{"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54476/prova_jitlaq_minn_malta_bdokumenti_foloz_li_swew_900_u_li_xtara_mingand_ew_afrikani", "date": "4 ta' Frar 2019 12:07", "title": "Prova jitlaq minn Malta b'dokumenti foloz li swew €900 u li xtara mingħand żewġ Afrikani", "subtitle": "Ir-raġel mill-Kamerun ried jiltaqa' ma' omm it-tarbija tiegħu fi Franza ... jingħata sentenza priġunerija sospiża għal sentejn", "text": ["Ir-raġel mill-Kamerun ried jiltaqa' ma' omm it-tarbija tiegħu fi Franza ... jingħata sentenza priġunerija sospiża għal sentejn", "Wieħed mill-immigranti li waslu Malta permezz tal-vapur Aquarius ingħata sentenza sospiża wara li kien qed jipprova jitlaq mill-pajjiż bl-użu ta' passaport falz.", "Ir-raġel huwa mill-Kamerun u kien arrestat dal-lejl fid-9:00 p.m. hekk kif kien qed jipprova jitlaq lejn Franza.", "Huwa qal li xtara d-dokumenti foloz għall-prezz ta' €900 mingħand żewġ Afrikani u quddiem il-Qorti ħalef li ma kienx jaf li dawn id-dokumenti kienu foloz.", "Hu ried imur Franza biex jiltaqa' ma' omm it-tarbija tiegħu.", "\"Sfortunatament il-klijent tiegħi għadda minn ħafna,\" spjega l-avukat tar-raġel.", "\"Hu ltaqa' ma' tnejn minn nies li offrewlu l-għajnuna biex imur Franza ... mhux qed ngħidu li ma kisirx il-liġi imma hu xtaq li jingħaqad mill-ġdid mal-familja.\"", "Ir-raġel kien mogħti sentenza ta' sitt xhur priġunerija sospiżi għal sentejn.", "\"Din id-darba mhux se tmur il-ħabs.", "Jekk terġa twettaq att kriminali ieħor fis-sentejn li ġejjin ikollok isservi sitt xhur priġunerija,\" wissiet il-maġistrat Gabriella Vella."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54487/ilministru_bonnici_jisaq_li_franco_debono_huwa_liberu_li_jesprimi_dak_li_joss", "date": "5 ta' Frar 2019 10:35", "title": "Il-Ministru Bonnici jisħaq li Franco Debono huwa liberu li jesprimi dak li jħoss", "subtitle": "Mistoqsi jekk il-pożizzjoni ta' Franco Debono għadhiex tenibbli, il-Ministru Bonnici wieġeb li teżisti l-libertà tal-espressjoni", "text": ["Mistoqsi jekk il-pożizzjoni ta' Franco Debono għadhiex tenibbli, il-Ministru Bonnici wieġeb li teżisti l-libertà tal-espressjoni", "Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici saħaq li l-Kummissarju għal-Liġi Franco Debono igawdi bħal kulħadd mil-libertà tal-espressjoni u għalhekk jista’ jgħid dak li jħoss.", "Huwa qal dan meta mistoqsi mill-ġurnalist tal-MaltaToday dwar l-aħħar bloggs ta’ Debono li fihom għajjar lill-Prim Ministru bħala l-aktar politiku korrott u saħansitra insista li", "l-kumpanija Egrant hija tiegħu jew ta’ ħadd viċin ħafna.", "Mitlub jirreaġixxi għal dan, Bonnici żamm biss ma’ dak li qal il-Prim Ministru, jiġifieri li Debono għandu dritt jesprimi lilu nnifsu.", "Mistoqsi jekk il-pożizzjoni tiegħu hijiex tenibbli, ġaladarba qed imeri konklużjonijiet ta’ inkjesta maġisterjali, il-Ministru Bonnici wieġeb biss: “libertà tal-espressjoni.”"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/54479/madonna_se_tkanta_waqt_isserata_taleurovision_daqt_inkunu_nafu", "date": "4 ta' Frar 2019 12:49", "title": "Vera li Madonna se tkanta waqt is-serata tal-Eurovision? Daqt inkunu nafu....", "subtitle": "Il-biljunarju Iżraeljan Sylvan Adams aċċetta li jħallas l-ispejjeż kollha hu biex Madonna tmur Tel Aviv tkanta waqt l-ispettaklu tal-Eurovision...", "text": ["Il-biljunarju Iżraeljan Sylvan Adams aċċetta li jħallas l-ispejjeż kollha hu biex Madonna tmur Tel Aviv tkanta waqt l-ispettaklu tal-Eurovision...", "Rapporti diversi qed jgħidu illi r-Reġina tal-mużika 'Pop', Madonna, mistennija tiffirma biex tieħu sehem fil-Eurovision li se jsir f'Tel Aviv f'Mejju li ġej.", "Diversi rapporti fuq il-midja fl-Iżrael qed jgħidu illi l-biljunarju Iżraeljan Sylvan Adams qed joffri li jħallas l-ispejjeż, biex Madonna tkanta fl-ispettakklu, kollha hu.", "Danny Ben Naim, li jaħdem ma' Adams qal illi diskussjonijiet għaddejjin 24 siegħa kuljum man-nies ta' Madonna, bi qbil jidher li se jintlaħaq fil-ġranet li ġejjin."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54480/ilpartit_nazzjonalista_jippreenta_20_proposta_dwar_ilkaner", "date": "4 ta' Frar 2019 13:21", "title": "Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta 20 proposta dwar il-kanċer", "subtitle": "Il-PN qed jipproponi, fost oħrajn, li jkun hemm screening għal popolazzjoni kollha għall-kanċer tal-prostata", "text": ["Il-PN qed jipproponi, fost oħrajn, li jkun hemm screening għal popolazzjoni kollha għall-kanċer tal-prostata", "Fil-Jum Dinji kontra l-Kanċer, il-Partit Nazzjonalista ressaq proposti biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra din il-marda.", "Filwaqt li fakkar illi f'pajjiżna hawn 2,000 każ u 900 mewt kull sena,, l-PN ħabbar 20 proposta dwar il-kanċer.", "Il-PN qed jipproponi li jkun hemm screening għal popolazzjoni kollha għall-kanċer tal-prostata.", "Jipproponi wkoll li jkun hemm taqsima speċjalizzat għall-kura tal-kanċer tas-sider tal-ogħla kwalità li jkun speċjalizzat biex joffri kura u servizzi relatati lill-pazjenti li jkunu milquta mill-kanċer tas-sider. #", "\"Bħalissa f'Malta dawk li jinstabilhom il-kanċer tas-sider ilaħħqu mat-350 pazjent fis sena.", "Fil-preżent bosta servizzi huma provduti b'mod li mhux ħolistiku.", "Din it-taqsima għandha fost l-oħrajn tirrifletti l-linji gwida mħejjija mill-", "European Society of Breast Cancer Specialists", "(EUSOMA),\" fakkar il-PN", "Il-PN qal ukoll li ġħadu jkun hemm investiment akbar fir-riċerka, \"għaliex pajjiżna jinsab it-tielet mill-aħħar f'dan is-settur u jerġgħu joħorġu l-", "post-doc grants", "biex tkun faċilitata r-riċerka fil-qasam tal-kanċer fl-Università ta' Malta.", "Ir-riċerka hi ċ-ċavetta biex negħlbu l-kanċer u pajjiżna għandu jagħti sehmu ukoll.\"", "Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri qal li jeħtieġ li nżidu", "screenings", "oħrajn li jsiru għal tipi differenti ta' kanċer, li sfortunatament jinsabu fuq quddiemnett fil-lista tal-kanċer, li qed jolqtu lill-popolazzjoni.", "Huwa qal li għandhom jiżdiedu l-", "iscreenings", "li jsiru b'sistema ta'", "population based", ", biex jiġi faċilitat li l-kanċer jinstab fl-aktar stadju bikri, b'mod partikolari għall-kanċer tal-għonq tal-utru.  Spiteri qal li hawn bżonn aktar appoġġ psikoloġiku speċjalizzat għat-tfal li jkollhom il-kanċer, il-ġenituri tagħhom u lis-staff.", "Hawn bżonn ukoll sapport għat-tfal. li xi ħadd mill-ġenituri tagħhom ikun qed jesperjenza l-kanċer, u għandu jiġi studjat kif dan is-servizz ta' assistenza psikoloġika lit-tfal jingħata wkoll f'Għawdex.", "L-MEP Francis Zammit Dimech qal li diġà ħa bosta inizjattivi f'dan il-qasam fosthom biex tkun riveduta direttiva sabiex jkun regolat il-livell permissibbli ta' sustanzi li jikkawżaw il-kanċer fuq il-postijiet tax-xogħol u biex il-Pjattaforma Nazzjonali tal-Kanċer tissieħeb mal-", "Association of European Cancer Leagues Association", "sabiex dawn jaqsmu fl-imkien prattiċi tajbin u jkomplu joffru servizzi tal-aqwa kwalità lill-Maltin u l-Għawdxin.", "Huwa qal li stieden bosta għaqdiet Maltin għal laqgħat fi Brussell biex dawn jieħdu sehem attiv fit-tfassil tal-politika Ewropea dwar il-kanċer, u fl-aħħar jiem ġie varat manifest li jinkludi wkoll ideat tal-għaqdiet Maltin.", "L-eks Deputat tal-PN Michael Asciak qal li l-Partit Nazzjonalista irid li jkun hemm aktar fondi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll nazzjonali li jiġu allokati f'attivitajiet u f'kampanji", "long-term", "li jqajmu kuxjenza, u li jgħinu fil-prevenzjoni fil-komunitajiet.", "Dan biex titqajjem  kuxjenza akbar, u promozzjoni għall-benesseri fil-komunitajiet."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54485/innisa_mhumiex_tonn__ilpd_jisaq_li_hu_kontra_lkwoti_gannisa_filparlament", "date": "5 ta' Frar 2019 09:57", "title": "'In-nisa mhumiex tonn' - Il-PD jisħaq li hu kontra l-kwoti għan-nisa fil-Parlament", "subtitle": "Skont il-PD, il-kwoti se jfissru pass lura mill-progress", "text": ["Skont il-PD, il-kwoti se jfissru pass lura mill-progress", "‘In-nisa mhumiex tonn,’ saħaq il-Partit Demokratiku u għaldaqstant iddikjara lilu nnifsu kontra l-kwoti għan-nisa fil-Parlament.", "Fi stqarrija, il-PD saħaq li l-introduzzjoni tal-kwoti għan-nisa tkun tfisser pass lura mill-progress li laħqu s’issa, minflok pass ‘l quddiem.", "“Din il-forma ta’ diskriminazzjoni pożittiva hija inġusta, degradanti, u fundamentalment mhix demokratika,” tisħaq l-istqarrija.", "“Għidniha qabel, u nerġgħu ngħiduha.", "In-nisa mhumiex tonn, u m’għandhomx ikunu suġġetti għall-kwoti.", "Qed twaqqa’ l-mara meta tintroduċi kwoti, bħallikieku ma jistgħux jirnexxu bil-ħiliet tagħhom,” saħqet id-Deputat Marlene Farrugia.", "Dwar dan tkellmet ukoll il-kandidata għall-Parlament Ewropew Cami Appelgren li insistiet li l-ugwaljanza bil-kwoti, u “l-użu ta’ soluzzjonijiet superfiċjali,” se jinħolqu aktar problemi milli nsolvu.”", "Tal-istess opinjoni kien id-Deputat Kap tal-PD Timothy Alden li saħaq li “jekk irridu ngħinu lin-nisa, ejja nagħtuhom s-setgħa, u mhux ninsultawhom jew inwaqqgħuhom billi nimponu kwoti superfiċjali fuq il-pajjiż.”", "L-istqarrija temmet tisħaq li l-PD saħaq li huwa jemmen fl-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għalhekk qiegħed jiddikjara li huwa kontra kwoti skont il-ġeneru fil-Parlament, li fi kliemu, għalkemm tidher diskriminazzjoni pożittiva, xorta tibqa’ forma ta’ diskriminazzjoni."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54489/rael_jingata_sentejn_abs_ora_u_se_jintbagat_lura_nnierja_", "date": "5 ta' Frar 2019 11:54", "title": "Raġel jeħel sentejn ħabs oħra u se jintbagħat lura n-Niġerja", "subtitle": "Ir-raġel, li diġa jinsab il-ħabs ħati ta' traffikar tad-droga, jigdem u jattakka gwardjan tal-ħabs", "text": ["Ir-raġel, li diġa jinsab il-ħabs ħati ta' traffikar tad-droga, jigdem u jattakka gwardjan tal-ħabs", "Priġunier Niġerjan, diġa ħati ta' traffikar tad-droga, ingħata sentejn ħabs fuq is-sentenza li diġa qed jiskonta u ġie mmultat €5,000.", "Dan talli attakka u gidem gwardjan tal-ħabs.", "In-Niġerjan attakka u gidem lill-gwardjan fil-Kwartieri tal-Pulizija fil-Furjana wara li qalulu li se jerġgħu jibgħatuh in-Niġerja.", "Hu qed jiskonta sentenza ta' 10 snin priġunerija.", "Apparti s-sentenza l-Qorti ddikjarat lin-Niġerjan immigrant illegali u talbet lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni biex dan jiddeportah malli jkun skonta s-sentenza jintbagħat lura pajjiżu."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54488/lad_tera_tinsisti_li_lkostituzzjoni_mgandhiex_tibqa_marbuta_malrelijon_kattolika", "date": "5 ta' Frar 2019 11:12", "title": "L-AD tinsisti li l-Kostituzzjoni ma tibqax marbuta mar-reliġjon Kattolika", "subtitle": "L-Alternattiva Demokratika (AD) tgħaddi numru ta' proposti għar-Riforma Kostituzzjonali, fosthom tfakkar dwar il-bżonn li l-Parlament ma jkunx dritt esklussiv għall-PN u l-PL", "text": ["L-Alternattiva Demokratika (AD) tgħaddi numru ta' proposti għar-Riforma Kostituzzjonali, fosthom tfakkar dwar il-bżonn li l-Parlament ma jkunx dritt esklussiv għall-PN u l-PL", "“Il-Kostituzzjoni ta’ Malta għandna nqisuha bħala dokument ħaj li jirrifletti l-valuri u l-aspirazzjoinijiet tal-poplu Malti.”", "Dan qalu Carmel Cacopardo Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika l-bieraħ waqt laqgħa kordjali ta’ Alternattiva Demokratika mal-kumitat koordinattiv dwar ir-riforma kostituzzjonali immexxi mill-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca.", "“Ir-riforma kostituzzjonali”, żied jgħCarmel Cacopardo, “għandha tirrifletti dan il-fatt, għax il-pajjiż illum fir-realtà jħaddan pluraliżmu etiku u dan għandu jkun rifless fil-kostituzzjoni reveduta.", "Għaldaqstant, flok mal-kostituzzjoni tintrabat ma reliġjon waħda, dik Kattolika Appostlika Rumana, għandha tiddikjara rispett lejn kull reliġjon kompatibbli mal-istat demokratiku.”", "“Il-Kostituzzjoni, fil-forma li għandna illum,” żied jgħid Cacopardo “hi prodott ta’ diskussjoni u kompromessi kkonsolidati fuq medda ta’ kważi 60 sena.", "Uħud mill-kompromessi li wasslu għall-kostituzzjoni li għandna illum, idarsuna meta nħarsu lejhom mil-lenti tagħna tal-lum.", "Irridu nifhmu, imma, l-kuntest li fih tfasslu dawk il-kompromessi u li wasslu biex il-pajjiż iħoll il-kobba li kellu quddiemu dakinnhar.", "Biex intejbu l-kostituzzjoni li għandna illum jeħtieġ li nibnu fuq il-kompromessi tal-bieraħ biex anke a bażi tal-esperjenzi tul is-snin bħala pajjiż naslu għal soluzzjonijiet aħjar milli irnexxielhom jaslu għalihom ta’ qabilna.”", "Waqt il-laqgħa, saret diskussjoni preliminari li fiha d-delegazzjoni ta’ Alternattiva Demokratika ddiskutiet mal-kumitat immexxi mill-President tar-Repubblika u magħmul ukoll minn rapprezentanti tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista l-proposti għal tibdil fil-kostituzzjoni li ser tkun qed tipproponi Alternattiva Demokratika.", "Carmel Cacopardo emfasizza li l-proposti li se tagħmel Alternattiva Demokratika ilha titkellem dwarhom.", "Huwa emfasizza l-ħtieġa ta’ tibdil fil-liġijiet elettorali biex “il-vot ta’ kull Malti u Maltija jkun jgħodd u li l-proporzjonalità bejn il-voti f’elezzjoni ġenerali u s-siġġijiet parlamentari ma tkunx dritt esklussiv tal-PN u tal-PL imma li dan ikun japplika għal kulħadd, soġġett għal threshold nazzjonali ta’ 2.5%.”", "Mina Tolu, attivist LGBTIQ u kandidat ta’ Alternattiva Demokratika għall-Parlament Ewropew, emfasizzat li \"mhux xi aħbar ġdida li Alternattiva Demokratika qed tinsisti għal bilanċ bejn il-ġeneri fil-Parliament.", "Dan għandu jkun bilanċ mhux biss bejn in-nisa u l-irġiel, imma ukoll ta' persuni li ma jidentifikaw ruħhom mal-ebda wieħed minn dawn il-ġeneri.”", "Alternattiva Demokratika iddiskutiet ukoll  il-ħtieġa li l-President tar-Repubblika jkun elett minn kulleġġ elettorali li jkun iktar wiesa’  mill-Parlament u li f’dan il-proċess għandhom ikunu involuti ukoll il-Kunsilli Lokali.", "Carmel Cacopardo emfasizza l-ħtieġa li l-kostituzzjoni tkun tipproteġi l-ambjent kif ukoll li kull ċittadin Malti jkollu d-dritt li jfittex lill-Gvern jekk dan jonqos milli jieħu passi adegwati biex ikun assigurat dan il-ħarsien.", "Flimkien mad-dritt għal referendum propozittiv dan għandu jwassal għal tisħiħ tal-proċess demokratiku.", "“Fil-ġimgħat li ġejjin”, ikkonkluda Carmel Cacopardo, “Alternattiva Demokratika se tgħaddi lill-kumitat immexxi mill-President tar-Repubblika dokument dettaljat bil-proposti kollha ta’ Alternattiva Demokratika.”"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54500/qabda_ta_11il_miljun_fkokaina_filfreeport", "date": "6 ta' Frar 2019 12:31", "title": "Qabda ta' \t€11-il miljun f'kokaina fil-Freeport", "subtitle": "Sitt kontenituri b'10 Kg droga kokaina kull wieħed għall-valur ta' madwar €11-il miljun", "text": ["Sitt kontenituri b'10 Kg droga kokaina kull wieħed għall-valur ta' madwar €11-il miljun", "Id-Dipartiment tad-Dwana għadu kif għamel qabda kbira ta' droga b'valur ta' €11-il miljun.", "Din il-qabda seħħet wara li kontejner kien spezzjonat fil-Freeport, liema kontejner kien telaq mill-Amerika ta' isfel u kien waqaf f'Malta qabel ma jibqa' sejjer lejn Lvant Nofsani.", "B'kollox ġew eżaminati 532 kontenitur u nstab li sitta minnhom kellhom basktijiet tal-plastik mimlijin b'sustanza bajda f'likwidu żejtni.", "B'kollox f'kull kontenitur kien hemm 10 Kg minn din is-sustanza, biex flimkien jgħoddu għat-total ta' 60 Kg", "Eżaminazzjoni li saret nhar it-Tlieta wriet illi d-droga kienet mija fil-mija pura.", "L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54493/ilkurja_tispjega_kif_fl2018_ew_terzi_tawiijiet_saru_bilknisja", "date": "5 ta' Frar 2019 13:55", "title": "Il-kurja tispjega kif fl-2018 żewġ terzi taż-żwiġijiet saru bil-Knisja", "subtitle": "Dan jinkludu żwiġijiet li jsiru bejn Maltin u Maltin u Maltin ma' barranin, fosthom anke żwieġ bejn koppji li qabel kienu miżżewġa biss biċ-ċivil", "text": ["Dan jinkludu żwiġijiet li jsiru bejn Maltin u Maltin u Maltin ma' barranin, fosthom anke żwieġ bejn koppji li qabel kienu miżżewġa biss biċ-ċivil", "L-Arċidjoċesi ta’ Malta ppubblikat analiżi tal-istatistika taż-żwiġijiet għall-2018 u li fiha saħqet li żewġ terzi taż-żwiġijiet li jsiru bejn Maltin u Maltin u bejn Maltin ma’ barranin huma rreġistrati bil-Knisja.", "Fi stqarrija, il-Kurja spjegat kif in-numru ta’ żwiġijiet bil-Knisja fis-sena 2018 kien ta’ 1,192, biċ-ċifra tinkludi wkoll 62 żwieġ f’Malta li ġie konvalidat u li ma jiġux inklużi fit-total ta’ żwiġijiet bil-Knisja mogħtija fil-Parlament.", "Żwieġ konvalidat ifisser żwieġ ta’ koppji li kienu żżewġu ċivilment biss u li aktar tard għażlu li jiżżewġu wkoll bil-Knisja.", "It-total ta’ żwiġijiet bil-Knisja bejn koppji barranin kien ta’ 73 koppja.", "Jekk wieħed inaqqas iż-żwiġijiet bejn koppji barranin, in-numru ta’ żwiġijiet bil-Knisja bejn koppji Maltin u bejn koppji li parti minnhom kienet Maltija, kien ta’ 1,119.", "Mill-banda l-oħra, in-numru ta’ żwiġijiet ċivili fl-2018 kien ta’ 1,423 iżda dan jinkludi wkoll żwiġijiet bejn koppji tal-istess stess, żwiġijiet bejn koppji li żżewġ t-tieni darba u żwiġijiet bejn koppji barranin.", "It-total ta’ żwiġijiet ċivili bejn koppji barranin kien ta’ 850.", "Jekk wieħed inaqqas iż-żwiġijiet bejn koppji barranin, in-numru ta’ żwiġijiet ċivili bejn koppji Maltin u bejn koppji li parti minnhom kienet Maltija, kien ta’ 573.", "Għalhekk, it-total ta’ żwiġijiet (ċivili u bil-Knisja) f’Malta fl-2018 kien ta' 2,614 u t-total ta’ żwiġijiet bejn koppji Maltin u bejn koppji li parti minnhom kienet Maltija kien ta’ 1,692.", "L-istatistika turi wkoll li mit-total ta’ żwiġijiet f’Malta bejn koppji Maltin ma’ Maltin, u Maltin ma’ barranin, 66% għażlu żwieġ bil-Knisja, u 34% iżżewġu biċ-ċivil.", "Dan ifisser li żewġ terzi taż-żwiġijiet li saru bejn koppji Maltin u bejn koppji Maltin ma’ barranin huma żwiġijiet bil-Knisja."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54477/ilgvern_malti_qed_isegwi_lka_ta_malti_maqtul_fissomalja", "date": "4 ta' Frar 2019 12:25", "title": "Il-Gvern Malti qed isegwi l-każ ta' Malti maqtul fis-Somalja", "subtitle": "Skont rapporti jidher li l-grupp Iżlamista Al Shabaab ħa responsabilità tal-qtil. ", "text": ["Skont rapporti jidher li l-grupp Iżlamista Al Shabaab ħa responsabilità tal-qtil.", "Dalgħodu raġel Malti, paul Anthony Formosa, li kien qed jaħdem fuq sit ta' kostruzzjoni f'Bossasso, is-Somalja, instab mejjet.", "Hu kien qed jaħdem bħala Manager għal P&O Ports, sussidjarja tal-kumpanija DP World ibbażata f'Dubaj,", "Skont rapporti jidher li l-grupp Iżlamista Al Shabaab ħa responsabilità tal-qtil.", "Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Malti qal illi se jkun qed isegwi l-każ u jippublika iktar informazzjoni jekk ikun hemm żviluppi sinjifikanti."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54496/jaqlgulhom_qalbhom_galleave_u_jaqilgu_bejn_300_u_400_inqas_minn_addima_balhom_", "date": "5 ta' Frar 2019 18:02", "title": "Jaqlgħulhom qalbhom għal-leave u jaqilgħu bejn €300 u €400 inqas minn ħaddiema bħalhom", "subtitle": "Numru ta’ carers li jaħdmu fl-Isptar ta’ Għawdex jilmentaw mal-gazzetta ILLUM dwar pagi, kundizzjonijiet, teħid ta’ leave u uniformijiet... il-gazzetta ILLUM titkellem mal-UĦM", "text": ["Numru ta’ carers li jaħdmu fl-Isptar ta’ Għawdex jilmentaw mal-gazzetta ILLUM dwar pagi, kundizzjonijiet, teħid ta’ leave u uniformijiet... il-gazzetta ILLUM titkellem mal-UĦM", "Diversi carers tal-kuntrattur JF Services li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ilmentaw mal-ILLUM dwar l-impjieg tagħhom fosthom kif qed jitħallsu ħafna inqas mill-ħaddiema tal-Gvern li jagħmlu xogħol  eżatt bħalhom, kif lanqas għandhom uniformi, id-diffikultà biex ħaddiem jieħu l-leave kif ukoll li ma jiħdux ċerti allowances li jingħataw lil ħaddiema oħrajn.", "Il-Union Ħaddiema Magħqudin  -  Voice of the Workers tefgħet ħafna mit-tort fuq il-Gvern u kif dan joħroġ kuntratti li jkunu qosra ħafna, bil-konsegwenza li l-kuntrattur ma jkunx jista’ joffri s-serħan il-moħħ li jixraqlu ħaddiem u li jikkostitwixxi impjieg li mhux prekarju.", "‘Basta equal pay for equal work...’", "Ħaddiema fil-kariga ta’ carers li tkellmu mal-gazzetta ILLUM sostnew illi carers li jaħdmu bħalhom eżatt, fl-istess post qed jaqilgħu bejn €300 u €400 aktar filwaqt li jieħdu wkoll numri ta’ allowances, primarjament, wieħed għal xogħol matul il-lejl u ieħor għar-riskju li jkollhom fil-ħidma mal-pazjent.", "“Aħna m’għandna xejn, basta equal pay for equal work.", "Dan apparti li jsiru korsijiet bħala żvilupp fil-karriera u aħna Alla jbierek ma nistgħu nagħmlu xejn u l-paga dejjem tibqa’ l-istess.”", "Waħda mill-ħaddiema iżda qalet illi l-akbar problema li qed jiffaċjaw hija biex jieħdu l-leave.", "“Vera trid tippjana minn qabel, imma mhux hekk!", "Minn sena qabel u xorta m’għandekx  ċertezza li se jingħatalek.", "Jaqgħlulna qalbna ta’ veru biex nieħdu leave, li huwa dritt tagħna.", "Allura dan sew?” jistaqsi.", "Il-kuntrattur qed jimxi mal-kuntratt li tah il-Gvern...", "Din il-gazzetta tkellmet ma’ Gian Paul Gauci, Assistent Direttur tal-Unjin.", "“Il-kuntrattur qed jimxi mal-kuntratt li tah il-Gvern,” ifakkar Gauci li jgħid illi huwa l-kuntratt li joħroġ il-Gvern jew entità li jrid jinbidel.", "Huwa sostna li l-kuntrattur, f’dan il-każ JF Services, jimxi ma’ dak li jgħid il-kuntratt u dawk il-benefiċċji stipulati hemm.", "Ta’ min ifakkar ukoll li l-liġi ma tagħmilx differenza bejn ħaddiema tal-Gvern u ħaddiema tal-kuntrattur anke fl-istess post xogħol.", "Dan ifisser illi kif qiegħda l-liġi bħalissa jekk il-Gvern fl-isptar ta’ Għawdex iħallas lill-carers tiegħu (pereżempju) €7 fis-siegħa u l-kuntrattur iħallas lill-carers tiegħu €6 fis-siegħa ma tkunx inkisret il-liġi għax kull impjegtur ikun ħallas l-istess paga għall-istess xogħol għall-ħaddiema tiegħu.", "Kemm il-UĦM kif ukoll il-General Workers’ Union (GWU) qed jaħdmu biex din is-sitwazzjoni tinbidel u l-kunċett ta’ ‘Equal Pay for Equal Work’ ikun jgħodd għall-ħaddiema kollha.", "Jiġifieri li kulħadd ikollu l-istess paga kemm jekk tal-Gvern u anke jekk mal-kuntrattur.", "“Suppost il-Gvern kien wiegħed li għall-istess xogħol kull persuna jkollha l-istess paga,” qal Gauci.", "Spjega li jekk carer tal-Gvern ikun jibda minn skala 16 u jibqa’ tiela’ sa 13, lill-carers tal-kuntratt, il-Gvern ipoġġihom fuq skala 16 ‘step 1’ u allura b’paga ta’ madwar €13,530 fis-sena jew madwar €1,040 fix-xahar qabel it-taxxa.", "“Huwa l-Gvern li jrid idaħħal l-allowances u l-extras imbagħad.", "Il-kuntrattur mhux marbut li jagħti dawn,” sostna Gauci dwar il-ħlasijiet li semmew il-ħaddiema.", "Intant, dwar it-teħid tal-leave Gauci sostna illi kien hemm problema illi fil-kumpanija ħadd ma kien jieħu ħsieb jorganizza l-leave.", "Huwa qal illi fuq din il-kwistjoni se jinħoloq ‘leave planner’ biex kollox ikun iktar organizzat.", "Il-ħaddiema li kellmu lil din il-gazzetta sostnew illi l-kumpanija lanqas biss tathom uniformi ta’ carer u jmorru għax-xogħol bil-ħwejjeġ tagħhom.", "“Darba kien hemm waħda marret il-Mater Dei, it-tobba ta’ hemmhekk lanqas riedu jemmnu li hija carer.”", "Gauci sostna illi l-problema hija li l-kuntratti tant qed jingħataw għal żmien qasir li l-kuntrattur ma tantx ikun jista’ jinvesti fil-ħaddiema tiegħu.", "Intant dwar korsjiet li qed jingħataw lill-ħaddiema tal-Gvern u mhux lil tal-kuntrattur, Gauci qal illi l-korsijiet li għalissa dawn  qed jingħataw lill-ħaddiema tal-Gvern.", "Hu m’eskludiex iżda li f’xi punt fil-futur dawn jingħataw ukoll lill-ħaddiema tal-kuntrattur.", "Din mhux l-ewwel darba li din il-gazzetta rrapportat dwar ħaddiema fl-Isptar ta’ Għawdex.", "Fil-fatt nhar il-Ħadd it-18 ta’ Novembru l-ILLUM kienet irrapportat kif ħaddiema oħrajn, din id-darba li jaħdmu mal-kumpanija Signal 8 kienu qed jitħaddmu b’kuntratti li jiskadu kull tliet xhur.", "F’dan il-każ ukoll minkejja li impjegatur għandu dritt iħaddem persuna b’kuntratt ta’ ftit xhur biss, Signal 8 kienu qalu lil din il-gazzetta li dan jiġri minħabba li l-kuntratti li jingħataw mill-Gvern ikunu ta’ perjodu qasir ħafna."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54494/lieda_ora_fi_skola__ilpulizija_jintervjenu_fal_qormi", "date": "5 ta' Frar 2019 15:35", "title": "Ġlieda oħra fi skola ... il-Pulizija jintervjenu f'Ħal Qormi", "subtitle": "Jissejħu l-Pulizija jekk kif tqum ġlieda kbira fi skola f'Ħal Qormi", "text": ["Jissejħu l-Pulizija jekk kif tqum ġlieda kbira fi skola f'Ħal Qormi", "Wara li", "lbieraħ kien hemm ġlieda fl-iskola ta' Pembroke", ", illum f'Ħal Qormi, kellhom jerġgħu jissejħu l-Pulizija minħabba ġlieda li qamet fl-istess skola.", "Il-Pulizija kkonfermat ma' dan is-sit illi seħħ dan l-inċident, għalkemm qalu wkoll li ħadd ma weġġa u ħadd ma kien arrestat.", "Netnews.com qed jirrappurtaw illi l-iskola hija dik ta' Sant'Injazju u li l-ġlieda kienet bejn studenti u membri tal-istaff."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54497/theddida_ta_bomba_filqorti", "date": "6 ta' Frar 2019 10:08", "title": "Theddida ta' bomba fil-Qorti", "subtitle": "Kollox reġa' għan-normal fil-Belt Valletta", "text": ["Kollox reġa' għan-normal fil-Belt Valletta", "Kollox reġa' għan-normal, hekk kif it-theddida ta' bomba fil-Qorti ta' Malta sfumat fix-xejn.", "Dalgħodu f'operazzjoni konġunta, Uffiċjali tal-Explosive Ordinance Disposal flimkien ma' membri oħra tal-Korp tal-Pulizija kienu fuq il-post sabiex jindagaw dwar din it-theddida.", "Minkejja dan, fl-aħħar ħin is-sitwazzjoni reġgħet lura għan-normal fil-Qorti u l-madwar."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54495/ilgvern_irid_jieu_fidejh_irraba_biex_jagtiha_lil_min_irid_hu__pn", "date": "5 ta' Frar 2019 17:34", "title": "'Il-Gvern irid jieħu f'idejh ir-raba' biex jagħtiha lil min irid hu' - PN", "subtitle": "Il-Partit Nazzjonalista jressaq mozzjoni biex ikun emendat avviż legali dwar it-trasferiment ta' qbiela", "text": ["Il-Partit Nazzjonalista jressaq mozzjoni biex ikun emendat avviż legali dwar it-trasferiment ta' qbiela", "Il-Partit Nazzjonalista ressaq għadd ta’ proposti u mozzjoni fil-Parlament biex jiġi emendat avviż legali li fi kliem il-PN se joħloq diffikultajiet serji u ġodda għat-trasferiment ta' qbiela minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "“Minflok, il-Gvern se jkun qed qed jinċentiva l-ispekulazzjoni tal-art li sal-lum hija maħduma, u b'dawn ir-regolamenti ġodda se jieħu lura f'idejh ir-raba' biex jagħtiha lil min irid hu,” saħaq il-Partit Nazzjonalista.", "Kien għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li:", "1.", "Titneħħa r-restrizzjoni li art, li magħha hemm bini, ma tistax tiġi trasferit.", "2.", "Jiżdiedu l-aħwa tal-kerrej u n-neputijiet tal-kerrej fil-lista ta' persuni li favur tagħhom tista' tiġi trasferita jew tintiret il-qbiela.", "3.", "Jitneħħa l-obbligu li bidwi", "bona fede", "jkun reġistrat bħala", "full-time", "jew", "part-time", "biex raba' tkun tista' tiġi trasferita f'ismu jekk ma jkunx qarib tal-kerrej.", "Se jibqa' l-obbligu li bidwi jkun reġistrat mad-Direttur tal-Agrikoltura.", "4.", "Persuni li temmew studji fl-agrikoltura fl-aħħar 10 snin (minflok 5 snin) ikunu jistgħu jingħataw raba' b'rata preferenzjali ta' kera għal 10 snin (minflok 5 snin).", "5.", "Kull applikant jingħata d-dritt ta' appell minn deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità taħt ir-Regolamenti.", "Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliema tal-Oppożizzjoni Marthese Portelli u Edwin Vassallo saħqu li l-PN qed iressaq dawn l-emendi biex ikun żgurat li art agrikola tingħata biss lil min ġenwinament irid jaħdem ir-raba' għal skopijiet ta' agrikoltura.", "“L-għan aħħari tal-Partit Nazzjonalista f'dan il-proċess huwa li jkun hawn proċess mill-aktar ġust u effettiv ta' trasferiment tal-qbiela fl-interess tal-eluf ta' Maltin u Għawdxin li jaħdmu r-raba' tal-Gvern għal skopijiet ta' agrikoltura,” saħqu l-kelliema.", "Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Trasport u l-Infrastruttura Toni Bezzina u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-Żgħażagħ, l-iSport u l-Ġlieda kontra l-Obeżità Ryan Callus.", "Il-Ministeru jwieġeb u jisħaq li kellu jkun dan il-Gvern li sema' u fehem il-bdiewa", "Intant, b'reazzjoni, il-Ministeru għa-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali saħaq li l-kelliema tal-Oppożizzjoni kkonfermaw li l-isfida tat-trasferiment tal-art agrikola ilha ġejja minn diversi snin preċedenti u qatt ma ttieħdet azzjon", "\"Kellu jkun dan il-Gvern li jisma’ u jifhem lill-bdiewa u li qiegħed jindirizzaha bis-sħiħ,\" saħaq il-Ministeru.", "Fakkar li l-Gvern kien ħejja u ppubblika l-istrateġija nazzjonali agrikola fl-2018 u ddeskriva din bħala deċiżjoni importanti għas-sostennibilità tas-settur.", "\"Min-naħa tiegħu, il-Gvern jibqa’ kommess li jħares lejn il-liġijiet u fejn hemm bżonn idaħħal fis-seħħ, kif fil-fatt għamel, emendi biex ikompli jtejjeb il-kundizzjonijiet u jgħin lill-bdiewa Maltin u Għawdxin,\" temmet tgħid din l-istqarrija."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/54499/filmat__aebbu_jibki_ttelfa_ta_joe_attard_li_miet_wara_inident_billogob_tannar", "date": "6 ta' Frar 2019 12:14", "title": "Filmat | Ħaż-Żebbuġ jibki t-telfa ta' Joe Attard li miet wara inċident bil-logħob tan-nar", "subtitle": "L-inċident kien seħħ fis-26 ta' Jannar li għadda, biswit il-kamra tan-nar ta' San Ġużepp ta' Ħaż-Żebbuġ", "text": ["L-inċident kien seħħ fis-26 ta' Jannar li għadda, biswit il-kamra tan-nar ta' San Ġużepp ta' Ħaż-Żebbuġ", "Dalgħodu, Ħaż-Żebbuġ qam maħsud bil-mewt ta' Joe Attard, wieħed mill-irġiel li kien sofra ġrieħi gravi f'inċident li seħħ fis-26 ta' Jannar li għadda, biswit il-kamra tan-nar ta' San Ġużepp ta' Ħaż-Żebbuġ.", "Attard, li kellu 58 sena, kien ilu jiem fil-periklu tal-mewt wara li sofra minn ħruq estensiv.", "Kienu ħafna dawk li sellmu l-memorja ta' Joe Attard, b'mod partikolari l-partitarji tal-Każin San Ġużepp u l-Banda de Rohan li Attard tant kien iħobb."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54396/tliet_snin_abs_u_multa_gal_rael_li_ttraffikka_ddroga", "date": "28 ta' Jannar 2019 11:43", "title": "Tliet snin ħabs u multa għal raġel li ttraffikka d-droga", "subtitle": "Huwa wieġeb ħati wara li ġie arrestat nhar il-Ġimgħa li għadda ", "text": ["Huwa wieġeb ħati wara li ġie arrestat nhar il-Ġimgħa li għadda", "Raġel ingħata sentenza ta’ tliet snin ħabs wara rejd li sar fir-residenza tiegħu fil-Gżira u li matulha nstabet id-droga lesta biex tkun ittraffikata.", "Ir-raġel, li għandu 48 sena, tressaq akkużat li kien qed jitraffika l-kokaina, u b’pussess ta’ kokaina u erojina li ma kinux għall-użu personali.", "L-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.", "Il-Maġistrat Doreen Clarke tagħtu sentenza ta’ tliet snin ħabs u multa ta’ €1,000"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54397/eks_impjegat_ta_bank_jitressaq_akkuat_li_seraq_data_importanti_u_kunfidenzjali", "date": "28 ta' Jannar 2019 11:55", "title": "Eks impjegat ta' bank jitressaq akkużat li seraq data importanti u kunfidenzjali", "subtitle": "Fil-Qorti nstema' kif l-akkużat ipprova jibgħat din l-istess informazzjoni lil kompetitur tal-bank", "text": ["Fil-Qorti nstema' kif l-akkużat ipprova jibgħat din l-istess informazzjoni lil kompetitur tal-bank", "Raġel li kien jaħdem ma’ bank u li qed ikun akkużat li seraq informazzjoni importanti u qasamha ma’ kompetitur tal-bank, ingħata l-ħelsien mill-arrest.", "L-akkużat, li għandu 36 sena, qed ikun akkużat li għamel użu ħażin minn mezzi ta’ kommunikazzjoni u li kiser is-segretezza bankarja.", "L-Ispettur Shaun Friggieri, li qed imexxi l-prosekuzzjoni, qal lill-Qorti li r-raġel seraq data kunfidenzjali mingħand il-bank li miegħu kien qed jaħdem u pprova jibgħatha lil kompetitur.", "L-akkużat qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi, bil-prosekuzzjoni tgħid li r-raġel dejjem ikkopera fl-investigazzjoni.", "Il-Prosekuzzjoni talbet li l-ismijiet ma jixxandrux anke għax il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha fuq partijiet terzi li setgħu wettqu reati aktar gravi.", "Madanakollu, l-avukat tal-bank qal li huwa fl-interess pubbliku li jixxandar isem l-avukat, anke jekk l-isem tal-bank għandu jinżamm mistur.", "Min-naħa tagħha, il-Qorti ddeċidiet li l-ismijiet ma jixxandrux.", "Laqgħet ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest, bl-akkużat jintalab iħallas €4,000 depożitu u €5,000 garanzija personali."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54404/sentenza_ora_ta_abs_gal_maximillian_ciantar_misjub_ati_milldid_ta_hit_and_run", "date": "28 ta' Jannar 2019 14:48", "title": "Sentenza oħra ta' ħabs għal Maximillian Ciantar misjub ħati mill-ġdid ta' hit and run", "subtitle": "Fl-2014 Ciantar ħabat u tajjar mara u baqa' sejjer l-istess kif għamel fl-2010 meta tajjar żewġt ibniet ta' 11-il sena", "text": ["Fl-2014 Ciantar ħabat u tajjar mara u baqa' sejjer l-istess kif għamel fl-2010 meta tajjar żewġt ibniet ta' 11-il sena", "Iż-żagħżugħ Maximilian Ciantar ingħata sentenza ta’ disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li f’Lulju tal-2014 kien ħabat, tajjar mara u baqa’ sejjer.", "Iżda dan ma kienx l-ewwel każ ta’ Ciantar, hekk kif fl-2010 kien instab ħati li tajjar żewġt ibniet ta’ 11-il sena waqt li kienu qed jaqsmu minn fuq zebra crossing.", "Dakinhar, Ciantar kien baqa’ sejjer, b'waħda mit-tfal tagħmel jien fil-periklu tal-mewt.", "Minn dakinhar huwa ttella’ l-Qorti diversi drabi.", "F’dan il-każ huwa kien qed jiffaċċja 14-il każ ta’ akkuża fosthom li kiser sentenza sospiża u li kiser ordni ta’ probation.", "Għal darb’oħra, il-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġiet sospiża għal sentejn.", "Dan l-aħħar każ kien seħħ fi Triq Zerafa fil-Marsa meta Ciantar, li kien qed isuq il-karozza ta’ ommu, kien ħabat ma’ vettura misjuqa minn mara.", "Il-mara kienet ħarġet mill-karozza biex tkellmu iżda x-xhieda li kienu fuq post qal li Ciantar qalilha li jekk riedet kien lest jerġa’ jidħol fil-karozza tagħha, kif fil-fatt għamel.", "Huwa kien akkużat ukoll li hedded lill-mara, li tajjarha u li ħarab minn fuq il-post.", "Dwar il-każ kien sar rapport u Ciantar kien instab jistaħba fid-dar ta’ nanntu f’Ħal Qormi.", "Meta nstab, Ciantar kien ma jiflaħx u x'aktarx kien taħt l-effett tad-droga u kellu jiddaħħal l-Isptar.", "Fl-2012, l-istess Ciantar kien instab fil-pussess tad-droga waqt li kien rikoverat l-Isptar.", "Sena qabel dan il-każ, kien ukoll ingħata sentenza ħabs wara li hedded lill-ġurnalisti fil-Qorti."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54401/ittarbija_bilmeninite_taqbel_gallajar_", "date": "28 ta' Jannar 2019 12:58", "title": "It-tarbija bil-meninġite taqleb għall-aħjar", "subtitle": "...tarbija oħra tinsab rikoverata fl-ITU iżda l-kundizzjoni tagħha ma għandha x'taqsam xejn mal-meninġite", "text": ["...tarbija oħra tinsab rikoverata fl-ITU iżda l-kundizzjoni tagħha ma għandha x'taqsam xejn mal-meninġite", "Qed taqbel għall-aħjar it-tarbija ta’ ftit ġimgħat li tinsab rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei, wara li ħarġitilha l-meninġite.", "Qalet dan kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa waqt laqgħa mal-membri tal-midja li matulha l-Awtoritajiet tas-Saħħa assiguraw li ma hawn l-ebda lok ta' allarm anke jekk fl-aħħar jiem żviluppaw każi ta' mard rari mhux relatat.", "Il-kelliema spjegat li t-tifel ta’ erba’ snin li tilef ħajtu ftit tal-jiem ilu bil-meninġite kellu sistema immunitarja dgħajfa ħafna u dan wassal biex ġismu ma felaħx jiġġieled lill-marda, minkejja li kien imlaqqam.", "Insistiet li l-każ tat-tarbija, li wkoll għandha l-meninġite, mhux relatat ma’ dak tat-tifel li tilef ħajtu.", "Din it-tip ta’ infezzjoni hija trattabbli b’antibijotiċi.", "Intant, antiċipat ukoll xi rapporti li setgħu jidhru fil-jiem li ġejjin u li setgħu qajmu xi ftit ta’ allarm, hekk kif tarbija oħra ta’ tmien xhur iddaħħlet l-isptar Mater Dei tbati mill-kundizzjoni tas-", "Septicaemia", ", fi ftit kliem, infezzjoni fid-demm.", "Din it-tarbija tinsab rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tat-tfal tal-Isptar Mater Dei bil-każ ma għandu xejn x’jaqsam mal-meninġite.", "L-Awtoritajiet tas-Saħħa assiguraw li m’hemm l-ebda lok ta’ allarm li hawn xi tip ta’ epidemija, la fl-isptar u lanqas fil-komunità.", "Insistew li dawn it-tliet każi huma separati minn xulxin anke jekk żviluppaw f’perjodu tant qrib ta’ xulxin.", "Spjegaw li ta’ kull sena pajjiżna jkollu ammont żgħir ta’ każi simili ta’ mard rari.", "Dwar it-tilqim, il-kelliema qalet li l-Gvern għandu pjan li jespandi t-tilqim li jkun offrut anke jekk huwa kunfidenti bit-tilqim li jingħata preżentament."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54405/dawn_iddeputati_jasbu_li_nafux_min_huma__mario_galea_jifta_ilkanuni", "date": "28 ta' Jannar 2019 15:06", "title": "Jgħajjar giddieba u tradituri lil Deputati oħra li qed jitkellmu mingħajr ma juru isimhom", "subtitle": "Mario Galea jgħajjar beżżiegħa u giddieba lil Deputati Nazzjonalisti li qed jitkellmu mal-midja b'mod anonimu", "text": ["Mario Galea jgħajjar beżżiegħa u giddieba lil Deputati Nazzjonalisti li qed jitkellmu mal-midja b'mod anonimu", "Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea, li hu wkoll wieħed mill-aktar persuni viċin il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, ħadha kontra Deputat ieħor li skont it-Times of Malta ċempel magħha jilmenta għal mod “mgħaġġel” li bih issejjaħ il-Grupp Parlamenatri Nazzjonalista.", "Skont it-Times of Malta, id-Deputat li tkellem magħha lmenta għax il-Grupp Parlamentari, li mistenni jitlaqqa’ llejla, ssejjaħ ftit sigħat qabel mingħajr ma ngħatat l-ebda aġenda.", "Iżda dlonk wieġeb Mario Galea li fuq Facebook iddeskriva lil dan id-Deputat mhux magħruf bħala “giddieb li qed jitradixxi lin-Nazzjonalisti li vvutawlu.”", "Galea saħaq li dan il-Membru Parlamentari irid ikompli jagħmel ħsara lill-Partit tiegħu stess u fakkru li mhux l-ewwel darba li l-Grupp Parlamentari ssejjaħ minn filgħodu għal filgħaxija.", "“Taħt it-tmexxija tad-Deputat Simon Busuttil qatt ma rċevejna aġenda qabel…Dawn id-Deputati jaħsbu li ma nafux min huma.", "Ħalfu li jkissru l-PN għall-ambizzjoni personali tagħhom.", "Imisshom jisħtu.", "Jien mhux coward bħalhom.", "Jien nikteb b’ismi,” temm jgħid Galea."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54498/ilhousing_sojali_mhijiex_kirja_permanenti__ilpm_jappella_gallbidla_filmentalit", "date": "6 ta' Frar 2019 11:47", "title": "'Il-housing soċjali mhijiex kirja permanenti' - Il-PM jappella għall-bidla fil-mentalità", "subtitle": "Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt it-tnedija ta’ proġett ta’ €50 miljun f’housing soċjali", "text": ["Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt it-tnedija ta’ proġett ta’ €50 miljun f’housing soċjali", "Dawk li qed jibbenefikaw mill-housing soċjali għandhom jagħmlu spazju għal persuni oħra, jekk is-sitwazzjoni tagħhom taqleb għall-aħjar.", "Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt it-tnedija ta’ proġett ta’ €50 miljun f’housing soċjali.", "Dan il-proġett se jkun iffinanzjat mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali li jimmaniġja d-dħul mill-bejgħ taċ-ċittadinanza.", "Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru insista li l-Istat qiegħed hemm biex jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn iżda insista li jekk is-sitwazzjoni tal-ħajja ta’ persuni residenti f’housing soċjali tinbidel, għandu jkun hemm sistemi oħra li jagħtu l-appoġġ lil dawn l-individwi, iżda l-appartament jintuża għal persuni oħra li jkunu aktar fil-bżonn.", "Kien għalhekk li insista li l-housing soċjali mhijiex kirja permanenti iżda għandu jkun hemm bidla fil-mentalità.", "“Dan mhux se japplika għal dawk li bbenefikaw minn housing soċjali taħt skemi tal-passat,” qal Muscat, waqt li insista li dan hu mod ġdid kif wieħed għandu jibda jħares lejn is-sitwazzjoni.", "Preżentament, 3,000 persuna jinsabu fuq il-lista jistennew li jingħataw appartament bil-Prim Ministru jisħaq li 89% ta’ dawn il-każijiet ilhom fuq il-lista tal-istennija minn qabel l-2013.", "Se jinbnew 500 mitt appartament f'diversi lokalitajiet", "Dan il-proġett ta’ €50 miljun ewro se jkun qed jara l-binja ta’ 500 appartament, bil-Prim Ministru jiddeskrivih bħala l-akbar investiment fil-housing soċjali għal diċenji.", "Skont il-Memorandum of Understanding, iffirmat bejn dan il-fond u l-Awtorità tad-Djar, dan il-proġett se jkun qed jara l-binja ta’ dawn l-appartamenti f’diversi lokalitajiet.", "Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay saħaq li l-pjan huwa li dawn l-appartamenti jkunu mifruxa madwar Malta biex ma jkunx hemm konċentrazzjoni f’ċertu lokalitajiet biss.", "Il-lokalitajiet identifikati huma Raħal Ġdid, Ħal Kirkop, ir-Rabat, Ħaż-Żabbar, Ħal Luqa, iż-Żurrieq, is-Siġġiewi, il-Qrendi u Wied il-Għajn.", "Intant, tul il-konferenza, il-Prim Ministru insista li dan il-proġett ma għandux ikun konfuż ma’ housing affordabbli.", "Fakkar li dan is-settur se jkun indirizzat b’riforma fis-suq tal-kera.", "Is-sena li għaddiet, il-Gvern kien ressaq", "il-White Paper dwar il-kirjiet privati", "liema White Paper il-Gvern qal li qed iressaqha biex joħloq aktar stabbilità fis-suq.", "Fost il-miżuri li ppropona u li l-aktar li tkellem dwarha kien hemm dik dwar il-bżonn li jkun hemm durata minima, jiġifieri li kuntratt ta’ kirja privata ma jistax ikun iqsar minn perjodu ta’ żmien.", "L-ILLUM kienet żvelat li", "l-Gvern qed iħares lejn minimu ta’ sena", "li iżda tkun ikkumplimentata b’inċentivi fiskali għal dawk li jagħmlu kuntratti li huma itwal minn hekk."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54406/rael_arrestat_malli_rifes_fmalta", "date": "28 ta' Jannar 2019 15:42", "title": "Arrest malli wasal Malta; Involut f'ċirku ta' pick pocketing fil-Belt", "subtitle": "Il-Pulizija kienet ilha ġimgħat sħaħ għaddejja bl-osservazzjoni tagħha", "text": ["Il-Pulizija kienet ilha ġimgħat sħaħ għaddejja bl-osservazzjoni tagħha", "Wara ġimgħat ta' investigazzjoni, il-Pulizija arrestat raġel ta' 47 sena mir-Rumanija wara diversi każijiet ta' serq li qed ikun suspettat li wettaq.", "Ir-raġel ġie arrestat mal-wasla tiegħu ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.", "Jidher li r-Rumen huwa involut f'ċirku ta' pick pocketing fil-Belt Valletta.", "Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54414/akkomodazzjoni_dida_gallistudenti__u_qraba_ta_pazjenti_gawdxin", "date": "28 ta' Jannar 2019 16:05", "title": "Akkomodazzjoni ġdida għall-istudenti u qraba ta' pazjenti Għawdxin", "subtitle": "Dan wara ftehim li ntlaħaq mal-komunità reliġjuża tal-Franġiskani", "text": ["Dan wara ftehim li ntlaħaq mal-komunità reliġjuża tal-Franġiskani", "Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li ntlaħaq ftehim mal-komunità reliġjuża tal-Franġiskani biex Villa Lauri sservi bħala post ta’ akkomodazjoni għall-istudenti Għawdxin u anke għall-qraba ta’ nies rikoverati fl-isptarijiet f’Malta.", "Din l-akkomodazzjoni se jkollha spazju għal 33 persuna.", "Il-Ministru Caruana spjegat li l-Ministeru għal Għawdex ilu jaħdem għal dawn l-aħħar xhur biex tinstab soluzzjoni kemm għall-futuq qarib kif ukoll dak aktar fit-tul biex l-istudenti Għawdxin ikollhom postijiet affordabbli fejn joqogħdu.", "Caruana spjegat kif saru diversi taħdidiet biex instab sit biex jilqa’ fih studenti u familjari tal-morda qrib l-Università ta’ Malta.", "Caruana qalet li din hi miżura tal-baġit li ser tkun qed titwettaq u hi l-bidu ta’ aktar inizjattivi f’dan il-qasam.", "Spjegat kif il-Ministeru qed jaħdem fuq pjan ħolistiku u tanġibbli biex jassisti l-istudenti u l-familji tagħhom fejn jirrigwardja l-problema tal-kera.", "Apparti minn hekk fakkret li kif imħabbar ukoll fil-baġit, ser jiġu mnedija aktar miżuri biex jiffaċilitaw il-ħajja tal-istudenti Għawdxin li qed ikomplu jistudjaw f’Malta kif ukoll lil dawk il-qraba li għandhom nies rikoverati f’Malta."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54327/mittradiment_salkostituzzjoni_lied_intern_filpartiti_1", "date": "26 ta' Jannar 2019 10:32", "title": "Mit-tradiment sal-kostituzzjoni: ġlied intern fil-partiti (1)", "subtitle": "Bħalissa ħafna attenzjoni tinsab fuq Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista. Imma dak li qed jiġri fil-PN l-ewwel darba li qed jiġri? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-akbar ġlidiet interni fil-PL u l-PN mill-Indipendenza ’l hawn...", "text": ["Bħalissa ħafna attenzjoni tinsab fuq Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista.", "Imma dak li qed jiġri fil-PN l-ewwel darba li qed jiġri?", "L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-akbar ġlidiet interni fil-PL u l-PN mill-Indipendenza ’l hawn...", "Bħalissa għajnejn dawk li jsegwu x-xena politika lokali hija fuq il-Partit Nazzjonalista u l-ġlied intern li għaddej fl-istess partit.", "Stejjer ta’ intriċċi u ġlied intern, stejjer ta’ tradiment u attentati biex jitneħħa l-kap jew jinqasam il-partit.", "Imma forsi fil-vena tal-preżent ħafna jinsew illi dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista llum ġara matul is-snin fl-istess PN u ġara wkoll fil-Partit Laburista, bl-istess intensità, korla u drammatiċità.", "Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aktar mumenti politikament storiċi illi matulhom kien hemm ċaqlieq seżmiku fil-partiti.", "Il-mumenti meta kien hemm sfida diretta fil-konfront ta’ Kap ta’ partit minn grupp ta’ nies jew individwi fl-istess grupp li jmexxi.", "Illum, fl-ewwel parti tal-ħarsa lura se nfakkru fil-waqa’ tal-Gvern Laburista fl-1998 wara li l-eks PM Laburista u ‘salvatur’ għal ħafna Laburisti Dom Mintoff ħadha kontra l-eks PM Laburisa Alfred Sant.", "Se nagħtu ħarsa wkoll lejn kif Ġorġ Borg Olivier kellu ribelljoni u tneħħa “bil-pulit” minn Kap tal-Partit Nazzjonalista biex minfloku kien elett Eddie Fenech Adami.", "L-1998", "- Gvern Laburista ġdid jitwaqqa’ mis-salvatur tal-Laburisti", "Is-sajf tal-1998 kien wieħed jaħraq.", "Sajf illi matulu l-Gvern li kien imexxi Alfred Sant iffaċja waħda mill-agħar kriżijiet interni li qatt għadda minnhom il-Partit Laburista fl-aħħar 20 sena.", "Sant kien beda numru ta’ proġetti biex tkun riġenerata l-Kottonera u fost dawn il-proġetti kien hemm dak tal-Waterfront tal-Birgu, il-moll tal-Birgu.", "Kien dan li prima facie waqqa’ lill-Gvern hekk kif Mintoff m’aċċettax li l-art pubblika tingħata lill-privat bħala parti minn dan il-proġett.", "Imma din kienet biss parti żgħira tal-kwistjoni kollha li tmur lura għall-1996 meta dakinhar Mintoff kien ħareġ bħala kandidat fuq it-Tieni Distrett li jinkorpora l-Kottonera u kien qal illi għamel dan b’numru ta’ kundizzjonijiet.", "Mintoff kien sinonimu mal-Kottonera hekk kif kien ukoll popolari f’dan id-distrett illi fih twieled, ħadem u llum huwa mfakkar permezz ta’ monument fi Pjazza Paolino Vassallo.", "Imma fid-disgħinijiet dan il-politiku kien sar it-‘traditur’ u l-‘Ġuda’ għal ħafna Laburisti, inkluż għall-Prim Ministru tal-lum Joseph Muscat li kien qal illi l-Malta Labour Party (MLP) ma kienx se jafda lil min lagħab il-logħba ta’ ħaddieħor.", "Kien qed jimplika għan-narrattiva Laburista dak iż-żmien popolari u kredibbli li kien hemm laqgħat bejn Mintoff u l-Partit Nazzjonalista, speċifikimanent l-eks Viċi Kap tal-PN Guido De Marco, biex Mintoff iwaqqa’ l-Gvern.", "Il-Partit Laburista u l-Gvern għaddew minn prattikament sena ta’ ġlied intern, tgħajjir u eventwlament telfa kbira li reġgħet tefgħatu fl-oppożizzjoni bla mistenni.", "Jitħabbar il-Baġit u jibda l-inkwiet", "Il-Gvern Laburista ressaq it-tieni Baġit tiegħu, li fih kien ħabbar numru ta’ miżuri li ma niżlu xejn tajjeb mal-poplu.", "L-inqas popolari kienet żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, dakinhar biex tibda tissolva problema ta’ dejn fil-korporazzjoni Enemalta li kif nafu kibret u kompliet tiggrava sal-2013.", "Nhar is-7 ta’ Novembru wasal l-ewwel stallett Mintoffjan hekk kif dan astjena fuq vot finanzjarju dwar il-Baġit.", "Jekk Gvern jitlef vot dwar il-baġit awtomatikament ikun ingħata vot ta’ sfiduċja.  Dakinhar kienet l-Ispeaker Miriam Spiteri Debono li ‘salvat’ lill-Gvern bil-casting vote.", "Il-Gvern Laburista kellu maġġoranza ta’ siġġu wieħed biss u allura dak ta’ Mintoff kellu sinifikat qawwi u eventwalment detrimentali.", "Fit-18 ta’ Novermbru Mintoff jerġa’ jastjeni f’żewġ voti ta’ żewġ Ministeri oħrajn.", "Għal darb’oħra l-Gvern isalva grazzi għal Spiteri Debono.", "Fid-dawl ta’ dan l-affront qawwi intern mill-akbar ġgant politiku Laburista sa dak iż-żmien, Sant mar għand id-delegati u talab vot ta’ fiduċja li rebaħ b’99.3%.", "Sussegwentement Mintoff għamel diskors twil fil-Parlament, bil-pajjiż kollu mwaħħal mar-radjijiet jisma’ d-diskors ta’ Mintoff.", "Kien diskors qawwi ħafna u li fih attakka mhux darba lil Sant, il-Baġit li kien ressaq, il-valuri li kien iħaddan l-MLP taħt Sant u l-vot ta’ fiduċja li kien ressaq l-istess Mexxej Laburista quddiem id-delegati.", "L-ilma baqa’ jbaqabaq biex f’Marzu 1998, il-Gvern ma rebaħx vot ta’ fiduċja li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista.", "Id-dibattitu kien jiċċentra l-aktar mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hekk kif il-Gvern Laburista kien, skont il-programm elettorali tiegħu, waqqaf l-applikazzjoni ta’ Malta biex issir membru tal-Unjoni Ewropea.", "Il-moll tal-Birgu...iċ-ċirasa fuq il-kejk!", "L-affarijiet fil-Partit Laburista komplew jiħraxu sew hekk kif il-Gvern ressaq mozzjoni illi permezz tagħha ta b’ċens l-mollijiet, bini u dritt ta’ irmiġġ fil-Birgu lill-Port Kottonera Ltd, il-kumpanija magħżula biex tmexxi u twettaq il-proġett tal-Kottonera.", "Mintoff kien oġġezzjona għall-mod kif kien sar il-kuntratt u kif se jkun limitat l-użu tal-post mil-pubbliku.", "Hu kien ukoll qajjem b’saħħa l-każ tal-għoti tal-Forti Sant’Anġlu lill-Ordni tal-Kavallieri, għal dak il-famuż falkun.", "Sussegwentement Mintoff reġa’ vvota kontra l-mozzjoni u allura kontra l-Gvern bil-konsegwenza li din l-art ma setgħetx tgħaddi għand il-privat u l-proġett ma setax jibda.", "‘Traditur u Ġuda’", "Minn hemmhekk l-affarijiet iggravaw hekk kif l-għada tal-vot dwar il-mozzjoni, Sant niżel il-Birgu fejn konferenza tal-aħbarijiet inbidlet f’mass meeting żgħir, fuq il-moll.", "Hemmhekk Sant tilef il-kalma u l-‘cool and relax’ li tant kien ħeġġeġ lin-nies iżommu u għajjar lil Mintoff ‘traditur’ filwaqt li talbu biex jirreżenja.", "Ħamest ijiem wara Sant reġa’ mar il-Kottonera u għal darb’oħra, b’mod simboliku, fil-Pjazza Gavino Gulia f’Bormla, talab lil Mintoff biex jirreżenja.", "L-għada, nhar l-14 ta’ Ġunju 1998, Sant kien rabat il-mozzjoni dwar il-proġett tal-Kottonera ma’ vot ta’ fiduċja, xi ħaġa li Mintoff appella biex ma ssirx għax hu baqa’ jsostni li ma jridx iwaqqa’ lill-Gvern jew ineħħi lil Sant.", "Iżda Sant kien determinat li jew ikompli jew imur għall-ġudizzju tal-poplu mill-ġdid.", "Mintoff kien saħansitra mar fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, li kien għadu kemm twaqqaf, biex f’intervista ma’ Pierre Portelli spjega kif hu kien kontra l-proġett tal-Kottonera.", "Konferenza Ġenerali taħraq...firda fl-MLP", "Kollox beda jilħaq il-qofol tiegħu f’Konferenza Ġenerali tal-MLP illi fiha Sant kien iddikjara gwerra kontra l-PN f’diskors jaħraq filwaqt li l-eks Ministru tat-Trasport Joe Debono Grech kien għamel diskors ieħor qawwi ħafna kontra Mintoff.", "Folla ta’ Laburisti kienu stennew barra l-Parlament, fi Pjazza San Ġorġ u laqgħu lil Mintoff, sa snin qabel meqjus bħala ‘salvatur’, bit-tgħajjir ta’ ‘traditur’ u ‘Ġuda’.", "Jingħad li Debono Grech kien saħansitra prova jħebb għal Mintoff fil-Parlament.", "Fl-10 ta’ Lulju maġġoranza qawwija ta’ Delegati kienu vvotaw skont ix-xewqa ta’ Sant biex tissejjaħ elezzjoni.", "L-eks Deputat Mexxej tal-MLP George Abela, irreżenja għax ma qabilx li l-partit imur għal elezzjoni.", "Il-Partit Laburista, b’total ta’ 124,220 vot tilef l-elezzjoni b’distakk ta’ 12,800 vot.", "Wara l-elezzjoni ġenerali l-inkwiet fil-Partit Laburista kompla b’akkużi serji ta’ tbagħbis ta’ voti fil-konfront tal-elezzjoni tal-1992.", "Kien allegat illi Pawlu Muscat eks Sindku ta’ Bormla kien imdaħħal f’din il-kwistjoni kollha.", "Muscat sussegwentement tneħħa minn Sindku għar-rabja ta’ bosta attivisti Laburisti Bormliżi li riedu illi jkun hu li jibqa’ Sindku.", "Sant qatt ma reġa’ kien elett Prim Ministru wara l-1996 u dan hekk kif tilef ir-referendum tal-Unjoni Ewropea, tilef l-elezzjoni tal-2003 u reġa’ tilef l-elezzjoni tal-2008 anke jekk bi ftit iktar minn 1,000 vot biss.", "1971-1977 – Deputati Nazzjonalisti jivvutaw mal-Gvern fuq il-kostituzzjoni", "Issa ejja nħarsu lura u lejn in-naħa l-oħra tal-ispettru politiku.", "George Borg Olivier kien rebaħ l-elezzjoni tal-1962, meta dik is-sena l-Partit Nazzjonalista kien rebaħ b’maġġoranza ta’ 50%, filwaqt li l-Partit Laburista, immexxi minn Mintoff kiseb 32% tal-voti biss.", "Il-Partit Ħaddiema Nsara ta’ Toni Pellgrini u l-Partit Demokratiku ta’ Herbert Ganado kisbu 8% tal-voti kull wieħed.", "Wara l-kisba tal-Indipendenza bil-Monarkija tibqa’ tirrappreżenta l-Kap tal-Istat, Borg Olivier kien reġa’ rebaħ elezzjoni ġenerali oħra, dik tal-1966, meta ħadd ma ġab maġġoranza assoluta.", "Minkejja dan il-PN kien qabeż lil Mintoff bi 8,000 vot u kellu sitt siġġijiet aktar fil-Parlament.", "Iżda kif jgħid Henry Frendo fil-bijografija tiegħu ta’ Borg Olivier ‘Patrijott Liberali Malti’: “Sakemm partit ikun minn fuq jikkmanda, jinsa jew jinjora d-diffetti, jittraskura t-titjib anke tiegħu stess, ikun imħabbat jew aljenat mill-Gvern tiegħu stess, x’aktarx b’inqas ħin għall-affarijiet tal-partit.”", "“Malli jitlef u jinqala’ ’l barra, jibda l-eżami tal-kuxjenza, tibda tiċekċek ftit il-fiduċja għamja, tikber il-kritika interna u r-rakkomandazzjonijiet biex l-istrutturi u l-atteġjament u l-attivitajiet jaġġornaw ruħhom, jirrinventaw ruħhom jew jinbidlu radikalment, forsi anke biex jinbidlu n-nies u jtiru l-irjus ukoll.", "Dan jiġri lil kull partit politiku wara kull telfa elettorali.”", "Dan Frendo qalu meta kien se jibda jirrakkonta s-snin ta’ wara t-telfa tal-1971 li rat lill-Perit Mintoff isir Prim Ministru ta’ Malta.", "Huwa kien kiseb 50.8% tal-vot u kellu maġġoranza ta’ siġġu wieħed fil-Parlament.", "Frendo jfakkar illi minkejja l-qasma eventwali fil-PN u x-xewqa tal-maġġoranza skjaċċanti tad-deputati Nazzjonalisti biex Borg Olivier jitlaq minn Kap tal-PN, huwa kien għamel ċerti kisbiet importanti u bena immaġini b’saħħitha ta’ Prim Ministru.", "Borg Olivier kellu apppoġġ qawwi fost l-attivisti Nazzjonalisti, imma mhux wisq fil-Grupp parlamentari tiegħu, forsi simili ħafna għas-sitwazzjoni ta’ Adrian Delia bħalissa.", "Fil-bijografija ta’ Frendo, l-1974 hija mlaqqma bħala l-aktar sena ta’ sfida għal Ġorġ Borg Olivier.", "Il-PN kien qed jikkontempla bidliet fih innifsu hekk kif il-klima politika f’pajjiżna bdiet tiħrax sew b’diversi attakki u vendikazzjonijiet u kontro-attakki u vendikazzjonijiet.", "Iżda l-Kap tal-PN kien itttratena fuq il-kwistjoni u serraħ fuq tliet fatturi ewlenin.", "Dawn huma 1) li kien irrispettat bħala Kap minn bosta speċjalment dawk li skont il-ktieb ta’ Frendo, Mintoff kien isibhom bħala ‘ta’ rashom sħuna’ 2) dawk li fil-PN u forsi lil hinn ukoll kienu meqjusin bħala l-eċċessi ta’ Mintoff, li min-naħa l-oħra kien għaddej bi programm ta’ miżuri soċjali, drittijiet ġodda u leġiżlazzjoni bħaż-żwieġ ċivili u 3) Biża’ fil-PN minn qasma, forsi wkoll l-istess biża’ li teżisti llum.", "Imma l-qasma fil-Grupp Parlamentari ġiet l-aktar grazzi għat-tibdiliet li l-Prim Ministru Mintoff ried illi jagħmel fil-Kostituzzjoni, b’dawk lealissimi lejn Borg Olivier jgħidu illi din kienet biss skuża biex jitneħħa l-Kap Nazzjonalista.", "Kien kważi l-Grupp Parlamentari kollu li ma bediex jaqbel ma’ Borg Olivier bi Frendo jfakkar fil-ktieb tiegħu illi 21 minn 24 Deputat tal-PN kienu lesti jinfuraw lil Borg Olivier illi jekk ma jirreżenjax isibu kap ieħor huma.", "Għal darb’oħra, din hija simili ta’ sitwazzjoni li kienet qed iseħħ fil-PN sa ġimagħtejn ilu u li din il-gazzetta rrapportat dwarha.", "Dawn id-Deputati kienu lesti li jaqblu mal-Gvern ta’ Mintoff fuq ċerti punti u kienu qed jibżgħu wkoll minn xenarju fejn il-Kostituzzjoni tkun tista’ tinbidel b’maġġoranza sempliċi u allura Mintoff ikun jista’ jagħmel dak li jrid.", "Borg Olivier kien jaħseb li dak ta’ Mintoff kien biss ‘bluff’ u li ma kienx se jasal ibiddel il-mod kif tinbidel il-Kostituzzjoni.", "Kuntrarjament għall-maġġoranza assoluta tal-Grupp Parlamentari tiegħu stess, Borg Olivier kien isostni illi l-Kostituzzjoni kienet approvata mill-poplu fir-referendum tal-Indipendenza li ntrebaħ minn dawk li kienu favur il-viżjoni.", "Hu jsostni illi biex tinbidel il-Kostituzzjoni jeħtieġ isir referendum mill-ġdid.", "Imma mbagħad, tkompli tirrakkonta l-bijografija ta’ Borg Olivier, meta kien qed jiddiskuti l-kwistjoni ma’ Mintoff aċċetta li jsiru tibdiliet imma li dawn jidħlu wara l-elezzjoni tal-1976, sabiex l-elezzjoni tkun bħal donnha referendum fiha nnifisha dwar l-istess tibdil fil-Kostituzzjoni.", "Din il-proposta li ma kinitx diskussa minn qabel, ma tantx għoġbot lin-naħa tal-PN u Guido De Marco kien wera dan biċ-ċar lil Borg Olivier.", "Fit-12 ta’ Diċembru, ittieħed il-vot u l-maġġoranza kbira tad-Deputati Nazzjonalisti ħadu pożizzjoni kontra l-kap tagħhom en masse.", "Minn 27 Deputat tal-PN kien Ġorġ Borg Olivier flimkien ma’ ħuh Paul Borg Olivier, neputih Albert Borg Olivier De Puget, Alex Cachia Zammit, Joseph Cassar Galea u Alfred Bonnici li vvutaw mal-Kap tal-PN.", "Fost dawk li ma vvutawx mal-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni kien hemm George Hyzler, Ugo Mifsud Bonnici, Ċensu Tabone, Eddie Fenech Adami, George Bonello Du Puis u Anton Tabone, ilkoll Deputati li saru Ministri taħt Gvernijiet Nazzjonalisti ta’ Eddie Fenech Adami.", "Minkejja li ma qabilx Borg Olivier xorta ħa l-ġurament lejn il-Kostituzzjoni.", "Jingħad illi waqt li qed jieħu dan il-ġurament lejn il-Kostituzzjoni l-ġdida sostna l-kliem ‘salv il-validità tagħha’.", "Mhux ċar għalfejn qal dan Borg Olivier imma forsi ried illi jitfakkar li minkejja l-ġurament xorta baqa’ xetikku ta’ ħidmet Mintoff bil-vot ta’ Deputati tiegħu li prattikament ħassru l-Kostituzzjoni tal-Indipendenza.", "Ma riedx isir President tar-Repubblika", "Il-bijografija ta’ Borg Olivier tirrakkonta kif De Puget kien qal lil Borg Olivier illi dawk li kienu se jivvutaw kontrih fuq il-Kostituzzjoni Repubblikana kienu lesti illi jipproponuh għall-President tar-Repubblika ladarba l-PN ikun fil-Gvern.", "De Puget qal hekk lil Henry Frendo “Meta l-poteri fil-PN bdew jagħmlu pressjoni fuqu biex iċedi t-tmexxija, ippruvajt nikkalma s-sitwazzjoni billi għidtlu li huma kellhom l-intenzjoni li jagħtuh il-Presidenza tar-Repubblika malli l-partit jieħu l-poter.", "Hu mill-ewwel wieġeb li qatt mhu se jaċċetta l-presidenza...”", "Għall-fini ta’ dan l-artiklu rriċerka ttieħdet minn dawn il-Kotba: L-Elezzjonijiet f’Malta 1849-1992 – fatt u Ċifi (Michael J Schiavone).", "Patrijott Liberali Malti (Henry Frendo).", "Elezzjonijiet Ġenerali 1992-2003 (Michael J schiavone)"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54384/skaduti_kummiedja_elwa_gallfamilja_kollha_", "date": "26 ta' Jannar 2019 11:43", "title": "Skaduti: Kummiedja ħelwa għall-familja kollha", "subtitle": "Il-kummiedja teħodna f’dar antika li kienet ilha żmien ma tintuża...", "text": ["Il-kummiedja teħodna f’dar antika li kienet ilha żmien ma tintuża...", "Konna qed nieħdu flixkun birra bejn il-ħbieb meta kif spiss jiġri kelma ġġib lill-oħra u nibtet l-idea li jeħtieġ li ntellgħu produzzjoni flimkien… Jien u l-ħabib tiegħi Renzo Bonello.", "“X’naqbdu nagħmlu?” staqsejna lil xulxin… Kummiedja, għax in-nies iħobbu, u għandhom bżonn, jidħku.", "Hawnhekk twieldet l-idea tal-kummiedja ‘Skaduti’; kummiedja li jekk tkun suċċess, kif fil-fatt nemmnu li se tkun, beħsiebna nkomplu sena wara l-oħra bil-karattri li fiha li żgur se jsiru popolari ma’ min ġej jaraha.", "Il-kummiedja teħodna f’dar antika li kienet ilha żmien ma tintuża, iżda fil-preżent, koppja għadhom jiżżewġu jirranġawha u jiddeċiedu li jmorru joqogħdu fiha.", "Marjanu jkun irid jagħti sorpriża lil Carol li se ssir martu, u jqabbad lil Bruno, ħu l-għarusa, biex isiblu dar mill-isbaħ u wara li jiżżewweġ jeħodha toqgħod fiha.", "Li ma jafx Marjanu huwa li Bruno huwa imbruljun tal-prima klassi u se jivvinta minn kollox biex jisloħ kemxa tajba lil Marjanu!", "Povru Marjanu… li ma jafx ukoll huwa li l-kunjata tiddeċiedi li tmur toqgħod magħhom għax ma tridx titlaq lit-tifla!", "Din id-dar iġibuhielu lukanda,  kulħadd dieħel u ħiereġ!", "Iżda l-ikbar problema hija li ma jafux li din id-dar hija misterjuża u hemm ħaddieħor jgħix!", "Min huma dawn?", "Skaduti hija kummiedja ħelwa għall-familja kollha li nissuġġerixxu li ħadd ma jitlef għax se tkun mimlija daħk u divertiment għall-familja kollha!", "Dati:", "2 u 3 ta' Frar", "Post:", "L-Istitut Kattoliku - Furjana", "Biljetti minn", "-", "www.activemalta.com"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54388/30_kain__talbanda_ibbenefikaw_minn_150000", "date": "26 ta' Jannar 2019 14:37", "title": "30 każin tal-banda ibbenefikaw minn €150,000", "subtitle": "Il-każini tal-banda għadhom rwol intrinsiku – dak li jkunu nukleu kulturali ħaj fi ħdan il-lokalitajiet tagħna - Owen Bonnici", "text": ["Il-każini tal-banda għadhom rwol intrinsiku – dak li jkunu nukleu kulturali ħaj fi ħdan il-lokalitajiet tagħna - Owen Bonnici", "30 każin tal-banda ibbenefikaw minn €150,000 permezz ta’ fond immexxi mill-Għaqda Każini tal-Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.", "Dan il-fond, li hu disponibbli għat-tieni sena konsekuttiva, għandu l-għan li jsaħħaħ ix-xogħol li jsir mill-każini tal-banda, li għandhom parti importanti fil-komunitajiet tagħna, kif ukoll iservu ta’ ċentri kulturali għal attivitajiet.", "Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici li kien preżenti għal din iċ-ċerimonja rrefera għall-importanza ta’ inizjattivi ta’ din is-sura.", "“Il-każini tal-banda għadhom rwol intrinsiku – dak li jkunu nukleu kulturali ħaj fi ħdan il-lokalitajiet tagħna.", "Dawn jorganizzaw attivitajiet kulturali matul is-sena kollha u jkomplu jżommu t-tradizzjonijiet lokali li huma parti essenzjali mit-tessut kulturali u soċjali ta’ pajjiżna.”", "“Apparti dan, il-każini tal-banda għandhom rwol komunitarju importanti li jservu ta’ pont għall-kultura u l-arti.", "Aħna kommessi bis-sħiħ li nkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna għal dawn it-tip ta’ inizjattivi minħabba li jservu ta’ pjattaforma li tkompli ssaħħaħ it-tradizzjonijiet tagħna, kif ukoll is-settur kulturali, filwaqt li jkomplu jagħmluh aktar aċċessibbli,” stqarr il-Ministru Bonnici.", "Dan il-fond kien disponibbli għall-każini tal-banda ta’ Malta u Għawdex li kienu rreġistrati bħala organizzazzjonijiet volontarji u kienu konformi mal-Att ta’ Organizzazzjonijiet Volontarji sad-data ta’ għeluq tal-applikazzjonijet.", "Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal li, “bħala parti mill-impenn fit-twettiq ta’ programm agressiv favur l-inklussività u d-demokratizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-fondi pubbliċi, il-Kunsill Malti għall-Arti jfittex li jagħmel kuntatti sodi mal-komunitajiet lokali, il-każini tal-banda u l-organizazzjonijiet volontarji, u jħeġġiġhom jipparteċipaw attivament fil-proċess tal-għoti ta’ fondi għat-twettiq tal-proġetti kulturali tagħhom.”", "L-għan ewlieni ta’ dn il-proġett kien it-tnedija ta’ skema ta’ fondi li tipprovdi lill-kazini tal-banda rispettivi b’appoġġ għall-inizjattivi u l-proposti tagħhom stess.", "Dawn inkludew restawr ta’ oġġetti/opri  li għandhom fis-sede uffiċjali tagħhom bħal arkivji mużikali u strumenti antiki, u t-tisħiħ ta’ tagħlim mużikali fi ħdan l-organizzazzjoni b’assistenza għas-surmastrijiet u għalliema permezz ta’ programmi ta’ taħriġ f’istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell terzjarju f’pajjiżna.", "Il-każini tal-banda kienu eleġibbli japplikaw ukoll għal fondi biex jirrestawraw u jsaħħu l-infrastruttura li permezz tagħha jistgħu jagħmlu l-ambjenti tat-tagħlim u eżekuzzjoni mużikali aktar professjonali, isaħħu s-sistemi amministrattivi interni li huma prinċiparjament relatati mal-mużiċisti, u l-implimentazzjoni ta’ proġetti innovattivi li bihom il-każini tal-banda jkunu jistgħu jespandu l-attività mużikali tagħhom f’Malta u lil hinn minnha.", "Kull każin tal-banda seta’ japplika għall-proġett li jiswa €5,000 jew €10,000; l-għotjiet koprew 85 fil-mija jew 75 fil-mija tal-ispejjeż tal-proġett rispettivament.", "Il-proġetti ta’ profitt ma kinux eliġibbli.", "Lista ta’ benefiċjarji:", "Soċjetà La Stella Levantina, Banda Santa Marija, Ħ’Attard", "Għaqda Banda Żejtun, Żejtun", "Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq", "Għaqda Mużikali Santa Marija, Ħal Għaxaq", "Soċjetà Filarmonika, L-Unjoni, Ħal Luqa", "Soċjetà Mużikali Beland, Żejtun", "Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba", "Għaqda Mużikali Sant Elena, Birkirkara", "Għaqda Mużikali Imperial, Mellieħa", "Għaqda Mużikali Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ", "Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru, Rabat, Malta", "Soċjetà Filarmonika La Vittoria, Mellieħa", "Soċjetà Filarmonika Stella Maris, Tas-Sliema", "Soċjetà Filarmonika, Santa Marija, Żebbuġ, Għawdex", "Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa , Birżebbuġa", "Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, Birgu", "Peace Band Club, Naxxar", "Soċjetà Mużikali San Ġużepp, Ħal Kirkop", "Għaqda Mużikali San Leonardu, Ħal Kirkop", "Ċirkolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Famiglia, Kalkara", "Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba", "Soċjetà Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta", "Għaqda Mużikali San Ġużepp, Ħal Għaxaq", "Soċjetà Mużikali Santa Katarina, Żurrieq", "Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura, Fgura", "Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar", "Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, Ħal Qormi", "Każin Banda San Pawl, Ħal Safi", "Għaqda Mużikali Sant’Anna, Marsascala", "Għaqda Mużikali San Ġiljan, San Ġiljan"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54390/3_miljuni_ora_fkuntratti_littechnoline_kumpanija_ffurmata_bself_millvgh", "date": "27 ta' Jannar 2019 11:15", "title": "€3 miljuni oħra lit-Technoline, kumpanija ffurmata b'self mill-VGH", "text": ["Fl-istess ġurnata li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ma jaqbel xejn mal-kuntratt esklussiv iffirmat bejn il-VGH u t-Technoline Ltd, għax-xiri tat-tagħmir mediku għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u għall-Isptarijiet San Luqa u Karin Grech, il-kumpanija ta’ Ivan Vassallo kienet qed tingħata żewġ kuntratti, b’valur totali ta’ €3.2 miljun, għal tagħmir mediku fil-Paola Hub.", "Il-gazzetta ILLUM qed tiżvela dan fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar jiem ġie żvelat u kkonfermat li Ivan Vassallo kien xtara lit-Technoline wara li ssellef mingħand is-sidien tal-Vitals Global Health Care, liema kumpanija kellha tbigħ, wara ftit xhur biss, il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet lil Steward Health Care.", "Id-dettalji tat-tenders..", "It-tender (CT3090/2017), maħruġ mill-Ministeru għas-Saħħa fi Frar tas-sena li għaddiet u li l-kuntratti dwaru ngħataw il-Ħamis li għadda, kien dwar tagħmir mediku, li jinkludi apparat tal-IT li jaħdem “b’enerġija effiċjenti,” u “tagħmir anċillari” ieħor għall-hub mediku l-ġdid f’Raħal il-ġdid.", "Dan it-tender, li għalih japplikaw fondi Ewropej, kien maqsum f’erba’ lots, bi tnejn minnhom (l-ewwel u r-raba’) jintrebħu mit-Technoline.", "L-ewwel lot (€3,166,527) li rebaħ Vassallo kien jinkludi tagħmir li jintuża waqt l-operazzjonijiet u l-kura intensiva, u t-tieni wieħed (€37,084) kien dwar tagħmir ieħor (point of care equipment) li jintuża mill-infermiera għall-kura tal-pazjenti.", "It-tieni lot ma ntrebaħ mill-ebda kumpanija, filwaqt li t-tielet lot intrebaħ minn AM Mangion Ltd għall-valur ta’ €92,268.", "Anke jekk it-Technoline għandha kull dritt titfa’ l-offerta tagħha u tintgħażel għax l-offerta tagħha tkun l-aħjar waħda, fornitur ta’ tagħmir mediku u sors ta’ din il-gazzetta insista li mat-Technoline ma sarx hemm kompetizzjoni.", "“Tenders kbar jinħarġu apposta, bi speċifikazzjonijiet preċiżi u b’tali mod li jintrebħu minn Ivan Vassallo,” allega s-sors.", "“Jien sirt nifraħ anke jekk imqar nirbaħ tender ta’ €2,000.”", "Dwar dan, din il-gazzetta ppruvat tagħmel kuntatt ma’ Ivan Vassallo iżda minkejja d-diversi tentattivi, is-segretarja tal-kumpanija dejjem qaltilna li Vassallo huwa indispost.", "Minkejja li ħallejna l-kuntatt tagħna, sal-ħin tal-pubblikazzjoni, Vassallo baqa’ ma kellimx lill-gazzetta.", "Il-Ministru Fearne jirrispondi...", "Intant din il-gazzetta bagħtet numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministru Chris Fearne.", "L-ewwel nett staqsiet jekk fid-dawl tal-fatt illi nhar il-Ħamis huwa kkritika l-ftehim tat-Technoline mal-VGH, kellux imqar jagħmel referenza għall-fatt li dakinhar stess hu kien qed jgħaddi żewġ kuntratti ta’ €3 miljuni lit-Technoline.", "L-ILLUM staqsiet ukoll jekk fid-dawl ta’ stejjer li jitfgħu lit-Technoline f’dell ikrah iħossx li kien jagħmel aktar sens jistenna l-investigazzjoni dwar il-kuntratt tal-VGH li beda hu stess tispiċċa.", "Fearne beda billi ċċara li l-kuntratt kien ftehim purament bejn żewġ operaturi privati “li fih il-Gvern m’għandu ebda involviment.”", "Huwa kompla jgħid illi l-Gvern ma jistax jindaħal fil-proċess tal-għoti tat-tenders.", "“L-għoti tat-tenders kollha tal-Paola Hub saru wara proċess ta’ sejħa kompetittiva li saret skont il-liġi.", "Fil-fatt huwa kontra kull prassi ta’ governanza tajba li politiku jindaħal jew jipprova jinfluwenza proċess kompetitiv ta’ tenders.”", "Steward beħsiebha ‘tbiddel’ il-ftehim", "Intant, il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Steward Health Care jekk dak żvelat fl-aħħar jiem hux se jkollu impatt fuq l-iskrutinju li qed tagħmel fuq il-kuntratt iffirmat bejn il-VGH u t-Technoline.", "Għalkemm ma kkonfermatx kelma b’kelma dak li qal il-Ministru Fearne, jiġifieri li Steward qed jaħdmu biex dan il-kuntratt ikun maħlul malajr kemm jista’ jkun, kelliema għal Steward saħqet li se jkun hemm bidliet fil-ftehimiet eżistenti.", "L-istess kelliema saħqet li l-kumpanija Technoline hija stabbilita u ta’ min jafdaha għax ilha snin tipprovdi faċilitajiet u tagħmir għall-isptarijiet Maltin inkluż it-tliet sptarijiet li tmexxi hi.", "“Filwaqt li nantiċipaw xi tibdiliet fil-ftehim eżistenti, nistennew li nkomplu naħdmu magħhom fil-futur ukoll,” kompliet tgħidilna.", "Mitluba tiċċara jekk it-tibdiliet hux se jkollhom impatt fuq l-esklussività li sa issa tgawdi minnha t-Technoline, kif qal il-Ministru Fearne, il-kelliema qalet biss li minħabba ċ-ċokon tas-suq lokali, Steward Health Care ma tista’ telimina lil ħadd, anke għax ċertu tagħmir ikun iġibu fornitur wieħed biss.", "Il-kelliema kkonfermat ukoll li ħafna mill-iskrutinju li kienet qed tagħmel fuq il-kuntratti kollha li ffirmaw tal-VGH, fil-21 xahar li għamlu jmexxu t-tliet sptarijiet, huwa komplut, iżda hemm kuntratti oħra, aktar kumplessi, li l-iskrutinju dwarhom għadu għaddej.", "X’konna nafu sa issa dwar it-Technoline?", "Il-VGH kienet fdat lit-Technoline b’kuntratt esklussiv għax-xiri tat-tagħmir mediku fit-tliet sptarijiet li ħadet f’idha minn Ġunju 2016.", "Dan kien ifisser li kumpaniji oħra li wkoll jipprovdu tagħmir mediku, jekk riedu jbigħu lill-VGH jew issa lil Steward, l-ewwel iridu jgħaddu minn taħt idejn it-Technoline, kompetitur tagħhom.", "Is-sid ta’ din il-kumpanija huwa Ivan Vassallo.", "Qabel ma l-kumpanija ntgħażlet mill-VGH, Vassallo kien marketing manager tagħha, iżda fi ftit xhur, l-istess Vassallo, permezz tal-kumpanija Gateway Solutions, kien xtara lit-Technoline, bl-assi kollha tagħha, mingħand iż-żewġ sidien oriġinali.", "(Ara l-kaxxi l-oħra.)", "X’ġie żvelat dwar it-Technoline?", "Kien is-sit Shift News li żvela kif kienu s-sidien tal-VGH li ffinanzjaw ix-xiri tal-kumpanija Technoline għal €5.14-il miljun.", "Fi ftit kliem, f’Diċembru tal-2016, ftit xhur qabel ma l-VGH tat il-kuntratt esklussiv lit-Technoline, €5.14-il miljun għaddew mingħand Vitals Procurement f’Jersey għal għand il-kumpanija Gateway Solutions Ltd u li permezz tagħha, Ivan Vassallo xtara t-Technoline.", "Is-sidien ta’ Vitals Procurement huma Evergreen Global Ventures, News Horizons Investments u Mount Everest Investments, kumpaniji f’Jersey,  li fost is-sidien tagħhom hemm Ray Tumuluri u Shaukat Ali.", "Mid-dokumenti ppubblikati jirriżulta li dan is-self kien deskritt bħala ‘convertible note,’ jiġifieri seta’ jinbidel f’ishma fil-kumpanija Gateway Solutions.", "Effettivament dan ifisser li s-sidien tal-Vitals, meta jridu jistgħu jibdlu dan is-self f’ishma u jieħdu f’idhom lit-Technoline.", "Ivan Vassallo kif wieġeb?", "Intant, fi stqarrija ppubblikata din il-ġimgħa, Technoline kkonfermat li Vassallo xtara l-kumpanija permezz ta’ self li l-kumpanija Gateway Solutions ħadet mingħand il-VGH.", "F’din l-istqarrija, Vassallo ċaħad kategorikament dak li ntqal mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, u insista li t-Technoline la hija tal-VGH, la ta’ Steward, u tal-ebda individwu relatat mal-Gvern.", "“L-uniku Sid Benefiċjarju kemm ta’ Gateway Solutions Ltd. u anke ta’ Technoline Ltd huwa Ivan Vassallo,” tisħaq l-istqarrija.", "Dwar l-esklussività mogħtija mill-VGH lit-Technoline, l-istqarrija tiċħad li b’xi mod jew ieħor kien hemm monopolju u tisħaq li l-kumpanija dejjem ħadmet ma’ distributuri oħra għal dak mitlub mill-VGH jew Steward.", "Dan anke jekk fornituri u sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM dejjem ikkritikaw dan il-kuntratt u saħqu li dan huwa każ ċar ta’ kunflitt ta’ interess.", "X’kienet żvelat il-gazzetta ILLUM?", "Fit-18 ta’ Frar li għadda, il-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif bejn Ottubru tal-2013 u Mejju tal-2014, il-Gvern xtara b’aktar minn €3.6 miljun f’apparat mediku għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.", "Dan l-apparat u miljuni ta’ ewro f’tagħmir ieħor fit-tliet sptarijiet kienu nbiegħu lil VGH għal €1.", "Sorsi li kienu tkellmu mal-gazzetta ILLUM spjegaw kif minkejja li t-tagħmir mediku li xtara l-Gvern fl-2013 u fl-2014 kien għadu “fi stat tajjeb” il-kumpanija Technoline tqabbdet mill-VGH biex tbiddel ammont minn dan l-apparat.", "Dan il-punt kien tqajjem ukoll mis-sit Lovin Malta li kien staqsa lil Ivan Vassallo jekk hux minnu li t-Technoline biegħet ‘blood counter’ u pprovdiet ieħor minkejja li dan ilu tliet snin li nxtara.", "Vassallo ma kienx wieġeb.", "X’kuntratti rebħet it-Technoline fl-aħħar sena?", "F’Ottubru, il-konsorzju Ergon —Technoline JV jirbħu tender ta’ €22.2 miljun għall-bini tal-Paola Hub"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54391/ilmaltin_jemmnu_li_liskejjel_mhux_jipprovdu_biejjed_edukazzjoni_dwar_lolokawst", "date": "28 ta' Jannar 2019 09:49", "title": "Il-Maltin jemmnu li l-iskejjel mhux jipprovdu biżżejjed edukazzjoni dwar l-olokawst", "subtitle": "IIbieraħ tfakkret waħda mill-akbar tebgħat fl-istorja tal-umanità: l-olokawst. Minkejja li għaddew ’il fuq minn 70 sena, is-sentiment kontra l-Lhud għadu jimmanifesta ruħu f’forom differenti. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn stħarriġ tal-Ewrobarometru li jistħarreġ il-perċezzjoni tal-Ewropej dwar l-anti semitiżmu. X’jaħsbu l-Maltin?", "text": ["IIbieraħ tfakkret waħda mill-akbar tebgħat fl-istorja tal-umanità: l-olokawst.", "Minkejja li għaddew ’il fuq minn 70 sena, is-sentiment kontra l-Lhud għadu jimmanifesta ruħu f’forom differenti.", "L-ILLUM tagħti ħarsa lejn stħarriġ tal-Ewrobarometru li jistħarreġ il-perċezzjoni tal-Ewropej dwar l-anti semitiżmu.", "X’jaħsbu l-Maltin?", "L-olokawst.", "Seħħ aktar minn 70 sena ilu, iżda l-ġrajja għadha tkexkex u tnikket lil kull min jisma’ u jaqra dwarha.", "F’sentejn, bejn l-1942 u l-1945, mas-sitt miljun Lhudi u Lhudija nqatlu fuq ordni ta’ Adolf Hitler, f’attentat iddisprat biex jiknes darba għal dejjem il-popolazzjoni Lhudija minn fuq wiċċ id-dinja.", "Ilbieraħ, kif isir kull sena, din il-ġrajja sewda fl-istorja tal-umanità qed terġa’ tiġi mfakkra mhux biss biex jitfakkru dawk il-miljuni ta’ persuni innoċenti li nqatlu minħabba r-regħba ta’ persuna iżda anke għax illum, aktar minn 70 sena wara, l-anti semitiżmu għadu jimmanifesta ruħu f’forom differenti.", "L-edukazzjoni hija meqjusa bħala fattur importanti għall-prevenzjoni tal-anti semitiżmu.", "Anke jekk l-olokawst jibqa’ wieħed mill-aktar fatturi storiċi magħrufa tat-Tieni Gwerra Dinjija, 55% tal-Maltin jaħsbu li l-iskejjel mhux jipprovdu biżżejjed edukazzjoni u informazzjoni dwar il-ġrajja tal-olokawst.", "Fil-fatt, meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, il-Maltin kienu l-inqas li jaħsbu li l-iskejjel madwar Malta u Għawdex jipprovdu biżżejjed edukazzjoni dwar dan il-ġenoċidju.", "Minkejja dan, fost il-Maltin li ħadu sehem fi stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru,  kienu ż-żgħażagħ l-aktar li wrew it-tħassib dwar l-antisemnitiżmu.", "Fost dawk li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, 36% wieġbu li l-anti semitiżmu huwa problema f’Malta, filwaqt li 34% jemmnu li dan is-sentiment kontra l-Lhud żdied fl-aħħar ħames snin.", "Il-maġġoranza tal-Ewropej jikkunsidraw l-anti semitiżmu bħala problema", "Dan l-istħarriġ ta ħarsa lejn il-perċezzjoni tal-Ewropej dwar l-anti semitiżmu u dan wara li fl-10 ta’ Diċembru li għadda, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ppubblikat stħarriġ li wera kif il-Lhud madwar l-Unjoni Ewropea jesperjenzaw sentimenti ta’ mibegħda li jżommuhom lura milli jħossuhom komdi jesponu l-identità tagħhom.", "“L-anti semitiżmu jibqa’ jippersisti fl-Unjoni Ewropea u spiċċa biex sar normalizzat,” jgħid dan l-istħarriġ.", "Fil-fatt, dan l-aħħar Ewrobarometru wera li l-maġġoranza tal-Ewropej jemmnu li l-anti semitiżmu huwa problema f’pajjiżhom.", "Iżda jekk il-Maltin kienu l-inqas li jaħsbu li l-iskejjel qed jipprovdu biżżejjed tagħrif dwar l-olokawst, il-maġġoranza tal-istess persuni li wieġbu dan l-istħarriġ qalu li ma jaħsbux li l-anti-semitiżmu huwa problema f’Malta.", "Għal din il-mistoqsija, 18% ta’ dawk li ħadu sehem wieġbu li l-anti-semitiżmu huwa problema f’Malta, filwaqt li dan ma tantx jinkwieta lil 68% tal-Maltin.", "Meta mistoqsija jaħsbux li l-antisemitiżmu żdied fl-aħħar ħames snin, 58% wieġbu li baqa’ l-istess, 6% qalu li naqas filwaqt li 17% jemmnu li żdied.", "13% tal-Maltin imħassba dwar l-anti semitiżmu fuq l-internet", "L-istħarriġ staqsa wkoll lill-Ewropej jekk jaħsbux li f’pajjiżhom forom differenti ta’ anti semitiżmu huma problema.", "Il-forom moderni ta’ anti semitiżmu li stħarreġ dwarhom l-Ewrobarometru huma: iċ-ċaħda li fil-fatt seħħ il-ġenoċidju, l-anti semitiżmu fuq l-internet u l-midja soċjali, vandaliżmu ta’ bini u istituzzjonijiet Lhud, ostilità fil-konfront tal-Lhud, tkissir ta’ ċimiterji Lhud, attakki fiżiċi fuq il-Lhud, anti semitiżmu fl-iskejjel u fl-universitajiet, fil-ħajja politika u fil-midja.", "Forsi jidhru esaġerati, jew xi ħaġa tal-passat tant li 7% biss tal-Maltin wieġbu li dawn huma problema f’Malta, iżda kieku wieħed kellu jħares lejn il-medja ta’ kif wieġbu ċ-ċittadini mit-28 pajjiż membru, 48% ta’ dawk li ħadu sehem urew it-tħassib tagħhom dwar dawn il-manifestazzjonijiet tal-anti semitiżmu.", "Franza kienet fuq nett tal-lista.", "75% tal-Franċiżi huma mħassba dwar dawn il-forom ta’ anti semitiżmu.", "Fl-Iżvezja, fid-Danimarka, fl-Italja, fil-Belġju u fl-Irlanda aktar minn nofs ta’ dawk li ħadu sehem ukoll jemmnu li l-anti-semitiżmu għadu qawwi f’pajjiżhom.", "Fl-Iżvezja, jirriżulta li 79% ta’ dawk li ħadu sehem huma mħassba dwar il-fatt li ħafna Żvediżi lesti jmeru l-istorja u ċ-ċifri u jiċħdu li l-olokawst fil-fatt seħħ.", "Fost il-forom ġodda ta’ anti semitiżmu, il-kummenti kontra Lhud fuq l-internet u l-midja soċjali, kienu l-aktar li wrew tħassib dwarhom il-Maltin (13%).", "Mill-banda l-oħra, 6% ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ huma mħassba dwar dawk il-Maltin bħalhom li jiċħdu l-olokawst.", "Kont taf li ċ-ċaħda tal-olokawst reat kriminali?", "U int taf jekk f’pajjiżna ċ-ċaħda tal-olokawst u l-inċitament tal-vjolenza u l-mibegħda kontra l-Lhud humiex meqjusa bħala reati kriminali?", "F’Malta, il-maġġoranza ta’ dawk li ħadu sehem wieġbu li ma għandhomx idea.", "32% wieġbu le u 27% iva meta mistoqsija dwar jekk f’Malta hawnx liġi li tikkriminalizza l-vjolenza jew il-mibegħda kontra l-Lhud.", "Mistoqsija jekk f’Malta ċ-ċaħda tal-olokawst hijiex reat kriminali, 38% wieġbu le u 16% iva.", "Il-bqija wieġbu li ma jafux.", "U l-kunflitt fil-Lvant Nofsani kien jinfluwenza l-perċezzjoni fuq il-Lhud?", "L-istħarriġ staqsa wkoll lill-Maltin u lill-Ewropej kemm jaħsbu li huma infurmati tajjeb jew le dwar l-istorja, it-tradizzjonijiet u l-prattiċi Lhud.", "5% biss tal-Maltin wieġbu li huma “infurmati tajjeb,” u dan poġġa lil Malta isfel nett tal-lista.", "Ħafna, meta jiftakru fil-Lhud, l-ewwel ħaġa li tiġih f’moħħu huwa l-Kunflitt fil-Lvant Nofsani.", "F’dan l-istħarriġ, 20% tal-Maltin qalu li dan il-Kunflitt għandu effett dirett fuq kif wieħed iħares lejn il-Lhud, filwaqt li 60% wieġbu li għalihom dan ma jagħmel l-ebda differenza.", "Għall-kuntrarju, meta wieħed iqabbel it-28 pajjiż membru flimkien, jirriżulta l-maġġoranza tal-Ewropej, jew 54%, jaħsbu li l-kunflitt fil-Lvant Nofsani jinfluwenza xi ftit jew wisq il-perċezzjoni fuq il-Lhud.", "Ta’ min wieħed isemmi li fis-6 ta’ Diċembru li għadda, il-Kunsill Ewropew addotta dikjarazzjoni b’mod unanimu dwar il-ġlieda tal-anti semitiżmu.", "Din id-dikjarazzjoni tistieden lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea biex jieħdu passi konkreti biex jipproteġu aħjar il-komunità Lhudija fl-Ewropa u jkomplu l-ġlieda tagħhom kontra l-anti semitiżmu.", "L-istħarriġ fi ftit kliem"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54392/riesaq_lejn_tmiemu_lka_kostituzzjonali_li_delia_feta_dwar_egrant", "date": "28 ta' Jannar 2019 10:16", "title": "Riesaq lejn tmiemu l-Każ Kostituzzjonali li Delia fetaħ dwar Egrant", "subtitle": "Adrian Delia qed jinsisti li għandu jingħata kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant", "text": ["Adrian Delia qed jinsisti li għandu jingħata kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant", "Il-Każ Kostituzzjonali li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li fih qed jinsisti li jingħata kopja tar-rapport sħiħ dwar l-inkjesta Egrant, riesaq lejn tmiemu hekk kif iż-żewġ partijiet qablu li ma għandhomx aktar evidenza x’joffru lill-Qorti.", "Delia fetaħ dan il-każ wara li kienu ppubbliklati l-konklużjonijiet tal-Maġistrat Aaron Bugeja f’Lulju li għadda.", "Tul dawn l-aħħar xhur sar magħruf li hemm aktar persuni, apparti l-Prim Ministru li għandhom kopja sħiħa tar-rapport, il-Prim Ministru dejjem insista li lest jippubblikaha minkejja l-parir oppost tal-Avukat Ġenerali.", "Delia kien talab lill-Avukat Ġenerali biex jingħata kopja bħala Kap tal-Oppożizzjoni iżda dan irrifjuta, b’Adrian Delia jisħaq li dan qed ixekkel il-ħidma tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni u qed ipoġġih fi żvantaġġ politiku.", "Intant, dalgħodu, l-avukati Vincent Galea u Andre Portelli, li qed jidhru għal Delia, infurmaw lill-Imħallef Robert Mangion li ma għandhom l-ebda evidenza oħra x’jippreżentaw.", "L-Avukat Victoria Buttigieg, li qed tidher għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qal l-istess.", "Il-każ ikomplu fil-11 ta’ Marzu u fil-ħmistax li ġejjin, iż-żewġ partijiet, għandhom ċans jagħmlu l-aħħar sottomissjonijiet.", "Aqra aktar dwar dak li ħareġ tul dan il-każ:", "L-Avukat Ġenerali jgħid li l-Ministru Bonnici wkoll ingħata l-inkjesta sħiħa dwar Egrant", "Apparti l-Kummissarju, erba' uffiċjali tal-Korp għandhom kopja tar-rapport Egrant", "'Qatt ma qrajt ir-rapport...dejjem imxejt mal-konklużjonijiet' - Kurt Farrugia", "'Qed tistaqsu l-mistoqsijiet lili meta jiena u marti l-vittmi' - Joseph Muscat"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54395/ilkandidati_gallparlament_ewropew_jistgu_jirriklamaw_fuq_listazzjonijiet_tarradju", "date": "28 ta' Jannar 2019 11:24", "title": "Il-kandidati għall-Parlament Ewropew jistgħu jirriklamaw fuq l-istazzjonijiet tar-radju", "subtitle": "L-Awtorità tax-Xandir se tkun qed tħaddem din l-iskema bi prova għax-xahar ta' Frar", "text": ["L-Awtorità tax-Xandir se tkun qed tħaddem din l-iskema bi prova għax-xahar ta' Frar", "L-Awtorità tax-Xandir qed tawtorizza lill-istazzjonijiet tar-radju biex jagħtu spazju lill-kandidati għall-Parlament Ewropew li jkunu jixtiequ jirriklamaw, bi ħlas, laqgħat ta’ informazzjoni  li jkunu ser itellgħu jew jorganizzaw.", "Fi stqarrija, l-Awtorità tax-Xandir qalet li qed tagħmel dan bis-saħħa ta’ Paragrafu 1 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, bil-għan li l-kandidati kollha ikollhom aktar opportunitajiet biex jikkomunikaw il-messaġġ tagħhom lill-elettorat.", "Din l-iskema tibda bi prova mill-1 ta’ Frar 2019 u tispiċċa fit-28 ta’ Frar.  Wara tmiem l-ewwel xahar l-Awtorità se tkun qed tikkunsidra t-tiġdid tal-iskema skont il-każ.", "Din l-iskema se tkun qed titħaddem b’ċerti kundizzjonijiet ta’ garanzija u trasparenza li ġew ikkomunikati bħala Direttiva lill-istazzjonijiet tar-radju nazzjonali kollha.", "Dawk il-kandidati interessati, għandhom jikkomunikaw direttament ma’ l-istazzjon jew stazzjonijiet fejn jixtiequ jippromwovu l-l-laqgħat ta’ informazzjoni tagħhom.", "Id-dettalji ta’ l-iskema huma wkoll disponibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tax-Xandir."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54377/ilpd_jipproponi_kompetizzjoni_ta_ideat_dwar_ilbreakwater_ta_marsalforn", "date": "25 ta' Jannar 2019 09:34", "title": "Il-PD jipproponi kompetizzjoni ta' ideat dwar il-breakwater ta' Marsalforn", "subtitle": "...dan wara li d-disinn propost ma tantx niżel tajjeb ma' bosta persuni", "text": ["...dan wara li d-disinn propost ma tantx niżel tajjeb ma' bosta persuni", "Il-Partit Demokratiku qed jipproponi kompetizzjoni miftuħa għall-ideat dwar il-breakwater ta’ Marsalforn u dan wara li d-disinn li qed ikun propost ma tantx niżel tajjeb ma’ bosta.", "Filwaqt li insista li jaqbel mal-breakwater, il-PD saħaq li d-disinn propost ma jirrispettax il-karattru ta’ Marsalforn u l-identita Għawdxija u jiffoka aktar fuq l-iżvilupp ta’ bajja artifiċjali, aktar sunbeds u l-kwalita tal-baħar.", "Fi stqarrija, il-Kap tal-PD saħaq li din il-kompetizzjoni għandha titmexxa minn panel ta’ esperti u disinjaturi, kemm dawk lokali u anke internazzjonali u tkun ibbażata fuq studji ambjentali u oħrajn."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54378/ilpresident_coleiro_preca_bi_kliem_ta_tifir_gallpresident_erdoan", "date": "25 ta' Jannar 2019 09:51", "title": "Il-President Coleiro Preca bi kliem ta' tifħir għall-President Erdoğan", "subtitle": "Bħalissa, il-President Coleiro Preca tinsab waqt żjara statali fit-Turkija", "text": ["Bħalissa, il-President Coleiro Preca tinsab waqt żjara statali fit-Turkija", "Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kellha kliem ta’ tifħir għall-President Tork Recep Tayyip Erdoğan hekk kif bħalissa tinsab għal żjara statali fit-Turkija.", "Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz Presidenzjali f’Ankara, il-President Coleiro Preca faħħret lill-President Tork għall-inizjattivi tiegħu, biex fi kliemha, it-Turkija għandha rwol importanti bħala “katalista tas-sigurtà u l-paċi,” fir-reġjun", "Faħħritu wkoll għax fi kliemha, il-Gvern Tork qed jagħti appoġġ lil miljuni ta’ refuġjati u persuni oħra li qed ifittxu l-ażil u insistiet li t-Turkija qed isservi ta’ eżempju għall-fatt li fil-kriżi tal-immigrazzjoni għażlet it-triq umanitarja aktar mill-gwadann politiku.", "Kompliet tgħid li din iż-żjara statali, l-ewwel waħda minn President Malti, għandha toffri opportunità għaż-żewġ pajjiżi biex ikabbru r-relazzjoni u l-koperazzjoni tagħhom għall-ġid soċjo-ekonomiku.", "Iż-żewġ Presidenti tkellmnu wkoll fuq diversi setturi oħra li fihom il-pajjiżi jistgħu jaħdmnu flimkien, inkluż is-servizzi finanzjarji, it-teknoloġija tal-blockchain, l-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa, il-farmaċewtika, it-turiżmu, il-kostruzzjoni, l-infrastruttura, l-enerġija alternattiva, is-servizzi tal-avjazzjoni u anke t-tagħlim tal-Ingliż u lingwi oħra.", "Apparti minn hekk, il-President Coleiro Preca saħqet li l-Gvern Malti se jibqa’ jagħti l-appoġġ għad-djalogu bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea u tibqa’ temmen li t-Turkija għandha tkun parti mill-Unjoni Ewropea."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54380/illum_hawn_6000_persuna_inqas_bla_xogol_mill2013__ilgvern", "date": "25 ta' Jannar 2019 14:41", "title": "Illum hawn 6,000 persuna inqas bla xogħol mill-2013 - Il-Gvern", "subtitle": "'Mill-bidla fil-Gvern, bħala medja, kull jumejn ħames persuni li kienu qiegħda sabu xogħol'", "text": ["'Mill-bidla fil-Gvern, bħala medja, kull jumejn ħames persuni li kienu qiegħda sabu xogħol'", "\"F’Diċembru li għadda, in-numru ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad kien 1,765, jiġifieri l-inqas livell mindu bdew jinġabru dawn il-figuri fis-snin sittin.\"", "Hekk sostna l-Gvern fi stqarrija dwar il-qgħad skont l-aħħar ċifri.", "Imqabbel ma’ sena ilu, l-qgħad naqas b’402 persuna, filwaqt li meta mqabbel ma’ Marzu 2013 in-numru ta’ nies jirreġistraw huwa 5,585 inqas.", "Dan ifisser li n-numru ta’ dawk jirreġistraw huwa inqas minn kwart dak li kien fi żmien il-bidla fil-gvern fl-2013.", "\"Mill-bidla fil-Gvern, bħala medja, kull jumejn ħames persuni li kienu qiegħda sabu xogħol.", "B’kuntrast, matul il-ħames snin tal-gvern preċedenti, bħala medja, kull jumejn persuna iktar kienet tispiċċa tirreġistra,\" sostniet l-istess stqarrija.", "It-tnaqqis qawwi fil-qgħad qed jinħass l-aktar fost iż-żgħażagħ.", "F’din l-eta kien hemm tnaqqis ta’ 1,050 persuna qiegħda mill-bidla fil-gvern fl-2013.", "Miżuri bħall-garanzija għaż-żgħażagħ sa issa naqqset in-numru ta’ żgħażagħ jirreġistraw b’84%.", "\"Mill-bidla fl-amministrazzjoni kien hemm ukoll tnaqqis ta’ 2,105 persuna f’dawk qiegħda ta’ età ta’ 45 sena jew aktar.", "Dan ifisser li, għal kull għaxar persuni ta’ din l-età li kienu qiegħda fl-2013, illum hemm tlieta.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54502/addiem_iwea_bmakkinarju_filfreeport", "date": "6 ta' Frar 2019 13:04", "title": "Ħaddiem iweġġa' b'makkinarju fil-Freeport", "subtitle": "Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar br-raġel isofri ġrieħi gravi", "text": ["Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar br-raġel isofri ġrieħi gravi", "Raġel ta’ 60 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ fil-Freeport.", "Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq makkinarju.", "Ir-raġel ittieħed immedjatament Mater Dei għall-kura.", "Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54379/17il_eks_impjegat_tattarzna_jieu_3000_kull_wieed_fkumpens_gax_mardu_blasbestos", "date": "25 ta' Jannar 2019 10:11", "title": "17-il eks ħaddiem tat-Tarzna jieħdu €3,000 kull wieħed f'kumpens għax mardu bl-asbestos", "subtitle": "Għalkemm ħadd minnhom ma kellu kanċer, dawn l-eks impjegati kollha jbatu minn qtugħ ta' nifs", "text": ["Għalkemm ħadd minnhom ma kellu kanċer, dawn l-eks impjegati kollha jbatu minn qtugħ ta' nifs", "17-il eks impjegat tat-Tarzna se jkunu qed jingħataw €3,000 bħala kumpens mingħand il-Gvern minħabba li għamlu żmien twil esposti għall-asbestos.", "Hekk iddeċidiet il-Qorti dalgħodu wara li dawn l-eks impjegati, li wħud minnhom ma għadhomx ħajjin, kienu tellgħu l-Qorti lid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa Pubblika, lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u lill-Avukat Ġenerali, jisħqu li kienu esposti għal dan il-materjal perikoluż, mingħajr l-ebda protezzjoni.", "Dan il-każ spiċċa quddiem l-ogħla Qorti, bl-Imħallef Anna Felice tintalab tiddikajra li meta l-awtoritajiet fallew milli jipprovdu sistema sigura fuq il-post tax-xogħol, dawn kienu qed jiksru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inkluż id-dritt tal-ħajja.", "Id-Difiża saħqet li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li l-asbestos kien l-uniku raġuni għall-problemi ta’ saħħa li kellhom dawn il-persuni.", "Il-Qorti nnutat li ħadd minn dawn l-eks ħaddiema ma kellhom kanċer, iżda kellhom kundizzjonijiet oħra, inqas serji, inkluż qtugħ ta' nifs, liema kundizzjonijiet huma kkawżati bl-asbestos.", "L-ewwel liġi li tipproġeti lill-ħaddiema minn dan il-materjal kienet introdotta fl-2003, iżda l-importazzjoni tiegħu twaqqfet fl-1980.", "Fid-deċiżjoni tagħha, l-Imħallef saħqet li l-Gvern suppost kien ilu jaf mis-snin sebgħin bil-perikli kkawżati mill-asbestos u allura kellhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha.", "Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Qorti ordnat li dawn, jew il-familja tagħhom, jingħataw €3,000 kull wieħed f’kumpens."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54383/tifel_ta_8_snin_jinstab_jgix_fdar_mamua_li_nbidlet_fanut_taddroga", "date": "25 ta' Jannar 2019 16:20", "title": "Tifel ta' 8 snin jinstab jgħix f'dar maħmuġa li nbidlet f'ħanut tad-droga", "subtitle": "Żewġt aħwa ta' 18 u 22 sena ġew arrestati minnufih", "text": ["Żewġt aħwa ta' 18 u 22 sena ġew arrestati minnufih", "Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija arrestat żewġt aħwa żgħażagħ ta' 18 u 22 sena wara rejd li sar f'residenza fi Triq Santa Tereża f'Birkirkara fejn instabu diversi qratas tad-droga lesta biex tiġi ttraffikata.", "Fir-residenza, il-Pulizija sabet ukoll mara ta' 44 sena, flimkien ma' binha ta' 8 snin.", "Minħabba l-kundizzjonijiet iġeniċi ħżiena tal-post u anke għax it-tifel kien kontinwament espost għad-droga, issejħu professjonisti mill-Aġenzija Appoġġ biex jieħdu ħsieb lit-tifel.", "Il-Pulizija waslet għal dan l-arrest wara li nnutat diversi żagħżagħ dieħla u ħierġa f'din ir-residenza f'ħinijiet differenti tal-ġurnata.", "Fir-residenza nstabu ammont ta' droga lesta biex tiġi ttraffikata, fosthom droga sintetika, qratas tal-kannabis u ammont ta' pinnoli ecstacy flimkien ma' ammont ta' flus kontanti.", "Fil-post instabu wkoll xi arloġġi li għadu għaddej l-istħarriġ dwarhom."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54381/sospii_lazzjonijiet_talpompi_talpetrol_sakemm_jiltaqgu_ma_joe_mizzi", "date": "25 ta' Jannar 2019 15:06", "title": "Sospiżi l-azzjonijiet tal-pompi tal-petrol...għada laqgħa ma' Joe Mizzi", "subtitle": "...il-GRTU sostniet illi jekk ma jintlaħaqx qbil għada ma teskludix li terġa tibda b'azzjoni industrijali", "text": ["...il-GRTU sostniet illi jekk ma jintlaħaqx qbil għada ma teskludix li terġa tibda b'azzjoni industrijali", "Il-GRTU ħabbret li l-istazzjonijiet tal-pompi tal-petrol iddeċidew li l-azzjonijiet li qed jieħdu se jkunu temporanjament sospiżi, pendenti l-laqgħa li ser ssir għada bejn uffiċċjali tal-GRTU u l-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi.", "Il-GRTU irrimarkat fi stqarrija li l-pompi tal-petrol jixtiequ ikunu tal-inqas inkonvenjent għall-konsumatur u fl-istess ħin juru rieda tajba biex jaslu fid-diskussjonijiet li ser isiru għada.", "\"L-azzjonjiet qed jiġu sospiżi għalissa u mhux eskluż li jekk id-diskussjonijiet ma jwasslux fi ftehim, l-pompi tal-petrol jiddeċiedu li l-azzjonijiet ikomplu\", temmet tgħid l-union."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54382/ittra_faxxista_titlob_liddeputati_talpn_ikeu_lillklikka_talkukkudrilli", "date": "25 ta' Jannar 2019 17:06", "title": "Ittra 'faxxista' titlob lid-Deputati tal-PN ikeċċu lill-'klikka tal-kukkudrilli'", "text": ["Dan is-sit jista' jiżvela ittra bi kliem aħrax ħafna li qed titqassam fil-Partit Nazzjonalista u li qed titlob għat-tkeċċija ta' dawk id-Deputati li qed jeħduha kontra l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.", "Sors li għadda din l-ittra lis-sit", "illum.com.mt", "qal illi d-Deputati tal-PN irċevewha f'darhom, jiġifieri minn bagħat din l-ittra kellu l-indirizz ta' kull Deputat.", "L-ittra, li għal ħafna drabi issejjaħ lil dawk kontra Delia bħala 'kukkanja kukkudrilli' jew 'kukkanja kodarda', hija ffirmata minn anonimu li jsejjaħ lilu nnifsu 'Chairman għad-Djalogu għas-Sewwa'.", "L-ittra għandha l-emblema tal-Faxxisti fl-ewwel paġna tagħha.", "Il-preżenza tal-ittra u l-fatt li din qed titqassam mad-Deputati tal-PN, fost oħrajn, kien ikkonfermat ma' dan is-sit mill-kelliem għall-Partit Nazzjonalista.", "Lejn l-aħħar tal-ittra l-anonimu faxxist jagħmel appell biex dawn il-kukkudrilli jitkeċċew minn kull kariga fil-partit; \"Nesiġu li dawn il-kukkudrilli li fil-fatt huma l-akbar kompliċi tal-Partit Laburista u li għamilna għomorna nikkumbattu kontrieh jitneħħew minn kull kariga fil-partit u jitwaqqaf tribunal li jeżamina lil kull wieħed u waħda minnhom bil-ħsieb li min qed jitradixxi lill-partit jitkeċċa minnufih.", "U jingħata f'idejn il-membri biex jiddisponi minnhom.", "Hu imperattiv li l-awtorità tal-kap tiġi rikonoxxuta u infurzata fuq kulħadd mingħajr eċċezzjoni,\" tgħid l-ittra.", "L-ittra tgħid ukoll li sar kuntatt, fosthom ma' Antonio Tajani, biex ikun infurmat dwar dak li qed iseħħ fil-partit.", "L-istess awtur sostna illi dawk ta' kontra Delia huma \"attakki vili\" minn \"manigoldi\".", "Huma tefgħu wkoll il-ħtija tal-ippublikar tal-filmati fuq dawn \"il-kukkudrilli\"."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54505/addiem_iwea_wara_li_waqa_goli_fiddepot", "date": "6 ta' Frar 2019 17:22", "title": "Ħaddiem iweġġa' wara li waqa' għoli fid-Depot", "subtitle": "Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u nofs", "text": ["Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u nofs", "Ħaddiem qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' għoli fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.", "Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li r-raġel, Taljan ta' 50 sena, kien qed jagħmel xi xogħlijiet meta għal xi raġuni waqa' għal isfel.", "Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30am.", "Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ħaddiem Mater Dei."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54365/ilkummissjoni_ewropea_illum_iertifikat_dak_li_jgid_ilpn_dwar_ilbejg_ta_passaporti__aquilina", "date": "23 ta' Jannar 2019 17:14", "title": "'Il-Kummissjoni Ewropea ċċertifikat dak li jgħid il-PN dwar il-bejgħ tal-passaporti'", "subtitle": "Il-PN  jagħmilha ċara...li l-bejgħ tal-passaporti li daħħal il-Gvern Laburista ġab miegħu bosta riperkussjonijiet serji' - Karol Aquilina", "text": ["Il-PN  jagħmilha ċara...li l-bejgħ tal-passaporti li daħħal il-Gvern Laburista ġab miegħu bosta riperkussjonijiet serji' - Karol Aquilina", "\"Il-Kummissjoni Ewropea llum ċċertifikat dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jgħid, jiġifieri li l-bejgħ tal-passaporti qed iġib miegħu riskji kbar li qed jipperikolaw ir-reputazzjoni ta' pajjiżna\" Hekk sostna d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Carol Aquilina b'reazzjoni għal rapport li kien ippublikat mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskemi ta' ċittadinanza madwar l-Unjoni Ewropea.", "Minkejja li l-Kummissjoni Ewropea m'għandhiex dritt twaqqaf pajjiżi bħal Malta milli jkollhom skemi ta' ċittadinanza, l-istess rapport xorta kien eku tal-Kummissarju  Ewropew Věra Jourova li qalet illi skemi bħal dawn huma riskju għall-istati membri u l-Unjoni Ewropea, inkluż f'termini ta' sigurtà, ħasil ta' flus, korruzzjoni u nuqqqas ta' osservanza tar-regoli tal-UE u l-evażjoni tat-taxxa.", "Intqal fir-rapport, illi l-UE se tkun qed tħares lejn bilanċ ta' sigurtà għal dawn l-iskemi, inkluż ir-riskji li dawn jistgħu jġibu magħhom.", "\"Il-Partit Nazzjonalista jagħmilha ċara li r-reputazzjoni ta' Malta qatt ma kienet taħt il-lenti fil-passat u li l-bejgħ tal-passaporti li daħħal il-Gvern Laburista ġab miegħu bosta riperkussjonijiet serji minħabba n-nuqqas ta'", "due diligence", "tajjeb li qed isir fuq min qed japplika biex jixtri ċ-ċittadinanza Maltija,\" sostna Aquilina.", "Huwa kompla jgħid li għalhekk il-PN qed jinsisti mal-Gvern li għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jissalvagwardja isem pajjiżna u r-reputazzjoni tagħna biex ma ssirx aktar ħsara lill-investiment.", "\"Il-Partit Nazzjonalista jibqa' kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza u se jibqa' jagħmel pressjoni kbira fuq il-Gvern biex jiġu mħarsa setturi relatati bħalma huwa s-settur tas-servizzi finanzjarji li joffri eluf ta' postijiet tax-xogħol lill-professjonisti u ż-żgħażagħ.\"", "'Delia jrid ireġġa l-arloġġ lura' - Partit Laburista", "Intant fi tweġiba l-Partit Laburista sostna, il-kontra tal-Partit Nazzjonalista, li bir-rapport tagħha Kummissjoni Ewropea fil-fatt iżola lill-PN.", "\"Dan għax minkejja d-diversi suġġerimenti li saru mill-Kummissjoni Ewropea l-istituzzjoni Ewropea mkien m’għamlet bħal Adrian Delia u qalet li programmi simili m’għandhomx jeżistu.", "Minflok saru sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet li l-Gvern Malti diġa’ ddikjara li jaqbel magħhom.\"", "\"Il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia jrid ireġġa’ l-arloġġ lura billi jimmina programm li qed ikun ta’ benefiċċju ekonomiku għall-pajjiżna,\" sostna l-Partit Laburista."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54490/ilproett_talpipeline_talgass_listudji_ta_qieg_ilbaar_waslu_biex_jiu_konklui_", "date": "5 ta' Frar 2019 12:04", "title": "Il-proġett tal-pipeline tal-gass: L-istudji ta’ qiegħ il-baħar waslu biex jiġu konklużi", "subtitle": "Matul dawn it-taħdidiet, id-delegazzjoni tar-Reġjun ta’ Sqallija ġiet informata li l-istudji ta’ qiegħ il-baħar waslu biex jiġu konklużi...", "text": ["Matul dawn it-taħdidiet, id-delegazzjoni tar-Reġjun ta’ Sqallija ġiet informata li l-istudji ta’ qiegħ il-baħar waslu biex jiġu konklużi...", "Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi mexxa taħdidiet mal-President tar-Reġjun ta’ Sqallija Sebastiano Musumeci fejn ġie diskuss il-progress fl-istudji preparatorji tal-proġett tal-", "gas", "pipeline", "bejn Malta u Sqallija.", "Matul dawn it-taħdidiet, id-delegazzjoni tar-Reġjun ta’ Sqallija ġiet informata li l-istudji ta’ qiegħ il-baħar waslu biex jiġu konklużi.", "Ġew diskussi wkoll il-passi li jmiss f’dan il-proġett biex l-implimentazzjoni tiegħu tkompli miexja skont id-dati stabbiliti u b’koperazzjoni sħiħa mar-Reġjun ta’ Sqallija.", "Il-Ministru Mizzi enfasizza l-impenn tal-Gvern Malti biex dan il-proġett jiġi implimentat bl-inqas impatt possibbli u rringrazzja lil Musumeci għall-kollaborazzjoni sħiħa li l-Gvern Malti qed isib mill-entitajiet reġjonali ta’ Sqallija fl-iżvilupp ta’ dan il-proġett.", "Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq opportunitajiet ta’ proġetti u inizjattivi bilaterali fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ilma, l-użu effiċjenti tal-enerġija u l-enerġija rinovabbli.", "B’riżultat ta’ dan, delegazzjoni teknika mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġujar tal-Ilma se tiltaqa’ ma’ rappreżentanti tekniċi mir-Reġjun ta’ Sqallija biex jiġu identifikati inizijattivi ta’ prijorità għal Malta u Sqallija.  Id-diskussjonijiet enfasizzaw l-importanza ta’ dawn l-inizjattivi bilaterali biex tkompli tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ gżejjer."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54504/missier_u_iben_jinammu_arrestati_wara_li_wegu_student_u_galliema", "date": "6 ta' Frar 2019 14:28", "title": "Missier u iben jinżammu arrestati wara li weġġgħu student u għalliema", "subtitle": "“L-intenzjoni ma kinitx li ssir ħsara lill-għalliema\"", "text": ["“L-intenzjoni ma kinitx li ssir ħsara lill-għalliema\"", "Missier u iben qed jinżammu taħt arrest preventiv, wara li tressqu b'arrest il-Qorti akkużati li attakkaw u kkaġunaw feriti ħfief lill tifel ta' 15 -il sena u żewġt għalliema wara argument it-Tnejn fl-iskola Santa Clara ġewwa Pembroke.", "Il-missier huwa membru tal-forzi armati ta' Malta.", "Iż-żewġt irġiel kienu akkużati wkoll li kisru l-paċi pubblika u li qalu kliem oxxen u indeċenti fil-pubbliku.", "L-avukat ta’ difiża qal li, “kien l-ġuvni ta’ 15 -il sena li pprova jattakka lil missier u għalhekk l-akkużat intervjena biss biex jissepara l-ġlied.\"", "Fuq l-akkuża li wettaq reat li kellu d-dmir li jipprevjeni bħala membri tal-forzi armati, l-avukat sostna li d-dmirijiet ta‘ suldat huma differenti minn dawk ta' Pulizija u li mhux kull uffiċjal pubbliku kellu l-istess dmirijiet.  Żied jgħid li \"kull persuna involuta kienet tat ix-xhieda tagħha,  għalhekk  ma kien hemm l-ebda riskju li tbagħbis bix-xhieda.”", "L-avukat tad-difiża qal ukoll li l-akkużat kien għamel dikjarazzjoni li tispjega kollox, “l-intenzjoni ma kienitx li ssir ħsara lill-għalliema.”", "Minkejja t-talbiet tad-difiża, l-Qorti ordnat li l-akkużati jinżammu taħt arrest.", "Waqt dan l-inċident, il-Malta Union of Teachers (MUT) fi stqarrija issotni illi ilha tirrepeti l-istess affarijiet għal darba, darbtejn dwar is-sigurtà fl-iskejjel \"u sfortunatament dawn l-inċidenti qed juru li għandna raġun.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54507/konrad_mizzi_jwaqqa_llibelli_kontra_busuttil_u_casa_dwar_ilpanama_papers", "date": "6 ta' Frar 2019 19:37", "title": "Konrad Mizzi jwaqqa' l-libelli li fetaħ dwar il-Panama Papers u ħasil ta' flus", "subtitle": "Il-Ministru Konrad Mizzi jwaqqa' l-libelli dwar l-allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus permezz tal-kumpanija fil-Panama, li kienet tiegħu", "text": ["Il-Ministru Konrad Mizzi jwaqqa' l-libelli dwar l-allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus permezz tal-kumpanija fil-Panama, li kienet tiegħu", "Fi stqarrija ilejla l-Ministru Konrad Mizzi ħabbar illi se jwaqqa' l-libelli kontra dawk kollha li għamlu allegazzjonijiet dwar l-użu ta' kumpanija fil-Panama li kien fetaħ hu.", "L-istqarrija tgħid li \"fid-dawl tar-rifjut tal-allegazzjonijiet mill-Qorti tal-eks Kap tal-PN Simon Busuttil u l-MEP Nazzjonalista David Casa, l-Ministru Mizzi jinnota illi issa kien determinat li m'hemm ebda prova li ssostni l-allegazzjonijiet li saru fuqu.\"", "U allura  se jwaqqa' l-libelli li kien fetaħ kontra dawk kollha li għamlu akkużi kontrieh dwar il-Panama Papers u l-kumpanija li kien fetaħ hemmhekk.", "Huwa qal illi ma tagħmlix sens, fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Qorti li qed jgħid illi juru li m'hemm ebda prova kontrieh, li jmexxi skont il-liġi tal-midja kontra dawn it-tnejn.", "\"Għalhekk Mizzi se jwaqqa' diversi libelli,\" tħabbar fl-istqarrija.", "Konrad Mizzi qal illi minkejja li dawk li għamlu l-akkużi jistgħu jifirħu li mhux se jġorru l-ispiża monetarja \"tal-gideb ... huwa ċar li tilfu l-kredibilità politika tagħhom.\"", "Il-libelli jitrattaw allegazzjonijiet li l-kumpanija Hearnville Inc, li kienet kumpanija fil-Panama tal-Ministru Mizzi, kienet qed tintuża għal skopijiet ta' ħasil ta' flus."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54371/mater_die_bblukkat_bittraffiku_adrian_delia_jmur_u_jagmel_filmat", "date": "24 ta' Jannar 2019 11:14", "title": "Filmat | Mater Dei bblukkat bit-traffiku; Adrian Delia jmur u jagħmel filmat", "subtitle": "Adrian Delia jisħaq li dan huwa inaċċettabbli u talab lill-Gvern biex jieħu azzjoni", "text": ["Adrian Delia jisħaq li dan huwa inaċċettabbli u talab lill-Gvern biex jieħu azzjoni", "Kienu diversi dawk li lmentaw, anke ma' dan is-sit, bit-traffiku li dalgħodu nġabar biswit l-Isptar Mater Dei.", "Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kien fi triqtu biex jara pazjent meta waqaf u ppubblika filmat qasir li fih saħaq li huwa inaċċettabbli li fl-10:00am, it-triq li tagħti lejn Mater Dei u anke ċ-Ċentru tal-Onkoloġija kienet imwaħħla bit-traffiku.", "Fi kliemu biex wieħed jasal mill-Bypass ta' Birkirkara sal-entratura ta' Mater Dei qed jieħu madwar 20 minuta.", "Temm jisħaq li l-Gvern għandu jieħu azzjoni.", "Din il-gazzetta staqsiet persuni li jgħaddu ta' spiss minn din it-triq u saħqu li għalkemm illum inġabar it-traffiku din it-triq mhijiex xi waħda traffikuża u normalment it-traffiku, anke jekk ġieli bil-mod, jimxi u jgħaddi.", "53 Likes, 1 Comments - Adrian Delia (@adriandelia_pn) on Instagram: \"Stretchers in the corridors Waiting in the lobbies Stuck in traffic Welcome to Mater Dei 10am...\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55760/sewwieq_ta_mutur_iertifikat_mejjet_fuq_ilpost_wara_inident_flimsida", "date": "15 ta' Ġunju 2019 09:58", "title": "Sewwieq ta' mutur iċċertifikat mejjet fuq il-post wara inċident fl-Imsida", "subtitle": "L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa fi Triq il-Wied tal-Imsida, Birkirkara", "text": ["L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa fi Triq il-Wied tal-Imsida, Birkirkara", "Sewwieq ta' mutur tilef ħajtu traġikament matul il-lejl li għadda meta tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma' trakk li kien ipparkjat.", "L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa fi Triq il-Wied tal-Imsida, Birkirkara.", "Fuq il-post ssejaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei sabiex jassisti lill-vittma, raġel ta' 41 sena.", "Is-sewwieq tal-mutur ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post.", "Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.", "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54375/schembri_jifta_protest_udizzjarju_biex_jieu_xogolu_lura_malafm", "date": "24 ta' Jannar 2019 16:21", "title": "Schembri jiftaħ protest ġudizzjarju biex jieħu xogħlu lura mal-AFM", "subtitle": "L-eks membru tal-AFM li tkeċċa wara filmat li ttella' fuq il-midja soċjali jitlob illi jingħata xogħlu lura wara illi tkeċċa", "text": ["L-eks membru tal-AFM li tkeċċa wara filmat li ttella' fuq il-midja soċjali jitlob illi jingħata xogħlu lura wara illi tkeċċa", "Godwin Schembri, l-eks membru tal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) li tkeċċa wara filmat li ttella' fuq il-midja soċjali (dwaru jilmenta dwar grada u juża lingwaġġ goff) jixtieq illi jingħata xogħlu lura.", "Fi protest ġudizzjarju li ressaq dalgħodu permezz tal-avukati tiegħu Joe Giglio u Mario Spiteri, Schembri argumenta illi d-deċiżjoni biex jitneħħa mill-armata kienet \"diskriminatorja\" u \"sproporzjonata\".", "Il-filmat li fih jidher hu ma kienx intenzjonat għall-konsum pubbliku.", "Minkejja dan iżda, ġie mxerred fuq il-Whatssapp u fuq diversi siti soċjali oħrajn.", "Schembri l-ewwel kien iddixiplinat internament imma mbagħad mkeċċi mill-AFM ukoll.", "Fil-protest Schembri jitlob li d-deċiżjoni li l-impjieg tiegħu jkun itterminat tkun mibdula."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/54252/intervista__alkooliku_sid_ta_bar_u_ilu_snin_ma_jmissx_qatra_alkool", "date": "24 ta' Jannar 2019 18:02", "title": "Intervista | Alkoħoliku, sid ta’ bar u ilu snin ma jmissx qatra alkoħol", "subtitle": "Żewġ alkoħoliċi li rnexxielhom jirbħu lix-xorb jirrakkontaw mal-ILLUM dak li għaddew minnu minħabba l-alkoħol, li għal żmien twil ikkontrollalhom ħajjithom", "text": ["Żewġ alkoħoliċi li rnexxielhom jirbħu lix-xorb jirrakkontaw mal-ILLUM dak li għaddew minnu minħabba l-alkoħol, li għal żmien twil ikkontrollalhom ħajjithom", "‘L-alkoħoliku mhuwiex persuna li ma jridx jgħid le għall-alkoħol iżda huwa persuna li ma jistax jgħaddi mingħajr ix-xorb.”", "Hekk qalu mal-gazzetta ILLUM Chris u Paul, żewġ persuni li anke jekk ilhom snin twal ma jmissu qatra alkoħol ma’ xofftejhom jibqgħu jiddeskrivu lilhom infushom bħala alkoħoliċi.", "“Inti jekk ikollok id-dijabete u tikkontrolla z-zokkor, dijabetiku tibqa’,” qalilna Paul.", "“L-istess l-alkoħoliku.", "Tibqa’ alkoħoliku, iżda trid tkun inti li bir-rieda tiegħek ma taqax.", "You cannot change the wind but you can change the sails.", "Ir-rieda diffiċli biex takkwistaha, iżda malli takkwista hija tiegħek.”", "U ngħiduha kif inhi, irid ikollok rieda qawwija, biex tkun alkoħoliku bħal Paul u minkejja li inti sid ta’ bar u tbigħ ix-xorb, tagħmel 25 sena ma tħarisx lejn flixkun birra jew grokk wieħed.", "Fil-fatt, qabel inkomplu, tajjeb li niċċaraw xi ħaġa.", "Fil-bidu tal-intervista, irreferejt għall-alkoħoliżmu bħala l-vizzju tax-xorb, iżda Chris dlonk waqqafni u ġibidli l-attenzjoni.", "Insista li l-alkoħoliżmu mhuwiex sempliċiment vizzju, iżda huwa marda.", "“L-alkoħoliżmu huwa l-ossessjoni li trid tixrob.", "Malli l-alkoħoliku jieħu l-ewwel grokk, ma jistax jieqaf.", "Jiena bħala alkoħoliku ma għandix poter biex nieqaf,” insista magħna Chris.", "“Tivvinta kull skuża biex tibqa’ tixrob.”", "Chris u Paul irnexxielhom jieqfu lix-xorb permezz tal-għaqda Alkoħoliċi Anonimi li huma jagħmlu parti minnha.", "Se jkollna ċans nitkellmu dwar din l-għaqda tul l-intervista, iżda fi kliem sempliċi, din hija “għaqda ta’ rġiel u nisa li jaqsmu bejniethom l-esperjenza, is-saħħa u t-tama tagħhom biex isolvu l-problema li għandu kull wieħed minnhom u jgħinu oħrajn iwaqqfu l-alkoħoliżmu.”", "Kemm kienu jixorbu kuljum?", "Iżda qabel dħalna aktar fuq ix-xogħol li twettaq din l-għaqda, tkellimna ma’ Chris u Paul dwar l-esperjenza tagħhom.", "Kemm kienu jixorbu kuljum?", "Għalfejn?", "Forsi normalment naħsbu li persuna tixrob b’mod eċċessiv biex tisker u tinsa xi problema li tkun għaddejja minnha, anke jekk l-għada tisbaħ b’żewġ problemi.", "Iżda l-alkoħoliku mhux hekk.", "L-alkoħoliku jixrob mhux biss għax irid jixrob iżda għax iħoss il-bżonn li jrid jixrob.", "“Malli nqum kont inkun irrid nixrob.", "Inħallat il-kafè jew it-te mal-alkoħol.", "L-aqwa li jkun hemm l-alkoħol involut.", "Hawn min iqum billejl biex jixrob,” qalilna Paul.", "“Ara jiena bil-kontra.", "Jiena filgħodu lanqas it-tazza ma kont irrid nara…iżda malli tibda nieżla x-xemx, nibda nara x’se nixrob u minn fejn.", "Mhux kulħadd l-istess.”", "Anke jekk mhux kull alkoħoliku l-istess, kollha kemm huma jgħidu l-istess ħaġa.", "“L-alkoħol jispiċċa jikkontrollalek ħajtek.", "Taħseb biss fuq xħin se tixrob,” qalilna Paul.", "Ma hemmx limitu,” wieġbu t-tnejn li huma.", "“Jien kont naħdem għax-xorb.", "Kont nixrob ħafna.", "Żewġ flixken whiskey żgur,” qalilna Paul.", "“Dejjem moħħok biex tixrob.", "Ngħodd is-sigħat biex nixrob.", "Moħħok kalvarju ġġibu.", "Sakemm qed tistenna biex tixrob, inti ma tkunx normali.", "Ix-xorb ikollok bżonnu biex ma tiqafx.", "Isir qisu l-ilma tiegħek.", "Mingħajru ma tkun tista’ tagħmel xejn.", "Bħal meta għandek karozza u l-gauge tal-fjuwil jibda riesaq lejn l-aħmar.”", "Ma’ Paul komplejna nitkellmu fuq kif l-alkoħoliżmu influwenza mhux biss lilu iżda anke lil dawk ta’ madwaru, tant li hu jsejjaħ l-alkoħoliżmu bħala “marda tal-familja.”", "‘Kont ningħalaq il-ħanut…nilgħab il-kaxxi u nixrob’", "Fi kliemu, il-ħaġa tispiċċa tindara anke minn dawk ta’ madwarek.", "“Jekk inkun mal-mara u tarani qbadt nixrob, kienet taqbad u titlaq għax taf li se nisker,” qalilna Paul.", "“Fis-sajf kont noqgħod barra fuq it-tarġa, inlesti l-birer, il-whiskey u noqgħod nixrob.", "Kif jispiċċawli ninżel il-ħanut u nġib aktar.", "Fix-xitwa mbagħad kont nagħlaq u noqgħod il-ħanut waħdi, nilgħab il-kaxxi u nixrob.", "Jiġi min jiġi jħabbat ma kontx niftaħ.”", "Fil-fatt, kompla jirrakkonta magħna kif l-alkoħoliżmu jġib miegħu problemi oħra, fosthom il-logħob.", "Ħu minn Chris, kien jagħlaq il-ħanut u joqgħod waħdu, jilgħab il-kaxxi u jixrob.", "Biex ikompli jurina kemm verament ix-xorb jagħmik, Chris ħadna ftit lura miegħu fiż-żmien.", "“Ma rridx niftaħar, imma meta kont żgħir jiena kont gustuż,” qalilna waqt li wrina ritratt li għandu fil-bar.", "“Kont naħdem fi ħwienet fejn kien ikun hemm ħafna nisa.", "Ħafna riedu joħroġu miegħi jew iqabbdu lil ħaddieħor biex jaqbdu miegħi.", "Temmini jekk ngħidlek li qatt ma kont missejt mara?", "Imbagħad dejjem mal-bar.", "Għamilli whiskey, għamilli whiskey, għamilli whiskey.”", "‘L-alkoħol jisraqlek ħajtek’", "‘Min jaf minn xiex għaddew il-familji tagħkom?’ staqsejthom meta rrakkontawli dan kollu.", "“Il-familji jbatu ħafna,” weġibni Chris.", "Imma fl-aħħar mill-aħħar l-aktar li jbati l-alkoħoliku nnifsu.”", "“Tixrob mhux bi qżież.", "L-alkoħol ma joqtlokx iżda ma jħallikx tgħix,” kompla miegħu Paul.", "Biex jispjegalna dan, Paul iddeċieda li jaqsam magħna esperjenza ħafna aktar personali.", "“Il-familja tiegħi ma kien jonqosha xejn.", "Imma ma kontx kapaċi naqbad lit-tifel jew lil mara u ngħidilhom li nħobbhom.", "L-ewwel ħaġa filgħodu għid li kienet se tkun ġlieda.", "Kif inqum, dejjem nistenna lil mara tiġi u tgħidli x’għamilt u x’ma għamiltx.”", "Anke jekk alkoħoliku, Paul dan kien iweġġgħu.", "“Ħadt ħafna affarijiet iżda l-akbar rigal li jiena ħadt mill-Alkoħoliċi Anonimi hija li llum kapaċi nqum filgħodu, indur fuq il-mara u ngħidilha bonġu.", "Qabel dejjem kienet tkun muġugħa.", "Kont nidħol id-dar meta t-tfal ikunu waslu biex iqumu.”", "Ma jħossux lebliba meta jaraw lil xi ħadd jixrob?", "Kif għidna aktar ’il fuq, bis-saħħa tal-għaqda Alkoħoliċi Anonimi, Chris u Paul ilhom snin ma jixorbu qatra alkoħol.", "Għadna kemm ħriġna minn żmien il-festi.", "Tmur fejn tmur ikel u xorb.", "Ma stajtx ma nistaqsihomx kif iħossuhom meta jkunu xi ikla, jew xi tieġ, kulħadd jixrob u huma ma jmissux qatra alkoħol.", "Possibbli?", "Ma tiġihomx lebliba?", "“Jiena għalija ma tagħmilx differenza.", "Naħdem f’bar u ma tiġinix lebliba,” dlonk weġibna Paul.", "Chris mar oltre minn hekk.", "“Jiena mhux ma nistax nixrob.", "Jekk irrid drink nista’ naqbad u nieħdu.", "Imma jien ma rridx nixrob u din tagħmel differenza kbira.", "Darba waqt laqgħa xi ħadd semagħni ngerger u kisirni meta qalli: ‘tieqaf tixrob għalik mhux għal ħaddieħor.", "Toqgħodx tistenna ċ-ċapċip u l-proset.’", "Dik baqgħet immarkata fija.”", "Iżda ma ridtx li nibqgħu nitkellmu biss fuq id-dwejjaq u l-passat.", "Ridt li nħarsu wkoll lejn dak li biddel lil Chris u lil Paul.", "Staqsjethom jekk kienx hemm xi esperjenza partikolari li wasslithom biex ifittxu l-għajnuna tal-Alkoħoliċi Anonimi.", "X’wassalhom biex ifittxu l-għajnuna?", "Ovvjament kulħadd ikollu l-esperjenza tiegħu.", "Paul mar b’ċikka.", "Stiednu ħabib tiegħu li kien imur jixrob għandu fil-bar.", "Dan il-ħabib kien diġà mar għand l-Alkoħoliċi Anonimi iżda kien reġa’ waqa’ għax-xorb.", "Biex iżomm kelmtu, Paul mar u minn dakinhar qatt ma ħares lura.", "Chris, min-naħa l-oħra kien għaddej minn żmien diffiċli.", "Kien għaddej minn separazzjoni minn ma’ martu.", "Minflok infexx f’aktar xorb biex jinsa, Chris fittex l-għajnuna.", "Iżda kemm hu diffiċli tegħleb l-alkoħoliżmu?", "Hawnhekk Chris huwa l-espert.", "Kif isemmi l-Alkoħoliċi Anonimi għajnejh jixgħelu tant kemm ħa minn din l-għaqda.", "Insista li l-aktar ħaġa diffiċli, li jgħaddi minnha kull alkoħoliku, hija li taċċetta miegħek innifsek li int alkoħoliku.", "‘L-ewwel trid tammetti li għandek problema’", "“L-aktar pass diffiċli huwa li tammetti li għandek problema,” qalilna Chris għax l-alkoħoliku se jġib elf skuża biex jibqa’ jiċħad.", "“Jien aħjar kont ittini daqqa ta’ sikkina milli tgħidli alkoħoliku.", "Kont insir demonju ma’ min jgħidli hekk.”", "It-tieni pass x’inhu?", "Hemm diversi passi li l-għaqda Alkoħoliċi Anonimi tistieden lill-membri tagħha biex isegwu, iżda l-ewwel pass u l-aktar wieħed importanti huwa li ma tiħux l-ewwel drink.", "Sempliċi, spjegalna Chris.", "“Jekk ma tiħux l-ewwel drink mhux se tieħu t-tieni, it-tielet u l-bqija.”", "Lil min għadu ma għamilx l-ewwel pass, Paul ried jagħmillu kuraġġ.", "“Mort l-ewwel laqgħa.", "Minn dakinhar sal-lum għaddew 25 sena u qatt ma ħadt flixkun birra.”", "X’tagħmel l-għaqda Alkoħoliċi Anonimi?", "L-għaqda Alkoħoliċi Anonimi tipprovdi programm sempliċi ta’ 12-il pass.", "L-għaqda hija magħmula kollha kemm hi minn alkoħoliċi li flimkien jiltaqgħu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien.", "Kulma għandek bżonn biex issir membru hija xewqa li tieqaf mix-xorb.", "L-għan huwa wieħed, jiġifieri li l-membri jibqgħu ma jixorbux u jgħinu lill-alkoħoliċi oħra biex jieqfu mix-xorb.", "Fil-bidu ta’ din l-intervista spjegajt kif Chris u Paul minkejja li ma għadhomx jixorbu jibqgħu jiddeskrivu lilhom infushom bħala alkoħoliċi.", "Chris jispjega kif  waħda mill-affarijiet li tinsisti dwarhom l-Għaqda hija li membru jeħtieġ jibqa’ jgħasses l-alkoħoliżmu tiegħu 24 siegħa kuljum.", "“Għall-bidu kont ngħid kemm jgħaġġbuha dawn.", "Irrid noqgħod għassa 24 siegħa kuljum.", "Illum imma nifhem.", "Smajt esperjenzi ta’ nies li kienu ilhom snin twal ma jixorbux u waqgħu.", "Mhux għax kesħin!", "Smajt nies li laħqu bdew negozju u tilfuh minħabba x-xorb.”", "“Tistaħbilu tista’ imma taħrab minnu ma tistax,” kompla miegħu Paul.", "Għalhekk huma importanti dawn il-laqgħat li jkollhom il-membri tal-Alkoħoliċi Anonimi flimkien.", "Ovvjament mhux kulħadd iħossu komdu li jaqsam kull esperjenza li għadda minnha fi grupp ta’ xi 12-il ruħ.", "Għalhekk, fi kliem Chris, f’din l-għaqda jkollok ukoll bħal parrinu, jiġifieri membru ieħor li bażikament tkun tħossok komdu titkellem miegħu jew magħha biex flimkien, wieħed mal-ieħor jew waħda ma’ oħra, jaqsmu flimkien dawk l-esperjenzi li ma jħossuhomx komdi jitkellmu dwarhom fi grupp akbar.", "‘Jekk għandkom dubju ejjew u araw’", "Lil dawk li qed itellgħu u jniżżlu jekk jirrikorrux għand l-Alkoħoliċi Anonimi, Chris u Paul x’jgħidulhom?", "“Ejjew u araw.", "Mhux pass tqil,” wieġbu flimkien.", "“Min għandu xi dubju ejjew u araw.", "Aħna nistiednu lil kulħadd.", "Ma hemmx għalfejn tiġi u tammetti mill-ewwel li inti alkoħoliku.", "Ejja u ara.”", "Jekk trid aktar informazzjoni dwar l-Alkoħoliċi Anonimi tista’ żżur is-sit", "www.aamalta.org.mt", "jew il-paġna ta’ Facebook", "Alcoholics Anonymous Malta.", "Tista’ wkoll iċċempel fuq 79239264 jew 21239264.", "*Chris u Paul huma ismijiet fittizji"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54374/ermania_ta_33_sena_twea_gravi_wara_li_taqa_minn_fuq_ilbejt_", "date": "24 ta' Jannar 2019 14:25", "title": "Ġermaniża ta' 33 sena tweġġa' gravi wara li waqgħet minn fuq il-bejt", "subtitle": "L-inċident seħħ fi Triq Piscopo Macedonia, x-Xemxija", "text": ["L-inċident seħħ fi Triq Piscopo Macedonia, x-Xemxija", "Mara Ġermaniża ta' 33 sena qegħda issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet minn ġo tamboċċ waqt li kienet fuq il-bejt tal-propjetà’ tagħha.", "Għall-ħabta tad-9:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġo residenza fi Triq Piscopo Macedonia, x-Xemxija.", "Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-mara kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.", "Hija ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’Ambulanza u iktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.", "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/54328/rachel_minn_fuq_ittv_fuq_simpatii_gal_nutrizzjonalista", "date": "25 ta' Jannar 2019 09:16", "title": "Rachel: Minn fuq it-TV fuq Simpatiċi għal nutrizzjonalista", "subtitle": "Rachel Micallef  żagħżugħa li għandha tassew għal qalbha l-attività fiżika u nutrizzjoni xierqa. L-ILLUM tiltaqa' magħha u tistaqsiha", "text": ["Rachel Micallef  żagħżugħa li għandha tassew għal qalbha l-attività fiżika u nutrizzjoni xierqa.", "L-ILLUM tiltaqa' magħha u tistaqsiha", "Iddeskrivi ġurnata tipika tiegħek.", "Filgħodu nqum kmieni, ħalli qabel ma nibda x-xogħol immur niġri.", "Kif nasal id-dar, ninħasel u nieħu l-kolazzjon.", "Wara, nirrispondi l-emails u l-messaġġi tal-klijenti.", "Nerħilha lejn l-istudio biex nibda l-ġurnata tax-xogħol, fejn nara l-klijenti tat-taħriġ personali.", "Fis-siegħa brejk li jkolli, niekol u nibda nipprepara għas-sessjonijiet ta’ taħriġ.", "Wara li nispiċċa, jekk ma jkunx tard, nagħmel ftit eżerċizzju jew kif kelli dan l-aħħar, prova ta’ xi reċta.", "Immur id-dar u sakemm insajjar, nerġa' nibda nirrispondi l-emails u l-messaġġi.", "Wara nkun nista' mmur norqod!", "Irrakkonta l-esperjenza tiegħek fis-sensiela ferm popolari 'Simpatiċi'.", "Simpatiċi kienet l-ewwel opportunità tiegħi fuq it-televixin u l-iktar waħda importanti bla dubju.", "Kienet esperjenza li laqqgħatni ma' ħafna nies ġodda u bosta talenti stabbiliti, li minnhom tgħallimt ħafna.", "Bis-saħħa ta’ Simpatiċi ksibt ħafna opportunitajiet.", "Int ukoll Learning Support Educator ikkwalifikata.", "X'tikkummenta fuq din l-esperjenza u kemm tgħallimt minnha?", "L-akbar sodisfazzjoni li kelli hu meta tisma’ lill-ġenituri tat-tfal jgħidu li bil-ħidma tiegħek għamilt differenza pożittiva fil-ħajja ta’ wliedhom.", "Illum għadek attiva fil-qasam tad-drama?", "Id-drama hi parti essenzjali minni.", "Għadni kif spiċċajt minn produzzjoni teatrali b’kitba ta’ Trevor Żahra.", "Nemmen li l-arti titwieled fik, għaldaqstant ma ngħixx mingħajrha.", "Fost il-ġranet tax-xogħol twal u impenjati sa tard billejl, nipprova niddedika ftit ħin biex nagħmel dan.", "Kif jirnexxielek tlaħħaq ma' kollox fil-ħajja ferm mimlija tiegħek?", "Nipprova nkun organizzata u nqassam ħini kif suppost.", "Illum il-ġurnata, tgħallimt nippjana l-ġranet tiegħi sew.", "X'sens ġdid tak l-eżerċizzju fiżiku fil-ħajja tiegħek u dan kif u kemm jgħinek ta' kuljum kemm mil-lat fiżiku u anki minn dak psikoloġiku?", "Huwa stil ta’ ħajja li ngħix.", "L-eżerċizzju fiżiku huwa mod mill-aktar sabiħ biex bih tħossok ferħan, tikseb il-benefiċċji għal saħħtek u tieħu pjaċir.", "Inħossni ferm aħjar u jkolli aktar enerġija.", "L-attività fiżika tgħinni nippreveni għadd ta’ problemi tas-saħħa kif ukoll intejjeb il-burdata, l-iżjed wara xi ġurnata qawwija ta’ stress.", "Wieħed x'jista' jagħmel biex jonqos mill-piż speċjalment wara dan iż-żmien ta' festi - l-isport u l-eżerċizzju fiżiku ta' kuljum huma biżżejjed jew hemm affarijiet oħra ta' x'wieħed jista' jagħmel bħal ngħidu aħna li wieħed joqgħod attent x'jiekol u jixrob fost oħrajn?", "Jekk wieħed irid jonqos fil-piż u allura jkollu ġisem iktar b’saħħtu, jeħtieġ jitgħallem jibdel l-istil tal-ħajja tiegħu billi jiekol dieta bilanċjata kif ukoll jagħmel xi tip ta’ eżerċizzju.", "X'kien dak li ġiegħlek tħalli kollox fosthom il-karriera ta' LSE u tagħtiha għall-eżerċizzju fiżiku biss bħala trainer personali?", "M'hemmx dubju li dan kien jinvolvi riskju għalkemm illum irnexxejt bil-kbir...", "Nemmen illi kont ili żmien twil nagħmel l-istess xogħol, għalhekk ħassejt il-ħtieġa li nixtieq nagħmel xi ħaġa differenti, mhux għax kont imdejqa, iżda għax ridt sfidi ġodda.", "Fil-ħajja jekk ma tirriskjax tibqa’ fejn tkun, veru li tista' tiġi ħażina imma almenu tkun pruvajt.", "X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess biex int illum irnexxejt bil-kbir bħala trainer personali?", "Importanti li temmen fik innifsek u taħdem bis-sħiħ biex jirnexxilek tasal fejn tixtieq.", "Sintendi biex tasal fejn verament tixtieq hemm bżonn ukoll ta’ ħafna sagrifiċċji, determinazzjoni, dedikazzjoni u motivazzjoni.", "Kif tħossok meta tispira lil oħrajn biex jibdew jagħtu importanza lill-eżerċizzju fiżiku fil-ħajja tagħhom?", "Sodisfazzjon kbir meta tara lill-klijenti jilħqu l-miri tagħhom.", "Inħossni ferħana għax jien kont parti minn dan is-suċċess.", "Kemm hu importanti li wieħed jagħmel eżerċizzju taħt il-gwida ta' trainer personali kkwalifikat bħalek u mhux waħdu bl-addoċċ?", "X'konsegwenzi mhux mixtieqa jista' jkun hemm speċjalment rigward is-saħħa tal-persuna jekk dan ma jseħħx?", "Huwa importanti ħafna li wieħed jassigura ruħu li l-persuna fil-fatt tkun iċċertifikata biex taħdem bħala trainer personali.", "Illum il-ġurnata jeżistu reġistri online sabiex wieħed jagħmel dan.", "Trainer personali jistudja biex ikun jaf kif jaħdem il-ġisem tal-bniedem (anatomija/fiżjoloġija/muskoli/ġogi) u kif jitratta nies bi bżonnijiet mediċi speċjali.", "Teknika żbaljata tfisser eżercizzju inutli, ineffiċjenti u jista' jikkawża korriment.", "Ma tistax inti filli qatt m'għamilt attività fiżika u filli mort tiġri ġirja ta’ xi 10km!", "Flimkien mat-trainer personali jinbena programm apposta għall-persuna.", "Mill-banda l-oħra ma tistax tibqa' għaddej bl-istess programm għal tul ta’ żmien.", "Wara ftit, il-ġisem jidra l-eżerċizzju u għalhekk jieqaf milli jagħmel il-progress mixtieq.", "Għalhekk, wieħed għandu jagħraf l-importanza li jirrikorri għand nies professjonali.", "Kif tirrilassa dejjem jekk issib ħin?", "Fil-ħin liberu, inħobb immur ġirja ta’ xi 10km.", "Nipprova nsib bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja/ħbieb.", "Xi ikla tajba u safra ma jonqsux.", "Inħobb ukoll inpinġi!", "X'inhi l-isbaħ ħaġa fix-xogħol tiegħek jew ma taħsibx li hemm xi aspett isbaħ minn ieħor minħabba li dan kien dejjem dak li xtaqt tagħmel f'ħajtek?", "Nemmen ħafna li persuna għandha ssib xogħol li verament ikun għal qalbha.", "Il-fatt li nispira nies oħrajn u nagħmel dak li nħobb jagħtini sodisfazzjon kbir.", "Għaddi messaġġ lil kull min qed jaqra din l-intervista fuq l-importanza li wieħed jeżerċita ruħu b'mod regolari u jgħix ħajja sana speċjalment permezz tal-isport.", "Inħossni li nista' nagħmel dan, għaliex jien hekk kont!", "Dejjem nivvinta l-iskużi u ngħid issa nibda għada.", "Issa naf id-differenza bejn ħajti kif kienet qabel u bejn ħajti llum.", "Ibda llum qabel għada.", "Sib attività fiżika li tħobb u agħmilha, il-benefiċċji huma ħafna.", "Ħu sehem fi klassi, mur imxi, inkella ssieħeb ma’ xi tim.", "Jekk tiddejjaq, ipprova xi ħaġa ġdida.", "Taqta’ qalbek qatt.", "Jekk irnexxieli jien, jirnexxilek int!"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54372/iwieeb_jew_ma_jweibx_lavukati_ta_schembri_jinsistu_li_17_black_mhux_issuett_tallibell", "date": "24 ta' Jannar 2019 12:15", "title": "Iwieġeb jew ma jweġibx? L-avukati ta' Schembri jinsistu li 17 Black mhux is-suġġett tal-libell", "subtitle": "Keith Schembri jiftaħ libell kontra Simon Busuttil. L-avukati ta' Busuttil jistaqsu dwar 17 Black, imma l-avukati ta' Schembri jgħidu li 17 Black mhux is-suġġett tal-libell", "text": ["Keith Schembri jiftaħ libell kontra Simon Busuttil.", "L-avukati ta' Busuttil jistaqsu dwar 17 Black, imma l-avukati ta' Schembri jgħidu li 17 Black mhux is-suġġett tal-libell", "L-avukat ta' Keith Schembri, Edward Gatt u Mark Vassallo, dalgħodu sostnew illi keith Schembri m'għandux iwieġeb mistoqsijiet dwar il-kumpanija 17 Black f'libell hu stess fetaħ kontra l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil.", "Dan il-libell huwa dwar diskors li kien għamel Busuttil nhar is-6 ta' Marzu 2016 fi protesta kontra l-korruzzjoni.", "L-avukat Gatt sostna li 17 Black ma kinitx msemmija fid-diskors ta' Busuttil u allura mistoqsijiet dwar l-istess kumpanija m'għandhomx isiru.", "L-avukat ta' Busuttil, Peter Fenech sostna li min m'għanduix minn xhiex jibża' ma jagħmilx dawn it-tip ta' kundizzjonijiet.", "\"Il-fatt li d-dettal;l ma ssemmiex ma jfissrix illi m'għandix suspetti u ma nistax nuża l-informazzjoni li għandi f'idejja.\"", "\"Schembri jrid iwieġeb.", "Hu għamel il-libell u allura jrid jwieġeb mistoqsijiet anke jekk id-dokumentazzjoni ħarġet wara...dak li qal Busuttil huwa vera.", "Il-biċċiet tal-możajk issa qed jingħaqdu.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55761/ilmexxejja_taleumed7_jaqblu_li_jadmu_flimkien_fuq_limmigrazzjoni_u_ttibdil_filklima", "date": "15 ta' Ġunju 2019 10:13", "title": "Il-mexxejja tal-EUMed7 jaqblu li jaħdmu flimkien fuq l-immigrazzjoni u t-tibdil fil-klima", "subtitle": "Il-mexxejja tas-seba' pajjiżi fin-Nofsinhar tal-UE ltaqgħu Malta lbieraħ għal summit li tratta l-futur tal-Ewropa", "text": ["Il-mexxejja tas-seba' pajjiżi fin-Nofsinhar tal-UE ltaqgħu Malta lbieraħ għal summit li tratta l-futur tal-Ewropa", "Il-mexxejja ta’ seba’ pajjiżi tal-Mediterran li ltaqgħu Malta lbieraħ qablu li jaħdmu flimkien fuq it-tibdil fil-klima u l-immigrazzjoni waqt il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew.", "Il-mexxejja ta’ Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugal u Spanja, flimkien mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet quddiem Kastilja.", "Muscat qal li s-seba’ pajjiżi qablu li l-kwistjonijiet tat-tibdil fl-kliema, it-tniġġis tal-arja u l-qalba għall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku għandhom ikunu fuq nett tal-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew li se ssir bejn l-20 u l-21 ta’ Ġunju.", "Il-Prim Ministru qal li l-mexxejja qablu wkoll li jaħdmu fuq l-immigrazzjoni u marbuta magħha r-riforma li fi kliemu hemm bżonn fis-Schengen u anke l-libertà tal-moviment.", "L-ewwel ma wasal kien il-President Franċiż Emmenual Macron li ngħata merħba minn Muscat quddiem Kastilja qabel ma kellhom laqgħa privata flimkien, fejn iddiskutew is-sitwazzjoni fil-Libja, l-immigrazzjoni u kwistjonijiet oħra Ewropej.", "Muscat irrefera għal-Libja bħala ġar importanti waqt li saħaq li Malta hija inkwetata immens bis-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż.", "Tul il-konferenza, il-Prim Ministru Malti ddikjara wkoll l-appoġġ tal-EUMed7 għal Ċipru fid-dawl tal-aħħar tensjonijiet li eskalaw mat-Turkija."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54353/alfred_zammit_se_jikkontesta_gallkunsill_lokali_talbelt_valletta", "date": "22 ta' Jannar 2019 15:26", "title": "Alfred Zammit se jikkontesta għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta", "subtitle": "Alfred Zammit ikkonferma mas-sit illum.com.mt li l-Prim Ministru talbu jikkontesta u hu aċċetta minnufih", "text": ["Alfred Zammit ikkonferma mas-sit illum.com.mt li l-Prim Ministru talbu jikkontesta u hu aċċetta minnufih", "Il-preżentatur popolari Alfred Zammit se jkun qed jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f'isem il-Partit Laburista.", "Zammit se jkun qed jikkontesta għall-kunsillier tal-Belt Valletta, il-Belt li fiha trabba u għadu jgħix.", "F'kummenti ma' dan is-sit, Alfred Zammit ikkonferma li l-Prim Ministru Joseph Muscat talbu jikkontesta u hu aċċetta mill-ewwel.", "Zammit mhux se jkun l-uniku personalità li se jikkontesta għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.", "Mark Spiteri Lucas huwa wkoll wiċċ ġdid għall-politika li se jkun qed jikkontesta għall-ewwel darba għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.", "Dan apparti Christian Micallef, il-preżentatur tal-programm sportiv Replay, li l-ġimgħa li għaddiet inħatar Sindku tal-Belt Valletta wara r-riżenja ta' Alexiei Dingli u l-kantant Vince Fabri li wkoll kien elett fil-Kunsill Lokali Belti f'isem il-Partit Nazzjonalista."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55762/meta_kont_pazjent_stajt_napprezza_aktar_liddonaturi_taddemm__ilpresident", "date": "15 ta' Ġunju 2019 10:29", "title": "'Meta kont pazjent stajt napprezza aktar lid-donaturi tad-demm' - Il-President", "subtitle": "George Vella ta rikonoxximent lil 17-il donatur tad-demm f'ċerimonja li matulha qasam l-esperjenza wkoll is-Surġent Simon Schembri", "text": ["George Vella ta rikonoxximent lil 17-il donatur tad-demm f'ċerimonja li matulha qasam l-esperjenza wkoll is-Surġent Simon Schembri", "Fil-jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm, il-President ta’ Malta George Vella ta rikonoxximent lil 17-il donatur tad-demm talli ddistingwew ruħhom bid-donazzjonijiet tad-demm matul is-snin.", "Din hija l-ħames darba li din iċ-ċerimonja saret taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta.", "Din is-sena ġew onorati għaxar nisa u sebat irġiel. Dawn huma Joanna Abela, Rita Azzopardi, Martin Bugelli, Susanne Bonnici, Jimmy Sammut, Josette Farrugia, Lawrence Gialanze, Margaret Galea, Anthony Deguara, Doris Grima, Paul Deguara, Maria Portelli, Alfred Calleja, Mary Sant, Stephen Vella, Joanna Pecorella, u Anna Zammit.", "Il-President iddeskriva d-donazzjonijiet tad-demm bħala ġest li huwa nobbli u ammirevoli", "Qal li meta kien ukoll pazjent, seta’ japprezza lid-donatur li bis-saħħa tiegħu seta’ jieħu l-kura, kif ukoll lill-ħaddiema, tobba u infermiera li jaraw li d-demm meħtieġ ikun ta’ kwalità.", "Il-President radd ħajr lil dawk kollha li jaħdmu fis-servizz nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, kif ukoll tal-Banek tad-Demm tal-Isptar Mater Dei u tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, filwaqt li esprima sodisfazzjon lejn “il-qalb kbira tal-poplu Malti.”", "Il-President Vella temm id-diskors tiegħu b’appell biex jinkoraġixxi qraba u familjari tad-donaturi tad-demm, biex jieħdu l-eżempju tagħhom u jsiru huma wkoll donaturi regolari tad-demm.", "Matul iċ-ċerimonja qasmu l-esperjenza tagħhom Kenneth Frendo (li waqqaf il-Fondazzjoni Smiling with Jerome) u Christine Grixti, filwaqt li s-Surġent Simon Schembri tkellem dwar id-diffikultajiet li għadda minnhom u kemm kien importanti d-demm biex baqa’ ħaj.", "It-tema magħżula għal din is-sena hija ‘Demm Sigur għal Kulħadd’.  L-għan ta’ din it-tema huwa iktar nies jitħajru jsiru donaturi tad-demm u jagħtuh b’mod regolari bil-għan li l-provista tlaħħaq mal-bżonnijiet tal-pazjenti li jkunu jeħtieġu t-trasfużjoni tad-demm.", "Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz tal-Verdala u kienet organizzata mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54323/gadna_ppreparati_u_lesti_biex_inaffru_mina_tat_ilbelt_valletta", "date": "23 ta' Jannar 2019 09:26", "title": "‘Għadna ppreparati u lesti biex inħaffru mina taħt il-Belt Valletta’", "subtitle": "Il-Kap Eżekuttiv tal-AX Group jittama li fix-xhur li ġejjin ikunu solvuti ‘problemi’ li jista’ jkun hemm fil-proċeduri u li qed iwaqqfu l-proġett ta’ tħaffir ta’ mina taħt il-Belt, biex servizz ta’ trasport bil-baħar jgħaqqad lil Tas-Sliema mal-Kottonera", "text": ["Il-Kap Eżekuttiv tal-AX Group jittama li fix-xhur li ġejjin ikunu solvuti ‘problemi’ li jista’ jkun hemm fil-proċeduri u li qed iwaqqfu l-proġett ta’ tħaffir ta’ mina taħt il-Belt, biex servizz ta’ trasport bil-baħar jgħaqqad lil Tas-Sliema mal-Kottonera", "Fl-aħħar ġimgħat instema’ ħafna dwar il-mina li se tkun qed tinbena bejn Malta u Għawdex iżda donnu ntesiet mina oħra li kellha titħaffer taħt il-Belt Valletta biex tgħaqqad Tas-Sliema mal-Kottonera permezz ta’ servizz ġdid ta’ trasport bil-baħar.", "Iżda din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija AX Group, Michael Warrington, li kkonferma li għadhom ippreparati u lesti biex iwettqu dan il-proġett.", "Anke jekk it-tir kien li dan il-proġett ikun lest u jkun jiffunzjona sal-2018, is-sena li fiha l-Belt Valletta kienet qed iġġorr it-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura,  kollox jindika li ftit li xejn kien hemm żviluppi dwar din il-mina.", "Kemm Projects Malta u anke l-Ministeru għat-Turiżmu qalu mal-gazzetta ILLUM li preżentament għadhom għaddejjin in-negozjati bejn il-Gvern u l-kumpanija privata.", "Anke jekk la Projects Malta u lanqas il-Ministeru ma rreferew għall-ebda problema, fil-kummenti tiegħu ma’ din il-gazzetta, Michael Warrington qal li wieħed jittama li “jekk hemm xi problemi fil-proċedura li qed iwaqqfu dan il-proġett,” dawn ikunu riżolti fix-xhur li ġejjin, għax fi kliemu, l-AX Group jemmen ħafna f’dan il-proġett.", "Mistoqsi jekk sarux studji dwar din il-mina, Warrington saħaq li saru “bosta studji” u li jkopru l-aspetti kollha ta’ dan il-proġett, inkluż dawk marittimi, tekniċi u finanzjarji.", "Fi kliemu, dawn kollha wrew li dan il-proġett jista’ jsir.", "Iżda aktar minn hekk, fakkar li meta l-UNESCO, f’Marzu tal-2017, tat l-approvazzjoni tagħha għal dan il-proġett, ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq ir-riżultati ta’ dawn l-istudji.", "Meta mistoqsi x’inhuma l-passi li jmiss, Warrington saħaq li fadal jiġi ffirmat il-ftehim tal-konċessjoni mal-Gvern iżda wara jkun jonqos ukoll l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar biex ix-xogħol ikun jista’ jibda.", "Ftit jiem wara li l-UNESCO tat l-approvazzjoni tagħha, iċ-Chairperson tal-AX Group, Anġlu Xuereb, kien saħaq li l-ftehim se jkun iffirmat “dalwaqt,” għax fi kliemu kienu qed jistennew biss l-approvazzjoni tal-UNESCO.", "F’Settembru tal-2017, waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-Gvern kien ħabbar investiment ta’ €24 miljun għar-riġenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt Valletta, il-Ministru Konrad Mizzi kien reġa’ semma l-konċessjoni u qal li din se tkun iffirmata “fil-ġimgħat li ġejjin.”", "Minkejja dan, sal-lum dan il-kuntratt għadu ma ġiex iffirmat.", "Jekk il-kuntratt ikun iffirmat u l-Awtorità tal-Ippjanar tapprova dan il-proġett, il-Kap Eżekuttiv saħaq li l-AX Group jinsab kunfidenti li jlesti l-mina fi żmien 18-il xahar mill-approvazzjoni.", "Meta ssemma għall-ewwel darba dan il-proġett?", "L-AX Group kienet l-unika kumpanija li rrispondiet għal sejħa ta’ interess, maħruġa minn Projects Malta fl-2015, għad-disinn, il-bini u t-tħaddim ta’ modi differenti ta’ trasport fil-Port il-Kbir u fiż-żoni ta’ madwar il-port ta’ Marsamxett.", "Fost oħrajn, din is-sejħa kienet tispeċifika li l-proġetti kellhom mhux biss ikunu effiċjenti u effettivi iżda lanqas ma jkunu jinkludu karozzi.", "Fi kliem sempliċi, l-AX Group qed jipproponi t-tħaffir ta’ mina fil-livell tal-baħar, liema mina tgħaddi minn taħt il-Belt Valletta u li minnha jgħaddu l-laneċ li jgħaqqdu Tas-Sliema mal-Kottonera.", "X’nafu sa issa dwar din il-mina?", "Iċ-Chairperson tal-AX Group, Anġlu Xuereb, kien spjega kif is-servizz ta’ trasport bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Belt u l-Kottonera se jibqa’ jeżisti iżda l-passiġġiera se jkunu jistgħu wkoll jaqsmu minn Tas-Sliema u l-Kottonera u viċi-versa billi jibqgħu fuq il-lanċa.", "Spjega kif apparti minn hekk, persuni li jkunu jridu jaqsmu minn Tas-Sliema għall-Belt, minflok jieqfu Marsamxett, ikunu jistgħu jieqfu l-Port il-Kbir u jitilgħu l-Belt permezz tal-lift tal-Barrakka u b’hekk jiffrankaw t-tlajja’ li l-Belt hija tant magħrufa għalihom.", "It-tir tal-AX Group huwa li jkun hemm żewġ laneċ, u lanċa oħra f’każ li jkun hemm bżonn.", "Mill-pjanti u l-pjanijiet li ppreżenta l-AX Group, din il-mina għandha tkun wiesgħa seba’ metri, twila 800 metru u bil-vjaġġi minn Tas-Sliema għall-Kottonera u viċi-versa jieħdu madwar 20 minuta kull wieħed.", "Il-proġett għandu jiswa mat-€12-il miljun.", "Għal dan il-proġett kellhom ikunu involuti wkoll l-inġiniera barranin li ħadmu fuq il-mini li saru bħala parti mill-proġett nazzjonali għat-taffija mill-għargħar.", "Għalfejn kien hemm bżonn l-approvazzjoni tal-UNESCO?", "Minħabba l-fatt li l-Belt Kapitali hija fuq il-lista tal-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO), proġett bħal dan,  li se jara t-tħaffir ta’ mina taħt il-Belt Valletta, kellu bżonn l-approvazzjoni tagħha.", "Fid-deċiżjoni tagħha, il-UNESCO kienet iddeċidiet li dan il-proġett mhuwiex ta’ theddida għall-wirt storiku u arkitettoniku li bih hija mżejna l-Belt Valletta.", "Fil-fatt, Xuereb kien spjega wkoll kif fid-disinn tal-mina kienet ingħatat attenzjoni partikolari biex din ma tgħaddix minn taħt is-sotterranji tal-Belt u minn taħt bini ieħor importanti.", "Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, li taħtu taqa’ l-Aġenzija Projects Malta, kien saħaq li permezz ta’ dan il-proġett, il-Gvern kien se jkun qed iwettaq wegħda oħra, jiġifieri li jiffaċilita t-trasport fil-Belt b’mezzi varji.", "Apparti l-Ministru Mizzi, il-proġett kien qed ikun imbuttat ukoll mill-Ministru Joe Mizzi li fi żmien li tħabbar il-proġett kien Ministru għat-Trasport.", "Il-gazzetta ILLUM bagħtet tistaqsi lill-Ministeru għat-Trasport, li issa huwa f’idejn il-Ministru Ian Borg, dwar il-progress li sar dwar dan il-proġett.", "Madanakollu, il-Ministeru talabna ngħaddu kwalunkwe mistoqsija dwar dan il-proġett lill-Ministeru għat-Turiżmu."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54355/ilpn_jivvota_kontra_latra_ta_karl_izzo_bala_ambaxxatur_ta_malta_gallmontenegro", "date": "22 ta' Jannar 2019 17:30", "title": "Il-PN jivvota kontra l-ħatra ta' Karl Izzo bħala Ambaxxatur ta' Malta għall-Montenegro", "subtitle": "Il-PN jisħaq li l-kriterju tal-għażla għandu jkun aktar bbażat fuq l-esperjenza u l-kompetenza u mhux fuq il-prattika tal-ħbieb tal-ħbieb", "text": ["Il-PN jisħaq li l-kriterju tal-għażla għandu jkun aktar bbażat fuq l-esperjenza u l-kompetenza u mhux fuq il-prattika tal-ħbieb tal-ħbieb", "Il-membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat Permenenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, vvutaw kontra l-ħatra ta' Karl Izzo bħala Ambaxxatur ta' Malta mhux resident għall-Montenegro.", "Fi stqarrija, il-PN saħaq li din n-nomina ma tilħaqx il-livell li huwa mistenni fir-rappreżentanza diplomatika", "“Il-kriterju tal-għażla għandu jkun aktar bbażat fuq l-esperjenza professjonali, kompetenza u formazzjoni f'din il-linja u mhux fuq il-prattika żbaljata u anti-meritokratika tal-ħbieb tal-ħbieb,” saħaq il-Partit Nazzjonalista.", "Fl-istqarrija, il-PN saħaq li l-Montenegro huwa pajjiż importanti fi ħdan l-familja Ewropea u membru futur tal-Unjoni Ewropea waqt li ffakkar li pajjiżna diġà ta l-appoġġ tiegħu għal din il-kandidatura direttament u pubblikament.", "“Il-membri fi ħdan dan il-kumitat jidhrilhom għalhekk li din d-deċiżjoni hija waħda żbaljata u tindika li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tilef d-direzzjoni t-tajba u qiegħed jixħet f'dell ħidma diplomatika kostanti u sostnuta,” temm jgħid il-PN."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54354/traffikant_taddroga_li_kellu_materjal_pornografiku_tattfal_jingata_elsien_millarrest", "date": "22 ta' Jannar 2019 16:24", "title": "Traffikant tad-droga b'akkużi ta' pedofelija jingħata l-ħelsien mill-arrest", "subtitle": "...wara sitt xhur taħt arrest preventiv. Il-Qorti tasal għal din id-deċiżjoni minħabba li l-Prosekuzzjoni ma resqitx xhieda", "text": ["...wara sitt xhur taħt arrest preventiv.", "Il-Qorti tasal għal din id-deċiżjoni minħabba li l-Prosekuzzjoni ma resqitx xhieda", "Raġel akkużat bi traffikar tad-droga u li kellu fil-pusses tiegħu pornografija tat-tfal, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien ilu jinżamm taħt arrest preventiv għal sitt xhur.", "Ir-raġel li għandu 41 sena u jgħix Birżebbuġa kien arrestat nhar id-29 ta' Awwissu tas-sena l-oħra wara rejd mill-pulizija, fil-garaxx tiegħu.", "Hu kien diġa ngħata ħelsien mill-arrest fuq offiża separata.", "Il-Qorti sostniet illi tat biżżejjed żmien biex il-Prosekuzzjoni ttella' x-xhieda, speċjalment tfal, imma dan għadu ma ġarax.", "Il-Qorti qalet illi fin-nuqqas ta' spjegazzjoni għal dan mill-Avukat Ġenerali, l-arrest tiegħu kien eżawrit.", "Għalhekk tat lill-akkużat l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €5,000 u garanzija personali ta' €20,000.", "LAvukat Roberto Montalto kien qed imexxi d-difiża."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54357/jetie_qafas_legali_biex_ilkummissarju_gattfal_jiddefendi_ddrittijiet_tattfal__pd", "date": "23 ta' Jannar 2019 09:48", "title": "'Jeħtieġ qafas legali biex il-Kummissarju għat-Tfal jiddefendi d-drittijiet tat-tfal' - PD", "subtitle": "Il-PD saħaq li Malta għad ma għandhiex qafas legali li jiddefendi d-drittijiet ta’ kull tifel u tifla mill-Kummissarju għat-Tfal", "text": ["Il-PD saħaq li Malta għad ma għandhiex qafas legali li jiddefendi d-drittijiet ta’ kull tifel u tifla mill-Kummissarju għat-Tfal", "“L-Istat għandu jkollu liġijiet tajbin u effettivi li jassiguraw il-benessere u żvilupp tat-tfal.”", "Hekk saħaq il-Partit Demokratiku fi stqarrija wara li lbieraħ, il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia qal fil-Parlament li Malta għad ma għandhiex qafas legali li jiddefendi d-drittijiet ta’ kull tifel u tifla mill-Kummissarju għat-Tfal.", "Huwa għalhekk li l-Partit Demokratiku qed jisħaq li wasal iż-żmien li l-Kummissarju għat-Tfal tkun tista’ tindirizza d-drittijiet ta’ tfal individwali b’qafas legali wkoll.", "“Rappreżentazzjoni legali mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għal tifel jew tifla f’pożizzjoni vulnerabbli ma jistax jingħata legalment, anki jekk il-Konvenzjoni li ffirmat Malta 30 sena ilu jirreferi għalih,” stqarr il-PD.", "Min-naħa tagħhom il-kandidati tal-PD għall-Parlament Ewropew, Camilla Appelgren u Anthony Buttigieg saħqu li t-tfal għandhom dritt għal protezzjoni, li jesprimu l-opinjoni tagħhom, li jkollhom edukazzjoni tal-Istat u kura medika.", "“L-ebda awtorità ma tista’ tinnega d-drittijiet tat-tfal, aktar u aktar fl-edukazzjoni.", "Il-burokrazija m’għandha qatt tinnega aċċess għal skola partikolari f’ċirkostanzi hekk speċjali,” komplew jisħqu l-kandidati."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54352/add_ma_jwea_meta_trakk_taliskart_jieu_nnar", "date": "22 ta' Jannar 2019 12:45", "title": "Ħadd ma jweġġa' meta trakk tal-iskart jieħu n-nar", "subtitle": "Trakk tal-iskart ħa n-nar huwa u tiela' Triq l-Imġarr f'Għajnsielem", "text": ["Trakk tal-iskart ħa n-nar huwa u tiela' Triq l-Imġarr f'Għajnsielem", "Trakk tal-iskart ħa n-nar huwa u tiela' Triq l-Imġarr f'Għajnsielem.", "Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili jikkontrollaw in-nirien f'qasir żmien.", "Għadu mhux magħruf x'wassal biex it-trakk jieħu n-nar.", "Għal xi ħin it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54356/ilgrtu_tgid_li_sidien_talpompi_qed_ikunu_mhedda_minabba_listrajk", "date": "22 ta' Jannar 2019 18:58", "title": "Il-GRTU tgħid li sidien ta' pompi tal-petrol qed ikunu mhedda minħabba l-istrajk", "subtitle": "Il-GRTU twissi illi se tipproteġi lill-membri tagħha minn dak li qed issejjaħlu bħala kuntatt mill-kumpanija Enemed, b'theddid...", "text": ["Il-GRTU twissi illi se tipproteġi lill-membri tagħha minn dak li qed issejjaħlu bħala kuntatt mill-kumpanija Enemed, b'theddid...", "\"Bosta pompi tal-Petrol li issiehbu fil-franchising tal-Enemed irrappurtaw li gew ikkuntatjati minn uffiċjali tal-Enemed biex jaraw dawn hux se jkunu qed jieħdu azzjonijiet mil-lejla u jekk iva, li se jkun hemm riperkussjonijiet fuqhom.\"", "Hekk sostniet il-GRTU fi stqarrija ilejla hekk kif bdew azzjonalijiet mill-istess unjin minħabba nuqqas ta' qbil mal-Gvern.", "Il-GRTU kkundannat dan l-ghagir minn kumpanija \"li suppost hi ndipendenti u li qiegħda tintuża għal skopijiet ulterjuri.\"  Il-GRTU kkonfermat li l-kuntratt tal-Enemed ma jistax iwaqqaf l-ebda pompa tal-petrol milli tissalvagwardja l-interessi tagħha u twettaq d-deċiżjonijiet li għandha bżonn għan-negozju tagħha.", "Intant l-istqarrija ttemm tgħid li l-GRTU se tkun qieghda tieħu il-passi kollha neċessarji biex tipproteġi l-membri tagħha"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54340/sitt_snin_abs_gassidien_ta_palumbo", "date": "21 ta' Jannar 2019 15:40", "title": "Sitt snin ħabs għas-sidien ta' Palumbo misjuba ħatja b'rimi ta' skart kimiku perikoluż", "subtitle": "Huma mistennija jappellaw din id-deċiżjoni mogħtija minn qorti f'Messina", "text": ["Huma mistennija jappellaw din id-deċiżjoni mogħtija minn qorti f'Messina", "Is-sid ta’ Palumbo Shipyards Antonio Palumbo u ibnu Raffaele, ingħataw sentenza ta’ sitt snin ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li ramew b’mod illegali skart kimiku perikoluż.", "Iż-żewġ negozjanti, kienu fost seba’ persuni misjuba ħatja minn Qorti f’Messina li ffaċilitaw ir-rimi ta’ tunnellati sħaħ ta’ skart kimiku li kien jintuża għat-tiswija tal-vapuri, bejn l-2011 u l-2013.", "Skont rapporti, l-avukati tagħhom mistennija jappellaw mis-sentenza", "Antonio Palumbo dejjem ċaħad l-akkużi tant li dejjem saħaq li l-akkużi kienu motivati politikament.", "F’intervista ma’", "The Times of Malta", "fl-2013, Palumbo kien saħaq li l-każ huwa frott “is-sistema politika delikata,” fl-Italja.", "Kollox beda meta uffiċjali Taljani kienu qablu l-materjal perikoluż mormi ma’ kampjuni ta’ materjali oħra fil-faċilità ta’ Messina ta’ Palumbo.", "Il-każ kien wasal f’Malta wkoll fejn l-awtoritajiet kienu fetħu investigazzjoni fuq il-faċilità Maltija wara informazzjoni li kimiċi simili kienu ġew mormija f’Malta u midfuna taħt il-konkrit.", "Wara diversi spezzjonijiet kien irriżulta li materjal simili għal dak misjub f’Messina kien preżenti wkoll f’kampjuni minn konkrit elevat mill-faċilità f’Malta.", "Il-MaltaToday kienet saħansitra irrappurtat li l-investigazzjoni dwar dan kienet intemmet fl-2016 bl-Awtorità tal-Ippjanar u awtoritajiet oħra kienu għaddejin b’diskussjonijiet biex ikunu determinati l-passi li għandhom jittieħdu."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54341/nippreferu_noqtlu_lilna_nfusna_milli_mmorru_lura_llibja_aktar_immigranti_jistennew_port", "date": "21 ta' Jannar 2019 17:27", "title": "'Nippreferu noqtlu lilna nfusna milli mmorru lura l-Libja'; Aktar immigranti jistennew port", "subtitle": "Madwar 100 immigrant ieħor ġew salvati minn bastiment tal-merkanzija li ngħata struzzjoni biex jeħodhom lura l-Libja", "text": ["Madwar 100 immigrant ieħor ġew salvati minn bastiment tal-merkanzija li ngħata struzzjoni biex jeħodhom lura l-Libja", "Il-bastiment Sea-Watch 3 ilu jumejn jistenna li jingħata port biex iniżżel għadd ta’ immigranti li salva u dan filwaqt li bastiment privat tal-merkanzija salva aktar immigranti hekk kif instabu fuq dgħajsa żgħira li kienet qed timtela’ bl-ilma.", "Skont l-NGO Sea Watch, l-ekwipaġġ abbord is-Sea Watch 3, ikkuntatja kemm lill-awtoritajiet Taljani, Maltin, Libjani u Olandiżi jistaqsi fejn se jniżżel s-47 immigrant li għandu abbord.", "Sa issa l-ekwipaġġ għadu bla tweġiba anke jekk, skont l-NGO, l-awtoritajiet Malta kkonfermaw li se jerġgħu jagħmlu kuntatt magħhom.", "Jidher iżda, skont dak ippubblikat minn Sea Watch fuq Twitter, li l-bastiment tal-merkanzija, li salva madwar 100 immigrant, irċieva struzzjonjiet biex jieħdu l-immigranti lura l-Libja.", "Saħqet li dan imur kontra l-liġijiet internazzjonali.", "L-NGO kompliet tgħid li meta ndunaw li se jittieħdu l-Libja, żewġ immigranti abbord il-bastiment tal-merkanzija għamlu kuntatt magħha u qalulha li jippreferu jolqtu lilhom infushom milli jirritornaw f’pajjiżhom.", "Email to MRCC", "#Rome", ", RCC", "#Malta", "and JRCC", "#Libya", "at 13:10, informing and asking who is in charge of coordination.", "We request urgent assistance for those in distress.", "Emails to", "#Tripoli", "bounce immediately.", "#Malta", "confirms on the phone that they will come back to us."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55764/ilkorpi_regolatorji_talindustrija_talbini_mgandhomx_irriorsi_biex_jadmu__ad", "date": "15 ta' Ġunju 2019 12:46", "title": "'Il-korpi regolatorji tal-industrija tal-bini m’għandhomx ir-riżorsi biex jaħdmu' - AD", "subtitle": "'L-awtoritajiet regolatorji fl-industrija tal-bini, ħafna drabi jaġixxu qieshom kaxxa tal-ittri' jgħid l-AD", "text": ["'L-awtoritajiet regolatorji fl-industrija tal-bini, ħafna drabi jaġixxu qieshom kaxxa tal-ittri' jgħid l-AD", "Waqt konferenza stampa dar il-kollass ta’ dar f’dawn l-aħħar jiem iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo saħaq li l-AD lha s-snin tenfasizza li l-ilmenti tar-residenti fuq żvilupp mill-industrija tal-bini, ħafna drabi żvilupp intensiv f’żoni residenzjali, mhux mogħti piż u konsiderazzjoni biżżejjed.", "\"Bosta drabi huma l-awtoritajiet stess li jinjoraw dawn l-istess ilmenti.", "Dan qed iwassal għal kwalità ta’ ħajja baxxa f’ambjent urban ikkontaminat,\" saħaq Cacopardo.", "Cacopardo qal ukoll li, il-kollass ta’ tliet binjiet, tnejn minnhom fi tlett ijiem iktar kmieni din il-ġimgħa, assoċjat ma siti fejn qed isir iskavar, hu ta’ tħassib kbir, imma ma jissorprendiniex.", "\"Fortunatament ma kienx hemm imwiet, kuntrarju għall-passat qarib.\"", "Dwar is-sospensjoni tal-Gvern ghall-permessi ta' twaqqigħ u iskavar, Cacopardo qal li, \"dan jixhed li l-korpi regolatorji tal-industrija tal-bini m’għandhomx ir-riżorsi biex jagħmlu xogħolhom, u fil-fatt m’humiex jagħmluh.\"", "Żied jgħid li din hux l-ewwel darba li ġraw dawn l-inċidenti u li ma ġrawx iktar minnhom hu mertu tal-parti l-kbira tal-operaturi u professjonisti fl-industrija tal-bini li jaħdmu b’attenzjoni.", "Ċertament li mhux mertu tal-awtoritajiet li iktar iva milli le huma passivi wisq.", "\"L-awtoritajiet regolatorji fl-industrija tal-bini, ħafna drabi jaġixxu qishom kaxxa tal-ittri (letterbox): jirċievu rapporti u korrispondenza u ftit li xejn jaġixxu fuqhom u dwarhom.\"", "Fi tmiem il-konferenza Cacopardo qal li, \"ir-regolamenti ta’ emerġenza li ser jippubblika l-Gvern f’dawn il-ġranet jistgħu jimlew vojt temporanju.", "Li hu meħtieġ mhux dan iżda riżorsi adegwati biex l-industrija tal-kostruzzjoni tkun sorveljata sewwa u l-ħin kollu.", "Hu biss b’dan il-mod li dawk il-ftit li m’għandhomx rispett lejn il-komunità residenzjali fiz-zoni urbani tagħna jinġiebu f’sensihom.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54343/neville_gafa_pprova_jallas_biex_libjani_ma_jixhdux_kontrih", "date": "21 ta' Jannar 2019 18:05", "title": "'Neville Gafà pprova jħallas biex Libjani ma jixhdux kontrih'", "subtitle": "Ikompli jinstema' l-libell miftuħ minn Neville Gafa dwar l-allegat każ ta’ tixħim għall-ħruġ tal-visas mediċi", "text": ["Ikompli jinstema' l-libell miftuħ minn Neville Gafa dwar l-allegat każ ta’ tixħim għall-ħruġ tal-visas mediċi", "Fil-Qorti nstema’ kif diversi Libjani kienu lesti biex jixhdu kontra l-uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafà dwar l-allegat każ ta’ tixħim għall-ħruġ tal-visas mediċi, iżda rċevew theddid biex ma jagħmlux dan.", "Kien Ivan Grech Mintoff li qal dan hekk kif kompla jinstema l-libell, miftuħ mill-istess Gafà, konta David Lindsay bħala editur ta’ The Malta Independent on Sund", "Din kienet it-tieni darba li Grech Mintoff għamel dawn l-allegazzjonijiet, għalkemm din darba taħt ġurament.", "Ara x'kien irraporta dan is-sit dakinhar li saru l-allegazzjonijiet fuq il-programm li l-istess Grech Mintoff imexxi.", "Grech Mintoff qal li huwa jaf diversi Libjani li tpoġġew taħt pressjoni biex ma jixhdux konta l-istess Gafà.", "Huwa allega li Gafà saħanistra pprova jħallashom biex dawn ma jagħtux ix-xhieda tagħhom dwar kif Gafà, allegatament talabhom il-flus biex joħroġilhom visas mediċi illi li kieku kienu jingħatawlhom b’xejn.", "Grech Mintoff qal li saħansitra għandu ritratti ta’ Gafà fl-aħħar żjara tiegħu fil-Libja biex allegatament iħallas lil dawn il-persuni.", "Gafà kien uffiċjal pubbliku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi qabel tkeċċa mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara li sar magħruf li ppoża bħala l-mibgħut speċjali tal-Prim Ministru meta ltaqa’ ma’ uffiċjali għolja tal-Gvern Libjan.", "Grech Mintoff spjega li b’kollox jaf 13-il Libjan li huma lesti jagħtu x-xhieda tagħhom iżda ma jafdawx lill-pulizija Maltija u għalhekk lesti biss jagħtu x-xhieda tagħhom direttament.", "Huwa għamilha ċara li kienu huma li kkuntatjawh u mhux hu.", "Insista li kellimhom fuq it-telefown u rrekordja l-konverzazzjoni bil-permess tagħhom.", "Grech Mintoff qal li dawn il-persuni ħarġu stqarrijiet formali permezz ta’ affidavits u li taw ukoll id-dettalji personali tagħhom.", "Huwa qal li teżisti traduzzjoni bl-Ingliż ta’ dawn l-istqarrijiet.", "Il-Maġistrat Francesco Depasquale ordnalu biex jippreżenta dawn it-traduzzjonijiet mogħtija minn dawn il-Libjani u jiċċertifika wkoll li dawn huma veritiera.", "Grech Mintoff informa wkoll lill-Maġistrat li l-Libjani lesti jixhdu permezz ta’ Skype.", "Il-Maġistrat saħaq li dan jista’ jseħħ fis-seduta li jmiss iżda insista li jekk le se jkollu jmexxi 'l quddiem.", "Il-każ ikompli f’Marzu."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54342/simon_schembri_jinatar_uffijalment_surent_talpulizija", "date": "21 ta' Jannar 2019 17:43", "title": "Simon Schembri jinħatar uffiċjalment Surġent tal-Pulizija", "subtitle": "Il-Ministru Michael Farrugia faħħar lil Schembri għall-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija", "text": ["Il-Ministru Michael Farrugia faħħar lil Schembri għall-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija", "Illum, Simon Schembri nħatar fil-kariga ta’ surġent waqt ċerimonja mmexxija mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.", "Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru Farrugia qal li malli sar jaf bl-inċident li kien seħħ, żar lil Simon Schembri fl-Emerġenza u kull ġurnata li għaddiet ra lil Simon Schembri jaqleb għall-aħjar.", "Huwa spjega li din il-kariga ngħatat lil Schembri minħabba l-ispirazzjoni u l-għaqda li rnexxielu jġib fil-Korp tal-Pulizija.", "Fakkar ukoll fil-fondazzjoni mwaqqfa mill-istess Schembri li tgħin lill-membri tal-korpi dixxiplinati meta jkollhom bżonn l-għajnuna.", "Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Lawrence Cutajar qal li ċ-ċerimonja hi importanti għall-Korp tal-Pulizija għax hi riżultat tax-xogħol li rnexxielu jikseb Simon Schembri wara l-inċident.", "Qal li l-ħidma li wettaq Simon Schembri kienet ta’ ispirazzjoni kbira għalih u għall-membri kollha tal-Korp.", "Il-Kap Eżekuttiv tal-Korp Angelo Gafà, uffiċjali għolja fil-Korp u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Kevin Mahoney attendew għaċ-ċerimonja."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54326/niddeiedu_nergux_nagmlu_listess_meta_nkunu_fsitwazzjoni_ora_ta_salvata_", "date": "21 ta' Jannar 2019 18:06", "title": "‘Niddeċiedu nerġgħux nagħmlu l-istess meta nkunu f’sitwazzjoni oħra ta’ salvataġġ’", "subtitle": "L-ILLUM titkellem ma’ Sea-Watch. X’se tagħmel din l-NGO meta jkun hemm dgħajsa oħra f’nofs il-baħar? Giorgia Linardi twieġeb", "text": ["L-ILLUM titkellem ma’ Sea-Watch.", "X’se tagħmel din l-NGO meta jkun hemm dgħajsa oħra f’nofs il-baħar?", "Giorgia Linardi twieġeb", "Fid-diskors tiegħu, wara li ġiet fi tmiemha l-kwistjoni dwar l-immigranti abbord il-bastimenti ta’ Sea-Watch, il-Prim Ministru Joseph Muscat wissa lill-għaqdiet non-governattivi biex dejjem jimxu mar-regoli u jobdu l-ordnijiet li jingħataw mill-awtoritajiet tal-pajjiż.", "Il-ġimgħa li għaddiet l-ILLUM tkellmet ma’ Giorgia Linardi, il-kelliema ta’ Sea-Watch fl-Italja u staqsietha x’se tkun id-deċiżjoni tagħhom jekk xi darba fil-futur qarib jerġgħu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni simili bħal dik li fl-aħħar nett spiċċat biex iddominat l-aħbarijiet lokali.", "Hi ma offrietx risposta konkreta iżda sostniet li, “jekk nerġgħu nsibu ruħna f’sitwazzjoni simili bħal din se nkunu qegħdin nieħdu deċiżjoni dak il-ħin.", "Nittamaw li d-deċiżjonijiet tagħna ma jerġgħux jirriżultaw f’proċeduri kriminali kontrina, kif diġà ġara fil-konfront tal-Kaptan Claus Peter Reisch u l-bastiment tagħna li spiċċa żgumbrat għal diversi xhur,” spjegat il-kelliema ta’ sea-watch.", "Claus-Peter Reisch qed ikun akkużat fil-Qorti ta’ Malta b’reġistrazzjoni irregolari tal-bastiment, li permezz tiegħu kien salva 234 immigrant.", "Hi kompliet tgħid li fil-każ tal-immigranti li għall-ewwel ma tħallewx jidħlu Malta, “din ma kinetx operazzjoni ppjanata iżda sitwazzjoni ta’ emerġenza fejn il-Kaptan tagħna talab li jistkenn fl-ibħra territorjali Maltin.”", "‘Nifhmu l-pożizzjoni tal-Gvern Malti imma…’", "Meta sab ruħu affaċċjat bi pressjoni sabiex l-immigranti abbord il-bastimenti jidħlu Malta Muscat kien qal li “mhux se jippermetti li Malta, tispiċċa ċ-ċentru fil-Mediterran tal-immigranti li jkunu salvati mill-NGOs umanitarji u li l-ebda pajjiż ieħor ma jkun iridhom.”", "Għalhekk din il-gazzetta staqsiet lil Linardi jekk taħsibx li l-pożizzjoni hix waħda ġustifikata.", "Linardi tirrispondi billi tgħid, “nifhmu l-pożizzjoni tal-Gvern Malti u nafu li Malta u l-Italja ma jistgħux jibqgħu jkunu responsabbli waħedhom mill-operazzjoni tas-salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran.", "Għalhekk qegħdin nisħqu fuq dan l-approċċ ta’ responsabbiltà mill-pajjiżi kollha stati membri tal-UE.”", "Minkejja din id-dikjarazzjoni, Linardi rrimarkat li, “hi tal-mistħija fuq livell umanitarju kif dawn in-nies tħallew għal ġranet sħaħ bejn sema u ilma.", "Dan huwa każ li m’għandu qatt jerġa' jirrepeti ruħu,” saħqet il-kelliema ta’ Sea-Watch.", "Linardi kompliet tgħid li “nittamaw li l-istati membri tal-UE jibdew jonoraw il-qbil li hemm u l-kelma li huma taw.", "Għandna bżonn metodoloġija strutturali fuq livell Ewropew.", "Il-kundizzjoni ta’ żbarkament ta’ dawn l-immigranti ħolqot preċident ikrah f’dan il-każ.”", "‘Kieku ma ntlaħaqx qbil kollox kien se jisfaxxa fix-xejn f’temp ta’ jumejn’", "Mal-ILLUM, il-kelliema ta’ Sea-Watch żvelat ukoll is-sitwazzjoni abbord il-bastimenti tal-għaqda.", "“Is-sitwazzjoni kienet tal-biża’.", "Kien hemm frustrazzjoni kbira fuq il-vapur.", "Il-kaptan kien informani li jekk ma kienx se jintlaħaq ftehim kollox kien se jisfaxxa fix-xejn f’temp ta’ jumejn jew tlieta,” sostniet Linardi.", "Hi tkompli tispjega kif, “kienet veru diffiċli sabiex nispjegaw lil dawn l-immigranti li l-Ewropa ma tridhomx ġewwa.", "Kien hemm ħafna li meta saru jafu li mhumiex se jitħallew jidħlu ġewwa Malta, bdew jirrifjutaw l-ikel u t-trattament mediku.”", "Finalment, nhar id-9 ta’ Jannar, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li: il-Ġermanja, Franza, il-Portugall, l-Irlanda, ir-Rumanija, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Italja kollha qablu li jaċċettaw numru ta’ immigranti.", "Min-numru kollha ta' immigranti li ġew salvati, fosthom 249 immigrant li ġew salvati mill-forzi tal-ordni Maltin f’lejliet l-ewwel tas-sena, Malta ħadet 74 persuna.", "“Ħadna r-ruħ meta l-Prim Ministru Malti ħabbar id-deċiżjoni li dawn l-immigranti jitħallew jidħlu Malta.", "Il-voluntiera u l-membri kollha ta’ Sea-Watch għamlu biċċa xogħol tajba ħafna,” temmet tgħid il-Kelliema ta’ Sea-Watch.", "Intant, bħalissa numru ta' immigranti oħra jinsabu abbord il-bastiment Sea-Watch 3 jistennew li jingħataw port sigur.", "Madwar 100 immigrant ieħor ġew salvati minn bastiment tal-merkanzija."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54324/tarrestoranti_ilhom_biex_iqatuna__kieku_jistgu_anke_filbaar_jitfgu_limwejjed", "date": "22 ta' Jannar 2019 09:16", "title": "‘Tar-restoranti ilhom biex iqaċċtuna … kieku jistgħu anke fil-baħar jitfgħu l-imwejjed’", "subtitle": "L-ILLUM iżżur ir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk bl-għan li titħaddet ma’ diversi bejjiegħa tal-Monti dwar din id-deċiżjoni li l-Monti jżarma fit-3pm", "text": ["L-ILLUM iżżur ir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk bl-għan li titħaddet ma’ diversi bejjiegħa tal-Monti dwar din id-deċiżjoni li l-Monti jżarma fit-3pm", "Is-Sibt li għadda, f’referendum lokali x-Xlukkajri vvutaw sabiex il-monti tal-Ħadd tal-istess lokalità jibda jżarma fit-tlieta ta’ waranofsinhar.", "L-ILLUM żaret ir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk bl-għan li titħaddet ma’ diversi bejjiegħa tal-Monti dwar din id-deċiżjoni.", "‘Jekk inżarmaw aħna tal-monti u minflok joħorġu l-imwejjed tar-restoranti se niġu ċikku briku’", "Wieħed mill-bejjiegħa li tkellmu mal-ILLUM qal li għalkemm huwa normalment iżarma qabel is-2pm u għalhekk id-deċiżjoni tas-Sibt ma tantx se taffettwah, xorta waħda għandu riżervi kbar.", "“Jien sat-3pm inkun żarmajt.", "Noqgħod Marsaxlokk stess, sabiħ li hawnhekk ikun spazju miftuħ,” saħaq dan il-bejjiegħ.", "Minkejja dan, hu qal li, “il-problema hi li jekk lilna se jġegħluna nżarmaw fit-3pm, imbagħad tar-restoranti se jimlew kulm’hawn bl-imwejjed u siġġijiet se niġu ċikku briku,” irrimarka Josef.", "Staqsejt lill-bejjiegħ jekk din hix problema rikorrenti.", "Hu kien pront iwieġeb, “iva, ikollhom 10 imwejjed u jridu jdaħħlu d-doppju.", "Ġieli jitfgħu l-imwejjed sax-xifer ta’ fejn l-baħar.", "Jiġi sajjied lanqas ikun jista' jtella’ l-affarijiet tiegħu.", "Hawn bżonn ta’ ħafna infurzar u regolamenti mhux abbandun totali,” saħaq dan il-bejjiegħ.", "Żied jgħid li, “min iżomm id-dixxiplina jrid ikun sod u mhux jikkorrompi ruħu b’ħuta jew kafè.”", "“B’din id-deċiżjoni Marsaxlokk spiċċa maqsum fi tlieta”", "Nikos, bejjiegħ ieħor li ilu għomru u żmienu jaħdem f’dan il-monti sostna ma’ din il-gazzetta li skontu, “din id-deċiżjoni ħolqot diviżjoni fir-raħal ta’ Marsaxlokk.”", "“Bil-vot tal-ġimgħa l-oħra, ir-raħal ta’ Marsaxlokk spiċċa maqsum fi tlieta.", "Fuq naħa għandek tar-restoranti, fuq in-naħa l-oħra għandek ir-residenti u fl-aħħar nett għandek lilna tal-monti,” spjega Nikos.", "Skontu, “kien żball kbir min-naħa tal-awtoritajiet ikkonċernati li għal ftit voti ħadu deċiżjoni li finalment se taffettwa l-għixien tan-nies.", "Kif jista’ xi ħadd qatt jivvota fuq xi ħaġa li se taffettwa l-ħobża ta’ kuljum ta’ xi ħadd ieħor?” temm jistaqsi dan il-bejjiegħ.", "Fuq il-kwistjoni tar-restoranti, dan il-bejjiegħ stqarr li, “huwa veru li xi ftit minnhom iridu jqaċċtuna minn hawn u li kieku jistgħu anke fil-baħar jitfgħu l-imwejjed però minkejja dan ma tistax titfa’ lil kulħadd fl-istess keffa,” sostna Nikos.", "“Normalment inkunu lanqas għadna żarmajna u diġà jiġu biex jarmaw l-imwejjed”", "Bejjiegħ ieħor li tkellem mal-ILLUM kellu kummenti simili għall-bejjiegħa l-oħra li tkellmu magħna.", "“Bħala ħin ma tantx taffettwani għaliex l-affarijiet tiegħi nista’ nerfagħhom u nipprova nbigħhom darb’oħra.", "Però min ibigħ il-ħut ovvjament li se taffettwahom peress li dak li jkollhom armat iridu jbigħuh,” spjega dan il-bejjiegħ.", "Hu kompla għid li skontu, “ħafna kienu favur li l-monti jżarma fit-3 ta’ waranofsinhar biex ikunu jistgħu joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet.", "Sikwit ikollna argumenti ma’ tar-restoranti.", "Ġieli jagħlquk bl-imwejjed.”", "Dan il-bejjiegħ żvela mal-ILLUM li huma bħala bejjiegħa kemm-il darba ppruvaw jindirizzaw din il-problema.", "“Konna qabbadna diversi avukati u periti li ħallasna minn butna stess sabiex naslu għal pjan aħjar.", "Darba minnhom għamilna pjanta sabiex inkunu nistgħu noqogħdu t-tnejn li aħna.", "L-imwejjed kienu ġejjin mal-bankina u aħna konna sejrin biswit iċ-ċinta tal-baħar.", "Ma kinetx għoġbithom għaliex ‘ngħattu l-veduta.’", "Allura għamilnieha bil-kontra, però din ma għoġbithomx lanqas għax skonthom ‘ma setgħux jaraw l-imwejjed u s-siġġijiet’,” temm jirrakkonta dan il-bejjiegħ partikolari.", "‘Il-monti kien hawn qabel ir-restoranti’", "Bejjiegħ ieħor li sema’ l-konverżazzjoni preċidenti u li dlonk qabeż jgħid li, “il-monti kien qabel ir-restoranti.", "Dawn kibru fil-popolarità għaliex in-nies kienu jżuru l-monti.", "Issa l-ironija li jridu jqaċċtuna minn hawn u jagħmlu l-imwejjed,” saħaq dan il-bejjiegħ", "Żied jgħid kif skontu, “in-nies jieħdu gost bih il-monti.", "Mhux biss it-turisti li huwa popolari ferm magħhom iżda anke l-Maltin.", "Ħafna minnhom jiġu hawn jieħdu belgħa kafè u jimlew il-ġurnata tagħhom.”"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54344/tallix_ittank_qoxqoxwara_s6pm_mhux_se_ssib_minn_fejn_tagti_lfjuwil", "date": "22 ta' Jannar 2019 09:29", "title": "Tħallix it-tank qoxqox...wara s-6pm mhux se ssib minn fejn tagħti l-fjuwil", "subtitle": "Il-pompi tal-petrol se jkunu qed jagħtu l-petrol biss fil-ħinijiet tal-ftuħ iżda wara s-6pm is-servizz awtomatiku mhux se jkun disponibbli", "text": ["Il-pompi tal-petrol se jkunu qed jagħtu l-petrol biss fil-ħinijiet tal-ftuħ iżda wara s-6pm is-servizz awtomatiku mhux se jkun disponibbli", "Jekk int wieħed jew waħda minn dawk li tħallu l-bozza tal-petrol tixgħel qabel tagħti l-petrol, din id-darba aħjar taħsiblu hekk kif mil-lejla, wara s-6pm, mhux se ssib minn fejn timla’ l-karozza.", "Ilbieraħ, waqt laqgħa tal-GRTU, l-operaturi tal-pompi tal-petrol qablu li joffru biss is-servizz fil-ħinijiet li jkunu miftuħa u kif jagħlqu, is-servizz awtomatiku mhux se jkun disponibbli.", "Il-GRTU, flimkien mal-operaturi, qablu dwar din l-azzjoni hekk kif taħdidiet mal-Gvern dwar għajnuna finanzjarja li jeħtieġu s-sidien tal-pompi, ma ħallew l-ebda frott.", "Fil-fatt, il-GRTU ħabbret li dawn il-miżuri se jibqgħu fis-seħħ sakemm jintlaħaq ftehim.", "Il-kwistjoni hija dwar €21 miljun li huma meħtieġa biex il-pompi tal-petrol f’Malta u Għawdex jkunu jistgħu jkunu konformi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-2020.", "Minn studji li wettqet il-GRTU fl-2014, jirriżulta li 80 minn 90 pompa tal-petrol għandhom bżonn ibiddlu t-tagħmir kollha tagħhom, inkluż il-tankijiet tal-ħażna, biex ikunu konformi mad-Direttiva.", "Il-GRTU qed titlob lill-Gvern biex jagħti l-appoġġ tiegħu lis-sidien, bit-taħdidiet dwar dan ilhom għaddejja mill-2014.", "Intant, fi stqarrija maħruġa l-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern qal li fl-2011, l-Awtorità għar-Riżorsi, ippermettiet żieda fil-profitti mill-bejgħ tal-fjuwil sakemm is-sidien jinvestu fil-pompi tagħhom.", "Il-Gvern qal li ma jistax jaċċetta l-proposti tal-GRTU għax dawn ifissru żieda fil-prezz tal-fjuwil li jaqbeż il-prezz internazzjonali.", "Is-sidien qablu wkoll li ma jħallsux il-ħlas tal-liċenzji tal-pompi tal-petrol lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/54325/lgawdxin_marru_tajjeb_gallampuki_ana_xxlukkajri_le", "date": "23 ta' Jannar 2019 18:28", "title": "‘L-Għawdxin marru tajjeb għal-lampuki. Aħna x-Xlukkajri le’", "subtitle": "L-ILLUM tmur Marsaxlokk biex tistaqsi lil diversi sajjieda fuq l-istaġun tal-lampuki li issa dalwaqt jiġi fi tmiemu", "text": ["L-ILLUM tmur Marsaxlokk biex tistaqsi lil diversi sajjieda fuq l-istaġun tal-lampuki li issa dalwaqt jiġi fi tmiemu", "F’Diċembru li għadda tħabbar li l-Kummissjoni Ewropea (KE) laqgħet it-talba tal-Gvern Malti sabiex l-istaġun tal-lampuki jiġi estiż minħabba l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li affettwaw l-istaġun għas-sajjieda Maltin, fejn għal ħafna ġranet dan is-sajd ma setax isir.", "B’hekk l-istaġun tal-lampuki se jiġi estiż sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.", "Fid-dawl ta’ dan kollu, din il-gazzetta marret Marsaxlokk u tkellmet ma’ diversi sajjieda fuq l-istaġun tal-lampuki.", "Lil dawn is-sajjieda l-ILLUM staqsiethom għall-opinjoni tagħhom fuq l-estensjoni li ngħatat mill-KE, jekk kienx staġun ta’ suċċess għalihom u jekk il-lampuka għadhiex ħuta popolari mal-Maltin.", "“Jekk skoprew fuq kollox, fuq il-lampuka għadhom ma skoprewx”", "Wieħed mis-sajjieda li l-ILLUM tkellmet miegħu fir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk saħaq li, “is-sajjieda Xlukkajri ma tantx marru tajjeb dan l-istaġun.", "L-aħjar li marru kienu s-sajjieda Għawdxin, għaliex il-ħuta tibda l-vjaġġ minn hemm u tispiċċa hemmhekk stess.”", "L-istess qal sajjied veteran li skontu, “minkejja li s-sajjieda Għawdxin marru tajjeb speċjalment bl-estensjoni tal-KE, dawk il-lampuki kbar li qabdu se jaffetwaw il-ħażna tas-sena d-dieħla għaliex dik kollha se tfisser anqas bajd u allura anqas lampuki,” saħaq is-sajjied.", "Minkejja dan, mal-ILLUM huwa stqarr li, “il-lampuka m’għadhiex ħuta li ħafna minna għadhom joħorġu għaliha.", "Fl-istadju bikri tal-istaġun tajba għax iġġib il-flus, imma mbagħad ma trendix.", "Apparti l-fatt li, jekk l-istudjużi skoprew fuq kollox, fuq il-lampuka ma skoprewx,” għax skontu, din il-ħuta hija “miġnuna u fiha x-xogħol,” irrimarka dan is-sajjied bi tbissima fuq fommu.", "Fost il-konverżazzjonijiet varji li din il-gazzetta kellha mas-sajjieda Xlukkajri, jidher biċ-ċar li ftit huma s-sajjieda li llum il-ġurnata qegħdin jiddedikaw il-maġġorparti tas-sajda tagħhom għal-lampuki.", "Karm li flimkien ma’ ħuh ilhom għexieren ta’ snin joħroġu biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum minn fuq il-baħar spjega din it-tendenza li tidher komuni fost dawn is-sajjieda, “trid ħafna xogħol u nies.", "Qabel konna noħorġu però llum jien u ħija qegħdin immorru għall-ħut ieħor speċjalment il-pixxispad.”", "L-istess qalet, sidt restorant prominenti fl-istess lokalità; “ir-raġel tiegħi sajjied, m’għadux imur għalihom, naqsu ħafna u fiha x-xogħol.”", "Filwaqt li żiedet tgħid li, “l-estensjoni tal-istaġun għamlet ħafna ġid għas-sajjieda u n-negozju tar-restoranti.”", "“F’dan ix-xogħol m’għandekx arloġġ”", "Intant, sajjied ieħor li tkellem ma’ din il-gazzetta sostna li, “ix-xahar estensjoni li ngħatat mill-Gvern Malti kien pass tajjeb.", "F’dan ix-xogħol m’għandekx arloġġ.", "M’intix se tidħol tagħmel ‘punch in’ u ‘punch out’, ġieli konna sejrin tieġ u biddilt u mort fuq il-baħar.”", "Mistoqsi jekk kienx staġun suċċess għal-lampuki, dan is-sajjied saħaq li skontu, “is-sajjieda ta’ San Pawl, il-Mellieħa u Għawdex marru tajjeb ħafna però dan ix-xahar kien ta’ suċċess ukoll għal ftit minna li għadhom joħroġu għal-lampuki.", "Fil-Milied kien hawn minn qabad ħafna, wieħed partikolari qabad mal-400 kaxxa,” qal dan is-sajjied."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54368/alfred_sant_jipproponi_ieda_ta_5_filpaga_minima_madwar_lewropa_kollha", "date": "24 ta' Jannar 2019 10:10", "title": "Alfred Sant jipproponi żieda ta' 5% fil-paga minima madwar l-Ewropa kollha", "subtitle": "Sant qal dan waqt skambju ta’ ideat ma’ Nadia Calviño, Ministru tal-Ekonomija u l-Intrapriżi ta’ Spanja", "text": ["Sant qal dan waqt skambju ta’ ideat ma’ Nadia Calviño, Ministru tal-Ekonomija u l-Intrapriżi ta’ Spanja", "Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista tal-Parlament Ewropew, Alfred Sant, qal li l-pajjiżi kollha taż-żona ewro għandhom jaqblu dwar żieda ta' 5% fil-paga minima fl-Ewropa kollha.", "Huwa għamel din il-proposta waqt skambju ta’ ideat ma’ Nadia Calviño, Ministru tal-Ekonomija u l-Intrapriżi ta’ Spanja fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju (ECON) fil-Parlament Ewropew fi Brussell.", "Alfred Sant saħaq li l-prospetti ta’ tkabbir fiż-żona ewro qed jitilfu mis-saħħa tagħhom u l-inċertezzi qed jikbru minabba diversi fatturi, inkluż il-Brexit.", "\"Għalkemm inħolqu l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal ħafna nies mhumiex sodisfaċenti.", "Is-sentiment ġenerali huwa li l-livelli ta’ għixien ma sarux aħjar speċjalment għal dawk li jaqilgħu l-inqas,\" saħaq Sant.", "\"Xi wħud saħansitra qed jgħidu li l-ideali ta’ Ewropa soċjali intilfu fuq il-karta.\"", "“Ir-regoli taż-żona ewro qed iservu ta’ brejkijiet għall-investiment pubbliku speċjalment meta l-gvernijiet ikollhom bżonn, kif għandhom bżonn issa, jirreaġixxu għall-aspettazzjonijiet tan-nies għal kundizzjonijiet soċjali aħjar.", "Minflok qed naraw lill-gvernijiet jagħtu benefiċċji soċjali aħjar minħabba irvellijiet fit-toroq jew minħabba l-elezzjonijiet Ewropej imminenti, iż-żona ewro tista’ tikkoordina risposta soċjali, bħal dik li taqbel dwar żieda ġenerali ta’ 5% tal-paga minima fl-Ewropa kollha?” saħaq l-MEP.", "Il-Ministru Spanjol, fit-tweġiba tagħha, qalet li għandu jkun hemm bilanċ bejn ir-responsabbilità fiskali u l-benesseri soċjali ġenerali.", "Qalet ukoll li huwa importanti li l-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali jaħdmu għaċ-ċittadini u li ċ-ċittadini jkunu konxji ta’ dan."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55763/kumitat_talpn_filmelliea_jgid_li_mhux_minnu_li_talab_littmexxija_biex_tirrienja", "date": "15 ta' Ġunju 2019 10:46", "title": "Il-Kumitat tal-PN fil-Mellieħa jgħid li mhux minnu li talab lit-tmexxija biex tirriżenja", "subtitle": "Il-Kumitat sezzjonali saħaq li hu kien qed jisħaq li għandha tinġarr ir-responsabbiltà kollettiva ", "text": ["Il-Kumitat sezzjonali saħaq li hu kien qed jisħaq li għandha tinġarr ir-responsabbiltà kollettiva", "Il-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa saħaq li mhux minnu li talab lit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista biex terfa' r-responsabbiltà jew tirriżenja.", "Fi stqarrija, il-Kumitat qal li “mhu sorpriż xejn bit-tgħawwiġ ta' fatti mill-ittra li ntbagħtet lid-Deputati Parlamentari kollha tal-partit.”", "Il-Kumitat Sezzjonali Mellieħi insista li fl-ittra li bagħat talab li tinġarr ir-responsabbiltà kollettiva u li ssir diskussjoni interna fi ħdan il-Grupp Parlamentari.", "Dan biex jittieħdu l-passi meħtieġa u jinstabu s-soluzzjonijiet għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista u tal-pajjiż.", "Ilbieraħ, il-Kumitat Sezzjonali Mosta bagħat ittra pjuttost bi kliem iebes lit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u lid-Deputati."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54367/ilpd_jitlob_laqga_urenti_talkumitat_parlamentari_talambjent_u_lippjanar", "date": "24 ta' Jannar 2019 09:45", "title": "Il-PD jitlob għal laqgħa urġenti tal-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u l-Ippjanar", "subtitle": "Fi stqarrija, il-D saħaq li l-ftehim mal-Corinthia għandu jkun diskuss b'urġenza l-ġimgħa d-dieħla", "text": ["Fi stqarrija, il-D saħaq li l-ftehim mal-Corinthia għandu jkun diskuss b'urġenza l-ġimgħa d-dieħla", "Il-Partit Demokratiku kiteb lill-President tal-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, id-Deputat Alex Cassar, fejn talab li ssir laqgħa b’urġenza l-ġimgħa d-dieħla dwar l-iżvilupp prtopost ta’l-International Hotel Investments (IHI).", "L-ittra, miktuba minn Marlene Farrugia li hija r-rappreżentanta tal-PD fuq il-kumitat saħqet li l-aħħar laqgħa ssejħet nhar l-10 ta’ Diċembru u insistiet li l-iżvilupp propost fix-xatt tal-Bajja ta’ San Ġorġ għandu jiġi diskuss b’urġenza “b’mod partikolari għall-mod kif se jsir ir-riklamazzjoni tal-baħar u l-effett negattiv tal-impatt soċjali u ambjentali tal-proġett propost.”", "“Għal jista’ jkun hemm xi raġuni moħbija għad-dewmien ta’ ċertu affarijiet fuq l-aġenda, inkluż dawk li ressaq il-Partit għad-diskussjoni, bħal pereżempju il-Policy tal-Pompi tal-Petrol, u li nirrevedu l-Policy Rurali?” staqsiet ukoll il-kandidat għall-Parlament Ewropew Camilla Appelgren.", "Intant, ilbieraħ numru  ta’ għaqdiet, gruppi tar-residenti u tliet Kunsilli Lokali kitbu lid-Deputat Alex Muscat, biex jitolbu laqgħa urġenti tal-Kumitat dwar il-konċessjoni imminenti ta’ drittijiet fuq l-art u l-ambjent lill-grupp Corinthia (IHI).", "Nhar il-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM irrappurtat li dan il-ftehim prospettiv qed iħasseb ukoll għadd ta’ Deputati tal-Gvern li qed jagħmlu pressjoni biex jinbidel.", "Aqra aktar dwar dan l-iżvilupp propost u l-ftehim billi tagħfas hawn."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54329/lobeit_hija_sensiela_ta_bombi_gar_li_jtellfuk_filajja_ta_kuljum__mattheus_grasso", "date": "24 ta' Jannar 2019 09:20", "title": "‘L-obeżità hija sensiela ta’ bombi żgħar li jtellfuk fil-ħajja ta’ kuljum’ - Mattheus Grasso", "subtitle": "L-ILLUM titkellem ma' Mattheus Grasso, żagħżugħ li s-saħħa fiżika u l-eżerċizzju huma importanti ħafna għalih", "text": ["L-ILLUM titkellem ma' Mattheus Grasso, żagħżugħ li s-saħħa fiżika u l-eżerċizzju huma importanti ħafna għalih", "Mattheus Grasso.", "Ħafna jafuh għad-dedikazzjoni tiegħu fuq in-nutrizzjoni.", "Iżda xi tfisser in-nutrizzjoni u għalfejn hija daqshekk importanti.", "L-Illum tistaqsih:", "Int tagħti ħafna importanza lil nutrizzjoni xierqa fl-isport fosthom fil-futbol.", "Iżda int tipprattika xi tip ta' sport?", "Wieħed mill-akbar pjaċiri tiegħi huwa li nilgħab logħba 5-a-side ma' sħabi, ta’ kultant.", "Però b’iktar mod regolari nsewgi programm ta’ fitness ta’ kuljum, apparti milli għad-dehra, iktar għall-mod ta' kif inħossni, speċjalment fejn jidħol ħafna inqas stress u ħafna iktar enerġija.", "Naf illi int studjat ukoll in-nutrizzjoni fl-isport.", "Kemm huwa importanti illi sportiv jiekol tajjeb?", "Indispensabbli hija l-kelma, mhux importanti biss.", "In-nutrizzjoni mhux biss tiddetta d-dehra kif se tkun, imma fost l-oħrajn anke kemm ikun hemm żmien qasir/twil sabiex wieħed jirkupra/jibbenefika mill-impatt tal-isport fuq il-ġisem.", "In-nutrizzjoni tiddetta ħafna wkoll kif bniedem iħossu bejn ikla u oħra.", "Ħafna sportivi jistgħu jgħidulna kemm tħossok differenti wara xi ikla meqjusa ‘junk’ u ikla li tgħin għas-saħħa.", "L-istudju li għamilt fin-nutrizzjoni, kemm għen lilek u lin-nies ta’ madwarek?", "Minkejja li l-istudju tiegħi ma ffukkax biss fuq nutrizzjoni, iva, din hija ħolqa importanti ħafna għat-trasformazzjoni tad-dehra u tas-saħħa tal-individwu.", "Il-ħoloq l-oħra li jien inqis bħala importanti ħafna huma l-psikoloġija (il-mentalità u l-moħħ), u s-sistemi differenti tal-eżerċizzju li jeżistu, illi bil-mod tagħhom, kollha jgħinu.", "Jinkwetak il-fatt illi hawn rata għolja ta’ obeżità f’Malta?", "Ħafna.", "Il-problemi narahom u mmisshom b’idejja.", "Mhux problemi ta’ qisien tal-ħwejjeġ biss qed nitkellmu, imma l-effetti li ġġib magħha l-obeżità.", "Kif persuna tħossha minn ġurnata għall-oħra, kif ġġib ruħha, x’tista’ tagħmel u ma tistax tagħmel u x’riskji imminenti / fit-tul ta’ żmien li tkun fihom.", "L-obeżità naraha bħala sensiela ta’ ‘bombi’ żgħar li jtellfuk fil-ħajja ta’kuljum, bħal kemm tkun tista’ tagħmel affarijiet ta' kuljum mingħajr wisq tbatija u kif tħossok dwarek innifsek, u ‘bombi’ oħra akbar bħal mard serju u saħanistra mewt li tkun f’riskju akbar li tesperjenza.", "Ċerti ġenituri jsostnu illi l-lezzjoni tal-edukazzjoni fiżika mhix importanti minħabba illi jagħtu mportanza ikbar lejn il-lat akkademiku.", "X’inhi r-risposta għal dan ir-raġunament li xejn mhu tajjeb?", "Kull qatra tgħin, però ejjew inneħħuha minn moħħna li lezzjoni jew tnejn fil-ġimgħa ta’ lezzjoni fl-edukazzjoni fiżika waħedha, se ssolvi kollox (aħseb u ara mingħajrha!)", "Hija bidu tajjeb iva, imma qed nitkellmu fuq qatra f’oċean.", "Iktar milli l-edukazzjoni u t-tagħlim, irridu nagħfsu aktar fuq l-azzjoni.", "X’jiswa li t-tfal tagħna jafu x’għandhom jagħmlu imma ma jagħmluhx?", "Ejjew ngħinu lit-tfal tagħna jsibu dak li jogħġob lilhom bħala attività fizika (mhux li rriduhom jagħmlu aħna, imma li jridu jagħmlu huma) u nħalluhom ukoll fil-libertà li jippruvaw affarijiet ġodda u sport differenti.", "Huwa meta jieħdu gost jagħmlu l-attività u li jassoċjawha mal-benefiċċji li jixtiequ huma (bħal iħossuhom u jidhru isbaħ, li jħossuhom kapaċi daqs ħaddieħor fost oħrajn) li attività jibqgħu jagħmluha, għax mingħajr dan is-sinifikat emozzjonali għal dak li qed jagħmlu, ma jkunu jridu jagħmlu xejn.", "Kemm huwa importanti illi atleta jieħu l-isport illi jipprattika bis-serjetà?", "Nemmen illi biex tispeċjalizza fi kwalunkwe qasam, trid tagħmel inqas minn dawk l-affarijiet li inti ma tħossokx tajjeb fihom u tiddedika iktar ħin u enerġija f’dak li inti tajjeb u f’dak li inti tixtieq.", "Mhux l-ewwel darba li nisimgħu b’atleti li akkamedikament mhumiex ta’ ‘livell’ iżda jibbrillaw fl-isport tagħhom.", "Nittama li f’dan il-pajjiż, iktar atleti jsibu l-għajnuna biex jaqilbu ‘Professional’ fejn ħafna minn ħinhom ikun dedikat fuq dak li huma l-aħjar fih.", "Int li għandek filosofija partikolari dwar in-nutrizzjoni fl-isport x’inhuwa l-messaġġ illi tixtieq tgħaddi?", "X’tiekol u kemm tiekol huwa importanti... imma r-raġunijiet emozzjonali għalfejn hemm bżonn li tagħmel hekk, huma l-aktar li trid issib biex tgħin lil moħħok jibqa’ ffukat.", "Dejjem nissuġġerixxi li persuna tiddedika ħames minuti, fejn taqbad karta u fuqha, fuq naħa, tikteb kif se tħossha, x’se jiġrilha, x’riżultati hemm ċans illi ġġib jekk tagħżel ikel inferjuri.", "Fuq in-naħa l-oħra, tikteb l-ambizzjonijiet ta’ fejn tixtieq tasal, kif taħseb li se tħossha u l-vantaġġi l-oħra kollha li se ġġib meta tagħżel ikel superjuri.", "Studju sab li jekk 8 minn kull 10 ikliet / snacks, ikunu għażla tajba r-riżultati se jiġu.", "M’hemmx għalfejn li nkunu metikolużi l-ħin kollu!", "Iva, hemm lok għal 2 minn10 ikliet li fihom persuna tista’ tagħlaq għajn waħda, għax dan mhux se jtellef il-progress li jkun qed isir", ".", "Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, fejn nista’ ngħinkom, kmandawni!"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54369/isseawatch_3_tibqa_sejra_lejn_sqallija_malta_tappella_biex_litalja_tagti_kenn_lillimmigranti", "date": "24 ta' Jannar 2019 10:52", "title": "Is-Sea-Watch 3 tibqa' sejra lejn Sqallija; Malta tappella biex l-Italja tagħti kenn lill-immigranti", "subtitle": "Ftit tal-jiem ilu, meta l-bastiment kien viċin Malta, Salvini kien appella lil Malta biex tagħti kenn lill-immigranti minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp", "text": ["Ftit tal-jiem ilu, meta l-bastiment kien viċin Malta, Salvini kien appella lil Malta biex tagħti kenn lill-immigranti minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp", "Il-bastiment Sea-Watch 3, li għandu fuqu 47 immigrant u li lbieraħ deher ibaħħar lejn Malta, jidher li jinsab fi triqtu lejn Sqallija.", "Dan anke jekk fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qal li l-bastiment jinsab fi triqtu lejn Malta minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.", "Kompla jgħid li “huwa neċessarju li Malta tħalliha tidħol fil-portijiet tagħha waqt li l-Olanda huma lesti jikkollaboraw,” qal Salvini iżda insista li fl-Italja l-portijiet huma magħluqa.", "Iżda skont MarineTraffic.com, anke jekk is-Sea-Watch 3 għaddiet viċin Malta, hi baqgħet għaddejja u bħalissa tinsab viċin ħafna ta’ Sqallija.", "F’kumment mat-Times of Malta, rappreżentant tal-Gvern qal li ladarba Salvini iddikjara li Malta għandha tagħti kenn lill-bastiment minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, issa għandu jagħmel l-istess hu ġaladarba l-bastiment jinsab viċin Sqallija.", "Skont l-NGO, hija salvat l-immigranti nhar is-Sibt li għadda iżda qalet ukoll li madwar 100 persuna oħra laħqu għerqu."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54370/lawtorit_talippjanar_tera_edded_vilupp_massi_fuq_lgolja_taxxemxija", "date": "24 ta' Jannar 2019 10:57", "title": "L-Awtorità tal-Ippjanar terġa' ġġedded żvilupp massiċċ fuq l-għolja tax-Xemxija", "subtitle": "Ir-rappreżentant tal-PN fuq l-Awtorità tal-Ippjanar Marthese Portelli flimkien ma' Timothy Gambin u ċ-Chairman tal-ERA Victor Axiak jivvutaw kontra....", "text": ["Ir-rappreżentant tal-PN fuq l-Awtorità tal-Ippjanar Marthese Portelli flimkien ma' Timothy Gambin u ċ-Chairman tal-ERA Victor Axiak jivvutaw kontra....", "L-Awtoritá tal-Ippjanar ġeddedt il-permess għal 744 appartament fuq erba' blokok li jitilgħu 12-il sular il-wieħed fuq il-Mistra Ridge, minflok dak li kien il-Mistra Village.", "Dan it-tiġdid ser isir minħabba li l-permess li ngħata fl-2014, u allura ħames snin ilu issa se jiskadi.", "S'issa l-ebda żvilupp għadu ma sar fuq is-sit li għadu dilapidat.", "L-ebda pjani ma nbiddlu mill-permess oriġinali.", "Tliet membri tal-Bord tkellmu kontra l-iżvilupp.", "Dawn huma Marthese Portelli, rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista, Timothy Gambin u Victor Axiak.", "Il-proġett ma kienx eżaminat skont il-politika tal-'floor area ratio' kif midbdula wara li kien approvat il-permess. Gambin aċċenna għall-fatt li l-proġett ma kienx ikun approvat kienu kellha tkun ikkunsidrata tali politika, li ma tippermettix bini għoli fuq għoljiet.", "Il-proġett jinkludi ħwienet u restoranti, apparti l-appartamenti u jkun viċin il-Knisja tax-Xemxija.", "L-Outline Permit kien ħareġ fl-2009, wara tnaqqis ta' 20% fin-numru ta' appartamenti u sussegwentement ingħata l-permess sħiħ fl-2014.", "Iċ-Chairman tal-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi Axiak qajjem punti fir-rigward tal-kwalità tal-arja u storbju."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55754/tinamm_arrestata_ittfajla_ta_jordan_azzopardi_", "date": "14 ta' Ġunju 2019 14:17", "title": "Tinżamm arrestata it-tfajla ta’ Jordan Azzopardi", "subtitle": "It-tfajla ta’ Jordan Azzopardi qed tkun akkużata li ppruvat ixxaħħam xhud", "text": ["It-tfajla ta’ Jordan Azzopardi qed tkun akkużata li ppruvat ixxaħħam xhud", "Dalgħodu l-Qorti ordnat lit-tfajla tal-baruni tad-droga Jordan Azzopardi tinżamm taħt arrest fid-dawl tal-akkużi ġodda fil-konfront tagħha.", "Ftit ġimgħat ilu t-tfajla ta’ Azzopardi kienet diġà inħelset mill-arrest iżda ilbieraħ hi sabet ruħha lura fl-iżbarra wara li eks impjegat tal-istess Azzopardi xehed fil-Qorti li t-tfajla ta’ Azzopardi ċemplet u offrietlu €20,000 biex jigdeb taħt ġurament.", "Allegatament it-tfajla offriet, €10,000 qabel u €10,000 wara li huwa jkun ta x-xhieda tiegħu fil-każ ta’ Azzopardi.", "Illum fil-Qorti, it-tfajla residenta ġewwa l-Madliena wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.", "L-avukat tagħha, Franco Debono, talab il-ħelsin mill-arrest għall-mara, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-fatt li din kienet diġà ngħatat il-ħelsin mill-arrest.", "Wara li semmgħet is-sottomissjonijiet taż-żewġ partijiet, il-Qorti ċaħdet it-talba tad-difiża għall-ħelsin mill-arrest.", "Jordan Azzopardi ta’ 29 sena qiegħed jkun mixli b’madwar 15 il-akkuża fosthom traffikar tad-droga eroina, kokaina u kannabis, it-tfajla tiegħu reġgħet spiċċat arrestata wara li allegatament hi ppruvat ixxaħħam xhud b’pagament ta’ €20,000.", "Il-każ mistenni jkompli fi żmien ġimgħatejn."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55755/ilpulizija_tarresta_tlett_iriel_minn_grupp_kriminali_li_qieged_jimporta_ddroga_fmalta", "date": "14 ta' Ġunju 2019 13:21", "title": "Il-Pulizija tarresta tlett irġiel minn grupp kriminali li qiegħed jimporta d-droga f'Malta", "subtitle": "Fir-rejd tagħha l-Pulizija tikkonfiska erba' kilogrammi ta' droga, €70,000 fi flus kontanti u żewġ arloġġi b'valur ta' €24,000", "text": ["Fir-rejd tagħha l-Pulizija tikkonfiska erba' kilogrammi ta' droga, €70,000 fi flus kontanti u żewġ arloġġi b'valur ta' €24,000", "Tlett irġiel ta' nazzjonalita Ingliża u Malti mwieled l-Ingilterra ġew arrestati mill-Pulizija mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga.", "Fil-vettura ta’ wieħed mill-Ingliżi, li huwa residenti n-Naxxar, instabu diversi pakketti li kien fihom il-pjanta x’aktarx tal-kannabis lesta għat-traffikar li tammonta għal 2 kilogrammi.", "Tfittxijiet ulterjuri li saru fir-residenza tiegħu, irriżultaw fis-sejba ta’ diversi pakketti oħra tal-plastik li fihom kien hemm trab abjad, ukoll f’ammont ta’ 2 kilogrammi.", "Minn eżamijiet preliminari li saru s’issa, mill-espert nominat mill-Maġistrat Inkwirenti tal-Għassa Galea Sciberras irriżulta li dan jista’ jkun tip ta’ materjal li jitħallat mad-droga kokaina sabiex it-traffikant iżid il-volum tal-istess sustanza u b’hekk ikun qed iżid ukoll il-gwadan finanzjarju mill-bejgħ tal-istess mediċina perikoluża.", "Saru wkoll tfittxijiet fir-residenza tal-Ingliż, li joqgħod l-Imsida, fejn ma nstabet l-ebda droga iżda nstabu madwar €70,000 fi flus kontanti u żewġ arloġġi li l-valur tagħhom huwa ta’ madwar €24,000, fost affarijiet oħra.", "Huwa mifhum li dawn il-persuni huma kollha parti minn grupp kriminali organizzat li jimporta d-droga kokaina u kannabis lejn il-gżejjer Maltin għall-finijiet ta’ traffikar fuq skala sostanzjali.", "It-tlett irġiel ser jitressqu taħt arrest il-Qorti, bejn illum u għada, akkużati bl-assoċjazzjoni fit-traffikar u l-pussess aggravat ta’ mediċini perikolużi u possibbilment b’akkużi dwar ħasil ta’ flus.", "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55758/ilfiduja_tagna_issa_tliftuha_wkoll__innazzjonalisti_mostin_littmexxija_u_ddeputati", "date": "14 ta' Ġunju 2019 17:13", "title": "'Il-fiduċja tagħna issa tliftuha wkoll' - In-Nazzjonalisti Mostin lit-tmexxija u d-Deputati", "subtitle": "F'ittra pjuttost iebsa, il-Kumitat Sezzjonali tal-PN fil-Mosta jappella lit-tmexxija biex tkun onesta u lid-Deputati biex jiġbdu l-istess ħabel wara kull tmexxija", "text": ["F'ittra pjuttost iebsa, il-Kumitat Sezzjonali tal-PN fil-Mosta jappella lit-tmexxija biex tkun onesta u lid-Deputati biex jiġbdu l-istess ħabel wara kull tmexxija", "Il-Kumitat Sezzjonali tal-Mosta bagħat ittra bi kliem iebes lis-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli li fiha qed jappella lil kulħadd fil-Partit biex jerfa' r-responsabbilità.", "\"Il-fiduċja tagħna issa tliftuha wkoll,\" tisħaq l-ittra ffirmata minn Norvin Spiteri, President tal-Kumitat tal-Partit Nazzjonalista Mosti.", "Fost oħrajn, il-Kumitat ikkundanna l-fatt li fi kliemu ħadd mit-tmexxija ma kien onest u qal x'inhi r-realtà tal-fatti wara t-telfiet elettorali kbar li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.", "Ikkritikaw dik li sejħu bħala stqarrija \"xokkanti\" tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli meta qal li l-PN naqqas id-distakk li kienu qed juru s-sondaġġi.", "\"Dan qajjem rabja kbira fost il-partitarji u b'mod dirett, qalb l-elettorat,\" saħqet l-ittra.", "\"Dan mhux il-mod kif għandu jimxi 'l quddiem il-Partit.", "Il-Partit għandu jara għalxiex żdied id-distakk u mhux isib l-iskużi.", "It-tmexxija għandha tkun responsabbli tal-azzjonijiet tagħha u tagħti spjegazzjoni tal-fatti.", "Ikkritikaw ukoll il-fatt li Kristy Debono kellha laqgħa ma' Jurgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black, \"u dan qisu xejn mhu xejn.\"", "Saħqu li kienu qed jistennew li hi tieħu r-responsabbililità u mhux titfa' lill-Partit f'dawl ikrah.", "\"Kif nistgħu nkunu kredibbli?\" tistaqsi l-ittra.", "Komplew ifakkru wkoll fil-każ li wkoll iddeskrivew bħala \"xokkanti\" tal-co-option għas-siġġu li ħalla David Stellini.", "Apparti dan kollu, il-Kumitat Sezzjonali tal-Mosta appella wkoll lid-Deputati kollha tal-Partit Nazzjonalista biex jiġbdu ħabel wieħed wara kull tmexxija u jkunu responsabbli tal-messaġġi tagħhom fuq il-midja soċjali."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55757/maurice_mizzi_jirrienja_wara_li_qajjem_furur_bilkummenti_razzisti", "date": "14 ta' Ġunju 2019 15:21", "title": "Maurice Mizzi jirriżenja wara li qajjem furur bil-kummenti razzisti", "subtitle": "Il-Ministru għall-Ambjent jaċċetta r-riżenja ta' Maurice Mizzi ", "text": ["Il-Ministru għall-Ambjent jaċċetta r-riżenja ta' Maurice Mizzi", "Fi stqarrija l-Ministeri għall-Ambjent qal li aċċetta r-riżenja ta' Maurice Mizzi mill-pożizzjoni tiegħu bħala Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri.", "Fil-ġimgħat li għaddew, Mizzi spiċċa f'nofs kontroversja wara li għamel kummenti razzisti li kienu irrapportati fil-midja.", "Fl-istess stqarrija il-Ministru irringrazzja u faħħar lil Mizzi li nħatar bħala Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri sentejn ilu."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55756/ilqorti_talappell_tassar_lestradizzjoni_ta_rael_brabtiet_malmafja_lejn_litalja_", "date": "14 ta' Ġunju 2019 15:09", "title": "Il-Qorti tal-Appell tħassar l-estradizzjoni ta' raġel b'rabtiet mal-Mafja lejn l-Italja", "subtitle": "Ir-raġel kien arrestat f'Mejju li għadda u inizjalment kien se jkun estradit lejn l-Italja", "text": ["Ir-raġel kien arrestat f'Mejju li għadda u inizjalment kien se jkun estradit lejn l-Italja", "Illum il-Qorti tal-Appell Kriminali ħassret il-mandat ta’ estradizzjoni fil-konfront ta’ raġel Sqalli suspettat li għandurabtiet mal-Mafja.", "F’Mejju li għadda il-Qorti tal-Maġistrati kienet iddeċidiet li raġel Sqalli ssuspettat li għandu rabtiet mal-Mafja se jkun estradit lejn l-Italja biex jiffaċċja akkużi dwar il-kriminalità organizzata.", "Ir-raġel, segretarju ta’ kumpanija Maltija tal-gaming, kien arrestat f’Mejju wara li nħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew kontrih.", "Iżda illum fid-deċiżjoni tagħha, l-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera biddlet id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati minħabba l-fatt li skonta l-Awtoritajiet Taljani kienu għadhom ma lestewx l-investigazzjoni fil-konfront tar-raġel.", "Hi qalet li dan ma kienx ifisser li l-biex individwu jiġi estradit hemm bżonn li jkun hemm każ tal-Qorti għaddej, iżda nnotat kif ir-raġel kien qiegħed jiġi mfittex għall-investigazzjoni u mhux prosekuzzjoni.", "Għalhekk il-Qorti qalet li dan ma setgħax jiġi trattat bħala akkużat.", "Fid-dawl ta’ dan kollu, l-mandat ta’ estradizzjoni ġie mħassar u l-Qorti ordnat li r-raġel jinħeles mill-arrest b'mod immedjat.", "L-avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi, Stephen Tonna Lowell u Mario Mifsud dehru għall-akkużat.", "Filwaqt li l-ispetturi Mark Galea u Robinson Mifsud mexxew il-prosekuzzjoni.", "L-avukati Matthew Xuereb u Charles Mercieca dehru għall-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54317/_kieku_missier_silvio_ma_ebbx_gallmembri_taludjenza_laffarijiet_ma_kienux_jeskalaw__puli", "date": "20 ta' Jannar 2019 14:37", "title": "'Kieku missier Silvio ma' ħebbx għall-membri tal-udjenza l-affarijiet ma kinux jeskalaw' - Puli", "subtitle": "'Meta intefgħu botti lejn ibnu minnflok ikkalmahom saħħnilhom rashom bl-aġir tiegħu' sostna Puli", "text": ["'Meta intefgħu botti lejn ibnu minnflok ikkalmahom saħħnilhom rashom bl-aġir tiegħu' sostna Puli", "Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli sostna illi kien missiier Silvio Schembri, John Schembri li qala' l-inkwiet fuq il-programm Xarabank meta qam minn postu \"u tela' jiġri madwar tmien fillieri ' fuq u kkonfronta b'mod agressiv persuna fl-udjenza ta' Xarabank.", "Il-partitarji Laburisti u l-kanvassers ta' Silvio Schembri telgħu jiġru jsegwu lill-missieru fin-naħa fejn kien hemm partitarji Nazzjonalisti għall-affari tagħhom.\"", "\"Il-verita tal-fatti kif rajtha b'għajnejja u bla editing u bla tidwir tad-diskors - missier Silvio Schembri, wara li ra lill-martu aġitata ddur tindirizza l-udjenza, qam minn postu hu, u tela jiġri madwar tmien fillieri. Li kieku missier Silvio Schembri ma' ħebbx għall-membri tal-udjenza l-affarijiet qatt ma kienu jeskalaw mill-livell ta' botta u risposta,\" sostna Puli.", "Is-Segretarju Ġenerali tal-PN sostna li \"wara li qala' dak l-inkwiet kollu hu telaq lil hemm inkiss inkiss u ħalla lill-ħaddiehor jipprova jikkalma l-affarijiet filwaqt lil l-PRO (mis-Siggiewi) ta' ibnu qgħad jiffilmjah taparsi kien kalm u ma' kellux x'jaqsam waqt li għaddej l-inkwiet.\"", "Puli sostna li l-partitarji Laburisti li kienu ilhom jibbotjaw kontra l-PN u l-Kap tieghu għal programm shih u missier Silvio ma sikkithomx iżda meta ntefghu botti lejn ibnu minnflok ikkalmahom saħħnilhom rashom bl-aġir tiegħu.", "Minn fuq jipprovaw iħammġu lili għaliex f'kull ħin provajt nikklama l-affarijiet li qala missier Schembri.\"", "Keith Abela jwieġeb: 'Prova li ma kontx qed niġbed filmati ta' John Schembri'", "Intant wieġeb lura uffiċjal fis-Segretarjat ta' Schembri, Keith Abela li sostna illi Puli huwa \"giddieb bil-provi.\"", "\"Qal li jiena iffilmjajt lis-Sindku John Schembri fuq Xarabank taparsi kien kalm f’postu.", "Qed nippublika prova li turi mill-filmat stess li jiena ma kontx qed nieħu filmati lil John Schembri,\" sostna Abela.", "\"Partit tal-gideb u l-vjolenza sirtu.", "Dibattitu politiku fuq it-televiżjoni ma jiġġustifikax tgħajjir sfrenat kontra politiku u familtu għal minuti sħaħ.", "Dan ma smajtux Clyde?", "Wisq anqas li xi ħadd jarmi lin-nies għal isfel.", "Partit Nazzjonalista tal-mistħija,\" temm jgħid Abela."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54322/investituri_taljani_jwaqqfu_addiema_gax_lassi_taghom_gadhom_iffriati_fsatabank", "date": "21 ta' Jannar 2019 11:26", "title": "Investituri Taljani jwaqqfu ħaddiema għax l-assi tagħhom għadhom iffriżati f'Satabank", "subtitle": "L-aħwa Di Maio ta'  Dream House Malta Limited fetħu protest ġudizzjarju kontra Satabank, Ernst & Young u l-MFSA", "text": ["L-aħwa Di Maio ta'  Dream House Malta Limited fetħu protest ġudizzjarju kontra Satabank, Ernst & Young u l-MFSA", "L-investitur Taljan Davide Maria Di Maio u ħutu Sergio u Alessandro Di Maio fetħu protest ġudizzjarju kontra s-Satabank, Ernst & Young u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji wara li l-assi tagħhom kienu ġew iffriżati f’Ottubru li għadda.", "F’Lulju tas-sena li għaddiet, il-bank Satabank weħel multa ta’ €60,500 wara li kien instab ħati bi ksur ta’ liġijiet finanzjarji.", "Aktar tard il-bank kien twaqqaf milli jopera u l-assi tiegħu ġew iffriżati fuq ordni tal-MFSA.", "L-aħwa Di Maio, diretturi ta’ Dream House Malta Limited, saħqu li l-kont tagħhom f’Satabank huwa neċessarju għan-negozju li huma għandhom.", "Minkejja li Ernst & Young kienu nħatru minn Satabank biex jimmoniterjaw il-bank f’San Ġiljan u jibdew proċess ikkontrollat biex il-klijenti jingħataw flushom lura, il-protest jispjega li l-assi ta’ Di Maio baqgħu ffriżati.", "L-aħwa qed jisħqu li dan qed joħloq sitwazzjoni finanzjarja problematika għall-kumpanija tagħhom tant li kellhom iwaqqfu l-kuntratti ta’ diversi impjegati tagħhom kemm f’Malta u anke l-Italja għax ma setgħux iħalsuhom fil-ħin.", "L-aħwa kellhom ukoll pjanijiet li jiżviluppaw numru ta’ appartamenti f’Birżebbuġa iżda kellhom jitterminaw il-konvenji f’Novembru li għadda.", "Huma qed jitolbu lil Satabank biex jagħtuhom flushom lura u biex iħallsu għad-danni li ġarrbu."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54319/kelb_taddwana_jaqbad_rael_iere_minn_malta_beluf_ta_ewro_filqalziet_ta_tat", "date": "21 ta' Jannar 2019 09:57", "title": "Kelb tad-Dwana jaqbad raġel ħiereġ minn Malta b'eluf ta' ewro moħbija fil-qalziet ta' taħt", "subtitle": "Dan waqt spezzjonijiet li kienu qed isiru dalgħodu fost passiġġiera li kienu qed iħallu Malta għat-Tuneżija", "text": ["Dan waqt spezzjonijiet li kienu qed isiru dalgħodu fost passiġġiera li kienu qed iħallu Malta għat-Tuneżija", "Kmieni dalgħodu raġel twaqqaf mill-Uffiċjali tad-Dwana wara li nqabad ħiereġ minn Malta b’aktar minn €26,000 fi flus kontanti.", "Kien Peter, wieħed mill-klieb tad-Dwana li indika li r-raġel, li kien se jħalli Malta għat-Tuneżija, seta’ kien qed iġorr ammont kbir ta’ flus.", "Meta mistoqsi, ir-raġel Libjan qal li kellu fuqu €9,000 iżda minħabba r-reazzjoni tal-kelb, saret tfittxija u rriżulta li raġel kellu €11,000 oħra u €15,000 moħbija fil-qalziet ta’ taħt.", "Ir-raġel ġie arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti llum.", "Skont il-liġi, il-passiġġiera jistgħu jieħdu flus magħhom kemm iridu, iżda jekk l-ammont ikun jaqbeż l-€10,000 huma obbligati li jiddikjarawhom", "Din hija miżura tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tiġġieled il-ħasil tal-flus."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54337/tifel_imut_btip_rari_ta_meninite_lawtoritajiet_tassaa_jassiguraw_li_lmarda_ma_titteidx", "date": "21 ta' Jannar 2019 13:17", "title": "Tifel imut b'tip rari ta' meninġite; L-Awtoritajiet tas-Saħħa jassiguraw li l-marda ma titteħidx", "subtitle": "Jidher li t-tifel miet wara li wera l-ewwel sintomi ftit tal-jiem ilu", "text": ["Jidher li t-tifel miet wara li wera l-ewwel sintomi ftit tal-jiem ilu", "Tifel ta’ erba’ snin tilef ħajtu wara li marad b’tip rari tal-marda tal-meninġite li tikkawża maż-żewġ imwiet kull sena.", "Jidher li t-tifel beda juri sintomi tal-marda ftit tal-jiem ilu u miet ilbieraħ.", "Il-każ kien l-ewwel irrappurtat mit-Times of Malta, b’diversi ġenituri juru t-tħassib tagħhom dwar din il-marda.", "Madanakollu, skont rapporti, il-Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Mard liJittieħed, Tanya Melilo, marret l-iskola tat-tifel biex tqassam informazzjoni dwar il-marda lill-istudenti sħabu.", "L-Awtoritajiet tas-Saħħa assiguraw lill-ġenituri u anke lill-għalliema li din il-marda ma titteħidx."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55766/ilfamilji_milquta_filka_ta_gwardamana_se_jiu_akkomodati_ferba_appartamenti", "date": "15 ta' Ġunju 2019 14:10", "title": "Il-familji milquta fil-każ ta’ Gwardamanġa se jiġu akkomodati f’erba’ appartamenti", "subtitle": "Is-Segretarjat Parlamentari qal li se jkompli jsegwi l-iżviluppi tal-każ flimkien mal-awtoritajiet kollha kompetenti", "text": ["Is-Segretarjat Parlamentari qal li se jkompli jsegwi l-iżviluppi tal-każ flimkien mal-awtoritajiet kollha kompetenti", "Fi stqarrija, Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Rodrick Galdes ħabbar li l-Awtorità tad-Djar għamlet l-arranġamenti kollha meħtieġa biex il-familji milquta mill-bini li sfronda f’Gwardamanġa jkollhom saqaf fuq rashom sakemm ikunu jistgħu jirritornaw f’darhom mingħajr ebda periklu.", "Huma se jiġu akkomodati f'erba appartamenti  li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom", "\"Il-ħidma li bdiet immedjatament wara li seħħ l-inċident, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali u f’kuntatt mal-istess familji, waslet biex instabu erba’appartamenti mis-suq privat li minn nhar it-Tnejn se jkunu allokati mill-Awtorità tad-Djar lill-familji affetwati.", "L-appartamenti huma kollha f’kundizzjoni tajba u jaqdu l-bżonnijiet tal-familji milquta,\" qalet l-istqarrija.", "Qabel dan l-arrangġament il-familji ġew ipprovduti wkoll b’akkomodazzjoni f’lukanda.", "Apparti minn dan l-intervent, l-Awtorità tad-Djar ikkomettiet lill-kuntrattur responsabbli li, kif stipulat fil-liġi, jassumi l-ispejjeż kollha tal-akkomodazzjoni provduta lill-vittmi mill-Awtorità tad-Djar sakemm jitneħħa l-periklu fis-sit ta’ Gwardamanġa u l-familji jkunu jistgħu jmorru lura fi djarhom.", "Is-Segretarjat Parlamentari qal li se jkompli jsegwi l-iżviluppi tal-każ flimkien mal-awtoritajiet kollha kompetenti."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54339/issidien_talpompi_talpetrol_mistennija_jiddeiedu_llejla_dwar_azzjoni_industrijali", "date": "21 ta' Jannar 2019 15:04", "title": "Is-sidien tal-pompi tal-petrol mistennija jiddeċiedu llejla dwar azzjoni industrijali", "subtitle": "Dan hekk kif diversi laqgħat mal-Gvern, fuq fondi li jridu biex jaġġornaw it-tagħmir tagħhom skont liġijiet tal-UE, ma ħallew l-ebda frott", "text": ["Dan hekk kif diversi laqgħat mal-Gvern, fuq fondi li jridu biex jaġġornaw it-tagħmir tagħhom skont liġijiet tal-UE, ma ħallew l-ebda frott", "Illejla l-GRTU mistennija tlaqqa’ lill-operaturi tal-pompi tal-petrol fejn mistennija tittieħed deċiżjoni dwar jekk hux se tittieħed azzjoni industrijali wara li taħdidiet mal-Gvern baqgħu ma ħallew l-ebda frott.", "Diversi rapporti qed jisħqu li l-laqgħa mistennija ssir illejla fejn saħansitra se jkun qed jittieħed vot dwar x’tip ta’ azzjoni tista’ tittieħed.", "Nhar il-Ħamis li għadda, il-GRTU qalet li lesta biex tordna strajk jekk jibqa’ ma jintlaħaqx qbil u dan hekk kif laqgħa li saret nhar il-Erbgħa, mal-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi, ma ħalliet l-ebda frott.", "Il-kwistjoni hija dwar €21 miljun li huma meħtieġa biex il-pompi tal-pertol f’Malta u Għawdex jkunu jistgħu jkunu konformi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-2020.", "Minn studji li wettqet il-GRTU fl-2014, jirriżulta li 80 minn 90 pompa tal-petrol għandhom bżonn ibiddlu t-tagħmir kollha tagħhom, inkluż il-tankijiet tal-ħażna, biex ikunu konformi mad-Direttiva.", "Il-GRTU qed titlob lill-Gvern biex jagħti l-appoġġ tiegħu lis-sidien, bit-taħdidiet dwar dan ilhom għaddejja mill-2014.", "Intant, il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU, Abigail Mamo, qalet li l-maġġoranza tal-membri tagħha jaqblu li tittieħed xi forma ta’ azzjoni industrijali."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54338/jinqabad_dieel_malta_biddroga_wara_li_beda_jaixxi_bmod_suspettu", "date": "21 ta' Jannar 2019 14:47", "title": "Jinqabad dieħel Malta bid-droga wara li beda jaġixxi b'mod suspettuż", "subtitle": "Waqt li l-Pulizija mis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni kienu qed jikkontrollaw il-passaporti r-raġel beda jaġixxi b'mod li qajjem suspett", "text": ["Waqt li l-Pulizija mis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni kienu qed jikkontrollaw il-passaporti r-raġel beda jaġixxi b'mod li qajjem suspett", "Raġel ta’ 39 sena mill-Brażil qed jinżamm arrestat wara li nqabad dieħel Malta b’aktar minn żewġ kilogrammi droga kokaina.", "Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif waqt ħidma mis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni stazzjonati fl-Ajruport li kienu qed jikkontrollaw il-passapporti, ir-raġel deher jaġixxi b’mod suspettuż.", "Kien għalhekk li r-raġel inżamm u saret fuqu tfittxija għad-droga.", "Huwa tressaq il-Qorti aktar kmieni llum.", "Minkejja li wieġeb mhux ħati tal-akkużi, fosthom dwar pussess aggravat u importazzjoni tad-droga, ir-raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53867/grech_mintoff_jallega_li_neville_gaf_xtara_xhieda_filka_talvisas_galllibjani", "date": "30 ta' Novembru 2018 22:00", "title": "Grech Mintoff jallega li Neville Gafà 'xtara' xhieda fil-każ tal-visas għall-Libjani", "subtitle": "....huwa jgħid illi Gafà offrielhom 'ħafna u ħafna flus'. Il-Viċi Kap tal-PN David Aguis jgħid illi jew Gafà jew Grech Mintoff iridu jerfgħu r-responsabilità", "text": ["....huwa jgħid illi Gafà offrielhom 'ħafna u ħafna flus'.", "Il-Viċi Kap tal-PN David Aguis jgħid illi jew Gafà jew Grech Mintoff iridu jerfgħu r-responsabilità", "Waqt programm ilejla saru allegazzjonijiet serji fil-konfront ta' Neville Gafa' u żjajjar tiegħu fil-Libja.", "Gafa' kien jaħdem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u illum huwa 'Projects Director' fil-Ministeru tas-Saħħa (skont il-paġna ta' Facebook tiegħu)", "Quddiem il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonlista David Aguis, Ivan Grech Mintoff allega illi 13-il persuna Libjana ħalfu b'affidavit illi Neville Gafà flimkien ma' sieħbu kienu qed jitilgħu l-Libja biex 'jixtru' xhieda prospettivi fil-każ tal-visas għall-Libjani.", "Grech Mintoff allega illi Gafà kien qed jagħti ħafna flus lil dawn il-Libjani li kienu lesti jixhdu kontrieh fil-każ ta' allegat tixħim biex jingħataw visas lill-Libjani", "Aguis sostna illi dak li qed jgħid Grech Mintoff huwa gravi u li jeħtieġ isiru ċaħdiet mill-aktar fis mill-gvern u minn Neville Gafà nnifsu"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54345/toro_tpejjep_u_ssib_ma_wiha_rael_bsikkina_jheddidha_u_jitlobha_lflus", "date": "22 ta' Jannar 2019 09:36", "title": "Toħroġ tpejjep u ssib ma' wiċċha raġel b'sikkina jheddidha u jitlobha l-flus", "subtitle": "Ir-raġel ħarab minn fuq il-post malli t-tfajla tagħtu l-mowbajl", "text": ["Ir-raġel ħarab minn fuq il-post malli t-tfajla tagħtu l-mowbajl", "Tfajla ta' 19-il sena sfat mhedda minn raġel armat b'sikkina ilbieraħ għall-ħabta tal-11:30pm fi Triq ir-Rebħa fil-Gżira.", "Jirriżulta li t-tfajla, mid-Danimarka, kienet qiegħda barra mill-appartament biex tpejjep meta raġel, armat b'arma li taqta' u bil-ponta, resaq lejha u talabha l-flus.", "It-tfajla qaltlu li ma kellhiex flus fuqha u għalhekk talabha l-mowbajl.", "Ir-raġel ħarab minn fuq il-post malli t-tfajla tagħtu l-mowbajl.", "It-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi.", "Il-Pulizija għadha għaddejja bil-ħidma tagħha biex issib u tarresta lir-raġel"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54346/amalli_prostituti_u_qableone_ganado_jgid_li_lkumment_dwar_cutajar_kien_fair_comment", "date": "22 ta' Jannar 2019 10:05", "title": "'Ħamalli, prostituti u qħab'...Leone Ganado jgħid li l-kumment dwar Cutajar kien 'fair comment'", "subtitle": "Rosianne Cutajar kienet fetħet żewġ libelli wara kummenti li kienu nkitbu fuq Facebook fil-konfront tagħha", "text": ["Rosianne Cutajar kienet fetħet żewġ libelli wara kummenti li kienu nkitbu fuq Facebook fil-konfront tagħha", "Hekk kif komplew il-libelli miftuħ mid-Deputata Laburista Rosianne Cutajar,", "b’rabta ma’ dak li hi ddeskrivit bħala tgħajjir malafamanti u personali fuq Facebook", ", Godfrey Leone Ganado, permezz tal-avukat tiegħu, insista li l-post mhuwiex malafamanti u għandu jkun ikkunsidrat bħala ‘fair comment.’", "Waqt li xerred artiklu ta’ Daphne Caruana Galizia fuq Cutajar, Leone Ganado kien kiteb: \"However, Ħamalli, prostitutes and call girls, have the right to be represented in Parliament.”", "Fit-tweġiba bil-miktub, Leone Ganado jisħaq li filwaqt li l-kelma “ħamalli” tista’ titqies bħala pregorattiva imma żgur mhux malafamanti u għalhekk qed jitlob biex it-talbiet ta’ Rosianne Cutajar jiġu miċħuda.", "Min-naħa tagħha, Rachel Antoinette Williams, qed tinsisti li l-post li għalih qed  tagħmel referenza Rosianne Cutajar, li fih tiġi deskritta bħala “qaħba f’xalata,” fost oħrajn, ma nkitbitx minnha u lanqas irreaġixxiet għaliha.", "“Ir-rikorrent (Cutajar) donnha qed tippretendi li kull min għandu ‘wall’ fuq Facebook għandu jinżamm responsabbli għal kull ħaġa li tiġi ‘posted’ bħala kumment fuq l-istess ‘wall,” twieġeb Williams.", "Tisħaq ukoll li ma setgħetx tħassar dan il-post kien talbet li għandu jsir Cutajar.", "Min-naħa tagħha, Rosianne Cutajar kienet saħqet li b’dawn il-libelli trid tibgħat messaġġ li l-ebda mara, lanqas min hu fil-politika, m’għandha taċċetta dan id-diskors li huwa attakk fuq id-dinjità tagħha", "“Kont instigata nagħmel dawn il-libelli mill-fatt li fl-aħħar jiem donnu kien hawn min ried jiġġustifika diskors malafamanti, bħal tgħajjir ta’ qaħba u qaħba f’xalata, fost kliem oħrajn u insinwazzjonijiet.", "Filwaqt li ngħożż il-libertà tal-kelma nemmen li rridu nibagħtu messaġġ favur dibattitu iktar dinjituż,” kienet saħqet Cutajar."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55767/mara_ta_38_sena_ssofri_riei_serji_wara_li_tittajjar_fal_luqa", "date": "15 ta' Ġunju 2019 14:18", "title": "Mara ta' 38 sena ssofri ġrieħi serji wara li tittajjar f'Ħal Luqa", "subtitle": "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.", "text": ["L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.", "Mara ta' 38 sena minn Ħal Qormi qiegħda issofri minn ġrieħi serji wara li ttajret minn karozza f'Ħal Luqa.", "Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija, l-inċident seħħ illum għall-ħabta tan-12:30 pm, meta raġel ta'  47 sena mis-Siġġiewi li kien qiegħed isuq il-vettura tat-tip Toyota Starlet laqat il-mara ta’ 38 sena.", "Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-isptar Mater Dei għall-kura.", "Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura serja.", "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.", "Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.", "Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54347/agug_ta_25_sena_jaqa_goli_faebbu", "date": "22 ta' Jannar 2019 10:53", "title": "Żagħżugħ ta' 25 sena jaqa' għoli f'Ħaż-Żebbuġ", "subtitle": "Iż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi", "text": ["Iż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi", "Żagħżugħ ta' 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.", "Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30pm, fi Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ.", "Iż-żagħżugħ, residenti Ħ'Attard, ittieħed immedjatament Mater Dei għall-kura.", "Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54349/lagem_tappella_biex_ilmina_bejn_ilgejjer_tintua_gattraposrt_talmassa", "date": "22 ta' Jannar 2019 11:49", "title": "Il-ħaddiema Għawdxin jappellaw biex il-mina tintuża għat-trasport tal-massa", "subtitle": "L-assoċjazzjoni wriet tħassib dwar il-metodu propost li jibbaża ruħu fuq użu esklussiv għall-vetturi...", "text": ["L-assoċjazzjoni wriet tħassib dwar il-metodu propost li jibbaża ruħu fuq użu esklussiv għall-vetturi...", "L-Assoċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin f’Malta (AGEM) tinnota li matul dawn l-aħħar xhur l-argument dwar il-mina bejn Malta u Għawdex telgħa sew fuq l-agenda nazzjonali, b’ħafna jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom għal dan il-proġett.", "Għaldaqstant, AGEM, bħala assoċjazzjoni tal-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta, innotat li l-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta, huwa wieħed mill-akbar, jekk mhux l-akbar, grupp ta’ nies li ta’ kuljum jesperjenzaw id-diffikultajiet marbuta mal-ivjaġġar kontinwu bejn iż-żewġ gżejjer.", "\"Għalhekk dan il-proġett żgur li ser ikollu impatt kemm dirett kif ukoll indirett fuq dawn il-ħaddiema.", "In vista ta’ dan kollu, AGEM tħoss li għandha tkun aktar involuta b’mod dirett fid-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw dan il-proġett sabiex jiġi assigurat li l-bżonnijiet ta’ kulħadd fis-soċjeta Għawdxija ikunu mħarsa u diskussi b’mod ħieles, soċjalment ġust u mill-aktar informattiv. \"", "L-assoċjazzjoni iżda wriet tħassib dwar il-metodu propost li jibbaża ruħu fuq użu esklussiv għall-vetturi.", "\"Dan ser iwassal sabiex il-prinċipju ta’ ‘rapid mass transit system’, li jilqa’ għall-bżonnijiet tal-pajjiż kollu, jiġi eskluż kompletament.", "Fl-opinjoni t’AGEM sistema tal-massa veloċi li tgħaqqad lill-Għawdex ma’ diversi partijiet f’Malta tkun soluzzjoni li l-aktar tgħaqdi l-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tal-ħaddiema Għawdxin li jeħtieġu sistema li tnaqqas: is-sewqan, il-ħin ta’ stennija u l-ispejjeż mingħajr il-bżonn ta’ sussidju qawwi min-naħa tal-Gvern.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54348/persuna_tittajjar_filamrun_evita_ttriq_abba_ttraffiku", "date": "22 ta' Jannar 2019 11:37", "title": "Anzjan l-isptar wara li ttajjar fil-Ħamrun", "subtitle": "Persuna sfat milquta minn vettura fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun", "text": ["Persuna sfat milquta minn vettura fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun", "Anzjan ta' 75 sena ttajjar minn vettura fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.", "Jidher li l-anzjan kien qed jaqsam it-triq meta ntlaqat minn vann misjuq minn raġel ta' 31 sena minn Raħal Ġdid.", "L-anzjan ittieħed immedjatament Mater Dei iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54358/ewt_iriel_arrestati_wara_sejba_ta_aktar_minn_12il_kilo_droga_lesta_biex_titqassam", "date": "23 ta' Jannar 2019 10:21", "title": "Żewġt irġiel arrestati wara sejba ta' aktar minn 12-il kilo droga lesta biex titqassam", "subtitle": "Id-droga nstabet fil-karozza u anke fil-garaxx ta' wieħed mill-akkużati", "text": ["Id-droga nstabet fil-karozza u anke fil-garaxx ta' wieħed mill-akkużati", "Żewġt irġiel ġew arrestati wara li l-Pulizija għamlet sejba ta' aktar minn 12-il kilogramma droga kokaina u kannabis lesta biex tkun imqassma.", "Kollox beda lbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tat-3pm, meta raġel ta' 33 sena residenti l-Ħamrun twaqqaf u fil-karozza tiegħu nstagħbu madwar kilo u nofs kapsoli mimlija droga kokaina lesta biex titqassam.", "Minn tfittxija li saret ġewwa garaxx tar-raġel arrestat,  li jinsab ġewwa kumpless ta' garaxxijiet fil-Ħamrun, instagħbu diversi pakketti, madwar 11.5 kilogrammi, bil-pjanta tal-kannabis.", "B'rabta ma' dan il-każ ġie arrestat ukoll żagħżugħ ta' 27 sena residenti l-Mosta biex jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejin.", "Iż-żewġ persuni mistennija jitressqu taħt arrest tard illum quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54361/ittadini_brittanii_fmalta_se_jkunu_jistgu_japplikaw_gal_dokument_did_ta_residenza_", "date": "23 ta' Jannar 2019 12:31", "title": "Ċittadini Brittaniċi f'Malta se jkunu jistgħu japplikaw għal dokument ġdid ta' residenza", "text": ["Waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie spjegat il-pjan tal-Gvern f’każ li r-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea bla ftehim, il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li Malta għandha tkun l-aktar pajjiż ‘UK friendly’ kemm għaċ-ċittadini u anke għan-negozju.", "Huwa saħaq li Malta tinsab fi stadju avvanzat ħafna fil-preparamenti tagħha f’każ li fid-29 ta’ Marzu jseħħ Brexit bla ftehim, anke għax dan ikun ifisser li 82 liġi Maltija tintlaqat u jkun hemm bżonn l-emendi neċessarji għaliha.", "Spjega kif 13-il Ministeru qed iħejju 36 punti ta’ tħejjija differenti u dan apparti 15-il effett ieħor li jridu jiġu indirizzati direttament mill-Unjoni Ewropea.", "Dokument speċjali għaċ-ċittadini Brittaniċi f'Malta", "Il-Prim Ministru fakkar kif l-aħħar jiem il-Gvern Ingliż diġà ta assigurazzjoni liċ-ċittadini Ewropew, inkluż Maltin, li jgħixu l-Ingilterra li d-drittijiet tagħhom mhux se jkunu mittiefsa sakemm japplikaw għal ‘pre-settled status’ u dan mingħajr ma jitpoġġa piż finanzjarju fuqhom.", "Dwar it-13,000 ċittadin Brittaniku f’Malta, il-Prim Ministru qal li l-Gvern Malti qed jagħmilha ċara li ma jridx li jitpoġġa xi tip ta’ piż fuqhom u lanqas li jkollhom l-ebda bidla fid-drittijiet tagħhom.", "Għalhekk il-Gvern Malti se jkun qed jippermett li dawn il-Brittaniċi residenti f’Malta japplikaw għal dokument ġdid ta’ residenza li ddeskrivih bħala wieħed bla preċedent hekk kif dan se jkun validu għal 10 snin.", "Fi kliemu, dan id-dokument se jkun qed jirrifletti l-fatt li dawn issa ma għadhomx ċittadini tal-Unjoni Ewroepa iżda jaqgħu taħt kategorija speċjali ta’ residenti li waslu f’Malta meta pajjiżhom kien membri tal-Unjoni Ewropea.", "Proposta biex iċ-ċittadini Brittaniċi jkunu jistgħu jibqgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali", "Dawk il-Brittaniċi li jiġu jgħixu f’Malta wara d-29 ta’ Marzu ukoll se jkunu qed jingħataw dan id-dokument.", "Il-Prim Ministru kompla jgħid li lbieraħ il-Kabinett iddeċieda wkoll li se jkun qed jipproponi fil-Parlament li ċ-ċittadini Brittaniċi f’Malta jkunu jistgħu jibqgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali, kif mistennija jibqgħu jagħmlu wkoll iċ-ċittadini Maltin residenti fir-Renju Unit.", "Saħħa: 'Irridu nżommu l-arranġament mar-Renju Unit għat-taħriġ tat-tobba'", "Dwar is-saħħa, Muscat qal li huwa essenzjali li Malta żżomm relazzjoni b’saħħitha mar-Renju Unit.", "Saħaq li se jkun qed jibda xogħol biex il-Kunsill tal-Mediċina jirreġistra lil dawk il-persuni li l-professjoni tagħhom tkun ġiet żviluppata fir-Renju Unit biex il-kwalifiċi tagħhom ikunu rikonoxxuti wkoll f’Malta.", "Kompla jgħid li l-Gvern Malti qed jaħdem biex iżomm l-arranġament mar-Renju Unit għat-taħriġ ta’ tobba Maltin fir-Renju Unit u li anke jkun hemm rikonoxximent tal-professjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Insista li minn diskussjonijiet li kellu mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May jidher li l-Gvern Ingliż huwa miftuħ għal dan il-ftehim.", "Dwar l-importazzjoni tal-mediċina, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li saret lista ta’ kull mediċina li tiġi importata f’Malta mir-Renju Unit u ġew ukoll identifikati fornituri alternattivi barra mir-Renju Unit.", "'Preferential track għaċ-ċittadini Brittaniċi fl-Ajruport'", "Is-suq Ingliż fis-settur turistiku f’Malta jibqa’ importanti ħafna u kien għalhekk li l-Prim Ministu saħaq li l-Gvern irid kemm jista’ jkun ‘friendly’ għal dawk il-Brittaniċi li jiġu Malta.", "“Qed naħdmu biex it-turiżmu Ingliż jibqa’ stabbli…hija sfida imma l-Gvern qed jinvesti biex jara li jinżammnu dawn in-numru,” qal Muscat waqt li spjega kif jekk l-Isterlina tieħu daqqa 'l isfel wara li jseħħ Brexit, dan ikun ifisser piż ħafna akbar fuq dawk il-Brittaniċi li jkunu jixtiequ jmorru btala, inkluż f'Malta.", "Waqt li fakkar li Brexit bla ftehim se jfisser li t-tfittxijiet tal-fruntieri se japplika wkoll għall-Brittaniċi, qal li bħalissa l-Gvern Malti qed jeżamina mal-Kummissjoni Ewropea l-possibbilità li fl-Ajruport ikun hemmn ‘preferential track’ għaċ-ċittadini Ingliż simili għal dawk iċ-ċittadini li magħhom l-Unjoni Ewropea jkollha xi tip ta’ ftehim.", "Helpline dwar Brexit", "Il-Gvern Malti se jkun qed jipprovdi wkoll servizz ta' helpline kemm għaċ-ċittadini Maltin fir-Renju Unit u anke għal dawk Brittaniċi f'Malta.", "L-għan ta' dan il-helpline, li d-dettalji tiegħu se jingħataw aktar tard din il-ġimgħa u li se jibqa' jaħdem mit-Tnejn li ġej, se jkun li jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-pjanijiet u d-drittijiet ta' dawn iċ-ċittadini f'każ ta' Brexit bla ftehim.", "'Il-ftehim milħuq ma għandux jerġa' jinfetaħ'", "Intant, dwar is-sitwazzjoni preżenti fir-Renju Unit, il-Prim Ministru qal li Malta taqbel mal-bqija tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li l-ftehim milħuq ma għandux jerġa’ jinfetaħ iżda l-UE tibqa’ miftuħa għal aktar kjarifiċi u assigurazzjonijiet.", "Insista li dan il-ftehim jipprovdi serħan tal-moħħ għaċ-ċittadini u n-negożji, kemm dawk Ewropej u dawk Brittaniċi, jipproteġi s-suq waħdieni u joffri l-aqwa soluzzjonijiet għall-fruntera Irlandiża"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54360/malta_fost_laktar_tlett_pajjii_flue_li_raw_tkabbir_fitturimu__eurostat", "date": "23 ta' Jannar 2019 11:38", "title": "Malta fost l-aktar tliet pajjiżi fl-UE li raw tkabbir fit-turiżmu fl-2018 - Eurostat", "subtitle": "Malta, il-Latvja u l-Litwanja fuq quddiem b'żidiet qawwijin fit-turiżmu matul l-2018, skont ċifri tal-Eurostat...", "text": ["Malta, il-Latvja u l-Litwanja fuq quddiem b'żidiet qawwijin fit-turiżmu matul l-2018, skont ċifri tal-Eurostat...", "Malta flimkien mal-Latvja u l-Litwanja huma l-aktar tliet pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) li esperjenzaw tkabbir fit-turiżmu is-sena l-oħra, skont ċifri ippublikati mill-Eurostat.", "In-numru ta' ljieli li qattgħu t-turisti f'akkomodazzjoni żdiedu wkoll kważi fil-pajjiżi kollha tal-UE b'Malta wkoll tkun fost l-aqwa tlieta.", "Fil-Latvja l-iljieli żdiedu b'8.3%, il-Litwanja b'7.7% u Malta b'6.5%."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54350/100_miljun_fissena_gal_toroq_residenzjali_madwar_ilpajji", "date": "22 ta' Jannar 2019 12:42", "title": "€100 miljun fis-sena għal toroq residenzjali madwar il-pajjiż", "subtitle": "Il-Ministru Ian Borg jgħid illi l-ewwel stadju ta' xogħol jinvolvi 31 triq b'total ta' investiment ta' €53.5 miljun ", "text": ["Il-Ministru Ian Borg jgħid illi l-ewwel stadju ta' xogħol jinvolvi 31 triq b'total ta' investiment ta' €53.5 miljun", "Proġett ta' €700 miljun, li se jara diversi toroq madwar Malta jingħataw wiċċ ġdid, beda din il-ġimgħa.", "Total ta' €100 miljun kull sena se jintefqu fuq il-proġett, li se jkun maqsum f'diversi stadji.", "Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg f'konferenza tal-aħbarijiet fi Triq l-Għarnuq fil-Fgura, qal illi l-ewwel stadju ta' xogħol jinvolvi 31 triq b'total ta' investiment ta' €53.5 miljun.", "Iktar tard din is-sena toħroġ sejħa oħra għal €46.5 miljun.", "Triq Għarnuq hija waħda minn dawk it-toroq koperti b'dan l-investiment.", "\"Dan il-Gvern huwa kommess lejn kwalità għolja ta' infrastruttura, ladarba dan l-apsett imiss lin-nies direttament ta' kuljum u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti,\" sostna Borg.", "\"M'aħniex qed nikkunsidraw biss li nagħtu wiċċ ġdid, imma wkoll li naraw illi t-toroq ikollhom fondazzjoni aktar b'saħħtha.\"", ".Is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Silvio Parnis, preżenti għall-konferenza, qal li l-proġett jimmarka mument ieħor ta' kollaborazzjoni tal-Gvern mal-Kunsilli Lokali."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54351/manuel_delia_kien_qed_jikteb_iddiskorsi_ta_adrian_delia_fittirija_gal_kap_talpn", "date": "22 ta' Jannar 2019 12:24", "title": "Manuel Delia kien qed jikteb id-diskorsi ta' Adrian Delia, fit-tiġrija għal Kap tal-PN", "subtitle": "Żvolta interessanti hekk kif Pierre Portelli jiżvela fil-Qorti illi Manuel Delia kien qed jikteb id-diskorsi tal-Kap tal-PN fil-kampanja għal Kap tal-PN ġdid...", "text": ["Żvolta interessanti hekk kif Pierre Portelli jiżvela fil-Qorti illi Manuel Delia kien qed jikteb id-diskorsi tal-Kap tal-PN fil-kampanja għal Kap tal-PN ġdid...", "Fil-Qorti dalgħodu ċ-Chairperson tal-midja Nazzjonalista Pierre Portelli sostna illi Manuel Delia kien qed jikteb id-diskorsi ta' Adrian Delia, waqt il-kampanja għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.", "Portelli kien qed jixhed fil-każ li Manuel Delia fetaħ kontra l-editur ta' MediaLink, Robert Cremona.", "Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, Portelli spjega kif sar jaf bid-dritt għat-tweġiba ta' Manuel Delia wara storja fuq Net News li fiha ntqal li l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kien ivvota favur liġi li tippermetti l-kultivazzjoni tal-kannabis f’Malta u dan meta ma kienx minnu.", "Manuel Delia kien kiteb blog li fih saħaq li hu kien irrapporta biss li Adrian Delia qata’ fil-qasir dibattitu dwar din il-liġi u falla milli jiddikjara l-interess tal-familja ta’ martu u anke ta’ persuna qrib tiegħu f’dan is-settur.", "Fix-xhieda tiegħu, Portelli spjega kif hu kien ta struzzjonijiet lill-ħaddiema tiegħu biex ma jippubblikawx it-Tweġiba ta’ Manuel Delia.", "“Din kienet Dritt ta’ Tweġiba għal dritt ta’ tweġiba.", "Jiena mgħarraf ukoll li Manuel Delia kien qed jikteb dwar Adrian Delia u l-legalizzazzjoni tal-kannabis minħabba rabta familjari,” kompla Portelli.", "Kompla jgħid li ilu snin twal jaf lil Manuel Delia.", "“Offrejtlu xogħol meta kien editur iżda ried id-doppju tal-flus li kont qed noffrilu,” saħaq Portelli.", "Qal ukoll li fis-sajf tal-2017, waqt il-kampanja għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, meta Adrian Delia tefa’ n-nomina tiegħu kont intlabt biex nagħti l-għajnuna.", "“Konnha qbilna li Manuel Delia jikteb l-artikli kollha f’isem Adrian Delia bejn Awwissu u Settembru.", "F’Settembru, wara li Delia rebaħ, Manuel kitibli biex jitlobni l-ħlas,” kompla Portelli.", "Portelli kompla jispjega kif Manuel Delia kien semma wkoll “klijenti oħra.”", "Fi kliemu dan qajjem suspsett ta' kunflitt ta' interess.", "“Meta sirt naf li kellu klijenti oħra u għalhekk ma kienx magħruf jekk kienx qed jikteb għalihom ukoll u min huma, ħassejt li jkun ġust li ma nippermettilux dritt għal tweġiba minn dritt għal tweġiba,” temm jgħid Portelli.", "Il-każ ikompli fl-20 ta’ Frar."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54359/offrejna_lappo_ana__lenemed_tiad_bilqawwa_akkui_ta_theddid_fuq_talpompi", "date": "23 ta' Jannar 2019 11:23", "title": "'Offrejna l-appoġġ aħna...' - L-Enemed tiċħad bil-qawwa akkużi ta' theddid fuq tal-pompi", "subtitle": "Ic-Chairman tal-Enemed jakkuża lill-GRTU bi skopijiet ulterjuri għall-akkużi li għamlet ilbieraħ...", "text": ["Ic-Chairman tal-Enemed jakkuża lill-GRTU bi skopijiet ulterjuri għall-akkużi li għamlet ilbieraħ...", "Iċ-Chairman tal-Kumpanija Enemed Kevin Chircop ċaħad b'mod kategoriku akkużi mill-General Retailers and Traders Union (GRTU) li lbieraħ, fi stqarrija, sostniet illi l-Enemed kienet qed iċċempel lis-sidien tal-pompi tal-petrol li kienu qed isegwu l-istrajk ordnat minnha u theddidhom b'konsegwenzi.", "Ara hawnhekk x'qalet il-GRTU fl-istqarrija tagħha", "F'kummenti mas-sit maltatoday.com.mt Chircop sostna illi l-Enemed qed iċċempel lill-klijenti fir-rigward tal-ftehim li jistipula obbligazzjoni kuntrattwali li l-pompi tal-petrol joffru s-servizz lill-klijenti tagħhom 24 siegħa kuljum.", "\"Aħna saħansitra offrejna l-appoġġ lil min kellu bżonn.", "Issa jekk din hija interpretata bħala theddida, mela allura ma nafx,\" sostna Chircop.", "Kompla jispjega kif f'relazzjoni ta' negozju lanqas tagħmel sens loġiku illi l-Enemed thedded lill-klijenti tagħha stess, Qal ukoll li allura stqarrijiet fis-sens illi l-Enemed għamlet theddid ma jagħmlux sens.", "\"Aħna ma rridux niżżefnu fin-nofs f'din il-kwistjoni.", "Wara kollox aħna irridu inkomplu nagħtu servizz ta' eċċellenza,\" qal Chircop filwaqt li akkuża lill-GRTU illi qed timplika theddid \"għal skopijiet ulterjuri\"."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54362/agug_iwea_wara_li_idu_nqabdet_fmagna_li_kien_qed_inaddaf", "date": "23 ta' Jannar 2019 13:20", "title": "Żagħżugħ iweġġa' wara li idu nqabdet f'magna li kien qed inaddaf", "subtitle": "Jidher li ż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt", "text": ["Jidher li ż-żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt", "Żagħżugħ ta' 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt, wara li idejh inqabdet ġo magna waqt xi xogħlijiet li kien qed jagħmel.", "Il-każ seħħ ftit qabel is-1pm fi Triq Wied is-Sewda f'Ħaż-Żebbuġ.", "Mill-informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li ż-żagħżugħ Afrikan kien qed inaddaf crusher (magna li tkisser il-ġebel) meta nqabditlu idu fiha.", "Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54363/lue_gandha_tiieled__lkorruzzjoni_inkella_lproett_politiku_jitpoa_friskju", "date": "23 ta' Jannar 2019 13:41", "title": "'L-UE għandha tiġġieled l-korruzzjoni, inkella l-proġett politiku jitpoġġa f’riskju'", "subtitle": " Metsola kienet qed titkellem f'dibattitu tal-Kumitat dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Rumena", "text": ["Metsola kienet qed titkellem f'dibattitu tal-Kumitat dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Rumena", "Waqt li kienet qed titkellem f’dibattitu ta’ Kumitat dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Rumena, il-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Unjoni Ewropea għandha tiġġieled kontra l-korruzzjoni b’kull mezz possibbli, għax inkella l-proġett politiku jitpoġġa f’riskju.", "Hi u tindirizza l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Ministeru tal-Intern, Roberta Metsola nsistiet li post ir-Rumanija għandu jkun fiċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari f’perjodu fejn qed imexxi l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew.", "“Il-Presidenza għandha tkun ta’ eżempju għall-valuri Ewropej kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea, iżda anke mal-bqija tad-dinja,” qalet Metsola.", "Bħala Koordinatriċi tal-Grupp tal-PPE fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern, Roberta Metsola qalet “Il-poplu Rumen hu kburi li hu ċittadin Rumen, iżda wkoll kburi li hu Ewropew, u għalhekk l-Unjoni Ewropea tfisser protezzjoni u garanzija tal-istess valuri.", "Il-Parlament Ewropew se jibqa’ jiddefendi dawn il-valuri u se jibqa’ jkun viċin il-poplu Rumen, u l-popli l-oħra Ewropej.”"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54364/tliet_kunsilli_u_numru_ta_gaqdiet_jitlobu_laqga_urenti_dwar_ilftehim_malcorinthia", "date": "23 ta' Jannar 2019 13:44", "title": "Tliet kunsilli u numru ta' għaqdiet jitolbu laqgħa urġenti dwar il-ftehim mal-Corinthia", "subtitle": "Il-Kunsilli Lokali ta' Pembroke, San Ġiljan u Swieqi flimkien ma' FAA, Din l-Art Ħelwa, Birdlife, Żminijietna, Ramblers, Moviment Graffitti u diversi għaqdiet ta' residenti jitolbu konsultazzjoni mill-aktar fis", "text": ["Il-Kunsilli Lokali ta' Pembroke, San Ġiljan u Swieqi flimkien ma' FAA, Din l-Art Ħelwa, Birdlife, Żminijietna, Ramblers, Moviment Graffitti u diversi għaqdiet ta' residenti jitolbu konsultazzjoni mill-aktar fis", "Numru  ta’ għaqdiet, gruppi tar-residenti u tliet Kunsilli Lokali kitbu lid-Deputat Alex Muscat, Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, sabiex jitolbu għal laqgħa urġenti tal-Kumitat dwar il-konċessjoni imminenti ta’ drittijiet fuq l-art u l-ambjent lill-grupp Corinthia (IHI).", "Huma qalu li l-iskop, it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ ftehim jew konċessjoni bħal din se jkollhom riperkussjonijiet fuq il-partijiet interessati, il-pubbliku u l-ambjent naturali, u li dawn ir-riperkussjonijiet se jkunu diretti u se jimpattaw il-kwalità tal-ħajja.", "\"Skont il-Konvenzjoni Aarhus, li ġiet iffirmata u irratifikata mill-Gvern Malti, huwa prinċipju stabbilit li l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi stadju fejn l-għażliet kollha għadhom miftuħa, huwa rekwiżit meta decizjoniet daqshekk importanti jkunu qed jittieħdu,\" sostnew.", "Fi stqarrija qalu wkoll li l-pubbliku għandu dritt ikun jaf jekk l-istudji meħtieġa għal \"żvilupp daqshekk massiċċ sarux u ġewx konklużi.\"", "Għalkemm din mhijiex applikazzjoni għal żvilupp, l-abbozz tal-ftehim mal-Corinthia jirreferi għar-reklamazzjoni ta’ qiegħ il-baħar u fatturi oħra li, fil-prattika, jagħmlu l-kisba ta’ permess għall-iżvilupp bħala fait accompli.", "Minħabba li l-iffirmar ta’ dan il-ftehim huwa imminenti, l-għaqdiet, il-gruppi tar-residenti u l-Kunsilli Lokali talbu għal laqgħa urġenti tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, bil-preżenza tal-entitajiet involuti f’din il-konċessjoni, sabiex id-dritt tal-pubbliku li jkun infurmat, u l-iskrutinju meħtieġ, ikunu żgurati.", "It-talba saret minn:", "Kunsilli Lokali:", "Pembroke, Swieqi u San Ġiljan", "NGOs:", "Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, BirdLife Malta, Żminijietna – Voice of the Left u Ramblers Association", "Gruppi tar-residenti:", "Residenti ta’ Pembroke, San Ġiljan, St. Andrews, Sliema, Għargħur u Baħar iċ-Ċagħaq", "Ara x'irrappurtat il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda dwar dan il-ftehim u kif jaħsbuha numru ta' Deputati tal-Gvern", "Ara l-Editorjal tal-gazzetta dwar l-istess ftehim mal-Corinthia"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55748/allu_lil_adrian_delia_jadem_jitwalu_numru_ta_kartelluni_malkaini_talpn", "date": "14 ta' Ġunju 2019 10:27", "title": "'Ħallu lil Adrian Delia jaħdem' - jitwaħħlu numru ta' kartelluni mal-każini tal-PN", "subtitle": "Il-Każini tal-PN jisbħu b'numru ta' kartelluni bi kliem ta' appoġġ għal Adrian Delia", "text": ["Il-Każini tal-PN jisbħu b'numru ta' kartelluni bi kliem ta' appoġġ għal Adrian Delia", "Dalgħodu numru ta’ każini tal-Partit Nazzjonalista madwar Malta sebħu b’numru ta’ kartelluni bil-kliem, ‘Ħallu lil Adrian Delia jaħdem.’", "Fuq l-istess kartelluni dehru wkoll id-distakki bejn iż-żewġ partiti fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali, dik tal-2013 u tal-2017.", "Aktar kmieni din il-ġimgħa grupp sinifikanti ta’ Deputati Nazzjonalisti qalu ċar u tond lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li huma qed jistennew li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tassumi r-responsabbiltà għar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.", "Dan kien irrapportat dalgħodu mill-MaltaToday, bis-sit illum.com.mt jikkonferma l-informazzjoni ma’ Deputati tal-Partit Nazzjonalista.", "Jidher li waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-bieraħ, għadd ta’ Deputati insistew ma’ Delia li għandu jirriżenja."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55750/issindku_talbelt_valletta_jsellem_lil_sindku_taljan_li_salva_diversi_persuni_minn_splujoni", "date": "14 ta' Ġunju 2019 10:43", "title": "Is-Sindku tal-Belt Valletta jsellem lil Sindku Taljan li salva diversi persuni minn splużjoni", "subtitle": "Is-Sindku ta' Rocco di Papa spiċċa biex ġarrab ħruq kbir f'ġismu hekk kif inqabad f'nofs splużjoni biex isalva lil ħaddieħor", "text": ["Is-Sindku ta' Rocco di Papa spiċċa biex ġarrab ħruq kbir f'ġismu hekk kif inqabad f'nofs splużjoni biex isalva lil ħaddieħor", "Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit bagħat ittra biex isellem lis-Sindku ta’ Rocco di Papa, Emanuele Crestini, li aktar kmieni din il-ġimgħa kien involut fi splużjoni f’ċentru ċiviku.", "Skont midja Taljana, meta nduna bir-riħa qawwija ta’ gass li bdiet ħierġa miċ-ċentru, is-Sindku għamel minn kollox biex ħareġ lil kulħadd, inkluż lit-tfal, ‘il barra mill-binja.", "Minkejja li salva lil kulħadd, is-Sindku nqabad ġewwa meta l-binja splodiet.", "Huwa sofra f’35% ħruq ta’ ġismu.", "Xi tfal u persuni weġġgħu wkoll minħabba ħġieħ li tar mal-isplużjoni.", "Kien dan li wassal lil Zammit biex jibgħat ittra lis-Sindakat ta’ dan il-villaġġ żgħir viċin Ruma waqt li awgura fejqan ta’ malajr kemm lis-Sindku u anke lil dawk kollha li weġġgħu fl-isplużjoni."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55749/sewwieq_anzjan_jibqa_dieel_ferba_karozzi_pparkjati_anzjana_lisptar", "date": "14 ta' Ġunju 2019 10:34", "title": "Sewwieq anzjan jibqa' dieħel f'erba' karozzi pparkjati; Anzjana l-isptar", "subtitle": "L-anzjana ta’ 70 sena residenti Ħal Qormi qed issofri minn ġrieħi gravi", "text": ["L-anzjana ta’ 70 sena residenti Ħal Qormi qed issofri minn ġrieħi gravi", "Anzjana ta’ 70 sena residenti Ħal Qormi qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied, Ħal Qormi.", "Jirriżulta li s-sewwieq, anzjan ta’ 84 sena tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ erba’ vetturi oħra li kienu pparkjati.", "Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar.", "Is-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi.", "L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55751/ilpn_jaqbel_maddeijoni_talgvern_li_jissospendi_lpermessi_gattwaqqig_u_liskavar", "date": "14 ta' Ġunju 2019 11:19", "title": "Il-PN jaqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi l-permessi għat-twaqqigħ u l-iskavar", "subtitle": "'L-Opożizzjoni lesta taħdem id f'id mal-Gvern sabiex jiġi mqaqqaf qafas regolatorju,' jgħid il-PN", "text": ["'L-Opożizzjoni lesta taħdem id f'id mal-Gvern sabiex jiġi mqaqqaf qafas regolatorju,' jgħid il-PN", "Fi stqarrija ppubblikata dalgħodu l-Partit Nazzjonalista sostna li jaqbel mad-deċiżjoni li ħa l-Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ li jiġi sospiż b'mod immedjat ix-xogħol ta' skavar u twaqqigħ.", "\"Il-Partit Nazzjonalista juri s-solidarjetà mar-residenti kollha, kemm dawk involuti kif ukoll ma' dawk kollha li qed isir xogħol ta' skavar u demolizzjoni maġenb il-propjetà tagħhom.", "Il-PN kaqbel li permessi ta' demolizzjoni u skavar għandhom jiġu sospiżi b'mod temporanju immedjatament.\"", "Żied jgħid li, \"sfortunatament, dawn in-nuqqasijiet qegħdin jaffetwaw b'mod negattiv il-ħajja ta' kuljum ta' diversi residenti u fl-istess ħin siti ta' kostruzzjoni mhux ikunu siguri għal dawk li l-ħobża ta' kuljum tagħhom tiddependi minn dan ix-xogħol,\" u li \"l-Gvern irid jerfa' r-responsabbiltà tiegħu wkoll u jara li barra li jkun hemm taħriġ kontinwu adegwat lil kull min hu involut f'dan is-settur, minn professjonisti sa ħaddiema tal-id, irid isir liċenzjar u ċertifikazzjoni tal-persuni li jipprovdu servizzi relatati mal-industrija kif ukoll jiġu mtejjba l-prattiċi dwar l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tas-siti tal-kostruzzjoni,\" qalet l-istqarrija.", "Il-Partit Nazzjonalista qalwkoll li, l-Oppożizzjoni lesta taħdem id f'id mal-Gvern sabiex flimkien mal-partijiet interessati kollha f'dan is-settur sabiex, \"jiġi mwaqqaf qafas ta' regoli li jirregolaw darba għal dejjem l-industrija tal-kostruzzjoni kif ukoll biex l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni titwaqqaf u tibda tiffunzjona b'mod tajjeb u effettiv.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55752/tifel_ta_tmien_snin_jittajjar_filmosta", "date": "14 ta' Ġunju 2019 12:46", "title": "Tifel ta' tmien snin jittajjar fil-Mosta", "subtitle": "It-tifel jidher li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi", "text": ["It-tifel jidher li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi", "Tifel ta’ tmien snin iddaħħal l-isptar wara li ttajjar fi Triq id-Dawr fil-Mosta.", "Jidher li t-tifel safa milqut minn vettura misjuqa minn mara ta’ 32 sena.", "Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.", "Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.", "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/54310/xi_darba_kont_gay__u_allura_se_jispia_fiinema_londra_", "date": "18 ta' Jannar 2019 18:15", "title": "'Xi darba kont gay' - U allura se jispiċċa fiċ-ċinema Londra", "subtitle": "Matthew Grech, issa mhux biss f'Malta, imma wkoll f'Londra se jfakkar li m'għadux omosesswali grazzi għal River of Love fil-film 'Once Gay'", "text": ["Matthew Grech, issa mhux biss f'Malta, imma wkoll f'Londra se jfakkar li m'għadux omosesswali grazzi għal River of Love fil-film 'Once Gay'", "Matthew Grech issa ilu jfakkar lill-poplu Malti u Għawdxi, kważi f'kull opportunità li jkollu, illi xi darba kien omosesswali u issa m'għadux.", "Jgħid li dan ġara wara li beda jattendi sessjonijiet tar-River of Love.", "Imma issa l-istorja ta' Grech se tmur Londra, biex issa anke l-Londriżi jkunu jafu li kien omosesswali u ma baqax.", "Jidher illi ftit ġranet wara li l-filmat tiegħu fl-auditions ta' X Factor tniżżel minħabba li Grech kien qed ifakkarna li m'għadux gay, waslu numru ta' nies mir-Renju Unit li xtaqu jagħmlu produzzjoni mill-istorja tiegħu.", "Illum saħansitra ħareġ poster tal-film u trailer.", "Il-film jismu 'Once gay' li allura, mill-ġdid, jimplika li kien gay u m'għadux.", "Mhux magħruf jekk il-film hux se jintwera f'pajjiżna."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53859/lebda_mara_m_gandha_taetta_dan_iddiskors__rosianne_cutajar_tifta_ew_libelli", "date": "30 ta' Novembru 2018 14:17", "title": "'L-ebda mara m'għandha taċċetta dan id-diskors' ... Rosianne Cutajar tiftaħ żewġ libelli", "subtitle": "Cutajar qalet li l-attakki fuqha kienu ġejjin minn persuni qrib il-Partit Nazzjonalista", "text": ["Cutajar qalet li l-attakki fuqha kienu ġejjin minn persuni qrib il-Partit Nazzjonalista", "Id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar ippreżentat żewġ kawżi ta’ libell b’rabta ma’ dak li qed tiddeskrivi bħala tgħajjir malafamanti u personali li kien hemm fil-konfront tagħha fl-aħħar ġimgħat.", "Fi stqarrija, Cutajar saħqet li dawn l-attakki fuqha kienu ġejjin minn persuni qrib il-Partit Nazzjonalista, partikolarment “il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.”", "Kompliet tgħid li minkejja li ilha 8 snin fil-politika, dawn huma l-ewwel libelli li qed tagħmel.", "“Kont instigata nagħmel dawn il-libelli mill-fatt li fl-aħħar jiem donnu kien hawn min ried jiġġustifika diskors malafamanti, bħal tgħajjir ta’ qaħba u qaħba f’xalata, fost kliem oħrajn u insinwazzjonijiet.", "Filwaqt li ngħożż il-libertà tal-kelma nemmen li rridu nibagħtu messaġġ favur dibattitu iktar dinjituż,” saħqet Cutajar.", "Cutajar żiedet tgħid kif meta diskors simili ntqal fuq persuni oħra qrib il-Partit Nazzjonalista kien hemm kundanni mmedjati.", "“Iżda, donnu hawn min jaċċetah jekk ikun fuq xi ħadd ġej mill-Partit Laburista,” qalet Cutajar.", "Temmet tgħid li b’din l-azzjoni trid tibgħat messaġġ li l-ebda mara, lanqas min hu fil-politika, m’għandha taċċetta dan id-diskors li huwa attakk fuq id-dinjità tagħha."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55743/ittfajla_ta_jordan_azzopardi_arrestata_wara_li_allegatament_ippruvat_ixaam_xhud", "date": "13 ta' Ġunju 2019 15:30", "title": "It-tfajla ta’ Jordan Azzopardi arrestata wara li allegatament ippruvat ixxaħħam xhud", "subtitle": "Fis-seduta li għaddiet it-tfajla kienet inħelset mill-arrest ... eks impjegat jixhed kontra Azzopardi jgħid li kien jaqfilhom ġo gaġġa", "text": ["Fis-seduta li għaddiet it-tfajla kienet inħelset mill-arrest ... eks impjegat jixhed kontra Azzopardi jgħid li kien jaqfilhom ġo gaġġa", "Hekk kif illum kompla jinstema' l-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta’ Jordan Azzopardi ta’ 29 sena li qiegħed jkun mixli b’madwar 15 il-akkuża fosthom traffikar tad-droga eroina, kokaina u kannabis, it-tfajla tiegħu reġgħet spiċċat arrestata wara li allegatament hi ppruvat ixxaħħam xhud b’pagament ta’ €20,000.", "Fis-seduta ta’ qabel it-tfajla ta’ Azzopardi kienet diġà inħelset mill-arrest iżda illum hi sabet ruħha lura fl-iżbarra wara li eks impjegat tal-istess Azzopardi xehed fil-Qorti li t-tfajla ta’ Azzopardi ċemplet u offrietlu €20,000 biex jigdeb taħt ġurament.", "Allegatament it-tfajla offriet, €10,000 qabel u €10,000 wara li huwa jkun ta x-xhieda tiegħu fil-Qorti", "Apparti minn hekk il-Qorti semmgħet kif diversi nies oħra avviċinawh biex jagħti verżjoni differenti fil-qorti fosthom it-tifel ta’ Azzopardi.", "Fl-istess waqt it-tfajla hedditu li se taħraqlu l-karozza għaliex huwa kien ħaraq tagħha.", "Minkejja dan fix-xhieda tiegħu kontra t-tfajla, l-eks impjegat qal li ma kellux x’jaqsam man-nirien.", "L-eks impegat iddeskriva wkoll l-operazzjoni ta’ Azzopardi f’Birkirkara.", "“Il-bibien kellhom uffiċjali tas-sigurtà u diversi siġġijiet.", "Qisek qiegħed il-Maltapost.", "Coke, smack kollox għall-bejgħ.”", "Żied jgħid li Azzopardi kien Iebes mal-impjegati tiegħu, u li dan kien iżommhom kważi ġurnata sħiħa maqfulin ġo gaġġa.", "“L-anqas annimal ma jixraqlu hekk,\" saħaq l-eks impjegat.", "Wara li dan ikkonkluda x-xhieda tiegħu, l-Ispettur Mark Mercieca informha lil Qorti li t-tfajla ta’ Azzopardi se terġa’ tkun arrestata fuq il-bażi tax-xhieda tal-eks impjegat.", "Jordan Azzopardi kien arrestat f’Marzu li għadda fil-Madliena.", "Ftit wara l-Pulizija wettqet diversi rejds f’propjetajiet tiegħu li kien qed iservu bħala laboratorju tad-droga.", "Rejds oħra relatati mal-operazzjoni ta’ Azzopardi kienu twettqu f’Birkirkara, fil-Gżira, fil-Marsa u fil-Blata l-Bajda.", "Il-każ ikompli ġimgħatejn oħra."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55744/agug_filperiklu_talmewt_wara_li_waqa_erba_sulari_fsit_ta_kostruzzjoni", "date": "13 ta' Ġunju 2019 16:16", "title": "Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li waqa' erba' sulari f'sit ta' kostruzzjoni", "subtitle": "L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq Annetto Caruana, il-Qawra", "text": ["L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq Annetto Caruana, il-Qawra", "Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' għoli ta' madwar erba' sulari waqt li kien qed jaħdem f'sit ta' kostruzzjoni.", "L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq Annetto Caruana, il-Qawra.", "Iż-żagħżugħ li għandu 23 sena mill-Mali ddaħħal b'urġenza Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ta’ natura serja.", "Fuq il-post issejħu wkoll il-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma.", "Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55746/ritratti__nikolaos_jaqsam_ilfliegu_gallewwel_darba", "date": "13 ta' Ġunju 2019 17:48", "title": "Ritratti | Nikolaos jaqsam il-fliegu għall-ewwel darba", "subtitle": "Fil-jiem li ġejjin se titħabbar bidla fl-iskeda tal-vapur ta' Għawdex biex Nikolaos ikun inkluż ukoll", "text": ["Fil-jiem li ġejjin se titħabbar bidla fl-iskeda tal-vapur ta' Għawdex biex Nikolaos ikun inkluż ukoll", "Minkejja li Nikolaos, ir-raba' vapur tal-Gozo Channel kellu jagħmel l-ewwel vjaġġi tiegħu nhar it-Tnejn, il-kumpanija Gozo Channel iddeċidiet li tibda tħaddmu mil-lum bil-għan li tilqa' aktar għad-domanda.", "Ħabbret dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li saħqet kif id-differenza nħasset immedjatament.", "Intant, kif kien ippjanat, min-nhar it-Tnejn, se jsir tibdil fl-iskeda tal-vapur ta' Għawdex biex Nikolaos ikun inkluż ukoll u jingħata servizz aħjar.", "L-Oppożizzjoni qed tikkritika l-għażla ta' dan il-vapur wara li d-Deputat Chris Said kien żvela kif il-vapur għandu 32 sena.", "Said kien ikkritika wkoll lill-Gvern għax fi kliemu, il-vapur inkera b' dak li jissejjaħ 'wet lease' jigifieri bl-ekwipaġġ b' kollox u kien iddeskriva dan bħala insult għall-ħaddiema Għawdxin.", "Intant, il-Ministeru għal Għawdex ma weġibx kemm nefaq biex inġieb dan il-vapur, bil-Ministru Caruana tisħaq li ma tistax tingħata din l-informazzjoni minħabba li hija waħda ta' natura kummerċjali."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55745/ientru_taddetox_gandu_jii_rilokat__issindku_talpiet", "date": "13 ta' Ġunju 2019 17:53", "title": "'Iċ-ċentru tad-detox għandu jiġi rilokat’ - Is-Sindku tal-Pietà", "subtitle": "Is-Sindku ta’ Tal-Pietà Keith Tanti iwieġeb għat-tħassib u l-ilmenti tar-residenti u jgħid li ċ-ċentru tad-Detox maġenb l-Isptar San Luqa għandu jkun rilokat", "text": ["Is-Sindku ta’ Tal-Pietà Keith Tanti iwieġeb għat-tħassib u l-ilmenti tar-residenti u jgħid li ċ-ċentru tad-Detox maġenb l-Isptar San Luqa għandu jkun rilokat", "Ġimgħatejn ilu qalb l-għajjat u l-ewforija fis-sala tal-għadd tal-voti, Keith Tanti reġa’ kien ikkonfermat mill-ġdid sindku f’Tal-Pietà.", "F’riżultat tista’ tgħid storiku, Tanti u l-kollegi tiegħu Laburisti rnexxielhom iżidu kważi 20% fuq ir-riżultat tal-istess elezzjoni fl-2013, bil-Partit Laburista finalment jikseb rekord ta’ 69.3% filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jikseb biss 30.6%.", "Dan f’lokalità li sa ftit żmien ilu kienet titqies bħala fortizza Nazzjonalista.", "Fid-dawl ta’ dan l-ILLLUM tkellmet mas-Sindku Keith Tanti fuq dan ir-riżultat eċċellenti, l-isfidi prinċipali f’Tal-Pietà u l-ewwel proġetti ta’ xogħol mill-Kunsill f’din il-lokalità.", "X’wassal għar-riżultat storiku f’Tal-Pietà?", "Mistoqsi x’jaħseb li wassal għal dan ir-riżultat eċċellenti fl-elezzjonijiet tal-2019, Tanti kien pront jisħaq li dan kien mertu tal-Gvern u tal-Partit Laburista kif ukoll tal-Kunsill.", "Fl-istess waqt huwa qal li dan kien mertu tal-istat ħażin ħafna li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista.", "“Tradizzjonalment din il-lokalità kienet titqies bħala fortizza Nazzjonalista.", "Fl-2009, il-PN kellu maġġoranza ta’ 52% mbagħad fl-2013 il-Partit Labrusita rnexxielu jikseb il-maġġoranza.”", "Din il-gazzetta staqsiet lil Tanti sabiex jelenka xi wħud mill-isfidi primarji fil-ħidma tal-Kunsill Lokali għaż-żmien li ġej.", "Fuq din Tanti qal li “ovvjament il-miri tiegħi jsegwu l-manifest tal-partit li jien se nkun qiegħed nara biex jitwettqu.”", "Minkejja dan huwa qal li fi żmien li ġej se jkun hemm xi proġetti speċifiċi li l-Kunsill se jkun qiegħed iwettaq it-triq għalihom fosthom diversi proġetti ta’ tisbieħ madwar il-lokalità.", "Apparti minn dan però, Tanti żvela li fiż-żmien li ġej il-Kunsill se jkun qiegħed jitfa’ applikazzjonijiet sabiex jiġu żviluppati dog parks u cat cafes fil-Pietà.", "Staqsejna lis-Sindku jekk iċ-ċentru tad-Detox biswit l-Isptar San Luqa jinsabx ukoll fil-mira tal-Kunsill, hekk kif diversi residenti jilmentaw dwar dan il-fatt.", "Min-naħa tiegħu, Tanti spjega li huwa fatt li diversi residenti għandhom tħassib dwar dan iċ-ċentru.", "“Naturalment wieħed irid jitkellem fuq din il-problema b’ċertu rispett, dan għaliex dawn huma persuni li qegħdin ibatu bil-problema tad-droga.”", "Minkejja dan, Tanti qal li ħafna drabi t-tħassib tar-residenti jkun imqanqal minn reati kriminali assoċjati ma’ dawn il-problemi u għalhekk ikun, “aktar għaqli li dan iċ-ċentru jimxi xi mkien ieħor.”", "Mistoqsi jekk fil-probabbilità li jimxi jfissirx li din il-problema se tkun qiegħda tintefa’ fuq lokalità oħra, is-Sindku ċaħad u qal li hemm aktar postijiet denji għal dan iċ-ċentru bħall-Isptar Mater Dei."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55747/erin_tanti_jwieeb_ati_gallqtil_ta_lisa_marian_zahra", "date": "14 ta' Ġunju 2019 09:25", "title": "Aġġornata | Erin Tanti jwieġeb ħati għall-qtil ta' Lisa Maria; Jintbagħat 20 sena ħabs", "subtitle": "Wara ħames snin minn meta Lisa Maria Zahra nstabet bla ħajja taħt l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli, Erin Tanti jwieġeb ħati", "text": ["Wara ħames snin minn meta Lisa Maria Zahra nstabet bla ħajja taħt l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli, Erin Tanti jwieġeb ħati", "Erin Tanti, l-għalliem ta' 28 sena li qed ikun akkużat li bil-qtil tal-istudenta tiegħu Lisa Maria Zahra, wieġeb ħati wara ħames snin minn meta seħħ il-każ.", "Zahra, li kien għad għandha 15-il sena, kienet mietet f'dak li jidher bħala suwiċidju hekk kif kienet instabet bla ħajja taħt l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli.", "Tanti, li dak iż-żmien kien qed joħroġ ma' Lisa Maria, it-tifla tal-lukandier Tony Zahra, kien salvat ukoll minn taħt l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli iżda minnufih kien mixli bil-qtil tagħha.", "Huwa kien qed ikun akkużat bil-qtil tagħha, li għena tagħmel suwiċidju, li kien involut f'attivitajiet sesswali ma' persuna vunerabbli u ma' persuna taħt l-età u li hu kellu l-irwol li jipproteġi u anke li għamel u kien fil-pussess ta' ritratti ta' persuna minorenni.", "Il-ġuri ta' Tanti kellu jibda llum quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, iżda l-akkużat ammetta ftit qabel kellu jibda s-smigħ.", "Fis-sentenza tagħha, Scerri Herrera bagħtet lil Tanti 20 sena u sitt xhur ħabs filwaqt li ordnatlu jħallas l-ispejjeż tal-Qorti li jammontaw għal 22,000.", "X'kien ġara eżatt?", "Waqt il-kumpilazzjoni ta' evidenza kien ħareġ kif l-għalliem tad-drama kien f'relazzjoni ma' Lisa Maria li dak iż-żmien kienet għaddejja minn żmien diffiċli ta' dipressjoni tant li weġgħet lilha nnifisha diversi drabi.", "Minkejja li kien l-għalliem tagħha, Tant daħal f'relazzjoni intima u sesswali ma' Zahra anke jekk ipprova jżomm dan mistur.", "Madanakollu, persuna li kienet taħdem fid-dar ta' Zahra kienet innutat il-karozza tal-akkużat quddiem ir-residenza, hekk kif Tanti kien qatta' lejl ma' Lisa Maria waqt li missierha kien imsiefer fuq xogħol.", "Meta infurmatu li missierha kien jaf bir-relazzjoni, flok ipprova jikkalmaha għax kienet irrabbjata, Tanti qalilha li jekk se tikkonferma l-identità tiegħu mal-familja tagħha kien lest joqtol lilu nnifsu.", "Kien hawn li hi bgħatitlu messaġġ biex twieġbu u tgħidlu li hi ma għandhiex għalfejn tibqa' tgħix jekk hu jikkommetti suwiċidju u għalhekk kellhom jagħmlu suwiċidju flimkien.", "Fil-Qorti kien instema' kif Tanti qatt ma' seta' jniżżilha li nqabad jorqod ma' waħda mill-istudenti tiegħu u l-fatt li kien se jkun meqjus pedofelu kien se jfisser it-tmiem ta' xogħlu.", "X'ġara fil-lejl ta' bejn it-18 u d-19 ta' Marzu?", "Jidher li Tanti u Lisa Maria ppreparaw kollox bejn il-lejl tat-18 u s-19 ta' Marzu.", "Tanti kien ġab diversi pakketti ta' aspirina u anke flixkun whiskey u kien ftiehem mal-vittma li kien se jgħaddi għaliha tard bil-lejl.", "Fil-Qorti kien instema' wkoll kif Tanti ma kienx qal lil Lisa Maria li apparti l-aspirina u l-whisky, kien ħa miegħu €2,500, numru ta' ċekkijiet u l-passaport.", "Ħadha Ħad-Dingli minn fejn Lisa Maria qabżet għal isfel.", "Aktar tard nhar id-19 ta' Marzu, Tanti kien irnexxielu jiġbed l-attenzjoni ta' persuni li kienu miexja fuq l-irdum u li kienu ċemplu lis-servizzi ta' emerġenza.", "Għall-kuntrarju ta' Zahra, Tanti ttella' mingħajr l-ebda ġrieħi minkejja li kien 13-il sular 'l isfel mit-tarf tal-irdum.", "Tanti kien ingħata l-ħelsien mill-arrest u kompla jistudja", "Tanti kien ingħata l-ħelsien mill-arrest nhar it-23 ta' Ġunju tal-2015 wara li ħallas €20,000 depositu u €50,000 garanzija personali bil-patt u l-kundizzjoni li jgħix ma' ommu u li joqgħod għall-kura tal-psikjatra Maria Axiaq.", "Sadanittant, Tanti kien kompla jistudja l-Università ta' Malta u anke kien sab xogħol bħala aġent tal-proprjetà.", "Priġunier li kien ma' Tanti fiċ-ċella jiżvela li ...", "Intant, priġunier li għamel żmien jinżamm ma' Tanti fit-Taqsima tal-Kura Forensika tal-Isptar Monte Carmeli kien qal li darba l-akkużat kien qallu li hu u Lisa Maria mhux vera qabżu flimkien.", "Kien qal li Tanti qallu wkoll li l-koppja ma setgħux jgħixu flimkien fil-ħajja ta' wara l-mewt għax hi kienet għadha minorenni.", "Allega wkoll li Tanti stqarr miegħu li kien faddal biżżejjed flus biex jitlaq minn Malta u jmur jgħix xi mkien barra, possibbilment l-Irlanda.", "Wara dan il-qtil, il-familja Zahra kienet fetħet il-Fondazzjoni Lisa Maria Zahra biex tipproteġi tfal vulnerabbli.", "'Minn dejjem konnha nafu li dan kien każ ta' qtil'", "Intant f'kummenti quddiem il-Qorti, il-familja tal-vittma saħqu li minn dejjem kienu jafu li dan kien każ ta' qtil.", "\"Fl-aħħar, illum nistgħu nitkellmu,\" saħqet il-familja fi stqarrija.", "\"Lisa Marija nqatlet mill-istess persuna li kellha d-dmir li tieħu ħsiebha.\"", "Huma saħqu li familja titlef wild hija l-agħar esperjenza li tista' tgħaddi minnha u hija aktar diffiċli jekk din isseħħ bħal sajjetta fil-bnazzi minħabba l-azzjoni ta' terzi persuni.\"", "\"Lisa Maria kienet tfajla sabiħa ta' 15-il sena li ħajjitha nsterqet bl-aktar modi krudili.", "Bħala familja aħna waqqafna l-Lisa Maria Foundation biex nonoraw it-tifkira tagħha u biex nippruvaw noħorġu xi ħaġa sabiħa minn din it-traġedja.\"", "Saħqu li huma se jkomplu jaħdmu biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jgħinu lil tfal vulnerabbli u jkomplu jassiguraw li jkun hemm sistema ta' bilanċi u kontrolli meta persuni jkunu qed jaħdmu mat-tfal."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54305/ilkunsill_tannaxxar_jikkundanna_lil_transport_malta_dwar_speed_camera", "date": "18 ta' Jannar 2019 09:39", "title": "Il-Kunsill tan-Naxxar jikkundanna lil Transport Malta dwar speed camera", "subtitle": "...jgħid illi ma kienx ikkonsultat dwar it-twaħħil ta' speed camera fi triq taħt ir-responsabilità tiegħu", "text": ["...jgħid illi ma kienx ikkonsultat dwar it-twaħħil ta' speed camera fi triq taħt ir-responsabilità tiegħu", "Il-Kunsill Lokali Naxxar fi stqarrija kkundanna bil-qawwa kollha lil Transport Malta u l-awtorjitajiet li, \"mingħajr ma ġiethom id-diċenza li jinfurmaw lill-Kunsill, qabdu u ħadu deċiżjoni fuq triq taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill biex tkun installata speed camera.\"", "Il-Kunsill sostna li din mhix l-ewwel darba li Transport Malta ħadet deċiżjoni \"bla ebda konsultazzjoni mal-Kunsill.", "Għalhekk il-Kunsill jappella lill-Gvern Ċentrali biex jieħu kull miżura possibbli biex l-enitajiet ma’ jiħdux deċiżjonijiet fil-lokalitajiet jekk mhux bi qbil mal-Kunsill.", "Finalment, il-Kunsill jinnota b’sodisfazzjoni li tabelli tneħħew u għalhekk iqis li din id-deċiżjoni ta’ Transport Malta ġiet revokata. \""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54176/inressqu_ismijiet_gal_president_meta_nkunu_konvinti_li_mhux_kollox_di_momi", "date": "18 ta' Jannar 2019 09:42", "title": "‘Inressqu ismijiet għal President meta nkunu konvinti li mhux kollox diġà moħmi’", "subtitle": "Il-Kap tal-Partit Demokratiku jgħid mal-gazzetta ILLUM li mhux se jipproponu persuni għall-President sakemm ikunu ċerti li l-proċess tal-għażla jkun wieħed serju", "text": ["Il-Kap tal-Partit Demokratiku jgħid mal-gazzetta ILLUM li mhux se jipproponu persuni għall-President sakemm ikunu ċerti li l-proċess tal-għażla jkun wieħed serju", "Il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia qal mal-gazzetta ILLUM li mhux se jkunu qed jagħtu proposti ta’ ismijiet għall-President li jmiss sakemm il-PD ikun konvint li l-proċess ta’ għażla jkun wieħed serju.", "Issa li bdiet is-sena l-ġdida, apparti l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej f’Mejju li ġej, diġà bdew jissemmew diversi ismijiet għal min jista’ jkun il-President il-ġdid hekk kif it-terminu ta’ Marie-Louise Coleiro Preca jintemm f’April li ġej.", "Hekk kif din il-ġimgħa, il-Partit Demokratiku appella biex il-President il-ġdid ikun elett bil-vot ta’ żewġ terzi tal-Parlament, il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Farrugia jekk għandhomx xi ismijiet partikolari li jixtiequ li jkunu kkunsidrati u li se jkunu qed iressqu ’l quddiem.", "Madanakollu, fit-tweġiba tiegħu, Godfrey Farrugia saħaq li l-PD mhux se jagħti proposti ta’ ismijiet qabel ikun konvint li mhux diġà kollox huma moħmi minn qabel.", "Sorsi fil-Partit Laburista, li fis-16 ta’ Diċembru tkellmu ma’ din il-gazzetta,", "kienu qalu illi kollox jindika li l-President tar-Repubblika l-ġdid se jkun Evarist Bartolo.", "Madanakollu, din il-ġimgħa, reġa' beda jinstema wkoll l-isem ta' George Vella, anke jekk sorsi li kienu tkellmu mal-ILLUM insistew li Vella baqa’ jirrifjuta li jaċċetta t-talba li jkun President tar-Repubblika", "Mistoqsi jekk għandhomx f’moħħhom xi ismijiet, mal-ILLUM Farrugia insista li l-President għandu jkun xi ħadd maqbul mill-Parlament kollu, ikun xi ħadd li kapaċi jgħaqqad il-poplu u persuna ta’ mertu, integrità u ta’ kapaċità.", "Mistoqsi jekk hux qed jikkunsidraw li jimbottaw ’il quddiem lil xi ħadd barra mill-politika, Farrugia insista li sakemm dawn il-punti ma jkunux sodisfanti, il-PD mhux se jagħti proposti ta’ ismijiet.", "Il-PD jappella għal emenda Kostituzzjonali qabel April", "Intant, nhar il-Ħamis li għadda, il-Partit Demokratiku appella biex qabel jintemm it-terminu ta’ Coleiro Preca, għandha ssir emenda Kostituzzjonali bl-għan li l-President jinħatar b’żewġ terzi tal-vot Parlamentari.", "Ippropona wkoll li l-President li jmiss ikollu miegħu Kunsill tal-Istat, jiġifieri kunsill ta’ esperti li jagħtih pariri imparzjali bl-għan li jkun jista’ jħares, jipproteġi u jiddefendi l-Kostituzzjoni.", "“Il-President tar-Repubblika għandha tkun figura li tgħaqqad u tiġi appuntata fl-interess nazzjonali u mhux fl-interess tal-partit fil-Gvern,” qal Farrugia.", "U l-Kummissjoni Venezja x’kienet qalet?", "Il-proposti tal-Partit Demokratiku jirriflettu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja li hi tal-opinjoni li l-President ta’ Malta jkun elett b’maġġoranza kkwalifikata tal-Parlament u mhux b’maġġoranza sempliċi.", "L-esperti legali kienu pproponew ukoll li maġġoranza kkwalifikata għandha tkun neċessarja biex jitneħħa jew titneħħa l-President.", "Fi kliem il-Kummissjoni konsultattiva tal-Kunsill tal-Ewropa, din u rakkomandazzjonijiet oħra jgħinu biex l-Uffiċċju tal-President ikun wieħed mill-atturi f’sistema ta’ “bilanċ u kontrolli,” jiġifieri sistema li tiskrutinizza u tistaqsi d-deċiżjonijiet tal-Gvern, partikolarment dawk tal-Prim Ministru.", "Fil-fatt, din il-Kummissjoni kienet irrakkomandat li l-President ma jibqax jaġixxi biss fuq il-parir tal-Prim Ministru, b’mod partikolari fejn jidħlu ħatriet importanti.", "Fost affarijiet oħra, ir-rapport jagħti attenzjoni partikolari lill-ħatriet fil-ġudikatura.", "L-esperti legali jisħqu li l-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura għandu jkun unikament responsabbli minn dawn il-ħatriet, inkluż il-kariga importanti tal-Prim Imħallef u jkun dan l-istess Kumitat li jipproponi l-ismijiet tal-kandidati direttament lill-President", "Ugo Mifsud Bonnici kien qabel?", "Dwar dawn il-proposti, il-gazzetta ILLUM kienet tkellmet mal-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici", "li kien saħaq li l-President għandu biżżejjed poteri biex jeżerċita bilanċ.", "Mistoqsi dwar il-mod kif jinħatar il-President, Mifsud Bonnici kien saħaq li l-maġġoranza għandha tfittex ftehim ma’, jew kunsens mill-Oppożizzjoni.", "Dwar l-elezzjoni b’maġġoranza kkwalifikata, il-President Emeritu kien saħaq li “ġieli ġara li biex tintlaħaq ikun hemm jew trattattivi li ma jixirqux, jew telf ta’ żmien u kriżi.”", "Madanakollu, kien qabel mal-Kummissjoni Venezja li biex President jitneħħa, għandu jkun hemm maġġoranza kkwalifikata."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54306/issospendi_ddiskussjonijiet_malcorinthia__minijietna_lillgvern", "date": "18 ta' Jannar 2019 10:57", "title": "Issospendi d-diskussjonijiet mal-Corinthia - Żminijietna lill-Gvern", "subtitle": "Jitolbu li jsir referndum dwar l-għoti ta' art pubblika....", "text": ["Jitolbu li jsir referndum dwar l-għoti ta' art pubblika....", "Żminijietna – Leħen ix-Xellug appellat il-Gvern biex jissospendi d-diskussjonijiet ma’ Corinthia Group.", "\"Nesiġu li l-poplu Malti jkun informat aktar u li jingħata ċ-ċans li jesprimi ruħu (b’referendum) fuq kwistjonijiet fejn jinvolvi l-interess pubbliku.\"", "Żminijietna temmen li ebda Gvern m’għandu dritt li jieħu deċiżjoni mingħajr l-approvazzjoni tal-poplu.", "Art pubblika hija parti mil-patrimonju nazzjonali.", "“Ma jistax jkun aktar li artijiet pubbliċi jingħataw lill-privat għal użu spekulattiv”.", "Ara iktar fuq il-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li ġej"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/opinjoni/blogs/54334/editorjal__lart_talpoplu_mhux_talgvern", "date": "21 ta' Jannar 2019 12:50", "title": "Editorjal | L-art tal-poplu, mhux tal-Gvern!", "subtitle": "Ladarba l-Gvern irid illi jbigħ din l-art biex isiru appartamenti u biex din ma tibqax art esklussivament għat-turiżmu ma jistax imbagħad jagħtiha kważi b’xejn", "text": ["Ladarba l-Gvern irid illi jbigħ din l-art biex isiru appartamenti u biex din ma tibqax art esklussivament għat-turiżmu ma jistax imbagħad jagħtiha kważi b’xejn", "Xi kultant ikollna nfakkru, kif fakkarna f’ċirkustanzi oħrajn, illi l-assi tal-poplu huma mislufin lill-Gvern biex dan jagħmel bihom dak li huwa ta’ ġid għal pajjiżna, għall-ġid komuni.", "L-assi tal-pajjiż żgur mhux qegħdin hemm biex nagħtuhom lil min ma nafux f’xi ftehim li għadna sal-lum ma nafux x’inhu eżatt.", "L-assi tal-pajjiż lanqas qegħdin hemm biex Gvern jaqbad u jagħtihom bir-ribass lil xi entità privata, bir-rispett kollu.", "Ejja nħarsu lejn iċ-ċifri.", "Il-valur tal-art fejn il-Grupp Corinthia se jagħmel il-proġett huwa stmat li jlaħħaq il-€120 miljun.", "Minflok l-investitur intalab iħallas €17-il miljun filwaqt li mill-proġett se jidħlu madwar €35 miljun oħra minn ċnus.", "Prattikament u b’kollox ċifra viċin it-€52 miljun jew inkella €70 miljun inqas mill-valur jekk tgħodd iċ-ċnus u iktar minn €100 miljun inqas mill-valur tal-art jekk tgħodd biss kemm fil-fatt se jħallsu l-investituri.", "Kif qal Deputat tal-Gvern stess ma’ din il-gazzetta: ‘Jekk din l-art tiswa l-miljuni kif jista’ jkun li aħna nagħtuha b’xejn?’", "Hija ħasra kbira li l-atmosfera u l-mentalità bażwija politika ta’ pajjiżna ma ppermettietx lil dan id-Deputat juri wiċċu, minkejja li għandu raġun hu u mhux min qed jilgħab bl-art tal-poplu qisha kienet parti minn logħba ċess.", "Issa aħna nifhmu li r-raġunament wara l-prezz mhux neċessarjament kien dijaboliku.", "Probabilment l-argument kien illi dawn l-investituri lokali, ta’ suċċess, se joħolqu ħafna impjiegi u se jtejbu l-infrastruttura tal-madwar.", "Dan fil-fatt ħadd mhu qed jiċħdu.", "Ħadd mhu qed jiddubita l-kapaċitajiet u s-suċċessi kbar tal-Grupp Corinthia.", "Imma skużi, għax  intraprenditur għamel suċċess, dak is-suċċess ma jagħtihx id-dritt  li jingħata art pubblika bir-ribass.", "Din id-darba tkellmet ukoll il-Malta Developers Association.", "Għallinqas nittamaw li jekk ma jismax mill-għaqdiet ambjentali, il-Prim Ministru jisma’ mill-MDA, li għandha raġun ukoll.", "Ladarba l-Gvern irid illi jbigħ din l-art biex isiru appartamenti u biex din ma tibqax art esklussivament għat-turiżmu ma jistax imbagħad jagħtiha kważi b’xejn.", "Tkun qed tivvantaġġja lil dan l-investitur fuq l-ieħor.", "Din l-art, oriġinarjament meta ngħatat lill-Grupp minn Gvernijiet Nazzjonalisti, ingħatat bil-premessa li din tibqa’ art għal żvilupp esklussivament turistiku.", "Il-ftehim li qed jagħmel il-Gvern preżenti qed jitlob li dan jinbidel, biex isiru appartamenti u uffiċini.", "Jiġifieri fi kliem sempliċi; il-Gvern talabhom ċuċata biex jibnu l-appartamenti.", "Mhux ta’ b’xejn Sandro Chetuti qed jisbel!", "Ħaġ’oħra.", "Fir-rendikont tiegħu dwar il-prezz, il-Ministru Konrad Mizzi qal illi l-Gvern aċċetta li jaqta’ €33 miljun mill-valur totali minħabba li l-International Hotel Investments xtraw il-lukanda Radisson.", "Din hija stqarrija ftit vaga żżejjed.", "Xi ħadd irid jispjega x’inhu r-raġunament eżatt wara dan l-iskont miljunarju.", "Xi kultant donnu f’dan il-pajjiż teżisti amneżija politika qawwija u minflok nitgħallmu mill-iżbalji nerġgħu nirrepetuhom.", "M’għaddejniex mill-istess kwistjoni meta Gvern Nazzjonalista biegħ il-Mid Med Bank bi prezz li ħafna sostnew li ma kienx biżżejjed u li wara rriżulta li fil-fatt kien kważi xejn ikkumparat mal-valur tal-istess bank f’pajjiżna?", "Dakinhar il-Partit Laburista, ġustament, għamel kjass politiku fuq dan il-bejgħ.", "Għax l-assi tal-poplu, mhumiex tal-Gvern.", "Il-Gvern qiegħed hemm biex imexxihom bl-akbar għaqal, kawtela u serjetà.", "Issa apparti l-kwistjoni tal-art tajjeb ukoll li nitkellmu fuq l-infrastruttura.", "Dan il-proġett mistenni jġib miegħu l-wasla tal-ewwel lukanda ta’ sitt stilel.", "Tajjeb nistaqsu.", "Qed noffru servizz ta’ sitt stilel?", "Se naraw illi l-infrastruttura pubblika titjieb?", "Jew se nagħmlu bħal dak li qed jiġri Buġibba; inraqqgħu l-pannu bil-qargħa aħmar?", "Jekk se jkollna lukandi ta’ sitt stilel, irridu ntejbu b’sitt darbiet ix-xogħol ta’ manutenzjoni u fejn hemm bżonn tibdil tal-infrastruttura f’żoni turistiċi.", "Ma nistgħux nippretendu li l-privat se jirranġa l-bozza u l-bankina, dak xogħol il-Gvern."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54307/laid_to_church_in_need_bkampanja_brisq_dawk_li_tilfu_djarhom_fissirja", "date": "18 ta' Jannar 2019 12:00", "title": "L-Aid to the Church in Need b'kampanja b'risq dawk li tilfu djarhom fis-Sirja", "subtitle": "Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta), spjega li din il-kampanja hija assolutament kruċjali biex dawk in-nies li ġew imkeċċija minn djarhom ikomplu jiġu mgħejjuna", "text": ["Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta), spjega li din il-kampanja hija assolutament kruċjali biex dawk in-nies li ġew imkeċċija minn djarhom ikomplu jiġu mgħejjuna", "Skont  il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, illum 13.1 miljun persuna fis-Sirja għandhom bżonn għajnuna umanitarja – dan minħabba tmien snin ta’ gwerra ċivili krudili u persekuzzjoni kontra l-Kristjani li ġarrbu minħabba l-gruppi estremisti", "ISIS", "u", "Al-Qaeda", ".", "Minn dak iż-żmien 5.5 miljun persuna ħarbu mill-pajjiż.", "Aktar minn 50% fosthom kienu jagħmlu parti mill-komunità Kristjana.", "6.3 miljun sfaw spostati f’pajjiżhom stess filwaqt li aktar minn 6,000 dar ta’ familji Kristjani u 3,000 skola ġew meqruda.", "Għalhekk, l-Aid to the Church in Need (Malta) qed iġġedded kampanja b’risq is-Sirja biex tipprovdi pakketti ta ’għajnuna ta’ emerġenza għas-Sirja.", "Dawn ser jinkludu edukazzjoni għat-tfal u ż-żgħażagħ, ikel u mediċini, kenn u bini mill-ġdid ta’ djar għall-familji Kristjani, programmi ta’ taħriġ, appoġġ spiritwali kif ukoll programmi t’għajnuna minħabba t-trawma.", "Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta), spjega li din il-kampanja hija assolutament kruċjali biex dawk in-nies li ġew imkeċċija minn djarhom ikomplu jiġu mgħejjuna.", "Stephen Axisa qal li \"s-Sirja tibqa’ f’sitwazzjoni ta’ emerġenza; il-gravità u l-kumplessità tal-ħtiġijiet ta’ dan il-pajjiż għadhom kbar ħafna.", "It-tbatija għadha ma ntemmitx.", "Qed niffaċċjaw sfidi kbar biex intaffu feriti ta’ tmien snin ta’ kunflitt.”", "L-Aid to the Church in Need (Malta) qed tappella għan-nies ta’ rieda tajba biex iwieġbu għal din l-emerġenza umanitarja biex hekk ma tintilifx il-preżenza tal-Kristjani fis-Sirja.", "L-Aid to the Church in Need ilha tipprovdi għajnuna ta’ emerġenza b’risq il-familji Kristjani spostati f’Aleppo u fi bliet oħra fis-Sirja sa mill-bidu tal-kunflitt fl-2011.", "Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’din il-kampanja, jew biex joffru donazzjoni ġeneruża, huma ġentilment mitluba jżuru", "www.syria.acninternational.org/malta", "jew iċemplu 21487818 jew jibgħatu email lil", "[email protected]"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54224/ilpm_jgid_li_erti_pajjii_talue_ma_jafux_xinhu_jiri_fuq_limmigrazzjoni", "date": "10 ta' Jannar 2019 13:17", "title": "Il-PM jgħid li ċerti pajjiżi tal-UE ma jafux x'inhu jiġri fuq l-immigrazzjoni", "subtitle": "...jgħid ukoll illi l-Libja tista' tkun sieħeb internazzjonali importanti b'ekonomija b'saħħitha", "text": ["...jgħid ukoll illi l-Libja tista' tkun sieħeb internazzjonali importanti b'ekonomija b'saħħitha", "\"Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni turi nuqqas ta' għarfien tal-kwistjoni fost xi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.\"", "Hekk sostna il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jindirizza lill-ambaxxaturi.", "Huwa qal illi l-kwistjoni tal-immigrazzjoni qed tesponi dgħjufija serja u nuqqas ta' għarfien f'dak li qed jiġri fin-nofsinhar tal-kontinent.", "\"L-istabbilità fir-reġjun tfisser soluzzjoni għall-imigrazzjoni,\" sostna l-PM filwaqt li rringrazzja lit-tmien pajjiżi oħrajn li aċċettaw li jieħdu numru ta' immigranti.", "\"L-immigrazzjoni se tibqa' kwistjoni għall-Ewropa fil-ġimgħat, xhur u snin li ġejjin.", "Jekk ninjorawha, nagħmlu dan għad-detriment tal-futur tal-UE, bħala unjoni.\"", "Huwa qal illi appoġġja l-Patt Globali tal-Migrazzjoni minħabba li jemmen illi hemm bżonn ta' dimensjoni globali tar-realtà tal-immigrazzjoni,  li tmur lilhinn mill-fruntieri Ewropej,\" sostna Muscat.", "Muscat sostna illi huwa importanti li l-Libja tkun stabbli hekk kif Libja stabbli tfisser li jkun stabbli r-reġjun kollu tal-Mediterran.", "\"B'dawk ir-riżorsi kollha li jistgħu jagħmluha ekonomija b'saħħitha l-Libja tista' tkun sieħeb internazzjonali,\" qal Muscat.", "Ara x'ifisser il-Patt Globali tal-Migrazzjoni hawnhekk"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54227/konrad_mizzi_jomm_ilbogod_minn__macbridgejgid_li_mgandux_xjaqsam_magha", "date": "10 ta' Jannar 2019 13:52", "title": "Konrad Mizzi jgħid li m'għandux x'jaqsam ma' Macbridge", "subtitle": "U l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li suppost iwieġeb minflok Simon Busuttil ma deherx fil-Qorti", "text": ["U l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li suppost iwieġeb minflok Simon Busuttil ma deherx fil-Qorti", "Ilum fil-Qorti l-Ministru Konrad Mizzi reġa ċaħad li jaf ta' min huma jew li b'xi mod għandu kuntatt mal-kumpaniji 17 Black u Macbridge, li minnhom kienu għaddejjin flus għal Hearnville, l-kumpanija fil-Panama li kiebet tal-Ministru Konrad Mizzi.", "Mizzi kien mistoqsi mill-Avukat Peter Fenech dwar Mabridge, imma l-avukat ta' Mizzi Aaron Mifsud Bonnici oġġezzjona għall-mistoqsija u qal illi m'hemmx referenza għal Macbridge fl-affidavit tal-Ministru.", "L-avukat Grech fakkar illi Macbridge hija marbuta mal-Panama Papers u ppreżenta dokumenti li huma fid-dominju pubbliku li juru dan.", "Il-Ministru iżda, minkejja €150,000 direzzjonata għal kumpanija Hearnville minn Macbridge, qal li ma jaf u m'għandu l-ebda relazzjoni mal-kumpanija li għadha xi ftit ta' misteru.", "Macbridge hija l-aħħar biċċa minn ċirku ta' kumpaniji u flus żvelati minn email li ġiet mogħtija lil numru ta' ġurnalist bħala parti minn 'Daphne Project.'", "Hija msemmija bħala l-kumpanija li flimkien ma' 17 Black minnha għaddew flus għal żewġ kumpaniji fil-Panama, waħda ta' Konrad Mizzi u l-oħra ta' Keith Schembri.", "Intant Adrian Delia li kien qed jidher minflok Simon Busuttil,li kontrieh infetaħ il-libell, ma deherx fil-bini tal-Qorti.", "Minflok iżda kien hemm id-Deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, li", "dalgħodu qed jissemmew f'rapport dwar it-tneħħija ta' Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54226/azzopardi_jitlef_libell_kontra_bonnici_konferma_li_gandu_jerfa_rresponsabbilt__pl", "date": "10 ta' Jannar 2019 13:41", "title": "Azzopardi jitlef libell kontra Owen Bonnici; 'Konferma li għandu jerfa' r-responsabbiltà' - PL", "subtitle": "Azzopardi kien fetaħ dan il-libell wara kummenti li kien għadda l-Ministru Bonnici waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Jannar tal-2017, dwar l-art tal-Löwenbräu", "text": ["Azzopardi kien fetaħ dan il-libell wara kummenti li kien għadda l-Ministru Bonnici waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Jannar tal-2017, dwar l-art tal-Löwenbräu", "Dalgħodu, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi tilef libell kontra l-Ministru Owen Bonnici.", "Azzopardi kien fetaħ dan il-libell wara kummenti li kien għadda l-Ministru Bonnici waqt konferenza tal-aħbarijiet f'Jannar tal-2017, dwar it-trasferiment tal-art tal-Löwenbräu.", "Wara li tilef dan il-libell, il-Partit Laburista ħareġ stqarrija li fiha saħaq li l-Qorti, bid-deċiżjoni tagħha, ikkonfermat li \"Jason Azzopardi huwa l-politiku li kellu jerfa’ r-responsabbiltà għall-iskandlu tal-art tal- Löwenbräu li fost oħrajn ġab il-kundanna tal-Awditur Ġenerali.", "Fost oħrajn il-Qorti rreferit għax-xhieda ta’ Albert Mamo, li kellu l-Kariga ta’ Kummissarju għall-Artijiet kif ukoll għar-rapport tal-Awditur Ġenerali, bl-istqarrija tal-PL tikkwota s-sentenza meta tgħid li “mir-rapport tal-Awditur Ġenerali huwa ċar li meta ssir referenza għall-‘Minister MFCC’ tali referenza hija għal ‘the Minister MFCC the Hon Dr Jason Azzopardi.’", "\"B’hekk intqal li l-argumenti li saru mill-Ministru Bonnici, kif ukoll mill-Partit Laburista, kienu korretti għax kienu bbażati fuq dokumenti, inkluż fuq ix-xhieda ta’ Nazzareno Vassallo li minn dan id-deal kien l-iktar li mar tajjeb,\" saħaq il-Partit Laburista.", "Kien għalhekk li l-istqarrija tisħaq li \"Jason Azzopardi ma baqagħlux fejn idur u għandu jgħid minnufih jekk ux se jerfa’ r-responsabbiltà politika kif talbu l-Awditur Ġenerali.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54231/filmati__delia_milqug_fiddar_entrali_minn_folla_ta_partitarji_entujasti", "date": "10 ta' Jannar 2019 20:07", "title": "Filmati | Delia milqugħ fid-Dar Ċentrali minn folla ta' partitarji entużjasti", "subtitle": "Adrian Delia jlaqqa' l-attivisti għas-sostenn hekk kif il-PN jinsab f'nofs kriżi politika...", "text": ["Adrian Delia jlaqqa' l-attivisti għas-sostenn hekk kif il-PN jinsab f'nofs kriżi politika...", "Ilejla Adrian Delia intlaqa' fid-Dar Ċentrali minn għexieren ta' partitarji entużjasti lkoll jgħajjtu 'Delia, Delia' u jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Kap tal-PN, bħalissa fl-għajn ta' ħafna kritika.", "Il-laqgħa li għaliha ssejħu l-attivisti u l-kumitati sezzjonali qed issir hekk kif il-Partit Nazzjonslista għaddej minn waħda mill-eqqel kriżijiet politiċi b'numru ta' Deputati saħansitra jirribellaw kontra Delia fil-pubbliku.", "Dalgħodu dan is-sit", "irrapporta kif Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi huma fost id-Deputati li qegħdin iduru lid-Deputati l-oħrajn", "u jissuġerixxu li Delia għandu jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni.", "F'indirizz lil dawk preżenti Delia sostna illi taħtu bħala kap il-partit se jmur lura għall-għeruq tiegħu u allura, skontu, qrib in-nies.", "Għaċ-ċapċip kontinwu ta' dawk preżenti Delia sostna illi daħal fl-agħar żmien tal-PN u mhux fiż-żmien tal-glorja, \"u min ħaseb li spiċċa (il-PN) llum tajnieh risposta.\"", "Il-Kap tal-PN qal illi jekk imqar kull persuna tikkonvinċi oħra dwar il-PN, il-partit jerġa jikseb \"il-forma oriġinali tiegħu.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kummercjali/54229/ikri_jott_u_serra_rasek_oceanline_bservizz_semplii_u_konvenjenti", "date": "11 ta' Jannar 2019 10:00", "title": "Ikri jott u serraħ rasek! OceanLine b’servizz sempliċi u konvenjenti", "subtitle": "Immaġinak tbaħħar fil-baħar ikħal kristall tal-Mediterran u tammira l-ġmiel u s-sbuħija tal-oċean waqt li tinsab fi triqtek lejn id-destinazzjoni li jmiss...", "text": ["Immaġinak tbaħħar fil-baħar ikħal kristall tal-Mediterran u tammira l-ġmiel u s-sbuħija tal-oċean waqt li tinsab fi triqtek lejn id-destinazzjoni li jmiss...", "OceanLine ilha għal dawn l-aħħar għaxar snin tbiddel dan il-ħolm f’realtà bis-saħħa tas-servizzi tagħha ta’", "kiri ta’ jottijiet.", "Aħna nassiguraw li l-esperjenza tiegħek tkun waħda mill-aqwa u bl-inqas kumplikazzjoniiet possibbli.", "Il-kiri ta’ jottijiet qatt ma kien daqshekk faċli", "OceanLine hija kommessa li tipprovdilek l-aqwa esperjenza ta’ kiri ta’ jottijiet.", "L-esperjenza u l-passjoni tat-tim ikkwalifikat tagħna jgħinu biex jingħata l-aqwa servizz lill-klijenti skont ix-xewqat tagħhom.", "L-ewwel ma trid tagħmel huwa li tfittex mill-għażla vasta ta’ jottijiet li għandna fuq is-sit tagħna.", "Tista’ tagħżel il-prezz, id-daqs u l-ammont ta’ persuni li se tieħu miegħek.", "Meta tkun iddeċidejt li se tikri magħna, kull ma trid tagħmel hu li tikkuntatjana permezz tat-telefown jew inkella billi timla l-formola li s-sib fuq is-sit.", "It-tim tagħna huwa disponibbli 24 siegħa kuljum biex inti tirċievi tweġiba immedjata.", "Fejn tixtieq tmur?", "It-tieni pass huwa li tagħżel id-destinazzjoni tiegħek.", "Is-sit tagħna jipprovdi għażla kbira ta’ pajjiżi eżotiċi u avventurużi li tista’ żżur.", "Noffru wkoll għażla vasta ta’ set menus u kull tip ta’ xarba tul il-vjaġġ kollu.", "Importanti li tasal il-marina, kwarta qabel it-tluq fl-10am biex tikkonferma d-dettalji tal-vjaġġ mal-kaptan u flimkien tgħaddu l-kundizzjonijiet tat-temp.", "Minn hemm għandek 8 sigħat ta’ divertiment garantit lejn id-destinazzjoni tiegħek.", "Malta hija mżejna b’diversi għerien fil-baħar, bajjiet moħbija u rdumijiet mill-isbaħ li tista’ żżur.", "Is-set tal-film f’Popeye Village hija waħda mir-rotot favoriti u Għawdex ma jonqos qatt milli jipprovdi veduta spettakolari, fosthom id-Dwejra u l-famuż Mġarr ix-Xini, il-post fejn Bradd Pitt u Angelina Jolie ħadmu wieħed mill-aħħar films tagħhom.", "Servizz mill-aqwa", "L-ekwipaġġ ta’ esperjenza jassigura li x-xewqat tiegħek isiru realtà biex inti tkun tista’ sserraħ rasek, tirrilassa u tgawdi", "l-veduti mill-isbaħ", ".", "OceanLine tispeċjalizza wkoll f", "’dgħajjes u jottijiet għall-bejgħ", "u anke servizzi oħra.", "Nistgħu wkoll insibu jott skont dak li trid inti u bħalissa, fuq is-sit tagħna, għandna wkoll lista ġdida ta’ jottijiet u dgħajjes oħra li huma għal bejgħ.", "Ċemplilna direttament jekk għandek bżonn aktar informazzjoni fuq is-servizzi tagħna jew inkella żur is-sit tagħna għad-dettalji u l-aħħar offerti."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54233/ilgrtu_tippponta_sswaba_lejn_joe_mizzi_u_ma_teskludix_azzjoni_industrijali", "date": "11 ta' Jannar 2019 10:20", "title": "Il-GRTU tippponta s-swaba lejn Joe Mizzi u ma teskludix azzjoni industrijali", "subtitle": "Tgħid illi minkejja diskussjonijiet dwar bżonn ta' ristrutturar kbir il-Ministru Mizzi qed \"jilgħab għaż-żmien\"", "text": ["Tgħid illi minkejja diskussjonijiet dwar bżonn ta' ristrutturar kbir il-Ministru Mizzi qed \"jilgħab għaż-żmien\"", "Il-GRTU dalgħodu nnotat b’dispjaċir in-nuqqas min-naħa tal-Gvern \"fejn mhux talli d-diskussjonijiet dwar il-politika tal-pompi tal-petrol li ilhom għaddejjin mill-2014 ma waslu mkien, iżda anke il-gvern mar lura fuq dak li kien diġa’ ġie miftiehem.\"", "Fl-2014 il-GRTU kienet ippreżentat lill-Gvern studju dettaljat li sar minn kumpanija indipendenti li wera l-ħtiġijiet ċari ta’ dawn l-operaturi fi sfond tal-avvanzi kontinwi li jiġu meħtieġa u rikjesti mill-liġijiet tal-ERA u r-REWS, li jinkludi r-ristrutturar kbir li jrid isir sa mhux aktar tard mill-2020.", "\"Il-GRTU għamlet bosta laqgħat mall-Ministru Joe Mizzi biex jinstab ftehim sabiex il-Pompi tal-Petrol ikollhom is-sostenn neċessarju biex ikunu jistgħu jagħmlu dak li qed jintalab minnhom pero l-Ministru Mizzi jidher li qed jilgħab biż-żmien u jmur lura fuq progress li diġa’ kien sar.", "Għadlaqstant il-GRTU ma teskludix li l-Pompi tal-Petrol ser ikunu qed jieħdu azzjonijiet fil-ġranet li gejjin,\" temmet tgħid l-istqarrija."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54228/mhux_se_nieu_lezzjonijiet_mingand_malta__salvini_jwieeb_lillgvern", "date": "10 ta' Jannar 2019 14:46", "title": "'Mhux se nieħu lezzjonijiet mingħand Malta;' - Salvini jwieġeb lill-Gvern", "subtitle": "Dalgħodu l-Gvern Malti giddeb lil Salvini meta akkuża lil Malta li mhux qed timxi mal-wiegħda tagħha għar-rilokazzjoni volontarja tal-immigranti", "text": ["Dalgħodu l-Gvern Malti giddeb lil Salvini meta akkuża lil Malta li mhux qed timxi mal-wiegħda tagħha għar-rilokazzjoni volontarja tal-immigranti", "Id-Deputat Prim Ministru Taljan ma tantx qed iħalliha għaddejja lixxa hekk kif għażel li jerġa' jirrispondi lill-Gvern Malti li dalgħodu gidbu meta akkuża lil Malta li mhux qed timxi mal-wiegħda tagħha għar-rilokazzjoni volontarja tal-immigranti.", "Salvini saħaq li mhux se jieħu lezzjonijiet mingħand Malta li fi kliemu \"għal snin sħaħ għalqet għajnejha u ħalliet bastimenti u dgħajjes bl-immigranti sejrin lejn l-Italja.\"", "\"Il-diska nbidlet.", "Fl-Italja jidħlu biss bil-permess.", "Diġà aċċettajna ĦAFNA u li ħaddieħor irrifjuta,\" kiteb Salvini.", "Dalgħodu, fi stqarrija, il-Gvern Malti fakkar lil Salvini li meta Malta daħlet għandha l-immigranti abbord il-bastiment Lifeline, l-Italja kienet aċċettat li tieħu 50 immigrant.", "Meta, ftit tal-ġimgħat wara li l-Italja kienet talbet għal rilokazzjoni ta’ immigranti, Malta kienet l-ewwel stat membru li wieġbet li kienet lesta tieħu l-istess ammont ta' immigranti.", "Il-Gvern Malti kompla jfakkar lil Salvini li wara laqgħa bejn esperti Taljani u Maltin kien maqbul li ġaladarba ż-żewġ pajjiżi kienu qablu li jieħdu l-istess ammont ta’ persuni, kellhom iżommu l-50 persuna u għalhekk jikkanċellaw ir-rilokazzjoni mwiegħda lil xulxin, anke biex ma jkunx hemm ċaqlil għalxejn ta’ immigranti li diġà jkunu għaddejin minn tbatija kbira.", "Għalhekk, Malta żammet il-50 persuna mil-Lifeline li kellhom ikunu ttrasferiti lejn l-Italja u l-Italja żammet il-50 persuna li Malta kellha tieħu minn Pozzallo.", "Kien hawn li l-Gvern Malti ħeġġeġ lil Salvini biex qabel jitkellem jiċċekja l-fatti.", "Nessuna lezione da", "#Malta", ", che per anni ha chiuso gli occhi e ha permesso che barchini e barconi si dirigessero verso l’Italia.", "La musica è cambiata, in Italia si arriva solo col permesso.", "Abbiamo già accolto anche TROPPO, che gli altri si sveglino.", "#portichiusi", "!🇮🇹", "pic.twitter.com/OhtEG7HIsL"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55716/puli_jippubblika_filmat_ta_marlene_fuq_lispalla_waqt_li_partitarji_jkantaw_kontra_lpn", "date": "11 ta' Ġunju 2019 12:40", "title": "Puli jippubblika filmat ta' Marlene fuq l-ispalla waqt li partitarji jkantaw kontra l-PN", "subtitle": "Puli jiddeskrivi lil Marlene Farrugia u lill-Partit Demokratiku bħala mażra ma' saqajn il-Partit Nazzjonalista", "text": ["Puli jiddeskrivi lil Marlene Farrugia u lill-Partit Demokratiku bħala mażra ma' saqajn il-Partit Nazzjonalista", "Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli fetaħ il-kanuni kontra d-Deputat Marlene Farrugia u ddeskriva lill-Partit Demokratiku bħala mażra ma' saqajn il-Partit Nazzjonalsta.", "Puli tefa' filmat ta' Marlene Farrugia fuq l-ispalla f'wieħed mill-każini f'Ħaż-Żebbuġ, fejn il-partitarji jinstemgħu jkantaw kliem baxx kontra l-Partit Nazzjonalista.", "\"Tajnihom il-palk, il-midja u żewġ siġġjiet parlamentari.", "Imbagħad bil-wiċċ tost riedet issir kap tagħna.", "U meta ridna nċedu siġġu minn tagħna għall-kap tagħna riedet tqabbad kandidat tagħha biex tieħdu hi,\" kiteb Puli fuq il-midja soċjali tiegħu.", "Kien hawn li akkuża lil Marlene u anke lil Godfrey Farrugia, li fil-filmat jidher warajha, li llum qed \"jiżfnu u jifirħu mar-ritmu tal-mibegħda kontrina.\"", "\"B'din il-mażra ma' saqajna u bi hsara ohra ridna nipprovaw ntejjbu l-pozizzjoni tal-PN fl-aħħar xhur,\" saħaq Puli.", "F'waħda mill-hashtags li kiteb taħt il-post tiegħu, Puli saħansitra ddeskriva l-PD bħala: \"lifgħa f'ħobbitna.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/55717/uffijal_tassigurt_jwea_lil_ar_bmus_wara_argument_fuq_muika_golja", "date": "11 ta' Ġunju 2019 13:30", "title": "Uffiċjal tas-sigurtà jweġġa' lil ġar b'mus wara argument fuq mużika għolja", "subtitle": "L-akkużat kien qed jistrieħ wara ġurnata xogħol meta l-ġar u sħabu bdew jagħmlu l-istorbju", "text": ["L-akkużat kien qed jistrieħ wara ġurnata xogħol meta l-ġar u sħabu bdew jagħmlu l-istorbju", "Uffiċjal tas-sigurtà tal-Ambaxxata Libjana tressaq il-Qorti akkużat li weġġa' lill-ġar tiegħu wara li allegatament tah daqqa ta' mus għax kien qed jagħmel l-istorbju waqt li hu kien rieqed wara ġurnata xogħol.", "L-akkużat li għandu 52 sena mill-Imsida, tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużat li weġġa' gravi lill-ġar tiegħu li kien qed iġorr sikkina mingħajr permess.", "Il-Qorti semgħet kif l-akkużat ipprova jwaqqaf grupp ra' rġiel milli jdoqqu mużika għolja quddiem id-dar tiegħu u kien hawn li qabad l-argument.", "F'mument minnhom, l-akkużat allagatament hedded lill-grup bil-mus u eventwalment weġġa' wieħed mill-irġiel u kkawżalu ġrieħi f'subgħajh.", "L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi.", "Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta'  €5,000."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55718/godfrey_farrugia_jgin_li_qalb_ilfolla_ma_semgux_lillpartitarji_jkantaw_kontra_lpn", "date": "11 ta' Ġunju 2019 13:38", "title": "Godfrey Farrugia jgħid li qalb il-folla l-partitarji ma nstemgħux ikantaw kontra l-PN", "subtitle": "Farrugia qal li meta refgħu lilu u bdew ikantaw 'Viva l-Labour,' talabhom biex iniżluh", "text": ["Farrugia qal li meta refgħu lilu u bdew ikantaw 'Viva l-Labour,' talabhom biex iniżluh", "Il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia rreaġixxa mas-sit", "illum.com.mt", "wara li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli tefa' filmat ta' Marlene Farrugia fuq", "l-ispalla waqt li partitarji tal-festa f'Ħaż-Żebbuġ bdew ikantaw kontra l-Partit Nazzjonalista.", "F'kummenti ma' dan is-sit, Farrugia insista li f'dak il-ħin, il-persuni li kienu ħdejhom ma nstemgħux ikantaw kontra l-Partit Laburista.", "\"Jista' jkun li bdew ikantaw xi ftit nies li kienu viċin min ġibed il-filmat iżda ħdejna ma nstema' xejn,\" insista Farrugia.", "Farrugia saħansitra qal li f'ħin minnhom persuni refgħu lilu u s-sala bdiet tħajjat: \"Viva l-Labour,\" iżda hu waqaf mili jifraħ magħhom u talabhom iniżluh.", "Insista magħna li kemm hu u anke Marlene Farrugia jinżlu l-festa għax huma diltennati u għandhom għal qalbhom din il-festa ta' raħal twelidu.", "Fakkar li huma membri onorarji tal-istess każin u jattendu kull sena biex jifirħu mal-partitarji waqt il-marċ tal-festa.", "Għall-kuntrarju ta' dak li qal Clyde Puli, Farrugia insista magħna li l-festa hija ċelebrazzjoni ta' għaqda u mhux ta' mibegħda.", "Intant, aktar tard, Marlene Farrugia wkoll irreaġixxiet u saħqet li Puli jinsab f'paniku."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55720/rael_akkuat_li_ta_xebga_littfajla_tiegu_waqt_festin_talmagmudija", "date": "11 ta' Ġunju 2019 15:04", "title": "Raġel akkużat li ta xebgħa lit-tfajla tiegħu waqt festin tal-magħmudija", "subtitle": "Il-Qorti tiċħad it-talba tad-difiża għall-ħelsin mill-arrest", "text": ["Il-Qorti tiċħad it-talba tad-difiża għall-ħelsin mill-arrest", "Raġel ta’ 28 sena mill-Ħamrun tressaq il-Qorti mixli b’vjolenza domestika.", "L-inċident imur lura għall-Ħadd illi għadda meta waqt festin tal-magħmudija l-akkużat allegatament aggredixxa u weġġa' b’mod ħafif lit-tfajla tiegħu.", "Iżda mhux biss, hekk kif skont l-Ispettur Wayne Camilleri, ir-raġel irritorna fl-istess post fis-sigħat ta’ filgħaxija u hawnhekk reġa’ kien involut fi ġlieda oħra mal-ġar tiegħu.", "Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati li: kkawża feriti ħfief lit-tfajla tiegħu, li kawża ħsara fuq proprjetà u li darab b'mod ħafif lil-ġar tiegħu.", "Ir-raġel kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika u li kien qiegħed iġorr sikkina bla permess tal-Pulizija.", "L-avukat Yanika Bugeja talbet għall-ħelsin mill-arrest tal-akkużat, minħabba li skontha huwa wkoll kien spiċċa midrub waqt dawn l-argumenti.", "Skonta l-akkużat kien qiegħed biss jiddefendi lilu nnifsu u li l-vittmi f’dan il-każ kienu uċuħ familjari fil-Qorti.", "Hu mifhum li l-argument qam wara li l-akkużat ġie ordnat jitlaq minn ġo daru stess.", "Minkejja dan, l-Ispettur Camilleri spjega li l-akkużat kien ġie ordnat mill-Qorti biex ma jersaqx lejn din ir-residenza fil-Ħamrun.", "Fi-dawl ta’ dan kollu, l-Maġistrat Micallef Strafrace irrifjutat it-talba tad-difiża għall-ħelsin mill-arrest u b’hekk ir-raġel qed jinżamm taħt arrest."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55722/ilqorti_ticad_irrikjesta_tassuspettati_bilqtil_ta_daphne_caruana_galizia", "date": "11 ta' Ġunju 2019 16:39", "title": "Il-Qorti ticħad ir-rikjesta tas-suspettati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia", "subtitle": "Din it-talba bla preċident kienet oġġezzjonata mill-ewwell mill-prosekuzzjoni u l-familja Caruana Galizia", "text": ["Din it-talba bla preċident kienet oġġezzjonata mill-ewwell mill-prosekuzzjoni u l-familja Caruana Galizia", "Il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Alfred u George Degiorgio għal laqgħa mal-MEP David Casa u l-eks MEP Ana Gomes.", "L-aħwa Degorgio flimkien ma’ Vincent Muscat qiegħdin jiġu mixlija bl-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.", "Kien il-Ħamis illi għadda meta l-avukat William Cuschieri t", "alab lill-Qorti sabiex tawtorizza laqgħa maż-żewġ politiċi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Corradino.", "L-aħwa kienu talbu wkoll li għal din il-laqgħa jkunu preżenti l-midja internazzjonali.", "Din it-talba bla preċident kienet ġiet oġġezzjonata mill-ewwell mill-prosekuzzjoni u l-familja Caruana Galizia.", "Fl-istess waqt, iż-żewġ MEPs inkwistjoni qalu li l-politiċi m’għandhomx jinnegozjaw mas-suspettati.", "B’hekk illum, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit irrifjutat it-talba u qalet li li l-avukat tal-istess difiża kien \"naqas milli jappoġġa” it-talba tal-klijenti tiegħu."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54052/ilpoteri_talpresident_ma_gandhomx_jikbru_", "date": "23 ta' Diċembru 2018 09:48", "title": "'Il-poteri tal-President ma għandhomx jikbru'", "subtitle": "Wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja dwar l-irwol tal-President f’Malta, il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici", "text": ["Wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja dwar l-irwol tal-President f’Malta, il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici", "“Sakemm il-President jibqa’ jiġi magħżul bil-vot biss tal-Parlament, ma naqbilx li l-poteri tal-President jikbru.”", "Hekk stqarr mal-gazzetta ILLUM, il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici meta tlabnieh jirreaġixxi għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja dwar l-irwol tal-President f’Malta.", "Kieku wieħed kellu jagħsar ir-rapport ta’ din il-Kummissjoni konsultattiva tal-Kunsill tal-Ewropa, l-esperti legali li jiffurmawha saħqu li f’Malta hawn nuqqas ta’ sistema ta’ “bilanċ u kontrolli,” jiġifieri sistema li tiskrutinizza u tistaqsi d-deċiżjonijiet tal-Gvern, partikolarmant dawk tal-Prim Ministru.", "Fost ir-rakkomandazzjonijiet li tagħmel, il-Kummissjoni Venezja ssemmi wkoll il-President tar-Repubblika u tisħaq li dan ma għandux biżżejjed “poteri” biex iservi bħala “attur effettiv f’sistema ta’ bilanċi u kontrolli.”", "Għaldaqstant tisħaq li l-irwol tal-President ma għandux jibqa’ biss wieħed “ċerimonjali,” iżda l-irwol tiegħu, għandu jissaħħaħ biex flimkien ma’ awtoritajiet oħra jiskrutinizza u jistaqsi l-poter tal-eżekuttiv.", "X’qal ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja dwar l-Uffiċċju tal-President?", "Fost affarijiet oħra, l-esperti legali jisħqu li filwaqt li l-President Malti jista’ jservi bħala awtorità morali, l-irwol tiegħu jiddependi wisq fuq il-Prim Ministru, b’mod partikolari fejn jidħlu ħatriet importanti fil-pajjiż.", "Għalhekk, il-Kummissjoni tibda tagħmel diversi rakkomandazzjonijiet.", "Fost dawn tisħaq li l-ewwel pass għandu jkun li l-President jibda jiġi elett b’maġġoranza kkwalifikata fil-Parlament, jiġifieri mhux b’maġġoranza sempliċi (51%).", "Aktar importanti minn hekk, ikomplu jisħqu l-esperti legali, huwa li l-President tar-Repubblika jkun jista’ jitneħħa biss b’maġġoranza kkwalifikata wkoll.", "Dan, skont ir-rapport, isaħħaħ l-indipendenza li biha jaħdem il-President.", "Iżda r-rapport ma jiqafx hawn.", "Jisħaq li s-separazzjoni tal-poteri tal-President u tal-Prim Ministru tista’ tissaħħaħ ukoll jekk il-Prim Ministru ma jibqax responsabbli minn ċertu ħatriet, bil-President jaġixxi biss fuq il-parir tiegħu.", "Fost affarijiet oħra, ir-rapport jagħti attenzjoni partikolari lill-ħatriet fil-ġudikatura.", "L-esperti legali jisħqu li l-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura għandu jkun unikament responsabbli minn dawn il-ħatriet, inkluż il-kariga importanti tal-Prim Imħallef u jkun dan l-istess Kumitat li jipproponi l-ismijiet tal-kandidati direttament lill-President.", "“Dan il-metodu ta’ ħatriet fil-ġudikatura jikkontribwixxi ħafna għas-separazzjoni tal-poteri u l-indipendenza tal-ġudikatura,” ikomplu l-esperti.", "Propju għalhekk li fil-konklużjoni tar-rapport, il-Kummissjoni Venezja tisħaq li l-pożizzjoni tal-President għandha tissaħħaħ billi dan jingħata aktar poteri biex ma jibqax jaġġixxi biss fuq il-parir tal-Prim Ministru.", "Jisqħu li l-President għandu jkollu rwol aktar ċentrali f’ħatriet importanti, mingħajr l-intervent tal-Prim Ministru.", "X’jaħseb Ugo Mifsud Bonnici dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet?", "Fid-dawl ta’ dawn il-konklużjonijiet dwar l-Uffiċċju tal-President u l-irwol importanti li skont il-Kummissjoni Venezja għandu jkollu min jokkupa din il-kariga, il-gazzetta ILLUM talbet ir-reazzjoni tal-Presidenti Emeriti George Abela u Ugo Mifsud Bonnici.", "Il-President Emeritu George Abela wieġeb li ma jixtieqx jikkummenta anke għax il-President preżenti qed tmexxi l-Kumitat dwar ir-Riforma Kostituzzjonali, wegħda tal-Partit Laburista għal din il-leġiżlatura.", "Min-naħa tiegħu, il-President Emeritu Mifsud Bonnici bagħtilna t-tweġibiet tiegħu bil-miktub.", "1", ".", "Taqbel li l-irwol tal-President ta’ Malta ma għandux jibqa’ biss wieħed ‘ċerimonjali’ iżda għandu jingħata aktar poteri biex ma jibqax jaġixxi dejjem fuq il-pariri tal-Prim Ministru?", "L-irwol tal-President ta’ Malta mhux, lanqas illum, sempliċiment ċerimonjali.  Hemm xi materji li fuqhom il-kunsens tiegħu jew tagħha huwa ‘awtonomu’ u determinanti: b’eżempju, il-kunsens għal-liġijiet mgħoddija mill-Parlament.", "Hemm ukoll deċiżjonijiet oħra li l-President jieħu ‘awtonomament’, u dawn spjegajthom fil-ktejjeb tiegħi ‘Il-Manwal tal-President tar-Repubblika’.", "Ma naqbilx li l-poteri tal-President jikbru, sakemm il-President jibqa’ jiġi magħżul bil-vot biss tal-Parlament.  Jekk il-President jiġi elett mill-poplu, jkun jixraqlu s-setgħat eżekuttivi.", "Iżda l-elezzjoni popolari twassal, wara kampanja elettorali, għal elezzjoni partiġġjana wisq.", "Naħseb li l-qagħda tal-lum tagħti lill-President awtorità biżżejjed biex jeżerċita bilanċ.", "Jekk il-President ikollu setgħat eżekuttivi jkunu meħtieġa setgħat oħra ta’ kontroll.", "Min ikollu setgħa eżekuttiva jkollu jagħti rendikont, u jirċievi l-kritika.", "2.", "Jekk iva, taqbel li l-President ikun “attur f’sistema ta’ bilanċ u kontroll” kif tipproponi l-Kummissjoni?", "Il-Kummissjoni ta’ Venezja hawnhekk qed taħseb f’sistemi differenti minn dik li aħna, bħala pajjiż, addottajna fl-1964 u kkonfermajna fl-1974, fuq il-mudell tal-Gran Brittannja.  Għalkemm xi żbalji saru, inġenerali, il-Kostituzzjoni ħadmet tajjeb, għaliex hija mibnija fuq kunsens  bejn il-partiti dwar il-prinċipji u l-metodi.", "3.", "X’inhuma l-vantaġġi jew l-iżvantaġġi li tista’ ġġib magħha din ir-rakkomandazzjoni implimentata tal-Kummissjoni Venezja?", "Sal-lum, kull President, ibda minn Sir Anthony Mamo u kompli sal-preżenti, malli ħa l-kariga nqata’ mill-partit li kellu jew kellha, ħass ruħu indipendenti u aġixxa hekk.  Ma tantx ikun faċli li jinqata’ ’l fuq jekk ikun ġie elett wara kampanja elettorali, f’kontestazzjoni.", "Il-Presidenti ġew eletti mill-Parlament jew bi qbil, jew billi l-maġġoranza tal-Kamra tad-Deputati tieħu r-responsabbilità tad-deċiżjoni, waqt li l-Oppożizzjoni jew tastjeni jew sempliċement turi d-distakk tagħha.", "L-ebda Presidenza, lanqas ta’ dawk li fuqhom ma kienx hemm qbil, ma ġabet kontestazzjoni diviżiva.", "Il-bojkott li sar mill-Oppożizzjoni Laburista lill-President Ċensu Tabone ma ġiex sostnut fit-tul.", "4.", "Taqbel li l-President għandu jibda jkun elett jew inkella jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu b’maġġoranza kkwalifikata fil-Parlament", "Naqbel li qabel jintgħażel President, il-maġġoranza għandha tfittex ftehim ma’, jew kunsens mill-Oppożizzjoni.", "Il-President jirrappreżenta l-għaqda tan-nazzjon u m’għandux ikun figura diviżiva.", "Il-politiċi li ntgħażlu s’issa biex iservu bħala Presidenti għarfu l-importanza ta’ dan.", "Il-pajjiż tagħna dejjem ikollu nies imnejn tagħżel, fil-politika stess jew anki barra minnha, li jistgħu jservu sewwa lir-Repubblika tagħna.", "Dejjem ikunu meħtieġa l-għaqal u l-ftehim, anki jekk mhux formali.", "Jaqbel li biex President", "jitneħħa,", "ikun hemm maġġoranza kkwalifikata.", "Dwar l-elezzjoni b’maġġoranza kkwalifikata, ġieli ġara li biex tintlaħaq ikun hemm jew trattativi li ma jixirqux, jew telf ta’ żmien u kriżi.", "Mill-esperjenza tiegħi, l-aħjar għażliet isiru wara konsultazzjonijiet u intiżi."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55714/tvm_laktar_segwit_u_bay_radio_blakbar_gadd_ta_semmiega", "date": "11 ta' Ġunju 2019 12:07", "title": "TVM l-aktar segwit u Bay Radio bl-akbar għadd ta' semmiegħa", "subtitle": "Stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir juri li l-aħbarijiet huma l-aktar popolari mal-Maltin", "text": ["Stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir juri li l-aħbarijiet huma l-aktar popolari mal-Maltin", "Rapport illi ħareġ propju illum mill-Awtorita' tax-Xandir juri li l-istazzjon nazzjonali TVM baqa’ l-aktar stazzjoni segwit f’Malta b’33.3% jew inkella 143,000 telespettatur.", "Dan kien segwit mill-istazzjon tal-Partit Laburista ONE b’18.4% jew 79,000 telespettatur u l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Net TV b’7.8% jew inkella 34,000 telespettatur.", "L-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li sar f’Marzu ta’ din is-sena kkonkluda li, l-aktar programmi popolari mal-Maltin huma l-aħbarijiet lokali u internazzjonali b’20%.", "Drama lokali kien it-tieni l-aktar ġeneru popolari mas-segwaċi Maltin b’14.5%.  Filwaqt li programmi ta’ diskussjoni u affarijiet kurrent iklassifikaw fit-tielet post b’10.5%", "Interessanti huwa kif skont l-istess rapport, l-istazzjonijiet lokali huma l-aktar popolari ma dawk li għandhom aktar minn 50 sena.", "Filwaqt li l-istazzjonijiet barranin huma l-aktar popolari ma dawk bejn il-31 u 50 sena b’40.4%.", "Ir-rapport ikkonferma li t-televiżjoni jibqa’ popolari sew fuq il-gżejjer Maltin hekk kif mal-274,500 persuna jew 63.4% tal-popolazzjoni qalu li raw it-televiżjoni b’mod regolari fix-xahar ta’ Marzu.", "Dan jfisser tnaqqis ta’ 0.3% meta mqabbel ma’ statistika preċedenti.", "Fl-istess waqt, jidher li l-Maltin jqattgħu madwar sagħtejn fil-ġurnata jaraw it-televiżjoni.", "Żieda żgħira għall-istazzjonijiet tar-radju lokali", "Dwar ir-radju l-istħarriġ reġa’ kkonferma lil 89.7 Bay Radio bħala l-istazzjon tar-radju l-aktar segwit b’23% jew 60,000 semmiegħ.", "Dan kien segwit mill-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista One Radio b’ 15.8%jew 40,000 semmiegħ u Vibe FM bi 12.6% jew 32,000 semmiegħ.", "Minkejja dawn in-numri,  jidher li finalment is-semmiegħa ta’ ONE Radio huma aktar leali hekk kif l-ammont ta’ ħin li dawn jqattgħu jsegwu l-programmi favoriti tagħhom kien l-kbar fost l-udjenza kollha b’24.9%.", "Dan kien segwit minn Bay Radio b’13.4% u Calypso Radio 13%", "Ir-rapport jinnota li l-udjenza tar-radju kibret b’madwar 1.0% għal 242,500 persuna jew inkella 56.0% tal-popolazzjoni.", "Jidherukoll  li s-semmiegħa qattgħu medja ta’ 3 sigħat kuljum isegwu l-istazzjon tar-radju favorit tagħhom.", "Meta mqabbel ma’ statistika simili li saret f’Ottubru 2018 jidher li in-numri ta’ Marzu jirreġistraw żieda ta’ 12 il-minuti aktar."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53990/esklussiva__evarist_gal_preident_u_reshuffle_fl2019", "date": "16 ta' Diċembru 2018 11:15", "title": "Esklussiva | Evarist għal President u 'reshuffle' fl-2019", "subtitle": "L-għażla preferuta tal-Gvern għal President huwa Evarist Bartolo, b’Edward Zammit Lewis il-preferut biex jeħodlu postu u d-Deputati Rosianne Cutajar u Stefan Zrinzo Azzopardi jingħataw Segretarjat Parlamentari...possibilità li Helena Dalli tieħu post Karmenu Vella", "text": ["L-għażla preferuta tal-Gvern għal President huwa Evarist Bartolo, b’Edward Zammit Lewis il-preferut biex jeħodlu postu u d-Deputati Rosianne Cutajar u Stefan Zrinzo Azzopardi jingħataw Segretarjat Parlamentari...possibilità li Helena Dalli tieħu post Karmenu Vella", "Din il-gazzetta tinsab infurmata illi kmieni s-sena d-dieħla l-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed iħabbar reshuffle b’bidliet żgħar, b’nies ġodda fil-Kabinett, persuni li se jirritornaw fil-Kabinett u promozzjonijiet.", "Sorsi fil-Partit Laburista li tkellmu ma’ din il-gazzetta qalu illi kollox jindika li l-President tar-Repubblika l-ġdid se jkun Evarist Bartolo hekk kif il-possibilità li jkun l-eks Ministru Laburista George Vella xi ftit jew wisq sfaxxat.", "Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu illi Vella baqa’ jirrifjuta li jaċċetta t-talba li jkun President tar-Repubblika.", "Il-ħatra ta’ Bartolo fl-ogħla kariga kostituzzjonali se tħalli l-kariga tal-Ministru tal-Edukazzjoni vojta.", "Il-gazzetta ILLUM tista’ tiżvela illi l-favorit biex jieħu post Bartolo huwa Edward Zammit Lewis li fil-leġiżlatura ta’ qabel din kien Ministru tat-Turiżmu u li fl-2017 kien elett biss permezz ta’ by-election.", "Fil-Ministeru, ma’ Zammit Lewis, din il-gazzetta tista’ tiżvela li se jinħatar Stefan Zrinzo Azzopardi.", "Bħala Segretarju Parlamentari, se jkun qed jiffoka aktar fuq il-qasam tax-xogħol.", "Kuntrarjament għal Zammit Lewis, din se tkun l-ewwel darba li Zrinzo Azzopardi jidħol fil-kabinett.", "Zrinzo Azzopardi kien elett għall-ewwel darba fl-aħħar elezzjoni ġenerali li kienet l-ewwel waħda li kkontesta.", "Zrinzo Azzopardi kien il-President tal-Partit Laburista u kien imexxi il-Grand Harbour Regeneration Corporation.", "Intant din il-gazzetta tista’ tiżvela wkoll illi l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Drittijiet Ċivili Helena Dalli qed timbutta l-possibilità li tkun Il-Kummissarju Ewropew il-ġdid wara li jagħlaq it-terminu tal-Kummissarju Karmenu Vella.", "Fil-fatt is-sena d-dieħla jagħlaq it-terminu tal-eks Ministru Laburista u allura l-Gvern ikollu jaħtar Kummissarju Ewropew ġdid.", "Is-sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta sostnew illi jidher li l-Gvern qed jikkunsidra bis-serjetà l-kandidatura ta’ Dalli għal din il-pożizzjoni prestiġjuża.", "Marie Louise Coleiro Preca, tista’ tkun għażla oħra għal din il-kariga għalkemm is-sorsi tagħna qalu li s’issa ma jidhirx li l-Gvern se jieħu din l-għażla.", "It-tluq ta’ Dalli mill-Ministeru tkun tfisser illi persuna tieħu promozzjoni u persuna oħra tidħol fil-Kabinett għall-ewwel darba.", "L-ILLUM hija nfurmata li jekk Dalli tingħata l-kariga, minflokha jidħol is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia u Rosianne Cutajar tieħu l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza.", "Kemm Farrugia kif ukoll Cutajar huma ‘wċuħ ġodda’ u kienu eletti għall-ewwel darba fil-Parlment fl-2017.", "Farrugia kkontesta l-ewwel distrett u kiseb 3,600 vot fl-ewwel għadd filwaqt li Cutajar ikkontestat fuq is-sitt distrett u kisbet 1,934 vot.", "Cutajar kienet is-Sindku ta’ Ħal Qormi qabel kienet eletta fil-Parlament."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55733/nirien_fmarsalforn__residenti_jgidu_li_semgu_oss_qawwi", "date": "12 ta' Ġunju 2019 14:53", "title": "Nirien f'Marsalforn ... jisplodi ċilindru tal-gass f'għalqa", "subtitle": "Mill-filmat jidher li n-nirien ġejjin minn għelieqi viċin il-Qbajjar", "text": ["Mill-filmat jidher li n-nirien ġejjin minn għelieqi viċin il-Qbajjar", "Nirien ħakmu għalqa f'Marsalforn u li kawża ta' hekk sploda ċilindru tal-gass li kien jinsab f'kamra fl-istess għalqa.", "Fil-fatt, persuni li kienu fl-inħawi, irrakkuntaw kif semgħu ħoss qawwi qabel raw daħna kbira.", "Il-Pulizija kkonfermaw dan il-każ iżda minkejja li qal li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident, rapporti qed jisħqu li kien hemm xi persuni li sofrew xi ġrieħi, hekk kif mal-isplużjoni nfaqa' u tar xi ħġieġ minn twieqi ta' appartamenti li jinsabu fil-viċin."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55713/graffitti_jappellaw_middeijoni_garrilokazzjoni_ta_pompa_talpetrol_fburmarrad", "date": "11 ta' Ġunju 2019 09:56", "title": "Graffitti jappellaw mid-deċiżjoni 'għar-rilokazzjoni' ta' pompa tal-petrol f'Burmarrad", "subtitle": "Id-deċiżjoni dwar din il-pompa tal-petrol ittieħdet f’April li għadda bil-permess jippermetti li pompa ta’ madwar 2 metru kwadru tkun rilokata fuq medda ta’ art agrikola tajba ta’ 3,700 metru kwadru", "text": ["Id-deċiżjoni dwar din il-pompa tal-petrol ittieħdet f’April li għadda bil-permess jippermetti li pompa ta’ madwar 2 metru kwadru tkun rilokata fuq medda ta’ art agrikola tajba ta’ 3,700 metru kwadru", "Il-Moviment Graffitti ppreżenta appell lit-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar  (EPRT) kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) li tiġi approvata pompa tal-petrol fuq ODZ f’Burmarrad.", "Id-deċiżjoni dwar din il-pompa tal-petrol ittieħdet f’April li għadda bil-permess jippermetti li pompa ta’ madwar 2 metru kwadru tkun rilokata fuq medda ta’ art agrikola tajba ta’ 3,700 metru kwadru.", "Apparti l-pompa tal-petrol, dan l-iżvilupp se jkun jinkludi wkoll diversi ħwienet u servizzi kummerċjali.", "“Il-Moviment Graffitti appella din id-deċiżjoni peress li l-Bord tal-PA reġa’ għal darb’oħra wera li ma jimpurtah xejn mill-policies li jirregolaw l-iżvilupp f’Malta.", "Bħallikieku ma kienx diġa ħażin li l-Fuel Service Station Policy tal-2015 tħares prinċipalment l-interessi tal-iżviluppaturi minflok l-ambjent, il-Bord tal-PA għażel li jinjora sfaċċatament anki l-ftit miżuri insuffiċjenti li jissalvagwardjaw l-ambjent li hemm f’din il-Policy,” saħqu l-attivisti fi stqarrija.", "Fakkru li il-Fuel Service Station Policy tispeċifika li l-pompi tal-petrol ma jistgħux jiġu rilokati fuq “art agrikola tajba”.", "“Dan is-sit ODZ f’Burmarrad ġie ċċertifikat mill-konsulenti esperti u l-awtoritajiet konċernati kollha bħala “art agrikola tajba” u bħalissa qed jiġi użat għal skopijiet agrikoli,” saħqet l-istqarrija.", "Barra minn hekk, il-Policy tesiġi li pompi tal-petrol ODZ ma jistgħux ikunu ikbar minn 3,000 metru kwadru.", "Id-daqs tal-pompa li ġiet approvata huwa ta’ 3,700 metru kwadru.", "“Din id-deċiżjoni tal-Bord tal-PA hija eżempju perfett ta’ kif il-proċess tal-ippjanar f’Malta qiegħed sistematikament iwassal għall-qerda ta’ pajjiżna biex tiġi sodisfatta r-regħba tal-ftit.", "Biex jiżġura li jinqdew l-iżviluppaturi, il-Bord tal-PA jinjora bla mistħija ta’ xejn anki l-ftit salvagwardji dgħajfa li jipprovdu l-policies difettużi tal-istess PA,” temm jisħaq Graffitti."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/55734/dwarna__issaa_mentali_ilkura_u_listigma_marbuta_malisptar_monte_carmeli", "date": "12 ta' Ġunju 2019 16:29", "title": "Dwarna | Is-saħħa mentali: Il-kura u l-istigma marbuta mal-Isptar Monte Carmeli", "subtitle": "Il-programm 'Dwarna' jixxandar kull nhar ta' Ħamis, fl-4:30pm fuq TVM2", "text": ["Il-programm 'Dwarna' jixxandar kull nhar ta' Ħamis, fl-4:30pm fuq TVM2", "L-aħħar edizzjoni tal-programm Dwarna tratta s-saħħa mentali.", "Mistiedna ċ-Ċermen tad-Dipartiment tal-Psikjatrija Dr Anton Grech, Charlotte Zammit li għandha ommha li rċeviet il-kura fl-Isptar Monte Carmeli u Dr Victoria Sultana li wkoll taħdem ma' pazjenti li għandhom problemi ta' saħħa mentali.", "Il-programm 'Dwarna' jixxandar kull nhar ta' Ħamis, fl-4:30pm fuq TVM2."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55735/ilqorti_mitluba_tordna_ministri_biex_jesebixxu_lkopji_talinkjesta_egrant", "date": "12 ta' Ġunju 2019 17:42", "title": "Il-Qorti mitluba tordna ministri biex jesebixxu l-kopji tal-inkjesta Egrant", "subtitle": "Repubblika għamlet din it-talba wara li fi kliemha l-Ministri Mizzi, Cardona u Scicluna nqabdu jikkwotaw mir-rapport tal-inkjesta", "text": ["Repubblika għamlet din it-talba wara li fi kliemha l-Ministri Mizzi, Cardona u Scicluna nqabdu jikkwotaw mir-rapport tal-inkjesta", "L-NGO Repubblika għamlet talba urġenti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit biex tordna Ministri tal-Gvern biex jesebixxu l-kopji tagħhom tal-inkjesta Egrant u dan wara li skont l-attivisti, il-Ministri Konrad Mizzi, Edward Scicluna u Chris Cardona dehru li kienu qed jikkwotaw minnha waqt proċeduri tal-Qorti.", "Fl-applikazzjoni tagħhom, iffirmata mill-Avukat Jason Azzopardi, l-attivisti saħqu li skont il-liġi, kull dokument li jsemmi xhud jew inkella parti f’każ irid ikun jew fid-dominju pubbliku jew inkella jkun aċċessibbli għall-parti l-oħra u l-Qorti.", "Repubblika insistew li l-Ministri qed jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom.", "L-applikazzjoni tisħaq li l-Ministri ‘inqabdu’ jikkwotaw partijiet mill-1,500 paġna tal-inkjesta li ma kinux parti mill-55 paġna li ġew ippubblikati.", "Kien għalhekk li Repubblika qed titlob lil Qorti biex din tordna lill-Ministri biex jesebixxu d-dokument sħiħ minn fejn kienu qed jikkwotaw.", "L-attivisti minn Repubblika kienu ppreżentaw rikors quddiem il-Maġistrat tal-Għassa jitolbu li tinfetaħ inkjesta maġisterjali dwar dak li huma qed isejħulu “bħala skandlu tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar ġenerali t’Għawdex.", "Fir-rikors, Repubblika kienet saħqet li l-Ministri Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi “taw vantaġġ skorrett u sproporzjonat lil azzjonisti ta’ kumpanija privata biex tmexxi l-isptarijiet pubbliċi tagħna, meta din ma kellha l-ebda esperjenza fil-qasam mediku u ffangat b'miljuni ta' ewro minn fondi pubbliċi li ħadd ma jaf x'sar minnhom.”", "L-attivisti qed jisħqu li l-aġir tal-Ministri jagħti lok għal suspett li f’dan il-każ kien hemm il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55736/ilkalkara_gandha_potenzjal_kbir_forti_ricasoli_fuq_nett_talaenda", "date": "12 ta' Ġunju 2019 17:44", "title": "‘Il-Kalkara għandha potenzjal kbir’… Forti Ricasoli fuq nett tal-aġenda", "subtitle": "Preżentatur popolari fuq l-istazzjon ONE u issa s-Sindku l-ġdid tal-Kalkara… Wayne Aquilina jwiegħed li se jwettaq l-proposti Kalkariżi Laburisti u jevalwa wkoll il-proposti tal-PN għal din il-lokalità", "text": ["Preżentatur popolari fuq l-istazzjon ONE u issa s-Sindku l-ġdid tal-Kalkara… Wayne Aquilina jwiegħed li se jwettaq l-proposti Kalkariżi Laburisti u jevalwa wkoll il-proposti tal-PN għal din il-lokalità", "Kien wiċċ ġdid għall-politika, iżda beda bil-kbir fl-ewwel elezzjoni tiegħu.", "Il-preżentatur popolari Wayne Aquilina kiseb l-akbar numru ta’ unijiet fil-lokalità ta’ fejn hu kiber u trabba, il-Kalkara.", "Ġimgħa wara li huwa ġie uffiċjalment ikkonfermat bħala sindku tal-Kalkara l-ILLUM titkellem miegħu u tistaqsih fuq l-aspettattivi għall-proġetti kapitali għall-Kalkara, ir-riżultat li huwa kiseb u l-futur tal-Forti Ricasoli.", "Din il-gazzetta staqsiet lil Aquilina x’jaħseb li wassal għar-riżultat li raħ jaqbeż lil kandidati l-oħrajn taż-żewġ partiti bil-kbir.", "Huwa jgħid li, “il-poplu Kalkariż ried bidla, bidla kbira fil-Kunsill.", "M’iniex qiegħed ngħid li l-Kunsill preċedenti ma kienx effettiv iżda naħseb li l-fatt li kont kandidat ġdid u ppreżentajt kampanja pożittiva għenu ħafna.", "Fil-verità apparti jiena, il-kunsill huwa kompost bl-istess kunsilliera iżda d-distakk fil-voti huwa kbir.”", "Mistoqsi minn din il-gazzetta biex jelenka l-akbar sfidi li se jiffaċċja bħala s-Sindku l-ġdid tal-Kalkara Aquilina stqarr li, l-ewwel sfida żgur se tkun dik biex kulħadd jinsa l-kampanji politiċi u jingħaqad flimkien f’Kunsill wieħed.", "“Ovvjament kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed.", "Matul iż-żmien li ġej se nkun qiegħed niltaqa’ mal-kunsilliera kollha u ovvjament inqassam ix-xogħol.", "Il-Kunsill irid ikun attiv u kull persuna għandu jkollha rwol,” spjega s-Sindku.", "Żied jgħid li ġaladarba l-Kalkariżi wrew fiduċja fih, huwa se jkun qiegħed iħares u jattwa mhux biss l-manifest tal-Partit Laburista iżda anke dak tal-Partit Nazzjonalista.", "“Staqsejt lill-Kunsilliera Maria Sultana biex tgħaddili l-manifest tal-Partit Nazzjonalista għaliex inħossni fl-obbligu li naraw xi ppropona l-Partit Nazzjonalista.”", "Fuq l-istess nota Aquilina saħaq li jemmen li bħala lokalità, il-Kalkara għandha potenzjal enormi u waħda mill-akbar sfidi fiż-żmien li ġej żgur se tkun is-sagrifiċċju li se jkollu jsir mir-residenti Kalkariżi.", "“Fil-manifest hemm diversi proposti li meta attwati ovvjament se jqajmu inkonvenjent.", "Dan bħal ferry service mill-Kalkara għall-Belt li taf toħloq problema ta’ parking.", "Problemi evidenti wkoll fiż-żona tal-Esplora.", "Ovvjament, irridu nilħqu bilanċ, bejn il-proġetti li se jtejbu l-lokalità u l-iskariġġ u l-kuntentizza tar-residenti.”", "Suġġett ieħor li huwa tant għall-qalb il-Kalkariżi huwa dak tal-Forti Ricasoli li fiż-żmien li għadda intensifikat il-kampanja ta’ kuxjenza rigward l-istat mitluq li jinsab fih.", "Fuq il-prospetti tal-akbar fortifikazzjoni f’Malta x’se jkun qiegħed jagħmel is-Sindku l-ġdid?", "Huwa jirrispondi u jgħid li bħala Sindku se jkun qiegħed jaħdem biex jissalvagwardja l-Forti Ricasoli flimkien ma’ kull wirt storiku ieħor fil-Kalkara.", "“Jiena x-xewqa tiegħi hi li jkun hemm ħafna spazji miftuħa madwar il-Kalkara u anke fiż-żona tar-Ricasoli.", "Se nkun qiegħed ningħaqad mal-partijiet kollha l-oħra interessati sabiex nagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex issir xogħol tant importanti fuq dan il-Forti.”"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54241/fenech_adami_jivvota_kontra_delia_fmozzjoni_ta_fiduja", "date": "13 ta' Jannar 2019 23:47", "title": "Michael Fenech Adami jivvota kontra Delia f'mozzjoni ta' fiduċja", "subtitle": "...biex ikun l-unika wieħed fil-Kulleġġ Kunsilliera tal-PN li jmur kontra Adrian Delia - Numru ta' kaxxi b'T-shirts għall-attivitajiet tal-Occupy Justice jinstabu fil-kantina tad-Dar Ċentrali ", "text": ["...biex ikun l-unika wieħed fil-Kulleġġ Kunsilliera tal-PN li jmur kontra Adrian Delia - Numru ta' kaxxi b'T-shirts għall-attivitajiet tal-Occupy Justice jinstabu fil-kantina tad-Dar Ċentrali", "Din il-gazzetta tinsab f’pożizzjoni li tiżvela illi Michael Fenech Adami, iben l-eks PM u Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami kien l-uniku membru tal-Kulleġġ Kunsilliera Partit Nazzjonalista li vvota kontra l-Kap tal-PN Adrian Delia f’vot ta’ fiduċja li sar ftit jiem ilu fost il-membri tal-istess Kulleġġ.", "Is-sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta qalu illi dan il-vot ta’ Fenech Adami kontra Delia jiġi fi żmien partikolari.", "Ftit wara li s-sit illum.com.mt żvela kif ħuh Beppe qed jikkampanja kontra Delia fil-partit u ftit wara wkoll li Fenech Adami nnifsu ma baqax impjegat mal-Partit Nazzjonalista.", "Fil-fatt, illum Michael Fenech Adami huwa impjegat biss mal-MEP Nazzjonalista David Casa li wkoll qed iżomm silenzju assolut quddiem l-assedju intern li għaddej kontra l-Kap tal-PN.", "Ma’ Casa, Fenech Adami jiffirma bħala Michael Fenech kif kienet żvelat din il-gazzetta wkoll nhar il-Ħadd 21 ta’ Ottubru.", "Intant sorsi li tkellmu mal-ILLUM żvelaw kif kaxxi sħaħ ta’ T shirts instabu fil-kantina tad-Dar Ċentrali.", "Dawn it-T shirts kienu se jintużaw għall-attivtajiet tal-Occupy Justice, Kenniesa, Repubblika u dik li kienet in-Network tas-Soċjetà Ċivili.", "Dawn ilkoll huma kritiċi tat-tmexxija ta’ Delia u talbu għar-riżenja tiegħu bosta drabi, inkluż ġimgħatejn ilu wara li kienu mxerrda filmati ta’ argumenti li Delia kellu ma’ martu u uliedu.", "U finalment dawk li tkellmu ma’din il-gazzetta sostnew illi diversi persuni li jaħdmu mal-partit xejn mhuma kuntenti bil-fatt illi d-Dar Ċentrali kienet qed tintuża biex fiha jitpoġġa materjal, probabilment minn Michael Fenech Adami, ta’ għaqdiet li qed jaħdmu biex Delia jitneħħa."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/53879/jipproponu_li_jitwaqqfu_fondi_pubblii_lillmidja_li_tippromovi_xenofobija_", "date": "5 ta' Diċembru 2018 08:17", "title": "Jipproponu li jitwaqqfu fondi pubbliċi lill-midja li tippromovi ż-xenofobija", "subtitle": "Il-ġimgħa d-dieħla, il-Gvernijiet, mexxejja u rappreżentanti għoljin, fosthom dawk ta’ Malta se jivvutaw dwar ftehim li jitratta l-immigrazzjoni u li jassigura d-drittijiet tal-immigranti....", "text": ["Il-ġimgħa d-dieħla, il-Gvernijiet, mexxejja u rappreżentanti għoljin, fosthom dawk ta’ Malta se jivvutaw dwar ftehim li jitratta l-immigrazzjoni u li jassigura d-drittijiet tal-immigranti....", "F’pajjiżna ftit qed jagħmel ħoss u s’issa, apparti stqarrija waħda mill-Moviment Patrijotti Maltin, ma saret l-ebda diskussjoni dwaru.", "Qed nitkellmu dwar il-Global Compact for Safe, Orderly and Regular Migration, dokument tal-Ġnus Magħquda illi jagħti viżjoni ċara ta’ fejn il-firmatarji se jmorru fuq dan is-suġġett jaħraq, tant jaħraq li diversi pajjiżi, fosthom il-Polonja, l-Ungerija, l-Awstrija u issa anke r-Repubblika Ċeka (lkoll pajjiżi tal-Unjoni Ewropea) iddeċidew li mhux se jiffirmawh.", "F’Malta, forsi mhedijin b’dak kollu li huwa lokali bħal 17 Black u l-Power Station, ma ndunajniex li jidher illi l-Gvern se jkun firmatarju u l-Partit Nazzjonalista jidher li qed jaqbel ma’ dan.", "Imma x’qed jgħid eżatt dan id-dokument u se jolqotna b’xi mod?", "L-ILLUM analizzat l-abbozz ta’ 31 paġna li l-Gvernijiet, Mexxejja u Rappreżentanti Għoljin se jiffirmaw fl-10 u l-11 ta’ Diċembru li ġej fil-Marokk.", "Il-midja: il-Ġnus Magħquda jridu jinżlu b’saħħa kontra midja ‘xenofobika’", "Wieħed mill-punti li dwaru qam naqra ta’ diżgwid u differenzi huwa dak li jitratta l-espressjoni xenofobika u l-promozzjoni tad-diskriminazzjoni kontra l-immigranti.", "Kien hemm min qal li l-Ġnus Magħquda u l-firmatarji ta’ dan id-dokument iridu jagħlqu ħalq il-midja għad-detriment tal-libertà tal-espressjoni.", "Fil-fatt, id-dokument jgħid illi l-midja għandha tippromovi r-rappurtaġġ ta’ kwalità, li huwa oġġettiv u indipendenti.", "Jgħid illi kull min jaħdem fil-qasam tal-midja għandu jkun sensitizzat aktar dwar il-kwistjonijiet relatati mal-immigrazzjoni u t-terminoloġija użata.", "Dan, il-Ġnus Magħquda diġà qed tagħmlu b’laqgħat annwali li jsiru mir-rappreżentanti tagħha f’kmamar tal-aħbarijiet differenti inkluż dik tal-ILLUM.", "Li qajjem xi ftit aktar mistoqsijiet kienet il-parti tad-dokument li tgħid illi għandu jitwaqqaf kull tip ta’ finanzjament pubbliku jew inkella appoġġ materjali lil kmamar tal-aħbarijiet li “sistematikament jippromovu l-intolleranza, iż-xenofobija, ir-razziżmu u forom oħra ta’ diskriminazzjoni lejn immigranti.”", "Il-kelma ċentrali f’dan il-paragrafu kollu hija “sistematiku.”", "Dan ifisser illi bi pjan u b’mod organizzat, midja tippromwovi ż-xenofobija bħala parti mil-linja editorjali tagħha.", "Jiġifieri hawn mhux qed nitkellmu dwar kamra tal-aħbarijiet li xi darba jew oħra ppubblikat storja li setgħet kellha angoli li jinkoraġġixxu r-razziżmu, xenofobija jew vjolenza fuq il-bażi ta’ nazzjonalità.", "Għal dawn tal-aħħar hemm rimedji legali.", "Dan il-paragrafu jisħaq ukoll, għalkemm mhux ċar eżatt kif se tkun fil-prattika, illi kwalunkwe twaqqif ta’ appoġġ irid isir b’rispett lejn il-libertà tal-midja.", "Imma mhux hekk biss.", "Din il-parti tgħid illi bħala prevenzjoni hemm bżonn li 1) jkunu identifikati inċidenti ta’ intolleranza, razziżmu, xenofobija u kull tip ta’ diskriminazzjoni 2) li ssir promozzjoni ta’ attivitajiet illi jippromovu r-rispett lejn l-immigranti, inkluż kampanji elettorali, 3) li jkun hemm mekkaniżmu effettiv fejn persuna tista’ tagħmel ilment, 4) leġiżlazzjoni li tippenalizza u tinkriminalizza atti ta’ mibgħeda kontra immigranti u 5) l-importanza li l-immigranti jkunu dejjem infurmati x’mekkaniżmi hemm għalihom meta jkunu vittmi ta’ vjolenza.", "‘Irranġaw pajjiżhom l-ewwel....’", "Kemm-il darba nisimgħuha din!", "‘Aħjar nirranġaw il-pajjiżi minn fejn qed jitilqu l-immigranti ħalli ma jkollhomx għalfejn jitilqu.”", "Id-dokument qed jipproponi li jsir investiment biex ikunu miġġielda l-akbar problemi li qed iwasslu biex bosta jitilqu minn pajjiżhom.", "Fost dawn hemm; l-eradikazzjoni tal-faqar, saħħa, edukazzjoni, tkabbir ekonomiku aktar inkussiv, ħolqien tax-xogħol, reżiljenza kontra diżastri, mitigazzjoni fil-bidla tal-klima, governanza tajba u saltna tad-dritt.", "Id-dokument qed jinsisti wkoll favur il-kapital uman u l-promozzjoni ta’ kapaċitajiet intraprenditorjali u taħriġ vokazzjonali, fost l-oħrajn.", "Assigurazzjoni li kull immigrant ikollu prova ta’ dokumenti legali", "Il-Ġnus Magħquda qed tinsisti li kull immigrant jingħata l-provi ta’ nazzjonalità u d-dokumentazzjoni rilevanti, fosthom tat-twelid, żwieġ u mewt.", "Dan, jgħid id-dokument, jagħti s-saħħa lill-immgranti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.", "Id-dokument qed jipproponi li biex jintlaħaq dan il-għan għandu jkun  hemm titjib fis-sistemi tar-reġistru ċivili u li jkunu armonizzati d-dokumenti tal-ivjaġġar skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili.", "Qed jipproponu wkoll li jsiru karti tar-reġistrazzjoni għall-immigranti.", "Speċi ta’ karti tal-identità li iżda ma jikkostitwixxux id-dritt ta’ ċittadinanza jew residenza.", "Dan għandu jsir biex l-immigranti jkunu faċilment identifikati u biex ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mis-servizzi rilevanti għalihom.", "Proċessi veloċi biex jagħmlu kuntatt mal-familji tagħhom", "F’diversi partijiet tad-dokument hemm insistenza għall-bżonn li jitħaffef il-proċess biex l-immigranti jingħaqdu mal-familji tagħhom.", "Fil-fatt id-dokument jgħid illi għandhom jittieħdu miżuri li jippromovu d-dritt li persuna jkollha familja fl-aħjar interess tat-tfal.", "Iebes fuq l-abbużi fuq il-postijiet tax-xogħol", "Id-dokument huwa iebes fuq l-abbużi fuq il-post tax-xogħol u jħeġġeġ miżuri ibsin.", "Interessanti illi l-Ġnus Magħquda qed titlob lill-aġenziji tal-impjiegi biex ma jitolbux ħlas jew miżati għar-reklutaġġ biex b’hekk ikunu evitati sitwazzjonijiet fejn jekk persuna ma tkunx tista’ tħallas bi flus għas-servizz ta’ reklutaġġ, tħallas għal dak is-servizz b’xogħol (debt bondage).", "Id-dokument jinsisti wkoll illi kull ħaddiem immigrant għandu jitħaddem b’kuntratt legali.", "Il-gvernijiet qed jintalbu jippromovu kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, jevitaw li jsir abbuż u użu tal-ħaddiema u jassiguraw trasparenza sħiħa fil-mod kif jkunu impjegati l-immigranti.", "U finalment jitolbu li jkun hemm mekkaniżmi li joffru regolazzjoni effettiva u moniteraġġ.", "Id-dokument, fil-linja wkoll ta’ talbiet mill-unjins f’pajjiżna, jesiġi li għandu jkun hemm ħlas ugwali għal xogħol ugwali.", "Dan filwaqt li jfakkar fil-libertà tal-assoċjazzjoni tal-immigranti, fil-libertà tagħhom li jipprotestaw u fil-bżonn li d-drittijiet kollha tal-ħaddiema mhux immigranti jkunu estiżi lil dawk li huma immigranti.", "Aċċess għall-ġustizzja...", "Il-Ġnus Magħquda qed titlob lill-gvernijiet biex jaċċertaw illi kull immigrant ikollu aċċess għall-ġustizzja, kif wara kollox għandu kull ċittadin f’pajjiżi tal-Punent.", "Aċċess għall-ġustizzja jfisser li fejn l-immigrant ma jistax ikollu avukat tal-għajnuna legali li jirrapreżentah, dan ikollu.", "Id-dokument qed jitlob li jinħatar ukoll gwardjan legali li jindirizza kwistjonijiet ta’ vulnerabilità u diskriminazzjoni, vjolenza u soluzzjonijet sostenibbli.", "‘Pre-screening’ qabel ma jaslu fuq il-fruntiera/kosta", "Id-dokument tal-Ġnus Maqgħquda qed jipproponi li jkun hemm dejjem eżaminazzjoni tal-immigranti qabel ma jidħlu fit-territorju tal-pajjiż.", "Jgħid illi kull immigrant mal-wasla tiegħu jeħtieġ illi jiġi trattat skont il-liġijiet internazzjonali.", "Id-dokument jgħid illi l-liġijiet rilevanti dwar  il-mod kif ikun indirizzat dħul irregolari fil-pajjiż għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u li ma jiksrux il-liġi internazzjonali.", "Id-detenzjoni għandha tkun “għall-iqsar żmien possibbli”", "Il-Ġnus Magħquda qed jinsistu li kwalunkwe detenzjoni jeħtieġ li tkun “għall-iqsar żmien possibbli” u miżura tal-aħħar għażla.", "Id-dokument jgħid li d-deċiżjoni li xi ħadd ikun detenut għandha tkun ibbażata fuq il-liġi, proporzjonata, ikollha raġuni valida, li tittieħed fuq bażi individwali u skont is-salvagwardji kollha proċedurali.", "Id-dokument jinsisti li d-detenzjoni qatt m’għandha tintuża bħala deterrent.", "Jgħid ukoll illi kull immigrant li jkun f’detenzjoni għandu jkun jaf għalfejn qed ikun detenut f’lingwa li jifhem u jkollu d-dritt li jikkonsulta ma’ Konsli, rappreżentanti legali u familja b’mod faċli.", "Finalment, tgħid illi konsistenti mad-drittijiet tal-bniedem dawk li jaħdmu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni għandhom ikunu mħarrġin.", "L-unika ħoss dwar dan id-dokument sakemm inkiteb dan l-artiklu kien minn Henry Battistino tal-Moviment Patrijotti Maltin li qal illi id-dokument huwa “ambigwu” u sostna li l-pajjiżi kollha qed “jiġu mitluba jirratifikaw u joqogħdu għall-kundizzjonijiet li hemm ġo fih, iżda fil-preżent ma jafux l-implikazzjonijiet u l-obbligi li dawn jistgħu jġibu għall-popli tagħhom.”", "“B'mod simili u paralelli, il-Kanċillier tal-Ġermanja, riċentement instemgħet titlob lill-pajjiżi tal-EU sabiex iċedu s-sovranità tagħhom b'mod assolut.”", "L-istqarrija tal-Patrijotti kompliet tgħid li fid-dawl ta’ dawk li sejħulhom “theddidiet għas-sigurtà u s-sovranità tagħna” talbu lill-Gvern jagħmel ċar il-pożizzjoni tiegħu dwar id-dokument."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54217/beppe_u_jason_fost_dawk_li_qed_jiltaqgu_ma_deputati_talpn_biex_delia_jitlaq", "date": "10 ta' Jannar 2019 00:13", "title": "Aġġornata | Beppe u Jason fost dawk li qed jiltaqgħu ma' Deputati tal-PN biex Delia jitlaq", "subtitle": "L-illum.com.mt tinsab infurmata li dawn diġa iltaqgħu ma' minn tal-inqas tliet deputati...", "text": ["L-illum.com.mt tinsab infurmata li dawn diġa iltaqgħu ma' minn tal-inqas tliet deputati...", "Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi huma fost id-Deputati Nazzjonalisti li qed jiltaqgħu mad-Deputati sħabhom biex ikellmuhom dwar Adrian Delia u s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista bħalissa.", "Sorsi li tkellmu mal-illum.com.mt sostnew illi kemm Fenech Adami u anke Azzopardi qed jgħidu lid-Deputati li qed jiltaqgħu magħhom illi l-pożizzjoni ta' Adrian Delia bħala Kap tal-partit mhix aktar tenibbli.", "Huma qed isostnu dan wara filmati ta' argumenti fil-privat li Delia kellu ma' uliedu u martu li daru sew fuq il-midja soċjali.", "Dan is-sit jinsab infurmat illi dawn it-tnejn diġa tkellmu mad-Deputati Mario Galea, Ivan Bartolo u Edwin Vassallo.", "Is-sors li tkellem ma' dan is-sit qal illi t-tmexxija tal-partit taf b'din is-sitwazzjoni wkoll.", "Intant din il-gazzetta tista' tiżvela wkoll illi fl-aħħar sigħat dawn id-Deputati jew wieħed minnhom tkellmu mad-Deputati Toni Bezzina u Frederick Azzopardi.", "Dan is-sit jinsab f'pożizzjoni li jiżvela wkoll kif wieħed mid-Deputati li ġew mitkellma sfida lil Azzopardi bil-każ taż-żwieġ tiegħu illi spiċċa fuq il-midja wkoll, b'saħansitra mandat ta' arrest fil-konfront tiegħu,", "hekk kif kienet irrappurtat il-gazzetta oħt Maltatoday", ".", "Kien dan is-sit li din il-ġimgħa stess żvela kif hemm Deputati Nazzjonalist li", "lesti jiffirmaw kontra Delia u jieħdu l-firem tagħhom għand il-President tar-Repubblika", "jekk ikunu jiffurmaw il-maġġoranza tad-Deputati fuq il-bankijiet tal-oppożizzjoni, li ta min wieħed ifakkar jinkludu wkoll lit-tnejn tal-Partit Demokratiku.", "Kienet il-gazzetta ILLUM ukoll li żvelat kif", "grupp ta' Deputati jridu li jqaċċtu lil Delia mill-kariga qabel Mejju", "u allura qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Huma qed jgħidu li s-sitwazzjoni tal-PN hija ħażina ħafna, bil-partit jibqa' minn taħt f'termini ta' popolarità."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54243/sant_jifta_ilkanuni_fuq_ilke_u_jakkuaha_bi_trattament_sproporzjonat_kontra_malta", "date": "14 ta' Jannar 2019 10:08", "title": "Sant jiftaħ il-kanuni fuq il-KE u jakkużaha bi trattament sproporzjonat kontra Malta", "subtitle": "Sant ikkritika l-passi li l-Kummissjoni Ewropra ħadet fil-konfront ta' bank kbir fil-Latvja li kien qed jintuża għall-ħasil tal-flus", "text": ["Sant ikkritika l-passi li l-Kummissjoni Ewropra ħadet fil-konfront ta' bank kbir fil-Latvja li kien qed jintuża għall-ħasil tal-flus", "Alfred Sant fetaħ il-kanuni fuq il-Kummissjoni Ewropea għal dak li huwa qed isejjaħ bħala \"t-trattament sproporzjonat\" tagħha fil-konfront ta’ Malta meta mqabbel mal-każ ferm aktar serju tal-Latvja dwar infurzar ta’ regoli dwar ħasil ta’ flus.", "Sant kien qed jirreaġixxi waqt mistoqsija supplimentari fil-Parlament Ewropew għar-risposta tal-Kummissarju Vera Jourova dwar l-akkużi ta’ ħasil ta’ flus indirizzati lil Bank tal-Latvja ABLV.", "Il-Kummissarju Yourova qalet li l-Kummissjoni hija konxja tal-ġrajjiet u tal-likwidazzjoni eventwali tal-Bank ABLV u qed tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni wara li fetħet proċeduri għan-nuqqas ta' komunikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tar-Raba 'Direttiva Kontra l-Ħasil ​​tal-Flus’ kontra l-Latvja f'Lulju 2017.", "Madanakollu, fil-mistoqsija supplementari, Alfred Sant insista mal-Kummissarju Jourova li għandha tispjega għaliex u kif it-trattament ta’ Malta kien sproporzjonat meta mqabbel mal-mod kif imxiet mal-iskandlu tal-Latvja.", "Alfred Sant qal li fil-każ tal-Latvja, il-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel monitoraġġ tal-attivitajiet u ntbagħtu għadd ta’ ittri lil awtoritajiet ta’ kontra l-ħasil ta’ flus.", "Talbet ukoll investigazzjoni dwar il-ksur tal-liġi tal-UE mill-EBA.", "Il-Bank tal-Latvja ABLV kellu madwar $4.6 biljun dollaru Amerikan f’assi, immaniġġja transazzjonijiet li jammontaw għal għexieren ta’ biljuni ta’ dollari f’ġurisdizzjonijiet offshore.", "Mill-banda l-oħra, kompla jispjega Sant, fil-każ ta’ Malta, il-Kummissjoni Ewropea talbet inkjesti preliminari li damu sentejn kif ukoll investigazzjonijiet fuq il-post.", "Talbet ukoll li tiltaqa’ mal-FIAU u tkun provduta aktar informazzjoni.", "Il-Kummissjoni Ewropea talbet ukoll lill-awtoritajiet Maltin biex jieħdu numru ta' miżuri, u anke skrutinizzat il-metodoloġija, l-istrateġija u l-abilità tagħhom ta’ kif jirreaġixxu għal-proċessi ta’ ispezzjonijiet.", "Sant kompla jfakkar lill-Kummissarju Vera Jourova, li fi stqarrijiet uffiċċjali għall-istampa, irreferiet għal-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus fil-kuntest ta’ “Malta u pajjiżi oħra” u ripetutament irreferiet għad-dgħufija sistematika ta’ Malta meta irreferiet għal każ tal-Bank Pilatus.", "Il-Bank tal-Latvja ABLV ġie implikat b’ħasil ta’ flus, tixħim ta’ uffiċċjali u iffaċilitar tal-ksur tas-sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq.", "L-Unità` li tinvestiġa r-reati finanzjarji tal-Istati Uniti akkużat lil ABLV li l-ħasil ta’ flus għamlitu l-pilastru tal-prattiċi kummerċjali tal-bank għal bosta snin u li l-bank tal-Latvja kien involut f’serq ta’ $1 biljun dollaru Amerikan f’assi minn banek tal-Moldova frodulenti.", "ABLV, it-tielet l-akbar bank tal-Latvja, ġie illikwidat wara akkużi ta’ ħasil ta’ flus istituzjonalizzat."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54244/ichadwick_lakes_se_jergu_jingataw_ilajja", "date": "14 ta' Jannar 2019 10:21", "title": "Iċ-Chadwick Lakes se jerġgħu jingħataw il-ħajja", "subtitle": "It-telqa u l-abbandun taċ-Chadwick Lakes mistennja jinbiddlu f'żona ekoloġika mill-isbaħ b'esperjenza edukattiva għall-viżitaturi", "text": ["It-telqa u l-abbandun taċ-Chadwick Lakes mistennja jinbiddlu f'żona ekoloġika mill-isbaħ b'esperjenza edukattiva għall-viżitaturi", "Wied il-Qlejgħa, jew kif inhu magħruf bħala ċ-Chadwick Lakes se jiġu rrestawrati wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għal pjan ta’ rijabilitazzjoni u xogħol ta’ restawr.", "Fost oħrajn, ix-xogħol ta’ rijabilitazzjoni se jinkludi t-tqegħid tal-kapaċità tal-istorage tad-digi u anke t-tneħħija ta’ ġebel li akkumula tul iż-żmien bil-għan li tkun irrestawrata l-ekoloġija tal-wied.", "Il-parti tan-naħa ta’ fuq taċ-Chadwick Lakes se jiġi rijabilitat f’żona edukattiva li se tkun tinkludi installazzjoni ta’ pannelli tal-informazzjoni.", "Apparti dan kollu se jkun hemm trejqa għat-trekking tul il-wied bil-għan li din tipprovdi lill-viżitaturi esperjenza edukattiva u jifhmu aħjar fuq l-irwol tal-widien f’Malta.", "Qabel l-approvazzjoni saru studji ambjentali li ġewi ppreparati minn konsulenti tal-ambjent."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54258/ilpulizija_jsibu_rael_fkarozza_bi_riei_gravi_fwiu", "date": "14 ta' Jannar 2019 12:35", "title": "Il-pulizija jsibu raġel f'karozza bi ġrieħi gravi f'wiċċu", "subtitle": "Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq l-Imdina Ħ’Attard", "text": ["Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq l-Imdina Ħ’Attard", "Raġel ta’ 32 sena nstab mill-Pulizija bi ġrieħi gravi f’wiċċu waqt li kien fil-vettura tiegħu fi Triq l-Imdina Ħ’Attard.", "Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:45am meta l-Pulizija ntalbet għall-għajnuna.", "Malli waslu fuq il-post, il-pulizija sabu lir-raġel fil-vettura wara li allegatament kellu argument ma’ raġel ieħor li ħarab minn fuq il-post.", "Dan instab ftit tal-ħin wara f’Birkirkara u qed jiġi mitkellem mill-Pulizija.", "Ir-raġel, minn Ħad-Dingli, iddaħħal l-Isptar fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54253/rekord_ta_aktar_minn_3_miljun_kontejner_jgaddu_millfreeport_fl2018", "date": "14 ta' Jannar 2019 11:16", "title": "Rekord ta’ aktar minn 3 miljun kontejner jgħaddu mill-Freeport fl-2018", "subtitle": "Din il-ġimgħa biss daħlu aktar minn 8,000 kontejner fuq bastiment wieħed", "text": ["Din il-ġimgħa biss daħlu aktar minn 8,000 kontejner fuq bastiment wieħed", "Il-Malta Freeport Terminals immaniġġjat rekord ta’ 3.31 miljun kontejner fl-2018 u din is-sena se tkompli bi programm ambizzjuż ta’ investiment fit-tagħmir u l-faċilitajiet fi sforz ikkoordinat biex iżżid il-kapaċità tat-Terminals għal erba’ miljun kontejner.", "Fi stqarrija, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Freeport Terminals Alex Montebello saħaq li dan ir-rekord seħħ bis-saħħa tal-investimenti li saru u anke għad-dedikazzjoni tal-ħaddiema.", "“Aħna kollha determinati li nieħdu l-Freeport fil-livell li jmiss u ntejbu r-reputazzjoni tiegħu bħala wieħed miċ-ċentri tat-trasbord tar-reġjun ewlenin,” saħaq Montebello.", "Tul is-sena li għaddiet, aktar minn 2,200 bastiment waslu l-Freeport.", "F’din il-ġimgħa biss, fil-Freeport daħlu aktar minn 8,000 kontejner TEU fuq bastiment wieħed, li juri l-kapaċitajiet operattivi impressjonanti tiegħu.", "Ħames krejnijiet super post-Panamax Quayside tpoġġew fuq l-", "APL Changi", ", twil 398 metru, li nbena fl-2013 minn Hyundai Samho Heavy Industries u jġorr fih 17,292 kontejner TEU, biex il-ħaddiema setgħu jwettqu dan ix-xogħol."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54257/agug_jinamm_arrestat_wara_li_tressaq_ilqorti_akkuat_li_stupra_kollega", "date": "14 ta' Jannar 2019 12:26", "title": "Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra kollega", "subtitle": "Iż-żagħżugħ qed ikun akkużat ukoll b'pussess ta' droga kokaina, akkużi li hu qed jiċħad", "text": ["Iż-żagħżugħ qed ikun akkużat ukoll b'pussess ta' droga kokaina, akkużi li hu qed jiċħad", "Żagħżugħ qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra kollega tiegħu, li kien qed jagħtiha fastidju u anke b’pussess ta’ droga kokaina.", "Iż-żagħżugħ, residenti Tas-Sliema iżda mill-Iżvezja, tressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużat li kellu x’jaqsam ma’ kollega tiegħu kontra r-rieda tagħha, akkuża li hu qiegħed jiċħad.", "L-Avukati tad-Difiża, Alfred Abela u Arthur Azzopardi qalu lill-Qorti li l-akkużat irċieva għadd ta’ messaġġi fuq Facebook mill-allegata vitttma u kien għalhekk li talbu espert biex dawn jinżammu.", "Id-Difiża talbet ukoll li jinġabru filmati ta’ CCTV minn żewġ bars, imsemmija mill-akkużat waqt l-interrogazzjoni tal-Pulizija.", "Għat-talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoini oġġezzjonat għax saħqet li l-akkużi huma serji u anke għax il-vittma kienet taħdem mal-akkużat u l-ħbieb tagħhom huma komuni.", "Fakkret ukoll li l-vittma kien għad fadlilha tixhed.", "Id-Difiża wieġbet billi saħqet li l-akkużi ma jistgħu qatt ikunu suffiċjenti biex persuna tinżamm arrestata waqt li fakkar li x-xhieda tal-vittma u anke ta’ xhud ieħor ingħatat u għalhekk l-evidenza tagħhom hija ppreservata.", "Dwar il-biża’ tal-Prosekuzzjoni li l-akkużat jaħrab minn Malta, id-Difiża fakkret li l-passaport tal-akkużat jinsab għand il-Pulizija.", "“L-akkużat jista’ jsib xogħol ieħor,” kompla l-Avukat.", "Madanakollu l-Qorti ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55737/ittielet_inident_biswit_sit_ta_kostruzzjoni__jiarraf_ajt_ta_dar", "date": "13 ta' Ġunju 2019 09:43", "title": "It-tielet inċident biswit sit ta' kostruzzjoni ... jiġġarraf ħajt ta' dar", "subtitle": "L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi Gwardmangia", "text": ["L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi Gwardmangia", "Dar fi Gwardmangia spiċċat bid-dar tagħha mġarrfa wara li waqa’ l-ħajt komuni li kien jagħti għal sit ta’ kostruzzjoni fi Triq San Luqa.", "Dan huwa t-tielet inċident marbut mal-kostruzzjoni hekk kif fl-aħħar xahrejn iġġarfu żewġ blokok ta’ appartamenti fi Gwardamangia u l-Mellieħa kawża tax-xogħlijiet li kienu qed isiru.", "Jidher li waqt li ġġarraf il-ħajt, kienu għaddejin xi xogħlijiet biswit din id-dar.", "Aktar tard illum, stakeholfers mis-settur tal-kostruzzjoni se jkunu qed jiltaqgħu mal-Prim Ministru biex jiddiskutu miżuri ta’ sigurta biex jiġu evitati inċidenti simili.", "Resident li tkellem mas-sit MaltaToday qal li fl-aħħar jiem, fil-ħajt bdew jidhru xi konsenturi.", "Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54293/malta_bfost_lakbar_rata_ta_tkabbir_ekponomiku_flue__imf", "date": "16 ta' Jannar 2019 18:37", "title": "Malta b'fost l-akbar rati ta' tkabbir ekonomiku fl-UE - IMF", "subtitle": "Il-Fond Monetarju Internazzjonali b'ċertifikat pożittiv lil pajjiżna għalkemm jgħid li t-tkabbir ekonomiku qed joħloq pressjoni fuq l-infrastruttura u x-xogħol", "text": ["Il-Fond Monetarju Internazzjonali b'ċertifikat pożittiv lil pajjiżna għalkemm jgħid li t-tkabbir ekonomiku qed joħloq pressjoni fuq l-infrastruttura u x-xogħol", "Fl-analiżi annwali dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) jsostni li l-ekonomija Maltija tibqa'' tesperjenza fost l-akbar rati ta' tkabbir fl-Unjoni Ewropea li qed tirriżulta fi tkabbir qawwi fid-dħul li qed jilħaq il-medja Ewropea.\"", "Skont l-esperti tal-IMF, dan ir-riżultat huwa dovut għal miżuri mwettqa mill-Gvern, deskritti bħala parti minn 'politika prudenti u riformi'.  “", "Filwaqt li rrimarkaw li s-sitwazzjoni internazzjonali qed issir aktar waħda ta’ sfidi, it-tkabbir f’pajjiżna mistenni jibqa’ sostnut bis-saħħa ta’ \" dħul dejjem jiżdied, qgħad baxx u proġetti.\"", "Fi stqarrija l-Gvern sostna illi l-IMF qed jaqbel mal-politika ekonomika tal-Gvern u li bil-maqlub tal-kritika mill-Oppożizzjoni, \"l-IMF kellu kliem ta’ tifħir għal kif il-Gvern qed imexxi l-politika fiskali.\"", "L-esperti internazzjonali jaqblu wkoll mal-bżonn li jikber l-investiment fl-infrastruttura u faħħru miżuri li ttieħdu biex titnaqqas l-evażjoni fiskali kif ukoll inċentivi favur min ikompli jaħdem u min ifaddal f’pensjonijiet privati.", "Fl-istess ħin, l-esperti tal-IMF sostnew li l-iskemi li beħsiebu jwettaq il-Bank Malti tal-Iżvilupp, mistennija jwasslu għal aktar investiment u innovazzjoni.", "Il-Gvern fakkar illi dan il-Bank twaqqaf minnu.", "L-IMF innota li t-tkabbir qed joħloq sfidi ġodda, fosthom pressjoni fuq l-infrastruttura u pressjoni fis-suq tax-xogħol.", "\"Madanakollu huwa ċar li l-Gvern miexi fid-direzzjoni t-tajba, tant li l-esperti tal-IMF qed ibassru tkabbir ta’ aktar minn 5% għal din is-sena, filwaqt li d-dejn nazzjonali mistenni jaqa’ għal taħt l-40% tal-ġid nazzjonali sal-2021.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54247/litalja_mhemmx_xogol_u_bsalvini_miniex_komdugalhekk_ejt_malta", "date": "17 ta' Jannar 2019 09:25", "title": "‘L-Italja m’hemmx xogħol u b’Salvini m'iniex komdu…Għalhekk ġejt Malta’", "subtitle": "L-ILLUM tmur Ħal Far u titkellem ma’ diversi immigranti", "text": ["L-ILLUM tmur Ħal Far u titkellem ma’ diversi immigranti", "L-ewwel ġimgħa tas-sena 2019 kienet iddominata minn inċident diplomatiku ieħor bejn Malta u l-Italja hekk kif għal 19-il ġurnata, grupp ta’ 49 immigrant tħallew bejn sema u ilma wara li ż-żewġ pajjiżi jirrifjutaw it-talba tal-NGO’s biex dawn l-immigranti jitħallew jidħlu fil-portijiet tal-pajjiż.", "L-għada li ntlaħaq il-ftehim f’din il-kwistjoni, l-ILLUM marret Ħal Far u tkellmet ma’ diversi immigranti li bħal dawk abbord il-bastimenti tas-Sea Watch ġew Malta bl-għan li jfittxu ħajja aħjar.", "‘L-Italja m’hemmx xogħol u b’Salvini m'iniex komdu’", "F’għodwa mimlija xita u riħ, tkellimna ma’ immigrant mill-Mali li kien qiegħed jistenna biswit iċ-ċentru miftuħ biex imur għal ġurnata xogħol.", "L-immigrant qal mal-ILLUM li għalkemm huwa kien oriġinarjament wasal l-Italja u ngħata l-ażil hemmhekk, fl-aħħar xhur dan għażel li jivvjaġġa lejn Malta.", "“Jien kont ingħatajt l-ażil l-Italja, però l-Italja m’hemmx xogħol, irrid naħdem.", "Hawnhekk niġi hawn filgħodu u nista’ naqla' lira,” sostna l-immigrant.", "Żied jgħid kif il-pożizzjoni tal-Ministru Salvini affetwatlu d-deċiżjoni li jiġi Malta.", "Minn mindu tela’ Salvini ma bqajtx inħossni komdu l-Italja, hemm klima politika kontrina, minħabba dawn ir-raġunijiet ġejt Malta,” temm jgħid ir-raġel.", "‘€130 fix-xahar mhumiex biżżejjed biex tgħaddi’", "Fl-eżerċizzju tagħna tkellimna wkoll ma’ immigrant ieħor li, dan ukoll kien qiegħed jistenna sabiex imur ġurnata xogħol.", "Mal-ILLUM, l-immigrant Libjan irrakkonta l-istorja u d-diffikultajiet tiegħu.", "“Jiena ġejt dan is-sajf mil-Libja, ma stajniex nibqgħu hemmhekk, il-problemi kulħadd jafhom,” spjega l-Libjan.", "Hu kompla jitkellem fuq id-diffikultajiet attwali tiegħu, “għandi sitt itfal, erbat ibniet u żewġ subien, ngħixu flimkien b’kamra tal-banju waħda.", "Bħala għajnuna finanzjarja għandi €130 fix-xahar, b’dawn irrid nixtri l-ikel, il-mediċina u nħallas it-trasport.", "Għandi problema bil-kliewi, muġugħ ħafna però xorta noħroġ għax-xogħol,” saħaq ir-raġel.", "Staqsejtu x’tip ta’ xogħol qiegħed issib jagħmel.", "Hu qal li, “dejjem differenti ġieli fil-konkrit u ġieli fil-kostruzzjoni.", "Naqla' qisu €40 fil-ġurnata.", "Xogħol iebes ħafna però għall-inqas naqla' xi ħaġa fil-ġurnata biex inkun nista' ngħajjex il-familja.", "Wieħed mis-subien tiegħi għandu 20 sena, l-istess qiegħed jagħmel,” temm jgħid il-Libjan.", "Il-gwerra frontali ta’ Salvini ma’ Malta", "Din il-gazzetta kienet iddeskriviet lill-Ministru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini bħala, ‘l-akbar uġigħ ta’ ras għall-Gvern ta’ Muscat’, dan għaliex minn mindu ġie elett fil-Parlament Taljan Salvini qajjem ‘gwerra frontali’ mal-Unjoni Ewropea u l-gvernijiet tal-istati membri fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni.", "Fid-9 ta’ Ġunju, propju tmint ijiem wara li ħa l-ġurament bħala Ministru għall-Intern, Salvini kien għalaq il-portijiet Taljani għal 600 immigrant abbord il-bastiment Aquarius.", "Dakinhar hu kien qal li dawn l-immigrant għandhom jidħlu Malta.", "17-il ġurnata wara feġġ bastiment ieħor ‘Lifeline’ b’342 immigrant.", "Finalment l-immigranti nqasmu bejn seba’ pajjiżi.", "Dan kollu wassal biex ġurnata wara, il-Gvern Malti għalaq il-portijiet għall-bastimenti tal-NGOs li jsalvaw lill-immigranti.", "Minn dakinhar ’l hawn dawn l-inċidenti komplew jirrepetu ruħhom kull darba li tfeġġ dgħajsa mimlija immigranti li tersaq lejn l-ibħra Mediterranju, sikwit Salvini u l-Ministru tal-Intern Malti Farrugia jispiċċaw b’botta u risposta fuq Twitte"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54296/ilkunsill_amministrattiv_talpn_jingaqad_wara_delia_u_jikkundanna", "date": "16 ta' Jannar 2019 21:01", "title": "Il-Kunsill Amministrattiv tal-PN jingħaqad wara Delia", "subtitle": "Imma għadu mhux magħruf meta se jitlaqqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u l-Grupp Parlamentari fejn Delia għandu sfidi akbar", "text": ["Imma għadu mhux magħruf meta se jitlaqqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u l-Grupp Parlamentari fejn Delia għandu sfidi akbar", "Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa' llum u b'mod unanimu ddikjara l-fiduċja u l-appoġġ tiegħu lilll-Kap tal-Partit Dr Adrian Delia filwaqt li kkundanna bl-aktar mod kategoriku l-attakki .i sejħilhom ikkordinati u malizzjużi li qed isiru kontra Delia.", "Huma kienu qedn jirreferu għal diversi filmati u anke awdjo ta' argumenti li Delia kellu ma' membri tal-familja tiegħu.", "Minkejja l-appoġġ fil-Kunsill Amminuistrattiv għadu mhux magħruf meta se jikltaqa' l-Eżekuttiv fejn Delia għad jista' jkollu problemi biex jikseb unanimità warajh."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54294/ilministru_joe_mizzi_ma_jilqax_ittalbiet_talgrtu_dwar_ilpompi_talpetrol", "date": "16 ta' Jannar 2019 18:47", "title": "Il-Ministru Joe Mizzi ma laqax it-talbiet tal-GRTU dwar il-pompi tal-petrol", "subtitle": "....jgħid illi bit-talbuiet tal-GRTU jerġgħu jogħlew il-prezzijiet tal-fuel", "text": ["....jgħid illi bit-talbuiet tal-GRTU jerġgħu jogħlew il-prezzijiet tal-fuel", "Aktar kmieni llum, il-Ministru Joe Mizzi sejjaħ lill-GRTU għal laqgħa dwar il-kwistjoni tal-għajnuna li qed jitolbu s-sidien tal-pompi tal-petrol biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet infrastrutturali.", "Dwar dan kienet ingħatat deċiżjoni mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi fl-2011 li kienet tat żieda fil-qliegħ mill-fuel lill-pompi bil-kundizzjoni li dawn ikopru l-investimenti strutturali li għandhom isiru sal-2020.", "Il-Gvern, fi stqarrija nnota t-talbiet għal żidiet mill-GRTU iżda sostna li mhux se jilqa' dawn it-talbiet kif proposti \"għax f’dan l-istadju il-prezz tal-fuel jogħla għall-konsumatur lil hinn mill-prezz internazzjonali.\"", "\"Il-Gvern offra żieda oħra ’il fuq minn dak deċiż fl-2011 u li f’dan il-ħin ma jitfax piż fuq il-familji u n-negozji,\" sostniet l-istqarrija tal-Ministeri għall-Enerġija li temmet tgħid iżda li \"l-bieb għal taħdidiet min-naħa tal-Gvern jibqa’ miftuħ.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54297/mara_bi_riei_gravi_wara_li_ttajret_faabbar", "date": "17 ta' Jannar 2019 09:57", "title": "Mara bi ġrieħi gravi wara li ttajret f'Ħaż-Żabbar", "subtitle": "L-inċident seħħ fi Triq Nevew u l-mara qed issofri minn ġrieħi gravi", "text": ["L-inċident seħħ fi Triq Nevew u l-mara qed issofri minn ġrieħi gravi", "Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura fi Triq Nevew f'Ħaż-Żabbar.", "L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:00pm.", "Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-mara kienet milquta minn karozza misjuqa minn żagħżugħa ta' 28 sena minn Ħaż-Żabbar.", "Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54298/ilgrtu_tagti_ultimatum_lillgvern_dwar_ilpompi_talpetrol", "date": "17 ta' Jannar 2019 10:24", "title": "Il-GRTU tagħti ultimatum lill-Gvern dwar il-pompi tal-petrol", "subtitle": "Il-GRTU ilha snin għaddejja b'taħdidiet mal-Gvern biex sidien tal-pompi tal-petrol jingħataw għajnuna finanzjarja biex ibiddlu t-tagħmir tagħhom skont Direttiva tal-UE", "text": ["Il-GRTU ilha snin għaddejja b'taħdidiet mal-Gvern biex sidien tal-pompi tal-petrol jingħataw għajnuna finanzjarja biex ibiddlu t-tagħmir tagħhom skont Direttiva tal-UE", "Il-GRTU lesta biex tordna strajk tal-pompi tal-petrol l-ġimgħa d-dieħla jekk jibqa’ ma jintlaħaqx qbil sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla.", "Jidher li laqgħa li l-GRTU kellha mal-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi ma tantx marret tajjeb hekk kif immedjatament wara l-GRTU ħarġet stqarrija li fiha tat ultimatum lill-Gvern u li lesta ssejjaħ laqgħa ġenerali għall-membri tagħha.", "“Il-GRTU se tistenna sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla.", "Jekk ma jintlaħaqx ftehim sa dak iż-żmien, se tkun qed issejjaħ laqgħa ġenerali għall-membri tagħha.”", "Il-kwistjoni hija dwar €21 miljun li huma meħtieġa biex il-pompi tal-pertol f’Malta u Għawdex jkunu jistgħu jkunu konformi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-2020.", "Minn studji li wettqet il-GRTU fl-2014, jirriżulta li 80 minn 90 pompa tal-petrol għandhom bżonn ibiddlu t-tagħmir kollha tagħhom, inkluż il-tankijiet tal-ħażna, biex ikunu konformi mad-Direttiva.", "Il-GRTU qed titlob lill-Gvern biex jagħti l-appoġġ tiegħu lis-sidien, bit-taħdidiet dwar dan ilhom għaddejja mill-2014.", "Dan l-istudju kien ġie wkoll ippreżentat lill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54295/se_jingata_llas_gassahra_li_saret_waqt_ichogm", "date": "16 ta' Jannar 2019 18:59", "title": "Se jingħata l-ħlas għas-sahra li l-pulizija għamlu waqt iċ-CHOGM", "subtitle": "Iħabbar dan il-Ministru Michael Farrugia f'laqgħa mal-unjins li jirrapreentaw lill-pulizija", "text": ["Iħabbar dan il-Ministru Michael Farrugia f'laqgħa mal-unjins li jirrapreentaw lill-pulizija", "F’laqgħa li saret dalgħodu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, fejn kienu preżenti s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Kevin Mahoney, il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, il-Kap Eżekuttiv tal-Korp Angelo Gafa, uffiċjali mill-Malta Police Association (MPA) u mill-Police Officers Union (POU) fi ħdan il-General Workers Union (GWU), u kienu akkompanjati mill-avukat tal-MPA il-Membru Parlamentari Dr Robert Abela, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Dr Michael Farrugia, infurmahom li tlett issues li kienu pendenti u li tqajjmu mill-istess rappreżentanti tal-ħaddiema ġew konklużi.", "L-ewwel każ jikkonċerna r-rata li biha ser ikunu qed jitħallsu l-Pulizija li ddaħħlu jaħdmu part-time wara li kienu rtiraw qabel mis-servizz.", "Ir-rata tagħhom issa żdiedet u ser tkun qed tirrifletti l-fatt illi r-rata tal-paga li qabel kienet maħduma fuq xogħol ta’ 46 siegħa ser tkun in line mal-ftehim settorali fejn il-ġimgħa ta’ xogħol tnaqqset għal 40 siegħa.", "It-tieni ftehim jolqot ir-rata tal-extra-duty allowance li ser tkun qed tiżdied biex tirrifletti ż-żieda fir-rati tal-paga tal-uffiċjali kollha fil-Korp tal-Pulizija.", "Ir-rata maħduma se tkun qed tirrifletti ż-żieda fir-rata tal-overtime illi bdew igawdu minnha l-uffiċjali tal-Pulizija bil-ftehim kollettiv li ġie iffirmat ftit tal-ġimgħat ilu.", "It-tielet ftehim ġie milħuq barra mill-Qorti u dawk l-uffiċjali tal-Pulizija li ma kinux intitolati għall-ħlas ta’ overtime waqt l-attivitajiet tal-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) u waqt il-Valletta Summit fuq l-Immigrazzjoni, ser ikunu qed jieħdu kumpens għas-sigħat illi huma ħadmu apparti mix-xogħol normali tagħhom.", "Riżultat t’hekk se titwaqqa’ l-kawża li hemm il-Qorti.", "B’dak li ħabbar il-Ministru Michael Farrugia, il-Pulizija ser ikomplu jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, bi dħul għalihom u għall-familji tagħhom.", "Kemm l-MPA u kemm l-POU  laqgħu bi ħġarhom dawn il-miżuri li se jtejbu l-kundizzjonijiet tal-Korp.", "Iż-żewġ unjins irringrazzjaw lill-Ministru u lill-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija talli ġew milqugħa u konklużi t-talbiet tagħhom"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54259/may_blaar_appell_imqanqal_biex_ilparlament_ingli_jivvota_favur_ilftehim_gal_brexit", "date": "14 ta' Jannar 2019 13:11", "title": "May bl-aħħar appell imqanqal biex il-Parlament Ingliż jivvota favur il-ftehim għal Brexit", "subtitle": "Kollox jindika li għada l-Membri Parlamentari se jivvotaw kontra l-ftehim li nnegozjat Theresa May", "text": ["Kollox jindika li għada l-Membri Parlamentari se jivvotaw kontra l-ftehim li nnegozjat Theresa May", "Il-Prim Ministru Ingliż, Theresa May, ħeġġet lill-Membri Parlamentari biex għada jivvutaw favur il-ftehim għal Brexit, għall-ġid tal-pajjiż.", "Waqt l-aħħar appell imqanqal tagħha, qabel il-vot tant mistenni ta’ għada, May wissiet li jekk dan il-ftehim ma jgħaddix, il-Parlament Ingliż jista’ jispiċċa ‘staġnat’ u li l-fiduċja fil-politika tieħu daqqa kbira ‘l isfel jekk ir-Renju Unit ma jitlaqx mill-Unjoni Ewropea.", "Hija faħħret l-assigurazzjonijiet ġodda li l-Unjoni Ewropea qed tagħti għall-parti tal-ftehim l-aktar kontroversjali, jiġifieri dik dwar l-Irlanda ta’ Fuq u insistiet li dawn jagħtu “forza legali” b’saħħitha biex il-Parlament Ingliż iserraħ rasu.", "Intant, il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn saħaq li l-Partit Laburista Ingliż se jkun qed jivvota kontra dan il-ftehim u jżomm mal-pożizzjoni tiegħu li jekk il-ftehim ma jgħaddix, għandha tissejjaħ elezzjoni ġenerali.", "Huwa stqarr li fi żmien opportun, l-Oppożizzjoni se tkun qed tippreżenta mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern.", "Jidher li madwar 100 deputat mill-Partit ta’ May u anke deputati oħra se jkunu qed jivvotaw ma’ partiti oħra tal-Oppożizzjoni kontra l-ftehim."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54261/sara_fiew_binjiet_talparlament_tliet_snin_wara_li_nfet", "date": "14 ta' Jannar 2019 14:18", "title": "Ħsara fiż-żewġ binjiet tal-Parlament tliet snin wara li nfetħu", "subtitle": "L-Ispeaker Anglu Farrugia jisħaq li l-poplu ħallas għal dan il-proġett u allura għandu dritt ikun jaf dwar il-ħsara", "text": ["L-Ispeaker Anglu Farrugia jisħaq li l-poplu ħallas għal dan il-proġett u allura għandu dritt ikun jaf dwar il-ħsara", "Tliet snin wara l-ftuħ tal-Parlament il-ġdid xogħol il-perit internazzjonali Renzo Piano, ix-xita qed tikxef xogħlijiet difettużi li saru u li qed jikkawżaw ħsara f’diversi partijiet tal-binja.", "Waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia wera ritratti tal-ħsara, il-moffa u l-għadajjar tal-ilma f’diversi partijiet tal-Palrlament.", "Farrugia saħaq li l-poplu ħallas għal din il-binja u allura għandu dritt ikun jaf b’din il-ħsara.", "L-Ispeaker kompla jgħid li fil-Qorti għaddejin każijiet oħra kontra l-kuntratturi li ħadmu fuq il-binja u anke jekk ma elaborax saħaq li l-Parlament ma jistax jordna tiswijiet qabel tittieħed deċiżjoni tal-Qorti.", "Jidher li l-aktar partijiet milquta mill-ħsara huma s-saqaf u t-tieni sular, il-plenarja, it-taraġ li jintuża f’każijiet ta’ emerġenza, il-kamra tal-Oppożizzjoni, il-livelli ta’ taħt l-art u l-pont li jgħaqqad iż-żewġ binjiet.", "Jidher ukoll, skont dak li qal l-Ispeaker, li l-ħsara qed taffettwa wkoll sistemi bħal sensors, tagħmir elettroniku u anke l-lift.", "“Dan huwa ta’ tħassib serju.", "Impjegati u l-Membri Parlamentari qed ibatu minħabba l-ħsara.", "Nistennew l-għajnuna ta’ entita pubblika biex din il-problema tkun solvuta,\" kompla Farrugia.", "Temm jisħaq li l-ħsara hija responsabbilità ta’ min awtorizza ċertu xogħlijiet waqt il-bini."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54262/rejd_filmarsa_sejba_ta_droga_lesta_biex_tii_ttraffikata", "date": "14 ta' Jannar 2019 14:30", "title": "Rejd fil-Marsa; Sejba ta' droga lesta biex tiġi ttraffikata", "subtitle": "Il-Pulizija tarresta tlett irġiel li kienu qed jużaw binja fil-Marsa biex jitraffikaw id-droga", "text": ["Il-Pulizija tarresta tlett irġiel li kienu qed jużaw binja fil-Marsa biex jitraffikaw id-droga", "Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija arrestat tlett irġiel li kienu qed jużaw binja fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa biex allegatament jitraffikaw id-droga f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.", "Ir-rejd seħħ ilbieraħ filgħaxija wara ġimgħat ta’ osservazzjoni mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.", "Ilbieraħ, din l-Iskwadra kienet assistita mill-Ispecial Intervention Unit u mill-Pulizija tat-Traffiku li għalqu t-toroq tal-inħawi.", "Waqt ir-rejd, ġew arrestati raġel ta’ 34 sena mill-Ħamrun, raġel ta’ 46 sena mill-Imsida u żagħżugħ ta’ 29 sena minn Wied il-Għajn.", "Fil-binja instabu diversi qratas bi trab abjad u kannella li allegatament huma kokaina u eroina rispettivament.", "Instabu wkoll qratas bi pjanta tal-kannabis.", "Dawn kollha kienu lesti biex jiġu ttraffikati.", "Fil-binja instabu wkoll mwieżen elettroniċi u oġġetti oħra relatati mal-konsum u t-traffikar tad-droga.", "Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li fetaħ inkjesta.", "It-tlett irġiel qed jinżammu arrestati għal aktar stħarriġ."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54266/seba_offerti_gattim_ta_esperti_dwar_ilbini_talmina_bejn_malta_u_gawdex", "date": "14 ta' Jannar 2019 16:09", "title": "Seba' offerti għat-tim ta' esperti dwar il-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex", "subtitle": "Fix-xhur li ġejjin se toħroġ sejħa internazzjonali oħra biex jintgħażlu l-kuntratturi li se jħaffru, jibnu u joperaw il-mina", "text": ["Fix-xhur li ġejjin se toħroġ sejħa internazzjonali oħra biex jintgħażlu l-kuntratturi li se jħaffru, jibnu u joperaw il-mina", "Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Ian Borg, ħabbar li Infrastructure Malta rċeviet seba’ offerti għat-tim ta’ esperti li se jkun meħtieġ għall-ippjanar u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex.", "Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru qal li b’kollox, il-valur medju ta’ dawn l-offerti jlaħħaq l-€10.5 miljun.", "“Dan it-tim t’esperti minn oqsma tekniċi differenti ser isegwi mill-qrib kull stadju tal-proġett biex niżguraw li jitwettaq bl-ogħla livelli ta’ kwalità u bl-aktar mod sikur u sostenibbli,” qal il-Ministru.", "Fakkar ukoll kif fix-xhur li ġejjin se toħroġ sejħa internazzjonali oħra biex jintgħażlu l-kuntratturi li se jħaffru, jibnu u joperaw il-mina."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54265/trasport_pubbliku_bxejn_gagaag_ta_bejn_l14_u_l20_sena_u_gallistudenti_fulltime", "date": "14 ta' Jannar 2019 15:59", "title": "Trasport pubbliku b'xejn għaż-żgħażagħ ta' bejn l-14 u l-20 sena u għall-istudenti full-time", "text": ["Dalgħodu, il-Ministri Ian Borg u Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima ltaqgħu ma’ grupp ta’ żgħażagħ biex iniedu l-kampanja BUS20+, jiġifieri trasport pubbliku b’xejn għal żgħażagħ minn 14 sa 20 sena u għal studenti full-time minn 21 sena ‘l fuq.", "Din kienet waħda mill-miżuri mħabbra fil-Baġit 2019 biex jiżdiedu dawk li jużaw it-trasport pubbliku.", "Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru Borg fakkar kif il-wegħda bdiet titwettaq fl-2017 meta ngħata t-trasport pubbliku b’xejn liż-żgħażagħ ta’ 18-il sena b’investiment ta’ €250,000, skema li bbenefikaw minnha aktar minn 4,000 żagħżugħ u żagħżugħa.", "Il-Ministru Borg qal li fis-sena 2018, il-Gvern kompla jinvesti f’din il-miżura u b’€2.2 miljun, matul dik is-sena, ibbenefikaw minn trasport pubbliku b’xejn 24,000 żagħżugħ u żagħżugħa hekk kif din l-istess miżura kienet twessgħet biex tinkludi ż-żgħażagħ kollha minn 16 sa 20 sena fl-2018.", "“Dan huwa wieħed mill-modi kif qegħdin inwasslu benefiċċju finanzjarju mhux biss liż-żgħażagħ tagħna iżda lill-familji tagħhom.", "Huwa mod kif qegħdin niffrankaw lill-ġenituri milli jużaw il-vettura privata tagħhom, speċjalment f’ħinijiet fejn it-toroq tagħna jkollhom volum ta’ karozzi.", "Qegħdin ninvestu biex wieħed ikompli jeduka ruħu mingħajr ma tagħmel differenza l-età u naraw li dan jingħata għajnuna finanzjarja,” kompla jgħid il-Ministru.", "275 student mhux tal-istat għadhom bla trasport b'xejn", "Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo fakkar ukoll fiż-żewġ ftehimiet differenti b’rabta mat-trasport b’xejn għat-tfal tal-iskejjel, wieħed għall-istudenti tal-iskejjel tal-istat u ieħor għall-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u indipendenti.", "Il-Ministru ta wkoll rendikont tas-sitwazzjoni preżenti fuq it-trasport tal-iskejjel b’xejn fejn l-ammont ta’ studenti li jattendu l-iskejjel tal-istat u li juża s-servizz tat-trasport huwa ta’ 14,500 filwaqt li n-numru ta’ studenti li jattendu l-iskejjel mhux tal-istat u li jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport huwa ta’ 13,500 li b’kollox jammontaw għal 28,000 student.", "Sadanittant, operaturi tat-trasport li għandhom kuntratt tat-trasport għall-iskejjel tal-istat huwa tmienja, sitta f’Malta u tnejn f’Għawdex filwaqt li operaturi li għandhom kuntratt tat-trasport għall-iskejjel mhux tal-istat  jammonta għal 169 kuntrattur f’Malta u disgħa oħra f’Għawdex.", "It-total globali ta’ operaturi rreġistrati fl-iskema tat-trasport b’xejn s’issa huwa ta’ 186 u għal dan is-servizz kuljum fl-istess ħin jintużaw xejn inqas min 1,183 vettura.", "Il-Ministru Evarist Bartolo qal li f’dan l-istadju fadal mal-275 student mhux tal-istat li għadhom mingħajr dan is-servizz.", "Waqt li saħaq li dan in-numru naqas drastikament mill-bidu tas-sena skolastika, il-Ministru sostna li se jkompli b’ħidmietu biex għal kull student li qiegħed fuq il-lista ta’ stennija jinstab trasport li jwassalhom fl-iskejjel tal-Knisja u indipendenti.", "Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima sostna li flimkien mal-miżura tat-trasport b’xejn għall-istudenti lejn u mill-iskejjel, din l-iskema tal-BUS20+ turi biċ-ċar li dan il-Gvern qed idaħħal il-mentalità għal aktar użu tat-trasport pubbliku."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54264/uffijal_fkastilja_inqabad_billejl_inei_lfjuri_u_xxemgat__karol_aquilina", "date": "14 ta' Jannar 2019 15:32", "title": "'Uffiċjal f'Kastilja nqabad bil-lejl ineħħi l-fjuri u x-xemgħat' - Karol Aquilina", "subtitle": "Jgħid ukoll li l-Kap tad-Dipartiment tat-Tindif kien qallu li kellu ordnijiet diretti mill-Ministru Owen Bonnici", "text": ["Jgħid ukoll li l-Kap tad-Dipartiment tat-Tindif kien qallu li kellu ordnijiet diretti mill-Ministru Owen Bonnici", "L-Avukat u d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal fil-Qorti li uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien inżamm mill-Pulizija wara li kienu qabduh ineħħi xemgħat u fjuri minn fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir.", "Aquilina qal dan hekk kif kompla l-Każ Kostituzzjonali miftuħ mill-blogger Manuel Delia kontra l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tat-Tindif, Ramon Deguara.", "Aquilina qal li hu kien l-ewwel wieħed minn dawk li poġġa x-xemgħat u l-fjuri fuq il-Monument tal-Assedju.", "Semma kif fl-20 ta’ Marzu tas-sena li għaddiet, mar jixtri x-xemgħat u poġġihom taħt il-Monument, quddiem ir-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia.", "Qal li l-għada mar u ma sab xejn u kien irrapporta lill-Pulizija.", "Kompla jgħid kif bil-lejl ta’ bejn il-21 u t-22 ta’ Marzu, il-Pulizija kienu lemħu persuni jieħdu l-affarijiet u ġrew warajhom.", "Qal li wieħed mill-irġiel li nżammu kien direttur ta’ kumpanija filwaqt li l-ieħor huwa uffiċjal f’Kastilja li xogħlu jorganizza attivitajiet tal-Gvern.", "Skont Aquilina, wara dakinhar, il-Pulizija ma baqgħux isegwu dan il-każ.", "'Qalli li qed jobdi ordnijiet tal-Ministru Bonnici'", "Karol Aquilina għadda biex jispjega d-diversi d-drabi meta minn fuq il-Monument tneħħew strixxuni, fjuri u xemgħat.", "Qal li Ramon Deguara kien ċempillu biex jgħidlu li kien hu li ordna li jitneħħew l-affarijiet u ordna wkoll lill-ħaddiema biex jirritornaw l-affarijiet lil Manuel Delia.", "Kompla jgħid kif Delia reġa’ poġġa dawn l-affarijiet, iżda dawn reġgħu tneħħew.", "Kien hawn li Karol Aquilina qal kif Deguara reġa’ ċempillu u qallu li hu kien qed jobdi ordnijiet tal-Ministru Owen Bonnici.", "“Kont tkellimt ma’ Owen Bonnici u għidtlu li dan ma kienx aċċettabbli,” qal Aquilina waqt li saħaq li kien għamel rapporti oħra lill-Pulizija iżda qatt ma sar xejn.", "Xehed ukoll il-ġurnalist ta’ Newsbook.com.mt, Christoph Schwaiger li rrakkonta inċident li seħħ fil-15 ta’ Settembru meta uffiċjal tal-Gvern kien qabadlu jdejh biex ma jkomplix jiffilmja lill-impjegati jneħħu l-istrixxuni, il-fjuri u x-xemgħat.", "'Ħadd ma għażel dan il-Monument...kienet xi ħaġa spontanja'", "Min-naħa tagħha, Anne Demarco, attivista ta’ Occupy Justice saħqet li hi u attivisti oħra, ipoġġu l-fjuri u x-xemgħat għax iħossu li għandhom jagħmlu xi ħaġa u ma jħallux kollox jintesa.", "Mistoqsija mill-Imħallef għalfejn għażlu l-Monument tal-Assedju, l-attivista saħqet li ħadd ma ddeċieda.", "“Meta seħħ il-qtil, tfal tal-iskola poġġew il-fjuri hemm.", "Kienet xi ħaġa spontajna,” wieġbet l-attivista.", "Hija ċaħdet li kienet imqabbda minn Manuel Delia u insistiet li dak li tagħmel tagħmlu għax hekk tħoss li għandha tagħmel.", "“Delia mhuwiex parti minn Occupy Justice iżda huwa wieħed minn dawk li jaqbel mal-intenzjonijiet tagħna,” qalet Demarco.", "Il-każ ikompli fis-7 ta’ Frar."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54263/tliet_snin_abs_garrael_li_wettaq_sensiela_ta_holdups", "date": "14 ta' Jannar 2019 15:04", "title": "Tliet snin ħabs għar-raġel li wettaq sensiela ta' hold-ups", "subtitle": "Ir-raġel kien ordnat ukoll isegwi programm biex jegħleb il-vizzju tad-droga", "text": ["Ir-raġel kien ordnat ukoll isegwi programm biex jegħleb il-vizzju tad-droga", "Il-moħħ wara sensiela ta’ serqiet minn għadd ta' ħwienet ingħata sentenza ta’ tliet snin ħabs u li matulhom irid isegwi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.", "L-akkużat li għandu 34 sena minn Wied il-Għajn, kien arrestat f’Lulju li għadda wara sensiela ta’ hold-ups li wettaq, armat b’sikkina u li kienu ilhom għaddejin sitt ġimgħat.", "Huwa kien akkużat b’serq, li kien iżomm lill-vittmi kontra r-rieda tagħhom, li kien iġorr sikkina mingħajr il-permess tal-Pulizija u li sar reċidiv.", "L-ewwel serqa seħħet fis-16 ta’ Ġunju f’ħanut f’Santa Luċija u t-tieni serqa seħħet jumejn wara f’Ħal Tarxien.", "L-aħħar, minn sensiela ta’ serqiet, wettaqha f’ħanut ieħor f’Ħal Tarxien fis-27 ta’ Lulju.", "Ir-raġel kien wieġeb ħati, iżda l-Maġistrat Gabriella Vella kienet ordnat rapport ta’ qabel is-sentenza bil-għan li fuqu tkun tista’ tibbaża d-deċiżjoni tagħha għall-ġid tar-raġel.", "Psikjatra u anke l-uffiċjal tal-probabtion irrappurtaw kif ir-raġel kellu problema serja ta’ droga u anke problemi oħra li jeħtieġ il-kura għalihom.", "Fid-deċiżjoni tagħha, il-Maġistrat innutat li r-raġel wettaq dawn ir-reati wara li kien għadu kemm ħareġ mill-ħabs fuq akkużi simili.", "Innutat ukoll li apparti cards tal-mowbajls, ir-raġel irritorna t-€350 li seraq.", "Kien għalhekk li tatu sentenza ta’ tliet snin ħabs biex matulhom ifittex l-għajnuna u joħroġ raġel mibdul."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55724/troffa_xagar_tista_titfa_aktar_dawl_fuq_iddelitt_ta_shannon_mak", "date": "11 ta' Ġunju 2019 17:46", "title": "Troffa xagħar tista' titfa' aktar dawl fuq id-delitt ta' Shannon Mak", "subtitle": "Pulizija jirrakkuntaw kif waqt li kien qed jiġi arrestat, l-akkużat aġixxa daqslikieku kien qed jistenna lill-Pulizija", "text": ["Pulizija jirrakkuntaw kif waqt li kien qed jiġi arrestat, l-akkużat aġixxa daqslikieku kien qed jistenna lill-Pulizija", "Troffa xagħar isfar tista’ titfa’ aktar dawk fuq il-qtil taż-żagħżugħa Shannon Mak li kienet instabet mejta f’Awwissu tal-2017 wara daqqiet ta’ sikkina f’għonqha.", "Żagħżugħ ta’ 23 sena li għamel żmien is-sieħeb ta’ Mak qed ikun akkużat bil-qtil tagħha.", "Waqt li kompliet il-kumpilazzjoni ta’ evidenza, żewġ uffiċjali tal-Pulizija ppreżentaw rapport li ġabru wara li analizzaw kemm ix-xena tad-delitt u anke l-garaxx li fih kien jgħix l-akkużat fi Triq l-Istampaturi f’Santa Venera.", "Huma spjegaw kif fil-garaxx sabu ftit xagħar twil isfar kif ukoll traċċi ta’ demm u 17-il sigarett.", "Dawn kollha ntbagħtu għal testijiet forensiċi.", "Aktar tard waqt l-istess smigħ, erba’ uffiċjali tal-Pulizija li arrestaw lill-eks sieħeb ta’ Mak spjegaw kif meta marru biex jarrestawh sabu liż-żagħżugħ bilqiegħda kalm jara t-televiżjoni.", "L-Avukat Stefano Filletti, li qed jidher għall-qraba tal-vittma, staqsa jekk l-akkużat staqsiex mistoqsijiet.", "“Le.", "Aġixxa daqslikieku kien qed jistenna li se mmorru,” qal wieħed mill-uffiċjali waqt li spjega kif l-akkużat fl-ebda ħin ma staqsa lill-Pulizija għalfejn qed ikun arrestat.", "Il-kumpilazzjoni se tkompli x-xahar id-dieħel."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54281/lewwel_priorit_bala_ewropej_hija_li_nsalvaw_ajjet_limmigranti__zammit_dimech", "date": "15 ta' Jannar 2019 11:45", "title": "'L-ewwel prioritá bħala Ewropej hija li nsalvaw ħajjet l-immigranti' - Zammit Dimech", "subtitle": "'Li jkollok dgħajsa fuq il-baħar b'nies abbord għal kważi 3 ġimgħat mhuwiex dak li tissimbolizza l-UE' - Dimitris Avramopoulos", "text": ["'Li jkollok dgħajsa fuq il-baħar b'nies abbord għal kważi 3 ġimgħat mhuwiex dak li tissimbolizza l-UE' - Dimitris Avramopoulos", "“L-ewwel prijorità tagħna bħala Ewropej għandha tkun li nsalvaw il-ħajjiet.", "Il-kriżi tal-immigrazzjoni m'għandhiex taqa’ fuq gżejjer bħal Malta waħedhom.", "Għandna bżonn ta' mekkaniżmi konkreti u ma naġixxux fuq bażi ta' każ b'każ.\"", "Zammit Dimech għamel dawn ir-rimarki fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu waqt dibattitu dwar ir-riforma tal-politika tal-UE dwar l-ażil u l-immigrazzjoni fid-dawl tal-kriżi umanitarja kontinwa fil-Mediterran u l-Afrika.", "Zammit Dimech qal li 49 migrant, inkluż 5 tfal, tħallew għal kważi tliet ġimgħat abbord żewġ dgħajjes.", "Huwa qal li filwaqt li l-istatistiċi juru li l-immigrazzjoni qed tonqos, sitwazzjonijiet bħal dawn qed jinħolqu minn żmien għal żmien.", "Sostna li huma nies bħalna li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi.", "B'referenza għall-kampanja Let Me In li dehret fuq il-midja soċjali, huwa saqsa jekk hux verament qed inħaddnu l-valuri Ewropej tas-solidarjetà u r-rispett għad-dinjità tal-bniedem.", "Meta ndirizza l-Parlament Ewropew, Dimitris Avramopoulos, il-Kummissarju għall-Immigrazzjoni qal “Ċerti attitudnijiet politiċi ma nbidlux.", "Ejja ma nqarqux bina nfusna.", "Li jkollok dgħajsa fuq il-baħar b'nies abbord għal kważi 3 ġimgħat mhuwiex dak li tissimbolizza l-UE.", "L-UE hija dwar il-valuri umani u s-solidarjetà u aħna rridu nżommu dawn il-valuri.”", "Huwa żied li qed jippjana li jżur Malta fil-ġimgħat li ġejjin.", "Zammit Dimech irringrazzja lill-Kummissarju Avramopoulos talli faħħar lil Malta għas-solidarjetà murija u żied li l-Kummissarju se jkun milqugħ meta se jerġa' jżur Malta fil-futur qarib.", "Huwa qabel mal-Kummissarju li issa hu f'idejn il-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE li jiffinalizzaw ir-riforma tas-sitwazzjoni tal-ażil.", "Dak li għandna bżonn huwa soluzzjoni sostenibbli u permanenti u mhux waħda li tiġi ttrattata fi kriżi fuq bażi ta’ każ b’każ.", "Zammit Dimech qal li sitwazzjonijiet bħal dawn kienu qed iwasslu għal tensjonijiet bejn l-Istati Membri.", "Il-pajjiżi qablu li jieħdu l-immigranti fuq bażi ta' każ b'każ.", "“Għandna bżonn ta' mekkaniżmu konkret u politika soda dwar l-ażil li biha l-Istati Membri kollha juru solidarjetà ma' xulxin u mal-bnedmin u mhux biss fi kriżi.", "Din hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri kollha u mhux tal-gżejjer żgħar li jinsabu fir-rotta tal-immigrazzjoni.", "Ma nistgħux nipprokastinaw aktar.”", "Zammit Dimech, membru tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, qal li l-UE kellha tinvesti aktar fl-Afrika biex tiżgura li l-Afrikani ikollhom futur f'pajjiżhom aktar milli jirriskjaw ħajjithom biex jgħaddu għall-Ewropa.", "Huwa qal li dan kien ukoll fl-interess tagħna stess.", "\"Għandna bżonn niżguraw rotot sikuri u legali għall-immigranti biex nindirizzaw it-traffikar tal-bnedmin,\" żied jgħid.", "Dawk li m'għandhomx id-dritt li jkunu fl-Ewropa jeħtieġ li jiġu ritornati u hemm bżonn ta' aktar investiment f'dan ir-rigward.", "Jekk nagħmlu hekk inkunu nistgħu ngħinu lil dawk li verament għandhom bżonn l-għajnuna u l-appoġġ tagħna, qal Zammit Dimech.", "Hemm bżonn ta' aktar investiment biex jiġu jissaħħu l-fruntieri tal-UE li jipprovdu aktar riżorsi, inkluż ajruplani u bastimenti biex jassistu lil dawk kollha involuti f’din l-isfida.", "“Dan huwa kruċjali biex niżguraw is-sigurtà tagħna u tal-immigranti.", "M'għandux ikun ix-xogħol tal-NGOs li jġorru l-immigranti.", "Dawn huma l-politiki li għandna bżonn u mhux niddiskutu fuq min hu responsabbli għal liema dgħajsa jew min se jieħu kemm immigranti”, żied Zammit Dimech.", "Zammit Dimech temm id-diskors tiegħu billi appella lil kulħadd biex ma jippermettix lill-populisti u l-estremisti jinfluwenza lilhom u l-aġenda tal-migrazzjoni.", "“Ejjew ma nħallux lil xi ħadd ixerred il-mibegħda, ejjew ma ninsewx il-valur tas-solidarjetà li rridu nżommu bejnietna bħala Ewropej u anke ma' pajjiżi terzi.”"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54282/jitwaqqaf_bord_ta_esperti_gallprogrammi_spejalizzati_ta_akkomodazzjoni", "date": "15 ta' Jannar 2019 12:52", "title": "Jitwaqqaf bord ta' esperti għall-programmi speċjalizzati ta' akkomodazzjoni", "subtitle": "Fil-preżent diġà jeżistu inizjattivi ta’ ", "text": ["Fil-preżent diġà jeżistu inizjattivi ta’", "housing", "speċjalizzat favur membri vulnerabbli tas-soċjetà, fosthom għal nies bi sfidi ta’ saħħa mentali u oħrajn", "Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ħabbar li twaqqaf bord ta’ esperti li se jkun qed jieħu ħsieb programmi speċjalizzati ta’ akkomodazzjoni (", "specialised housing programmes", ") fi ħdan l-Awtorità tad-Djar.", "Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari spjega dan il-bord se jkun qed jassigura li proġetti ta’", "housing", "speċjalizzati ikkordinati minn NGOs li jipprovdu servizz mingħajr profitt, jiġu appoġġjati bi gwidi ċari ta’", "best practices,", "u għajnuniet oħra, fosthom għotjiet finanzjarji jew allokazzjonijiet ta’ spazji adekwati.", "Is-Segretarjat fakkar kif fil-preżent diġà jeżistu inizjattivi ta’", "housing", "speċjalizzat favur membri vulnerabbli tas-soċjetà, fosthom għal nies bi sfidi ta’ saħħa mentali, nies li ħarġu minn faċilitajiet korrettivi, u nies fi bżonn ta’", "sheltered housing", "fost oħrajn.", "Spjega kif l-għan tal-Gvern huwa li permezz ta’ dan il-bord u l-fondi allokati, il-viżjoni tal-gvern hi li jsaħħaħ il-ħidma eżistenti li qed jagħmlu bosta NGOs, u jinċentiva inizjattivi ġodda.", "“Ċertu problemi ma jissolvux billi tagħti post u tagħlaq il-bieb.", "Qed inħarsu lejn il-", "housing", "b’mod aktar ħolistiku u b’dawn il-programmi nindirizzaw sfidi soċjali li jkollhom bżonn għajnuna speċjalizzata,” qal is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes.", "Il-bord ta’ esperti se jkun immexxi minn Rachael Scicluna, u se jiltaqa’ għall-ewwel darba aktar tard din il-ġimgħa."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54283/arrestat_rael_li_wettaq_diversi_serqiet_minn_stabbilimenti_u_lukandi", "date": "15 ta' Jannar 2019 14:33", "title": "Arrestat raġel li wettaq diversi serqiet minn stabbilimenti u lukandi", "subtitle": "Jidher li r-raġel minn diversi stabbilimenti u lukandi fil-Ħamrun, Tas-Sliema u l-Gżira", "text": ["Jidher li r-raġel minn diversi stabbilimenti u lukandi fil-Ħamrun, Tas-Sliema u l-Gżira", "Fl-aħħar sigħat il-Pulizija arrestat raġel li allegatament wettaq sensiela ta' serqiet minn stabbilimenti u lukandi fl-inħawi tal-Gżira, tas-Sliema u l-Ħamrun.", "Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li waslet għall-arrest tar-raġel ta' 47 sena wara ġimgħat ta' ħidma u osservazzjoni mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali u anke mill-Pulizija mid-Distrett ta' Tas-Sliema.", "Ir-raġel tressaq il-Qorti akkużat fost oħrajn li seraq tagħmir elettroniku u anke flus minn kmamar f'lukandi fil-Gżira, li pprova jisraq ħanut tal-logħob u li seraq ukoll żewġ wallets.", "Jidher li s-serq, seħħ bejn Lulju 2016 u Diċembru tal-2018.", "Fil-Qorti ħareġ li r-raġel deher f'diversi filmati ta' CCTV u diversi ritratti tiegħu spiċċaw iduru fuq il-midja soċjali.", "Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest anke għar-raġel għandu bżonn trattament mediku li jkun diffiċli li jieħu jekk ikun il-ħabs u anke li l-akkużat ma għandux biżżejjed flus biex iħallas id-depositu għall-ħelsien mill-arrest.", "Il-Qorti rrifjutat li r-raġel jingħata l-ħelsien."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54165/iridu_jqatuh_qabel_mejjuimma_se_jibqa_gur_", "date": "6 ta' Jannar 2019 09:00", "title": "Iridu jqaċċtuh qabel Mejju...imma se 'jibqa' żgur'", "subtitle": "Deputat u Kandidat tal-PN jikkofermaw li qed isiru laqgħat ‘sigireti’ biex Delia jkun imġiegħel jitlaq qabel l-elezzjoni tal-MEPs - Il-kandidat jgħid li għal-laqgħat qed jattendu ‘s-soltu nies’ - Biża’ li joħorġu filmati u ritratti oħrajn ta’ Delia, mhux dwar il-familja - Deputat ieħor tal-PN jitkellem mal-ILLUM u jwissi li Delia għad għandu appoġġ kbir", "text": ["Deputat u Kandidat tal-PN jikkofermaw li qed isiru laqgħat ‘sigireti’ biex Delia jkun imġiegħel jitlaq qabel l-elezzjoni tal-MEPs - Il-kandidat jgħid li għal-laqgħat qed jattendu ‘s-soltu nies’ - Biża’ li joħorġu filmati u ritratti oħrajn ta’ Delia, mhux dwar il-familja - Deputat ieħor tal-PN jitkellem mal-ILLUM u jwissi li Delia għad għandu appoġġ kbir", "Sorsi differenti li tkellmu ma’ din il-gazzetta sostnew illi s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista bħalissa hija waħda ħażina ħafna b’żewġ sorsi minn tlieta li kellmu lill-ILLUM jikkonfermaw illi qed isiru laqgħat ‘sigrieti’ illi fihom Deputati u uffiċjali tal-partit qed jippjanaw kif Delia se jkun imġiegħel jitneħħa.", "Is-sors l-ieħor m’eskludiex li qed isiru dawn il-laqgħat iżda sostna li hu ma jafx bihom.", "Is-sors viċin Adrian Delia filwaqt li kkonferma li għaddejjin dawn il-laqgħat żied jgħid li dawn qed isiru “mill-istess nies tas-soltu”.", "Imma hu qal li Delia “se jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista żgur.”", "Waħda mill-persuni li kellmet lil din il-gazzetta u li qiegħda fil-Parlament f’isem il-PN sostniet illi d-diskussjoni f’dawn il-laqgħat hija biex Delia jitneħħa jew jingħata triq onorabbli biex jitlaq qabel u mhux wara l-elezzjoni tal-MEPs li se ssir f’Mejju.", "Hu indika li jista’ jkun hemm xi żviluppi, saħansitra fil-ġranet li ġejjin.", "“Is-sitwazzjoni hija kkumplikata ħafna.", "Ma naħsibx li l-partit jista’ jistenna aktar għax is-sitwazzjoni hija urġenti.", "Sejrin lura flok ’il quddiem bħalissa.”", "Id-deputat l-ieħor li tkellem mal-ILLUM qal illi d-deċiżjoni biex jitneħħa Delia tista’ tagħmel ħafna ħsara u taqsam lill-partit.", "“Ovvjament soluzzjoni trid tinstab żgur.", "Taqta’ fejn taqta’ se joħroġ id-demm.", "Trid tinstab dik is-soluzzjoni li tfisser l-inqas dejjem.", "Tinsiex, Adrian Delia għandu l-appoġġ ta’ ħafna wkoll,” fakkar.", "‘Din il-biċċa tefgħet kollox il-baħar’", "L-ewwel deputat iżda sostna li “fil-PN bħalissa hemm taħwid enormi u dan mhux sempliċiment għax separazzjoni.", "M’hemm xejn ta’ barra minn hawn li xi ħadd jissepara.", "Imma l-allegazzjonijiet hawnhekk huma gravi,” sostna filwaqt li fakkar illi dak li qalet De Fremaux mhix sempliċiment allegazzjoni, iżda stqarrija ġuramentata.", "Spjega kif f’punt minnhom iktar kmieni din is-sena kien instab kompromess fil-PN li minkejja li ma kinux qed jaqblu mal-mod kif qed imexxi l-partit Delia, diversi deputati u uffiċjali tal-PN xorta jimbuttaw il-partit sal-elezzjoni tal-MEPs.", "Dan biex il-partit jidher magħqud kif ukoll biex dawn id-Deputati nfushom ma jispiċċawx jeħlu huma għal telfa f’Mejju ta’ din is-sena.", "“Din il-biċċa xogħol iżda tefgħet kollox il-baħar.”", "Dan is-sors sostna illi waħda mill-għażliet hija li Delia jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni hekk kif il-maġġoranza tad-Deputati Nazzjonalisti juru li m’għandhomx fiduċja fih.", "“Din tista’ taqsam lill-partit,” ammetta, qabel kompla jgħid illi l-ideal huwa li Delia jirriżenja minn jeddu.", "“Hemm minn dawk li huma madwaru li qed jibdew iżerżquhielu illi aħjar iwarrab.”", "Huwa sostna li apparti l-filmati li diġà ħarġu u daru u li skontu għamlu ħsara kbira lil Delia u lill-PN, hemm diċċeriji u anke biża’ fil-PN illi se joħorġu aktar dettalji u filmati, dwar aspetti differenti ta’ ħajjet Delia, li din id-darba mhumiex relatati mal-familja.", "“Is-sitwazzjoni fil-partit hija fluwida ħafna u jista’ jkun li persuna, uffiċjal jew deputat jew eks uffiċjal, jitkellem fuq is-sitwazzjoni u x-xenarju jinbidel kompletament.”", "‘", "Ħadd ma jaf x’fiha l-borma...noqogħdu attenti’", "Id-deputat l-ieħor iżda kien aktar kawt hekk kif fakkar li ħadd ma jaf eżatt x’ġara bejn it-tnejn.", "“Ħadd ma jaf x’hemm fil-borma ħlief Adrian Delia stess.", "Wieħed għad irid jara kif se jirreaġixxi għaliha.", "Ma tantx għadu rreaġixxa wisq.", "Jekk jitlaqx jekk le, id-deċiżjoni hija f’idejh.", "Trid tara kif se jirreaġixxi għaliha u x’jaf hu.", "Ovvjament soluzzjoni trid tinstab żgur u taqta’ fejn taqta’ se joħroġ id-demm.", "Trid tinstab dik is-soluzzjoni li tfisser l-inqas telf ta’ demm għax tinsiex li Delia għandu l-appoġġ ta’ ħafna wkoll.”", "Is-sors li tkellem mal-ILLUM u li huwa qrib Delia farfar mill-akkużi fil-konfront ta’ Delia u qal lil din il-gazzetta li Nickie Vella De Fremaux “għandha problema ta’ saħħa mentali”.", "Huwa ppunta subgħajh lejn il-midja u speċjalment lejn Manuel Delia għall-ippubblikar ta’ ċerti dettalji.", "Nhar il-Ħamis li għadda Kristy Debono bħala President tal-Kunsill Ġenerali flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Midja tal-PN Pierre Portelli ħarġu għonqhom għal Delia.", "Portelli sostna illi l-akkużi ta’ vjolenza domestika mhuma minnhom xejn, filwaqt li Debono sostniet li għandha tibqa’ tkun irrispettata l-privatezza tal-familja ta’ Delia.", "Intant, il-Ġimgħa, Delia taha għal Facebook fejn kiteb messaġġ twil fil-forma poetika illi fiha, fost oħrajn, indika li se jibqa’ Kap tal-PN u li qed jitlob lil Alla biex jagħtih l-abbiltà li jaħfer.", "It-tmexxija ta’ Delia sfidata, kontinwament...", "Din mhux l-ewwel darba li t-tmexxija ta’ Delia kienet sfidata.", "F’Ottubru 2017 is-sit illum.com.mt kien żvela kif Delia kien qed jiffaċċja rivolta b’diversi telefonati u proċess sħiħ biex Delia ma jibqax Kap tal-partit.", "Il-gazzetta Maltatoday kienet żvelat tal-anqas 11-il deputat li kienu lesti jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Adrian Delia.", "Delia kellu jiffaċċja wkoll reżistenza meta tressqet mozzjoni dwar leave għal ġenituri li jmorru barra mill-pajjiż biex jgħaddu minn proċessi ta' IVF.", "Din il-votazzjoni mill-ewwel qanqlet l-oppożizzjoni ta' diversi fil-PN, għalkemm kienet biss Therese Comodini Cachia li qalet pubblikament li kienet se tivvota kontra l-mozzjoni, li kienet sabet id-difiża qawwija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.", "Delia sostna li fuq din ma kienx hemm vot ħieles u allura l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kollu kien mistenni li jivvota favur il-mozzjoni.", "Apparti dawk li ma setgħux ikunu preżenti minħabba safar jew impenji, id-deputati Nazzjonalisti Karl Gouder, Mario De Marco, Therese Comodini Cachia, Chris Said u Karol Aquilina, għalkemm preżenti waqt id-dibattitu, ma daħlux għall-Plenarja biex jivvutaw fuq mozzjoni tal-PN.", "Din il-mozzjoni kienet ippreżentata mill-Viċi Kap David Agius u ssekondata mill-Kap tal-PN Adrian Delia.", "Imma l-akbar skoss Delia ħadu meta neħħa lil Simon Busuttil minn Kelliem għall-Governanza u talbu jissospendi lilu nnifsu mill-Grupp Parlamentari.", "Delia għamel dan ftit ħin wara li kienu ppubblikati l-konkulużjonijiet tal-inkjesta dwar Egrant li ma sabet ebda konnessjoni bejn din il-kumpanija fil-Panama u Michelle Muscat.", "Dakinhar 10 Deputati Parlamentari kienu sfidaw id-deċiżjoni ta’ Delia, pubblikament u appoġġjaw lill-eks Kap tal-PN.", "Dawn id-Deputati kienu Mario De Marco, Beppe Fenech Adami, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Claudette Buttigieg, Marthese Portelli, Therese Commodini Cachia, Karl Gouder, Claudio Grech u Ryan Callus.", "Is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli kien saħansitra qal illi jekk irid jibqa’ fil-Parlament Simon Busuttil jista’ jmur mal-Partit Demokratiku.", "L-eks Kandidat fl-elezzjoni għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli f’intervista mal-ILLUM kien qal li l-problema mhux Delia iżda dawk li m’aċċettawhx."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54285/rael_bulgaru_bmandat_ta_arrest_jinqabad_millpulizija_maltija_", "date": "15 ta' Jannar 2019 18:02", "title": "Raġel Bulgaru b'mandat ta' arrest jinqabad mill-Pulizija Maltija", "subtitle": "Huwa kien qed jiġi mfittex f’pajjiżu fuq diversi reati, fosthom fuq ħsara, ġrieħi lill-terzi, offiżi kontra l-ordni u l-paci pubblika, fost oħrajn", "text": ["Huwa kien qed jiġi mfittex f’pajjiżu fuq diversi reati, fosthom fuq ħsara, ġrieħi lill-terzi, offiżi kontra l-ordni u l-paci pubblika, fost oħrajn", "Wara diversi jiem t’osservazzjoni minn membri mill-Iskwadra tal-Criminal Intelligence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ġie arrestat raġel Bulgaru ta’ 30 sena.", "Ir-raġel kien arrestat fuq bażi ta’ Mandat t’Arrest Ewropew maħruġ f’ismu.", "Huwa kien qed jiġi mfittex f’pajjiżu fuq diversi reati, fosthom fuq ħsara u distruzzjoni, ġrieħi lill-terzi, offiżi kontra l-ordni u l-paci pubblika, fost oħrajn.  Il-Criminal Intelligence Unit jagħmel parti mill-grupp ENFAST, li huwa responsabbli li jintraċċa u jarresta persuni maħruba.", "Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54284/muscat_qed_jipprova_jarab_milludizzju__talqorti_dwar_ilvgh__adrian_delia", "date": "15 ta' Jannar 2019 16:16", "title": "'Muscat qed jipprova jaħrab mill-ġudizzju tal-Qorti dwar il-VGH' - Adrian Delia", "subtitle": "Il-Qorti se tieħu deċiżjoni dwar l-appell tal-PM Muscat biex il-kważa ta' Delia fuq il-VGH tinqasam f'diversi kawżi, f'Marzu ", "text": ["Il-Qorti se tieħu deċiżjoni dwar l-appell tal-PM Muscat biex il-kważa ta' Delia fuq il-VGH tinqasam f'diversi kawżi, f'Marzu", "\"Għal darb'oħra fil-Qorti, l-Gvern reġa' għamel tentattivi oħra biex iwaqqaf il-kawża li ftaħt biex it-tliet sptarijiet li ngħataw lil Vitals Global Healthcare (VGH) jingħataw lura lin-nies.\"", "Hekk sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wara illi dalgħodu l-Qorti qatgħatha li se tiddeċiedi fuq l-appell tal-Prim Ministru fil-kawża li fetaħ, f'Marzu li ġej.", "Il-Prim Ministru kien appella biex il-kawża miftuħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-kuntratt mogħti lill-VGH, tkun maqsuma f'diversi kawżi separati.", "Delia, minn naħa tigeħu qed jitlob biex il-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-VGH ikun annullat.", "\"Wara li l-Qorti kienet stabbilit li l-Prim Ministru għandu jkun parti din il-kawża, Joseph Muscat kien fetaħ appell biex jipprova jdawwar din id-deċiżjoni.", "Joseph Muscat qed jipprova jaħrab il-ġudizzju tal-Qorti għax li kien għalih ma jidhirx quddiemha,\" sostna l-Kap tal-PN,", "\"Il-Gvern qiegħed jagħmel minn kollox biex il-poplu ma jkunx infurmat dwar dan il-ftehim oxxen, fejn il-Gvern għażel li jagħti t-tliet sptarijiet Karen Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex lil min ma kellux esperjenza u lanqas kredenzjali fil-qasam tas-saħħa,\" temm jgħid Delia.", "Intant aktar tard f'konferenz tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament Delia fakkar illi dawn it-tliet sptarijiet ingħataw lill-VGH b'€1 biss, dan minkejja li", "kif kienet żvelat il-gazzetta ILLUM kien sar b'aktar minn €3 miljuni", "f'investiment minn fondi Ewropej.", "Ara wkoll", "hawnhekk dwar kif il-Gvern baqa' jixtri apparat", "għall-isptarijiet minkejja li dawn kienu privatizzati.", "Ara hawn", "l-istorja kollha tal-Vitals Global Healthcare, minn meta ġew sakemm telqu", "."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54249/karrejati_gaiklisti_ftoroq_arterjali_gandhom_ikunu_dejjem_issegregati", "date": "16 ta' Jannar 2019 09:16", "title": "‘Karreġġjati għaċ-ċiklisti f’toroq arterjali għandhom ikunu dejjem issegregati’", "subtitle": "Il-gazzetta ILLUM titkellem ma’ Matt Farrugia, wieħed mill-attivisti taċ-ċikliżmu f’Malta li jispjega kif il-karreġġjati għaċ-ċiklisti jistgħu jkunu aktar siguri u aktar aċċessibbli", "text": ["Il-gazzetta ILLUM titkellem ma’ Matt Farrugia, wieħed mill-attivisti taċ-ċikliżmu f’Malta li jispjega kif il-karreġġjati għaċ-ċiklisti jistgħu jkunu aktar siguri u aktar aċċessibbli", "“Ma nistgħux nikkuntentaw għax nagħmlu ftit żebgħa għar-roti f’xi triq ġdida.”", "Hekk qal mal-gazzetta ILLUM Matt Farrugia wieħed mill-attivisti tal-Bicycle Advocacy Group (BAG), grupp li jaħdem qatigħ biex iżid il-kuxjenza dwar l-importanza taċ-ċikliżmu bħala mezz alternattiv ta’ trasport.", "Fil-kummenti tiegħu mal-gazzetta ILLUM, Farrugia insista li filwaqt li hija xi ħaġa pożittiva li fi triq ġdida jew inkella li fiha jkunu qegħdin isiru xogħlijiet, jinstab spazju għall-karreġġjata taċ-ċiklisti, wieħed jeħtieġ jagħmel diversi mistoqsijiet biex ikun żgurat li l-karreġġjata tkun waħda effettiva u li tħajjar liċ-ċiklist jużaha.", "“Hija segregata?", "Tista’ tinstaq fiż-żewġ direzzjonijiet?", "Jekk ma tistax tintuża fiż-żewġ direzzjonijiet, iċ-ċiklist li jrid jerġa’ jgħaddi mill-istess triq kif se jużaha?", "Kemm hi wiesgħa din il-karreġġjata?", "Hija aċċessibbli biżżejjed?” staqsa Farrugia.", "Ħarisna lejn dawn il-mistoqsijiet waħda waħda u staqsejna lil Farrugia xi jrid ifisser meta jgħid li huwa importanti li karreġġjata tkun segregata.", "‘Aktar ma żżid il-veloċit", "à, aktar trid issir is-segregazzjoni’", "B’segregata, il-Bicycle Advocacy Group qiegħed ifisser karreġġjata li b’xi mod jew ieħor tkun maqtugħa b’tali mod mill-bqija tat-triq biex jonqos il-periklu li l-karozzi li jkunu għaddejjin, jirfsu jew jgħaddu minn fuq din il-karreġġjata.", "Filwaqt li saħaq li mhux possibbli li kull karreġġjata għaċ-ċiklisti tkun segregata, għax wieħed irid jikkunsidra l-wisgħa tat-triq, insista li fi kwalunkwe triq li fiha l-karozzi jistgħu jinstaqu b’50 kilometru jew aktar, il-karreġġjata għaċ-ċiklisti għandha dejjem tkun segregata u dan anke kont standards li jintużaw f’pajjiżi Ewropej.", "“Jekk irridu aktar nies jużaw ir-roti, f’toroq arterjali li fihom il-karozzi jinstaqu b’50 kilometru jew aktar, il-karreġġjata għaċ-ċiklisti għandha tkun segregata,” insista Farrugia.", "Waqt li insista li l-ideal ikun li kull karreġġjata tkun segregata, saħaq li fejn il-karozzi jinstaqu b’aktar minn 30 kilometru fis-siegħa iżda inqas minn 50 kilometru fis-siegħa, wieħed għandu jistudja bir-reqqa l-esiġenzi tal-post.", "“Hemm ħafna affarijiet li trid tikkunsidra fosthom il-wisgħa tat-triq,” kompla jgħid iċ-ċiklist.", "“Irridu nistaqsu lil min se nagħtu prijorità fit-triq,” kompla jappella waqt li spjega li jekk verament irridu nagħmlu t-toroq siguri għaċ-ċiklisti, fejn is-segregazzjoni mhux possibbli, l-awtoritajiet jistgħu dejjem jerġgħu jikkonsidraw il-veloċità permessibbli għat-triq, anke f’ċentru urban.", "“Li hu żgur huwa li aktar ma żżid il-veloċità, aktar trid issir is-segregazzjoni,” qalilna ċ-ċiklist.", "‘Fejn possibbli karreġġjata għandha tkun bi-direzzjonali’", "Apparti minn hekk, tkellimna wkoll fuq il-karreġġjati għaċ-ċiklisti bi-direzzjonali, jiġifieri karreġġjati li jistgħu jintużaw fiż-żewġ direzzjonijiet, bħal dik li qed issir fit-Triq taċ-Ċawsli.", "Mal-ILLUM, Farrugia qal li huwa importanti li almenu fejn possibbli, fi triq partikolari, iċ-ċiklisti jkollhom karreġġjati li jkunu jistgħu jwassluhom fiż-żewġ direzzjonijiet.", "Fost dawn, karreġġjata, dejjem skont il-wisgħa tat-triq, tista’ tkun bi-direzzjonali.", "Hawnhekk tidħol ukoll is-segregazzjoni.", "Triq bi-direzzjonali li tkun segregata, se toffri mhux biss aktar kumdità għaċ-ċiklist, iżda anke aktar sigurtà.", "“Ejja nieħdu bħala eżempju l-Bypass tal-Mellieħa.", "Il-karreġġjata mhijiex segregata iżda mmarkata biss biż-żebgħa.", "Il-wisgħa tagħha jinbidel u minħabba xogħlijiet tieqaf f’salt u terġa’ tkompli.", "Minnha tista’ tgħaddi biss f’direzzjoni waħda,” spjegalna Farrugia.", "“Kellna nitgħallmu u ma tgħallimna xejn.”", "‘Ma jagħmilx sens li karreġġjata tieqaf f’salt fi triq traffikuża’", "Kien hawn li saħaq li ma jagħmilx sens, kif hemm fi Triq il-Kosta, li jkollok karreġġjata li tieqaf f’salt fi triq trakkuża, biċ-ċiklist irid jara kif se jagħmel biex jidħol f’karreġġjata mal-bqija tal-karozzi fi triq traffikuża.", "Kien għalhekk li appella għal pjan ħolistiku biex ikun assigurat li l-karreġġjati għaċ-ċiklisti jwasslu liċ-ċiklist fid-direzzjoni tiegħu.", "Hawn Farrugia, ma kienx qiegħed ifisser li għandu jkun hawn karreġġjata għaċ-ċiklisti f’kull triq li teżisti, anke għax fi kliemu dan huwa impossibbli.", "Madanakollu appella biex il-karreġġjati għaċ-ċiklisti jsiru b’tali mod li ċ-ċiklist ikun jista’ jaċċessaha faċilment u meta tispiċċa jkun jista’ jkompli l-vjaġġ tiegħu mingħajr periklu.", "Dan ix-xahar tagħlaq il-konsultazzjoni dwar l-Istrateġija għaċ-Ċikliżmu", "Intant, f’Novembru li għadda, il-Gvern nieda Strateġija u Pjan Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu, li l-konsultazzjoni dwarha tagħlaq fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.", "L-għan ta’ din l-Istrateġija huwa li tippromovi ċ-ċikliżmu bħala mezz ta’ trasport alternattiv billi, fost oħrajn, tagħmilha aktar faċli għan-nies li jużaw iċ-ċikliżmu bla mezz ta’ vjaġġar, biex toffri aktar sigurtà għall-persuni li diġà jużaw ir-rota u biex tħajjar aktar persuni jużaw ir-rota bħala mezz alternattiv ta’ trasport.", "B’ġebla waħda tkun qed tolqot żewġ għasafar, għax iż-żieda fin-numru ta’ nies li jużaw ir-rota se tfisser stili ta’ ħajja aktar b’saħħithom, titjib tal-kwalità tal-ħajja fiċ-ċentri urbani, tnaqqis fil-konġestjoni tat-traffiku, ambjent aktar nadif, u vantaġġi oħra.", "X’qed tipproponi l-istrateġija?", "Fost dawn, din l-istrateġija qed tipproponi l-implimentazzjoni ta’ proġett pilota li se jkun qed jara total ta’ 26 kilometru ta’ “kurituri għaċ-ċiklisti” jew “rotot adattati” aktar għaċ-ċiklisti milli għas-sewwieqa.", "Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha kienet tnediet il-Konsultazzjoni Pubblika dwar din l-istrateġija, id-Direttur tal-Mobilità Sostenibbli fi Transport Malta, Peter Paul Barbara, kien spjega kif ir-rotot adattati għaċ-ċiklisti se jkunu l-aktar it-toroq sekondarji u urbani.", "Permezz ta’ dawn ir-rotot, wieħed se jkun jista’ jivvjaġġa bejn il-Belt Valletta u San Ġiljan u bejn il-Mosta u Mater Dei u l-Università bir-rota billi jagħmel użu minn dawn ir-rotot.", "Fost proposti oħra, l-istrateġija tipproponi wkoll reviżjoni tal-limiti tal-veloċità anke fiċ-ċentri urbani, hekk kif sa issa l-infurzar huwa ffukat fuq l-arterji prinċipali.", "Tipproponi wkoll l-iżvilupp ta’ app li tindika rotot siguri li ċ-ċiklisti jkunu jistgħu jużaw biex jaslu f’destinazzjonijiet partikolari.", "L-istrateġija titratta wkoll l-infrastruttura u tisħaq li biex iċ-ċikliżmu jkun promoss aktar bħala mezz alternattiv ta’ trasport, jeħtieġ li wieħed jikkunsidra mill-ġdid il-mod kif ikunu ddisinjati u mibnija t-toroq.", "“Ġeneralment iċ-ċiklisti mhux qed jingħataw l-attenzjoni neċessarja,” tammetti l-istrateġija.", "Għalhekk tisħaq li l-ispazju fit-toroq għandu jibda jkun meqjus bħala “spazju pubbliku li jeħtieġ ikun maqsum, sigur u effiċjenti għal dawk kollha li jużawhom.”", "Proposti oħra ta’ din l-istrateġija jinkludu:"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54286/wara_ttelfa_storika_talbiera_may_tiffaja_vot_ta_sfiduja", "date": "16 ta' Jannar 2019 09:39", "title": "Wara t-telfa storika tal-bieraħ, May tiffaċċja vot ta' sfiduċja", "subtitle": "Theresa May qalet li jekk il-Gvern tagħha jingħata l-fiduċja l-ġimgħa d-dieħla tirritorna fil-Parlament bi pjan ġdid għal Brexit", "text": ["Theresa May qalet li jekk il-Gvern tagħha jingħata l-fiduċja l-ġimgħa d-dieħla tirritorna fil-Parlament bi pjan ġdid għal Brexit", "Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tkun qed tiffaċċja vot ta’ sfiduċja fil-Gvern wara t-telfa kbira li l-Gvern Ingliż ġarrab ilbieraħ fil-vot dwar il-ftehim għal Brexit.", "Kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Ingliż, Jeremy Corbyn li ressaq il-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern anke jekk ftit qabel, Theresa May, ħeġġitu biex jagħmel dan għax tinsab ċerta li l-Gvern għandu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Parlament Ingliż.", "Ix-xewqa ta’ Corbyn hija li ssir elezzjoni ġenerali wara li lbieraħ aktar minn nofs il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim li nnegozjat Theresa May, bil-vot jitniżżel fl-istorja bħala l-akbar telfa li qatt ġarrab il-Gvern Ingliż fil-Parlament.", "Id-dibattitu dwar din il-mozzjoni mistenni jibda llum waranofsinhar bil-vot jittieħed aktar tard illejla.", "May wiegħdet lill-Parlament Ingliż li jekk tingħata l-fiduċja, il-ġimgħa d-dieħla se tirritorna fil-Parlament bi pjan ġdid għal Brexit waqt li wegħdet li lesta tiltaqa’ mal-partiti kollha.", "Il-Prim Ministru Ingliż kienet ilha għal dawn l-aħħar sentejn tinnegozja dan il-ftehim hekk kif ir-Renju Unit jitlaq uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu li ġej."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55727/grupp_sostanzjali_ta_deputati_talpn_jeu_lil_delia_biex_jirrienja", "date": "12 ta' Ġunju 2019 09:44", "title": "Ħafna mid-Deputati tal-PN jinsisitu ma' Delia biex jirriżenja", "subtitle": "Waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista tal-bieraħ diversi Deputati ħeġġew lit-tmexxija tal-partit biex tassumi r-responsabbilità", "text": ["Waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista tal-bieraħ diversi Deputati ħeġġew lit-tmexxija tal-partit biex tassumi r-responsabbilità", "Grupp sinifikanti ta’ Deputati Nazzjonalisti qalu ċar u tond lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li huma qed jistennew li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tassumi r-responsabbilità għar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.", "Dan kien irrappurtat dalgħodu mill-MaltaToday, bis-sit", "illum.com.mt", "jikkonferma l-informazzjoni ma’ Deputati tal-Partit Nazzjonalista.", "Jidher li waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-bieraħ, għadd ta’ Deputati insistew ma’ Delia li għandu jirriżenja.", "Il-MaltaToday irrappurtat ukoll kif kważi l-Membri Parlamentari kollha, ħlief xi tlieta, qablu mas-sejħa biex Delia u l-bqija tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, jassumu r-responsabbilità għat-telfiet li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.", "Qed ikun irrappurtat li l-aktar Deputati voċiferi kienu Karl Gouder, Ryan Callus Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia, b’Edwin Vassallo u Carm Mifsud Bonnici jippruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni.", "Apparti minn hekk jidher li tkellem ukoll l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil li ħeġġeġ lil Delia biex jagħmel bħalu u jassumi r-responsabbilità tat-telfa.", "Deputati oħra qalu ma' dan is-sit, u dan kien ikkonfermat minn sorsi oħra li tkellmu mal-MaltaToday, li kemm Kristy Debono u anke ż-żewġ Viċi Kapijiet ma lisnux kelma waqt dan kollu.", "Intant, il-MaltaToday hija infurmata wkoll li d-Deputati li talbu għas-sejħa ta' Adrian Delia tawh jumejn ċans biex jikkunsidra t-talba tagħhom.", "Jidher u dan ukoll kien ikkonfermat minn Deputati, li l-Ewroparlamentari Roberta Metsola ma attendiet għall-ebda miż-żewġ laqgħat li saru fl-aħħar jumejn.", "S’issa Adrian Delia kien konsistenti fl-istqarrijiet tiegħu u insista li se jkun qed jibqa’ sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.", "Intant, nhar il-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM irrapurtat kif minkejja xnigħat", "l-ebda Deputat fil-Partit Nazzjonalista ma jrid li jinqasam il-Grupp Parlamentari."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55728/sentenza_sospia_gal_rael_li_ammetta_li_rreista_lpulizija_bi_vjolenza", "date": "12 ta' Ġunju 2019 11:06", "title": "Sentenza sospiża għal raġel li ammetta li rreżista l-Pulizija bi vjolenza", "subtitle": "Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda fix-Xlendi", "text": ["Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda fix-Xlendi", "Raġel ta’ 38 sena mill-Munxar ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi u anke multa ta’ €6,000 wara li ammetta li uża l-vjolenza biex jirreżisti uffiċjali tal-Pulizija.", "L-akkużat wieġeb ħati li attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija u li kien vjolenti fil-lockup ta’ Għawdex.", "Ammetta wkoll li qatta’ uniformi ta’ wieħed mill-uffiċjali, li qabel l-arrest tiegħu hedded persuna waqt li kien ix-Xlendi, li kien fis-sakra u ma kienx kapaċi jikkontrolla lilu nnifsu u li kiser il-paċi pubblika.", "Il-Qorti meta kkunsidrat il-fatt li l-akkużat ammetta kmieni fil-proċeduri qablet li tagħtih sentenza sospiża filwaqt li ordnatlu jħallas il-multa fi żmien xahar."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/55729/rael_akkuat_lissieba_tiegu_repetutament_jingata_lelsien_millarrest", "date": "12 ta' Ġunju 2019 11:24", "title": "Raġel akkużat li stupra lis-sieħba tiegħu repetutament jingħata l-ħelsien mill-arrest", "subtitle": "Huwa qed ikun akkużat li fuq perjodu ta' tmien xhur stupra lis-sieħba tiegħu diversi drabi", "text": ["Huwa qed ikun akkużat li fuq perjodu ta' tmien xhur stupra lis-sieħba tiegħu diversi drabi", "Raġel akkużat li repetutament stupra mara fuq perjodu ta’ tmien xhur, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien ilu aktar minn xahar jinżamm arrestat.", "L-akkużat, li għandu 37 sena u mill-Pakistan, tressaq il-Qorti f’Mejju li għadda u nżamm arrestat, fosthom anke għax il-vittma kienet għadha trid tixhed.", "Huwa qed jiċħad l-akkużi kollha.", "Il-vittma, mara li hi wkoll mill-Pakistan, tat ix-xhieda tagħha permess ta’ videoconferencing aktar kmieni din il-ġimgħa fejn spjegat li kienet ilha ħafna toħroġ mal-akkużat li kienet ġiet Malta biex jiżżewġu.", "L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €40,000 filwaqt li ordnatlu jgħaddi l-karta tal-identità u l-passaport lill-Qorti waqt li jiffirma wkoll fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55730/opinjoni__heritage_malta_rekord_ta_suessi", "date": "12 ta' Ġunju 2019 11:38", "title": "Opinjoni | Heritage Malta: rekord ta’ suċċessi", "subtitle": "Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali flimkien ma’ Heritage Malta jisabu fuq quddiem biex iħarsu l-wirt storiku tagħna", "text": ["Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali flimkien ma’ Heritage Malta jisabu fuq quddiem biex iħarsu l-wirt storiku tagħna", "Bi tmexxija għaqlija u tim iddedikat, l-entità Heritage Malta qed ikollha suċċess wara ieħor.", "Mhux biss qed tikser ir-rekords tagħha stess, imma qed tkompli żżid mal-kullana ta’ suċċessi f’dak li huwa ħarsien u protezzjoni tal-wirt kultrali storiku tagħna.", "Din il-ġimgħa fil-Parlament kien hemm id-diskussjoni dwar l-istimi tal-Baġit tal-2019 ta’ Heritage Malta u tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.", "Din id-diskussjoni saret fl-isfond tar-rapport tal-Heritage Malta għas-sena 2018.", "Inħossni kburi li din l-entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħi għandha rapport li jiżboq ir-rekords tas-sena ta’ qabel u għalhekk iħabbar rekords ġodda f’diversi oqsma.", "Tajjeb li nsemmi li fis-sena 2018 l-entità rreġistrat surplus ta’ madwar €460,000, meta mqabbel ma’ dak tas-sena 2017 li kien ta’ madwar €362,000.", "Magħdud ma’ dan, l-entità rreġistrat 1.6 miljun viżitatur bi ħlas meta mqabbel mal-1.2 miljun irreġistrati fl-2017.", "Huma ċifri li ta’ min jiftaħar bihom.", "Huma ċifri riżultat tal-ħidma kollettiva li qed issir b’sinerġija bejn il-Ministeru u din l-entità.", "Huma ċifri li juru surplus għas-sitt sena konsekuttiva.", "Imma t-titjib li kien hemm fil-Heritage Malta ma kinux biss dawn iċ-ċifri.", "It-titjib kien ukoll rifless fil-ħidma li saret.", "Irridu nibdew billi nsemmu x-xogħol kbir li kienet involuta din l-entità matul is-sena li għaddiet, meta l-Belt Kapitali tagħna kellha t-titlu prestiġġjuż tal-Belt Kapitli Ewropea.", "Dan mhux biss offra sfidi lil Heritage Malta minħabba l-involviment tagħha f’inizjattivi għal din is-sena kulturali, imma kienet ukoll parti mill-katina kulturali li pemezz tagħha rajna żieda pożittiva ta’ turisti li żaru mużewijiet u wkoll siti li jinsabu taħt il-kappa ta’ Heritage Malta.", "Ta’ min isemmi lista ċkejkna ta’ dak li wettqet din l-entità u fuq quddiem hemm l-inawgurazzjoni tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti – il-MUŻA.", "Proġett kofinanzjat minn Fondi tal-Unjoni Ewropea, li qed jinżel tajjeb ferm mhux biss mal-Maltin u mat-turist, imma wkoll maż-żgħar tagħna.", "U dan riżultat tal-ħidma li perezz tagħha an il-mużew jattira lill-udjenza ċkejkna permezz tal-lingwa tagħhom – it-teknoloġija moderna.", "Heritage Malta ħadet sehem f’esebizzjonijiet ta’ kwalità barra minn xtutna, imma wkoll kienet hi l-katalista ta’ esebizzjonijiet li ttellgħu f’pajjiżna.", "Kellha żieda ta’ siti li waqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha u wkoll nediet skemi ġodda li jressqu l-kultura lejn iċ-ċittadin u wkoll jiżguraw li l-kultua tkun aċċessibbli għal kulħadd.", "Fis-sena li qed insemmu, l-entità organizzat l-akbar numru ta’ attivitajiet kulturali, kellha aktar żjarat fuq is-sit tagħha fuq il-media soċjali u wkoll ferxet sessjonijiet kulturali li gawdew minnhom studenti tal-iskola, apparti li kellha wkoll 15-il pubblikazzjoni ta’ kwalità.", "Fost dawn insemmi l-Passaport Kulturali li permezz tiegħu l-istudenti jidħlu b’xejn fis-siti ta’ Heritage Malta u magħhom idaħħlu żewġ adulti.", "Tajjeb li nsemmi wkoll li bħalissa din l-entità għandha diversi proġetti li qed taħdem fuqhom.", "Ħu l-Mużew Marittimu – ġahwra ta’ mużew li jinsab il-Birgu.", "Bħalissa qed isir xogħol vast f’dan is-sit, fosthom ir-restawr tal-faċċata, imma se nkomplu nagħmlu din l-esperjenza tal-mużew aktar eċitanti b’investiment ta’ żewġ miljun ewro – fondi Ewropej – li permezz tagħhom se naraw ir-riġenerazzjoni tal-mużew u wkoll se nidħlu fid-diġitalizzazzjoni.", "Hemm Borġ in-Nadur li wara tindif mistħoqq, issa huwa aċċessibbli għall-pubbliku; hemm il-Park ta’ Għar Dalam li jinkludi wkoll il-Villa Rumana f’Ta’ Kaċċatura – il-pjan tal-immaniġġjar lest  u jisab ukoll approvat.", "Il-proġett ta’ Tas-Silġ li fis-sit se naraw ċentru ġdid għall-viżitaturi u l-intenzjoni li dan jinfetaħ ukoll għal min irid iżuru u wkoll il-proġett ta’ restawr tal-Kappella ta’ San Pawl Milqi li mistenni jitlesta aktar tard din is-sena.", "Heritage Malta taħdem fil-qrib ukoll ma’ NGOs.", "L-aħħar ftehim li sar kien dak mal-‘Ħbieb ta’ Villa Frere’ li permezz tiegħu l-entità qed tara li jsir xogħol t’emerġenza fil-ġonna u wkoll se tieħu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom.", "Xogħol ieħor marbut ma’ fondi mill-Unjoni Ewropea huwa dak li qed isir bħalissa fil-Palazz tal-Gran Mastri fil-Belt bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat tar-Restawr, li se jwassal għal restawr, rilokazzjoni tal-Armerija u fuq kollox se jkun hemm esperjenza mtejba għall-viżitatur.", "Matul is-sena li qed jitkellmu dwarha, Heritage Malta ħadet fi ħdanha wkoll il-Main Guard, Fortress Builders u wkoll iċ-Ċisterni ta’ taħt il-Belt Kapitali – siti importanti li ninsab ċert li se jinbidlu wkoll f’esperjenza unika għalina u għall-viżitaturi barranin.", "Din is-sena hija waħda li se tipprometti tajjeb ukoll.", "Biss biss tvara l-Passaport għall-Adulti, tnediet it-taqsima li se tieħu ħsieb il-wirt storiku ta’ taħt wiċċ il-baħar, twaqqaf il-Valletta Management Unit li se jieħu ħsieb il-Belt Kapitali tagħna u fuq kollox jiżgura li l-Belt Valletta tibqa’ fuq il-lista tal-UNESCO bħala Belt ta’ Wirt Dinji.", "Xogħol impekkabbli li se jkompli jiżgura l-ħarsen tal-Partimonju Malti u li dan jibqa’ hemm għall-posterità", "***", "Id-diskussjoni fil-Parlament kienet ukoll dwar is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, entità li għaddejja minn tiġdid sħiħ.", "Fil-fatt lejn tmiem l-2017, is-Sovrintendenza bdiet taħseb għal riorganizzazzjoni biex issaħħaħ il-kisbiet ta’ qabel u nediet fażi oħra biex tilqa’ l-isfidi preżenti u futuri.", "Ir-riorganizazzjoni rat il-ħatra ta’ Joseph Magro Conti bħala Sovrintendent ġdid filwaqt li dak preċedenti, Anthony Pace, ingħata inkarigu ġdid bħala kordinatur għal-Lista Tentattiva tal-UNESCO għal Siti ta’ Wirt Dinji.", "Is-Sovrintendenza ssaħħet bi 13-il professjonist ikkwalifikat f’oqsma differenti tal-patrimonju, u tlieta oħra fl-amministrazzjoni.", "Ħames uffiċjali oħra speċjalizzati fil-patrimonju mill-Awtrorità tal-Ippjanar għas-Sovrintendenza ngħaqdu wkoll ma’ dan it-tim ġdid.", "Wara li bdiet tissaħħaħ l-istruttura, bdejna naraw ukoll titjieb sostanzjali fix-xogħol.", "Tajjeb għalhekk li jingħad li s-sena li għaddiet is-Sovrintendenza rċeviet madwar 10,000 konsultazzjoni dwar applikazzjoni ta’ żvilupp li wieġbithom kollha fiż-żmien stipulat mil-liġi.", "Is-Sovrintendenza naqqset il-każijiet pendenti ta’ moniteraġġ arkeoloġiku li kellha minħabba nuqqas ta’ uffiċjali u nuqqas ta’ arkeologi li jaħdmu fil-privat fuq siti ta’ kostruzzjoni.", "Irrid ngħid li l-pressjoni żdiedet minħabba ż-żieda ta’ xogħol infrastrutturali u proġetti kapitali.", "Ir-riġenerazzjoni miexja, u hemm pjani ta’ aktar titjib.", "Fil-fatt qed isiru iktar sforzi biex in-nuqqas ta’ riżorsi umani jiġi indirizzat ħalli l-pubbliku jinqeda aħjar.", "Imma tajjeb li ngħidu wkoll li permezz ta’ dan il-moniteraġġ arkeoloġiku saru diversi sejbiet arkeoloġiċi minuri u oħrajn interessanti li ġew salvati waqt li nstabu soluzzjonijiet diversi bejn is-Sovrintendenza u l-iżviluppaturi biex proġetti ta’ żvilupp jitwettqu b’ħarsien tal-arkeoloġija.", "Fl-entità żdiedet il-ħidma u l-koperazzjoni ma’ entitajiet pubblici li huma stakeholders fil-qasam tal-patrimonju, speċjalment mal-Awtorità tal-Ippjanar, Heritage Malta, id-Direttorat tar-Restwar u l-Università ta’ Malta, u saru wkoll diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet oħra", ".", "L-impenn huwa ferm akbar.", "Is-Sovrintendenza qed tipparteċipa u tinsab f’koperazzjoni f’għadd ta’ kumitati u bordijiet dwar oqsma differenti ta’ patrimonju, ingħata bidu għal titjib u aġġornament tekniku fl-infrastruttura diġitali u ta’ komunikazzjoni tas-sistemi li għandha bżonn is-Sovrintendenza, speċjalment taħriġ u użu ta’ apparat modern.", "Hemm ukoll impenn mal-ħaddiema stess billi dawn qed jingħataw taħriġ intensiv kontinwu biex b’hekk il-ħaddiema jkunu dejjem aġġornati fix-xogħol professjonali tagħhom ta’ kuljum.", "Interessanti wkoll li s-Sovrintendenza bdiet analiżi dwar proċeduri b’obbligi internazzjonali u lokali dwar l-importazzjoni u esportazzjoni ta’ oġġetti kultrali, antikwarjat u arkeoloġiċi, u anke dwar il-ħidma kontra t-traffikar illegali ta’ patrimonju kulturali.", "***", "Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali flimkien ma’ Heritage Malta jisabu fuq quddiem biex iħarsu l-wirt storiku tagħna.", "Biex iħarsuh, jippriservawh u għalhekk ikun protett mhux biss ħalli ngawduh aħna, imma wkoll it-turist kulturali li qed jiżdied, imma aktar importanti – nħalluh bħala legat għal ta’ warajna."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/55732/sewwieq_ta_mutur_iwea_gravi_finident_filmelliea", "date": "12 ta' Ġunju 2019 14:40", "title": "Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi f'inċident fil-Mellieħa", "subtitle": "Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart", "text": ["Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart", "Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Manikata, il-Mellieħa.", "Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart.", "Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti n-Nadur u vettura li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann.", "Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur Mater Dei għall-kura.", "L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54288/ilpd_isejja_gal_strateija_nazzjonali_gassistema_tassaa", "date": "16 ta' Jannar 2019 10:27", "title": "Il-PD isejjaħ għal Strateġija Nazzjonali għas-Sistema tas-Saħħa", "subtitle": "Il-Partit Demokratiku jibqa' jisħaq li huwa kontra li sptarijiet pubbliċi ngħataw lill-privat", "text": ["Il-Partit Demokratiku jibqa' jisħaq li huwa kontra li sptarijiet pubbliċi ngħataw lill-privat", "Il-Partit Demokratiku fakkar li hu minn dejjem kien kontra li tliet sptarijiet pubbliċi jingħataw f’idejn kumpanija privata bil-Kap Godfrey Farrugia jsejjaħ għal Strateġija Nazzjonali għal Sistema tal-Kura tas-Saħħa.", "Filwaqt li saħaq li l-ftehim mal-Vitals kien wieħed ħażin għall-aħħar, il-Kandidat Anthony Buttigieg staqsa min kien responsabbli għal dak li sejjaħlu “fjask.”", "Buttigieg insista li l-mod kif sar dan il-ftehim imur kontra l-interess pubbliku, tant li fi kliemu, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, dejjem żamm ‘il bogħod minnu tant li reġa’ nnegozja mill-ġdid ma’ Steward Health Care meta din ħadet f’idha l-isptarijiet mingħand il-Vitals.", "Iżda ma waqafx hemm.", "Kompla jisħaq li s-servizz li qiegħed jingħata fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għadu lura ħafna milli jilħaq l-aspetattivi tal-Għawdxin.", "“Il-ħaddiema ma jafux jekk għandhomx iduru fuq il-Gvern jew imorrux għand Steward?”", "Intant, ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq li l-Gvern", "reġa' għamel tentattivi oħra biex iwaqqaf il-kawża li fetaħ biex it-tliet sptarijiet li ngħataw lil Vitals Global Healthcare (VGH) jingħataw lura lin-nies.", "Ilbieraħ, il-Qorti qatgħatha li se tiddeċiedi fuq l-appell li għamel il-Prim Ministru, f'Marzu li ġej.", "Il-Prim Ministru kien appella biex il-kawża miftuħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-kuntratt mogħti lill-VGH, tkun maqsuma f'diversi kawżi separati.", "Delia, minn naħa tigeħu qed jitlob biex il-kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-VGH ikun annullat.", "Ara hawn", "l-istorja kollha tal-Vitals Global Healthcare, minn meta ġew sakemm telqu", "."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/54289/ittfajjel_li_seraq_qlub_iddilettanti_talfutbol_jinsab_tajjeb", "date": "16 ta' Jannar 2019 10:46", "title": "It-tfajjel li seraq qlub id-dilettanti tal-futbol jinsab tajjeb", "subtitle": "Omm Kane ikkonfermat fuq Facebook li l-operazzjoni kienet suċċess", "text": ["Omm Kane ikkonfermat fuq Facebook li l-operazzjoni kienet suċċess", "Kane, it-tfajjel li seraq il-qlub ta’ ħafna, jinsab tajjeb u l-operazzjoni tiegħu kienet suċċess.", "Kane u l-ġenituri tiegħu telgħu l-Ingilterra biex ilbieraħ saritlu l-operazzjoni.", "Omm Kane kitbet fuq Facebook biex filwaqt li tirringrazja lil dawk kollha li kienu viċin tagħhom f’dawn iż-żminijiet, tikkonferma li l-operazzjoni kienu suċċess.", "Kane huwa dilettant kbir ta-futbol, partikolarment ta' Floriana FC u t-tim tiegħu flimkien ma' timijiet oħra ġabru donazzjonijiet waqt partiti differenti bil-għan li Kane ikun jista' jagħmel l-operazzjoni u jkollu dak kollu li għandu bżonn."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54287/tusk_jissuerixxi_li_rrenju_unit_jibqa_flunjoni_ewropea", "date": "16 ta' Jannar 2019 10:09", "title": "Tusk jissuġġerixxi li r-Renju Unit jibqa' fl-Unjoni Ewropea", "subtitle": "Tusk jisħaq li jekk il-ftehim huwa impossibbli u la ħadd ma jrid Brexit bla ftehim allura s-soluzzjoni hija waħda", "text": ["Tusk jisħaq li jekk il-ftehim huwa impossibbli u la ħadd ma jrid Brexit bla ftehim allura s-soluzzjoni hija waħda", "Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Trusk issuġġerixxa li l-wara l-vot tal-bieraħ fil-Parlament Ingliż kontra l-ftehim għal Brexit, ir-Renju Unit għandu jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.", "“Jekk il-ftehim huwa impossibbli, u ħadd ma jrid Brexit bla ftehim, allura minn se jkollu l-kuraġġ li jgħid x’inhi l-unika soluzzjoni?” staqsa fuq Twitter.", "Ilbieraħ, 432 Deputat ivvotaw kontra l-ftehim filwaqt li kienu biss 202 Deputati li vvutaw favur il-ftehim innegozjat mill-Prim Ministru Theresa May tul dawn l-aħħar sentejn.", "If a deal is impossible, and no one wants no deal, then who will finally have the courage to say what the only positive solution is?", "Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, wissa li ż-żmien kważi għadda biex ir-Renju Unit jaqbel fuq ftehim.", "Ħeġġeġ lill-Parlament Ingliż biex jikkjarifika l-intenzjonijiet tiegħu mill-aktar fis.", "Illejla, May u l-Gvern tagħha se jkunu qed jiffaċċjaw vot ta’ sfiduċja fil-Parlament Ingliż.", "I take note with regret of the outcome of the vote in the", "@HouseofCommons", "this evening.", "I urge the", "#UK", "to clarify its intentions as soon as possible.", "Time is almost up", "#Brexit", "https://t.co/SMmps5kexn"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54290/jaqa_materjal_talkostruzzjoni_u_jarraf_saqaf_ta_dar_privata", "date": "16 ta' Jannar 2019 11:05", "title": "Jaqa' materjal tal-kostruzzjoni u jġarraf saqaf ta' dar privata", "subtitle": "Jidher li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident", "text": ["Jidher li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident", "Ħadd ma weġġa’ meta saqaf ta’ dar privata ġġarraf dalgħodu fi Triq il-Ħelsien iż-Żejtun.", "Il-Pulizija kkonfermaw dan l-inċident mas-sit", "illum.com.mt", "fejn mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li kien qed isir xi xogħol ta’ kostruzzjoni biswit id-dar, meta xi materjal waqa’ u ġarraf is-saqaf.", "Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:00am.", "Minkejja li fuq il-post issejħet ambulanza, ma jidher li ħadd iddaħħal l-isptar."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kummercjali/54291/iddolmen_hotel_meqjusa_laqwa_lukanda_fmalta_u_fost_laktar_popolari_fiddinja", "date": "16 ta' Jannar 2019 12:05", "title": "Id-Dolmen Hotel meqjusa l-aqwa lukanda f'Malta u fost l-aktar popolari fid-dinja", "subtitle": "Din il-lukanda rebħet il-premju prestiġjuż Holiday Check Award mogħti kull sena minn Holidaycheck.de", "text": ["Din il-lukanda rebħet il-premju prestiġjuż Holiday Check Award mogħti kull sena minn Holidaycheck.de", "Id-", "Dolmen Hotel", ", li hija parti minn Tumas Group, kienet meqjusa minn Holidaycheck.de, sit ewlieni Ġermaniż, bħala l-aqwa lukanda f’Malta u fost l-aktar lukandi popolari madwar id-dinja!", "Fuq dan is-sit, din il-lukanda li għadha kemm ġiet rinovata, kienet imfaħħra minn 95% ta’ dawk il-qattgħu numru ta’ ljieli fiha.", "Fil-fatt, minħabba dan, il-lukanda rebħet il-", "Holiday Check Award", ", premju prestiġġjuż, mogħti dan is-sit.", "Fil-kummenti tiegħu dwar is-suċċess, il-General Manager tal-lukanda, Alex Pace, qal li dan iċ-ċertifikat huwa riżultat tal-impenn u d-dedikazzjoni tal-impjegati kollha, t-tmexxija u anke d-Diretturi li jaħdmu bla heda bil-għan li kull min juża s-sevzizzi li toffri l-lukanda joħroġ sodisfatt.", "Pace irringrazzja wkoll lil dawk il-klijenti li ilhom snin jagħżlu d-Dolmen Hotel.", "Semma klijenti li ilhom għal dawn l-aħħar 20 sena jagħżlu kull sena lil din il-lukanda.", "“Is-sodisfazzjon tagħhom iħeġġiġna biex naħdmu kuljum biex nilħqu dejjem l-aspettativi tal-klijenti tagħna,” saħaq Pace.", "Dan il-premju kien biss wieħed minn diversi premjijiet li din il-lukanda rebħet fl-aħħar snin u li poġġewha bħala waħda mill-aqwa lukandi f’Malta.", "Tagħrif dawn il-Holiday Check Award", "Dan il-premju ilu jingħata għal dawn l-aħħar 14-il sena u jingħata lill-aktar lukandi popolari f’reġjuni speċifiċi.", "Il-premju ta’ din is-sena kien ibbażat fuq ir-ratings ta’ aktar minn 950,000 persuna.", "Aktar tagħrif dwan dan il-premju jista’ jinkiseb billi tagħfas hawn."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/54175/gamlulu_sara_kbira_issajjied_li_adulu_lluzzu_jieu_lka_ilqorti", "date": "16 ta' Jannar 2019 14:58", "title": "‘Għamlulu ħsara kbira.” Is-sajjied li ħadulu l-luzzu jieħu l-każ il-Qorti", "subtitle": "Is-sajjied anzjan jieħu l-każ tiegħu l-Qorti wara li ntalab minn Transport Malta biex iħallas ’il fuq minn €2,000 fi spejjeż u wara li ġie mwissi li l-luzzu se jinbiegħ b’irkant jekk jonqos milli jħallas", "text": ["Is-sajjied anzjan jieħu l-każ tiegħu l-Qorti wara li ntalab minn Transport Malta biex iħallas ’il fuq minn €2,000 fi spejjeż u wara li ġie mwissi li l-luzzu se jinbiegħ b’irkant jekk jonqos milli jħallas", "Martin Caruana, is-sajjied anzjan li spiċċa bla luzzu wara li dan kien irmunkat minn fuq skal f’Marsaxlokk, ressaq protest ġudizzjarju kontra Transport Malta, il-Kummissarju tal-Pulizija u anke d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura u qed jitlob li dawn iħallsu d-danni, mhux biss għax qed jisħaq li aġixxew b’mod abbużiv, iżda anke minħabba l-ħsara li ġarrab il-luzzu.", "Kienet il-gazzetta ILLUM li fil-11 ta’ Novembru li għadda, irrapportat kif Martin Caruana", "ma kellux triq oħra ħlief li jieħu passi legali bl-għan li jingħata lura l-luzzu li tteħidlu aktar minn xaharejn ilu.", "Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM reġgħet tkellmet mas-sajjied Xlukkajr li b’qalbu maqsuma spjega kif il-luzzu saritlu ħafna ħsara mhux biss waqt it-traġitt minn Marsaxlokk sal-Marsa (fejn qed jinżamm), iżda l-ħsara qed tibqa’ ssirlu kuljum sakemm jibqa’ jinżamm fil-miftuħ fl-istat li jinsab fih.", "Iżda dan ma kienx biżżejjed.", "Fil-21 ta’ Novembru, Martin Caruana rċieva ittra mingħand Transport Malta biex iħallas is-somma ta’ €2,035 biex ikopri l-ispejjeż għall-irmonk u t-trasport tal-luzzu.", "Is-sajjied anzjan ingħata ħamest ijiem ċans biex iħallas din is-somma u kien imwissi li Transport Malta kienet se tgħaddi biex tinforza dan il-ħlas, kif ukoll il-ħlas ta’ €15 għal kull jum li l-luzzu jdum miżmum.", "Transport Malta wissietu li jekk ma jħallasx, il-luzzu se jinbiegħ bl-irkant biex jinġabar il-ħlas.", "X’kien ġara eżatt?", "Kollox beda fl-20 ta’ Ottubru li għadda, meta Caruana tella’ l-luzzu fuq wieħed mill-iskalin (rampa li tagħti għall-baħar minn fejn jittellgħu u jitniżżlu d-dgħajjes) f’Marsaxlokk biex ikun jista’ jagħmel fuqu xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni.", "Caruana kien tella’ l-luzzu bl-għajnuna tal-persuna inkarigata mid-Dipartiment tas-Sajd biex jopera l-winċ li hemm apposta u fl-ebda ħin ma kien infurmat li fi ftit jiem kellhom jibdew xogħlijiet fuq dan l-iskal.", "Meta Caruana kien diġà qaxxar kważi l-luzzu kollu, kien intalab biex ineħħih biex jibda xogħol fuq l-iskal.", "Minkejja li kien spjega lill-awtoritajiet li ma jistax iniżżel il-luzzu fil-baħar, minħabba li kien imqaxxar u ma seta’ jieħdu mkien aktar, anke minħabba l-kobor tiegħu, il-luzzu kien ġie kkonfiskat u ttieħed fi Flagstone Wharf fil-Marsa.", "Kumpanija privata tikkonferma li l-luzzu qed issirlu l-ħsara", "Iżda f’kummenti mal-ILLUM, is-sajjied anzjan spjega kif kull ġurnata li qed tgħaddi, il-luzzu qiegħda ssirlu ħafna ħsara.", "“Kull sajjied jaf li wara li jqaxxar dgħajsa jew luzzu, wara tlett ijiem ikun irid jagħti ż-żejt lill-injam.", "Jekk ma jagħmilx dan, l-injam jibda jaqsam,” spjega Caruana.", "Fil-fatt, il-protest ġudizzjarju jispjega kif Caruana qabbad kumpanija privata biex tħejji rapport dwar il-ħsarat fil-luzzu, liema rapport kien mehmuż ukoll mal-protest u jikkonkludi kif il-luzzu mhux qed jinżamm kif suppost u kif qed issirlu aktar ħsara.", "Jispjega kif l-injam imqaxxar miż-żebgħa qiegħed jogħlob, it-twavel qed jitbewqu minn ma’ xulxin u l-imsiemer qed isiru laxki.", "Iżda l-ħsara ma saritx biss tul ix-xhur li matulhom il-luzzu ilu kkonfiskat.", "Fil-fatt, fil-protest ġudizzjarju, Martin Caruana jisħaq li l-luzzu ġarrab “ħsarat konsiderevoli,” waqt li kien qiegħed jiġi rmunkat.", "“Il-kuntrattur inkarigat mill-Awtorità biex iġorr il-luzzu ma kienx attrezzat b’apparat adegwat u meħtieġ,” ikompli jgħid ir-rikors.", "Tant hu hekk, li skont Martin Caruana, il-kuntrattur talbu biex jisilfu l-posti, anke jekk dawn jintużaw biex luzzu, jew dgħajsa, jinżammu stabbli f’pożizzjoni fissa u mhux waqt il-ġarr.", "‘Ippreferew jagħmlu ħsara flok jistennew ħamest ijiem’", "Il-protest ġudizzjarju jgħaddi biex jispjega l-affarijiet kif ġraw u jakkuża lill-awtoritajiet inkwistjoni li aġġixxew b’mod mhux raġonevoli.", "“Il-fatt li l-liġi tathom ċerti poteri ma jfissirx li huma jistgħu jaġixxu b’mod leġittimu u irraġonevoli u jwettqu abbuż ta’ poter,” ikompli l-protest.", "Hawnhekk jgħaddi biex jispjega pass pass dak li kien irrapportat mill-gazzetta ILLUM, fosthom kif is-sajjied kien tella’ l-luzzu bl-għajnuna tal-persuna inkarigata mid-Dipartiment tas-Sajd li fl-ebda ħin ma infurmah li ma setax itella’ l-luzzu minħabba xogħlijiet li kienu se jibdew fuq l-iskal.", "Jispjega wkoll kif Martin Caruana spjega kemm lil Transport Malta u anke lill-Pulizija li ma setax iċaqlaq il-luzzu fl-istat li kien fih.", "Fakkar li fil-ġranet meta seħħ il-każ, iż-żewġ krejns tal-Hard Standing Facility kienu żarmati minħabba manutenzjoni u għalhekk aktar u aktar ma kellux fejn jieħu l-luzzu ta’ 31 pied.", "Fil-fatt, il-protest ġudizzjarju jsemmi wkoll kif kieku l-awtoritajiet taw ħamest ijiem ċans lis-sajjied, il-luzzu kien seta’ jitneħħa minn fuq l-iskal hekk kif wieħed mill-krejns tal-Hard Standing Facility tranġa u seta’ jintuża.", "“L-intimati ppreferew jikkawżaw dannu lil-luzzu u jagħmlu ħsara lill-esponent milli jistennew ħamest ijiem.”", "Il-protest jakkuża lill-awtoritajiet, inkluż lill-Ispettur tal-Pulizija li kien għamel kuntatt ma’ Caruana li fl-ebda ħin ma qalulu meta kienu se jirmonkawlu l-luzzu, anke jekk sa ftit sigħat qabel kien tkellem mal-istess spettur.", "Fil-fatt, Martin Caruana kien irrakkonta mal-gazzetta ILLUM li induna li kienu qed jeħdulu l-luzzu għax inzerta niżel Marsaxlokk b’kumbinazzjoni.", "Għal mistoqsijiet tal-ILLUM, Transport Malta kienet qalet li meta kellu jibda x-xogħol kienet infurmata li s-sajjied kien laħaq tella’ l-luzzu fuq l-iskal u kellu xogħol ta’ tliet ġimgħat fuqu.", "Madanakollu, kelliema kienet saħqet li mill-Għaqda Kooperativa tas-Sajd kienu kkonfermaw li x-xogħlijiet jistgħu jibdew u li kienu se jkellmu lil Caruana, anke jekk is-sajjied saħaq li din l-Għaqda qatt ma għamlet kuntatt miegħu u kienu biss il-Pulizija li fil-31 ta’ Ottubru reġgħu ċemplulu u infurmawh li jekk mhux se jneħħi l-luzzu kienu se jiġbduh.", "“Ironikament dan l-aġir seħħ fi żmien meta l-istess Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura kien qiegħed ivara skema ta’ għajnuna biex ikunu rrestawrati d-dgħajjes tradizzjonali li ftit ftit qed jintilfu,” ikompli l-protest.", "Kif kien saħaq mal-gazzetta ILLUM, Martin Caruana insista wkoll li l-iskal li fuqu kien ittella’ l-luzzu tiegħu kien issewwa ftit tax-xhur qabel u x-xogħlijiet fuqu kienu minimi u għalhekk, il-kuntrattur seta’ faċilment beda minn skalin oħra li għandhom ħsara kbira tant li lanqas jistgħu jintużaw.", "F’email iddatata 30 Ottubru, Perit ta’ Trasport Malta kkonfermat lil Caruana li l-intervent fuq dan l-iskal kien se jkun wieħed minimu u ma kellux isirresurfacing tal-wiċċ tiegħu.", "Madanakollu, fl-istess email, il-perit tispjega li “l-kuntrattur għandu bżonn jibda jaħdem fuq l-iskal li jirrikjedi intervent żgħir biex meta jasal jaħdem fuq l-iskalin fejn ix-xogħol huwa aktar kumpless, ikollu s-sistema ta’ kif se jaħdem diġà stabbilita.”", "Kif kienu wieġbu l-awtoritajiet?", "Fid-dawl ta’ dan kollu, is-sajjied, permezz tal-Avukat tiegħu Tonio Azzopardi, qed jitlob lill-Qorti biex tinvestiga dan il-każ u biex l-awtoritajiet li kontrihom tressaq il-protest, iħallsu d-danni li ġarrab.", "Dwar dan il-każ, il-gazzetta ILLUM kienet bagħtet mistoqsijiet lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-sajjieda, Clint Camilleri u anke lid-Dipartiment tas-Sajd.", "Id-Dipartiment tas-Sajd insista li hu ma jidħolx fix-xogħlijiet li qed isiru, filwaqt li s-Segretarjat Parlamentari baqa’ ma weġibx."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54292/sentenza_sospia_galtaljan_li_hedded_u_wea_spettur_u_surent_talpulizija", "date": "16 ta' Jannar 2019 15:48", "title": "Sentenza sospiża għal Taljan li hedded u weġġa' Spettur u Surġent tal-Pulizija", "subtitle": "Ir-raġel ġie kkundannat tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u mmultat €1000", "text": ["Ir-raġel ġie kkundannat tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u mmultat €1000", "Illum tressaq il-Qorti raġel Taljan ta' 39 sena akkużat li hedded u weġġa'  Spettur u Surġent tal-Pulizija.", "Il-każ immur lura għall-15 ta’ Jannar 2019 meta ġewwa l-Għassa tal-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-imputat hedded u weġġa'  Spettur u Surġent tal-Pulizija.", "L-imputat ammetta għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu fi stadju bikri.", "Huwa ġie kkundannat tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena u multa ta’ €1000.", "Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/55719/tii_ertifikata_uffijalment_ilmalta_air__kumpanija_sussidjarja_tarryanair", "date": "11 ta' Ġunju 2019 14:52", "title": "Tiġi ċċertifikata uffiċjalment il-Malta Air ... kumpanija sussidjarja tar-Ryanair", "subtitle": "Kemm il-Prim Ministru u anke l-Ministru Mizzi insistew li din il-linja tal-ajru bl-ebda mod mhux se tħalli impatt negattiv fuq l-Air Malta", "text": ["Kemm il-Prim Ministru u anke l-Ministru Mizzi insistew li din il-linja tal-ajru bl-ebda mod mhux se tħalli impatt negattiv fuq l-Air Malta", "Illum waqt iffirmar ta’ ftehim f’Kastilja twaqqfet uffiċjalment u ġiet iċċertifikata l-linja tal-ajru sussidjarja tar-Ryanair ‘Malta Air.’", "Din il-linja tal-ajru l-ġdida se tkun qed topera sitt ajruplani li kienu tar-Ryanair iżda fi żmien tliet snin se tkun qed iżżidhom għal madwar għaxar ajruplani.", "Il-Kap Eżekuttiv tar-Ryanair, Michael O’Leary qal li din il-linja tal-ajru għandha l-mira li fl-ewwel ħames snin tagħha tkun qdiet ħames miljun passiġġier.", "Qal ukoll li preżentament qed tfittex destinazzjonijiet ġodda biex iżżidhom mat-62 rotta li Ryanair preżentament topera minn u lejn Malta u li issa se jkunu qed jgħaddu f’idha.", "Apparti minn hekk, il-kumpanija Ryanair se tkun qed tirreġistra aktar minn 50 ajruplan tagħha fuq ir-reġistru tal-avjazzjoni ta’ Malta.", "Malta Air se tkun qed tiftaħ ukoll hangers f’Malta għall-manutenzjoni tal-ajruplani.", "Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dan il-ftehim se jkun ifisser ħolqien ta’ 350 xogħol ġdid filwaqt li jagħti spinta ‘l quddiem lis-settur turistiku f’Malta.", "Tkellem ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat li kompla ma’ dak li qal il-Ministru Mizzi meta insista li din il-linja tal-ajru mhux se jkollha impatt fuq il-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta, hekk kif iż-żewġ linji tal-ajru se jkunu qed joffru servizzi differenti iżda fl-istess ħin kumplimentari.", "Preżentament, ir-Ryanair għandha żewġ linji tal-ajru oħra sussidjarji li huma Buzz u Lauda."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54245/_david_stellini_bidejh_marbutin_dwar_delia_minabba_konsulenza_malcorinthia", "date": "14 ta' Jannar 2019 16:58", "title": "David Stellini b’idejh marbutin dwar Adrian Delia minħabba konsulenza mal-Corinthia", "subtitle": "Il-President tal-Kumitat Amministrattiv tal-PN ingħata l-konsulenza minn eks uffiċjal prominenti tal-PN li ma tantx jara lil Delia f’dawl sabiħ", "text": ["Il-President tal-Kumitat Amministrattiv tal-PN ingħata l-konsulenza minn eks uffiċjal prominenti tal-PN li ma tantx jara lil Delia f’dawl sabiħ", "Il-gazzetta", "ILLUM", "tista’ tiżvela kif David Stellini, Deputat Nazzjonalista u President tal-Kumitat Amministrattiv li mistenni jiltaqa’ din  il-ġimgħa, għandu jdejh marbutin dwar Delia minħabba konsulenza.", "Jidher li Stellini ngħata konsulenza mal-grupp Corinthia meta ġie lura Malta minn Brussell għax kien elett fil-Parlament Malti u kellu l-aktar bżonn ta’ xogħol.", "Milli jidher kien eks uffiċjal prominenti tal-PN u xi ħadd li ma tantx jara lil Delia f’dawl sabiħ illi għenu biex jieħu din il-konsulenza.", "Sors qrib it-tmexxija tal-PN sostna illi Stellini għandu jdejh xi ftit marbutin u allura jinsab bejn dawk li huma favur Delia u dawk li għenuh meta l-aktar illi kellu bżonn.", "Apparti dan iżda l-gazzetta kienet infurmata wkoll li Stellini kkonfronta lil Delia u talbu biex jitlaq minn Kap f’laqgħa privata li kellu.", "Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-President tal-Eżekuttiv tal-PN, Mark Anthony Sammut.", "Meta kkuntattjat minn l-", "ILLUM", "Stellini wieġeb biss li l-laqgħa kienet waħda privata u għalhekk ma jistax jiddiskuti dak li ntqal jew ġie diskuss dwarha.", "Madanakollu, Stellini saħaq li Adrian Delia kien lest li jisma’ u anke jispjega s-sitwazzjoni tiegħu, fosthom anke r-recordings dwaru li qed iduru fuq il-midja soċjali.", "Fi kliem Stellini, Delia qed jieħu “approċċ proattiv,” fejn qed jiltaqa’ ma’ min jitolbu u saħansitra jistieden hu minn jeddu lil min għandu mistoqsijiet, biex jispjegalhom.", "Fil-fatt, Delia jidher li ltaqa’ wkoll anke ma’ membri tal-amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri fost l-aktar persuni viċin tiegħu, biex jispjegalhom dwar l-akkużi u r-recordings.", "Stellini saħaq li dan qiegħed iħalli l-frott.", "Intant, ikkonferma wkoll li fil-ġranet li ġejjin se jkun qed jiltaqa’ l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista.", "Stellini qal li anke jekk f’dan il-Kunsill  jiġu diskussi diversi kwistjonijiet, fosthom dawk politiċi, minħabba li l-ammont tal-membri huwa żgħir, ikun hemm ukoll ċans li jsiru mistoqsijiet lill-Kap.", "Aqra aktar dwar dawk li żvelat il-gazzetta ILLUM ilbieraħ", ":"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/kronaka/54274/anzjan_jitlef_ajtu_wara_li_waqa_fxaft_ta_stabbiliment_kummerjali_filamrun", "date": "15 ta' Jannar 2019 09:21", "title": "Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa' f'xaft ta' stabbiliment kummerċjali fil-Ħamrun", "subtitle": "Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:00am", "text": ["Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:00am", "Anzjan ta’ 65 sena tilef ħajtu wara li waqa’ żewġ sulari għoli fil-parkeġġ tal-istabbiliment kummerċjali Daniels fil-Ħamrun.", "Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00am.", "Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-anzjan kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet fil-parkeġġ meta, għal xi raġuni, waqa’ ġo xaft.", "Fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda l-vittma kien iċċertifikat mejjet fuq il-post."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54276/lawtorit_talippjanar_tapprova_lbini_ta_pont_fi_triq_lavjazzjoni", "date": "15 ta' Jannar 2019 11:02", "title": "L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova l-bini ta' pont fi Triq l-Avjazzjoni", "subtitle": "Dan bil-għan li dawk li jkunu jridu jaqsmu t-triq jagħmlu dan b'aktar sigurtà u ma jkunx hemm bżonn li joqgħod jieqaf it-traffiku", "text": ["Dan bil-għan li dawk li jkunu jridu jaqsmu t-triq jagħmlu dan b'aktar sigurtà u ma jkunx hemm bżonn li joqgħod jieqaf it-traffiku", "L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-bini ta’ pont li għandu jinbena fi Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa biex jintuża minn dawk li jkunu jixtiequ jaqsmu t-triq.", "Il-pont, li se jkun twil 11 il-metru mistenni jipprovdi ambjent aktar sigur għal ħafna persuni li jagħmlu użu minn din it-triq, partikolarment dawk li jkunu sejrin l-Ajruport u anke għall-istudenti tal-ITS.", "Fi stqarrija, l-Awtorita spjegat kif permezz ta’ dan il-pont se jkunu jistgħu jitneħħew it-traffic lights fit-triq u għalhekk it-traffiku ma jkollux għalfejn joqgħod jieqaf.", "Il-pont se jkun qed jinbena b’tali mod li jkun jista’ jintuża wkoll miċ-ċiklisti."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/opinjoni/blogs/54152/editorjal__delia_u_lfutur_talpn", "date": "7 ta' Jannar 2019 09:22", "title": "Editorjal | Delia u l-futur tal-PN...", "subtitle": "'Min se jqum u jsalva lill-Partit Nazzjonalista minn dan il-perjodu mudlam li jinsab fih? Min se jqum u jibda l-proċess ta’ diskussjoni u djalogu?'", "text": ["'Min se jqum u jsalva lill-Partit Nazzjonalista minn dan il-perjodu mudlam li jinsab fih?", "Min se jqum u jibda l-proċess ta’ diskussjoni u djalogu?'", "Il-Partit Nazzjonalista huwa l-partit fl-oppożizzjoni u l-partit fl-oppożizzjoni, f’pajjiż normali, rari jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni politika u f’nofs urugani politiċi kważi l-ħin kollu.", "Imma kif iħobb jgħid Adrian Delia, dan mhux pajjiż normali.", "B’allegazzjonijiet gravi, anke jekk s’issa mhux issostanzjati b’ċertezza, ta’ korruzzjoni, ħasil ta’ flus u kommissjonijiet fuq in-naħa tal-Gvern u b’biżibilju ta’ kwistjonijiet ambjentali, dan il-pajjiż minflok, xorta qed jiddiskuti lill-oppożizzjoni u allegazzjonijiet daqstant gravi ta’ vjolenza domestika.", "Adrian Delia jeħtieġ jieħu kont tas-sitwazzjoni fil-partit li jmexxi.", "La jmexxieh hu huwa hu li l-ewwel u qabel kollox irid jara illi l-partit jirrikonċilja.", "Is-sitwazzjoni kif inhi bħalissa hija sempliċiment mhux sostenibbli għall-partit.", "Ma jistax ikollok akkużi ta’ dik il-gravità u ma jkollokx diskussjoni interna.", "Kif jista’ jkun li jkollok il-Kap ta’ partit iffaċċjat b’allegazzjonijiet serji maħlufin quddiem il-Qorti u ma jkollokx imqar diskussjoni matura illi fiha l-elementi kollha tal-partit ikunu infurmati u aġġornati, dwar il-fatti, dwar il-pożizzjoni li se jieħu l-Kap tal-partit u dwar il-pożizzjoni li għandhom jieħdu huma, pubblikament.", "Il-problema fil-PN, u issa qed toħroġ ċar, hija nuqqas ta’ fiduċja.", "Iż-żewġ fazzjonijiet issa bdew irabbu l-għeruq u donnu kiber sew is-suspett bejn persuni differenti fil-partit.", "Dawk ma jafdawx lill-oħrajn u l-oħrajn ma jafdawx lil dawk.", "Dan mhuwiex ambjent san u wieħed illi fih se tinħoloq diskussjoni serja li twassal biex il-PN jopponi u jipproponi.", "Dan huwa ambjent illi fih, kif qaltilna persuna li hija Deputata u sors tal-gazzetta ILLUM, qed isiru laqgħat ‘sigrieti’ u telefonati biex Delia jitneħħa minn postu.", "Dan huwa ambjent illi fih, ftit biss Deputati tkellmu favur il-Kap tal-partit, b’bosta jibqgħu fis-silenzju, ma jridux ifuħu u lanqas jintnu, la kontra l-Kap però lanqas favur tiegħu.", "U dan allura, lil hinn mill-allegazzjonijiet li jridu jkunu miċħudin jew ikkonfermati mill-Qorti, dan huwa każ ieħor mal-ħafna oħrajn fl-aħħar sena illi fih il-PN deher diżorganizzat, mhux ippreparat u mhux magħqud wara l-Kap tiegħu stess.", "Aħna nifhmu li hemm nies; deputati, persuni fil-midja, strateġisti u anke attivisti li b’Delia ma jridux jafu.", "Imma xogħol il-Kap u tat-tim madwaru mhuwiex li jaqta’ qalbu u jarmi mijiet jew eluf ta’ nies fil-ġenb.", "Xogħol il-Kap u l-istrateġisti tiegħu (jekk għandu) huwa li jaraw kif se jsibu nofs triq ma’ din is-sezzjoni u kif se jinvolvu lil kulħadd fil-partit u kif se jikkomunikaw id-deċiżjonijiet, l-istrateġija u t-triq ’il quddiem fuq diversi temi u kwistjonijiet.", "Din id-diskussjoni mhux qed issir fil-PN u jidher li iktar kemm jgħaddu ġranet, iktar Delia u n-nies ta’ madwaru qed jibnu ħitan u aktar kemm se jibnu ħitan aktar se jagħmlu żbalji u inqas se jikkonsultaw.", "Bir-rispett kollu, messaġġi fuq il-Facebook mhux se jġibu l-bidla meħtieġa u lanqas l-ivvittimizzar.", "Sabiħ li Delia jaħfer lil min qed jagħmillu l-ħsara kif qal li għamel il-Partit Laburista qabel l-2013, imma l-Partit Laburista telaq jiġri biex jirbaħ.", "Ma qgħadx f’kantuniera jibki xortih u jitlob lil Alla jagħtih d-don tal-maħfra.", "Bħalissa d-Dar Ċentrali missha mimlija attività; laqgħat, diskussjonijiet u deċiżjonijiet dwar il-futur tal-partit.", "Missu bħalissa d-Dar Ċentrali mimlija strateġisti qed jippajanaw x’għandu jgħid Delia llum, min se jirrepeti dak li qed jgħid, kif il-grupp parlamentari se jsostni dak li qed jgħid u kif dan se jiekol mill-voti tal-Partit Laburista.", "Minflok għandna sitwazzjoni ta’ partit mgħerreq bil-kontroversja, Dar Ċentrali vojta, litteralment min-nies u metaforikament mill-ideat u Kap li qed jiġġieled biex isalva sa Mejju b’sondaġġi juru lill-PN bi ftit inqas minn 20% taħt il-Partit Laburista, jew distakk ta’ madwar 64,000 vot favur il-Partit Laburista (kull punt perċentwal jirrappreżenta madwar 3,200 vot).", "Bl-Ingliż ngħidu ‘something has got to give’, jiġifieri xi ħadd irid jieqaf u jċedi biċċa.", "Jew hekk jew il-PN se jkompli jegħreq.", "Xi ħadd irid iqum fil-Partit Nazzjonalista u jgħid ‘daqshekk ġlied’ ‘daqshekk għeriqna’.", "Min se jqum u jsalva lill-Partit Nazzjonalista minn dan il-perjodu mudlam li jinsab fih?", "Min se jqum u jibda l-proċess ta’ diskussjoni u djalogu?", "Is-silenzju tal-ogħla uffiċjali tal-PN f’dan il-mument kruċjali jitkellem u jgħajjat ħafna.", "Il-fatt li s-Segretarju Ġenerali tal-PN u Viċi Kap ma qalu xejn fil-pubbliku jfisser ħafna.", "Ifisser li l-PN mhux qed jiffunzjona.", "Min se jara li dan iseħħ?", "Min?"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54275/jum_importanti_garrenju_unit_ilparlament_ingli_jivvota_dwar_ilftehim_gal_brexit", "date": "15 ta' Jannar 2019 09:38", "title": "Jum importanti għar-Renju Unit; Il-Parlament Ingliż jivvota dwar il-ftehim għal Brexit", "subtitle": "Kollox jindika li l-Parlament Ingliż se jkun qed jivvota kontra l-ftehim għal Brexit milħuq bejn May u l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ", "text": ["Kollox jindika li l-Parlament Ingliż se jkun qed jivvota kontra l-ftehim għal Brexit milħuq bejn May u l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea", "Illum huwa jum importanti ħafna għar-Renju Unit u xi ftit jew wisq anke għall-futur tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May u dan hekk kif wara ġimgħat ta’ stennija, il-Parlament Ingliż se jivvota dwar il-ftehim għal Brexit.", "Il-vot se jittieħed aktar tard illum, għall-ħabta tat-8:00pm, wara ħamest ijiem ta’ dibattitu jaħraq.", "Ibieraħ May ħeġġet lill-Membri Parlamentari biex jivvutaw favur il-ftehim, għax fi kliemha hemm ċans li mingħajr il-ftehim ma jkunx hemm Brexit.", "May insistiet li l-Unjoni Ewropea tat assigurazzjonijiet b’saħħithom fosthom anke dwar “il-backstop” Irlandiża, l-aktar punt li qajjem diskussjoni fil-Parlament Ingliż.", "Madanakollu, diversi Deputati ta’ May mistennija jingħaqdu mal-partiti fl-Oppożizzjoni u jivvutaw kontra dan il-ftehim.", "Fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Oppożizzjoni Ingliż, Jeremy Corbyn insista li jekk il-ftehim ma jgħaddix, May għandha ssejjaħ elezzjoni ġenerali urġenti u saħaq li l-Partit Laburista lest iressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54248/busuttil_gamel_biss_allegazzjonijiet_u_semma_persuni_mingajr_ma_indika_lfatti_biddettall", "date": "15 ta' Jannar 2019 09:22", "title": "‘Busuttil għamel biss allegazzjonijiet u semma persuni mingħajr ma indika l-fatti bid-dettall'", "subtitle": "Il-ġimgħa li għaddiet ħareġ digriet mill-Qorti li qajjem diskussjoni mill-ġdid dwar il-Panama. X’qal il-Maġistrat eżatt? U għalfejn ma jħossx li għandha tkun investigata l-kwistjoni tal-Panama? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn 27 paġna ta’ digriet...", "text": ["Il-ġimgħa li għaddiet ħareġ digriet mill-Qorti li qajjem diskussjoni mill-ġdid dwar il-Panama.", "X’qal il-Maġistrat eżatt?", "U għalfejn ma jħossx li għandha tkun investigata l-kwistjoni tal-Panama?", "L-ILLUM tagħti ħarsa lejn 27 paġna ta’ digriet...", "Il-ġimgħa li għaddiet kien ippubblikat id-digriet finali tal-Imħallef Giovanni Grixti, digriet illi fil-qosor iddeċieda li ma kienx hemm biżżejjed raġunijiet u bażi legali biex tibda investigazzjoni fuq il-kwistjoni tal-Panama Papers u allura żewġ kumpaniji fil-Panama li kienu fetħu l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.", "Lanqas kienu laħqu ħarġu l-ewwel dettalji tad-digriet li ma bdewx ir-reazzjonijiet.", "L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li fetaħ ir-rikors kontra numru ta’ nies inkluż il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din id-deċiżjoni ma tistax titwemmen u staqsa fejn ser issir ġustizzja, jekk mhux f’pajjiżna.", "Min-naħa tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi qal illi d-deċiżjoni tal-Qorti kkonfermat l-istejjer dwar il-Panama bħala ‘spekulazzjoni’.", "Imma x’jgħid eżatt id-digiret?", "Veru li l-Ministru Mizzi huwa skolpit minn kull akkuża li seta’ kien hemm fil-konfront tiegħu?", "U kif kienet skjaċċanti d-deċiżjoni fil-konfront ta’ Simon Busuttil?", "Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn id-deċiżjoni tal-Imħallef Grixti u permezz ta’ ‘Mistoqsija u Tweġiba’ qed twassal il-fatti miktubin iswed fuq l-abjad lill-qarrejja tagħha.", "X’inhu l-għan tad-digriet?", "Id-digriet ta ħarsa lejn “lista żgħira minn ammont kbir ħafna ta’ emails ippubblikati mill-International Consortium of Investigative Journalists (ICIJ).", "Dawn mhumiex qed ikunu investigati f’Inkjesta Maġisterjali oħra.", "Għalfejn Busuttil ried ir-rekuża tal-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi?", "Forsi tiftakru l-kwistjoni kollha li tirrelata lil dan l-Imħallef.", "L-eks Kap tal-PN kien talab għar-rekuża tiegħu, jiġifieri li dan ma jkunx l-Imħallef li jisma’ dan il-każ partikolari.", "Busuttil sostna illi hemm kunflitt ta’ interess fil-fatt illi Antonio Mizzi huwa r-raġel tal-MEP Laburista Marlene Mizzi.", "Fid-29 ta’ Ottubru iżda l-Qorti Kostituzzjonali kienet ħassret id-deċiżjoni tal-Prim’Awla u allura dik li kienet laqgħet tlieta mis-sitt talbiet ta’ Busuttil.", "Dawn huma; li l-preżenza ta’ Mizzi bħala mħallef f’dan il-każ kien qed jimpedixxi fuq id-dritt tiegħu ta’ smigħ xieraq, li titħassar kull sentenza ta’ Mizzi f’dan ir-rigward u li finalment dan il-każ jinstema’ quddiem ġudikant ieħor.", "X’ġara bejn is-26 u s-27 ta’ Lulju 2017?", "Nhar is-26 ta’ Lulju 2017 il-Maġistrat inkwirenti kkonkluda li l-prerekwiżiti kollha biex issir investigazzjoni fil-każ tal-Panama kienu qegħdin hemm.", "Kellu għalhekk jintagħżel maġistrat bil-polza biex ikun hu li jinvestiga l-akkużi u l-implikazzjonijiet f’dan il-każ (ara kaxxa).", "L-għada iżda, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi, Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini, Malcolm Scerri u Adrian Hillman fetħu rikors quddiem il-Qorti sabiex tkun miċħuda t-talba ta’ Busuttil għal inkjesta maġisterjali.", "Dan ir-rikors kien milqugħ din il-ġimgħa.", "U l-Avukat Ġenerali x’għandu x’jaqsam?", "Fi ftit kliem id-digriet sostna illi l-Avukat Ġenerali m’għandu x’jaqsam assolutament xejn.", "Artikli fil-Kodiċi Kriminali jgħidu illi meta jsir rapport jew kwerela minn xi ħadd, minn xi persuna mhux l-Avukat Ġenerali/uffiċjal tal-pulizija, għadhom ikunu notifikati s-suspettati.", "L-Avukat Ġenerali ma jissemmix bħala persuna li għandha tkun notifikata u l-Imħallef Grixti jgħid illi dan kien korrett meta ma esprimiex l-opinjoni tiegħu, sabiex b’hekk jippreserva u ma jippreġudikax id-doveri tiegħu f’każ li jkun mitlub jagħżel jekk għandhomx jibdew proċeduri kriminali jew le kontra waħda mill-persuni msemmijin fil-każ.", "Raġuni 1 –Muscat et al mhux notifikati", "Issa ejja nibdew inħarsu lejn ir-raġunijiet għalfejn l-Imħallef iddeċieda kontra investigazzjoni fuq il-każ.", "L-ewwel nett Busuttil talab, permezz ta’ rikors ieħor, li jirrispondi għal dak li qalu Muscat et al fil-Qorti.", "Il-Qorti fil-fatt tat lil Busuttil dan id-dritt li annetta xi dokumenti wkoll mar-risposta tiegħu.", "Muscat, Mizzi, Schembri u l-oħrajn ilmentaw illi huma ma kinux infurmati dwar ir-risposta ta’ Busuttil u lanqas id-dokumenti li hu ppreżenta u allura li ma ngħatawx iċ-ċans li jirrispondu għalihom.", "Id-deċiżjoni tal-Qorti ta’ din il-ġimgħa qalet li Muscat et al “ma ngħatawx l-opportunità li jkunu mgħarrfa u mogħtija d-dritt li jagħmlu osservazzjonijiet dwar dak mhux biss osservat minn Busuttil iżda wkoll dwar id-dokumenti minnu esbiti.”", "Iċ-Chief of Staff f’Kastilja ġab eżempju.", "Osserva li l-Kap tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew Werner Langen kien ikkwotat jgħid li dak tal-Panama kien “a textbook case of moneylaundering” jiġifieri każ tipiku ta’ ħasil ta’ flus.", "Schembri jgħid iżda li Langen fil-fatt qal li “mhux ċar  fil-mument, imma jidher qisu każ ta’ ħasil ta’ flus... irridu noqogħdu attenti qabel naslu għall-konklużjonijiet dwar dak li verament tfisser.”", "Raġuni 2 – Busuttil ressaq rikors ‘ma kienx validu’", "It-tieni raġuni għalfejn ir-rikors ta’ Busuttil ma kienx aċċettat huwa għaliex, fi kliem sempliċi, ‘ma kienx validu’.", "Is-sentenza tal-Qorti tfakkar illi rapport, denunzja jew kwerela jridu jkunu dwar reat 1) li għalih tista’ tingħata piena ta’ priġunerija għal iżjed minn tliet snin, 2) li s-suġġett materjali tar-reat ikun għadu jeżisti, 3) li dwaru jkun hemm id-dettalji kollha wieħed, wieħed, 4) jissemma l-instrument (f’dan il-każ il-kumpaniji fil-Panama) u l-mod li dan seta’ jġib l-effett (f’dan il-każ il-ħasil ta’ flus) u 5) tissemma b’mod ċar il-persuna li għamlet reat.", "Id-deċiżjoni tal-Qorti dwar dan il-punt huwa ċar; “Simon Busuttil għamel biss allegazzjonijiet u semma persuni mingħajr ma indika bid-dettall il-fatti,” sostna l-Imħallef li kompla jgħid ukoll illi Busuttil lanqas identifika r-rabta mal-persuni msemmija minnu.", "Aktar minn hekk iżda d-digriet jgħid ukoll hekk; “huwa immedjatament evidenti illi fl-ebda ħin Simon Busuttil ma allega b’mod ċar illi l-fatti rakkontati minnu jammontaw għal ħasil ta’ flus.”", "Ikompli jgħid ukoll li “fil-kuntest partikolari ta’ dan il-każ (Simon Busuttil) irid jgħid min mill-persuni kollha li semma huwa involut u kif.", "Ir-rikorrent (Simon Busuttil) donnu ma jridx jassumi din ir-responsabilità...”", "‘Mhux ġust...’", "F’parti tad-deċiżjoni tal-Qorti li hija pjuttost skjaċċanti fil-konfront ta’ Busuttil l-Imħallef jinsisti li mhuwiex ġust li Busuttil għamel lista ta’ avvenimenti jew okkażjonijiet li minn għajnejh jiffurmaw nisġa ta’ reat jew attentat ta’ reat biex imbagħad jiddeċiedi l-Maġistrat jekk kienx hemm att jew attentat ta’ reat.", "Il-Maġistrat qabad uħud mill-affarijiet li ntqalu fir-rikors u staqsa kif dawn qed juru jew jindikaw li sar l-att tal-ħasil tal-flus.", "Grixti rrimarka kif Busuttil semma ż-żjara tal-PM fl-Ażerbajġan mingħajr midja u r-riżenji tal-eks Kumissarju Michael Cassar kif ukoll tal-eks Kap tal-FIAU Manfred Galdes u staqsa kif dawn juru li twettaq ir-reat ta’ ħasil ta’ flus.", "U għaliex mhIx valida l-prova mill-Mossack Fonseca?", "Interessanti kif id-dokumenti li kienu ‘leaked’ minn Mossack Fonseca u li juru illi Konrad Mizzi u Keith Schembri  kellhom kumpanija fil-Panama ma jistgħux ikunu miżmuma, meqjusin u preżervati bħala xhieda.", "Dan minħabba li l-‘leak’ tal-informazzjoni minn  Mossack Fonseca (il-kumpanija li fetħet għexieren ta’ kumpaniji fil-Panama) hija minnha nnifisha illegali.", "Imma Hearnville u Tillgate kienu miftuħin għall-iskop ta’ ħasil ta’ flus jew le?", "Din l-allegazzjoni li saret bosta drabi speċjalment fid-dawl ta’ informazzjoni dwar il-kumpanija 17 Black, ma kinitx sostanzjata fil-Qorti.", "Fi kliem ieħor anke jekk kien hemm flus deħlin f’Hearnville (ta’ Konrad Mizzi) u Tillgate (ta’ Keith Schembri) minn 17 Black, mhuwiex pruvat li dawn il-kumpaniji se jintużaw biex jaħslu tali flus.", "Il-Qorti qalet illi, “jekk imbagħad dawn it-trusts intużawx mill-benefiċċjarji tagħhom biex jaħslu l-flus jew isir attentat ta’ ħasil ta’ flus mhux indikata minn Busuttil.”", "Il-Qorti sostniet illi Busuttil kellu jgħid “ċar u tond” jekk hux qed jagħmel l-akkuża li t-trusts saru biex jinħaslu l-flus.", "“Bżonn l-elementi kollha biex jiskatta l-mekkaniżmu ġudizzjarju”", "Intant l-Imħallef temm bi stqarrija pjuttost interessanti.", "Huwa qal hekk; “li persuna jkollha suspett li seħħ xi reat huwa dritt fundamentali ta’ kulħadd, iżda sabiex b’dak is-suspett jiskatta mekkaniżmu ġudizzjarju jeħtieġ li jkunu preżenti mhux biss l-elementi kollha kif tesiġi l-liġi u kif eżaminati fil-kunsiderazzjonijiet magħmula fid-digriet (ara iktar ’il fuq) iżda wkoll li l-eventwali tista’ ssir...”", "U Simon x’qal eżatt fl-akkużi?"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54169/delia_jibgat_messa_filamsa_ta_filgodu_jwieged_li_se_jiieled_littradituri", "date": "7 ta' Jannar 2019 11:43", "title": "Delia jibgħat messaġġ fil-ħamsa ta' filgħodu jwiegħed 'gwerra' kontra 't-tradituri'", "subtitle": "Adrian Delia bagħat il-messaġġ lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista", "text": ["Adrian Delia bagħat il-messaġġ lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista", "Skont rapporti, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, bagħat messaġġ lill-membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li fih 'iddikjara gwerra' kontra dawk li huma kontrih fil-partit stess.", "Jidher li dan il-messaġġ spiċċa għand it-Times of Malta wara li Delia allegatament bagħat il-messaġġ fuq WhatsApp fil-5am.", "Delia qiegħed jiffaċċja pressjoni biex jirriżenja wara allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika li qed isiru fil-konfront tiegħu minn martu Nickie Vella de Fremeaux u li qed titlob is-separazzjoni minn miegħu.", "F’messaġġ pjuttost poetiku, il-Kap Nazzjonalista kiteb: “Ninsabu fi gwerra.", "Ma baqax dubji.", "Ħafna se jiġġieldu u se jitilfu jew jirbħu.", "Oħrajn se jgħebu.", "Ftit, se jgħixu biex jiġġieldu u jirbħu biex imutu u għalhekk se jgħixu għal dejjem.", "Iż-żmien wasal.", "Iż-żmien huwa issa.”", "Intant, ilbieraħ, The Sunday Times of Malta, irrappurtat li l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiltaqa’ biex jiddiskuti l-allegazzjonijiet li fl-aħħar jiem tefgħu dell ikrah fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.", "F'kummenti mas-sid Lovin Malta, il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Mark Anthony Sammut, li dejjem ħareġ għonqu għal Adrian Delia, insista li dawn l-allegazzjonijiet qed jagħmlu ħsara kbira lill-Partit Nazzjonalista.", "Fl-aħħar jiem, f’messaġġ ieħor poetiku fuq Facebook, il-Kap Nazzjonalista tenna li ma għandu l-ebda intenzjoni li jitlaq u anke jekk kien hemm min ma ridux jispiċċa s-sena bħala Kap Nazzjonalista,", "se jkun qed jarah jippersevera fis-sena l-ġdida.", "Intant ilbieraħ,", "s", "orsi differenti li tkellmu mal-gazzetta ILLUM sostnew illi s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista bħalissa hija waħda ħażina ħafna", "b’żewġ sorsi minn tlieta li kellmu lill-ILLUM jikkonfermaw illi qed isiru laqgħat ‘sigrieti’ illi fihom Deputati u uffiċjali tal-partit qed jippjanaw kif Delia se jkun imġiegħel jitneħħa.", "Sors ieħor ma eskludiex li qed isiru dawn il-laqgħat iżda sostna li hu ma jafx bihom.", "Is-sors viċin Adrian Delia filwaqt li kkonferma li għaddejjin dawn il-laqgħat żied jgħid li dawn qed isiru “mill-istess nies tas-soltu”.", "Imma hu qal li Delia “se jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista żgur.”"]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54279/lassi_pubblii_qed_jiu_abbuati_u_lwirt_naturali_talpajji_qed_jii_sfruttat__pd", "date": "15 ta' Jannar 2019 11:15", "title": "'L-assi pubbliċi qed jiġu abbużati u l-wirt naturali tal-pajjiż qed jiġi sfruttat' - PD", "subtitle": "Il-Partit Demokratiku jisħaq li l-Gvern ma għandu l-ebda liġi li tista' trażżnu", "text": ["Il-Partit Demokratiku jisħaq li l-Gvern ma għandu l-ebda liġi li tista' trażżnu", "Il-Kandidat tal-Partit Demokratiku għall-Parlament Ewropew, Martin Cauchi Inglott, saħaq li l-assi pubbliċi qed jiġu abbużati u l-wirt naturali tal-pajjiż qed jiġi sfruttat.", "Cauchi Inglott kien qiegħed jirreferi għall-proġetti kbar fosthom l-aħħar proġett li qed jimbotta ‘l quddiem il-Grupp Corinthia.", "“Art pubblika u l-baħar qed jiġu amministrati daqs li kieku Malta kienet fewdu ggvernat bi dritt.", "M’hemm l-ebda liġi li qed trażżan lill-gvern,” saħaq il-Kandidat.", "Dwar dan tkellmet ukoll il-kandidata Camilla Appelgren li insistiet li “t-trattament preferenzjali” li qed jingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja għar-reklamazzjoni tal-kosta jindika li dan l-Gvern “qed jirrombla fuq l-assi naturali tal-pubbliku.”", "“Din il-ferneżija megalomanika ta’ torrijiet minn lukandiera li qed isiru żviluppaturi tal-propjetà tidher, fost oħrajn, f’Tigne Point Fortina, Manoel Island, kif ukoll ġo u madwar il-benniena tal-Bajja ta’ San Ġorġ.", "Kollha qed isiru bi prezzijiet taħt il-valur tas-suq f’negozjati li jidhru kemmxejn suspettużi li jmorru kontra l-interess pubbliku.", "Dan sar it-timbru ta’ gvern jaġixxi bla sens li ma jaħsibx fis-sostenibbiltà ta’ Malta,” kompliet il-kandidata.", "Il-Partit Demokratiku temm jisħaq li huwa evidenti li dan il-gvern qed jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni, għax il-liġijiet tagħna m’għandhomx mekkaniżmu fihom biex jiżguraw korrettezza finanzjarja."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54280/kwai_nofs_miljun_persuna_jaqsmu_lejn_gawdex_fottubru_biss", "date": "15 ta' Jannar 2019 11:20", "title": "Ftit inqas minn nofs miljun passiġġier jaqsmu lejn Għawdex f'Ottubru biss", "subtitle": "Immarkata żieda ta' 5.4% fin-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex fl-aħħar kwart tas-sena 2018", "text": ["Immarkata żieda ta' 5.4% fin-numru ta' passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex fl-aħħar kwart tas-sena 2018", "Total ta' 1.3 miljun passiġġier ivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex matul ir-raba' u l-aħħar kwart tas-sena l-oħra.", "Dan għalhekk immarka żieda ta' 5.4% meta mqabbell mal-istess perjodu s-sena ta' qabel.", "L-akbar numru ta' passiġġieri kien f'Ottubru meta vvjaġġaw kważi nofs miljun bejn iż-żewġ gżejjer, preċiżament 494,964 jew 37.5% tat-total ta' dan il-perjodu.", "In-numru ta' karozzi żdied b'9% għal total ta' 398,596.", "In-numru ta' vjaġġi ammontaw għal 5,830 jew żieda ta' 7% meta kkumparat mal-istess perjodu s-sena l-oħra."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54234/ilpd_joro_reazzjoni_gaddeijoni_dwar_ilpanama_papersilpn_gadu_le", "date": "11 ta' Jannar 2019 11:15", "title": "Il-PD joħroġ reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-Panama Papers...il-PN għadu le", "subtitle": "'M'hemm l-ebda ħelsien mir-responsabbiltà mingħajr investigazzjoni fejn toħroġ il-verità kollha fil-pubbliku...' ", "text": ["'M'hemm l-ebda ħelsien mir-responsabbiltà mingħajr investigazzjoni fejn toħroġ il-verità kollha fil-pubbliku...'", "Wara d-deċiżjoni tal-Imħallef Giovanni Grixti dwar l-appell kontra investigazzjoni fil-Panama Papers, id-Deputat Kap tal-Partit Demokratiku Timothy Alden ikkundanna dak li sejjaħ bħala uffiċċjali taħt suspett ta' korruzzjoni li skontu, \"qed jagħmlu tabirruħhom li ġew eżonerati għax irnexxielhom jimblukkaw investigazzjoni indipendenti milli sseħħ.", "M'hemm l-ebda ħelsien mir-responsabbiltà mingħajr investigazzjoni fejn toħroġ il-verità kollha fil-pubbliku,\" sostna Alden.", "Ineterssanti kif minkejja li il-Partit Demokratiku issa ħareġ reazzjoni dwar din id-deċiżjoni ;li kienet timpatta lill-eks Kap tal-Partit Nazjonaliosta Simon Busuttil bħala rikorrent u allura l-persuna li talbet illi ssir investigazzjoni dwar il-Panama Papers u allura żewġ kumpaniji li kienu fetħu Konrad Mizzi u Keith Schembri fil-Panama.", "Deli għadda biss kumment mal-gazzetta oħt Maltatoday meta qal li l-PN se jirrispetta d-deċiżjoni tal-Imħallef.", "Alden kompla staqsa lil Konrad Mizzi, lil Keith Schembri u l-oħrajn kollha li appellaw kontra investigazzjoni \"biex b’mod volontarju jsejħu investigazzjoni kompletament ħielsa.", "Jekk le, mhu se jingħalaq qatt dan il-kapitlu.”", "Il-kandidat għall-elezzjoni tal-MEPs Anthony Buttigieg stqarr li l-mod li bih tmexxa dan l-appell kontra investigazzjoni \"jimplika li hemm xi ħaġa x’taħbi.", "Mod jew ieħor, il-verità trid tinstab minkejja uffiċjali lesti jużaw kull lakuna biex jabbużaw mill-ispirtu tal-liġijiet tagħna, u potenzjalment jaħarbu mill-ġustizzja.\""]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54235/tlieta_arrestati_fuq_serq_flimarr_u_san_pawl_ilbaar", "date": "11 ta' Jannar 2019 11:28", "title": "Tlieta arrestati fuq serq fl-Imġarr u San Pawl il-Baħar", "subtitle": "L-età tal-akkużati tvarja bejn 18 u 34 sena...", "text": ["L-età tal-akkużati tvarja bejn 18 u 34 sena...", "F’iktar ħidma mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, waslet għal arrest ta’ tliet persuni.", "Dawn il-persuni, li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u 34 sena, kienu qegħdin jiġu investigati wara li kien hemm suspett li setgħu wettqu serq minn ġewwa restorant fl-Imġarr u minn ġewwa residenza f’San Pawl il-Baħar.", "L-investigazzjonijiet kienu ta’ suċċess u se jiġu mressqa l-Qorti aktar tard illum, għall-ħabta ta’ 2:15 a.m, quddiem il-Magistrat Dr. S. Grech LL.D."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54232/meta_insir_naf_min_xerred_ilfilmati_se_nieu_kull_pass_permess_billii__delia", "date": "11 ta' Jannar 2019 12:12", "title": "‘Meta nkun naf min xerred il-filmati se nieħu kull pass permess bil-liġi’ - Delia", "subtitle": "Mal-illum.com.mt Adrian Delia jgħid li mhux se jieħu passi kontra Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi għax 'm'għandu l-ebda prova'", "text": ["Mal-illum.com.mt Adrian Delia jgħid li mhux se jieħu passi kontra Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi għax 'm'għandu l-ebda prova'", "F'kummenti li ta lil dan is-sit ftit mumenti wara li spiċċa ir-rally fid-Dar Ċentrali f'Tal Pietà ilbieraħ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed li, \"ġaladarba nkun naf fiċ-ċert min qed ixxerred il-filmati personali tiegħi u tal-familjari tiegħi, se nkun qiegħed nieħu passi.\"", "Mistoqsi x'tip ta' passi beħsiebu jieħu, Delia wieġeb, \"kull pass possibbli bil-liġi Maltija\", filwaqt li ddeskriva tixrid ta' dawn il-filmati personali bħala 'att skandaluż'.", "Is-sit illum.com.mt staqsa wkoll lil Kap tal-Oppożizzjoni għar-reazzjoni tiegħu fuq l-stejjer li", "rrapportat din il-gazzetta stes", "s", ", fejn fi ftit kliem żvelat kif numru ta' deputati tal-PN, fosthom Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi qed jiltaqgħu ma' Deputati tal-PN biex Delia jitneħħa.", "Għall-mistoqsija tal-ILLUM Delia sostna li, \"jien m'għandi prova tal-ebda forma ta' ħidma minn dawn id-deputati kontrija u la ma rajt xejn, ma nistax neħlef jew nieħu passi.\"", "Mistoqsi x'kors ta' azzjoni jekk issir jaf b'min allegatament qegħdin jagħmlu l-bsaten fir-roti lill-Kap tal-PN, huwa saħaq li, \"ma rajt xejn bil-miktub, però jekk inkun ċert u jkolli evidenza f'idi li turi dan ovvjament jkolli nieħu passi.\"", "Ilbieraħ filgħaxija, Adrian Delia intlaqa' fid-Dar Ċentrali minn għexieren ta' partitarji", "entużjasti lkoll jgħajjtu 'Delia, Delia' u jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Kap tal-PN, bħalissa fl-għajn ta' ħafna kritika.", "Il-laqgħa li għaliha ssejħu l-attivisti u l-kumitati sezzjonali saret hekk kif il-Partit Nazzjonslista għaddej minn waħda mill-eqqel kriżijiet politiċi b'numru ta' Deputati saħansitra jirribellaw kontra Delia fil-pubbliku."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54237/irridu_narsu_linteress_nazzjonali_kif_ukoll_ilajjiet_tannies__delia_", "date": "11 ta' Jannar 2019 13:04", "title": "'Irridu nħarsu l-interess nazzjonali kif ukoll il-ħajjiet tan-nies' - Delia", "subtitle": "'Soċjetà li Jimpurtaha jfisser li għandna nħarsu l-interess nazzjonali, s-sovranità u l-interessi ekonomiċi iżda wkoll nirrikonoxxu li qegħdin isiru wkoll villaġġ globali'", "text": ["'Soċjetà li Jimpurtaha jfisser li għandna nħarsu l-interess nazzjonali, s-sovranità u l-interessi ekonomiċi iżda wkoll nirrikonoxxu li qegħdin isiru wkoll villaġġ globali'", "\"Il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista, Soċjetà li Jimpurtaha jfisser li għandna nħarsu l-interess nazzjonali, s-sovranità u l-interessi ekonomiċi iżda wkoll nirrikonoxxu li qegħdin isiru wkoll villaġġ globali.\", hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta ltaqa' mal-ambaxxaturi u l-korp diplomatiku li skambju tal-awguri għas-sena l-ġdida.", "Delia qal li qed ngħixu f'dinja li qed tinbidel b'pass mgħaġġel u x-xenarju politiku dinji jinbidel f'temp qasir ħafna.", "Huwa qal li matul din is-sena, għandna quddiemna realtajiet ġodda bħalma hija l-Brexit, li se ġġib magħha sfidi iżda wkoll opportunitajiet ġodda.", "Brexit se ġġib magħha wkoll inċertezzi u mistoqsjiet fuq il-mod kif il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se tkun qed taffettwa mhux biss l-Ewropa iżda wkoll il-kumplament tad-dinja.", "Dan apparti l-isfidi tal-instabbilità fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani.", "Adrian Delia qal li Malta pajjiż żgħir li għandha wkoll vantaġġ strateġiku li sservi ta' medjatur u allura ġġorr wkoll responsabbilità li hija akbar mill-kobor tagħna bħala pajjiż.", "Huwa qal li l-immigrazzjoni huwa fenomenu li rridu nifhmu aktar, hekk kif aktar persuni qegħdin jimxu minn pajjiż għall-ieħor minħabba diversi ċirkostanzi fosthom tibdil fil-klima, l-gwerer, il-faqar jew kriżijiet ekonomiċi u għalhekk id-dinja trid tinbidel għal dawn ir-realtajiet ġodda.", "Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li bħala politiċi għandna d-dmir li nifhmu dawn iċ-ċirkostanzi u r-realtajiet ġodda li qed jaffetwaw lin-nies.", "Adrian Delia qal li għandna mhux biss inħarsu l-interessi nazzjonali iżda wkoll inħarsu l-ħajja umana b'rispett lejn il-liġijiet internazzjonali."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/qrati_u_pulizija/54238/qorti__10_snin_abs_gal_rael_li_stupra_lil_kuintu_", "date": "11 ta' Jannar 2019 14:06", "title": "Qorti | 10 snin ħabs għal raġel li stupra lil kuġintu", "subtitle": "Raġel jinstab ħati li stupra lil kuġintu meta kien għad kellha 10 snin...", "text": ["Raġel jinstab ħati li stupra lil kuġintu meta kien għad kellha 10 snin...", "L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera illum tat is-sentenza fil-każ tal-istupru fuq tifla ta' 10 snin minn kuġinuwha stess.", "Id-dettalji tal-każ kienu ppublikati fl-aħħar ġranet, li", "ema dettalji juru kif sar l-istupru f'okkażjonijiet differenti", ".", "Hi sabet lill-akkużat ħati ta' stupru aggravat u tagħtu sentenza ta' 10 snin ħabs.", "It-tfajla ta' 16-il sena xehdet kif l-abbuż kien iseħħ fi kmamar differenti fid-dar tan-nanna.", "Imma l-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Anita Giordimina argumentaw li l-allegazzjonijiet kienu foloz u motivati mill-għira.", "Il-Qorti nnotat li kienet iffaċċjata b'evidenza kuntrastanti u fakkret illi evidenza ċirkostanzjali trid tippunta lejn direzzjoni waħda.", "Qalet ukoll li ma tarax għalfejn it-tfajla setgħet kienet qed tgħir għaliex din kellha ġuvintur .", "\"Kienet ikkontrollata minn kuġinuwha b'malizzja kbira,\" qalet l-Imħallef li ddeskriviet l-azzjoni tal-akkużat bħala 'barbari' u 'annimaleski'."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/54239/iktar_minn_53_miljun_passiier_uaw_ittrasport_pubbliku_fl2018", "date": "11 ta' Jannar 2019 17:59", "title": "Iktar minn 53 miljun passiġġier użaw tal-linja fl-2018", "subtitle": "Sena rekord għat-trasport pubbliku bir-rotot ta' Tas Sliema, San Ġiljan, Buġibba u Ċirkewwa jkunu l-aktar popolari", "text": ["Sena rekord għat-trasport pubbliku bir-rotot ta' Tas Sliema, San Ġiljan, Buġibba u Ċirkewwa jkunu l-aktar popolari", "Is-sena l-oħra kienet oħra rekord assolut għal Malta Public Transport (MPT) hekk kif it-trasport pubbliku ġar 53.4 miljun passiġġier.", "Dan jirrapreżenta żieda ta' 11.3% mill-2017 meta l-kumpanija kienet ġarret 48 miljun passiġġier.", "\"Aħna kburin li qed inġorru 14-il miljun passiġġier aktar mill-ewwel sena illi fiha bdejna noperaw,\" qal il-General Manager tal-MPT Konrad Pulè.", "\"Dan it-tkabbir kontinwu huwa sinjal ċar li l-fiduċja fit-trasport pubbliku qed tiżdied.\"", "ir-rotot li kienu l-aktar popolari kienu dawk li jfornu l-lokalitajiet ta' Tas Sliema, san Ġiljan, Buġibba u Ċirkewwa.", "Ir-rotta 13/13A li tgħaddi minn Tas Sliema, San Ġiljan/Paceville ġarret tliet miljuni matul l-2018 waħedha.", "Rotot oħrajn popolari huma dawk li jgħaddu/jieqfu Mater Dei u l-Univeristà.", "Mal-186,000 passiġġier jużaw dawn ir-rotot kuljum."]} {"category": "news, press", "url": "https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/53691/sajjied_se_jieu_passi_legali_wara_li_ta_transport_malta_adulu_lluzzu", "date": "14 ta' Novembru 2018 09:29", "title": "Sajjied se jieħu passi legali wara li ta’ Transport Malta ħadulu l-luzzu", "subtitle": "Martin Caruana jirrakkonta l-ugigħ ta’ qalb li ħass meta ħadulu l-luzzu minn fuq skal minkejja li spjegalhom għalfejn ma setax ineħħih", "text": ["Martin Caruana jirrakkonta l-ugigħ ta’ qalb li ħass meta ħadulu l-luzzu minn fuq skal minkejja li spjegalhom għalfejn ma setax ineħħih", "“Ma nafx kif ma tanix xi ħaġa meta rajthom jeħduli l-luzzu.”", "Hekk qal bid-dmugħ f’għajnejh Martin Caruana, il-President tal-Marsaxlokk Artisanal Fishers li ma fadallu l-ebda għażla ħlief li jieħu passi legali wara li Transport Malta ħadulu l-luzzu minn fuq skal f’Marsaxlokk.", "Kollox beda fl-20 ta’ Ottubru li għadda, meta Caruana tella’ l-luzzu fuq wieħed mill-iskalin (rampa li tagħti għall-baħar minn fejn jittellgħu u jitniżżlu d-dgħajjes) biex ikun jista’ jagħmel fuqu xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni.", "Il-luzzu ta’ Caruana mhux wieħed żgħir, twil madwar 30 pied u kien għalhekk li kif jagħmel dejjem, tella’ l-luzzu fuq dan l-iskal partikolari, li fuqu jittellgħu opri tal-baħar ta’ ċertu daqs, bl-għajnuna tal-persuna inkarigata mid-Dipartiment tas-Sajd biex jopera l-winġ li hemm apposta.", "Għall-mistoqsijiet mibgħuta mill-gazzetta ILLUM, kelliema għal Transport Malta wieġbet li fis-16 ta’ Ottubru li għadda infurmaw lid-Dipartiment tas-Sajd u lill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd li x-xogħlijiet fuq l-iskalin kienu se jibdew fit-22 ta’ Ottubru u li l-kuntrattur kien se jibda mill-iskal li fuqu Caruana tella’ l-luzzu.", "Madanakollu ma’ din il-gazzetta, Martin Caruana spjega li ma kien hemm l-ebda avviż li juri li ftit jiem wara kellhom jibdew ix-xogħlijiet fuq dan l-iskal u insista li lanqas il-ħaddiem li jopera l-winġ ma kien infurmat, għax kieku ma kienx se jgħinu jtella’ l-luzzu.", "Iżda ġara li mil-lejl għan-nhar, il-luzzu ta’ Martin Caruana ddawwar bil-ħadid biex il-kuntrattur jibda x-xogħol.", "Ma setgħux bdew jaħdmu fuq skal ieħor?", "Caruana kkonferma li għalkemm il-Marsaxlokk Artisanal Fishers kienu kkonsultati dwar ir-restawr li hemm bżonn fuq dawn l-iskalin, ma kinux jafu meta se jibda x-xogħol.", "Insista li l-iskal inkwistjoni ftit li xejn kellu bżonn manutenzjoni, anke għax fl-aħħar xhur kienu diġà saru xi xogħlijiet fuqu.", "Fil-fatt din il-gazzetta rat email mibgħuta lil Martin Caruana, mill-Perit ta’ Trasport Malta, datata 30 Ottubru, li fiha ġie spjegat li l-intervent fuq dan l-iskal kien se jkun wieħed minimu “u mhux se jsir resurfacing tal-wiċċ tiegħu.”", "Ix-xogħlijiet kellhom isiru fuq l-ilqugħ tiegħu u kellhom jinbidlu l-parati tal-injam.", "Martin Caruana kompla jispjega li meta talbuh ineħħi l-luzzu minn fuq l-iskal hu kien diġà beda jaħdem fuqu u kien talab lil Transport Malta biex il-kuntrattur jibda jaħdem fuq l-iskalin l-oħra li jirrikjedu ħafna aktar xogħol.", "“Ma stajtx inneħħih.", "Spjegajtilhom li kont ilħaqt qaxxart il-luzzu.", "F’dak l-istat ma stajtx inniżlu l-baħar u ma kien hemm imkien fejn stajt nieħdu,” qalilna Caruana.", "Fil-fatt, is-sajjied spjega dan kollu f’email oħra li bagħat lill-perit.", "Allura ma setgħux jibdew minn xi skal ieħor?", "Fl-email, il-perit tispjega li “l-kuntrattur għandu bżonn jibda jaħdem fuq l-iskal li jirrikjedi intervent żgħir biex meta jasal jaħdem fuq l-iskalin fejn ix-xogħol huwa aktar kumpless, ikollu s-sistema ta’ kif se jaħdem diġà stabbilita.”", "Imma Caruana webbes rasu?", "Sadanittant, Caruana kien irċieva telefonata mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Birżebbuġa u anke mid-Dipartiment tas-Sajd biex ineħħi l-luzzu.", "“Jien bqajt nittama li se jirraġunaw.", "Għidtilhom li għenni ntellgħu persuna nkarigata mid-Dipartiment.", "Spjegajt li ma stajt nagħmel xejn bil-luzzu.", "Anke l-avukat tiegħi pprova jispjegalhom” kompla jgħidilna Caruana.", "Fil-fatt, mit-tweġiba ta’ Transport Malta, jirriżulta li l-awtorità kienet infurmata li s-sajjied kien laħaq tella’ l-luzzu fuq l-iskal u kellu xogħol ta’ tliet ġimgħat fuqu.", "Madanakollu, il-kelliema saħqet li mill-Għaqda Kooperativa tas-Sajd kienu kkonfermaw li x-xogħlijiet jistgħu jibdew u li kienu se jkellmu lil Caruana huma.", "Madanakollu, Martin Caruana insista ma’ din il-gazzetta li l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd qatt ma għamlet kuntatt miegħu u kienu biss il-Pulizija li fil-31 ta’ Ottubru reġgħu ċemplulu u infurmawh li jekk mhux se jneħħi l-luzzu kienu se jiġbuh.", "“Dakinhar filgħaxija nżilna għand it-tifla bl-ikel.", "Il-mara qaltli li kien hemm krejn ħdejn il-luzzu,” qal Caruana waqt li nfaqa’ jibki.", "“Ġew jeħduli l-luzzu bil-lejl.", "Ma nafx kif ma tanix attakk tal-qalb dak il-ħin!”", "Anke jekk Transport Malta insistiet ma’ din il-gazzetta li “l-luzzu tneħħa fil-preżenza tas-sid,” Caruana insista li ħadd minn Transport Malta ma ċempillu u kien hemm b’kumbinazzjoni.", "X’se jsir mil-luzzu?", "Sa ftit tal-jiem ilu, Martin Caruana lanqas biss kien jaf fejn ittieħed dan il-luzzu u kienet din il-gazzetta li staqsiet lil Transport Malta x’sar minnu.", "Il-kelliema qalet li s-sid ġie offrut jakkumpanja l-luzzu sal-post tal-ħażna u insistiet li dan ittieħed fil-propjetà ta’ Transport Malta fil-Marsa.", "Mistoqsija meta dan il-luzzu se jkun rilaxxat, il-kelliema qalet li hija proċedura tal-Awtorità li meta tittieħed opra tal-baħar taħt il-kustodja tagħha l-opra tinżamm f’post sigur sakemm isiru l-investigazzjonijiet u l-proċeduri neċessarji.", "Intant, din il-gazzetta bagħtet ukoll għadd ta’ mistoqsijiet dwar dan il-każ lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-sajjieda, Clint Camilleri u anke lid-Dipartiment tas-Sajd.", "Id-Dipartiment tas-Sajd insista li hu ma jidħolx fix-xogħlijiet li qed isiru, filwaqt li s-Segretarjat Parlamentari għadu ma weġibx.", "It-‘tender’ għall-manutenzjoni tal-iskalin għalaq f’April li għadda u dan wara li fi Frar 2017 id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura kellu sensiela ta’ laqgħat ma’ dawk kollha kkonċernati dwar ix-xogħlijiet li jeħtieġu l-iskalin.", "Fil-fatt, fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed isiru xogħlijiet fuq 10 skalin mal-kosta Xlukkajra."]}