowls fi tmien partiti, fl-isfida kontra Stuttgart hu kiser is-subgħajn ta' saqajh u kellu jibqa' barra għal xahar.", "Meta rritorna rritorna għall-gowls kontra l-Hertha Berlin, u bi tripletta kontra Hoffenheim u doppjetta kontra Werder Bremen.", "Fis-7 ta' Marzu sofra minn tiċrita muskolari li ħallietu barra għal xi ġimgħat.", "Fl-ewwel ġurnata tal-istaġun 2009–10 hu skorja t-tielet gowl li kompliet ir-rimonta fuq Borussia Mönchengladbach minn 3–0 minn taħt għal 3–3.", "Dak l-istaġun kellu jintemm fuq togħma qarsa hekk kif Bochum ġew relegati għall-2.", "Fußball-Bundesliga, b'Šesták jiskorja 6 gowls.", "Fit-tliet staġuni li għamel mal-klabb hu kien l-aqwa skorer tat-tim.", "Għall-istaġun 2010–11, Šesták ingħaqad b'self ma' Ankaragücü fejn kien fost erba' plejers oħra Slovakki fl-iskwadra.", "L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-22 ta' Awwissu 2010, kontra Manisaspor fir-rebħa ta' 3–0.", "Bil-mod il-mod fil-ġimgħat ta' wara beda jidħol fil-vena tal-gowls.", "Hu skorja gowl fir-rebħa ta' 4–2 kontra Galatasaray u gowl fit-tazza nazzjonali kontra Fenerbahçe f'konfront li ntemm 4–2.", "Fit-12 ta' Diċembru 2010, skorja doppjetta fil-kampjonat kontra Fenerbahçe hekk kif il-partita spiċċat 2–1.", "Fit-13 ta' Marzu 2011, skorja l-ewwel tripletta tiegħu fit-Turkija hekk kif għen biex Ankaragücü jegħlbu lil Galatasaray bl-iskor ta' 3–1.", "Wara l-istaġun ta' self, ingħaqad b'mod definittiv ma' Bursaspor.", "Mat-tim nazzjonali Slovakk iddebutta fl-2004.", "L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-13 ta' Ottubru 2007 kontra San Marino, partita valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008.", "Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 hu skorja 6 gowls mit-22 tal-Islovakkja li għenu sabiex il-pajjiż jikkwalifika għall-fażi finali fl-Afrika t'Isfel.", "B'dan in-numru ta' gowls hu kien l-aqwa skorers tat-tim nazzjonali u s-sitt wieħed fost l-iskorers kollha f'din il-fażi.", "Fil-kompetizzjoni proprja hu lagħab tnejn mill-erba' partiti li t-tim lagħab.", "MŠK Žilina"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17056", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17056", "title": "Girolamo Abos", "text": ["Girolamo Abos", "Girolamo Abos (Valletta, 15 ta' Novembru 1715 – Napli, Ottobru 1760) kien kompożitur u għalliem Malti.", "Missieru kien Gian-Tommaso Abos u ommu Rosa Farrugia.", "Nannuh, Giovanni Abos, kien Franċiż minn Castellane.", "Fl-1729 beda jistudja l-mużika fil-Konservatorju \"dei Poveri di Gesù Cristo\" ta' Napli, l-ewwel taħt Gaetano Greco u mbagħad taħt Francesco Durante.", "Kuġinuh Carol Farrugia, li kien \"uditore\" ta' bosta Granmastri tal-Ordni ta' San Ġwann, ħallaslu l-istudji tiegħu.", "Ma nafux jekk Abos qattx mar lura Malta imma żgur li żamm kuntatt.", "Pereżempju il-\"maestro di cappella\" Melchiorre Sammartin, il-\"castrato soprano\" Antonio Rubino, il-\"castrato contralto\" Antonio Goja u l-vjolinista Paolo Papa, kollha mill-\"Conservatorio di Sant'Onofrio a Porta Capuana\" saru memmbri tal-\"cappella di musika\" tal-knisja konventwali tal-Ordni ta' San Ġwann.", "Barra min hekk iż-żewġ uliedu li nafu bihom Gaetano (t. 1754) u Maria Josepha (t. 1753) bagħathom Malta biex jieħu ħsiebhom kuġinuh Carol Farrugia.", "Maria Josepha daħlet soru Benedittina fil-kunvent ta' Santa Skolastika l-Birgu u mietet ta' 40 sena.", "Ħuha miet qabel kellu 20 sena.", "Abos kien iżżewweġ lil Angela Gautier fl-1752.", "L-ewwel opra ta' Abos tiegħu ittellgħet fl-1742 fil-belt ta' Napli fit-Teatro Nuovo.", "Din kienet l-opra buffa \"Le due zingare simili\".", "Fl-istess sena kien \"secondo maestro\" ma' Francesco Feo fl-i\"Scuola dei Poveri di Gesù\" u fl-1743 laħaq koadjutur ta' Ignazio Prota, ta' Leonardo Leo u, wara ta' Durante fil-\"Conservatorio di Sant'Onofrio a Porta Capuana\".", "Fl-1754 ħa l-pożizzjoni ta' \"secondo maestro\" fil-\"Conservatorio della Pietà dei Turchini\".", "Fl-1756 mar Londra biex jieħu l-post ta' klaviċembalista fit-teatru Taljan.", "Irtira mit-tagħlim fl-1759.", "Barra li kien għalliem kien spiss jagħmilha ta' \"maestro di cappella\" f'diversi knejjes f'Napli.", "Ikkompona xi tużżana opri li kellhom suċċess varjabbli.", "Però dawn kienu neqsin mill-oriġinalità u vivaċità tipika tal-opri Naplitani tal-epoka.", "Ix-xogħol tiegħu l-iżjed magħruf hu mingħajr dubju l-opra \"Tito Manlio\", rappreżentata għalll-ewwel darba f'Napli fit-teatru San Carlo fl-1751 u mtella' wkoll Londra fl-1756.", "Kiteb ukoll diversi kompożizzjonijiet sagri, li fihom imita l-iżjed lil Durante.", "Hemm 14-il opra ta' Abos li nafu bihom; is-sena u l-belt jirreferu għall-ewwel rappreżentazzjoni.", "\"Stabat Mater\" Gerolamo Abos ed.", "Joseph Vella Bondin \"Recent Researches in the Music of the Classical Era, Nru 68, A-R Editions, Inc., Middleton, Wisconsin 2003, ISBN 0-59579-531-0."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17060", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17060", "title": "Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930", "text": ["Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930", "It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930 kienet l-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, il-kampjonat internazzjonali għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-irġiel.", "Din saret ġewwa l-Urugwaj bejn it-13 u t-30 ta' Lulju 1930.", "Il-FIFA, il-federazzjoni internazzjonali li tiggverna l-futbol, għażlet l-Urugwaj bħala l-pajjiż ospitu minħabba li l-pajjiż kien se jiċċelebra ċ-ċentinarju mill-ewwel kostituzzjoni tiegħu, u t-tim nazzjonali tal-Urugwaj irnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni tal-futbol fil-Logħob Olimpiku tas-sajf 1928.", "Il-logħbiet kollha ntlagħbu fil-kapitali Urugwajana, Montevideo, il-maġġornaza fl-Estadio Centenario, li ġie mibni speċifikament għal dan il-kampjonat.", "Tlettax-il tim, sebgħa mill-Amerika t'Isfel, erbgħa mill-Ewropa u tnejn mill-Amerika ta' Fuq daħlu għal din il-kompetizzjoni.", "In-nuqqas fin-numru ta' timijiet Ewropej kien minħabba d-diffikultajiet sabiex jivvjaġġaw lejn l-Amerika t'Isfel.", "It-timijiet ġew maqsuma f'erba' gruppi, bir-rebbieħ ta' kull wieħed minnhom jgħaddi għas-semifinali.", "L-ewwel żewġ logħbiet tat-Tazza tad-Dinja intlagħbu fl-istess ħin u ġew mirbuħa minn Franza u l-Istati Uniti, li għelbu lill-Messiku 4–1 u lill-Belġju 3–0, rispettivament.", "Lucien Laurent ta' Franza kien li skorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, waqt li l-gowler Amerikan Jimmy Douglas żamm l-ewwel xibka mhux mittiefsa tal-kampjonat.", "L-Arġentina, l-Urugwaj, l-Istati Uniti u l-Jugożlavja ilkoll rebħu l-gruppi rispettivi tagħhom sabiex ikkwalifikaw għas-semifinali.", "Fil-finali, il-favoriti Urugwaj għelbu lill-Arġentina 4–2 quddiema 93,000 ruħ, u b'hekk sar l-ewwel pajjiż li rebħu t-Tazza tad-Dinja.", "L-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja kienet l-unika waħda mingħajr kwalifikazzjoni.", "Kull pajjiż affiljat mal-FIFA ġie mistieden biex jikkompeti u kellu jagħti d-deċiżjoni tiegħu sat-28 ta' Frar 1930.", "Kienu ħafna pajjiżi fl-Amerika li wrew interess: l-Arġentina, il-Brażil, il-Bolivja, iċ-Ċili, il-Messiku, il-Paragwaj, il-Perù u l-Istati Uniti kollha daħlu.", "Total ta' seba' pajjiżi mill-Amerika t'Isfel ħadu sehem, b'dan in-numru jibqa' l-iktar wieħed fl-istorja ta' pajjiżi minn dan ir-reġjun.", "Madanakollu, minħabba t-tul u l-ispiża tal-vjaġġ fuq l-Oċean Atlantiku, kienu ftit il-pajjiżi Ewropej li xtaqu jipparteċipaw.", "Fil-fatt, sal-aħħar ta' Frar l-ebda pajjiż Ewropew ma rrisponda għall-istedina li saret.", "F'tentattiv sabiex tikseb parteċipazzjoni Ewropea, il-federazzjoni tal-futbol Urugwajana bagħtet ittra lill-Football Association tal-Ingilterra, anke jekk il-Home Nations ma kinux membri tal-FIFA sa dakinhar.", "Din ġiet rifjutata mill-Kumitat tal-FA fit-18 ta' Novembru 1929.", "Xahrejn qabel il-bidu tal-kampjonat, l-ebda tim Ewropew ma kien għadu daħal.", "Wara l-intervent tal-president tal-FIFA Jules Rimet, erba' pajjiżi għamlu l-vjaġġ fuq il-baħar: il-Belġju, Franza, ir-Rumanija u l-Jugożlavja.", "Ir-Rumeni, immexxiha minn Constantin Rădulescu u kkowċjati mill-kaptan tagħhom Rudolf Wetzer u Octav Luchide, daħlu fil-kompetizzjoni wara l-intervent tar-re l-ġdid tagħhom, Karlu II.", "Hu għażel l-iskwadra personalment u għamel qbil mal-impjegati sabiex jassiguraw illi l-plejers ikollhom xorta waħda x-xogħol mar-ritorn tagħhom.", "Il-Franċiżi daħlu wara l-intervent personali ta' Rimet, però la d-difensur stilla Manuel Anatol u l-anqas il-kowċ Gaston Barreau ma ġew persważi biex jagħmlu l-vjaġġ.", "Il-parteċipazzjoni tal-Belġjani ġiet instigata mill-viċi-president tal-FIFA Rudolf Seedrayers.", "Ir-Rumeni mbarkaw l-SS \"Conte Verde\" minn Ġenova, il-Franċiżi telgħu abbord f'Villefranche-sur-Mer fil-21 ta' Ġunju 1930, u l-Belġjani nġabru minn Barċellona.", "Dan il-vapur kellu fuqu wkoll lil Rimet, it-trofew u tlett referis Ewropej: il-Belġjani Jean Langenus u Henri Christophe, flimkien mal-Franċiż Thomas Balway.", "It-tim Brażiljan imbarka meta l-vapur trakka f'Rio de Janeiro fid-29 ta' Ġunju qabel ma wasal l-Urugwaj fl-4 ta' Lulju.", "Il-Jugożlavi vvjaġġaw f'vapur bil-fwar \"Florida\" minn Marsilja.", "L-ewwel grupp kien l-uniku grupp li kellu erba' timijiet: l-Arġentina, iċ-Ċili, Franza u l-Messiku.", "Jumejn wara l-ewwel rebħa kontra l-Messiku, il-Franċiżi sabu quddiem wiċċhom il-favorita tal-grupp: l-Arġentina.", "Il-Franċiżi ġew imblukkati bi plejers li sofrew problemi fiżiċi: il-gowler Thépot kellu jabbanduna l-logħba wara 20 minuta u Laurent, wara daħla minn Luis Monti, zappap matul il-logħba kollha.", "Madanakollu, l-Arġentini kellhom jistennew sal-81 minuta biex jiskorjaw meta l-istess Monti skorja frikik minn 25 metru.", "Il-partita kienet karatterizzata minn episodju kontroversjali: ir-referì Almeida Rêgo bi żball saffar tmiem il-partita sitt minuti qabel, proprju meta l-attakkant Franċiż Marcel Langiller kien se jiskorja.", "Kien wara invażjoni fil-grawnd u l-protesti tal-pubbliku u xi membri tal-eżekuttiv Franċiżi li kkonvinċew lill-uffiċċjal tal-logħba sabiex jilgħab is-sitt minuti li kien għad baqa'.", "Minkejja li Franza kienu niżlu jilgħabu darbtejn f'temp ta' 48 siegħa, iċ-Ċili kien għadu ma ġiex involuti.", "It-tim mill-Amerika t'Isfel lagħab il-Messiku fil-ġurnata ta' wara, fejn rebħu bl-iskor konvinċenti ta' 3–0.", "Fit-tieni partita tal-Arġentina, kontra l-Messiku, ġie msaffar l-ewwel \"penalty\" tal-istorja tal-kampjonat.", "Skont kif irrakkuntat minn John Langenus – ir-referì tal-finali u xhieda okulari tal-partita – ġew mogħtija total ta' ħames \"penalties\", tlieta minnhom kontroversjali, f'logħba rrefjata mill-kowċ tal-Bolivja Ulises Saucedo.", "Barra minn hekk il-ballun ġie pożizzjonat 14-il metru 'l bogħod mil-linja tal-gowl, minflok 11-il metru skont ir-regoli.", "Mill-ħames \"penalties\", wieħed biss ġie skurjat.", "Guillermo Stábile skorja tripletta fid-debutt tiegħu u l-Arġentina rebħu 6–3 minkejja n-nuqqas tal-kaptan Manuel Ferreira, li kellu jirritorna lura lejn Buenos Aires sabiex jagħmel eżami tal-liġi.", "Zumelzú impressjona wkoll b'doppjetta.", "Il-kwalifikazzjoni ġiet deċiża fl-aħħar ġurnata tal-grupp, milgħuba bejn l-Arġentina u ċ-Ċili fit-22 ta' Lulju.", "Stábile ikkonferma lilu nnifsu bħala attakkant prim fejn fil-bidu tal-logħba skorja darbtejn.", "Fil-15-il minuta, iċ-Ċili naqqsu d-distakk b'Subiabre li sfrutta żball tal-gowler Bossio.", "Il-partita involviet ġlieda li faqqet wara daħla ta' Monti fuq Arturo Torres.", "Din qajjmet għagħa sħiħa fit-tribuna qalb il-partitarji li involviet daqqiet ta' ponn, bżieq u daqqiet ta' saqajn li kellha tiġi kkontrollata mill-pulizija fuq iż-żwiemel.", "Lejn tmiem il-logħba Evaristo għeleb għat-tielet darba lil Cortés sabiex l-Arġentina ħarġu rebbieħa 3–1 u kisbu post fis-semifinali.", "It-tieni grupp kien iffurmat mill-Brażil, il-Bolivja u l-Jugożlavja.", "Il-Brażil ġabu magħhom skawdra ffurmata kollha minn futbolers tal-Campeonato Carioca, bl-eċċezzjoni ta' Araken ta' Santos li kien jilgħab fil-Campeonato Paulista.", "Is-\"Seleção\", li ħafna kienu qegħdin jistennew li jirbħu l-grupp, tilfu l-logħba inawgurali kontra l-Jugożlavja bl-iskor ta' 2–1, li kellha tkun ir-rebbieħa eventwali tal-grupp.", "L-iskadwra Slava kienet tinkludi diversi plejers emigranti u sejjħet minn Franza lil Bek, Stefanović u Sekulić.", "Il-midfilder laterali Tirnanić, li aktar tard kellu jservi bħala kowċ tat-tim nazzjonali, u Marjanović kienu fost il-pedini importanti u l-gowler Jakšić ikkonferma ruħu bħala wieħed mill-aqwa fit-turnew.", "Fil-logħba segwenti, il-Bolivja, li kienet għadha qiegħda tistenna l-ewwel rebħa internazzjonali tagħha, niżlet fil-grawnd kontra l-Ewropej.", "Is-Sud-Amerikani għal din l-okkażjoni libsu flokkijiet partikulari – kull waħda minnhom kellha ittra fuqha – li bl-iskawdra f'linja kienet taqra \"Viva Uruguay\" bħala ġieħ lejn l-ospiti tal-kompetizzjoni.", "Minkejja dan, il-Bolivja ftit li xejn ħalliet marka hekk kif tilfet iż-żewġ partiti tagħha bi skor kbir.", "Kontra l-Jugożlavja rnexxielhom jżommu sod sa siegħa logħba, sakemm sat-tisfira finali r-riżultat kien juri telfa ta' 4–0.", "Diversi gowls tal-Bolivjani ġew imħassra.", "Il-partita ntlagħbet f'temperatura ta' 10 gradi taħt iż-żero.", "Kontra l-Brażil, fl-aħħar logħba li ma kienet issarraf xejn minħabba li ż-żewġ timijiet kienu diġà eliminati, ir-riżultat sa tmiem l-ewwel taqsima kien juri vantaġġ ta' 1–0 għall-Brażil.", "Matul l-ewwel 45 minuta kien hemm konfużjoni sħiħa bejn il-plejers fil-grawnd li kellhom flokkijiet tal-istess kulur.", "Ulises Saucedo daħħal il-plejers tiegħu wara l-mistrieħ bi flokkijiet oħrajn; fit-tieni taqsima, il-Brażiljani skorjaw tliet darbiet oħra, tnejn minnhom mill-atleta Preguinho.", "L-ospiti tal-Urugwaj, ikkunsidrati bħala l-favoriti għar-rebħ tat-titlu quddiem l-Arġentina u l-Brażil, kienu jiffurmaw it-tielet grupp mal-Perù u r-Rumanija.", "Fl-ewwel logħba bejn ir-Rumanija u l-Perù kien hemm l-ewwel tkeċċija, dik tal-Peruvjan Plácido Galindo fis-70 minuta.", "Ir-Rumeni sfruttaw il-vantaġġ numeriku u skorjaw żewġ gowls fl-aħħar minuti u ħarġu rebbieħa 3–1.", "Din il-logħba tibqa' mfakkra għall-iżgħar attendenza qatt rikordjata fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.", "L-ispettaturi – uffiċjalment 2,549 – kienu fil-verita madwar 300.", "Qabel id-debutt, l-Urugwajani għamlu erba' ġimgħat ta' taħriġ u skeda riġida.", "Il-gowler Mazali (diġà ċampjin Olimpiku għal darbtejn) inqabad mill-kowċ Suppici dieħel tard filgħaxija wara li kien żar lil martu, u b'konsegwenza t'hekk ġie eskluż mill-iskwadra.", "Postu ħadu Ballesteros.", "Kawża tad-dewmien fil-preparazzjoni tal-Estadio Centenario, id-debutt tal-Urugwaj ġie pospost għal ħamest ijiem wara l-bidu tal-kompetizzjoni.", "L-inawgurazzjoni tal-impjant, eżattament 100 sena wara t-twelid tal-Kostituzzjoni Urugwajana, ġiet preċeduta minn ċerimonja sabiex tiċċelebra ċ-ċenitarju tar-Repubblika.", "L-ospiti rebħu bl-iskor minimu ta' 1–0 kontra l-Perù.", "L-istampa tal-pajjiż ftit li xejn ħadet gost bil-prestazzjoni tat-tim, waqt li fil-Perù l-ġurnalisti taw ġieħ lill-kompatrijotti tagħhom.", "L-Urugwaj għelbu lir-Rumanija b'mod iktar faċli, b'riżultat ta' 4–0 li wasal fl-ewwel taqsima u li nżamm sal-aħħar.", "B'hekk l-Urugwaj kisbu post fis-semifinali.", "L-Istati Uniti, li fosthom kellhom diversi plejers Brittaniċi emigranti, iddominaw ir-raba' grupp b'żewġ rebħiet konvinċenti kontra l-Belġju u l-Paragwaj.", "Il-plejers Amerikani, ħafna minnhom debuttanti, spikkaw rwieħhom għall-fiżiċità imponenti tagħhom.", "Fl-ewwel logħba għelbu b'riżultat mhux mistenni ta' 3–0 kontra l-Belġjani.", "Il-gazzetta Urugwajana \"Imparcial\" kitbet: \"ir-rebħa kbira tal-Amerikani tassew issorprendiet lill-esperti\".", "Il-Belġajni – li kellhom jirrinunzjaw għal Raymond Braine, wieħed mill-aħjar minn tagħhom – ilmentaw fuq il-kundizzjonijiet tal-grawnd u d-deċiżjonijiet tar-referì fejn saħqu li kien hemm \"offside\" fl-azzjoni li wasslet għat-tieni gowl.", "It-tieni konfront tal-grupp bejn l-Istati Uniti u l-Paragwaj (3–0), li ntlagħbet f'kundizzjonijiet ta' riħ qawwi, rat l-ewwel tripletta tal-kompetizzjoni skorjata minn Bert Patenaude.", "Bl-Istati Uniti diġà kwalifikati, l-aħħar partita kienet inutli, bil-Paragwajani joħorġu rebbieħa kontra l-Belġani.", "L-erbgħa rebbieħa tal-grupp rispettiv tagħhom (l-Arġentina, il-Jugożlavja, l-Urugwaj u l-Istati Uniti) għaddew għas-semifinali fejn iż-żewġ konfronti spiċċaw bl-istess riżultat.", "L-ewwel li ntlagħbet kienet dik bejn l-Arġentina u l-Istati Uniti fis-26 ta' Lulju ġewwa l-Estadio Centenario, liema grawnd kien mgħarraq bl-ilma tax-xita.", "Kienet partita vjolenti; l-Amerikani tilfu lill-midfilder tagħhom Raphael Tracy li kiser saqajh wara 10 minuti logħob.", "L-ewwel taqsima għalqet bl-Arġentina gowl vantaġġ grazzi għal gowl ta' Monti fl-20 minuta.", "Fit-tieni taqsima l-Amerikani ġew assedjati u sofrew mill-veloċità tal-attakkanti tal-\"albiceleste\".", "Il-partita ntemmet 6–1 favur l-Arġentini.", "Is-semifinali l-oħra bejn l-Urugwaj u l-Jugożlavja saret il-ġurnata ta' wara.", "L-Islavi marru fil-vantaġġ wara ftit minuti b'gowl ta' Vujadinović.", "F'temp ta' kwarta l-Urugwaj qallbu l-iskor għal 2–1.", "Lejn tmiem l-ewwel taqsima l-Jugożlavja raw gowl tagħhom jiġi mħassar fuq dubju ta' \"offside\".", "B'erba' gowls oħra, l-ospiti ġabu l-iskor finali għal 6–1, bil-protagonista jkun Pedro Cea, awtur ta' tripletta.", "Il-finali tradizzjoni għat-tielet u r-raba' post ġiet imnedija fl-edizzjoni tal-1934.", "B'hekk, it-Tazza tad-Dinja 1930 hija l-unika waħda mingħajr din il-partita, li dejjem intlagħbet bejn is-semifinali u l-finali.", "Xi fonti, b'mod partikulari l-gazzetta tal-FIFA tal-1984, taw ħjiel li kien hemm xi forma ta' konfront validu għat-tielet u r-raba' post, mirbuħ mill-Jugożlavja 3–1.", "Min-naħa l-oħra, skont sorsi oħrajn, il-konfront kien fil-programm però qatt ma ntlagħab.", "Skont x'ġie miktub mill-ġurnalist Urugwajan Hyder Jawad fil-ktieb tiegħu \"Four Weeks In Montevideo: The Story of World Cup 1930\", ippubblikat fl-2009, il-Jugożlavja rrifjuatat li tilgħab minħabba li m'għoġobiex l-irreffjar tas-semifinali kontra l-ospiti tal-kompetizzjoni, fejn ikkunsidrawh bħala imparzjali.", "Kummissjoni teknika tal-FIFA irrappurtat fl-1986 il-pożizzjoni finali tat-timijiet kollha li ħadu sehem fl-edizzjonijiet preċedenti tat-Tazza tad-Dinja: f'din il-klassifika l-Istati Uniti huma fit-tielet u l-Jugożlavja r-raba', kif għandhom jiġu kkunsidrati llum il-ġurnata.", "Fl-2010, it-tifel ta' Kosta Hadži, kap tad-delegazzjoni fit-Tazza tad-Dinja 1930 u viċi-president tal-federazzjoni tal-futbol tal-Jugożlavja ta' dak iż-żmien, iddikjara li l-Jugożlavja, bħala tim, ġiet ippremjata b'midalja tal-bronż miżmuma sal-lum il-ġurnata mill-familja Hadži.", "Dejjem skont Hadži, il-Jugożlavja ġiet ikkunsidrata bħala t-tielet minħabba li tilfet is-semifinali kontra ċ-ċampjins eventwali tal-Urugwaj.", "L-oriġini u l-awtentiċità ta' din il-midalja għadhom mhumiex rikonoxxuti.", "Ir-rebħiet tal-Urugwaj u l-Arġentina fis-semifinali wasslu lit-tnejn li huma sal-finali.", "Sentejn qabel it-tnejn li huma kienu protagonisti tal-finali tal-Olimpjadi tal-1928, f'partita li baqgħet tissejjaħ bħala \"l-isbaħ partita tal-futbol ta' kull żmien\", mirbuħa mis-\"Celeste\" 2–1.", "Il-finali ntlagħbet fit-30 ta' Lulju ġewwa l-Estadio Centenario, taħt xita ta' borra (avveniment rari f'Montevideo).", "Il-port ta' La Plata kien mimli attività.", "L-għaxar vapuri li kellhom jittrasportaw il-partitarji Arġentini ta' Buenos Aires lejn Montevideo u l-biċċiet tal-baħar l-oħra li ġew magħmula disponibbli ma kinux biżżejjed.", "Huwa stmat li bejn 10,000 u 15,000 Arġentin għamlu l-vjaġġ, imma l-port ta' Montevideo kien tassew mimli li ħafna żbarkaw biss fit-tisfira tal-bidu tal-partita, fejn kien għad baqalhom jilħqu l-grawnd.", "Fid-dħul fil-grawnd kull spettatur ġie mfittex sabiex jaċċertaw li ma jkunx hemm armi.", "Il-gradi nfetħu fit-tmienja ta' filgħodu, sitt sigħat qabel il-bidu, u f'nofsinhar il-grawnd kien mimli.", "L-attendenza uffiċjali kienet ta' 93,000 ruħ.", "Il-jiem li ppreċedew il-logħba kienu mimlija tensjoni.", "Ħafna plejers Urugwajani rċevew theddid ta' mewt min-naħa ta' partitarji Arġentini.", "Fis-sigħat ta' qabel il-finali xi nies marru qrib il-post fejn kienu qegħdin jitħarrġu l-Arġentini fejn iddisturbawhom b'kant u theddid.", "Luis Monti ġie intimidit, però xorta waħda niżel fil-grawnd.", "L-istess xorti messet lir-referì tal-logħba, il-Belġjan John Langenus, li mpona lill-FIFA ftit sigħat qabel il-bidu tal-logħba li jkollu sigurtà fuq ħajtu.", "Hu ngħata mal-mitt pulizija għad-dispożizzjoni u vapur lest li jitlaq madwar siegħa minn tmiem il-logħba f'każ li jkollu bżonn jaħrab.", "L-Urugwaj għamlu bidla fil-formazzjoni minn dik li ntlagħbet fis-semifinali minħabba li Anselmo kellu jaqbeż din il-logħba kawża ta' attakk ta' paniku.", "Skont fonti oħrajn, Anselmo – fost l-aħjar tal-Uruguwaj – talab li ma jinżilx fil-grawnd mingħajr ma ta raġuni partikulari, li probabilment kienet il-biża' li jaffronta l-markatura aggressiva ta' Monti.", "Postu ħadu Castro, attakkant nieqes minn idu l-leminija li kien tilifha f'inċident fuq il-post tax-xogħol fl-età ta' 13-il sena, li għan-nuqqas fuq il-lat tekniku kien jagħel għaliha fil-ġiri kontinwu.", "L-Arġentina kellha tilgħab mingħajr l-imweġġa' Zumelzú u Varallo, imma t-tieni wieħed xorta waħda ġie skjerat mal-ewwel ħdax.", "Il-kronaki ta' dak iż-żmien irrakuntaw fuq logħba li ma ddiżappuntatx l-aspettativi, fejn iż-żewġ timijiet ħarġu fuq l-offensivi bit-tnejn jilgħabu b'ħames attakkanti.", "Pablo Dorado għall-Urugwaj skorja l-ewwel gowl b'xutt fil-baxx mil-lemin.", "Ir-risposta tal-Arġentina ma tantx damet ma waslet u tmien minuti wara ġabu l-iskor indaqs: Carlos Peucelle irċieva ballun minn Ferreira, qabeż plejer u skorja minn xutt qawwi li l-gowler Urugwajan Ballesteros ma seta' jagħmel xejn.", "Aktar tard Stábile, l-aqwa skorer tat-turnew, skorja t-tmien u l-aħħar gowl tiegħu, fejn tefa' lill-Arġentina 2–1 minn fuq.", "Il-kaptan Urugwajan Nasazzi ipprotesta għalxejn wara li sostna li Stábile kien f'pożizzjoni irregolari.", "Fit-tieni taqsima l-Urugwaj sar aktar kuraġġjuż u tejjeb il-logħob tiegħu.", "Monti falla l-okkażjoni għat-3–1 għall-Arġentina u fl-azzjoni li segwiet, l-Urugwaj ġabu l-gowl tad-dro permezz ta' Pedro Cea.", "Għaxar minuti wara gowl ta' Santos Iriarte ta vantaġġ lill-Urugwaj u lejn l-aħħar Castro kien imissu biex jiskorja l-gowl li ssiġilla r-rebħa ta' 4–2.", "Langenus saffar it-tisfira finali u l-Urugwaj żiedu t-titlu ta' ċampjins tad-dinja wara t-titlu ta' ċampjins Olimpiċi.", "Jules Rimet ippreżenta t-trofew tat-Tazza tad-Dinja – li aktar tard ħa ismu – lill-president tal-Federazzjoni tal-futbol tal-Urugwaj Raúl Jude.", "Il-ġurnata ta' wara ġiet iddikjarata bħala festa nazzjonali fl-Urugwaj; fil-kapitali Arġentina Buenos Aires ġemgħa bdiet titfa' l-ġebel lejn il-konsolat Urugwajan.", "Skont l-analisi tal-kritika u tal-istess plejers Arġentini, l-\"albiceleste\" – li fuq il-pjan tekniku kienu superjuri – tilfet il-finali kawża tan-nuqqas ta' organizzazzjoni fid-difiża.", "Kollha kienu qegħdin jaħsbu biex jattakkaw.", "L-Urugwaj, min-naħa l-oħra, għażlet li tilgħab fuq il-kontrattakk fejn sfruttat l-ispazji vojta li tħallew mill-avversarji, u dan kien il-punt kruċjali tas-suċċess.", "Fi tmiem it-Tazza tad-Dinja, Franza, il-Jugożlavja u l-Istati Uniti kollha lagħbu logħbiet ta' ħbiberija fl-Amerika t'Isfel.", "Il-Brażil lagħab ma' Franza nhar l-1 ta' Awwissu, mal-Jugożlavja fl-10 ta' Awwissu u mal-Istati Uniti fis-17 ta' Awwissu.", "L-Arġentina ospitat lill-Jugożlavja fit-3 ta' Awwissu.", "Il-partiti kollha ntlagħbu f'Montevideo u ġew użati tliet grawnds: Estadio Centenario, Estadio Pocitos, u Estadio Parque Central.", "Estadio Centenario ġie mibni kemm minħabba dan il-kampjonat u wkoll bħala ċelebrazzjoni taċ-ċentinarju mill-indipendenza tal-Urugwaj.", "Iddisinjat minn Juan Scasso, dan kien il-grawnd prinċipali tal-kampjonat, li fi kliem Rimet kien \"it-tempju tal-futbol\".", "B'wisa' ta' 90,000 dan kien l-ikbar grawnd tal-futbol barra mill-Gżejjer Brittaniċi.", "F'dan il-grawnd intlagħby 10 minn 18-il partita, fosthom iż-żewġ semifinali u l-finali.", "Minħabba l-iskeda magħfusa ta' kostruzzjoni u l-istaġun ta' xita li laqat, is-Centenario ma kienx lest biex jintuża sa ħamest ijiem qabel il-kampjonat.", "Il-partiti tal-bidu ntlagħbu fi grawnds iżgħar użati mill-klabbs minn Montevideo, Nacional u Peñarol, il-Parque Central u l-Pocitos.", "Ħmistax-il referì ħadu sehem fil-kompetizzjoni.", "Sabiex kull wieħed minnhom ikollu idea ċara tal-applikazzjoni tar-Regoli tal-Logħba, ir-referis ġew mistiedna għal laqgħa żgħira sabiex jiġu ċċarati ċerti kunflitti u dilemmi.", "Ir-referis kienu jirrefjaw il-logħba lebsin ġlekk u ingravata.", "Mill-ħatriet kollha tar-referis kien hemm xi wħud li ġibdu l-attenzjoni.", "Il-Bolivjan Ulises Saucedo irrefja l-logħba Arġentina–Messiku, li l-Arġentina rebħu 6–3.", "Matul din il-logħba Saucedo, li kien ukoll iservi bħala l-kowċ tal-Bolivja, ta tliet \"penalties\".", "Saucedo ma kienx l-uniku li kellu rwol doppju fil-kompetizzjoni: Constantin Rădulescu, il-kowċ tar-Rumanija, ġie wżat darbtejn bħala assistent fl-ewwel grupp.", "Il-lista segwenti turi l-uffiċċjali kollha li servew bħal referis jew assistenti.", "Uffiċċjali miktuba bil-korsiv kienu wżati biss bħala assistenti matul il-kampjonat."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17061", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17061", "title": "Lucien Laurent", "text": ["Lucien Laurent", "Lucien Laurent (Saint-Maur-des-Fossés, 10 ta' Diċembru 1907 – Besançon, 11 ta' April 2005) kien plejer tal-futbol Franċiż.", "Hu jibqa' famuż minħabba li kien il-plejer li skorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.", "Bejn l-1921 u l-1931 Laurent lagħab mat-tim semiprofessjonali ta' Cercle Athlétique de Paris, qabel ma ssieħeb ma' Sochaux, li f'dak iż-żmien kienet it-tim tax-xogħol tal-manifattur tal-karozzi Peugeot, fejn kien jaħdem.", "Fis-snin li segwew dar diversi timijiet, sakemm faqqet it-Tieni Gwerra Dinjija u ġie msejjaħ mal-armata Franċiża.", "Matul il-gwerra nqabad bħala priġunier mill-Ġermaniżi u wara li qatta' tliet snin bħala priġunier fl-1943 irritorna għall-futbol ma' Besançon fejn magħhom għalaq il-karriera tiegħu fl-1946.", "Laurent iddebutta mat-tim nazzjonali Franċiż nhar it-23 ta' Frar 1930 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Portugall ġewwa Porto, li Franza tilfu 2–0.", "Hu, flimkien ma' ħuh, ġew magħżula mal-iskwadra Franċiża għat-Tazza tad-Dinja 1930 ġewwa l-Urugwaj, l-ewwel waħda fl-istorja.", "Għal din l-okkażjoni hu ngħata permess speċjali ta' \"futboler-ħaddiem\".", "Hu lagħab fl-ewwel logħba kontra l-Messiku fit-13 ta' Lulju 1930.", "Franza rebħu l-partita 4–1, b'Laurent jiskorja l-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.", "Minkejja r-rebħa kontra l-Messiku, Franza ġiet eliminata wara li tilfet iż-żewġ partiti ta' wara kontra l-Arġentina u ċ-Ċili.", "Fl-ewwel logħba Laurent kien mal-ewwel ħdax però kellu jiġi sostitwit wara li weġġa' f'konfront ma' Luis Monti li ħallietu barra mil-logħba ta' wara.", "Mat-tim nazzjonali Franċiż Laurent lagħab 10 partiti fejn skorja żewġ gowls."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17062", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17062", "title": "Marcel Langiller", "text": ["Marcel Langiller", "Marcel Langiller (Charenton-le-Pont, 2 ta' Ġunju 1908 – 28 ta' Diċembru 1980) kien plejer tal-futbol Franċiż.", "Hu kien jilgħab bħala attakkant u kien magħruf bħala \"La Caille\".", "Matul il-karriera tiegħu, Langiller lagħab ma' Excelsior Roubaix, Red Star, Saint-Étienne u CA Paris.", "Ma' Excelsior hu rebaħ it-Tazza Franċiża fl-1933, u kien finalista tal-istess tazza ma' CA Paris fl-1928.", "Mat-tim nazzjonali Franċiż lagħab 30 darba u skorja 7 gowls.", "Hu kien magħżul fost l-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 1930, l-ewwel waħda tal-istorja.", "L-uniku gowl li skorja f'din il-kompetizzjoni wasal fl-ewwel logħba kontra l-Messiku, fejn Franza rebħu 4–1.", "Excelsior Roubaix"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17063", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17063", "title": "André Maschinot", "text": ["André Maschinot", "André Maschinot (Valdoie, 28 ta' Ġunju 1903 – Colmar, 10 ta' Marzu 1963) kien plejer tal-futbol Franċiż li kellu r-rwol ta' attakkant.", "Maschinot beda jilgħab ma' US Belfort sakemm fl-1927 ingħaqad ma' AS Strasbourg ,u aktar tard fl-1929 ma' Sochaux.", "Ma' dawn tal-aħħar, barra li għalaq il-karriera tiegħu, hu rebaħ il-kampjonat Franċiż.", "Mat-tim nazzjonali Franċiż Maschinot lagħab 5 partiti fejn skorja żewġ gowls, it-tnejn fl-ewwel logħba li qatt intlagħbet f'Tazza tad-Dinja, fit-13 ta' Lulju tal-1930 kontra t-Messiku.", "Sochaux"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17070", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17070", "title": "Galea", "text": ["Galea", "Galea:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17107", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17107", "title": "Luis Monti", "text": ["Luis Monti", "Luis Felipe Monti (Buenos Aires, 15 ta' Mejju 1901 – Buenos Aires, 9 ta' Settembru 1983) kien plejer tal-futbol Arġentin-Taljan li kien jilgħab bħala midfilder.", "Monti iddistingwa ruħu minħabba li rnexxielu jilgħab żewġ finali tat-Tazza tad-Dinja ma' żewġ timijiet nazzjonali differenti.", "Hu lagħab l-ewwel finali ma' art twelidu l-Arġentina fl-1930, fit-telfa ta' 4–2 kontra l-Urugwaj; it-tieni waħda kienet mal-Italja bħala wieħed mill-\"oriundi\" fl-1934.", "Din id-darba Monti kif fuq in-naħa r-rebbieħa hekk kif l-Italja għelbu 2–1 liċ-Ċekoslovakkja.", "Monti kien magħruf bħala plejer b'saħħtu u kuraġġjuż, imma kellu karatteristiċi tekniċi li kienu jippermettulu li jagħmel daħliet b'saħħithom.", "Fis-sistema antika tal-\"Metodo\" hu kien jilgħab bħala difensur ċentrali offensiv, pożizzjoni li hi simili għal dik ta' midfilder difensiv fil-formazzjonijiet tal-lum.", "B'hekk hu kien jimmarka l-attakkant ċentrali tat-tim oppost meta t-tim tiegħu jkun qiegħed jiddefendi, però jkun dak il-plejer li jiddetta l-logħba u joħloq l-azzjonijiet meta t-tim ikun fuq l-offensiva.", "Monti beda l-karriera tiegħu fl-1921 ma' Huracán fejn magħhom rebaħ l-ewwel minn ħafna kampjonati li kellhom isegwu.", "Is-sena ta' wara iffirma ma' Boca Juniors imma ma lagħab l-ebda logħba.", "Hu ngħaqad ma' San Lorenzo u magħhom rebaħ tliet kampjonati oħra.", "Monti ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Arġentin fl-1924.", "Magħhom hu rebaħ l-Copa América u l-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1928.", "B'Monti bħala pedina importanti tat-tim l-Arġentina waslu sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1930 wara li għelbu lil Franza, il-Messiku, iċ-Ċili u l-Istati Uniti.", "Monti skorja darbtejn, madanakollu naqas li jimpressjona fil-finali mitlufa bl-iskor ta' 4–2 kontra l-Urugwaj.", "Fl-1931 qasam l-Atlantiku biex ingħaqad mal-klabb Taljan ta' Juventus u magħhom rebaħ erba' kampjonati konsekuttivi.", "Mat-tim minn Turin hu ġabar 263 preżenza u 22 gowl, 19 minnhom fis-Serie A.", "Wara li kiseb il-passaport Taljan grazzi għall-atenati Emiljani tiegħu u seta' jilgħab minn Diċembru tal-1932 bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan.", "Magħhom hu kiseb 18-il preżenza u skorja gowl wieħed, waqt li rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1934 taħt il-gwida ta' Vittorio Pozzo.", "Mat-tim nazzjonali fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra tal-14 ta' Novembru 1934 hu weġġa' gravi fil-logħba li baqgħet imfakkra bħala l-\"Battalja ta' Highbury\".", "Wara biss żewġ minuti logħob hu kiser għadma f'saqajh wara ħabta mal-attakkant Ingliż Ted Drake.", "Din ħalliet lit-Taljani jilgħabu b'10 min-nies f'logħba diffiċli li tilfuha 3–2.", "Kawża ta' dak li ġara hu baqa' ħafna barra mil-logħob, però xorta waħda baqa' attiv man-nazzjonal sal-1936 u mal-Juventus sal-1938 meta, fl-età ta' 37 sena irtira.", "Wara l-irtirar, Monti sar kowċ.", "Hu miet fl-1983 ta' 82 sena.", "Huracán", "Arġentina", "Juventus"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17201", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17201", "title": "Carlos Vidal", "text": ["Carlos Vidal", "Carlos Vidal Lepe (24 ta' Frar 1902 – 7 ta' Ġunju 1982) kien plejer tal-futbol Ċilen, li kien jilgħab bħala attakkant.", "Fil-karriera tiegħu Vidal lagħab ma' Magallanes u Audax Italiano.", "Mat-tim nazzjonali taċ-Ċili hu ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja 1930 li saret fl-Urugwaj.", "\"El Zorro\", kif kien magħruf, lagħab it-tliet partiti fil-kompetizzjoni u skorja tnejn mill-ħames gowls li ċ-Ċili skorja f'din l-edizzjoni.", "Hu ġie magħżul ukoll biex jilgħab fil-Campeonato Sudamericano 1935."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17202", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17202", "title": "Manuel Rosas", "text": ["Manuel Rosas", "Manuel Rosas Sánchez (17 ta' April 1912 – 20 ta' Frar 1989) kien plejer tal-futbol Messikan li ħa sehem fl-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja.", "\"Chaquetas\", kif kien magħruf, lagħab għal ħames staġuni bejn l-1929 u l-1934 ma' Atlante fejn rebaħ kampjonat wieħed fl-istaġun 1930–31.", "Mat-tim nazzjonali tal-Messiku hu ġie magħżul flimkien ma' ħuh Felipe Rosas għat-Tazza tad-Dinja 1930.", "Hu kien l-ewwel plejer li qatt skorja \"penalty\" f'din il-kompetizzjoni li wasal kontra l-Arġentina.", "B'dan il-gowl hu sar l-iżgħar plejer li qatt skorja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, rekord li ġie megħlub iktar tard minn Pelé.", "Biż-żewġ gowls kontra l-Arġentina hu kien l-ewwel plejer Messikan li skorja iktar minn gowl wieħed f'fażi finali tat-Tazza tad-Dinja (l-ewwel li skorja iktar minn żewġ gowls kien Luis Hernández, 68 sena wara)."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17203", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17203", "title": "Juan Carreño", "text": ["Juan Carreño", "Juan Carreño Lara (14 ta' Awwissu 1909 – 16 ta' Diċembru 1940) kien plejer tal-futbol Messikan li kien jilgħab bħala attakkant.", "Fil-karriera qasira tiegħu hu lagħab mal-klabb Messikan ta' Atlante.", "Mat-tim nazzjonali tal-Messiku, Carreño lagħab fl-Olimpjadi tal-1928 u fit-Tazza tad-Dinja 1930.", "Hu kien l-ewwel Messikan li skorja fit-Tazza tad-Dinja, wara l-gowl ta' konsolazzjoni fit-telfa ta' 4–1 kontra Franza.", "Hu miet fl-1940 fl-età ta' 31 sena kawża ta' appendiċite."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17222", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17222", "title": "4′33″", "text": ["4′33′′", "4′33′′ (pronunzjata \"Four minutes, thirty-three seconds\"Solomon 1998/2002., jew \"erba' minuti u tlieta u tletin sekonda\") hi kompożizzjoni mużikali fi tliet movimenti mill-kompożitur esperimentali Amerikan John Cage (1912-1992).", "Inkitbet fl-1952 għal kwalunkwe strument (jew taħlita ta' strumenti), u l-partitura tgħid lill-mużiċist biex tul it-tliet movimenti ma jdoqq xejn.", "Il-kompożizzjoni ssostni li hi magħmula mill-ħsejjes ambjentali li s-semmiegħ jisma' waqt l-eżekuzzjoni, għalkemm ta' spiss tiġi meqjusa bħala \"erba' minuti u tlieta u tletin sekonda ta' silenzju\".", "\"4′33′′\" hi l-aktar biċċa xogħol magħrufa u kontroversjali ta' Cage, u l-aktar biċċa xogħol magħrufa fost il-ħafna xogħolijiet mużikali li jikkonsistu fil-biċċa l-kbira tagħhom f'silenzju."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17508", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17508", "title": "Akrolett", "text": ["Akrolett", "L-akrolett hu l-ogħla lsien fl-intern ta' sistema soċjali u kulturali.", "Eżempju tipiku ta' akrolett huwa l-Latin Medjevali: fiż-Żminijiet tan-Nofs, infatti, l-ilsna romanzi kienu jintużaw għall-komunikazzjoni ta' kull jum u għal skopijiet prevalentement prattiċi (jiġifieri fil-funzjoni ta' bażilett), filwaqt li l-Latin kien l-ilsien tal-kultura u tal-Knisja, u kien jintuża fil-kuntesti aktar prestiġġjużi.", "Ġeneralment, l-istatus ta' akrolett hu dovut għall-għażla ta' tali lingwa bħala lingwa uffiċjali min-naħa ta' Stat jew Knisja.", "Xi minn daqqiet, tkun il-komunità tal-intellettwali, fi żminijiet meta jkun imxerred sew l-analfabetiżmu, li tadotta lingwa letterarja nazzjonali.", "F'ħafna komunitajiet madwar id-dinja huwa possibbli tara sitwazzjoni ta' diglossija, jiġifieri l-preżenza ta' bosta ilsna.", "Spiss jiġri li dawn l-ilsna jintużaw f'kuntesti u b'funzjonijiet differenti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17510", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17510", "title": "Alex Thépot", "text": ["Alex Thépot", "Alexis Thépot (Brest, 30 ta' Lulju 1906 – Quiberon, 21 ta' Frar 1989) kien plejer tal-futbol Franċiż."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17514", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17514", "title": "FIFA Puskás Award", "text": ["FIFA Puskás Award", "Il-FIFA Puskás Award huwa unur li ġie stabbilit fl-20 ta' Ottubru 2009 mill-FIFA (Fédération Internationale de Football Association) fuq rikjesta tal-President Sepp Blatter li jingħata lill-plejer li jkun skorja l-isbaħ gowl tas-sena.", "L-unur huwa b'ġieħ Ferenc Puskás, kaptan tat-tim nazzjonali Ungeriż fis-snin ħamsin u protagonista tas-suċċessi mar-Real Madrid fis-snin sittin.", "Puskás huwa kkunsidrat minn ħafna bħala wieħed mill-aktar attakkanti b'saħħithom u prolifiċi li l-futbol Ewropew qatt ipproduċa, u skorja 84 gowl f'85 logħba internazzjonali.", "Hu kien wieħed mill-aqwa skorers tas-seklu 20 b'512-il gowl f'528 logħba.", "L-ewwel serata saret fil-21 ta' Diċembru 2009 fl-Iżvizzera, bil-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo joħroġ rebbieħ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17518", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17518", "title": "Tom Florie", "text": ["Tom Florie", "Thomas Florie (Harrison, 6 ta' Settembru 1897 – North Providence, 26 ta' April 1966) kien plejer tal-futbol Amerikan.", "Imwieled fi New Jersey minn ġenituri immigranti Taljani, Florie beda jilgħab il-futbol ta' età żgħira.", "Madanakollu, is-servizz mal-forzi armati matul l-Ewwel Gwerra Dinjija mblukkat il-bidu tal-karriera tiegħu.", "Fl-1922, Florie ingħaqad ma' Harrison tal-American Soccer League, però lagħab biss tliet partiti qabel ma lagħab ma' American AA fil-West Hudson Amateur League.", "Fl-1924, Florie irritorna lura fl-ASL meta issieħeb ma' Providence.", "Hemmhekk stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti fil-kampjonat.", "Fl-1928, hu beda l-istaġun ma' Providence, li issa kien jissejjaħ Gold Bugs, qabel ma mar ma' New Bedford Whalers II.", "Aktar tard ingħaqad ma' Fall River, però t-tim dam biss sal-istaġun tar-rebbiegħa qabel ma twaħħad man-New York Yankees biex sar New Bedford Whalers III.", "Fl-1932, il-Whalers għelbu lil Stix, Baer and Fuller FC 8–5 fil-finali tan-National Challenge Cup ibbażata fuq żewġ logħbiet.", "Florie skorja gowl f'kull logħba.", "Florie imbagħad ingħaqad ma' Pawtucket Rangers.", "Fl-1941, Florie rebaħ it-tieni National Cup tiegħu meta Pawtucket ittrijonfaw fuq Detrot Chrysler, 8–5 totali, bi Florie iħalli l-marka b'gowl.", "Mat-tim nazzjonali Amerikan, Florie lagħab tmien logħbiet u skorja darbtejn bejn l-1925 u l-1934.", "L-ewwel logħba kienet it-telfa ta' 1–0 kontra l-Kanada fis-27 ta' Ġunju 1925.", "L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-tieni logħba kontra l-istess Kanada li ntlagħbet is-sena ta' wara, b'din id-darba l-Istati Uniti joħorġu rebbieħa 6–2.", "Florie ma ġiex imsejjaħ fl-iskwadra għall-Olimpjadi 1928, però kien fit-tim għat-Tazza tad-Dinja 1930.", "Hu kien maħtur bħala l-kaptan tat-tim hekk kif l-Istati Uniti nqalgħu fis-semifinali kontra l-Arġentina.", "L-aħħar logħba internazzjonali kienet fit-telfa fl-ewwel rawnd kontra l-Italja fit-Tazza tad-Dinja 1934.", "Fl-1986, Florie ġie imdaħħal fin-\"National Soccer Hall of Fame\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17521", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17521", "title": "Guillermo Subiabre", "text": ["Guillermo Subiabre", "Guillermo Subiabre Astorga (Osorno, 25 ta' Frar 1903 – 11 ta' Lulju 1964) kien plejer tal-futbol Ċilen li kien jilgħab bħala attakkant.", "Matul il-karriera tiegħu hu lagħab għal Colo-Colo (1927–1934), Santiago Wanderers u t-tim nazzjonali taċ-Ċili.", "Hu wkoll ħa sehem fl-Olimpjadi tas-sajf 1928 u fit-Tazza tad-Dinja 1930.", "F'din tal-aħħar hu kien awtur ta' żewġ gowls.", "Ma' Colo-Colo, Subiabre lagħab għal tmien staġuni, sitta minnhom bħala parti mill-perjodu tad-dilettantiżmu u tnejn bħala parti mill-perjodu professjonali.", "Fl-1934, hu ġie rikonoxxut bħala plejer onorarju għal ħajtu għal Colo-Colo."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17527", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17527", "title": "Guillermo Stábile", "text": ["Guillermo Stábile", "Guillermo Stábile (Buenos Aires, 17 ta' Jannar 1905 – Buenos Aires, 26 ta' Diċembru 1966) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin.", "Stábile rebaħ żewġ kampjonati ma' Huracán u lagħab fl-Italja u Franza.", "Hu kien l-aqwa skorer fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-1930.", "Bħala kowċ, hu mexxa lill-Arġentina għar-rebħ ta' sitt titli tal-Copa América waqt li wassal lil Racing Club għar-rebħ ta' tliet titli tal-kampjonat.", "Il-karriera tiegħu bdiet ma' Huracán fejn lagħab magħhom bejn l-1924 u l-1930.", "Għall-bidu beda jilgħab bħala midfilder laterali, però evolva bħala attakkant.", "Mal-klabb Arġentin hu rebaħ il-kampjonat darbtejn u t-trofew reġjonali \"Copa Dr. Carlos Ibarguren\" fl-1925.", "Wara l-marka li ħalla fl-ewwel Tazza tad-Dinja, hu ttrasferixxa fl-Ewropa sabiex jilgħab ma' Genoa, tim li magħhom lagħab 41 logħba u skorja 15-il gowl.", "Tlieta minn dawn il-gowls waslu fid-debutt tiegħu fis-16 ta' Novembru 1930, kontra Bologna li ntemmet 3–1.", "L-esperjenza mal-klabb kienet imtappna minn problemi fiżiċi: l-ewwel waħda seħħet fid-29 ta' Marzu 1931, meta f'logħba ta' ħbiberija kontra Alessandria kiser saqajh il-leminija fi skontru mal-gowler avversarju.", "It-tieni inċident seħħ fis-26 ta' Marzu 1930 fil-logħba kontra Fiorentina, fejn wara daħla ma' avversarju hu reġa' kiser l-istess sieq.", "Fis-17 ta' Settembru 1933, fil-konfront kontra n-Napoli reġa' korra fil-ligamenti ta' saqajh il-leminija.", "Minkejja din is-serje ta' problemi, fl-1934 ġie iffirmat min-Napoli fejn lagħab magħhom għal staġun wieħed biss.", "F'dak l-istaġun skorja 3 gowls f'20 logħba.", "Fl-1935, reġa' rritorna għal ftit ma' Genoa, qabel ma' f'Ottubru tal-istess sena xtara l-kumplament tal-kuntratt tiegħu u mar Franza sabiex jilgħab ma' Red Star ta' Pariġi, il-klabb li magħhom kiseb il-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni.", "Stábile iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Arġentina ta' 25 sena, fit-tieni logħba tat-tim fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret fl-1930 ġewwa l-Urugwaj.", "Kontra l-Messiku, l-Arġentina rebħet 6–3 fejn Stábile skorja tripletta.", "Għal ħafna snin din kienet ikkunsidrata bħala l-ewwel tripletta f'fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, sakemm fl-2006 il-FIFA iddikjarat li Bert Patenaude skorja l-ewwel triplett jumejn qabel dik ta' Stábile.", "Fl-aħħar logħba mill-grupp, l-Arġentina affrontaw ir-rivali Sud-Amerikani taċ-Ċili u rebħulhom 3–1 bi Stábile iniżżel ismu għal darb'oħra fost l-iskorers b'doppjetta.", "Fis-semifinali kontra l-Istati Uniti, l-Arġentina rebħu faċilment 6–1 u Stábile skorja tnejn mill-gowls sabiex wassalhom għall-finali.", "Kontra l-ospiti tal-Urugwaj, l-Arġentina daħlu fil-mistrieħ 2–1 minn fuq, bi Stábile jiskorja t-tieni gowl.", "Madanakollu, l-Urugwaj qalbu l-iskor fit-tieni taqsima sabiex rebħu 4–2.", "Minkejja t-telfa finali, hu spiċċa l-aqwa skorer fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.", "Huracán", "Arġentina"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17536", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17536", "title": "Motorhead", "text": ["Motorhead", "Motörhead huwa grupp mużikali Renju Unit fuq mużika heavy metal.", "Il-membri tal-band huma Lemmy, Phil Campbell, Mikkey Dee."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17570", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17570", "title": "Trofew Bravo", "text": ["Trofew Bravo", "It-Trofew Bravo (bit-Taljan: \"Trofeo Bravo\") huwa unur annwali mogħti mir-rivista Taljana \"Guerin Sportivo\" għall-aqwa futboler Ewropew ta' taħt il-21 sena.", "Bejn l-1978 u l-1992, dan it-trofew seta' jingħata biss lil dawk il-plejers li kellhom inqas minn 23 sena u li kienu qegħdin jieħdu sehem f'waħda mit-tliet kompetizzjoni għall-klabbs tal-UEFA.", "Mill-1992, dan l-unur infetaħ għal kwalunkwe plejer li għandu inqas minn 21 sena u li jilgħab ma' kwalunkwe klabb f'kampjonat Ewropew.", "Dan l-unur jingħata fix-xahar ta' Ġunju abbażi tal-prestazzjonijiet murija matul l-istaġun u mhux tas-sena tal-kalendarju."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17579", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17579", "title": "Università Niccolò Cusano", "text": ["Università Niccolò Cusano", "L-Università Niccolò Cusano (bit-Taljan: \"Università degli Studi Niccolò Cusano (UNICUSANO)\") hija università privata li tinsab f'Ruma, ġewwa l-Italja.", "Din ġiet fundata fl-2006 minn Stefano Bandecchi u hi msemmiha wara l-kardinal Kattoliku, xjentist u astronomu Nicola Cusano.", "Sal-2012 din kienet tgħodd mal-10,108 studenti.", "L-università hija maqsuma f'erba' fakultajiet:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17600", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17600", "title": "Lino Cassar", "text": ["Lino Cassar", "Lino Cassar (3 ta' Jannar 1935 - Mosta, 9 ta' Novembru 2012) kien ġurnalist xellugi Malti f'karriera li wasslitu biex fl-2007 kien rikonoxxut bil-Premju tad-Deheb fil-Ġurnaliżmu.", "Cassar kien editur tal-ġurnal \"Iż-Żmien\" bejn l-1967 u l-1971, kif ukoll ta' \"Ix-Xewka\", gazzetta politika-satirika ta' darba fil-ġimgħa, bejn l-1965 u l-1978.", "Kien ukoll maniġer tal-Freedom Press fiż-żmien li kienu kkundannati hi u l-pubblikazzjonijiet tagħha.", "Huwa appuntu fil-qasam tal-ġurnaliżmu politiku-satiriku li Lino Cassar ta kontribut enormi.", "Kompla fuq it-tradizzjoni ta' ġurnaliżmu politiku-satiriku li Ġino Muscat Azzopardi, l-ikbar ħabib ta' Lino Cassar, u oħrajn qablu ħallew ħajja għal snin twal.", "Kien ukoll kontributur regolari fuq \"It-Torċa\" bil-paġna \"Ħadd wara Ħadd\" fejn baqa' magħruf għall-istil dirett u bla kantunieri li bih kien jaqsam ħsibijietu.", "Cassar jibqa' magħruf ukoll għall-imħabba kbira li kellu lejn iċ-ċinematografija tant li serva kemm fuq il-Bord taċ-Ċensura tal-Films u t-Teatru (1972-87) kif ukoll bħala Direttur Maniġerjali tal-Mediterranean Film Studios.", "Kien Kap tal-Films taċ-ċinema f'Xandir Malta (1975-83).", "Huwa kkontribwixxa kitbiet dwar films fuq diversi ġurnali.", "Fl-2007 Cassar ġie mogħti l-Gold Award fis-sbatax-il edizzjoni tal-Malta Journalism Award.", "Huwa ngħata Ġieħ ir-Repubblika, sena wara mewtu, fl-2013, b'rikonoxximent tas-servizz distint li huwa ta lis-soċjetà Maltija permezz tal-ġurnaliżmu.", "Wara mewtu kien deskritt mill-Partit Laburista bħala \"kolonna tal-ġurnaliżmu\", anke l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) faħħru fejn iddeskrivih bħala \"pijunier fil-qasam tal-kritika ċinematografika\" kif ukoll \"enċiklopedija umana tal-qasam taċ-ċinema\".", "Lino Cassar kien miżżewweġ lil Maria u kellhom żewġt itfal, Gino u Anne Marie.", "Hu miet fid-9 ta' Novembru 2012 fl-età ta' 78 sena.", "B'ko-inċidenza huwa miet fl-istess sena li fiha miet l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dom Mintoff li għal Cassar kien ħabib mill-qrib tant li t-tnejn ġieli marru jgħumu u jieklu flimkien."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17601", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17601", "title": "Marsa FC", "text": ["Marsa FC", "Marsa Football Club hu klabb tal-futbol Malti mil-lokalità tal-Marsa, li bħalissa jilgħab fit-Tieni Diviżjoni.", "It-tim lagħab fit-Tazza UEFA matul l-istaġun 1971-72 u lagħab diversi staġuni fil-Premier League Malti.", "Il-Marsa għandha storja kbira tal-futbol Malti, kellha ħafna plejers tajbin li kienu iħobbu lil klabb tal-Marsa.", "Il-klabb kien fondat fl-1920 taħt l-isem ta \"Marsa United\".", "Fl-1947 il-klabb tal-Marsa bidel ismu għall-\"Marsa Football Club\".", "Il-President tal-klabb kien Barbaro Markiz, is-Segretarju:Joseph Ġoġġi, it-Teżorier:Gejtu Saliba u l-Kowc:Henry Azzopardi, dawn kienu l-membri tal-futbol fil-Marsa.", "Il-Marsa għamlu l-ewwel debutt fil-kampjonat tagħhom f'Jannar 1920.", "Il-klabbs li l-Marsa kienu qiegħdin jikkompetu magħhom kienu : Valletta United, Cottonera FC, Paola United, Sliema Wanderers FC, Ħamrun Spartans FC u Floriana.", "St. Georges ma ħadux sehem minħabba l-problemi tal-flus.", "L-ewwel logħba kompetittiva tal-Marsa kienet kontra Paola United li ntemmet 4-0 favur il-Marsa.", "Fil-Cousis Shield, il-Marsa waslu fis-semi finali meta ltaqaw ma Sliema.", "Meta ntemmet l-ewwel taqsima, il-Marsa kellom vantaġġ ta' 3 gowls iżda fit-tieni taqsima, Sliema ħarġu bi grinta kbira u skurjaw 4 gowls u l-Marsa nqalaw mill-kompetizjoni bi żvintura.", "Fl-istaġun 2012–13, Marsa spiċċaw ir-raba' fit-Tielet Diviżjoni u b'hekk ġew promossi għat-Tieni Diviżjoni flimkien maċ-ċampjins Senglea Athletic, Mdina Knights u Marsaskala.", "L-akbar kisba tal-Marsa kienet fl-istaġun 1970-1971.", "Il-Marsa kienu ġew it-2 post mil-kampjonat taħt Sliema.", "Il-Marsa ikkompetit fil-UEFA Ewropa League u ltaqaw ma' Juventus.", "Fil-Grawnd tal-Gzira, il-Marsa tilfu 0-6 u F'Turin, fil-Comunale Stadio, tilfu 0-5."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17605", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17605", "title": "Il-Marsa", "text": ["Il-Marsa", "Il-Marsa hija belt fil-qasam tal-Port il-Kbir ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 5,389 ruħ (Novembru 2005).", "L-isem Marsa jfisser \"port\".", "Barra l-Marsa hemm erba' postijiet ohra f'Malta li isimhom jikkonsisti bil-kelma 'marsa' b'kelma ohra marbuta magħha.", "Dawn huma; Il-Port ta' Marsamxett, Marsaskala, Marsaxlokk u Marsalforn.", "Kull wieħed għandu rabta ma' xatt il-bahar, u kull wieħed minnhom jagħmel parti minn port jekk mhux hu nnifsu, port.", "Il-Marsa kienet tissejjah hekk ghax bla dubju kienet tħaddan il-port ġewwieni u importanti.", "Il-fdal megalitiku fuq Kordin u nħawi fil-qrib kif ukoll oħrajn tal-Feniċi u u r-Rumani marbutin mal-Għolja tal-Ġiżwiti li jindikaw biċ-ċar li għal dawn in-nies il-port kien meħtieġ u importanti.", "Fil-fond tal-Port il-Kbir hemm id-daħliet kennejja tal-Marsa, post importanti sa mill-qedem.", "Fil-mappa ta' Malta li ppubblika Jean Quintin fl-1536, hemm indikat il-post 'Marsa Hortus'.", "Minn żminijiet l-aktar imbegħda l-post kien magħruf bhala il-Marsa, kelma Għarbija li tfisser port fejn jankraw il-vapuri.", "Id-daħla kienet ukoll magħrufa bhala taż-\"żewġ marsiet\", wahda bl-isem 'Marsa ż-Żgħira' u l-ohra bl-isem 'il-Marsa il-Kbira'.", "Tal-ewwel kienet ukoll tissejjah Xatt il-Qwabar u kienet tibda minn fejn il-Pont Wharf u tasal fejn saru ix-xogħolijiet tal-Gass.", "Qwabar hi l-plural tal-kelma qabru li hi ħlejqa anfibja bħal granċ li ġieli ġie msejjah ukoll granċ tal-ilma ħelu u li seta' kien komuni madwar il-marsa.", "Hekk insibu bebbux għamla ta' qalb, b'qoxra sewda, li kien jinstab fid-daħla u kien jissejjah l-arzell tal-Marsa.", "Aktar il-gewwa hemm il-Marsa l-Kbira li tigbed sa fejn hemm il-knisja ta' Ċejlu.", "Kienet saret ukoll magħrufa bħala Portu Novu.", "Iż-żewġ daħliet huma mifrudin mill-\"Għolja tal-Ġiżwiti\", li warajha tinfirex il-pjanura l-kbira li tibqa' dieħla sat-truf ta' Ħal Qormi.", "Hawn wieħed jista' jinnota l-livell baxx tal-art u l-widien, wieħed Wied is-Sewda u l-iehor Wied il-Kbir, li jaqilbu għall-hemm.", "Żmien ilu, anke sa ftit qabel il-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann, id-daħla baxxa kienet twassal sat-truf ta' Ħal Qormi, bħal taċ-Ċagħqi jew l-Erba' Qaddisin, fejn kienu nstabu ħafna ċagħaq u ramel.", "L-inħawi baxxi kienu jigbru ilma qiegħed li kien jikkawża ħafna malarja.", "Mal-ilma baħar kien jitelgħa l-ilma tal-widien.", "Sa mill-qedem il-bnedmin li fittxew henn f'dawk l-inħawi kienu jahdmu fir-raba' u jkabbru l-uċuh.", "Fil-witja jingħad li kien hemm is-simar, kanal tas-sallur, qiegħa mimlija arzell bl-arkati, u menqa mimlija ħut.", "Is-sejbiet arkeoloġici li saru f'partijiet differenti tal-Marsa juru li minn żminijiet ilu dal-post kien magħruf man-nies li għexu f'Malta u għarfu jinqdew bil-kenn li joffru l-portijiet tiegħu.", "Fi żminijiet medjevali u għal żmien twil wara, il-Marsa kienet tagħmel mal-parroċċa ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi.", "Iżda meta l-Ħamrun saret parroċċa, it-territorju tal-Marsa rega' nqasam bejn il-Ħamrun u Ħal Qormi sakemm fl-1913 il-Marsa saret parroċċa u ġabret lura l-art li kienet mifruda minnha.", "L-art li fuqha hi mibnija llum il-parroċċa tal-Marsa li kienet taghmel parti mit-tliet parroċċi ta' Ħal Qormi, Ħamrun u Raħal Ġdid.", "Jingħad li fl-1890 fil-Marsa kien hemm 6,200 ruħ u 200 dar, Dan juri li bl-iżvilupp tal-port in-nies bdew risqin lejn il-post.", "Dment li l-awtoritajjiet kienu sabu tarf tal-ilmijiet li kienu jġibu l-malarja, il-popolazzjoni setgħet toktor.", "Din il-problema setgħet kellha effett fuq l-iżvilupp ta' abitazzjoni anke fi żminijiet qodma: l-istoriċi jindikaw li fi żminijiet medjevali kien hemm fil-qrib, ir-Raħal Saflieni u jingħad li f'dawk iż-żminijiet l-irħula fin-nahat ċentrali u tal-lvant ta' Malta kienu jinstabu fuq xi art x'aktarx ogħla minn inħawi fil-qrib u kien hemm tendenza li jevitaw il-kosta u nħawi baxxi, aktarx minħabba l-malarja.", "Imma mal-iżvilupp tal-Port il-Gdid (Potu Novu), il-Marsa bdiet tikber bħala subborg.", "Mal-1913 kien innotat li din in-naħa kienet qiegħda dejjem tiżdied fid-djar u fil-fabbriki tant li kien fiha popolazzjoni ta' eluf ta' nies.", "Kien hemm madwar 4,000 ruħ.", "Fiċ-ċensiment tal-1931 kien irreġistrat li kien hemm 7,867 waqt li fl-1948, il-popolazzjoni telghet ghal 11,560 u kien hemm żjieda ta' 46.94%.", "Iżda wara dan l-għadd beda jonqos: kien hemm 10,672 fl-1957, 9,722 fl-1967 u 7,927 fl-1985.", "Dan ifisser li sal-aħħar taċ-ċensiment kien hemm nuqqas ta' 18.20%.", "Ta' min jinnota li f'dak li għandu x'jaqsam ma' konfini elettorali fl-1921 il-Marsa kienet tqieghdet fil-ħames distrett li kien jikludi fih ir-Raħal Ġdid u Ħal Tarxien waqt li mill-1947 tqiegħdet fl-ewwel distrett mal-Belt Valletta.", "Koordinati:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17614", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17614", "title": "Lista ta' banek f'Malta", "text": ["Lista ta' banek f'Malta", "Lista sħiħa bħala 6 ta 'Ġunju 2012, ibbażata fuq listi uffiċjali disponibbli fuq Malta Financial Services Authority"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17615", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17615", "title": "Bank Ċentrali ta' Malta", "text": ["Bank Ċentrali ta' Malta", "Il-Bank Ċentrali ta' Malta ġie stabbilit fis-17 ta' April 1968.", "F'Mejju tal-2004, meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, dan sar parti integrali mill-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali.", "Kien responsabbli għal, fost affarijiet oħra, il-ħruġ tal-karti tal-flus u l-muniti tal-lira Maltija, qabel Malta adottat l-ewro fl-2008 u l-Bank saru parti mill-\"Ewrosistema\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17671", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17671", "title": "Arġentina", "text": ["Arġentina", "L-Arġentina hi nazzjon fl-Amerika."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17672", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17672", "title": "Antigwa u Barbuda", "text": ["Antigwa u Barbuda", "L-Antigwa u Barbuda hi nazzjon fil-Karibew."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17674", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17674", "title": "Barbados", "text": ["Barbados", "Il-Barbados hi nazzjon fil-Karibew."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17675", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17675", "title": "Beliże", "text": ["Beliże", "Il-Beliże hi nazzjon fl-Amerika Ċentrali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17676", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17676", "title": "Bolivja", "text": ["Bolivja", "Il-Bolivja, uffiċjalment magħrufa bħala l-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja (Spanjol: \"Estado Plurinacional de Bolivia\"), hija pajjiż interkjuż li tinsab fiċ-ċentru tal-Amerika t'Isfel.", "Għandha fruntiera mal-Brażil fit-tramuntana u lvant, Paragwaj u l-Arġentina fin-nofsinhar, iċ-Ċili għall-lbiċ, u l-Perù lejn il-punent.", "Fl-2018, il-President Bolivjan Evo Morales ħareġ abbozz ta' riżoluzzjoni governattiva bolivjana li ġab lill-Insara Ċiniżi lejn il-Bolivja jikkoinċidi mal-ħatra tal-gvern Bolivjan għall-immigranti Ċiniżi f'pożizzjonijiet governattivi u militari u li jippermettu li l-klabbs tal-istipulazzjonijiet Ċiniżi jipparteċipaw fit-turnew Bolivja u tal-Amerika t'Isfel, u Dawk li jixtiequ jemigraw lejn il-Bolivja jridu jkunu Kattoliċi miċ-Ċina u t-Tajwan"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17677", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17677", "title": "Żejtun", "text": ["Żejtun", "Iż-Żejtun hu villaġġ ta' daqs medju fin-nofsinhar ta' Malta.", "Iż-Żejtun għandu t-titlu ta' Città Beland, li kien mogħti minn Ferdinand von Hompesch zu Bolheim, Gran Mastru tal-Kavallieri ta' Malta fl-1797.", "Beland kien kunjom ommu.", "Iż-Żejtun ħa ismu minn \"żajtun\" (żebbuġ bl-Għarbi).", "Hu wkoll magħruf bħala Ħal-Bisbut jew Bisbut Casal.", "Fil-Medjuevu id-distrett kollu madwar iż-Żejtun, jiġifieri t-tarf tan-Nofsinhar ta' Malta, kien magħruf bħala \"le Terre di Santa Caterina\", (\"l-artijiet ta' Santa Katerina\" bit-Taljan billi t-Taljan kien il-lingwa uffiċjali dak iż-żmien).", "Matul dan il-perjodu għadd ta' rħula ġodda bħal Ħal-Għaxaq u Marsaxlokk ħarġu minn partijiet tal-Parroċċa taż-Żejtun.", "Fis-snin medjevali iż-Żejtun kien imiss maż-Żurrieq billi Birżebbuġa kienet għadha parti miż-Żurrieq.", "Ir-reġiment tal-milizzja lokali taż-Żejtun kien wieħed mill-ewwel li ġie wiċċ imbwiċċ mal-forzi Ottomani fil-bidu tal-Assedju l-Kbir tal-1565, iżda l-belt kompliet issofri minn attakki mill-pirati Torok sal-1614, meta attakk mit-Torok kien megħlub mingħajr l-għajnuna tal-milizzji l-oħra.", "Il-belt kellha rwol minuri fil-Imblokk Franċiż tal-1799/1801 bħala kwartier għas-suldati.", "Din kienet waħda mill-ewwel bliet f'Malta, barra miż-żoni fortifikati prinċipali ta' Malta, li kellha Ġnien Pubbliku.", "Dan il-ġnien, Ġnien Luqa Briffa, għadu hemm sallum.", "Dan hu msemmi għal suldat tal-kavallerija famuż ta' matul l-Assedju l-Kbir ta' Malta.", "Iż-Żejtun għadda l-ħakma Ingliża tal-gżejjer Maltin bħala post kwiet rurali fir-raba' ħadra ta' Wied Mazza.", "F'dan il-perjodu kien hemm wieħed mill-ħafna sptarijiet f'Malta għal suldati Ingliżi u Franċiżi feruti fil-Ewwel Gwerra Dinjija.", "Mill-Indipendenza ta' Malta 'l hawn iż-Żejtun kiber ħafna.", "Bħalissa l-membri tal-Kunsill Lokali elett wara l-elezzjoni li saret fit-8 Marzu ta 2008 huma:", "Wara l-emendi għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali tal-2009, it-terminu tal-kunsill lokali ġie mtawwal minn tlieta sa ħames snin.", "Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill bħalissa hu s-Sur Anton Falzon", "Ir-raħal fih diversi fdalijiet Rumani, fosthom Villa Rumana.", "Il-knisja prinċipali hi ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra.", "L-ewwel ġebla tagħha tbierket fl-1692 u tlestiet fl-1720.", "L-ewwel arċipriet kien Dun Pawl Branchel.", "Qabel kien hemm knisja oħra ddedikata lil Santa Katerina li llum tinsab fit-tarf tal-belt u hi magħrufa min-nies bħala San Girgor, x'aktarx minħabba l-purċissjoni annwali ddedikata lil dan il-qaddis.", "Fiż-Żminijiet Medjevali din kienet tibda mill-Imdina.", "Iż-Żejtun għandu ħafna kappelli, fosthom ta' San Klement, tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb, tas-Salvatur, tal-Assunta (magħrufa bħala Santa Marija), l-Ispirtu s-Santu , Sant Anġlu, San Niklaw, Knisja tal-Madonna tal-Ħniena, Bir id-Deheb, il-Madonna ta' Lourdes, il-Madonna tas-Sinjura, u Santa Marija ta' Ħal Tmiem ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17678", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17678", "title": "It-Trinita' Mqaddsa", "text": ["It-Trinita' Mqaddsa", "Il-kelma Trinità ma tinstabx fil-Bibbja.", "Hi kelma użata mill-Kristjani sa minn żminijiet bikrija tal-knisja biex jesprimu veritajiet dwar Alla mgħallma fil-Bibbja.", "Bl-istess mod nużaw kliem bħal providenza u inkarnazzjoni, li għalkemm ma nsibuhomx fl-Iskrittura jirreferu għall-tagħlim bibliku.", "Min jista' jghid, Jien ma nemminx li Alla jieħu ħsieb kollox għax providenza ma tinstabx fil-Bibbja?", "Min jista' jgħid: Ma nemminx li l-Kelma saret ġisem ghax inkarnazzjoni mhix kelma biblika?", "Wara kollox lanqas il-frażi Il-Bibbja Mqaddsa ma nsibu fl-Iskrittura!", "B'daqshekk ħadd ma jiċħad il-Bibbja!", "Hekk ukoll mhix raguni li tiċħad it-Trinità għax il-kelma ma tinsabx fil-Bibbja.", "L-interess tagħna mhux tant fil-kelma Trinità, imma fit-tagħlim li tirrappreżenta.", "Il-kelma Trinità ġejja minn żewg kelmiet Latini, tres (tlieta) u unitas (wieħed).", "Hemm, mela, l-ħsieb ta' pluralità f'unità, jew unità fi pluralità.", "Hemm tlett veritajiet ewlenin li jifformaw din id-dottrina.", "Dawn it-tlett stqarrijiet huma mghallma fil-Bibbja, kif se naraw.", "Nistiednek tfittex ir-referenzi fl-Iskrittura biex tikkonferma l-provi li Alla hu wiehed u tkun ċert ukoll mid-divinità tal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.", "It-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid jgħallmu ċar li hemm Alla wieħed: \"Isma', o Iżrael: Il-Mulej (Jahwe), Alla tagħna, hu Mulej (Jahwe) wieħed!\"", "(Dewterenomju 6:4).", "\"Hekk jgħid il-Mulej, is-Sultan ta' Iżrael, u l-feddej tiegħek, il-Mulej ta' l-eżerċti: Jien l-ewwel, u jien l-aħħar; u m'hemmx Alla ieħor għajri\" (Isaija 44:6).", "\"Hemm Alla wieħed; u m'hemmx ieħor għajru\" (Mark 12:32).", "Il-pagani jemmnu f'ħafna allat.", "Saħansitra Satana jitqies bħala \"Alla ta' din id-dinja.\"", "Iżda l-Insara ma jagħrfux 'll-allat pagani għax jieħdu bis-serjetà l-ewwel kmandament: \"Ma jkollokx allat oħra quddiemi\" (Esodu 20:3).", "Il-Kristjani jirrifjutaw il-politeiżmu (twemmin f'ħafna allat) għax \"l-allat kollha tal-ġnus huma idoli\" - allat foloz (Salm 96:5).", "Bħalma jikteb l-appostlu Pawlu: \"Għalkemm hemm sew fis-sema u kemm fl-art dawk li jgħidulhom allat; (u hemm ħafna allat u ħafna sidien) imma għalina hemm Alla wieħed (1 Korintin 8:5,6).", "Alla veru jingħaraf minn allat oħra għax hu waħdu l-ħallieq, is-salvatur u l-imħallef tad-dinja.", "Hu biss etern, jista' kollox, jinsab kullimkien, jaf kollox u ma jinbidilx.", "Ismu hu Jahwe.", "Hu waħdu s-Sid tas-sidien.", "Lilu biss għandna nqimu u naqdu u nħobbu b'qalbna kollha.", "F'ismu biss għandna nemmnu għas-salvazzjoni tagħna.", "Fit-Testment il-Ġdid Alla sikwit jissejjaħ il-Missier.", "\"Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu\" (Efesin 1:3).Alla mhux Missier minħabba wliedu maħluqin (l-anġli) jew uliedu adottivi (in-nies mifdija).", "Alla hu Missier minħabba l-Iben il-waħdieni tiegħu.", "Alla hu Missier etern, minn qabel ma kienet id-dinja, għaliex kien minn dejjem ma' Ibnu.", "Il-Mulej Ġesù talbu: \"U issa, o Missier, igglorifikani int bik innifsek bil-glorja li kelli miegħek qabel ma kienet id-dinja\" (Ġwanni 17:5).", "Ladarba ma jistax ikun Missier mingħajr Iben, min jiċħad li l-Iben hu etern jiċħad lill-Missier ukoll.", "Il-Bibbja tgħallem ċar li l-Iben hu Alla daqs il-Missier.", "L-appostlu Tumas indirizzah: \"Mulej tiegħi u Alla tiegħi\" u l-Missier stess qallu: \"It-tron tiegħek, o Alla, hu għal dejjem ta' dejjem\" (Ġwanni 20:28; Lhud 1:8).", "L-Iben huwa l-Ħallieq: \"Int, Mulej, fil-bidu qegħidt is-sisien ta' l-art; u xogħol idejk huma s-smewwiet' (Lhud 1:10).", "L-Iben hu s-Salvatur tad-dinja: \"Alla l-kbir u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu\" (Titus 2:13).", "L-Iben hu \"l-Imħallef tal-ħajjin u l-mejtin\" u jista' jaħfer id-dnubiet (Atti 10:42; Mark 2:5-12).", "L-Iben hu Mulej (Kyrios, l-isem ta' Jahwe fit-Testment il-Ġdid), \"is-Sid ta' kulħadd\" u \"s-Sid tas-sidien\" (Filippin 2:11; Atti 10:36; Rivelazzjoni 19:16).", "L-Iben hu etern għax jissejjaħ \"missier għal dejjem,\" \"il-ħajja eterna\" u nislu \"mill-jiem ta' dejjem\" (Isaija 9:6; 1 Ġwanni 1:2; Mikea 5:2).", "L-Iben jista' kollox għax \"dawk il-ħwejjeġ kollha li jagħmel l-Missier, dawn l-Iben jagħmel ukoll\" (Ġwanni 5:19).", "L-Iben jinsab kullimkien, għalhekk wiegħed lid-dixxipli tiegħu \"Ara, jien dejjem magħkom, sa tmiem id-dinja,\" u, \"Fejn tnejn jew tlieta huma miġburin flimkien f'ismi, hemm inkun jien f'nofshom\" (Mattew 28:20; 18:20).", "L-Iben jaf kollox, kif stqarr l-appostlu Pietru: \"Mulej, int taf kollox\" (Ġwanni 21:17).", "L-Iben ma jinbidilx: \"Ġesù Kristu l-bieraħ, u llum, hu l-istess, u jibqa\" għal dejjem\" (Lhud 13:8).", "Il-profeti tat-Testment il-Qadim wegħdu li l-Mulej (Jahwe) kellu jżur il-poplu tiegħu: \"Ħejju triq il-Mulej, wittu fid-deżert triq lil Alla tagħna.\"", "Din il-profezija seħħet mal-miġja ta' Ġesù Kristu kif ħabbar Ġwanni l-Battista.", "\"Dan hu dak li fuqu tkellem il-profeta Isaija, li jgħid: Il-leħen ta' wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, wittu l-mogħdijiet tiegħu\" (Isaija 40:3; Mattew 3:3).", "Il-Messija huwa Jahwe nnifsu.", "L-Iskrittura tafferma d-divintà sħiħa ta' l-Iben meta tikkmandana nħobbuh b'qalbna kollha, nonorawh u nqimuh bħala Alla, u nemmnu fih għas-salvazzjoni tagħna (ara Mattew 10:37-39; Ġwanni 5:23; Rivelazzjoni 5:8-12; Efesin 1:13).", "Meta l-appostlu Filippu staqsih biex jurihom 'll-Missier, Ġesù wieġeb: \"Ilni daż-żmien kollu magħkom, u għadek ma tafnix Filippu?", "Min ra lili ra 'l Missier; u kif tgħid int mela: Urina 'll-Missier?\"", "(Ġwanni 14:9).", "Din l-istqarrija kienet tkun l-akbar dagħwa kieku l-Iben mhux Alla daqs il-Missier.", "Imma ladarba l-kelma tiegħu hi verità, l-Iben hu tassew Alla.", "Id-divinità ta' l-Ispirtu s-Santu hi evidenti għax hu \"l-Ispirtu t'Alla tagħna\" u \"l-Ispirtu tal-Mulej,\" u mhux l-ispirtu ta' xi ħlejqa spiritwali bħall-anġli (2 Korintin 6:11; Luqa 4:18).", "Kif jista' jkun l-Ispirtu t'Alla ma jkunx Alla?", "L-Ispirtu jwettaq l-għemejjel divini, fosthom il-ħolqien - \"Int tibgħat l-Ispirtu tiegħek u huma jinħolqu\" (Salm 104:30).", "Il-qarrej ukoll jista' jistqarr: \"L-Ispirtu t'Alla għamilni\" (Ġob 33:4).", "L-Ispirtu s-Santu jagħti l-ħajja u s-salvazzjoni.", "Il-Mulej Ġesù qal: \"Hu l-Ispirtu li jagħti l-ħajja (Ġwanni 6:63), u l-appostlu jfakkar l-Insara li Alla salvahom \"bil-ħasil tat-twelid mill-ġdid u t-tiġdid ta' l-Ispirtu s-Santu\" (Titus 3:5).", "Hu mexxa wkoll il-kittieba ta' l-Iskrittura biex jiktbu l-kelma t'Alla, \"nies qaddisa, mqanqlin mill-Ispirtu s-Santu, tkellmu\" (2 Pietru 1:21).", "L-Ispirtu hu Alla għax għandu l-attributi divini: l-Ispirtu huwa etern (Lhud 9:14); jinsab kullimkien (\"Fejn immur bogħod mill-Ispirtu tieghek?\" - Salm 139:7); u jaf kollox (\"l-Ispirtu jfittex kollox, iva, sa l-għammieq t'Alla...dak li hemm f'Alla ma jafu ħadd, ħlief l-Ispirtu t'Alla\" - 1 Korintin 2:10,11).", "Il-kittieba tat-Testment il-Gdid identifikaw l-Ispirtu bħala Jahwe: \"Ta' dan hemm xhieda wkoll l-Ispirtu s-Santu, għax wara dan kien qal: \"Din hi r-rabta li nagħmel magħhom,\" jgħid il-Mulej...\"", "(Lhud 10:15-17; cf. Ġeremija 31:33-34).", "Ladarba kliem il-Mulej (Jahwe) huwa kliem l-Ispirtu s-Santu, jidher ċar li l-Ispirtu hu l-Mulej.", "Hekk ukoll jiddikjara l-appostlu Pawlu: \"Il-Mulej huwa l-Ispirtu\" (2 Korintin 3:17).", "Darba l-appostlu Pietru staqsa: \"Hananija, għaliex imlielek qalbek ix-xitan biex tigdeb lill-Ispirtu s-Santu...Mhux lill-bnedmin gdibt, imma 'l Alla\" (Atti 5:3,4).", "Skond Pietru, li tigdeb lill-Ispirtu s-Santu tkun tigdeb lil Alla.", "Hu ċar, mela, li l-Ispirtu huwa Alla għax meta tigdeb l-Ispirtu, tigdeb 'l Alla.", "F'post ieħor, l-appostlu Pawlu jgħid lill-Kristjani: \"Ma tafux li intom it-tempju t'Alla, u li l-Ispirtu t'Alla jgħammar fikom?\" (1 Korintin 3:16).", "Il-Kristjani huma tempju mqaddes \"mibnijin flimkien biex ikunu l-għamara t'Alla permezz ta' l-Ispirtu\" (Efesin 2:22).", "Kieku l-Ispirtu mhux Alla ma nkunux nistgħu", "L-istess Skrittura li tgħallem li l-Missier hu Alla, l-Iben hu Alla u l-Ispirtu hu Alla, ma tgħallimx li huma persuna waħda.", "Il-Missier mhux l-Iben u mhux l-Ispirtu s-Santu.", "It-tlett Persuni huma distinti minn xulxin.", "\"Fil-bidu kienet il-Kelma, u l-Kelma kienet m'Alla, u l-Kelma kienet Alla\" (Ġwanni 1:1).", "Ġwanni jsejjaħ l-Iben \"il-Kelma\" u jafferma d-Divinità tiegħu (\"il-Kelma kienet Alla\").", "Fl-istess sentenza Ġwanni jgħidlna wkoll li l-Kelma kienet ma' Alla.", "L-Iben hu Alla u ma' Alla.", "Alla l-Missier bagħat lil Ibnu; l-Iben ġie biex jagħmel ir-rieda ta' Missieru.", "Ċertament mela mhumiex l-istess persuna.", "Hekk ukoll l-Ispirtu s-Santu mhux il-Missier u lanqas l-Iben.", "Ġesù qal: \"L-Avukat, li hu l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibghat f'ismi, hu jgħallimkom kollox u jfakkarkom kulma għidtilkom\" (Ġwanni 14:26).", "Innota t-tlett persuni tat-Trinità: il-Missier jibgħat l-Ispirtu s-Santu, u l-Ispirtu s-Santu jgħallimna dwar l-Iben.", "Ġesù qal ukoll: \"Jien nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Avukat ieħor, biex jibqa' magħkom għal dejjem\" (Ġwanni 14:6).", "Id-distinzjoni bejn it-tlett persuni tidher ċar.", "Hekk mela, mill-Bibbja wrejna li hemm Alla wieħed, u li l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu huma Alla u persuni distinti minn xulxin.", "M'hemm ebda tixbiħa mill-ħolqien biex nifhmu aħjar il-misteru tat-Trinità li Alla wriena fil-Kotba Mqaddsa.", "Il-Mulej jistaqsina: \"Lil min ixxebbhuh 'l Alla? jew liema xbieha tqabblu miegħu?\"", "(Isaija 40:18).", "Kull anoloġija jew xbieha t'Alla tgħallem il-qerq.", "Il-Kristjani ma jemmnux fit-Trinità għax kapaċi jispjegaw 'l Alla imma għax huma konvinti li l-Bibbja tgħallem ċar sew l-unità kif ukoll id-divinità u d-distinzjoni tat-tlett Persuni minn xulxin.", "Għalkemm il-veritajiet dwar Allali flimkien jifformaw id-dottrina tat-Trinità mhumiex diffiċli biex tifhimhom waħda waħda, huwa diffiċli ferm tifhem kif Alla hu wieħed u li t-tlett Persuni huma Alla.", "Fl-ewwel sekli l-knisja tħabtet biex tagħti definizzjoni korretta tar-relazzjoni bejn it-tlett Persuni filwaqt li żżomm sħiħ it-tagħlim fuq l-unità t'Alla.", "Fil-kredu Atanasjan naqraw: \"Issa l-fidi Kattolika hi din: inqimu Alla wieħed fi trinità, u trinità f'unità; bla ma nħawwdu l-Persuni, jew nisseparaw is-sustanza.", "Għax il-Persuna tal-Missier waħda, ta' l-Iben oħra, u ta' l-Ispirtu S-Santu oħra.", "Iżda tal-Missier, ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu hemm divinità waħda, glorja ugwali u majestà ko- eterna.\"", "Il-knisja riedet tħares lilha nfisha kontra tagħlim eretiku:", "Alla mhux persuna waħda li jidher f'bixriet jew modi differenti.", "Din l-ereżija (msejjħa modaliżmu) ixxebbaħ 'l Alla ma' attur li daqqa jidher mod u daqqa oħra jidher mod ieħor.", "Aħna nemmnu li t-tlett persuni huma ko-eżistenti u għandhom relazzjoni personali flimkien.", "Ma nemmnux li hemm tlett allat.", "L-Iben hu ħaġa waħda mal-Missier; u l-Ispirtu s-Santu huwa l-Ispirta t'Alla.", "Id-dottrina tat-Trinità tafferma bil-qawwa kollha l-unità t'Alla (\"inqimu Alla wiehed...[ma nisseparawx] is-sustanza...divinità wahda\").", "Alla mhux kompost minn tlett partijiet, bħal trijangolu magħmul minn tlett linji.", "Il-Missier hu Alla sħiħ, mhux parti jew biċċa minn Alla.", "L-istess nistgħu ngħidu ghall-Iben u l-Ispirtu.", "Oħrajn jiċħdu t-Trinità billi jinnegaw li Kristu huwa Alla u li l-Ispirtu s-Santu huwa persuna distinta minn Alla l-Missier.", "L-argumenti tagħhom huma żbaljati, kif se naraw.", "Il-Kristjani ma jemmnux biss li l-Iben hu Alla; jemmnu wkoll li \"għalina l-bnedmin u għas-salvazzjoni tagħna, niżel u kien inkarnat, u kien magħmul bniedem.\"", "F'Filippin 2:6-11, l-appostlu Pawlu jikteb li Kristu:", "Kristu huwa Alla minn dejjem u sar ukoll bniedem tassew meta tnissel fil-ġuf tal-verġni Marija.", "Għalhekk għandu l-kwalitajiet divini (kif rajna qabel) u l-kwalitajiet umani ukoll -- twieled fiż-żmien, għandu ġisem fiżiku, kiber, inbidel, tgħallem, għejja, bata u fl-aħħar miet ukoll.", "Għalhekk ma tistax targumenta li Ġesù mhux Alla għax kellu kwalitajiet umani, ngħidu ahna, li ma kienx jaf kollox.", "Ma kienx jaf kollox għax hu bniedem.", "Bħala Alla l-istess Kristu jaf kollox (\"Issa nafu li taf kollox\" - Ġwanni 16:30).", "Irridu dejjem inżommu f'moħħna li Kristu hu Alla u bniedem.", "Lanqas ma tista' tiċħad il-glorja divina ta' Kristu għax umilja lilu nnifsu għal xi żmien biex jikseb il-fidwa tal-poplu tiegħu.", "L-istess raġel li bħala qaddej tbaxxa biex jaħsel riġlejn l-appostli, xorta waħda huwa s-Sid tagħhom u ta' kulħadd.", "Darba qal, \"Missieri akbar minni,\" għax filwaqt li l-Missier kien fil-glorja tas-sema meqjum mill-anġli, l-Iben tlibbes kuruna tax-xewk fost iż-żebliħ u l-insulti tal-midinbin.", "Umilja lilu nnifsu u tbaxxa s'isfel nett għal xi żmien biex jikseb is-salvazzjoni iżda issa huwa glorifikat mal-Missier fl-ogħla smewwiet.", "Il-mifdija jagħrfu s-sagrifiċċju li Kristu sofra għalihom u mill-qalb jagħtuh l-istess ġieħ li jagħtu 'll-Missier (Ġwanni 5:23).", "Jasal jum meta kulħadd ikollu jistqarr li Ġesù hu Mulej u jinżel għarkopptejh quddiemu u hekk jagħtuh l-qima li tixraq biss 'l Alla, anke dawk li llum jiċħduh (Isaija 45:23; Filippin 2:9-11).", "Huwa assurd l-argument li l-Iben mhux Alla għax jitlob u jobdi l-Missier.", "Tassew l-Iben hu sottomess għal Missier kif tgħallem il-Bibbja: \"sar ubbidjenti\" u \"ras Kristu hu Alla\" (1 Korintin 11:3).", "Bl-istess mod il-mara hi sottomessa għal żewġha, għax \"ir-ras tal-mara hu r-raġel.\"", "Iżda b'daqshekk ħadd ma jgħid li l-mara hi anqas umana mir-raġel għax għandha rwol differenti; kif mela jinnegaw id-divinità ta' Kristu minħabba s-sottomissjoni tiegħu?", "L-appostlu Ġwanni kien jemmen li Ġesù hu bniedem tassew għax kien xhud tat-tbatija u l-umiltà tiegħu.", "L-istess appostlu jistqarr fuq l-Iben t'Alla, Ġesù Kristu: \"Dan hu Alla veru, u l-ħajja eterna\" (1 Ġwanni 5:20).", "Bil-kelma persuna nifhmu \"xi ħadd li għandu rieda, jaħseb, iħoss u jitkellem.\"", "Il-kliem Missier u Iben mal-ewwel jissuġġerixxu personalità iżda il-kelma Spirtu (li litteralment tfisser nifs) tista' tindika sempliċement qawwa jew forza impersonali.", "Iżda ma rridux ninsew li l-anġli u d-demonji huma spirti u madankollu huma personali għax jaħsbu u jitkellmu.", "Aktar importanti rridu niftakru li \"Alla hu Spirtu\" (Ġwanni 4:24).", "Għalhekk hi preżunzjoni li tiċħad il-personalità ta' l-Ispirtu s-Santu sempliċiment għax hu spirtu.", "L-Iskrittura tieħu ħsieb tiddistingwi bejn l-Ispirtu u l-qawwa tiegħu.", "Naqraw dwar \"il-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu\" bħalma naqraw dwar \"il-qawwa ta' Kristu\" (Rumani 15:13; 2 Korintin 12:9).", "Għalhekk ma nistgħux ngħidu li l-Ispirtu hu sempliċement qawwa, bħalma ma nistgħux ngħidu li Kristu hu biss qawwa.", "Qabel bata, il-Mulej Ġesù wiegħed lid-dixxipli li hu u l-Missier kellhom jibghatu \"Kunsullier ieħor\" (Gwanni 14:16, 26; 15:26; 16:7).", "Ġesù kien il-Kunsullier tagħhom sakemm kien preżenti u wara li telaq bagħtilhom Kunsullier bħalu f'Pentekoste.", "Mela l-Ispirtu s-Santu huwa persuna bħal Ġesù Kristu.", "L-Ispirtu s-Santu huwa intelliġenti għax jaf, jgħallem u għandu fehma: \"Dak li hemm f'Alla ma jafu ħadd, ħlief l-Ispirtu t'Alla...li jgħallem l-Ispirtu s-Santu...Dak li jgħarbel il-qlub jaf x'inhi l-fehma ta' l-Ispirtu\" (1 Korintin 2:10-11; Rumani 8:27).", "L-Ispirtu s-Santu għandu wkoll rieda għax iqassam id-doni tiegħu lil kull wieħed kif irid (1 Korintin 12:11).", "L-Iskrittura tikkmandana: \"La tnikktux lill-Ispirtu mqaddes t'Alla\" (Efesin 4:30).", "Min jiċħad il-personalità ta' l-Ispirtu qajla jista' jifhem dan il-kliem għax hu impossibbli li tnikket \"forza.\"", "Iżda ladarba l-Ispirtu jitnikket, huwa persuna tassew.", "Għalhekk il-Bibbja titkellem ukoll fuq \"l-imħabba ta' l-Ispirtu\" (Rumani 15:30).", "Xi wħud imaqdru, jigdbu u saħansitra jidgħu kontra l-Ispirtu s-Santu (Lhud 10:29; Atti 5:3; Mattew 12:31).", "L-istess azzjonijiet tagħhom juru li l-Ispirtu hu persuna għax kif tista' tmaqdar, tigdeb u tidgħi kontra forza?", "L-Ispirtu għandu relazzjoni personali mal-Kristjani.", "Fl-Atti naqraw: \"Waqt li Pietru kien jaħseb fuq id-dehra, qallu l-Ispirtu: Ara, tlett irġiel qegħdin ifittxuk.", "Qum, mela, u inżel, u mur magħhom: għax jien bgħatthom.\"", "F'post ieħor: \"Qal l-Ispirtu s-Santu: ifirduli 'l Barnaba u 'l Sawl għax-xogħol li għalih sejjaħtilhom\" (Atti 10:19,20; 13:2).", "L-Ispirtu jgħin lid-dixxipli kollha billi \"jitlob għalina bi tnehid li ma jistax jingħad\" (Rumani 8:26).", "Innota l-Ispirtu jitkellem, jibgħat, isejjaħ u jitlob.", "Dawn huma lkoll azzjonijiet personali.", "L-għarfien ta' Alla Trinità huwa marbut mas-salvazzjoni tal-bniedem.", "Il-Kristjani jemmnu li huma \"maħturin skond l-għarfa minn qabel t'Alla l-Missier, bit-taqdis ta' l-Ispirtu, biex jisimgħu minn Ġesù Kristu u jitraxxu b'demmu\" (1 Pietru 1:2).", "Għalhekk jitgħammdu \"fl-isem tal-Missier, u ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu\" (Mattew 28:19).", "Ma jitgħammdux fi tlett ismijiet, iżda fl-isem wieħed t'Alla.", "Fl-istess waqt jgħarfu li dan Alla wieħed huwa l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.", "Matul ħajjithom iqimu Alla wieħed, u mingħand it-tlett Persuni jistennew kull barka spiritwali: \"Il-grazzja ta' Sidna Ġesù Kristu, u l-imħabba t'Alla, u x-xirka ta' l-Ispirtu s-Santu, ikunu magħkom ilkoll.", "Amen\" (2 Korintin 13:14).", "Ngħid kelma lil min ma jemminx li Ġesù hu Alla.", "Kif tista' tiċħad id-divinità ta' Kristu u xorta isejjaħlu Mulej u Salvatur?", "Jekk tgħid li Ġesù hu ħlejqa, kif issejjaħlu \"Mulej\"?", "Is-salmista qal: \"O ruħi, inti għidt lill-Jahwe: Inti Sidi\" (Salm 16:2).", "Iżda inti tgħid: \"O ruħi, inti għidt lill-ħlejqa: Inti Sidi.\"", "Kif isejjaħ ħlejqa \"s-salvatur tiegħi\" meta taf li hemm salvatur wieħed, Alla?", "\"Jien, iva jien, jien Jahwe; u għajri m'hemmx salvatur\" (Isaija 43:11).", "Minkejja r-reliġjon tiegħek, int għadek m'għaraftx 'l Alla fis-sewwa għax il-glorja t'Alla tingħaraf biss f'wiċċ Kristu.", "\"Kieku kontu tafu lili,\" iwissi l-Mulej Ġesù, \"tafu wkoll lil Missier.\"", "(Ġwanni 8:19).", "Għalhekk mhux għaġeb li lanqas tagħraf l-Ispirtu s-Santu.", "Il-Mulej Ġesù qal dwar l-Ispirtu: \"id-dinja ma tistax tilqgħu, għax la tarah, u lanqas tafu.\"", "Iżda lid-dixxipli qalilhom: \"iżda intom tafuh\" (Ġwanni 14:17).", "Ma rridx ngħid li kull min għandu għarfien intellettwali tad-dottrina tat-Trinità hu tassew Kristjan.", "Kristjan ġenwin jingħaraf mill-qima u l-imħabba lejn Alla l-Missier, il-fiduċja fil-Mulej Ġesù Kristu, u l-qdusija li jaħdem fih l-Ispirtu s-Santu.", "Inti temmen f'Alla Trinità?", "Konvint li l-Iskrittura tgħallem li hemm Alla wieħed?", "Għaraft lill-Missier?", "Għaraftu bi Kristu, ix-xbieha perfetta tiegħu?", "Qiegħed jgħammar fik bl-Ispritu s-Santu?"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17679", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17679", "title": "Burma", "text": ["Burma", "Il-Burma, magħrufa wkoll bħala Mjanmar hija stat sovran fix-Xlokk tal-Asja.", "Il-Pajjiż huwa mdawwar mill-Indja, il-Bangladexx, iċ-Ċina, il-Laos u t-Tajlandja.", "Terz tal-perimetru totali ta' Burma li jkopri 1930 kilometru (1200 mi), jifforma kosta mhux interrotta tul il-Bajja ta' Bengal u l-Baħar Andaman.", "B'total ta' 676,578 km2 (261,227 sq mi), huwa l-40 l-akbar pajjiż fid-dinja u t-tieni l-akbar pajjiż fl-Asja tax-Xlokk.", "Il-Burma huwa wkoll l-24 l-aktar pajjiż popolat fid-dinja b'aktar minn 60,280,000 ruħ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17685", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17685", "title": "Kambodja", "text": ["Kambodja", "Il-Kambodja, uffiċjalment magħrufa bħala r-Renju tal-Kambodja, huwa pajjiż li jinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-Peniżola tal-Indoċina fix-Xlokk tal-Asja.", "Art tat-total tagħha huwa 181,035 kilometru kwadru (69,898 sq mi), u għandha fruntieri mat-Tajlandja għall-Majjistral, Laos għall-Grigal, il-Vjetnam lejn il-lvant u l-Golf tat-Tajlandja lejn il-Lbiċ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17739", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17739", "title": "Lista ta' pajjiżi skont il-popolazzjoni", "text": ["Lista ta' pajjiżi skont il-popolazzjoni", "Din hija lista ta' pajjiżi skont il-popolazzjoni.", "Il-lista tinkludi pajjiżi indipendenti u territorji dipendenti abitati ibbażati fuq l-istandard ISO 3166-1.", "Il-popolazzjoni ta' kull pajjiż hi mogħtija wkoll bħala persentaġġ tal-popolazzjoni tad-dinja, li skont l-arloġġ tal-popolazzjoni tal-Bureau taċ-Ċensiment tal-Istati Uniti hi stmata li hi 7.071 biljuni.", "Skond stima separata mill-Ġnus Magħquda, qabżet is-7 biljuni f'Ottubru tal-2011.", "Iż-żoni li jiffurmaw parti integrali minn stati sovrani, bħall-pajjiżi tar-Renju Unit, huma magħduda bħala parti mill-istati sovrani kkonċernati.", "Mhumiex inklużi entitajiet oħra, bħall-Unjoni Ewropea, li mhumiex stati sovrani, u territorji dipendenti li m'għandhomx popolazzjoni permanenti, bħall-klejms ta' diversi pajjiżi għall-Antartika.", "Iċ-ċifri użati f'din tabella huma bbażati fuq l-istima l-aktar riċenti jew projezzjonijiet mill-awtoritajiet taċ-ċensiment nazzjonali meta jkunu disponibbli u ġeneralment jiġu approssimati.", "Fejn ma jkunx hemm informazzjoni nazzjonali aġġornata disponibbli, iċ-ċifri huma bbażati fuq l-istimi tal-2012 mid-Diviżjoni tal-Popolazzjoni tad-Dipartiment tan-Ġnus Magħquda għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali.", "Minħabba li l-figuri miġbura ma jinġabrux fl-istess ħin f'kull pajjiż, jew bl-istess livell ta' preċiżjoni, il-paraguni numeriċi li jirriżultaw jistgħu jagħtu konklużjonijiet mhux korretti.", "Barra minn hekk, it-total tal-figuri tal-pajjiżi kollha mhux daqs it-total tad-dinja.", "Nota: territorji dipendenti kollha huma murija bil-\"korsiv\"."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17766", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17766", "title": "Nju", "text": ["Nju", "Nju huwa pajjiż gżira fin-nofsinhar tal-Oċean Paċifiku, 2400 kilometru (1500 mi) grigal tan-New Zealand u fit-trijangolu ffurmat mit-Tonga (fil-Lbiċ), is-Samoa (fil-Majjistral) u l-Gżejjer ta' Cook (fil-Lbiċ).", "L-art tagħha fiha 260 kilometru kwadru (100 mili kwadri) u l-popolazzjoni tagħha, il-parti l-kbira Polineżjana, hija ta' madwar 1400 ruħ.", "Dawn is-soltu l-gżira jsejħulha \"Il-Blata\", referenza għal-laqam tradizzjonali \"Il-Blata tal-Polineżja\".", "Għalkemm awto-governattiva, Nju għandu assoċjazzjoni ħielsa ma' New Zealand u b'hekk m'għandux sovranità sħiħa.", "In-\"Njujani\" huma ċittadini tan-New Zealand u r-Reġina Eliżabetta II hija l-kap ta' stat ta' Nju fil-kapaċità tagħha bħala r-Reġina tan-New Zealand.", "Ir-relazzjonijiet diplomatiċi fil-parti l-kbira tieħu ħsiebhom New Zealand f'isem Nju.", "90-95% tan-nies \"Njujani\" jgħixu f'New Zealand flimkien ma' madwar 70% ta' dawk li jitkellmu bil-lingwa \"Njuana\".", "Fl-2003, Nju sar l-ewwel \"nazzjon tal-wi-fi\" fid-dinja.", "Nju kienet ikkoloniżżata minn Polineżjani minn Samoa madwar 900 WK.", "Invażuri oħra ġew mit-Tonga fis-seklu 16.", "Sal-bidu tas-seklu 18, jidher li ma kienx hemm gvern nazzjonali jew mexxej nazzjonali.", "Qabel, il-kapijiet tal-familji kienu jeżerċitaw l-awtorità tagħhom fuq ċerti segmenti tal-popolazzjoni.", "Madwar l-1700 il-kunċett u l-prattika ta' \"monarkija\" jidhru li ġew introdotti permezz tal-kuntatt mas-Samoa jew Tonga.", "Minn dak iż-żmien suċċessjoni ta' patu-iki (Rejiet) iggvernaw il-gżira, l-ewwel wieħed minnhom kien Puni-Mata.", "Nt-toga, li saltan fis-snin 1875-1887, kien l-ewwel re Nisrani.", "L-ewwel Ewropew li żar Nju kien il-Kaptan James Cook fl-1774.", "Cook għamel għamel tliet tentattivi biex jinżel fuq il-gżira, iżda ġie miċħud il-permess mill-abitanti Polineżjani.", "Huwa semma l-gżira \"Il-Gżira Salvaġġa\" għaliex, skont il-leġġenda in-nies nattivi li \"laqgħuh\" kienu miżbugħa b'dak li deher lil Cook u l-ekwipaġġ tiegħu li kien demm.", "Madankollu, iż-żebgħa fuq is-snienhom kienet \"ħulaħula\" meħuda minn banana ħamra nattiva.", "Fiż-żewġ sekli ta' wara l-gżira kienet magħrufa bħala l-Gżira Salvaġġa, sakemm l-isem oriġinali Niu ē, li jfisser \"Araw l-ġewża tal-Indi\", reġa' beda jintuża.", "L-Ewropej li ppruva jiġu fuq il-ġżira wara dan kienu mis-Soċjetà Missjunarja ta' Londra li waslu fl-1846 fuq il-vapur \"Messanger of Peace\".", "Wara ħafna snin jippruvaw jinżlu l-art il-missjunarji Ewropew ħadu Njujan, jismu Nukai Peniamina, Samoa biex jiġi mħarreġ bħala saċerdot fil-Kulleġġ Teoloġiku ta' Malua.", "Peniamina mar lura bħala missjunarju bl-għajnuna ta Toimata Fakafitifonua.", "Fl-aħħar tħalla jinżel fuq il-gżira f'Uluvehi Mutalau wara li numru ta' tentattivi fl-irħula l-oħra ma rnexxewx.", "Il-Kapijiet tar-raħal ta' Mutalau ħallew 'l Peniamina joqgħod hemm u assenjaw aktar minn 60 għassies biex jipproteġuh lejl u nhar fil-forti ta' Fupiu.", "Il-Kristjaneżmu kien l-ewwel mgħallem lin-nies ta' Mutalau qabel ma ġie ppriedkat lill-irħula kollha ta' Nju; fil-bidu l-irħula l-kbar l-oħra opponew l-introduzzjoni tal-Kristjaneżmu u ippruvaw joqtlu 'l Peniamina.", "In-nies mill-villaġġ ta' Hakupu, għalkemm dan kien l-aħħar raħal li rċieva l-Kristjaneżmu, ġie jitlob għal \"xi kelma ta' alla\"; għalhekk ir-raħal tagħhom ssemma mill-ġdid \"Ha Kupu Atua\" li tfisser \"xi kelma ta' alla\", jew \"Hakupu\" fil-qosor.", "Fl-1887, ir-Re Fata-a-iki, li kien is-saltan 1887-1896, offra li jċedi s-sovranità lill-Imperu Britanniku għax beżgħu mill-konsegwenzi ta' annexation minn forza kolonjali inqas benevolenti.", "L-offerta ma kinitx aċċettata sa 1900.", "Nju kien protett mil-Brittanja għal żmien, iżda l-involviment dirett tar-Renju Unit ntemmet fl-1901 meta New Zealand ħadu l-gżira.", "L-Awto-gvern ingħata mill-parlament tan-New Zealand mal-kostituzzjoni l-1974, wara referendum ta' Nju fl-1974 fejn in-Njujani ġew mogħtija tliet għażliet: indipendenza, awtonomija jew kontinwazzjoni bħala territorju New Zealand.", "Il-maġġoranza magħżula self-government u l-kostituzzjoni bil-miktub, Nju ġiet ippromulgata bħala liġi suprema.", "Robert Rex, native parti etnikament parti Ewropea, inħatar premier 1 tal-pajjiż, pożizzjoni li żamm sa mewtu 18 sena wara.", "Rex saret l-Njujana ewwel li jirċievu knighthood, fl-1984.", "F'Jannar 2004, Nju ntlaqat minn Ċiklun Heta, li qatel żewġ persuni u kkawżaw ħsara estensiva lill-gżira kollha, inkluż ħassar ħafna min-nofsinhar tal-belt kapitali, Alofi.", "L-Att Kostituzzjoni ta' Nju \"investa\" l-awtorità ta' eżekuttiva fil-Maestà Tagħha r-Reġina fi Dritt ta' New Zealand u l-Gvernatur Ġenerali ta' New Zealand.", "Il-Kostituzzjoni speċifikat li fil-prattika ta' kuljum sovranità hija eżerċitata mill-Kabinett tal-Ministri ta' Nju, li tinkludi l-premier u tliet Ministri oħra.", "Il-\"premier\" u l-ministri huma membri tal-Assemblea Leġiżlattiva ta' Nju, parlament tal-pajjiż.", "L-assemblea tikkonsisti minn 20 membru eletti demokratikament, 14 minnhom huma eletti mill-eletturi ta' kull raħal kostitwenz , sitta mill-votanti kollha reġistrati f'kull kostitwenzi.", "Eletturi għandhom ikunu ċittadini ta' New Zealand, residenti għal mill-inqas tliet xhur, u l-kandidati għandhom ikunu eletturi u residenti għal 12-il xahar.", "Kull min twieled fi' Nju għandhom jirreġistraw fir-reġistru elettorali.", "L-Kelliem jiġi elett mill-Assemblea u hija l-ewwel uffiċjali li jiġu eletti fl-ewwel sessjoni tal-Assemblea Leġiżlattiva wara l-elezzjoni.", "Il-Kelliem il-ġdid jitlob għal nominazzjonijiet għall \"premier\"; il-kandidat ma 'l-aktar voti mill-membri 20 jiġi elett.", "Il-\"Premier\" tagħżel tliet membri oħra li jiffurmaw il-Kabinett tal-Ministri, il-fergħa eżekuttiva tal-gvern.", "L-oħra żewġ organi tal-gvern, wara l-mudell \"Westminster\", huma l-Assemblea Leġiżlattiva u l-Ġudikatura.", "Elezzjonijiet ġenerali ssir kull tliet snin, l-aktar reċentement fis-7 ta' Mejju 2011.", "Il-ġudikatura hija indipendenti mill-eżekuttiv u l-leġiżlatura.", "Nju għandha High Court, Qorti ta' Appell, u tgawdi l-appelli lill-Kumitat Ġudizzjarju Kunsill tal-Privy, f'Londra.", "Nju hija km2 269 mqajma Atoll qroll fl-Oċean Paċifiku tan-Nofsinhar, fil-Lvant tat-Tonga.", "Hemm tliet ġeografikamenti periferiċi qroll sikka maż-Żona Ekonomika Esklussiva li ma jkollhomx kwalunkwe żona ta' art: st, huwa plateau ċirkolari madwar 400 metri fid-dijametru, b'fond inqas ta' 9.5 metri", "Minbarra dawn, Albert Meyer Reef, (20 ° 53'S, 172 ° 19'W, kważi 5 km twila u wiesgħa, fond anqas 3 metri, 326 km Lbiċ) mhux uffiċjalment mitluba min Nju, u l-eżistenza ta Haymet Rocks, (26 ° S, 160 ° W, 1273 km ESE) hija dubjuża.", "Nju hija waħda akbar tal-gżejjer qroll fid-dinja.", "L-art tikkonsisti franka irdum woqfa tul il-kosta ċentrali ta' plateau li tiżdied għal madwar 60 metru 'l fuq livell tal-baħar.", "Is-sikka tal-qroll iddawar l-gżira, bil-waqfa maġġura biss fis-sikka li tinsab fil-kosta tal-punent ċentrali, viċin il-belt kapitali, Alofi.", "Karatteristika notevoli hija n-numru ta' għerien tal-franka li jinstabu qrib il-kosta.", "Il-gżira, bejn wieħed u ieħor għandha forma ovali fil-forma (bid-dijametru ta' madwar 18 kilometru), b'żewġ bajjiet kbar madwar il-kosta tal-punent, il-Bajja Alofi fiċ-ċentru u l-Bajja Avatele fin-nofsinhar.", "Bejn dawn huwa l-promontorju tal-Punt Halagigie.", "Peniżola żgħira, TePā Punt , huwa qrib il-ftehim ta' Avatele fil-Lbiċ.", "Ħafna mill-popolazzjoni tgħix qrib il-kosta tal-punent, madwar il-kapital, u fil-majjistral.", "Uħud mill-ħamrija huma \"geochemically\" ħafna li mhumiex tas-soltu.", "Din it-tip ta' ħamrija hija estremament ferm niexfa tropikali, b'livelli għoli ta' ħadid u ossidi tal-aluminju (oxisol) u merkurju, u fihom livelli għolja ta' radjoattività naturali.", "M'hemm kważi l-ebda uranju, iżda r-radjonukeidi Th-230 u Pa-231 huma ras it-tħassir tal-katina.", "Dan huwa l-istess distribuzzjoni ta' elementi li jinstabu b'mod naturali fil-qiegħ il-baħar fond ħafna, iżda l-evidenza ġeokimiċi tissuġġerixxi li l-oriġini hija estrema tat-temp ta' qroll u għadis tal-baħar fil-qosor 120000 sena ilu.", "\"Upwelling Endothermal\", li permezz tagħha sħana ħafifa vulkanika naturali tfassal ilma baħar fond sa permezz tal-qroll poruż, li jistgħu jikkontribwixxu wkoll.", "L-ekonomija ta' Nju hija żgħira, bil-Prodott gross domestiku ta' NZ $ 17 miljuni fl-2003, jew US $ 10 miljun fl parità ta' poter tax-xiri.Ħafna attivitajiet ekonomomiċi ddur madwar il-gvern, il-gvern kien tradizzjonalment inkarigata bl-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal- affarijiet tal-pajjiż il-ġdid sa mill-1974.", "Madankollu, peress li l-ekonomija tkun laħqet stadju fejn regolazzjoni statali tista' issa iċċedi lis-settur privat, hemm sforz kontinwu biex tiżviluppa s-settur privat.", "Wara Ċiklun Heta, il-gvern għamel impenn kbir lejn riabilitazzjoni u l-iżvilupp tas-settur privat.", "Il-gvern allokat $ 1 miljun għall-settur privat, li intefqu fuq l-għajnuna lin-negozji meqruda miċ-ċiklun, u dwar il-kostruzzjoni tal-Park Industrijali Fonuakula.", "Dan il-park industrijali huwa lest u xi negozji diġà qed joperaw minnha.", "Il-Park Industrijali Fonuakula huwa mmexxi miċ-Ċentru tan-Negozju ta' Nju, organizzazzjoni kważi governattiva li jipprovdu servizzi ta' pariri għan-negozji.", "Familji Ħafna Njujan jkabbru għelejjel tagħhom stess l-ikel għas-sussistenza u xi wħud huma mibjugħa fil-Makete Nju fil Alofi, xi esportati lejn familji tagħhom fi New Zealand.", "Il-għoraż Njujan hija magħrufa fil-Samoa bħala \"talo Nju\" u fis-swieq internazzjonali kif roża għoraż.", "Nju wkoll esportazzjonijiet għoraż għas-suq New Zealand.", "Il għoraż Nju hija varjetà naturali u hija ħafna reżistenti għall-parasiti.", "Il-Gvern Nju u l-Grupp Reef minn New Zealand bdiet żewġ impriżi konġunti fl-2003 u l-2004 li jinvolvu l-iżvilupp tas-sajd u noni (Morinda citrifolia, siġra żgħira bil-frott li jittiekel).", "Il-proċessuri Ħut Nju, Ltd hija joint venture kumpannija ipproċessar tal-ħut frisk, tonn prinċipalment (denbu isfar, għajnejn kbar u l-alonga), għall-esportazzjoni lejn is-swieq barranin.", "NFP topera minn impjant tagħhom ħut istat ta' l-arti fil-Amanau Alofi Nofsinhar, mimlija u miftuħa f'Ottubru 2004.", "F'Awwissu 2005, kumpannija tal-minjieri Awstraljana, Goldfields Yamarna, issuġġerixxa li Nju jista' jkollhom depożitu akbar fid-dinja ta' l-uranju.", "Sa kmieni f'Settembru dawn tamiet kienu meqjusa bħala ottimisti żżejjed, u tard f'Ottubru tal-kumpanija kkanċellati pjanijiet tagħha għall-mini, li jħabbar li tħaffir esplorazzjoni kien identifika xejn ta' valur kummerċjali.", "L-Titoli Awstraljana u l-Investimenti Kummissjoni ppreżentat ħlasijiet f'Jannar 2007 kontra żewġ diretturi tal-kumpannija, issa msejħa Proġetti Minjieri Group Ltd, li jallega li l-aġir tagħhom kien qarrieqa u huma involuti fil-insider trading.", "Dan il-każ ġie solvut barra mill-qorti fl-Lulju 2008, iż-żewġ naħat jirtiraw it-talbiet tagħhom.", "Hemm hija kumpannija Awstraljana li kienet inħarġet liċenzja minerali tiftix kmieni fl-1970 li għadu attiv ħafna fil tagħmel riċerka u tiġbor data dwar depożiti minerali potenzjali fuq Nju.", "Rimessi mill espatrijati Njujan kienu sors ewlieni ta' kambju barrani fil-1970s u 1980s kmieni.", "Il-migrazzjoni kontinwu ta' Njujans lejn New Zealand mxiet membri l-aktar tal-familji estiżi u nukleari lejn New Zealand, titneħħa l-ħtieġa li jibgħat rimessi lura d-dar.", "Fl-1990 tard, PFTAC wettqu studji fuq il-bilanċ tal-pagamenti ta' Nju, li kkonfermat li n-Njujans qed jirċievu fondi mibgħuta ftit imma qed tibgħat aktar flus barranin, prinċipalment għall-ħlas għall-merkanzija importata u għall-edukazzjoni ta' studenti Njujan mibgħuta biex jistudjaw fl- New Zealand.", "Għajnuna barranija, prinċipalment minn New Zealand, kien sors prinċipali tal-gżira ta' dħul.", "Għalkemm ħafna għajnuna barranija Njujan ġej minn New Zealand-nazzjon gżira hija attwalment jitilfu $ 250,000 NZ fis-sena (ie tnaqqis fin-New Zealand finanzjament) tfisser il-pajjiż se jidħlu li joqgħod fuq l-ekonomija tagħha aktar fi żminijiet li ġejjin.", "Spejjeż tal-Gvern konsistentement jaqbżu d-dħul għal livell sostanzjali, bl-għajnuna minn New Zealand issussidjar pagi tas-servizz pubbliku.", "Il-gvern jiġġenera wkoll xi dħul, prinċipalment mit-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa ta' importazzjoni u l-kiri ta' linji tat-telefon.", "Il-gvern fil-qosor flirted ma 'l-ħolqien ta' \"bankarja offshore\", iżda, taħt pressjoni mill-Teżor Amerikan, qablet li ttemm l-appoġġ tiegħu għall-iskemi maħsuba biex tnaqqas it-taxxa fil-pajjiżi bħal New Zealand.", "Nju issa jipprovdi Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji awtomatizzata, li huwa amministrat mill-Ministeru ta' New Zealand għall-Iżvilupp Ekonomiku.", "L-Assemblea Leġiżlattiva ta' Nju għaddiet l-Att dwar it-Taxxa Konsuma ta' Nju fl-ewwel ġimgħa ta' Frar 2009, u t-taxxa ta' 12.5% fuq oġġetti u servizzi huwa mistenni li jidħol fis-seħħ fl-1 April 2009.", "Taxxa tad-Dħul tbaxxa, u t-taxxa ta' importazzjoni jistgħu jiġu reset għal żero ħlief għall-\"dnub\" oġġetti simili xorb, tabakk alkoħol u ratba.", "Taxxa fuq id-dħul sekondarju tbaxxa minn 35% għal 10%, bil-għan iddikjarat ta' trawwim ta' produttività tax-xogħol żdiedet.", "Fl-1997, l-Internet assenjat Numri Awtorità (IANA), taħt kuntratt mad-Dipartiment tal-Kummerċ Amerikan, assenjata l-Utenti Internet Society 'Nju (IUS-N), ta' karità privat, bħala maniġer ta'.", "Nu ogħla livell tad-dominju fuq l-Internet.", "An ta' karità IUS-N kien - u għadu - l-użu id-dħul minn jirreġistraw ismijiet ta' dominju nu biex jiffinanzja servizzi tal-Internet bi prezz baxx jew b'xejn għall-poplu ta' Nju..", "Fl-ittra lill-ICANN fl-2007, awdituri indipendenti IUS-N tal rappurtati IUS-N kienu investew US $ 3 miljun għall-servizzi tal-Internet fl Nju bejn l-1999 u l-2005 minn.", "Dominju nu isem tar-reġistrazzjoni tad-dħul matul dak il-perjodu.", "Fl-1999, IUS-N u l-Gvern ta Nju ffirmaw ftehim li bih il-Gvern irrikonoxxa li IUS-N ġestiti l-ccTLD nu.", "Taħt l-awtorità IANA u IUS-N impenjati li jipprovdu servizzi tal-Internet b'xejn lil dipartimenti tal-gvern kif ukoll għaċ-ċittadini privati Nju s .", "A Gvern elett wara ikkontestat li ftehim u attentat biex tasserixxi pretensjoni fuq l-isem tad-dominju, inkluża ħtieġa għall IUS-N jagħmlu ħlasijiet diretti ta' kumpens lill-Gvern.", "Fl-2005, Kummissjoni Gvern maħtur ta' Inkjesta it-tilwima rilaxxati rapport tagħha, li sabet l-ebda mertu fit-talbiet tal-gvern;. il-gvern sussegwentement ċaħdet it-talbiet fl-2007.", "Mill-2003, IUS-N beda installazzjoni konnessjonijiet Wifi matul il-villaġġ ta' kapital ta' Alofi u fl-irħula fil-qrib diversi u iskejjel, u ġie tespandi l-kopertura Wifi fil-villaġġi ta' barra minn dakinhar, jagħmlu Nju-Nazzjon WiFi.", "Biex tiżgura s-sigurtà għal dipartimenti tal-Gvern, IUS-N jipprovdi l-gvern ma' konnessjoni DSL sigura biex link IUS-N-Internet permezz tas-satellita , bl-ebda spiża.", "Fl-2003, il-Gvern impenjat ruħha li tiżviluppa u tespandi l-produzzjoni tal-vanilla bl-appoġġ ta NZAID.", "Il-Vanilla kibret selvaġġ fi' Nju għal żmien twil.", "Minkejja l-intopp kkawżata mill-qerda ta' Ċiklun Heta kmieni fl-2004, kien hemm ħidma li għaddejja dwar il-produzzjoni tal-vanilla.", "Il-pjan ta' espansjoni beda bil-impieg tal-ħaddiema bla xogħol jew sottoimpjegati biex jgħinu l-art ċar, impjant ta' appoġġ siġar u dwieli vanilla pjanti.", "L-approċċ għall-art aċċess tinkludi tippjana li jkollhom kull impjant dar bicca żgħira ta' madwar nofs sa 1 Acre (4000 m2) li jiġu kklerjati u mħawla bid-dwieli vanilla.", "Hemm ħafna ta' żrigħ għas-sostenn siġar li tilqa' domanda għall-espansjoni ta' pjantaġġuni tal-vanilla, madankollu hemm nuqqas serju ta' dwieli tal-vanilla għat-tħawwil istokk.", "Hemm naturalment-dwieli vanilla eżistenti, iżda qtugħ minnhom għat-tħawwil istokk se tnaqqas jew twaqqaf l-vanilla mill-produzzjoni fażola.", "Fil-mument, il-fokus huwa fl-oqsma tal-ħsad u l-kummerċjalizzazzjoni.", "Ekonomija Nju s sofra mill-Ċiklun Heta tropikali devastanti fl-4 ta' Jannar 2004.", "Il-Pjan Integrat Strateġiku ta' Nju (NISP) huwa l-pjan ta' żvilupp nazzjonali, twaqqif ta' prijoritajiet nazzjonali għall-iżvilupp.", "Ċiklun Heta ħa l bogħod madwar sentejn mill-implimentazzjoni tal-NISP, filwaqt li l-isforzi nazzjonali jikkonċentraw fuq l-isforzi ta' rkupru.", "Fl-2008, Nju kien għadu biex tirkupra b'mod sħiħ mill-devastazzjoni tal Ċiklun Heta.", "Fil-qasam tal-kummerċ, Nju huwa attwalment fil-proċess ta' negozjati ma' pajjiżi tal-Paċifiku oħra ftehimiet ta' kummerċ ħieles, PICTA Kummerċ fis-Servizzi (PICTA TIS), Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika mal-Unjoni Ewropea, u PACER Plus mal-Awstralja u New Zealand.", "L-Uffiċċju tal-Konsulent Kummerċ Kap (OCTA) diġà ġie stabbilit biex tassisti lill-pajjiżi Nju u oħrajn Paċifiku fin-negozjati ta' l-Plus PACER.", "Minkejja li Nju huwa pajjiż żgħir, numru ta' sports differenti huma popolari.", "L-unjoni tar-Ragbi huwa l-aktar sport popolari fl Nju, kemm minn l-irġiel u n-nisa; Nju kienu fit-turnew FORU champions tat-Tazza Oċeanja tan-Netbol li jintlab biss min-nisa..", "Hemm korsa tal-golf ta' disa' toqob ġewwa Fonuakula.", "Hemm kostruzzjoni tal-bowling taħt lawn aħdar.", "L-Assoċjazzjoni tal-Futbol huwa sport popolari fi' Nju, kif muri mit-\"Tournament Soccer Nju\".", "Il-kampjonat tar-Ragbi huwa wkoll sport popolari tan-Nju."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17776", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17776", "title": "Mġarr United FC", "text": ["Mġarr United FC", "Mġarr United FC hu klabb tal-futbol Malti ibbażat fl-Imġarr, li attwalment jilgħab fit-Tielet Diviżjoni.", "L-Istorja ta 'l-Imġarr United FC bdiet fl-1967 meta wara xoljiment tal-Imġarr Eagles FC, ​​tim ta' taħt is-16 imsejjaħ \"Juvenals Mġarr\" li beda minn Mr.France Debono, huma ridu ibiddlu isimhom għall-Imġarr United FC.", "It-Tim ġie deċiż li li jilbsu l-kuluri bojod u ħodor u l-ewwel sessjonijiet ta 'taħriġ kienu miżmuma fil-bajja tad-deheb.", "Id-Direttur ta dak iż-zmien kien;Dun Ġuzepp Vella, Mgarr United FC bdew laqgħat u t-taħriġ f'bini apposta mibni għall-klabb.", "L-ewwel kowċ tal-klabb kien Lolly Debattista li kien leġġendarju fil-klabb.", "Il-Membri taw daqqa t'id biex dan il-klabb ikun professjonali bħal ċertu klabbs oħra.", "Ċertu membri kienu Fr.Hilary Tagliaferro u Salvu Cuschieri.", "L-ewwel kompetizzjoni tal-klabb kienet fl-ASCC filwaqt li l-ewwel logħba kienet fl-1 ta' Novembru 1968 li lagħbu kontra 'Wolves Giorni' fil-Gżira ta Manwel, li Mġarr rebħu 2-0 b'żewġ gowls li ġew skorjati minn Joe Muscat magħruf bħala Terry.", "Fl-istaġun 1969/70 Mġarr United kellhom persistenza minn 'Mr.John Mary Vella li ħa sehem fil-kampjonat tal-MFA fl-ewwel logħba li lagħbu fl-4 t'Ottubru, 1969 kontra Vittoriosa Stars FC u kienu rebħu 1-0, Louis Vella kien skurja l-gowl tar-rebħa.", "Fl-1971 il-bini ġie mċaqlaq disponibbli mis-Sur Pio Vassallo u sessjonijiet ta 'taħriġ bdew isiru ġewwa l-Iskola Primarja tal-Imġarr.", "Fl-1974 wara ftehim bejn Żebbiegh Wolves u Mġarr United FC li miż-żewġ naħat kien hemm l-azzjonijiet u għall-ewwel darba ħadu sehem fir-4 diviżjoni tal-MFA.", "Taħt il-President;Sur John Bezzina, l-ewwel logħba uffiċjali saret fit-12 t'Ottubru 1974 ġol-Grawnd Pace Grasso, ikowċjati mis-Sur Marcel Scicluna iżda Imġarr kienu tilfu l-logħba.", "Fl-1980, il-kumitat wara li għamel xogħol tajjeb li sar mis-Sur Carmel Muscat u Joe Schembri, Mgarr kellhom bini ġdid fil-Qasam tad-Djar u fil-viċin inbena grawnd ġdid meta l-klabb kien jista jagħmel taħriġ f'darhu.", "Il-Grawnd tal-Imġarr li qiegħed fit-triq Plejju fl-Imġarr, kien il-bażi ta' \"Mġarr United\" mill-inawgurazzjoni fl-1980.", "Il-Grawnd tal-Imġarr huwa ta' daqs \"full\" u għandu sistema ta' floodlighting eċċellenti, approvat mill-FIFA.", "Il-grawnd għandu turf artifiċjali mal-wiċċ tal-aħħar teknoloġija u 5 dressing-rooms, tekniċi u faċilitajiet ta' eżerċizzju.", "Il-kamra tal-ewwel għajnuna, kamra tar-referee u l-uffiċċju tal-amministrazzjoni jiffurmaw ukoll parti mill-faċilitajiet tal-grawnd, u jgħinu biex jagħmlu l-kumpless tal-Grawnd tal-Imġarr ideali għal logħbiet kompetittivi u ċentru ta' taħriġ.", "Fl-istadju jistgħu joqgħodu sa 300 spettatur.", "It-turf sintetiku kienet iffinanzjat mill-MFA, il-gvern malti u l-klabb.", "Il-kumpless sportiv sar possibbli b'ħafna għajnuna minn voluntiera, donaturi u kumpaniji li offrew ix-xogħol tagħhom."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17778", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17778", "title": "Sirens FC", "text": ["Sirens FC", "Sirens FC hu klabb tal-futbol Malti li ġej minn San Pawl il-Baħar, li attwalment jilgħab fit-Tielet Diviżjoni.", "Sirens ġew magħrufa l-ewwel bħala Tim tal-futbol għall-Staġuni 1968/69 u pparteċipaw fil-Kompetizzjoni \"Amateur Soccer Cup\"(ASCC).", "Fl-istaġun debuttanti tagħhom spiċċaw runners up u wara kienu kisbu tqegħid tajjeb tal-kumitat li kellu ħafna xogħol iebes.", "Dawn kienu applikati għall-affiljazzjoni fit-Tielet Diviżjoni tal-Malta Football Association.", "Id-Delegazzjoni mill-MFA żaret il-klabb, li dak iż-żmien kien l-istess bini tas-Sirens Aquatic Sports Club.", "Fuq dan il-punt wieħed għandu jsemmi lil-Joe Muscat, magħruf bħala id-Debu, li huwa l-fundatur ta 'Sirens FC.", "Sa 1972 il-klabb kien magħruf bħala Sirens Football Team.", "Kif imsemmi qabel, huma ma kellhom l-ebda post qabel ma kienet saret dar.", "Iżda din inkisbet fit-Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar.", "Il-premessa l-ġdida infetħet uffiċjalment mill-Onor.", "Ministru tal-Kultura u l-Edukazzjoni fil-29 ta 'Jannar 1972.", "Fl-2011, dawn kellhom grawnd ta 'taħriġ mibnij ġdid u magħmul b'terf artifiċjali.", "Ħafna mill-logħob ġo darhom jintlagħbu f'dan il-post.", "Il-kapaċità tal-istadju hija l-2000."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17779", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17779", "title": "Kanada", "text": ["Kanada", "Il-Kanada hija pajjiż fl-Amerika li tikkonsisti 10 provinċji u t-territorji.", "Dawn jinsabu fil-parti tat-Tramuntana tal-kontinent, li testendi mill-Oċean Atlantiku għall-Oċean Paċifiku u tramuntana lejn l-Oċean Artiku.", "Il-Kanada hija t-tieni l-akbar pajjiż minn żona totali fid-dinja, u l-fruntiera komuni mal-Istati Uniti hija l-itwal art fruntiera tad-dinja."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17790", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17790", "title": "Żejtun Corinthians FC", "text": ["Żejtun Corinthians FC", "Żejtun Corinthians Football Club huwa hu klabb tal-futbol Malti, li attwalment jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni Maltija.", "Imwaqqaf fl-1943, il-klabb ikun rarament ogħla mill-istanzi inferjuri tal-futbol Malti.", "Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-logħba tal-futbol f'Malta reġgħat' ġiet promulgata, li waqgħat taħt ir-responsabbiltà tal-Malta Football Association.", "Bħal irħula lokali u rħula oħra, il-popolazzjoni taż-Żejtun stabbilit tim tal-futbol, ​​u fl-1943 l-isem ta' Żejtun Corinthians ħareġ.", "L-antenati tat-tim ġew derivati minn isem ta' tim tal-futbol li jieħu sehem fil-kampjonat Ingliż.", "L-ewwel membri tal-kumitat tal-klabb kien jikkonsisti lil Joseph Cassar (President), Joseph Galea (Viċi President), Fortunato Zerafa (Segretarju Ġenerali), u Grazio Cassar, (Teżorier).", "Il-kuluri uffiċjali tal-klabb huma blu navali strixxi blu kulur is-sema.", "L-ewwel skema tal-kuluri ġiet ispirata minn ta' Sliema Wanderers, peress li matul iż-żmien ħafna \"Żwieten\" appoġġjaw lil Sliema Wanderers.", "L-ewwel għaxar snin wera bidu tajjeb għal Żejtun Corinthians.", "Il-plejers li jiffurmaw parti mit-tim tal-futbol kienu Żwieten jew sportivi mill-viċinanzi.", "Fl-ewwel staġun, Żejtun Corinthians kienu mqiegħda fid-diviżjonijiet t'isfel tal-kampjonat.", "Madankollu, grazzi għall-ħidma iebsa tat-tim, Żejtun Corinthians irnexxielhom jiżguraw l-unuri fil-kampjonati organizzati mill-Malta Football Association fi ftit ta' snin.", "Minn dakinhar, it-tim laħaq it-tqegħid massimu tiegħhu fis-60ijiet meta ġew l-ewwel pożizzjoni fit-Tieni Diviżjoni u b'hekk kienu assigurati.", "Ċertament, din kienet l-era tad-deheb ta' Żejtun Corinthians.", "Parteċipanti bħal Louis Bonello, Reginald Vella James, Anthony Spiteri, Joe Abela u l-gowler John Formosa, immarkaw l-aktar suċċessi famużi tat-tim u filwaqt li dehru f'logħbiet li mhux se jiġu faċilment minsija.", "Matul l-istaġun 1959/60, Żejtun Corinthians ġestew rebħa doppja, it-tqegħid l-ewwel fil-klassifikazzjoni tat-Tielet Diviżjoni Maltija u l-kompetizzjoni eliminatorja.", "Matul is-70ijiet, l-iskwadra kellha wkoll sehem fis-suċċessi.", "Wara li rebħu it-Tielet Diviżjoni Maltija għal diversi drabi, Żejtun Corinthians irnexxielha tilħaq it-Tieni Diviżjoni Maltija.", "Fl-1980, il-Malta Football Association iddeċidiet li torganizza mill-ġdid kampjonati Nazzjonali u għall-ewwel darba introduċiet il-Premier League Malti.", "Fl-istaġun 1981/82, u għal tliet staġuni konsekuttivi oħra, 1986/87, 1987/88, u 1988/89, Żejtun Corinthians kienu kburin li rebħu l-Ewwel Diviżjoni Maltija.", "Fl-istorja kmieni tad-90ijiet reġgħet irrepetiet ruħha, fl-istaġun 1991/92 Żejtun Corinthians irnexxielhom jirbħu il-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni Maltija b'rebħa ta sturdament fid-deċiżiva f'derby ma' Marsaxlokk.", "Dan kompla anki matul il-Millennju, fl-istaġun 2002/03 Żejtun Corinthians kienu ddikjarati ċampjins għat-Tielet Diviżjoni Maltija, b'rebħa prestiġjuża fuq ir-rivali dejjiema St. Georges."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17795", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17795", "title": "It-Tieni Diviżjoni Maltija", "text": ["It-Tieni Diviżjoni Maltija", "It-Tieni Diviżjoni Maltija (magħrufa wkoll bħala l-Bank of Valletta Second Division minħabba raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) hija t-tielet l-ogħla d-diviżjoni tal-futbol Malti, wara l-Ewwel Diviżjoni u taħt it-Tielet Diviżjoni Maltija.", "Fih jilgħab erbatax-il tim fejn l-aqwa tnejn jiġu promossi għat-tieni l-ogħla diviżjoni Maltija, l-Ewwel Diviżjoni, filwaqt li t-tliet timijiet l-aktar baxxi jiġu relegati għat-Tielet Diviżjoni Maltija.", "Timijiet jilagħbu kontra xulxin darbtejn.", "Fit-13 ta' Jannar 2011, il-Malta Football Association ddeċidiet li tespandi l-kampjonat għal 14-il tim mill-istaġun 2012-13."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17797", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17797", "title": "L-Ewwel Diviżjoni Maltija", "text": ["L-Ewwel Diviżjoni Maltija", "L-Ewwel Diviżjoni Maltija (magħrufa wkoll bħala Bank of Valletta First Division minħabba raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) hija it-tieni l-ogħla l-diviżjoni tal-futbol Malti, wara l-Premier League Malti u tant l-Tieni Diviżjoni Maltija.", "Il-kampjonat ilu għaddej għal ħafna snin.", "12 timijiet jieħdu sehem fil-kampjonat.", "L-aqwa żewġ timijiet huma promossi għall-Premier League Malti, filwaqt li ż-żewġ l-aktar timijiet baxxi huma relegati għat-Tieni Diviżjoni Maltija.", "F'Jannar 13, 2011, il-Malta Football Association ddeċiediet li tespandi l-kampjonat għal 12-il timi mill-istaġun 2011–12."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17807", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17807", "title": "Attard FC", "text": ["Attard FC", "Attard Football Club hu klabb tal-futbol Malti minn Ħ'Attard raħal fin-nofs ta' Malta b'popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ.", "Bħalissa jilagħbu fit-Tielet Diviżjoni.", "Il-klabb twaqqaf fl-1974.", "Il-bidu tal-futbol fir-raħal", "Jidher li sa mill-1928 f'Ħ'Attard kien diġa' qed jintlagħab il-futbol, tant illi fil-25 ta' Marzu ta' dik is-sena, tim taħt l-isem ta' Attard United kien lagħab partita ta' ħbiberija kontra t-tim tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi Birkirkara u tilef bi skor kbir.", "Ftit tas-snin wara u propju fis-17 ta' Marzu, 1935 Attard United ħa sehem fl-Amateur Cup u tilef fl-ewwel rawnd kontra Birżebbuġia Hunters 4 – 2 biex fl-istaġun ta' wara, dak ta' l-1935/36 ikkompeta fir-Raba' Diviżjoni 'Sezzjoni A' tal-Malta Football Association, kif ukoll ipparteċipa fl-Amateur Cup.", "Jidher li f'dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet ir-riżultati xejn ma kienu nkoraġġanti, iżda fl-istaġun ta' wara, jiġifieri dak tal-1936/37 it-tim issaħħaħ sewwa b'xi players ġodda fosthom numru ta' Karkariżi u saħansitra sfurzaw 'decider' għall-promozzjoni fit-Tielet Diviżjoni kontra Birkirkara St. Helena wara li fil-kampjonat għelbu lill-istess tim 2 -0, iżda fid-decider it-tim Karkariż ħareġ rebbieħ 4 – 1.", "B'xorti tajba s-sena ta' wara l-M.F.A. kienet għamlet xi tibdiliet fl-organizazzjoni tad-divizjonijiet u Attard United sagħbu posthom bla ħsieb fit-Tielet Diviżjoni.", "Jidher li x-xorti baqgħet magħhom anke fl-istaġun ta' wara (1937/38) tant li t-tim spiċċa fit-tieni pożizzjoni ta' 'Sezzjoni A', punt anqas mir-rebbieħa Cospicua Unitas.", "Bir-riforma tal-M.F.A., fl-istaġun 1938/39 tneħħiet għal kollox ir-Raba' Diviżjoni u t-timijiet ġew reorganizzati.", "Attard United bħala Runners-Up spiċċaw promossi għat-Tieni Diviżjoni u kontra timijiet b'aktar esperjenza minnhom tħabtu ħafna biex żammew posthom.", "Fl-istaġun ta' wara, jiġifieri dak ta' l-1939/40, reġgħu spiċċaw lejn qiegħ il-klassifika finali iżda salvaw mir-relegazzjoni bi ftit meta temmew l-istaġun qabel Sliema Rangers u Birkirkara St. Helena.", "Wieħed jista jgħid li fi tmiem dak l-istaġun intemmet ukoll għal kollox il-ħajja ta' Attard United wara ħames staġuni membru tal-Malta Football Association.", "Dan għaliex wara li fil-gwerra l-futbol organizzat fil-pajjiz waqaf għal kollox, meta ntemmet il-gwerra Attard United għebu totalment mix-xena kalċistika.", "Is-snin ta' qabel l-1974", "Jidher li fis-snin ta' wara l-gwerra ż-żgħażagħ ta' Ħ'Attard ftit li xejn kelhom ħajra li jkomplu fil-futbol fejn ħallew ta' qabilhom fl-1940 u għal xi żmien donnu li kollox kien wieqaf.", "Iżda lejn il-bidu tal-ħamsinijiet kien sar tentattiv ieħor biex il-futbol fir-raħal jerġa jibda jintlagħab.", "F'dak iż-żmien dilettanti membri tal-Każin Eastern Star (illum La Stella Levantina) kienu waqqfu tim tal-futbol u bdew jilgħabu logħbiet ta' ħbiberija, l-aktar kontra timijiet tas-servizzi Ingliz fil-grawnd ta' l-Imtarfa.", "Missieri kien wieħed mid-diriġenti ta' dan it-tim u għadni niftakar sewwa li ta' tifel żgħir mhux l-ewwel darba li ħadni miegħu għal xi partita minn dawn.", "Il-bidu huwa dejjem u f'kollox diffiċli, aktar u aktar fis-snin bikrin ta' wara l-gwerra, tant li dan it-tim biex jilgħabu ġieli sselfu l-flokkijiet mill-klabb ġar ta' Ħal-Lija.", "Il-Coach tat-tim kien Giużeppi Caruana u bħala Manager kien Giużeppi Ellul u kważi l-players kollha fit-tim kienu minn Ħ'Attard (ritratt ta' dan it-tim deher fil-ħarġa tas-Seraċina ta' l-2008).", "Il-ħajja ta' dan it-tim iżda kienet pjuttost qasira għaliex fis-snin ta' wara, kemm dawn iż-żewġ diriġenti, kif ukoll x'uħud mill-players u żgħażagħ oħra tar-raħal emigraw lejn l-Awstralia, il-Kanada eċċ. u t-tim sfaxxa.", "Fis-sena 1957 kien twaqqaf tim ieħor din id-darba taħt l-isem ta' Attard S.C. (Sports Club li aktar tard beda jissejjaħ Sports Centre).", "Il-fundatur ewlieni kien il-ħabrieki Mannie Galea li kien jieħu ħsieb kollox fit-tim.", "Kien propju l-Manager ta' dan it-tim.", "Fl-istaġun 1957/58 dan it-tim kien ipparteċipa fl-Amateur League tal-Malta Football Association.", "Attard S.C. lagħab l-ewwel logħba kompetittiva tiegħu f'din il-kompetizzjoni fix-Schreiber Sports Ground nhar il-Ħadd, 6 ta' Ottubru, 1957 kontra t-tim Belti Rovers United u ħareġ rebbieħ 3 – 1.", "Niftakar sew din il-partita għaliex kont attendejt għaliha ma missieri.", "Il-players minn Ħ'Attard f'din l-ewwel logħba kienu Charles u Tony Galea, Carmel Attard, Ralph Bonello, Vivien Micallef u ħija Edwin.", "Fost il-players l-oħra kien hemm iż-żgħażuġħ Eddie Theobald li wara kellu karriera twila u brillanti ma Hibernians u Malta.", "Dan it-tim li kien jilbes flokkijiet, shorts u kalzetti kollha ħomor baqa' jieħu sehem f'din il-kompetizzjoni għal xi tliet staġuni.", "Fit-28 ta' Frar, 1960 Mannie Galea kien involut f'inċident tat-traffiku bil-mutur u jumejn wara, fl-1 ta' Marzu, kien tilef ħajtu.", "It-tim allura kien kważi sfaxxa għax ma kellux min imexxieħ, pero' ftit tax-xhur wara xi żgħażagħ 'saraċini' ħassew li kellhom ikomplu fejn ħalla Mannie Galea u ddeċidew li jerġgħu jagħtu ħajja lit-tim bil-għan li fil-ġejjieni fir-raħal ikun hawn tim stabbilit.", "Bil-permess tal-kumitat tal-Każin Eastern Star f'Settembru, 1960 kienet inżammet laqgħa fl-istess każin għal dan l-iskop u fiha kien twaqqaf l-ewwel kumitat.", "It-tlett uffiċjali ta' dan il-kumitat kienu: President: Eddie Attard Flores; Segretarju: Paul Grixti u Kaxxier: Carmel Attard.", "Immedjatament kienet saret talba lill-kumitat tal-Każin Eastern Star biex Attard S.C jagħmel użu minn xi kamra fil-każin fejn ikunu jistgħu jbiddlu l-players u jinżammu xi laqgħat.", "Din it-talba kienet ġiet milqugħa.", "Fl-ewwel staġun it-tim kien lagħab biss xi partiti ta' ħbiberija biex fl-istaġun ta' wara jiġifieri fl-1961/62 Attard S.C. kien ġie affiljat mall-M.A.F.A. u kkompeta fit-Tielet Diviżjoni.", "L-ewwel logħba uffiċjali kienet dik li ntlagħbet f'Ottubru, 1961 kontra Little St. George's ta' Bormla fil-grawnd ta' St. Andrews u ntemmet b'rebħa ta' 1 - 0.", "Dan it-tim, li aktar tard sab ruħu fit-Tieni Diviżjoni minħabba xi tibdil mill-Assoċjazzjoni, dam jipparteċipa regolarment fil-M.A.F.A. sa l-istaġun 1969/70 fejn minħabba nuqqas ta' interess it-tim spiċċa biex miet mewta naturali.", "Fl-istaġun 1971/72 xi żgħażagħ dilettanti tal-futbol, din id-darba mill-Każin Santa Marija ħassew in-nuqqas ta' tim tal-futbol fir-raħal u ddeċidew li jwaqqfu tim huma taħt l-isem ta' Attard Five Pointed Stars.", "It-tim mill-ewwel ikkompeta fit-Tielet Diviżjoni tal-M.A.F.A. u propju fl-ewwel staġun kompetettiv tiegħu rebaħ il-promozzjoni meta għeleb lil Valletta Stars 1 – 0 f'decider li ntlagħbet fil-grawnd tal-Marsa nhar is-Sibt, 1 t'April, 1972.", "Il-ħajja qasira ta' dan it-tim kienet tassew kontroversjali għaliex filwaqt li fl-ewwel staġun beda' bir-rebħ ta' unur, lejn nofs l-istaġun 1973/74 it-tim safa' mkeċċi mill-assoċċjazzjoni wara li xi partitarji tiegħu f'logħba partikulari tilfu rashom u qalgħu xi ġlied ma dawk tat-tim oppost, tant li l-logħba kella tiġi abbandunata u sussegwentament it-tim ġie mneħħi mill-M.A.F.A.", "It-twaqqif ta' Attard F.C.", "Bħal ma jgħid il-Malti \"kull deni ħudu b'ġid\" u hekk ġara fil-każ tat-twaqqif ta' Attard Football Club fl-1974.", "Propju kmieni f'dik is-sena l-M.F.A. kienet ħabbret li mill-istaġun 1974/75 kienet ser terġa torganizza l-kampjonat tar-Raba' Diviżjoni.", "Bid-diżappunt tat-tneħħija tal-Attard F.P.S. mill-M.A.F.A. għadu frisk f'moħħ id-dilettanti kollha, din l-aħbar ittieħdet bl-akbar serjeta għaliex beda jinħass li dan kien tassew ċans tajjeb biex fl-aħħar H'Attard ikun rrappreżentat fl-għola assoċċjazzjoni tal-pajjiż jiġifieri dik tal-Malta Football Association.", "Wara li l-opinjoni tad-dilettanti kienet favur din l-opportunita ġdida li nqalgħet, f'Marzu ta' l-1974 kienet inżammet laqgħa fil-Każin Santa Marija għal dawk kollha nteressati sew bħala players kif ukoll bħala amministraturi, bil-għan prinċipali li jitwaqqaf tim fuq sisien sodi bl-eventwalita tad-dħul fir-Raba' Diviżjoni tal-M.F.A. Dawk preżenti qablu ma din l-idea u minnufiħ ġie deċiż li t-tim ikun jismu ATTARD FOOTBALL CLUB, bl-iskop li jkun jirrappreżenta aktar lir-raħal kollu u tinqatgħa kull konnessjoni mall passat.", "Fl-istess laqgħa kien ġie maħtur l-ewwel kumitat biex iħejji l-ħtiġijiet neċessarji sabiex f'qasir żmien ikun jista japplika għad-dħul fir-Raba' Diviżjoni.", "Dan il-kumitat kien kompost hekk: President-Anthony Bonnici; Segretarju-Norman Borg; Kaxxier-Joe Pisani; Viċi-President-Anthony Borg; Ass.", "Segretarju-Louis Pisani u Ass.", "Kaxxier-Salvu Muscat.", "Bħala membri kienu inħatru: Louis Mifsud, Joseph Vella, Martin Zammit, Laurence Cortis u Alessio Zammit.", "F'Ġunju ta' l-1974 Attard F.C. kien ġie aċċettat bħala wieħed mill-membri ġodda fi ħdan il-Malta F.A. biex jifforma parti mir-Raba' Diviżjoni.", "Intant l-ewwel logħba uffiċjali tal-klabb kienet intlagħbet il-Ħadd, 13 ta' Ottubru, 1974 kontra Fgura United, tim ieħor ġdid fl-M.F.A. Il-logħba kienet spiċċat fi draw ta' 0 – 0.", "Il-kowċ tat-tim f'dak l-ewwel staġun kien Alessio Zammit u l-kuluri tal-kit kienu flokkijiet ħomor u suwed, shorts suwed u kalzetti ħomor, kif għadhom sa llum.", "Dak l-ewwel staġun fl-M.F.A. xejn ma kien wieħed feliċi u nkoraġġanti għaliex fi tmiem il-kampjonat it-tim kien spiċċa fl-aħħar post tal-klassifika finali.", "Dan iżda xejn ma qata' qalb id-diriġenti u għall-istaġun ta' wara ppreparaw ħafna aħjar filwaqt li saħħew lit-tim b'xi akkwisti ġodda.", "Totalment kuntrarju għall-ewwel staġun, fl-1975/76 it-tim kellu staġun verament tajjeb għaliex fil-kampjonat kien spiċċa fit-tieni post ta' Sezzjoni 'B' wara t-tim promoss ta' Sta.", "Venera L. Barra minn hekk, kien wasal ukoll l-ewwel unur għal klabb bir-rebħ tan-Knock-Out tar-Raba' Diviżjoni, fejn Attard F.C. fil-finali kienu rebħu lill-istess Sta.", "Venera L. bl-iskor ta' 2 – 1.", "Fl-ewwel round il-klabb kien għeleb lil Ta' Xbiex 3 – 2 , fil-kwarti tal-finali lil San Gwann 5 – 4 bil-penalties wara draw ta' 1 – 1 u fis-semi-finali lill-Mġarr Utd.", "3 – 0.", "F'dak l-istaġun il-Coach tat-tim kien l-ex-player tas-Sliema W. Joe Bonnici.", "Sena wara jiġifieri fl-1976/77 il-klabb rebaħ unur ieħor, dak tar-Reserve League tar-Raba' Diviżjoni.", "F'dak l-istess staġun il-klabb ipparteċipa għall-ewwel darba fil-Minor League (Under 18).", "Fl-istaġun 1979/80 l-M.F.A. għamlet tibdiliet kbar f'kull kategorija tal-kompetizzjonijiet tagħha.", "B'riżultat ta' dan tneħħiet ir-Raba' Diviżjoni u t-timijiet tħalltu ma dawk tat-Tielet Diviżjoni biex iffurmaw tliet sezzjonijiet.", "Fl-ewwel ftit staġuni wara din il-bidla Attard F.C. dejjem żamm postu lejn nofs il-klassifika iżda fis-snin ta' wara il-klabb għadda minn żmienijiet tassew diffiċli għaliex bejn 1984 u 1988 spiċċa dejjem fl-aħħar post tal-klassifika finali.", "Dan kien wassal biex fl-1988 il-kumitat ħa passi drastiċi billi neħħa xi players li kienu bdew jikbru fl-eta' u minn flokhom daħħal oħrajn żgħar, b'aktar ħeġġa u enerġija.", "Is-sħaba sewda bħal donna bdiet għaddejja minn fuq il-klabb għaliex fl-istaġun ta' wara it-tim beda jkun aktar kompetettiv, inkisbu riżultati pożittivi u l-futur beda jidher ferm aħjar.", "Fl-1988 fuq suġġeriment tal-Kappillan Dun Anton Portelli u bl-inizjattiva tal-President attwali Charlie Caruana (ex-player u ex-coach tal-klabb) li għal xi żmien qabel kien diġa jittrejnja għadd ġmielu ta' tfal, twaqqfet il-Youth Nursery tal-klabb u ġiet affiljata mal-Youth F.A. Fl-ewwel istaġun (1988/89) il-klabb ħa sehem fl-Under 14 biss fejn inkisbu riżultati sodisfaċenti ħafna.", "L-istaġun ta' wara (1989/90) inkoraġġit mill-wirjiet u l-interess fl-Under 14, il-klabb ipparteċipa wkoll fl-Under 16.", "Fi tmien l-istaġun l-Under 14 ħadu sehem f'Tournement f'Acireale u spiċċaw fit-tieni post. F'Settembru ta' l-1991 il-klabb kiteb paġna ġdida li kienet tant meħtieġa, meta għall-ewwel darba kellu d-dar indipendenti tiegħu.", "F'dik is-sena l-klabb ħalla l-Każin Santa Marija, li fih dejjem sab għajnuna kbira u koperazzjoni sħieħa u daħal f'post ġdid, mibni għal dak l-iskop mill-gvern fi Triq Ħal-Warda.", "Din kienet l-ewwel darba li tim tal-futbol f'Ħ'Attard kellu l-post tiegħu, għaliex fis-snin ta' qabel dejjem kien isir użu miż-żewġ soċjetajiet tar-raħal – La Stella Levantina jew Santa Marija.", "Minkejja l-għajnuna li dawn is-soċjetajiet dejjem offrew, in-nuqqas ta' każin totalment indipendenti kien dejjem jinħass.", "Bid-dħul fil-każin il-ġdid f'Settembru ta' 1991 donnu li r-rota tal-fortuna bdiet iddur bil-mod lejn żmienijiet aħjar u ta' suċċess.", "Dan għaliex propju f'dak l-istess staġun jiġifieri 1991/92 sew l-Under 16 kif ukoll l-Under 14 tal-klabb rebħu s-sezzjonijiet rispettivi tagħhom b'punti massimi u s-sena ta' wara l-Under 16 reġgħu rebħu s-sezzjoni tagħhom, b'disgħa rebħiet u draw, iżda fallew li jaslu sal-finali ta' l-Inter Section Competition meta fis-semi-finali tilfu kontra Valletta F.C. 2 - 1.", "Fis-sena 1993 l-Under16 ħadu sehem f'tournement barra minn xtutna fejn ipparteċipaw fil-Vildbjerg Cup fid-Danimarka u spiċċaw bħala Runners-up.", "F'dak il-perjodu numru ta' tfal (Under 16 u Under 14) minn Nursery tal-klabb kienu ġew magħżula mill-M.F.A. biex jittrejnjaw fil-kategoriji tagħhom f'Ta'Qali.", "Xi wħud kienu anke rrappreżentaw lil Malta f'kompetizzjonijiet internazzjonali.", "Bejn l-1994 u l-1996 il-klabb, bi players li telgħu minn Nursery, taħt il-gwida ta' Charlie Caruana, rebħu għal tliet staġuni konsekuttivi s-sezzjoni tal-Youths (Under 18) tal-M.F.A. F'żewġ okkażjonijiet minnhom iż-żgħażagħ tal-klabb saħansitra waslu sal-finali ta' l-Inter Section Competition.", "Sfortunament f'dawn iż-żewġ finali Attard F.C. spiċċaw fuq in-naħa telliefa.", "Fl-ewwel finali, dik ta' l-istaġun 1993/94 ġewwa l-Istadium Nazzjonali f'Ta'Qali il-klabb iffaċċja lit-tim prestiġġjuż ta' Sliema Wanderers (rebbieħa tas-sezzjoni tal-Premier) u wara 120 minuta logħob ir-riżultat baqa' 1 – 1.", "Ġimgħa wara, fir-replay fuq ir-ramel ta' Pace Grasso, iż-żgħażagħ 'saraċini' spiċċaw fuq in-naħa telliefa 5 – 4 bil-penalties wara 120 minuta oħra ta' logħob mingħajr goals.", "Fit-tieni finali li waslet fl-istaġun 1995/96 Attard F.C. lagħbu kontra l-ġirien fil-Premier Birkirkara Luxol fuq il-ħaxix ta'l-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali.", "Birkirkara kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 5 – 3 wara l-ħin barrani.", "F'dawn iż-żewġ finali l-prestazzjoni tal-players żgħażagħ kienet veru tajba u minkejja li ma ntrebaħx l-unur prinċipali kien jidher ċar li l-klabb kien miexi fit-triq it-tajba u l-futur deher inkoraġġanti ħafna.", "Tasal il-promozzjoni f'għeluq il-25 Anniversarju tal-Klabb", "Wara s-suċċessi miksuba fil-kategoriji ż-żgħar (Under 18, Under 16 u Under 14) tliet snin wara t-tim ewlieni jiġifieri dak tat-Tielet Diviżjoni, issa kważi kompost kollu kemm hu minn players żgħażagħ li telgħu min-Nursery, deher li seta' jagħti sfida qawwija għar-rebħ tal-promozzjoni.", "Wara li fl-1996/97 it-tim spiċċa fit-tielet post tal-klassifika finali u fis-sena ta' wara 1997/98 fit-tieni post wara t-tim promoss ta' Mġarr Utd., wasal l-istaġun 1998/99, li kien jaħbat għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-klabb.", "Il-Kumitat, flimkien mal-Coach Charlie Caruana, ipprepara bis-sħieħ għal l-isfida prinċipali jiġifieri dik tar-rebħ tal-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni.", "Xi players tal-klabb li fl-istaġun ta' qabel kienu mislufin lil timijiet oħra f'diviżjonijiet ogħla rritornaw lura mall-klabb u b'hekk it-tim kien issaħħaħ sewwa u deher lest għall-isfida tal-promozzjoni.", "Matul l-ewwel parti ta' l-istaġun it-tim żamm il-pass ma ta' quddiem u fit-tieni rawnd deher biċ-ċar li l-isfida għar-rebħ ta' Sezzjoni 'B' kienet ser tkun bejn Attard F.C. u Luqa St. Andrews.", "Sa tliet logħbiet qabel tmien l-istaġun id-differenza bejn iż-żewġ timijiet kienet ta' tliet punti favur Attard F.C. Fil-logħob li kien imiss Attard F.C. spiċċaw 1 – 1 ma Senglea Ath. filwaqt li Luqa S.A. tilfu 1 – 0 ma Balzan Y. Il-Ħadd, 18 t'April,1999 waslet il-logħba deċisiva għal Attard għaliex b'rebħa kontra t-tim ta' l-aħħar Msida S.J. kien ifisser li l-klabb 'saraċin' jagħmel ċert mill-promozzjoni.", "Fill-fatt dik il-logħba intrebħet kif kien mistenni minn Attard F.C. bl-iskor ta' 2 – 0, gowl f'kull taqsima minn Richard Camilleri u Franco Degabriele biex tefgħu lill-players, coach, kumitat u supporters f'dillirju ta' ferh bl-akkwist ta' l-ewwel promozzjoni.", "Kważi xahar wara, propju l-Ħadd, 16 ta' Mejju, 1999 il-klabb lagħab l-aħħar logħba tal-kampjonat kontra l-istess Luqa S.A., naturalment issa xi ftit demoralizzati u rebaħ 3 – 0 (żewġ goals ta' Chris.", "Ciappara u ieħor ta' Raymond Agius) biex b'hekk temm il-kampjonat bħala rebbieħ ta' Sezzjoni 'B' mingħajr telfa (disa' rebħiet u tliet draws).", "Għal din il-logħba attendew numru sabiħ ta' supporters akkumpanjati mill-banda – grazzi għall-kumitat tas-Soċjeta La Stella Levantina.", "Wara l-logħba l-captain tal-ġurnata Stefano Cremona ġie ppreżentat bit-tazza tar-rebħ tas-sezzjoni u lura r-raħal il-players, coach u kumitat akkompanjati mill-banda ġew milqugħa mill-kumitati rispettivi fl-erba' każini tal-lokal fi trieqthom lejn il-każin fi Triq Ħal-Warda.", "Il-Ħadd ta' wara, it-23 ta' Mejju, 1999, intlagħbet id-decider għar-rebħ tal-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni kontra l-Melita, rebbiħa ta' Sezzjoni \"A\".", "Din kienet tassew decider denja ta' isimha għaliex svolġiet f'logħba sabieħa, akkanita, milgħuba fi spirtu sportiv u li fiha ġew skurjati xejn anqas minn sebgha gowlijiet.", "Attard F.C. rebħu din id-decider bl-iskor ta' 4 – 3 wara l-ħin barrani biex spiċċaw l-istaġun bħala Champions tat-Tielet Diviżjoni.", "Ir-riżultat fi tmiem id-disgħin minuta kien ta' 3 – 3.", "Il-goals f'din il-logħba ġew skurjati minn Chris Ciappara tnejn (1 minn penalty), Richard Camilleri u Chris Gauci.", "B'dawn iż-żewġ goals Chris Ciappara kien spiċċa bħala top-scorer tat-Tielet Diviżjoni b'total ta' 24 gowl filwaqt li l-klabb kien temm l-istaġun mingħajr ma ġie melgħub.", "Wara l-logħba il-captain tat-tim Ian Ruggier ġie ppreżentat bit-tazza ta' Champions tat-Tielet Diviżjoni mill-Viċi-President ta' l-M.F.A. is-Sur Carmelo Bartolo.", "Inċidentalment din kienet l-aħħar logħba kompetittiva ta' l-M.F.A. li ntlagħbet fuq l-art iebsa ta' Pace Grasso, għaliex mill-istaġun ta' wara (1999/2000) il-logħob tat-Tieni u t-Tielet Divizjoni beda jintlagħab fuq il-ħaxix sintetiku tas-Centenary Stadium f'Ta' Qali.", "B'kumbinazzjoni wkoll l-ewwel logħba tat-Tieni Diviżjoni f'dan l-istadium ġdid kienet dik bejn Attard F.C u Għaxaq li ntemmet fi draw ta' 1 – 1.", "Din kienet propju l-magħmudija tan-nar għall-klabb promoss ta' Attard F.C. Nieqes mill-esperjenza tat-Tieni Diviżjoni l-klabb f'dan l-ewwel staġun tiegħu kellu jitħabgħat mhux ftit biex żamm postu f'din id-diviżjoni, aktar u aktar għaliex f'dak l-istaġun mit-tlettax il-tim li ffurmaw it-Tieni Diviżjoni, tliet timijiet minflok is-solitu tnejn, kellhom jiġu relegati għat-Tielet Diviżjoni.", "Finalment il-klabb spiċċa l-istaġun b'total ta' 14 il-punt u fil-raba' pożizzjoni mill-qiegħ tal-klassifika biex b'hekk żamm il-post li denjatament kien rebaħ l-istaġun ta' qabel.", "Fiż-żewġ staġuni ta' wara jiġifieri 2000/01 u 2001/02 it-tim reġa' tħabat biex iżomm postu fit-Tieni Diviżjoni.", "F'dak ta' l-ewwel salva b'21 punt minn daqstant partiti filwaqt li s-sena ta' wara kellu jilgħab decider kontra Sta.", "Venera L. wara li ż-żewg timijiet spiċċaw l-istaġun bi 22 punt kull wieħed.", "Attard F.C. rebaħ din il-logħba 1 – 0 li kkonfermat staġun ieħor fit-Tieni Diviżjoni.", "L-istaġun 2002/03 filwaqt li t-tim tat-Tieni Diviżjoni spiċċa f'nofs il-klassifika bi 30 punt, dak tal-'Under 18' rebaħ Sezzjoni 'C' b'46 punt iżda mbagħad tilef il-finali tal-Youth 'B' Knock-Out Competition 0 - 3 kontra l-Melita.", "Fis-sentejn ta' wara 2003/04 u 2004/05 Attard F.C. reġgħu żammew posthom fit-Tieni Diviżjoni meta spiċċaw f'nofs il-klassifika b'35 u 28 punt rispettivament.", "Fl-istaġun 2005/06 ġiet fi tmiemha din l-ewwel avventura tal-klabb fit-Tieni Diviżjoni meta spiċċa relegat għat-Tielet Diviżjoni b'19 il-punt.", "F'dak l-istess staġun it-tim tal-'Under 14' spiċċa fit-tieni post ta' Sezzjoni 'C' bi 42 punt kontra l-44 tat-tim rebbieħ Kirkop Utd.", "Lura fit-Tielet Diviżjoni wara sebgħa staġuni l-klabb dam xi ftit biex irkupra mir-relegazzjoni u wara li fl-ewwel staġun (2006/07) spiċċa lejn nofs il-klassifika, s-sena ta' wara (2007/08) temm l-istaġun fit-tieni post ta' Sezzjoni 'A' bi 33 punt wara r-rebbieħa Żebbug R. ( 42 punt).", "It-tim kien irnexxielu jasal sal-finali tal-play-offs iżda tilef kontra t-tim mit-Tieni Diviżjoni Mgarr Utd.", "1 – 0 wara li fl-ewwel round kien għeleb lil Gzira Utd.", "4 – 3 bil-penalties wara draw ta' 0 – 0.", "Fl-istess staġun it-tim ta' l-Under 16 flimkien ma dak ta' Pembroke Ath. spiċċa fl-ewwel post fil-klassifika finali ta' Sezzjoni 'C' bi 52 punt kull wieħed iżda mbagħad tilef id-decider ma l-istess tim 2 – 0.", "Sena wara jiġifieri 2008/09 kienu l-Under 15 li rebħu Sezzjoni 'C2' tal-Youth F.A. b'27 punt iżda tilfu fil-kwarti-finali tan-Knock-Out 1 -0 kontra Sliema W. Fl-istaġun 2009/10 kien imiss lit-tim tal-Under 17 li jirbaħ Sezzjoni 'C3' tal-Youth F.A. bi 33 punt, iżda mbagħad ġie melgħub bl-iskor ta' 1 - 0 minn Valletta F.C. fis-semi-finali ta' l-Under 17 Knock-Out wara li fil-kwarti-finali kien għeleb lil Lija/Iklin 2 – 1.", "L-istaġun 2010/11 kien pjuttost tajjeb għal Attard F.C. għaliex it-tim ewlieni, jiġifieri dak tat-Tielet Diviżjoni rega' kiseb il-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni wara li fil-klassifika finali spiċċa fir-raba' post b'36 punt wara Siggiewi, Sta.", "Venera u Gudja.", "F'dik is-sena l-M.F.A. għamlet xi tibdiliet fl-istruttura tal-kampjonati fosthom dawk tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni u b'riżultat ta' dan sebgħa timijiet mit-Tielet Diviżjoni kellhom jiġu promossi.", "It-timijiet klassifikati fir-raba' post ta' kull sezzjoni riedu jilgħabu 'Promotion Decider' bejniethom u f'din il-logħba Attard F.C. rebaħ lit-tim ta' Pembroke Ath.", "4 – 0 biex reġgħa kiseb il-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni wara nuqqas ta' 5 snin.", "Fl-istess staġun l-Under 19 (Youths) tal-klabb rebħu Sezzjoni 'B' b'37 punt u fil-finali tal-Youths 'B' Knock-Out għelbu lil Qormi F.C. 3 – 1 wara li fir-rounds ta' qabel kienu rebħu kontra Xgħajra T. (4 – 1), Luqa S.A. (w.o.), Rabat A. (4 – 2) u Marsaxlokk F.C. (1 – 0).", "Sfortunatament din it-tieni avventura fit-Tieni Diviżjoni kienet waħda verament qasira għaliex fi tmiem l-istaġun 2011/12 it-tim rega' sab ruħu relegat wara li spiċċa fit-tielet post mill-aħħar b'total ta' 25 punt, żewġ punti taħt it-tim ta' qablu li żamm postu fit-Tieni Diviżjoni.", "Mill-ewwel deher li l-klabb kien ser ikollu għadma iebsa fit-Tieni Diviżjoni u dan x'aktarx minħabba l-fatt li l-promozzjoni mirbuħa kienet aktar riżultat tar-riorganizzazjoni tal-M.F.A. milli għas-saħħa tat-tim meta wieħed iqis li f'dik is-sena l-klabb kien spiċċa fir-raba' post minn 11-il tim fil-klassifika finali ta' Sezzjoni 'A' b'distakk ta' għaxar punti mit-tielet tim.", "Kien ukoll is-sebgħa u l-aħħar tim promoss.", "Fl-istaġun li għadda, jiġifieri 2013/14, il-klabb f'għeluq l-40 anniversarju mit-twaqqif tiegħu kien għoddu reġa' kiseb il-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni.", "Mill-erbatax il-tim fit-Tielet Diviżjoni erbgħa timijiet kellhom jiġu promossi.", "Filwaqt li l-ewwel żewġ klabbs (Sirens u Swieqi U.) aċċertaw ruħhom mill-promozzjoni xi ftit kmieni, il-ġlieda għaż-żewġ postijiet l-oħra baqgħet sat-tmien bejn tliet timijiet, fosthom Attard F.C. It-tielet tim (Għaxaq F.C.) kiseb il-promozzjoni fil-logħba ta' qabel l-aħħar filwaqt li r-riżultati ta' l-aħħar ġurnata tal-kampjonat ħallew lil Attard F.C. u Xgħajra T. fir-raba' pożizzjoni bi 48 punt kull wieħed u żewġ punti taħt Għaxaq F.C. Riżultat ta' dan kienet meħtieġa decider biex jiġi deċiż ir-raba' tim promoss.", "F'din id-decider li ntlagħbet nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Mejju, 2014, it-tim ta' Xgħajra ħareġ rebbieħ fuq dak ta' Attard F.C. bl-iskor ta' 3 – 0 biex aċċerta r-raba' post u l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17809", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17809", "title": "Għaxaq FC", "text": ["Għaxaq FC", "Għaxaq FC huwa klabb tal-futbol mill-villaġġ ta' Ħal Għaxaq fix-Xlokk ta' Malta.", "Twaqqaf fl-1950 u bħalissa jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni.", "Għaxaq bdew il-Futbol fl-1939.", "Il-fundatur ta 'l-ewwel tim fil-villaġġ kienu jismu Għaxaq United, kien Indri Mizzi, margħuf bħala l-bevvet.", "Għaxaq United lagħbu biss logħbiet ta ħbiberija f'dak iż-żmien.", "L-atturi kollha kienu minn Ħal Għaxaq, fosthom Gammari Bartolo (margħuf bħala z-zuba), Carmel Agius (margħuf bħala l-majmin), Salvu Dimech (margħuf bħala l-Fantin), Peppi Spiteri (surgent) u Tony Schembri (margħuf bħala s-Santu).", "Iżda Għaxaq United ma tantx damu u l-villaġġ kellu jistenna sakemm jkollha tim ieħor 1950-1951 ...", "Għaxaq FC.", "Għaxaq FC oriġinaw fis-sajf tal-1950 u immedjatament sabu posthom fl-MFA Kampjonat ta' Tielet Diviżjoni.", "Huma lagħbu l-ewwel logħba tagħhom kontra Siġġiewi fil-15 ta 'Ottubru, 1950.", "Kien bidu promettenti peress li rebħu l-logħba 2-1.", "Imma xorta waħda kienu permanenti fil-kampjonat tagħhom.", "Sat-tmiem tal-istaġun sabu kklassifikati fil-gradi aktar baxxi.", "L-istaġun segwenti ma kienu kisbu l-ebda tim faċli jikkompeti magħhom.", "Madankollu, huma rnexxielhom iżommu l-pożizzjoni tagħhom fit-Tielet Diviżjoni sa l-istaġun 1955-56, fejn huma kellhom ikollhom 'decider' kontra Lija Athletic għar-relegazzjoni, meta sabu ruħhom aħħar post fit-Taqsima A. Peress li din il-logħba spiċċat fid-dro ta 2-2 iżda il-logħba kienet skedata, iżda għal xi raġuni Għaxaq qatt ma urew u Lija rebħu b\"'walkover\".", "Bħala riżultat ta 'dan kollu, Għaxaq kienu relegati u posthom ittieħed minn Għargħur Excelsior.", "Dan kien it-tmiem tat-tim t'Għaxaq.", "Kmieni fis-60 tim ieħor ġie iffurmata taħt l-isem ta 'Colts Għaxaq, li l-isem kien inbidel aktar tard għal 'Għaxaq Gazelles'.", "Dan it-tim kien magħmul minn plejers żgħażagħ fosthom Charlie Buttigieg, l-aħwa Frans u Mario Caruana u Ninu Dimech.", "It-tim kien imexxi minn-Anġlu Dimech.", "Għaxaq Gazelles ikkompetew fil MAFA, iżda fl-istaġun 1967-68 huma kienu elenkati fl-MFA.", "L-istaġun 1969-70 ma kienx wieħed mill-aħjar staġuni għall Għaxaq.", "It-tim kien kklassifikat fl-aħħar post u kien obbligat li jilagħab ma Mqabba u Qrendi għar-relegazzjoni.", "Għaxaq spiċċaw ġew relegati u konsegwentement tilfu posthom fil-kampjonat.", "Franza Zahra kien l-ewwel president ta 'Għaxaq FC."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17812", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17812", "title": "Kalkara FC", "text": ["Kalkara FC", "Kalkara Football Club huwa klabb Malti mill-Kalkara, li bħal issa jilgħab fit-Tieni Diviżjoni"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17815", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17815", "title": "Qrendi FC", "text": ["Qrendi FC", "Qrendi Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-villaġġ ta Qrendi fin-Nofsinhar ta' Malta.", "Beda fl-1955, bħalissa jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni.", "In-\"nursery\" tal-klabb pproduċiet diversi plejers u uffiċjali distinti li jissema l- isem tagħhom fil- pajjiż kollu.", "Dr Joe Mifsud li kien il- President tal- Malta Football Association huwa oriġinarjament mir- raħal tal-Qrendi, qabel il-kariga kurrenti tiegħu, għal ħafna snin kien jokkupa l- kariga ta' President tal- klabb.", "Mr Carmelo Gauci (il-Busby), eks- kit maniġer tat- Tim nazzjonali tal- futbol ta' Malta serva wkoll ghal ħafna snin f' diversi karigi mportanti fil-kumitat kif ukoll bħala maniġer tat-tim u bhala President.", "Bhala players li hargu mill- klabb ma tistgħax ma ssemmix lil Joe Farrugia (il-Faqi) li lagħab mas- Sliema Wanderers FC u l- Marsa FC.", "Dan ukoll laghab kontra l-Juventus FC bħala plejer tal-Marsa waqt li fl-Awstralja hu lagħab ma' Melita Eagles .", "Aldrin Muscat wkoll jilgħab ma Qrendi FC.", "Huwa lagħab fil-kampjonat Premier ma Żurrieq u Sliema fejn fl-1995/96 hu lesta l-kampjonat bħala l-aqwa skorer bi 18-il gowls u rebaħ ukoll l-Premier League.", "Huwa lagħab ukoll ma 'diversi timijiet oħra bħall Gozo FC, ​​Qormi FC u ​​Msida Saint-Joseph FC", "Plejer ieħor li jissemma huwa l-eks-teżorier tal-MFA;Norman Darmanin Demajo (id-Dede) li lagħab għal Qrendi FC u mbagħad kien trasferit lill-Valletta FC għas-somma ta 'LM 700.00 (€ 1,630.00) li kienet ikkunsidrata ħafna flus fl-70/80.", "Il-klabb esperjenzaw xi problemi finanzjarji fis-sena 1995 wara li t-tim kien promoss għat-Tieni Diviżjoni bl-ebda telf .", "Madankollu 10 snin wara, fl-2006, Qrendi kellhom kumitat ġdid b'10 membri tax-xogħol u dedikati.", "Matul l-istaġun 2006/07 Qrendi FC laħqu l-play-offs, iżda naqsu milli jiġu promossi, jitilfu logħbiet kollha.", "Filwaqt li fl-istaġun li jmiss 2007/08,Qrendi spiċċaw fil-ħames post. Il- President attwali huwa s- sur Daniel Farrugia filwaqt li bhala kowc ghal- istagun 2013-15 kien Demis Paul Scerri.", "!bgcolor=silver|Pożizzjoni !bgcolor=silver|Isem"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17818", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17818", "title": "Luqa St. Andrew's FC", "text": ["Luqa St. Andrew's FC", "Luqa St Andrew's Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-belt ta Ħal Luqa fil-lbiċ ta Malta.", "Il-Klabb beda fl-1934, il-klabb bħalissa jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni.", "Fl-istaġun 2010-11 Luqa rebħu l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni.", "Fl-istaġun 2011-12 Luqa sfaw relegati għat-Tielet Diviżjoni.", "Il-laqam ta' tim huwa \"Saints\"", "Rebbieħa:"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17820", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17820", "title": "Marsaskala FC", "text": ["Marsaskala FC", "Marsaskala Football Club hu klabb tal-futbol Malti ibbażat ġo Marsaskala.", "Il-klabb attwalment jilgħab fit-Tielet Diviżjoni.", "Il-Klabb jirrappreżenta r-raħal ta' Marsaskala fin-nofsinhar ta Malta li għandu r-rata ta' nies li qed jikbru malajr fuq il-post.", "In-Nies huma ħerqana biex jiffurmaw klabb sportiv tar-raħal, numru ta 'residenti minn Marsaskala, notevolment Daniel Spiteri, Stephen Bell, Dr Zaid Teebi, Joseph Farrugia, Albert Spiteri assistat minn l-avukat Owen Bonnici, bnew it-tim minn \"nothingness\".", "Huma aktar tard ingħaqdu magħhom Jesmond Mugliett u Dr Reuben Debono, flimkien mal-President tal-klabb.", "L-ewwel staġun tal-klabb, kien diżappuntati kif spiċċaw fil-pożizzjoni ta' qabel tal-aħħar u rebħu il-premju tal-\"Fair Play\", filwaqt li fl-istaġun ta' wara l-klabb kera lill-kowċ Alan Mifsud, li qabel kien kowċ ta' Żejtun Corinthians Dan it-tim b'nofsu mibni kiseb it-8 pożizzjoni fit-Tielet Diviżjoni Maltija.", "L-istaġun 2012-2013 kien hemm it-tim kollu lest bil-ħarsa komplimenta, il-plejers u l-kumitat inklużjoni Joseph Cutajar bħala assistent kowċ.", "Fl-istaġun 2012-2013 Marsaskala bdew b'rebħa 3-0 fuq Victoria Hotspurs t'Għawdex fl-ewwel rawnd tal-U BET Trophy.", "Huma spiċċaw it-tielet fil-klassifika tat-Tielet Diviżjoni Maltija 2012–13 b'hekk ġew promossi għall-ewwel darba fit-Tieni Diviżjoni Maltija 2013–14."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17822", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17822", "title": "Mdina Knights FC", "text": ["Mdina Knights FC", "Mdina Knights Football Club huwa klabb tal-futbol Malti ibbażat fl-Imdina.", "Il-klabb attwalment jilgħab fit-Tielet Diviżjoni.", "Mdina Knights FC għandhom erba 'membri fundaturi: Gilbert Camilleri, Matthew Paris, Keith Galea u Sean Buhagiar.", "Huma jikkolpettu għall-isports u l-ambizzjoni tagħhom biex jipparteċipaw fil-ġenb amministrattiv tal-futbol lokali li jwassal għall-ħolqien ta 'klabb tal-futbol, li jirrappreżentaw l-eks belt kapitali ta' Malta ,l-Imdina.", "Il-viżjoni tagħhom hija li joħolqu struttura professjonali mmaterjalizzata, u jikbru f'kull sena li tgħaddi, prova ta' dan huwa l-appoġġ kbir mill-affiljati kummerċjali u l-ammont sostanzjali ta 'membri tal-kumitat.", "Mdina Knights FC (MKFC) ġiet uffiċjalment rikonoxxuta mill-Malta Football Association (MFA) permezz ta 'digriet datat fil-25 Mejju, 2006, u ippartecipa f'suċċess kbir fit-Tielet Diviżjoni Maltija.", "Wara li mmisjaw il-post li jilgħabu fil-play off fl-istaġun 2007/08, dan kien għadu it-tieni staġun biss wara l-formazzjoni tal-Klabb, il-Kavallieri esperjenzaw l-\"heartbreak\" li jitilfu f'żewġt play-offs suċċessivi fis-semi-finali fl-istaġuni 2008/2009 u 2009/2010.", "Il-Kavallieri wkoll immisjaw li ma ħadux il-promozzjoni awtomatika fl-istaġuni 2010/2011 u 2011/2012, imma'reputazzjoni kibret bħala klabb magħruf għal-logħob fl-għajn tal-futbol.", "Staġun 2011-2012 se tiġi mfakkra min dawk kollha marbuta mal-Mdina Knights FC ( Knights:Kavallieri), bħala s-sena ta \"IFs\".", "Wara skwadra kbira ta '25-irġiel b'saħħithom, kullħadd kapaċi jisfida għal-ewwel post fl-aħħar quċċata tat-Tielet Diviżjoni Maltija, għall-inqas il-Kavallieri bdew l-istaġun b'ħafna ottimiżmu.", "Dan kien viżibbli mit-timijiet bi prestazzjonijiet bikrija, b'rebħa 8-0 fuq Xgħajra Tornadoes fil-pre-staġun u telfa storika 8-1 mat-tim għawdxi 'Għarb Rangers fl-ewwel rawnd tal-U*BET FA Trophy.", "L-ewwel logħba tal-istaġun kienet wkoll irriżulta tajba 4-1 mat-tim tal-Kalkara, u l-Kavallieri kienu telgħu 16-il punt minn '21 punt mill-ewwel 7 logħob ta' l-istaġun.", "Milli jidher il-Kavallieri kienu qedgħin jiġġildu sew għall-battalja għall-ewwel post.", "Matul dan il-perjodu, il-Kavallieri wkoll b'mod restrittiv tilfu ma Xewkija Tigers, fit-tieni rawnd tal-U*BET FA Trophy,wara telfa ta 2-1.", "Dawn kienu ċampjins promossi tal-Ewwel Diviżjoni ta 'Għawdex.", "Kien mument kruċjali fl-istaġun, mbagħad segwu fuq it-tim tal-quċċata tal-kampjonat kontra Fgura United, li kellhom tim tajjeb, il-Fgura bdew jirbħu 2-0 ma l-aħħar 5 minuti, il-Kavallieri ġabu l-logħba 2-2 fil-moda kontroversjali, ukoll kienu tilfu id-Direttur Tekniku, diversi atturi u suspensjonijiet għal laqgħat li ġejjin.", "Wara dan , il-Kavallieri setgħet biss tiġbor punt 1 minn żewg logħbiet suċċessivi kontra rivali promossi Għaxaq u St. Lucia.", "Il-Kavallieri mbagħad ġabet rebħa min fuq Swieqi United, iżda għal darb'oħra sofriet telfa fl-idejn ta rivali promossi Mġarr United.", "Il-Kavallieri f'dan il-punt kienu jafu li kellhom ġlieda enormi fuq l-idejn tagħhom biex jiksbu promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni Maltija.", "Dan kien eċċelanti li l-Kavallieri jaslu biex jiksbu rebħa fuq it-tim ta Marsa, Kalkara, Marsaskala, Mtarfa u Qrendi, filwaqt li inżammu għal ta 'tlugħ minn Pembroke iċ-ċampjins ta Tielet Diviżjoni fuq il-mixja li tpoġġi l-Kavallieri sodi fl-allegazzjoni għall-promozzjoni.", "Madankollu, dro kontra Sirens, telfa kontra Fgura u draw ieħor kontra Xgħajra Tornadoes f'sekwenza ta logħba pivotali li tnaqqas 3 ċansijiet għall-Kavallieri, il-Kavallieri kienu jafu li huma assolutament kellhom tħabbiet rivali ma Għaxaq biex jakkwistaw kontroll fuq tamiet tagħhom għall-promozzjoni.", "Huma rebu lil Għaxaq, madankollu dan kien immedjatament segwit minn ħolma 2-1 telf kontra Santa Luċija.", "Il-Kavallieri issa kienu jafu li l-promozzjoni ma kienx taħt idejhom, u minkejja ġestjoni ta' 4 punti minn l-aħħar 3 logħbiet tagħhom tal-kampjonat , il-Kavallieri spiċċaw l-istaġun 2011-2012 qasir mill-postijiet ta 'promozzjoni mixtieqa."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17824", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17824", "title": "Mtarfa FC", "text": ["Mtarfa FC", "Mtarfa Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mil-lokalità ta 'Mtarfa, ir-raħal tal-barraki l-kbar britaniċi li jinsab fit-tramuntana ta' Malta.", "Il-Klabb beda fl-2006, bħalissa qiegħed jieħu sehem fit-Tielet Diviżjoni.", "Dawn ikkompetew għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom fl-istaġun 2007/2008.", "Huma daħlu fil-Malta Football Association minflok Ta' Xbiex SC, li tilfu l-istat minħabba riżultati ħżiena tagħhom fid-diviżjonijiet baxxi tagħhom."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17876", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17876", "title": "Senglea Athletic FC", "text": ["Senglea Athletic FC", "Senglea Athletic Football Club hu klabb tal-futbol tad-dilettanti.", "Huwa l-klabb li ġej mill-Isla.", "Dan il-klabb jieħu sehem fit-Tielet Diviżjoni organizzat mill-Malta Football Association.", "Bħalissa qieghdin fit-tieni post.", "Senglea Athletic Football Club beda fl-1943.", "Il-klabb gie imsemi bħala \"Senglea United\", li kien ġie iffurmat fl-1921 wara t-tmiem ta 'Senglea Shamrocks.", "Wara Tieni Gwerra Dinjija l-klabb beda jikkompeti fit-Tieni Diviżjoni Maltija.", "Barra minn mumenti ta 'suċċess u kuntentizza, dan il-klabb kellu wkoll mumenti diżappuntanti tiegħu.", "Għal ħafna drabi dan il-klabb kellu riżultati baxxi fid-diviżjonijiet ta 'Malta.", "L-aktar mumenti ta 'glorja u l-kuntentizza seħħew f'nofs is-sena 1970 ta' meta l-klabb kien promoss għat-Tieni Diviżjoni Maltija, u aktar tard fl-Ewwel Diviżjoni Maltija.", "Għal numru ta 'drabi wara xulxin Senglea Athletic FC kienu ddikjarati ċampjins tat-Tieni Diviżjoni Maltija.", "Għal mument ieħor, fl-1981, il-klabb ġie promoss għall-Premier League Malti.", "Matul dak l-istaġun, Senglea Athletic għamlu l-istorja kkontestata meta ġew fil-finali tat-Tazza Maltija, waqt li kienu fl-Ewwel Diviżjoni Maltija.", "Il-klabb kien ferm viċin li jipparteċipa fil-UEFA Cup Winners' Cup, imma sfortunatament il-finali kontra Floriana intemm f'telf ta 2-1 għall Senglea Athletic.", "Matul dak iż-żmien il-president tal-klabb kien Walter Clinch.", "Minn dak iż-żmien 'il quddiem ta Senglea Athletic kellhom xi mumenti ħżiena ħafna minħabba l-kriżi finanzjarja.", "Imma mbagħad fis-sena 2000, huma marru lura għas-saqajn tagħhom u kienu promossi mit-Tielet Diviżjoni Maltija u baqgħu sejrin lejn it-Tieni Diviżjoni Maltija, flimkien ma 'Msida.", "Matul dak iż-żmien l-president ta Senglea Athletic kien Reno Chirchop.", "Is-sena ta wara, Senglea Athletic, din id-darba mill-ġdid ma Msida, kienu promossi għall-Ewwel Diviżjoni.", "Matul dak iż-żmien l-president għal Senglea Athletic Kien Dr Vincent S. Zammit.", "L-għan tal-klabb kien li jikkompetu fil-Premier League Malti u ħa pass lura, meta fl-istaġun 2008-09 kienu relegati għat-Tieni Diviżjoni.", "Matul l-istaġun 2009-10 Senglea Athletic spiċċaw il-kampjonat fid-9 post, pożizzjoni fuq il-relegazzjoni tal-play-offs.", "Fl-istagun 2012-13 Senglea ġew inkurunati ċampjins tat-Tielet Diviżjoni għat-tieni darba."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17884", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17884", "title": "It-Tempesta", "text": ["It-Tempesta", "It-Tempesta hi traġikummiedja f'ħames atti miktuba minn William Shakespeare fl-1611.", "Il-Granduka ta' Milan, Prospero wara li ħuh kien faqqru u eżiljah, tħalla ma' bintu Miranda fuq gżira abbandunata.", "Bis-seħer li kien tgħallem mill-kotba li kellu, seta' jikkontrolla l-elementi u l-ispirti fosthom Ariel, spirtu pożittiv tal-arja u n-nifs tal-ħajja u Caliban spirtu negattiv li jissimbolizza l-art, il-vjolenza u l-mewt.", "Ix-xena tiftaħ b'nawfraġju, ikkawżat minn Ariel, ta' ġifen li kien hemm fuqu ir-re ta' Napli, ibnu Ferdinand kif ukoll ħuh Antonio, li kien ta xhieda falza kontra Prospero.", "Permezz tas-seħer u tal-illużjoni, Prospero għadda 'l dawn it-tlieta, mitluqin fuq il-gżira, minn diversi provi maħsuba biex jikkastighom għat-tradiment tagħhom, iżda li kellhom ukoll karattru ta' inizzjazzjoni.", "Fl-aħħar tar-rakkont, Prospero għamel paċi ma' ħuh u r-re, u żewweġ lil bintu ma' Ferdinand, ħeles lil Ariel u 'l Caliban u rrinunzja l-maġija biex jieħu lura d-dukat tiegħu.", "Il-persunaġġi f' \"It-Tempesta\" daż-żmien laħqu livell kważi mitiku: jirrappreżentawhom, jikkwotawhom u ħafna artisti jużawhom fix-xogħolijiet tagħhom.", "Huma jinkarnaw u jissimbolizzaw b'għana kbira l-imġiba u s-sentimenti tal-bniedem.", "Caliban u Ariel spiss servew biex jissimbolizzaw il-popli primittivi tal-kolonji, ilsira u ġugarelli tal-poteri kolonjali, mitfugħin 'l u 'l hemm fil-piki tal-kolonizzaturi li lilhom ma kinux jifhmuhom.", "Shakespeare uża xena mir-rakkont ta' Pigafetta, kavallier ta' Rodi, idealista u żagħżugħ, rakkomandat minn Karlu V lil Magellan u li akkumpanjah fuq l-espedizzjoni tiegħu lejn ir-Rotta tal-Ħwawar li telqet minn Sivilja fl-1519.", "Kien ma' Magellan fil-Battalja tal-gżira Mactan kontra r-raġa Silapulapu.", "Hemm bosta deskrizzjonijiet differenti tal-battalja li fiha miet Magellan, l-iżjed eżatta hi aktarx dik ta' Pigafetta.", "Xi elementi tad-dramm jidhru li ġejjin mir-rakkont ta' William Strachey dwar l-għarqa tas-\"Sea Venture\", li ġrat fl-1609 fl-arċipelagu ta' Bermuda.", "L-istorja inkitbet fl-1610 imma ġietx stampata sal-1925, però bosta manuskritti kienu jiċċirkulaw, u Shakespeare seta' tnebbaħ minnha fid-deskrizzjoni tan-nawfraġju tal-ġifen tar-Re ta' Napli.", "Barra minn hekk, hemm monologu ta' Gonzalo li hu ispirat mit-test ta' Montaigne \"Des Cannibales\", li jfaħħar il-popli indiġeni tal-Karibew.", "Id-diskors ta' Prospero meta jirrinunzja s-setgħat tiegħu hu traskrizzjoni kważi litterali tal-kliem ta' Medea fil-\"Metamorphosis\" ta' Ovidju.", "Id-dramm ifakkarna wkoll fid-dramm ta' Sofokle, \"Philoctetes\"; it-trama ġenerali hi l-istess: eżilju fuq gżira, nawfraġju, il-Prinċep depost, rikonċiljazzjoni.", "L-ewwel att jiftaħ f'nofs maltempata kbira.", "Ġifen li kien qiegħed iġorr ir-Re Alonso ta' Napli u ta' madwaru, li kienu sejrin lura d-dar minn Tunes fejn marru għat-tieġ ta' bint ir-Re, qed jintefa' 'l hawn u 'l hemm mill-mewġ qawwi.", "Waqt li n-nostromu jipprova jżomm il-ġifen fil-wiċċ, ir-re u ż-żewġ irġiel ta' rashom sħuna, Antonio u Sebastian, jitilgħu fuq il-gverta u jibdew jgħajtu l-ordnijiet lill-ekwipaġġ.", "In-nostromu ma jkollux żmien joqgħod jisma' r-Re arroganti u l- korteġġjani tiegħu, u jeħodhom bil-għerra.", "L-irġiel jirrabjaw u jibdew jgħajruh u jinsultawh huwa u jipprova jerġa' jieħu kontroll tat-tmun.", "Gonzalo, il-kunsiller tar-Re biss jibqa' kalm u kwiet waqt li r-riħ jaqsam il-ġifen fi tnejn.", "Fuq gżira fil-qrib, Prospero, il-veru Duka ta' Milan, u bintu ta' ħmistax-il sena, Miranda, qed jaraw in-nawfraġju tal-ġifen.", "Il-ħanina Miranda titwaħħax b'dak li qed tara, imma Prospero jiżguraha li l-irġiel fuq il-ġifen ħa jsalvaw.", "Jispjega lil bintu kif kellu x'jaqsam man-nawfraġju u man-nies fuq il-ġifen.", "Jgħid lil bintu li darba kien id-Duka ta' Milan, u, bħala Duka, qatta' ħafna mill-ħin tiegħu jitgħallem l-arti tas-seħer.", "Iżda, fl-ambizzjuż Antonio, ħu Prospero, \"qamet natura ħażina\" (I.II.93), u ddeċieda li jiddeponi 'l Prospero u joħodlu t-titlu ta' Duka.", "Antonio kien mgħejun mir-Re Alonso, u flimkien neħħew 'il Prospero mill-poter u qegħduh ma' Miranda, li kellha sentejn, ġo dgħajsa li abbandunaw fuq il-baħar.", "B'xorti tajba, il-ħanin Gonzalo kien tahom magħhom l-ilma, il-ħwejjeġ, u provvisti oħra, fosthom il-kotba li Prospero kellu għal qalbu.", "B'hekk setgħu iżżommu fuq wiċċ il-baħar għal xi żmien, u fl-aħħar niżlu fuq gżira li saret id-dar permanenti tagħhom.", "Issa d-Destin ġab l-għedewwa ta' Prospero qribu għal darb'oħra, u, jammetti lil Miranda li permezz tas-seħer hu kien responsabbli għall-maltempata li ġabet 'il ħuh u r-Re fuq il-gżira.", "Issa l-affarajiet qegħdin isiru aktar urġenti mill-ħafna mistoqsijiet ta' Miranda, u Prospero jraqqadha bis-seħer tiegħu waqt li jsejjaħ 'il qaddej tiegħu, l-ispirtu jismu Ariel.", "Ariel jgħid lil sidu li bil-maġija tefa' l-passiġġieri f'ħolma u ferrixhom mal-gżira, u żgurah li bin ir-Re, Ferdinand, kien waħdu kif kien ordna Prospero.", "Ferdinand qiegħed waħdu jibki l-mejtin għax ħaseb li hu biss kien salva min-nawfraġju.", "Ariel xeba' mill-qadi li kien tah Prospero biex iwettaq, u jilminta \"Hemm qadi ieħor?\" (242), iżda Prospero malajr ifakkar lil Ariel li l-\"qadi\" hu ħlas li kien jafu 'l Prospero talli salvah mill-priġunerija fiz-zokk ta' siġra, li wettqet 'is-saħħara infami Sycorax'(258) li issa kienet mietet imma darba kienet taħkem il-gżira bis-seħer tagħha.", "Prospero jiżgura lil Ariel li, jekk il-pjanijiet tiegħu jirnexxu jeħilsu mill-obbligi kollha tiegħu.", "Imbagħad jordna 'l Ariel li jagħmel lilu nnifsu inviżibbli għal kulħadd ħlief sidu.", "Ariel itir u jitlaq u Prospero jqajjem 'il Miranda u jgħidilha li ħa jżuru l-ilsir l-ieħor tiegħu, Caliban, l-iben sfigurat u salvaġġ tas-saħħara mejta Sycorax.", "Minkejja li Prospero kien ipprova jimmansah, Caliban baqa' salvaġġ u barbaru, u saħansitra pprova jistupra 'l Miranda.", "Prospero jsejjaħ lil Caliban li kontra qalbu fl-aħħar jiġi, igerger dwar il-jasar tiegħu.", "Prospero wieġeb li għandu kull dritt li jassar lil Caliban, bħala ħlas għall-edukazzjoni kollha li kien tah u l-ħniena li kien urieh.", "Caliban jirrispondi, jisħaq li qatt ma ried ikun edukat minn Prospero:", "Prospero jibgħat lil Caliban jiġbor il-ħatab, u Ferdinand jidħol b'Ariel inviżibbli warajh, idoqq u jkanta.", "Miranda tara 'l Ferdinand u mill-ewwel tiġġenen warajh u Ferdinand jintilef wara Miranda.", "Prospero, li kien qiegħed jittama li bintu ssir tħobb 'il Ferdinand, kuntent ħafna.", "Madankollu, biex jiżgura li Ferdinand hu r-raġel li jixirqilha Miranda, jipprova d-determinazzjoni tiegħu u jagħmel b'ruħu li ma jafdax iż-żagħżugħ.", "Minkejja d-dwejjaq ta' Miranda, Prospero jaqfel lil Ferdinand.", "Fin-naħa l-oħra tal-gżira, Gonzalo jipprova jikkonsla lir-Re Alonso, li mingħalih li tilef lil ibnu, Ferdinand.", "Ħu r-Re, Sebastian, mhux daqshekk ħanin u jidħaq b'Gonzalo għax kien qieghed jipprova jwennes lir-Re.", "Sebastian ifakkar lir-Re li qabel telqu kienu tawh parir kontra l-vjaġġ lejn Tunes, u għalhekk hu direttament responsabbli għall-għawġ tagħhom kollu.", "Jasal Ariel u bis-seħer iraqqad lil kulħadd barra Antonio u Sebastian.", "Antonio jissuġġerixxi li joqtlu r-Re kif inhu rieqed u jagħmlu 'l Sebastian ir-Re ġdid ta' Napli.", "Sebastian jaqbel miegħu, imma kif joħorġu x-xabla, Ariel iqajjem lir-re Alonso u lil Gonzalo.", "Gonzalo jarahom bix-xwabel maħruġin u jistaqsihom x'qegħdin jagħmlu.", "Sebastian jigdeb u jgħidlu li sema' għajta li kienet qisha tal-annimali selvaġġi, u kienu ħa jipproteġu r-Re li kien rieqed.", "Ir-re Alonso jemminhom u ma jagħtix kas u jitlobhom jgħinuh ifittex 'l Ferdinand.", "Huma jaqblu u tintemm x-xena.", "Caliban jspiċċa jqatta' l-ħatab u jisma' ragħda kbira.", "Din tnebbħu biex jibda jgerger waħdu bil-mibgħeda kontra Prospero: \"L-infezzjonijiet kollha li tixrob ix-xemx/Minn basassi, mngħajdri u xagħri jaqgħu fuq Prospero, u jmarrduh pulzier pulzier!\" (1-3) Jaħseb li Prospero mela l-gżira bl-ispirti biex jaħqruh talli dam ma lesta l-ħatab.", "Jiġi Trinculo, il-buffu tal-qorti li kien ivvjaġġa mar-Re, u Caliban m'għandhiex xi ngħidu, jassumi li huwa wieħed mill-ispirti ta' Prospero jispjuna fuqu.", "Caliban jinżel mal-art biex ma jindunax bih.", "Trinculo qed tfittex il-kenn, inkwetat mill-maltempata li ġejja.", "Jara 'l Caliban, mixfut mal-art wiċċu l-isfel u jsibu interessanti ħafna.", "Jixtieq li kien l-Ingilterra biex ikun jista' jdaħħal il-mostru li skopra f'xi wirja bħala skerz tan-natura.", "Ir-ragħad joqrob u Trinculo jkollu minkejja l-istmerrija tiegħu jidħol biex jiskenn taħt il-mantell ta' Caliban.", "Fi kliemu li saru famużi, \"Il-gwaj iġiegħelek issir taf xi sħab tas-sodda veru strambi!\"(42).Issa jidher Stephano, il-maggurdomu tar-Re li kien ukoll salva min-nawfraġju.", "Wasal fuq l-art riekeb fuq bettija inbid u peress li kien xorob li kien fiha, issa sakran sewwa.", "Meta jara 'l Trinculo u Caliban mixħutin mal-art jaħsibhom mostru b'żewġt irjus u b'erba saqajn, indiġenu tal-gżira.", "Stephano jagħti 'l Caliban il-ftit inbid li kien baqagħlu bit-tama li jippaċifika dan il-waħx.", "Caliban jgħajjat, \"Taħqarnix, nitolbok\" (73) billi għadu jemmen li dawn in-nies huma spirti mibgħutin minn sidu.", "Trinculo jqum u jieħu r-ruħ meta jara 'l sieħbu.", "It-tnejn jibdew jiżfnu biex jiċċelebraw ir-rijunjoni tagħhom filwaqt li Caliban,li issa fis-sakra bl-ewwel belgħa nbid, jiddeċiedi li Stephano se jkun sidu l-ġdid: \"Inbuslek sieqek.", "Naħlef li jien qaddej tiegħek.\" (154).", "Stephano jaċċetta bil-qalb l-offerta ta' Caliban u jitilqu biex jaraw l-għeġubijiet tal-gżira.", "It-tielet att jiftaħ b'Ferdinand iwwettaq id-dmirtijiet kontra r-rieda tiegħu li ordnalu Prospero.", "Jgħid lilu nnifsu li, għalkemm mhux imdorri b'dak ix-xogħol iebes, iħobb ix-xogħol għax jaf li Miranda \"tibki\" meta tarah isofri.", "Tidher Miranda b'Prospero wara li jistaħba minnhom.", "Hi toffri li tgħin lil Ferdinand biex iġorr iz-zkuk imma hu jirrifjuta l-għajnuna tagħha, jinsisti li kien aħjar għalih li jaqsam dahru milli jaraha ssofri \"diżunur bħal dan\" (27).", "Jiddikjaraw l-imħabba tagħhom lejn xulxin u jiftehmu li jiżżewġu kemm jista' jkun malajr.", "Prospero jifraħ b'dak li qiegħed jisma' u, issa żgur li Ferdinand jistħoqq lil bintu, imur lura lejn il-kotba tiegħu u lejn l-affarijiet iżjed urġenti li kellu ma' Antonio u r-Re.", "L-attenzjoni ddur għal darb'oħra fuq Caliban, Stephano, u Trinculo.", "Stephano ma jistax jikkontrolla 'l Caliban, li jobgħod lil Trinculo għaliex joqgħod isejjaħlu \"il-mostru\".", "Caliban jipproponi li flimkien jegħlbu u joqtlu lil Prospero, u jisirqulu l-kotba u 'l bintu.", "Stephano jaqbel mal-pjan, għax jara ruħu bħala l-ħakkiem tal-gżira u żewġ Miranda.", "Iżda Ariel jisma' x'qegħdin jgħidu u jmur jiġri jgħid lil Prospero.", "Sadanittant, Ir-Re Alonso u l-korteġġjani tiegħu kienu qegħdin ifittxu 'l Prinċep Ferdinand mal-ġzira kollha.", "F'daqqa waħda, kreaturi maġiċi iġibu pranzu u jqiegħdu l-ikel quddiem l-irġiel bil-ġuħ.", "Alonso, Sebastian, u Antonio jiġru lejn il-pranzu, imma kif ikunu se jieklu, jidher Ariel, fil-forma ta' arpja, u l-mejda tisparixxi f'tifqigħa ta' ragħad u sajjetti.", "Ariel jakkużahom li kienu rġiel ħżiena u jgħidilhom li d-Destin ġust kien ikkawża n-nawfraġju tagħhom u kien ħadlu 'l ibnu lil Alonso.", "Jgħidilhom ukoll li se jkunu itturmentata sakemm ibiddlu l-imġiba ħżiena tagħhom u jibdew jgħixu \"ħajja nadifa\" (82).", "Ariel jisparixxi u jidhru għal darb'oħra l-kreaturi mistiċi jġorru l-mejda u jiżfnu mal-mużika ħelwa li issa timla l-arja.", "Ir-Re jiddeċiedi li jibqa' jfittex lil ibnu u jmut ma' ġenbu, u Antonio u Sebastian imorru warajh, imqarrqa li jistgħu jeqirdu l-ispirti tal-gżira.", "Gonzalo, inkwetat li qegħdin jiġġennu. imur warajhom, bit-tama li \"jżommhom minn dak li din l-estasi / Tista' issa ġġiegħlom jagħmlu\".", "(106-7)", "Prospero jagħti l-kunsent tiegħu għaż-żwieġ bejn Miranda u Ferdinand u jibda jipprepara ballu bil-maskri għat-tieġ taż-żewġ maħbubin.", "Iwiddeb lil Ferdinand li ma \"jiksrilhiex l-għoqda verġinali\" (15) sakemm jiżżewġu leġittimament.", "Mużika ħelwa timla l-arja u tliet spirti jagħmluha tal-allat, Iris, Ċerere, u Ġunone jinżlu biex jieħdu sehem fil-festa.", "Jidhru ninfi oħra u kollha jibdew jiżfnu u jixxalaw.", "Iżda l-festi jieqfu ħesrem meta jinstema' ħafna għajjat mid-dar ta' Prospero.", "L-għajjat ġej minn Caliban, Stephano, u Trinculo, li għadhom fis-sakra u lesti li joqtlu 'l Prospero.", "Prospero jibgħat l-ispirti u jgħid lil Ferdinand u Miranda:.", "\"\"Ix-xalar tagħna issa ntemm.", "Dawn l-atturi tagħna,\"", "Prospero jordna 'l Ariel li joħroġ ħwejġu kollha għax jaf li Stephano u Trinculo jagħmlu għall-oġġetti prezzjużi.", "Ariel jerġa' jidħol, dirgħajh mgħobbijin ilbies sabiħ.", "Prospero u Ariel joqgħodu għassa fejn ma jidhrux u Caliban, Stephano, u Trinculo jidħlu fiċ-ċella ta' Prospero, u m'għandniex xi ngħidu, jintilfu fuq il-ħwejjeġ sbieħ.", "Stephano u Trinculo jippruvawhom, minkejja it-twiddib ta' Caliban li jaf li Prospero se jaqbadhom.", "Minn barra jinstema' l-inbieħ tal-klieb selvaġġi.", "Prospero kien sejjaħ l-ispirti tal-gżira biex jieħdu l-forma ta' klieb tal-kaċċa selvaġġi u jkeċċu t-tliet infami miċ-ċella ta' Prospero.", "It-tlieta joħorġu jiġru jwerżqu.", "Prospero u Ariel jibqgħu hemm.", "Prospero jgħid lil Ariel li għedewwa tiegħu issa kollha f'idejh u li hu dalwaqt se jkollu l-ħelsien mill-gżira.", "L-aħħar att jiftaħ tlett ijiem wara li t-tempesta kbira kienet qerdet il-ġifen.", "Prospero, liebes l-ilbies tal-maġija, jisma' l-appell ta' Ariel f'isem n-nies li ġew l-art.", "Ariel jgħidlu li r-Re Alonso, Sebastian, u Antonio kienu t-tlieta ġġennu, filwaqt li Gonzalo kien qalbu maqsuma jibki l-vittmi.", "Il-kliem ta' Ariel irattbulu qalbu lil Prospero u jiddeċiedi li ħa jurihom il-ħniena li huma ma kinux urewh tnax-il sena qabel.", "Jibgħat lil Ariel għalihom, u f'solilokwiju jgħid li ladarba jerġa' jġib l-għedewwa tiegħu f'sessihom, ħa jirrinunzja s-seħer għal dejjem: \"\"Imma dan is-seħer aħrax/hawn ħa niċħad\"\" (50-1).", "Jaqsam il-bastun maġiku tiegħu, u jisħaq li se jitfa' l-baħar il-kotba kollha li għandu u minflok l-ilbies ta' saħħar ħa jilbes il-ħwejjeġ ta' meta kien Duka ta' Milan.", "Imdawwar b'mużika solenni Ariel iġib lil Alonso, Sebastian, Antonio, Gonzalo, Adrian, u Francisco ġo ċ-ċella ta' Prospero.", "Dawn qegħdin f'ħolma u joqgħod madwar ċirku li għamel Prospero.", "Prospero jgħid lil Ariel li issa ħieles mid-dmirijiet kollha, u li se jitilfu jmur lura Milan.", "Prospero joħroġhom mill-ħolma u Gonzalo l-ewwel li jitkellem: \"\"Jalla xi setgħa smewwitija toħroġna/Barra min din l-art tal-biża'.\"\" (105-6)", "Prospero jgħidilhom min hu u Alonso, li ra l-ħażen li kien għamel, jindem u jagħti lura d-dukat lil Prospero.", "Alonso jingħaqad ma' Ferdinand u ż-żewġ missirijiet jissiġillaw il-paċi bejniethom biż-żwieġ ta' wliedhom.", "Antonio u Sebastian ma jindmux, iżda jkollhom jobdu l-ordnijiet tar-Re biex jerġgħu jagħmlu 'l Prospero Duka ta' Milan.", "Prospero jaħfer lil Antonio iżda ma' jagħmilx paċi miegħu u jgħidlu: \" \"Lilek, sinjur mill-eħżen, li nsejjaħlek ħija/Iniġġiżli ħalqi, ma naħfirlekx l-agħar dnub\"\" (131-2).", "Jidħol Ariel man-nostromu u l-Kaptan tal-ġifen, u dawn jirrakontaw kif baqgħu skantati li raw il-ġifen imsewwi għal kollox u lest biex isiefer.", "Ariel malajr isejjaħ lil Caliban, Stephano, u Trinculo, li għadhom fis-sakra, u Prospero jgħid lil Caliban li issa jista' jkun ir-re tal-gżira u Caliban jiddispjaċih li qatt ħaseb li Stephano kien sidu.", "Isejjaħ lilu nnifsu \"\"ħmar doppu għal tliet darbiet\"\" (296) għax kien wera rispett lil dak l-istupidu.", "Prospero jistieden lir-Re u l-korteġġjani tiegħu biex jisimgħu l-istorja tal-ħajja tiegħu fuq il-gżira, u sadattant Ariel (bħala l-aħħar qadja lil Prospero) iħejji t-temp u l-baħar biex jieħdu 'l Prospero lura lejn l-Italja.", "\"It-Tempesta\" għandha iżjed mużika minn kull dramm ieħor ta' Shakespeare u dehret iżjed popolari bħala suġġett għall-kompozituri mill-parti l-kbira tad-drammi ta' Shakespeare.", "L-istudjuża Scholar Julie Sanders dan tattribwih lill-\"mużikalità u l-liriżmu li jħossu li fih\" id-dramm.", "Is-Sonata għall-Pjanu nru 17, fuq Re minuri, Op.", "31, nru 2, ta' Ludwig van Beethoven (1802) ingħatat is-sottotitlu \"It-Tempesta\" xi żmien wara l-mewt ta' Beethoven għax jgħidu li meta saqsewh fuq it-tifsira ta' din is-sonata, Beethoven wieġeb \"Aqraw \"It-Tempesta\"\".", "Imma din l-istorja qalha il-bijografu tiegħu, Anton Schindler, li mhux dejjem ta' min jorbot fuqu."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17886", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17886", "title": "St. Lucia FC", "text": ["St. Lucia FC", "Santa Luċija Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-villaġġ ta Santa Luċija fiċ-ċentru ta 'Malta.", "Il-Klabb beda il-futbol fl-1974, bħalissa jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni.", "L-Ewwel attività tal-futbol f'Santa Lucia bdiet fl-1963.", "It-tim kien Santa Lucia Grasshoppers u huwa ħa sehem fil-IASC Amatuer League.", "Ftit huwa magħruf dwar dak li ġara, iżda fl-1972 is-Sur Censu Attard, il-lokal, iddeċieda li jagħmel tim li jidħol fil-kampjonat tal-MFA.", "L-applikazzjoni ġiet aċċettata, u Santa Luċija kellhom l-ewwel logħba uffiċjali tagħhom kontra Żejtun fit-28 ta 'Settembru, 1974.", "Dak iż-żmien il-kampjonat kien imsemmi \"Ir-Raba' Diviżjoni\" li bħalissa margħuf bħala it-Tielet Diviżjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17894", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17894", "title": "Swieqi United FC", "text": ["Swieqi United FC", "Swieqi United Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-villaġġ tas-Swieqi fil-grigal ta' Malta.", "Il-Klabb beda l-futbol fl-2009 u bħalissa jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni.", "It-tim jilgħab bil-gerijiet oranġjo (taħlita tal-aħmar u l-isfar) u juża l-griż bħala t-tieni ger.", "Il-Kowċ tal-klabb għall-istaġuni 2009-2011 kien Roberto Debrincat li rnexxielu jwassal lis-Swieqi għat-tmien post minn 10 fl-istaġun 2009-2010 u għas-sitt post minn 11 fl-istaġun 2010-11.", "Il-klabb huwa magħruf għall-opportunità li jagħti 'l-plejers żgħażagħ tal-futbol u s-simbolu tal-klabb huwa l-Kokka - referenza għall-plejers li fuqhom hemm l-arma ta' Swieqi United FC.", "Il-klabb huwa rreġistrat mill-Malta Football Association u huwa rreġistrat mal-Kunsill Malti għall-Isport.", "Għal ħafna snin, in-nies kienu sorpriżi li kienet lokalità b'popolazzjoni ta 'aktar minn 8,000 nies ma kellhomx tim tal-futbol.", "Madankollu, kien dejjem kwistjoni ta '\"meta\" minflok \"jekk\", u ż-żgħażagħ ta' Swieqi kienu dejjem determinati li jagħmlu ċertu Swieqi li kienet rappreżentata fil-Kampjonat Malti.", "Il-klabb kien approvat unanimament mill-Kunsill tal-Malta Football Association il-Ħamis, fit-28 ta Mejju ,2009 u ż-żieda ta 'Swieqi fissret in-numru ta' klabbs fit-Tielet Diviżjoni Maltija żdiedu għal 20 bħala Qrendi u Mtarfa li tqiegħedu fl-aħħar fit-Taqsimiet A u B rispettivament kemm applikataw mill-ġdid u ġew approvati.", "Swieqi bdew jikkompetu fis-snin 2009-10.", "Kulur prinċipali tal-klabb kien magħżul biex ikun oranġjo peress li ebda tim ieħor f'Malta ma kien juża dan il-kulur u Swieqi United hu l-ewwel tim li libes l-oranġja bħala kulur prinċipali.", "Fil-14 ta 'April 2009, ċertament se titniżel fl-istorja tas-Swieqi United FC bħala l-ewwel kumitat li ġie magħżul biex jirrappreżenta dak li se jkun futur produttiv u interessanti.", "Fl-24 ta 'Ġunju, 2009 il-kumitat jaġixxi l-indirizz fl-ewwel Laqgħa Annwali Ġenerali li huwa;119, Triq il-Qasam, Swieqi.", "President tal-klabb:Ralph Agius Fernandez, Segretarju:Michael Calleja u l-Viċi President:Gavin Ellul jindirizza lill-membri tal-klabb u deskritt tax-xogħol li kien sar, flimkien ma 'l-għanijiet u l-proġetti futuri.", "Il-nomini għall-kumitat saru wkoll, u għalhekk il-kumitat uffiċjali għall-istaġun 2009/2010 MFA ġiet imħabbra.", "Fit-28 ta 'Ġunju, 2009, Roberto Debrincat kien ikkonfermat bħala l-ewwel kowċ ta Swieqi United.", "Fit-13 ta' Lulju, 2009, Swieqi United ħadu sehem fit-Tielet Diviżjoni Maltija li tiġbed l-istorja tagħhom.", "Il-klabb il-ġdid kien bl-għadma maqlugħa kontra Żejtun Corinthians, Naxxar, Gudja, Attard, Xgħajra Tornadoes, Qrendi, Sirens, ​​Kirkop u Santa Luċija.", "It-tim tal-kokka kienu skedati biex jilagħbu logħba storika tagħhom, l-ewwel logħba tal-kampjonat kontra l-klabb tax-Xgħajra.", "Il-Quick Keno ta' Tieni u Tielet Diviżjoni ta Knock-Out saru fit-tlieta,21 ta' Lulju, 2009.", "Swieqi United kienu abbozzati kontra Gudja United, ​​Gżira United u Żebbuġ Rangers fil-Grupp 1.", "Swieqi rreġistrataw l-ewwel rebħa fit-18 ta 'Awwissu 2009, fil-logħba faċli kontra Kirkop.", "Daniel Bianco u Brian Grech skorjaw għar-rebħa ta' 2-1.", "Swieqi kisbu l-ewwel punt tagħhom fl-eliminatorja Keno Quick li kienet is-Sibt,12 ta' Settembru 2009.", "Swieqi tilfu 0-3 kontra Gżira United, Swieqi rnexxielhom jiskorjaw 3 miri u seta 'żied 1/4 fil-minuti finali.", "Kien tmiem drammatiku li jiltaqgħu l-impulsi.", "Minkejja li kien l-ewwel staġun tagħhom, Swieqi kienu ġestiti biex jirreġistraw xi rebħ pożittivi matul l-istaġun.", "Fl-1 t'Ottubru, 2009 fil-Grawnd Centenary, Ta 'Qali, Swieqi lagħbu l-ewwel logħba tagħhom fit-Tielet Diviżjoni kontra Xgħajra Tornadoes, Swieqi rebħu l-logħba 3-2.", "L-appoġġ imbuttat fit-tim kienet li titlob rebħa mirakuluża fid-debutt tal-kampjonat tagħhom.", "Kienu rebħu iktar logħob notevoli jinkludu 3-1 kontra Gudja, 4-0 kontra Santa Luċija u 4-3 kontra Qrendi.", "Ukoll, Swieqi lagħbu xi futbol eċċellenti iżda kienu żvinturati li jitilfu 0-1 kontra Naxxar.", "Swieqi spiċċaw l-istaġun 2009-10 fit-8 post b'16-il punt.", "Swieqi United bdew il-kampjonjonat 2010-11 pjuttost promoss.", "Kuntrarjament bħall-kampjonjonat ta 'qabel, il-Kompetizzjoni KO Quick Keno ppruvat li kienu ferm aktar produttivivi meta Swieqi tilfu 0-2 ma Senglea Athletic u irreġistraw dro kontra Santa Venera u Għargħur.", "Il-kampanja tal-kampjonat wkoll ltqajna lejn bidu tajjeb ħafna ma Swieqi biex irreġistraw 3 rebħiet mill-ewwel erba 'logħbiet propulsjoni tagħhom li telawhom fit-tieni post fil-kampjonat mill-aħħar t'Ottubru.", "Madankollu, korrimenti serji u s-sospensjonijiet kienu flimkien mal-mixja ħażina li rat il-klabb jitilfu 3 logħbiet li jiżżerżqu l'isfel fil-kampjonjonat.", "Madankollu, xi tibdiliet saru lill-iskwadra u l-perjodu tal-Milied irriżulta aktar li jissodisfa kif Swieqi rebħu in-Noel Muscat Cup kontra Pembroke (3-1) u kienu żvinturati li jitilfu t-Tazza Strickland 2-4 bil-penalties kontra l-Imtarfa.", "Tmiem ikraħ għall-2010 tressaq għall-istorja bħala s-sena 2011 li bdiet ma 'xi prestazzjonijiet tajba, l-aktar tajbin kienu; 2-2 kontra Attard,rebħa kontra Qrendi u Mtarfa u rekord ta' 8-0 rebħa kontra Xgħajra Tornadoes.", "Ir-rebħa 1-0 kontra Santa Luċija kienet biżżejjed biex tiżgura lis-Swieqi biex tikonsolidata pożizzjoni f'nofs il-mejda fil-klassifika tal-kampjonat.", "Swieqi United spiċċaw l-istaġun 2010-11 fis-6 post (minn 11) b'25 punt.", "Fl-aħħar tal-istaġun, Edward Vella kien għalaq unur \"Il-Plejer tal-Klabb tas-sena\", bil-gowler Ryan Marmara \"L-iktar plejer li impruvja tas-sena, Il-Kaptan John Debono li rebaħ il-\"Plejer Parteċipanti tas-Sena\" filwaqt li Christopher Dalli rebaħ \"L-iktar Plejer dedikat tal-istaġun\"", "Swieqi United bdew l-istaġun 2011-12 ma kowċ ġdid - Roland Sollars li irriżenja mill-klabb tas-Sirens.", "Swieqi għamlu xi bidliet kbar għat-tim u ġabu plejers żgħażagħ li ħafna minnhom ġew b'self minn Melita FC.", "It-tim ġie eliminat mit-tim Għawdxi Xewkija Tigers ċampjins fl-ewwel rawnd ta 'l-FA Trophy li Swieqi tilfu 0-5.", "Il-kampanja tal-kampjonat kienet bdiet permezz ta 'tlugħ kontra Fgura (2-2), qabel ma tilfu ma Għaxaq u Santa Luċija.", "Wara dan, Swieqi imbarkaw fuq il-mixja pożittiva kontra Xgħajra u Mġarr.", "Il-waqgħa fil-fortuni mbagħad segwit, għalkemm Swieqi rreġistraw xi riżultati pożittivi matul l-istaġun bħal rebħa 3-1 kontra Għaxaq, ir-rebħa 6-2 kontra Kalkara u 0-0 kontra r-rebbieħa eventwali Pembroke.", "Swieqi spiċċaw l-istaġun fid-9 post b'29 punt.", "Steven Diacono (b'self minn Melita FC) rebaħ \"Il-Premju tal-Plejer tal-iStaġun\"", "Il-Gerijiet tas-Swieqi jikkonsistu kulur oranġjo, b'xorts iswed u kalzetti oranġjo filwaqt li l-istrixxa tikkonsisti minn flok griż b'xorts u kalzetti suwed.", "It-tieni ger huwa fil-kulur griż.", "It-tielet huwa wkoll kultant użat u dan jikkonsisti minn flok aħmar.", "Il-gerijiet tas-Swieqi huma manifatturati minn Sportika SA."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17905", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17905", "title": "Ta' Xbiex SC", "text": ["Ta' Xbiex SC", "Ta' Xbiex Sports Club huwa klabb tal-futbol Malti mil-lokalità ta Ta' Xbiex.", "Imwaqqaf fl-2012, il-klabb ġie aċċettat mill-Malta Football Association sabiex jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni fl-istaġun 2012–13 u ilhom mill-2012 jikkontestaw fl-istess diviżjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17908", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17908", "title": "Xgħajra Tornadoes FC", "text": ["Xgħajra Tornadoes FC", "Xgħajra Tornados Football Club hu klabb tal-futbol Malti mix-Xgħajra, li tinsab fil-Lbiċ ta' Malta.", "Imwaqqaf fl-1994, bħalissa jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni.", "Xghajra Tornados F.C. is a football club from the small seaside community of Xghajra, located in southeastern Malta.", "Founded in 1985, and joined the Maltese Football Association in 1994 who went strait to the top division by achieving promotions season after season mostly first place and second place without interruption.", "This record is recognized by FIFA that Xghajra Tornados FC Malta is the only club in Europe if not in the world which from out of nowhere, \"not established before\", has done this difficult task.", "This club took also part in the Maltese Premier League in the early 2000s.", "Their first outing in the Premier League was in the 1997/98 season, where they beat Pieta Hotspurs 1-0."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17918", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17918", "title": "It-Tielet Diviżjoni Maltija 2012–13", "text": ["It-Tielet Diviżjoni Maltija 2012–13", "It-Tielet Diviżjoni 2012–13 kienet it-tlettax-il edizzjoni tat-Tielet Diviżjoni li bdiet fis-16 ta' Settembru 2012 u spiċċat fil-5 ta' Mejju 2013.", "Mill-ħmistax-il tim li ħadu sehem, erbgħa ġew promossi għat-Tieni Diviżjoni.", "Il-logħob intlagħbu f'Luxol Ground, f'Charles Abela Memorial Stadium u fil-Grawnd tas-Sirens.", "Timijiet promossi għat-Tieni Diviżjoni 2012–13"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17919", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17919", "title": "Konvenzjoni ta' Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati", "text": ["Konvenzjoni ta' Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati", "Il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati hija trattat internazzjonali dwar id-Dritt Internazzjonali Konswetudinarju (jew mhux skritt), b'mod partikolari dwar it-trattati bejn l-istati.", "It-trattat ġie adottat nhar it-22 ta' Mejju 1969 u nfetaħ għall-firem nhar it-23 ta' Mejju.", "Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ nhar is-27 ta' Jannar 1980.", "Sa Novembru 2010 it-trattat kien jorbot 111-il stat.", "Malta aċċediet f'Settembru 2012.", "Il-Konvenzjoni ġie sottoposta lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1966.", "Kienet il-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali li fasslitha.", "L-Assemblea Ġenerali sejħet konferenza bl-iskop li jkun adottat it-trattat (Riżoluzzjoni 2166 - XXI).", "Il-konferenza ħadet żewġ sessjonijiet, bejn l-1968 u l-1969, u fit-22 ta' Mejju 1969 adottat it-trattat.", "Il-Konvenzjoni tgħodd biss għal trattati konklużi bejn l-istati, u b'hekk ġiet eskluża l-possibilità li tista' tisfa invokata b'riferiment għall-akkordji bejn l-istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Bl-iskop li jkunu rregolati dawn it-trattati tal-aħħar, l-Assemblea Ġenerali adottat il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati bejn Stati u Organizzazzjonijiet Internazzjonali jew bejn Organizzazzjonijiet Internazzjonali, li għadha ma daħlitx fis-seħħ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17922", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17922", "title": "It-Tielet Diviżjoni Maltija 2011–12", "text": ["It-Tielet Diviżjoni Maltija 2011–12", "It-Tielet Diviżjoni Maltija 2011–12 kien it-tnax-il edizzjoni tat-Tielet Diviżjoni li sar bejn it-18 ta' Settembru 2011 u l-aħħar logħbiet ntlagħabu fit-12 ta Mejju 2012.", "Fi tmiem il-kampjonat, tliet timijiet ġew promossi għat-Tieni Diviżjoni: Pembroke Athleta, Fgura United u Mġarr United.", "Il-logħob intlagħab f'Luxol Ground u f'Charles Abela Memorial Stadium.", "Timijiet promossi għat-Tieni Diviżjoni 2011–12"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17924", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17924", "title": "Pembroke Athleta FC", "text": ["Pembroke Athleta FC", "Pembroke Athleta Football Club hu klabb tal-futbol Malti, li attwalment jilgħab fil-BOV Premier League", "L-Ewwel esperjenza għat-team ta' Pembroke fil-Premier fil-futbol Malti hekk kif l-istaġun li għadda taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri huma rnexxielhom jiksbu l-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni fil-futbol Malti.", "Dan l-istaġun it-team se jkun qed jitmexxa minn Wisnton Muscat; kowċ ta' esperjenza fil-futbol Malti li daħal għal din il-biċċa xogħol Ii jmexxi team pratikament ġdid hekk kif it-Club investa bil-kbir fil-barranin fejn kollox jindika li dan it-team sa ftit jiem oħra jkollu total ta' ħdax barrani irreġistrati miegħu.", "Għal kowċ Muscat it-taħriġ fil-pre season kien sodisfadenti.", "II-Club jinsab determinat Ii jista' joffri sfida denja u kien għalhekk li Muscat flimkien mal-President Alex Calejja ddeċidew li jaħsbu kmieni sabiex isaħħu t-team.", "Maltin ftit Jew xejn inżammu mill-istaġun li għadda fejn fost il-Maltin għad-diżpożizzjoni ta' Muscat se jkun hemm Owen Bugeja, Lydon Micallef, Loius Cutajar u Alex Cini fost l-oħrajn bil-bażi tkun il-barranin fosthom iI-goalkeeper Andreas Coblis, Ariel Laudisi, l-aħħar akkwisti ta' din il-gimgħa Artemio Barbetti, Edu Vallaecano.", "Giacomo Ferri u Alessandro Calluro u bla ebda dubju ta' xejn Zoran Levniac", "Mill-logħbiet ta' ħbiberija jidher li Pembroke huma ssettjati iżcla bla ebda dubju ta' xejn jibdew bħala wieħed mill-underdogs ta' dan l-istagun.", "L-ewwel tliet logħbiet tagħhom fil-kampjonat huma f'din l-ordni: Qormi, St Andrews u Sliema Wds.", "Il-logħba ta 'nota għall-klabb kienet meta Pembroke kienu abbozzati kontra t-tim kbir Hibernians fil-U*BET FA Trophy.", "Pembroke marru f'nofs il-ħin bil-punteġġ xokkanti ta '2-2, korteżija ta' gowls li ġew skurjati minn Matthew Borġ u Lydon Cilia iżda matul it-tieni perjodu, l-attakki bla tmiem minn Hibernians ppruvaW wisq u minkejja xi sejvs tajbin ħafna tal-gowler ta Pembroke;Rodrick Debattista u perfettament esegwiti minn Kaptan ta' Pembroke;Carlo Leonardi, Pembroke eventwalment eliminati minn-Hibs u l-logħba ntemmet bil-punteġġ fuq 5-3.", "Matul l-istess staġun , Pembroke irnexxielhom jirbħu l-ewwel post fit-Tielet Diviżjoni u l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni.", "Huma spiċċaw fl-1 post wara li rnexxilhom jiksbu 63 punt minn 26 logħba."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17933", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17933", "title": "Fgura United FC", "text": ["Fgura United FC", "Fgura United Football Club huwa klabb tal-futbol Malti ibbażat fl-1 ta Ġunju, 1971 u huwa l-eqdem għaqda sportiva fil-lokalità tal-Fgura, Malta.", "Huma bħalissa jilagħbu fit-Tieni Diviżjoni.", "L-ewwel president kien is-Sur Żaren Vella, mas-Sur Ċ.Farrugia bħala l-segretarju u s-Sur E.Muscat bħala t-teżorier.", "Matul is-snin tal-klabb, l-indirizz inbidel darbtejn minn St Thomas Street fl-1973, imbagħad marru għat-Triq L-Isponsun u mbagħad lura għal San Tumas fil-bini ġdid li l-klabb kien investa fiha.", "Bejn l-istaġuni 1971/72 u 1973/74 il-klabb ħa sehem fil-MFA Amateur League u l-MFA Minor League.", "Fgura United daħlu fil-Kampjonat Nazzjonali fl-istaġun 1974/75 meta l-klabb ħa sehem fir-4 Diviżjoni.", "Fgura United ilhom tipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-MFA inklużi n-Nazzjonali, Riżervi, Taħt il-21 u taħt it-19.", "Mill-1995, Fgura United mexxiet in-nursery taż-żgħażagħ li timmira li tħarreġ plejers żgħażagħ ta' bejn l-età ta' 6-16 li jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jippermettulhom li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin fosthom ta' taħt it-12, taħt il-15 u taħt is-17-il sena.", "Fl-2012 fetħu l-grawnd ġdid tagħhom b'terf artifiċjali li jissostitwixxi l-qadim.", "Fil-ftuħ ta' dan il-grawnd Michele Platini kien ippreżentat.", "Il-Grawnd tal-Fgura kien iawgurat fil-31 ta' Marzu 2012 fil-preżenza tal-President tal-MFA u l-Prim Ministru.", "Dan hu wieħed mill-52 grawnds li qed jiġu żviluppati mill-Gvern bi sħubija mal-UEFA u l-MFA.", "Għandu wiċċ tat-turf sintetiku u Jesa' 100 ruħ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17951", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17951", "title": "Għargħur FC", "text": ["Għargħur FC", "Għargħur Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-villaġġ żgħir tal-Ħal Għargħur fil-majjistral ta' Malta, li bħal issa jilgħab fit-Tielet Diviżjoni Maltija."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17957", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17957", "title": "Grawnd Nazzjonali Ta' Qali", "text": ["Grawnd Nazzjonali Ta' Qali", "Il-Grawnd Nazzjonali Ta' Qali huwa l-istadju nazzjonali ta' Malta, u huwa l-istadju tat-Tim nazzjonali tal-futbol Malti.", "Huwa l-aktar stadju li jintlagħbu logħbiet tal-Premier League u kif ukoll logħbiet internazzjonali.", "L-istadium jesgħa 17,797 ruħ, u huwa l-ikbar stadju f'Malta.", "Grawnd Nazzjonali Ta' Qali nbena fl-1980 u fl-1981 sar in-Nazzjonal tal-futbol Malti.", "L-istadju jissostitwixxi l-Grawnd tal-Imperu, Gżira.", "Hemm garaxx taħt, żewġ gymnasiums, pool ġewwa, żewġ \"squash courts\", firxa tal-isparar, kmamar ta' taħriġ, bars, ristoranti, żoni tal-catering u spazji għall-parkeġġ ħafna madwar l-istadju.", "Il-faċilitajiet kollha tal-grawnd huma faċilment aċċessibbli permezz ta 'diversi daħliet.", "Kważi 20,000 nies bilqiegħda kollha fl-stadju ma l-iktar sistema tal-ordni \"floodlighting\" , għandhu ħaxix naturalieċċellenti u durabbli , li kellu d-dintorni tiegħu tul il-perimetru reċentement msebbħa biss.", "L-istand ewlieni ta 'l-istadium huwa ta 5,000 sedili (Millennium Stand), li wkoll djar 22 kaxxi eżekuttivi.", "L-istadju huwa ċ-ċentru prinċipali tal-futbol fuq il-gżira, b'dak kollu li jmur miegħu, inkluża tabella ta 'valutazzjoni moderna, u sedili ġodda ħomor u bojod, kif ukoll l-faċilitajiet kollha għall-pressjoni.", "Il-Kwartieri tal-MFA tmexxew għall-\"Millennium Stand\" mill-Belt Valletta fl-2007, filwaqt li l-Kwartieri ta' Tim Nazzjonali, li jaħsbu għall-benesseri fiżiku tal-plejers, huma żidiet reċenti għal dan kumpless.", "Il-kwartieri fejn jgħixu, li jinkludu żoni li jkollhom ristoranti u divertiment, is-Sala tal-Konferenza / Taħdita, il-Fiżjoterapija u ċ-Ċentru Tekniku taħt lis-Stend tal-Punent, iċ-Ċentru tal-Fitness u l-pixxina fuq ġewwa taħt il-Stend tal-Lvant, għamlu post komprensiv għall futbolers u atleti ta 'kull ġeneru, li jvarjaw minn qwas u sparar titqiegħed għall turi ekwestri u Rodeo bullriding ta Mario Muscat.", "Dan il-kumpless tal-futbol mhux biss jattira eluf ta 'spettaturi kull ġimgħa għal logħbiet domestiċi u internazzjonali, iżda wkoll amministraturi innumerabbli tal-futbol kif ukoll kowċis, referis u naturalment, l-atturi nfushom.", "Il Grawnd ta' Centenary, bilkemm 200 metru bogħod mill Grawnd Nazzjonali, huwa żieda importanti mal-kumpless, FIFA approvat terf artifiċjali tagħha , u l-\"pitch\" mtejba u kumditajiet ta \"dressing-room\" li jżid mal-kwalità tal-post.", "Il-bini tal-istadju huwa wkoll djar tas-sala tal-konferenzi fejn l-assoċjazzjoni tilgħa l-kunsill, seminars u konferenzi stampa ta 'rutina miżmuma.", "Il-\"mini-pitch\" jinsab maġenb il-Grawnd ta Centenary, huwa faċilità oħra utli għall-użu ta 'l-żgħażagħ.", "Ir-raġunijiet estensivi li jmissu mal-Grawnd Centenary jkollu wiċċ ta ħaxix u għalhekk huma konvenjenti ħafna bħala żona \"warm-up\" u t-taħriġ.", "Dawn ir-raġunijiet jistgħu jiġu utilizzati matul is-sena u jservi wkoll bħala l-bażi prinċipali għal timijiet li jżuru Malta għal-kampijiet ta 'taħriġ.", "Fis-snin reċenti klabbs magħrufa, inkluż Juventus u Milan, kif ukoll timijiet nazzjonali differenti kellhom togħma ta 'l-istadju f'Malta u kienu kollha tifħir għall-faċilitajiet eċċellenti u l-klima ideali."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17967", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17967", "title": "Kirkop United FC", "text": ["Kirkop United FC", "Kirkop United Football Club huwa klabb tal-futbol Malti ibbażat minn Ħal Kirkop.", "Il-klabb attwalment jilgħab fit-Tieni Diviżjoni.", "Il-Klabb beda bl-isem ta' Kirkop Football Club fis-sena 1956, il-klabb bidel ismu għal Kirkop United FC fl-1970.", "Il-klabb rebaħ 4 promozzjonijiet, 2 minnhom kienu bħala ċampjins, l-aktar promozzjoni riċenti kienu fl-istaġun 2010-11.", "Kirkop United għandhom rabta mar-rivali ġirien li huma Żurrieq FC u kif ukoll ma Luqa St. Andrew's FC.", "Kuluri tat-tim huma kompletament ħomor.", "Fl-2003 il-klabb bidel il-ger aħmar, xorts abjad u kalzetti bojod.", "Kirkop United ġew iffurmati fl-1956 bħala Kirkop FC mill-fundatur Sur Clement Farrugia, u kien affiljat mal-Malta Amateur Football Association.", "L-istaġun (1957-1958) Kirkop FC ssieħbu fil-Malta Football Association, li bdew jieħdu sehem fit-Tielet Diviżjoni u lestew il-pożizzjoni f'nofs il-klassifika.", "Iż-żewġ staġuni suċċessivi Kirkop tjiebu ħafna iżda fl-1961-1962 Kirkop akwistat biss id-\"decider\" kontra San Ġwann FC.", "Kirkop ma qablux u għalhekk tilfu u ġew mneħħija mill-MFA.", "L-istaġuni bejn 1962 u 1970, Kirkop bidlu isimhom minn Kirkop Stars għall-Kirkop United, u ffurmaw parti mill-MAFA mill-ġdid.", "Fl-istaġun 1970-71, Kirkop United FC kienu lura affiljati mal-MFA u lagħbu għal darb'oħra fil-Tielet Diviżjoni.", "Wara bosta snin, 1983-84 werew billi għamlu staġun ta 'suċċess u rebħu l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni għall-ewwel darba.", "Il-klabb kien relegat għat-Tielet Diviżjoni fl-istaġun 1986-87.", "Kirkop United FC rebħu l-promozzjoni mill-ġdid fl-1989-90 matul staġun memorabbli, kif ukoll jirbħu l-Mosta Tournament u t-Tazza Dr J. Mifsud u Kirkop kienu Terzi ċampjins bi tlett titli.", "Huma rebħu 13 minn 14 mill-logħob tal-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni", "L-istaġun ta 'wara Kirkop ġew sikuri f'nofs il-klassifika tal-kamjonat fit-Tieni Diviżjoni u l-spiċċaw runners-up fit-Tieni Diviżjoni u tielet Knock-Out.", "Wara li ikompetew fit-tieni sena pożittiva , il-klabb kien relegat mit-Tieni Diviżjoni, iżda malajr rebħu lura l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni fl-istaġun 1992-93, qabel ma tmur lura għas-sena ta 'wara.", "Il-klabb kien kompetittiv fit-Tielet Diviżjoni minn dakinhar, sakemm kienu promossi fl-istaġuni għat-Tieni Diviżjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "17971", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=17971", "title": "Mellieħa SC", "text": ["Mellieħa SC", "Mellieħa Sports Club huwa klabb sportiv Malti imma primarjament jibbaża l-iktar fil-klabb tal-futbol bbażata fil-Mellieħa.", "L-ewwel logħob tal-futbol tagħhom kien fiż-żmienijiet tal-1961 u l-kisba aktar notevoli ġrat fl-1992 meta l-Mellieħa rebħu l-promozzjoni għall-Premier League, bl-aktar suċċess riċenti kien rebbieħ tal-promozzjoni mit-Tieni Diviżjoni għall-Ewwel Diviżjoni fl-istaġun 2006/2007.", "It-tim tal-kbar qed jilgħab fil-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni filwaqt li n-Nursery tal-futbol tipparteċipa fil-kampjonat taż-żgħażagħ varji.", "Il-grawnd tal-Mellieħa hu twil 101m u wiesa' 58.5m u għandu wiċċ tat-\"turf\" artifiċjali.", "Jintuża għall xi logħob li jkollom il-Mellieħa SC, għall xi logħob tal-ligs Maltin u għat-taħriġ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18017", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18017", "title": "Grawnds tal-futbol f'Malta", "text": ["Grawnds tal-futbol f'Malta"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18024", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18024", "title": "Msida Saint-Joseph FC", "text": ["Msida Saint-Joseph FC", "Msida Saint-Joseph Football Club huwa klabb tal-futbol Malti, li attwalment jilgħab fit-Tieni Diviżjoni.", "Il-Klabb ġie bbażat fl-1906.", "L-iktar unur eċċelenti kien li kisbu il-promozzjoni għall-Premier League Malti."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18026", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18026", "title": "It-Tielet Diviżjoni Maltija", "text": ["It-Tielet Diviżjoni Maltija", "It-Tielet Diviżjoni Maltija huwa l-aktar kampjonat ta livell baxx fil-futbol Malti.", "Bħalissa hemm 15 timijiet li jieħdu sehem fil-kampjonat.", "Minħabba li huwa l-inqas livell fl-Futboll Lijg Malti, m'hemm l-ebda relegazzjoni formali minn u promozzjoni għall-kampjonat.", "Madankollu, iż-żewġ timijiet aktar baxx mqiegħda għandek terġa 'tapplika biex tieħu sehem l-istaġun ta' wara.", "Għall-istaġun 2007-08, Mtarfa FC ssostitwiti Ta' Xbiex SC wara l-applikazzjoni kampjonat tagħhom ġiet miċħuda, prinċipalment minħabba prestazzjonijiet fqar tagħhom fuq numru ta 'snin.", "Timijiet ġodda jistgħu japplikaw ukoll biex jissieħbu fl-kompetizzjoni.", "L-istaġun 2009-10 ra Swieqi United FC jingħaqqad, u kienu segwiti minn Marsaskala FC fl 2010-11.", "Fuq Jannar 13, 2011, il-Malta Football Association ddeċiediet li jirriforma l-kampjonat għal 14 timijiet mill-istaġun 2011-12."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18035", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18035", "title": "San Ġwann FC", "text": ["San Ġwann FC", "San Ġwann Football Club huwa klabb tal-futbol Malti, li bħal issa jilgħab fit-Tieni Diviżjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18039", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18039", "title": "Siġġiewi FC", "text": ["Siġġiewi FC", "Siġġiewi Football Club huwa klabb tal-futbol Malti bbażat fis-Siġġiewi.", "Bħal issa jilgħab fit-Tieni Diviżjoni."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18042", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18042", "title": "St. Georges FC", "text": ["St. Georges FC", "Saint Georges Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-belt ta' Bormla.", "Dan hu l-eqdem klabb fil-gżira.", "Bħalissa huma jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni.", "Matul iż-żmienijiet ta' 1880, grupp ta' żgħażagħ Maltin kienu jaraw is-suldati Ingliżi jilgħabu l-futbol fil-Barrakki tal-Verdala; dawn is-suldati taw iż-żgħażagħ Maltin il-logħba tal-ballun u dan kien il-bidu tal-logħba fuq il-gżira.", "Huma iffurmaw l-ewwel klabb tal-futbol f'Malta li kien jismu Santa Margherita, żewġ klabbs oħra ħarġu malajr wara; \"St. Andrew's\" u \"St. George's\".", "It-tliet klabbs ta' Bormla daħlingħaqdu flimkien fl-1890 biex jiffurmaw klabb wieħed bl-isem ta' \"St. George's\".", "Matul l-ewwel snin tas-seklu 20 huma saru Ċampjins Ċivili.", "L-aħjar staġun għall-iskwadra ta' Bormla kien 1916-17, matulu St. Georges FC rebaħ id-\"doppja\" billi ħadu il-Kampjonat taċ-Ċampjins u r-Rebbieħa tan-Knock Out Cousis Shield.", "Wieħed mill-plejers l-aktar notevoli ta' \"St. George's\" kien Emmanuel (Balolu) Busuttil.", "Hu kien l-uniku plejer li kien kaptin ta' \"St. George's\" li għola l-ewwel kampjonat tagħhom fl-istaġun 1916/17.", "Wieħed mill-logħbiet l-aktar notevoli ta' \"St George's\" kienet fl-istorja tagħhom fl-1965-1966, il-logħba ta' ddeċizjoni ta 2 diviżjoni kontra Qormi FC fil-Gżira Manwel il-qadima.", "Dik kienet il-logħba li rat l-akbar folla ta' dak l-istaġun kollhu,fil-kompetizzjonijiet tal-MFA.", "Il-logħba ntemmet b'punteġġ ta' 2-1 favur \"St George's\", kien l-aktar għan speċjali fuq dawn il-gżejjer.", "Mill-bandiera tar-rokna Zambula xxutja l-ballun mingħajr diffikulta u ħabat mal-lasta -wieqfa u l-minduda, biex ta l-pjaċir lis-sapporters ta' Georges St li kienu laħqu ir-rekord tal-futbol Malti għal darb'oħra.", "1916/17 1913/14, 1917/18, 1929/30, 1939/40 1936/37, 1949/50 1916/17, 1926/27 1991/92, 2005/06 1953/54, 1956/57, 1958/59, 1965/66, 1971/72, 1973/74 1958/59, 1971/72, 1973/74 1953/54 1987/88, 1996/97, 2003/04 1987/88 1999/2000 2002/03 1971/72, 1973/74 1939/1940"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18047", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18047", "title": "St. Patrick FC", "text": ["St. Patrick FC", "Saint Patrick Football Club huma klabb tal-futbol Malti mill-belt ta Ħaż-Żabbar, li attwalment jilgħab fit-Tieni Diviżjoni.", "Il-klabb beda l-futbol fl-1912.", "Għalkemm il-grawnd tal-futbol kien diġa jeżisti fl-1903 li kien qrib il-Bieb ta Ħaż-Żabbar, l-ewwel timijiet f'Ħaż-Żabbar kienu biss iffurmati ftit snin wara l-ewwel għaxar snin tas-seklu.", "Il-|Grawnd Żabbar Gate Football kien meqjus bħala l-grawnd ta St. Georges FC ta' Bormla fejn ospitaw xi wħud mill-armata ta 'fuq xi timijiet navali li kienu jżuru Malta f'dawk iż-żmienijiet.", "Kien biss l-istaġun 1935-36 meta tim miż-Żabbar - Żabbar United - ħa sehem f'kompetizzjoni tal-Malta Football Association.", "Żabbar United mqiegħda il-ħames fir-Raba Taqsima tad-Diviżjoni A. L-istaġun segwenti, Żabbar United ġew imqiegħda r-raba' Fid-Diviżjoni IV Sezzjoni B filwaqt li tim ieħor, Żabbar Youths, imqiegħda il-ħames f'Diviżjoni IV Sezzjoni A.", "L-ewwel unur għall-Żabbar wasal fl-istaġun 1937-38 meta Żabbar Amateurs rebħu id-Diviżjoni IV Sezzjoni A. Madankollu dawn tilfu d-\"decider\" kontra Pietà Hotspurs bl-iskor ta 2-1.", "Żabbar United kienu qed jieħdu sehem f'Sezzjoni B, li kienu fit-tielet tqegħid.", "Iż-żewġ timijiet ħadu sehem fit-Tazza tal-Isfida tal-MFA imma ġew eliminati fl-ewwel rawnd.", "Is-sena ta' wara, kemm Żabbar Amateurs u Żabbar United kienu fl-istess Diviżjoni III.", "Żabbar Amateurs rebħu Taqsima B wara li rebħu lir-Rabat 1-0 fir-repetizzjoni wara l-ewwel \"decider\" li ntemm fid-dro 1-1.", "Żabbar United ikklassifikaw it-tielet fis-Sezzjoni A. Fl-Istaġun 1939-1940, Żabbar Amateurs lagħbu fid-Diviżjoni 2, li kienu fit-tielet tqegħid.", "Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-ebda kampjonati ma kienu ġew organizzati iżda tim minn Żabbar - Żabbar Stars ħadu sehem fit-tmien Tazza tal-Armata fl-1943.", "Kompetizzjonijiet tal-MFA kienu lura fl-1944 u Żabbar FC rnexxielhom jirbħu t-Tazza tal-Milied tad-Diviżjoni 2 wara r-rebħa 1-0 fuq Msida United fil-finali.", "Żabbar lagħbu fid-Diviżjoni 2 bejn 1944-45 u 1947-48.", "Huma kienu l-ewwel klabb li ħadu sehem fl-FA Trophy fl-1946 meta kienu eliminati miċ-ċampjins Ħamrun Spartans FC", "It-tim pparteċipa bħala St. Patrick għall-ewwel darba fil-kampjonat tat-Tieni Diviżjonif'Sezzjoni A fl-1948.", "Fl-istaġun segwenti, huma rebħu Sezzjoni A u b'hekk huma ġew promossi għall-ogħla diviżjoni - Sezzjoni 1.", "Fl-istaġun tan-1950-51 tad-Diviżjoni 1, huma rreġistraw tliet rebħiet fl'14-il logħba biex jiżguraw il-livell tagħhom.", "Huma kienu relegati fl-istaġun 1951-1952 u lagħbu għal tmien snin fid-Diviżjoni 2, qabel rebħu l-kampjonat ta Tieni Diviżjoni fl-istaġun 1959-1960.", "Huma qagħdu sentejn fid-Diviżjoni 1 kif kienu relegati fl-istaġun 1961-1962.", "St. Patrick spiċċaw 6 punti b'livell ma' Lija Athletic fit-Tieni Diviżjoni fl-istaġun 1963-64.", "Ir-relegazzjoni deċiżiva kienet neċessarja u Lija ħarġu bħala rebbieħa 5-0.", "Iż-Żabbarin għalhekk kellhom jilagħbu fid-Diviżjoni 3.", "Huma rebħu n-Knock-Out tad-Diviżjoni 3 fl-1965 wara r-rebħa fuq Msida St-Joseph 1-0 fil-finali imma kellhom jistennew sakemm 1969-1970 biex jirbħu il-promozzjoni wara li rebħu id-Diviżjoni 3 Sezzjoni C. Sentejn wara, huma rebħu l-promozzjoni għall-1 Diviżjoni bħala runners-up fid-Diviżjoni 2.", "Madankollu dawn għamlu sena biss fl-ogħla diviżjoni qabel ma sfaw relegati.", "St Patrick kienu relegati għad-Diviżjoni 3 fl-istaġun 1975-76, iżda l-istaġun ta 'wara huma rebħu Diviżjoni 3 Sezzjoni A, imma jitilfu d-\"decider\" tal-kampjonat kontra Rabat Ajax.", "Wara li kienu relegati għal darb'oħra, St. Patrick rebħu id-Diviżjoni 3 tan-Knock-Out fl-istaġun 1979-1980.", "Huma marru fuq ir-rebħa ta Diviżjoni 3, in-Knock-Out tad-Diviżjoni 3 u t-tazza Sons ta 'Malta fl-istaġun 1980-81.", "In-naħa ta Żabbar rebħet il-kampjonat fid-Diviżjoni 2 fl-istaġun 1981-82 u l-kampjonat tad-Diviżjoni 1 fl-istaġun 1982-83.", "St. Patrick għalhekk rebħu l-promozzjoni għall-Premier League, madankollu dawn kienu relegati l-istaġun ta 'wara.", "Wara li kienu relegati fid-Diviżjoni 2, kien hemm promozzjonijiet suċċessivi u relegazzjonijiet mid-Diviżjoni 1 u 2.", "Fid-Diviżjoni 2, dawn kienu runners-up fl-istaġun 1986-87 f'Sezzjoni A. Huma wkoll rebħu n-Knock-Out tad-Diviżjoni II/III fl-istaġun 1990-1991.", "St Patrick kienu promossi għall-Premier League Malti, kif ukoll kienu runners-up fl-istaġun 1998-99."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18062", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18062", "title": "St. Venera Lightnings FC", "text": ["St. Venera Lightnings FC", "St. Venera Lightnings Football Club huma klabb tal-futbol Malti mill-belt ta' Santa Venera, li bħal issa qiegħed jieħu sehem fit-Tieni Diviżjoni.", "Il-klabb twaqqaf fl-1946.", "Leggenda monumentali ta' dan il - club ckejken huwa Dorian Mifsud.", "Dorian beda l - Karriera tieghu ma Bristol Rovers fejn missieru, Andrea Mifsud kien jikkowcja lill - eta ta' sbatax il - sena l isfel.", "Illum issib is - Statwa ta' Dorian int u diehel mal knisja l -qadima ta Santa Venera."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18068", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18068", "title": "Żebbuġ Rangers FC", "text": ["Żebbuġ Rangers FC", "Żebbuġ Rangers Football Club huma klabb tal-futbol Malti mill-belt ta' Ħaż-Żebbuġ, li bħalissa jilgħab fil-Premier League.", "Il-klabb twaqqaf fl-1943."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18077", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18077", "title": "Żurrieq FC", "text": ["Żurrieq FC", "Żurrieq Football Club huwa klabb tal-futbol Malti fil-gżira Mediterranja ta 'Malta.", "Il-Klabb beda il-futbol fl-1949 u huwa klabb bbażat fil-belt ta Żurrieq fin-Nofsinhar ta 'Malta.", "Żurrieq FC ipparteċipat fil-kompetizzjonijiet kollha organizzati mill-MFA u l-YFA inklużi n-Nazzjonal ta' Taħt id-19 u l-kampjonati tal-Youth FA.", "Żurrieq FC nursery hija l-istituzzjoni li għamlet parti miż-Żurrieq FC u li ħadmet biex tħarrġu l-plejers żgħażagħ mill-età ta '8 snin sa 16-il sena u jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Youth FA Maltija.", "Rebbieħa tal-FA Trophy:
1984-1985", "Runners-Up tal-FA Trophy:
1983-84, 1985-86", "Runners-Up tat-Tielet Diviżjoni Malti:
2008-09"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18084", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18084", "title": "It-Tieni Diviżjoni Maltija 2012–13", "text": ["It-Tieni Diviżjoni Maltija 2012–13", "It-Tieni Diviżjoni Maltija 2012–13 bdiet fl-14 ta Settembru 2012 u se tintemm f'April 28 2013.Dan l-istaġun, erba 'timijiet jiġu promossi għall-Ewwel Diviżjoni Maltija u 2 se jkunu relegati għat-Tielet Diviżjoni Maltija.", "Grawnds użati:- il-Grawnd tal-Luxol, il-Grawnd Charles Abela, il-Grawnd ta' Centenary u il-Grawnd tas-Sirens.", "Timijiet promossi mit-Tieni Diviżjoni 2011-12 għal-Ewwel Diviżjoni 2012–13"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18085", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18085", "title": "It-Tieni Diviżjoni Maltija 2011–12", "text": ["It-Tieni Diviżjoni Maltija 2011–12", "It-Tieni Diviżjoni Maltija 2011–12 huwa is-7 staġun tal-kampjonat taħt it-titolu attwali tagħha u l-ewwel staġun taħt id-diviżjoni attwali.", "Żewgt 'timijiet ġew promossi mit-Tieni Diviżjoni għal-Ewwel Diviżjoni li huma Gżira u Gudja.", "Timijiet promossi mit-Tieni Diviżjoni 2010-11 għal-Ewwel Diviżjoni 2011–12"], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18087", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18087", "title": "Birżebbuġa St. Peters FC", "text": ["Birżebbuġa St. Peters FC", "Birżebbuġa Saint Peters Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-belt tan-nofsinhar ta' Birżebbuġa, li attwalment jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni.", "L-ewwel logħba ta' Birżebbuġa kienet kontra Birkirkara fit-13 ta' Ottubru 1947."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18093", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18093", "title": "Gudja United FC", "text": ["Gudja United FC", "Gudja United Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-villaġġ tax-Xlokk ta' Gudja, li attwalment jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni.", "Gudja United jilgħabu bl-abjad u strixxi bluni.", "Fl-2009 Gudja United kienu viċin li jirbħu il-Tielet Diviżjoni Sezzjoni A. Ir-rivali tagħhom huma Għaxaq FC li fl-aħħar 13-il sena dalwaqt ikunu 14-il sena qatt ma rnexxielhom jirbħu logħba kontra l-Gudja, u tilfu ma 'xi punteġġi umiljanti ta '6-0 u 4-0.", "Il-Gudja Boys Ultras huwa grupp ta 'żgħażagħ li jappoġġjaw l-klabb bl-atmosfera kbira fil-logħob.", "L-Ultras jattendu logħbiet tal-Gudja u juru l-appoġġ tagħhom bi bnadar kbar u \"banners\".", "Dawn jappoġġjaw ukoll l-klabb tagħhom ikantaw xi kanzunetti varji.", "L-Ultras kienu bbażati fit-12 ta' Diċembru 2008.", "Huma organizzaw ruħhom għall-ewwel darba fil-5 ta' Jannar, 2009 waqt logħba tat-Tielet Diviżjoni kontra Sirens, fejn il-Gudja rebħu 2-1.", "L-ewwel staġun kien suċċess għal dawn partitarji minħabba li Gudja United spiċċaw it-tielet fil-kampjonat.", "Ix-xogħlijiet tal-grupp kien diffiċli minħabba preparazzjoni għal kull logħba bħal \"banners\", bnadar u materjal ieħor għal kull logħba.", "Enfasi speċjali hija mogħtija lill-kantanti, li jkantaw waqt kull logħba u l-appoġġ kontinwu matul kull logħba.", "Gudja United irnexxielhom jiksbu lura l-promozzjonijiet matul l-istaġun 2010-2011 u kienu promossi għat-Tieni Diviżjoni, u għal darb'oħra matul l-istaġun 2011-2012 kienu wkoll promossi għall-Ewwel Diviżjoni.", "Gudja United se jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni Maltija matul l-istaġun 2013-2014."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18096", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18096", "title": "Gżira United FC", "text": ["Gżira United FC", "Gżira United Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-villaġġ ċentrali ta' Gżira, li attwalment jilgħab fl-Premier league malti ."], "category": "wikipedia, article"} {"id": "18101", "url": "https://mt.wikipedia.org/wiki?curid=18101", "title": "Dingli Swallows FC", "text": ["Dingli Swallows FC", "Dingli Swallows Football Club hu klabb tal-futbol Malti mill-villaġġ żgħir ta' Ħad-Dingli, li attwalment jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni.", "Il-klabb twaqqaf fl-1948.", "Dingli Swallows lagħbu fil-Premier League Malti matul l-istaġun 2009-2010 wara li spiċċaw bħala ċampjins tal-Ewwel Diviżjoni matul l-istaġun ta 'qabel.", "Il-klabb twaqqaf kif temmet it-Tieni Gwerra Dinjija, u b'hekk kien mill-ewwel klabbs tal-futbol Maltin.", "Is-\"Swallows\" ikkompetew aktar fid-diviżjonijiet baxxi sal-bidu tas-snin 90, meta taħt il-gwida tal-kowċ imwieled Ħad-Dingli, John Mary, issejjħulu Jimmy Farrugia, ġew promossi għat-Tieni Diviżjoni wara staġun memorabbli.", "Fl-istaġun ta' wara ġew promossi għall-Ewwel Diviżjoni wara kienu r-rebbieħa 5-3 ta' \"decider\" kontra s-Siġġiewi li mela l-post li Luxol batlu, u Birkirkara magħhom.", "Huma baqgħu fl-Ewwel Diviżjoni għall-ħames staġuni, sakemm dawn kienu relegati lura fit-Tieni Diviżjoni.", "Wara ftit snin jitħabtu fit-Tieni Diviżjoni, kienu promossi għall-Ewwel Diviżjoni darb'oħra bħala ċampjins tad-Diviżjoni fl-aħħar tal-istaġun 2006-07 taħt il-kowċ Jesmond Zammit.", "Matul l-istaġun suċċessiv huma rnexxielhom jirbħu t-Tazza tal-Ewwel Diviżjoni għall l-ewwel darba fl-istorja tagħhom.", "Minn hemm huma qatt ma ħarsu lura u fis-19 ta' Mejju, 2009, Dingli Swallows kienu promossi għall-Premier League bħala ċampjins tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.", "Il-klabb rebaħ lil-Vittoriosa Stars 2-1 fil-Grawnd ta Kordin fil-logħba deċiżiva tal-kampjonat.", "L-eroj prinċipali ta 'din il-kisba kien il-Kowċ Jesmond Zammit, a plejer preċedenti u membru tal-Kumitat ta' l-istess klabb.", "Il-klabb stabbilla ruħħu bħala l-klabb maġġur avviżar mill-parti tal-punent tal-gżira, u b'hekk ir-rivali dejjiema Rabat li ġew żminijiet diffiċli għal xi snin jittamaw bejn id-Diviżjonijiet 2 u 3.", "Ewwel staġun tagħhom fil-Premier League kienet waħda diffiċli ħafna u lis-Swallows taħt il-kowċ Jesmond Zammit irnexxielhom iħibu biss żewġ rebħiet - kontra Floriana 2-1 u kontra Msida SJ 5-2.", "Huma kienu relegati lura għall-Ewwel Diviżjoni fl-irfinar fil-9 post eżatt quddiem Msida SJ.", "Lura għall-Ewwel Diviżjoni, huma għalqu l-istaġun tagħhom fuq nota għolja ħafna, rebħu liċ-ċampjins ta Ewwel Diviżjoni,Balzan 3-2, wara li kienu qedgħin jitilfu 0-2 , biex jirbħu it-Tazza tal-Ewwel Diviżjoni għat-tieni darba fl-istorja tagħhom.", "Fi tmiem l-istagun 2012-2013, l-iSwallows ġew relegati fit-Tieni Diviżjoni, wara li matul is-suq tat-trasferimenti tal-Milied, għadd konsiderevoli ta' plejers ġew trasferiti ma' timijiet oħrajn biex jidħlu fondi għall-proġett tal-grawnd tal-klabb.", "Fil-fatt, matul Mejju tal-2014 il-grawnd tal-iSwallows intuża għat-taħrig mit-Tim nazzjonali Tork ta' taħt is 17- il sena li kien qed jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew tal-istess kategorija li sar Malta.", "2008/09 2007/08 u 2010/11 2006/07 1993/94 1992/93 2001/02 u 2005/06"], "category": "wikipedia, article"}