{"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/03/04/serqa-matul-il-lejl-fbirkirkara/", "text": ["Lejl impenjat għall-pulizija f'Birkirkara fejn ġew magħrfa li fi Triq Fleur de Lys kienet qed issir serqa minn ħanut tal-ħwejjeġ.", "Il-Pulizija marru fuq il-post u qabdu lill-ħalliel ta' nazzjonalità Libjana fil-fatt.", "Dan ġie arrestat u ttieħed id-depot tal-pulizija għal aktar stħarriġ."], "date": "2018-03-04T08:12:17+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Inqabad jisraq fil-fatt matul il-lejl f'Birkirkara"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/10/09/jasal-it-tanker-armada-lng-mediterrana/", "text": ["ElectroGas ħabbret li t-tanker Armada LNG Mediterrana wasal hawn Malta.", "It-tanker wasal bla problemi ftit aktar kmieni milli mistenni u bħalissa qiegħda ssir il-ħdima kollha fuqu, biex meta jsir il-ħin jidħol fil-port ta' Marsaxlokk.", "Kif it-tanker ikun għadu vojt, jsiru numru ta' testijiet ta' sigurtà u ta' familjarizazzjoni.", "Dawn it-testijiet u s-simulazzjonijiet, kkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker jintela' bil-merkanzija.", "It-tanker Armada LNG Mediterrana, li jesa' madwar 125,000 metru kubu ta' LNG, huwa l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta' power station ġdida."], "date": "2016-10-09T14:37:45+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "BIL-FILMAT: wasal it-tanker Armada LNG Mediterrana"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/02/rikba-bxejn-wara-girja-tajba/", "text": ["Malta Public Transport ħabbret li matul it-tmien edizzjoni ta' 'The President's Solidarity Fun Run 2016' b'risq il-Malta Community Chest Fund, nhar il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016, se tkun qed toffri servizz tat-trasport pubbliku b'xejn għall-parteċipanti kollha li jkunu lebsin ir-wrist band uffiċjali tal-avveniment.", "L-avveniment għandu jibda fl-10.00 b'erba' punti tat-tluq, li huma r-Rabat, Raħal Ġdid, Santa Venera u l-Università ta' Malta.", "Ir-rotot kollha jiltaqgħu Bieb il-Bombi, fejn dawk li se jattendu jipproċedu lejn Pjazza San Ġorġ għall-finali l-kbira.", "Sabiex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar għal dawk li se jieħdu sehem, is-servizz tal-karozza tal-linja se jkun b'xejn bejn is-07:00 u s-14:00.", "\"Aħna kuntenti li se nkunu nvoluti fil-fun run ta' din is-sena għax nemmnu li avvenimenti bħal dawn iġibu l-kommunità tagħna flimkien bil-għan li ngħinu lil dawk fil-bżonn,\" iddikjara Daniel Grech id-Direttur Kummerċjali ta' Malta Public Transport.", "\"Wara l-avveniment, nistiednu l-parteċipanti kollha biex imorru lura d-dar permezz tal-karozza tal-linja.", "Kulma għandhom jagħmlu huwa li juru r-wrist band uffiċjali lix-xufier biex jivvjaġġaw b'xejn.\"", "Matul il-ħin tal-fun run, il-venda tal-karozzi tal-linja fil-Belt Valletta se tkun magħluqa sakemm il-parteċipanti kollha jidħlu l-Belt.", "Minflok, il-venda se tkun qed topera minn Triq Sant'Anna.", "Ir-rotta 122, mill-Belt Valleta, Gwardanġa u l-isptar Mater Dei se tkun sospiża bejn id-09:00 u l-11:30.", "Id-devjazzjonijiet kollha li se jkun hemm waqt il-ħin tal-avveniment se jkunu disponibbli onlajn fuq dan il-link: publictransport.com.mt/en/service-updates."], "date": "2016-11-02T15:57:50+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Rikba b'xejn wara ġirja tajba"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/06/aktar-minn-16000-partecipant-aktar-minn-e200000-migbura/", "text": ["Fit-tmien edizzjon tal-Fun Run tal-President ħadu sehem 'l fuq minn 16,000 persuna li huwa numru rekord meta mqabbel mas-sena l-oħra.", "Inġabru xjen inqas minn €200,000 b'risq il-Malta Community Chest Fund, li ser jiġu preżentati fl-edizzjoni li jmiss tal-Istrina.", "Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u l-Ministru Chris CardonaCardona f' isem il-Gvern Malti preżenta €15,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti."], "date": "2016-11-06T12:47:50+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Aktar minn 16,000 parteċipant, aktar minn €200,000 miġbura"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/11/24/tithassar-il-presidents-solidarity-fun-run-se-tigi-posposta-ghal-data-ohra/", "text": ["Il-maltemp li laqgħat lill-gżiritna fil-jum tal-Ħadd wassal biex tħassret il-11-il edzzjoni tal- President's Solidarity Fun Run.", "Dan l-appuntament annwali li jkun mistenni minn eluf ta' Maltin huwa parti minn attivtiajiet li jsiru b'risq il- Malta Community Chest Fund.", "Id-deċiżjoni li tiġi posposta l-fun run ittieħdet bħala prekawzjoni għas-sigurtà tal-parteċipanti minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet tat-toroq minħabba x-xita, ma kinux ideali biex wieħed jimxi jew jiġri.", "Bħalissa għadejjin diskussjonijiet biex fil-jiem li ġejjin tinstab data alternattiva u xorta jinżamm dan l-appuntament annwali tant mistenni mill-poplu Malti u Għawdxi."], "date": "2019-11-24T08:03:10+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Titħassar il-President's Solidarity Fun Run – se tiġi posposta għal data oħra"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/11/28/l-ghoti-tal-kuntratt-tal-powerstation-ghadda-minn-skrutinji-rigoruzi-fosthom-mill-k-e/", "text": ["Il-Ministru Konrad Mizzi indirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha rrimarka kif l-għoti tal-kuntratt tal-powerstation għadda minn bosta skrutinji rigorużi fosthom tal-Kummissjoni Ewropea, tal-banek internazzjonali u issa tal-Awditur Ġenerali.", "Dwar il-prezzijiet tal-elettriku mixtrija mill-powerstation tal-gass u mqabbla ma' dawk tal-interconnector, il-Ministru qal li dan it-tqabbil fil-prezzijiet, li sar mill-Awditur Ġenerali, sar f'perjodu partikulari, meta l-prezzijiet tal-interconnector kienu relattivament aktar baxxi mil-lum.", "Fuq kollox ir-rapport tal-Awditur Ġenerali xxejjen għal kollox l-argumenti tal-Oppożizzjoni u anzi jisħaq bil-kontra, li din il-powerstation li taħdem b'arja nadifa kienet meħtieġa biex pajjiżna ikollu sigurtà ta' provista."], "date": "2018-11-28T20:00:21+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "L-għoti tal-kuntratt tal-powerstation għadda minn skrutinji rigorużi, fosthom mill-K.E."} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/22/medicina-maghmula-mill-kannabis-legali-fil-germanja-ukoll/", "text": ["Wara r-Renju Unit, il-Ġermanja ukoll għaddejja bi proċess biex tiġi legalizzata l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali hekk kif l-abbozz ta' liġi għadda mill-Parlament Germaniż.", "Dan l-abbozz ġie approvat mill-kabinett f'Mejju tal-2016.", "Il-ħamis, il-voti fil-kamra kienu unaniment favur mediċina magħmula mill-kannabis – liġi li se tidħol fis-seħħ f'Marzu 2017.", "Persuni li jbatu minn multiple sclerosis u mard ieħor sejru se jkunu jistgħu jużaw din id-droga legalment bi preskrizzjoni tat-tabib.", "It-tobba se jkunu jistgħu ukoll jippreskrivu din il-mediċina lil pazjenti li tista' ttaffilhom is-sintomi, bħal mard kroniku kif ukoll lil dawk il-pazjenti li tgħinhom ifiequ aktar malajr.", "Il-Ministru għas-saħħa, Hermann Grohe qal li jeħtieġ li pazjenti li għandhom marda terminali jeħtieġ li jingħataw iċ-ċans u jibbenefikaw mill-aqwa kura.", "Huwa spjega li l-fondi biex titħallas din il-mediċina magħmula mill-kannabis se jkunu qed jiġu koperti mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni, ladarba ebda trattament ieħor ma jista' jkun effettiv."], "date": "2017-01-22T15:35:23+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Mediċina magħmula mill-kannabis legali fil-Ġermanja ukoll"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/27/panda-fwashington-itemm-bsuccess-operazzjoni/", "text": ["Saret b'suċċess operazzjoni fuq panda popolari f'Zoo ġewwa Washington.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat kien innutat li din il-panda ma kinitx qed tiekol u tirreaġixxi kif suppost sakemm nstab li kellha l-qasab ġo l-intestin tagħha.", "Preżentament, il-panda qegħda taħt osservazzjoni u mhux se ddum ma terġa taffaxxina lill-viżitaturi."], "date": "2016-11-27T19:37:00+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Panda f'Washington itemm b'suċċess operazzjoni"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/25/bir-ritratti-sejba-ta-oqbra-u-katakombi-fir-rabat/", "text": ["Saret sejba ta' oqbra u katakombi fi Triq Emmanuele Vitale waqt li xogħlijiet li kienu qed isiru fl-iskola St Agatha, ir-Rabat.", "Is-Sovratendenza ilha taħdem fuq dawn l-oqbra għal dawn l-aħħar ġimgħat.", "L-Arkeologu u l-esperti sabu skeletri sħaħ ta' adulti u tfal mill-perjodu Ruman flimkien ma' ammont kbir ta' fuħħar u oġġetti oħra delikata li kienu ndifnu mal-iġsma.", "Il-Ħadd li ġej se tkun organizzata Open Day li matula l-pubbliku jista' jara dawn il-katakombi ġodda."], "date": "2016-11-25T17:48:50+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "BIR-RITRATTI: Sejba ta' oqbra u katakombi fir-Rabat"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/09/13/jekk-mghandekx-fejn-tmur-il-hadd-mur-lura-fiz-zmien/", "text": ["Nhar il-Ħadd li ġej, il-Katakombi Ta' Bistra se jkunu miftuħa għall-pubbliku bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Mosta.", "Il-Katakombi Ta' Bistra huwa l-akbar kumpless ta' oqbra u katakombi li nstab s'issa il-barra mir-Rabat, Malta.", "Peress li qiegħed f'distanza ta' madwar 15 il-minuta miċ-ċentru tal-Mosta, dan is-sit ta' Heritage Malta huwa ideali biex jikkumplimenta lil postijiet popolari oħra fl-inħawi, fosthom il-Bażilika tal-Assunta, li hija aktar magħrufa bħala r-Rotunda tal-Mosta.", "Dawn il-katakombi Paleokristjani li jmorru lura għar-4 seklu WK tnaqqxu ġewwa medda vertikali li tħares fuq San Pawl il-Baħar.", "Is-sit huwa 90 metru twil u jikkonsisti minn 57 qabar imqassma f'16 il-kmajra.", "Għalkemm dawn l-oqbra ġew inizzjalment dokumentati lejn l-aħħar tas-snin 1880, kienu biss investigati arkeoloġikament fl-1933 mill-Kaptan Charles Zammit.", "Din id-dokumentazzjoni saret minħabba li dawn l-oqbra kienu maħsuba biex jinqerdu ħalli jagħmlu post għal triq ġdida li kellha twassal għal Burmarrad.", "Inċidentalment, fl-2004, il-Katakombi Ta' Bistra reġgħu tfaċċaw waqt li kien qiegħed isir moniteraġġ arkeoloġiku minħabba xi xogħolijiet fl-inħawi.", "Kien hawn li ġie żvelat li wara kollox il-katakombi ma kienux inqerdu.", "Matul is-snin, inbena razzett fuq dawn l-oqbra u dan hu maħsub li kkaġunalhom ħsarat, anki peress li kien hemm żmien meta nżammu xi annimali fil-post.", "Barra minn hekk, sar ukoll żvilupp ieħor f'dawn l-inħawi, fosthom il-bini ta' numru ta' vilel, flimkien ma' triq prinċipali li tgħaqqad il-Mosta mar-Rabat.", "Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija jingħad illi dan is-sit serva wkoll bħala xelter għan-nies tal-post.", "Il-Katakombi Ta' Bistra huma maħsuba li jiffurmaw parti minn sistema akbar ta' oqbra u katakombi li jista' jkun li ġarrbet xi ħsarat minħabba t-tħaffir estensiv tal-barrieri fl-inħawi, partikolarment għall-ġebel li ntuża biex tinbena l-knisja tar-Rotunda għall-ħabta tal-1833.", "Is-sit tal-Katakombi Ta' Bistra ifforma parti minn tliet proġetti iffinanzjati mill-U.E. li taw lwog għal xogħol estensiv ta' skavar arkeoloġiku, dokumentazzjoni u preservazzjoni ta' dawn l-oqbra antiki, restawr tar-razzett li jinsab fuq l-oqbra, u d-disinn u l-kostruzzjoni ta' struttura adattata biex tipproteġi dawn il-fdalijiet arkeoloġiċi.", "Illum il-viżitaturi jistgħu jesploraw dawn il-katakombi kif ukoll jagħmlu użu mill-faċilitajiet eċċellenti li hemm fis-sit, fosthom parkeġġ spazzjuż u żona għat-tfal.", "Ir-razzett restawrat li jinsab fuq parti minn dawn l-oqbra huwa disponibbli biex jinkera għal diversi attivitajiet.", "Il-Katakombi Ta' Bistra jinsabu fi Triq il-Missjunarji Maltin, il-Mosta.", "Is-sit ikun miftuħ għall-pubbliku kull nhar ta' Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt, bejn id-9:00am u l-5:00pm (l-aħħar dħul fl-4:30pm).", "Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit ta' Heritage Malta www.heritagemalta.org", "Ta' Bistra Catacombs - 1", "Ta' Bistra Catacombs - 2 (1)", "Ta' Bistra Catacombs - 2", "Ta' Bistra Catacombs - 4"], "date": "2018-09-13T10:36:39+02:00", "category": "press, news, Kultura, Lokali", "title": "Jekk m'għandekx fejn tmur il-Ħadd, mur lura fiż-żmien!"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/28/il-gwerra-fis-sirja-eluf-jitilqu-mil-lvant-taleppo/", "text": ["Il-Gvern Sirjan għadi kif ħa taħt idu parti kruċjali mil-Lvant t'Aleppo; progress li se jkun qed jaqsam it-territorju li sfa maħtuf mir-ribelli.", "L-armata Sirjana u l-allejati tagħhom ħadmu flimkien biex jakkwistaw lura l-kontroll f'Aleppo lura f'Settembru.", "Eluf ta' persuni telqu minħabba li l-Lvant ta' Aleppo jinsab taħt it-tmexxija tar-ribelli u li fl-aħħar jiem kien hemm wħud mill-agħar attakki.", "Eluf ta' persuni abbandunaw djarhom u telqu mid-distretti li jinsabu fil-Lvant ta' Aleppo, dan hekk kif l-armata Sirjana qed tkompli tagħmel ħilitha biex takkwista din il-belt li tinsab fis-Sirja taħt idha.", "L-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet Umani qali li madwar 10,000 residenti telqu f'postijiet li huma mmexxija minn Gvern, f'żoni li jinsbau fil-Punent tal-pajjiż.", "Madwar 250,000 persuna għadhom jgħixu fil-Lvant ta' Aleppo, fejn ikel u kif ukoll provvisti mediċi huma skarsi."], "date": "2016-11-28T08:36:53+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Aġġornat: Il-gwerra fis-Sirja – Eluf jitilqu mil-Lvant t'Aleppo"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/10/15/l-arcidjocesi-fkumitat-tekniku-dwar-il-progett-tal-mosta/", "text": ["Projects Malta Ltd ħabbret li ġie ffurmat il-Bord Tekniku b'rabta mal-proġett ta' aktar spazji miftuħa u soluzzjoni għal parkeġġ fiċ-ċentru tal-Mosta.", "F'dan il-Bord se jkun hemm ukoll rappreżentant tal- Arċidjoċesi ta' Malta.", "Projects Malta appuntat lill-Perit Adrian Mifsud, Inġinier Ġeotekniku biex jirrappreżenta lill-Gvern fuq dan il-Bord.", "Filwaqt li l-Arċidjoċesi ta' Malta min naħa tagħha nnominat lil Ray Bonnici, Property Manager tal-Kurja, biex iservi f'isimha fuq dan il-bord.", "L-għan ta' dan il-bord hu li ż-żewġ partijiet jiflu mill-qrib is-sottomissjonijiet li jista' jkun hemm b'rabta mas-sejħa pubblika maħruġa minn Projects Malta Ltd.", "Sa mill-bidu nett, l-Arċidjoċesi ta' Malta u Projects Malta Ltd qablu li jservu fuq dan il-Bord Tekniku li se jkun fornut bl-istudji tekniċi fuq is-sottomissjonijiet li jistgħu jidħlu.", "Il-qbil hu li kwalunkwe sottomissjoni tista' tipproċedi biss 'l quddiem jekk dan il-bord tekniku jkollu f'idejh studji tekniċi li juru li kwalunkwe xogħolijiet li jsiru ma jħallu l-ebda impatt negattiv fuq ir-Rotunda tal-Mosta."], "date": "2016-10-15T08:30:48+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "L-Arcidjoċesi f'kumitat tekniku dwar il-proġett tal-Mosta"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/05/16/borg-cardona-jsejjah-lil-martin-scicluna-hmieg/", "text": ["Andrew Borg Cardona, attivist ewlieni f'dik li ssejjaħ lilha nnifisha bħala soċjeta ċivili sejjaħ lill-opinjonista u ħassieb Martin Scicluna bħala \"ħmieġ\".", "L-Avukat Borg Cardona qal dan fi tweet b'reazzjoni għal opinjoni ppubblikata l-Erbgħa minn Scicluna f'The Times dwar is-saltna tad-dritt f'Malta.", "B'reazzjoni għal dan l-artiklu li fih Scicluna jgħid li t-tliet ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista raw kif għamlu biex imminaw l-interess nazzjonali ta' Malta fi Brussel u Strasburgo, Borg Cardona qal li ma kienx se jikteb biex iwieġeb għall-artiklu taż-żibel li kiteb Scicluna dwar is-saltna tad-dritt f'Malta.", "Borg Cardona ħadha qatta' bla ħabel kontra Scicluna dwar il-kwistjoni tal-lap top li baqa' fil-pussess tal-familja ta' Caruana Galizia minkejja t-talba li l-Pulizija għamlet lill-maġistrat inkwerenti biex dan jgħaddi f'idejn l-inkjesta biex jiġi analizzat mill-esperti maħtura mill-qorti.", "Fl-artiklu tiegħu, is-Sur Scicluna sostna li huwa inkoċepibbli li din l-evidenza kruċjali fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Caruana Galizia baqgħet m'għadditx f'idejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u sejjaħ lill-ewroparlamentari Anna Gomes biex meta terġa' tiġi f'pajjiżna tinnota l-fatt li l-maġistrat inkwerenti ma kisibx il-laptop li kienet qed tuża Caruana Galizia/", "Sostna li jekk il-laptop jibqa' jinżamm għand il-familja, il-ġustizzja ma tistax issir u tkompli tiġi mxekkla s-saltna tad-dritt.", "Madankollu dan id-diskors ma niżel xejn tajjeb ma' Borg Cardona u ħareġ jinsolentah bi kliem dispreġġjattiv.", "Din mhix l-ewwel darba li Borg Cardona spiċċa f'kontroversji dwar kliemu.", "Is-sena li għaddiet huwa sejjaħ lill-kantanta Ira Losco bħala \"bitch\"."], "date": "2018-05-16T22:39:39+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Borg Cardona jsejjaħ lil Martin Scicluna \"ħmieġ\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/03/interess-dwar-il-belt-valletta-ftokyo/", "text": ["Iċ-chairman ta'' Valletta 2018 Jason Micallef ta rendikont taż-żjarat tiegħu f'Tokyo fil-Ġappun.", "Spjega li mar għall-konferenza ġenerali annwali tal-organizazzjoni non governattiva European Union Japan Fest.", "Din hi magħmulha min kapijiet eżekuttivi ta' kumpaniji minn bosta setturi u eks politiċi Ġappuniżi.", "Waħda mill-interessi tagħhom hija l-belt kapitali Ewropea għall-kultura.", "F'Tokyo Micallef tkellem ma' aġenti ta' aġenziji tal-ivjaġġar biex juri għaliex għandhom jippromwovu l-Belt Valletta bħala belt denja għal vjaġġi turistiċi.", "Micallef kien ukoll preżenti għal maratona ta' Tokyo il-gimgħa l-ohra.", "Flimkien mar-rapreżentant tal-Awtorità għat-Turiżmu fil-Ġappun huma preżentaw il-gear li se jkunu qed jiġru bih 92 atleta Ġappuniz f'Maratona nhar il-Ħadd."], "date": "2017-03-03T13:56:12+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Interess dwar il-Belt Valletta f'Tokyo"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/03/minkejja-li-gejt-adottata-pajjizi-ma-nbidlu-ma-xejn-miriam-christine-borg/", "text": ["L-adozzjoni huwa suġġett li niddiskutu bosta drabi, mhux biss fuq programmi televiżivi iżda anke mal-familjari tagħna, mal-ħbieb u l-kollegi.", "Ħafna drabi fiċ-ċentru tad-diskussjoni jkun hemm il-proċess li jgħaddu minnu dawk il-ġenituri li jkunu jixtiequ jaddottaw u anke l-esperjenza tat-tfal li jiġu addottati.", "Esperjenza li ma tistax tiġi spjegata aħjar minn persuna li propju ġiet addottata.", "Fuq il-programm PJAZZA, qasmet l-esperjenza tagħha l-kantanta Maltija, Miriam Christine Borg li ġiet addottata mill-Brażil.", "Miriam Christine stqarret meta kienet iżgħar kienet tħossha differenti hekk kif hija ma kinitx tixbaħ lill-ġenituri tagħha.", "Filfatt, hija kienet waħda mill-ewwel trabi mill-Brazil li ġew addottati minn ġenituri Maltin u spjegat li l-proċess għall-ġenituri tagħha ma kienx wieħed faċli, iżda kien proċess twil u diffiċli.", "Stqarret li tħossha iffortunata għax minn età żgħira l-ġenituri tagħha spjegawla l-istorja tagħha u dejjem qalulha l-verita, iżda tkelmet f'isem tfal addottati oħra u esprimiet li minkejja li tkun taf li ġejt minn pajjiż ieħor xorta jkollok numru ta' mistoqsijiet dwar l-oriġini tiegħek u li din hija xi ħaġa naturali.", "Hawnhekk appellat lil ġenituri addottivi, li huwa żball li wieħed ma jgħidx il-verità quddiem mistoqsijiet bħal dawn u li huwa importanti li t-tfal jingħataw tweġiba għall-mistoqsija tagħhom.", "Miriam Christine, irnexxielha tiltaqa' mal-familjari tagħha fil-Brażil u minkejja dan xorta waħda qalet li ma tibdel Malta ma ebda pajjiż ieħor.", "Il-programm PJAZZA tkellem dwar dan u aktar flimkien ma Carmen Buttiġieġ mill-Awtorità ċentrali tal-addozzjoni."], "date": "2017-03-03T16:14:33+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Minkejja li ġejt adottata, pajjiżna ma nbidlu ma' xejn\" – Miriam Christine Borg"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/07/17/remiet-il-biljett-rebbieh-bil-fixkla-ta-e820000-wara-li-ddahhlet-l-isptar-1/", "text": ["Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Nathalie Bonnici fetħet kawża kontra l-kumpanija Maltco tallega li hija r-rebbieħa tal-premju ta' €820,000 tal-lotterija Quaterno li telgħet xahrejn ilu.", "Bonnici qalet li kienet ilha disa' xhur tilgħab l-istess numri, iżda l-biljett rebbieħ m'għadux għandha għax remietu.", "Hija qalet li dakinhar li telgħet il-lotterija ma ntebħitx li qatgħet il-lotterija.", "Qalet li l-għada li telgħet il-lotterija, binha ddaħħal l-isptar b'emerġenza u jumejn wara daħlet hi l-isptar biex sarilha intervent mediku b'rabta mal-kundizzjoni medika serja li tbati minnha.", "Qalet li wara li ħarġet mill-isptar marret tagħmel bħas-soltu billi tilgħab il-pakkett ta' biljetti li kellha u bħas-soltu ġew skenjati u flokhom ingħatat il-biljetti l-ġodda.", "Hawnhekk intremew il-biljetti l-antiki.", "Bonnici qalet li fil-fixkla ta' dak li kienet għaddiet minnu fil-ġimgħa ta' qabel, ma ntebħitx li l-biljett li tat biex jiġu skenjati, inbidlu mal-antiki li magħhom kien hemm il-biljett rebbieħ.", "Qalet li għalhekk il-biljett rebbieħ li nxtara minnha ġie skartat u llum m'għadux aktar f'idejha u indunat b'dan kollu wara li seħħ il-każ.", "Fid-dawl ta' dan hija qalet li fetħet kawża biex tagħti provat li l-biljett rebbieħ kien tagħha."], "date": "2019-07-17T12:13:16+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Remiet il-biljett rebbieħ ta' €820,000 bil-fixkla wara li ddaħħlet l-isptar"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/22/olandiz-jappella-u-jitlob-ghal-izjed-evidenza/", "text": ["Olandiż fetaħ każ t'appell wara li aktar kmieni dan ix-xahar ġie ordnat iħallas għoxrin elf u u sitt mija u ħamsin ewro lil Gasan Mamo Insurance.", "Il-kumpanija tal-assigurazzjoni fittxet lill-Olandiż Alexander Jan Edward Van Reeven wara li tmien snin ilu kien qed isuq il-karozza t'ommu u f'inċident ħabat f'żewġ karozzi pparkjati.", "Minn investigazzjoni li kienet għamlet il-pulizija ħareġ li l-Olandiż kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol u għalhekk wara li l-kumpanija tal-assigurazzjoni ħallset għad-danni li sofrew is-sidien tal-karozzi pparkjati, fittxet legalment lill-Olandiż.", "Iżda l-avukati tal-Olandiż qed isostnu li fis-sentenza li tat l-ewwel Qorti preseduta mill-Imħallef Jacquiline Padovani Grima, jintqal b'mod ċar li l-Qorti ma kinitx sodisfatta bl-evidenza li ressqet il-kumpanija tal-assigurazzjoni.", "L-avukati tal-Olandiż irrimarkaw li ma sarx breathalyser test eżatt wara l-inċident u b'hekk m'hemmx biżejjed evidenza dwar jekk il-klijent tagħhom kienx vera qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol."], "date": "2017-05-22T16:04:02+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Olandiż jappella u jitlob għal iżjed evidenza"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/01/07/tlett-irgiel-jisirqu-fhanut-tal-deheb-ftas-sliema-1/", "text": ["Tliet irġiel b'wiċċhom mgħotti daħlu jisirqu f'ħanut tad-deheb fi Triq Bisazza, Tas-Sliema.", "Huma xeħtu lill-kaxxiera ta' 31 sena mal-art u bdew ikissru l-vetrini biex jisirqu.", "Il-każ seħħ għall-3:45 ta' waranofsinhar.", "L-irġiel ħarbu minn fuq il-post bil-ġojjellerija.", "Ħadd ma weġġa' f'dan il-każ.", "Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Għassa ta' Tas-Sliema, mir- Rapid Intervention Unit u mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali għadhom għaddejjin."], "date": "2020-01-07T16:11:06+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Tlett irġiel jisirqu f'ħanut tal-deheb f'Tas-Sliema"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/02/3500-persuna-fpajjizna-ghad-delta-summit/", "text": ["Għat-tlett ijiem li ġejjien, pajjizna se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni tad-dinja fil-qasam tal-Blockchain u l-Innovazzjoni diġitali, hekk kif se jiġi organizzat id-Delta Summit.", "Summit li se jiġbor fih mat-tlett elf u ħames mitt persuna, nofshom persuni barranin, li jaħdmu fil-qasam finanzjarju, tal-blockchain jew legali, fejn taħt saqaf wieħed se jiddiskutu l-qasam tal-blockchain u l-innovazzjoni diġitali.", "Mal-mitejn ġurnalist barrani minn bosta aġenziji tal-aħbarijiet ewlenin fid-dinja fosthom Bloomberg, Coin Telegraph u Business Insiders, jinsabu f'pajjiżna sabiex jirraportaw dan is-summit li se jittela f'Malta – pajjiz li huwa meqjusa bħala l-gzira tal-blockchain.", "F'Lukanda ewlenija f'San Ġiljan, għaddejjien l-aħħar preparamenti għal dan is-summit.", "Ic-chairman Eżekuttiv tad-Delta Summit Abdalla Kablan qal li mat-tlett mitt kumpanija se jipparteċipaw f'dan is-summit.", "Il-qofol tas-summit jintlaħaq il-Ħamis fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat se jindirizza s-summit.", "Fost kelliema oħra se jkun hemm Larry Sanger waħda mill-funadutri ta' Wikipedia u Imogen Heap li kienet rebbieħa ta' Grammy Award.", "Is-Sur Kablan spjega kif il-konkorrenza għal dan is-summit hija waħda kbira hekk kif il-lukandi ewlenin f'San Ġiljan huma mimlija daqs bajda bil-parteċipanti.", "Fid-Delta Summit se titwaqqaf l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta' Malta li se tkun responsabbli li tirreġistra entitajiet li jipprovdu servizz u tiċċertifika applikazzjonijiet ta' blockchain.", "B'Malta għandha qafas regolatorju li għandu jservi ta' mudell għall-pajjiżi oħra.", "Mijiet ta' kumpanija ta' Blockchain huma interessati li jiftħu f'pajjizna u fid-Delta Summit se jkollhom opportunità sabiex jitkellmu mal-Awtorità."], "date": "2018-10-02T19:22:14+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "3,500 persuna f'pajjiżna għad-Delta Summit"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/03/malta-tispikka-hdejn-pajjizi-ohra-il-kantanta-imogen-heap-fl-ewwel-diskussjoni-tad-delta-summit/", "text": ["\"Malta tispikka ħdejn pajjiżi oħra\", kien fost l-ewwel kummenti tal-kantanta Imogen Heap, li minħabba l-involviment tagħha fl-industrija tal-mużika teknoloġika, tinsab f'pajjiżna għad-Delta Summit.", "Propju llejla ngġata bidu għal dan is-summit, fejn 'il fuq minn 3,000 persuna jinsabu pajjiżna biex isegwu dak li Malta qed tagħmel fil-qasam tal-blockchain.", "L-ewwel panel tal-lejla ddiskuta t-tema Malta: A small island with a global ambition .", "Kien hawnhekk li bi kburija, il-kantanta Ingliża qalet li pajjiżna jispikka f'diversi oqsma meta mqabbel ma' pajjiżi ikbar, u forsi b'iktar riżorsi.", "Qalet ukoll li temmen li dan huwa ċ-ċans li permezz tat-teknoloġija, il-kantanti lokali igawdu iktar minn din l-industirja.", "Inant, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri tkellem dwar l-impenn tal-Gvern li jiddiversifika l-ekonomija.", "L-espert tal-Fintech Abdalla Kablan, id-Direttur ta' Frank Salt Kevin Salt, u Christian Ellul, Direttur ta' E&S Group, ukoll kienu parti minn dan l-ewwel panel tal-lejla.", "Il-ġurnalista tal-crypto Amerikana Rachel Wolfson mexxiet id-diskussjoni."], "date": "2018-10-03T19:59:49+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Malta tispikka ħdejn pajjiżi oħra\"- il-kantanta Imogen Heap fl-ewwel diskussjoni tad-Delta Summit"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/03/06/il-pornografija-tat-tfal-maltin/", "text": ["Ta' kull xahar, l-aġenzija Appoġġ tirċievi medja ta' 20 rapport relatat ma' materjal t'abbuż sesswali fuq it-tfal li jinkludu trabi sa żgħażagħ ta' 17-il sena.", "Dan ġie żvelat mid-Direttur tal-Appoġġ Ruth Sciberras f'intervista esklussiva ma' One News fejn spjegat li dan il-materjal m'għandux jitqies bħala materjal pornografiku.", "Sciberras spjegat li malli l-Appoġġ jidħlilhom rapport ta' materjal t'abbuż sesswali fuq it-tfal- permezz tac-childweb alert, dawn minnufih jieħdu azzjoni:", "Meta niricievu dawn it tip ta websites ghandna nies imharga u jaghmlu analizi taghhom u minn hemmhekk jirrapportaw lill interpol u c cybercrime unit ta' Malta.", "Fi Frar illi għadda, 7 irġiel tressqu l-qorti akkużati b'pussess kif ukoll tixrid ta' pornografija tat-tfal fejn minkejja li 5 minnhom ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest, kien hemm żewġ imputati żgħażagħ li ngħataw sentenza sospiża.", "Minkejja li din tal-aħħar qajmet rabja kbira fost il-pubbliku, ONE NEWS tkellem mal-Avukat Dr Kathleen Grima dwar xi tfisser eżattament sentenza sospiża:", "Sentenza sospiża mhijiex sempliċiment ma weħilt xejn; il-qorti qed ittik iċ-ċans li fil-perjodu li ser tagħtik bħala prova inti ma terġax tiżbalja inti ma tidħolx ħabs.", "Bil-mannara fuq rasek toqod attent biex ma terġax tiżbalja.", "Mistoqsija dwar il-pieni marbuta ma' dan ir-reat, Dr Grima spjegat li dan jiddependi skont iċ-ċirkostanzi tal-każ:", "Il-pornografija tat-tfal iġġor magħha piena ta' habs.", "Skont iċ-ċirkostanzi tal-każ inti tista tingħata pieni diversi; ħabs effettiv-sospiż u jista jkollok pieni oħra bħal probation jew multa.", "Mill-2011 sal-2016 ic-child web alert irċieva total ta' 942 rapport b'rabta ta' abbuż sesswali fuq it-tfal.", "Minnhom ittieħdet azzjoni fuq madwar 550 rapport li minnhom stess irriżulta li kien hemm 160 każ li fih kienu nvoluti tfal Maltin."], "date": "2018-03-06T20:00:24+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-pornografija tat-tfal Maltin"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/02/15/l-istatwa-antika-ta-san-guzepp-inkurunat-lura-mir-restawr/", "text": ["Fir-Rabat insibu statwa Inkurunat magħrufa mir-Rabtin u l-Maltin bħala San Ġużepp ix-Xiħ għaliex hija l-eqdem xbieha f'dawn il-gżejjer.", "L-oriġini ta' din l-istatwa kienet bħala dekorazzjoni fuq xini tal-ordni ta' San Ġwann mall-Karrakka Sant' Anna.", "L-Istatwa ġiet regalata lil Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp mill-Ewwel Gran Mastru ta' Malta Philippe Villiers de L'Isle Adam.", "Maż-żmien kibret id-devozzjoni lejha.", "L-Istatwa ħarġet f'bosta pellegrinaġġ meta kien ikun hawn nuqqas ta' xita, li f'dan il-kas kienu iliebsuh Kapożża għaliex waqt jew wara l-pellegrinaġġ kienet tagħmel ix-xita.", "Meta Malta kellha il-mard tal-Pesta u l-Kolera il-poplu irrikorra bi ħġaru jitlob l-interċessjoni ta' San Ġużepp.", "Matul il-bidu tas-seklu 20 bdiet tinħass il-ħtieġa għall-Inkurunazzjoni tal-Vara Devota u Mirakoluża ta' San Ġużepp ix-Xiħ li fil-fatt saret fl-1949.", "Il-programm b'ċelebrazzjoni għar-restawr ta' din l-istatwa se jkun hekk:", "Il-Ġimgħa 2 ta' Marzu 2018 : Jum l-inawgurazzjoni", "Fis-7.30 p.m. fil-Knisja Katidrali ta' Malta, fl-Imdina, issir iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tar-restawr tal-istatwa antika u devota ta' San Ġużepp Inkurunat.", "Fejn se jitella' programm tal-okkażjoni bis-sehem tal-Banda Dekana u Ċittadina L'Isle Adam u l-Coro Bel Canto.", "Dan il-programm se jsir bil-kollaborazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan.", "Il-Ħadd 4 ta' Marzu 2018: Ritorn tal-istatwa ta' San Ġużepp Inkurunat fis-Santwarju tiegħu", "Fid-9.00 a.m. Purċissjoni Solenni bl-istatwa ta' San Ġużepp Inkurunat, mill-Knisja Katidrali ta' Malta għall-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù., immexxija mill-Wisq Rev. Patri Richard S. Grech O.F.M., Ministru Provinċjal.", "Bis-sehem tal-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp, il-Komunità tal-Patrijiet Franġiskani u l-Banda L'Isle Adam li se takkumpaja l-purċissjoni b'daqq ta' innijiet lil San Ġużepp.", "Il-purċissjoni se tgħaddi minn dawn it-toroq: Pjazza tal-Katidral, Triq Villegaginon, Pjazza San Publju, Bieb tal-Imdina, Pjazza Saqqajja, Triq il-Kbira u Triq San Pawl għall-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù.", "Matul il-purċissjoni jsir ħruq ta' murtali u murtaletti u waqt id-dħul tal-istatwa fil-knisja jsir ħruq ta' kaxxa nfernali.", "Fil-11.00 a.m. Fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, Quddiesa Solenni Konċelebrata, immexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P., Arċisqof Emeritus.", "Fejn fiha ssir priedka b'tifkira tal-inkurunazzjoni tal-istatwa ta' San Ġużepp, mir-Rev.", "Gwardjan Patri Martin Coleiro O.F.M. Fit-tmiem il-Quddiesa jiġi kantat it-Te Deum b'tifkira tal-55 Annversarju tal-Inkurunazzjoni.", "Jieħu sehem il-Coro Bel Canto taħt id-direzzjoni ta' Mro Hermann Farrugia Frantz."], "date": "2018-02-15T16:51:50+01:00", "category": "press, news, Kultura, Uncategorized", "title": "L-Istatwa antika ta' San Ġużepp inkurunat lura mir-restawr"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/06/22/jittella-l-ajruplan-li-waqa-fghawdex/", "text": ["Bħalissa fil-bajja ta' Xlendi qed jittella' l-ajruplan li ġġarraf ilbieraħ b'żewġ Taljani abbord.", "Fuq il-post hemm il-Maġistrat li qed jinvestiga l-każ.", "Ix-xogħol bil-krejn u dak tal-buaddasa qed iqanqal l-interess ta' dawk li nzertaw kienu l-bajja."], "date": "2016-06-22T13:35:09+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jittella' l-ajruplan li waqa' f'Għawdex"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/17/rispett-fejn-hu-r-rispett/", "text": ["Hekk kiteb min tella dawn ir-ritratti fuq il-paġna Facebook bl-isem Malta Diżastru Totali.", "Din il-karozza tidher li twaqqfet fuq bankina f'Buġibba, tant li blokkat kemm bankina kif ukoll zebra crossing.", "Staqsejna lil Pulizija jekk jistax ikun inċident, bħal ngħidu aħna s-sewwieq ikun tilef il-kontroll u spiċċa f'din il-pożizzjoni.", "Madankollu ma daħal ebda rapport ta' dan it-tip illum."], "date": "2017-07-17T18:59:03+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Rispett? Fejn hu r-rispett?\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/17/kundanni-godda-ghal-jason-azzopardi/", "text": ["L-Awditur Ġenerali ħareġ żewġ rapporti oħra b'kundanna għal mod kif kien jitħaddem id-Dipartiment tal-Artijiet fi żmien li Ministru responsabbli minnu kien hemm Jason Azzopardi.", "Dawn iż-żewġ rapporti, li jsegwu oħrajn skandalużi qabilhom, jitkellmu dwar proprjet à fi Triq Spinola f'San Ġiljan u l-art tal-Fekruna fix-Xemxija.", "Wara snin ta' kritika politika llum hemm il-konferma tal-Awditur Ġenerali li f'dawn il-każi d-Dipartiment tal-Artijiet taħt it-tmexxija ta' Azzopardi ma mexiex bit-trasparenza meħtieġa u m'għamilx ġudizzju korrett.", "Il-każ tal-prop rjetà fuq ix-Xatt ta' San Ġiljan propjetà ta' Eighty Two Company Limited idur ma' blokka ta' appartamenti li skont deċiżjonijiet tal-Qorti kellha titwaqqa' għax inkissru l-liġijiet.", "Iżda minflok seħħ hekk fi żmien li Jason Azzopardi kien responsabbli mid-Dipartiment tal-Arti jiet l-binja inbigħet bi prezz imraħħas lil min bena fuq art pubblika u kiser il-liġi.", "Fir-rapport tal-Awditur Ġenerali ntqal li \"meta wieħed jikkunsidra li s-sit għadda għand Eighty Two Co. Ltd għal ħames mija ħamsa u għoxrin elf ewro (€525,000) ko ntra l-valutazzjoni ta' żewġ miljuni u erba mitt elf ewro (€2,400,000) allura żgur ma kienx hemm valur għal flus.", "L-Awditur Ġenerali kien ċar li d-Dipartiment tal-Artijiet ma ħarisx l-interessi tal-Gvern u ċertament m'assigurax li jkun hemm id-dħul li jirrappreżenta l-valur veru tas-sit.", "L-Awditur Ġenerali qal li ma kienx ċar ħafna x'kien l-involviment tal-Ministru u uffiċjali oħra mill-Ministeru tiegħu għax kien hemm dokumentazzjoni nieqsa f'dan ir-rigward.", "Li hu żgur, jgħid l-Awditur Ġenerali, li l-bejgħ ta' d in il-proprjetà kien ġudizzju ħa żin.", "Fuq kollox, jgħid l-Awditur f'rapport li għad irid ikun analizzat fid-dettall, ma kienx hemm il-livelli ta' governanza tajba u trasparenza meħtieġa.", "It-tieni rapport huwa dwar l-art tal-Fekruna fix-Xemxija li kif jikkonferma l-Awditur Ġenerali nnifsu dwarha sar kuntratt tliet ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008.", "Dan f'deal li l-valur tiegħu kien ilaħħaq ftit inqas minn ħames miljun ewro.", "Ftehim fejn il-gvern akkwista l-art tal-Fekruna lura u l-iżviluppatur li kellu din l-art ħa artijiet għall-iżvilupp fis-Swieqi u San Ġwann flimkien ma' dejn maħfur li kellu mal-gvern .", "L-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali nnota kif ftehim b'dan il-valur miljunarju kien nieqes minn dettalji fil-file.", "Fost oħrajn intqal kif ma nżamm ebda rekord tal-proċess li wassal għall-identifikazzjoni tal-artijiet għat-tpartit.", "L-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali qal li n-nuqqas ta' dokumentazzjoni kien nuqqas serju ħafna li wassal biex l-uffiċċju ma setax jidde termina żviluppi importanti, u għalhekk ma setax jistabilixxi l-prinċipji ta' governanza tajba, kontabbilt à u trasparenza.", "Anke dwar in-nuqqas ta' qbil fuq il-valur ma kienx hemm dokumentazzjoni u iktar minn hekk l-Awditur Ġenerali esprima dubji dw ar il-proċess tal-arbitraġġ li nħatar f'dan il-każ.", "Saħansitra l-Awditur jinnota kif rapport tal-IAID, id-dipartiment ta-Awditjar tal-Gvern, wera diskrepanza ta' iktar minn miljun ewro kontra l-gvern.", "Hawn ukoll l-Awditur Ġenerali jinnota li l-interess tal-gvern seta' jien issalvagwardjat aħjar.", "Wara dak dwar encroachments ta' art pubblika, ix-xiri tal-bini tal-HSBC fil-Belt, l-art tal -Lowenbrau f'Ħal Qormi, dawn huma r-raba u l-ħames rapport li juru kif taħt Jason Azzopardi d-Dipartiment tal-Artijiet kien mifni abbużi u nuqqas ta' governanza tajba."], "date": "2017-07-17T18:21:27+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "KUNDANNI ĠODDA GĦAL JASON AZZOPARDI"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/28/filmat-destiny-taghmilha-ghas-semi-finali-ta-britains-got-talent-1/", "text": ["Il-kantanta Maltija Destiny Chukunyere lbieraħ kienet waħda fost l-40 semi-finalisti oħra li ntagħżlu għas-semi-finali ta' Britain's Got Talent.", "Fil-lista ta' dawk li Destiny se tkun qed tikkompeti magħhom, fost oħrajn tinkludi kantanti, kummidjanti u żeffiena.", "Is-semi-finali se jibda jixxandar fuq l-istazzjon ITV minn għada u jibqa' għaddej sa nhar il-Ġimgħa.", "Il-finali ta' din il-kompetizzjoni tant popolari se jsir il-Ħadd 4 ta' Ġunju.", "Destiny Chukunyere rebħet il-Junior Eurovision Song Contest fl-2015 bil-kanzunetta Not My Soul u minn dakinhar qatt ma ħarset lura biex kompliet tikseb aktar suċċessi fil-karriera tagħha.", "Karriera li għad irridu nistennew u naraw jekk hux se tkun qed twassalha biex tieħu sehem fir-Royal Variety show, li huwa wieħed prestiġjuż li għalih tattendi r-Reġina.", "Ara r-reazzjoni ta' Destiny:"], "date": "2017-05-28T13:17:29+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "FILMAT: Ara r-reazzjoni ta' Destiny x'ħin saret taf li għaddiet għas-semi-finali ta' Britain's Got Talent"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/03/17/dirett-il-pm-joseph-muscat-jindirizza-attivita-politika/", "text": ["Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu qed jindirizza attività politika bit-tema Malta Ħielsa – Malta Suċċess.", "Segwi permezz tal-filmat:"], "date": "2019-03-17T10:30:15+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "DIRETT: IL-PM Joseph Muscat jindirizza attività politika Malta Ħielsa – Malta Suċċess"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/11/08/il-pn-wahdu-izolat-fin-negattivita-il-pl/", "text": ["Il-Partit Nazzjonalista jibqa' l-uniku vuċi li dwar pajjiżna għandu biss affarijiet negattivi xi jgħid.", "Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota kif, minkejja li llum il-Kummissjoni Ewropea poġġiet lill-pajjiżna l-aqwa fl-Ewropa f'rapport ta' tbassir ekonomiku magħruf bħala tal-ħarifa, il-Partit Nazzjonalista ma kellu xejn xi jgħid dwar dan.", "Minflok, jibqa' joħroġ stqarrijiet ripetuti dwar temi li l-gvern diġà wieġeb dwarhom u ta spjegazzjonijiet dettaljati ta' x'qed isir biex l-istituzzjonijiet jibqgħu jissaħħu minn kif ħallihom Gvern Nazzjonalista."], "date": "2018-11-08T18:42:04+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Il-PN waħdu iżolat fin-negattività\"- il-PL"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/06/14/donazzjoni-ta-e20000-li-minnhom-se-jibbenefikaw-persuni-li-qed-jistennew-trapjant-tal-kliewi/", "text": ["Il-Life Cycle ppreżentaw donazzjoni ta' €20,000 sabiex jinxtara software biex titqabbel il-kilwa tad-donatur mal-pazjent li se jirċievi l-kilwa.", "B'kollox hemm mad-90 ruħ jistennew trapjant tal-kliewi.", "Is-sena li għaddiet sar 47 trapjant fosthom tal-kliewi.", "Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, żied li b'investiment ta' ħames miljun u nofs ewro bdew jinbidlu l-magni tal-kliewi li jintużaw fir-Renal Unit.", "Sostna li wara li tnieda reġistru għad-donatur tal-organi hemm madwar 8,300 li saru donaturi.", "Ma' dawn jiżdiedu 400 impjegat tal-HSBC li flimkien mal-qraba tagħhom għażlu li jkunu donaturi wara mewthom."], "date": "2017-06-14T12:06:20+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Donazzjoni ta' €20,000 li minnhom se jibbenefikaw persuni li qed jistennew trapjant tal-kliewi"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/08/18/jiddahhlu-l-pjanti-tal-bank-tad-demm/", "text": ["Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) issottomettiet proposti lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta' faċilitajiet ġodda għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, Bank tad-Demm, li fil-preżent huwa allokat fl-Isptar San Luqa.", "Il-proġett, stmat li jiswa madwar €12-il miljun, se jsir fil-Qasam Industrijali ta' San Ġwann u se jsir fil-viċinanzi tal-Isptar Mater Dei.", "Huwa pjanat li għal dan il-proġett jintalbu fondi mill-Fond Ewropew għas-Snin 2014-2020.", "Il-faċilità, deskritta li se tkun waħda state of the art , se tipprovdi diversi servizzi apparti li minn perspettivi estetiċi u ambjentali se jkollha impatt pożittiv ħafna fuq l-inħawi fejn se jinbena.", "Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne stqarr li \"Il-faċilitajiet u s-servizzi li joffri l-Bank tad-Demm li għandna huma ta' livelli tajbin ħafna, madankollu, għandu l-limitazzjonijiet tiegħu, ħafna minnhom ikkawżati mill-fatt li l-post huwa żgħir, u mill-mod kif inhu mibni.", "L-intenzjoni tagħna, fil-verità d-dmir tagħna, hija li fejn huwa possibbli nintroduċu aktar servizzi ma' li hemm filwaqt li ntejbu dawk li għandna\".", "\"Bla ebda dubju l-inkorporar ta' dawn is-servizzi ġodda se jwassal għal titjib sinifikattiv f'dak kollu provdut f'dan il-qasam\" tenna jgħid d-deputat Prim Ministru.", "L-għan huwa li tinbena faċilità ġdida bħala Bank tad-Demm li tassigura li jibqgħu jingħataw is-servizzi kurrenti ewlenin filwaqt li tkun ta' appoġġ għall-introduzzjoni ta' servizzi ġodda li jkunu jistgħu jgħinu fl-iżvilupp ta' servizzi terapewtiċi ġodda għal pajjiżna.", "B'dan il-proġett ma jfissirx li l-Bank tad-Demm fl-Isptar San Luqa jingħalaq.", "Fil-fatt, il-pjan huwa li s-servizz tal-għoti tad-demm jibqa' jingħata minn fejn hu fil-preżent filwaqt li l-faċilità l-ġdida tkun tinkorpora servizzi oħrajn, bħalma huma laboratorji għall-ipproċessar tad-demm, laboratorji għall-ittestjar tad-demm, laboratorji mikrobijoloġiċi kif ukoll laboratorji li jikkontrollaw il-kwalità.", "Il-faċilità se taħseb ukoll għal post fejn issir manipulazzjoni taċ-ċelloli u tissue .", "Is-servizzi l-ġodda jaħsbu wkoll biex ikunu jikkumplimentaw is-servizzi provduti miċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.", "Servizzi li se jwaqqfu l-bżonn li l-pazjent ikollu jintbagħat għall-kura barra mill-pajjiż meta jkun jeħtieġ trattament ta' kimoterapija u radjoloġija li jkunu meħtieġa meta dawn ikunu jirrikjedu trapjantar ta' ċelloli.", "B'hekk il-pazjent ikun jista' jingħata l-kura f'Malta stess imdawwar mill-membri tal-familja tiegħu.", "\"Bla ebda dubju l-inkorporar ta' dawn is-servizzi ġodda se jwassal għal titjib sinifikattiv f'dak kollu provdut f'dan il-qasam filwaqt li nkomplu nimxu mal-avvanzi li jsiru fih.", "Mill-proġett se jibbenefikaw kemm il-pazjenti kif ukoll il-ħaddiema filwaqt li se jkun qed joffri opportunitajiet ġodda lix-xjentisti, lill-ħaddiema u lill-istudenti tax-xjenzi tas-saħħa.", "Il-mira tagħna hi li jkollna servizz ta' trasfużjoni tad-demm li jelimina kompletament il-limitazzjonijiet tas-servizz preżenti, ikun jaħseb għal bżonnijiet speċifiċi minn tobba u professjonisti lokali filwaqt li jipprovdi ħafna benefiċċji lill-pubbliku,\" qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne."], "date": "2019-08-18T11:45:04+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jiddaħħlu l-pjanti tal-bank tad-demm"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/11/08/il-pulizija-bqabda-ta-kwazi-miljun-sigarett-iehor-tal-kuntrabandu/", "text": ["F'inqas minn 24 siegħa minn qabda kbira ta' sigaretti tal-kuntrabandu, l-Pulizija Maltija wasslet għal qabda kbira oħra ta' sigaretti tal-kuntrabandu fuq dgħajsa fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar.", "ONE News hu nfurmat li l-qabda seħħet matul il-lejl li għadda, f'ħidma konġunta bejn il-Pulizija, il-Forzi Armati u s-Servizz tas-Sigurtà wasslet biex ġew interċettati mall-4,350 grossa sigaretti tal-kuntrabandu li jammontaw għal aktar minn 800,000 sigarett.", "Sorsi qrib il-Pulizija qalu ma' ONE News li għall-bidu, fuq id-dgħajsa li ġiet interċettata mill-Pulizija u l-Forzi Armati ta' Malta, kien maħsub li kien hemm droga, madankollu x'ħin il-Pulizija telgħet fuq id-dgħajsa nstabu bosta kaxxi ta' sigaretti tal-kuntrabandu, li l-valur tagħhom fis-suq jammonta għal eluf kbar ta' ewro.", "B'rabta ma' din is-sejba ġew arrestati 3 irġiel Maltin li l-età tagħhom tvarja bejn l-24 u d-29 sena, u li huma residenti l-Marsa u l-Ħamrun.", "L-investigazzjonijiet b'rabta ma' dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija ta' kontra r-Reati Ekonomiċi.", "ONE News hu nfurmat li d-dgħajsa li fuqha nqabdu s-sigaretti tal-kuntrabandu tinsab sorġuta fil-Furjana taħt sigurtà stretta.", "Intant, din il-qabda seħħet wara li l-bieraħ ħidma oħra wasslet għal qabda ta' 37 miljun sigarett tal-kuntrabandu f'erba' kontejners fil-Freeport."], "date": "2018-11-08T17:51:14+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Pulizija b'qabda ta' kważi miljun sigarett ieħor tal-kuntrabandu"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/07/korruzzjoni-football-malti-nehhu-t-team-managers/", "text": ["Il-logħba Mosta kontra Pembroke spiċċat investigata minħabba koruzzjoni u Mosta ħadu tliet punti fuq il-mejda wara li uffiċjal ta' Pembroke tressaq il-qorti.", "Iżda, din il-logħba kienet tinten mill-bidu?", "Ġust li ntrebħu tliet punti fuq il-mejda meta ma' ntemmx il-każ?", "Dwar dan staqsejna lill-Presidenti taż-żewġ timijiet.", "U araw x'qalulna meta staqsejna dwar il-korruzzjoni fil-futbol."], "date": "2017-03-07T09:57:24+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Korruzzjoni football Malti: \"Neħħu t-team managers\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/01/18/ghawdxin-mahsuda-bil-mewt-tragika-ta-christine-gauci/", "text": ["Christine Gauci hija l-bugħaddasa ta' 35 sena mir-Rabat Għawdex li dalgħodu tilfet ħajjitha waqt li kienet qed togħdos f'Imġarr ix-Xini.", "Hija kienet membru tal-Forzi Armati ta' Malta fejn kienet tifforma parti mit-tim ta' salvaġġ.", "Kienu bosta qraba u ħbieb li sellmu l-memorja tagħha fuq il-midja soċjali, fosthom kollegi tagħha mill-Forzi Armati ta' Malta.", "Nies li jafu lil Christine qalu li hi kienet tħobb il-muturi, idoqq, mal-Forzi Armati.", "Fuq il-midja soċjali il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri esprima d-diqa tiegħu għal din it-telfa u offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari.", "Għaddasa titlef ħajjitha f'Imġarr ix-Xini"], "date": "2020-01-18T13:00:39+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Għawdxin maħsuda bil-mewt traġika ta' Christine Gauci"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/01/18/ghaddasa-titlef-hajjitha-fimgarr-ix-xini/", "text": ["Għawdex inħasad bil-mewta traġika ta' Christine Gauci, bugħaddasa ta' 35 sena mir-Rabat Għawdex, li kienet ukoll suldat tal-Forzi Armati ta' Malta.", "Gauci tilfet ħajjitha waqt li kienet qed togħdos fl-inħawi ta' Mġarr ix-Xini ma' persuna oħra.", "Il-Pulzija u anke l-Forzi Armati ta' Malta kienu fuq il-post għall-ħabta tal-għaxra u nofs biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa, iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.", "Fil-fatt dawk li taw l-ewwel għajnuna qalu li sfortunatament ma rnexxilomx isalvaw lill-mara anke jekk fil-passat salvaw ħafna persuni.", "Christine Gauci hija bint il-kandidata Laburista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew li għaddiet, Mary Gauci, li ngħatat l-aħbar mill-pulizija waqt li kienet it-tokk tar-Rabat għall-attività politika tal-Prim Ministru Robert Abela.", "Fuq il-midja soċjali bosta qraba, ħbieb u kollegi ta' Christine Gauci esprimew dieqa għal din it-traġedja.", "Gauci kienet deskritta bħala mara ta' ħafna kwalitajiet, b'imħabba partikolari għall-muturi u l-mużika.", "Hija anke kienet tħarrġet mal-Armata Ingliża u saħansitra serviet fl-Afghanistan fejn ingħatat midalja tas-servizz militari tagħha.", "Hija kienet taħdem ukoll fl- Explosive Ordanance Department .", "Hija kienet ukoll attiva wkoll fiċ-ċelebrazzjoni tal-festi ta' San Ġorġ tar-Rabat Għawdex, fejn kienet ukoll bandista mas-Soċjetà Filarmonika La Stella.", "Fuq il-pagna taghha ta' Facebook is-Soċjetà qalet li tinsab f'luttu.", "Fuq il-midja soċjali wkoll, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri offra l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba.", "L-ewroparlamentari u ħabiba tagħha, Josianne Cutajar qalet li tinsab bla kliem għal din l-aħbar traġika.", "Dr Cutajar stqarret: \"Lil Christine nafha bħala żagħżugħa Għawdxija, nafha wkoll mix-xogħol tagħha fl-armata ta'malta kont tkellimna l-ewwel darba dwar każ, iżda eventwalment intqajna waqt il-Festa tan-Nadur, niftakar qisu ilbieraħ, fil-marċ, fejn kellna diskussjoni li mill-ewwel il-persuna li kont inkellima fuq it-telephone la darba sirna ħbieb faċilment.\"", "Intant, dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Bridgette Sultana li ħatret bosta esperti biex jgħinuha fl-investigazzjoni.", "Għawdxin maħsuda bil-mewt traġika ta' Christine Gauci"], "date": "2020-01-18T12:08:20+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Għaddasa titlef ħajjitha f'Imġarr ix-Xini"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/11/20/igri-narakom-taghlqu-l-ispettaklu-meghan-markle-lil-take-that-qabel-il-kuncert-royal-variety/", "text": ["Id-Dukessa ta' Sussex Meghan Markle iltaqgħet mal-grupp mużikali Take That hekk kif fl-aħħar ħin attendiet għall-ewwel darba l-kunċert tar-Royal Variety f'Londra.", "Il-kunċert huwa magħruf għal wirjiet impekkabbli ta' talent għall-pajjiż li jiġbor fondi għall-karità.", "Il-grupp mużikali TakeThat għalaq l-ispettaklu.", "Fost kantanti oħrajn, kien hemm Rick Astley, George Ezra, u l-kast tal-musical Hamilton."], "date": "2018-11-20T09:18:14+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "\"Iġri narakom tagħlqu l-ispettaklu\"- Meghan Markle lil Take That qabel il-kunċert Royal Variety"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/05/05/il-knisja-bhafna-abbuz-falz/", "text": ["Minn 27 ilment li rċeviet is- Safeguarding Commission tal-Kurja dwar tfal vulnerabbli bejn Frar u Diċembru 2015, kien hemm każ wieħed fejn l-allegazzjoni ġiet sostanzjata.", "F'dan il-każ il-Kummissjoni rrakomandat li jittieħdu l-passi meħtieġa.", "L-ilmenti l-oħra konklużi jew ma ġewx ipprovati jew l-allegazzjoni kienet falza, inkella saru b'mod malizzjuż jew ma kinux jitrattaw abbuż.", "Fejn jidħlu adulti vulnerabbli, 3 allegazzjonijiet ġew sostanzjati u l-Kummisjoni rrakomandat li jittieħdu passi meħtieġa.", "Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja ntqal li din irrakomandat li l-Istat iwaqqaf awtorità għall-ħarsien tat-tfal u l-adulti vulnerabbi biex, fost affarijiet oħra, tiġi implimentata sistema ta' qsim ta' informazzjoni bejn l-organizazzjonijiet li jaħdmu mat-tfal u l-persuni vulnerabbli.", "Talbu wkoll li tiġi riveduta l-proċedura li twassal biex l-ismijiet ta' persuni jitpoġġew fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri.", "Fl-ewwel sena mit-twaqqif tal-Kummisjoni għall-Ħarsien ta' Tfal u Adulti Vulnerabbli, żewġ terzi tal-ilmenti li kienu jinvolvu minuri ġew konklużi f'inqas minn sitt xhur."], "date": "2016-05-05T15:38:07+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Knisja b'ħafna abbuż 'falz'"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/06/15/aghti-d-demm-aghti-issa-aghti-spiss/", "text": ["Min ġie għat-tieni darba, u min ilu s-snin jiġi kull tliet xhur.", "Din ir-realtà li sibna fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamangia, fil-Jum Internazzjonali tad-Donaturi tad-Demm.", "Jum b'appell ċar: \"Tistenniex sakemm issir diżgrazzja.", "Int x'tista' tagħmel?", "Agħti d-demm.", "Agħti issa.", "Agħti spiss.\"", "Hawn iltqajna ma' Mario, li ta mija u sbatax-il donazzjoni ta' demm.", "Bħala infermier l-isptar jara din ir-realtà mill-qrib."], "date": "2017-06-15T06:30:04+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Agħti d-demm. Agħti issa. Agħti spiss\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/13/itawwal-xaghru-biex-jaghtih-lil-habibtu-li-ghandha-l-alopecja/", "text": ["Meta kellha biss erba' snin, Gabby, li issa għandha 12-il sena, kien instab li għandha l-alopeċja, kundizzjon tal-ġilda li biha wieħed jitlef xagħaru.", "Minħabba li l-familja tagħha qatt ma kienet tista' taffordja tixtrilha parrokka, Gabby kienet tuża mkatar u kif ukoll kpiepel.", "Fl-2014 Gabby saret ħbieb ma' Tyler minn Michigan, tifel li kellu 10 snin, li tant xtaq jgħinha li dakinhar iddeċieda li jtawwal xagħru għal sentejn sħaħ.", "Dan sabiex ikun jista' jagħtih bħala donazzjoni lil għaqda li tipprovdi parrokki lil tfal li jkunu tilfu xagħrom kawża ta' xi marda jew kundizzjoni.", "\"Huwa ġest ferm sabiħ li tifel ta' età tant żgħira għamel ħiltu biex jagħmel differenza il-ħajja ta' xi ħadd,\" sostniet omm Gabby.", "Gabby se tkun qed tirċievi parrokka fil-ġimgħat li ġejjin bis-saħħa ta' Tyler."], "date": "2017-01-13T17:49:19+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Itawwal xagħru biex jagħtih lil ħabibtu li għandha l-alopeċja"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/13/tifel-ta-12-il-sena-jipponta-arma-tan-nar-lejn-ras-studenta-ghax-ried-chicken-nugget/", "text": ["Tifel ta' 12-il sena minn New York City allegatament ipponta arma tan-nar lejn studenta li kienet fl-istess klassi tiegħu u ordnalha tagħtih chicken nuggets kmieni din il-ġimgħa, dan skond uffiċjali tad-Dipartiment tal-Pulizija ta' New York.", "Qed jingħad li dan kien it-tieni attentat li t-tifel ipprova jakkwista mingħand din it-tifla.", "It-tifel ra lit-tifla tixtri c-chicken nuggets mingħand il-McDonalds u meta rrifjutat it-tifel beda jsegwiha.", "Ġara li f'punt minnhom waqqafha u ppunta arma tan-nar lejn rasha u ordnalha li tagħtih chicken nugget.", "It-tifla neħħietlu l-arma tan-nar minn ma rasha u qaltlu biex ma jdejjaqiex.", "Minn hemm telgħet fuq il-ferrovija.", "It-tifel ġie arrestat mill-Pulizija wara li t-tifla rrappurtatu lill-uffiċjali tal-iskola."], "date": "2017-01-13T16:56:42+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Tifel ta' 12-il sena jipponta arma tan-nar lejn ras studenta għax ried chicken nugget"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/04/25/tazza-te-farja-nadifa/", "text": ["Dalgħodu dan ir-ritratt li ttieħed f'Marsaxlokk juri xena sempliċi; tliet iħbieb igwadu te f'arja nadifa.", "Id-Deputat Laburista u Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta, Silvio Parnis, qal li kien qiegħed jingħaqad mar-residenti fin-Nofsinhar ta' Malta biex jesprimi s-sodisfazzjon għal wegħda mwettqa minn Gvern Laburista li jtemm darba għal dejjem l-użu tal- heavy Fuel Oil u l-qalba għall-gass.", "\"Din hija deċizjoni storika għar-residenti fin-Nofsinhar tal-pajjiż, li wara snin sħaħ ibatu minn konsegwenzi serji kkaġunati mill- heavy fuel oil , minn issa 'l quddiem se jkunu qed igawdu minn arja aktar nadifa\" saħaq Silvio Parnis.", "Id-Deputat Laburista fakkar kif erba' snin ilu l-poplu kien affaċċjat b'deċizjoni serja ħafna: dik li jemmen fil-pjan li kien qiegħed jippreżenta Joseph Muscat jew jemmen fil-qtiegħ ta' qalb u n-negattività ta' Simon Busuttil.", "\"Dak iż-żmien il-poplu għażel li b'mod konviċenti jersprimi l-fiduċja tiegħu f'Joseph Muscat u llum qed jikkonfermaw kemm kienet deċizjoni għaqlija, fejn mhux biss qed igawdu mir-roħs fil-kontijiet kif kien imwiegħed, imma wkoll minn arja nadifa\" qal Silvio Parnis.", "It-tmiem darba għal dejjem tal- heavy fuel oil huwa l-aħħar minn sensiela ta' żvillupi importanti f'dan is-settur, flimkien mal-għeluq tal-eqdem Power Station f'Delimara, it-twaqqiegħ taċ-ċumnija u iż-żarmar tal- Power Station tal-Marsa.", "Silvio Parnis temm jgħid li quddiem dan kollu huwa konvint li l-poplu Malti, inkluż ir-residenti fin-naħa ta' isfel ta' Malta qed ikomplu japprezzaw id-differenza pożittiva li qiegħed jagħmel f'ħajjithom Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, li mhux biss indirizza l-inkonvenjent soffert matul is-snin, imma fuq kollox il-kwalità ta' saħħithom."], "date": "2017-04-25T11:31:37+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Tazza te f'arja nadifa"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/07/09/spluzjonijiet-ghand-tal-pastizzi/", "text": ["Il-ħemda tal-lejl inbidlet f'ħoss ta' splużjonijiet f'Ħal Luqa, hekk kif gass li ħareġ minn ċilindru wassal għall-problemi f'ħanut tal-pastizzi.", "Fortunatament ħadd ma weġġa' meta b'kollox seħħew tliet splużjonijiet għall-ħabta tas-sagħtejn ta' dalgħodu.", "Ir-residenti li jgħixu f'appartamenti fuq il-ħanut kienu evakwati.", "Ħaddiema tat-tifi tan-nar ikkontrollaw is-sitwazzjoni imma xejn ma jnaqqas mix-xokk dalgħodu.", "Infatti waħda mill-ħaddiema waslet il-ħanut u spiċċat imbikkma xħin rat din ix-xena quddiemha.", "It-triq ewlenija tar-raħal tinsab magħluqa.", "Fuq il-post hemm Pulizija esperti u nies li nġabru bilkemm jistgħu jemmnu kif inqered il-ħanut."], "date": "2016-07-09T07:58:43+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Splużjonijiet għand tal-pastizzi"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/10/06/negozju-gdid-bsahhtu-ghodda-ghas-success-fil-gimgha-tal-smes-fmalta/", "text": ["Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta' Malta flimkien mal-Bank of Valletta p.l.c. organizzaw l-avveniment 'Negozju Ġdid b'Saħħtu, Għodda għas-Suċċess', bħala parti mill-Ġimgħa tal-SMEs f'Malta għall-2017 nhar l-Erbgħa, 4 ta' Ottubru.", "L-avveniment b'attendenza tajba, kien immirat biex jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ jaqbdu r-rotta ta' negozju ġdid u jsiru imprendituri.", "Matul l-avveniment il-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta flimkien mal-Bank of Valletta nedew 'Sett ta' Għodod għall-SMEs' tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta u l-BOV. http://www.maltachamber.org.mt/en/sme-toolkit", "Is-Sett ta' Għodod għall-SMEs huwa mmirat lejn il-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa bil-potenzjal ta' ambizzjonijiet ta' negozju ġdid u se jkun ta' gwida għalihom fil-fażijiet kruċjali tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment tal-kumpanija, bħall-Pjan tan-Negozju, l-Akkwist tal-Finanzi, Legali, Kredenzjali Ekoloġiċi u Kummerċjalizzazzjoni.", "Meta kellem lill-udjenza ta' imprendituri żgħażagħ li jaspiraw għal negozju ġdid, il-fundatur u Kap Eżekuttiv ta' New York Best Tommy Diacono spjega kif l-istabbiliment ta' negozju mill-qiegħ nett kien ta' sfida imma fl-istess ħin ta' sodisfazzjon kbir fit-tul.", "Huwa rrakkonta l-istorja ta' kif il-kumpanija tiegħu mxiet minn bidu umli ħafna, sakemm stabbilixxiet lilha nnifisha fis-settur tal-catering fi żmien ftit snin.", "Is-Sur Diacono qal li d-dedikazzjoni tiegħu u l-viżjoni biex jagħmel l-affarijiet differenti kienu s-sigriet wara s-suċċess tad-ditta tiegħu.", "Il-fundatur u Kap Eżekuttiv ta' 'Think' Bjorn Azzopardi indirizza wkoll l-avveniment u tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fl-istabbiliment tan-negozju tiegħu u l-isfidi li ltaqa' magħhom tul it-triq.", "Huwa spjega kif il-kumpanija tiegħu bdiet tiddisinja u tiżviluppa l-websajts fl-2003 imma malajr espandiet biex issa toffri portafoll sħiħ ta' servizzi relatati mal-web.", "Azzopardi qal li bid-determinazzjoni u bid-dedikazzjoni, flimkien mat-tim tiegħu, huwa rnexxielu joħloq niċċa fis-suq diġitali lokali.", "Filwaqt li ta merħba lill-udjenza żagħżugħa, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta Frank V. Farrugia qal li kemm fl-istadji bikrija tan-negozju l-ġdid, kif ukoll fi kwalunkwe stadju ieħor tal-istabbiliment tan-negozju, dejjem ikun hemm ċirkostanzi li jġiegħlu lill-imprenditur jiddubita jekk l-isforz u s-sagrifiċċju humiex vallapena.", "\"Minkejja l-isfidi li jidhru kważi impossibbli, l-isforz ikun vallapena ladarba n-negozju jkun sab saqajh.", "Żommu raskom 'il fuq u ppersistu.", "Oħolmu kbir, aħdmu iebes, uru lilkom infuskom u kunu ċerti li tinstemgħu.", "Kunu ċerti li tisfruttaw l-għajnuna u l-gwida kollha li tistgħu tieħdu mill-ħafna organizzazzjonijiet u mill-inizjattivi kontinwi mmirati biex jappoġġjaw lin-negozji l-ġodda,\" qal is-Sur Farrugia.", "Meta tkellem waqt l-introduzzjoni tiegħu, Albert Frendo, Chief Credit Business Development Officer fil-Bank of Valletta qal, \"Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalina li qegħdin hawn illum mal-kollegi tagħna mill-Kamra tal-Kummerċ, biex inniedu s-Sett ta' Għodod għall-SMEs.", "Din hija biċċa importanti mill-mużajk ta' appoġġ li jingħata lin-negozji ġodda u lill-SMEs, li huma kontributuri ewlenin għall-ekonomija Maltija.", "Bħala l-Bank għall-SMEs, il-Bank of Valletta ilu jappoġġja lil dawn l-imprendituri mhux biss permezz ta' finanzjament imfassal apposta imma wkoll permezz tal-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-UE tagħna fi Brussell biex jgħinhom jisfruttaw il-fondi ċentralizzati tal-UE u jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet disponibbli.", "Dan ippermettilna wkoll li nniedu servizzi innovattivi fis-suq, inkluż l-għodda ta' finanzjament li jaqsmu r-riskju mill-Fondi tal-UE bħall-BOV JAIME Financing Package u l-predeċessur tiegħu l-BOV JEREMIE Financing Package.\"", "Huwa kompla jgħid li, \"Filwaqt li nirringrazzjaw lill-Kamra tal-Kummerċ għall-koordinazzjoni tal-isforzi biex dan il-proġett jiġi rrealizzat, min-naħa tagħna, aħna ntennu l-impenn tagħna li nkomplu nsaħħu l-kollaborazzjoni tagħna mal-Kamra tal-Kummerċ biex noħolqu aktar opportunitajiet li jappoġġjaw lil dawn il-parteċipanti fit-twessigħ tal-opportunitajiet tagħhom, b'mod responsabbli u sostenibbli.\"", "Wara segwiet id-diskussjoni permezz tal-panel bil-kontribuzzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta Kevin J. Borg, il-Maniġer tal-Microsoft Innovation Centre Mary Downing, il-Kap Eżekuttiv tal-Junior Achievement Young Enterprise Julian Azzopardi, il-Kap Finanzjarju ta' Intact Nicole Cassar u s-Senior Associate ta' Camilleri Preziosi Advocates Andrei Vella.", "Fi tmiem l-avveniment, il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li, \"Bħalissal-ekonomija ta' pajjiżna hija l-aqwa fl-Ewropa, u l-għan tagħna li jmiss huwa li niddedikaw l-isforzi tagħna biex nittrasformaw lil Malta fi Gżira ta' intraprenditorija u sofistikazzjoni teknoloġika.", "Il-Ministeru għall-Ekonomija huwa ħerqan biex jgħin lit-talent lokali u aħna nirrikonoxxu li issa huwa ż-żmien biex inrawmu ekosistema tal-intraprenditorija, u nagħmlu l-kontribuzzjoni tagħna fil-bini ta' soċjetà innovattiva għanja.", "It-tnedija tas-Sett ta' Għodod għall-SMEs hija definittivament pass tajjeb ħafna fid-direzzjoni t-tajba.\""], "date": "2017-10-06T17:48:38+02:00", "category": "press, news, Uncategorized", "title": "Negozju Ġdid b'Saħħtu, Għodda għas-Suċċess fil-Ġimgħa tal-SMEs f'Malta"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/08/il-presidenza-maltija-wahda-mill-iktar-importanti-fl-ahhar-40-sena/", "text": ["Il-Presidenza Maltija se tkun waħda mill-iktar importanti f'dawn l-aħħar 40 sena, għax Malta għandha l-għarfien meħtieġ fl-isfond tal-immigrazzjoni rregolari.", "Hekk stqarr il-Kummisarju Ewropew Dimitris Avramopoulos waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru għall Intern Carmelo Abela.", "Il-Ministru Abela qal li trid tingħata aktar importanza lejn ir-rotta bejn il-Libya u l-Italja.", "Tkellem ukoll dwar is solidarjetà flessibli u kif din għadha tkun attwata fuq livell Ewropew, anke fejn jidħol l-ażil.", "Il-kummisarju Ewropew qal li l-Presidenza Maltija se jkollha sfida fejn jidħlu l-immigrazzjoni, is-sigurtà u anke fruntieri.", "Wieghed li l-UE se tkun qed tagħti l-appoġġ kollu lil pajjiżna."], "date": "2016-11-08T13:45:10+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Presidenza Maltija \"waħda mill-iktar importanti fl-aħħar 40 sena\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/08/peter-busuttil-mahtur-supporters-liaison-officer-tal-mfa/", "text": ["Il-Malta Football Association appuntat lil Peter Busuttil fil-kariga ta' Supporters Liaison Officer.", "Dan ifisser li se jkun qed jidjaloga mal-partitarji tal-futbol u joffri għajnuna fi problemi li jistgħu jiltaqgħu magħhom waqt l-impenji tagħhom fil-klabb u waqt il-partiti tagħhom fl-istadia lokali.", "Dan għandu jgħin biex il-leħen tal-partitarji jkollu mezz aħjar u jasal għand l- Assoċjazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti.", "Is-Sur Busuttil se jkun qed jieħu ħsieb ukoll ir-rwol ta' Disability Access Officer.", "Dan l-irwol se jkun qed jaġevola aktar l-aċċessabilita' tal-persuni b'diżabilita' biex l-MFA tara kif tista' ttejjeb il-faċilitajiet tagħha u tħaddan il-prinċipji ta' 'Football For All.'", "Din il-kariga tħares biex l-interessi ta' dawk kollha li huma involuti fil-futbol lokali jiġu mħarsa u rispettati.", "F'kumment li ta fuq din il-ħatra, Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, qal: \"Qed nevolvu minn perjodu ta' awsterità għal wieħed li fih qed nofru aktar opportunitajiet.", "Dan kollu qed jagħti messaġġ ħafna aktar ċar tal-bżonn ta' aktar aċċess għall-persuni bi bżonnijiet speċjali biex nagħmlu l-futbol aktar aċċessibbli għal kulħadd.\""], "date": "2016-11-08T13:01:10+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Peter Busuttil maħtur Supporters Liaison Officer tal-MFA"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/07/zewg-spetturi-qrib-tal-pn-fnofs-l-investigazzjoni-fuq-is-sid-tal-hanut-fis-swieqi/", "text": ["Żewġ spetturi ta' JobsPlus qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista jinsabu f'nofs l-investigazzjoni, li ssemmiet mill-Ministru Chris Cardona fil-Parlament ilbieraħtlula, dwar allegata vendikazzjoni li twettqet ma' sid ta' ħanut fis-Swieqi wara li dan laqa' lil Simon Busuttil bil-kumment li llum żgur ma tistax tilmenta dwar in-negozju fil-pajjiż.", "L-Orizzont tirrapporta li waqt li ġimgħa ilu l-Kap tal-PN kien qed idur il-ħwienet jippreżentalhom il-proposta li tissuġġerixxi tnaqqis fit-taxxa fuq il-qligħ għan-negozji żgħar, in-negozjant qallu bla tlaqliq li hu m'għandux għax igerger u ssuġġerilu li ma jibqax ikun negattiv f'dan ir-rigward.", "L-ORIZZONT informat li l-għada stess Pierre Farrugia, Kunsillier tal-PN fiż-Żurrieq, u raġel ieħor, it-tnejn spetturi ma' JobsPlus, marru f'dan il-ħanut partikolari meta lanqas kellhom ikunu fil-lokal.", "Dakinhar huma kienu qegħdin jagħmlu spezzjonijiet f'siti li m'għandhom xejn x'jaqsmu ma' ħwienet tal-merċa, kif inhu dan il-ħanut fis-Swieqi.", "Għaldaqstant qed jiġu akkużati li ħarġu minn triqithom u xogħolhom biex jagħmlu l-allegata vendikazzjoni f'isem il-PN.", "Ħajr lill-Orizzont"], "date": "2016-12-07T07:24:44+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Żewġ spetturi qrib tal-PN f'nofs l-investigazzjoni fuq is-sid tal-ħanut fis-Swieqi"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/26/ara-liema-toroq-se-jinghalqu-brabta-mal-festa-ta-sta-venera/", "text": ["Il-Kummissarju tal-Pulizija permezz ta' stqarrija avża li nhar is-Sibt 29 ta' Lulju, 2017, bejn id-disgħa u nofs ta' filgħaxija u l-ħdax u nofs ta' filgħaxija, ser jingħalqu bosta arterji tat-traffiku, sabiex tkun tista' tinżamm il-wirja tan-nar tal-ajru, relatata mal-festa ta' St. Venera.", "L-arterji prinċipali li ser ikunu magħluqa huma:", "Il- b ypass tal-Imrieħel direzzjoni lejn il- bypass tal-Marsa (minn fejn l-uffiċini tal-MFSA).", "Il- bypass tal-Marsa minn ma' Triq Aldo Moro, il-Marsa (it-telgħa biswit is-sezzjoni tal-Kavallerija tal-Pulizija).", "Triq Aldo Moro ser tibqa' aċċessibli għat-traffiku.", "Il- bypass tal-Marsa, direzzjoni lejn il-mina ta' S Venera u direzzjoni lejn il- bypass tal-Imrieħel.", "Triq il-Kbira San Ġużepp, St. Venera u parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp", "Triq il-Kanun, St. Venera", "Il-pubbliku ser ikun jista' jagħmel użu, mingħajr ebda restrizzjoni, minn dawn l-arterji prinċipali:", "Triq il-Kappillan Mifsud, St.Venera.", "Triq il-Wied ta' Birkirkara, l-Imsida.", "Triq Misraħ il-Barrieri, St. Venera.", "Triq l-Imdina, Birkirkara.", "Triq Aldo Moro, il-Marsa.", "Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.", "Il-mini ta' St. Venera (direzzjoni lejn il- bypass tal-Marsa).", "Huwa importanti li t-traffiku li għaddej lejn id-direzzjoni tal- b ypass tal-Imrieħel għan-naħa t'isfel ta' Malta ( southbound ), li jinkludi wkoll l-Ajruport, għandu jsib rotta alternattiva bħal Ħaż-Żebbug, fost oħrajn."], "date": "2017-07-26T17:47:38+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Ara liema toroq se jingħalqu b'rabta mal-festa ta' Sta Venera"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/10/akkuzat-li-seraq-minn-zewg-spizeriji-u-kellu-arma-tan-nar/", "text": ["Stephen Falzon, mwieled r-Renju Unit u jgħix Ħal-Balzan, tressaq il-qorti akkużat li seraq żewġ spiżeriji waqt li kien fil-pusses t'arma tan-nar.", "Waħda minn dawn is-serqiet saret nhar il-Ħamis.", "Falzon kien arrestat fuq konnessjoni ma serqa li saret fi spiżerija fin-Naxxar li saret nhar il-Ħamis filgħaxija.", "Skont raporti fl-ispiżerija daħlu żewġ persuni mgħammda u talbu l-flus lill-kaxxiera.", "Milll-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li Falzon kien involtu f'serqa minn spiżerija li saret fl-Iklin fi Frar ta' din is-sena.", "Falzon wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih ; akkużi ta' serq, li żamm persuni kontra l-volontà tagħhom, li kien fil-pusses t'arma tan-nar u li ma kellux liċenzja għall-arma tan-nar.", "Għad mhux magħruf jekk persuni oħra se jitressqu l-qorti akkużati b'involviment ta' serq.", "Il-kumpilazzjoni dwar il-każ għadha għaddejja."], "date": "2017-03-10T16:52:27+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Akkużat li seraq minn żewġ spiżeriji u kellu arma tan-nar"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/01/marka-tajba-ghall-presidenza-maltija/", "text": ["It-tletin ta' Ġunju ta' din is-sena jfisser ukoll tmiem l-ewwel esperjenza ta' Malta fit-tmun tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.", "Kienu sitt xhur li matulhom Malta kienet fit-tmun tal-aġenda Ewropea u għal iktar minn darba l-lenti kienet fuq pajjiżna fejn iltaqgħu mexxejja ewropej, uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, burokratiċi u esperti.", "Bit-tmiem tal-Presidenza jfisser ukoll li ssir analiżi dwar dak li nkiseb u dak li seta' nkiseb iktar huma diversi l-ġurnalisti li jagħmlu l-analiżi tagħhom.", "Numru ta' ġurnalisti flimkien għamlu l-analiżi tagħhom għall-ġurnal Politico."], "date": "2017-07-01T06:30:12+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Marka tajba għall-Presidenza Maltija"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/03/profitt-bsahhtu-ghall-gozo-channel/", "text": ["Is-sena li għaddiet, il-Gozo Channel għamlet profitt ta' €1,863,789.", "Ħabbar dan il-Ministu għal Għawdex Anton Refalo fil-Parlament fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.", "Fit-tweġiba tiegħu, Refalo nnota wkoll kif il-qliegħ sostanzjali tal-Gozo Channel – illum Gozo Channel Operations Limited – jikkuntrasta bil-kbir mal-operat tal-istess kumpanija lura fl-2012.", "Fil-fatt fl-aħħar sena ta' amministrazzjoni Nazzjonalista, il-Gozo Channel irreġistrat telf ta' miljun, sitt mija u tletin elf, tliet mija u tlieta u disgħin ewro.", "Telf li mhux talli nġieb fix-xejn, talli ddawwar fi profitt b'saħħtu.", "Qabża ta' qrib it-tliet miljun ewro u nofs."], "date": "2017-02-03T06:30:14+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Profitt b'saħħtu għall-Gozo Channel"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/20/trakk-jiehu-n-nar-go-fabbrika-abbandunata/", "text": ["Trakk ħa n-nar ġo fabbrika abbandunata tal-konkos f'Ta' Qali għall-ħabta tat-15.00.", "Fuq il-post issejħu membri tal-protezzjoni ċivili li kkontrollaw is-sitwazzjoni minnufih.", "Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident."], "date": "2018-10-20T16:00:33+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Trakk jieħu n-nar ġo fabbrika abbandunata f'Ta'Qali"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/06/14/koppja-hatja-ta-hasil-ta-flus-minn-fejn-kienu-jahdmu/", "text": ["Brian Buttigieg, eks-manager tal-KFC tal-Gżira, ingħata s-sentenza t'erba' snin ħabs u ġie mmultat tletin elf ewro.", "Dan wara li nstab ħati ta' ħasil ta' flus, meta kien jirċievi l-flus mingħand il-klijenti u ma jagħtihomx irċevuta għax kien jipproċessa l-ordnijiet b'mod qarrieqi.", "Jissostanzjaw dawn l-allegazzjonijiet, li tagħhom instab ħati, kien hemm filmati minn CCTV u sistema kompjuterizzata li tirrekordja t-tranżazzjonijiet kollha li jsiru.", "Minn meta beda jħaddem din is-sistema fis-Sajf tal-elfejn u ħdax, l-imputat ħa aktar minn tlieta u sittin elf ewro.", "Ma' dawn, bl-istess sistema, ħa wkoll flus minn meta kien jaħdem fil-KFC tal-Ajruport – biex b'kollox is-somma laħqet il-mija u sittin elf ewro.", "Minn investigazzjoni li saret mill-amministrazzjoni tal-kumpanija ħareġ ukoll il-każ ta' Joanne Cutajar, li fiż-żmien li kien manager fil-KFC tal-Gżira kienet toħroġ miegħu, u li b'din is-sistema ta' ħasil ta' flus ħadet aktar minn tnax–il elf ewro.", "Biex wara li kkunsidrat il-provi u x-xhieda, il-Qorti sabet lill-koppja ħatja tal-akkużi, u kkundannathom għal sitt snin ħabs u ħamsin elf ewro multa bejniethom."], "date": "2017-06-14T16:43:21+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Koppja ħatja ta' ħasil ta' flus minn fejn kienu jaħdmu"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/20/minn-zjara-fejn-shabha-tispicca-l-qorti/", "text": ["Joanna Williams ta' 36 sena mill-Iskozja tressqet il-Qorti akkużata li heddhet uffiċjali tal-Puluzija u manager ta' lukanda bejn il-lejl tal-Ħamis u l-Ġimgħa li għadda f'San Ġiljan.", "Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Kevin Pulis spjega li Williams ma tħallietx tidħol fil-lukanda peress li ma kinitx residenti hemm.", "Kien dak il-ħin li nħolqot kommossjoni u heddet kemm lill-manager tal-lukanda u anke uffiċjali tal-Pulizija.", "L-avukat tal-għajnuna Noel Bartolo spjega kif meta seħħ il-każ hija kienet fis-sakra u saħaq li Williams iddispjaċieha b'dak li ġara u skużat ruħha.", "Williams ngħatat l-libertà bil-kundizzjoni li ma tagħmel l-ebda reat fi żmien sena.", "Dan flimkien ma' multa ta' €800 li trid titħallas fi żmien sitt xhur."], "date": "2018-10-20T15:43:25+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Minn żjara fejn sħabha tispiċċa l-Qorti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/31/zieda-fl-attivita-fis-suq-tal-proprjeta/", "text": ["Iż-żieda fil-kwalità u fil-volum tal-proprjetà fl-aħħar ħames snin, kif ukoll skemi soċjali maħruġa mil-Gvern, wasslu sabiex in-nies investew iktar fil-qasam tal-proprjetà.", "Riżultat ta'dan fl-ewwel sitt xhur tas-sena n-nutara raw żieda ta' 23% fl-ammont ta' riċerki mitluba għall-konvenji li saru.", "Din iż-żieda ssarfet fi dħul akbar ta' 43% għall-gvern meta mqabbel mal-istess sitt xhur tas-sena ta' qabel.", "In-Nutar Malcolm Mangion spjegalna li għalkemm wieħed jista' jaħseb li dan seta' kien minħabba żieda fit-tariffi, dan mhux neċessarjament korrett.", "Il-bidla fil-liġi tal-wirt ukoll għenet lin-negozjati jimxu b'iktar ħeffa, qal Mangion, li fisser kif bil-liġijiet ta' qabel, ħafna propjetajiet kienu jispiċċaw mitluqa minħabba l-kumplikazzjonijiet li jinqalgħu.", "In-Nutar innota kif programmi innovattivi oħra li ħoloq il-gvern ikkontribwixxew għaż-żieda fid-dħul, fosthom il-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment li attira investiment fi propjetà iktar lussuża, l-iskema tal-First Time Buyers, li għenet żgħażagħ jagħmlu l-ewwel pass u jinvestu f'propjeta u kif ukoll skemi soċjali oħra li qed iwasslu biex iktar persuni ikunu sidien tad-djar tagħhom."], "date": "2017-07-31T06:30:25+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Żieda fl-attività fis-suq tal-proprjetà"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/08/06/xoghlijiet-bil-lejl-ftal-balal-u-l-marsa-hamrun-bypass/", "text": ["Infrastructure Malta ser twettaq għadd ta' xogħlijiet matul il-lejl fi Triq tal-Balal bejn in-Naxxar u San Ġwann, u fil-Marsa-Hamrun Bypass bejn il-mini ta' Santa Venera u Triq Aldo Moro, bħala parti minn żewġ proġetti differenti biex titjieb il-kwalità u l-effiċjenza ta' dawn ir-rotot ewlenin.", "Dawn ix-xogħlijiet tat-toroq bil-lejl, bejn it-20:00 u s-06:00 tal-għada, ser jibdew it-Tnejn filgħaxija u jkomplu għaddejjin matul il-ġimgħa.", "Partijiet minn dawn it-toroq, u t-toroq li jingħaqdu magħhom, jistgħu jkunu magħluqa waqt dawn il-ħinijiet sabiex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà ta' dawk li jivvjaġġaw minn dawn it-toroq, u tal-ħaddiema.", "It-toroq ikunu miftuħin mill-ġdid kull filgħodu mis-06:00 'l hemm.", "Uffiċjali tal-immaniġġjar tat-traffiku ser ikunu fl-inħawi sabiex jiggwidaw lill-pubbliku lejn rotot alternattivi.", "Dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi għandhom isegwu d-direzzjonijiet temporanji, fosthom limiti ta' veloċità mnaqqsa, li qed jiġu murija b'tabelli mal-ġnub tat-triq.", "Il-proġett ta' titjib ta' Triq tal-Balal jinkludi l-iżvilupp tat-tielet korsija matul it-triq kollha, sabiex titwessa' l-karreġġjata li tagħti lejn in-nofsinhar, fid-direzzjoni minn Naxxar u l-Għarghur lejn San Ġwann.", "Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid ukoll l-erba' roundabouts li hemm f'din it-triq, biex jiddaħħlu bypass lanes ġodda u konnessjonijiet aħjar bejn it-toroq li jingħaqdu flimkien f'dawn il-ħoloq.", "It-twessigħ tat-triq flimkien mat-titjib fir- roundabouts ser inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar f'din ir-rotta kif ukoll f'għadd ta' toroq li jinfdu fiha, fosthom Triq ta' L-Ibraġ, li tgħaqqad l-inħawi ta' L-Ibraġ u tal-Madliena fis-Swieqi ma' San Ġwann u Triq M.Murray, li twassal mill-inħawi tal-Birguma u Tat-Tarġa fin-Naxxar, u mill-Għargħur, lejn Triq tal-Balal.", "Il-ħidma fil-Marsa-Ħamrun Bypass, li bdiet aktar kmieni din is-sena, tinkludi l-bini mill-ġdid ta' din it-triq arterjali b'erba' korsiji, sabiex titwessa b'żewġ korsiji ġodda, waħda kull naħa.", "Waħda minn dawn iż-żewġ korsiji ser tneħħi x-xkiel hekk kif toħroġ mill-mini ta' Santa Venera, fid-direzzjoni lejn il-Marsa.", "Bħalissa żewġ korsiji li joħorġu minn taħt il-mina jidjiequ għal korsija waħda, sitwazzjoni li toħloq ħafna diffikultajiet għal dawk li jkunu sejrin lejn in-nofsinhar tal-pajjiż.", "In-naħa l-oħra, fil-karreġġjata li mill-Marsa u Ħal Qormi twassal għall-mini ta' Santa Venera u l-Bypass tal-Imrieħel, il-korsija ġdida li ser tiżdied b'dan il-proġett ser twassal biex minn Ħal Qormi tibqa' għaddej dritt lejn l-Imrieħel mingħajr il-bżonn li taqleb minn korsija għal oħra.", "Dan ifisser inqas riskji ta' aċċidenti.", "Il-proġett jinkludi wkoll l-iżvilupp ta' sistemi ġodda tat-tqassim tas-servizzi ta' l-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni u sistemi tad-drenaġġ, taħt il-livell tat-triq, il-bini mill-ġdid tas- central strip b'sistemi ta' crash barriers u dwal ġodda, kif ukoll 1.7 kilometri ta' bankini ġodda.", "Aktar tagħrif jew għajnuna dwar dawn ix-xogħlijiet jistgħu jinkisbu minn Infrastructure Malta fuq 2334 1000 jew [email protected] ."], "date": "2018-08-06T11:55:25+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Xogħlijiet bil-lejl f'Tal-Balal u l-Marsa-Ħamrun Bypass"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/02/16/jittrippla-n-numru-ta-beneficjarji-tal-get-qualified-scheme/", "text": ["Bejn l-2013 u l-2019 madwar €24 miljun f'krediti tat-taxxa ingħataw lura lil 9,360 benefiċjarju grazzi għall-iskema Get Qualified li tgħid biex persuna tikseb ħiliet u kwalifiki.", "In-numru ta' benefiċjajri trippla meta mqabbel mal-perjodu ta' bejn l-2006 u l-2012, fejn kien hemm ftit aktar minn 3,700 benefiċjarju li bejniethom ingħataw madwar 11–il miljun u ħames mitt elf ewro.", "Din l-iskema tal-Malta Enterprise, amministrata mill-Ministeru għall-edukazzjoni u x-Xogħol permezz tal-Kunsill Nazzojnali tal-Ħiliet, hija applikabbli wara kors ta' studji li jwassal għal korsijiet ta' ċertifikazzjoni, diploma, grad jew post-gradwat.", "Mat-tlestija b'suċċess tal-kors, l-istudent jibbenefika minn kreditu ta' taxxa biex jirkupraw parti mill-ispejjeż li jsiru.", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li din l-iskema tgħin lill-istudenti jkomplu l-istudji u jwittu t-triq għal karriera sostenibbli.", "L-Onor.", "Bonnici stqarr: \"Qed naraw li din l-iskema qed jeħduha iktar u iktar persuni, hawnhekk qed nitkellmu fuq nies li aħna qed inħeġġuhom biex ikomplu jitħarġu, ikomplu jitgħalmu, ikomplu jieħdu kwalifiki biex ikomplu jimxu 'l quddiem fil-karriera tagħhom u magħhom ikompli jimxi l-quddiem pajjiżna.", "B'dawn it-tip ta' skemi jiena konvint li se jsir ħafna ġid fil-familji tagħna għaliex qed ikomplu insaħħu r-riżorsi umani li għandna f'pajjiżna.\"", "Il-Ministru ghall-Ekonomija Silvio Schembri qal li fl-isfond tas-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna huwa kruċjali li l-Gvern jibqa' jinvesti fil-ħiliet tal-ħaddiema.", "Żied jgħid li l-Gvern se jibqa' jsaħħaħ skemi eżistenti u fejn meħtieġ jiġu introdotti skemi oħrajn ġodda sabiex jinħolqu aktar opportunitajiet simili."], "date": "2020-02-16T15:04:50+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jittrippla n-numru ta' benefiċjarji tal-'Get Qualified Scheme'"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/02/14/il-ministru-owen-bonnici-jishaq-dwar-l-importanza-tat-taghlim-tas-suggetti-vokazzjonali-u-applikati-fis-sistema-edukattiva/", "text": ["Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar l-iskola tal-Alternative Learning Programme (ALP) li tifforma parti mill-Kulleġġ San Tumas More bħala parti minn serje ta' żjarat fl-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi ta' pajjiżna.", "Dan il-programm huwa uniku fix-xorta tiegħu u huwa offrut biss f'din l-iskola.", "Il-Ministru Owen Bonnici faħħar ix-xogħol li jsir fl-ALP u saħaq fuq l-importanza li tiġi \"offruta edukazzjoni alternattiva għall-istudenti tagħna, billi nipprovdulhom il-possibbiltà li jfittxu triq vokazzjonali.", "Kulħadd għandu ħiliet differenti, u permezz ta' dan il-programm qegħdin noffru l-istudenti taħriġ f'oqsma varji u esperjenza hands-on, b'mod li nipprovdulhom l-għodod neċessarji biex jiffurmaw il-futur tagħhom.\"", "L-ALP tipprovdi opportunitajiet alternattivi għall-istudenti permezz tas-suġġetti vokazzjonali, filwaqt li jissaħħu l-ħiliet u kompetenzi relevanti, li 'l quddiem jippreparawhom għal edukazzjoni ogħla, kemm f'għarfien prattiku, kif ukoll teoretiku.", "L-ALP hu ċentru vokazzjonali u kreattiv li joffri ħafna xogħol applikat u opportunitajiet prattiċi, bl-għajnuna ta' numru ta' programmi u korsijiet.", "L-ALP tħejji l-istudenti għall-ħtiġijiet tas-soċjetà tal-lum u ta' għada, li kuljum qed titlob għal aktar ħaddiema mħarrġa u kompetenti.", "Il-programm huwa għal studenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-edukazzjoni formali (Year 11) u jista' jiġi segwit għal sentejn.", "Hemm ukoll l-ALP+ li huwa wkoll disponibbli għal studenti bejn l-età ta' 16 u 18.", "Dr Owen Bonnici kellu wkoll laqgħa mal-Kap tal-Iskola, Edukaturi u l-persunal tal-ALP fi ħdan il-Kulleġġ ta' San Thomas More f'Raħal Ġdid."], "date": "2020-02-14T17:01:32+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Ministru Owen Bonnici jisħaq dwar l-importanza tat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali u applikati fis-sistema edukattiva"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/13/clayton-micallef-onorat-fl-ordni-tal-mertu-nazzjonali/", "text": ["Clayton Micallef kien jagħmel parti mill-Armata Maltija 1st Regiment C special duties company.", "Fl-2004, għadda minn inċident sfortunat li wasslu għal ħsara kbira fil-korda spinali li ħallietu ipparalizzat minn għonqu 'l isfel.", "Minħabba li ma jistax iċaqlaq idejh u saqajh, Micallef għandu ħtiġijiet kumplessi ħafna biex jieħu l-kura minħabba n-nuqqas ta' mobbilta' tiegħu.", "Kien jeħtieġ għajnuna kontinwa iżda dan it-tip ta' servizz kien ineżistenti dak iż-żmien.", "Iżda minkejja d-diffikultajiet kollha huwa irsista biex jinħoloq dan it-tip ta' servizz ta' kura biex b'hekk fl-2010, ingħataw fondi għal proġett pilota sabiex tiġi varata din it-tip ta' kura li permezz tagħha seta' jgħix fil-kumdità ta' daru.", "Micallef ta ukoll sehmu f'attivitajiet ta' ġbir ta' fondi kif ukoll fi programmi televiżivi bl-għan li joħloq għarfien dwar kwistjonijiet ta' diżabilità u kwistjonijiet oħra soċjali.", "Fl-2012, Micallef iddeċieda li jkompli l-istudji tiegħu permezz ta' Baċellerat fil-Psikoloġija.", "Minħabba nuqqas ta' aċċessibiltà għall-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu, ma setax jattendi l-lectures fl-Università b'mod regolari u beda jħabbat wiċċu ma' tfixkil li b'mod regolari jgħaddu minnu l-persuni bi bżonnijiet bħal tiegħu.", "Għaldaqstant beda jirsisti u għadu s'issa jfittex li jiltaqa' mal-persuni rilevanti sabiex iġib it-tibdil meħtieġ f'dan il-qasam.", "Fil-fatt fl-2013 kiseb fondi mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sabiex tiġi introdotta l-istruttura meħtieġa kif ukoll isir audio recording tal-lectures.", "Minkejja d-diffikultajiet, fl-2018, Micallef temm il-Baċellerat tiegħu fil-Psikoloġija u beda jsegwi kors f'livell ta' Masters mal-Università ta' Aberdeen fl-Iskozja."], "date": "2018-12-13T12:07:38+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Clayton Micallef onorat fl-ordni tal-mertu nazzjonali"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/12/de-marco-joggezzjona-li-l-poplu-jkollu-t-taghrif-li-jimpurtah/", "text": ["Il-viċi kap tal-Oppożozzjoni Mario de Marco it-Tlieta filgħaxija oġġezzjona għall-fatt li l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wieġeb mistoqsijiet supplimentari li ma kellhomx x'jaqsmu mal-mistoqsijiet oriġinali tiegħu li kienet dwar sponsorships .", "Dr Demarco qalL \"Dan mhux mod kif għandu jiġi kondott il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari.", "Il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari mhuwiex għall-messaġġi promozzjonali.", "Jien għamilt mistoqsija parlamentari 20 minuta ilu fejn tlabt ħaġa bażika – lista ta' sponsorships .", "Għaddew 20 minuta fejn smajna mistoqsijiet supplimentari li m'għandhom x'jaqsmu xejn mas-suġġett, u l-Ministru jagħtina l-lista tas-servizzi ta' Mater Dei biss kien jonqsu, u għadna ma nafu xejn fuq domanda hekk bażika dwar l-isponsorships.\"", "L-iSpeaker Anġlu Farrugia ġibed l-attenzjoni ta' Dr de Marco li s-Sedja ma tidħolx fil-kontenut tar-risposta li jagħti ministru.", "\"Int kont ministru u taf.", "Meta jsiru domeandi supplimentari, hemm rulings speċifiċi ta' xi għaxar speakers fejn il-ministru jagħżel hu jekk jirrispondix id-domanda.\"", "De Marco qal li huwa ma kienx qed jikkonfronta lis-sedja u appella lil kull deputat biex ma joqgħodux jaħlu l-ħin tal-ministru.\"", "Il-Ministru Chris Fearne qal li huwa jiskanta kif de Marco qal li huwa ħela ta' ħin li huwa (il-ministru) jitkellem dwar mediċina tal-kanċer, fuq l-istikki tad-dijabete u affarijiet li jolqtu lin-nies.", "\"Dawn huma l-affarijiet li jimpurtaw lin-nies, Onor. De Marco!\"", "Il-ministru qal li numru mill-mistoqsijiet supplimentari saru mill-kollegi tiegħu u dan juri kemm il-Partit Nazjzonalisrta huwa maqsum anke għax anqas jiddeċiedu min jagħmel mistoqsijiet supplimentari jew le.", "Mr Fearne qal li fil-Kamra, l-Oppożizzjoni m'għandhiex is-supremazija li l-mistoqsijiet jagħmluhom huma biss.", "\"Jekk il-backbenchers tal-gvern iridu jagħmlu l-mistoqzijiet, jiena nweġibhom bħal ma nwieġeb il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni.\""], "date": "2017-07-12T08:26:18+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "De Marco joġġezzjona li l-poplu jkollu t-tagħrif li jimpurtah"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/14/tat-taxi-jibqa-ghaddej/", "text": ["Il-kulur aħmar ma fisser xejn għal dan is-sewwieq ta' taxi, li baqa' għaddej b'veloċità massima, jekk mhux eċċessiva, f'Ħal Luqa.", "Imnalla inżerta' li sewwieq ta' rota ma qabadx u qasam it-triq malli d-dawl qaleb aħmar.", "Ara l-filmat imtella' minn Malta Roads."], "date": "2016-11-14T14:48:37+01:00", "category": "press, news, Uncategorized", "title": "Tat-taxi jibqa' għaddej"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/09/jinghadu-biex-jghidu-getacab/", "text": ["Gawdi il festi, gawdi l-ħajja...#getacab.", "Jekk se ssuq, tixrobx.", "Dan huwa l-messaġġ ewlieni ghal kampanja kontra is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.", "Dalgħodu diversi entitajiet, fosthom il-Pulizija, nies mill-qasam tas-saħħa, mill-protezzjoni ċivili u oħrajn tkellmu favur sewqan responsabbli niedew din il-kampanja bil-għan li jkunu evitati fatalitajiet.", "Ingħad li dawn il-kampanji hallew il-frott fl-ahhar erba' snin, u f'dan ix-xahar ta festi s'issa ma kien hemm ebda fatalità f\"incidenti tat-traffiku."], "date": "2016-12-09T11:23:36+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jingħaqdu biex jgħidu: #getacab"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/27/xse-jaghmel-simon-busuttil/", "text": ["Issa li hemm provi li l-perit Toni Bezzina prova jqarraq fl-applikazzjoni tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat staqsa x'passi se jieħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.", "F'intervent telefoniku fuq One Radio, il-Prim Ministru innota li f'każ li Bezzina vvinta dettalji biex jagħmel mod li l-applikazzjoni tiegħu tingħata l-permess, dan jikklassifika bħala frodi."], "date": "2017-02-27T06:00:09+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Simon Busuttil jibqa' sieket dwar Toni Bezzina"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/23/lejn-izjed-bilanc-bejn-ix-xoghol-u-l-familja/", "text": ["Għaddiet sena minn meta tnieda l-proġett tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza bl-isem ta' \"Equality beyond Gender Roles\".", "Proġett li jippromwovi l-ugwaljanza, lil'hinn mir-rwoli normalment assenjati għal ġeneru partikolari.", "Dalgħodu f'lukanda ewlenija f'Tas-Sliema ttella' Business Breakfast li ta stampa ċara ta' fejn wasalna, u fejn irridu naslu.", "Fil-preżenza ta' unjins u rappreżentanti ta' kumpaniji privati, kien spjegat kif statistiċi juru li pajjiżi b'miżuri li jgħinu lill-familja huma iżjed kuntenti, u allura l-pretazzjoni tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol tkun ħafna aħjar.", "F'dan il-kuntest, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Helena Dalli, sostniet il-bżonn li l-postijiet tax-xogħol ikunu flessibbli għall-ħaddiema.", "Dan fi sfond ta' statistika li turi żieda bla preċedent fin-numru ta' nisa fid-dinja tax-xogħol.", "Hawnhekk il-Ministru rreferiet għall-miżuri li se jkunu diskussi fiż-żmien li ġej, li jindirizzaw ir-realtà li mhuwhiex biss il-missier li jaħdem għall-familja iżda anki l-omm.", "Miżuri bħal sick speċjali għal meta jimirdu t-tfal."], "date": "2017-01-23T11:38:14+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Lejn iżjed bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/25/nies-iqattghu-l-milied-quddiem-il-qorti/", "text": ["Hekk kif illum f'12.00 tressqu l-Qorti Moussa Saha u Ahmed Ali li huma ż-żewġ Libjani akkużati li wettqu l-hijack tal-ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah, numru kbir ta' nies inġabru quddiem il-Qorti.", "Mhux xena tas-soltu li f'jum il-Milied, għexieren ta' nies jistennew wara l-għatba tal-Qorti biex isegwu dak li jkun għaddej.", "Kienu l-bosta li stennew li jintemm is-smigħ tal-każ biex ikunu jistgħu jieħdu ritratt tal-akkużati.", "Normalment, il-ħin ta' nofsinhar nassoċċjawh mal-ikla ta' nofsinhar mal-familja iżda jidher li mhux kulħadd iddeċieda li jqatta' dan il-jum tradizzjonalment."], "date": "2016-12-25T13:54:59+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Nies iqattgħu l-Milied quddiem il-Qorti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/04/22/bla-prova-wara-saghtejn-dibattitu-falla-l-ikbar-test-politiku-ferba-snin-1/", "text": ["Id-Deputat Mexxej Chris Cardona qal li Simon Busuttil imdorri jispara bl-addoċċ, u llum ibbaża ruħu fuq invenzjoni li daħħlitu f'ħajt.", "Qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni u seħbitu qed jigdbu, u fakkar li tranżazzjonijiet bankarji huma traċċabbli bl-Iswift u l-IBAN.", "\"Jekk tittoppja il-mobile b'ħames ewro u tuża l-bank biex tagħmel tranżazzjoni, dik tibqa hemm għal 40 sena\" spjega Caronda bħala eżempju.", "Dan kollu juri d-disprament politiku ta' Simon Busuttil.", "Ilbieraħ f'hin minnhom qal li l- ownership ta' Egrant huwa sekondraju u kwistjoni irreleavnti.", "Dan wara li ilu jispjekola u jitfa tiben fuq in-nar għal iktar minn sena.", "Dan huwa riżultat tat-taħwid ta' informazzjoni li qed toħrog minn Daphne Caruana Galizia u sħabha.", "Per eżempju, Caruana Galizia qalet li dokumenti ħarġu mill-bank Pilatus sena ilu.", "Min-naħa l-oħra simon Busuttil, NET TV u sħabu qed jgħidu li d-dokumenti ħarġu fil-bagalji.", "Cardona qal li hemm inkjesta għaddejja, u li dalgħodu xehedu l-Prim Ministru, Michelle Muscat u ċ-chief of staff tal-Prim Minsitru.", "F'dan l-istadju, l-inkjesta għandha tieħu s-serenità u l-ħin tagħha.", "Julia Farrugia qalet li Simon Busuttil falla l-ikbar test politiku li kellu f'dawn l-aħħar erba' snin.", "It test fallieh mal-poplu Malti li quddiemu kellu jressq prova għal dak li qed jallega.", "Farrugia osservat li l-politika qed tintuża bħala ballun politiku u li hemm pattern li wieħed ma jistax ma josservax minn naħa tal-PN, fix xhur li jkunu se jwasslu għall-elezzjoni generali.", "\"Min bħali kien jaħdem f'bank huwa xi haħa inaċċettabbli u ma tistax titwemmen\" qalet Farrugia għal li qed jgħid Simon Busuttil.", "\"Tranżazzjoni għandha retention period li jitla sa' 40 sena skont il liġijiet finanzjarji tal pajjiż.", "Jekk il-PN huwa tant konvint li għaddiet tranżazzjoni daqshekk goffa ta' flus, din tinstab\".", "Żiedet tgħid li fil-PN tiġi fid-dubju min hu l-kap.", "Jekk hux Simon Busuttil inkella persuna oħra li tfajjar bl-addoċċ stejjer u novelli... issa ta' Michelle Muscat hija teorija ġdida.", "Il-poplu jistenna li Simon Busuttil jerfa' responsabilità għax qed jaspira li jkun Prim Ministru tal-pajjiż, temmet tgħid Farrugia."], "date": "2017-04-22T13:49:28+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Bla prova wara sagħtejn dibattitu – \"falla l-ikbar test politiku f'erba' snin\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/19/is-sejba-ta-omm-wara-li-bintha-mietet-fincident/", "text": ["Xahar wara li tilfet lil bintha ta' 16-il sena f'inċident tat-traffiku, Cindy Mathis, sabet xi ħaġa li kienet ta' għajnuna kbira għaliha fl-aktar żmien diffiċli ta' ħajjitha.", "Din l-omm sabet 25 ittra li bintha kienet tat lilha bħala rigal f'għeluq snina.", "Wieħed mill-envelopes li din il-bint preparat għal ommha, kien jgħid \"Iftaħni...meta timmisjani.\"", "L-ittri l-oħra kienu kollha simili, li jagħtu istruzzjonijiet lil omm biex tiftaħ dawn l-ittri meta tħossha waħedha fost oħrajn.", "L-omm stqarret li wħud mill-ittri jgħinuha tidħak u oħrajn ibbikkuha, iżda dawn l-ittri qed jgħinuha ferm hekk kif jgħinuha tħoss lil bintha aktar viċin u li dawn l-ittri għaliha mhumiex biss kliem fuq biċċa karta.", "Mathis, kienet insiet totalment dawn l-ittri, iżda meta kienet qed tnaddaf sabet waħda minn dawn l-ittri li kienet tgħid \"Meta ma tkunx tista' torqod.\"", "Din l-ittra kienet tgħid: \"Irridek tkun taf li jiena inħobbok.", "Naħseb ma ngħidlekx biżejjed.", "Fid-dawl li ma tistax torqod wisq probabli inkwetata dwar xi ħaġa u għalhekk irridek tħoss kemm inħobbok.\"", "Fi żminijiet diffiċli xi kultant huma l-aktar affarijiet sempliċi li jtuna t-tama u l-għajnuna biex inkomplu mexjin 'il quddiem."], "date": "2017-02-19T18:19:57+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Is-sejba ta' omm wara li bintha mietet f'inċident"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/10/09/bhala-prim-ministru-dan-huwa-l-kumment-tieghi-din-hija-d-decizjoni-tieghi/", "text": ["Aktar kmieni rrapportajna li l-Prim Ministru se jaħtar inkjesta biex tinvestiga l-istorja li ħarġet dalgħodu b'rabta ma' Beppe Fenech Adami.", "Tista' tisma' kelma b'kelma x'qal Joseph Muscat hawn:", "Simon Busuttil naqas milli jikkummenta mal-ġurnalisti, kif tista' ssegwi hawn ."], "date": "2016-10-09T17:17:46+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Bħala Prim Ministru, dan huwa l-kumment tiegħi, din hija d-deċiżjoni tiegħi\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/19/busuttil-se-jerga-jnizzel-in-nies-fit-toroq/", "text": ["Simon Busuttil se jkun qed jerġa' jniżżel in-nies fit-toroq.", "Dan hekk kif fl-indirizz tiegħu lill-folla li nġabret għall-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta qal li hu lest li jkompli jniżżel in-nies fit-toroq biex iwassal il-messaġġ.", "B'dan il-kliem Simon Busuttil ikkonferma li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed ikompli bil-kampanja negattiva tiegħu u jipprova jwaqqaf it-tkabbir ekonomiku li għandu pajjiżna.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel kliem ta' konfront u attakka l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna biex iħeġġeġ il-folla Nazzjonalista miġbura quddiemu biex id-darba li jmiss terġa' tattendi.", "\"Jien ma nibżax minnek,\" qal Busuttil lil Prim Ministru ta' Malta Joseph Muscat.", "Ma naqsux il-mumenti fejn Simon Busuttil għażel li jirrepeti affarijiet li bil-fatti kienu diġa' miċħuda.", "Huwa reġa' saqsa ta min hi Egrant minkejja li fi storja tal-MaltaToday ikkonfermat li Egrant hija ta' Nexia BT .", "L-istess għamel dwar il-liġi tal-midja u l-malafama, Simon Busuttil reġa' għażel li jigdeb dwar liġi li mhux biss tagħti iktar libertà iżda tirrikonoxxi wkoll realtajiet ġodda."], "date": "2017-02-19T17:54:42+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Busuttil se jerġa' jniżżel in-nies fit-toroq"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/06/jissospendi-ruhu-sakemm-issir-investigazzjoni/", "text": ["Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ġie infurmat mill-Kap tas-Segretarjat tiegħu, is-Sur Jesmond Zammit, li kien qed jissospendi lilu nniffsu mix-xogħol sakemm issir investigazzjoni mmexxija mill-eks Brigadier Carmel Vassallo dwar rapport li deher dalgħodu fil- MaltaToday .", "Is-Sur Zammit qed jiċħad li intervjena f' dan il-kaz, iżda peress li huwa l- coach tat- team tal- football li miegħu jilgħab il-persuna konċernata, huwa ħass li għandu jissospendi ruħu sakemm titlesta l-investigazzjoni sabiex ma jintefa l-ebda dell fuq il-ħidma tad-dekasteru li għalih s-Segretarju Parlamentari huwa responsabbli."], "date": "2016-11-06T13:06:32+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jissospendi ruħu sakemm issir investigazzjoni"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/11/23/l-ispeaker-jinnota-l-impenn-tal-pm-biex-jigi-diskuss-il-kaz-dcg-fil-parlament/", "text": ["Wara t-talba li ressaq illejla l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sabiex jitlaqqa' l-Parlament b'urġenza u wara li ra r-risposta tad-Deputat Prim Ministru u Kap tal-Kamra Chris Fearne, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li m'hemmx qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra biex jitlaqqa' l-Parlament b'urġenza fis-sigħat li ġejjin.", "F'ittra mibgħuta lill-Kap tal-Oppożizzjoni huwa qal li wara li ra diversi rulings passati u ħa nota ta' dak li tgħid il-kostituzzjoni, huwa mhux biss ra jekk il-materja nnifisha hijiex urġenti iżda wkoll jekk din tkunx tant mgħaġġla li l-Kamra jkollha tiddibattiha mill-aktar fis possibbli.", "Dan għaliex inkella jkun tard wisq jekk din l-istess materja tiġi diskussa fi stadju ulterjuri.", "Is-sedja nnutat wkoll id-dikjarazzjoni li għamel l-Prim Ministru fl-20 ta' Novembru li għadda fil-Parlament fejn assigura lill-Kamra tar-Rappreżentanti li huwa kien se jagħmel stqarrija u li saħansitra kien anki lest jagħmel seduta sħiħa jwieġeb għall-mistoqsijiet.", "L-Ispeaker innota wkoll li dan l-impenn tal-Gvern reġa' ġie kkonfermat illejla minn risposta mibgħuta mid-Deputat Prim Ministru u Kap tal-Kamra Chris Fearne."], "date": "2019-11-23T20:02:07+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "L-Ispeaker jinnota l-impenn tal-PM biex jiġi diskuss il-każ DCG fil-Parlament"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/03/06/jordan-azzopardi-jixhed-fil-guri-ta-etienne-bartolo-maghruf-bhala-l-vojt/", "text": ["Kompla l-ġuri ta' Etienne Bartolo magħruf bħala l-Vojt.", "Huwa qed jiġi akkużat bl-omiċidju ta' Roderick Grech li f'Marzu tal-2017 kien instab ħdejn il-karozza tiegħu bi ġrieħi ta' daqqiet ta' sikkina f'sidru.", "Dakinhar, il-vittma kien lissen il-kliem \"Vojt.", "Fil-ġuri ħareġ li Bartolo kellu argument mal-vittma minħabba ħlasijiet marbuta mad-droga.", "Bl-akkuzat qal lilL-vittma li beda jibza' minn Grech.", "Fis-seduta ta' dalgħodu xehed Jordan Azzopardi magħruf bħala l-el chapo ta' Malta.", "Huwa qiegħed jiffaċċja akkuzi dwar traffikar tad-droga f'kaz separat fil-qorti.", "Huwa għazel li ma jweġibtx għall-mistoqsijiet li sarulu sabiex ma jinkriminax lilu nnifsu.", "Huwa baqa' sieket fuq l-allegatament assoċjazzjoni li kellu mal-vittma.", "L-avukat mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali, uriet kuntratt ta' kiri ta' karozza lil Jordan Azzopardi.", "Huwa qal li kien kera l-karozza tal-għamla Ford Fiesta.", "Izda ma qalx min kien qiegħed isuqha dakinhar tal-omiċidju.", "Fost mistoqsijiet li staqsih l-avukat tal-akkużat Mark Vassallo, Jordan Azzopardi baqa' sieket u ma weġibx lanqas dwar il-laqam tiegħu jiġifieri jekk isejħulhux l-El Chapo."], "date": "2020-03-06T18:46:16+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jordan Azzopardi jixhed fil-ġuri ta' Etienne Bartolo magħruf bħala l-\"Vojt\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/22/il-pubbliku-l-ghajnejn-u-l-widnejn-biex-jinstabu-tfal-irrapportati-nieqsa/", "text": ["Meta t-tfal ikunu rrappurtati nieqsa, huwa importanti li l-Pulizija tagħmel kuntatt mal-pubbliku sabiex iġġib informazzjoni siewja.", "Il-Pubbliku jista' jkun l-għajnejn u l-widnejn li jgħinu lil Pulizija jallokaw fejn ikunu tfal vulnerabbli li jkunu sfaw nieqsa u f'periklu imminenti sabiex jgħinuhom isolvu l-każ u jsibu lit-tfal malajr kemm jista' jkun.", "Hekk tkellem il-koordinatur min-network tal-esperti tal-Pulizija Charie Hedges, li hu rikonoxxut bħala wieħed mill-esperti ewlenin tar-Renju Unit dwar it-tfal neqsin jew maħtufin.", "Dan meta fl-aħħar jiem kien Malta, u ipprovda taħriġ lil numru ta' Pulizija Maltija fuq każi li jinvolvu tfal nieqsa li jkunu jinsabu fil-periklu.Hedges spjega lil membri tal-Korp li f'dawn il-każijiet, il-Pulizija trid tagħmel risk assessment magħruf bħala \"triage\" li jkun b'mod effettiv.", "Ir-rispons inizzjali, tkellem li huwa vitali f'dal każijiet sabiex issir identifikazzjoni bikrija tar-riskju eżistenti.", "Tkellem ukoll fuq l-importanza li jkun hemm kooperazzjoni transazzjonali u għalhekk huwa qal li inħolqot network informali ta' esperti Ewropej f'pajjiżi differenti fejn dawn l-esperti jaqsmu bejniethom l-informazzjoni li għandhom fuq każijiet ta' minuri ta' din in-natura.", "Fl-aħħar jiem, il-Pulizija Maltija wkoll ngħaqdet ma dan in-Netwerk tal-Pulizija dwar it-Tfal Neqsin fi ħdan l-AMBER Alert Europe, sistema Ewropea ta' allert li Malta wkoll ssieħbet fiha fl-aħħar jiem.", "Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali Carmelo Abela għamel żjara lil dan it-taħriġ.", "Qal li l-ħarsien tat-tfal minn dejjem kien magħġun fil-valuri fundamentali tagħna l-Maltin."], "date": "2017-01-22T16:04:03+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-pubbliku: L-għajnejn u l-widnejn biex jinstabu tfal irrapportati nieqsa"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/03/06/wasal-fl-ahhar-fazi-tieghu-l-progett-inisie/", "text": ["Wasal fl-aħħar fażi tiegħu l-proġett INISIE, illi ġie iffinanzjat minn fondi Ewropej, fejn offra spazju għall-intrapriżi soċjali biex permezz tal-innovazzjoni jkomplu jikbru u jkunu jistgħu jikkompetu f'suq internazzjonali.", "Dan sar permezz tal-fond Interreg bejn Malta u l-Italja, fejn ħadu sehem fih 4 entitajiet, li huma Malta Enterprise u l-Kunsill Malti tal-Volontarjat, kif ukoll żewġ organizzazzjonijiet Taljani; Tree s.r.l. u Impact Hub Siracusa.", "F'konferenza b'rabta ma' dan il-proġett, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi enfasizza li l-profit għandu jkollu skop, u saħaq li, \"L-ekonomija għandha ddur madwar in-nies, mhux in-nies iduru madwar l-ekonomija.\"", "Is-Segretarju Parlamentari qal li l-mudell ekonomiku li mxejna bih fil-passat, li kien ta' suċċess speċjalment fin-numri, m'għadux suffiċjenti.", "Kompla billi saħaq li rridu nbiddlu d-direzzjoni li qed tieħu l-ekonomija tagħna, fejn irridu nassiguraw li nirrijorjentaw dan il-mudell, sabiex insibu bilanċ bejn is-suċċess tal-ekonomija u l-bżonnijiet tas-soċjetà.", "Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima qal li l-innovazzjoni hija essenzjali għall-għaqdiet volontarji li jridu jlaħħqu mal-isfidi globali attwali u jżidu l-impatt tagħhom, filwaqt li jibqgħu relevanti f'kuntest li qed jinbidel.", "\"Minħabba l-fatt li d-dinja qiegħda tinbidel b'rata mgħaġġla, din qed tħalli impatt fuq diversi aspetti, u b'hekk il-ħtieġa għall-innovazzjoni qed issir aktar evidenti.", "F'dan l-ambjent, l-għaqdiet volontarji li qed jirnexxu huma dawk li dejjem qed ifittxu modijiet differenti ta' kif jaħdmu u jkunu inovattivi,\" temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima.", "F'din il-konferenza, attenda wkoll il-membru parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba, hekk kif fid-diskors tiegħu sostna li dawn l-innovazzjonijiet soċjali huma essenzjali għaliex jikkrekjaw relazzjonijiet soċjali importanti filwaqt li jiżguraw tkabbir fin-negozju.", "Huwa qal li, filwaqt li għandna nkomplu nħeġġu li jsir iktar negozju f'pajjiżna, għandna naraw li n-negozji tagħna jaħdmu f'qafas li jirrispetta lis-soċjetà u l-kommunitajiet tagħna.", "\"Il-proġett tal-ENISIE qed jgħin sabiex ikunu miġbura numru ta' prattiċi tajba li ġew implimentati min-negozji u li ħallew impatt tajjeb ħafna għall-għanijiet ta' żvilupp għas-soċjetà tagħna,\" sostna l-Ewro-Parlamentari Alex Agius Saliba."], "date": "2020-03-06T17:33:04+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Wasal fl-aħħar fażi tiegħu l-proġett INISIE"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/25/jabbuzaw-kelba-u-jhalluha-tigri-fit-toroq-maltin/", "text": ["Kelba ta' sitt xhur instabet mill-Animal Welfare, wara xhur ta' abbuż.", "Din il-kelba nġabret mit-toroq Maltin mweġġa', wara li xi persuni rabtulha ħalqha.", "Kawża ta' dan il-kelba soffriet minn qata' fonda.", "Il-volontiera tal-AAA ddeċidew li jieħdu din il-kelba fis-santwarju tagħhom sabiex jagħtuha l-imħabba u l-għajnuna neċċessarja.", "Quddiem sitwazzjonijiet bħal dawn, il-volontiera bħal donnhom ma jkunux jistgħu jemmnu li l-bniedem jasal jabbuża lil dawn il-klieb.", "Din il-kelba se tkun għall-adozzjoni bit-tama li ssib familja li toffrilha l-imħabba."], "date": "2016-11-25T18:20:08+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jabbużaw kelba u jħalluha tiġri fit-toroq Maltin"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/28/ahjar-ma-tara-xejn-jekk-qed-tiehu-l-kolazzjon/", "text": ["Is-serje Ingliża I'm A Celebrity tara lill-parteċipanti jagħmlu minn kollox għal ftit popolarità.", "L-aħħar att ta' kuraġġ, però, ġibed ħafna attenzjoni.", "Il-parteċipanti Martin Roberts u Adam Thomas għamlu sfida bl-isem \"Pick and Crit\", u verament kellu jkollhom kuraġġ kbir.", "Ħafna kritika kienet indirizzata lejn il-mod li bih trattaw annimali li kienu għadhom ħajjin.", "U tabilħaqq ħadd ma jieħu gost jittiekel meta jkun għadu ħaj!", "Dawn l-annimali iqarmċu b'saqajn iferfru kellhom jinżammu f'ħalq il-parteċipanti għal mill-inqas tletin sekonda.", "Bħala kumpens ingħataw ikel biex ikunu jistgħu ikomplu bl-avventura."], "date": "2016-11-28T08:52:38+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Aħjar ma tara xejn jekk qed tieħu l-kolazzjon..."} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/23/ir-regoli-ewropew-dwar-l-investiment-ghandhom-ikunu-riveduti/", "text": ["L-Ewropa għandha bżonn tagħraf li, indipendentement mill-Brexit u Trump, ir-regoli dwar l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali ikunu riveduti.", "Fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu Dr Alfred Sant qal li r-regoli tas-Semestru Ewropew ma wasslux għal Ewropa aktar stabbli u għal fejqan ekonomiku aktar sostenibbli.", "Ir-regoli ma rnexxilhomx jagħtu spinta lil ekonomija Ewropea, ma naqqsux il-qgħad u ma tawx nifs ġdid lil investiment.", "Dawn ir-regoli, li saru fi żmien meta l-qagħda ekonomika kienet kompletament differenti minn ta' issa, wasslu għal tnaqqis tal-investiment pubbliku.", "Dr Sant tkellem waqt id-dibattitu dwar is-Semestru Ewropew li kien jinkludi l-'Annual Growth Survey 2017'.", "Dan id-dokument ġie ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea l-ġimgħa l-oħra u ippreżentat lil Parlament Ewropew għad-diskussjoni.", "L-Annual Growth Survey uffiċċjalment jiftaħ il-proċess għas-Semestru Ewropew għas-sena li jmiss.", "B'mod partikolari, jfassal il-prijoritajiet ekonomiċi għall-UE u joffri lil mexxejja Ewropej linji gwida għas-sena li tkun ġejja.", "Il-linji gwida tal-Kummissjoni mibnija fuq tliet pilastri marbuta ma' xulxin: l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali.", "Dr Sant saħaq li mhux produttiv li nirreferu għal Brexit u għal Trump bħala sinjal li wasal iż-żmien li nirrevedu l-politika li tintuża għar-regoli tas-Semestru Ewropew.", "Dawn ir-regoli nħolqu b'mod tekniku, anki meta kultant, kienu interpretati b'mod politiku.", "Għenu biex ma jerġgħux jinħolqu ċ-ċirkostanzi tal-2008 imma ma wasslux għal stabilita` u għal żvilupp sostenibbli u sinifikattiv fl-ekonomija Ewropea.", "B'mod tekniku r-regoli ma ħadmux kif mixtieq u dan qed iwassal għal reazzjoni politika negattiva.", "L-Ewroparlamentari Malti qal li l-qgħad baqa' f'livelli għolja, it-tkabbir ekonomiku baqa' fjakk.", "L-investiment ma ħax nifs ġdid, kemm fis-settur privat u anki f'dak pubbliku.", "Ir-regoli tas-Semestru Ewropew jikkontribwixxu bil-kbir għall-istat li qegħdin fih bħalissa.", "Dan għaliex dawn tħejjew fi żmien meta s-sitwazzjoni kienet kompletament differenti minn dik li għandna llum.", "Il-linji tagħhom ma jaqblux maċ-ċirkostanzi tal-lum.", "Ftit minnhom tħejjew b'mod arbitrarju u l-eżistenza tagħhom mhix ġustifikata.", "Ir-regoli nfushom swew biex naqas l-investiment pubbliku.", "B'hekk, l-investiment privat, li jirkeb fuq dak pubbliku, wkoll ġie affettwat ħażin.", "Hemm bżonn urġenti li l-Ewropa taċċetta li indipendentement mill-Brexit u minn Trump, ir-regoli tal-Patt ta' Tkabbir u Stabilita` jeħtieġu reviżjoni, saħaq Dr Sant."], "date": "2016-11-23T17:47:50+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Ir-regoli Ewropej dwar l-investiment għandhom ikunu riveduti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/07/16/mill-germanja-ghal-franza-1/", "text": ["Ikolli nammetti li m'inhix intiża ħafna fl-isports, wisq inqas fil-futbol, iżda anke jekk ma tkunx, it-Tazza tad-Dinja tiġbed l-interess ta' kulħadd, f'kull rokna tad-dinja, mill-kbir għaż-żgħir.", "Lanqas mhi l-intenzjoni tiegħi li nanalizza r-riżultat, iżda ċertament kellna rebħa meritata.", "Kienet Tazza tad-Dinja li tat sorpriżi, b'riżultat li ftit li xejn kien mistenni –filli l-Ingliżi determinati li Football is coming Home u filli Hugo Lloris qed jgħolli t-tazza għat-tim Franċiż.", "Iżda jekk tħares lejha minn lenti differenti, faċilment tinnota s-saħħa tad-diplomazija sportiva, liema waħda li jkolli ngħid li għandha l-akbar impatt fuq in-nies.", "Nieħdu eżempju, l-Olimpjadi tal-2018 ressqu 'l quddiem żewġ pajjiżi li ilhom snin għedewwa ta' xulxin: Il-Korea ta' Fuq u l-Korea ta' Isfel.", "Dan meta t-tim tal- hockey kien ippreżentat minn parteċipanti miż-żewġ naħat.", "Deċiżjoni politika li waslet biex ftit wara ż-żewġ mexxejja li kienu għedewwa ħadu b'idejn xulxin f'żona li tifridhom.", "Fit-Tazza tad-Dinja konna xhieda ta' diplomazija sportiva li bil-prestazzjoni u riżultati ta' ċertu pajjiżi bagħtu sinjal ċar lid-dinja u lill-popli tagħhom.", "Bla dubju, l-Ingilterra kien wieħed minn dawn il-pajjiżi.", "Fl-eqqel tat-Tazza tad-Dinja, l-Ingliżi ma kellhomx ġimgħa faċli bil-Prim Ministru Theresa May tħabbat wiċċha ma' riżenji marbuta mal-mod ta' kif qed tmexxi n-negozjati Brexit.", "Irridu ngħdu li wara d-deċiżjoni tal-poplu Ingliżi, l-Ingilterra bdiet taffaċja iżolament fuq pjattaforma internazzjonali li affettwat xi ftit il-vuċi tagħha.", "Iżda t-Tazza tad-Dinja kienet is-sors li tat lura relevanza li dehret mitlufa.", "Fi sfond ta' sitwazzjoni kaotika fil-pajjiż, t-Tazza tad-Dinja tat ċertu struttura u fuq kollox tama ġdida.", "L-istess jista' jingħad għal Franza, għalkemm l-istorja hi ftit differenti.", "Qed nitkellmu fuq Forza Ewropea li fl-aħħar xhur u snin rajniha titlef il-vuċi tagħha kawża ta'attakk terroristiku wara ieħor.", "Nazzarda ngħid li kienet qed titlef il-vuċi Ewropea tagħha u dan għax fl-Unjoni Ewropea kien hemm it-tendenza li l-aħħar kelma kienet tal-Kanċillier Ġermaniz Angela Merkel li qed tmexxi pajjiż b'koalizzjoni tpoġġi nċertezza fuq l-istess tmexxija.", "It-Tazza tad-Dinja ta' din is-sena, għaddiet mill-Ġermanżi għal għand il-Franċiżi.", "Simbolu tax-xenarju Ewropew, bil-President Franċiż Emmanuel Macron qed jerġa' jagħti lura l-vuċi Franċiża fuq pjattaforma internazzjonali .", "Dik il-vuċi li fl-aħħar snin , minn Sarkozy għal Hollande, ħafna kienu jarawha bħala l-vuċi ta' xi segretarji ta' Merkel.", "Meta Hugo Lloris għolla t-Tazza, reġa' radd lura l-glorja lill-art meqjusa bħala Omm il-Libertà, Ekwità u Fraternità.", "Ma nistax nħalli barra l-pajjiż li ospita din it-Tazza tad-Dinja, r-Russja.", "Anke jekk ma rebaħx, xorta serva ta' opportunità li esebixxa s-saħħa tal-President Russu , Vladimir Putin, anke jekk fadallu l-aħħar ftit snin imexxi l-Kremlin.", "Bi ftuħ eċċezzjonali, tneħħi l-parti tal-ġest xejn nobbli tal-kantant Robbie Williams, għal għeluq mill-aqwa.", "'Nilqagħkom f'pajjiż miftuħ u bi ħbiberija' qal Putin fid-diskors tal-ftuħ, li taqbel jew ma taqbilx mal-politika tiegħu, l-isport jew aħjar il-futbol għaqqad id-dinja f'pajjiż li jmexxi hu.", "F'xenarju bħal dan bla ma trid tistaqsi x'se tkun ir-Russja mingħajr Putin fit-tmun jew x'inhi r-Russja mingħajr Putin?", "Iżda, nemmen li r-rebħa Franċiża esebixxiet is-saħħa tal-pajjiż u tal-kontinent Ewropew, li anke jekk qed jaffaċja bosta sfidi, xorta waħda tpoġġi l-Ewropa minn ta' quddiem nett fuq ix-xenarju politiku nternazzjonali.", "Kienet Tazza tad-Dinja simbolika, fejn filwaqt li rebaħ l-establishment ta' Didier Deschamps, ingħataw lura eroj ġodda u s-supremazija lill-poplu Franċiż."], "date": "2018-07-16T19:58:17+02:00", "category": "press, news, Bloggers", "title": "Mill-Ġermanja għal Franza"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/08/10/mhux-biex-inkun-martri/", "text": ["Li tkun martri ma jfissirx li tkun vittma ta' xi sitwazzjoni.", "Għal kuntrarju, li tkun martri tfisser li tibqa' żżomm sal-aħħar mal-prinċipji tiegħek.", "Fil-każ ta' dan l-aħħar, kien hemm min biddel is-sinjifikat tal-kelma ta' taħt fuq.", "Iżda agħar minn hekk, irridikulat għal kollox dak li għaddew minnu it-tfal tal-Prim Ministru fil-15-il xahar ta' saga fuq storja ffabrikata mill-bidu sal-aħħar fl-għama tal-poter.", "Kumment li ħareġ minn fomm persuna li forsi minħabba t-twemmin politiku, dak li jkun kien iħossu aħjar minn ħaddieħor, jew li dak it-twemmin politiku huwa iżjed prestiġġjuż minn ieħor.", "Forsi għadni żgħira biex nitkellem, iżda forsi wieħed ma jgħaddilux minn moħħu li llum, żgħażagħ bħali ġejjin minn familji bi twemmin Laburist, esperjenzaw xi tip ta' bullying minħabba it-twemmin li jħaddnu, jew it-twemmin li tħaddan il-familja li tagħha nappaertjenu.", "Niftakarni meta kelli 9 snin, dak iż-żmien sar ir-referendum tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.", "Ta' tifla li kont pruvajt nifhem aħjar ix-xenarju politiku, u mill-atmosfera fid-dar, bla ma ridt bnejt l-opinjoni tiegħi.", "Fl-eqqel tal-kampanja, studenta fil-klassi saqsietni din il-mistoqsija :- Iva jew Le?", "Weġibt Le.", "Tweġiba li ddominat il-kummenti kontinwi tal-istess studenta u sħabha b'mod li niftakar każi fejn kont inkun għaddejja u jibdew ikantaw id-diska tal-IVA jew inkella jintqalu dawn il-preċiżi kliem: dik Laburista.", "Dak iż-żmien niftakarni li ħassni li għamilt żball għax esprimejt l-ewwel ħsieb politiku tiegħi li assoċjani ma' valuri ta' partit li ngħożż sal-lum.", "Iżda rrid ngħid li minn dak iż-żmien 'l hawn, dik il-marka baqgħet miegħi b'mod li s-sitwazzjoni kienet iġġiegħlek tħossok li int redikolu għax temmen dak li temmen.", "Vittma ta' sitwazzjoni li ġabet b'idejha s-soċjetà stess.", "Eżempju prattiku, meta tidħol f'familja ġdida l-ewwel mistoqsija, bħal donna xi ħaġa naturali tkun; x'int Laburist jew Nazzjonalist ?", "Inkella b'mod sottili dak li jkun jipprova jiskopri l-opinjoni tiegħek dwar ix-xenarju politiku, anke jekk kif jgħidu, ikunu newtrali.", "Mhuwiex argument li wieħed jgħid li l-bullying isir kullimkien u wisq inqas mhu argument li wieħed jgħallem lit-tfal dwar kif għandhom iwieġbu lil min ikun qed jibbuljahom.", "Teknika li ġeneralment tista' twassal għall-esperjenza trawmatizzanti ta' bullying.", "Jekk xejn, it-tfal għandhom jitgħallmu japprezzaw lilhom infushom, min huma, u b'determinazzjoni li titrawwem minn età żgħira, ikunu kapaċi joħorġu rebbieħa mis-sitwazzjoni.", "Is-sitwazzjoni tagħmlek dak li int, u iżjed minn hekk, l-akbar attenzjoni tkun fuq il-mod kif tkun indirizzajtha.", "Fil-każ ta' Egrant, il-familja Muscat sofriet fis-skiet attakki kontinwi minn kull naħa.", "Għalmuna kif bis-silenzju, taf tagħti l-akbar risposta.", "Għażilt li nikteb dwar is-suġġett għaliex nemmen li f'suġġett ta' dan it-tip, dak tal-bullying u iżjed u iżjed bullying ibbażat fuq politika, kien hemm insensittivà mill-kliem li ntqal.", "Ebda bullying m'għandu jkun ġustifikat.", "Nemmen li fl-isfond tal-progress li għamel pajjiżna , wasalna f'punt li din il-mentalità u atitudni trid tinqata' darba għal dejjem.", "Anke jekk għandna Prim Ministru u Gvern li jfittex li jgħaqqad dak li jifridna, aħna mdawrin b'nies li għadhom jaraw biss l-aħmar u l-blu.", "Minn dak li seħħ hemm ħafna x'nitgħallmu.", "Il-ġenerazzjoni t'issa u t'għada xprunata mill-enerġija ta' dan il-Gvern tista' teħodna biex nħarsu lejn xulxin, bħala aħwa Maltin."], "date": "2018-08-10T13:39:40+02:00", "category": "press, news, Bloggers", "title": "Mhux biex inkun martri"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/05/27/warrant-misthoqq-zvelat-kaz-li-jixhed-dan/", "text": ["Il-każ ta' żewġ żgħażagħ gradwati fil-liġi li fl-aħħar xhur il-Kamra tal-Avukati opponiet li jingħataw il-warrant hu wieħed inġust.", "Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd li fi storja fil-faċċata tal-gazzetta uriet kif kien hemm student ieħor li gradwa u għadda mill-eżami tal-istess warrant fl-istess żmien u minkejja li fl-imgħoddi kellu każ mal-ġustizzja ngħata l-warrant.", "Jirriżulta li f'dan il-każ kien hemm konklużjonijiet iktar gravi minn ta' dawn iż-żewġ studenti li sabu kampanja kontra tagħhom mit-Times of Malta, gruppi ta' midja soċjali u persuni qrib l-Oppożizzjoni.", "Iktar minn hekk l-istess persuna, illum avukat bil-warrant, għandu każ ieħor pendenti allegatament għax ħebb għal uffiċjal pubbliku.", "Il-gazzetta KullĦadd qalet li mhix tippubblika isem dan l-istudent għaliex nemmnu li ladarba l-bord ta' ġudikanti ħassew li dan l-istudent għandu jingħata t-tieni ċans m'għandniex inkunu aħna li nħammġuh inġustament u nxekklulu l-karriera.", "Nemmnu li la l-bord tal-ġudikanti taw it-tieni ċans m'għandniex inkunu aħna li nħammġuh", "Fissru dan kollu mkejjen fil-Qorti li sostnew li dan il-każ hu evidenza ċara li l-każ ta' Yanica Barbara u Thomas Sant, iż-żewġ studenti li l-Kamra tal-Avukati opponiet li jingħataw il-warrant għandu xamma ta' preġudizzju u skopijiet ulterjuri li għalkemm hemm suspetti tagħhom mhumiex magħrufa pubblikament.", "L-istess imkejjen attribwew ukoll ċerti kummenti għall-kampanja li bdiet it-Times of Malta permezz tal-ġurnalist Ivan Camilleri biex huma ma jingħatawx il-warrant.", "Barbara u Sant fil-fatt ma nstabux ħatja anke jekk ammettew l-akkużi kontra tagħhom.", "F'dikjarazzjoni rari u bi kliem meqjus, l-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati kienet tkellmet dwar dan il-każ.", "L-assoċjazzjoni tal-ġudikanti kienet spjegat li fil-verità ż-żewġ avukati Sant u Barbara ngħataw il-libertà kundizzjonata u mhux sentenza sospiża.", "Dan ifisser li ż-żewġ avukati li qagħdu għall-eżami tal-warrant quddiem iż-żewġ imħallfin kellhom kondotta nadifa.", "Huwa minnu li dawn kienu ngħataw conditional discharge, issa jekk wieħed iqis il-liġi tal-probation li taħtha tingħata l-conditional discharge jinduna li conditional discharge mhijiex ostaklu biex tingħata warrant.", "Il-liġi taċ-ċertifikati tal-kondotta tgħid ukoll li kull deċiżjoni taħt il-liġi tal-probation ma taffettwax il-kondotta.", "L-aħbar li kien hemm min oppona li dawn iż-żgħażagħ jingħataw il-warrant kienet waslet għal rabja kbira fis-soċjetà, b'ħafna jargumentaw x'messaġġ inkunu qed nibagħtu jekk nikkundannaw lil xi ħadd għal għomru għal żball f'żgħożitu.", "Filwaqt li l-Ministru għall-Ġustizzja kkonferma fl-aħħar jiem li se jkun qed jagħti l-warrant għax se jimxi fuq il-parir tal-ġudikanti."], "date": "2018-05-27T09:00:14+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "WARRANT MISTĦOQQ! Żvelat każ li jixhed dan"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/05/se-jigi-ppubblikat-ktieb-dwar-il-hsibijiet-privati-tal-prim-ministru/", "text": ["Pubblikazzjoni ġdida bl-isem Joseph: L-aqwa żmien ta' pajjiżna għadu ġej , hija mingħajr preċedenti fis-suq tal-kotba fil-Gżejjer Maltin għax turi l-aktar ħsibijiet privati tal-Prim Ministru , kif ukoll tikxef il-mod kif irraġunat it-tmexxija tal-gvern fl-aħħar erba' snin.", "Il-ktieb qed jiġi ippubblikat lejlet l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta' Ġunju.", "Fil-parti ewlenija tal-ktieb illustrat ta' 360 paġna hemm il-kitba mill-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat, li għaliha l-SKS kisbet drittijiet esklussivi.", "Fil-kitba, il-Prim Ministru jitkellem bil-miftuħ dwar l-esperjenzi personali u privati tiegħu kemm ilu f'ras il-gvern, u jfisser il-pjanijiet tiegħu għall-futur.", "Qatt qabel ma Prim Ministru kien daqshekk ta' qalbu f'fommu mal-elettorat waqt li jitkellem dwar, fost ħafna oħrajn, kwistjonijiet marbuta mar-rivelazzjoni tal- Panama Papers , l-ODZ taż-Żonqor, il-kaċċa fir-rebbiegħa, u l-agħar u l-aqwa jiem tiegħu bħala Prim Ministru.", "Minbarra ritratti minn kollezzjonijiet privati, il-ktieb iġib ukoll għadd kbir ta' ritratti esklussivi mill-kollezzjonijiet privati tal-Prim Ministru nnifsu.", "Il-ktieb, editjat mill-ġurnalist Aleander Balzan, jinkludi wkoll bijografija qasira ta' Dr Joseph Muscat, sittin diskors fl-oriġinal li għamel il-Prim Ministru lokalment u barra, kif ukoll inventarju tal-kisbiet ewlenin tal-gvern Laburista fl-ewwel leġislatura tiegħu.", "Joseph : L-aqwa żmien ta' pajjiżna għadu ġej se jkun għall-bejgħ għall-ewwel darba għada s-Sibt waqt l-attivita' politika tal-Partit Laburista f'Misraħ Santu Wistin, Victoria Għawdex u l-Ħadd li ġej, 7 ta' Mejju, waqt il- mass meeting li l-Partit Laburista se jorganizza f'Ħaż-Żabbar.", "Il-ktieb se jkun edizzjoni limitata u jinbiegħ mill-ġimgħa d-dieħla mill-ħwienet tal-kotba għall-prezz ta' €10 biss."], "date": "2017-05-05T11:03:30+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Se jiġi ppubblikat ktieb dwar il-ħsibijiet privati tal-Prim Ministru"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/11/domanda-bla-precedent-ghall-ktieb-dwar-il-prim-minsitru/", "text": ["Ħwienet tal-kotba f'Malta u f'Għawdex mhumiex ilaħħqu mad-domanda għall-ktieb JOSEPH \" L-AQWA ŻMIEN GĦAL PAJJIŻNA GĦADU ĠEJ.", "SKS (Sensiela Kotba Soċjalisti) qalet d-domanda għal dan il-ktieb hija bla preċdent u biex tlaħħaq mad-domanda qed tkun bl-Istand tagħħha fl-attivitajiet pubbliċi li qed jindirizza l-Mexxej Laburista kull filgħaxija fil-bliet u rħula Maltin u Għawdxin.", "F'dan il-ktieb il-Mexxej Laburista jaqsam mal-elettorat Malti u Għawdxi l-aktar ħsibijiet privati li kellu fuq it-tmexxija ta' pajjiżna f'dawn l-aħħar erba' snin li hu stess mexxa.", "F'ħamsin taqsima, Dr Muscat jgħid x'kien li nebbħu f'ħidmietu u kif, flimkien ma' sħabu fil-gvern, ta prijorità lil ċerti oqsma u mhux lil oħrajn.", "\"Fl-ewwel fażi,\" jgħid Joseph Muscat, \"l-enfasi kienet fuq it-tkattir tal-ġid nazzjonali.\"", "Din il-fażi tikkorrispondi mal-ħidma li saret bejn l-2013 u l-2017.", "Imbagħad ikompli: \"Fit-tieni fażi, dik li nixtiequ nibdew fit-tieni leġislatura tagħna, l-enfasi se tkun fuq it-titjib fil-kwalità tal-ħajja ta' kulħadd.", "Il-Mexxej Laburista jittratta ir-relazzjonijiet mal-Kap tal-Oppożizzjoni, mal-Isqfijiet, mal-ġurnalisti, mal-għaqdiet u mal-Unjoni Ewropea u jitkellem dwar il-kategoriji tas-soċjeta' inkluż it-tfal u ż-żgħażagħ, l-anzjani u l-persuni b'diżabbilità u kull xorta ta' ħaddiema.", "Joseph Mucat jiżvela anedotti li seħħew tul din il-leġislatura li qed jidhru għall-ewwel darba f'dan il-ktieb.", "JOSEPH: L-AQWA ŻMIEN GĦAL PAJJIŻNA GĦADU ĠEJ fih 360 paġna u qed jinbigħ €10."], "date": "2017-05-11T12:08:05+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Domanda bla preċedent għall-ktieb dwar il-Prim Ministru"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/01/13/jum-leave-ghal-kull-festa-pubblika-fi-tmiem-il-gimgha/", "text": ["Minn din is-sena l-Partit Laburista se jkun qed jagħti lill-ħaddiema tiegħu ġurnata leave għal kull festa pubblika li tinzerta fi tmiem il-ġimgħa.", "Id-deċiżjoni ttieħdet għax il-Partit Laburista jrid jibgħat messaġġ b'saħħtu favur din il-miżura li l-gvern beda jintroduċi b'mod gradwali minn din is-sena.", "Dan wara li kienet imwiegħda fil-manifest elettorali l-Aqwa Żmien ta' Pajjiżna.", "Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Randolph De Battista, fisser kif hemm messaġġ ċar x'jintbagħat b'dan il-pass.", "\"Il-gvern, kif wiegħed il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali, qed jintroduċi din il-miżura b'mod gradwali.", "Iżda, il-Partit Laburista ried jibgħat messaġġ b'saħħtu favur il-prinċipju billi minn din is-sena stess se jagħti lill-ħaddiema tiegħu jum leave għal kull festa, f'dan il-każ erbgħa,\" qal De Battista.", "De Battista żied li fi żmien meta l-ekonomija tinsab għaddejja minn mument b'saħħtu l-ħaddiem għandu jgawdi wkoll il-frott.", "\"Il-messaġġ hu li jekk nistgħu ngħamluha aħna, partit li jiddependi fuq id-donazzjonijiet u ħafna volontarjat, aħseb u ara kemm jistgħu jgħamluha dawk il-kumpaniji li qed igawdu mill-ekonomija b'saħħitha,\" qal De Battista fi stqarrija li ħareġ il-Partit Laburista fejn kompla jtenni li kif bħal drabi oħra l-Partit Laburista qed imexxi bl-eżempju, bħal fil-każ tal-marka ta' ugwaljanza tal-NCPE, bil-Partit Laburista jkun l-uniku partit li kwalifika għaliha.", "Fuq kollox dan l-eżempju għandu jkun ukoll ta' messaġġ għall-gvern biex ikompli bid-diskussjonijiet li għandhom iwasslu biex hu wkoll jimplimenta din il-miżura b'mod sħiħ mill-iktar fis."], "date": "2018-01-13T08:44:48+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-PL imexxi bl-eżempju dwar il-leave għall-festi pubbliċi"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/03/qatel-omm-wara-sewqan-perikoluz-jehel-multa-ta-e80-u-xoghol-fil-komunita/", "text": ["Matthew Barbara, żagħżugħ ta' sitta u għoxrin sena mill-Pietà, ġie ordnat jagħmel 350 siegħa xogħol fil-komunità, wara li nstab ħati bil-qtil involontarju t'omm ta' sitta u għoxrin sena f'inċident tat-traffiku li kien seħħ f'Lulju ta' sitt snin ilu.", "Il-każ seħħ fil-bypass tal-Għargħur meta ż-żagħżugħ, li dak iż-żmien kellu tmintax –il sena u kien għadu kemm ġab il-liċenzja tas-sewqan, tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu bil-konsegwenza li temm il-ħajja ta' Rosianne Azzopardi – li fil-ħin tal-inċident kellha magħha lil bintha – tarbija ta' sena li fortunatament ma kienet sofriet l-ebda ġrieħi.", "Esperti forensiċi rrimarkaw li għalkemm fil-ħin tal-inċident, it-toroq kienu mxarrba bin-nida, it-temp kien ċar u l-viżibilità kienet tajba.", "Għaldaqstant il-Qorti kkonkludiet li kien is-sewqan perikoluż u traskurat taż-żagħżugħ, li dakinhar kien qed isuq bil-mija u ħames kilometri fis-siegħa, li wassal għall-inċident.", "Minbarra x-xogħol fil-komunità, l-akkużat ingħata multa ta' €80 u għandu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tliet xhur."], "date": "2017-03-03T13:45:31+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Qatel omm wara sewqan perikoluż... jeħel multa ta' €80 u xogħol fil-komunità"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/03/il-kummerc-ewropew-fic-centru-tas-summit-informali-fpajjizna/", "text": ["Metodi ġodda ta' kif tmienja u għoxrin stat ifasslu pjan għal kummerċ, l-impatt tal-amministrazzjoni Amerikana fuq il-kummerċ mal-Ewropa, il-laqgħa Ministerjali fi Buenos Aries f'Diċembru li ġej.", "Dawn kollha ġew diskussi f'laqgħa informali mal-Ministri Ewropej għall-Kummerċ li tmexxiet mill-Ministru Chris Cardona.", "F'indirizz lill-midja il-Ministru Cardona qal li l-kummerċ fl-Ewropa għandu jimpatta lil kulħadd b'mod pożitiv; mill-intrapriżi żgħar u medji sa' pajjiżi barranin.", "Qal ukoll li skont proposta tal-Kummissjoni Ewropea fl-2016, għandu jintlaħaq ftehim kontra l-bejgħ ta' prodotti bi prezz inġust bejn il-pajjiżi Ewropej.", "Fuq kollox saret referenza għall-inċertezza fil-miżuri kummerċjali tal-amministrazzjoni Amerikana ta' Donald Trump fuq relazzjonijiet attwali tal-industrija.", "Cardona qal li deċiżjonjiet ħorox mill-Istati Uniti jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-industrija Ewropea.", "Il-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ Cecelia Malmstrom qalet li dak kollu diskuss tul il-jum mill-Presidenza Maltija u l-Kummissjoni jirispetta r-responsabbiltajiet li għandha l-Unjoni Ewropea lejn l-Organizazzjoni Dinjija għall-Kummerċ."], "date": "2017-03-03T16:31:47+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-kummerċ Ewropew fiċ-ċentru tas-summit informali f'pajjiżna"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/06/is-sighat-ta-sahra-jwassluhom-l-qorti/", "text": ["56 uffiċjal tal-pulizija ressqu proċedimenti ġudizzjarji kontra l-Kummissarju tal-Pulizija fuq sigħat ta' sahra li qed jintqal li ma tħallsux għalihom waqt il-Commonwealth u l-Valletta Summit li saru s-sena li għaddiet.", "L-uffiċjali li qalu li ħadmu aktar minn 150 siegħa ta' overtime , kienu intitolati biss għad- disturbance allowance , li hija limitata għal 10% tas-salarju bażiku tagħhom."], "date": "2016-12-06T16:59:05+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Is-sigħat ta' sahra jwassluhom il-Qorti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/19/jinfethu-l-applikazzjonijiet-ghal-overtime-bl-arretrati-ghall-pulizija/", "text": ["Jinfetħu l-applikazzjonijiet għal kumpens ta' darba għal sahra minn Uffiċjali tal-Pulizija li sar bejn l-1 ta' Settembru, 1993 u l-31 ta' Diċembru, 2009.", "Din l-iskema tfasslet mill-Ministeru għall-Finanzi u l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u b'hekk qed titwettaq miżura elettorali oħra, wara li għall-amministrazzjoni preċedenti dawn ma kien ħaqqhom xejn.", "L-Iskema tgħodd għal dawk il-persuni eliġibbli li ħadmu sahra matul il-perjodu effettiv.", "L-Iskema tgħodd ukoll għall-eredi ta' persuni eliġibbli li huma mejta meta ssir l-applikazzjoni għall-għotja ta' darba taħt din l-Iskema.", "L-applikazzjonijiet taħt din l-iSkema jistgħu jinġabru mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u mill-Għases ewlenin ġewwa Malta u Għawdex jew jitniżżlu minn hawn.", "Applikazzjonijiet, inkluż id-dokumenti li għandhom jiġu mehmuża mal-applikazzjoni, għandhom jiġu mgħoddija lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, mit-Tnejn sal-Ġimgha bejn 8:30 u 15:30, sa mhux aktar tard mid-9 ta' Ġunju, 2017.", "Fil-każ ta' applikazzjonijiet taħt din l-Iskema magħmula f'isem persuna eliġibbli llum mejta, l-applikazzjoni trid issir mill-eredi.", "Fejn hemm aktar minn eredi wieħed, għandha ssir applikazzjoni waħda konġunta mill-eredi.", "Flimkien mal-applikazzjoni, għandha tiġi sottomessa wkoll dikjarazzjoni magħmula minn nutar pubbliku, f'liema dikjarazzjoni għandu jkun hemm dikjarat min hu jew min huma l-eredi tal-mejjet fuq il-kundizzjoni li l-mejjet kien eliġibbli li japplika għall-Iskema."], "date": "2017-05-19T06:30:49+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-kumpens għal overtime bl-arretrati għall-Pulizija"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/22/il-hidma-biex-jintfew-in-nirien-xaktarx-se-tibqa-ghaddejja-jiem/", "text": ["Il-ħidma sabiex jintfew in- nirien li ħakmu l-Impjant ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn j af tibqa' għaddejja għal jiem li ġejjin.", "Tħabbar dan mill-Ministru Carmelo Abela flimkien mal-Ministru Jose Herrera f'konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet ftit tal-ħin ilu.", "Iż-żewġ Ministri kkonfermaw kif ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident u li tul din il-ħidma se jkun hemm bejn tmien u disa' karozzi tat-tifi tan-nar fuq il-post sakemm sa fl-aħħar in-nar jintefa' darba għal dejjem.", "Ingħad kif in-nar beda mill-RDF – Reuse-derived fuel, post ta' fejn jinħażen il-materjal li jkun diġà ġie rriċiklat qabel ma jintbgħat għall-esportazzjoni u li jidher li hi biss din is-sezzjoni li nħakmet minn nirien.", "Waqt il-konferenza ntqal kif il-materjal li kien qed jittieħed f'din is-sezzjoni tal-impjant se jkun qed jittieħed il-Magħtab, dan sakemm in-nirien jintefa' u kollox jerġa' jmur lura għan-normal.", "Herrera sostna li diġà nfetħet inkjesta Maġisterjali sabiex issib x'seta' li kkawża n-nirien."], "date": "2017-05-22T17:02:33+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-ħidma biex jintfew in-nirien x'aktarx se tibqa' għaddejja jiem"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/22/il-korp-tal-pulizija-jibbenefika-minn-e9-2-miljun-ferba-snin/", "text": ["F'dawn l-erba snin, il-korp tal-Pulizija ibbenefika minn għadd ta' proġetti, b'investiment ta €9.2 miljun li parzjalment ġejjin minn fondi Ewropej.", "Dan l-investiment li jinkludi għodda, radios għas-sorveljanza, kontrolli u tgħamir ta' teknologija u faċilitajiet għall-kontrolli ta' visas.", "Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg spjegaw li dan huwa proġett ieħor marbut mas-sigurtà tal-avjazzjoni u s-settur marittimu u ffinanzjat minn fondi Ewropej.", "Filfatt qed tinġabar informazzjoni bikrija tal-passiġġieri li jidħlu bl-ajru jew bil-baħar.", "Fadal tmien progetti oħra x jsiru b'investiment ta' tliet miljun ewro.", "Progett partiolari huwa x-xiri ta' għodda li tgħin fl-investigazzjoni forensika.", "Dan filwaqt li se tiġi aġġornata sistema ta' radji u antenni ġodda fil-korp tal-Pulizija."], "date": "2017-05-22T15:58:30+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Korp tal-Pulizija jibbenefika minn €9.2 miljun f'erba' snin"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/02/28/jithabbru-erba-festivals-ghas-sajf-2018/", "text": ["Festivals Malta nediet l-erba' festivals tas-sajf li ġej: il-Malta World Music Festival, Għanafest, il-Malta International Arts Festival u l-Malta Jazz Festival.", "I d-Direttur tal-Festivals Annabelle Stivala qalet li: \"Il-viżjoni ta' Festivals Malta hi li trawwem il-kreattività, il-professjonaliżmu, il-parteċipazzjoni u l-edukazzjoni kulturali fil-festivals tal-arti performattiva.", "Aħna ħerqana li qed iniedu dawn l-erba' festivals li se jibdew il-proċess biex jintlaħqu dawn l-għanijiet importanti.\"", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar l-impatt pożittiv li dawn il-festivals qed iħallu fuq il-kalendarju kulturali Malti filwaqt li c-chairman eżekuttiv Albert Marshall saħaq kif il-festivals iservu bħala pjattaforma għall-artisti.", "Il- Malta World Music Festival (MWMF), li hu l-ewwel festival li se jiftaħ l-istaġun tal-festivals, se jsir biswit il-baħar f'Forti Sant'Iermu fit-18 u d-19 ta' Mejju.", "Il-MWMF jiċċelebra s-sbuħija tad-diversità kulturali, l-iskambju u d-djalogu tal-għeruq tan-nies u l-vitalità li hi sostnuta minn esperjenzi bħal dawn u li jiġu espressi permezz tal-mezz b'saħħtu tal-mużika.", "L-ewwel biljetti bi prezz imraħħas diġà huma disponibbli għal dan il-festival fuq www.maltaworldmusicfestival.org.", "Xahar wara, ikun imiss il-festival li jiċċelebra l-wirt mużikali folkloristiku Malti: Għanafest , li se jsir fit-22 u t-23 ta' Ġunju fil-Ġnien tal-Argotti, il-Furjana.", "Il-festival iservi ta' pjattaforma biex mużiċisti tal-għana u għannejja jesponu t-talenti tagħhom lil udjenzi usa'.", "Il-festival jinqasam fi tlieta: għana, artisti jew gruppi mużikali Maltin, u gruppi mużikali minn pajjiżi Mediterranji oħra li flimkien jiċċelebraw l-identità Mediterranja.", "Il-festival joffri wkoll esperjenza gastronomika lill-ispettaturi.", "Il- Malta International Arts Festival jiftaħ fid-29 ta' Ġunju u jintemm fil-15 ta' Lulju.", "Il-festival iġib bosta dixxiplini flimkien permezz ta' ċelebrazzjoni tal-passat, iżda li jippromwovi wkoll l-arti ta' żmienna.", "Se jinkludi kurazzjoni speċifika għas-siti, mużika, arti viżiva, teatru, żfin, opra, installazzjonijiet, films, proġetti komunitarji, avvenimenti interattivi u parteċipattivi, u edukazzjoni.", "Fost l-aqwa spettakli li se joffri dal-festival fit-Teatru Manoel hemm il-kunċert fl-1 ta' Lulju, ta' orkestra li ġġorr fama dinjija, l-Orkestra Concergebouw.", "Spettaklu ieħor mistenni hu Aria mill-kumpanija taż-żfin Taljana No Gravity, li se jsir fit-8 ta' Lulju, li itteralment jisfida l-gravità waqt li jgħaqqad mużika u kostumi Barokki ma' kostumi oħra meraviljużi, stilts u delikatezza.", "Il-festivals sajfin jintemmu bit-tajjeb permezz tal- Malta Jazz Festival , li jiftaħ fis-16 ta' Lulju u jibqa' għaddej sal-21 ta' Lulju.", "Il-festival se jsir fuq sitt ijiem fil-qalba storika tal-Belt Valletta u se jippreżenta bosta stili mid-dinja kontemporanja tal-jazz, bla ma jċedu għal attivitajiet pop jew mhux jazz.", "Din il-viżjoni hi riflessa fl-artisti eklettiċi magħżula għall-festival ta' din is-sena.", "Il-festival se jkompli jibni fuq ir-reputazzjoni tiegħu li bena matul is-27 sena li għaddew – li jospita wħud mill-aqwa ikoni tal-jazz.", "Fil-fatt din is-sena se jkollu lil tliet artisti importanti fuq livell globali: Chick Corea, Christian McBride u Bokantè, il-grupp mużikali ta' Michael League.", "Għal aktar tagħrif żur: www.festivalsmalta.com ."], "date": "2018-02-28T16:21:19+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jitħabbru erba' festivals għas-sajf 2018"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/04/27/imniedi-ghat-tieni-sena-fond-ghat-tishih-tal-hidma-kulturali-li-ssir-mill-kazini-tal-banda/", "text": ["Għadu kif ġie mniedi għat-tieni sena konsekuttiva fond li se jiffoka fuq it-tisħiħ tal-ħidma mwettqa mill-każini tal-banda, li spiss iservu bħala ċentri kulturali essenzjali ta' attività u li għandhom rwol importanti fil-ħajja tal-komunitajiet lokali tagħhom.", "Waqt it-tnedija, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar u tkellem dwar l-importanza ta' proġett bħal dan.", "\"Il-każini tal-banda spiss iservu bħala punti ċentrali ta' attività kulturali u jiffurmaw parti integrali min-nisġa kulturali u soċjali tal-pajjiż.", "Huma mhux biss iservu bħala skejjel ta' mużika bla ħlas iżda wkoll jorganizzaw attivitajiet kulturali matul is-sena kollha li jgħinu biex jissalvagwardjaw it-tradizzjonijiet kulturali tagħna.", "L-istrateġija tagħna hija li niżguraw li s-settur kulturali jkun aċċessibbli u inklussiv u permezz ta' dan il-fond qegħdin ngħinu lill-komunità biex tħares it-tradizzjonijiet u oġġetti ta' valur storiku, kif ukoll il-professjonalizzazzjoni fi ħdan dan is-settur.\"", "Il-każini tal-banda għandhom rwol komunitarju importanti, joħolqu sens ta' appartenenza u jservu bħala punt ta' dħul u impenn fl-arti.", "L-attività ta' dawn il-każini ma tieqaf qatt u barra li l-għan prinċipali tagħhom huwa t-tagħlim tal-mużika lit-tfal u ż-żgħażagħ, huma jorganizzaw ukoll attivitajiet kulturali u tradizzjonali.", "Madanakollu l-qofol tal-attività tagħhom jibqgħu l-festi organizzati fil-lokalitajiet.", "Barra minn hekk, għandhom ukoll binjiet li wħud minnhom huma antiki u li fihom għandhom ħafna oġġetti ta' valur storiku.", "Dan il-fond għandu l-għan li jsaħħaħ dan ix-xogħol billi jappoġġa diversi inizjattivi proposti mill-każini tal-banda nfushom.", "Dawn jistgħu jvarjaw minn restawr ta' oġġetti storiċi li jinsabu fil-bini tal-każini tal-banda sa appoġġ fit-taħriġ ta' kondutturi u għalliema mużikali fil-livell terzjarju.", "Il-fond għandu wkoll l-għan li jappoġġja kollaborazzjonijiet bejn il-każini tal-banda u l-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi biex jespandu l-attivitajiet tal-każini tal-banda kemm f'Malta kif ukoll barra.", "Dan il-fond se jkun amministrat mill-Għaqda Każini tal-Banda u mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, u se tiġi allokata somma minima ta' €150,000 għal dan il-fond għall-2018.", "Kull każin tal-banda jista' japplika għal proġett li jiswa €5,000 jew €10,000; l-għotjiet se jkopru 85 fil-mija jew 75 fil-mija tal-ispejjeż tal-proġett rispettivament.", "Il-proġetti ta' profitt mhumiex eliġibbli.", "\"Il-każini tal-baned lokali jaħdmu bla heda biex isaħħu l-kultura tal-mużika tal-pajjiż kif ukoll is-salvagwardja tat-tradizzjonijiet kulturali tagħna.", "Dan ix-xogħol kollu jsir fuq bażi volontarja u għaldaqstant ħassejna li għandu jkun appoġġjat\", qal il-kap eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall.", "L-iskambju tal-komunità huwa wieħed mill-ħames punti fokali strateġiċi li għaddejjin mill-Istrateġija 2020 tal-Kunsill Malti għall-Arti, il-pjan ta' ħames snin tal-kunsill għas-setturi kulturali u kreattivi.", "Il-fond huwa miftuħ għall-każini tal-banda kollha f'Malta u Għawdex li huma rreġistrati bħala organizzazzjonijiet volontarji u li huma konformi mal-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet; il-każini tal-baned eliġibbli għandhom ukoll ikunu membri attivi tal-Għaqda Każini tal-Banda skont l-istatut tagħha.", "L-applikazzjonijiet eliġibbli kollha jiġu evalwati minn bord ta' evalwaturi skont linji gwida stabbiliti u ppubblikati.", "Il-linji gwida u l-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn www.artscouncilmalta.org.", "Se ssir sessjoni ta' informazzjoni f'Mejju 2018.", "L-applikazzjonijiet kompluti għandhom jiġu sottomessi san-nofsinhar tal-l5 ta' Ġunju 2018."], "date": "2018-04-27T12:55:31+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Imniedi għat-tieni sena fond għat-tisħiħ tal-ħidma kulturali li ssir mill-każini tal-banda"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/02/ispirazzjoni-ghal-bosta-wara-li-hareg-mill-problema-tad-droga/", "text": ["Minn użu eċċessiv ta' droga għal ħajja bla skop li wasslitu wkoll għall-ħabs, Matthew Brincat, raġel ta' 38 sena minn Ħal Qormi jistqarr kif irnexxielu joħroġ minn żmien ta' dlam għal żmien fejn l-enerġija tiegħu qiegħed jagħtiha biex jgħin persuni oħra li ntrikbu mill-vizzju tad-droga.", "Ma' ONE NEWS jispjega kif ma kienx isib ma' min jitkellem dwar il-ħsibijiet profondi tiegħu u jgħid li kien minħabba f'hekk li wasal biex spiċċa waqa' f'din in-nasba:", "\"Ifhimni jien minn dejjem kelli din il-ħarsa naqra profonda lejn il-ħajja minn meta kont żgħir u hija waħda mir-raġunijiet għalfejn spiċċajt nieħu d-droga...għal dawn l-affarijiet ma kont insib lil ħadd ma' min nitkellem fuq dawn l-affarijiet għax ħadd ma kien jitkellem fuqhom\"", "Meta spiċċa l-ħabs minħabba azzjonijiet li d-droga ġegħelitu jagħmel, kellu l-opportunità li jiskonta s-sentenza f'inqas żmien izda għażel li jibqa' biex ipatti għal għemilu u għax ma ħassux lest li jidħol lura fis-soċjetà.", "\"L-ewwelnett ma kontx għadni, ma kontx qed inħossni b'saħħti biżżejjed biex ngħix fis-soċjetà, fl-istess ħin xorta kont naf li rrid immur għall-mistura, xogħol ma kellix, allavolja stajt nirranġa l-affarijiet biex ngħix m'ommi u missieri u biex noqgħod għandhom kont naf li ommi u missieri kif ħa jkunu fuqi...ħassejtni li minn hemmhekk nista' nibda nieħu ħsieb tiegħi nnifsi u nirkupra.\"", "Matthew skopra l-kitba waqt il-programm ta' riablitazzjoni li saret l-għodda li biha beda jesprimu lilu nnifsu u li qed tkun ta' ispirazzjoni għal bosta mhux għal dawk biss li għaddejjin mill-esperjenza tad-droga.", "\"Hija kif ngħix il-ħajja tiegħi ta' kuljum u apparentament tolqot ħafna min-nies fejn ċertu ħsibijiet jgħaddu minn kull moħħ kulħadd u l-fatt li jaraw li mhux huma biss qed jaħsbu hekk jew mhux huma biss qed iħossu jew jaraw hekk, diġa' hija xi ħaġa li jħossuha ta' sapport, li m'humhiex waħedhom.\"", "Ħafna li fil-preżent jabbużaw mid-droga jistaqsu lil Matthew għal parir biex jieqfu mill-vizzju.", "\"It-tweġiba hija sempliċi, ieqaf...issa hemm ħafna mezzi kif tieqaf, waħda minnhom hi li tmur programm ta' rijabilitazzjoni, tħabbat dak il-bieb u tkun lest li ħa tagħmel, ħa titfa' ħajtek f'xi ħadd li tafda għax taf li f'dal-mument ta' ħajtek inti ma taf xejn prattikament....ħa tafda ruhek f'ħaddieħor.\"", "Jisħaq li persuni li jgħaddu minn din l-esperjenza jridu dejjem iżommu saqajhom mal-art u ma jkunux aljenati fuq il-futur iżda jgħixu jum b'jum.", "\"Minn fejn qiegħed jien ma narax lili nnifsi fil-futur, just li nkompli nagħmel dak li nħobb nagħmel, li jiġini naturali, nixtieq jiġifieri li l-focus ta' ħajti, l-energija ta' hajti nitfagħha hemmhekk.\""], "date": "2018-10-02T19:30:13+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Ispirazzjoni għal bosta wara li ħareġ mill-problema tad-droga"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/04/l-inglizi-demokratici/", "text": ["Fuq it-Times Online hemm xi erba' jippontifikaw li l-Gvern huwa dittatur għax neħħa n-niċċa ta' Daphne Caruana Galizia minn fuq il-monument li għal aktar minn seklu ma kienx tagħha.", "U kien hemm xi professur jew tnejn, li jippretenduha li huma awtorità fuq id-demokrazija.", "Mela fl-Ingilterra, grupp tal- Green Peace iddeċieda li jagħmel dimostrazzjoni fuq monumenti minħabba t-tniġġis tal-arja.", "Għamlu maskri fuq l-uċuh ta' statwi f'Londra, u tnejn minnhom ixxabbtu u telgħu sa fuq il-kolonna ta' Nelson fi Trafalgar Square, u għamlulu maskra wkoll.", "Fil-fatt ma' Londra kollha arrestaw 8 persuni, u dan ġabu l-aħbar il-BBC.", "Jekk hawn min ma riedx jemmen, imur ifittex fuq l-internet il-BBC tat-18 ta' April, 2016.", "Emmnuni, jien ħsibt li l-pulizija arrestaw dak il-ħin, u mbagħad ħallew kollox imur mar-riħ.", "Nerġa' ngħid dawn kienu qed jagħmlu dimostrazzjoni paċifika kontra t-tniġġis tal-arja u kontra min hu responsabbli.", "Naħseb li kulħadd jaqbel li ċ-ċittadini għandhom id-dritt tal-espressjoni u għandhom dritt li jgħidu kif jaħsbuha fuq suġġett bħal dan.", "Ma kienu qed joffendu u jagħmlu ħsara lil ħadd, anzi kienu qed jippruvaw jagħmlu ftit ġid bl-arja aktar nadifa..", "Imma ma kienx kif ħsibt jien li l-pulizija arrestaw lil dawk it-8, imbagħad telquhom u nsew kollox.", "Fis-16 ta' Novembru, 2016, tressqu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta' Westminster, u weħlu.", "Anzi jirringrazzjaw lill-Maġistrat li ffrankaw il-ħabs.", "Dan ifisser li l-monumenti m'għandhomx jintmessu.", "U dan f'pajjiz li naħseb jitqies demokratiku."], "date": "2018-10-04T07:18:23+02:00", "category": "press, news, Bloggers", "title": "L-Ingliżi Demokratiċi?"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/03/mghandna-l-ebda-problema-li-ntejbu-l-proposta-biex-insahhu-l-edukazzjoni/", "text": ["Fi stqarrija tard illejla, l-MUT ħabbret strajk għall-għalliema kollha t-Tnejn li ġej wara li baqgħet tinsisti li l-liġi għandha tiġi rtirata.", "B'reazzjoni, il-Ministru għall-Edukazzjoni sostna fil-Parlament li l-Gvern qed jerħi l-poter li jkun hu li joħroġ il-warrants.", "Żied li l-Gvern mhux supperv u lest jara li jekk hemm bżonn il-liġi tinkiteb b'mod aħjar għax l-interess tal-Gvern hu li jtejjeb il-qasam edukattiv.", "Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li kien iddiżappuntat u sorpriż bl-itrike imħabbar mill-MUT iktar kmieni.", "Reġa' stieden pubblikament lill-MUT għal laqgħa oħra għada filgħodu.", "Il-Ministeru hu disponibbli jiltaqa' f'kull ħin u f'kull mument matul il-ġurnata ta' għada biex b'mod kalm u raġunat id-diskussjoni ssir madwar il-mejda.", "Kif intqal kemm-il darba, il-Ministeru għandu kull intenzjoni li jiltaqa', jispjega, jiċċara u fejn hemm bżonn jemenda dan l-abbozz.", "Dan l-abbozz ta' liġi qed fi stadju bikri u għad hemm kull ċans ta' titjib fih.", "Il-Ministeru għandu r-rieda t-tajba biex jintlaħaq ftehim.", "Il-Ministeru għall-Edukazzjoni talab laqgħa llum stess li ġiet rifjutata u sadanittant tħabbru dawn l-azzjonijiet.", "Ir-raġuni li ngħata l-Ministeru mill-MUT għalfejn illum ma saritx il-laqgħa kienet li l-MUT kienet se tistenna direzzjoni mill-kunsill u mill-membri.", "Anke minħabba f'hekk, id-deċiżjoni tal-lejla hi waħda mhix mistennija.", "L-istudenti, il-ġenituri u l-edukaturi qed ibatu mir-rivalità bejn l-MUT u l-UPE f'taqtigħa bejn min se jidher l-iktar aggressiv."], "date": "2018-10-03T19:55:34+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"M'għandna l-ebda problema li ntejbu l-proposta biex insaħħu l-edukazzjoni\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/03/06/b-u-mhux-biss-jgharfu-imma-jiddiskutu-d-diversita/", "text": ["B.U. hija rappreżentazzjoni teatrali li ser tittella' mill-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu biex tiċċelebra d-Diversità.", "Din l-attività ser tkun akkumpanjata minn forum biex dawk preżenti mhux biss jgħarfu d-diversità imma jiddiskutuha.", "Ir-rappreżentazzjoni teatrali hija produzzjoni oriġinali tal-iskola li nbniet u ssawret waqt il-kors tal- performing arts akkreditat mill-MCAST li qed isir wara l-ħin tal-iskola mill-istudenti tal-istess skola.", "Din ir-rappreżentazzjoni tagħraf l-abbiltajiet li għandhom l-istudenti u tagħtihom pjattaforma fejn jesebixxuhom.", "Madanakollu ser tkun ukoll l-ispirazzjoni għad-diskussjoni li ser issir eżattament wara fejn personalitajiet magħrufa ser jingħaqdu flimkien biex jiddiskutu d-Diversità", "Il-panel ser ikun magħmul minn Dr Deborah Schembri, Dr Kevin Cutajar, Oliver Scicluna, Gabi Calleja u Andrew 'Chucky' Bartolo.", "Mark Laurence Zammit se jimmodera d-diskussjoni.", "L-udjenza hija mħeġġa tipparteċipa u tgħid tagħha wkoll.", "L-attività li ser issir nhar il-Ġimgħa 9 ta' Marzu fis-6.30pm hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b'xejn, bid-donazzjonijiet imorru b'risq Qalb it-Tfal."], "date": "2018-03-06T19:50:39+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "B.U – Mhux biss jgħarfu imma jiddiskutu d-diversità"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/02/svp-binizjattivi-ghal-pink-october/", "text": ["Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda għat-tnedija ta' inizjattiva għal Pink October ġewwa il-faċilità għall-kura fit-tul għall-anzjani ta' San Vinċenz De Paul (SVP).", "Waqt din l-attività, spikka l-kulur roża, dan għaliex l-anzjani ġew mogħtija maktur roża bit-tema 'SVP goes Pink'.", "Il-ħaddiema u l-anzjani kollha kienu nkorraġuti jilbsu r-roża, u tqassmu ħelu u bżieżaq roża.", "SVP żvela wkoll banner bl-istess tema li se tkun qiegħda tinżamm mal-faċċata matul ix-xahar ta' Ottubru.", "Waqt din l-attività, Anthony Agius Decelis saħaq dwar l-importanza li wieħed jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u jagħmel l-eżamijiet neċessarji sabiex iżomm ruħu informat fuq saħħtu.", "Għaldaqstant, huwa stqarr li okkażjonijiet bħal Pink October huma importanti sabiex tkompli titqajjem kuxjenza fuq saħħitna.", "Il-Kap Eżekuttiv ta' SVP Josianne Cutajar spjegat kif il-kanċer tas-sider jolqot lil bosta persuni, u kien hemm każijiet fejn intlaqtu ħaddiema u anke anzjani kienu għaddew minn din l-esperjenza.", "B'hekk, SVP ħa l-inizjattiva biex matul ix-xahar ta' Ottubru, jinġabru donazzjonijiet mill-wards kollha, fejn ir-residenti, membri tal-familja, viżitaturi jew ħaddiema, se jkunu jistgħu jikkontribwixxu għal din il-kawża.", "Din l-attività sarrfet ukoll bħala avveniment ieħor li jirrifletti l-importanza ta' anzjanità attiva, u l-irwol importanti li għandhom l-anzjani fil-komunità.", "Huwa jsarraf ukoll f'opportunità biex l-anzjani wkoll iħossuhom ivvalurati u li qegħdin jikkontribwixxu għas-soċjetà Maltija."], "date": "2018-10-02T19:11:02+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "SVP b'inizjattivi għal Pink October"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/02/15/il-gvern-ikompli-jsahhah-is-settur-tas-servizzi-finanzjarji/", "text": ["Bil-għan li s-settur tas-servizzi finanzjarji f'Malta jkompli jissaħħaħ, il-Gvern qed jieħu u se jkompli jieħu azzjonijiet biex jiżgura li r-reputazzjoni ta' pajjiżna tkun waħda ta' ġurisdizzjoni serja u kompettiva.", "Meta kien qed jindirizza konferenza li tiġi organizzata kull sena mill-Istitut tal-Professjonisti fis-Servizzi Finanzjarji, il-Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna tkellem dwar it-twaqqif ta' unit ġdid biex jikkordina aħjar ix-xogħol ta' istituzzjonijiet bħall-FIAU u l-Bank Ċentrali.", "Dan il-unit se jkun qed jiffoka wkoll fuq l-identifikazzjoni tar-riskji f'pajjiżna fis-settur.", "Għamilna lista ta' 50 azzjonijiet li jridu jiġu mwettqa matul dawn it-tliet snin u dan il-unit se jkun qed itwettaqhom ħalli b'hekk pajjiżna imma jkompli juri kif l-affarijiet qed jeħodhom bis-serjeta kif dejjem ħadnihom saħaq il-Ministru Edward Scicluna."], "date": "2018-02-15T17:05:10+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Gvern ikompli jsaħħaħ is-settur tas-servizzi finanzjarji"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/06/22/tmien-sacerdoti-godda/", "text": ["Tmien djakni saru saċerdoti.", "L-ordinazzjoni ta' dawn iż-żgħażagħ se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta' Ġunju 2016, fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.", "Il-Quddiesa tibda fis-6:00 p.m. It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:", "Allister Marija Aquilina tal-Ordni tal-Minuri Konventwali,", "Robert Falzon, Salesjan ta' Don Bosco,", "Sergio Fenech mill-Parroċċa ta' San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,", "Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta' San Sebastjan Martri, Ħal Qormi,", "Claude Mifsud mill-Parroċċa ta' Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta,", "James Saydon mill-Parroċċa ta' Marija Bambina, in-Naxxar,", "Andrew Schembri mill-Parroċċa ta' San Ġorġ Martri, Ħal Qormi, u", "Gilbert Scicluna mill-Parroċċa ta' San Ġużepp, il-Kalkara."], "date": "2016-06-22T13:15:34+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Tmien saċerdoti ġodda"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/17/il-pm-jipproponi-zieda-fl-mps-nisa-minn-din-il-legizlatura/", "text": ["Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern għandu mandat għal kwoti tal-ġeneru fil-politika.", "Illejla iddikjara li l-Parlament għandu jkollu l-kuraġġ li jimplimenta din il-bidla minn din il-leġiżlatura, billi jintużaw mekkaniżmi ta' proporzjonalità li diġa' jeżistu.", "Dawn il-mekkaniżmi jintużaw b'mod li jiżdied in-numru ta' membri Parlamentari, li f'dan il-każ ikunu nisa.", "Joseph Muscat qal dan fil-Parlament, meta tkellem dwar ir-riformi l-kbar li jrid jagħmel il-Gvern, mhux l-inqas iż-żieda ta' nisa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.", "Qal saħansitra li din il-leġiżlatura se tkun waħda mmarkata minn numru ta' riformi li jridu jsiru.", "Huma r iformi pożittivi li għandhom x'jaqsmu ma' dak li aħna bħala pajjiż u bħala poplu, kif ukoll li huma mabuta mal-aspetti soċjali tal-pubbliku.", "\"Mir-riforma l-kbira tal-konvenzjoni kostituzzjonali li se nara li nkunu mxejna sew fiha matul din il-leġiżlatura... għal riformi oħra li se jkunu kontroversjali li ma nistgħux immorru lil hinn minnha.\"", "Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-parteċipazzjoni tan-nisa reġgħet kienet ferm inqas milli wieħed jemmen għandu jkun livell adegwat.", "\"Jien wieħed minn dawk li nemmen li s-sistema għandna bżonn xokk.", "Fil-mandat tal-gvern hemm il-kwoti tal-ġeneru mill-elezzjoni ġenerali li jmiss.", "Kwoti li qed narawhom miżura temporanja\" qal Joseph Muscat.", "Joseph Muscat qal li din hi miżura li għandha tieħu numru ta' snin, maqbula minn qabel.", "Il-Prim Ministru tenna li jifhem li din hi kwistjoni li tqanqal diskussjoni.", "\"Is-sistema tagna diġa' tipprovdi għall-membri parlamentari b'mod proporzjonali.", "Hija lok ta' diskussjoni.", "Imma ngħid jien jekk iridu kuraġġużi u nibgħatu sinjal u nsibu mekkaniżmi u sistemi li nżidu n-nisa f'din il-leġiżlatura stess.\"", "Jekk jiġri hekk, qal Joseph Muscat, ikun intbagħat messaġġ b'saħħtu lis-soċjetà.", "Tenna li anke l-partiti politiċi jridu jagħmlu l-almu tagħhom u rrefera għal programm LEAD tal-Partit Laburista biex fi żmien għaxar snin mill-inqas nofs il-kandidati jkunu nisa.", "Tenna wkoll kif il-Parlament irid jaħseb f'ħinijiet differenti xi xħin jiltaqa' u tenna li hemm ukoll mandat dwar diskussjoni fuq membri parlamentari full time .", "Il-Prim Ministru qal li jekk irridu nibgħatu sinjal ta' aġenda riformista, dawn huma affarijiet li jridu jsiru fl-ewwel u t-tieni sena.", "\"Hawn għatx għal bidla.", "Din hi xi ħaġa li mgħandniex niġġieldu dwarha.", "Imma hu sinjal li we owe it to the country.\"", "Joseph Muscat qal wkoll li l-oqsma oħra fejn se jsiru r-riformi hemm mandat popolari għalihom, f'każi biex il-gvern jiddiskuti u f'każi oħra", "biex jimplimenta.", "Muscat irrefera għall-qasam tad-droga u l-prostituzzjoni, fost oħrajn.", "Qal li dawn huma oqsma fejn il-gvern irid jiddeċiedi jaġixxix jew jgħalaq għajnejh għall-abbużi."], "date": "2017-07-17T19:16:57+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-PM jipproponi żieda fl-MPs nisa minn din il-leġiżlatura"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/17/harry-potter-jghin-turist-li-hanxrulu-wiccu-hallelin-fchelsea/", "text": ["Harry Potter kien fost dawk li mar jgħin turist li ndarab f'wiċċu minn grupp ħallelin.", "Mhux propja Harry Pottre, imma l-attur Daniel Radcliffe, li jinterpreta l-parti.", "Din ma kinitx reċta iżda realtà.", "It-turist li għandu madwar ħamsin sena kien ir-Renju Unit għal btala qasira, u l-inċident seħħ f'Chelsea.", "It-turist kellu bakset tad-ditta Louis Vuitton; ħaġa li attirat lill-ħallelin.", "Dawn darbuh f'wiċċu b'sikkina u ħatfulu l-bakset, wara li telqu 'l hemm b'mutur.", "Daniel Radcliffe kien fost dawk li marru joffru l-għajnuna immedjata lit-turist, li għamel l-iżball li ssielet mal-ħallelin minflok ħallihom jieħdu l-basket millewwel."], "date": "2017-07-17T18:10:04+02:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Harry Potter jgħin turist li ħanxrulu wiċċu ħallelin f'Chelsea"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/03/17/success-ghal-lejl-imkebbes-fic-cittadella/", "text": ["Bosta kienu dawk li lbieraħ 16 ta' Marzu 2019 żaru ċ-Ċittadella f'Għawdex fejn l-atmosfera nbidlet għal dik ta' seħer bit-tnemnim tad-dwal tax-xemgħa b'forom u disinni differenti.", "Fiċ-Ċittadella nħolqot atmosfera maġika mill-isbaħ fejn kienu mixgħula minn aktar minn 30,000 xemgħa, li minnhom inħolqot arti li tirrappreżenta suġġetti kultrali u l-istorja ta' Malta.", "Il-lejl offra wkoll bosta attivitajiet, bħal re-enactments , dħul b'xejn fil-mużewijiet li jinsabu fiċ-Ċittadella u spettaklu mużikali minn Dcapitals, The Busker u Klinsmann."], "date": "2019-03-17T09:43:17+01:00", "category": "press, news, Kultura, Lokali", "title": "Suċċess għal-Lejl Imkebbes fiċ-Ċittadella"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/06/14/l-iskjavitu-tad-dinja-moderna-tal-lum-diskuss-fsummit-fil-palazz-tal-president/", "text": ["Tul il-jum qed isir summit fil-Palazz tal-President f'San Anton dwar kif jista' jintemm l-iskjavitù tal-lum il-ġurnata.", "F'dan is-summit ġiet iffirmata dikjarazzjoni konġunta li hi ffirmata mill-mexxejja reliġjużi kontra l-iskjavitù fid-dinja moderna tal-lum fejn fiha jaqblu li se jkunu qed jaħdmu flimkien b'mod spiritwali u kif ukoll b'azzjoni prattikali biex tiġi eredikata l-kriminalità kontra l-bnedmin.", "Fid-diskors tagħha l-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li ħamsa u tmenin miljun persuna madwar id-dinja jagħmlu xogħol perikoluż, b'25% qegħdin f' child labour .", "Il-fenomenu ta' Child labour jippersisti wkoll fl-Unjoni Ewropea.", "Stqarret li l-eżempji ta' skjavitù fid-dinja moderna tal-lum huma atti kriminali serji kontra l-umanità.", "Sostniet li mhux biżejjed li nkunu konxji imma għandna responsabbiltà li nagħmlu ħilitna biex insarrfu l-kliem f'azzjoni.", "Dan billi niġġieldu l-kriminalità organizzata u nindirizzaw l-għeruq li qed jikkawżaw l-iskjavitù fosthom il-faqar, il-prekarjat u l-kunflitt li jwasslu għall-vulnerabbiltà tal-individwu.", "Temmet billi appellatt lill-awtoritajiet biex jagħmlu aktar f'dan ir-rigward."], "date": "2017-06-14T11:46:20+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "L-iskjavitù tad-dinja moderna tal-lum diskuss f'summit fil-Palazz tal-President"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/07/26/beritta-krucjali-biex-jinstab-il-germaniz/", "text": ["Beritta kienet kruċjali biex instab il-katavru ta' Mike Mansholt.", "Is-sejba saret iktar kmieni llum f'Ħad Dingli wara jiem ta' tfittxija li fihom kienu involuti l-membri tal-Protezzjoni Ċivili.", "Emanuel Psaila, uffiċjal fid-Dipartiment, spjegalna l-proċess ta' sweep search u x'jiġri qabel jittella' l-katavru.", "AQRA WKOLL: Jittella l-katavru tal-ġuvni Ġermaniż Mike Mansholt"], "date": "2016-07-26T18:12:32+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Beritta kruċjali biex jinstab il-Ġermaniż"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/07/is-suggetti-vokazzjonali-jinzlu-ghasel-mal-istudenti/", "text": ["Erbatax-il student tal-ħames sena sekondarja mill-kulleġġ Santa Tereża lestew b'suċċess l-ewwel programm ta' Skills Kits fil-kulleġġ Malti għall-arti, x-xjenza u t-teknoloġija, l-MCAST.", "Dan huwa programm li tnieda f'Ottubru tas-sena li għaddiet bil-għan li jipprovdi opportunita' lill-istudenti biex jiskopru vokazzjonijiet differenti u jistudjaw bil-pass tagħhom.", "Skills Kits huwa magħmul min-numru ta' korsijiet qosra ta' 20 siegħa 'l wieħed li jinkludu ħiliet personali kif ukoll jiprovdu taħriġ għall-ħiliet li jippreparaw l-istudenti Maltin għad-dinja tax-xogħol.", "L-istudenti li tkellmu magħna, esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-mod kif isir it-tagħlim filwaqt li joffri aktar esperjenza prattika minn dik tradizzjonali.", "Dawk li segwew dan il-korsijiet kienu seba' studenti tal-ħames sena sekondarja mill-iskola sekondarja tal-Imrieħel li lestew il-programm ta' Skills Kits fix-xagħar u s-sbuħija.", "Filwaqt li s-seba studenti l-oħra kienu subien mill-iskola sekondarja ta' Santa Venera li lestew il-programm Skills Kits fl-Isport.", "Dan il-programm se jkun qed jidħol fit-tieni fażi tiegħu, biex b'hekk dawn l-istudenti jkompli jsegwu dan it-taħriġ vokazzjonali qabel jtemmu l-istudji sekondarji tagħhom."], "date": "2017-03-07T10:18:11+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Is-suġġetti vokazzjonali jinżlu għasel mal-istudenti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/19/tigi-fi-tmiemha-l-operazzjoni-biex-jinharaq-gass-li-hareg-minn-bowser/", "text": ["Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq jinforma lill-pubbliku li l-operazzjoni sabiex jinħaraq gass li ħareġ minn bowser tal-LPG Liquigas fil-Mellieħa, issa ġiet fi tmiema.", "Din l-operazzjoni kienet ilha għaddeja minn nhar it-Tnejn filgħodu.", "F'din l-operazzjoni l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħadu l-miżuri kollha tas-sigurtà sabiex il-gass seta' jinħaraq fl-arja b'mod sigur.", "Tliet familji ġew evakwati mir-residenzi tagħhom.", "F'din l-operazzjoni intużaw diversi vetturi tat-tifi tan-nar kif ukoll numru ta' bowsers privati, bl-ammont ta' ilma użat laħħaq mal-150,000 litru.", "Uffiċjali għolja tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll diversi pumpiera ħadmu qagħtieh matul dawn il-jumejn sabiex l-operazzjoni tkun taħt kontroll massimu.", "Il-bowser ġie skortat minn fire engine u minn żewġ pulizija tat-traffic mill-Mellieħa lejn l-impjant tal-Liquidgas sabiex issa ssir it-tiswija neċessarja.", "Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jixtieq jirringrazzja lil kull min b'xi mod ta s-sehem tiegħu sabiex din l-operazzjoni setgħet tintemm b'wiċċ il-ġid, fosthom lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, lill-uffiċjali tal-korp tal-Pulizija, kif ukoll lit-team mediku tal-ambulanza tal-Isptar Mater Dei tas-servizz provdut."], "date": "2018-12-19T15:16:14+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "ARA: Tiġi fi tmiemha l-operazzjoni biex jinħaraq gass li ħareġ minn bowser"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/01/29/harqulu-l-vann-wara-li-serqulu-l-karozza/", "text": ["Tliet irġiel ta' bejn l-20 u d-29 sena u tfajla ta' 22 sena mistennija jitressqu l-Qorti wara li tard it-Tnejn filgħaxija nqabdu jsuqu b'veloċità kbira karozza li kienet irrapportata misruqa.", "ONE News hu nfurmat li fost l-akkużi li ż-żgħażagħ mistennija jitressqu bihom jemm dik tas-serq ta' karozza u ħruq ta' vann fost oħrajn.", "Fi stqarrija l-pulizija qalet l-każ seħħ għall-ħabta tal-11.00 p.m. wara li ġiet mgħarrfa li kien hemm karozza tal-għamla Mitsubishi li kienet qiegħda tieħu n-nar fi Triq Selmun, il-Mellieħa.", "Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u dawk tar-Rapid Intervention Unit li nnotaw vettura tal-għamla Mercedes taħrab minn fuq il-post b'veloċità qawwija.", "Il-Pulizija saqu għal warajha u rnexxielhom iwaqqfuha.", "Fil-karozza, kien hemm it-tliet irġiel u t-tfajla.", "L-erba' li huma ġew arrestati u skortati lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.", "Imkejjen qrib l-investigazzjonijiet żvelaw ma' ONE News li allegatament il-karozza kienet insterqet mingħand sid il-van li nstab jaqbad, madwar ħmistax ilu miż-żgħażagħ stess.", "Ġara li mbagħad li l-erba' żgħażagħ, żewġt aħwa flimkien mal-għarus tat-tfajla u ħabib ieħor allegatament marru jaħarqu l-van tal-vittma bl-istess karozza li serqulhu.", "ONE News hu nfurmat li sid il-van u l-karozza misruqa, huwa s-sieħeb ta' omm iż-żewġt żgħażagħ li wettqu dan id-delitt.", "Filfatt il-Pulizija mhux qed teskludi li l-mottiv wara dan il-każ jista' jkun li huma kwistjonijiet familjari.", "Sorsi ta' ONE News ikkonfermaw li waqt li l-Pulizija kienet qed tiġri wara l-agressuri, mara li kienet qed issuq karozza oħra baqgħet dieħla f'waħda mill-karozzi tar-Rapid Intervention Unit.", "L-ewwel għajnuna lil mara ngħatat mill-Uffiċjali tal-RIU fejn ittieħdet l-isptar, madankollu jidher li ma ġarbet l-ebda ġrieħi.", "Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta fosthom lis-Sur Mario Buttigieg.", "L-investigazzjonijiet tal-pulizija qed jitmexxeq mill-Ispettur Arthur Mercieca mill-Iskwadra tal-vetturi misruqa fi ħdan id-dipartiment tal-investigazzjonijiet kriminali flimkien mal-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra.", "Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien li tkebbsu mal-van tal-għamla Mitsubishi aħmar."], "date": "2019-01-29T18:08:50+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Ħarqulu l-vann wara li serqulu l-karozza"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/31/zewg-kazi-ta-nirien-fi-ftit-sighat/", "text": ["Dal-lejl kien wieħed impenjattiv għall-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili, dan hekk kif bejn l-10:00 ta' filgħaxija u s-1:40 ta' filgħodu ġew imsejħa biex jitfu nirien f'żewġ lokalitajiet.", "Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili l-ewwel issejħu għall-ħabta tal-10:00 ta' filgħaxija wara li żewġ garaxxijiet ħadu n-nar fi Triq il-Quċċata f'Wied il-Għajn.", "Kien għall-ħabta tas-1:40 ta' dagħlodu meta ssejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu vettura tat-tip Maruti li ħadet in-nar fi Triq ix-Xwejni fil-Marsa.", "Fortunatament ħadd ma weġġa'."], "date": "2017-01-31T08:35:54+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Żewġ każi ta' nirien fi ftit sigħat"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/01/18/ghawdex-fuq-nett-fil-hidma-tal-gvern-immexxi-minni-il-pm-robert-abela-1/", "text": ["Inqas minn ġimgħa wara li kien elett Mexxej Laburista u maħtur Prim Ministru, il-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela ntlaqa' b'merħba mill-isbaħ fir-Rabat Għawdex.", "Fl-għodwa tas-Sibt l-Għawdxin niżlu sal-Pjazza tat-Tokk sabiex isellmu lill-Mexxej il-ġdid, filwaqt li jieħdu xi ritratt jew jgħidu kelmtejn.", "Imdawwar bid-Deputati Għawdxin tal-Partit Laburista, Dr Abela stqarr li Għawdex se jkun fil-qofol ta' ħidmietu.", "Il-Prim Ministru stqarr: \"Ftit ġimgħat ilu, tlabtuni xi ħaġa.", "Tinsiex 'il Għawdex.", "U tajtkom kelma li Għawdex se jkun fuq quddiem nett tal-ħsibijiet u l-pjanijiet tiegħi.", "Illum qiegħed hawn biex inżomm kelmti magħkom.\"", "Il-Prim Ministru saħaq kif din l-aħħar ġimgħa kienet waħda impenjattiva, ġimgħa fejn kellhom jittieħdu ċertu deċiżjonijiet.", "Huwa qal: \"Kien hemm deċiżjonijiet iebsin li riedu jittieħdu iżda ħadnihom.", "Ġimgħa fejn rajna ħafna fiduċja min-nies b'mod tanġibbli.\"", "Il-Prim Ministru Abela nnota wkoll li fi ftit sigħat wara li ntemmet it-tellieqa għat-tmexxija tal-partit, il-partit ingħaqad mill-ewwel filwaqt li ħaddieħor baqa' jitkisser.", "Dr Abela tenna: \"Ħriġna aktar b'saħħitna.", "Dan hu mertu tagħkom.", "Mertu ta' kemm tħobbu lill-partit, ta' kemm għaraftu li aħna partit wieħed, niġbdu ħabel wieħed.", "U dan kollu grazzi għalikom.", "Mhux ta' b'xejn inħobbkom.\"", "Robert Abela tkellem ukoll dwar il-ħatra tal-kabinett li tant hu kburi biha.", "Sostna li hemm il-ħeġġa biex isir ix-xogħol, hemm il-kuraġġ biex isir il-ġid filwaqt li jittieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu.", "Il-Prim Ministru saħaq: \"De ċiżjonijiet li kollha huma bbażati fuq il-valuri tal-onestà, fuq il-valur tas-serjetà, fuq il-valur tal-integrità, li nżommu bilanċ bejn il-valuri, il-valuri tat-tkabbir ekonomiku u rridu nibqgħu naħdmu fuq it-tkabbir ekonomiku.", "Beħsiebni nibda mmur jien stess fil-komunità tal-businesses.", "Mhux qed nistennew li n-negozji jiġu għandna.", "Aħna se mmorru għand in-negozju.\"", "Il-Prim Ministru emfasizza li pajjiżna jista' verament jibqa' miexi 'l quddiem, partikolarment Għawdex.", "Semma kif is-sena l-oħra kien hemm 1,400,000 passiġġier li qasmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex u kif dawn huma figuri bla preċedent.", "Għall-infrastruttura, saħaq li sar ħafna xogħol iżda fadal x'isir.", "Dwar l-iżvilupp sostenibbli, Robert Abela fisser kif għandna nibżgħu għall-ambjent filwaqt li l-iżvilupp sostenibbli jibqa' miexi 'l quddiem b'mod intelliġenti.", "Fuq kollox, il-Prim Ministru assigura li jrid jara li l-ġid li jinħoloq, jitqassam ma' kulħadd.", "Hu tenna: \"In-nies jgħixu bil-flus fil-but u dak li rridu nassiguraw aħna.", "Kwalità ta' ħajja għan-nies, aktar flus fil-but tan-nies, aktar ġid li jitqassam bejn kulħadd.\"", "Din hija l-ambizzjoni tal-Gvern, iżda ma jistax jagħmilha l-Gvern waħdu.", "Għalhekk, il-Prim Ministru reġa' appella għall-għaqda lill-poplu.", "Il-Prim MInistru sostna: \"Ejjew ħalli din tkun il-proġett tagħna.", "Il-proġett ta' poplu Malti wieħed, proġett ta' pajjiż magħqud.", "Pajjiż ikaraterizzat bl-għaqda nazzjonali, l-għaqda ta' pajjiż wieħed.", "L-għaqda ta' Malta waħda, l-għaqda ta' Għawdex wieħed.", "L-għaqda ta' poplu wieħed, l-għaqda li tikkarateriz zana.\"", "Dan, fil-fatt, għandu jkun l-għan ewlieni tagħna.", "Il-Prim Ministru temm jappella: \"Ejja ħa n ibqgħu magħqudin.", "Ejja ħa nibqgħu kuraġġużi.", "Ejjew ħa nibqgħu nemmnu fit-tama għal pajjiż aħjar, fit-tama għall-futur aħjar.", "Flimkien nimxu 'l quddiem.\""], "date": "2020-01-18T11:51:34+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Għawdex fuq nett fil-ħidma tal-Gvern immexxi minni – Il-PM Robert Abela"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/05/05/il-prim-ministru-tork-se-jirrizenja/", "text": ["Il-Prim Ministru Tork Ahmet Davutoglu qal li se jirriżenja waqt il-kungress straordinarju tal-Partit tal-Ġustizzja u l-Iżvilupp.", "Kungress li se jsir fit-22 ta' Mejju.", "Spekulazzjoni dwar ir-riżenja tiegħu nibtet wara li l-istess Davutoglu ltaqa' mal-President Recep Tayyip Erdogan nhar l-Erbgħa.", "Huwa mifhum li l-Prim Ministru Tork m'approvax il-pjanijiet ta' Erdogan li jimplimenta gvern b'sistema presidenzjali.", "Davutoglu ħabbar ir-riżenja tiegħu wara li kellu diskussjonijiet mal-mexxejja tal-Partit.", "Kelliem għall-President qal li mhux se jkun hemm elezzjonijiet bikrija wara li jinħatar mexxej ġdid, filwaqt li saħaq li l-pajjiż u l-ekonomija se tistabilizza iktar meta jkun hemm Prim Ministru li jaħdem id f'id mal-President."], "date": "2016-05-05T15:47:50+02:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Il-Prim Ministru Tork se jirriżenja"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/06/15/l-ezempju-mill-esperjenza-qarsa-ta-skjavitu/", "text": ["Din hija Rani Hong, vittma ta' skjavitu li trid tkun il-vuċi ta' mqar persuna waħda li għaddejja mill-esperjenza qarsa ta' traffikar tal-bnedmin.", "Lil Rani ltqajna magħha waqt summit li sar fil-Palazz tal-President.", "Summit li matulu kienet iffirmata dikjarazzjoni konġunta mill-mexxejja reliġjużi kontra l-iskjavitù fid-dinja moderna tal-lum.", "Fiha qablu li se jkunu qed jaħdmu b'mod spiritwali, kif ukoll b'azzjoni fil-prattika biex tinqered il-kriminalità tat-traffikar l-bnedmin.", "Illum Rani tgħix l-Istati Uniti u rebħet fuq il-mumenti diffiċli li offritilha l-ħajja.", "Tant li għandha karriera ta' Kap Eżekuttiv."], "date": "2017-06-15T06:30:28+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "L-eżempju mill-esperjenza qarsa ta' skjavitù"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/07/09/pulizija-migdum-ordnat-jaghmel-testijiet-medici/", "text": ["Ingliż ta' 20 sena ammetta quddiem il-Qorti li kien vjolenti ma' pulizija fil-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.", "Huwa ngħata sentenza ta' sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.", "Irriżulta li l-Ingliż gidem lill-pulizija, għaldaqstant irid jagħmel it-testijiet tad-demm biex jiġi identifikat jekk ġiex infettat b'xi mard.", "Fuq is-sit soċjali tiegħu, il-President tal-Police Officers Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, irrimarka li l-Pulizija, flimkien ma' qrabatu, irid idum tliet xhur itertaq qalbu jistenna r-riżultati.", "\"La jista' jkollu kuntatt ma' martu u lanqas ibus lill-uliedu,\" saħaq Camilleri.", "Sadanittant, il-Qorti ssekwestrat il-passaport tal-Ingliż sakemm iħallas multa ta' €4,000 sa nhar it-Tnejn li ġej."], "date": "2016-07-09T18:07:01+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Pulizija migdum ... ordnat jagħmel testijiet mediċi"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/08/serial-killer-fmalta-jirbah-kaz-biex-johrog-barra/", "text": ["F'deċiżjoni bla preċedent, il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-awtoritajiet ifasslu mekkaniżmu li se jippermetti priġunieri li jservu sentenza ta' għomor il-ħabs japplikaw għal parole, japplikaw għal reviżjoni tas-sentenza mgħotija lilhom u għall-possibbiltà ta' sentenza mnaqqsa.", "Id-deċiżjoni kienet parti tas-sentenza mogħtija f'kawża ppreżentata mit-Tuneżin Bel Ali Wahid Ben Hassine – li kien ammetta l-qtil ta' erba' persuni fl-1988.", "Il-Qorti qalet li sentenza ta' għomor kif tingħata f'Malta hija bi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Il-Qorti kienet preseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri.", "Ben Hassine argumenta b'suċċess li l-fatt li l-liġi Maltija ma tippermettix priġuniera li jservu għomor japplikaw għal reviżjoni tas-sentenza, kif irrakkomandat mill-Kunsill tal-Ewropa, huwa bi ksur tad-drittijiet fundamentali.", "Il-Qorti qalet li dawn il-priġunieri f'Malta jistgħu jiktbu biss lill-President tar-Repubblika, biex jitlobu maħfra jew inkella leave mill-ħabs.", "Madankollu m'hemm ebda kriterji oġġettivi li jiġu mill-President qabel ma tikkonsulta mall-kabinett u tittieħed deċiżjoni.", "Dan huwa biss poter u ma jistax jitqies bħala mekkaniżmu adegwat għar-reviżjoni ta' sentenza ta' għomor, kif titlob il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "L-avukati Larry Formosa u Alfred Grech deheru għat-Tuneżin, li kien instab ħati flimkien ma' ċertu Mohsen Bin Brahim Mosbah.", "Dawn it-tnejn huma meqjsua serial killers .", "Ammettew il-qtil ta' James Reed f'Ta 'Xbiex fuq jott nhar it-12 ta' Frar 1988 u ta' Alfred Cucciardi, xufier tat-taxi, fl-istess lejl.", "Sitt ijiem wara, qatlu lix-xufier ta' taxi Alfred Darmanin u lill-Franċiż Michel Levarlet.", "Bħalissa hemm 14-il priġunier qed jiskontaw sentenzi tal-ħajja fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin."], "date": "2016-11-08T12:36:42+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Serial killer f'Malta jirbaħ każ biex \"joħroġ barra\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/07/il-qawmien-tal-partiti-popolisti/", "text": ["Matul l-aħħar xhur rajna avvenimenti politiċi ġodda f'diversi pajjiżi fejn qed iqumu forzi politiċi popolisti aktar milli dawk tradizzjonali, ideoloġiċi.", "Il-partiti li jħaddnu ideoloġija ċara qed jonqsu, u qed ifaqqsu diversi partiti li ma joffrux spettru wiesa ta' viżjoni, iżda jiffukaw biss fuq aspetti partikolari – jiffukaw fuq materja/materji li qed jolqtu direttament lin-nies.", "F'każi partikolari, qed nassistu ukoll għal individwi li jsiru saħansitra akbar mill-partit li jkunu qed imexxu.", "Inqisha ħaġa tajba li hawn partiti li m'għadhomx iħarsu lejn l-estrem tal-ispettru politiku, lemin jew xellug estrem, pero l-konverġenza tal-ideoloġija qed tħalli 'grey-areas' li minħabba f'hekk mhux qed tilħaq l-aspirazzjonijiet tan-nies.", "Huwa appuntu b'dawn l-aspetti li hemm min qed jipprova jaħtaf l-opportunita' u jpinġi lilu nnifsu bħala s-salvatur jew protettur tan-Nazzjoni.", "Propju huwa hawnhekk fejn jibda l-periklu, periklu li jista' jwassal għall-instabbilita' nazzjonali u globali.", "M'hiniex qed ngħid li l-partiti tradizzjonali huma perfetti.", "Xejn minn dan, anzi, il-qawmien ta' partiti b'ideoloġija estrema hija wirja tal-falliment tagħhom meta kienu fil-poter.", "Gvern, partit, ma jistax iħares biss lejn l-iskopijiet elettorali tiegħu, iżda jrid iħares ukoll madwaru u dak li qed iħalli warajh tul il-mixja tiegħu.", "Gvern irid ikun ukoll responsabbli li jieħu d-deċiżjonijiet diffiċli, billi jkun wieżen il-konsegwenzi li tali deċiżjoni tista' ġġib maġħha.", "Partit ideoloġiku jrid jibqa' jħaddan u jirrispetta l-għeruq tiegħu u jgħaqqadhom mal-aspetti moderni ta' dan is-seklu.", "Partit ma jkunx qed jgħamel ġieħ lil min eleġġieh jekk jitlaq il-bogħod mill-għeruq tiegħu, minn dak ili sawwru u zammu ħaj tul is-snin.", "Sfortunatament, il-klassi politika globali tħalliet wisq tinqata' minn maċ-ċittadini, u ċerti deċizjonijiet iebsin ma ttieħdux jew damu ma ttieħdu.", "Il-politikanti jrid ikollhom viżjoni, izda wkoll iridu jkunu qed iħossu l-polz tan-nies u jmexxu b'onesta'.", "Meta tkun viċin in-nies huwa ħafna iktar faċli biex iżżomm il-fiduċja tal-poplu u tmexxi l-pajjiż 'il quddiem."], "date": "2016-12-07T07:30:31+01:00", "category": "press, news, Bloggers", "title": "Il-qawmien tal-partiti popolisti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/26/chat-bar-kuncett-gdid-waqt-festivals-fpajjizna/", "text": ["Organizzaturi ta' festivals li jsiru f'pajjiżna, jistgħu jagħmlu użu minn servizz ġdid li se jibda joffri tim ta' professjonisti.", "Is-servizz imsejjaħ \"Chat Bar\", twieled minn idea ta' Willingness Malta – tim ta' terapisti mmexxi mis-sesswologu Matthew Bartolo.", "\"Ħa jkun hemm tinda ġo festival b'nies professjonisti u min qed jattendi l-festival u għandu xi problemi u jixtieq jitkellem dak il-ħin forsi ħabba l-għajja jew saħħa mentali allura bar ġo festival fejn mort ħadt bela tè ma ħadtx alkoħol, tkellimt u kkalmajt.\"", "Għalkemm għal pajjiżna dan huwa kunċett ġdid, f'pajjiżi oħrajn din hija xi ħaġa li ilha ssir.", "Is-servizz se jingħata minn professjonisti li jvarjaw fis-setturi li jispeċjalizzaw fihom; minn counsellors għal esperti fir-relazzjonijiet u l-familja.", "\"Taf li ħa tiġi milqugħ b'kikkra te kafe, naqra ilma biex tikkalma, hemm professjonisti.", "L-iktar ħaġa importanti hija li dawn huma nies li huma mħarrġa kemm fuq effetti ta' droga, effetti ta' xorb, saħħa mentali, kif ikellmu n-nies u huma kollha professjonisti li jaħdmu f'dal-qasam.\"", "Huwa fatt li kull ma jmur, il-problemi marbuta mas-saħħa mentali qed jiżdiedu.", "Għaldaqstant, f'festivals bħal dawn – li jistgħu jżidu t-tensjoni f'ċirkostanzi bħas-sħana u t-teħid tal-alkoħol, huwa iżjed importanti li jekk dak li jkun ikollu problema, jitkellem.", "\"Is-saħħa mentali jaf tiggrava tkun iktar intensa f'dak il-mument allura huwa tajjeb li jafu li hemm post li wieħed jista' jmur, jiftaħ qalbu.", "M'hijhiex terapija.", "Huwa post fejn mort, erġajt ġejt f'tiegħek u komplejt tieħu pjaċir ma' sħabek.\"", "Is-sesswologu stqarr li l-idea ntlaqgħet tajjeb ħafna, speċjalment m'organizzaturi ta' festivals – kemm lokali u anki internazzjonali.", "Bartolo qal li l-kunċett idur ħafna ma' spazju sigur biex dak li jkun iħossu komdu jiftaħ qalbu.", "Lil'hinn mis-servizz fit-tined, it-tim ta' professjonisti ħadem ukoll fuq survival guide li jinsab disponibbli fuq is-sit www.willingness.com.mt .", "Gwida onlajn għal min ġej Malta jew Maltin li jmorru l-festivals, speċjalment dawk bi problemi ta' saħħa mentali.", "Dan biex iħeġġiġhom biex filwaqt li jiddevertu, jieħdu ħsieb xulxin u ħadd ma jħossu waħdu.", "L-ewwel żewġ festivals li se jsiru f'pajjiżna dan is-Sajf, u se jgawdu minn dan is-servizz, huma Glitch – fis-sebgħa u t-tmienja ta' Settembru, u Bubble – bejn it-tmintax u l-erbgħa u għoxrin ta' Settembru."], "date": "2017-07-26T18:20:12+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"CHAT BAR\" – Kunċett ġdid waqt festivals f'pajjiżna"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/10/anzjan-ta-73-sejjer-hames-snin-habs-ghax-ipproduca-u-iccirkola-ritratti-indicenti-ta-tfal/", "text": ["Raġel ta' 73 sena intbagħat ħames snin ħabs wara li wieġeb ħati li pproduċa u ċċirkola ritratti indiċenti ta' tfal.", "Anthony Pandolfino kien akkużat li uża l-kompjuter biex jakkwista materjal mhux diċenti ta' persuni taħt l-età.", "Fl-awla l-prosekuzzjoni esebixxiet hard disks, cameras u affarijiet elettronċi li jappartjenu għall-akkużat kif ukoll qalet li nstabu ammont kbir ta' ritratti indiċenti.", "Fl-istess waqt li l-Pulizija għada qed tispezzjona l-materjal biex tara jekk fost dawk ir-ritratti hemmx tfal Maltin.", "Il-prosekuzzjoni nnutat li l-istess akkużat kien intbagħat għaxar snin ħabs fuq akkużi simili.", "Filfatt lura fl-elfejn u sitta hu flimkien ma ħuh kien akkużati li allegatament stupraw żewġ subien.", "Intqal li Pandolfino kien iqassam il-materjal ma' persuni b'interess simili.", "Il-qorti laqgħet it-talba tad-difiża, dik li l-imputat jintbagħat l-isptar Monte Carmeli sakemm jirkupra minn operazzjoni li se jagħmel.", "Il-qorti qablet mad-difiża li isem Pandolfino għandu jitpoġġa fir-reġistru ta' persuni misjuba ħatja ta' aggressjoni sesswali.", "Pandolfino kien ordnat iħallas multa ta' tliet t'elef ewro u intbagħat biex jngħata l-kura.", "Ma kien hemm ebda talba għall-ħelsien mill-arrest."], "date": "2017-03-10T16:59:06+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Anzjan ta' 73 sejjer ħames snin ħabs għax ipproduċa u iċċirkola ritratti indiċenti ta' tfal"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/01/vassallo-jrid-jithalla-jkun-onest/", "text": ["F'mument fejn il-Partit Nazzjonalista hu maqsum anke fuq il-vot dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, id-deputat Edwin Vassallo ħa l-ħin tal-aġġornament fil-parlament biex iwassal il-messaġġ tiegħu.", "Qal li d-demokrazija mhedda u tkellem favur id-diversità fil-ħsieb.", "Sejħa simili għamluha oħrajn fil-Partit Nazzjonalista li bħal Edwin Vassallo ġejjin mill-faxxa konservattiva tal-Partit u jemmnu li dan għandu jmur lura għall-għerqu tiegħu ta' Religio e patria.", "Biex iwassal il-messaġġ tiegħu uża l-Pietru Pawl Busuttil, attivist tal-Partit Nazzjonalista li ħalla din id-dinja fl-aħħar jiem."], "date": "2017-07-01T06:35:06+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Vassallo jrid jitħalla jkun \"onest\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/10/zewg-protagonisti-jisirqu-x-xena-waqt-intervista-live-mal-bbc/", "text": ["Il-professur Robert E Kelly irnexxilu jibqa' kalm waqt intervista mal-BBC, meta ż-żewġ uliedu ddeċidew jisirqu x-xena.", "Dan għamluh b'mod dirett meta kien qed jixxandar mad-dinja kollha.", "Kien qed jiddiskuti l-Korea ta' Isfel meta l-ewwel daħlet bintu, u wara tarbija.", "Huwa jidħak u jiskuża ruħu, filwaqt li wara ftit tidħol mara fi stat ta' paniku tgħin lit-tfal joħorġu 'l barra."], "date": "2017-03-10T14:48:11+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Żewġ protagonisti jisirqu x-xena waqt intervista LIVE mal-BBC"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/03/jaghmlu-l-oppost-ta-dak-li-qalilhom-it-tabib/", "text": ["Sanjana Madappa u Aditya Raheja, koppja li għandhom il-klieb bħala membri tal-familja u li kien se jkollhom tarbija, għamlu l-oppost ta' dak li qalilhom it-tabib u tal-familja.", "Dan hekk kif kulħadd beda itihom il-parir biex jeħilsu minnhom għax it-tarbija għandha tiġi l-ewwel.", "Minkejja l-kummenti, il-koppja ddeċidiet li tiċċelebra l-imħabba li għandhom lejn il-klieb tagħhom billi jieħdu s-sett ta' ritratti ta' qabel it-twelid tat-tarbija, bil-klieb inklużi fir-ritratti!", "\"Ma nistax nifhem kif xi ħadd jeħles mill-kelb tiegħu għax ikun se jkollu tarbija.", "Ma nafx kif tista' ġġib tarbija fid-dinja u teħles minn oħra fl-istess ħin,\" qalet Aditya."], "date": "2017-02-03T06:30:36+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Jagħmlu l-oppost ta' dak li qalilhom it-tabib"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/06/14/muscat-jispjega-l-bidliet-kbar-li-sahhew-is-saltna-tad-dritt-fpajjizna/", "text": ["17:52: Meta għamel l-aħħar intervent tiegħu fid-dibattitu l-Prim Ministru, Joseph Muscat, esprima d-dispjaċir kif membri tal-Parlament Ewropew kienu qed jitkellmu fuq dawk li semgħu mill-midja u mhux fuq fatti.", "\"Hemm konklużjonijiet li għamiltu inthom li kienu miċħuda mill-istess istituzzjonijiet li tikkwotaw,\" qal Joseph Muscat li ddefenda s-sistema tat-taxxa f'pajjiżna.", "\"Kien hemm min semma l-Malta Files.", "M'hemm xejn sigriet u ssibu l-informazzjoni kollha fuq l-internet.", "Ħarsu lejn it-tax justice network,\" qal Muscat li fisser kif hemm pajjiżi li għandhom segretezza iktar minn Malta.", "Tenna wkoll li mhux minnu li l-ekonomija Maltija hija dipendenti fuq is-servizzi finanzjarji.", "\"Ħarsu lejn in-numri bażiċi,\" qal Joseph Muscat li reġa' tenna li hu jidher quddiem il-kumitat PANA meta jkollu f'idejh l-inkjesta tal-Maġistrat biex imur b'konklużjoni ta' istituzzjoni indipendenti.", "17:19: Il-membru tal-Parlament Ewropew Paul Tang qal li l-Parlament għandu jitkellem fuq fatti u mhux opinjonijiet u akkużi.", "\"Dawk mhux biżżejjed,\" qal Tang li rrefera għas-sistema ta' taxxa Maltija u tenna li m'hemm xejn ħażin li Malta għandha sistema differenti għalkemm appella favur sistemi ġusti.", "17:14: Marlene Mizzi qalet li d-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar Malta ma messu sar qatt u sar għal raġunijiet politiċi partiġġjani.", "Qalet li Malta tinsab fost l-iktar pajjiżi ta' suċċess u d-dibattitu kien biss skuża biex jaqdi l-aġenda partiġjana ta' wħud.", "\"Misshom jistħu,\" qalet Marlene Mizzi fl-intervent tagħha li fakkret kif kien hemm min ried li d-dibattitu jsir qabel l-elezzjoni ġenerali.", "\"Malta pajjiż żgħir imma nazzjon kbir.", "Tipprovawx tkunu bullies magħna għax mhux se nħallukom,\" qalet Mizzi.", "17:11: Roberta Metsola qalet li d-diskussjoni mhix sabiħa għal min iħobb lil Malta.", "Anke jekk kienet waħda minn dawk li nstigawha bit-tama li d-dibattitu jsir qabel l-elezzjoni ġenerali.", "17:03: Miriam Dalli qalet li huwa interessanti kif il-Membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista instigaw dan id-dibattitu.", "Qalet li l-Partit Nazzjonalista attakkaw l-istituzzjonijiet indipendenti u tenniet li t-theddida lid-demokrazija hija din.", "Ir-realtà, qalet Miriam Dalli, hi li huwa dan il-Gvern li saħħaħ il-liġijiet favur il-governanza tajba.", "16:46: Alfred Sant kien ċar.", "Taħt Muscat l-ekonomija Maltija kibret u qed tagħti prosperità lill-Maltin.", "Minn hemm semma għadd kbir ta' riformi li saru.", "\"Il-kritiċi tal-Gvern m'għandu ebda dritt jgħid li f'Malta m'hawnx saltna tad-dritt,\" qal Alfred Sant li tenna kif hawn min ma tgħoġbux l-idea li Malta qed tispikka fil-qasam finanzjarju.", "\"Il-bażi għal dan id-dibattitu ma teżistix,\" sostna Sant f'messaġġ ċar fil-Parlament Ewropew.", "16:44: Il-membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista, David Casa, qal li Joseph Muscat għandu għażla jekk jinżilx fl-istorja bħala l-iktar Prim Ministru korrott fl-istorja.", "Lil Joseph Muscat qallu li għandu tieqa żgħira biex isewwi l-ħsara li skont hu għamel.", "16:42: Il-membru Parlament Ewropew Barbara Kappel tkellmet dwar kif Malta tinsab fuq quddiem nett fil-qasam ekonomiku u filwaqt li awgurat lil Prim Ministru għall-ħatra.", "Irrikonoxxiet li l-Presidenza Maltija għamlet xogħol importanti biex tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa fil-Presidenza.", "L-MEP David Coburn qal li l-Parlament Ewropew mhux il-lok fejn issir diskussjoni bħal din u miegħu qabel l-MEP Lampros Fountoulis.", "16:34: Petr Jezek, membru tal-Parlament Ewropew f'isem il-liberali, tkellem dwar is-settur finanzjarju f'Malta u qal li jinkwetah r-rabtiet mal-politika ta' intermedjarji.", "B'hekk deher mill-bidu li d-dibattitu instigat mill-membri tal-Parlament Ewropew ma kienx limitat biss għall-Gvern iżda wkoll għas-settur tant kruċjali għal pajjiżna.", "16:29: Jeppe Kofod f'isem il-Partit Soċjalista Ewropew qal li kull fejn hemm allegazzjoni jrid ikun hemm investigazzjoni u li din tkun konkluża.", "Qal li fil-każ ta' Malta sa issa m'hemm ebda investigazzjoni konkluża u kien ċar fi ħsiebu.", "\"Il-plenarja tal-Parlament Ewropew mhux il-post fejn tgħamel konklużjonijiet.", "Insaqsi lil sħabi fil-Parlament Ewropew jekk jiddubitawx l-istituzzjonijiet ta' pajjiż demokratiku fejn 92% ipparteċipaw f'elezzjoni,\" qal l-MEP Kofod li kellu mistoqsijiet kbar dwar kemm l-Unjoni Ewropea kollha għandha l-ħila li twieġeb għal realtajiet dwar dawn.", "16:27: Il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew, Manfred Weber, awgura lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mod kif reġa' rebaħ l-elezzjoni ġenerali f'pajjiżna.", "Weber li ġie jitkellem f'meeting tal-Partit Nazzjonalista fil-kampanja elettorali rrepeta d-diskors tal-Partit Nazzjonalista f'Malta u qal lil Muscat li għalkemm rebaħ l-elezzjoni, għad hemm mistoqsijiet xi jkunu mwieġba.", "16:20: Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, tkellem dwar il-progress li sar f'pajjiżna fejn tidħol is-saltna tad-dritt.", "Dan f'dibattitu fuq is-suġġett fil-Parlament Ewropew.", "Spjega kif il-Gvern tiegħu neħħa l-preskrizzjoni f'każi ta' korruzzjoni fuq il-politiċi.", "\"Ebda politiku ma jista' jaħrab l-id tal-ġustizzja, qal il-Prim Ministru li spjega kif pajjiżna daħħal ukoll il-whistleblower act li kienet ilha snin biex tkun implimentata.", "\"Kellna 29 każ sa minn meta daħħalna din il-liġi,\" qal il-Prim Ministru li spjega wkoll kif il-Gvern daħħal fl-2015 il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.", "Eżempju ieħor li ta kif il-Gvern immexxi minnu saħħaħ is-saltna tad-dritt kien il-mod kif jinħatru l-ġudikanti b'dak tiegħu huwa l-ewwel Gvern li neħħa minn idejh is-saħħa li jaħtar waħdu l-ġudikanti.", "\"Għamilna dan kollu f'erba' snin, imma se ngħamlu iktar,\" qal il-Prim Ministru li tenna l-impenn li l-Gvern ineħħi l-immunità parlamentari u jdaħħal kodiċi ta' etika ġdid għal dawk li għandhom kariga pubblika."], "date": "2017-06-14T16:20:57+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Aġġornat bil-filmati: Muscat jispjega l-bidliet kbar li saħħew is-saltna tad-dritt f'pajjiżna"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/20/guvni-ta-19-il-sena-jindarab-gravi-fincident-fhattard/", "text": ["Ġuvni ta' dsatax-il sena mill-Gambja qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident li seħħ f'Ħ'Attard.", "Fis-sagħtejn u nofs ta' wara nofsinhar, fiż-żona industrijali ta' Ħ'Attard, il-vittma safa ferut wara li waqa' xi rħam fuqu.", "Membri tal-Protezzjoni Ċivili assistew lill-vittma u ambulanza ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi."], "date": "2018-10-20T16:26:32+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Ġuvni ta' 19-il sena jindarab gravi f'inċident f'Ħ'Attard"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/08/06/direttur-gdid-ghal-caritas-malta/", "text": ["Il-psikologu Anthony Gatt huwa d-direttur ġdod għal Caritas Malta, li se jkompli jaħdem biex il-Knisja, permezz tal-Caritas, issaħħaħ is-servizzi li toffri bla ħlas b'mod partikolari fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga, il-ħidma b'risq il-fqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali, u l-ħidma favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-persuna.", "Gatt huwa psikologu li ilu jaħdem fil-qasam tal-għajnuna soċjali mill-1999.", "L-ewwel impjieg tiegħu kien ma' Caritas Malta bħala koordinatur tal-voluntiera, u għal għaxar snin għamel xogħol volontarju mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.", "Kompla l-ħidma tiegħu bħala psikologu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga mal-Aġenzija Sedqa.", "Ħadem għal numru ta' snin fil-privat qabel ma' reġa' ngħaqad ma' Caritas Malta f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Huwa ukoll lettur mistieden fl-Università ta' Malta fil-qasam tal-counselling u l-psikoterapija, il-psikoloġija umanista u l-psikoloġija tal-organizzazjonijiet."], "date": "2018-08-06T12:16:28+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Direttur ġdid għal Caritas Malta"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/31/il-maltin-u-l-bahar-relazzjoni-li-tiggedded-kull-sena/", "text": ["Is-sajf jinsab fl-eqqel tiegħu, u madwar 77% jmorru l-baħar minn tal-inqas darba fil-ġimgħa.", "Tgħid dan statistika tal-Maltatoday, ibbażata fuq survey li għalih wieġbu 315-il persuna.", "Hawn jirriżulta kif il-bajja tal-Għadira hija l-iktar waħda popolari, segwita mill-Armier, u l-Bajja s-Sabiha f'Birżebbuġa.", "Għall-mistoqsija dwar jekk taqbilx ma' strutturi tal-injam li jagħmlu l-aċċess għall-bajjiet iktar aċċessibbli, wieħed u sebgħin fil-mija wieġbu li dawn għandhom jitħallew kif inhuma.", "Minkejja dan, fi żjara li għamilna f'Għar Lapsi, fejn għadha kemm saret struttura ġdida ta' dan it-tip, u fl-Għadira, rajna l-apprezzament għal dan it-tip t'intervent.", "Il-Malta Today irrapurtat ukoll li 5.5% ma jaqblux li għandu jkun hemm bajja waħda f'Malta u Għawdex li tkun allokata għal nies li jridu jgħumu bla malja.", "Madanakollu xi wħud jemmnu li dan id-dritt għandu jingħata.", "Skont ir-riċerka li saret huma biss 15% tal-Maltin li jippreferu jmorru jgħumu f'pixxina flok bajja pubblika.", "Intant rigward operaturi li jipprovdu sunbeds u umbrelel lin-nies fuq il-bajjiet: l-opinjoni kienet ċara, li dawn għandhom jaħdmu fil-parametri tal-liġi.", "Fl-aħħar mill-aħħar ħaġa waħda toħroġ biċ-ċar, li l-bajjiet, il-baħar u x-xemx baqgħu parti integrali u popolari mill-ħajja tal-Maltin."], "date": "2017-07-31T06:44:26+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Maltin u l-baħar: Relazzjoni li tiġġedded kull sena"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/02/14/zammu-kelmthom-ufficjali-tal-pulizija-jaghtu-d-demm-fjum-san-valentinu/", "text": ["Uffiċjali tal-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u s-Sezzjoni tar-Reati Ekonomiċi żammu kelmthom u sabu l-ħin biex jagħtu d-demm f'Jum San Valentinu.", "Dan minkejja li din il-ġimgħa kienet waħda bieżla ferm għall-korp tal-Pulizija.", "F'messaġġ fuq il-paġna soċjali tiegħu l-Korp tal-Pulizija ħeġġeġ uffiċjali oħra tal-Pulizija kif ukoll il-pubbliku biex jagħti d-demm matul dan it-tmiem il-ġimgħa biex ikunu ta' wens u ta' għajnuna lil min hu fil-bżonn."], "date": "2020-02-14T17:55:20+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Żammu kelmthom: Uffiċjali tal-Pulizija jagħtu d-demm f'Jum San Valentinu"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/13/charles-miceli-onorat-fl-ordni-tal-mertu-nazzjonali-wara-mewtu/", "text": ["Charles Miceli twieled Ħaż-Żabbar fl-1949.", "Meta għalaq l-14-il sena telaq mill-Lyceum sabiex jibda apprendistat mal-Union Press.", "Tul il-25 sena l-istamperija, ħadem fir-rapportaġġ u l-produzzjoni tal-ġurnali u temm il-karriera tiegħu hemm f'kariga editorjali.", "Kellu pinna ħafifa u kien jikteb kolonni regolari fl-Orizzont u t-Torċa fuq temi politiċi u soċjali u anke dawk umoristiċi u satiriċi.", "L-ispirazzjoni għal ħajtu u ħidmietu kien iġibha mill-kotba.", "Ħalla l-ġurnaliżmu warajh minkejja li kompla sal-aħħar jikteb fuq il-problema tad-droga, l-ħabs u l-faqar.", "Miceli xtaq jgħix għal ħaddieħor u għamel sentejn esperjenza jaħdem mat-tfal fid-dar ta' San Ġużepp ġewwa Għawdex.", "Fi Frar tal-1991, Miceli beda jaħdem mal-Caritas u ħadem man-nies f'fażijiet differenti tar-rijabilitazzjoni mid-droga sakemm irtira fl-2013.", "Mandankollu kompla jagħti sehmu b'mod volontarju.", "Fl-aħħar 7 snin kien waqqaf u mexxa l-grupp tal-Emotions Anonymous u l-Alleanza Kontra l-Faqar.", "Charles Miceli ħadem sabiex tinfetaħ id-Dar Papa Franġisku u mexxa l-kampanji biex tiżdied il-paga minima u tiġi regolata l-kera.", "Waqt li dejjem sab l-appoġġ tal-familja tiegħu baqa' jistinka fil-ħidma tiegħu sal-aħħar nifs ta' ħajtu."], "date": "2018-12-13T11:57:46+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Charles Miceli onorat fl-ordni tal-mertu nazzjonali wara mewtu"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/06/29/gravi-wara-li-ntlaqtet-minn-taxi/", "text": ["Mara Ingliża intlaqtet minn taxi fi Triq Gianpula, limiti tar-Rabat.", "Kien għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra ta' dalgħodu li l-Pulizija kienu nfurmati li kien seħħ dan l-inċident tat-traffiku.", "Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, Ingliża ta' 39 sena kienet intlaqtet minn taxi , misjuqa minn raġel ta' 30 sena residenti l-Qrendi.", "Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura."], "date": "2016-06-29T07:26:23+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Tweġġa' wara li ntlaqtet minn taxi"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/12/itajjar-anzjana-u-jahrab-minn-fuq-il-post-fil-gzira/", "text": ["Anzjana sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura mhix magħrufa fil-Gżira.", "Dalgħodu, għall-ħabta tal-3:50 ta' filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, il-Gżira.", "Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li mara sfat milquta minn vettura mhux magħrufa waqt li kienet qed timxi fl-imsemmija akkwati.", "Il-vettura li laqtet lill-vittma, għal xi raġuni, telqet minn fuq il-post tal-inċident.", "Il-mara li għandha 67 sena residenti l-Gżira ngħatat l-ewwel għajnuna minn żewġ persuni li kienu fil-viċinanzi.", "Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza u iktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.", "Kull min għandu xi informazzjoni li tista' tgħin fl-investigazzjoni dwar dan l-inċident, huwa ġentilment mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke b'mod kunfidenzjali, billi jirrikorri fl-eqreb Għassa tal-Pulizija jew iċempel fuq 21 224001 jew 119.", "L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja."], "date": "2017-07-12T08:39:23+02:00", "category": "press, news, Uncategorized", "title": "Itajjar anzjana u jaħrab minn fuq il-post fil-Gżira"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/14/jinzel-jassisti-koppja-wara-li-waqfitilhom-l-karozza/", "text": ["Fil-waqt li l-midja u s-siti soċjali xi kultant jafu jkunu ta' spiss negattivi, ma jonqosx it-tajjeb li joħroġ minnhom.", "Dan speċjalment meta jkun hemm persuni li jaqsmu l-esperjenzi sbieħ tagħhom mal-kumplament tan-nies.", "Hekk ġara kmieni dagħlodu meta raġel irrakkonta x'ra waqt li kien il-Gżira.", "Persuna fuq is-sit soċjali ta' Facebook kiteb fuq paġna ferm popolari fejn irringrazzja Pulizija li kien għaddej fuq mutur, bin-numru 846.", "Dan il-bniedem irringrazzjah wara li kmieni dagħlodu rah jinżel minn fuq il-mutur tiegħu u jassisti koppja li kienet qed timbutta karozza f'post ta' parkeġġ.", "Dan wara li l-istess karozza ma riditx tixgħel.", "L-istess individwu fil-messaġġ tiegħu qal li hu xtaq jirringrazzjah għax \"minflok baqa' għaddej, niżel minn fuq il-mutur u mar jimbotta magħhom.\""], "date": "2016-11-14T14:41:16+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jinżel jassisti koppja wara li waqfitilhom il-karozza"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/09/il-ministru-farrugia-jfakkar-kif-il-gvern-se-jghin-aktar-lil-dawk-li-huma-dipendenti-mis-sena-d-diehla/", "text": ["F'Palazzo Ferreria, l-Belt Valletta l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia tkellem dwar il-miżuri mħabbra fil-baġit li se jidħlu fis-seħħ is-sena d-dieħla.", "Fosthom hemm l- allowance miżjuda għal carers (ICRA) li kienet tissejjaħ il-pensjoni tal-wens.", "Fil-qosor:", "Il-benefiċċju żdied minn € 105.30 fil-ġimgħa għal € 140 fil-ġimgħa b'żieda ta' € 34.70 fil-ġimgħa jew €1,40 fis-sena.", "Il-benefiċjarji eżistenti li jirċievu l-Pensjoni tal-Wens u li llum jammontaw għal 85, se jinqalbu awtomatikament għall-allowance il-ġdida, b'effett mis-7 ta' Jannar 2017.", "Għal dawn il-benefiċjarji, l-ICRA se tkun miżjuda bil-Bonus tal-Għoli tal-Ħajja sabiex b'hekk ikun garantit dak li ssemma' fil-Baġit, li kullħadd se jieħu żieda ta' €34.70", "Il-kriterji sabiex wieħed ikun eliġibbl jinkludu li l-pazjent irid ikun ta' dipendenza għolja.", "Jistgħu japplikaw, sew persuni singoli kif ukoll dawk miżżewġa.", "Għal dan il-benefiċċju mhux ikkunsidrati l-mezzi ta' l-applikant, u l-applikant ma jridx ikun involut f'xogħol.", "Huwa jrid ikun jgħix fl-istess indirizz mal-pazjent", "Artiklu 90 tal-Liġi tas-Sigurtà Soċjali jibqa' jgħodd, jiġifieri, persuna ma jistax ikollha żewġ benefiċċji fl-istess ħin imma tingħata l-aktar wieħed vantaġġjuż", "Sew il-pazjent kif ukoll il- Carer iridu jidhru quddiem Board Multi Dixxiplinarju", "Ir-rata tal-benefiċċju ICRA hija ta' €140 u tiżdied kull sena bl-ammont li jingħata għall-Għoli tal-Ħajja", "Ta' min jinnota wkoll li l-c arer jista' jkun intitolat għal Credits tal-Boll u dan il-benefiċċju mhux taxxabli.", "Waqt li ndirizza konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Farrugia tkellem ukoll dwar l- allowance għal carers (CRA) li kienet tissejjaħ 'social assistance carers' fil-passat.", "Dwarha qal li:", "Il-benefiċċju żdied sa massimu ta' € 76.53 fil-ġimgħa, fis-sena 2016, għal massimu ta' € 90 fil-ġimgħa mill-bidu tas-sena d-dieħla, fejn għalhekk naraw żieda ta' € 13.47 fil-ġimgħa jew € 700.44 fis-sena.", "Il-Benefiċjarji eżistenti tas-SAC li jammontaw għal 261 se jinqalbu awtomatikament għal CRA u jirċievu l-ewwel pagament bir-rata l-ġdida fl-14 ta' Jannar 2017.", "Kull benefiċjarju se jkun garantit li jirċievi iż-żieda mħabbra fil-baġit ta' € 13.47 fil-ġimgħa.", "Il-Minsitru Farrugia fakkar fil-kriterji sabiex wieħed ikun eliġibbli flimkien ma' dettalji importanti oħra, fosthom", "Li applikanti jridu jkunu singoli", "Dan il-benefiċċju huwa wieħed means tested", "L-applikant irid ikun qed jgħix fl-istess indirizz mal-pazjent", "Il-pazjent irid ikun ta' Dipendenza medja", "L-applikant ma jridx ikun jaħdem", "Artiklu 90 tal-Liġi tas-Sigurtà Soċjali jibqa' jgħodd, jiġifieri, persuna ma jistax ikollha żewġ benefiċċji fl-istess ħin imma tingħata l-aktar wieħed vantaġġjuż", "Il-Pazjent u l- Carer ikunu jridu jidhru quddiem Board Multi Dixxiplinarju", "Il-Carer ikun intitolat għal Karta r-Roża", "Applikazzjonijiet għaż-żewġ allowances se jibdew jintlaqgħu mill-1 ta' Jannar tas-sena d-dieħla."], "date": "2016-12-09T11:01:08+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Ministru Farrugia jfakkar kif il-Gvern se jgħin aktar lil dawk li huma dipendenti mis-sena d-dieħla"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/09/kif-dan-ir-ritratt-biddel-hajjet-familja/", "text": ["Ġieli rajtu dan it-tifel f'xi meme fuq l-internet?", "Dan huwa Sammy Griner minn Jacksonville Florida, li llum għandu għaxar snin.", "Meta ommu ħadet ir-ritratt fl-2007, qatt ma basret li kien se jsir famuż daqhsekk.", "Dak iż-żmien kellu biss 11-il xahar.", "B'ħarsa determinata, beda jissejjaħ 'Success Kid' meta r-ritratt sar viral fl-2010.", "Hemm sigriet wara r-ritratt: it-tifel kien daħħal xi ramel f'ħalqu u għalhekk dak il-wiċċ xi ftit qares.", "Hemm ukoll storja ta' kuraġġ.", "Missier Sammy, bl-isema ta' Justin, marad b'mod serju bil-kliewi fl-2009, tant li kellu bżonn dialysis .", "Wara sitt snin, qalulu li għandu bżonn trapjant tal-kliewi.", "Il-familja nediet paġna fuq GoFundMe biex tiġbor dawn il-flus.", "Meta l-pubbliku rrealizza li dan kien 'Success Kid', il-familja ġabret aktar minn $100,000 f'temp ta' ftit jiem!", "Dawn il-flus intużaw kollha biex missier it-tifel ingħata l-aqwa kura.", "F'Awwissu 2015, il-missier għamel l-operazzjoni, u kienet suċċess.", "Każ ta' ritratt wieħed li biddel ħajjet familja."], "date": "2016-12-09T11:49:54+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Kif dan ir-ritratt biddel ħajjet familja"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/26/imut-il-ggant-ta-game-of-thrones-fl-eta-ta-36-sena/", "text": ["L-itwal raġel tal-Ingilterra, twil seba' piedi, tilef ħajtu fl-età ta' 36 sena.", "Neil Felington, famuż għall-parti li ħadem fil-parti ta' Mag the Giant fis-serja famuza mondjali Game of Thrones, tilef ħajtu lbieraħ kawża ta' attakk tal-qalb.", "Bosta segwaċi ta' Felington urew solidarjetà mal-familja u ħbieb li ġarrbu din it-telfa."], "date": "2017-02-26T19:08:13+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Imut il-ġgant ta' Game of Thrones fl-età ta' 36 sena"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/10/09/kontroversja-dwar-il-kompetizzjonijiet-tal-klieb/", "text": ["Uffiċjali Ingliżi responsabbli mil-wirjiet tal-klieb jinsabu f'taqtiha bejniethom, filwaqt li hemm pjan li teknika sigrieta li tintuża waqt il-kompetizzjonijiet tibda tkun projbita.", "The Kennel Club jixtiequ jaqtgħu l-użu ta' dak imsejjaħ 'double handling' minħabba tħassib li dan jikkawża stress qawwi fuq il-klieb.", "Din it-tekinika tinvolvi l-użu ta' trainer sekondarju, moħbi minn għajn il-pubbliku, jipprova jiġbded l-attenzjoni tal-kelb li jkun qiegħed jeżebixxi ruħu, permezz ta' suffara jew ġugarell.", "B'hekk il-kelb jidher ferm iktar żvelt.", "Dan kollu qiegħed jiġri wara investigazzjoni fuq German shepherd li rebaħ l-unur tal-aqwa razza meta ħafna sostnew li din il-kelba ma setgħatx tirbaħ, minħabba problemi f'darha.", "Sidha madanakollu ssostni li l-kelba b'saħħitha u għandha ċ-ċertifikati li juru dan.", "Esperti sabu li t-tattika, li mid-dehra ilha tintuża deċenji, ġġiegħel lill-klieb iqajjmu widnejhom ħafna aktar, filwaqt li jidtrittaw.", "Aktarx li issa se jkun hemm membri fost il-pubbliku jaraw jekk hemmx min qiegħed jaġixxi ta' 'second handler'."], "date": "2016-10-09T18:25:51+02:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Kontroversja dwar il-kompetizzjonijiet tal-klieb"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/06/farage-iwissi-jew-brexit-jew-jaf-ikun-hemm-vjolenza-fit-toroq/", "text": ["Nigel Farage wissa li jista' jkun hemm vjolenza fit-toroq Ingliżi jekk Brexit ma jseħħx.", "Huwa kien qed jiddibatti ma' Gina Miller fuq il-mezzi tax-xandir Ingliżi.", "Miller, li qed tmexxi l-battalja legali kontra Brexit, insistiet li l-mexxej tal-Ukip messu jkun l-ikbar 'fan' tagħha għax il-każ li ressqet quddiem il-Qorti Suprema wassal biex il-poter reġa mar lura għand il-Parlament.", "Iżda Faraga weġibha billi qal li jaf ikun hemm min jinżel fit-toroq f'rabja jekk ma jkunux implimentati x-xewqat ta' dak li l-poplu ivvota għalih.", "\"Liema parti mill-kelma 'itlaq' ma tifhimx?\" saqsiha, meta fl-isfond hemm il-possibiltà legali li l-pjan li tixtieq twettaq Theresa May ikun imxekkel."], "date": "2016-11-06T13:28:32+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Farage iwissi: jew Brexit, jew jaf ikun hemm vjolenza fit-toroq"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/03/06/ara-tifla-maltija-bid-down-sydrome-timpressjona-bit-talent-taghha-fkompetizzjoni-taz-zfin-fl-ingilterra/", "text": ["Din hija Maya Boutaya, tifla ċkejkna ta' 4 snin li għandha passjoni kbira lejn iż-żfin u l-mużika.", "Il-ġimgħa li għaddiet Maya li għadha l-kundizzjoni tad-downsyndrome, ħadet sehem f'kompetizzjoni taż-żfin fl-Ingilterra u impressjonat lil kulħadd bit-talent tagħha.", "Ferħana minn din l-esperjenza barra minn xtutna, iltqajna ma' Maia fl-iskola taż-żfin f'waħda mil-lezzjonijiet.", "L-għalliema tagħha Lisa Marie McGuinness qalet li Maya ilha sena u nofs titgħallem tiżfen.", "Iddeskrivieta bħala studenta ddedikata u enerġetika, b'potenzjal kbir daqs tal-istudenti l-oħra li daqsha jkunu ħerqana għal-lezzjonijiet.", "Omm Maya, Glorianne qalet li bintha tħobb il-mużika u ż-żfin u bl-għajnuna ta' kulħadd qiegħda toħroġ il-potenzjal kollu tagħha.", "Glorianne spjegat: \"Meta tiġi għaż-żfin tikkopera ħafna u turi li tħobb tiġri.", "Turin x'tgħallmet tkun qisha t-teacher tagħna.", "Waqt il-kompetizzjoni marret tajjeb ħafna.\"", "Filwaqt li għalissa Maya se tkompli titħarreġ iż-zfin, hija tinsab ottimista sabiex tipparteċipa f'kompetizzjoni oħra barra minn xtutna.", "Bil-ħsieb hu li fis-sajf tmur Blackpool tieħu sehem f'kompetizzjoni oħra u terġa' tikseb unur għall-pajjiżna."], "date": "2020-03-06T19:42:29+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "ARA: Tifla Maltija bid-Down Sydrome timpressjona bit-talent tagħha f'kompetizzjoni taż-żfin fl-Ingilterra"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/23/ma-nistghux-inmorru-lura-mill-progress-favur-energija-nadifa/", "text": ["Id-diskussjonijiet ta' Marrakesh dwar il-Klima (COP22) li saru l-ġimgħa l-oħra servew biex fakkru lill-mexxejja kollha li wieħed ma jistax imur lura mill-progress li qed isir fuq tranżizzjoni għal arja aktar nadifa, qalet l-MEP Miriam Dalli.", "Waqt diskors fil-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi tad-diskussjonijiet tal-COP22, l-MEP Laburista qalet li l-mexxejja kollha għandhom jonoraw l-impenn li daħlu għalih fil-ftehim ta' Pariġi s-sena li għaddiet, biex mill-kliem ngħaddu għall-fatti.", "Dan fil-kuntest tal-aħħar żviluppi fl-iStati Uniti u l-elezzjoni ta' Donald Trump.", "\"Il-messaġġ hu wieħed u ċar.", "Jekk pajjiż jaħseb li għandu joħroġ mill-ftehim ta' Pariġi u ma jonorax l-obbligi tiegħu, il-pajjiżi l-oħra għandhom iżidu l-pressjoni.", "Mexxejja minn madwar id-dinja jridu jirrikonoxxu li t-tibdil fil-klima għandha bżonn attenzjoni immedjata, u li d-dinja kollha trid tiġbed l-istess ħabel,\" sostniet Miriam Dalli.", "Hi kkritikat in-nuqqas ta' implimentazzjoni li s'issa kien wieħed inkonsistenti, filwaqt li rrimarkat li \"t-tibdil fid-dinja reali qed jiġri b'aktar ħeffa minn dak li qed jimxu bih il-gvernijiet matul in-negozjati.\"", "Matul is-sessjoni plenarja li nżammet fi Strasburgu, Dr Dalli għamlet intervent ieħor waqt id-diskussjoni fuq id-Direttiva tal-Kwalita' tal-Arja, li fiha sejħet għal aktar miri ambizzjużi u għodda leġislattivi biex jintlaħqu l-oġġettivi fit-tul.", "\"It-tniġġiż tal-arja la tirrikonoxxi fruntieri u lanqas distanza bejn pajjiż u ieħor.", "Qed nitkellmu fuq is-saħħa taċ-ċittadini tagħna, u għalhekk il-gvernijiet għandhom jaħdmu aktar.", "Konformita' sħiħa hija mistennija mill-iStati Membri kollha biex jiġi assigurat li d-dritt għal arja nadifa jkun salvagwardjat,\" temmet tgħid Miriam Dalli.", "Ir-reviżjoni tad-Direttiva għall-Kwalita' tal-Arja tinkludi miri fuq l-emissjonijiet sal-2030 fuq ħames sustanzi, inkluż Sulphu Dioxide (SO2) u Nitrogen Oxides (NOx)."], "date": "2016-11-23T17:34:57+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Ma nistgħux inmorru lura mill-progress favur enerġija nadifa"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/05/ir-rizultati-ekonomici-ta-malta-jinhassu-fost-kumpaniji-bhal-simonds-farsons-cisk/", "text": ["Simonds Farsons Cisk plc irreġistrat sena oħra ta' profitti u tkabbir sod.", "Id-dħul tal-Grupp għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 Jannar 2017 laħaq €88 miljun, li s'issa qatt ma kien intlaħaq qabel.", "Dan jirrappreżenta żieda marġinali ta' 2% fuq ir-riżultati rekord tas-sena finanzjarja ta' qabel.", "Barra minn hekk, il-qligħ għas-sena laħaq €12-il miljun.", "Dan ifisser żieda ta' €900,000 jew żieda ta' 8% meta mqabbel mas-sena preċedenti.", "Madwar il-Grupp kollu kienet irreġistrata prestazzjoni b'saħħitha għas-sena li għaddiet u din kienet fuq diversi livelli.", "Dan seħħ minħabba diversi fatturi favorevoli fosthom, it-tkabbir fl-ekonomija, għażla aktar wiesa' ta' birer li kienet possibbli wara investiment fi prodotti ġodda tal-birra u fil-packaging, flimkien ma' prestazzjoni aħjar tas-sussidjarji tal-Grupp.", "Dawn ir-riżultati pożittivi huma aktar notevoli meta tqis li d-deprezzament żdied wara l-investitment li sar fil-faċilità l-ġdida tal-birra.", "Min-naħa l-oħra, l-attenzjoni kontinwa fuq l-obeżità u l-konsum inqas taz-zokkor, flimkien ma' taxxi miżjuda, kellhom impatt fuq l-konsum tas-soft drinks.", "Ic-Chairman tal-Grupp Louis Farrugia qal: \"Is-sena l-oħra bdejna noperaw faċilità ġdida u mill-aktar avvanzata għall-packaging tal-birra.", "Issa, il-kumpanija tinsab f'pożizzjoni ferm aħjar biex issegwi l-pjani ta' tkabbir li għandna permezz tal-istrateġija tal-esportazzjoni tagħna.\""], "date": "2017-05-05T11:18:05+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Ir-riżultati ekonomiċi ta' Malta jinħassu fost kumpaniji bħal Simonds Farsons Cisk"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/05/l-applikazzjoni-dwar-il-breakwaters-fmarsaxlokk-approvata/", "text": ["Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva unanimament l-applikazzjoni dwar il-breakwaters ta' Marsaxlokk.", "Dan inqtal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, fejn kien spjegat kif fl-aħħar jiem ġiet sottomessa apllikazzjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u Sajd.", "Dan sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati parti mill-ispejjeż relatati ma' dal-proġett, li qed jitmexxa mill-istess Ministeru permezz ta' Transport Malta u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura.", "Il-proġett mistenni jieħu madwar sentejn minn meta jibdew ix-xogħlijiet, u fih hemm il-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tas-Sajd.", "L-intervent se jikkonsisti minn bini ta' breakwater arm in-naħa tal-Ponta tal-Qrejten, b'tul ta' madwar mija u għaxar metri, u tiswija u żieda fl-għoli tal-breakwater eżistenti n-naħa ta' Delimara, b'tul ta' madwar mija u ħamsin metru."], "date": "2017-05-05T10:34:19+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "L-applikazzjoni dwar il-breakwaters f'Marsaxlokk approvata"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/01/13/aktar-minn-e330000-biex-jitjiebu-l-facilitajiet-tal-pumping-station-fta-kandja/", "text": ["Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi żar il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil- pumping station f'Ta' Kandja.", "Hawnhekk riċentament sar titjib filmakkinarju kif ukoll investiment li b'kollox laħħaq mat-€332,000 biex jitjiebu l-faċilitajiet tas-servizzi tal-ilma.", "Ta' Kandja Pumping Station hija waħda minn tlettax-il pumping station li minnhom il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ttella' l-ilma ta' taħt l-art.", "Dan wara jitħallat mal-ilma li jiġi prodott millimpjanti ta' desalinazzjoni, u jiġi diżinfettat bil- chlorine u jitqassam lill-konsumatur.", "Fl-aħħar xhur, il-Korporazzjoni bdiet timplimenta proġett sabiex tintuża teknoloġija ġdida.", "Minflok l-użu ta' chlorine fil-forma ta' gass biex issir id-diżinfezzjoni, permezz ta' kurrent tad-dawl u l-melħ li jinstab naturali fl-ilma tal-pjan, il-chlorine jiġi prodott u applikat fil-pajpijiet b'mod immedjat.", "Il-ħsieb huwa illi kemm jista' jkun, jiġi eliminat l-użu tal-chlorine fiċ-ċilindri tal-gass.", "Dan jassigura metodu ta' diżinfezzjoni aktar sigur.", "L-ispiża ta' dan il-makkinarju laħqet is-somma ta' €195,000.", "Il-Ministru qal li l-ewwel riżultati kienu tajbin ħafna u l-Korporazzjoni qiegħda tistudja l-possibilità li din it-teknoloġija tiġi applikata fis-sorsi l-oħra.", "Barra minn hekk, matul dawn l-aħħar sentejn, saret manutenzjoni estensiva fuq il-lift li jwasslek sal-livell tal-galleriji li jinsabu mal-100 metru taħt l-art u l-ispiża ta' dan ix-xogħol laħħaq l-ammont ta' €137,000."], "date": "2018-01-13T09:20:30+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Aktar minn €330,000 biex jitjiebu l-faċilitajiet tal-pumping station f'Ta' Kandja"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/01/13/trump-bi-kliem-xejn-sabih-fil-konfront-ta-nazzjonijiet-afrikani/", "text": ["L-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-pajjiżi Afrikani talbet lil-President tal-Istati Uniti Donald Trump jiskuża ruħu wara li allegatament sejjaħ nazzjonijiet fil-kontinent Afrikan: \" shitholes \".", "Il-grupp f'Washington DC esprima \"xokk, dispjaċir u rabja\" u qal li l-amministrazzjoni Trump ma fehemietx lill-Afrikani.", "Il-mexxej tal-Istati Uniti għamel l-allegat kumment f'laqgħa tal-Ħamis dwar l-immigrazzjoni iżda Trump ċaħad li uża l-lingwa rrapportata.", "Huwa kien appoġġjat minn żewġ Repubblikani li kienu fil-laqgħa tal-White House, iżda s-Senatur Demokratiku Dick Durbin qal li Trump sejjaħ verament pajjiżi Afrikani \" shitholes \" bosta drabi u uża lingwa razzista.", "Nhar il-Ġimgħa, Trump fi tweet qal li l-lingwa li huwa uża fil-laqgħa privata mal-leġislaturi biex jiddiskutu l-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni kien \"iebsa\".", "Imma żied jgħid li l-kliem attribwiti lilu ma kinux \"il-lingwa użata\"."], "date": "2018-01-13T08:27:40+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Trump bi kliem xejn sabiħ fil-konfront ta' nazzjonijiet Afrikani"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/03/iktar-kumpaniji-jirrifjutaw-li-jiltaqghu-mal-kumitat-pana/", "text": ["Wara Malta u Londra l-kumitat PANA tal-Parlament Ewropew mar il-Lussemburgu u hemm reġa' sab numru ta' entitajiet li għażlu ma jiltaqgħux miegħu.", "Fost oħrajn kumpaniji ta' konsulenza bħal E&Y, Deloitte u KPMG.", "Iżda mhux biss.", "Bħalhom għamlu numru ta' avukati u dak li fil-Lussemburgu kien imexxi d-Dipartiment tat-Taxxa.", "Fl-istess ħin uffiċjali tal-Gvern tal-Lussemburgu, fosthom il-Ministru tal-Finanzi, aċċettaw it-talba li jiltaqgħu mal-kumitat li kien f'Malta fl-aħħar ġimgħa ta' Frar.", "Bħal f'Malta anke fil-Lussemburgu l-kumitat Pana huwa interessat li jinvestiga s-settur finanzjarju f'dan il-pajjiż ċkejken.", "Dan għaliex il-kumitat għandu l-mandat li jinvestiga s-sistemi ta' taxxa fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u jara li qed ikunu implimentati regoli Ewropej.", "Naturalment, fid-dawl li l-kumitat hu magħmul minn Membri tal-Parlament Ewropew ma jonqsux kummenti politiċi u fil-Lussemburgu l-membri kienu kritiċi għan-nuqqas ta' preżenza ta' diversi entitajiet.", "L-istess bħal ma seħħ f'Londra fejn it-Teżor irrifjuta li jiltaqa' magħhom.", "F'Lulju 2016 ftit wara li twaqqaf il-kumitat, is-servizzi legali tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea kienu ħarġu opinjoni li permezz tagħha qalu li l-mandat tal-kumitat mhuwiex konformi mal-poteri li għandu l-Parlament Ewropew."], "date": "2017-03-03T13:32:40+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Iktar kumpaniji jirrifjutaw li jiltaqgħu mal-kumitat PANA"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/22/suldat-jiftah-kawza-kostituzzjonali/", "text": ["Stephen Bartolo fetaħ kawża kostituzzjonali wara li ilu għoxrin sena f'battalja legali.", "Huwa qed isostni li nqabeż meta ġie biex jingħata promozzjoni fl-Armata.", "Bartolo, suldat fil-Forzi Armati ta' Malta fetaħ din il-kawża kontra l-Kmandant tal-Armata u l-Avukat Ġenerali wara li ma ngħatax raġun minn Tribunal li kien twaqqaf biex isolvi inġustizzji li seħħew fil-passat.", "Bartolo qed jisħaq li l-interpretazzjoni tal-liġi fi ħdan l-Armata saret b'mod ħażin mit-Tribunal.", "L-avukati tas-suldat qed isostnu li d-drittijiet fundamentali tal-klijent tagħhom inkisru u qed jitolbu rimedju anki fid-dawl li dan it-Tribunal m'għadux jeżisti.", "Huma qed jitolbu li Bartolo jirċievi fost l-oħrajn danni morali tal-inġustizzji li skont huma sofra fl-Armata."], "date": "2017-05-22T15:50:23+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Suldat jiftaħ kawża kostituzzjonali"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/04/27/mossa-li-holqot-konfuzjoni-fil-pn-simon-mercieca/", "text": ["Il-vot li ttieħed l-Erbgħa filgħaxija fil-Parlament fuq il-liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika reġa għal darb' oħra wera l-qasma li hemm fi ħdan l-Oppożizzjoni.", "Dan kien diskuss waqt il-programm Pjazza mxandar fuq ONE fil-jum tal-Ħamis, fejn l-opinjonista Simon Mercieca tkellem fuq l-aspett tad-deputati u anke fuq il-partitarji.", "Terz tad-Deputati Nazzjonalisti vvutaw mal-Gvern fuq l-imsemmija liġi.", "Mossa li skont Dr Mercieca, toħloq konfużjoni vis-a-vis dak li l-istess deputati jgħidu fuq il-Gvern.", "Għax tispiċċa tiġi li inti qed tikkritika lil Joseph Muscat fuq naħa u qed tivvotta miegħu fuq naħa oħra...u dik hija konfużjoni.", "Allura li qed tgħid huwa jew, fuq Joseph Muscat mhux minnu għax kieku minnu ma tivvotax miegħu, jew jekk hu minnu, qed ittieh raġun", "Il-Ħamis filgħaxija, meta kien mistieden flimkien mal-opinjonista Alex Saliba, is-Sur Mercieca rrimarka li dak li għamel il-grupp ta' Busuttil ma niżil tajjeb xejn mal-partitarji Nazzjonalisti.", "L-istess partitarji li sal-elezzjoni tal-elfejn u sbatax kienu qed jappoġġjaw lill-ex Kap Simon Busuttil.", "Fil-midja soċjali, il-partitarji Nazzjonalisti ma tantx ħaduha b'mod pożittiv il-pożizzjoni li ħa Simon Busuttil u d-deputati l-oħrajn", "Bil-qasma tibqa' tippersisti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, il-Kap Adrian Delia qed ikun kostrett jieħu deċiżjonijiet li huma lil hinn minn dak li jixtieq hu.", "Dr Mercieca ma qgħadx idur mal-lewża u saħaq li dan ma jawgurax tajjeb għall-Oppożizzjoni.", "biss ovjament b'qasma bħal din, partit politiku qatt ma jista' jirbaħ elezzjoni...full stop."], "date": "2018-04-27T12:42:17+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Mossa li ħolqot konfużjoni fil-PN – Simon Mercieca"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/03/kampanja-mill-midja-barranija-fil-konfront-ta-malta/", "text": ["Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li huwa inġust li pajjiżna jintefa f'dawl ikrah u fl-istess keffa ta' pajjiżi li fihom qed ifaqqaw skandli kbar relatati ma' ħasil ta' flus.", "Dan anke meta Malta hija fost erba' pajjiżi li qablu li l-Unjoni Ewropea għandha ssaħħaħ ir-regoli tagħha fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, u li sabu oppożizzjoni mill-istess pajjiżi li fihom qed iseħħu dawn l-iskandli.", "Il-Ministru Scicluna tkellem dwar dan wara li l-gazzetta 'The Financial Times' qalet li l-Kummissjoni Ewropea qed tħejji biex tieħu passi fil-konfront ta' Malta wara li l-Awtorità Bankarja Ewropea qalet li l-FIAU naqset milli tagħmel superviżjoni effettiva fuq il-Bank Pilatus.", "Huwa qal : \"li Malta tiġi mgħażula b'mod ewlieni minħabba skandli kbar li qed jiġru f'pajjiżi oħra bħad-Danimarka, l-Estonja, l-Olanda u l-Latvia, naħseb kulħadd jaf x'qed jiġri f'pajjiżi oħra u li naħseb li jekk wieħed jiġber il-konklużjoni tiegħu jekk l-attenzjoni għandiex fuq skandli kbar bħal dawn jew jekk proċeduri tal-FIAU kienux f'posthom\" Il-Professur Scicluna qal li għall-kuntrarju ta' dak li ngħad fl-artiklu, f'laqgħa li kellu mal-Kummissarju għall-Ġustizzja Vera Jurova, hija ma nislet l-ebda kelma dwar xi passi li tista' tieħu l-Kummissjoni kontra Malta.", "Saħansitra hija laqgħet bosta rapporti fosthom dak tal-Fondi Monterju Internazzjonali li kkonferma t-trasparenza fiskali li jadotta l-Gvern Malti, u li l-Professur Scicluna għada waqt il-laqgħa li hu kellhu mal-Kummissarju Ewropew għal Ġustizzja Vera Jurova.", "Huwa sostna kif min-naħa tagħha qalet li se turi li ma għandha l-ebda nteress li tattaka pajjiż wieħed imma tara li l-kampanja ewropeja kontra l-ħasil ta' flus tkun mifruxa fuq il-pajjiżi kollha.", "Il-Ministru Scicluna wera d-diżapunt tiegħu u qal li Malta mistennija tipprotesta wara li sar jaf bil-każ mill-gazzetta.", "Dan meta f'laqgħat li saru minnu u mis-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, il-Kummissarju qatt ma qajmet dan il-punt.", "\"Malta se tieħu l-passi li għanda tieħu biex tipprotesta għal fatt li informazzjoni li rappreżentanti tal-Gvern jiġifieri Ministru u Segretarju Parlamentari kellhom jirċevu waqt laqgħa ma tintqalx, u nsiru nafu dwar dan mill-gazzetti – naħseb li għandna għaliex nipprotestaw\" temm jgħid il-Professur Scicluna.", "Il-Professur Scicluna nnota li dan jista' jkun il-bidu ta' kampanja orkestrata fil-konfront ta' pajjiżna fuq il-midja Internazzjonali.", "Huwa ma eskludix li wara din il-kampanja jista' jkun hemm id moħbija.", "Filfatt qal kif dan ix-xahar mistennija teskala l-attakki tagħha fuq Malta, fejn bdejna bis-Sunday Telegraph, Financial Times u se jkomplu jħamġu r-reputazzjoni ta' pajjiżna.", "Dwar din il-kwistjoni l-Ministru Edward Scicluna qal li l-FIAU bagħtet ir-rapport dettaljat tagħha lill-Awtorità Bankarja Ewropea, madankollu baqgħet ma weġbitx.", "Il-Professur Scicluna kkonferma li fil-kabinett tal-Kummissarji għadha ma telgħet l-ebda deċiżjoni biex toħroġ xi opinjoni dwar Malta."], "date": "2018-10-03T19:30:04+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Kampanja mill-midja barranija fil-konfront ta' Malta"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/02/maltempata-qawwija-tahkem-lil-pajjizna/", "text": ["Maltempata kbira ħakmet il-gżejjer Maltin u f'Għawdex ħames bugħaddasa kellhom jiġu salvati mill-Forzi Armati ta' Malta.", "Għalkemm l-ewwel maltempata mill-bidu tal-ħarifa ma ħallietx traġedji, Irlandiż ġie salvat permezz ta' helicopter tal-forzi armati ta' Malta.", "Erba' bugħaddasa oħra ġew salvati mill-patrol boat Melita 2 wara li sabu ruħhom f'diffikultà viċin Wied il-Għasri.", "Dawn il-persuni ttieħdu fl-isptar ġenerali t'Għawdex għal aktar osservazzjoni.", "Intant madwar il-pajjiż inġema t-traffiku, f'postijiet bħal Gżira u l-Imsida kienu fost l-aktar li ntlaqtu mill-maltemp li kien ilu imbassar għal dawn l-aħħar jiem.", "Bosta toroq kienu mgħarrqa u s-sewwieqa kienu mwissija jsuqu b'attenzjoni minħabba l-ilma li kien qed jinġema' fit-toroq.", "Sadanittant bosta titjiriet li kellhom jitilqu minn Malta ġew posposti minħabba nuqqas ta' sigurtà.", "Numru ta' titjiriet li kellhom jinżlu f'Malta niżlu f'Katanja.", "Dan anki fid-dawl tas-sajjetti u l-beraq li laqtu lil pajjiżna bla waqfien."], "date": "2018-10-02T19:04:08+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Maltempata qawwija taħkem lil pajjiżna"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/06/22/diploma-fil-letteratura-maltija/", "text": ["Taħdem f'settur relatat mal-preżentazzjoni pubblika ta' xogħlijiet letterarji?", "Jew interessat taqbad il-kitba kreattiva bis-serjetà?", "Għandek sehem attiv fl-addattament tal-letteratura Maltija għal forom artistiċi u dixxiplini oħra?", "Jew sempliċiment għandek passjoni għal-letteratura Maltija u tixtieq tkabbar l-għarfien tiegħek?", "Il-kors ġdid li jwassal għal Diploma fil-letteratura Maltija aktarx jinteressak.", "Fadal biss xahar biex tkun tista' tapplika għal dan il-kors li se jiftaħ fl-Università ta' Malta f'Ottubru li ġej.", "L-għan tad-Diploma huwa biex l-istudenti joħorġu mill-konfini tradizzjonali tal-letteratura, fost l-oħrajn billi jżewġu l-letteratura Maltija ma' forom oħra ta' arti.", "Din id-Diploma qed titnieda fi żmien meta l-letteratura Maltija u l-istudju tagħha qed jaraw qawmien ġdid.", "Qed isir ħafna xogħol importanti kemm fl-istudju tal-lingwa u l-letteratura Maltija kif ukoll fl-oqsma tal-pubblikazzjoni, il-kitba kreattiva u t-tagħlim tagħha, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti letterarji nazzjonali u internazzjonali bis-sehem tal-awturi Maltin, u x-xandir tal-letteratura Maltija permezz ta' mezzi differenti.", "Id-Diploma għandha l-għan li tħejji lill-istudenti għal dawn ir-realtajiet analitiċi u kreattivi tas-seklu 21, u tiftaħ toroq ġodda għall-arti tal-kelma.", "Id-Diploma tħares lejn l-imgħoddi u l-preżent tal-letteratura Maltija u tiffoka wkoll fuq oqsma li s'issa għadna ma stħarriġniex b'mod sistematiku, fosthom: il-kitba kreattiva, ix-xogħol tal-editjar ta' manuskritt letterarju, il-qari tal-letteratura fil-pubbliku u fuq il-mezzi tax-xandir, il-promozzjoni tal-letteratura fuq l-internet, l-organizzazzjoni ta' attivitajiet letterarji fil-komunità, iż-żwieġ bejn il-letteratura u forom oħrajn tal-arti, u l-kitba ta' reċensjonijiet ta' kotba tal-letteratura.", "Il-kors jiftaħ darba kull sentejn u qed jitmexxa mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta.", "Bi ftehim mad-Dipartiment tal-Malti, Banif Bank (Malta) plc se jħallas sa massimu ta' €2,000 mill-ħlas tal-kors għall-istudent/a li t/jiġi l-ewwel fil-kors.", "Barra minn hekk, il-Kunsill Malti għall-Arti se jagħti l-għajnuna finanzjarja tiegħu għall-aħjar erba' proġetti ta' studenti fit-tieni sena tal-kors.", "Id-Diploma fuq bażi part-time, se tkun mifruxa fuq sentejn bil-lezzjonijiet isiru kull nhar ta' Tnejn u nhar t'Erbgħa filgħaxija mill-5.30pm sat-8.30pm.", "X'għandek bżonn u kif tista' tapplika?", "Dawk li jixtiequ jidħlu għal dan il-kors universitarju jeħtieġu grad C jew ogħla fil-livell Avvanzat tal-Malti.", "Jistgħu japplikaw ukoll dawk li għalqu t-23 sena qabel il-ftuħ tal-kors: il-proċedura fil-każ ta' dawn l-istudenti maturi tkun li ssirilhom intervista mid-Dipartiment tal-Malti.", "Dawk li huma interessati jistgħu japplikaw billi jidħlu f'din il-paġna tas-sit tal-Università minn issa sa qabel il-21 ta' Lulju li ġej: www.um.edu.mt/apply .", "Id-deskrizzjoni dettaljata u avviżi oħra fuq il-kors jidhru kemm fuq is-sit tal-Università, www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/diploma-letteratura , kif ukoll fuq Facebook, www.facebook.com/uom.diplittmalt .", "Aktar tagħrif jista' jinkiseb b'ittra elettronika lil [email protected] jew b'telefonata lin-numru 2340 3387."], "date": "2016-06-22T12:32:19+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Diploma fil-Letteratura Maltija"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/02/11/il-ministru-carmelo-abela-jiltaqa-ma-destiny-chukunyere-2/", "text": ["\"Destiny, inti tagħmilna kburin\".", "Dan kien il-kliem ta' awguri mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, responsabbli mill-PBS, hekk kif dalgħodu laqa' lill-kantanta rebbieħa ta' Xfactor Malta Destiny Chukunyere.", "Il-Ministru Abela feraħ lil Destiny tat-talent żviluppat mużikali tagħha u lill-PBS tar-rwol importanti li kellhom ta' kif inħareġ il-prodott tal-Xfactor Malta fuq it-televiżjoni, li jipprovdi lill-kantanti Maltin u Għawdxin opportunità li jesebixxu t-talent tagħhom' f'ambjent professjonali.", "Semma' kif għal Destiny minn hawn tibda t-triq għal parteċipazzjoni tagħha f'isem pajjiżna fil-Eurovision Song Contest 2020.", "Il-PBS ser ikunu qegħdin jaħdmu sabiex isiru l-preparamenti kollha għall-Eurovision.", "Id-delegazzjoni Maltija se tkun immexxija mill-Kap Eżekuttiv tal-PBS is-Sur Charles Dalli.", "Abela qal li quddiemha Destiny għandha opportunitajiet kbar biex tkompli tiżviluppa t-talent tagħha u tkompli tagħmel isem għaliha, għall-familja tagħha u għal Malta.", "Żied jgħid li l-politika ta' dan il Gvern se tibqa' waħda li tkompli tappoġġja t-talent kbir li għandna f'dan il-pajjiż f'oqsma differenti, inkluż dak mużikali.", "Il-Eurovision Song Contest ta' din is-sena huwa il-65 edizzjoni u ġġib it-tema Open Up.", "Din ser tkun organizzata fl-Ahoy Arena ta' Rotterdam fl-Olanda.", "Malta se tkun qegħda tieħu sehem fis-semifinali ta' 12 ta' Mejju u jekk tikklassifika mal-ewwel 10 f'dik is-semifinali tgħaddi għall-finali li se tkun organizzata fis-16 ta' Mejju.", "Ir-riżultat ikun ibbażat fuq il-voti tal-ġurija u televoting."], "date": "2020-02-11T16:31:29+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Ministru Carmelo Abela jiltaqa' ma' Destiny Chukunyere"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/31/filmat-ara-lil-destiny-tkanta-fis-semi-finali-ta-britains-got-talent/", "text": ["Kienet kompetizzjoni diffiċli, iżda minkejja li ma kkwalifikatx għall-finali, Destiny Chukunyere li għad għandha biss 14-il sena, tat prestazzjoni mill-aqwa.", "Segwit minn eluf u eluf ta' persuni minn madwar id-dinja, Destiny intgħażlet bħala waħda fost l-40 semi-finalisti oħra li ntagħżlu għas-semi-finali ta' Britain's Got Talent.", "Fejn hi kkompetiet flimkien ma' kantanti, kummidjanti u żeffiena.", "Kienu bosta Maltin, Għwdxin u saħansitra barranin li faħħru lil Destiny għat-talent li għandha u kif mgħandiex taqta' qalba u tkompli tirsisti f'dak li tixtieq.", "Ara lil Destiny tkanta fil-filmat t'hawn isfel."], "date": "2017-05-31T09:13:09+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "FILMAT: Ara lil Destiny tkanta fis-semi-finali ta' Britain's Got Talent"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/13/il-partecipanti-tal-lifecycle-challenge-jiltaqghu-mal-prim-ministru/", "text": ["Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat iltaqgħu ma wħud mill-parteċipanti li se jkunu qed jipparteċipaw fi sfida diffiċli.", "Sfida organizzata mill-Lifecycle u din is-sena se ssir fil-Kenya u t-Tanzania.", "Din se tkun waħda mill-aktar sfidi diffiċli li għamlu l-parteċipanti tal-Lifecycle sa issa dan minħabba n-numru ta' tlajja li se jiltaqgħu magħhom f'din l-isfida bir-roti.", "Matul din l-isfida se jkunu qed jinġabru fondi b'risq il-pazjenti li għandhom kundizzjoni medika fil-kliewi u b'risq il-grupp li joffri sapport lil persuni li jkollhom bżonn trapjant.", "Il-parteċipanti se jkunu qed jaqdfu għal 2000 kilometru bejn l-14 u t-18 ta' Lulju.", "B'kollox se jipparteċipaw tnax-il parteċipant li tul din l-isfida se jingħataw għajnuna medika u loġistika.", "Il-parteċipanti preżentaw flok iffirmat lill-Prim Ministru Joseph Muscat."], "date": "2017-07-13T10:46:36+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-parteċipanti tal-LifeCycle Challenge jiltaqgħu mal-Prim Ministru"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/07/servizz-nazzjonali-bla-hlas-ghall-anzjani/", "text": ["Servizz nazzjonali ta' konsulenti ġerijatriċi li se jibdew joffru s-servizzi tagħhom fid-djar tal-anzjani li ma jistgħux joħorgu minn darhom.", "S'issa dawn l-anzjani kien ikollhom imorru l-outpatients tal-isptar Mater Dei jew għand il-privat.", "Dan is-servizz ma jissostitwix lit-tabib, għaliex l-irwol tal-konsulent huwa differenti minn dak tat-tabib u tintalab l-assistenza tiegħu meta l-problema jkollha bżonn attenzjoni speċjalizzata.", "Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana spjegat li permezz ta' dan is-servizz, il-Gvern qed iżomm is-servizzi fil-komunità fiċ-ċentru tal-ħidma.", "Fl-indirizz tagħha stqarret li l-idea ta' dan is-servizz nibtet minn suġġeriment tal-pubbliku stess u li b'dan is-servizz se tkun qed tingħata l-massimu tal-kura possibbli lill-anzjani.", "L-anzjani kollha ta' 'l fuq minn 60 sena jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz b'xejn.", "L-uniku fattur importanti biex anzjan japplika huwa li jkun home bound, jiġifieri l-kundizzjonijiet tiegħu ma jippermettilux li joħroġ mid-dar.", "L-anzjani jistgħu jikkuntattjaw iċ-centru servizz anzjan biex jiggwidawhom fl-applikazzjoni għal dan is-servizz."], "date": "2017-03-07T10:33:52+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Servizz nazzjonali bla ħlas għall-anzjani"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/19/migbura-e150000-frigali-matul-il-kampanja-childrens-dreams/", "text": ["Inġabru r-rigali kollha mingħand il-ħafna mijiet t'individwi u anke kumpaniji li ħasbu u xtraw rigal lill-kważi elfejn tifel u tifla għal dawn il-festi tal-Milied.", "Il-kampanja Children's Dreams, tiġi organizzata ta' kull sena mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS), bil-għan li tferraħ tfal li għal xi raġuni jkunu mċaħħda minn affarijiet materjali.", "Ir-rigali jvarjaw minn ħwejjeġ sa anke apparat elettroniku.", "Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon qal li din il-kampanja hija turija ċara tal-ġenerożità tal-poplu Malti, li f'okkażjonijiet bħal dawn jingħaqad biex joħloq tbissima u aspirazzjoni lil dawn it-tfal.", "Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti faħħar il-ħaddiema kollha tal-FSWS għall-impenn u d-dedikazzjoni kollha li juru matul is-sena kollha, speċjalment fix-xogħol ma' dawk l-iktar vulnerabbli."], "date": "2018-12-19T15:26:43+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "ARA: Miġbura €150,000 f'rigali matul il-kampanja Children's Dreams"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/19/jithabbru-r-rebbieha-ta-kompetizzjonijiet-relatati-mas-sena-ewropea-tal-wirt-kulturali/", "text": ["Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżenta l-premji ta' żewġ kompetizzjonijiet li ġew organizzati bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali.", "Waħda minn dawn il-kompetizzjonijiet kienet għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji, waqt li l-oħra kienet immirata għal dilettanti u prattikanti tal-fotografija.", "Matul din is-sena, id-Direttorat tal-Kultura ppromwova l-għan ta' din is-sena dedikata għall-wirt kulturali mal-iskejjel.", "L-islogan għal din is-sena kien; Il-wirt tagħna: fejn il-passat jiltaqa' mal-futur.", "Il-Ministru Bonnici faħħar din l-inizjattiva, \"minħabba li huwa importanti li nippreservaw u ngħaddu l-wirt kulturali tagħna lil ġenerazzjonijiet futuri.", "Il-messaġġ li aħna xtaqna nwasslu hu li waqt li forsi hemm min jara l-wirt bħala xi ħaġa 'tal-passat' jew statika, din fil-verità tevolvi permezz ta' kuntatt magħha.", "Barra minn hekk, il-wirt tagħna għandu rwol siewi fit-tfassil tal-futur ta' pajjiżna u tal-Ewropa.", "Fil-fatt, din kienet waħda mir-raġunijiet għala ridna nressqu l-wirt kulturali lejn iż-żgħażagħ tagħna, b'mod speċjali waqt din is-sena dedikata għal wirt kulturali,\"", "Fost l-inizjattivi li saru, ġew organizzati żewġ kompetizzjonijiet.", "Waħda kienet immirata lejn studenti tas-sekondarja fejn ġew imħeġġa li jiskopru aktar u jesploraw il-writ kulturali Malti u Għawdxi.", "L-istudenti ġew imħeġġa li jagħmlu proġett, u 10 skejjel ressqu proġett.", "L-ewwel premju ntrebaħ mill-Kulleġġ ta' Santa Margerita – Skola Sekondarja Bormla li ressqu proġett fuq 'L-Avvenimenti Kulturali f'Malta matul is-Sena.", "L-iskola se tingħata voucher b'valur ta' €500 f'kotba.", "Fit-tieni post ġie l-Kulleġġ ta' San Mikiel – Santa Venera li ressaq il-proġett 'Il-Purċissjoni tal-Bambin'.", "L-Iskola se tingħata voucher ta' €200 f'kotba.", "Kull skola oħra li pparteċipat se tingħata voucher ta' €50 f'kotba.", "It-tieni kompetizzjoni kienet immirata lejn dilettanti u prattikanti tal-fotografija li ġew inkoraġġuti biex josservaw u jirrekordjaw il-wirt lokali bil-cameras, kreattività u perspettiva tagħhom.", "Ġew irreġistrati 59 ritratt.", "L-ewwel premju ntrebaħ mis-Sa Shirley Calleja li se tingħata ċekk ta' €500.", "It-tieni premju ntrebaħ mis-Sur Geogre Abdilla li se jingħata ċekk ta' €300.", "Fit-tielet post, ġiet is-Sa Emily Calleja li se tingħata ċekk ta' €200.", "Dawn it-tliet ritratti rebbieħa, u disgħa oħra se jkunu fil-kalendarju uffiċjali tal-Gvern għas-sena 2019 li jiġi ppublikat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.", "L-aħħar 9 fotografi se jingħataw premju ta' €50 kull wieħed.", "L-għan ta' din is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali kien biex in-nies jiġu nkoraġġuti aktar li jiskopru u jimpenjaw ruħhom fil-wirt kulturali, kif ukoll biex jiġi rraffurzat is-sens ta' appartenenza.", "Dan il-Gvern huwa impenjat biex jibqa' jinvesti fil-kultura tagħna u dejjem jisħaq għal kultura aċċessibbli b'mod li jħeġġeġ u jippromwovi aktar il-kultura rikka ta' pajjiżna fid-diversi forom tagħha."], "date": "2018-12-19T15:11:41+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jitħabbru r-rebbieħa ta' kompetizzjonijiet relatati mas-sena Ewropea tal-Wirt Kulturali"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/31/il-prim-ministru-tan-norvegja-gejja-malta-ghada/", "text": ["Il-Prim Ministru tan-Norveġja Erna Solberg għada l-Erbgħa se tagħmel żjara uffiċjali f'Malta.", "Matulha hija se jkollha laqgħa ta' korteżija mal-President ta' Malta.", "Wara l-Prim Ministru Norveġiża flimkien mad-delegazzjoni tagħha se jkollha taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat.", "Wara l-laqgħa ż-żewġ pajjiżi mistennija jiffirmaw memoranda of understanding ."], "date": "2017-01-31T08:48:22+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Prim Ministru tan-Norveġja ġejja Malta għada"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/31/il-parlament-ifakkar-l-olokawst-isir-appell-importanti/", "text": ["Il-Parlament ilbieraħ filgħaxija fakkar is-70 anniversarju tal-olokawst u żamm minuta silenzju biex jagħti ġieħ lill-vittmi – sitt miljun Lhud, fosthom 1,500,000 tifel u tifla.", "Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-okkazzjoni m'għandhiex tkun biss tifkira tal-vittmi iżda li naħdmu biex nitgħallmu l-lezzjonijiet minn dan l-avveniment ħalli affarijiet koroħ bħal dawn ma jerġgħux jiġru.", "Id-deputat Nazzjonalista Tonio Fenech irrefera għall-abort u sejjaħlu \"l-olokawst modern\".", "Huwa qal li fl-Istati Uniti biss, mill-1973, inqatlu 60 miljun tarbija mhux mitwielda.", "Id-deputat speaker Ċensu Galea qal li olokawst modern ieħor huwa l-assassinju tal-karattur u appella lill-membri parlamentari u liċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin beix joqgħdu attenti qabel ma jaqbdu u jiktbu fi blogs fuq ħaddieħor."], "date": "2017-01-31T08:29:49+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il-Parlament ifakkar l-olokawst...isir appell importanti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/03/02/tnejn-mejtin-fghalqa-fi-mgarr-ix-xini-fghawdex/", "text": ["Paul Muscat, missier ta' disà u ħamsin sena mis-Sannat li huwa kaptan tal-Gozo Channel u s-sieħba tiegħu, Ingliża ta' tnejn u ħamsin sena nstabu mingħajr ħajja f'kamra fil-bajja ta' Mġarr ix-Xini f'Għawdex.", "One News jinsab informat li x'aktarx il-vittmi mietu wara li ħareġ xi gass minn cooker jew heater fil-kamra fejn kienu joqogħdu.", "L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-koppja x'aktarx ilha mingħajr ħajja mit-Tlieta li għadda.", "Kienu l-qraba tal-vittmi li għall-ħabta tas-siegħa u nofs rraportaw in-nuqqas tagħhom mal-pulizija.", "Rapport li skatta operazzjoni konġunta flimkien mal-Forzi Armati ta' Malta biex jiġi sgassat il-bieb tal-boathouse fejn kienet tgħix din il-koppja.", "Bit-toroq tal-inħawi tal-bajja ingħalqu għat-traffiku biex tkun tistà ssir l-investigazzjoni.", "Joe Falzon, wieħed mill-kollegi tal-Paul fuq il-vapuri tal-Gozo Channel stqarr magħna li ma jistax jemmen li mhux se jerġa jara lil ħabib kbir tiegħu li kien ilu jaħdem miegħu għal aktar minn tletin sena.", "Huwa spjega kif il-familjari ta' Paul talbu lill-kollegi tiegħu tal-Gozo Channel biex jippruvaw jagħmlu kuntatt miegħu, iżda dik it-telefonata qatt ma kellha tweġiba.", "PAWLU HUWA WIEĦED MILL-KOLLEGI TIEGĦI ILNA NAĦDMU FLIMKIEN KWAŻI 32 YEARS FLIMKIEN JIĠIFIERI DAĦAL FTIT WARAJJA U QISU BLA ĦSIEB ĊEMPLU LILL-KOLLEGA TIEGĦI XI ĦADD JIĠI FAMILJARI TIEGĦU U PRUVAJNA NIKKUNTATTJAWH U MA BEDIEX IWIEĠEB IL-MOBILE U ĦADNA QATGĦA KBIRA B'DIN L-AĦBAR.", "B'Joe stqarr magħna li Paul kellu jirrapporta għax-xogħol il-Ġimgħa, iżda sfortunatament dan il-Kaptan, magħruf għax-xogħol impekkabbli tiegħu mhux se jerġà jkun qed ibaħħar bejn il-fliegu.", "KUMBINAZZJONI LBIERAĦ KIEN BIL-LEAVE U LBIERAĦT LURA KIEN BIS-SICK LEAVE ALLURA LLEJLA KELLU JIDĦOL GĦAX-XOGĦOL HU BILLEJL.", "Bil-kollega tiegħu, imnikket b'din l-aħbar li ħasditu bħal sajjetta fil-bnazzi, xtaq isellem il-memorja ta' Paul li fi kliemu kien raġel fuq l-irġiel u warajh ħalla vojt liema bħalu.", "PAWLU KIEN RAĠEL FUQ L-IRĠIEL, FUQ IX-XOGĦOL KIEN JIKKOPERA ĦAFNA MA KULĦADD U KIEN ĦABIB MA' KULĦADD SE NIMMISJAWH ĦAFNA, MA NAFX X'NAQBAD NGĦID IŻJED, M'GĦANDIEX KLIEM GĦADNI BIL-QATÀ.", "Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Vella Cuschieri li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata."], "date": "2018-03-02T16:44:52+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "FILMAT: Koppja jmutu wara ħruġ ta' gass f'kamra fi Mġarr ix-Xini"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/01/29/min-hu-l-aqwa-jhawwel/", "text": ["'Min hu l-Aqwa Jħawwel' hija t-tieni kummiedja li l-Kumpanija Teatrali Dun Mikiel Xerri ser ittella' għal dan l-istaġun.", "Kummiedja oħra mill-pinna ta' Ninu Borġ.", "Din il-kummiedja teħodna lura f'nofs is-seklu l-għadda, u hi ambjentata fil-ħanut ta' Girgor.", "Ħanut tal-inbid fejn kienu jgħaddu ż-żmien l-irġiel, f'dak iż-żmien.", "Minħabba f'hekk, Girgor tal-inbid dejjem kien ikun jaf l-għawwar ta' kulħadd.Imma f'dan il-ħanut kienu jseħħu bużullotti li ma kontx issibhom fi ħwienet oħra.", "Il-perċimes kien ikun in-Nutar, Ewgenio Xriħa, li f'kull testment li jagħmel dejjem ibill subgħajh.", "Kulħadd kien mixtieq li xi darba jew oħra, lill-Manifku, jsib kappell jiġih.", "Tgħid xi darba, tasal is-siegħa tiegħu?", "Ir-raħal kollu kien mimli ħallelin, wieħed jisraq lil ieħor bla rispett ta' xejn.", "Imma x'jiġri meta żewġ ħabsin, Sidor u Minku, jiskuntaw is-sentenza tagħhom, joħorġu mill-ħabs, u jibdew jiltaqgħu għand Girgor, għal dik il-pinta nbid sewda, minn ta' Sqallija?", "Barra minn hekk, is-Sur Ġann, parruċċan li kulħadd kien jabbuża mit-tjubija tiegħu, darba fost l-oħrajn, tħajjar għal Lieni, mara sabiħa li kienet iddur b'missierha, li kien anzjan.Iżda anke hawn sab min jaqlibielu.", "Girgor li kien jitfa' l-pitravi fl-inbid biex dejjem jibqa iswed u minn bettija kien iġibhom tnejn, ukoll tasal tiegħu, imma dan kif?", "Għalkemm fir-raħal kien hemm l-esperti tas-serq.", "Imma Wiġi u Majsi kif jidħlu f'din l-istorja kollha?", "B'direzzjoni ta' Paul Aquilina, f'din il-kummiedja jieħdu sehemStephen Cutajar, Alfred Vella, Joe Abela, Ernest Attard, Rennie Grech, Paul Caruana, Clayton Abela, Sandy Spiteri Vella u Joanne Debono.", "'Min hu l-Aqwa Jħawwel' ser tittella' fis-Salatal-Iskola Primarja, San Bastjan, Ħal Qormi, nhar is-Sibt 2 ta' Frar fis-7.00 ta' filgħaxija u l-Ħadd 3 ta' Frar fis-2.30 ta' wara nofsinhar.", "Għal aktar dettalji ċemplu fuq 79467196 jew tistgħu tidħlu wkoll fil-paġna ta' Facebook – Kumpanija Teatrali Dun Mikiel Xerri."], "date": "2019-01-29T18:12:26+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Min hu l-aqwa jħawwel"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/01/29/arrestati-hames-persuni-brabta-mal-qtil-fi-strasburgu/", "text": ["Ħames persuni ġew arrestati b'suspetti marbuta mal-attentat fi Strasburgu fil-ħdax ta' Diċembru f'suq tal-Milied.", "Skont il-mezzi tax-xandir, il-ħames persuni arrestati jagħmlu parti mill-istess familja, u se jiġu akkużati li għaddew l-armi lill-aggressur Cherif Chekatt.", "Cherif Chekatt ta' disgħa u għoxrin sena, is-suspettat ewlieni, li kien inqatel jumejn wara l-attentat, kien instab filmat tiegħu joffri l-appoġġ sħiħ lill-Istat Iżlamiku.", "Fl-attentat tal-11 ta' Diċembru kienu nqatlu ħames persuni."], "date": "2019-01-29T18:00:25+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Arrestati ħames persuni b'rabta mal-qtil fi Strasburgu"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/06/15/pjan-holistiku-ghall-immaniggjar-tad-data-bhala-ass-ghall-intraprizi/", "text": ["Bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, Malta qiegħda tospita s-Semantic Interoperability Conference dwar id- data u l-immaniġġjar tal-informazzjoni.", "Il-konferenza qiegħda tiġi organizzata b'kollaborazzjoni bejn il-Programm ISA tal-Kummissjoni Ewropea u l-MITA.", "Waqt li indirizza l-konferenza, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri qal li Malta qiegħda tistabbilixxi pjan ħolisitiku dwar l-immaniġġjar tad- data bħala ass għall-intrapriżi.", "Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega li d- data hi pjattaforma fundamentali li fuqha jiddependi s-suċċess tal-ekonomija diġitali.", "Hu qal ukoll li d- data hi meqjusa minn ħafna nies bħala l- fuel tal-ekonomija u possibilment ħelsien ġdid, li hu essenzjali biex jintleħqu l-għanijiet tas-Suq Uniku Diġitali.", "Is-Segretarju Parlamentari żvela li l-Istrateġija Nazzjonali tad- Data tinsab f'fażi avvanzata ta' konsultazzjoni teknika u qiegħda tiġi ddisinjata b'tali mod li tkun b'saħħitha biex twassal għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi.", "Dwar l-interoperabbiltà, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li din hi kruċjali għall-użu ta' servizzi u data , kemm fuq livell lokali, kif ukoll fuq livell transkonfinali.", "Bl-istess mod, is-Segretarju Parlamentari qal li hu importanti li jitneħħew ukoll il-fruntieri legali u politiċi biex ikun hemm tixrid ħieles tad- data .", "Hu spjega li bħalissa Malta qiegħda tipproponi sistema ta' reġistri uffiċjali konness bejniethom u li jistgħu jservu bħala l-pedament li fuqhom jibnew pjattaformi għall-użu mill-ġdid ta' data u servizzi pubbliċi minn tarf sa ieħor.", "Filwaqt li sostna li l-implimentazzjoni ta' sistemi bħal dawn tista' tkun ta' sfida, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li hemm diversi modi ta' kif dawn l-għanijiet jistgħu jintleħqu fit-tlieta sa ħames snin li ġejjin."], "date": "2017-06-15T06:30:32+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Pjan ħolistiku għall-immaniġġjar tad-data bħala ass għall-intrapriżi"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/05/06/tarbija-li-twieldet-b-31-saba/", "text": ["Tarbija ta' 4 xhur bl-isem ta' Hong Hong li twieldet fiċ-Ċina, hija tarbija b'31 saba'.", "It-tobba qalu kif dan it-tifel għandu kundizzjoni msejħa polydactylism .", "Din il-kundizzjoni twassal sabiex minn ikollu lilha, jitwieled b' iżjed swaba minn normal.", "L-istess kundizzjoni ma nsibuhiex biss fost il-bnedmin iżda nsibuha ukoll fost il-klieb u l-qtates.", "Children's Healthcare of Atlanta tgħid kif din hija kundizzjoni komuni u li taffetwa wieħed minn kull 1000 persuna.", "Dawn is-swaba żejda jistgħu jitneħħew permezz ta' operazzjoni.", "L-ġenituri ta' Hong Hong qiegħdin jipruvaw jiġbru biżejjed flus sabiex ikunu jistgħu jħallsu l-operazzjoni għat-tifel tagħhom, li bla dubju ser tkun qed tbiddilu ħajtu.", "L-omm ta' dan it-tifel tbagħti wkoll minn din il-kundizzjoni u huwa propju għalhekk li Hong Hong twieled b'din il-kundizzjoni għaliex hemm possibilita' kbira li tintiret mill-familja."], "date": "2016-05-06T09:00:06+02:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Tarbija li twieldet b' 31 saba'"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/19/allergika-ghar-ragel-taghha/", "text": ["Johanna Watkins, tfajla ta' 29 sena minn Minnesota, ma tistax tbus lir-raġel tagħha Scott, u lanqas tgawdi ftit ħin fl-istess kamra miegħu.", "Watkins issofri minn kundizzjoni li tissejjaħ Mast Cell Activation Syndrome, kundizzjoni rari fis-sistema mmunitarja, li tfisser li hi allerġika għal kważi kollox.", "Saħansitra għar-riħa tar-raġel tagħha.", "\"Ngħamlu ħilitna biex nqattgħu ftit ħin flimkien iżda ma nistawx.", "Allura, ġieli naraw film flimkien.", "Id-differenza tkun li jien inkun f'sular u hu f'sular ieħor, u nitkellmu permezz ta' messaġġi fuq il-kompjuter,\" spjegat Watkins.", "Johanna tgħix fl- attic tad-dar, b'twieqi u bibien magħluqa sew u b'arja li tiġi ppurifika 'l ħin kollu minħabba li l-kundizzjoni tagħha hi waħda severa.", "Ritratt: Ftit qabel ma avvanzat il-kundizzjoni ta' Johanna"], "date": "2017-01-19T11:44:07+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Allerġika għar-raġel tagħha"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/09/01/mason-lura-fart-twelidu-wara-kwazi-sentejn-l-isptar/", "text": ["Dan Mason.", "Tfajjel li dalwaqt jagħlaq sentejn.", "Aktar minn sena u nofs minnhom Mason qattgħahom fi sptar fl-Ingilterra kif tispjega ommu hi u jżommu fi ħdanha.", "Omm Mason qaltilna li \"Meta twieled Mason mill-ewwel sirna nafu li Mason mhux qed jieħu n-nifs waħdu, jiġifieri kellu jidħol l- intensive care mill-ewwel.", "Imbagħad wara xi xahar u nofs kellna mmorru bih l-Ingilterra.", "Kellna nħallu kollox, il-familja u l-ħbieb u x-xogħol, kollox litteralment, id-dar\".", "Il-kundizzjoni ta' Mason hija waħda rari fejn hu mifhum li jeżistu biss mal-elf każ fid-dinja kollha.", "Daniela tenniet tgħid li \"Il-kundizzjoni ta' Mason hija li xħin jorqod hu jinsa jieħu n-nifs, jiġifieri għandu magna li din il-magna litteralment ittih in-nifs hi waqt li hu jkun rieqed\".", "Il-kundizzjoni ġejja wara li tul it-tqala ma żviluppawx in-nervituri tal-egħżeż tal-familja Attard.", "Bil-familja Attard għadha kemm waslet lura f'Malta, il-missier reġa' beda jmur jaqla' l-ħobża ta' kuljum iżda Daniela Attard tgħidilna kif binha seta' jiġi lura f'art twelidu wara li magna apposta, forma ta' ventilatur tinsab magħhom biex takkumpanja lil Mason fl-irqad.", "Hija sostniet li kieku \"Kieku m'għandniex din il-magna magħna, Mason ma jkunx jista' jiġi Malta\".", "Omm Mason tgħid li l-Malta Community Chest Fund kienu bħal ġawhra prezzjuża għaliex għenu mhux ftit fix-xiri tal-apparat iżda kien hemm ukoll Puttinu.", "\"Xħin tisma' li għandek tmur l-Ingilterra l-ewwel ħaġa li tiġi f'rasek hija fejn ħa noqgħod?", "Hemmhekk l- accommodation hija expensive ħafna jiġifieri grazzi għall-Puttinu, Mason tawh ħajja tad-dar hemmhekk\", stqarret omm Mason.", "Bi qsim il-qalb iżda fuq kollox anki b'ton pożittiv omm it-tfajjel mimli ħajja qaltilna li kull ma jmur, Mason qed jeqleb għall-aħjar.", "Daniela temmet tgħid li \"Mason mhuwiex ħa jfiq minnha.", "Din xi ħaġa li nafu.", "Pero hija xi ħaġa li tista' timprovvja.", "Diġa rajna improvement mis-sena l-oħra l'hawn\".", "Lit-tfajjel rajnieh jilgħab biex b'hekk igawdi t-tfulija bħal tfal oħra iżda fuq kollox rajna l-imħabba u l-għożża li fiha qed jitrabba ċ-ċkejken li meta jibda jlissen xi erba' kelmiet żgur se jgħid grazzi lil ommu u lil missieru li għamlu tant miegħu fl-ewwel ftit ta' ħajtu."], "date": "2019-09-01T19:30:25+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Mason lura f'art twelidu wara kważi sentejn l-isptar"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/01/13/air-malta-il-gvern-ikellem-imsiehba-strategici-ohra/", "text": ["Għalkemm fi stadju bikri, il-Gvern diġà qed ikellem entitajiet oħra, bil-ħsieb li magħhom ikun negozjat rwol ta' sieħeb strateġiku għall-Air Malta.", "Żvela dan il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, meta kien mistieden fil-bulettin ewlieni ta' ONE NEWS.", "Saħaq li dawn huma diskussjonijiet li għadu mhux il-waqt li jitkellem fid-dettall dwarhom pubblikament, iżda x'ħin ikun hemm xi ħaġa konkreta jerġa' jinforma lill-pubbliku kif għamel fil-każ tal-Alitalia.", "Saħansitra, qal Zammit Lewis, nhar it-Tnejn jagħmel stqarrija ministerjali fejn jiffaċja wkoll id-domandi tal-Oppożizzjoni.", "Dan għax il-Gvern huwa trasparenti u m'għandux x'jaħbi.", "L-iktar meta qed jagħmel dak li l-Oppożizzjoni messha għamlet ħafna snin ilu.", "Zammit Lewis spjega kif l-Air Malta mhix għall-bejgħ.", "Għalhekk ill-Gvern qed jara li ma jitlifx il-kontroll tal-AirMalta fejn sostna li l-Air Malta se tibqa' għaddejja u l-Gvern se jibqa jieħu deċiżjonijiet importanti.", "\"Dan biex l-Air Malta tibqa' miexja 'l quddiem,\" qal il-Ministru għat-Turiżmu."], "date": "2017-01-13T20:08:00+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Air Malta: Il-Gvern ikellem imsieħba strateġiċi oħra"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/08/400-delegat-fmalta-ghal-konferenza-dwar-l-igaming/", "text": ["Madwar erba' mitt delegat attendew ghall-Malta iGaming Seminar jew dak maghruf bhala MIGS f'pajjiżna li sar wieħed mill-aktar konferenzi importanti f'dan is-settur u parti integrali mill-kalendarju tal-Igaming.", "Dan is-seminar li qed isir ghat-tmien darba f'Malta u għandu l-għan li taħt saqaf wieħed, joħloq diskussjoni bejn regolaturi, entitajiet tal-Gvern u anke fornituri tas-servizz bil-għan li jkompli jiżdied l-għarfien fis-settur tal-Igaming li kontinwament jinbidel u jevolvi.", "Wieħed mid-diretturi tal-MIGS, Christian Sammut fisser kif dan is-seminar iservi wkoll ta' opportunita biex l-imsieħba kollha involuti fil-qasam jaraw x'opportunitajiet jeżistu.", "Dan hekk kif stqarr li Malta toffri numru ta' vantaġġi li permezz tagħhom numru ta' kumpaniji tal-Igaming qed jespandu l-operat tagħhom f'pajjiżna:", "\"Wieħed mill-vantaġġi li għandna huwa li dan is-settur huwa wieħed mill-eqdem setturi fl-Ewropa.", "Meta dħalna fl-Unjoni Ewropea kellna liġi li biha ħafna operaturi għamlu l-bażi tagħhom f'pajjiżna u l-vantaġġ huwa li dawn l-operaturi qed ikomplu jinvestu f'pajjiżna\"", "Qal ukoll li Brexit jista' jgib mieghu mhux biss sfidi izda anke opportunitajiet.", "Stqarr li minkejja l-għexieren ta' opportunitajiet, konxji ta' sfidi li qed jaffacja dan is-settur bħalissa u li l-Awtorita Maltija tal-gaming qed tindirizza.", "\"Waħda mill-akbar sfidi li qed jaffaċċja dan is-settur huwa l-isfida tar-regolazzjoni, li fl-Ewropa qed issir ħafna aktar difficli.", "Malta għandha l-isfidi tagħha wkoll, bil-liċenzja Maltija dejjem tkun taħt pressjoni.", "Filfatt l-awtorità qed taħdem biex tagħmel overhaul tal-liġi Maltija, biex dan is-settur ikompli jikber f'pajjiżna \"", "B'differenza mill-edizzjonijiet tas-snin imgħoddija, l-organizzaturi tal-MiGS din is-sena nedew inizjattiva ġdida biex jippromwovu l-impjegati li jaħdmu fil-komunità Maltija tal-iGaming.", "Inizjattiva li tikkonsisti f'ċena gala bl-isem iGaming idol maħsuba biex tonorahom.", "Dan l-avveniment tal-għoti tal-premjijiet hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fl-industrija tal-iGaming u hu maħsub li jagħraf lill-aħjar individwi f'kull settur tal-operat tal-iGaming f'pajjiżna.", "Intant, min-naħa tiegħu, l-ministru għall-ekonomija, investiment u intrapriżi ż-żgħar, Chris Cardona tkellem dwar l-importanza li dan is-settur għandu għall-ekonomija Maltija kif ukoll dwar il-ħidma li qed issir biex dan is-settur jibqa' miexi 'l quddiem."], "date": "2016-11-08T12:16:23+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "400 delegat f'Malta għal konferenza dwar l-iGaming"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/26/franciz-akkuzat-bserq/", "text": ["Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b'serq u li saq mingħajr polza tal-assigurazzjoni.", "Il-Franċiż ta' tletin sena, bl-isem ta' Salah M'Raoui u li jaħdem bħala barman f'Pariġi kien akkużat li seraq Ingliż.", "Il-pulizija oġġezzjonat għal ħelsien mill-arrest għax fi żmien li l-pulizija ħelsitu fuq dak magħruf bħala 'police bail', hu biddel l-indirizz mingħajr ma nforma lill-awtoritajiet.", "F'ġimgħa din għamilha tliet darbiet filwaqt li meta arrestat il-Franċiż ma ġabx ruħu sew.", "Il-Franċiż beda jgħid fil-qorti li l-prosekuzzjoni qed tigdeb, iżda l-Maġistrat xorta waħda għażel li jżommu f'waħda miċ-ċelel tal-ħabs ta' Kordin sakemm il-każ jissokta."], "date": "2017-07-26T18:39:39+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Franċiż akkużat b'serq"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/01/ghal-iktar-indipendenza-u-dinjita/", "text": ["Iddiżinjat għall-studenti b'diżabilita' intelletwali, il-programm \"Pathway programme to independent living\" offrut mill-MCAST qed ikompli jgħin lil dawn l-istudenti biex jingħataw ħiliet u jkunu kapaċi jgħixu b'mod indipendentifilwaqt li jiffaċilitaw is-sejbien ta' xogħol dinjituż.", "Għalkemm ilu fis-seħħ għal dawn l-aħħar għaxar snin, kif tistqar magħnaMarthese Matusiak Deputat Direttur tal-Programm, it-titjib fl-ekonomija tal-pajjiż wassal sabiex dan il-programm jiġi mtejjeb u addattat għall-bżonnijiet tal-llum.", "Il-kors ta' sentejn iwassal sabiex studenti ikomplu jitgħallmu l-lingwi, l-kompjuter u l-matematika.", "Permezz ta' attivitajiet extrakurrikulari, u tagħlim tax-xjenza dawn l-istudenti jingħataw għajnuna sabiex jimmasimizzaw il-potenzjal tagħhom.", "Iżda mhux biss.", "Il-programm joffri tagħlim bażiku kif ukoll taħriġ fis-settur tal-ospitalita', xogħol relatat mal-uffiċju u ħiliet oħra relatati mas-servizzi li se jkunu qed joffru."], "date": "2017-07-01T06:40:44+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Għal iktar indipendenza u dinjità"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/10/wieghda-mwettqa-awla-gdida-bl-ewwel-seduta-ssir-il-gimgha-d-diehla/", "text": ["Għamilna wiegħda li se nibnu tliet awli ġodda fil-Qorti sal-aħħar tas-sena.", "L-ewwel waħda lesta, u l-ewwel seduta se ssir il-ġimgħa d-dieħla.", "Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, wara li kien nieda proġetti infrastrutturali li qed iwettaq il-Gvern fil-bini tal-Qorti bil-għan li jiżdiedu iktar faċilitajiet u jkompli jitnaqqas id-dewmien.", "Il-Ministru Bonnici kemm-il darba tkellem fuq il-ħtieġa li dan il-Gvern ikompli jaħdem bis-sħiħ favur aktar effiċjenza fil-qasam tal-Ġustizzja, u kemm hu importanti li l-ġudikanti jingħataw il-faċilitajiet li hemm bżonn biex isir dan.Il-Gvern digà wettaq sensiela ta' riformi legali, u ma dawn issa qed isir investiment infrastrutturali.", "Tul din is-sena se jitlestew it-tliet awli l-ġodda, li jfisser li se jinstemgħu iktar kawżi, jingħataw iktar sentenzi u jitnaqqas aktar id-dewmien.", "Dan mhux biss, iżda biex iż-żewġ awli ta' fuq ikunu aktar aċċessibli, matul din is-sena inbnew ukoll żewġ lifts ġodda.", "Dan kollu se jkun frott ta' investiment ta' ftit aktar minn €750,000."], "date": "2017-03-10T14:26:39+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "WIEGĦDA MWETTQA; awla ġdida bl-ewwel seduta ssir il-ġimgħa d-dieħla"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/03/se-nressaq-provi-li-jkissru-dak-li-qalet-dcg-cardona/", "text": ["Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, qal li se jkun qed iressaq provi fil-Qorti li permezz tagħhom se jkisser dak li vvintat Daphne Caruana Galizia.", "\"Suppost iġib il-provi Beppe Fenech Adami u l-ħabiba tiegħu Daphne Caruana Galiza.", "Għax min jallega jrid iġib il-provi.", "Peró jien se nagħmel bil-maqlub u nġib il-provi jien,\" qal Cardona fil-programm Xtra fejn reġa' kkonferma li se jiftaħ libelli lil Daphne Caruana Galizia.", "\"Irrepeti dak li qalet Daphne, ħa ngħamillek libell għada,\" qal Cardona li f'ġimgħa fejn ħarġu dawn l-invenzjonijiet fuqu mar fuq it-televiżjoni jidibatti u jwieġeb id-domandi.", "Differenti minn Caruana Galizia li wara li ħarġet bl-allegazzjonijiet ma ridetx tintervjeni fil-programm."], "date": "2017-02-03T07:00:06+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Se nressaq provi li jkissru dak li qalet DCG\" – Cardona"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/20/l-mfsa-bi-twissija-dwar-bank-fsan-giljan/", "text": ["L-Awtorità għas-servizzi finanzjarji fi stqarrija wissiet lill-pubbliku li sakemm l-awtorità tgħid mod ieħor il-bank Satabank p.l.c li jopera mill-Aragon Business Centre f'San Ġiljan, ġie ordnat jieqaf jopera.", "Dan hekk kif mhux ser ikun jista' jirċievi u jaċċetta depositi ta' flus fil-kontijiet tal-klijenti.", "Dan filwaqt li mhux ser ikun jista' jaċċetta klijenti ġodda u li għandu jżomm lura milli jagħmel tranżazzjonijiet u attività bil-flus mill-kontijiet tal-Bank jew mill-assi tal-klijenti.", "L-istqarrija kompliet tgħid li l-bank Għandu jagħmel minn kollox sabiex jipproteġi kull rikordju u dokumenti li huma relatati man-negozju u l-klijenti tagħhom.", "Din id-data ma tistax tkun mibdula bl-ebda mod u li tkun aċċessibli mill-awtorità.", "Fl-istess stqarrija l-awtorità qalet li hija appuntat id-ditta Ernst and Young biex din tieħu kontroll tal-assi sabiex l-interessi tal-klijenti ikunu salvagwardjati.", "Iktar tard, fi stqarrija seperata, il-Bank Ċentrali wkoll qal li kien qed jissospendi b'effett immedjat il-parteċipazzjoni tal-bank Satabank f'Target2- Malta."], "date": "2018-10-20T18:07:16+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "L-MFSA bi twissija dwar bank f'San Ġiljan"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/31/laqgha-kosmika-fil-barrakka-tisfel/", "text": ["BabelX – produzzjoni b'differenza bil-għan li twassal messaġġ u li kienet ffinanzjata kollha kemm hi u bil-parteċipazzjoni tal-folla ttellgħet matul tmiem din il-ġimgħa fil-Barakka t'Isfel.", "Dwar din il-produzzjoni tkellimna mad-Direttur Jacob Piccinino li spjega dwar il-kunċett ta' din il-produzzjoni.", "Spjega li din hi esperjenza bejn erba' individwi ta' erba' aljeni li ġejjin minn erba' pjaneti differenti, u li jitkellmu erba' lingwi differenti u dawn għandhom missjoni li jsalvaw l-Univers.", "Minkejja li ma jistawx jikkomunikaw b'mod ċar bejniethom tant li ma jiftehmux, dawn xorta jridu jaħdmu bħala tim wieħed.", "Għalhekk il-messaġġ ewlieni f'din il-produzzjoni huwa wieħed.", "Dak li d-differenzi etniċi, differenzi fil-ħsibijiet tagħba u d-differenzi fir-reliġjon.", "Iżda dan mhux biss, qabel il-laqgħa kożmika mal-atturi wieħed seta' jidħol iżjed fl-ispirtu sabiex jifhem aħjar l-iskop u l-għan ta' din il-produzzjoni.", "Iżda kif tkun il-laqgħa kożmika bejn l-aljeni fil-Barakka t'Isfel?"], "date": "2017-07-31T06:58:43+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Laqgħa kosmika fil-Barrakka t'Isfel"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/07/04/studenti-tal-alp-jinghataw-ic-cavetta-li-biha-jidhlu-fid-dinja-tax-xoghol/", "text": ["Studenti li jitħarrġu fl-ALP ingħataw ċertifikat ta' taħriġ li bih jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol f'oqsma tas-servizzi, inginerij u arti performattiva.", "Iċ-ċertifikat ingħataw lil 270 student.", "7 studenti ingħataw l-iskill card li permezz tagħha jistgħu jaħdmu fil-kostruzzjoni.", "Filwaqt li 41 student ingħataw ċertifikat tal-wellding tal- motherwell bridge .", "Il-ministru għall-edukazzjoni Evarist Bartolo faħħar dan il-programm li joffri opportunitajiet alternattivi lil dawn l-istudenti."], "date": "2018-07-04T11:05:44+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "ARA: Studenti tal-ALP jingħataw iċ-ċavetta li biha jidħlu fid-dinja tax-xogħol"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/23/kors-dwar-il-finanzi-ghall-istudenti-kollha/", "text": ["Il-borża ta' Malta flimkien ma' Education Plus ikkollaboraw fuq proġett bl-għan li jsaħħu t-tagħlim tal-istudenti fil-qasam finanzjarju, dan permezz ta' filmati qosra.", "L-ispjegazzjoni dwar dan il-kors saret permezz ta' filmati li ħejjew studenti tal-multimedja stess, li huma parti mill- Alternative Learning Programme.", "Dan il-mezz għen lil dawn l-istudenti biex jintegraw fid-dinja finanzjarja sabiex ikunu preparati għad-dinja tax-xogħol u jiksbu l-kwalifiċi neċċessarji sabiex ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw.", "Filfatt, dawn l-istudenti ngħataw ċertifikat ta' Livell tlieta fil-Multimedja u ICT li jfisser li huma biss pass 'il bogħod milli jkomplu l-istudji tagħhom fl-MCAST.", "Il-Ministru Evarist Bartolo faħħar l-inizjattiva filwaqt li awgura lill-istudenti għas-suċċess li rnexxilhom jiksbu u nkoraġġihom biex ikomplu jistudjaw.", "Intqal ukoll li hemm organizazzjonijiet oħra li huma lesti li jikkollaboraw ma' Education Plus sabiex joffru iżjed opportunitajiet lill-istudenti f'oqsma varji."], "date": "2016-11-23T09:19:56+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Kors dwar il-finanzi għall-istudenti kollha"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/13/tonio-borg-onorat-bkumpann-fl-ordni-nazzjonali-tal-mertu/", "text": ["Tonio Borg kien deputat tal-Kamra tad-Deputati għal 20 sena (1992 u 2012).", "Huwa okkupa l-kariga ta' Kap tal-Kamra tad-Deputati (2004-2012), Ministru tal-Intern, (1995-1996 u 1998-2008) tal-Ġustizzja, (2003- 2008) u tal-Affarijiet Barranin (2008-2012).", "Kien Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista bejn l-2004 u l-2012.", "Fl-2012 ġie maħtur Kummissarju Ewropew responsabbli mis-Saħħa, kariga li okkupa sal-2014.", "Wara li spiċċa minn Kummissarju, huwa nħatar mill-Parlament Ewropew bħala membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini.", "Bejn l-1990 u l-1995, Tonio Borg kien membru tal-Kumitat Prevenzjoni Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Huwa ipprattika bħala avukat bejn l-1980 u l-1995 u bejn l-1996 u l-1998 u speċjalizza fil-kamp tad-drittijiet tal-bniedem.", "Illum il-ġurnata, Dott Borg huwa lettur residenti dwar id-Dritt Pubbliku fl-Università ta' Malta fejn għadu kif illawrja PhD fil-liġi.", "Huwa l-awtur ta' diversi kotba fosthom Nidħqu Bina Nfusna, Hekk Nafhom Jien, Disa' Kriżijiet, Ġustizzja bi Tbissima kif ukoll ta' 'A Commentary on the Constitution of Malta'; l-ewwel analiżi ta-lKostituzzjoni ta' Malta artiklu b'artiklu."], "date": "2018-12-13T11:47:24+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Tonio Borg onorat b'kumpann fl-ordni nazzjonali tal-mertu"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/06/29/kif-ghamel-ghamlulu/", "text": ["Kif żvelajna lbieraħ Steve Aoki kellu numru ta' kejkijiet lesti biex jitfa' fuq l-udjenza li attendiet l-after party tal-Isle of Mtv.", "Kejkijiet tal-krema kbar li wieħed żgur kien jieħu pjaċir iktar imisshom ma' xofftu milli jsibhom neżlin fuq rasu waqt li qiegħed fid-dance floor.", "Imma dik hi t-tradizzjoni ta' Aoki u min mar kien jaf x'jistenna.", "Forsi kien id-DJ li ma kienx jaf x'se jistenna għax kif jgħidu bħal m'għamel għamlulu u spiċċa hu wkoll bil-kejk issutat lejh u fuq l-apparat li jdoqq bih u jiswa l-eluf."], "date": "2016-06-29T07:38:12+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Kif għamel għamlulu!"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/06/29/jizdied-in-numru-ta-persuni-mejta-fl-attakk-ta-istanbul/", "text": ["Minn tal-inqas sitta u tletin persuna nqatlu fi splużjoni fl-ajruport ta' Istanbul, it-Turkija.", "Dawn l-imwiet kienu kkonfermati mill-Ministru tal-Ġustizzja u ntqal li dan ġara wara bomba suwiċida u a sparatura.", "Kawża ta' dan mija u erbgħin persuna oħra sfaw feruti.", "Uffiċjali qegħdin jgħidu li kienu tlieta l-persuni li fetħu n-nar qrib entratura fit-terminal tal-ajruport u li dawn splodew lilhom infushom wara li l-pulizija fetħu n-nar fuqhom.", "Il-Prim Ministru Tork qal li l-ewwel sinjali jindikaw li l-Istat Islamiku kien il-moħħ wara dan l-attakk.", "Jidher li l-isplussiv ħa qabel marru biex taparsi jgħaddu mill-magna tal-X Ray.", "One News jista' jikkonferma li ma kien hemm ebda Malti."], "date": "2016-06-29T07:23:18+02:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Jiżdied in-numru ta' persuni mejta fl-attakk ta' Istanbul"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/14/jisirqu-l-ideat-u-jaghmluhom-taghhom/", "text": ["Żewġ fotografi li saru famużi fid-dinja ta' Instagram, Jack Morris u Lauren Bullen, riċentament irċevew aħbar stramba.", "Din l-aħbar kienet tgħid li żewġ persuni oħra qed isegwu kull pass tagħhom, kemm fil-pajjiżi li jżuru u kif ukoll ir-ritratti li bdew jieħdu.", "Kienu diversi individwi fost iż-żewġ miljun persuna li qed issegwihom li nnotifikawhom dwar din is-sejba vera stramba.", "Jidher li din il-koppja ħolqot profil fejn qed taqsam ritratti li mhux biss qed ikunu fl-istess lokalità iżda saħansitra qed jippużaw u jiġbdu l-istess ritratti.", "Lauren sostniet li \"Meta jkollok numru kbir ta' segwaċi tesperjenza diversi esperjenzi li forsi ma tinzertax fil-ħajja ta' kuljum.", "Iżda din kienet waħda mill-aktar strambi li qatt ġrat s'issa.\""], "date": "2016-11-14T14:35:37+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Jisirqu l-ideat u jagħmluhom tagħhom!"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/12/mhux-tort-tal-gvern-li-hawn-il-firda/", "text": ["Id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis qal fil-Parlament li żgur mhux tort tal-Gvern Laburista li f'Malta hawn il-firda.", "Meta kien qed jirreferi għall-emenda li l-Oppożizzjoni ressqet it-Tnejn għall-mozzjoni li tirringrazzja lill-President għad-diskors tagħha fil-ftuħ tal-Parlament, Dr Zammit Lewis qal li l-feriti tal-firda għadhom hemm u rridu naħdmu biex infejquhom.", "\"Kellna kampanja elettorali fejn l-Oppożizzjoni għajjret lil kulħadd korrot u ġabet divizjonijiet soċjali kbar,\" qal Zammit Lewis.", "\"Huwa ħażin li nifirdu l-familji tagħna għax dawn huma mħalltin fejn tidħol il-politika.", "Anke l-ħbieb mhux kollha tal-istess fehma.", "Fl-aħħar kampanja elettorali, morna lura u rridu nagħmlu sforz biex ningħaqdu.\"", "Zammit Lewis qal li l-Oppożizzjoni attakkat ukoll lill-istituzzjonijiet.", "L-Avukat Ġenerali, l-Kummissarji tal-Pulizija u l-Kap Kmandant kienu tlieta fost dawk li l-kap tal-Oppożizzjoni ried ittajrilhom rashom kieku sar Prim Ministru.", "Kien hu li ħoloq il-krizi istituzzjonali għax ma ried jaħdem ma' ħadd.", "Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri kien il-protagonista fl-attakki tal-Oppożizzjoni li jidher li għadha ma tgħallmet xejn mir-tiżultat tal-elezzjoni.", "Dr Zammit Ledwis qal li kien il-Gvern laborista li daħħal il-liġi tal-governanza fil-ħajja pubblika.", "Daħħalna liġijiet biex il-gvern ikun kontabbli u l-Oppożizzjoni għandha tara li l-Gvern ikun kontabbli.", "\"Ejja nagħmlu d-diskotrs tal-president appell produttiv biex inbiddlu għall-aħjar il-ħajja tal-polu Malti u G'awdxi,\" temm jgħid il-kelliem."], "date": "2017-07-12T08:55:21+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Mhux tort tal-Gvern li hawn il-firda\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/09/erba-progetti-ta-kwazi-e360000-biex-tissahhah-ir-rabta-bejn-maltin-u-immigranti/", "text": ["Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar erba' proġetti oħra li permezz tagħhom l-għaqda Russian-Maltese Cultural Association, il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u il-Foundation for Shelter and Support to Migrants se jkunu qed jibbenefikaw minn kważi €360,00.", "€270,000 jew aħjar 75% minnhom huma ffinanzjati mill-fondi tal-UE.", "Fil-fatt l-awtorità responsabbli approvat iż-żewġ proġetti għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi, b'ammont ta' €140,000 għar-Russian-Maltese Cultural Association, u ieħor f'isem il-Foundation for Shelter and Support to Migrants, liema ammont jlaħħaq għal madwar €100,000 – taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020.", "Proġett ieħor ser jiġi implimentat mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema taħt l-istess Fond b'valur ta' kważi €30,000.", "Dan il-proġett huwa mmirat sabiex tingħata għajnuna lil third country nationals ħalli jappoġġjaw lil uliedhom fix-xogħol tal-iskola.", "Ir-raba' proġett—mogħti lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali taħt l-istess fond msemmi hawn fuq b'valur ta' madwar € 90,000—ukoll se jkun qed jiżgura aktar integrazzjoni."], "date": "2016-12-09T10:38:38+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Erba' proġetti ta' kważi €360,000 biex tissaħħaħ ir-rabta bejn Maltin u immigranti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/04/11/il-mekkanizmu-ta-tolleranza-estiz-fuq-l-ispeed-camera-tas-siggiewi/", "text": ["L-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali (LESA), tħabbar li l-mekkaniżmu ta' tolleranza ta' 10% se jkun estiż fuq l- ispeed camera tas-Siġġiewi, b'effett mil-lum fil-ħamsa ta' filgħaxija.", "Din id-deċizjoni ttieħdet wara laqgħa ta' konsultazzjoni li sejħet l-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali stess mas-Sindku tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.", "L-Aġenzija LESA hija sodisfatta li minn mindu twaħħlet l- ispeed camera fis-Siġġiewi x-xahar li għadda fuq talba tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, żdiedet is-sigurtà fit-toroq .", "L-Aġenzija tappella wkoll lis-sewwieqa kollha biex isuqu b'attenzjoni għas-sigurtà tagħhom u ta' kull min juża t-triq.", "Kull min għandu xi diffikultà jista' jagħmel kuntatt mal-Aġenzija fuq in-numru 22474400 fil-ħinijiet tal-uffiċċju biex jingħata l-assistenza meħtieġa."], "date": "2017-04-11T18:53:48+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Il- mekkaniżmu ta' tolleranza estiż fuq l-ispeed camera tas-Siġġiewi"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/26/mosta-zaghzugh-ta-24-sena-jmut-fuq-il-post-2/", "text": ["KIEN GRUPP TA' SEBGĦA", "Żagħżugħ ta' 24 sena residenti Birżebbuġa tilef ħajtu fuq il-post wara li tilef l-kontroll tal-quad bike li kien fuqu u kellu impatt ma' karozza tal-linja li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta.", "L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:20 fi Vjal Millbrae fil-Mosta waqt li kien fi triqtu lejn Burmarrad.", "Bid-daqqa hu spiċċa fuq l-karreġjata opposta.", "Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn raġel ta' 28 sena residenti l-Marsa.", "Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti liż-żagħżugħ fejn sfortunatament hu kien ikkonfermat mejjet fuq il-post.", "Mill-ewwel informazzjoni li għandna jidher li ż-żagħżugħ kien jagħmel minn grupp ta' seba' quad-bikes.", "It-traffiku bħalissa miexi bilmod fejn t-traffiku lejn il-Mosta qed jgħaddi minn direzzjoni alternattiva."], "date": "2017-02-26T17:48:30+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "AĠĠORNATA: Il-vittma minn Birżebbuġa huwa Rhys Celeste"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/02/18/il-partiti-politici-ghandhom-jipprezentaw-listi-bbilancjati-ta-kandidati-nisa-u-rgiel/", "text": ["Fi stqarrija l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), fid-dawl li l-elezzjoni ġenerali u dik tal-kunsilli daqt magħna, għal darb'oħra qed tenfasizza n-nuqqas ta' bilanċ fil-parteċipazzjoni tan-nisa u rġiel fil-qasam politiku.", "F'dan il-kuntest, l-NCPE qed tħeġġeġ lill-partiti politiċi biex, għall-elezzjonijiet ġenerali u għal dawk tal-kunsilli lokali, jippreżentaw listi ta' kandidati li jkollhom rappreżentanza bbilanċjata ta' nisa u rġiel.", "L-NCPE qalet li r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru dan l-aħħar juru li l-problema tan-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa fil-politika ma tinstabx fil-mod ta' kif in-nies jivvotaw, għaliex ilpersentaġġ ta' nisa eletti kien xi ftit jew wisq l-istess tan-numru ta' kandidati nisa.", "Madanakollu, il-Kummissjoni sostniet li n-numru ta' nisa kandidati kien wieħed baxx ħafna.", "Għaldaqstant, in-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa hu primarjament dovut għan-nuqqas ta' kandidati nisa.", "Biex jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, hu meħtieġ sforz pro-attiv millpartiti politiċi biex jitkissru l-isterjotipi tan-nisa u l-irġiel u biex ikun hemm parteċipazzjoni bbilanċjata tan-nisa fl-istrutturi u f'kull livell tal-partit, kif ukoll arranġamenti li huma favur il-familja u strutturi ta' appoġġ fi ħdan il-partiti nfushom.", "Hu wkoll importanti li jkun hemm qbil bejn il-partiti politiċi kollha biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-parteċipazzjoni tan-nisa filpolitika.", "L-NCPE tinnota b'mod pożittiv li l-partiti politiċi diġà ħadu numru ta' miżuri mmirati lejn il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika.", "Biex ikun hemm rappreżentanza bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-listi tal-kandidati tagħhom, il-partiti politiċi għandhom jagħmlu ħilithom biex jattiraw lin-nisa fl-isfera politika u jipprovdu aktar strutturi fi ħdan il-partiti li jservu bħala miżuri favur il-familja, fix-xogħol kollu tal-partit, kif ukoll fil-policies u fl-istrutturi tiegħu, għandha tkun żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi, jevitaw l-isterjotipi tal-irġiel u n-nisa u b'mod attiv ifittxu li jkollhom rappreżentanza ta' nisa fl-oqsma kollha tal-policy u fil-livelli kollha tal-partit, jiżguraw li r-riżorsi neċessarji, inklużi dawk finanzjarji, ikunu disponibbli għan-nisa biex dawn jagħmlu kampanji effettivi u xogħol ieħor u jiżguraw li n-nisa jkunu allokati ħin biex jagħmlu diskorsi f'attivitajiet pubbliċi u fuq il-media.", "L-NCPE qalet kif li jkun hemm bilanċ bejn is-sessi fil-parteċipazzjoni fil-politika hi issue urġenti u teħtieġ azzjoni konkreta biex tiġi żġurata l-parteċipazzjoni kemm tan-nisa u anki tal-irġiel fl-isfera politika.", "Din hi meħtieġa biex tissaħħaħ id-demokrazija, biex titjieb il-kwalità tat-teħid taddeċiżjonijiet u biex ikun hemm soċjetà aktar ugwali.", "Li jkun hemm aktar nisa kandidati."], "date": "2017-02-18T13:40:33+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Il-partiti politiċi għandhom jippreżentaw listi bbilanċjati ta' kandidati nisa u rġiel\""} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/17/malta-bbilanc-ta-e488-miljun-fil-kont-kurrenti/", "text": ["Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Lulju u Settembru li għadda, Malta kellha bilanċ ta' €488 miljun fil-kont kurrenti, li jirrappreżenta d-dħul u l-ħruġ tal-flus mill-pajjiż prinċipalment mill-esportazzjoni u l-importazzjoni u mill-qasam tas-servizzi.", "Iċ-ċifri juru żieda ta' aktar minn €60 miljun meta mqabbel mal-istess perdjou s-sena li għaddiet.", "L-akbar kontribut għal dan is-surplus kien ġej mill-qasam tas-servizzi, li bħalissa għandu bilanċ ta' aktar minn €1,200 miljun, li jinkludi wkoll l-oqsma tat-turiżmu u t-trasport."], "date": "2018-12-17T15:00:55+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Malta b'bilanċ ta' €488 miljun fil-kont kurrenti"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/13/ara-min-inghata-gieh-ir-repubblika-mill-president-ta-malta/", "text": ["Fl-aħħar indirizz tagħha bħala President għaċ-ċerimonja ta' Jum ir-Repubblika, l-Eċċellenza tagħha Maire Louise Coleiro Preca tkellmet fuq diversi oqsma.", "Stqarret li kienet privileġġata u onorata li kellha din l-opportunità, li taqsam il-hsibijiet tagħha dwar dak li l-kuxjenza tniggiżha dwaru.", "\"Dan kien privileġġ li ġie misluf lili bis-saħħa tar-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament\" – stqarret il-President.", "Qalet li għall-ewwel darba, l-ħatra ta' President ta' Malta, kien hemm qbil unanimu dwarha kemm mill-Gvern, kif ukoll mill-Oppożizzjoni, minkejja li kienet ġejja minn naħa tal-Gvern.", "J'Alla, dan il-qbil unanimu jkompli jirrenja għas-suċċessuri tiegħi, għaliex il-President ta' pajjiżna, m'għandux ikollu partiti, iżda jrid jaqdi lill-poplu b'lealtà u b'kuxjenza, u mhux biex jintgħoġob.", "Tat ħajr lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni li minkejja, mhux l-ewwel darba kont kritika, aċċettaw b'rispett dak li għedt, u apprezzajt li kien hemm anke suġġerimenti li ttieħdu.", "\"Irrid nagħti ħajr lill-ħaddiema kollha, fid-diversità tas-setturi ekonomiċi u soċjali, tal-ġid u s-servizz bla qies, li jagħtu lill-pajjiżna b'ħidmiethom.", "Irrid nagħti ħajr lil dawk kollha li qed joħolqu impjiegi dinjitużi u ta' kwalita' f'pajjiżna.", "Irrid nagħti ħajr lin-nies tan-negozju Maltin u Għawdxin, li qed jieħdu b'serjetà ir-responsabbiltà soċjali tagħhom, b'risq is-soċjetà Maltija.", "Jeħtieġ li nkomplu nsaħħu s-sħubija, ta' bejn il-ħaddiema, il-professjonisti, u n-nies tan-negozju, biex nassiguraw li Malta tagħna tkun tista' toffri futur dinjituż u prosperu għal uliedna.", "Irrid nagħti ħajr, fuq kollox lill-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu, għar-rispett u l-appoġġ li tani.", "Nagħti ħajr ukoll lil dawk fostna li anke kkritikawni, forsi kultant b'għaġla u mhux bil-ħsieb, għaliex tgħallimt ħafna minn għandhom ukoll.", "Tgħallimt minn kulħadd, speċjalment meta ġejt fostkom.\"", "Il-Merti:", "Ġanni Pace MQR", "Ġorġ Peresso MQR"], "date": "2018-12-13T11:12:34+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Ara min ingħata Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta' Malta"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/12/09/jittiehdu-passi-biex-tieqaf-sistema-ta-qerq-li-fiha-malta-kienet-tintuza/", "text": ["Awtoritajiet Ġermaniżi ħadu passi biex iwaqqfu sistema ta' qerq stramba għall-aħħar li wettqu persuni ta' twemmin lemin-estrem taħt l-isem Reichsbürger.", "Permezz ta' din is-sistema kienu jkunu mhedda uffiċjali Ġermaniżi.", "Kienet tinvolvi li persuni jirreġistraw multa fl-Istati Uniti u wara, jintbgħatu ittri legali minn avukati privati f'Malta permezz ta' proċedura skont il-liġi Ewropea.", "Il-Gvern Ġermaniż sab koperazzjoni sħiħa mil-awtoritajiet Maltin biex tintemm dik li spiċċat tissejjaħ \"Malta scam\", li kienet qed tintuża biex ikunu iffastidjati imħallfin, awtoritajiet Ġermaniżi tal-qorti u politiċi.", "Mill-bidu tal-2014, membri tal-moviment Ġermaniż sabu mezz kif jirritaljaw kontra multi u sejħiet biex jidhru quddiem il-Qorti.", "Dawn jirreġistraw fl-istat ta' Washington li għandhom jiġbru flus kbar mingħand diversi persuni distini fil-Ġermanja u fl-Awstrija wkoll.", "Skont il-mezzi tax-xandir internazzjonali, jirreġistraw f'Washington, għax l-awtoritajiet Amerikani ma jivverifikawx il-leġittimità ta' dawn il-multi.", "It-talba għall-ħlas imbagħad tkun indirizzata minn kumpaniji reġistrati hawn Malta li waqqfu Reichsbürger stess, permezz ta' ittri uffiċjali li jiġu preżentati l-Qorti u jużaw proċeduri Ewropej biex l-ittri uffiċjali jaslu għand il-Ġermaniżi u l-Awstriaċi.", "Nhar it-Tlieta, raġel ta' 75 sena suspettat li huwa parti mill-Reichsbürger fil-Bavaria instab li kellu kollezzjoni illegali ta' armi, inkluż tmien snieter kbar, tliet pistoli, u ammont kbir ta' munizzjon.", "Fil-Bavaria wkoll uffiċjal spiċċa maqtul b'tiri sparati minn membru tal-istess grupp."], "date": "2016-12-09T12:57:12+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jittieħdu passi biex tieqaf sistema ta' qerq li fiha Malta kienet tintuża"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/26/aktar-pakketti-suspettati-bomba-jintbaghtu-lill-kritici-ta-trump/", "text": ["Żewġ pakketti maħsuba bombi intbagħtu lil kritiċi tal-President Amerikan Donald Trump, din id-darba lill-Uffiċjal għoli tad-Demokratiċi, is-Senatur Cory Booker, u lill-eks kap tal-Intelliġenza Nazzjonali, James Clapper.", "Fost dawk li kienu fil-mira ta' dawk li qed jissejħu bħala attentati terroristiċi, kien hemm l-attur Robert De Niro, u l-eks President Amerikan, Barack Obama.", "Filmati minn kameras tas-sigurtà fil-faċilità postali f'Miami fi Florida, fejn instab il-pakkett indirizzat lil Booker, qed ikunu studjati mill-FBI."], "date": "2018-10-26T16:46:37+02:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Aktar pakketti suspettati bomba jintbagħtu lill-kritiċi ta' Trump"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/09/david-thake-jrid-imexxi-l-pn/", "text": ["Il-preżentatur tar-radju 101 David Thake qed jikkunsidra li jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Mal-gazzetta The Times of Malta, Thake qal li qed jikkunsidra serjament din il-pożizzjoni iżda se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu meta l-perjodu tan-nominazzjonijiet jiftaħ – jiġifieri l-ġimgħa d-dieħla.", "Jekk dan hu minnhu, l-għażla tat-tesserati Nazzjonalisti se tvarja minn l-avukat, magħruf fiċ- ċrieki tal-PN, Adrian Delia u d-Deputat Għawdxi Chris Said u d-DJ David Thake."], "date": "2017-07-09T09:03:55+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "David Thake jrid imexxi l-PN"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/06/awstraljana-tinhataf-fkabul/", "text": ["Mara Awstraljana inħatfet minn erba rġiel armati fl-Afganistan, wara li qattgħat lejl barra ma' sħabha.", "Il-mara, li taħdem ma' aġenzija li toffri l-għajnuna fl-Afganistan, sabet ruħha mdawwar bl-irġiel li jingħad li kellhom snieter AK-47.", "Dawn ġiegħluha tidħol f'karozza u saqu 'l bogħod biha.", "Għalkemm hija Awstrljana, il-mara għandha nazzjonalità doppja u hija wkoll Afgana.", "Ġurnalist li jgħix ftit bogħod minn fejn inħatfet il-mara qal li qed ikun hemm bosta rapporti ta' persuni barranin li jinħatfu, b'min jaħtafhom jitlob il-flus.", "L-Ambaxxata Awstraljana f'Kabul qed taħdem kemm tiflaħ biex tikseb informazzjoni dwar il-mara, filwaqt li kompliet twissi biex Awstraljani ma jersqux lejn Kabul minħabba l-biża' ta' ħtif.", "Din is-sena inħatfu żewġ Awstraljani oħra."], "date": "2016-11-06T15:06:41+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Awstraljana tinħataf f'Kabul"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/07/09/fenech-adami-jrid-jibqa-fil-poter/", "text": ["Beppe Fenech Adami, illum Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, qed jikkunsidra li jikkontesta r-rwol ta' Deputat Kap għall-Affarijiet tal-Parlament.", "Dan qalitu l-MaltaToday, li rrimarkat kif għalkemm Fenech Adami kien fit-tmexxija tal-Partit li ra żewġ telfiet konsekuttivi b'aktar minn 35,000 vot kull darba, xorta mhux qed jaqta' qalbu.", "Flimkien mal-Kap Simon Busuttil, mas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake, il-Viċi Kap Mario De Marco u l-President tal-Eżekuttiv Ann Fenech, Beppe Fenech Adami kien qal li se jirriżenja mill-kariga ta' Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista; sigħat wara t-telfa umiljanti tal-elezzjoni tat-tlieta ta' Ġunju.", "Meta kkuntattjat mill-MaltaToday, Fenech Adami ma ċaħadx l-interess li jikkontesta għar-rwol ta' Deputat Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, u insista li \"fil-politika, wieħed qatt ma jista' jeskludi xejn.\""], "date": "2017-07-09T09:47:51+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Fenech Adami jrid jibqa' fil-poter"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/07/31/jishaq-li-delia-ghandu-jwarrab-mit-tmexxija-1/", "text": ["Kliem iebes għas-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, u l-mod xejn ġust li bih imxew l-istituzzjonjiet mal-familja Muscat fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant.", "A void , u shattered kien il-mod kif l-editorjal tat- Times of Malta ddeskriva l-qagħda li ġabu l-Partit Nazzjonalista fih Simon Busuttil u Adrian Delia.", "Intqal li jekk Delia ma jistax jikseb l-appoġġ tal-Partit tiegħu stess, għandu jwarrab mit-tmexxija.", "Jisħaq li la darba d-Deputati Nazzjonalisti mhux qed jaraw id-diżappunt f'għajnejn il-partitarji tagħhom, ma ħaqqhomx ikunu eletti.", "Kienet innutata wkoll is-siwtazzjoni 'imbarazzanti' u 'offensiva' li jinsab fiha l-Partit, hekk kif sittax-il Membru Parlamentari Nazzjonalista ffirmaw ittra biex il-Kap Delia ma jissospendix lil Simon Busuttil mill-Partit wara li rikeb fuq il-gidba ta' Daphne Caruana Galizia fil-konfront tal-familja tal-Prim Ministru, u l-kumpanija Egrant.", "Iżda t-times tisħaq li l-ħtija mhix kollha ta' Delia li n- New Way tiegħu falliet, għax Simon Busuttil, laħaq falla qablu.", "Intant, l-editorjal ta' The Malta Independent innota kif l-ebda istituzzjoni ma ħarġet tipproteġi lil ulied il-Prim Ministru fl-eqqel tal-allegazzjonijiet dwar Egrant.", "Qal li huwa fid-dmir tal-istituzzjonijiet ta' pajjiżna li jwettqu l-missjoni tagħhom.", "Is-silenzju ta' dawn l-istituzzjonijiet għadu għaddej anke issa li ġiet ippubblikata l-inkjesta, u qal li dan huwa ta' nuqqas f'għajnejn il-vittimi u l-innoċenti.", "L-editorjal innota wkoll kif l-Arċisċof kien pront biex juri solidarjetà ma' wlied Daphne Caruana Galizia iżda s'issa għadu ma lissinx kelma dwar it-fal ta' Joseph u Micelle Muscat."], "date": "2018-07-31T10:48:43+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "ARA: Jisħaq li Delia għandu jwarrab mit-tmexxija"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/01/06/maria-louisa-scicluna-mill-oasi-tirbah-il-premju-nazzjonali-ghall-volontarjat/", "text": ["Maria Louisa Scicluna ngħatat il-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat 2019, wara ħidma bla waqfien mal-Fondazzjoni Għawdxija l- OASI .", "Maria Louisa ilha tagħmel volontarjat mal- OASI mis-sena 1997, fejn ilha minn dakhinar tagħti faraġ u kuraġġ lil diversi familji li jħabbtu wiċċhom mal-vizzju tad-droga.", "Hija waqqfet grupp ta' madwar 60 voluntier biex kontinwament jagħtu sapport lil din il-Fondazzjoni.", "F'kumment ma' ONE News hija qalet kif il-volontarjat issa sar parti minn ħajjitha.", "Maria Louisa stqarret: \"Il-Volontarjat hija xi ħaġa li ttik ħafna sodisfazzjon u ħafna fullfilment għax int tkun qed tara l-bżonn u tgħin lil ħaddieħor.", "U end of the day it is rewarding ħafna.\"", "Flimkien ma' Maria Louisa, ġiet rikonoxxuta bil-Premju Voluntier Żagħżugħ Gabriella Meli mill- Girl Guides Malta, fejn ma' ONE News saħqet kemm il-volontarjat jagħtiha sodisfazzjon.", "Meli qalet: \"Il-Volontarjat dejjem għamiltu mill-qalb u għax nieħu gost nagħmlu u ħassejt li ħadt ħafna lura minnu bħala sodisfazzjon u bħala kontributt lejn il-komunità.", "M'għamiltux biex nieħu l-ebda premju jew xejn in return imma naħseb li l-ebda job ma jista' jtik.\"", "Jikkumplimentaw dawn iż-żewġ premji kien hemm ukoll il-Premju għall-Organizzazzjoni Volontarja li ntrebaħ mill- Migrant Offshore Aid Station , u l-Premju Korporattiv tal-Volontarjat li ntrebaħ minn Tangiers International Company Limited.", "Preżenti il-President ta' Malta George Vella qal li l-volontarjat huwa pilastru kbir u ferm importanti fis-soċjetà tagħna u li dan jgħaqqad in-nies billi jneħħi s-sens ta' solitudni u jsaħħaħ is-sens ta' komunità fl-individwu.", "Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal kif il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ sabiex jgħin lil dawn l-għaqdiet.", "Huwa sostna li \"Irridu naraw li jkollna sistemi fejn ikun hemm aċċesibilità għall-Fondi fejn ikun hemm aċċesibilità għal numru ta' skemi oħra li joħorġu min żmien għal żmien min-naħa tal-Gvern.\""], "date": "2020-01-06T19:43:16+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Maria Louisa Scicluna mill-OASI tirbaħ il-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/02/12/nippromwovu-l-qari-u-l-kitba-permezz-tal-futbol-bil-programm-bil-qari-u-l-kitba-niskorja/", "text": ["Madwar 70 student minn seba' skejjel primarji differenti minn madwar Malta u Għawdex ħadu sehem fit-tielet edizzjoni ta' din is-sena ta' \"Bil-Qari u l-Kitba Niskorja.\"", "Programm mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni li l-għan tiegħu huwa li jxettel l-imħabba għall-qari u l-kitba permezz tal-futbol.", "F'ġurnata mill-isbaħ fuq il-ħaxix li fuqu jittrenja t-tim nazzjonali Malti, it-tfal lagħbu l-logħba tal-ballun sabiex jimmarkaw tmiem din l-edizzjoni.", "ONE News tkellem ma' wħud minn dawn l-istudenti hekk kif qalulna kif permezz ta' dan il-programm tgħallmu jaqraw iktar u jilgħabu bħala tim.", "Huma qalulna:", "\"Ħadt pjaċir nilgħab mal-ħbieb, inkun naf kif nilagħbu futbol, nagħżel ktieb li huwa tajjeb għaliha u tgħallimt lil mhux bilfors trid tirbaħ fil-logħba tal-futbol.\"", "\"Li għandna naqraw u għandna naħdmu bħala tim.\"", "\"Ħadt gost għax dejjem nistgħu naqraw mal-ħbieb u nagħti esperjenza lill-ħbieb u lit-tfal l-oħrajn u nħeġġiġhom biex jibqgħu jaqraw.", "\"Ħadt gost nilgħab ma' sħabi u mas-Sir Gilbert u ħadt gost ukoll naqra ma' Miss Marija.\"", "Ma naqasx li jagħti ħsibijiet interessanti, il-goaler Saviour Darmanin, li flimkien ma' Gilbert Agius u Carmel Busuttil magħruf aħjar bħala l-Bużu qed imexxu dan il-programm u jgħinu studenti mhux biss fil-grawnd iżda anke fil-litteriżmu.", "Huwa stqarr: \"S'issa minn dak li rajna mill-istatistika, it-tfal kollha tjiebu u żdiedu wkoll anke fil-livell tal-qari tagħhom jiġifieri dik hija xi ħaġa importanti għax ifisser li qed jaqraw.\"", "Darmanin stqarr li hawn għatx għal dawn it-tip ta' programmi.", "Huwa tenna: \" I ssa jidher li hemm rispons tajjeb ukoll għax fil-fatt issa fħandna 9 skejjel li ħa jibda f'dan iċ-ċiklu, iċ-ċiklu seba' li issa nibdew biex induru fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex.\"", "F'konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attendew il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, tqassmu ċ-ċertifikati, kotba u blalen lil dawk kollha li pparteċipaw f'dan il-programm.", "Il-Ministru Bonnici saħaq fuq metodi ta' tagħlim interattiv u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima nnota d-dedikazzjoni ta' dawk kollha involuti biex it-tfal jiżviluppaw f'ċittadini denji ta' dan il-pajjiż."], "date": "2020-02-12T15:49:37+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Nippromwovu l-qari u l-kitba permezz tal-futbol bil-programm 'Bil-Qari u l-Kitba Niskorja'"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2020/02/16/jithabbru-l-finalist-tal-isport-malta-awards-ghazliet-sportivi-nazzjonali/", "text": ["Dalgħodu fil-Mużew Marittimu l-Birgu tħabbru l-finalisti tal-Isport Malta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali.", "Ħames finalisti f'kull kategorija barra fit-tim tas-sena fejn ħa jkunu sitta peress li kien hemm żewġ finalisti li ġabu l-istess ammont ta' punti wara l-votazzjoni tal-ġurnalisti.", "Dan it-tħabbir sar waqt iċ-ċerimonja tal-għoti taċ-ċertifikati lis-semi finalisti tat-tmien kategoriji.", "Din iċ-ċerimonja kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat l-Onorevoli Clifton Grima, iċ-Chairman ta' Sport Malta Dr Luciano Busuttil u l-President ta' l-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef.", "Finalisti Kategorija Żagħżugħa tas-Sena:", "Mya Azzopardi – Għawm", "Finalisti Kategorija Żagħżugħ tas-Sena:", "Il-Finalisti Kategorija Uffiċjal tas-Sena:", "John Zammit – Ċikliżmu", "Il-Finalisti tal-Kategorija Kowċ tas-Sena:", "Edward Caruana Dingli – Sport Paralimpiku", "Il-Finalisti Tim tas-Sena:", "Tim tal-Luxol – futsal", "Tim Kampjonat Ewropew kompost minn: Tony Drago u Duncan Bezzina – Snooker", "Tim tan-Nisa Kampjonat tal-Mediterran kompost minn: Sue Abela u Sara Xuereb – Ten Pin Bowling", "Tim Nazzjonali tal-Irġiel – Waterpolo", "Il-Finalisti tal-People's Choice Award:", "Rodney Gatt – Tiġrijiet taż-Żwiemel", "Il-Finalisti Kategorija Sportiva tas-Sena:", "Mya Azzopardi – Għawm", "Il-Finalisti fil-Kategorija Sportiv tas-Sena:", "Rodney Gatt – Tiġrijiet taż-Żwiemel"], "date": "2020-02-16T09:37:31+01:00", "category": "press, news, Sport", "title": "Jitħabbru l-finalist tal-'Isport Malta Awards' – Għażliet Sportivi Nazzjonali"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/08/14/aggornat-kienu-fuq-l-art-u-qabzu-l-bahar-xhin-raw-il-melita-ii/", "text": ["Hekk kif dalgħodu ssoktaw it-tfittxijiet għaż-żewġ żgħażagħ li ntlemħu l-aħħar il-Ġimgħa filgħodu, Nick Johnson u Mark Petric instabu ħajjin.", "L-ewwel tagħrif li għandna b'rabta mas-sejba taż-żewġ żgħażagħ li għebu l-aħħar jiem juri li ż-żgħażagħ kienu fuq l-art f'xifer l-irdum fl-Imtaħleb u mhux fil-baħar.", "Kien meta raw il-Melita II li qabżu l-baħar u hemm itellgħu mid-dgħajsa li l-armata tuża għat-tfittxijiet.", "Fl-aħħar ħinijiet ddaħlu ċ-Ċirkewwa wara li tentattiv biex jittellgħu l-Ġnejna falla minħabba t-temp.", "B'hekk jidher li kien il-fatt li huma kienu fuq l-art u t-tfittxija ffokat il-baħar li setgħet kienet waħda mir-raġunijiet għaliex damu daqshekk biex instabu.", "Iż-żewġ ġuvintur instabu dalgħodu għall-ħabta tas-6:45 ftit il-bogħod miż-żona ta' fejn instabu l-oġġetti.", "Fi stqarrija l-Forzi Armati ta' Malta qalu li l-ġuvintur intlemħu mill-Forzi Armati ta' Malta waqt tfittixa li qed issir.", "Intbgħatu l-ħelikopter AW139 u d-dgħajsa Melita II Search and Rescue sabiex jiġu evakwati ż-żgħażagħ.", "Iż-żgħażagħ twasslu ċ-Ċirkewwa permezz ta' dgħajsa peress li l-post fejn instabu ma setgħax jintlaħaq bil-pass.", "Fuq il-post hemm tabib fejn eżamina liż-żewġ żgħażagħ li l-Ġimgħa filgħodu telqu bir-rota għall-ħabta tan-12:30.", "Jidher li ż-żgħażagħ jinstabu b'saħħithom u bħalissa jinstabu fi triqthom lejn l-isptar Mater Dei.", "Kien proprju s-Sibt filgħodu li sajjieda li kienu fil-Blata tal-Melħ irrappurtaw li sabu xi oġġetti fuq il-blat.", "Kien wara li missier wieħed mill-ġuvintur li ċempel fuq wieħed mill-mowbajls, u qabdu Pulizija, li bdiet it-tfittxija għal Mark u Nick.", "Jidher li t-tfittxija dalgħodu kienet se tibda' miż-Żurrieq bid-drones filwaqt li bl-għajnuna ta' klieb mħarrġa tifttixa oħra kienet se tibda' minn Xatt il-Mielaħ.", "Il-Ħadd filgħodu omm wieħed miż-żgħażagħ sabet ir-roti fil-limiti ta' Fomm ir-Riħ."], "date": "2017-08-14T08:35:12+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Aġġornat: Kienu fuq l-art u qabżu l-baħar x'ħin raw il-Melita II"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/03/04/zewgt-ahwa-jinstabu-wara-30-sena-nieqsa/", "text": ["Il-Pulizija f'Alberta fil-Kanada, illum qed jiċċelebraw dan minħabba li se jkunu qed jgħalqu każ ta' żewġ persuni nieqsa, li għandu 24, sena fuq nota pożittiva.", "Familjari ta' Anna u Kym Hakzr qalu li l-aħħar li raw liż-żewġt aħwa kien f'Edmonton f'Alberta mis-snin 80.", "Iż-żewġ nisa ma rawx lil ommom minn dakinhar 'l hawn iżda għamlu kuntatt magħha fl-1993.", "L-oħt il-kbira, Anna, li dak iż-żmien kellha 43 sena, kienet diġa tkeċċiet mill-familja u peress li hi u oħtha Kym, li kellha 29 sena, kienu inseparabbli u sparixxew flimkien.", "Wara diċenju mingħajr ebda kuntatt, l-omm marret tagħmel rapport għand il-Pulizija fejn fl-2003 qalet li ulieda kienu neqsin.", "L-investigazzjoni, mmexxija mill-Pulizija ta' Lethbridge, għamlu żewġ diċenji jfittxu izda waqfu meta ma sabu ebda evidenza.", "F'Ottubru tal-2015, il-Pulizija ppruvat titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq is-sit soċjali Facebook iżda kien kollu ta' xejn.", "Kien f'Jannar ta' din is-sena meta l-Pulizija rċeviet informazzjoni li lura fl-1999 mara bl-istess isem bħal ta' Anna Hakze rrapportat li xi ħadd daħal jisraqha d-dar.", "Meta kkuntatjawha ma kinitx l-istess persuna, iżda tathom informazzjoni biżżejjed biex isibu lil Anna li kienet nieqsa.", "Dan hekk kif snin qabel kienet rat biċċa kitba ta' persuna bl-istess isem u baqgħet imbellħa għax kien l-ewwel darba li rat persuna li jisimha eżatt bħalha.", "Minn hemm u minn hawn il-Pulizija rnexxielhom isibu fejn kienet toqgħod Anna iżda meta marru biex jgħidulha għalfejn ħarbet, hi qaltilhom li ma kellha l-ebda idea li hi u oħtha Kym kienu rrapportati neqsin wara li telqu mid-dar minn jeddhom biex jgħixu ħajjithom.", "Minħabba raġunijiet ta' privatezza l-Pulizija ma setgħetx tagħti informazzjoni ta' fejn jinsabu l-aħwa iżda ħuhom Ken ipprovda biżżejjed informazzjoni biex jekk qatt jasal jum li jkunu jridu jiltaqgħu miegħu, ikunu jistgħu."], "date": "2017-03-04T17:48:47+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Żewġt aħwa jinstabu wara 30 sena nieqsa"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2016/11/23/jsalvaw-fekruna-minn-halq-il-mewt/", "text": ["Persuni li kienu qegħdin fuq dgħajsa li kienet se teħodhom Kemmuna iltaqgħu ma' xena ta' qsiem il-qalb hekk kif sabu fekruna li kienet mweġġa' hekk kif belgħet sunnara u kienet qed tifga minħabba xlief.", "Wieħed mill-persuni saqsa għall-għajnuna fi grupp magħruf ma' dawn li jħobbu l-annimali f'pajjiżna.", "Huwa spjega li l-għajnuna ma setgħetx tingħata mal-ewwel hekk kif kienu jinsabu Kemmuna iżda ħadu ħsieb li jdawwru l-fekruna f'xugaman u ngħatat l-assistenza meħtieġa.", "B'xorti tajba din il-fekruna ġiet salvata u nħarġet minn ħalq il-mewt.", "Il-veterinarju qal li l-fekruna se tkun qed tiġi rekoverata għal numru ta' xhur."], "date": "2016-11-23T17:25:46+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Jsalvaw fekruna minn ħalq il-mewt"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/01/13/18-il-ghaqda-mhux-governattiva-jinghataw-fondi-mill-mccf/", "text": ["18-il għaqda mhux governattiva ingħataw fondi mill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund permezz tal-fond għal għaqdiet volontarji.", "Fondi li permezz tagħhom kull għaqda mhux governattiva se twettaq proġetti soċjali li minnhom se jibbenefika l-poplu Malti u Għawdxi.", "It-tmintax-il għaqda intgħażlu wara evalwazzjoni u proċess trasparenti u kontabbli.", "Il-President tar-Republikka Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat lil dawn l-għaqdiet filwaqt li fissret kif dawn il-fondi se jibbenefikaw minnhom il-poplu Malti u Għawdxi."], "date": "2018-01-13T10:08:29+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "18-il għaqda mhux governattiva jingħataw fondi mill-MCCF"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/05/naghmlu-t-toroq-kollha-ta-pajjizna-joseph-muscat/", "text": ["Waħda mill-wegħdi ta' Gvern Laburista hi li jittranġaw it-toroq Maltin u Għawdxin kollha.", "Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg spjegaw din il-prijorità.", "Il-Kunsilli Lokali huma responsabbli mit-toroq kollha barra dawk arterjali u distributorji u dawk li qatt ma saru – minħabba nuqqas ta' fondi.", "Transport Malta ma tistax tippjana fit-tul għax tiddependi minn vot kapitali fil-baġit, kull sena.", "Il-pjan huwa ambizzjuż, biex it-toroq kollha f'Malta u Għawdex isiru u jibqgħu jinżammu kif jixraq lill-pajjiż modern u lin-nies li jużawhom u jgħixu fihom.", "Il-programm huwa ta' €700 miljun u huwa ffinanzjat b'mod responsabbli b'fondi Ewropej, mill-Bank tal-Iżvilupp, mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, minn strumenti finanzjarji oħrajn bħal EFSI u EIB, minn Public Private Partnership u Private Finance Initiatives.", "Dan ma jinkludix proġetti infrastutturali fuq skala kbira.", "Importanti li wieħed jinnota li l-użu tat-toroq u l-parkeġġ se jibqa' b'xejn.", "Aġenzija ġdida se tieħu ħsieb ix-xogħol fit-toroq u se tispiċċa r-responsabbiltà diretta tal-Kunsilli Lokali għall-asfaltar tat-toroq.", "Madanakollu l-Kunsilli Lokali mhux se jitilfu fondi, imma jużaw madwar €7M f'fondi għal proġetti oħra fil-lokalitajiet.", "Il-Kunsilli Lokali jingħataw l-inkarigu primarju u fondi ġodda meħtieġa biex jiffukaw fuq il-manutenzjoni kontinwa tat-toroq urbani fil-lokalitaà tagħhom mingħajr ma jitilfu l-fondi li għandhom illum.", "L-ewwel prijorità se tingħata lil 170 triq residenzjali li għadhom qatt ma ngħataw wiċċ ġdid t'asfalt.", "It-toroq kollha se jsiru kollha fuq perjodu massimu ta' tliet snin u mhux anqas minn 60 triq fis-sena.", "Ix-xogħol se jsir fuq perjodu massimu ta' seba' snin u l-Gvern ikun għamel it-toroq kollha li xi darba kienu saru iżda spiċċaw imkissra.", "Apparti dan, se jidħlu standards ġodda bħal tiswijiet ta' potholes perikolużi fi żmien 24 siegħa .", "Bil-Partit Laburista fil-Gvern, jitkompla b'pass mgħaġġel il-programm ta' toroq arterjali u distributorji li minnhom jgħaddi 58% tat-traffiku.", "L-enfasi se tkun fuq manutenzjoni preventiva u kontinwa, crash barriers tajba għal ċiklisti, l-istallazzjoni ta' sistemi elettroniċi li jgħinu lis-sewwieqa u Titjib fl-infrastruttura ġenerali.", "Dan minbarra upgrades tal-mini kollha fuq l-istess livell tal-underpass tat-Triq Diċembru 13.", "B'hekk ikun hawn toroq ta' livell li jixirqu lil pajjiżna.", "Isir ukoll programm nazzjonali ta' upgrade infrastrutturali qawwi ta' bankini u żoni pedonali , b'enfasi partikolari fuq l-aċċessibbilità.", "Se jkun hemm aktar shared spaces u cycle lanes għall-użu tar-rota.", "Dan minbarra programm kontinwu ta' refreshing ta' line markings.", "Gvern Laburista fil-Gvern jagħmel proġett pilota biex, kull fejn hu possibbli, jitneħħew l-arbli tad-dwal u wires żejda minn mal-faċċati tad-djar u tan-negozji u bankini aktar aċċessibbli.", "Fuq perjodu ta' seba' snin, jitnaqqas drastikament l-isfreġju u l-inkonvenjent, biex ikollna dehra ambjentali aħjar .", "Il-pjan hu li jissaħħaħ u jitjieb il-monitoraġġ meħtieġ biex proġetti tat-toroq jibdew u jispiċċaw fil-ħin.", "Se jkunu allokati Fondi Ewropej għat-taħriġ tal-ħaddiema tal-kuntratturi tat-toroq, kif ukoll għal immodernizzar fil-makkinarju u l-vetturi tagħhom.", "Il-progetti tat-toroq isiru fil-ħin, skond il-baġit allokat u tkun garantita l-aqwa kwalità.", "Aġenzija apposta jkollha l-inkarigu tat-tindif ġenerali u l-upkeep tal-pajjiż, inkluż postijiet turistiċi.", "Din l-Aġenzija taħdem mill-qrib mal-Kunsilli Lokali u l-entitajiet governattivi.", "Tħares ukoll lejn mudelli ta' public private partnership biex jiġi massimizzat il-potenzjal ta' diversi sinerġiji li jistgħu jinħolqu."], "date": "2017-05-05T10:31:18+02:00", "category": "press, news, Elezzjoni 2017, Lokali, Proposti", "title": "\"Nagħmlu t-toroq kollha ta' pajjiżna\" – Joseph Muscat"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/01/13/muza-mistenni-jkun-mekka-kulturali/", "text": ["Sit internazzjonali magħruf fil-qasam tal-arkitettura architecturaldigest.com isemmi l-mużew Muża bħala wieħed minn 15-il mużewijiet ġodda li se jiftħu din is-sena madwar id-dinja li se jkollhom sinifikanza fl-arkitettura u l-arti.", "Il-Mużew Nazzjonali tal- Arti ta' Malta fi Triq in-Nofsinhar fil-Belt Valletta għalaq il-bibien tiegħu wara 42 sena, u l-wirjiet tiegħu se jiġu trasferiti għall-post ġdid bl-isem ta' MUŻA f'art artistika komunitarja fl-Auberge d'Italie.", "Il-bini storiku kien darba s-sede tal-kavallieri Taljani tal-Ordni ta' San Ġwann.", "Il-mużew jiftaħ matul din is-sena meta Malta qed tiċċelebra l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.", "Żur: muza.heritagemalta.org"], "date": "2018-01-13T07:56:35+01:00", "category": "press, news, Uncategorized", "title": "Muża; mal-aqwa 15-il mużew fid-dinja li se jiftħu din is-sena"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/09/08/tfajla-ta-14-il-sena-rrappurtata-nieqsa/", "text": ["Nathea Xuereb ta' 14-il sena għadha kif ġiet irrappurtata nieqsa mill-Pulizija.", "Hija dehret l-aħħar ilbieraħ, 7 ta' Settembru fl-inħawi ta' Santa Luċija liebsa leggings suwed u flokk iswed bil-griż bil-kelma 'sochic' fuqu.", "Nathea għandha għajnejha żoroq u xagħarha kannella u ta' sikwit tkun Ħal Tarxien jew il-Belt.", "Kull min għandu xi informazzjoni dwar Nathea għandu jgħaddiha lill-Pulizija, anke b'mod kunfidenzjali, fuq in-numru tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119, jew f'xi Għassa tal-Pulizija."], "date": "2018-09-08T18:28:49+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Tfajla ta' 14-il sena rrappurtata nieqsa"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2017/05/22/nirien-avviz-mid-dipartiment-tal-protezzjoni-civili/", "text": ["B'rabta man- nirien li ħakmu l-impjant ta' Sant'Antnin , id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jappella lir-residenti tal-inħawi biex jgħalqu l-bibien u t-twieqi ta' djarhom għax id-duħħan jista' jkun tossiku.", "Jekk id-duħħan xorta jippenetra fi djarhom permezz tal-ventilazzjoni, r-residenti huma mħeġġa sabiex joħorġu minn djarhom.", "Dan l-avviż jestendi sa xħin jintfew in-nirien."], "date": "2017-05-22T15:24:16+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "NIRIEN: Avviż mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/09/13/mara-ta-66-sena-rrappurtata-nieqsa/", "text": ["Ruth Anne Resch ta' 66 sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.", "Hija dehret l-aħħar ilbieraħ fl-10:30 f'Raħal Ġdid liebsa flokk roża u qalziet iswed.", "Kull min għandu xi informazzjoni għandu jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numru 119, jew jgħaddiha fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija."], "date": "2018-09-13T19:00:49+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "Mara ta' 66 sena rrappurtata nieqsa"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/12/03/in-numru-ta-persuni-nieqsa-fkalifornja-kawza-tan-nirien-jinzel-ghal-25/", "text": ["In-numru ta' persuni rrappurtati nieqsa kawża tan-nirien qattiela li ħakmu l-Istat Amerikan ta' Kalifornja, niżel għal 25.", "Dan wara li fl-aħħar ġimgħat, u fl-eqqel ta' dan id-diżastru naturali, in-numru ta' persuni nieqsa kien ilaħħaq l-1,200.", "L-agħar inħawi li kienu milquta min-nirien kienu dawk li jinsabu fin-naħa ta' fuq tal-Istat, fosthom ir-raħal bl-isem Paradise.", "Intant, ħaddiema tas-salvataġġ għadhom qed iwettqu operazzjonijiet mill-aktar delikati fost il-fdalijiet tat-18,000 dar li nqerdu fin-nirien."], "date": "2018-12-03T08:01:41+01:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "In-numru ta' persuni nieqsa f'Kalifornja kawża tan-nirien jinżel għal 25"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/04/27/trump-jhedded-nuqqas-tappogg-lejn-min-jopponi-li-l-amerika-ta-fuq-tospita-it-tazza-tad-dinja/", "text": ["Donald Trump qed jhedded li pajjiżi li qedgħin jopponu li l-Amerika ta' Fuq tkun ir-reġjun ospitu tat-Tazza tad-Dinja tal-2026, jistgħu jitilfu l-appoġġ politiku tal-Istati Uniti.", "Quddiem il-FIFA bħalissa hemm l-offerta tal-Marokk u offerta konġunta bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku.", "Il-President Trump ta' l-appoġġ tiegħu lejn l-offerta bejn it-tliet pajjiżi kostitwenti tal-Amerika ta' Fuq bid-deċiżjoni tal-FIFA mistennija jum qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja.", "Fi tweet Trump qal l-Amerika u l-pajjiżi l-oħra għamlu biċċa xogħol tajba u li tkun ħasra li pajjiżi li dejjem sabu l-appoġġ tal-Amerika jopponu l-offerta Amerikana.", "Staqsa wkoll għalfejn l-Istati Uniti għanda tagħti l-appoġġ lejn dawn il-pajjiżi meta lanqas fil-Ġnus Maqgħuda ma jissaportjaw lill-Istati Uniti.", "Dawn il-kummenti ta' Trump jistgħu possibilment jiksru regoli tal-FIFA rigward intħil politiku fil-proċess ta' għażla ta' pajjiż ospitu tat-Tazza tad-Dinja."], "date": "2018-04-27T12:38:22+02:00", "category": "press, news, Internazzjonali", "title": "Trump jhedded nuqqas ta' appoġġ lejn min jopponi li l-Amerika ta' Fuq tospita it-Tazza tad-Dinja"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2019/01/21/tifla-ta-12-il-sena-rrappurtata-nieqsa-dehret-l-ahhar-liebsa-l-uniformi-tal-iskola-1/", "text": ["Mia O'Connell ta' 12-il sena instabet u rritornat lura d-dar wara li kienet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.", "Hija dehret l-aħħar it-Tnejn filgħodu lejn l-iskola St. Catherine's f'Pembroke għall-ħabta tat-0750hrs.", "It-tfjala għandha għajnejn blue u xagħar nokkli.", "L-aħħar li kienet tider liebsa l-uniformi tal-iskola li hi ta' kulur blue bi strixxa ħamra fil-ġenb kif ukoll kellha basket griż.", "Il-Pulizija tirringrazzja lil kull min għen biex tinstab it-tfajla."], "date": "2019-01-21T21:09:19+01:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "AĠĠORNAT: Mia O'Connell lura d-dar"} {"url": "https://www.one.com.mt/news/2018/10/03/malta-u-l-emirati-gharab-maghquda-ghandhom-il-potenzjal-jkunu-kollaboraturi-ideali-il-president-coleiro-preca/", "text": ["Bħala parti miż-żjara fl-Emirati Għarab Magħquda, il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca indirizzat il- Malta-UAE Business Forum , organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta' Dubaj.", "Hawnhekk, il-President faħħret ir-relazzjonijiet bilaterali b'saħħithom bejn Malta u l-UAE u enfasizzat dwar fatturi komuni li għandhom iż-żewġ pajjiżi bħala ċentri kummerċjali u marittimi għar-reġjuni rispettivi tagħhom.", "Il-President Coleiro Preca qalet li l-pożizzjoni tal-Emirati Għarab Magħquda bħala hub tal-Lvant Nofsani u l-pożizzjoni ta' Malta bħala hub ġeo-strateġiku fir-reġjun Ewro-Mediterran, huma perfetti biex Malta u l-UAE jkunu kollaboraturi ideali u mhux kompetituri.", "Dan iwassal biex jinħolqu sinerġiji effettivi.", "\"Bis-saħħa ta' dawn is-sinerġiji, mhux biss se jibbenefikaw is-setturi kummerċjali u soċjali ta' Malta u l-Emirati Għarab Magħquda iżda s-swieq tagħna wkoll se jkomplu jikbru fl-aħjar interess tal-popli tagħna.", "Dan hu l-mument opportun biex nimxu 'l quddiem biex b'hekk noħolqu prosperità inklussiva għall-popli tagħna\".", "Il-President spjegat li ż-żjara tagħha fl-UAE kompliet tikkonvinċiha dwar il-ħtieġa li jinħolqu dawn is-sinerġiji u li ssir ħidma aktar mill-qrib ma' dawk interessati fis-setturi pubbliċi u privati tal-UAE biex jiġu esplorati opportunitajiet ta' negozju bilaterali.", "Fl-aħħar nett, il-President Coleiro Preca pproponiet it-twaqqif ta' Joint Technical Commission dwar il-kummerċ biex b'hekk ikomplu jiġu esplorati u identifikati l-oqsma li fihom kemm Malta kif ukoll l-UAE jistgħu jikkollaboraw.", "Il-President kellha taħdidiet bilaterali mal-Viċi Prim Ministru u mal-Ministru tal-Affarijiet Presidenzjali tal-Emirati Għarab Magħquda Sheikh Mansour bin Zayed Al Nahyan f'Abu Dhabi.", "Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat tkellmu dwar ir-rabtiet bilaterali bejn l-UAE u Malta u ddiskutew il-possibbiltajiet li jespandu l-koperazzjoni f'bosta setturi, inklużi r-rabtiet tan-negozju u l-investiment."], "date": "2018-10-03T19:08:07+02:00", "category": "press, news, Lokali", "title": "\"Malta u l-Emirati Għarab Magħquda għandhom il-potenzjal jkunu kollaboraturi ideali\" – il-President Coleiro Preca"}