{"url": "https://newsbook.com.mt/blog/non-possumus-ma-nistghux/", "date": "30 ta' Marzu 2021 1:57 PM", "category": "press, news", "text": ["Occupy Justice .td_uid_2_606314a738ecd_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606314a738ecd_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Din il-frażi għandha storja twila ħafna.", "Kienet l-għajta tal-martri nsara taħt il-persekuzzjoni tal-Imperatur Ruman Dijoklestjanu.", "L-għajta wkoll ta' Papiet li kienu mkeċċija minn Ruma fis-sekli 19 u 20.", "L-għajta ta' Patri Karmelitan eroj martri, il-Beatu Titus Brandsma fl-Olanda meta n-Nażisti riedu li l-gazzetti jippubblikaw dak li jiġi ddettat lilhom u kienet ukoll l-għajta tal-Isqfijiet Pollakki meta ddefendew l-indipendenza tal-Knisja Kattolika kontra r-reġim Komunista u aktar tard tal-moviment Pollak Solidarnosc.", "Daqqew l-istess diska.", "Ħafna minnhom spiċċaw maqtula, foqra, eżiljati u umiljati.", "Imma llum ta' kull sena l-Knisja lil xi wħud minnhom tagħtihom l-unuri tal-altari.", "Hemm mijiet ta' monumenti jikkommemorawhom, bliet u toroq imsemmija għalihom.", "Fuq kollox ħafna minnhom saru mudelli ta' rwoli li jistgħu jiġu kkupjati.", "L-ilment li għadna anke issa nisimgħu bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia meta din seħħet nhar is-16 ta' Ottubru 2017, ma jdoqqx.", "L-imwiet kundannabbli ta' Karin Grech u Raymond Caruana għadna nfakkruhom sal-lum, u hekk jixraq.", "Jekk it-tifkira tagħhom tmiss qalb waħda, ukoll tagħmel ġid.", "Hawn nies li ma jmutu qatt, grazzi għal dawk li jżommu l-memorja tagħhom ħajja.", "Illum Daphne saret isem mondjali u l-kelma tagħha għadha ssarraf fil-kxif ta' dak li kien ippjanat b'ħażen biex ma jinkixifx.", "Il-korruzzjoni hija kankru.", "Ma vvintha ħadd, ħlief li hija ħaġa magħrufa li kull bniedem huwa ffaċċjat f'ħajtu b'għażliet tajba, oħrajn mhux tant tajba, oħrajn ħżiena u oħrajn ħżiena għall-aħħar.", "Jekk ma niġġildux kontriha ta' kuljum, inbatu llum u għada.", "U meta din il-korruzzjoni tiġi istituzzjonalizzata, għandna għaliex nitħassbu bis-serjetà.", "Għax tinbidel fil-moralità ta' xejn mhu xejn, ta' impunità populista.", "U ntellgħu ġenerazzjonijiet dgħajfa kontra l-ħażen.", "Li tieqaf minn dmirek għax forsi dak li tgħid jew tikteb dwaru mhux qed iħalli effett, mhi xejn ħlief ħarba mir-realtà.", "Jekk wieħed jemmen fis-sewwa ma jistax jiskot meta jara l-ħażen.", "Meta wieħed jara d-dlam, jista' jixgħel xemgħa.", "Ir-raġunar li jekk l-elettorat mhux disponibbli li jisma' ma jiswa xejn, allura nabbandunaw il-ġlieda kontra assassinju, kontra l-korruzzjoni u kontra l-impunità?", "Din mhi xejn ħlief ipplakar (appeasement) kontra l-ħażen.", "Il-poplu għandu d-dritt li jivvota lil min irid u kif irid.", "Iżda kif għandna x hieda qawwija, l-aktar vot qawwi li kien hawn fl-istorja ta' Malta ma kienx bizzejjed biex iwaqqaf it-tluq mix-xena politika ta' mustaċċuni tal-korruzzjoni.", "Il-ġustizzja trid issir għax b'hekk biss is-soċjetà tista' titħallas xi ħaġa b'lura.", "Aktar ma l-ġlieda kontra l-ħażen issir iebsa, aktar għandna bżonn ta' aktar gruppi mis-soċjetà ċivili li jingħaqdu u jsemmgħu leħinhom.", "Sakemm huma fuq in-naħa tas-sewwa, ħalli jingħataw tikketti u tgħajjir, għandhom jissaħħu u jkomplu fil-ġlieda qaddisa u patrijotta tagħhom.", "Ma naqtgħux qalbna.", "Il-prosperit à u l-ġid huma importanti, imma jseħħu aktar b'mod ġust meta l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-moralit à ta' xejn mhu xejn tintrebaħ.", "U sakemm isir dan, l-għajta kuraġġuża ta' Non possumus (ma nistgħux) tibqa' dejjem relevanti. .td_uid_3_606314a7390c6_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606314a7390c6_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ghin-lill-sas-jghinu-lil-min-hu-fil-bzonn/", "date": "28 ta' Marzu 2021 6:26 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja, Lokali", "text": ["Wieħed mill-ħafna servizzi offruti mis-Segretarjat Assistenza Soċjali: servizz ta' trasport għall-anzjani. .td_uid_2_606175ce5b14e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606175ce5b14e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Read in English .", "Ix-xogħol fil-komunità tas-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) hu meħtieġ aktar minn qatt qabel, u l-ġenerożità tal-pubbliku hi kruċjali biex dan jista' jkompli jseħħ.", "L-SAS twaqqaf fl-1962 mill-Arċisqof Mikiel Gonzi u tpoġġa taħt l-Azzjoni Kattolika.", "Il-missjoni tas-segretarjat dejjem kienet li tgħin lill-aktar nies vulnerabbli u batuti fus-soċjetà, anke jekk il-mod kif tingħata l-għajnuna nbidel matul iż-żmien.", "Li żgur ma naqasx hu l-bżonn għall-għajnuna, anke jekk l-istatistika tista' tagħti impressjoni oħra.", "Skont il-figuri, il-faqar f'Malta jew stabbli jew qiegħed jonqos, iżda x-xogħol tal-SAS juri fiċ-ċar kif il-fqir tal-lum hi f'sitwazzjoni ħafna agħar minn persuna fqira ta' ftit snin ilu.", "\"Illum hawn aktar għajnuna, hawn aktar benefiċċji u hawn aktar servizzi.", "Però llum għandek ukoll diffikultajiet akbar.", "Naqas is-sapport li familji jagħtu lil xulxin; żdiedu b'ħafna l-ispejjeż għal min jimrad; spejjeż ta' kontijiet għolew ħafna; il-kirjiet splodew,\" spjegat l-SAS.", "Il-pandemija tal-Covid-19 ma tgħinx, għax ġabet żieda kemm fil-faqar kif ukoll fl-inġustizzji tas-soċjetà ta' madwarna.", "\"Ħdimna ma' persuni li tkeċċew mix-xogħol fl-ewwel ġimgħa li kienu tħabbru l-ewwel miżuri tal-Covid.", "Ġew nies għandna għal għajnuna li tilfu xogħolhom u li spiċċaw jorqdu barra għax ma kellhomx biex iħallsu l-kirja.", "Fittxew l-għajnuna tagħna persuni li soffrew vjolenza domestika f'darhom għax kienu msakkrin ġewwa mal-partner vjolenti tagħhom,\" qalet l-SAS.", "Żewġ proġetti ta' akkommodazzjoni It-talbiet għall-għajnuna splodew tul-din is-sena, u s-segretarjat qed jgħin tlett darbiet aktar familji minn qabel.", "Biex ilaħħaq ma dan, l-SAS żied is-servizzi ta' social work u counselling, u offra aktar taħriġ lil voluntiera biex jgħinu u jagħtu wens lil min iħossu waħdu fil-komunità.", "Is-sitwazzjoni qed iżżid ir-realizzazzjoni li hemm bżonn aktar x'isir, u li l-gvern waħdu ma setax isolvi l-problemi kollha.", "B'hekk, l-SAS se tiftaħ żewġ proġetti dan is-sajf, bit-tnejn li huma joffru saqaf lil min għandu bżonn.", "Wieħed minn dawn se jkun proġett ta' akkommodazzjoni soċjali – l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f'Malta mhux immexxi mill-gvern.", "L-SAS se tiftaħ ukoll ċentru t'akkoljenza għall-persuni foqra u homeless, biex toffri għajnuna bażika u umanitarja lil min ikollu bżonnha.", "Dan kollu, però jiddependenit mill-ġenerożità u s-sostenn tal-komunità.", "Min jixtieq jgħin jista jagħmel dan billi jibgħat messaġġ fuq: 5061 7319 (donazzjoni ta' €2.33) 5061 7925 (donazzjoni ta' €4.66) 5061 9281 (donazzjoni ta' €11.65) Tista' tfittex ukoll il- paġna tal-SAS fuq Facebook.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606175ce5b5af_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606175ce5b5af_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/konsultazzjoni-pubblika-dwar-spazji-miftuha-inkluz-fzoni-urbani/", "date": "28 ta' Marzu 2021 4:27 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Ministeru għall-Ambjent .td_uid_2_60617a6308199_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60617a6308199_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Mogħdijiet u siti għal picnics ser ikomplu jiġu mtejba u rijabilitati, kemm f'postijiet pubbliċi eżistenti u anki f'żoni urbani.", "Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia waqt laqgħa ta' konsultazzjoni fil-Mosta.", "Il-Ministru Farrugia qal li bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika fuq id-dokument għad-diskussjoni maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar, PA, bil-gvern se jitaqa' ma' għadd ta' stakeholders fuq il-post, biex jifhem it-tħassib tan-nies li jagħmlu użu minn dawn iż-żoni differenti ta' rikreazzjoni.", "DOI – Jason Borg S'issa saru laqgħat ma' għaqdiet non-governattivi bħar-Ramblers Association, Touring Club Malta, Association of Maltese Campers and Outdoor Activists, fost oħrajn.", "Farrugia qal li dan l-eżerċizzju qed isir biex jiġi stabbilit djalogu aħjar u jassigura rispons, ideat innovattivi, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet jew proposti li jistgħu jiġu kkunsidrati waqt it-tfassil tal-politika.", "Il-konsultazzjoni pubblika li saret s'issa tinkludi aktar minn 200 proposta minn għaqdiet, klabbs u komunitajiet differenti, bħal dawk tal-kampers, il-bdiewa, il-kaċċaturi, u għadd ta' għaqdiet oħra, kif ukoll il-periti u r-rappreżentanti mill-gvernijiet lokali, u individwi.", "Farrugia qal ukoll i dawn il-laqgħat imorri oltre mid-data tal-għeluq għall-konsultazzjoni pubblika tad-dokument ta' diskussjoni tal-PA dwar kamping, karavans, picnics u hiking.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60617a6308416_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60617a6308416_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/moviment-graffitti-jtenni-s-sejha-lill-ministru-borg-ghal-djalogu-dwar-it-triq-fhad-dingli/", "date": "29 ta' Marzu 2021 7:55 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-grupp ta' attivisti Moviment Graffitti \"m'għandu l-ebda intenzjoni\" li jwaqqaf l-azzjonijiet tiegħu f'Ħad-Dingli wara li t-talbiet li għamel għal laqgħa mal-Ministru Ian Borg baqgħu mingħajr tweġiba sodisfaċenti, sostniet l-NGO.", "Permezz ta' stqarrija t-Tnejn, l-NGO Moviment Graffitti reġgħet qalet li l-aġenzija statali Infrastructure Malta daħlet bħal gaffa fiż-żona mingħajr il-permessi meħtieġa u mingħajr lanqas biss iddiskutiet l-esproprjazzjoni tal-art mas-sidien tal-art kif suppost.", "Ir-residenti u l-attivisti s'issa rnexxielhom iwaqqfu x-xogħlijiet fuq triq parzjalment skemata f'Ħad-Dingli, triq li ħalliet lir-residenti rrabjati minħabba li skonthom u skont l-NGO m'hemmx bżonnha.", "\"Imqar għal darba jgħażlu t-triq ta' djalogu\" – Moviment Graffitti L-azzjoni ta' protesta, li issa daħlet fis-seba' jum tagħha iżda minkejja dan l-NGO flimkien mar-residenti reġgħu tennew is-sejħa tagħhom lill-Ministru Borg u lil Infrastructure Malta \"biex imqar għal darba, jippruvaw jagħżlu t-triq ta' djalogu – triq li ċarament għadhom iridu jagħrfu b'liema mezzi għandha tinbena.\"", "Il-Ħamis li għadda, l-Moviment Graffitti għamel sejħa pubblika għal djalogu mal-awtoritajiet ikkonċernati, u enfasizza kif ma ġew ippubblikati ebda pjanijiet uffiċjali filwaqt li qajjem tħassib u dubji dwar kemm hu minnu li din it-triq hemm bżonnha.", "\"Sa issa, nistgħu ngħidu li ma rċivejna ebda talba formali biex niltaqgħu u niddiskutu l-kwistjoni b'mod xieraq.", "Mhux se nkunu qed naċċettaw talbiet għal laqgħat mingħajr ma jkun hemm ir-residenti u l-bdiewa bilqiegħda mal-mejda, u mhux f'ambjenti ostili.", "Din hija tattika diviżiva li Frederick Azzopardi uża u implimenta kemm-il darba fi proġetti oħra, b'mod l-aktar notevoli f'dak tas-Central Link,\" sostna kelliem għall-NGO.", "Moviment Graffitti qal li huma pproponew post newtrali fejn il-laqgħat ta' diskussjoni jkunu jistgħu jsiru b'mod seren u professjonali.", "Il-kelliem għall-NGO qal ukoll li huma se nkomplu bl-azzjonijiet f'Ħad-Dingli sakemm tintlaqa' t-talba tagħhom għal din il-laqgħa.", "Filmat: L-attivisti jitolbu laqgħa mal-Ministru u lnfrastructure Malta dwar triq f'Ħad-Dingli \"M'hemm l-ebda informazzjoni dwar kemm se tintilef art ODZ\" \"M'aħniex sorpriżi b'dan, peress li nemmnu li Infrastructure Malta m'għandhiex il-kuraġġ tgħid lil Ħad-Dingli u lir-residenti tiegħu x'inhuma l-pjanijiet tagħha, iżda minflok tippreferi tattiċi ta' bullying, arroganza, u l-użu tal-gafef u l-makkinarji tagħha biex issikket leħen ir-residenti.", "Iżda dan ma jiġrix biss f'Ħad-Dingli.", "Staqsu lir-residenti u lill-bdiewa fl-Imrieħel, Burmarrad, Luqa, Ħaż-Żebbug, Għawdex, u jirrakuntawlkom l-istess stejjer ta' qerda bla rażan, gideb u theddid,\" saħaq il-Moviment Graffitti.", "Minbarra t-talba tagħhom biex jiġu ppubblikati l-pjanijiet uffiċjali għat-triq il-ġdida f'Ħad-Dingli, il-Moviment Graffitti enfasizza wkoll kif m'hemm l-ebda informazzjoni dwar kemm se tintilef art ODZ, u talab biex isiru garanziji kontra aktar qerda ta' siġar.", "L-NGO semmiet ukoll kif minn stqarrijiet tal-istampa maħruġa minn partijiet terzi u mit-testimonjanzi tar-residenti u l-bdiewi infushom, id-dikjarazzjoni tal-Ministru Ian Borg dwar li allegatament instabet soluzzjoni għall-kwistjonijiet tal-esproprijazzjoni \"hija totalment bla bażi.\"", "Kważi 200 persuna jiffirmaw petizzjoni kontra \"it-triq f'Ħad-Dingli\" \"Tħassib u domandi mir-residenti ġew milqgħuha b'silenzju arroganza u skużi\" L-NGO kompliet tgħid li \"Infrastructure Malta qed tabbuża mill-poter tagħha, u tipprova tibqa' għaddejja bħal gaffa minn fuq raħal sħiħ u r-residenti tiegħu, bla ma ħadd għandu traċċa ta' ħjiel il-għala dan kollu qed iseħħ.", "Tħassib u domandi mqajma mir-residenti ma' Infrastructure Malta ġew milqgħuha b'silenzju, arroganza u skużi.", "Dan is-silenzju huwa proprju dak li jwittilhom it-triq biex jibnu triq fuq ODZ mingħajr permessi, u mingħajr ebda ġustifikazzjoni.\"", "Il-Graffitti jinsistu li t-triq proposta f'Ħad-Dingli teħtieġ permess \"Inċidenti bejn l-attivisti u l-kuntratturi\" – Moviment Graffitti Fl-istqarrija tagħha l-NGO qalet li kien hemm inċidenti li kienu jinvolvu l-kuntratturi ta' Infrastructure Malta, meta allegatament operatur ta' hymac ipperikola l-ħajja ta' żewġ attivisti.", "Jingħad ukoll li allegatament ħaddiem ieħor mar iħaddem chainsaw ftit pulzieri 'l bogħod minn sieq attivista.", "L-NGO qalet ukoll li l-Erbgħa li għadda resident irrapporta li ġie ffastidjat minn uffiċjali ta' Infrastructure Malta, meta rċieva diversi telefonati fuq in-numru personali tiegħu, biex jitolbuh imur fl-uffiċċji ta' IM flimkien mal-avukat tiegħu.", "Il-Moviment Graffitti qal li dan allegatament sar mingħajr spjegazzjoni dwar x'awtorità għandha l-aġenzija statali biex titlob liċ-ċittadini jmorru fl-uffiċċji tagħha biex teżercita xi tip ta' azzjoni punittiva.", "Il-PA u Moviment Graffitti b'verżjonijiet differenti dwar it-triq proposta f'Ħad-Dingli Aktar laqgħat mistennija din il-ġimgħa – IM B'reazzjoni għal dak li qalet l-NGO Moviment Graffitti, fi stqarrija Infrastructure Malta qalet li f'dawn l-aħħar xhur iltaqgħet ma' dawk kollha konċernati sabiex tiddiskuti l-iżvilupp tat-triq skedata meħtieġa biex tgħaqqad Sqaq il-MUSEUM, id-Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco, f'Ħad-Dingli.", "Skont Infrastructure Malta, sal-ġimgħa li għaddiet, l-aġenzija kienet għadha qed titkellem ma' uħud mir-residenti, fosthom dawk ta' Triq San Ġwann Bosco.", "Qalet ukoll li l-Ħamis li għadda l-aġenzija ħabbret li laqgħet it-talbiet kollha li għamlu r-residenti ta' Triq San Ġwann Bosco għall-bini ta' din it-triq.", "Fl-istqarrija Infrastructure Malta qalet ukoll li laħqet ftehim t'espropju mas-sidien tal-artijiet tal-partijiet tat-triq ġdida fejn diġa beda x-xogħol filwaqt li ngħad li Infrastructure Malta tibqa' disposta li tiltaqa' ma' dawk kollha li għandhom proposti jew diffikultajiet dwar ix-xogħlijiet.", "\"Din il-ġimgħa Infrastructure Malta se tkompli tiltaqa' m'aktar residenti tal-inħawi, li resqu 'l quddiem għal aktar diskussjonijiet fis-sigħat li għaddew,\" qalet l-aġenzija li sostniet ukoll kif wara l-konferenza tal-aħbarijiet tal-Moviment Graffitti tal-Ħamis li għadda, Infrastructure Malta mill-ewwel bagħtet stedina bil-miktub lill-Graffitti sabiex issir laqgħa teknika l-għada stess.", "IM qalet li għal xi raġuni, din l-istedina ma ntlaqatx u għalhekk l-għada, l-Ġimgħa, Infrastructure Malta reġgħet estendiet l-istedina tagħha għal din il-laqgħa teknika, f'data u ħin konvenjenti għall-istess għaqda.", "Din l-istedina għada miftuħa, saħqet l-aġenzija tal-gvern.", "L-IM irrifjutat li tiltaqa' magħna – Moviment Graffitti B'referenza għall-allegazzjoni ta' IM li Moviment Graffitti rrifjutat li tiltaqa' magħhom, bil-kuntrarju ta' dak li qed tgħid u b'xhieda tal-korrispondenza magħhom, Moviment Graffiti xtaqet li ssir laqgħa mall-IM, b'żewġ kundizzjonijiet; li għall-laqgħa jattendu rappreżentanti tal-bdiewa u tar-residenti u li ma ssirx f'ambjent ostili bħal ma huma l-uffiċini tal-IM, qalet l-NGO fi stqarrija.", "L-NGO qalet kif Infrastructure Malta, wara li rrifjutaw li jmorru Ħad-Dingli, rrifjutaw ukoll li jiltaqgħu magħhom u mar-rappreżentanti tal-bdiewa u tar-residenti f'daqqa, kif ukoll irrifjutaw li l-laqgħa ssir f'post newtrali.", "Qalu kif permezz ta' medjatur, intalbet anke laqgħa mal-Ministru Ian Borġ, li ġiet irrifjutata wkoll, fejn qal li ma riedx jiddiskuti t-talbiet tagħhom.", "L-NGO saħħqet li l-azzjoni tagħhom f'Ħad-Dingli se tkompli u li s-sejħa tagħhom għad-djalogu tibqa' miftuħa.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606224ef54bc3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606224ef54bc3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/xqed-jigri-fhal-wahdu/", "date": "29 ta' Marzu 2021 8:00 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Televiżjoni", "text": ["Ritratt: Facebook .td_uid_2_60616d494f882_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60616d494f882_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Is-sensiela Nostalġija miktuba minn Ronald Saliba b'direzzjoni ta' Charles Stroud tibda tixxandar mil-lejla fid-8.50pm fuq TVM.", "Matulha se nibdew niltaqgħu mal-karattri li hemm f'Ħal Waħdu.", "Frank jitfa' għajnejħ fuq Ġina malli jaraha l-ewwel darba.", "Fejn twassal din l-imħabba, jekk qatt tibda?", "Pietru qed jimbotta lil ħuħ Xmun fuq is-siġġu tar-roti.", "Imma min u għaliex qiegħed josserva kollox.", "John, żagħżugħ li qiegħed l-università iħejji biex jibda l-istudju tiegħu għal saċerdot.", "Jgħinu fl-istudju tal-filosofija hemm sieħbu Joe li jisilfu ktieb.", "U ma jkunx ktieb għax iġibu fl-inkwiet mal-kappillan li qed irabbiħ.", "Aqra: Filmat: Titnieda l-kanzunetta tas-sensiela Nostalġija Grezzju hu raġel bil-għaqal u tal-familja imma bi problema kbira ta' xorb.", "Imur jixrob għand Ġamri li jitolbu jwassal lil Ġina sad-dar.", "X'jiġri?", "Is-Sofor u l-Bojod huma żewġt partiti politiċi u l-kampanja qed tiqliel issa li waslu l-elezzjonijiet għall-kunsilli.", "U jippruvaw iżeffnu fin-nofs lill-kappillan.", "Tgħid jirnexxilhom?", "John jinsisti mal-kappillan biex jgħidlu min huma l-ġenituri tiegħu.", "Imma għaliex ma jridx jgħidlu l-kappillan?", "Aqra: Josephine Mahoney lura fuq it-TV Din hi produzzjoni ta' 35-il puntata li se tkun tinkludi s-sehem ta' bosta atturi magħrufa bħal Ronald Saliba, Joe Farrugia d-Dulli, Frank Tanti, Narcy Calamatta, Tereża Gauci, Ray Bone, Guido Fenech, Monica Attard, Simon Curmi, Anthony Ellul, Sandra Davis, Ronnie Galea, Simone Zammit, Carmel Gauci, Tania Bartolo u Shelby Aquilina.", "Aqra: Jirritorna fuq it-TV wara 33 sena.", "Għaraftu?", "Aqra: Ninette Micallef tirritorna wkoll fuq it-TV!", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60616d494fb0b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60616d494fb0b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/fhadd-il-palm-morandi-jcaqlaq-is-swaba-ghall-ewwel-darba/", "date": "28 ta' Marzu 2021 9:25 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Mużika", "text": ["Gianni Morandi.", "Ritratt: Facebook - Gianni Morandi .td_uid_2_606164f28b37a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606164f28b37a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Dejjem bi tbissima Gianni Morandi, li għadu qed jirkupra fl-isptar Bufalini f'Cesena, wara li żelaq f'ħuġġieġa nar waqt li kien qed jagħmel xogħol fil-villa tiegħu f'Bologna, illum il-Ħadd 28 ta' Marzu rnexxielu jaqlaq għall-ewwel darba s-swaba' ta' jdejh u rrikorra għall-midja soċjali biex juri l-progress li qed jagħmel speċjalment fil-jum li jiġi ċċelebrat Ħadd il-Palm.", "Aqra: Filmat: \"Dawn huma l-ewwel passi\" – Gianni Morandi Il-messaġġ li Gianni Morandi xtaq jibgħat huwa ta' paċi u tbissima f'Ħadd il-Palm.", "Il-faxex fuq l-idejn bdew iħollu l-għoqiedi tagħhom u juru s-swaba' tal-id ix-xellugija, dik li biha qed iżżomm il-weraq taż-żebbuġ simbolu ta' din il-ġurnata.", "28 Marzo.Dall' ospedale \"Bufalini\" di Cesena, buona domenica delle Palme a tutti…Foto di Yash Posted by Gianni Morandi on Sunday, March 28, 2021 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn ."]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-gudikatura-mhux-dejjem-sensittiva-bizzejjed-fkazi-socjali/", "date": "28 ta' Marzu 2021 5:30 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Andrew Azzopardi on 103, Lokali", "text": ["Liġi li tmexxi r-responsabbiltà għal ordnijiet ta' ħarsien (care orders) mill-ministru għall-ġudikatura kienet ila mistennija \"deċennji\" qabel daħlet fis-seħħ f'Lulju, iżda fl-opinjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali Michael Falzon, mhux kull ġudikant wera ruħu lest biex jokkupa rwol tant sensittiv.", "Falzon u David Agius, il-viċi kap u kelliem għas-solidarjetà soċjali tal-Partit Nazzjonalista, kienu qed jipparteċipaw f'dibattitu waqt il-programm ta' Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart.", "Il-ministru enfasizza li l-poter li joħroġ ordni ta' ħarsien ma kienx eżattament xi preġju tal-kariga: ma kien hemm l-ebda pjaċir tiffirma ordni biex tfal jitneħħew mir-responsabbiltà tal-ġenituri tagħhom.", "Kien viżibilment kommoss meta ftakar f'każi fejn iffirma ordni ta' ħarsien għal trabi li għadhom kif twieldu, u li kellhom bżonn detossifikazzjoni minħabba l-użu ta' eroina ta' ommhom.", "Falzon fakkar ukoll li kull ordni ta' ħarsien li ffirma kien ħareġ skont il-parir tal-esperti, iżda madankollu, il-ħtieġa li r-rwol tal-politiku jinqata' mill-proċess ilha tinħass.", "Il-liġi nnifisha saret wara proċess twil ta' konsultazzjoni, f'Falzon u Claudio Grech – li kien id-deputat Nazzjonalista kelliem għas-settur qabel Agius – iduru l-abbozz klawżola klawżola qabel ma dan ġie ppreżentat fil-Parlament, fejn ġie approvat b'mod unanimu.", "Mill-1 ta' Lulju tidħol fis-seħħ il-liġi dwar il-protezzjoni tat-tfal Imma l-verita kienet, żied jgħid il-ministru, li jekk qabel kien hemm ilmenti fuq ir-rwol tal-politiku, issa l-ilmenti kienu ta' natura oħra.", "Falzon enfasizza li hemm membri tal-ġudikatura li wrew qalb tad-deheb u sensittività, fejn jagħmlu minn kollox biex isiru deċiżjonijiet xierqa u malajr.", "Però, fl-opinjoni tiegħu, kien hemm min qed jirreżisti l-bidla, min wera nuqqas ta' sensittività, u li hemm ċertu membru li \"outright mhux qed jagħmlu xogħolhom.\"", "Il-ministru b'hekk jemmen li għandha tidħol speċjalizzazzjoni fil-qrati, biex dawn il-każijiet sensittivi jiġu deċiżi minn maġistrati u mħallfin adattati.", "Agius ukoll qabel fuq il-bżonn ta' speċjalizzazzjoni fuq każi soċjali, u bħala eżempju semma każ li kien ġie nfurmat fuqu, fuq omm li ilha tistenna xhur biex joħroġ rikors mill-qorti biex tirċievi manteniment u tkun tista tmantni t-tfal: kieku mhux għall-għajnuna ta' qraba u ħbieb, it-tfal stess li kienu jispiċċaw ibatu l-konsegwenzi ta' dan id-dewmien.", "Problemi 'interġenerazzjonali' Azzopardi staqsa jekk is-sistema ta' benefiċċji soċjali preżenti kinitx tikkawża sens ta' dipendenza u tiffaċilita abbuż, iżda kemm Agius kif ukoll Falzon indikaw li s-sitwazzjoni aktar kumplessa minn hekk.", "It-tnejn irrikonoxxew li abbużi jsiru, però titjib qed isir, u l-impressjoni li l-abbuż kien endemiku hi waħda żbaljata.", "\"Ejja ma naħsbux li n-nies kollha ħallelin,\" qal Falzon.", "Il-ministru żied li numru ta' miżuri kienu ntiżi biex inaqqsu d-dipendenza fuq benefiċċji soċjali, bħat-tapering ta' benefiċċji li jsir meta xi ħadd isib xogħol.", "Madwar 80% ta' min ibbenefika minn din l-iskema ma reġax lura għal benefiċċji tal-qagħad, spjega Falzon, li żied li l-andament ekonomiku wkoll ikollu mpatt fuq dan.", "Fl-istess ħin, però, iż-żewġ politiċi qablu li mhux kulħadd neċessarjament jista' jinqata' minn dipendenza fuq benefiċċji, minħabba kapaċitajiet jew ċirkostanzi.", "Falzon innota li f'ħafna każijiet hemm problemi soċjali interġenerazzjonali.", "Jekk hemm tifla taħt ordni ta' ħarsien, pereżempju, spiss ikun il-każ li ommha kienet taħt dan l-ordni, u aktarx in-nanna kienet affaċċjat problemi soċjali wkoll.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6061753a38d95_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6061753a38d95_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-abela-ghandu-jagixxi-immedjatament-grech-dwar-macbridge/", "date": "29 ta' Marzu 2021 9:27 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Messaġġ minn Bernard Grech Il-messaġġ tiegħi fid-dawl tal-informazzjoni ġdida li ħarġet mit-Times of Malta dwar is-sidien tal-kumpanija Macbridge.", "Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech insista li l-Prim Ministru Robert Abela kellu jassumi r-responsabbiltà politika quddiem ir-rivelazzjonijiet li Macbridge – kumpanija sigrieta msemmija bħala sors ta' finanzjament għall-istrutturi offshore ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi – kienet marbuta ma' negozjatur Ċiniż involut fil-ftehim tal-enerġija tal-Enemalta.", "Investigazzjoni li tinvolvi lil Reuters, Times of Malta u sħab oħra żvelat li l-kumpanija kienet irreġistrata f'Hong Kong u li s-sid kien Tang Zhaomin, il-kunjata tan-negozjatur Chen Cheng.", "Chen kien involut f'negozjati dwar il-bejgħ ta' sehem ta' 33% fl-Enemalta lil Shanghai Electric, kif ukoll fl-akkwist ta' windfarm ta' Montenegrina li permezz tagħha Yorgen Fenech għamel miljuni b'mod sigriet.", "Aktar informazzjoni Jinkixef min hu s-sid ta' Macbridge Fir-reazzjoni inizjali tiegħu għall-aħbar, mogħtija permezz ta' messaġġ televiżiv, Grech qal li l-aħħar rivelazzjonijiet ipprovdew konferma oħra ta' x'kienu l-motivi ta' Schembri u Mizzi meta mbuttaw il-ftehimiet kontroversjali.", "Huma komplew jikkonfermaw ukoll kif il-Partit Laburista \"wegħedna ħolma u wassal ħmarillejl.\"", "Wara li faħħar lill-ġurnalisti involuti fl-investigazzjoni, Grech argumenta wkoll li r-rivelazzjonijiet tagħhom servew bħala konferma oħra li l-istituzzjonijiet ta' Malta ma kinux qed jaħdmu sew.", "\"Jekk il-PM jibqa' sieket, allura kompliċi\" – Grech Grech qal li l-ftehim seħħew \"taħt imnieħer Robert Abela,\" waqt li nnota li dak iż-żmien il-PM kien iddefenda lil Schembri u Mizzi u li konsegwentement, kellu jassumi responsabbiltà politika dwar dan.", "\"Hu ċar, aktar minn qatt qabel, li kien hemm korruzzjoni kull fejn kienu involuti Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi,\" qal.", "\"U jekk Abela jagħżel li jibqa' sieket quddiem dan, allura hu kompliċi.\"", "Skond il-Kap tal-PN, Robert Abela kellu bżonn jaġixxi immedjatament biex jibda investigazzjoni dwar il-kwistjoni, inklużi l-ftehimiet kollha li Chen kien involut fihom.", "Il-PM kellu bżonn ukoll li jniedi l-proċess li jtemm il-ftehim kontroversjali ta' Electrogas li kien daħal għalih il-gvern ta' Muscat.", "Iżda fl-aħħar mill-aħħar, qal, l-aħħar żviluppi kkonfermaw għal darb'oħra li Malta kellha bżonn iddawwar paġna ġdida.", "Din, insista, kienet opportunità li setgħet tingħata biss minn gvern tal-PN.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6062e73bed14e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6062e73bed14e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/wasal-is-saghtar-stampat/", "date": "29 ta' Marzu 2021 10:26 AM", "category": "press, news, Lifestyle", "text": ["Ritratt: Pexels .td_uid_2_6061c4570bfbc_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6061c4570bfbc_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT ħabbret li r-rivista Sagħtar issa tista' tinxtara bħala rivista stampata mill-ħanut online li għadu kif tnieda mill-Fondazzjoni.", "Is- Sagħtar huwa sinonimu mal-qari tajjeb bil-Malti għat-tfal, u bħalma jaf kulħadd jinkludi varjetà kbira ta' artikli, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet edukattivi, informattivi u divertenti.", "Ir-rivista stampata għandha sservi sabiex tilħaq aktar tfal, li għall-ewwel darba ser ikollhom l-esperjenza ta' rivista bil-Malti stampata apposta għalihom, bħalma kien hemm għal tant snin fil-passat.", "Min hu interessat jakkwista kopja stampata għandu jissieħeb b'xejn bħala membru tal-Fondazzjoni u jmur fil-ħanut li għadu kif infetaħ bħala parti mis-sit tagħhom .", "Hemmhekk wieħed jista' jabbona għal tmien edizzjonijiet stampati tal-magażin, jiġifieri minn Ottubru 2020 sa Mejju 2021, jew inkella jixtrihom waħdiet.", "Fl-istess ħanut hemm ukoll għażla ta' kotba sbieħ għat-tfal u pubblikazzjonijiet oħra.", "Infakkrukom li l-verżjoni diġitali tar-rivista tittella' b'xejn kull xahar fuq is-sit uffiċjali tas- Sagħtar , fejn wieħed isib ukoll l-edizzjonijiet kollha passati sa mill-bidu nett.", "Dawn il-ħamsin sena sħaħ ta' rivisti jistgħu jinqraw minn fuq kompjuter, mowbajl jew tablet.", "Siltiet minnhom jistgħu wkoll jinstemgħu moqrija minn qarrejja differenti u kultant mill-awturi stess.", "Għal darb'oħra l-Fondazzjoni tixtieq tirringrazzja lill-kontributuri kollha li permezz tagħhom kien possibbli li jerġa' jibda s- Sagħtar – kittieba, illustraturi, membri tal-bord editorjali u ħafna persuni oħrajn.", "Tirringrazzja minn qalbha wkoll lill-edukaturi kollha li qegħdin jużaw is- Sagħtar fil-klassi kif ukoll lil dawk kollha li qegħdin iħeġġu lit-tfal sabiex jaqraw ir-rivista.", "Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Union of Teachers.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6061c4570c229_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6061c4570c229_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-fknk-tipprezenta-protest-il-qorti/", "date": "29 ta' Marzu 2021 6:44 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Miguela Xuereb .td_uid_2_6062f370ab6f1_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6062f370ab6f1_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Wara l-verdett tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u r-riżultat tar-referendum, biż-żewġ każijiet jikkonfermaw li l-kaċċa fir-rebbiegħa għandha tibqa', l-BirdLife Malta għadha m'aċċettatx li l-kaċċa fir-rebbiegħa se tibqa'.", "Dan qalitu l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) wara li l-Birdlife fetħet protest ġudizjarju fil-Qorti minħabba s-sistema ta' rapportaġġ tal-qbid mill-kaċċaturi.", "B'risposta għall-protest tal-BirdLife, l-FKNK ippreżentat protest fil-Qorti.", "X'qalu l-BirdLife \"L-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ma jistax jinfetaħ\" – Birdlife L-FKNK sostniet fi stqarrija li f'Malta hawn l-aqwa sistema ta' rappurtaġġ fl-Ewropa peress li l-qbid jiġi rrappurtat minnufih b'SMS, l-infurzar tar-regolamenti hu effiċjenti b'numru ta' road blocks li jsiru fuq il-kaċċaturi mill-pulizija matul l-istaġun miftuħ u bl-ispotchecks li jseħħu waqt l-istess road blocks.", "Qalu kif ir-riżultati mis-sistemi ta' rappurtaġġ tal-qbid mill-kaċċaturi jistgħu jiġu verifikati bl-evidenza fiżika tal-kaċċa maqbuda.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6062f370ab976_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6062f370ab976_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-jinghataw-e420000-lil-special-olympics-malta-ghat-tliet-snin-li-gejjin/", "date": "29 ta' Marzu 2021 8:23 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": [".td_uid_2_6062e8be2427b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6062e8be2427b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Gvern alloka s-somma ta' €420,000 għal Special Olympics Malta li se tkun qiegħda tinqasam fuq tliet snin.", "Din hija somma rekord li l-Gvern għadda lil din l-entità.", "Dan tħabbar waqt konferenza stampa li saret fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq li għaliha attendew il-Ministru Julia Farrugia Portelli, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima u l-President ta' Special Olympics Malta Dr Lydia Abela.", "Waqt din il-konferenza stampa ġie ffirmat il-ftehim il-ġdid bejn Sport Malta u special Olympics Malta.", "Permezz ta' dan il-ftehim, l-atleti tal-Ispecial Olympics se jkunu qegħdin jingħataw iktar għajnuna biex ikunu jistgħu jkomplu jipparteċipaw fil-Logħob Internazzjonali tal-Olimpjadi Speċjali u anke f'training camps barra minn Malta.", "Barra minn hekk, permezz ta' dawn il-fondi, Special Olympics Malta se tkun qed tinvesti f'kits u apparat li jkollha bżonn minn żmien għal żmien.", "Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli ferħet u awgurat lil Dr Lydia Abela li għadha kemm inħatret bħala President ta' Special Olympics Malta.", "Hija żiedet li permezz ta' dan il-ftehim bejn din is-sena u s-sena 2023, Special Olympics Malta se jkunu qegħdin jingħataw €420,000.", "Din hija l-ikbar somma li qatt ingħatat lil Special Olympics Malta s'issa.", "Ġie spjegat li minkejja ċ-ċokon tal-Gżejjer Maltin, is-sena d-dieħla l-pajjiż se jkun qiegħed jospita avveniment sportiv mondjali għal persuni b'diżabbiltà, il-World Special Olympics.", "Hija kompliet li din hija xi ħaġa sinjifikattiva għax turi li Malta qiegħda tiġi rikonoxxuta u apprezzata għal mod li bih taħdem u tagħmel dak kollu possibbli biex persuni b'diżabilità jħossuhom integrati fis-soċjetà anke fl-isports.", "Farrugia Portelli qalet li permezz ta' dan l-avveniment hekk kbir Malta se tkun qiegħda turi li l-protagonisti se jkunu l-persuni b'diżabilità li huma prova ta' għaqda, imħabba u inklużjoni.", "Kompliet li l-persuni b'diżabbiltà se juru li huma wkoll għandhom rwol importanti x'jagħmlu biex tirrenja l-għaqda u l-imħabba fost il-ġnus, rwol li jirrifletti l-prinċipju ta' inklużjoni fis-soċjetà li tant nemmnu fih.", "Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, filwaqt li faħħar lil Special Olympics Malta għax-xogħol siewi li jsir matul is-sena kollha, saħaq li din il-ħidma ma' Special Olympics Malta se tħalli l-frott tagħha meta fl-2022 Malta se tkun qed tospita avveniment internazzjonali ta' Special Olympics.", "Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid li d-direzzjoni tal-gvern hija li jkun sieħeb strateġiku tal-assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi sabiex ikun jista' jsir ippjanar kif suppost u permezz ta' hekk tiġi assigurata stabbiltà u ħidma li twassal għall-bidla u kambjament pożittiv.", "Hu temm jgħid li fl-aħħar snin l-atleti ta' Special Olympics kisbu diversi suċċessi kemm fuq livell sportiv, anke fil-fora internazzjonali, kif ukoll fuq livell uman u personali fejn jintlaħaq l-iżvilupp sħiħ tal-persuna.", "Il-President ta' Special Olympics Dr Lydia Abela qalet li hi kburija li flimkien mad-Direttur Nazzjonali ta' Special Olympics irnexxielu jiġi nnegozjat ma' SportMalta l-akbar pakkett finanzjarju għat-tliet snin li ġejjin u l-iktar darba li Special Olympics se tkun qiegħda tieħu fondi.", "Il-ftehim se jgħin lil Special Olympics fl-operat tagħhom kuljum u sabiex ikomplu jinvestu fl-atleti tagħhom u jgħinhom fl-iżvilupp tagħhom u joffru appoġġ lill-ġenituri.", "Dr Lydia Abela qalet li dan huwa żmien eċċitanti għal Special Olympics u għall-pajjiż kollu, hekk kif is-sena li ġejja għall-ewwel darba f'20 sena Malta se tkun qiegħda l-logħob internazzjonali ta' Special Olympics.", "Qalet li tinsab ċerta li l-pajjiż se jingħaqad wara l-atleti li jkomplu jagħmlu unur lil Malta.", "Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar saħaq li hija l-missjoni ta' SportMalta li tgħin sabiex ikun hawn soċjetà inklussiva u għalhekk dan il-kuntratt għandu importanza kbira.", "Kuntratt li se jgħin lil Special Olympics Malta tkun tista' tasal b'mod iktar faċli għall-objettivi tagħha, objettivi li mhux biss huma sportivi iżda wkoll sabiex joħroġ il-potenzjal ta' kull atleta ta' Special Olympics u li jagħti appoġġ mhux biss lill-atleti, iżda anke lill-familja tagħhom.", "SportMalta hija kommessa li barra l-għajnuna finanzjarja, tgħin ukoll billi tingaġġa numru ta' coaches speċjalizzati biex jgħinu lit-tfal f'kull aspett.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6062e8be24557_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6062e8be24557_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/imut-il-gurnalist-godfrey-grima/", "date": "29 ta' Marzu 2021 7:28 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Illum tħabbret il-mewt tal-ġurnalist veteran Godfrey Grima fl-età ta' 79 sena.", "It-tifla tiegħu, Julianne Grima qalet fuq post fuq Facebook li l-funeral se jsir għada.", "Godfrey Grima beda l-karriera tiegħu bħala reporter mal-gazzetta l-Ħaddiem qabel mar jgħix Londra.", "Fl-1967 beda jaħdem ma' The Financial Times' biex erba' snin wara kien fdat imexxi fergħa tal-istess gazzetta wara li fetħet f'Malta.", "Huwa rtira mit-tmexxija ta' din il-fergħa fl-2010.", "Godfrey Grima waqqaf ukoll l-Associated News Group, li llum hija magħrufa aħjar bħala aġenzija tal-komunikazzjoni.", "Apparti li kien ukoll membru fil-Kunsill tal-Università huwa kkummenta u analizza ġrajjiet kurrenti f'Malta u barra minn Malta.", "Il-Partit Laburista sellem il-memorja ta' Godfrey Grima, stmat bħala wieħed mill-ġganti tal-ġurnaliżmu f'Malta u li se jibqa' mfakkar għall-kontribut tiegħu kemm fil-ġurnaliżmu lokali u anke dak internazzjonali.", "Fi stqarrija, il-Partit Laburista bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tiegħu u dawk l-aktar qrib tiegħu.", "Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija sellem il-memorja tal-ġurnalist u qal li huwa ġurnalist veteran, opinjonist u analist politiku u tal-aħbarijiet ekonomiċi.", "Il-PN wassal il-kondoljanzi lil-familja ta' Grima f'dan iż-żmien diffiċli.", "Strieħ fis-sliem Godfrey.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6062e9987bc89_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6062e9987bc89_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-jaqaw-jien-mulej/", "date": "31 ta' Marzu 2021 7:00 AM", "category": "press, news, 103 Malta's Heart", "text": [".td_uid_2_606401f424d70_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606401f424d70_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Matul din il-ġimgħa waqt The Hand-Book fuq 103 Malta's Heart il-mistiedna ta' George Cassar huwa l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna.", "Il-qari tal-ġurnata Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 26, 14-25 Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla tal-Għid.", "Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel qal: \"Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini\".", "Huma bdew isewdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: \"Jaqaw jien, Mulej?\".", "U Ġesù weġibhom: \"Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini.", "Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il- bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa!", "Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn!\".", "Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: \"Jaqaw jien, Rabbi?\".", "Wieġbu Ġesù: \"Int qiegħed tgħidu\".", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606401f42504a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606401f42504a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/in-nies-jistghu-jsiru-foqra-mil-lejl-ghan-nhar-bernardette-briffa/", "date": "30 ta' Marzu 2021 9:01 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja, Lokali", "text": ["In-nies jistgħu jsiru foqra mil-lum għal għada, wissiet Bernardette Briffa mill-Caritas hekk kif il-kampanja tar-Randan 2021 Itma' u Libbes daħlet fl-aħħar ġimgħa tagħha.", "\"F'daqqa waħda xi nies isibu ruħhom Cafu ammonti kbar ta' flus f'arretrati lis-servizzi soċjali u l-benefiċċji tagħhom huma mnaqqsa bin-nofs, f'każ wieħed il-benefiċċji tnaqqsu bin-nofs minn € 400 għal € 200\", qalet Briffa.", "Briffa żiedet tgħid li persuni oħra li jsofru bidliet f'daqqa fil-fortuna huma nies dipendenti fuq il-logħob tal-azzard, vittmi tal-użura, alkoħoliċi, u drogati.", "Saħqet li għall-kuntrarju tat-twemmin popolari, in-nies li jbatu minn kwalunkwe tip ta' vizzju mhumiex single.", "\"Ħafna minnhom għandhom familji, u dawn jeħtieġu għajnuna,\" qalet Briffa.", "Briffa żiedet li l-ewwel mewġa Covid-19 kixfet il-firxa reali tal-faqar, b'eluf ifittxu għajnuna mid-diversi food banks f'Malta.", "Il-faqar mhux biss jolqot lill-Maltin u fl-aħħar xhur, qalet Briffa, skopriet numru kbir ta' nazzjonalitajiet differenti li qed jiffaċċjaw diffikultajiet, li jvarjaw minn ċittadini tal-UE għal nies mill-Awstralja u l-Bangladesh.", "U biż-żieda reċenti f'każijiet ta 'Covid-19, Briffa qalet li l-Caritas qed tħejji ruħha għal żieda oħra fid-domanda għall-ikel minn nies ta' kull nazzjonalità u minn kull qasam tal-ħajja.", "Briffa li tmexxi t-tim żgħir ta' Caritas ta' ħaddiema soċjali u counsellors tal-Caritas qalet li n-nies jiġu b'diversi talbiet għall-għajnuna u għalkemm il-Caritas ma tagħti l-ebda għotja ta' flus kontanti tgħin lin-nies li ma jistgħux iħallsu l-kera, il-kontijiet tad-dawl u ilma, il-mediċini u l-bżonnijiet bażiċi bħall-ikel.", "Filwaqt li nnotat li l-Caritas twettaq evalwazzjonijiet biex tiżgura li l-każijiet huma ġenwini, Briffa qalet li l-pandemija ta' Covid-19 kienet esperjenza ġdida li għallmithom modi ġodda ta' kif jaħdmu.", "Briffa qalet dan Waqt intervista ma' Sylvana Debono dwar il-kampanja Itma 'u Libbes organizzata mill-Arċidjoċesi ta' Malta permezz tal-Caritas Diaconia, flimkien ma' Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart.", "Il-kampanja se tiġbor fondi biex tħallas ikliet tajbin għas-saħħa lil dawk fil-bżonn, kif ukoll biex tiġbor ħwejjeġ li jistgħu jerġgħu jintużaw li għadhom f'kundizzjoni tajba.", "Iż-żewġ inizjattivi se jiġu ġestiti b'mod innovattiv, totalment differenti mill-kampanji tradizzjonali ta 'ġbir ta' fondi għall-ikel u l-ilbies.", "Id-dinjità ta 'dawk li se jirċievu din l-għajnuna se tkun ċentrali għal din il-kampanja. .td_uid_3_60649357a5088_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60649357a5088_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/imut-iz-zebbugi-joe-mifsud-il-billy-boy/", "date": "31 ta' Marzu 2021 2:41 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Facebook .td_uid_2_60646e02cebf5_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60646e02cebf5_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-komunità Żebbuġija llum sebħet tibki t-telfa ta' Joe Mifsud magħruf bħala l-Billy Boy.", "Is-Soċjetà Każin San Ġużepp u Banda De Rohan ta' Ħaż-Żebbuġ ħabbret li hu miet kmieni dalgħodu.", "Fuq il-paġna tagħha fuq Facbeook, is-Soċjetà kitbet li Joe Mifsud kien bniedem ħabrieki li ddedika ħajtu lis-soċjetà u kien involut f'kull aspett tagħha.", "Huwa serva f'diversi karigi fosthom bħala membru tal-Kumitat Eżekuttiv, Delegat tal-Banda kif ukoll kien parti mit-tim li jieħu ħsieb jarma l-armar għall-festi esterni.", "Serva ukoll bħala Bandist tal-Banda De Rohan għal aktar minn 50 sena u kien fratell u reffiegħ tal-vara ta' San Ġuzepp.", "Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus ukoll sellem il-memorja tiegħu.", "Is-Soċjetà Każin San Ġużepp u Banda De Rohan issellem il-memorja ta' Joe Mifsud magħruf bħala l-Billy Boy li għaddha… Posted by Każin San Ġużepp u Banda De Rohan #Omm il-Baned Maltin on Wednesday, March 31, 2021 Newsbook jgħaddi l-kondoljanzi lill-qraba, fosthom lil ibnu Josef li hu parti mit-tim ta' Beacon Media. .td_uid_3_60646e02cee75_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60646e02cee75_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-muscat-mhux-parti-minn-dan-il-gvern-robert-abela/", "date": "30 ta' Marzu 2021 7:30 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet kien affaċċjat b'diversi mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-iżviluppi politiċi li seħħew fl-aħħar jiem.", "Matul din il-konferenza stampa Abela saħaq iktar minn darba li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat mhux parti mill-Gvern li qiegħed imexxi hu.", "Huwa enfasizza kemm-il darba li mhux qiegħed jipproteġi lil eks Chief of Staff ta' Joseph Muscat, Keith Schembri u lill-eks Ministru Konrad Mizzi.", "Keith Schembri ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest Abela kompla li huwa qiegħed ikompli fuq il-legat li beda l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fl-2013 u jinsab kburi b'dak li rnexxielu jinkiseb s'issa.", "Il-PM jiddefendi l-Electrogas Matul l-istess konferenza tal-aħbarijiet il-Prim Ministru Robert Abela ċaħad kull suġġeriment li jieħu passi kontra l-konsorzju tal-Electrogas la darba kien f'konnessjoni mal-istess persuna li huwa akkużat bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.", "Abela sostna li kull persuna li naqas f'xi proġett tal-Gvern qiegħed iħallas għal dak li għamel u l-gvern għandu fiduċja sħiħa fl-istituzzjonijiet u fl-abilità tagħhom li jaħdmu mingħajr biża' jew favur.", "Huwa appella biex ma jiġux attakkati proġetti li minnhom ħareġ il-ġid.", "Il-PM semma li mill-proġett tal-Electrogas roħsu l-kontijiet tad-dawl u tjiebet il-kwalità tal-ħajja. .td_uid_3_6063689f86914_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6063689f86914_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-ahwa-degiorgio-mhassbin-fuq-il-kunflitt-ta-interess-fil-kabinett-biex-huma-jinghataw-mahfra/", "date": "31 ta' Marzu 2021 9:26 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Assassinju Daphne, Lokali", "text": ["L-aħwa George u Alfred Degiorgio huma mħassbin fuq il-kunflitt ta' interess li jista' jkun hemm fil-Kabinett biex dan jirrakkomanda li huma jingħataw maħfra presidenzjali għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, billi dawn qegħdin jgħidu li jistgħu jiżvelaw il-mandant tad-delitt, li skonthom, huwa eks Ministru.", "Apparti hekk, l-aħwa lesti jiżvelaw l-involviment ta' mandant illi kien Ministru tal-Gvern u ta' Ministru tal-Gvern preżenti f'każ ieħor fejn ġie kommess reat serju ħafna.", "Dalgħodu nħarġet stqarrija mill-Avukat William Cuschieri, li jirrappreżenta lill-aħwa Degiorgio, li fiha ntqal li huma għadhom ma semgħu xejn fuq it-talba għall-maħfra li għamlu.", "George Degiorgio, magħruf bħala ċ-Ċiniż, għamel din it-talba fl-10 ta' Marzu, filwaqt li Alfred Degiorgio, magħruf bħala l-Fulu, għamel it-talba fit-22 ta' Marzu.", "Iż-żewġ irġiel bħalissa qed jaffaċċjaw akkużi fuq il-qtil tal-ġurnalista li seħħ fl-2017.", "George Degiorgio qed jaffaċċja wkoll akkużi fuq il-qtil tal-Avukat Carmel Chircop fl-2015.", "Aktar tagħrif L-aħwa Degiorgio jitolbu maħfra biex jiżvelaw min hu l-politiku li ordna l-qtil ta' Daphne Fl-istqarrija ġie spjegat li l-informazzjoni li għandhom hija diretta u mhux informazzjoni li għaddielhom ħaddieħor.", "Intqal ukoll li, \"Huma kienu u għadhom serjament imħassba dwar kemm it-talbiet tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati b'serenità u b'ġustizzja għaliex teżisti almenu l-possibbiltà attwali ta' kunflitt ta' interess f'dawk illi skont il-liġi għandhom jagħtu r-rakkomandazzjoni tagħhom dwar tali talbiet u b'hekk il-verità kollha tibqa' mhux magħrufa.\"", "Kien għalhekk, tgħid l-istqarrija, li f'Ġunju tal-2019, huma talbu li jitkellmu mal-MEPs David Casa u Ana Gomes.", "Iż-żewġ MEPs kienu rrifjutaw li jiltaqgħu maż-żewġ irġiel.", "L-istqarrija ffirmata minn Dr Cuschieri ttemm tgħid li l-Istat għandu jkun f'pożizzjoni illi jisma' l-informazzjoni illi għandhom huma u mhux ikun imxekkel minħabba kunflitti milli jisma' tali informazzjoni u jikkunsidraha skont il-liġi fid-dawl tat-talbiet magħmulin minnhom.", "Aqra wkoll Esklussiva: L-aħwa Degiorgio riedu jgħidu kollox lil Casa u Gomes Vince Muscat il-Koħħu, li kien it-tielet raġel akkużat bil-qtil tal-ġurnalista mal-aħwa Degiorgio (li sal-lum għadhom qed iwieġbu li mhumiex ħatja), diġà ngħata maħfra presidenzjali u qed jiskonta sentenza ta' 15-il sena ħabs.", "Ħafna minn dak li qed jixhed fuqu Muscat hu jgħid li qaluhulu George jew Alfred Degiorgio.", "Aqra wkoll Ippubblikata l-maħfra presidenzjali li ngħatat lill-Koħħu Melvin Theuma, li kien is-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista, ukoll ħa maħfra presidenzjali għal dan id-delitt, fl-2019, meta wiegħed li se jgħid kulma jaf.", "Hu ilu jixhed fil-proċeduri kontra l-aħwa Degiorgio (u qabel kontra Vince Muscat), kif ukoll kontra Yorgen Fenech, maħsub li kien il-mandant f'dan ir-reat, mill-2019.", "Fenech kien talab għal maħfra presidenzjali wkoll, iżda ma ngħatatlux.", "Fl-2019 Filmat: Yorgen ma jingħatax maħfra Fl-aħħar ġimgħat wara li ngħata l-maħfra, il-Koħħu semma Ministru kurrenti fil-Kabinett li kien involut f'xi ħaġa kbira li seħħet 10 snin ilu.", "Madankollu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Kummissarju tal-Pulizija infurmah li l-Koħħu ma jridx jgħid l-isem ta' dan il-Ministru.", "Ħafna spekulaw li dan ir-reat huwa l-attentat ta' serqa mill-kwartieri ġenerali tal-HSBC f'Ħal Qormi fl-2010, li l-Koħħu kien involut fiha.", "B'hekk kien hemm min spekula li l-Ministru jista' jkun Carmelo Abela, li dak iż-żmien kien maniġer fl-HSBC.", "Abela ġimgħa ilu qal lil Newsbook.com.mt li hu qed jisfida lill-Koħħu biex jgħid min hu dan il-Ministru.", "Aqra wkoll Filmat: Il-Ministru Abela jisfida lill-Koħħu biex jgħid min hu l-Ministru li semma .td_uid_3_60644f339a6a0_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60644f339a6a0_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ghaliex-fl-ahhar-3-snin-il-pulizija-ma-investigatx-lil-macbridge-repubblika-lill-kummissarju/", "date": "30 ta' Marzu 2021 5:58 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Occupy Justice Who Owns Macbridge .td_uid_2_60634ac85453e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60634ac85453e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} F'ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, il-President ta' Repubblika, Dr Robert Aquilina qed jitolbu jinvestiga għalfejn fit-tlett snin li għaddew, il-Pulizija ma investigatx lill-kumpanija Macbridge.", "Repubblika rreferiet għall-investigazzjonijiet tal-ġurnalisti dwar il-kumpanija, fejn qalet li deher biċ-ċar li Macbridge hi \"strument maħsub biex il-Maltin ikunu misruqa fl-elettriku u li l-flus misruqa spiċċaw għand persuni fil-Gvern.\"", "It-Times of Malta flimkien ma' Reuters u ġurnalisti oħra, it-Tnejn kixfu li wara l-kumpanija sigrieta Macbridge hemm Cheng Chen, il-persuna li għenet tinnegozja d-deals tal-Enemalta ma' Shanghai Electric u tal-Montenegro.", "Jinkixef min hu s-sid ta' Macbridge Fl-ittra, Robert Aquilina nnota kif il-ġurnalisti kienu ilhom minn April tal-2018 li kixfu email ta' Karl Cini ta' Nexia BT li turi li Macbridge kienet se tgħaddi miljuni f'kumpaniji tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u jistaqsi għalfejn il-Pulizija ma nvestigatx lill-kumpanija. .td_uid_3_60634ac8547c5_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60634ac8547c5_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-fknk-tipproponi-li-l-qorti-tirrevoka-l-licenzja-tal-kacca-jew-l-insib-mhux-it-tnejn/", "date": "31 ta' Marzu 2021 12:23 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt Sebastian Pociecha on Unsplash .td_uid_2_60644da75d470_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60644da75d470_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qed tipproponi li meta l-Qorti tiddeċiedi li għandha tkun revokata għal xi perjodu ta' żmien il-liċenzja tal-kaċċa u/jew tal-insib, għandha tkun revokata l-liċenzja skont ir-reat u mhux it-tnejn.", "Fi stqarrija l-FKNK spjegat li jekk ir-reat jikkonċerna kaċċa, allura għandha tiġi revokata l-liċenzja tal-kaċċa biss u mhux tal-insib ukoll, u viċi versa.", "Din il-proposta l-FKNK ressqitha għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat Ornis, fejn intlaħaq qbil li l-Kumitat se jirrakkomanda din l-emenda fil-liġi lill-Ministru.", "Ġie spjegat li l-Kumitat Ornis iddiskuta u unanimament qabel li l-kontravenzjonijiet li huma punibbli b'multa amministrattiva jiġu riveduti.", "Il-Kumitat ippropona li dawn il-kontravenzjonijiet ikunu marbutin ma' sistema ta' punteġġi sa massimu ta' 10.", "Meta l-persuna inkwistjoni jkollha 10 punti, il-kontravenzjoni ma tibqax punibbli b'multa amministrattiva iżda l-akkużat jitressaq il-Qorti.", "Ġie propost li kwalunkwe ammont ta' punteġġ li individwu jkun jista' akkumula, jaqa' wara perjodu ta' sentejn.", "Il-multa amministrattiva fil-każ ta' pussess illegali ta' bird-caller se tiżdied minn €250 għal €495.", "L-ADPD fuq il-kaċċa tar-rebbiegħa \"Il-PL u l-PN imbeżżgħin mil-lobby tal-kaċċa\" – L-ADPD Aqra wkoll Il-KE se tieħu azzjoni kontra Malta fuq il-kaċċa u l-insib Taqbel mal-proposta tal-FKNK?", "Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt .td_uid_3_60644da75d6e5_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60644da75d6e5_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-bank-medirect-juri-reziljenza-u-jaccelera-t-trasformazzjoni-tieghu/", "date": "1 ta' April 2021 7:30 AM", "category": "press, news, Kummerċ", "text": ["Ritratt: Facebook - me direct .td_uid_2_60655a71e2cce_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60655a71e2cce_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Waqt li kienet għaddejja l-pandemija tal-COVID-19, il-bank MeDirect xorta waħda kompla għaddej bi tkabbir dinamiku fil- franchise u kompla jinvesti aktar fil-pjattaforma WealthTech tiegħu, f'konformità mal-istrateġija tal-bank stess li jespandi l-operat tiegħu bħala bank innovattiv u diġitali madwar l-Ewropa.", "Il-profittabilità tal-2020 tal-bank kienet milquta ħażin minn impairments sinifikanti minħabba l-COVID, li sofra fil-portafoll ta' self lill-kumpaniji internazzjonali, li l-Grupp għandu.", "Minkejja dan il-Grupp baqa' reżiljenti u jopera b' ammont ta' kapital u likwidità b'saħħithom, li huwa ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji.", "F'termini ta' prestazzjoni kummerċjali, il-Grupp qiegħed fit-triq it-tajba fl-impliment-azzjoni tat-trasformazzjoni strateġika tiegħu.", "Skont Arnaud Denis, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Grupp MeDirect: \"Minkejja l-isfidi sinifikanti u bla preċedent maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19 fuq il-klijenti, fuq l-impjegati tagħna kif ukoll fuq il-komunitajiet li fihom jopera l-Bank, ħaffifna l-implimentazzjoni tal-istrateġija kummerċjali tagħna biex niddiversifikaw parti mill-operat tagħna biex nilħqu tkabbir profittabbli u sostenibbli fit-tul bħala challenger bank diġitali Ewropew għall-konsumatur.", "L-għan tagħna huwa li noffru mod kif tinvesti b'mod diġitali, sempliċi u konvenjenti għal kulħadd.", "Irridu noffru esperjenza tal-ogħla livell lill-klijenti, b'mod innovattiv u ta' valur, b'enfasi speċifika fuq nies affluwenti ( mass affluent and affluent ) li attwalment mhumiex servuti biżżejjed.\"", "Bħala bank sistematikament importanti sorveljat mill-Bank Ċentrali Ewropew, il-Grupp MeDirect kompla juri reżiljenza fl-ambjent diffiċli, li għandna fil-preżent, u għadu kapitalizzat sew, b'bażi ta' finanzjament u ta' likwidità b'saħħitha, bi proporzjonijiet ferm ogħla mir-rekwiżiti regolatorji, kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2020.", "\"F'dan l-isfond straordinarju, il-Grupp huwa kburi bil-mod kif wieġeb għall-pandemija tal-COVID-19, fejn il-prijorità tiegħu kienet li jkompli jaqdi lill-klijenti tiegħu, jagħti l-protezzjoni meħtieġa lill-impjegati tiegħu, jikkonserva l-kapital u li jiżgura l-valur futur kontinwu tan-negozju billi jkompli jinvesti fil-pjattaforma tal-Bank b'intenzjoni strateġika ċara.", "Il-Grupp wera li MeDirect huwa organizzazzjoni b'saħħitha, reżiljenti u b'aġilità, li kapaċi tipproteġi l-interessi tal-partijiet interessati kollha tagħha f'ambjent operattiv ta' sfida bħal m'għandna bħalissa,\" qal is-Sur Denis.", "Il-pjattaforma WealthTech tal-Grupp topera b'mudell ta' arkitettura miftuħa għal mutual funds u stockbroking .", "MeDirect kompla jimplimenta soluzzjonijiet diġitali ġodda biex jipprovdi lill-klijenti servizzi sempliċi u esperjenza ta' investiment u ta' banking mingħajr ebda xkiel.", "Matul l-2020, il-bank introduċa diversi inizzjattivi bħat-tnedija tal-mobile app, it-tiġdid tal-pjattaforma online għall- e-banking kif ukoll proċess ta' on-boarding diġitali veloċi u konvenjenti.", "Dawn l-innovazzjonijiet intlaqgħu tajjeb ħafna mill-klijenti.", "Fil-każ tal-Belġju, li huwa suq ewlieni għall-Grupp, MeDirect ġie vvalutat fi stħarriġ indipendenti bħala wieħed fost l-aqwa ħames banek Belġjani għall-kwalità tal-prodotti ta' tfaddil u l-investiment, għall-mobile app u għall-pjattaforma tal-e-banking.", "Barra minn hekk il-Grupp qed ikompli jiddiversifika l-portafoll ta' self tiegħu bi mmaniġġjar strett tar-riskju.", "Wara sensiela ta' inizjattivi biex jiddiversifika l-bażi tal-assi tal-Grupp lil hinn mill-enfasi ewlenija storika tiegħu fuq is-self korporattiv internazzjonali, il-valur ta' dan il-portafoll naqas bin-nofs mill-quċċata tiegħu ta' EUR 1.8 biljun fil-31 ta' Marzu 2019 għal Eur 0.9 biljun fil-31 ta' Diċembru 2020.", "L-2020 kienet sena ta' tkabbir kostanti fin-negozju tas-self għad-djar fl-Olanda (NHG), assigurat mill-gvern Olandiż stess (NHG), fejn sal-31 ta' Diċembru 2020 is-sussidjarja bankarja Belġjana tal-Grupp kienet akkumulat portafoll ta' EUR 1.1 biljun.", "Wara dan is-suċċess, MeDirect Belgium qed ifittex li jespandi n-negozju tas-self għad-djar residenzjali fl-Olanda, kif ukoll qed jesplora opportunitajiet ġodda fis-suq tas-self għad-djar fuq propjetà residenzjali fil-Belġju stess.", "Fit-tieni kwart tal-2020, fl-eqqel tal- lockdowns minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Grupp kiseb b'suċċess finanzjament minn partijiet terzi fis-suq Olandiż tar-Residential Mortgage-Backed Security Market (RMBS).", "Bħala riżultat tat-tranżazzjoni, MeDirect Belgium irċieva EUR350 miljun bħala finanzjament bi prezz baxx u fit-tul, waqt li kien ukoll qed jiddiversifika s-sorsi ta' finanzjament tiegħu.", "Is-suċċess tal-Grupp fil-kisba ta' finanzjament bi prezz baxx minn investituri terzi f'ambjent ta' suq daqshekk diffiċli wera l-fiduċja tal-investituri f'MeDirect, fil-mod kif qed jopera kif ukoll fl-istrateġija ta' tkabbir tiegħu.", "It-tieni tranżazzjoni ma' RMBS, li ġġenerat EUR350 miljun oħra b'termini ta' finanzjament saħansitra aktar attraenti mill-ewwel darba, għalqet kmieni fl-2021.", "It-tieni tranżazzjoni kkonfermat il-kapaċità tal-Grupp li jaċċessa finanzjament mill-operaturi anke f'ambjent ta' suq daqshekk ta' sfida.", "Il-Grupp MeDirect attira b'suċċess investituri internazzjonali tal-Grad 2 permezz tal-ħruġ ta' dejn subordinat ta' EUR 11-il miljun fi Frar 2021.", "Dan il-finanzjament minn investituri istituzzjonali fis-swieq kapitali ppermetta lill-Grupp ikompli jiddiversifika l-bażi kapitali tiegħu.", "L-iskop ta' dan il-finanzjament kien li jsaħħaħ u jottimizza l-kapital regolatorju tal-Grupp kif ukoll biex isostni l-eżekuzzjoni tal-istrateġija tat-tkabbir tan-negozju tiegħu.", "Il-Grupp kompla jibni l- franchise tiegħu billi joffri prodotti ta' tfaddil attraenti u soluzzjonijiet relatati mal-investiment ( wealth products ).", "Dawn il-prodotti komplew jgħinu fit-tkabbir fl-assi finanzjarji li l-klijenti għandhom mal-Bank (f'sens ta' depożiti u assi mmaniġġjati jew aħjar assets under management ), li sal-31 ta' Diċembru 2020 kienu jlaħħqu għal EUR3.9 biljun, żieda ta' 15% minn Eur3.4 biljun fil-31 ta' Diċembru 2019.", "Partikolarment, MeDirect Belgium kellu tkabbir sostanzjali fl-assi finanzjarji tal-klijenti, bi tkabbir ta' 18% fuq l-istess perjodu.", "Matul l-2020 il-Grupp MeDirect kompla jkabbar il-numru tal-klijenti tiegħu b'rata konsistenti, b'żieda ta'13%, minn 67,000 għal 76,000.", "MeDirect Belgium kabbar il-bażi tal-klijenti tiegħu b'20% – minn 43,000 għal 52,000.", "F'Malta, MeDirect kompla jappoġġja l-ekonomija reali Maltija permezz ta' self lill-kumpaniji Maltin u lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.", "MeDirect Malta jipprovdi faċilitajiet ta' self kompletament kollateralizzati u servizzi bankarji tranżazzjonali għal negozji stabbiliti, b'kontroll u mmaniġjar strett tar-riskju.", "Il-portafoll tas-self korporattiv baqa' stabbli fejn fil-31 ta' Diċembru 2020 dan kien ta' EUR 88.2 miljun.", "Bi tweġiba għall-pandemija tal-COVID-19 u l-effett tagħha fuq in-negozji Maltin, MeDirect Malta nieda prodott ta' self bl-isem ta' MeAssist, li jikkonsisti minn pakkett ta' assistenza maħruġ b'kollaborazzjoni mal-Bank Malti tal-Iżvilupp, bil-għan li jappoġġja u jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament bankarju għall-klijenti korporattivi.", "Fil-bidu tal-2021, MeDirect nieda wkoll il-prodott il-ġdid tiegħu tas-self għad-djar (jew kif inhu magħruf iktar il- homeloans ) fis-suq Malti, biex b'hekk kabbar il-firxa ta' servizzi li joffri għall-konsumaturi personali.", "L-għan ta' MeDirect huwa li jipprovdi tip ta' prodott ta' self għad-djar ġdid fis-suq Malti, b' mod aktar diġitalizzat, proċess aktar mgħaġġel biex tingħata risposta għall-applikazzjonijiet u strateġija ta' prezzijiet kompetittivi.", "Ir-riżorsi umani huma komponent ewlieni tas-suċċess tal-Grupp.", "Matul l-2020, il-Grupp saħħaħ it-tim maniġerjali tiegħu fil-livell tal-Grupp u ta' MeDirect Belgium u, minkejja l-COVID-19, kompla bis-suċċess kbir tiegħu li jattira talent ta' kalibru għoli u esperti diġitali biex jappoġġjaw l-objettivi strateġiċi tal-istess Grupp.", "B'kollox, inħatru 70 persuna ġdida fl-2020.", "Kważi żewġ terzi tar-reklutaġġ il-ġdid kien fil-qasam tat-Teknoloġija, tal-Mezzi Diġitali, tas-CRM, tal-Prodotti u tal- Marketing u tal- Compliance , sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-WealthTech.", "Wieħed mill-vantaġġi kompetittivi tal-Grupp huwa ċ-ċentru ta' servizz effiċjenti u ta' kwalità għolja li jopera f'Malta, li jinkludi t-Teknoloġija, il-Mezzi Diġitali, is-CRM, l-Operat u support functions .", "Dan iċ-ċentru ta' servizz huwa s-sinsla tal-Grupp, u jappoġġja t-tnedija tal-istrateġija kummerċjali tiegħu u b'mod partikolari l-iżvilupp tal-pjattaforma WealthTech fi swieq differenti għall-konsumaturi bħal m'huma: Il-Belġju, l-Olanda u Malta, kif ukoll potenzjalment ġurisdizzjonijiet oħra fl-Ewropa.", "F'kull pajjiż hemm timijiet dedikati għall- marketing u għall-prodotti, kif ukoll funzjonijiet ta' kontroll.", "Din is-sistema internazzjonali tippermetti lill-MeDirect jespandi b'mod effiċjenti filwaqt li jibqa' flessibbli u viċin il-ħtiġijiet tas-suq lokali, b'mod partikolari mil-lat tal-klijent u dak regolatorju.", "Storikament, il-Grupp minn dejjem investa b'mod sinifikanti fil-pjattaforma tat-Teknoloġija tiegħu bi spiża ta' madwar Eur40 miljun mill-2015 'il hawn, b'mod partikolari biex jiżviluppa l-kapaċitajiet diġitali u l-pjattaforma WealthTech.", "Il-Grupp MeDirect kien wieħed mill-ewwel banek li implimenta kapaċitajiet li jippermettu li x-xogħol kollu jsir b'mod remot f'Marzu 2020 biex jindirizza l-isfidi operattivi ppreżentati mill-COVID-19.", "Matul il-pandemija, MeDirect implimenta b'mod proattiv u rapidu miżuri biex jiżgura li l-bini tiegħu jibqa' kemm jista' jkun sigur filwaqt li appoġġja l-benesseri tal-impjegati u tal-klijenti kollha.", "Fl-2020 kien hemm iktar investiment f'WealthTech u d-diversifikazzjoni tal-operat, filwaqt li l-proporzjonijiet ( ratios ) regolatorji baqgħu b'saħħithom minkejja telf sinifikanti relatat mal-COVID.", "Il- balance sheet żdiedet b'29% fl-2020, minn Eur3.1 biljun għal Eur4.0 biljun.", "Dan kien prinċipalment ikkawżat miż-żieda fil-portafoll tal-NHG (in-negozju tas-self għax-xiri ta' djar fl-Olanda).", "Fil-31 ta' Diċembru 2020 il-portafoll tal-NHG kien jammonta għal Eur1.1 biljun, meta mqabbel ma' Eur0.1 biljun fil-31 ta' Diċembru 2019.", "Sal-31 ta' Diċembru 2020 id-depożiti totali tal-klijenti kibru bi 12.7% għal EUR 2.7 biljun minn EUR 2.4 biljun fil-31 ta' Diċembru 2019.", "Bħala riżultat ta' impairments li ttieħdu bi prudenza b'konnessjoni mal-COVID, il-Grupp MeDirect irrapporta telf, qabel it-taxxa, ta' EUR 75.2 miljun fis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2020, meta mqabbel ma' profitt, qabel it-taxxa, ta' Eur 7.1 miljun fis-sena preċedenti.", "Il-kawża ewlenija għat-telf kienu l- impairments ta' EUR65.2 miljun, li EUR55.7 miljun minnhom ġew diġa identifikati fl-ewwel nofs tas-sena fl-eqqel tal-konsegwenzi ekonomiċi mill-pandemija.", "Barra minn hekk, il-Grupp ħa d-deċiżjoni ta' prudenza li jreġġa' lura l-assi netti ta' taxxa differita ( reversal of net deferred tax assets ) li naqsu b'Eur7.8 miljun meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2019.", "Il-benefiċċji tat-taxxa mhux utilizzati ma jiskadux, u t-treġġigħ lura ma jaffettwax il-flussi tal-flus futuri ( future cash flows ) jew il-possibiltà tal-Grupp li juża benefiċċji tat-taxxa ( tax benefits ) bħal dawn fil-futur.", "Il-prestazzjoni finanzjarja tal-Grupp irriflettiet ukoll l-effetti tal-eżekuzzjoni tal-pjan ta' trasformazzjoni tiegħu; inkluż dħul aktar baxx mis-self li jagħti (b'sostituzzjoni gradwali ta' self korporattiv internazzjonali għal self għax-xiri tad-djar) u l-investiment sinifikanti li kompla jsir fil-pjattaforma WealthTech tiegħu.", "Anke wara li assorba l- impairments relatati mal-COVID, il-proporzjonijiet kapitali ( capital ratios ) tal-Grupp baqgħu b'saħħithom, bil-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ikun ta' 14.8% u l-proporzjon kapitali totali jkun ta' 17.3%, ferm iktar għoli mir-rekwiżiti tal-kapital regolatorju.", "Il-Grupp jinsab ċert li l-mod kif sar il-proċess ta' proviżjonament kien wieħed serju, b'saħħtu u prudenti.", "Jemmen ukoll li l- impairments li saru kienu meħtieġa u xierqa, li jirriflettu l-effetti tal-pandemija fuq is-self korporattiv internazzjonali tiegħu.", "Il-Grupp jemmen li malli faqqgħet il-pandemija għamel il-provvedimenti meħtieġa, u dan jidher ukoll fit-tnaqqis ta' telf mill-impairments li kien hemm bżonn isiru fit-tieni nofs tas-sena finanzjarja.", "Ir-riżervi ta' likwidità tal-Grupp baqgħu b'saħħithom, b' liquidity buffer ta' EUR685 miljun fil-31 ta' Diċembru 2020.", "Il- Liquidity Coverage Ratio tal-Grupp kien aktar minn ħames darbiet ir-rekwiżit regolatorju (LCR ta' 563% meta mqabbel ma' rekwiżit regolatorju ta' 100%).", "Fil-31 ta' Diċembru 2020 il-Leverage Ratio tal-Grupp kien ta' 5.7%, li anke dan huwa ferm ogħla mir-rekwiżit regolatorju ta' 3%.", "Fl-isfond tal-COVID-19, il-Grupp ipprovda livelli eċċezzjonali ta' appoġġ lill-klijenti, lill-kollegi u lill-komunitajiet li jaqdi filwaqt li għamel progress qawwi lejn il-kisba tal-prijoritajiet strateġiċi tiegħu.", "Il-Grupp huwa rikonoxxenti lejn l-impjegati kollha tiegħu għall-enerġija u għad-dedikazzjoni li wrew fi żminijiet tant diffiċli.", "Is-Sur Denis qal: \"Il-Grupp tagħna qed jiffaċċja l-2021 b'fiduċja qawwija li l-pjan ta' trasformazzjoni tiegħu, l-istaff ta' kalibru għoli u l-innovazzjoni mill-aktar avvanzata se jippermettulu jkompli jibni challenger bank diġitali b'futur promettenti ferm.\"", "Ritratt: Me Direct Dan it-tagħrif twassal minn MeDirect.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60655a71e2f73_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60655a71e2f73_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/zguraw-li-malta-jkollha-access-ghall-medicini-affordabbli/", "date": "1 ta' April 2021 1:06 PM", "category": "press, news", "text": ["Photo by Volodymyr Hryshchenko on Unsplash .td_uid_2_6065ad492ba69_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6065ad492ba69_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Qed nagħmel pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li l-Istati Membri ż-żgħar, bħal Malta, u ċ-ċittadini tagħhom, ikollhom aċċess għal prodotti farmaċewtiċi affordabbli, speċjalment matul il-pandemija tal-COVID.", "B'mistoqsija urġenti lill-Kummissjoni Ewropea u ittra mill-Parlament Ewropew, ħeġġiġt lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-provvista ta' mediċina affordabbli madwar l-Unjoni Ewropea tkun ġenwinament ipprovduta lill-Istati Membri kollha u liċ-ċittadini tagħhom, inkluż Malta.", "Ir-regoli attwali tal-Unjoni Ewropea joħolqu diskriminazzjoni inġusta kontra l-Istati Membri b'sistemi tas-saħħa u swieq farmaċewtiċi iżgħar, bħal Malta.", "Fil-qagħda attwali, id-deċiżjoni li prodott jitqiegħed b'mod effettiv fis-swieq tal-Istati Membri hija bbażata biss fuq l-interessi kummerċjali u ekonomiċi tal-kumpaniji farmaċewtiċi.", "F'ħafna każijiet, dawn il-kumpaniji privati m'għandhom l-ebda interess jew inċentivi biex iqiegħdu prodott mediċinali fis-suq ta' Stati Membri żgħar, bħal Malta.", "Din is-sitwazzjoni toħloq aċċess diffiċli għall-mediċini bi prezzijiet raġonevoli għall-pazjenti Maltin, prezzijiet ogħla għall-prodotti farmaċewtiċi, u spiss anke l-irtirar ta' prodotti partikolari.", "Għal dawn ir-raġunijiet, Malta baqgħet dipendenti ħafna fuq il-provvista tal-mediċini li ġejja jew tgħaddi mill-Gran Brittanja.", "Sfortunatament, bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, Malta u l-Istati Membri f'sitwazzjoni simili se jiffaċċjaw problema immedjata ta' aċċess u nuqqas ta' prodotti farmaċewtiċi u mediċinali.", "Il-pazjenti Maltin m'għandhomx jiġu mċaħħda minn prodotti mediċinali speċjalment f'nofs kriżi tas-saħħa u tal-pandemija.", "Jekk prodott ikun awtorizzat fis-Suq Uniku, dan għandu jkun disponibbli fl-Istati Membri kollha u ċ-ċittadini Maltin ma għandhomx jiġu mċaħħda jew miċħuda l-aċċess għall-prodotti mediċinali.", "Huwa għalhekk li tlabt lill-Kummissjoni Ewropea biex tintervjeni u tiżgura li l-interessi pubbliċi jiġu mħarsa, u li l-aċċess għall-mediċini ma jkunx jiddependi purament mill-interessi ekonomiċi.", "Kulħadd għandu jkollu d-dritt għal aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa ta' kwalità tajba, bi prezz raġonevoli, preventiva, u kurattiva, però sforunatament dan mhux garantit illum fl-Unjoni Ewropea. .td_uid_3_6065ad492bc58_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6065ad492bc58_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/rinovat-id-dipartiment-tal-fizjoterapija-fkarin-grech/", "date": "31 ta' Marzu 2021 2:39 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Isptar Karin Grech ġie rinovat b'xogħlijiet ta' tisbiħ fid-dehra ġenerali tal-kmamar u tal-faċilitajiet, biex titjieb l-esperjenza tal-impjegati u tal-pazjenti.", "Dan ħabbritu Steward Health Care Malta fejn qalet li dan l-investiment fl-isptarijiet tagħha isegwi proġett ieħor li tħabbar m'ilux ta' titjib estensiv fid-Dipartimenti tal-Emerġenza u tal-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Il-kumpanija qalet li fid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Isptar Karin Grech, barra tisbiħ ġenerali, inbidlet ukoll is-sistema tal-elettriku u tqiegħdet art ġdida tal-vinyl fid-dipartiment kollu għal ambjent aktar sigur għall-impjegati u l-pazjenti.", "Fid-dipartiment tal-fiżjoterapija jattendu persuni ta' etajiet differenti u b'kundizzjonijet mediċi varji u kull sena fid-dipartiment isiru madwar 40,000 vista lil pazjenti in-patient kif ukoll out-patient, stqarret Dr Nadine Delicata, id-Direttur Eżekuttiv ta' Steward Malta.", "Qalet kif il-post qatt ma kien ġie rranġat minn meta s-servizzi ġew trasferiti mill-Isptar San Luqa għal Mater Dei fl-2007 u kif b'hekk il-proġett intlaqa' tajjeb ħafna.", "\"It-tisbiħ li sar fil-faċilitajiet kliniċi u tal-impjegati se jgħin biex, temporanjament, id-dipartiment jibqa' joffri s-servizzi tiegħu sa ma jinbena u jibda jintuża l-isptar il-ġdid ta' riabilitazzjoni,\" qalet Delicata.", "Irringrazzjat lil dawk kollha li jużaw is-servizzi u lill-impjegati tal-paċenzja u l-koperazzjoni tagħhom sa ma tlesta l-proġett, li kien qed isir f'fażijiet differenti biex b'hekk, kemm jista' jkun, ma kienx affettwat l-għoti tas-servizzi waqt li saru x-xogħlijiet.", "Bis-saħħa ta' aktar spazji kliniċi fid-dipartiment tal-fiżjoterapija, l-impjegati se jkunu jistgħu jaħdmu f'aktar kumdità u jtejbu s-servizzi offruti, qalet il-kumpanija.", "Qalu wkoll kif fil-gym l-ġdid, il-fiżjoterapisti se jkunu jistgħu jiggwidaw aħjar lill-pazjenti b'aktar programmi ta' eżerċizzju u mobilità u l-postijiet il-ġodda tad-dipartiment jinkludu taqsima għar-riabilitazzjoni newroloġika tal-pazjenti.", "Il-proġett ħoloq ukoll spazji ġodda għal sessjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni li qabel ma kinux hemm u spazji apposta għall-uffiċċji tal-istaff biex ikunu jistgħu jaħdmu b'mod virtwali, f'sessjonijiet ta' kura online, waqt il-pandemija tal-Covid-19, ikkonkludiet Delicata.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60656ea608f32_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60656ea608f32_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/helsien-mill-izvilupp-eccessiv-kampanja-fuq-il-midja-socjali/", "date": "31 ta' Marzu 2021 4:37 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Arnold Cassola FB .td_uid_2_606565b013f94_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606565b013f94_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} F'Jum il-Ħelsien, grupp ta' azzjonisti kontra l-iżvilupp eċċessiv qed issaqsu lin-nies biex jipprotestaw billi jbidlu r-ritratt tagħhom fuq il-midja soċjali b'ritratt li juri żvilupp eċċessiv f'Malta jew Għawdex bil-hashtag #Ħelsien jew #Freedom.", "Dan qed jagħmluh bħala ġest simboliku li juri li \"mhux kuntenti bl-iżvilupp żejjed\" u bit-tama li jaqjmu aktar għarfien fuq is-suġġett.", "Fuq il-midja soċjali jidher li dan qed isir għax dan il-grupp ta' individwi qed jiddejqu bl-iżvilupp eċċessiv u l-attitudni lejh u mhux għax huma kontra l-iżvilupp neċessarju u sensittiv.", "Qalu kif hemm frame speċifiku fuq Facebook li jista' jintuża madwar ir-ritratt, għal kull minn jixtieq jipparteċipa f'din il-protesta fuq il-midja soċjali.", "Aktar kmieni din is-sena Il-Kunsill Lokali tan-Nadur joġġezzjona għall-iżvilupp ta' 71 appartament Il-frame juri grupp ta' statwi li kienu skoperti fix-Xagħra u jservi bħala kuntrast bejn il-wirt u t-tip ta' kostruzzjoni li qed tiddomina x-xena lokali.", "Il-grupp ta' individwi qalu li huma kontra l-blokok enormi li qed jitilgħu fejn xulxin, li ma jservux tajjeb għall-identità tal-irħula f'Malta u f'Għawdex u kif iż-żewġ gżejjer jistħoqilhom aħjar.", "Kull min jixtieq jipparteċipa, jista' jagħmel dan billi jagħżel ritratt li juri żvilupp eċċessiv u jżied il-frame billi jfittex 'ħelsien'.", "Fi Frar Ir-rebgħa eċċessiva qed ittellef il-ġmiel ta' Għawdex – GUG Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606565b014241_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606565b014241_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/mghandhiex-tinghata-mahfra-lill-qattiela-tommi-iben-daphne/", "date": "31 ta' Marzu 2021 7:39 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Assassinju Daphne, Lokali", "text": ["Miguela Xuereb .td_uid_2_606564b5d9400_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606564b5d9400_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} It-tifel tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia saħaq li l-akkużati fil-qtil t'ommu m'għandhomx jingħataw il-maħfra presidenzjali biex jiżvelaw il-mandant tad-delitt li skont huma huwa eks Ministru.", "L-aħwa Degiorgio jitolbu maħfra biex jiżvelaw min hu l-politiku li ordna l-qtil ta' Daphne Matthew Caruana Galizia f'kitba qasira fuq Facebook qal li l-qattiela għandhom jibqgħu jitmermru l-ħabs u mhux jingħataw il-maħfra presidenzjali.", "Huwa kien qiegħed jirreaġixxi għall-istqarrija li ħarġet iktar kmieni llum mill-avukat tal-aħwa Degiorgio, Alfred u George.", "Fl-istqarrija l-avukat tal-aħwa qal li l-aħwa jinsabu mħassbin fuq il-kunflitt ta' interess li jista' jkun hemm fil-Kabinett biex dan jirrakkomanda li huma jingħataw maħfra presidenzjali għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "L-aħwa Degiorgio mħassbin fuq il-kunflitt ta' interess fil-Kabinett biex huma jingħataw maħfra Din mhux l-ewwel kitba ta' Caruana Galizia dwar it-talba għall-maħfra presidenzjali li l-aħwa Degiorgio qegħdin jagħmlu dwar l-qtil ta' Daphne Caruna Galizia.", "Jumejn ilu Matthew fuq il-paġna ta' Facebook qal li l-maħfra presidenzjali ma twassalx għall-kundanna.", "Huwa qal li kollox għandu jiġi mikxuf permezz ta' xogħol investigattiv u dan m'għandux isir għall-ispejjeż t'ommu għax hi diġà ħallset ħafna.", "Dwar dan il-qtil, akkużati ma kienx hemm biss l-aħwa Degiorgio iżda wkoll Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu.", "Huwa ammetta l-involviment tiegħu f'dan il-każ u qiegħed jiskonta sentenza ta' 15-il sena ħabs.", "Fi Frar li għadda l-Koħħu ngħata l-maħfra presidenzjali għall-involviment tiegħu fil-qtil tal-avukat Carmel Chircop li seħħ fl-2015.", "Il-Koħħu jitkellem fuq il-qtil tal-Avukat Chircop biex titnaqqaslu s-sentenza Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606564b5d968e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606564b5d968e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/irriciklat-600000-bott-tal-landa-kuljum-fuq-sorting-line-gdida/", "date": "31 ta' Marzu 2021 3:37 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: MECP .td_uid_2_6065672ac3553_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6065672ac3553_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ġiet installata sorting line ġdida fil-faċilità tal-WasteServ f'Marsaskala li kuljum qed tipproċessa madwar disa' tunnellati ta' metall li jintremew fil-borża s-sewda.", "Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia, fejn qal kif din is-sorting line ġdida qed tirkupra madwar 600,000 bott tal-landa kuljum.", "Qal kif il-metall qed jitneħħa bl-użu ta' magnetic separator u tagħmir mekkaniku ieħor biex jiġi ttrasferit fuq conveyor belt u jkun magħżul manwalment ħalli jintagħżel biss metall ta' kwalità tajba.", "Matul iż-żjara tiegħu fil-faċilità tal-WasteServ, il-Ministru ħeġġeġ lill-pubbliku biex ikompli jissepara l-iskart u stieden lill-industrija biex tieħu eżempju ta' kif il-kunċetti ta' prevenzjoni, użu mill-ġdid, u riċiklaġġ jistgħu jiġu implimentati b'mod sostenibbli.", "\"It-tagħmir li qed jintuża f'dan il-proċess ġie ddisinjat internament mit-tim tal-WasteServ billi ntuża tagħmir li ma kienx se jibqa' jintuża u kien se jitneħħa miċ-ċirkulazzjoni,\" qal il-Ministru.", "Il-Ministru nnotta kif minbarra l-irkupru ta' tunnellati f'materjal riċiklabbli li jiswa ħafna flus, tagħmir li kien se jiġi skreppjat ġie użat mill-ġdid filwaqt li ġew żgurati l-ogħla standards ambjentali, u tas-saħħa u tas-sigurtà.", "Aktar dwar is-suġġett Filmat: Aktar spetturi mal-WasteServ biex jiċċekkjaw l-iskart li jidħol Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6065672ac37eb_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6065672ac37eb_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ic-celebrazzjonijiet-liturgici-tal-arcisqof-scicluna-matul-april/", "date": "1 ta' April 2021 10:02 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja", "text": ["Ritratt: Knisja.mt .td_uid_2_60659d0173ad7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60659d0173ad7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Matul ix-xahar ta' April, l-Arċisqof Charles J Scicluna ser ikompli jiċċelebra quddies matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta' Ħadd.", "Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.", "Il-quddies organizzat mill-Arċidjoċesi ta' Malta qed jixxandar: Mit-Tnejn sas-Sibt fid-9:30 a.m. mill-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.", "Wara l-quddiesa tingħad it-talba tar-Rużarju.", "Dan il-ħin ta' talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil-5:30 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa.", "Kull nhar ta' Ħadd fid-9:30 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube.", "Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis-6:30 p.m. F'dawn il-ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l-quddies f'dawn il-knejjes: Il-Ħamis 1 ta' April, Ħamis ix-Xirka, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.", "Fis-6:00 p.m., l-Arċisqof imexxi l-Quddiesa fl-Ikla tal-Mulej u wara ħin qasir ta' adorazzjoni quddiem l-artal tar-ripożizzjoni fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.", "Dawn jixxandru fuq TVM2.", "Il-Ġimgħa 2 ta' April, il-Ġimgħa l-Kbira, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum, fil-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.", "Fit-3:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.", "Fis-7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jitlob il-Via Crucis mis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.", "Dawn jixxandru fuq TVM u TVM2.", "Is-Sibt 3 ta' April, Sibt il-Għid, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta' Sbiħ il-Jum, fil-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.", "Fit-8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.", "Dawn jixxandru fuq TVM u TVM2.", "Il-Ħadd 4 ta' April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina.", "Din tixxandar fuq TVM2.", "L-Erbgħa 7 ta' April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill-knisja parrokkjali l-qadima ta' Santa Katarina, magħrufa bħala l-Knisja ta' San Girgor, iż-Żejtun, fil-festa ta' San Girgor.", "Din tixxandar fuq TVM2.", "Il-Ħadd 11 ta' April, Ħadd tal-Ħniena Divina, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-festa tal-Ħniena Divina, fis-Santwarju Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa.", "Din tixxandar fuq TVM2.", "Il-Ħadd 18 ta' April, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa.", "Din tixxandar fuq TVM2.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60659d0173d60_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60659d0173d60_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/xi-familji-lanqas-ghandhom-biex-jaghmlu-l-lunch-tal-iskola-marika-borg-wirth/", "date": "31 ta' Marzu 2021 3:00 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja, Lokali", "text": ["Xi familji jibagħtu lil uliedhom l-iskola mingħajr lunch għax m'għandhomx minn fejn , qalet Marika Borg Wirth.", "Borg Wirth li tikkoordina s-sezzjoni tal-Caritas f'San Ġiljan spjegat \"aħna ma nemmnux li għandna nagħtu l-ħuta lin-nies imma nipprovduhom l-qasba biex jaqbdu l-ħut.\"", "Madankollu, qalet il-ħaddiema soċjali, xi nies isibu ruħhom f'sitwazzjonijiet estremi u għandhom bżonn għajnuna materjali urġenti.", "\"Ikkollna ċirkostanzi ta' familji li lanqas jkollohom biex jagħmlu l-lunches tal-iskola,\" qalet, filwaqt li familji oħra ma jifilħux iħallsu għal mediċina jew bżonnijiet bażiċi bħal per ezempju water heater .", "Hija qalet li avolja ċertu skejjel, speċjalment tal-gvern, jipprovdu l-ikel dan jirrikjedi proċess twil u \"għalhekk l-emergency funds huma importanti ħafna.\"", "Dawn l-fondi jipermettu lil Caritas tgħin familji li ma jwasslux sal-aħħar tax-xahar.", "\"Ġieli kellna ċirkostanzi fejn familji ma jkollhomx pakett għaġin u bott tadam biex jieklu.\"", "Hija qalet li fl-aħħar ġimgħat t-taqsima Caritas li tmexxi pprovdiet mill-inqas tliet familji heaters tal-ilma f'nofs ix-xitwa.", "Fost in-nies li għandhom bżonn għajnuna urġenti, Borg Wirth qalet li hemm anzjani u vittmi ta' abbuż domestiku li m'għandhomx il-mezzi meħtieġa biex jgħixu.", "\"Bħalissa qed inħallsu għall-mediċini ta 'persuna li jiswew €100 fix-xahar,\" qalet, u żiedet tgħid li hija tad-daħq li tistenna li xi pensjonanti jgħaddu bi €450 fix-xahar.", "Waqt li elenkat tipi differenti ta 'faqar, Borg Wirth qalet li dawn kollha jwasslu għall-esklużjoni soċjali.", "Borg Wirth kien qed jitkellem ma' Sylvana Debono fuq il-kampnaja Itma' u Libbes .", "Din hija l‐kampanja tar‐Randan 2021 organizzata mill‐Arċidjoċesi ta' Malta permezz tat‐Taqsima tad‐Djakonija fil‐Parroċċi ta' Caritas Malta, flimkien ma' Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart .", "Din il-kampanja hi mmirata biex ittaffi ftit mit-tbatija tal‐persuni li għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli.", "L‐għan hu li jinġabru flus biex jitħallsu ikliet għall‐persuni fil‐bżonn, kif ukoll jinġabru ħwejjeġ użati li għadhom f'kundizzjoni tajba.", "Iż‐żewġ inizjattivi se jkunu qed jiġu mmaniġġjati b'mod innovattiv u differenti mill‐kampanji tradizzjonali ta' ġbir ta' ikel u ħwejjeġ.", "Id-dinjità tal-persuni li jirċievu l-għajnuna se tkun fiċ-ċentru ta' din il-kampanja.", "X'tista tagħmel?", "Itma' u libbes: lest tgħin lil persuni fil-bżonn?", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606565f8e5f29_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606565f8e5f29_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/mhemmx-pillola-magika-irrid-nitghallem-nghix-bil-kundizzjoni-belle/", "date": "31 ta' Marzu 2021 6:11 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Belle de Jong ilha taffaċċja l-kundizzjoni mentali bipolar minn meta kellha 20 sena, meta spiċċat l-Isptar Monte Karmeli minħabba episodju ta' psikożi, sintomu wieħed mill-ħafna tal-kundizzjoni.", "Illum il-ġurnata hi tgħid li hi kwistjoni ta' ħajja jew mewt, u aċċettat li hi xi ħaġa li trid tibqa' taffaċċja għal ħajjitha kollha.", "Għalkemm il-mediċina tgħinha, trid tkun hi li tfendi għaliha nfisha u tqum fuq saqajha.", "Tiddeskrivi kif tħossha bħallikieku hi żewġ persuni f'persuna waħda, li jistgħu jitfaċċaw meta jfettlilhom, imma jiddependi minnha biex jirnexxilha tikkontrollaha.", "Madankollu, Belle mhux minn dejjem kienet taċċetta s-sitwazzjoni kif taċċettaha llum.", "Belle tiddeskrivi kif ta' 20 sena saret taf li hi bipolar, u kienet intbagħtet l-Isptar Monte Karmeli f'Ħ'Attard b'episodju ta' psikożi, meta ma setgħetx tiddistingwi bejn dak li hu veru u dak li mhux.", "Il-burdati tagħha bdew ivarjaw mill-estrem ta' dipressjoni serja għall-estrem l-ieħor ta' manija.", "It-tlajja' u l-inżul tal-manija u d-dipressjoni Id-dipressjoni bdiet tħabbat wiċċha magħha meta kienet għadha tfajla.", "Tgħid li kienet tħossha vojta, bħallikieku riedet kollox ħlief li tgħix.", "Kellha qalbha maqtugħa mid-dinja u minn ħajjitha.", "L-iżjed affarijiet żgħar, bħal li tieħu xawer, bdew jinħassu ta' sfida kbira, u kien ikollha verament timbutta lilha nfisha biex tagħmel affarijiet ta' kuljum.", "Tgħid li darba, psikjatra staqsieha kemm taħseb fuq is-suwiċidju.", "\"Normali,\" wieġbet Belle, iżda l-psikjatra qalilha, \"In-normali hu qatt.\"", "Kien jgħaddilha minn moħħha biex ittemm ħajjitha ta' kuljum, għax id-dipressjoni jirnexxilha toskura kollox fil-ħajja.", "Mill-banda l-oħra, Belle esperjenzat ukoll il-manija ewforika, li fi kliemha, iġġiegħlek tħossok \"superuman.\"", "Tgħid li tħossok kunfidenti, saħansitra żżejjed, u jkollok burdata tal-ġenn għal ġimgħat sħaħ jew anke xhur.", "Kellha 18-il sena meta esperjenzat il-manija għall-ewwel darba, meta n-nies kienu jgħidulha biex tikkalma ftit.", "Imma hi ma kellhiex moħħ.", "Il-manija, skont Belle, iġġib magħha wkoll ħsibijiet mgħaġġlin, irritabbiltà u anke traskuraġni għax tispiċċa tfittex il-gost, tonfoq il-flus li ma jkollokx, u anke tirrovina relazzjonijiet ma' dawk qrib tiegħek, imma tibda tħossok ferħan se ttir.", "Imbagħad, tispjega Belle, hemm l-ipomanija, li hi verżjoni iżjed ħafifa tal-manija.", "Fiż-żewġ fażijiet, ma kinitx tħoss il-ħtieġa li torqod jew tiekol.", "Tgħid li bdiet iddoqq ix-xogħol ta' Mozart fuq il-pjanu u taqra l-kitbiet ta' Einstein bla problema ta' xejn.", "Kienet toħroġ xi ħamest ijiem fil-ġimgħa u dejjem tara li jkollha kumpanija.", "Kienet issiefer, tberbaq il-flus u anke tipprova ħafna tipi ta' droga.", "Miguela Xuereb \"Kif stajt nemmen kif nara r-realtà meta spiċċajt fi sptar mentali talli emmint lil moħħi?\"", "Belle tgħid li l-iżvantaġġi tal-manija huma li ġġiegħlek tinsa xi affarijiet li tkun għamilt, u anke jiddispjaċik minn ċerti deċiżjonijiet li tieħu.", "Ma tkunx tista' tlaħħaq mal-ħsibijiet tiegħek stess.", "Hija tgħid li l-manija wasslitha għall-paranoja.", "Tispjega li l-manija twassal għad-dipressjoni jew għall-psikożi.", "Belle tiddeskrivi l-ġimgħat li fihom kienet fi stat psikotiku bħala l-iżjed żmien tal-biża' f'ħajjitha.", "Issa ilha sena li kellha episodju psikotiku, u rkuprat kompletament.", "Għall-bidu kienet tmur Monte Karmeli kull ġimagħtejn biex titkellem mal-psikjatra u mat-tobba.", "Kienet tipprova toħroġ fl-ewwel ftit xhur, iżda kienet tirrealizza li ma tistax tesponi ruħha għal tant nies u affarijiet, peress li s-sintomi psikotiċi kienu jerġgħu jitfaċċaw, pereżempju f'xi ristorant storbjuż u mimli nies.", "Hija tistqarr li l-akbar sfida tagħha kienet li titgħallem terġa' tafda lilha nfisha.", "\"Għax kif stajt nistrieħ fuq il-perċezzjonijiet tiegħi meta xi darba kienu daqshekk imħawdin?", "Kif nista' nemmen il-mod kif nipperċepixxi r-realtà, meta spiċċajt fi sptar mentali talli emmint lil moħħi?", "Kif nista' ngħix il-ħajja b'mod kunfidenti mill-ġdid meta esperjenzajt attakk daqshekk intensiv fuq is-sanità tiegħi?\" tistaqsi Belle.", "Illum Belle kif taffaċċja s-sitwazzjoni?", "Belle tispjega li l-irkupru ħa l-ħin tiegħu: il-mediċina, it-terapija, ir-riflessjoni.", "Kienet tikteb, iżżomm kont tal-progress li tagħmel, titkellem ma' sħabha.", "Illum il-ġurnata dawn l-affarijiet għadhom iżommuha għaddejja wkoll.", "Għadha tikteb fuq il-burdati u l-esperjenzi li jkollha, tagħmel il-yoga u tmur togħdos.", "Tgħallmet issib modi kif tikkontrolla l-ansjetà li jkollha.", "Illum il-ġurnata Belle tistaqsi lilha nfisha kif qed tħossha f'diversi ħinijiet tal-ġurnata.", "Tistaqsi lilha nfisha hux qed tħossha ħażin dak il-mument jew hix tħossha hekk tul il-ġurnata kollha, jew kemm se tħalli l-affarijiet jiggravaw qabel tieħu azzjoni.", "Fl-aħħar mill-aħħar, hi tagħraf li din l-esperjenza kienet għaliha waħda ta' tagħlim u li għenitha tikber.", "Belle tgħid li l-affarijiet li tgħallmet tul din l-aħħar sena jiswew mitqlu deheb, u li hi kuntenta li qed jirnexxilha tagħsar din l-esperjenza qarsa biex minnha tieħu affarijiet ta' sugu li se jiswewlha għal għomorha.", "Belle de Jong titkellem favur is-saħħa mentali ma' Mental Health Association Malta Esperjenza oħra ta' din il-kundizzjoni Filmat: \"Trid tifhem li meta ma jġibx ruħu sew, ma jkunx hu imma l-marda\" Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606572eb305fc_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606572eb305fc_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/dinja-ewropa-xi-ntqal-dwar-malta-fil-parlament-ewropew/", "date": "1 ta' April 2021 1:00 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Unjoni Ewropea", "text": [".td_uid_2_6065c58fd6bcd_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6065c58fd6bcd_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} What's on Newsbook: Dinja Ewropa jħares lejn id-dibattitu li sar fis-sessjoni plenarja dwar l-aħħar żviluppi dwar Malta l-ġimgħa li għaddiet.", "Kif indirizzaw is-sitwazzjoni l-MEPs Maltin?", "Insegwu l-interventi li saru.", "Waqt What's on Newsbook: Dinja Ewropa se nħarsu wkoll lejn kampanja informattiva li qed jikkordina l-Kunsill tal-Istudenti Universitarji ta' Malta bl-isem Your FuturEU li qed issir bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew.", "What's on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta' Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f'Malta. .td_uid_3_6065c58fd6ec7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6065c58fd6ec7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/attakk-tal-gvern-fuq-l-ghaqdiet-volontarji/", "date": "1 ta' April 2021 4:18 PM", "category": "press, news", "text": ["Ritratt ta' Robert Abela: Miguela Xuereb .td_uid_2_6065d6dbb1b21_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6065d6dbb1b21_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-ħidma tal-għexieren ta' eluf ta' persuni fis-soċjetà tagħna li jaħdmu b'mod volontarju għandha valur imprezzabbli.", "Dawn il-volontarji jagħmlu ġid kbir u jkattru fostna sens ta' altruwiżmu u impenn favur il-ġid komuni .", "Ta' kuljum, eluf fostna jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom, spiss anke l-flus tagħhom, għal għan soċjali li jemmnu fih.", "Jaħdmu bla ħlas biex jagħtu servizzi li wisq probabbli, li kieku ma jkunx għall-impenn tagħhom ma jingħatawx .", "Hekk jiġri fil-każini tal-banda, fl-għaqdiet tal-armar tal-festi, fl-għaqdiet tan-nar, fl-assoċjazzjonijiet tal-iscouts, fl-għaqdiet ambjentali, fl-għaqdiet li jippromwovu d-drittijiet tal-annimali, fl-għaqdiet sportivi, fl-organizzazzjonijiet li jassistu lil migranti, fl-għaqdiet li jipprovdu kura lil persuni b'diżabilità, fl-organizzazzjonijiet li jaħdmu għal ambjent demokratiku u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, fl-għaqdiet li jippromwovu l-edukazzjoni, fl-organizzazzjonijiet li jippromwovu l-arti u f'bosta oħrajn li jaħdmu f'oqsma oħra.", "Bil- ħolqien tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji fis-sena 2007 dan is-settur għadda minn sitwazzjoni fejn ma kien hemm l-ebda regolamentazzjoni għal sitwazzjoni fejn għall-ewwel darba kellna sistema b'regoli ċari, bir-reġistrazzjoni ta' għaqdiet u awditjar tal-finanzi tagħhom.", "Iż-żmien wera li dan kien pass għaqli, meħud b'mod raġonevoli u fil-proporzjon xieraq għas-soċjetà tagħna .", "Matul is-snin, eluf ta' organizzazzjonijiet irreġistraw ruħhom u bdew jissottemettu rapporti regolari dwar id-dħul u l-infiq tagħhom.", "Iżda dan l-aħħar, f'dan is-settur beda jberraq bil-kbir .", "L-affarijiet marru għall-agħar, u mhux ftit.", "Permezz ta' avviż legali l-Gvern impona restrizzjonijiet bla preċedent fuq il-mod kif l-organizzazzjonijiet volontarji jiffinanzjaw ruħhom.", "Il-Gvern abolixxa d-dritt awtomatiku tal-għaqdiet volontarji reġistrati mal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji li jiġbru donazzjonijiet mingħand il-pubbliku .", "Issa biex għaqda volontarja tagħmel ġbir mingħand il-pubbliku teħtieġ permess mingħand il-Kummissarju u jekk dan jingħata jkun validu għal sitt xhur biss.", "Kull sitt xhur jeħtieġ li l-permess ikun imġedded.", "Biex jingħata l-permess irid ikun speċifikat minn qabel il-jiem li fihom ikun se jsir il-ġbir u l-identità tal-persuni li jkunu se jagħmlu l-ġbir.", "Dawn ir-restrizzjonijiet saħansitra jagħtu l-awtorità lill-Kummissarju li jġiegħel lill-għaqdiet jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija ta' dawk il-persuni li l-għaqdiet iqabbdu biex jiġbru l-flus f'isimhom.", "Bir-restrizzjonijiet il-ġodda imposti mill-Gvern ta' Robert Abela, biex għaqda tagħmel ġbir ta' flus f'postijiet pubbliċi jeħtieġ li ġġib mingħand il-kummissarju laned issiġillati minn persuni magħżula mill-kummissarju.", "Wara li jsir il-ġbir, l-għaqda tkun obbligata tieħu lura l-laned tal-ġbir lura l-uffiċċju tal-Kummissarju, imbagħad hemm jitkissru s-siġilli u jingħaddu l-flus fil-preżenza ta' uffiċjal pubbliku mqabbad mill-kummissarju .", "Nafu li l-każini tal-banda, l-għaqdiet tan-nar u l-gruppi tal-armar tal-festi ħafna drabi jirsistu biex jiġbru flus biex jiffinnanzjaw il-ħidma tagħhom b'risq il-festa tar-raħal billi, fost l-oħrajn, iqassmu envelopes fid-djar li mbagħad jinġabru fil-ġimgħat ta' wara bid-donazzjonijiet.", "Dan hu sors ewlieni ta' finanzjament għal ħafna minn dawn l-għaqdiet.", "Anke hawn daħlet sikkatura esaġerata bl-avviż legali.", "Issa dawn l-għaqdiet huma imġiegħla jistampaw numru differenti fuq kull envelope li jqassmu u wara li jiġbru lura, l-envelopes ikunu jistgħu jiftħuhom biss fil-preżenza ta' professjonist b'warrant, bħal pereżempju Nutar, li għandu jgħodd il-flus flimkien magħhom .", "Dan kollu joħloq burokrazija esaġerata fuq l-għaqdiet.", "Apparti minn hekk, qed joħloq il-biża' fost l-għaqdiet li issa l-pubbliku mhux se jħossu komdu jagħti donazzjonijiet b'dan il-mod, għaliex issa n-nies jistgħu jissuspettaw li l-ammont tad-donazzjonijiet tagħhom mhux se jibqa' kunfidenzjali.", "Dawn ir-restrizzjonijiet huma prova ċara ta' bidla għall-agħar fl-atteġġjament tal-Gvern fil-konfront tal-għaqdiet volontarji .", "Il-Gvern qed jistma lill-persuni involuti fil-qasam tal-volontarjat bħala nies li mhux ta' min jafda .", "Biex tkompli tgħaxxaqha, il-gvern qabbad biex jieħu ħsieb l-applikazzjonijiet u l-infurzar ta' dawn ir-restrizzjonijiet fuq il-ġbir tal-għaqdiet eks-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li kien imġiegħel jirriżenja mill-Korp tal-Pulizija b'diżunur .", "Mhux kumbinazzjoni li l-Gvern impona dawn ir-restrizzjonijiet denji ta' pajjiż totalitarju fl-istess żmien li fih pajjiżna qiegħed taħt il-lenti tal-Moneyval.", "Hi l-fehma ta' ħafna, inkluż tiegħi, li l-għaqdiet volontarji qed iħallsu, inġustament, prezz qares għall-fatt li għal snin f'pajjiżna nies fil-poter għamlu li riedu, wettqu reati faħxija b'impunità totali u ħammġu isem pajjiżna .", "Għall-qerq ta' dawk fil-poter se jkollhom iħallsu eluf ta' Maltin onesti li jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom għal għan soċjali .", "Dawn ir-restrizzjonijiet se jagħmluha diffiċli ħafna biex l-għaqdiet volontarji jiffunzjonaw.", "Ħafna għandhom dubji serji dwar il-legalità tagħhom.", "Huma regolamenti li tistenniehom f'pajjiżi fejn mhix rispettata l-libertà ta' assoċjazzjoni u żgur mhux f'pajjiż demokratiku bħalma suppost hu Malta .", "Jeħtieġ li s-settur tal-volontarjat jirreżisti dan l-attakk inġust fuqu u jeżiġi li l-Gvern jikkanċella dawn ir-regolamenti assurdi.", "Fejn isir abbuż għandha tittieħed azzjoni xierqa, iżda mhux sew li kulħadd jiġi trattat ta' suspettat .", "Dawk l-organizzazzjonijiet li jixtiequ aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, jistgħu jagħmlu kuntatt miegħi billi jibagħtu email fl-indirizz president@repubblika.org .", "L-għaqdiet volontarji ta' pajjiżna jixirqilhom ferm aħjar minn hekk! .td_uid_3_6065d6dbb1d1e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6065d6dbb1d1e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/dokument-ta-residenza-gdid-ghal-cittadini-tal-ue-zvizzeri-u-membri-fl-eea/", "date": "1 ta' April 2021 2:32 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali, Unjoni Ewropea", "text": ["Ċittadini tal-Unjoni Ewropea, Żvizzeri, u dawk tal-pajjiżi membri fiż-żona ekonomika ewropea, l-EEA, li jgħixu Malta, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt ta' tal-moviment liberu, se jibdew jingħataw dokument ta' residenza ġdid li huwa aktar sigur.", "Il-fażi tal-produzzjoni ta' din il-kard hi kompluta u l-Aġenzija Identity Malta se tintroduċi b'mod gradwali dan id-dokument ġdid.", "Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat li spjega kif l-introduzzjoni ta' dan id-dokument il-ġdid isegwi t-tnedija tal-permess ta' residenza ġdid maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, s-sena li għaddiet u l-introduzzjoni riċenti tal-ġenerazzjoni l-ġdida tal-Karta tal-Identità u l-Passaport.", "Fl-aħħar sena u nofs l-Aġenzija Identity Malta bidlet id-dokumenti ta' identità kollha biex tindirizza t-theddida tal-iffalsifikar tad-dokumenti u s-serq tal-identità.", "Minbarra l-bidliet estetiċi li saru fid-dokument, il-karta l-ġdida tinkorpora fiha saffi ta' karatteristiċi ta' sigurtà sofistikati li jagħmluha diffiċli ħafna biex wieħed jiffalsifika d-dokument.", "Id-dettalji personali tad-detentur huma mnaqqxa bil-laser fuq karta polycarbonate, u l-informazzjoni bijometrika titpoġġa b'mod sigur fuq ċippa contactless.", "Barra minn hekk, il-kodiċi tal-pajjiż tal-istat membru li joħroġ id-dokument huma stampati fuq quddiem.", "Il-karta l-ġdida se tkun qed tinħareġ għal applikazzjonijiet ġodda jew ta' dawk ta' tiġdid, filwaqt li dawk il-kards eżistenti li jinsabu fiċ-ċirkolazzjoni se jibqgħu validi sad-data ta' skadenza mniżżla fuq id-dokument.", "Id-dokument ta' residenza ġdid huwa konformi mar-Regolament tal-UE 2019/1157, fejn l-istati membri huma mitluba li jibdew joħorġu dan id-dokument mit-2 ta' Awwissu 2021.", "Hekk kif mitlub bil-liġi, dawk l-applikanti għal dan id-dokument iridu japplikaw wara tliet xhur ta' residenza, il-fatt li ma jkollhomx dan id-dokument ma jnaqqas xejn mid-drittijiet tagħhom skont il-moviment ħieles.", "Il-karta tal-identità l-ġdida tibda tintuża Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6065cefd39907_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6065cefd39907_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-kull-bniedem-hu-fragli-tiskandalizzax-bid-dghufija-tieghek-l-arcisqof-scicluna/", "date": "1 ta' April 2021 3:21 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja, Lokali", "text": ["\"Kull bniedem hu fraġli u għandu d-dgħufija tiegħu, inkluż is-saċerdoti.", "Kull bieqja ta' kull bniedem, ta' kull persuna, hija mxellfa,\" hekk sostna l-Arċisqof Charles J Scicluna fl-omelija waqt il- Quddiesa tal-Griżma bit-tberik taż-żjut.", "Il-quddiesa f'Ħamis ix-Xirka filgħodu, saret fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina u kienet ikkonċelebrata min-Nunzju Appostoliku ta' Malta l-Arċisqof Alessandro D'Errico, in-Nunzju Appostoliku għall-Etijopja u Djibouti l-Arċisqof Antoine Camilleri, l-Isqof Joseph Galea-Curmi u rappreżentenza ta' saċerdoti.", "Knisja.mt Matul l-omelija l-Arċisqof ikkwota lill-Papa Franġisku li qal li \"aħna għandna bżonn inħarsu anke lejn il-fraġilità tagħna bi ħlewwa\" għax hekk ikollna wkoll il-qawwa, l-umiltà u l-kuraġġ inħarsu b'tenerezza lejn il-fraġilità ta' tant nies li Alla jlaqqagħna magħhom.\"", "Hawn hu fakkar ukoll lis-saċerdoti li f'kull Ħamis ix-Xirka jġeddu l-wegħdiet tas-saċerdozju tagħhom sabiex ikunu preżenza ta' fejqan ma' kull persuna li jiltaqgħu magħha, b'mod speċjali waqt il-pandemija tal-coronavirus.", "L-Arċisqof spjega \"Aħna rridu nifhmu li fil-kuntest tal-pandemija li reġgħet laqgħtet it-tieni Għid in fila, aħna rridu nkunu preżenza ta' fejqan, il-Mulej jibagħatna ndewwu l-qalb miksura.\"", "Qal li ta' min naħsbu kemm-il darba l-kliem u l-atteġġjament tagħna, x' rispons nfajru, li minflok idewwi l-qalb miksura, jiksirha iżjed u ta' min nifhmu b'liema kliem qegħdin inkellmu lill-poplu għażiż tagħna, b'liema mod qegħdin inwasslulu dak li suppost tkun aħbar tajba.", "\"Min jiltaqa' magħna jieħu qatgħa x'ħin jarana ġejjin jew jieħu r-ruħ?\" staqsa l-Arċisqof. #td_uid_2_606612a91eded .td-doubleSlider-2 .td-item1{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/01151427/CURIA_02-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_606612a91eded .td-doubleSlider-2 .td-item2{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/01151440/CURIA_03-80x60.jpg) 0 0 no-repeat} 1 minn 2", "Knisja.mt Silta minn kanzunetta tal-kantawtur Leonard Cohen Waqt l-omelija l-Arċisqof Scicluna għamel referenza għal e-mail li rċieva fejn xi ħadd ikkwotalu silta minn kanzunetta tal-kantawtur Kanadiż Leonard Cohen, li kiteb il-kanzunetta Hallelujah li l-għarajjes iħobbuha ħafna u tismagħha fit-tiġijiet.", "Cohen kiteb ukoll il-kanzunetta li jisimha Anthem bl-Arċisqof jgħid li din il-kanzunetta laqtitu ħafna.", "Hawn hu semma' kif il-persuna li għaddietlu din l-email kien qed jiċċelebra żwieġ imma f'mument ta' diffikultà qallu: \"Father, ħa naqsam miegħek dan ir-refrain ta' din il-kanzunetta li lili jagħtini kuraġġ anke fil-mumenti ta' diffikultà li għaddej minnhom:\" Ring the bells that still can ring, Forget your perfect offering; There is a crack, a crack in everything.", "It-tiġdid tal-wegħdiet tas-saċerdozju \"Aħna llum qed inġeddu l-wegħdiet tas-saċerdozju tagħna.", "Min jaf kemm kellna entużjażmu u idealiżmu dikinhar tal-ordinazzjoni tagħna.", "Il-bieqja tagħna kienet għadha sħiħa, imma maż-żmien tixxellef, jekk ma tinkisirx ukoll, u mbagħad ikollna nippruvaw inwaħħluha kemm jista' jkun malajr,\" sostna l-Arċisqof li reġa' għamel referenza għall-kanzunetta ta' Cohen li jagħti messaġġ ta' tama: ħu paċenzja bik innifsek, tiskandalizzax bid-dgħufija tiegħek, bil-waqghat tiegħek.", "Bħalma jgħid il-Papa Franġisku fl-ittra straordnarja Patris Corde, li\"aħna għandna bżonn inħarsu anke lejn il-fraġilità tagħna b'tenerezza, bi ħlewwa\" għax hekk ikollna wkoll il-qawwa, l-umiltà u l-kuraġġ inħarsu b'tenerezza lejn il-fraġilità ta' tant nies li Alla jlaqqagħna magħhom.", "Illejla, fis-6pm, l-Arċisqof se jmexxi l‐quddiesa fl‐Ikla tal‐Mulej u wara ħin qasir ta' adorazzjoni quddiem l‐artal tar‐repożizzjoni, fil‐Katidral ta' San Pawl, l‐Imdina.", "Funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, inkluż tal-Papa, isiru wkoll bil-lingwa tas-sinjali Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_4_606612a921420_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_4_606612a921420_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/mixeghla-ta-tama-lejn-il-kurcifiss-fil-kalkara/", "date": "1 ta' April 2021 6:36 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja, Lokali", "text": ["Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja .td_uid_2_6065f74e51d3c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6065f74e51d3c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Fil-Kalkara llum se jsir mument ta' talb u tberik quddiem il-kurċifiss li jinsab fil-pjazza ta' quddiem is-sede ta' Circolo San Giuseppe tas-Soċjetà Filarmonika tas-Sagra Familja.", "Dan il-mument ta' talb se jkun qiegħed isir għall-ħabta tad-9.30pm.", "L-istatwa ta' Kristu Msallab saret mill-artist James Azzopardi filwaqt li l-kumplament tal-armar u d-dekorazzjonijiet saru mill-membri tal-Għaqda tal-Armar Ġilju ta' Lulju tal-istess soċjetà.", "Dan is-salib sar fuq inizjattiva tas-soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja.", "Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Il-messaġġ wara dan il-kurċifiss huwa dak ta' Tama kemm fil-problemi tal-ħajja kif ukoll f'dawn iż-żminijiet ta' pandemija.", "Il-grupp spjega li minkejja li l-każini magħluqin u l-kuntatt bejn il-membri huwa nieqes ħlief għall-kuntatt virtwali, xorta nstab mezz biex jiġi organizzat dan il-proġett u jasal għand in-nies.", "Kull min jixtieq isegwi dan il-mument ta' talb li huwa miftuħ għall-pubbliku jista' jsegwi fuq il-paġna ta' Facebook tas-Soċjetà.", "Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Illum ukoll, fil-Fgura se tkun qiegħda ssir mixegħla fi triq prinċipali tal-Fgura.", "Ritratti: Mixegħla kbira tul it-triq prinċipali tal-Fgura, f'Ħamis ix-Xirka .td_uid_3_6065f74e51fc9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6065f74e51fc9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/live-il-quddiesa-ta-hamis-ix-xirka-mmexxija-mill-arcisqof/", "date": "1 ta' April 2021 5:58 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja, Lokali", "text": ["L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li l-knejjes se jkunu miftuħa fil-Ġimgħa l-Kbira biex l-insara jkunu jistgħu jitolbu jew iqerru waqt li jħarsu r-restrizzjonijiet ordnati mill-awtoritajiet tas-saħħa.", "Dan ifisser li n-nies iridu jkunu tnejn, tnejn, jew bħala familja.", "L-Arċisqof qal dan waqt li kien qed jagħmel l-omelija fil-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina, fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni ta' Ħamis ix-Xirka.", "Waqt li qal li Ġuda biegħ lil Ġesù għal 30 biċċa tal-fidda, staqsa kemm-il darba aħna begħna l-fidi jew il-prinċipji tagħna għall-flus.", "Meta tkellem dwar iċ-ċirkostanzi li fihom qed niċċelebraw it-Tridu tal-Għid, Mons. Scicluna qal li l-komunità Kattolika hija għal darb'oħra mċaħħda milli tiltaqa' fiżikament fil-knejjes biex tfakkar dan kollu.", "\"Huma kemm huma meħtieġa r-restrizzjonijiet tħallux li dawn ir-restrizzjonijiet imewtu l-fidi fil-familji tagħna\", qal l-Arċisqof.", "\"Waqt li nirringrazzjaw lil kull min qiegħed jagħti daqqa ta' id biex il-liturġija tal-Isqof tixxandar, ma nistgħux ma ngħidux\", qal l-Arċisqof, \"li għajjejna nagħmlu l-isforzi kollha u ħaddieħor ma jimpurtahx.\"", "Huwa qal li erġajna ġejna fejn konna għax kien hemm xi ħadd ma jimpurtahx u bin-negliġenza tiegħu u bin-nuqqas ta' għaqal tiegħu reġa' ġabna fejn konna.", "\"Mhux aċċettabbli l-aħwa li mal-ħażin jeħel it-tajjeb u li t-tajjeb li jimxi mal-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa jkollu jagħmel sagrifiċċji kbar.\"", "L-Arċisqof qal li inti ċċaħħad il-komunità nisranija milli tiltaqa' għat-tlett ijiem tat-Tridu tal-Għid \"hija deċiżjoni kiefra u kulħadd irid jieħu responsabbiltà tagħha inkluż quddiem Alla.", "Aħna nikkoperaw b'sens ta' responsabbiltà.", "Imma l-Mulej illum waqqaf ikla mhux show tat-televiżjoni.", "Illum stieden lill-poplu tiegħu biex jiċċelebra ikla ta' libertà mid-dittatorjat tal-Faragħun, minn kull min jaħseb li l-awtorità qiegħda biex iċċaħħad lilna mill-Għid.\"", "Mons. Scicluna kompla jgħid li waqt li nifhmu li s-saħħa tal-bniedem hija importanti, \"id-dritt li nqimu lil Alla ħaj huwa wkoll essenzjali daqs il-ħajja.", "Mhuwiex fuq l-istess livell tal-banka tal-lottu u tas-supermarket.", "Dawk jistgħu jkunu essenzjali għal bwiet ta' xi ħadd u biex nixtru x'nieklu.", "Iżda llum il-Mulej ipoġġielna ikel li jrejjaqna spiritwalment.\"", "Huwa żied li jgħid li huwa sejħilna biex nieklu mill-istess mejda u altar il-Ġisem u d-Demm ta' Kristu.", "\"U dan huwa ħobż li ma tixtrihx mis-supermarket.", "Id-demm ta' Ġesù ma għandux prezz għal min jemmen.\"", "'Il-paċenzja tagħna għandha limitu\" L-Arċisqof qal li qed javża lil min hu responsabbli li ma nerġgħux nagħmlu Għid bħal dan, waqt li żied jgħid li \"il-paċenzja tagħna għandha l-limiti.\"", "Huwa qal li l-Knisja tikkopera kemm tista' u kemm tiflaħ iżda mhux aċċettabbli li minħabba t-traskuraġni nkomplu nħallsu prezz daqshekk qawwi u kiefer.", "Huwa appella li min qed isegwih għandu jsemma leħnu b'rispett u qawwa.", "Huwa fakkar lil kulħadd fid-dmir li nieħdu l-vaċċin għax hemm obbligu gravi li nħarsu l-ħajja tagħna u tal-oħrajn.", "Semma li għandna nirrispettaw ir-restrizzjonijiet imposti.", "Huwa rringrazzja lill-awtoritajiet u lill-frontliners fil-qadi tagħhom lill-komunita.", "\"Il-Knisja f'dan ir-Randan, bil-kampanja Itma' u Libbes ippruvat tagħmel ħilitha biex tobdi l-kmand ta' Ġesù.", "Kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont għeri u libbistuni.", "Min jaf kemm għad ikollna nsofru konsegwenzi ta' dak li għadda minna.", "Min jaf kemm ansjetà fil-poplu tagħna… Il-poplu tagħna għandu bżonn u dritt tal-faraġ li jagħtih il-Mulej\".", "Filmat: Il-kampanja Randan 2021 Itma' u Libbes hemm bżonnha?", "F'Ħamis ix-Xirka filgħodu: Filmat: \"Kull bniedem hu fraġli, tiskandalizzax bid-dgħufija tiegħek\" – L-Arċisqof Scicluna L-Isqof Anton Teuma llejla mexxa l-funzjoni ta' Ħamis ix-Xirka mill-Katidral t'Għawdex."]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-pbs-jahtar-lil-dr-mark-sammut-bhala-chairperson-ezekuttiv/", "date": "2 ta' April 2021 7:10 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: DOI .td_uid_2_6066c9200e07c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6066c9200e07c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Dr Mark Sammut nħatar bħala Chairperson Eżekuttiv tal-PBS.", "Ħabbar dan il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela fi stqarrija li fiha ġie spjegat li r-rwol attwali ta' kap eżekuttiv se jiġi emendat biex jirrifletti l-bidla li saret.", "Ingħad ukoll li s-Sur Charles Dalli se jkun Chief Operations Officer inkarigat mir-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Internalizazzjoni.", "Fl-istqarrija ġie spjgat li l-Bord tal-PBS ħadem fuq pjan ta' tiġdid li ġie approvat, u kien iffirmat ftehim għall-ħames snin li ġejjin fejn il-gvern qed jikkommetti kważi €30 miljun bħala parti mill-Public Service Obligation (PSO).", "Il-Ministru Carmelo Abela awgura lil Dr Sammut u qal li hu konvint li l-esperjenza tiegħu fil-qasam tal-immaniġġjar, process reengineering u l-implimentazzjoni, se tkun strumentali għall-PBS.", "Il-Ministru rringrazzja wkoll lill-Prof.", "Carmen Sammut li ħadmet u wasslet il-pjan ta' tiġdid u riforma għall-approvazzjoni, u tenna li l-esperjenza u l-għarfien tagħha fis-settur se jibqgħu jkunu meħtieġa.", "Filmat: Medja ta' €6 miljun fis-sena allokati għall-PBS matul il-5 snin li ġejjin .td_uid_3_6066c9200e470_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6066c9200e470_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/proposta-li-tinnormalizza-l-uzu-tal-kannabis-tista-tolqot-hazin-lis-socjeta-caritas/", "date": "1 ta' April 2021 7:40 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi u l-Assoċċjazzjoni tal-Psikjatrija f'Malta f'reazzjoni għall-White Paper li ġiet ippubblikata mill-Gvern dwar l-użu tal-kannabis b'mod rikreattiv qalu li bil-liġi kif inhi proposta tista' tolqot ħażin lis-soċjetà u jkollha diversi riperkussjonijiet fosthom: Tkompli tiġi normalizzata l-Cannabis bħala sustanza li wieħed jista' jagħmel użu minnha b'mod iktar liberu mingħajr tant riperkussjonijiet.", "Dan hu ta' detriment speċjalment fl-imħuħ tal-adolexxenti fejn nafu li s-sustanza tagħmel ħsara kbira f'moħħ li qed jiżviluppa.", "Iktar u iktar meta l-età ta' dawk li jistgħu jagħmlu użu huwa ta' 18-il sena kif proposta fil-White Paper.", "It-traffikanti jibdew iqassmu l-Cannabis fil-kwantitajiet indikati biex jekk ir-runners tagħhom jinqabdu jiġu esposti biss għall-multa amministrattiva, jew ma jeħlu xejn jekk il-pakkett ikun ta' 7 grammi jew inqas.", "Il-persuni li huma dipendenti jew li qed jaffaċċaw diffikultajiet minħabba l-użu se tkun għalihom iktar diffiċli biex jibbenefikaw minn care plan li s'issa kien qed jiġi offrut mit-Tribunal jew mid-Drug Offenders Rehabilitation Board (DORB).", "Dan għaliex fid-dawl ta' dak li qed jiġi propost, jekk persuna tkun f'pussess ta' inqas minn 7 grammi, lanqas tersaq quddiem it-Tribunal.", "L-esperjenza wrietna li ħafna persuni li messew mat-Tribunal jew mad-DORB, wettqu b'suċċess pjan li jindirizza l-bżonnijiet tagħhom.", "F'kultura preżenti, fejn persuni jfittxu divertiment bl-użu tal-alkoħol u taħlit ta' sustanzi oħra, wieħed jitħasseb jekk din il-liġi proposta hix se twassal għal iktar użu ta' Cannabis u sustanzi oħra.", "Jekk l-użu tal-Cannabis jiżdied, se jkun hemm iktar domanda fuq l-organizzazzjonijiet li joffru għajnuna lill-persuni li jagħmlu użu minn dawn is-sustanzi u anke fuq servizzi ta' saħħa mentali, hekk kif diġà f'dawn l-aħħar snin qed naraw żidiet fit-talbiet għall-għajnuna.", "Għaldaqstant jekk dawn il-proposti jiġu implimentati se jkun hemm bżonn ta' investiment qawwi fil-qasam tal-kura.", "Dawn l-organizzazzjonijiet spjegaw li l-White Paper qiegħda tipproponi bidla fundamentali fid-direzzjoni lejn iktar aċċettazzjoni tal-kultura tal-użu tal-Cannabis.", "Żiedu li f'soċjetà demokratika wieħed irid jirrispetta d-djalogu u jifhmu li l-politiċi jkunu kkonfrontati b'vuċijiet u interessi diversi.", "Però din il-liġi kif inhi proposta tidher li se tkun qiegħda tagħti l-aktar vuċi lil dawk li jixtiequ jużaw il-Cannabis b'mod liberu.", "Il-PM jippubblika l-proposti tal-Gvern dwar l-użu tal-kannabis Komplew li l-Liġi proposta tidher tirrifletti battalja mitlufa mal-kultura tal-użu tal-Cannabis u tagħti inqas protezzjoni lil dawk li jistgħu jbatu konsegwenzi serji minħabba l-Cannabis – individwi jew familji fejn hemm dipendenza fuq il-Cannabis u fuq drogi oħra; l-adolexxenti; dawk f'riskju li jiżviluppaw problemi mentali bil-Cannabis.", "L-organizzazzjonijiet komplew li l-White Paper tħalli diversi mistoqsijiet mhux imwieġba bħal: Kif se jsir l-infurzar ta' dan li qed jiġi propost dwar il-projbizzjoni tal-użu fil-pubbliku?", "Kif se jsir l-infurzar biex jiġi żgurat li ma jsirx użu tal-Cannabis quddiem it-tfal fid-djar u biex il-minuri ma jkollhomx aċċess għas-sustanza?", "Se jiġi stabbilit threshold tal-perċentwal ta' THC fil-pjanti tal-Cannabis kif ukoll il-piż tal-pjanti?", "Qed jiġi kkunsidrat jekk uħud mill-proposti hux qed imorru kontra l-konvenzjonijiet tad-drogi tal-Ġnus Magħquda?", "Kif se jigu kkunsidrati l-obbligu dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol minn min iħaddem, f'każ li ħaddiema tiegħu jkunu kkunsmaw il-Cannabis?", "Kif se jiġu ttestjati nies li jinsabu jsuqu taħt l-effett?", "Sar xi studju speċifiku għal pajjiżna dwar x'impatt soċjali jista' jkollhom dawn il-proposti?", "Temmew li kemm Caritas Malta, Fondazzjoni Oasi u l-Assoċċjazzjoni tal-Psikjatrija fejjem saħqu li persuni li jużaw il-Cannabis għall-użu personali m'għandhomx jintbagħtu l-ħabs u lanqas għandha tiċċappsilhom il-kondotta, kif ukoll li dawk li għandhom każijiet dwar dan fil-Qorti m'għandhomx idumu snin biex jiġu deċiżi.", "Huma nkoraġixxew lil dawk il-persuni li jixtiequ l-għajċnuna jkollhom servizz ta' kwalità f'ħinu.", "Il-PN b'focus group biex jikkonsulta mal-istakeholders Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li qed jiddiskuti s-suġġett tal-kannabis f'focus group imwaqqaf apposta u qed jikkonsulta mal-istakehokders fil-qasam anki wara l-pubblikazzjoni tal-white paper mill-Gvern.", "Il-Partit Nazzjonalista kien diġa' ħabbar li hu favur id-dekriminilizzazzjoni għall-pussess tal-kannabis għall-użu responsabbli personali u li l-liġi trid tindirizza wkoll l-impatt soċjali u tipprovdi s-salvagwardji kontra l-abbuż.", "Il-PN qal li dan isegwi l-istess pożizzjoni li ħa l-partit fl-2015. .td_uid_3_6066a9765324e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6066a9765324e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/marisa-xuereb-eletta-president-tal-kamra-tal-kummerc/", "date": "3 ta' April 2021 7:00 AM", "category": "press, news, Kummerċ", "text": ["Wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija ta' Malta li saret fl-24 ta' Marzu, il-Kunsill li għadu kif eletta lil Marisa Xuereb bħala President tal-Kamra.", "Waqt li kienet qed tindirizza lill-Kunsill għall-ewwel darba Xuereb spjegat il-prijoritajiet għall-Presidenza tagħha għas-sentejn li ġejjin.", "Qalet li tħossha onorata li timxi fuq il-passi tal-President li spiċċa li ħadem bla heda biex jgħolli l-viżjoni tal-Kamra.", "Xuereb innutat li fl-24 xahar li ġejjin se tirsisti biex iżżomm ir-rwol ewlieni tal-Kamra fir-rappreżentanza tan-negozji filwaqt li tiffaċċja l-isfidi li ġejjin.", "\"Ninsab ħerqan li naħdem mal-Kunsill, il-bordijiet eżekuttivi, it-taqsimiet tan-negozju, il-kumitati, u l-membri u l-partijiet interessati kollha tal-Kamra, kif ukoll mal-isponsors u l-imsieħba kollha tagħna biex nibnu fuq ix-xogħol tremend li sar fi fis-snin li għaddew u tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Kamra bħala l-vuċi tan-negozju, qalet il-President Xuereb.", "Kompliet tgħid li \"Flimkien se naħdmu bla waqfien biex intejbu l-kompetittività u niżguraw irkupru kostanti u l-implimentazzjoni ta' viżjoni ekonomika intelliġenti u sostenibbli għall-pajjiż.\"", "Marisa Xuereb kienet fuq il-Kunsill matul l-aħħar sitt snin u serviet bħala Deputat President għal dawn l-aħħar sentejn li matulhom kienet involuta b'mod attiv fil-proċess tat-tiġdid tal-Kamra u kienet favur l-inizjattivi bħan-Young Chamber Network u l-ħolqien ta' diversi kumitati ta' politika.", "Hija Direttur tal-Malta Enterprise, MCAST, MCST u l-PPP tal-Kamra, Education Malta.", "Bħala Direttur Maniġerjali ta' Raesch Quarz (Malta) Ltd, hija għandha aktar minn 20 sena esperjenza fl-industrija tal-manifattura tal-FDI u esperjenza diretta ta' esportazzjoni lejn firxa wiesgħa ta' pajjiżi, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea.", "Xuereb għandhasfond akkademiku qawwi peress li hija għandha Masters fl-Ekonomija u hija stabbilita sew fil-politika lokali.", "Dan it-tagħrif twassal minn The Malta Chamber Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6067f67358480_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6067f67358480_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-inkjesta-pubblika-dwar-il-qtil-ta-daphne-ghandha-tkun-hielsa-minn-kull-interferenza-politika/", "date": "2 ta' April 2021 11:25 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Assassinju Daphne, Lokali", "text": ["Koalizzjoni ta' disa' organizazzjonijiet li jaħdmu favur il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja għamlet is-sottomissjonijiet tagħha lill-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Din l-inkjesta pubblika għandha l-għan li tistabilixxi jekk l-Istat għamlix li seta' biex ma tinqatilx il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Is-sottomissjonijiet minn din il-koalizzjoni, li ġew ikkordinati mill-Media Freedon Rapid Response, jidħlu fid-dettall tal-obbligazzjonijiet internazzjonali ta' Malta f'dak li għandu x'jaqsam mal-libertà tal-espressjoni, it-theddid li kienet tirċievi Daphne Carauna Galizia, li għamlu t-triq għall-assassinju tagħha.", "Is-sottomissjonijiet jagħtu ħarsa wkoll lejn it-theddid u s-sigurtà tal-ġurnalisti f'Malta preżentament.", "Inkjesta Pubblika: \"Meta ġurnalist jitħalla waħdu faċli jkun eliminat\" – xhud F'dokument ta' 24 paġna jissemmew: L-istandards internazzjonali fejn jidħol id-dritt għall-ħajja, il-libertà tal-espressjoni u t-theddid legali magħruf bħala SLAPP L-attakki u t-theddid kontra Daphne Caruana Galizia L-azzjonijiet legali kontra Daphne Caruana Galizia u kontra l-ġurnalisti f'Malta It-tħassib dwar l-investigazzjonijiet tal-Pulizija It-theddid kontinwu li jaffaċċjaw il-ġurnalisti f'Malta Is-sidien tal-mexxi tax-xandir fil-pajjiż In-nuqqas ta' aċċess għall-informazzjoni Fil-konklużjoni ta' dawn is-sottomissjonijiet jingħad kif l-inkjesta pubblika hi mekkaniżmu għall-ġlieda għall-verità u ġustizzja fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u sabiex ikun evitat li jerġa' jiġri l-istess jew attakki oħra fil-konfront ta' ġurnalisti.", "Għalhekk il-koalizzjoni ssemmi li l-inkjesta pubblika għandha tkun ħielsa minn xi tip ta' interferenza politika għaliex jekk il-mandat tagħhom jkun komplut u r-rakkomandazzjonijiet ikunu milqugħa allura toħloq preċedent biex issir ġustizzja mal-ġurnalisti kollha madwar id-dinja.", "Il-bord tal-inkjesta pubblika hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u mill-Imħallef Abigail Lofaro.", "Is-sottomissjonijiet tal-koalizzjoni Repubblika tippreżenta rikors fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia \"Aħna lkoll vittmi sekondarji\" – Moviment Graffitti Fis-sottomissjoni tiegħu lill-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-Moviment Graffitti qal li l-istat qatt ma jista' jwaqqaf atti kriminali meta l-kriminali stess ikunu qed jiffinanzjaw direttament l-attivitajiet tal-partiti politiċi.", "Aħna lkoll vittmi sekondarji sakemm il-partiti politiċi u l-klassi tan-negozjanti jibqgħu ħaġa waħda flimkien, saħaq il-Moviment Graffitti.", "L-NGO qalet li l-gvernijiet suċċessivi ħarsu l-interessi ta' negozji kbar sabiex iżommu l-ekonomija għaddejja u wassal għat-telfa ta' Daphne Caruana Galizia u ta' Miriam Pace fost oħrajn.", "Il-Moviment Graffitti żied jgħid li l-istat, fl-ebda punt wara l-indipendenza f'Malta ma kellu proviżjonijiet tal-liġi kriminali effettivi biex jevita l-iżvilupp ta' stat de facto ta' impunità.", "Il-Moviment Graffitti saħaq li r-rabtiet bejn in-negozji l-kbar u l-klassi politika imorru lil hinn mill-gvern Laburista jew kwalunkwe amministrazzjoni oħra.", "Dan jintwera mill-istorja ta' ħtif ta' art bl-irħis u ta' industrija tal-kostruzzjoni mhux regolata li kellha riżultati fatali kemm għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni kif ukoll għar-residenti f'Malta.", "Il-korruzzjoni sabet l-għeruq tagħha fl-amministrazzjoni Nazzjonalista u ffjorixxiet taħt il-gvern Laburista, qal il-Moviment Graffitti, u żied li l-finanzjament tal-partiti wassal għal ftehimiet minn wara l-kwinti u ħtif ta' art bl-irħis.", "Fis-sottomissjonijiet tal-Moviment Graffitti lill-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, jissemma' wkoll kif l-aħbar żvelata li negozjatur Ċiniż tal-enerġija kien il-moħħ wara kumpanija intenzjonata li tibgħat miljuni lill-eks Chief of Staff tal-OPM Keith Schembri u lill-eks Ministru Konrad Mizzi \"jkomplu juru kif individwi fil-poter jużaw il-fondi pubbliċi biex iħaxxnu bwiethom.\"", "Is-sottomissjonijiet tal-Moviment Graffitti L-inkjesta pubblika għandha ddum kemm hemm bżonn – Il-PE lill-PM .td_uid_3_6067695c227e4_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6067695c227e4_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-ajruport-kellu-jinghalaq-ghal-xi-hin-wara-li-ajruplan-kien-involut-fincident/", "date": "2 ta' April 2021 1:14 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Facebook - Horizon .td_uid_2_6066ff8f032f3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6066ff8f032f3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kellu jagħlaq għal xi ħin wara li ajruplan tal-linja tal-ajru Ryanair kien involut f'inċident.", "L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 am. Skont il-paġna ta' Facebook Horizon, l-ajruplan kien qed jiġi rmunkat fiż-żona fejn jipparkjaw l-ajruplani meta f'ħin minnhom inqala' minn mat-tratt li kien qed jirmunkah u l-ajruplan baqa' dieħel f'bowżers tal-fjuwil.", "Breaking News: Malta International Airport temporarily ClosedA Ryanair aircraft was involved in an incident earlier… Posted by Horizon on Friday, April 2, 2021 L-ajruport kien mistenni jibqa' magħluq sat-3:00 pm iżda reġa' nfetaħ ftit tal-ħin wara li seħħ l-inċident wara li nħarġet nota mill-Awtorità tal-Avjazzjoni.", "Infatti l-ajruport reġa' nfetaħ għall-ħabta ta' 12:20 pm. Fi stqarrija kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kkonfermat li ma kien hemm l-ebda passiġġieri abbord l-ajruplan fil-ħin tal-inċident.", "Minħabba dan l-inċident it-titjira LH1276 u t-titjira UG1300 se jitniżżlu Katanja u Tunis dan apparti li jaf ikun hemm xi ħin ta stennija għal titjiriet oħra minn u lejn Malta. .td_uid_3_6066ff8f0356a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6066ff8f0356a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/appell-ghat-talb-ghal-emilia-ta-11-il-xahar-li-ghandha-leukemia/", "date": "2 ta' April 2021 12:52 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Familja", "text": ["Puttinu Cares / Facebook .td_uid_2_6066f7810be8f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6066f7810be8f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Iċ-ċkejkna Emilia, ta' 11-il xahar, qed tieħu l-kura minħabba l-marda tal-leukemia u diġà għamlet operazzjoni f'qalbha.", "Puttinu Cares, l-għaqda li tgħin lil tant u tant familji li jkunu qed iħabbtu wiċċhom mal-marda kiefra tal-kanċer, xerrdet ritratt tal-familja ta' Emilia u l-ġenituri tagħha fuq Facebook u appellat għat-talb għal Emilia.", "\"Il-Ġimgħa l-Kbira ġewwa Rainbow Ward,\" kitbet Puttinu Cares.", "\"Il-ġenituri tagħha qed jiġġieldu bi mħabba kbira u jixtiqukom iżżommu lit-tfal kollha fit-talb tagħkom illum.\"", "Emilia ghandha 11-il xahar u diga ghaddiet minn operazzjoni f'qalbha u bhalissa… Posted by Puttinu Cares on Thursday, April 1, 2021 Ġest sabiħ Jiġri 1km għal kull €5 għal Puttinu f'ġieħ Rebecca Aqra wkoll Tiċċelebra għeluq sninha fir-Rainbow Ward u tiġbor għal Puttinu .td_uid_3_6066f7810c12c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6066f7810c12c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-donazzjoni-ta-e10000-minghand-l-agenzija-lesa-lill-fondazzjoni-rise/", "date": "2 ta' April 2021 10:11 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": [".td_uid_2_6066d2e8d3382_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6066d2e8d3382_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Fondazzjoni RISE ibbenefikat minn donazzjoni ta' €10,000 mingħand l-Aġenzija LESA bl-għan li l- fondazzjoni tkun tista' tibqa' twettaq inizjattivi għal priġunieri li jfittxu s-servizzi tagħha meta jkunu waslu fl-aħħar tas-sentenza tagħhom.", "Id-donazzjoni ngħatat waqt żjara li l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri għamel lir-residenti tal-Faċilità ta' Kordin, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija LESA, Svetlick Flores.", "\"Meta rajna x-xogħol tajjeb li qed tagħmel il-Fondazzjoni ħassejna li huwa d-dover tagħna bħala ministeru li nkomplu nsaħħu dawn it-tip ta' proġetti għaliex is-soċjetà tista' tgawdi minnhom\", qal il-Ministru Camilleri.", "Camilleri spjega li meta tkellem mar-residenti ra l-importanza li ma niġġudikaw lil ħadd u li kulħadd ħaqqu iżjed opportunitajiet fil-ħajja.", "Minn naħa tiegħu Svetlick Flores spjega kif minbarra l-infurzar, l-Aġenzija LESA għandha wkoll responsabbiltà lejn il-komunità li sservi u hu għalhekk li din id-donazzjoni qed issir lill-Fondazzjoni RISE, biex l-għaqda tkun tista' tkompli tkun ta' spalla għal dawn il-persuni li jkunu qed ifittxu li jibdew ħajjithom mill-ġdid wara li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom. .td_uid_3_6066d2e8d3659_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6066d2e8d3659_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/36-persuna-mejta-fincident-tal-ferrovija-ftajwan/", "date": "2 ta' April 2021 9:30 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Ritratt: Unsplash .td_uid_2_6066c812eeb26_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6066c812eeb26_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Fit-Tajwan, minn tal-inqas 36 persuna mietu u aktar minn 72 ndarbu hekk kif kienu fuq ferrovija li tilfet il-kontroll u ħarġet mill-linji ferrovjarji.", "Fuq il-ferrovija kien hemm madwar 350 persuna.", "Skont l-awtoritajiet tal-pajjiż l-inċident seħħ meta l-ferrovija kienet f'mina u malli ħarġet mill-binarji kien hemm partijiet minnha li missew il-ħitan.", "Madwar mitt persuna li ġew evakwati iżda hemm oħrajn li jinsabu f'parti mill-ferrovija li hi diffiċli biex tiġi aċċessata minħabba l-ħsarat.", "Jirriżulta li b'kollox hemm 70 persuna maqbuda ġol-ferrovija.", "Dan l-inċident qed ikun meqjus bħala l-agħar li seħħ fit-Tajwan f'dawn l-aħħar 40 sena. .td_uid_3_6066c812eedb0_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6066c812eedb0_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-ghaqda-tal-bdiewa-tghid-li-l-garanzija-mill-pitkala-ghandha-tibqa-tithallas/", "date": "2 ta' April 2021 3:22 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Unsplash .td_uid_2_60671aaeaee87_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60671aaeaee87_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-Għaqda Bdiewa Attivi tinsab imħassba hekk kif il-Pitkala qed jitolbu sabiex ma jħallsux il-garanzija li huma mitluba jħallsu biex il-bdiewa jitħallsu tal-prodott tagħhom fil-ħin.", "Fi stqarrija l-Għaqda Bdiewa Attivi qalet li jekk din il-garanzija ma titħallasx, jerġa' jinfetaħ il-bieb għal dewmien fil-ħlas tal-bdiewa.", "Dwar din il-kwistjoni jidher li bħalissa l-Assoċċjazzjoni tal-Pitkala tinsab f'negozjati mal-Gvern.", "Ġie spjegat kif fil-passat kien ikun hemm każijiet fejn il-bdiewa kienu jdumu ħafna ma jitħallsu mill-Pitkala għall-prodotti tagħhom u allura l-Gvern kien ħaseb biex jissalvagwardja l-interess tal-bdiewa billi jitlob lill-Pitkala garanzija bankarja li tkun tista' tagħmel tajjeb f'dawn iċ-ċirkustanzi.", "Dan fisser li liċenzja ta' Pitkal tingħata biss jekk titħallas din il-garanzija.", "L-Għaqda tal-Bdiewa Attivi qalet li t-talba li qed jagħmlu l-Pitkala mhix ġusta.", "Spjegat li l-ispejjeż u r-riskji tal-produzzjoni tal-ħxejjex u frott huma kbar ħafna u, speċjalment fid-dawl ta' sfidi kbar oħra bħall-kompetizzjoni ma' prodott impurtat, spejjeż dejjem jogħlew u sfidi fir-riżorsi disponibbli għal produtturi ifisser li nċertezzi fil-ħlas tal-prodotti ikun jammonta għal rigress sinjifikanti fil-pożizzjoni tal-bdiewa.", "L-Għaqda tenniet li l-bidwi għandu jibqa kopert b'sistema li tassigura li jitħallas għal prodotti tiegħu bla dewmien wara xhur sħaħ ta' stennija.", "Awgurat li jintlaħaq ftehim bejn l-Assoċjazzjoni tal-Pitkala u l-Gvern mill-aktar fis.", "F'April tal-2015 Il-pitkala kollha ħallsu l-garanzija bankarja li talabhom il-Gvern .td_uid_3_60671aaeaf257_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60671aaeaf257_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/film-dwar-guda-llum-fuq-it-tv-taljan/", "date": "3 ta' April 2021 7:00 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Televiżjoni", "text": ["Enrico Lo Verso u Danny Quinn f'xena mill-film Giuda.", "Ritratt: Luis De Barros / Uffiċju stampa Mediaset .td_uid_2_6067f67480f14_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6067f67480f14_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Għal min iħobb isegwi films Bibbliċi, l-istazzjon Rete 4 llum fl-4.50pm se jkun qed ixandar Giuda, film ko-produzzjoni Taljana – Ġermaniża bl-atturi Enrico Lo Verso bħala Ġuda, Danny Quinn bħala Ġesù u Matthieu Carrière bħala Pilatu.", "F'Ġerusalemm, fit-tħejjija għall-Għid, folla ferrieħa mmexxija mill-Appostli takklama lil Ġesù ta'Nazaret \"is-Sultan tal-Lhud\" fuq il-pjazza ta' quddiem it-Torri Antonia, il-fortizza Rumana li tiddomina l-belt.", "Iżda l-purċissjoni trijonfali titferrex f'daqqa mis-suldati Rumani.", "Wieħed mill-appostli joqgħod quddiem Ġesù biex jipproteġih u ​​jħeġġeġ lin-nies biex ma jibżgħux mir-Rumani u biex jiddefendu lill-Messija anke akkost ta' ħajjithom.", "Dan hu Ġuda, iben negozjant lokali sinjur.", "Ġuda jemmen ħafna fil-Messija.", "Biex segwih huwa kien abbanduna lill-familja sinjura tiegħu u kien jagħti ħajtu għalih.", "Iżda dan l-appostlu huwa wkoll il-vittma ta' illużjoni kbira: huwa konvint li l-missjoni ta' Kristu hi li jeħles lill-poplu ta'Iżrael mill-oppressur Ruman.", "Aħseb iktar skond l-irġiel milli skond Alla.", "Il-film kellu direzzjoni ta' Raffaele Mertes.", "Ritratt: Luis De Barros / Uffiċju stampa Mediaset Iktar tard, fid-9.20pm, Rete 4 se jkun qed ixandar il-film klassiku Ben Hur tal-1959 bl-attur Charlton Heston fil-parti ewlenija.", "Ritratt: Warner / Uffiċju stampa Mediaset Dan il-film kien remake tal-film tal-1925 u għandu direzzjoni ta' William Wyler.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6067f674811a6_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6067f674811a6_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/is-sitwazzjoni-urgenti-tal-pitkala/", "date": "3 ta' April 2021 3:28 PM", "category": "press, news", "text": ["Ritratt: Unsplash .td_uid_2_60686da9ded0a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60686da9ded0a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Jidher illi fil-pitkalija eskalat sitwazzjoni fejn il-pitkala eżistenti spiċċaw bla liċenzja.", "Dan wara li din skaditilhom fil-31 ta' Marzu 2021 u għoġobhom ma jġedduhiex.", "Jidher illi r-raġuni li dawn qed jagħżlu li ma jġeddux il-liċenzja hija peress li ma jridux jagħmlu l-garanzija li titlob il-liġi.", "Il-liġi tordna illi kull pitkal irid jagħmel garanzija bankarja sabiex jiggarantixxi li se jonora l-obbligi tiegħu vis-a-vis il-bdiewa.", "Il-liġi timponi 10% garanzija iżda jidher illi d-dipartiment, sabiex jaġevola lill-istess pitkala, kien hemm każijiet fejn kien anke qed jikkuntenta b'nofs din il-garanzija.", "Iżda jidher illi anke hawn il-pitkala sabu diffikultà u rrifjutaw milli jonoraw l-obbligi li timponi fuqhom il-liġi u jagħmlu l-garanzija kif suppost.", "Dan bil-konsegwenza li l-liċenzja ma setgħetx tiġġeddidilhom u kwindi tilfu l-liċenzja li diġà kellhom.", "Jidher illi għalhekk is-sitwazzjoni tal-pitkala ma kienet xejn għajr dak li bl- In gliż jissejjaħ self -imposed hardship .", "Il-pitkala fil-preżent jieħdu commission ta' 8% fuq il-bejgħ tal-prodott fil-pitkalija.", "Riċentament huma bdew jivvintaw pretensjonijiet għal żieda sa 15 %, żieda li jekk tiġi akkordata se tkun ta' dannu jew għall-għajxien tal-bidwi, jew altrimenti fuq il-konsumatur aħħari.", "Jidher illi d-dipartiment konċernat, sabiex jilħaq bilanċ, tkellem mal-istakeholders l-oħra ċioè l-bdiewa, iżda jidher illi għalkemm saret proposta li l-commission tiżdied għal 10%, xorta waħda ma ntlaħaqx ftehim.", "Issa rinfaċċati b'din is-sitwazzjoni fejn minħabba t-talbiet goffi tagħhom spiċċaw tilfu l-liċenzja li deliberament ħallew tiskadi, l-istess pitkala intavolaw mandat ta' inbizzjoni li prattikament permezz tiegħu qed jitolbu li ħadd ma jista' jagħmel bejgħ fil-pitkalija u kwindi qed iwaqqfu l-operat totali tal-pitkalija.", "Fil-mandat qed jindikaw raġunijiet ta' diskriminazzjoni għaliex qed jingħad illi mhux il-pitkala kollha huma mitluba jipprestaw l-istess ammont ta' garanzija.", "Dan hu ovvju għaliex il-garanzija tinħadem fuq it-turnover tas-sena ta' qabel u għalhekk min jaqla' anqas iħallas anqas minn min jaqla' l-ħafna.", "Barra minn hekk pitkala li huma magħrufa li ma jħallsux lil bdiewa fil-ħin jiġu mitluba garanzija tal-perċentwali sħiħa li titlob il-liġi.", "Il-pitkala qed jilmentaw ukoll għaliex l-għaqdiet tal-bdiewa li jbiegħu l-prodotti tagħhom ma jipprestawx garanzija.", "Għal darba oħra dan hu argument fallaċi, għaliex x'sens jagħmel li l-bdiewa jagħmlu garanzija għalihom infushom, ġaladarba huma stess tramite l-għaqda tagħhom, qed ibigħu l-prodott.", "Jidher illi dan il-mandat hu abbuż sfaċċat tal-proċedura legali fejn persuna li ġabet is-sitwazzjoni tagħha b'idej ha minħabba talbiet goffi li fl-aħħar mi ll-aħħar se jaffettwaw negattivament lil l-bidwi u lil l-konsumatur; issa q iegħda tagħmel minn kollox biex tostakola l-operat tal-pitkalija fil-qalba ta ' riforma, fil-qalba tal-kriżi tal- Covid u dan askapitu ta ' ħaddieħor. .td_uid_3_60686da9deeed_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60686da9deeed_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-pulizija-fi-sqallija-tirrekordja-telefonati-ta-gurnalisti-li-jirrappurtaw-fuq-l-immigrazzjoni/", "date": "3 ta' April 2021 10:45 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Numru ta' persuni mill-NGOs Save the Children u Doctors Without Borders, li jsalvaw immigranti li jkunu f'nofs il-baħar Mediterran qed ikunu akkużati mill-Awtoritajiet Taljani, li kollaboraw mat-traffikanti tal-persuni u dan meta għenu biex l-immigranti ma jgħerqux.", "Skont il-gazzetta Taljana, Domani, il-prosekuturi kienu qed jisimgħu u jirrekordjaw il-konverzazzjonijiet fuq il-mobiles bejn il-ġurnalisti u dawk li jsalvaw lill-immigranti iżda ħadd minnhom ma kien jaf li dawk il-konverżazzjonijiet kienu qed jiġu rrekordjati.", "Il-gazzetta Domani qed tirrapporta li mijiet ta' paġni ta' traskrizzjonijiet mnn dawn il-konverżazzjonijiet fuq il-mobiles, huma parti minn investigazzjoni li qed titmexxa mill-Pulizija fi Trapani, fi Sqallija.", "Jirriżulta li t-traskrizzjonijiet jinkludu l-ismijiet, is-sorsi u kuntatti oħra.", "\"Wieħed mill-agħar attakki fuq il-ġurnalisti Taljani\" Jirriżulta wkoll li b'kollox hemm konverzazzjonijiet ta' madwar seba' ġurnalisti u s-sorsi tagħhom.", "Fost dawn il-ġurnalisti hemm Nancy Porsia, li kienet ingħatat il-protezzjoni tal-Pulizija wara li kixfet l-attivitajiet kriminali ta' traffikant tal-persuni li kien jaħdem għall-gwardja tal-kosta Libjana.", "L-Alarm Phone twissi biex ma jkunx hemm ripetizzjoni tat-traġedja tas-sena l-oħra Ġie rrappurtat ukoll li l-Pulizija semgħu wkoll konverzazzjonijiet tal-ġurnalist Nello Scavo.", "Dan il-każ qed jitqies bħala wieħed mill-aktar attakki serji fuq il-ġurnalisti Taljani fl-istorja tal-midja Taljana.", "Is-Senatur Taljan, Primo di Nicola mill-Moviment 5 Stella qal li dan hu każ serju li jrid jiġi kkjarifikat u jekk hemm bżonn investigat mill-Parlament Taljan, filwaqt li esprima s-solidarjetà tiegħu mal-ġurnalisti.", "Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti, Ricardo Gutierrez, fuq Twitter kiteb li dan hu każ serju li se jiġi rrappurtat lill-Kunsill tal-Ewropa filwaqt li intalbet spjegazzjoni ċara mill-Pulizija ta' Trapani. .td_uid_3_60682b2d022a1_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60682b2d022a1_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/iz-zfin-fi-zmien-pandemija-dokumentarju-minn-wara-l-kwinti/", "date": "3 ta' April 2021 11:23 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Televiżjoni", "text": ["Ritratt: mill-filmat / ŻfinMalta .td_uid_2_606834f2905bc_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606834f2905bc_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-kumpanija nazzjonali taż-żfin tista' tibqa' taħdem, fi żmien fejn il-kuntatt fiżiku hu limitat?", "L-ansjetà li ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19 kif affettwat l-artisti ta' ŻfinMalta?", "U fuq kollox, se jirnexxilhom itellgħu spettaklu li ilhom tant jaħdmu għalih?", "Dan hu aktar se jiskopruh b'mod esklussiv l-udjenza ta' Parfornir, dokumentarju ġdid ta' NoċeMuskata, li se jkun qed jixxandar fuq l-istazzjon One għada l-Ħadd 4 ta' April fl-10.30am.", "Parfornir jesplora xi jfisser li tkun professjonist artistiku fi żmien fejn il-prijoritajiet urġenti soċjali qajla ħallew spazju għat-tgawdija tal-arti.", "Miġbud f'Ottubru tal-2020, f'nofs it-tieni mewġa tal-pandemija, Parfornir jirrakkonta l-ġrajja taż-żeffiena ta' ŻfinMalta, huma u jippruvaw jippreparaw spettaklu ta' żfin kontemporanju.", "Il-biżgħat, tħassib, u ħolm ta' kull żeffien tal-kumpanija, flimkien ma' dawk tad-direttur artistiku tagħhom, Paolo Mangiola, jinħassu bl-iktar mod dirett, hekk kif id-dokumentarju joħodna wara l-kwinti ta' 21 Dances for the 21st Century, performance li tistaqsi diversi domandi dwar is-soċjetà tagħna.", "Iżda fuq kollox, f'Parfornir tispikka d-dedikazzjoni ta' kull wieħed u waħda minnhom lejn l-arti tagħhom, u s-sagrifiċċji li jagħmlu ta' kuljum sabiex anke f'nofs pandemija globali, jżommu ż-żfin ħaj.", "Dik hi filfatt it-tifsira ta' Parfornir – li tagħti ruħek u ġismek għall-arti tiegħek.", "Parfornir huwa l-aħħar dokumentarju ta' Sarah-Lee Zammit, magħrufa għall-produzzjoni ta' diversi dokumentarji, inkluż Maltin f'Izmir, il-MUŻA li Kellmitni, kif ukoll programm eskussiv dwar il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Biennale ta' Venezja fl-2017.", "Dan id-dokumentarju huwa proġett iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti mill-fond Kultura TV, li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' kontenut kulturali u kreattiv ta' kwalità għolja.", "B'kompożizzjoni mużikali oriġinali ta' Veronique Vella, u ċinematografija ta' Sebio Aquilina, flimkien mal-produzzjoni eżekuttiva ta' Ri Chakraborty, Parfornir hu mistenni li jaffaxxina l-udjenza bil-perspettiva unika li joffri fid-dinja taż-żfin.", "Ritratt provdut minn NoċeMuskata Dan it-tagħrif twassal minn NoċeMuskata. .td_uid_3_606834f290844_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606834f290844_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/xoghol-ta-tisbih-u-manutenzjoni-fl-iskejjel-maghluqa/", "date": "3 ta' April 2021 8:51 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratti mid-DOI .td_uid_2_6068b966bc102_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6068b966bc102_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Hekk kif il-pandemija tal-Covid-19 wasslet biex jingħalqu l-iskejjel għal darb'oħra, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħa l-opportunità biex jagħmel xogħol ta' tisbiħ u manutenzjoni fl-iskejjel tal-gvern.", "\"Matul is-sena kollha hemm grupp dedikat ta' ħaddiema li jieħdu ħsieb dan ix-xogħol biex l-ambjent edukattiv dejjem ikompli jitjieb.", "F'dawn il-jiem ħadna l-okkażjoni biex ix-xogħol nibqgħu għaddejin bih matul il-ġurnata kollha.", "Filwaqt li għaddej xogħol kbir ta' infrastruttura, fosthom il-bini ta' skejjel ġodda, estenzjonijiet u tisbiħ ieħor, hemm grupp ieħor ta' ħaddiema li b'impenn jaraw dan li dan ix-xogħol jibqa' għaddej ukoll,\" qalet il-ministru Justyne Caruana.", "Il-ministeru spjega li għaddej xogħol kbir ta' tisbiħ u manutenzjoni fl-iskejjel kollha, għalkemm l-istqarrija tiegħu tiffoka fuq ix-xogħlijiet li qed isiru f'numru ta' skejjel Għawdxin.", "Fl-iskola tas-Sannat, sar xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ u tbajjdu l-klassijiet kollha tal-kindergarten, filwaqt li tbajjdu l-klassijiet kollha fl-iskola ta' San Lawrenz u sar xogħol ta' tisbiħ fil-klassijiet tal-ewwel sena fis-skola primarja tar-Rabat.", "Fl-iskola tal-Għarb tpoġġa turf sintetiku flok madum tal-lastiku, filwaqt li f'Għajnsielem, ġew installati fannijiet ġodda mas-soqfa tal-klassijiet kollha.", "Sar xogħol ta' gypsum fin-Nadur, u fix-Xewkija, ġew installati sinkijiet ġodda fil-klassijiet tal-ewwel sular u qed tingħata dehra ġdida lill-palk tas-sala prinċipali.", "Il-ministeru enfasizza li dan kien biss ftit mix-xogħol li dejjem jibqa' għaddej u li intensifika ruħu wara li l-iskejjel ingħalqu. .td_uid_3_6068b966bc389_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6068b966bc389_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/in-nuqqas-ta-assistenza-mill-afm-hi-brutali-se-nzommukom-responsabbli-alarm-phone/", "date": "3 ta' April 2021 3:03 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["L-NGO umanitarja Alarm Phone, fuq Twitter għadha kemm għamel post li fiha spjegat li abbord id-dgħajsa li fuqha hemm madwar 100 immigrant hemm żewġ persuni li ħasshom ħażin.", "Alarm Phone qalet ukoll li persuna li kellmithom fuq il-mobile bilkemm jiflaħ jitkellem.", "Dawn l-immigrati ilhom fuq il-baħar mingħajr għajnuna, mingħajr ilma jew ikel għal madwar 40 siegħa.", "L-NGO filwaqt li reġgħat appellat sabiex jiġu salvati kemm jista' jkun malajr qalet li n-nuqqas ta' assistenza mill-Forzi Armati ta' Malta hi brutali u se żżommhom responsabbli tas-sitwazzjoni.", "Dalgħodu Newsbook.com.mt għadda mistoqsijiet lill-Forzi Armati ta' Malta li s'issa għadhom ma ġewx imwieġba.", "Twitter Filmat: \"Ġesù inti ġej bid-dgħajsa?\"; Peppi Azzopardi jnaqqax il-passjoni tal-2021 B'kollox hemm tlett dgħajjes b'270 persuna li jinsabu f'periklu li l-Ġimgħa kienu fiż-żona ta' tiftix u salvataġġ Maltija.", "Fuq it-tlett dgħajjes grupp ta' 60, grupp ta' 100 u grupp ieħor ta' 110, rispettivament.", "Alarm Phone qed tappella wkoll għal bastimenti tal-merkanzija, Maridive u NordicStar, li jinsabu viċin id-dgħajjes sabiex jgħinu u jsalvaw lil dawn l-immigranti.", "Il-bastiment Asian Pearl II li jinsab viċin id-dgħajsa b'100 persuna abbord, qed jirrifjuta li jgħinhom.", "L-NGO appellat ukoll biex ma jkunx hemm ripetizzjoni tat-traġedja li seħħet fl-Għid tas-sena li għaddiet, meta mietu 12-il persuna.", "L-Alarm Phone twissi biex ma jkunx hemm ripetizzjoni tat-traġedja tal-2020 .td_uid_3_6069ee85c61b7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6069ee85c61b7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/dan-l-ghid-aghti-l-hajja-aghti-d-demm/", "date": "3 ta' April 2021 9:30 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Familja", "text": ["Ritratt: Image by Yor Ditsayakub / Pixabay .td_uid_2_60683b98734e9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60683b98734e9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm flimkien mal-pazjenti jixtiequ jirringrazzjaw lil kulmin b'xi mod jew b'ieħor qed jagħti sehmu biex tul dan iż-żmien ta' pandemija jkun hawn riserva tajba ta' demm għall-ħtieġa immedjata tal-pazjenti fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex.", "Ritratt: National Blood Transfusion Service Malta Is-Servizz, waqt li jieħu din l-opportunità biex jawgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd, jixtieq ifakkar li ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' G'Manġa jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa (inkluż nhar il-Ġimgħa l-Kbira u nhar Ħadd il-Għid) mit-8:00am sas-6:00pm.", "Aqra: Ara fejn tista' tagħti d-demm matul April Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60683b9873913_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60683b9873913_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-kummissjoni-venezja-mitluba-taghti-parir-dwar-abbozz-kontroversjali/", "date": "3 ta' April 2021 6:03 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Miguela Xuereb .td_uid_2_606891e1755cd_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606891e1755cd_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Wara n-nuqqas ta' qbil li kien hemm fuq l-abbozzi li saru sabiex awtoritajiet superviżorji ikunu jistgħu jimponu pieni amministrattivi, il-gvern qiegħed jitlob il-parir tal-Kummissjoni Venezja biex jiżgura li l-emendi li jsiru jirrispettaw id-dritt ta' smigħ xieraq.", "L-abbozzi ġew ippreżentati wara li l-Qorti Kostituzzjonali sabet li pieni sinifikanti ma setgħux jitqiesu amministrattivi imma kienu effett pieni kriminali, u b'hekk setgħu jingħataw biss minn qorti indipendenti u imparzjali.", "Il-gvern l-ewwel fittex li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta, iżda dan l-abbozz ġie rtirat wara li l-oppożizzjoni għamlet ċar li se tivvota kontrih – u b'hekk ma kienx se jkun possibli li jgħaddi b'maġġoranza ta' żewġ terzi kif meħtieg.", "It-tieni abbozz fittex li jemenda l-Att dwar l-Interpretazzjoni – li jispeċifika kif għandhom jiġu interpretati l-liġijiet Maltin u li jista' jiġi mibdul b'maġġoranza sempliċi fil-Parlament.", "Però l-oppożizzjoni insistiet li dan l-abbozz kien joħloq preċedent perikoluż, u fl-isfond ta' din il-kontroversja, il-vot fuq dan l-abbozz ġie sospiż.", "Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ġustizzja ilmenta li l-oppożizzjoni \"ħarġet qatta bla ħabel kontra ż-żewg abbozzi ta' liġi.\"", "Qal ukoll li fin-nuqqas ta' proposti min-naħa tagħha, l-oppożizzjoni kienet qed tirriskja li tipparalizza l-awtoritajiet superviżorji.", "Il-ministeru żied li talab il-parir tal-Kummissjoni Venezja fl-ispirtu tad-djalogu u ta' rieda qawwija għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.", "Min-naħa tagħha, il-kummissjoni laqgħet l-istedina tal-gvern tiex tipprovdi opinjoni dwar is-suġġett. .td_uid_3_606891e175869_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606891e175869_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/jintlemah-speci-ta-bram-perikoluz-qrib-ix-xtut-maltin/", "date": "4 ta' April 2021 12:53 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Speċi ta' bram perikoluż intlemaħ qrib ix-xtut Maltin.", "Dan tħabbar mill-paġna tal-proġett Spot the Jellyfish fuq Facebook.", "Dan il-proġett għandu l-għan li jqajjem kuxjenza fuq id-diversità tal-bram f'Malta.", "Dan jagħmlu billi jirrapporta liema speċi ta' bram jintlemaħ f'Malta u jxerred informazzjoni dwaru.", "F'Settembru li għadda Bram jew le?"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/imut-il-kurunell-ezemplari-brian-gatt/", "date": "4 ta' April 2021 11:08 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Facebook .td_uid_2_60698418ca892_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60698418ca892_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Bosta qegħdin isellmu l-memorja tal-Kurunell Brian Gatt, li miet propju f'Sibt il-Għid fl-età ta' 54 sena.", "Il-Kurunell Brian Gatt ġie deskritt mill-Forzi Armati ta' Malta bħala uffiċjal eżemplari.", "Il-Forzi Armati u anke l-General Workers' Union sellmu l-memorja tiegħu.", "Il-Forzi Armati biddlu r-ritratt tagħhom fuq Facebook għal wieħed iswed b'turija ta' sogħba għall-mewt ta' wieħed mill-uffiċjali tagħhom.", "Il-Kurunell Gatt kien il-Kmandant taċ-Ċentri ta' Detenzjoni."]} {"url": "https://newsbook.com.mt/xehda-kuncert-tal-big-band-brothers-illejla-fuq-it-tv/", "date": "4 ta' April 2021 7:04 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Mużika, Televiżjoni", "text": ["var tag=document.createElement(\"script\");tag.src=\"https://www.youtube.com/iframe_api\";var firstScriptTag=document.getElementsByTagName(\"script\")[0];firstScriptTag.parentNode.insertBefore(tag,firstScriptTag);var player;function onYouTubeIframeAPIReady(){player=new YT.Player(\"td_youtube_player\",{height:\"720\",width:\"960\",events:{\"onReady\":onPlayerReady}});} function onPlayerReady(event){player.setPlaybackQuality(\"hd720\");} .td_uid_2_6069859e7a4d8_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6069859e7a4d8_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Illejla fid-9pm fuq TVM se jitwassal il-kunċert Xehda li huwa t-tnedija tal-album il-ġdid tal-Big Band Brothers.", "Xehda hija kollaborazzjoni bejn il-Big Band Brothers u numru ta' artisti stabbiliti ta' ġenerazzjonijiet differenti li matul il-karriera tagħhom taw kontribut lill-letteratura, mużika u kanzunetta Maltija.", "L-album jikkonsisti fi 12-il kanzunetta oriġinali li ġew miktuba speċifikament għal dan l-album jew li qatt ma nħarġu qabel.", "Il-kollaboraturi fuq dan l-album huma Pamela Bezzina, Ray Calleja, Dr Victor Jacono, Mark Kram, Mary Rose Mallia, Walter Micallef, Alfred C Sant, Chiara, Kris Spiteri, Dr Michael Spagnol, Trevor Zahra u l-Orkestra Filarmonika ta' Malta.", "Ritratt: Facebook – Big Band Brothers Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6069859e7a789_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6069859e7a789_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/lynn-faure-chircop-tirtira-l-kandidatura-taghha-mal-pl/", "date": "4 ta' April 2021 10:55 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Lynn Faure Chircop ħabbret li qed tirtira l-kandidatura tagħha mal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.", "F'kitba qasira fuq Facebook, l-avukata qalet li talbet ħafna fuq il-kwistjoni u din kienet id-deċiżjoni għaqlija.", "Madankollu, stqarret li ma jiddispjaċihiex li qasmet il-prinċipji soċjali tagħha, u għandha l-intenzjoni li tibqa' qrib in-nies.", "Ftit qabel ħabbret dan, fuq Facebook kitbet ukoll, \"Meta t-triq li dħalt fiha qed twassal għall-mewt tal-prinċipji tiegħek, dur lura u emmen fik innifsek anki jekk tibqa' miexja waħdek.\"", "I do not… Posted by Lynn Faure Chircop on Sunday, April 4, 2021 Hija kienet ipparteċipat fil-programm LEAD tal-Partit Laburista li jħejji u jinkoraġġixxi lin-nisa biex joħorġu għall-politika.", "Dr Faure Chircop kienet rebħet il-Malta Song For Europe fl-2003 bil-kanzunetta \"To Dream Again\" u rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision li kien sar fil-Latvja.", "Hija ma kinitx l-unika kantanta li tatha għall-politika, billi riċentament Julie Zahra wkoll ħabbret li se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali, iżda mal-Partit Nazzjonalista.", "Aqra aktar Mill-kant għall-politika .td_uid_3_6069c3e3dd102_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6069c3e3dd102_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ma-nistghux-inhallu-lil-hutna-jeghrqu-don-mattia-ferrari/", "date": "3 ta' April 2021 7:44 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja, Lokali", "text": ["Ma nistgħux naċċettaw li nħallu lil ħutna jegħrqu fil-baħar mingħajr ma nagħmlu xejn, jinsisti Don Mattia Ferrari, il-kappillan tal-għaqda mhux governattiva Mediterranea Saving Humans.", "Don Mattia tkellem ma' Newsbook.com.mt hekk kif madwar 270 persuna fuq 3 dgħajjes qed jistennew l-għajnuna f'ibħra li jagħmlu parti miż-żona ta' salvataġġ Maltija.", "Minkejja talbiet għall-għajnuna li saru kemm mal-awtoritajiet Maltin kif ukoll dawk Taljani, għad ma kien hemm l-ebda risposta.", "\"In-nuqqas ta' assistenza mill-AFM hi brutali, se nżommukom responsabbli\" – Alarm Phone Il-qassis żgħażugħ kien ċar li se jkun hemm l-imwiet jekk l-awtoritajiet jonqsu milli jaqdu dmirhom.", "\"Ilna nitolbu lil Malta u lill-Italja biex isalvawhom mill-bieraħ filgħodu, iżda jidher li l-pajjiżi tagħna ma jridux jagħmlu dan,\" qal Don Mattia.", "Fakkar li kemm il-liġijiet internazzjonali kif ukoll it-tagħlim tal-Knisja jagħmlu ċar li għandna dmir insalvaw in-nies mill-għarqa.", "Fakkar ukoll fl-aħħar enċiklika tal-Papa Franġisku, li ġġib l-isem Fratelli Tutti – aħna lkoll aħwa.", "Vittmi ta' inġustizzja Don Mattia enfasizza li l-immigranti li jfittxu li jaslu l-Ewropa kienu vittmi ta' inġustizzja fuq skala globali.", "L-inġustizzja kienet twassalhom biex jaħarbu minn pajjiżhom u jissograw ħajjithom fi vjaġġ perikoluż, u inġustizzja oħra kienet iċċaħħadhom l-opportunità li jaslu l-Ewropa b'mod legali u sikur.", "Minħabba f'hekk, Mediterranea u għaqdiet mhux governattivi oħrajn jimmiraw li jgħinu jnaqqsu l-periklu li jiffaċċja kull min jipprova jaqsam il-Mediterran bid-dgħajjes tagħhom.", "Din il-flotta ċivili mhux biss timla l-vojt li ħallew l-istati, iżda tfittex ukoll li tissorvelja vjolazzjonijiet ta' drittijiet umani fil-Mediterran.", "Il-pushbacks mhux aċċettabbli Iżda r-riskju tal-għarqa m'huwiex l-unika wieħed li jiffaċċja kull min ifittex is-sigurtà fil-Mediterran: hemm ukoll ir-riskju aktar insidjuż ta' pushbacks.", "\"Kemm l-Italja kif ukoll Malta jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-pushbacks, u dan m'huwiex aċċettabli,\" qal Don Mattia, li fakkar li din il-prattika kienet waħda illegali.", "Pushbacks imorru kontra l-prinċipju internazzjonali ta' non-refoulement: persuni ma jistgħux jittieħdu lura f'post fejn jistgħu jaffaċċjaw vjolazzjoni tad-drittijiet umani tagħhom.", "U dawn il-vjolazzjonijiet huma magħrufa sew li jsiru meta immigranti jittieħdu lura l-Libja.", "Don Mattia fakkar kif l-Għid tas-sena l-oħra kien immarkat minn traġedja f'ibħra Maltin, hekk kif mietu 12-il persuna f'dgħajsa li ttieħdet lura l-Libja wara li l-grupp għamel 5 ijiem bejn sema u lima.", "Għaddiet sena, u s-sitwazzjoni tidher waħda simili.", "\"Ma nistgħux naduraw lil Kristu fuq is-salib u nħallu lil ħutna jegħrqu,\" ikkonkluda Don Mattia.", "\"It-tbatija ta' kull bniedem hi estensjoni tal-passjoni tal-Mulej.\" .td_uid_3_6068b2b329e3f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6068b2b329e3f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/titjib-fil-konformita-mad-dispozizzjonijiet-dwar-l-iskart/", "date": "6 ta' April 2021 8:05 AM", "category": "press, news, Kummerċ", "text": ["Ritratt: WasteServ .td_uid_2_606c215daeb08_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c215daeb08_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Fi Frar 2021, il-WasteServ ippubblikat regoli ġodda tas-sit u ħabbret li kienet qed tingaġġa iktar spetturi sabiex tirdoppja n-numru ta' spezzjonijiet li jsiru.", "Dan ippermetta lill-kumpanija li tispezzjona kull trakk tal-iskart li juża l-faċilitajiet tagħha.", "Mill-bidu tas-sena s'issa saru aktar minn 25,000 spezzjoni individwali u data dettaljata dwar it-tipi kollha ta' ksur qed tintuża biex tkompli ttejjeb il-konformità u jiġu identifikati tendenzi.", "Dawk li jiksru l-liġi ripetutament qed jiġu identifikati u numru min dawn issa se jiġu rrifjutati aċċess dirett għall-faċilitajiet u se jkunu qed jiġu spezzjonati f'żona ta' spezzjoni magħżula qabel id-dħul.", "F'dawk il-każijiet fejn l-irregolaritajiet ikomplu jsiru, l-WasteServ ma jkollix għażla oħra ħlief li tipprojbixxi lil individwi.", "Qed isiru wkoll laqgħat individwali biex jiġi żgurat li kulħadd ikun konxju mill-obbligi tiegħu u mill-ħtieġa li jsegwi standards xierqa ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart.", "Dan huwa maħsub biex jiżgura li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx ir-riżultat ta' nuqqas ta' informazzjoni.", "Ir-riżorsi miżjuda qed jippermettu wkoll lill-WasteServ biex tapprofondixxi l-monitoraġġ tagħha, u dan qed jikxef każijiet oħra li ladarba jiġu eliminate jirriżultaw f'rendiment ambjentali aħjar.", "Waħda mill-irregolaritajiet irrelatat ma' vjaġġi ta' skart goff mill-Kunsilli Lokali.", "Diversi kuntratturi ta' skart goff tal-Kunsill Lokali ppersistew b'tentattivi biex jarmu materjal bħal dan fuq il-miżbla minflok ma jagħżlu dan l-iskart b'mod separati f' wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff.", "F'xi każijiet, l-operaturi huma reċidivi, bħall-kuntrattur responsabbli għall-kollezzjonijiet fil-lokalità tal-Marsa, li propju fi tmiem il-ġimgħa nqabad b'materjal riċiklabbli mħallat ma' materjal tal-borża sewda.", "Dan l-abbuż mhux qed ikun ittollerat u WasteServ bi pjaċir tħabbar titjib konkret li qed jiġi rreġistrat ta' kuljum.", "Operaturi, residenti u klijenti oħra huma mħeġġa jiċċekkjaw id-dispożizzjonijiet applikabbli dwar l-immaniġġjar tal-iskart fuq www.wsm.com.mt jew billi jużaw il-freephone 8007 2200 jew ibagħtu email fuq info.ws@wasteservmalta.com.", "Dan it-tagħrif twassal minn WasteServ.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606c215daee3c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c215daee3c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/l-ahhar-elezzjoni-bbazata-fuq-frodi-mill-imbroljuni/", "date": "6 ta' April 2021 9:13 AM", "category": "press, news", "text": ["Ritratti: Fb.com; Twitter.com .td_uid_2_606c2103ce351_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c2103ce351_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Id-dizzjunarju ikoniku tal-Professur Ġużè Aquilina jagħti dawn l-erba' kelmiet għall-kelma Ingliża fraud: impostura u frodi bħala verbi, u bħala aġġettivi imbroljun u brikkun.", "Dan l-aħħar Simon Busuttil ta diversi intervisti kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.", "Is-suġġett kien dak li ġara nhar dak is-Sibt infami tal-20 ta' Marzu.", "Dakinhar bħalma tafu intom u d-dinja kollha, Keith Schembri, ta' Nexia BT u oħrajn, ġew akkużati bi frodi, ħasil ta' flus, tħaxxim, firem foloz u falsifikazzjonijiet ta' dokumenti u xi wħud, inkluż Schembri, b'aktar minn hekk.", "Fl-intervisti tiegħu Simon Busuttil żvela kif kienu żvolġew l-affarijiet f'nofs Mejju fl-2017, 15-il ġurnata biss qabel l-elezzjoni li kienet issejħet minn Joseph Muscat fl-1 ta' Mejju.", "Fuq l-iskrivanija tiegħu kienu waslulu numru kbir ta' files li kienu jikkonsistu f'eluf ta' tranżazzjonijiet bankarji, stqarrijiet finanzjarji, rapport mill-FIAU dwar ħasil ta' flus b'mod goff, korruzzjoni u materji oħra relatati.", "Ma setax imur għand il-Pulizija għax dawk diġà kienu jafu bihom u ma kienu għamlu xejn.", "L-istess bħall-Avukat Ġenerali Peter Grech.", "Daphne Caruana Galizia, li skont xhieda diversi fil-Qrati suppost kienet diġà ġiet assassinata, kienet ukoll kixfet dak li kien ra b'għajnejh, iswed fuq l-abjad Simon Busuttil.", "Iżda hu kellu l-provi.", "L-unika triq għalih kienet waħda li jitlob inkjesti maġisterjali dwar tixħim mill-flus li tħallsu minn dawk il-barranin li kienu xtraw passaporti Maltin, ħasil ta' flus u għax fuq tlieta toqgħod il-borma, il-Panama Papers.", "Dwar dan l-aħħar suġġett għadna qed nistennew ir-rapport.", "L-akkużi kienu serjissimi u l-evidenza kienet ċara ħafna, kif sirna nafu wara l-20 ta' Marzu li għadda, għax l-akkużi huma bbażati fuq dak li kien ressaq Simon u li kienu indagaw b'reqqa kbira l-Maġistrati u l-kollegi tagħhom.", "Ma ninsewx, dan kollu 15-il jum biss qabel jum l-elezzjoni ġenerali.", "F'demokrazija vera, f'pajjiż normali, l-akkużi kienu jkunu biżżejjed biex il-Prim Ministru jmur għand il-President u jirriżenja immedjatament għax imdaħħal f'kollox kien hemm iċ-Chief of Staff tiegħu stess, Keith Schembri.", "U l-akkużi kienu parzjalment dwar allegata kriminalità li kienet seħħet bejn l-2011 u l-2015.", "Il-President kienet ikollha taċċetta r-riżenji, titlob il-pariri mingħand min kienet tafda u tindirizza lill-poplu.", "Iżda minn dan ma sar xejn.", "Minflok ma għamel bħalma kien għamel wieħed mill-akbar politiċi Soċjalisti l-Kanċillier tal-Ġermanja, Herr Willy Brandt li kien irriżenja fl-1974 għax bla ma kien jaf, persuna fl-Uffiċċju tiegħu kien aġent Russu, il-Prim Ministru Joseph Muscat li mhux biss kien għażel lil Keith Schembri u skont dan tal-aħħar hu qatt ma għamel xejn mingħajr l-għarfien ta' Muscat, Schembri kien għadu ċ-Chief of Staff tiegħu.", "Jiġifieri Muscat baqa' jiffaċċja l-elettorat bħala impostur, ifaħħar lil Schembri u fl-istess ħin imexxi kampanja kodarda kontra Simon Busuttil b'akkużi li kien qed jaħli ħinu, kien qed idaħħal lil Malta f'ħafna spejjeż u li t-tmien kaxxi li kien ħa fil-Qorti miegħu kienu jew vojta jew kaxex tal-pizza.", "Illum nafu differenti.", "U min kien qed jagħti l-pariri legali lil Prim Ministru Muscat dak iż-żmien?", "Ħadd ħlief Robert Abela li kien ukoll kandidat fl-istess elezzjoni.", "Bħala konsulent ta' Muscat għandna kull dritt li nistaqsu kemm kien jaf Abela dwar Muscat.", "Il-fatt li Abela ma ħa l-ebda passi dwar Muscat, meta għandu ħafna għalxiex jiġi investigat, juri biżżejjed il-kompliċità ta' Abela.", "Ħallina milli l-istituzzjonijiet qed jaħdmu.", "Is-Sibt infami seħħ minkejja Abela.", "Mhux ta' b'xejn li Muscat kien ħeba lil Abela u kif kien ipperswada lill-kandidati oħrajn biex ma jpoġġux isimhom kontra Fearne, ħareġ lil Abela mill-komma bħal fenek maġiku.", "Iżda llum nafu li dak kien pjan lest, maħdum bizzilla biex Fearne jitlef u jirbaħ Abela bl-għajta tal-kontinwità.", "Dik l-elezzjoni kienet ibbażata fuq frodi mill-imbroljuni.", "U s-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca li kienet President ta' Malta dak iż-żmien għandha tkun hi li titlob inkjesta minn Maġistrat biex teżamina kif hi kienet ittraduta mill-Prim Ministru tagħha stess.", "L-elettorat għandu d-dritt ikun jaf qabel l-elezzjoni li jmiss jekk l-Istat ta' Malta kienx kompliċi wkoll. .td_uid_3_606c2103ce587_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c2103ce587_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/cemplulna-1300-darba-ghax-hassewhom-wahedhom/", "date": "6 ta' April 2021 11:07 AM", "category": "press, news", "text": ["pexels.com .td_uid_2_606c24e074562_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c24e074562_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Smajna ħafna dwar il-pandemija li mhux biss laqtet il-gżejjer tagħna imma d-dinja globali.", "Ħafna minna konna qegħdin naħsbu li din il-pandemija, fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom u l-avvanzi fil-qasam xjentifiku, kienet se tispiċċa f'qasir żmien.", "Madanakollu, wara dawn ix-xhur kollha, għadna għaddejjin bir-ristrezzjonijiet u prassi sabiex kemm jista' jkun inaqqsu l-firxa tagħha.", "Propju sena ilu, bħala YMCA Malta, nedejna s-servizz Loneliness Response Line .", "Minn dakinhar tajna 'l fuq minn 1,300 intervent lil uħud mill-komunità li ħassew li għandhom bżonn jużaw dan is-servizz speċjalment dawk li ħassewhom weħidhom f'dawn iż-żminijiet tant diffiċli għal kulħadd.", "Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, nedejna wkoll riċerka kwantitattiva li issa wkoll waslet fi tmiemha u se tigġi ppubblikata matul ix-xahar ta' Mejju.", "F'din ir-riċerka fittixna u ppruvajna nifhmu aktar fid-dettall kif din il-pandemija laqtet lill-poplu Malti u x'impatt ħalliet fuq is-saħħa mentali tagħna.", "Minkejja d-diffikultajiet u l-impatt psikoloġiku fuq il-ħajja tagħna, il-pandemija kompliet issaħħaħ organizzazzjonijiet bħall-YMCA sabiex ikomplu jaħdmu għall-vulnerabbli għalkemm il-pandemija għamlitha aktar diffiċli sabiex nilħqu lill-vulnerabbli u nkunu aktar qrib tagħhom.", "Però, tajjeb li nsemmu wkoll li x-xoghol tal-YMCA mhux biss lokal, imma nagħtu l-appoġġ tagħna barra minn Malta wkoll fejn nirrappreżentaw il-moviment Malti u x-xoghol kontinwu li jsir hawn Malta.", "Tajjeb li nfakkru li l-YMCA hija organizzazzjoni globali li sservi f'komunitajiet u pajjiżi differenti minn madwar 12,000 fergħa mifruxin madwar id-dinja.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat, l-għaqda Maltija tal-YMCA ħadet sehem fl-laqgħat online ma' 120 rappreżentant ieħor tal-moviment YMCA madwar id-dinja kollha.", "Madwar 85 Segretarju Ġenerali Nazzjonali tal-YMCA u 70 President tal-Bordijiet Nazzjonali attendew għal dawn il-laqgħat.", "L-għan ta' dawn id-diskussjonijiet kien sabiex jintlaħaq aktar għarfien u appoġġ matul dawn iż-żminijiet diffiċli tal-pandemija.", "Dawn il-laqgħat servew bħala opportunità biex nerġgħu nimmaġinaw futur ġdid, fil-fażi ta' rkupru immedjat minn virus li ra diversi impjiegi jintilfu u servizzi oħrajn jingħalqu madwar id-dinja kollha.", "Henrietta Fore, Direttur Eżekuttiv fil-UNICEF, l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda responsabbli biex tipprovdi għajnuna umanitarja u ta' żvilupp lit-tfal f'190 pajjiż madwar id-dinja, waslet il-messaġġ importanti tagħha fejn qalet: 'Ejjew naħdmu flimkien; ejjew inġibu flimkien il-kompetenza, l-esperjenza, l-influwenza u r-riżorsi tagħna; ejja flimkien nagħmlu l-passi li jmiss fil-vjaġġ tagħna'.", "Emilio Granados Franco, awtur tar-Rapport dwar ir-Riskju Globali tal-Forum Ekonomiku Dinji 2021, ukoll ingħaqad magħna għal dawn il-laqgħat.", "Huwa ppreżenta riċerka fost il-ġenerazzjoni taż-żgħażagħ affettwati mill-COVID-19, u saħaq li l-iktar impatti severi tal-kriżijiet globali attwali se jinħassu minn dawk li għandhom bejn il-15 u 24 sena.", "Huwa enfasizza wkoll il-potenzjal ta' organizzazzjonijiet bħall-YMCA li huma essenzjali sabiex 'nibnu futur aħjar' u futur kollettiv.", "Din l-aħħar sena kienet sena diffiċli għal kulħadd.", "Min tilef xogħlu, min tilef xi membru tal-familja, min marad u min ma setax jiltaqa' mal-qraba tiegħu għaliex huma vulnerabbli.", "Ejja ngħinu lil xulxin, inkunu ta' sostenn għal dawk ta' madwarna sabiex flimkien, inkunu nistgħu nibnu futur aħjar. .td_uid_3_606c24e07475a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c24e07475a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/theddida-ghad-demokrazija-industrijali/", "date": "6 ta' April 2021 11:31 AM", "category": "press, news", "text": ["Miguela Xuereb .td_uid_2_606c3dfc10c75_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c3dfc10c75_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Bħal dan iż-żmien sena meta bdiet il-pandemija kien hemm moviment qawwi fil-pajjiż biex il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, li bdejna nsejħulhom il-front liners, jingħataw xi tip ta' rikonoxximent għar-riskju li kienu qed jieħdu biex isalvaw il-ħajjiet ta' dawk infettati.", "Waħda mill-proposti li bdiet tissemma u li aħna bħala UĦM Voice of the Workers konna qbilna magħha kienet li jingħataw xi forma ta' bonus, bħala ringrazzjament tal-poplu u turija ta' rispett.", "Minn dan kollu mingħand il-Gvern ma ħadu xejn għajr il-prosit, xi ċapċipa u għal ma nafx kemm-il darba il-frażi \"kemm jiena kburi bikom\".", "Iżda li verament jinkwetani u jagħtini ġewwa hu l-fatt li l-Ministeru tas-Saħħa, li jiddependi kompletament fuq dawn il-ħaddiema qed ikaxkar saqajh biex jagħtihom kundizzjonijiet tax-xogħol li jixirqulhom u li verament ħaqqhom.", "F'xi każi bħal ħaddiema tal-ambulanzi, il-Gvern lanqas biss irid li jibda jinnegozja ftehim kollettiv ġdid.", "Bilkemm titwemmen li ilhom sentejn jistennew il-bidu tan-negozjati waqt li qed iqumu ċertu mistoqsijiet.", "Xi pjan hemm għat-taqsima tal-ambulanzi?", "Se tiġi privatizzata?", "Jiġuni f'moħħi wkoll l-allied healthcare professionals, li minkejja li għandhom ftehim kollettiv ma jistgħux isarrfuh minħabba l-ostakli amministrattivi li qed isibu mill-Gvern.", "Dan biex ma nsemmux il-ħaddiema ta' Steward li kienu mwiegħda bil-miktub li mill-bidu tas-sena jkunu trasferiti fuq il-kotba tal-Gvern bl-istess kundizzjonijiet tal-kollegi tagħhom li kienu impjegati mill-Istat.", "Il-ħaddiema ta' Steward ma jaħtu xejn u m'għandhomx ikunu huma li jbatu l-konsegwenzi tal-ftehim sigriet tal-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet.", "Kien għalhekk li qatt ma stajt naċċetta li nkunu parti minn dan il-ftehim u bqajt ninsisti li ma niffirmaw xejn, għax ftehim mistur bħal dan ma jista' qatt ikun fl-interess tal-ħaddiema.", "Kien għalhekk li tellajna dan il-ftehim quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fil-Parlament u tlabna investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali.", "Iż-żmien tana raġun.", "Li hu ta' swied il-qalb hu li dawn l-ostakli mhux lill-UĦM qed isiru, imma fl-aħħar mill-aħħar lill-front liners, li suppost tant huma għal qalb il-Gvern.", "Il-union hi biss il-mezz kif dawn il-ħaddiema jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom.", "Altru milli ħadu xi bonus, dawn il-ħaddiema kienu mbuttati li jirrikorru għal azzjonijiet industrijali.", "Il-gvern kompla tefa' l-melħ fil-ferita billi ħadhom il-Qorti wara li għamel mandat ta' inibizzjoni biex iwaqqaf dawn l-azzjonijiet.", "Il-Ministeru tas-Saħħa għamel rekord, għax f'temp ta' xahar għamel żewġ mandati lill-żewġ unions differenti.", "Il-mandat li sar kontra dawn il-ħaddiema membri tal-UĦM jibqa' mniżżel fl-istorja.", "Għamilt ħames sigħat il-Qorti nisma' x-xhieda tal-Gvern biss, wieħed wara l-ieħor, kollha jippruvaw jiġġustifikaw ir-raġunijiet biex iċaħħdu l-ħaddiema milli jagħmlu azzjonijiet industrijali.", "Dan meta s-smigħ ta' mandat isir prima facie.", "Fl-istess ħin il-ħaddiema ma kellhom l-opportunità li jgħidu dak li għaddew minnu u x'wassal biex ħadu dak il-pass.", "L-ironija hu li ftit jiem ilu, meta l-azzjonijiet kienu twaqqfu u suppost kien hemm sitwazzjoni normali fl-Isptar Mater Dei, sirt naf li ma kienx hemm biżżejjed ambulanzi.", "Staqsejt lili nnifsi jekk dan ġarax bil-barka tal-istess konsulenti li waqt l-azzjonijiet ordnati mill-UĦM kienu qed jippuntaw subgħajhom lejn dawn kienu qed jheddu s-servizz.", "Dan qed ngħidu għax meta ħadna l-azzjonijiet qagħdna b'seba' għajnejn li jkun hemm mezzi biżżejjed biex dan is-servizz essenzjali jibqa' jkun provdut.", "Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti appellat lill-Gvern biex isib soluzzjoni madwar mejda, aktar milli jistaħba wara l-mandati.", "Is-sitwazzjoni preżenti hi ta' tħassib għal kul min għandu għal qalbu d-drittijiet tal-ħaddiem.", "F'ċirkostanzi fejn Gvern jinqeda b'pandemija biex iċaħħadhom milli jsarrfu drittijiethom, ikun ifisser li hemm theddida serja għad-djalogu soċjali u d-demokrazija industrijali. .td_uid_3_606c3dfc10e7c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c3dfc10e7c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-bini-propost-vicin-it-tempji-tal-ggantija-rrappurtat-fgazzetti-barranin/", "date": "5 ta' April 2021 6:33 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-proposta kontroversjali dwar il-bini ta' blokka ta' ħames sulari li tħares lejn it-Tempji tal-Ġgantija, waħda mill-eqdem struttura li teżisti fil-gżejjer Maltin, kienet fil-mira tal-aħbarijiet f'The Times fir-Renju Unit.", "F'artiklu li kien ippubblikat it-Tnejn filgħodu, The Times irrappurtat li kien hemm numru ta' oġġezzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar.", "Ir-rapport spjega li l-oġġezzjonijiet saru kemm mir-residenti kif ukoll mill-Arkeoloġisti Brittaniċi.", "Simon Stoddart mill-Università ta' Cambridge qal li, li tibni blokka 200 yarda 'l bogħod minn dan is-sit huwa sinjal ta' egoiżmu.", "Stoddart qal li skont studji li saru rriżulta li hemm fdalijiet arkeoloġiċi fil-madwar.", "L-oġġezzjonijiet saru wkoll għall-fatt li l-blokka se tkun qiegħda tostakola l-veduta tat-tempju kif ukoll il-bini ta' garaxxijiet jista' jipperikola l-fdalijiet li hemm fil-post.", "Il-bini propost jikkonsisti f'binja ta' 31 appartament fuq erba' sulari u 20 spazju ta' garaxxijiet.", "Is-sindku tax-Xagħra, Christian Zammit qal lil The Times li l-applikazzjoni għal din il-binja tidher li tmur kontra l-policies tal-ippjanar u dak kollu li jirrapreżenta dan it-tempju. .td_uid_3_606c20db0a13f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c20db0a13f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/mini-hal-kirkop-ir-residenti-xebghu-fdin-is-sitwazzjoni-toni-bezzina/", "date": "5 ta' April 2021 3:11 PM", "category": "press, news, News, Local", "text": ["Ritratt: Facebook - Toni Bezzina .td_uid_2_606c20aab02e6_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c20aab02e6_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Dawk li joqogħdu wara l-mini ta' Ħal Kirkop issa xebgħu fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha minħabba x-xogħol li għaddej fit-toroq u li qed joħloq inkonvenjent kbir, sostna l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrstruttura, Toni Bezzina.", "F'post fuq Facebook id-deputat Nazzjonalista qal li għalkemm kulħadd jirrikonoxxi li x-xogħol irid isir, \"iż-żejjed kollu żejjed.\"", "Bezzina qal li filwaqt li għaddej ix-xogħol fil-mini ta' Ħal Kirkop, li ilu għaddej kważi sena, meta wieħed jipprova juża l-uniku ħruġ alternattiv mit-triq ta' Ħal Farruġ isib li hi magħluqa għat-traffiku permezz ta' tabelli tal-one way.", "Ritratt: Facebook – Toni Bezzina Id-deputat Nazzjonalista qal li dan kollu hu riżultat ta' nuqqas ta' ppjanar minn naħa tal-Gvern u li dan in-nuqqas ta' ppjanar qed joħloq inkonvenjent kbir għal dawk li joqogħdu fl-irħula ta' wara l-mini ta' Ħal Kirkop. 🔴 Għal darba oħra, inkonvenjent kbir għal dawk kollha li joqgħodu fl-irħula ta' wara l-mini ta' Ħal Kirkop.", "Minħabba… Posted by Toni Bezzina on Monday, April 5, 2021 Fi Frar, ir-residenti tal-Qrendi, iż-Żurrieq, l-Imqabba, Ħal Kirkop u Ħal Safi kienu qed jilmentaw dwar kif ix-xogħlijiet li qed isiru fuq il-flyover qrib l-ajruport għalqulhom l-aċċess lejn l-ajruport, billi r-rotta l-oħra, minn Triq Ħal Farruġ fil-Gudja, hija magħluqa għal xogħlijiet infrastrutturali wkoll.", "Ir-residenti kienu argumentaw li żdied it-traffiku fiż-żona hekk kif waħda miż-żewġ mini ta' Ħal Kirkop hija magħluqa u li r-rotta l-oħra li jistgħu jużaw hija Triq Ħal Farruġ.", "Din it-triq hi maqlugħa ukoll biex isir xi xogħol.", "Ix-xogħlijiet fuq il-mini ta' Ħal Kirkop, bdew f'Jannar bil-għan li tittejjeb ir-roundabout tal-Gudja b'mini ġodda fir-rotta ta' Birżebbuġa u flyover lejn il-mini ta' Ħal Kirkop.", "Xahrejn ilu, infrastructure Malta qalet li dan il-proġett se joħloq konnessjonijiet diretti maqsumin fuq tliet livelli differenti, minn u lejn diversi rotot li jiltaqgħu f'din il-junction.", "B'dan it-tibdil, tliet rotot li bħalissa jiltaqgħu u jaqsmu kontra xulxin mar-roundabout se jgħaddu mill-mini taħtha jew mill-flyover fuqha. .td_uid_3_606c20aab0620_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c20aab0620_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/il-gwu-timxi-bl-ezempju-fejn-tidhol-l-ugwaljanza/", "date": "6 ta' April 2021 8:28 AM", "category": "press, news", "text": ["Ritratt minn: GWU .td_uid_2_606c24a733b60_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c24a733b60_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-GWU żgħażagħ li seħħet ftit tal-ġranet ilu, inħatar it-tim eżekuttiv ġdid għas-sena 2021.", "L-eżekuttiv huwa magħmul minn 10 persuni li kull wieħed u waħda minnhom ikollhom kariga differenti.", "Għall-ewwel darba fl-Istorja, din is-sena spikka kif dan l-eżekuttiv għandu żgħażagħ femminili daqskemm għandu żgħażagħ maskili.", "Preżenti għal din il-laqgħa, flimkien miegħi kien hemm ukoll id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU, Kevin Camilleri.", "It-tnejn li aħna faħħarna l-ħidmiet imwettqa mill-fergħa żagħżugħa u awgurajna lill-eżekuttiv il-ġdid għal dan it-tragward.", "Tkellimt dwar kif il-pandemija laqtet lill-ħaddiema kollha , speċjalment liż-żgħażagħ li jkunu għadhom deħlin fid-dinja tax-xogħol kif ukoll l-istudenti li jkunu għaddejjin bl-istudji tagħhom li finalment iwassluhom għall-karrieri tagħhom.", "Semmejt kif ix-xogħol tal-GWU Youths baqa' għaddej għaliex qed naraw anki li l-influss ta' apprentisti qed iħalli impatt fil-kurituri tal-GWU.", "F'organizzazzjoni li għandha 77 sena affettwaw ħafna l-ideat u l-mentalità taż-żgħażagħ.", "Dan narawh ta' kuljum fil-ħsieb, fil-mentalità u fil-mod ta' kif nagħmlu l-affarijiet.", "L-entużjażmu taż-żgħażagħ żgur li jgħin biex jagħti enerġija ġdida lill-GWU.", "Id-Deputat Segretarju, Kevin Camilleri beda billi rringrazzja lill-amministrazzjoni preċedenti ta' ħidmietha u x-xogħol kollu li twettaq sabiex finalment qegħdin fejn ninsabu issa.", "Huwa kkonkluda billi rringrazzja lil kulħadd għall-ħidma u saħaq li huma r-rappreżentanti ta' għada fil-GWU.", "Il-President tal-fergħa żgħażagħ, Kurt Zammit kif ukoll is-Segretarju tat-Taqsima, Larinov Muscat flimkien mal-membri tal-eżekuttiv il-ġdid ingħaqdu vuċi waħda billi rringrazzjawna tal-appoġġ u l-għajnuna li dejjem sabu, kemm minn għandna kif ukoll mingħand is-segretarji tat-taqsimiet oħrajn fi ħdan il-GWU.", "L-eżekuttiv il-ġdid se jkun magħmul minn: President – Kurt Zammit", "Segretarju tat-Taqsima – Larinov Muscat", "Assistent Segretarju tat-Taqsima – Matthew Seychell", "Uffiċjal għall-Finanzi – Laura Demanuele", "Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi – Miguel Agius", "Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Nazzjonali – Chris Theuma", "Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Internazzjonali – Luana Cauchi", "Uffiċjal għall-Edukazzjoni – Quren Borg", "Uffiċjal għall-Politika Soċjali – Michela Muscat", "Uffiċjal għall-Ekonomija Diġitali – Nicole Fenech .td_uid_3_606c24a733ea5_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c24a733ea5_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/in-nisa-laburisti-jappoggjaw-lill-gvern-dwar-id-droga/", "date": "5 ta' April 2021 5:46 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Karolina Grabowska minn Pexels .td_uid_2_606c202e0bc7a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c202e0bc7a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Wara li l-Caritas, is-Sedqa u l-psikologi Maltin ikkritikaw il-proposti tal-Gvern favur d-droga, issa n-Nisa Laburisti qed jappoġġjawhom.", "\"Proposta li tinnormalizza l-użu tal-kannabis tista' tolqot ħażin lis- soċjetà\" It-Tnejn, il-President tan-Nisa Laburisti, Nikita Zammit Alamango, waqt konferenza tal-aħbarijiet, ġimgħa wara li l-Prim Ministru Robert Abela nieda konsultazzjoni pubblika dwar l-użu responsabbli tal-kannabis qalet li l-proposti kollha li tressqu 'l quddiem huma frott bilanċ responsabbli bejn riċerka u edukazzjoni.", "\"Smajna diversi ommijiet li qed jibżgħu minn din ir-riforma, u għalhekk sodisfatti li l-proposti tal-Gvern huma responsabbli u meqjusa, u fuq kollox jibbilanċjaw lil xulxin.", "Ilqajna b'mod pożittiv ħafna l-projbizzjoni li jkun hemm tipjip tal-kannabis fil-pubbliku u quddiem it-tfal.", "Dan jgħodd ukoll għax-xorb alkoħoliku u s-sigaretti,\" qalet Zammit Alamango.", "Zammit Alamango semmiet il-proposta li titwaqqaf Awtorità responsabbli għal dak kollu li għandu x'jaqsam mal-kannabis u fakkret li t-tisħiħ legali se jsir fi sfond ta' edukazzjoni aktar effettiva dwar is-suġġett, ibbażata fuq fatti xjentifiċi u l-kunċett tal-minimizzazzjoni tal-effetti negattivi.", "Il-legalizzazzjoni tal-kannabis tagħti messaġġ li s-sustanza mhix ta' periklu – NGOs Il-PL jirrikonoxxi l-isfidi soċjali u ma jibżax mill-bidla Daniel Micallef, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, qal kif il-Partit Laburista dejjem kellu l-kuraġġ jirrikonoxxi l-isfidi soċjali, u bħalma kien attiv fi sferi oħra, fil-ġimgħat li ġejjin se jkun protagonist fid-diskussjoni dwar il-liġi tal-użu responsabbli tal-kannabis u se jieħu sehem f'konsultazzjoni interna kif ukoll ma' dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw.", "Innota kif il-Gvern, \"b'kuraġġ u għall-kuntrarju ta' dak li mdorrijin naraw qabel fil-pajjiż fejn jidħlu riformi ambizzjużi, ma beżax mill-bidla, primarjament għaliex hu konxju tar-realtajiet soċjali li jeżistu.\"", "Il-legalizzazzjoni tal-kannabis riskjuża ħafna – Id-Dekan Andrew Azzopardi Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja, qal li l-Partit Laburista u ż-żgħażagħ ma jibżgħux jiddiskutu suġġett li jista' jkun skomdu u li għal ħafna snin kien u jista' jkun għadu tabù.", "\"Ċert li kull wieħed u waħda minna nafu nies li pejpu l-kannabis u mingħajr dawn ir-riformi, iż-żgħażagħ ġenwini, uħud anke professjonisti, jirriskjaw li jinqabdu b'joints tal-kannabis u jgħaddu minn snin ta' martirju meta jmissu mas-sistema tal-ġustizzja, b'riżultat li jistgħu jħallu impatt fuq il-futur tal-ħajja tagħhom u tal-familja tagħhom.\"", "Georvin Bugeja fakkar kif iż-żgħażagħ ukoll għandhom l-isfidi tagħhom, u jridu jibbilanċjaw bejn il-ħajja edukattiva, ix-xogħol u l-istudju.", "Semma r-realtà u l-isfidi li jgħaddu minnhom żgħażagħ li jkunu nqabdu b'joint u li jiġu trattati ta' kriminali.", "Filmat: \"L-użu tal-kannabis jirdoppja ċ-ċans ta' skiżofrenija\" – Il-Psikjatra Zahra .td_uid_3_606c202e0bfca_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c202e0bfca_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-ombudsman-jinvestiga-t-talba-x-xoghlijiet-illegali-fuq-kemmuna/", "date": "5 ta' April 2021 8:11 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["L-Uffiċċju tal-Ombudsman laqa' t-talba tal-Partit Nazzjonalista biex jinvestiga x-xogħlijiet 'illegali' li qegħdin isiru f'Kemmuna.", "Fi stqarrija Robert Cutajar bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent u Tibdil fil-Klima qal li huwa talab lill-Ombudsman jinvestiga dan ix-xogħol li fi kliemu qiegħed isir b'mod illegali u spjega li huwa kkonfermat li t-talba tiegħu nltaqgħet u se tkun qiegħda tinfetaħ investigazzjoni b'mod immedjat.", "Spjega li l-Perit Alan Saliba li hu l-Kummissarju responsabbli mill-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman bagħat notifiki lill-Awtorità tal-Ippjanar u lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u nfurmahom li beda jinvestiga dan il-każ.", "Cutajar spjega li f'dawn in-notifiki l-Kummissarju Saliba kkonferma li din iż-żona hija \"eċċezzjonalment sensittiva f'termini ta' xenarju, pajsaġġ, ġeoloġija, ġeomorfoloġija u ekoloġija (Natura 2000)\".", "Il-kelliem għall-Oppożizzjoni spjega li Saliba kompla li jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawn ix-xogħlijiet u l-ħsara ambjentali permanenti li sar, setax jiġi evitat billi minflok dan is-servizz jiġi pprovdut permezz ta' energija nadifa f'żona daqstant unika u sensittiva.", "Ittra miftuħa lill-PM minn bdiewa u residenti Qriema dwar il-flyover fl-Imrieħel Cutajar sostna li dan kollu jagħti raġun lill-Partit Nazzjonalista u għaqdiet oħra ambjentali li fl-aħħar jiem ikkundannaw il-ħsara mwettqa mill-Gvern permezz tal-Ministeru għal Għawdex u żied li ġiet imgiddba stqarrija tal-Gvern li skont hu pruvat tiġġustifika x-xogħol illegali u insensittiv li sar fuq Kemmuna.", "Cutajar spjega li apparti dan il-każ, f'Kemmuna huwa talab lill-istess Uffiċċju tal-Ombudsman biex jinvestiga numru ta' ħsarat ambjentali mwettqa waqt xogħlijiet f'żoni, li wkoll għandhom valur ambjentali, minn entitajiet oħrajn tal-Gvern bħalma huma Infrastructure Malta u anke l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.", "Fost dawn ix-xogħlijiet, l-Oppożizzjoni talbet li jiġu investigati xogħlijiet fost l-oħrajn li f'Ħad-Dingli, fil-Marsa, f'Ħ'Attard, fid-Dwejra Lines fil-Mosta u xogħol ieħor viċin il-bajja tat-Torri l-Abjad fil-limiti tal-Mellieħa. .td_uid_3_606c22c687b1b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c22c687b1b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/zghazugh-arrestat-brabta-ma-serqa-fhal-tarxien/", "date": "5 ta' April 2021 1:51 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Pulizija FB Page .td_uid_2_606c3f714e6bb_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c3f714e6bb_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-pulizija arrestat żagħżugħ ta' 20 sena, b'rabta ma' serqa li seħħet fit-23 ta' Marzu, minn ħanut fi Triq Ħal Tarxien, f'Ħal Tarxien.", "Għall-ħabta tat-8.45am, il-pulizija kienet infurmata bis-serqa u marru fuq il-post, fejn mill-ewwel investigazzjonijiet kien jidher li nsterqu ammont ta' oġġetti li jammontaw għall-eluf ta' ewro.", "Minn aktar stħarriġ li sar mill-pulizija, l-allegat ħalliel kien identifikat u bdiet tfittxija għalih.", "Hu ġie arrestat fir-residenza tiegħu u minn tfittxija li saret instabu l-oġġetti li kienu rrapurtati nieqsa.", "Illum, il-ġuvni tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit, fejn wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ingħata l-ħelsien mill-arrest b'diversi kundizzjonijiet sakemm tingħata is-sentenza.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606c3f714e9b2_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c3f714e9b2_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-mahrug-il-vidjow-bil-lirika-ta-ghajjejt-inhobb/", "date": "5 ta' April 2021 2:17 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Mużika", "text": ["var tag=document.createElement(\"script\");tag.src=\"https://www.youtube.com/iframe_api\";var firstScriptTag=document.getElementsByTagName(\"script\")[0];firstScriptTag.parentNode.insertBefore(tag,firstScriptTag);var player;function onYouTubeIframeAPIReady(){player=new YT.Player(\"td_youtube_player\",{height:\"720\",width:\"960\",events:{\"onReady\":onPlayerReady}});} function onPlayerReady(event){player.setPlaybackQuality(\"hd720\");} .td_uid_2_606c204461d78_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c204461d78_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Fl-aħħar ġranet inħareġ il-vidjow bil-lirika ta' Għajjejt Inħobb, il-kanzunetta li kklassifikat fit-tieni post waqt Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija.", "B'lirika ta' Rita Pace u mużika ta' Gilbert Bibi Camilleri, il-kanzunetta rebħet ukoll l-unur tal-Aqwa Interpretazzjoni.", "Il-kanzunetta titratta t-tema tal-vjolenza domestika u psikologika minn lenti ta' raġel.", "Minkejja għamel minn kollox biex isalva ż-żwieġ, iħossu li ma fadallux iktar saħħa u motivazzjoni biex jibqa' jipprova.", "Jixxennaq għal dak iż-żmien tal-bidu meta kollox kien jidher sabiħ u kien iħossu maħbub iżda jħoss li issa tbiegħdu u ma jafx x'fadallu jagħmel biex isalva r-relazzjoni.", "Aqra: Għajjejt Inħobb tirbaħ żewġ unuri waqt Mużika Mużika Il-kantant tal-kanzunetta Christian Arding għandu 36 sena.", "Beda il-karriera tiegħu minn l-età ta' 10 snin fil-qasam tal-kant.", "Huwa ħa sehem ukoll f'diversi konkorsi tal-kant bħal Indi Fest, L-Għanja tal-Poplu, Kanzunetta Għall-Ewropa u aktar attivitajiet oħrajn bħala kantant u mużiċist.", "Huwa wkoll missier ta' tlett subien, Cayden (16-il sena), Craig (10 snin) u Zekiel (6 snin).", "Christian Arding waqt l-interpretazzjoni tiegħu ta' Ghajjejt-Inhobb.", "Ritratt: Facebook – Mużika Mużika Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606c2044620a9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c2044620a9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/bhar-raghad-tista-thossha-tidwi-mill-ajru/", "date": "6 ta' April 2021 7:06 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Is-sabiħ tan-natura seta' jiġi ammirat ilbieraħ lejn Għawdex meta ntlemħet balena lejn il-Munxar.", "Melania Bajada kienet minn tal-ewwel li ħadet filmat u xerditu fuq il-midja soċjali.", "Benjamin Grech, ukoll minn Għawdex, kellu l-opportunità li jieħu ritratt u fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook iddeskriva dak li ra.", "\"Il-kliem ma jistgħux jiddeskrivu xi tħoss meta tismagħha (il-balena) tonfoħ.", "Bħar-ragħad, fil-fatt tista' tħossha tidwi mill-ajru,\" kiteb hu.", "Ta' Cenc, Gozo, 05/04/2021.", "Posted by Benjamin Grech on Monday, April 5, 2021 Roland Vella wkoll qasam ir-ritratti li huwa ġibed meta l-balena ntlemħet lejn id-Dwejra.", "Whale in Dwejra today, most probably a fin whale… Posted by Roland Vella on Monday, April 5, 2021 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606c20322671d_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c20322671d_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ghalissa-l-iskejjel-ghandhom-jibqghu-maghluqa-mut/", "date": "5 ta' April 2021 2:27 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Lokali", "text": ["Ir-rilaxx tal-miżuri kontra l-Covid-19 m'għandux jibda bil-ftuħ fiżiku tal-iskejjel.", "Dan sostnietu l-union tal-għalliema (MUT) fi stqarrija, fejn qalet li ma taqbilx li l-iskejjel ikunu l-ewwel li jiftħu fir-rilaxx tal-miżuri li daħlu fis-seħħ f'Marzu.", "Lura f'Marzu Filmat: Il-PM iħabbar miżuri ġodda fosthom għeluq tal-iskejjel u ħwienet Qalu hekk, kif qed tissemma sekwenza ta' rilaxx.", "L-MUT esprimiet il-fehmiet tagħha f'laqgħa mal-awtoritajiet tal-edukazzjoni u tas-saħħa pubblika u sostniet, li tirrispetta d-deċiżjonijiet dwar il-miżuri biex titrażżan il-pandemija hekk kif ikunu meħuda mill-esperti fl-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.", "L-MUT argumentat kif meta sal-lum aktar minn żewġ persuni li ma jgħixux fl-istess dar ma jistgħux ikunu fuq barra flimkien, fi ftit jiem, bir-rilaxx tal-miżuri jista' jkun hemm ħamsa u għoxrin student u l-edukaturi tagħhom flimkien għal sitt sigħat.", "L-MUT fakkret kif l-iskejjel ingħalqu meta l-varjant kien qed iwassal għal maġġoranza ta' każi pożittivi u kif l-iskejjel, l-edukaturi u l-familji kienu qed jesperjenzaw żieda fil-każijiet, li wasslu għal mijiet ta' studenti u familji fi kwarantina.", "Sostnew kif dan għandu jiġi evitat għax kien ta' detrimet għal kulħadd, inkluż għall-edukazzjoni tat-tfal li ma segħtetx tingħata f'tali ċirkustanzi.", "Fl-istqarrija, l-MUT, fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, talbet li l-pjan tar-rilaxx tal-miżuri jkun wieħed għaqli u li ma jpoġġix lill-edukaturi, l-istudenti u l-familji fis-sitwazzjoni li kienu ftit tal-ġimgħat ilu.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606c21aff093f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c21aff093f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-bdiewa-bieghu-l-prodott-taghhom-minkejja-l-kwistjoni-mal-pitkala/", "date": "5 ta' April 2021 4:59 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Facebook - Għawda Bdiewa Attivi .td_uid_2_606c2679840c9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c2679840c9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Read in English .", "Wara li l-pitkala ma ġeddewx il-liċenzja li skadiet fil-31 ta' Marzu u waqfu l-operat miċ-ċentru tal-pitkalija f'Ta' Qali, minħabba l-oġġezzjoni li tiġi ppreżentata garanzija bankarja, it-Tnejn, il-bdiewa daħlu fis-suq u biegħu b'suċċess il-prodotti tagħhom stess.", "Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Agrikoltura, fejn qal fi stqarrija li hu sodisfatt li l-pjan imħejji, dak li t-Tnejn 5 ta' April, il-bdiewa se jkunu jistgħu jidħlu fis-suq tal-pitkalija fis-2.00am u l-uffiċjali tal-ministeru se jkunu qed jiggwidaw lill-bdiewa lejn spazju minn fejn ikunu jistgħu jbigħu direttament il-prodotti tagħhom, ħadem tajjeb u l-bdiewa rnexxielhom ibigħu l-prodotti tagħhom mingħajr ebda ħela.", "X'ġara qabel Awdjo:\"Tista tiġi diskussa forma oħra ta' garanzija, l-aqwa li l-bidwi jibqa' kopert\" Dan wara li fil-pitkalija eskalat sitwazzjoni fejn il-pitkala eżistenti spiċċaw bla liċenzja.", "Il-ministeru nnota l-approċċ pożittiv tal-koperattiva tal-bdiewa li għamlet arranġamenti temporanji biex tkun tista' tipprovdi servizz lill-membri tagħha wara li ma tħallitx topera miċ-ċentru tal-pitkali.", "\"Il-kunflitt fil-Pitkalija juri li l-Gvern qed imexxi b'management by crisis\" – PN \"It-tfixkil mhux mingħajr konsegwenzi\" Intant, il-Fondazzjoni Malta Youth in Agriculture (MaYA) qalet fi stqarrija kif il-bdiewa rnexxilhom jevitaw chaos totali, iżda li \"t-tfixkil intenzjonat mill-Assoċjazzjoni Pitkala ma ġiex mingħajr telf, u l-konsegwenzi reali għad iridu jkunu evalwati.\"", "L-NGO żiedet tgħid kif dan juri li hemm bżonn ta' kollaborazzjoni fit-tul fis-settur.", "\"Is-sitwazzjoni kienet tkun agħar li kieku ma kienx hemm ministeru ddedikat b'persuni li li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jintervjenu u jassistu b'mod f'waqtu u deċiżiv,\" qalet l-NGO.", "Il-Fondazzjoni nnutat ukoll li matul tmiem il-ġimgħa, numru kbir ta' bdiewa jbiegħu l-prodotti tagħhom dirett mill-għalqa jew billi jingħaqdu f'daqqa.", "Appellaw biex is-supermarkets, ħwienet u trakkijiet tal-ħaxix ma jieħdux vantaġġ mis-sitwazzjoni.", "Filwaqt li tenniet l-appell tagħha biex il-ministeru tal-agrikoltura jkompli jappoġġja lill-produtturi, il-fondazzjoni qalet kif tħeġġeġ lill-konsumaturi biex ikomplu jitolbu frott u ħaxix lokali u biex jagħżlu ħwienet li joffru prodotti ta' oriġini lokali.", "Awdjo:\"Tista tiġi diskussa forma oħra ta' garanzija, l-aqwa li l-bidwi jibqa' kopert\" .td_uid_3_606c267984392_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c267984392_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/56-kaz-gdid-ta-covid-19-imut-ragel-ta-55-sena/", "date": "5 ta' April 2021 12:32 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Lokali", "text": ["Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' persuna oħra bil-coronavirus, filwaqt li nstabu 56 każ ġdid.", "Fiequ wkoll 73 persuna, u b'hekk issa hawn 531 każ attiv fil-komunità.", "It-total ta' vittmi f'Malta tela' għal 399 bl-aħħar vittma kien raġel ta' 55 sena li miet fl-Isptar Mater Dei.", "L-aħħar 56 każ instabu minn 1,946 swab test li saru.", "Sal-bieraħ kienu ngħataw 215,700 doża tal-vaċċin, li 59,032 minnhom kienu t-tieni doża.", "Ilbieraħ Covid-19: Il-każijiet il-ġodda jinżlu għal 34; imut anzjan Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606c24e21f54c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c24e21f54c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/bhar-religjon-tas-santi/", "date": "6 ta' April 2021 7:41 PM", "category": "press, news", "text": ["Ritratt: Miguela Xuereb .td_uid_2_606c9e9cd134a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606c9e9cd134a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Bħal donnu se jaqa' xi kastig fuq il-familja, jekk m'intix se tingħaqad fil-mixja ta' fidi mal-eluf ta' Maltin wara l-istatwa tad-Duluri.", "Però mbagħad lanqas qatt tgħaddili minn moħħi nieqaf u naħseb fuq il-batut, fuq il-fqir, fuq min qed jgħix f'sodda jew jiddedika ħajtu mal-marid.", "Għal xi wħud iħossu li naqsu jekk ma żejnux inkwatru tad-Duluri fit-tieqa bil-fjuri u x-xemgħat, imma mbagħad insensittiv lejn tant ommijiet ibatu kontinwament minħabba wliedhom li daħħlu lilhom u lill-familja tagħhom f'xebgħa nkwiet.", "Hawn min iħossu vojt għax ma refax fl-istatwa jew almenu serva ta' forċina fl-istatwa, però mbagħad jibqa' passiv quddiem dak iż-żagħżugħ jorqod fil-karozza minħabba sitwazzjoni ta' kriżi finanzjarja.", "Jibqa' passiv quddiem ommijiet siekta u msawta fis-skiet bejn erba' ħitan.", "Jien rajt b'għajnejja missier jidgħi dagħa nvażat għax f'Jum id-Duluri ra lil ibnu jiekol pasta bil-krema, però li d-dagħa kienu mżejna u bl-aġġettivi għenuh jiżvoga d-dwejjaq li kellu.", "Reliġjon tas-santi.", "Stejjer u stejjer u stejjer differenti kontinwi u kullimkien.", "Stejjer imżewqa u kkuluriti kemm trid.", "Dejjem tisma' u tara l-ġdid.", "Wara kull wiċċ bi storja differenti.", "M'iniex nifhem 'il fejn mexjin!", "Sa minn dejjem kont midħla ta' bnedmin li daqu x-xafra tal-moħriet, però kemm ilni fil-politika, l-istejjer isejħuli kontinwament.", "Gratitudni tal-fiduċja, fl-istess ħin nitlob lil Alla jagħtini s-saħħa għax trid tkun tassew b'saħħtek biex tibqa' għaddej.", "Fi tmiem il-jum, dawn l-istejjer tħosshom xorbulek demmek kollu.", "Imma l-akbar weġgħa meta tara bosta bnedmin jistgħaġbu bl-istorja, imma jieqfu hemm.", "Ħadd mhu lest li jmidd idejh.", "Tajjeb jien, tajjeb kulħadd.", "L-akbar weġgħa meta tara bnedmin passivi quddiem sitwazzjonijiet kattivi.", "Deħlin f'kultura fejn kulħadd moħħu fih innifsu, f'xejn aktar.", "Kultura fejn tuża l-bnedmin bħallikieku f'ħajtek dawn daħlu sakemm għalqet l-expiry date.", "M'iniex nifhem 'il fejn mexjin.", "Kultura fejn kulħadd iniżżel ix-shutter, forsi minħabba t-tbatija li għaddew minnha.", "Kultura fejn kulħadd qed jagħlaq qalbu, forsi biex ma jkomplix iweġġa'.", "Qed insiru insensittivi ma' xulxin.", "Agħar minn hekk, xi wħud lesti jemarġinaw u jkissru lil xi wħud, għax bil-preżenza tagħhom iħossuhom skomdi minħabba opinjoni jew ideat differenti.", "Bla ma tinduna kif emarġinawk, int tispiċċa fil-periferija tad-dinja.", "Din hija l-agħar forma ta' tbatija.", "Atteġġjament li jkisser lil bniedem.", "Għax trid tgħaddi minnha, fil-veru sens tal-kelma biex tifhem it-tbatija, ta' meta tiġi mwarrab u rredikolat u fuq kollox emarġinat, għax int differenti minn oħrajn, jew għax m'intix ta' klassi daqs oħrajn, jew agħar minn hekk għax taħsibha differenti minn oħrajn.", "F'mumenti bħal dawn għażilt li nħallas prezz u nimita xi ftit lil wieħed mid-dixxipli li baqa' taħt is-salib.", "Qatt ma ddejjaqt ngħid min jien u kif naħsibha, għalkemm forsi żgħir u f'minoranza, ma jimpurtax jekk xi minn daqqiet imkasbar.", "Forsi din hija għajta urġenti, ta' min ġie trattat b'inġustizzja, u ħalliet fik rabja inspjegabbli.", "Forsi wkoll minħabba din l-inġustizzja weħel ma' rasek kull min jiġi quddiemek.", "Din hija kefrija li bniedem jesperjenza, l-aktar meta kollox huwa sottili u fis-skiet.", "Ma tafx minn fejn se tibda, u fil-veru sens tal-kelma tħossok Duluri taħt salib.", "L-unika konsolazzjoni f'dawn il-mumenti, fejn tħares 'il fuq u tibqa' tittama.", "Nittama li miexi 'l quddiem u fid-direzzjoni li twassalni lejn destinazzjoni.", "Destinazzjoni li fuq kollox tgħinni nidħol fija nnifsi, biex naħseb, inwieġeb u fuq kollox nitlob…. imma fuq kollox nagħmel dixxerniment u naħseb ftit fuq kif ġibt ruħi mal-proxxmu matul l-aħħar xhur.", "Naħseb ftit jekk kontx ta' sapport mal-batuti li ltqajt magħhom.", "Jekk kontx arroganti ma' min forsi talabni xi ħaġa tal-flus għal tal-linja.", "Jekk kontx qed neskludi bnedmin bi kliemi.", "Il-mixja wara d-Duluri mhijiex kwistjoni ta' mixjiet warajha, jew kemm il-katina rbatt ma' saqajja u saħansitra mxejt ħafi quddiem in-nies tar-raħal.", "Id-Duluri llum hija kwistjoni ta' dixxerniment bejnek u bejn ruħek, fejn b'onestà tistaqsi jekk quddiem it-tbatija kontx ta' sapport, u jekk ħriġtx għonqok għal batut.", "Żomm f'moħħok li wara kull wiċċ hemm storja x'tiġi rrakkuntata, u kull wiċċ għandu qalb.", "Irrid niftakar u nżomm f'moħħi li hemm barra hemm bnedmin bi qlub minfuda b'sejf… .td_uid_3_606c9e9cd1545_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606c9e9cd1545_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/in-nazzjonalisti-ma-jitghallmu-qatt/", "date": "7 ta' April 2021 7:00 AM", "category": "press, news", "text": ["Miguela Xuereb .td_uid_2_606d3f0094cc8_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606d3f0094cc8_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Niskanta kif tal-Partit Nazzjonalista, jgħaddi kemm jgħaddi żmien, jibqgħu jirrepetu ċerti żbalji banali li żgur itellfuhom ħafna voti f'elezzjoni ġenerali.", "Pereżempju, ftit ilu assistejna għal dibattitu partiġġjan għall-aħħar fil-Parlament Ewropew fejn ġiet diskussa s-sitwazzjoni f'Malta wara dak li ġie żvelat dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.", "Dan kien instigat mill-Partit Popolari Ewropew, id f'id ma' sħabhom tal-Partit Nazzjonalista.", "Kien dibattitu totalment barra minn loku għax il-gvern preżenti f'Malta qiegħed jagħmel minn kollox biex il-ġustizzja sseħħ u qiegħed jassigura wkoll li l-istituzzjonijiet jaħdmu kif suppost.", "Ir-riżultati diġà bdejna narawhom.", "Għalhekk, min bħalissa jpinġi s-sitwazzjoni f'Malta bħala waħda negattiva ħafna jkun qed iqarraq b'min ikun qed isegwih.", "Mhux aċċettabbli wkoll li n-Nazzjonalisti jibqgħu jikkunsidraw dak li sar taħt it-tmexxija ta' Dr Joseph Muscat bħallikieku sar taħt it-tmexxija ta' Dr Robert Abela.", "Naħseb li llum il-maġġoranza tal-Maltin jikkundannaw ċerti żbalji serjissimi li saru fi żmien it-tmexxija ta' Dr Joseph Muscat.", "Anke fi ħdan il-Partit Laburista stess, ma tridx tagħti kas numru ta' fanatiċi li għadhom isibuha bi tqila li jammettu pubblikament dak li llum jidher ċar daqs il-kristall u dan għaliex iħallu l-partiġġjaniżmu politiku jiġri bihom.", "Numru kbir ta' Laburisti jammettu l-iżbalji li saru u kuntenti ħafna li taħt Dr Rorbert Abela, il-Partit Laburista beda paġna ġdida.", "In-Nazzjonalisti, min-naħa tagħhom, donnhom ma jistgħux jifhmu xi stmerrija jġibu fuqhom meta jdaħħlu lill-Ewropej fil-kwistjonijiet ta' bejnietna.", "Kif iridu li n-nies jersqu lejhom meta jagħmlu affarijiet bħal dawn?", "Anke Laburisti li għandhom kwistjonijiet mal-partit tagħhom stess jifferoċjaw meta jaraw lill-Ewropej jindaħlulna għax instigati minn tal-Partit Nazzjonalista.", "U daqstant ieħor jiddiżgustaw ruħhom ħafna floating voters.", "Xi ħaġa oħra li ma stajtx ma ninnotax dan l-aħħar kienet li l-Partit Nazzjonalista donnu reġa' lura għall-istrateġija falluta ta' kritika ħarxa u anke inġusta tal-Gvern Laburista u qiegħed jużaha bħala l-\"cavallo di battaglia\" tiegħu.", "Jekk taqra ħafna kitbiet ta' esponenti Nazzjonalisti, dejjem issib l-istess diskors: \"l-istituzzjonijiet mhumiex jaħdmu\", \"gvern korrott\", \"Robert Abela responsabbli għal li sar fi żmien Joseph Muscat għax kien konsulent legali tiegħu\", eċċ. U jinjoraw għal kollox il-progress li sar dan l-aħħar biex f'Malta jkollna governanza tajba, istituzzjonijiet b'saħħithom u li jaħdmu tajjeb, u li tirrenja s-saltna tad-dritt.", "Ħafna votanti, issa li ftit ftit, riesqa l-elezzjoni ġenerali, qed jistaqsu: \"jekk tpoġġi fil-ġenb il-kritika min-naħa tan-Nazzjonalisti, x'jibqa' konkret li jista' jservi ta' alternattiva għall-Gvern Laburista li bħalissa qiegħed fil-poter?\" – Ir-risposta hija: \"verament ftit\".", "Imma tal-Partit Nazzjonalista donnhom lanqas dan ma jifhmu.", "Iħallu l-esponenti tagħhom jiktbu b'mod goff u impreċiż u mingħalihom li l-pubbliku ma jindunax meta kitba tkun bla bażi u li tinsulta l-intelliġenza ta' dak li jaqraha.", "Ma narax ħlief telfa oħra kbira għall-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss għax l-istrateġija tiegħu hija totalment żbaljata u ma qiegħed joffri l-ebda alternattiva kredibbli għall-gvern preżenti. .td_uid_3_606d3f0094ec4_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606d3f0094ec4_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-isport-kompetittiv-ghandu-jkompli-l-gimgha-d-diehla-assocjazzjonijiet/", "date": "6 ta' April 2021 8:55 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Sport, Lokali", "text": ["Għadd ta' assoċjazzjonijiet sportivi qegħdin jappellaw lill-awtoritajiet biex l-isport kompetittiv ikompli l-ġimgħa d-dieħla, billi l-miżuri kontra l-Covid-19 li hawn fis-seħħ bħalissa suppost għandhom idumu sal-11 t'April.", "Fi stqarrija konġunta, l-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku, l-Assoċjazzjoni tal-Basketball u l-Assoċjazzjoni tal-Futbol qalu li din l-attività sportiva ma kellhiex impatt fuq it-trażmissjoni tal-Covid-19.", "Il-Federazzjoni tal-Motorsports u l-Assoċjazzjoni tal-Hockey appoġġjaw din l-istqarrija.", "Huma qalu li l-projbizzjoni ta' sport li jinvolvi kuntatt bejn in-nies għandha tintemm it-Tnejn li ġej.", "Spjegaw li l-maġġoranza tal-isport isir barra, fi spazji kbar u fil-beraħ, u jista' jsir b'mod sigur.", "Saħqu li hu kruċjali għall-atleti u għat-timijiet li l-isport ikompli dalwaqt ġaladarba dan ma jġorrx miegħu riskju għal saħħithom.", "L-MFA qalet ukoll li jekk l-ittrenjar ma jkomplix fi żmien ġimgħa, dan ifisser li l-Premier League ma tkunx tista' titlesta saż-żmien ta' skadenza impost mill-UEFA.", "Il-Federazzjoni tal-Motorsports qalet li l-motorsports għandu inqas riskju.", "X'qal il-PM illum?", "Il-PM iħabbar pjan \"kawt\" ta' ftuħ mill-ġdid mit-Tnejn Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606d4c4fc7639_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606d4c4fc7639_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/athletics-malta-tinghaqad-fl-appell-ghat-tkomplija-tal-isport-kompetittiv/", "date": "7 ta' April 2021 11:39 AM", "category": "press, news, Sport, Lokali", "text": ["Athletics Malta tingħaqad mal-Aquatic Sports Association of Malta, il-Malta Basketball Association u l-Malta Football Association f'appell lill-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa biex jippermettu li avvenimenti kompetittivi jkomplu fil-parametri ta' sigurtà raġjonevoli.", "Kif spjegaw tajjeb dawn it-tliet assoċjazzjonijiet, l-isport u r-rikreazzjoni fiżika kienu b'mod kostanti fost l-inqas kontibuturi ta' trażmissjoni tal-vajrus.", "Aktar minn hekk, fil-każ tal-atletika, bil-miżuri u prekawzjonijiet meħuda minn AM, l-atleti tat-track and field għandhom riskju ferm iżgħar minn sport ta' kuntatt jew sport prattikat ġewwa.", "Huwa għalhekk ta' diżappunt li l-isport mhux se jkun fost l-ewwel restrizzjonijiet li jitneħħew.", "Aktar minn hekk, AM hi konxja ta' kemm l-isport huwa għodda li matul din il-pandemija jista' jnaqqas l-impatt fuq is-saħħa mentali fil-komunità.", "Dan jimxi id f'id ma dak li sostenew bosta NGOs, bħal Richmond Foundation dwar l-impatt kbir li l-pandemija kellha fuq is-saħħa mental tal-popolazzjoni kollha.", "Bħall-assoċjazzjonijiet sportivi l-oħra, Athletics Malta temmen li l-avvenimenti tat-tim nazzjonali tal-kbar għandhom jingħataw priorità, hekk kif atleti ta' età kbar huma aktar konxji tar-riskji involuti.", "Il-President ta' Athletics Malta, Andy Grech spjega: \"Mal-bidu ta' Ġunju tbda lista twila ta' avvenimenti internazzjonali u b'hekk dan huwa l-mument ideali li jerġgħu jibdew l-attivitajiet, b'rispett tas-sigurtà tal-atleti, uffiċjali u kowċis.", "Għandna dejjem inżommu f'moħħna li l-avvenimenti internazzjonali huma l-priorità ewlenija tagħna u li sessjonijiet tekniċi ta' taħriġ mhumiex biżżejjed biex niżgura l-ħila tal-atleti tagħna li jikkompetu fuq livell internazzjonali\".", "Grech żied jgħid li \"sfortunatament il-waqfa tal-isport kompetittiv qed twassal biex il-kompetituri tagħna jkollhom vantaġġ ferm akbar milli diġà għandhom.", "Jekk l-entitajiet governattivi jridu jwasslu l-isport fil-livell li jmiss, nħeġġu lil dawk kollha involuti biex jibdlu d-deċiżjonijiet tagħhom kemm jista' jkun malajr\".", "Aqra wkoll: L-isport kompetittiv għandu jkompli l-ġimgħa d-dieħla – assoċjazzjonijiet Dan it-tagħrif twassal minn Athletics Malta.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606d84aedb15b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606d84aedb15b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/jithabbru-r-rebbieha-tal-ewwel-malta-gladiator-trail/", "date": "7 ta' April 2021 2:59 PM", "category": "press, news, Sport, Lokali", "text": ["Ritratt: Muntaġġ mill-filmati ta' Malta Gladiator Trail .td_uid_2_606dacbf68f69_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606dacbf68f69_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Wojtek Stellmach u Suzanne Buttigieg huwa rebbieħa tal-ewwel Malta Gladiator Trail li xxandar ilbieraħ filgħaxija fuq l-istazzjon One.", "Għall-fażi finali kien hemm sitt semi finalisti, tlieta fil-kategorija maskili, u tlieta f'dik femminili.", "Waqt il-finali twasslu bosta wirjiet spettakolari fejn il-parteċipanti kellhom jegħlbu diversi ostakli intensivi li waslu għar-riżultat finali.", "Well Done Suzi 🤩🤩 Posted by Malta Gladiator Trail on Tuesday, April 6, 2021 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606dacbf691fb_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606dacbf691fb_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/66-sena-ilu-mietu-4-fi-spluzjoni-fil-kamra-tan-nar-san-filep/", "date": "7 ta' April 2021 12:02 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Kurżitajiet", "text": ["Ritratt: Facebook - Għaqda Każin Banda San Filep .td_uid_2_606d83b332564_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606d83b332564_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Kien bħal-lum 66 sena ilu, nhar is-7 ta' April tal-1955 (li kien Ħamis ix-Xirka) fil-ħin ta' wara nofsinhar li seħħet splużjoni qawwija fil-Kamra tan-Nar San Filep fl-inħawi tal-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ.", "Dakinhar mietu erba' artiġġjani tan-nar membri tas-Soċjetà Mużikali, Każin Banda San Filep.", "Il-vittmi kienu Philip Cassar (ta' Simillu, 37 sena), Anthony Debono (tal-Paradajs, 29 sena), John Mary Farrugia (il-Bibillu, 37 sena), u Philip Xuereb (ta' Lilel, 52 sena).", "Jingħad li Farrugia u Debono mietu mill-ewwel u nħarġu minn taħt it-tiġrif bilkemm jingħarfu waqt li Cassar u Xuereb mietu l-għada fl-isptar San Luqa.", "Il-funeral tagħhom sar nhar Sibt il-Għid, 9 ta' April 1955, akkumpanjat mill-Banda San Filep sal-qabar fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta' Ġesu, Ħaż-Żebbuġ.", "B'sinjal ta' rispett dik is-sena l-festa ta' San Filep la kellha nar, la armar u lanqas banda.", "Akkumpanjaw bl-istandarti diversi soċjetajiet minn irħula oħra.", "B'sinjal ta' rispett dik is-sena l-festa ta' San Filep la kellha nar, la armar u lanqas banda.", "Fl-2005 kien sar ukoll korteo sa fuq il-qabar tagħhom fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta' Ġesù.", "Fih ħadu sehem il-familjarji u l-qraba tal-vittmi flimkien ma' bosta membri u uffiċjali tal-Għaqda Każin Banda San Filep.", "L-Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) illum sellmet il-memorja ta' dawn l-erba' vittm li ħallew ħajjithom jaħdmu għall-festa ta' San Filep fejn ukoll semmem li l-memorja tagħhom għadha ħajja fost iż-Żebbuġin sal-lum!", "Vitmi tan-Nar | 1955 🌹Nhar Ħamis ix-Xirka, 7 ta' April 1955 kmieni wara nofsinhar, seħħet splużjoni qawwija fil-Kamra… Posted by Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) on Wednesday, April 7, 2021 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606d83b332869_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606d83b332869_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/vittma-tattentat-ta-qtil-jitfacca-l-qorti-biex-jahfer-lill-akkuzat/", "date": "6 ta' April 2021 7:24 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Allegat vittma ta' attentat ta' qtil tfaċċa l-qorti llum biex jaħfer lil dak li pprova joqtlu, raġel Libjan.", "Fil-każ presedut mill-Maġistrat Marseann Farrugia llum l-Avukat tad-Difiża Jason Grima informa lill-Qorti li l-allegat vittma kkuntattjah, permezz ta' ħabib tiegħu, biex jgħidlu li jrid jiffirma nota biex jiddikjara li hu ħafer lill-akkużat.", "Grima ma setax jaċċetta peress li hu qed jirrappreżenta lill-akkużat.", "Il-vittma llum mar il-qorti biex jiddikjara li ħafer lir-raġel hemmhekk stess, iżda ma tħalliex jixhed.", "L-Avukat George Camilleri, f'isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, oġġezzjona li l-vittma jitħalla jixhed, peress li ma kienx intalab jitla' jixhed mill-Qorti u għalhekk din ma kinitx il-proċedura meħtieġa.", "Dr Camilleri talab li l-ewwel jixhed l-ispettur tal-pulizija li ġie avviċinat mill-vittma biex jikkonferma kif ġraw l-affarijiet.", "Dr Grima qal li d-Difiża għandha kull dritt ittella' liema xhieda trid, iżda m'oġġezzjonax għat-talba li jixhed l-ispettur inkwistjoni.", "Il-Maġistrat irrifjutat it-talba u qalet li ma ġietx segwita l-proċedura kif suppost.", "Id-Difiża talbet lill-Qorti tipposponi d-digriet tagħha fuq it-talba għall-ħelsien mill-arrest sakemm jinstemgħu dawn ix-xhieda.", "Illum xehed konsulent fl-Isptar Mater Dei, Mark Schembri.", "Huwa spjega li l-pazjent kien muġugħ meta ddaħħal l-isptar.", "Il-kirurgu ra lill-allegat vittma filgħodu biss, hu u jdur is-swali.", "Il-vittma kien qala' daqqa ta' sikkina fin-naħa t'isfel ta' żaqqu.", "Każ ieħor fil-qorti llum Tonna, Cini, Castagna u Bondin Carter minn Nexia BT jingħataw il-libertà proviżorja Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606d4b76cef74_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606d4b76cef74_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/agenzija-tinvesti-100000-fir-restawr-tan-nicca-ta-san-pawl-fir-rabat/", "date": "7 ta' April 2021 9:24 AM", "category": "press, news, Lifestyle", "text": ["Ritratt: Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) .td_uid_2_606d5f335e990_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606d5f335e990_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ftehim iffirmat bejn l-Aġenzija Komunità Malta u l-Kunsill Lokali tar-Rabat se jwassal għal restawr tan-niċċa ta' San Pawl fiċ-ċentru tal-pjazza tas-Saqqajja.", "L-Aġenzija Komunità Malta, li se tiffinanzja r-restawr tan-niċċa, hija responsabbli għall-amministrazzjoni u l-ipproċessar tal-materji kollha relatati maċ-ċittadinanza Maltija.", "In-niċċa storika ġiet ikkummisjonata mill-Granmastru de Vilhena fl-1727 u matul is-snin kellha importanza kbira kemm għar-Rabtin kif ukoll fuq livell nazzjonali, bid-devozzjoni lejha tattira viżitaturi minn madwar il-gżejjer Maltin.", "In-niċċa żviluppat ċertu ħsarat mal-milja taż-żmien.", "L-użu ta' cement f'ċertu istanzi, xogħol ta' kisi li qdiem maż-żmien, l-effetti tal-ilma, l-introduzzjoni ta' plakek kommemorattivi, l-akkumulazzjoni ta' trabijiet fuq il-ġebel u l-effett tal-veġetazzjoni selvaġġa huma kollha fatturi li wasslu għal ħsara li akkumulat matul iż-żmien.", "Għalkemm in-niċċa kienet restawrata fl-2002, il-bżonn attwali ta' restawr huwa qawwi.", "Fost oħrajn, in-niċċa se tkun imnaddfa professjonalment minn kull element naturali u kull intervent uman li seta' sar u li ma jikkontribwixxix għall-valur storiku tagħha.", "Wara, l-għamla tagħha se tkun ikkonsolidata.", "Fost oħrajn, xogħol tal-ġebel li huwa ddeterjorat u li jhedded l-istabbiltà tal-istruttura se jkun mibdul b'mod professjonali.", "Il-Kap Eżekuttiv ta' Komunità Malta Jonathan Cardona esprima sodisfazzjon għall-fatt li fondi mill-programm ta' ċittadinanza Maltija qed iwasslu għal titjib tanġibbli fil-patrimonju Malti.", "Is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus stqarr li l-ħarsien tal-patrimonju storiku u mibni jwassal għal sens ta' kburija fost ir-Rabtin.", "Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat qal li l-ġid li nħoloq mill-programm ta' ċittadinanza b'investiment qed isarraf f'bidla pożittiva fil-qalba tal-komunità Maltija.", "Qal li dan huwa wieħed biss minn firxa ta' proġetti immirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, permezz ta' proġetti varji f'oqsma li jinkludu l-edukazzjoni, l-isport, l-ambjent mibni u l-ambjent rurali.", "Is-Segretarju Parlamentari sostna l-impenn tiegħu biex ikun attirat dejjem aktar investiment dirett barrani, sabiex il-ġid ikompli jasal għandna lkoll.", "Dan it-tagħrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606d5f335ec38_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606d5f335ec38_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-maltapost-twissi-fuq-messagg-qarrieqi-li-qed-jintbaghat-fisimha/", "date": "6 ta' April 2021 4:55 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-MaltaPost qiegħda twissi lin-nies dwar messaġġi qarrieqa li qed jintbagħtu f'isimha.", "Il-kumpanija qalet li rċeviet rapporti ta' nies li rċivew messaġġi li jidhru li huma mingħand il-MaltaPost li jitolbuhom jagħfsu fuq ħolqa biex jagħmlu l-arranġamenti biex jaslulhom l-oġġetti li jkunu ordnaw minn barra minn Malta.", "Meta jagħfsu fuq din il-ħolqa, jinfetaħ sit elettroniku li jixbah lil dak tal-MaltaPost u jitlob lill-klijenti għad-dettalji bankarji tagħhom.", "Il-MaltaPost ħarġet stqarrija li fiha kkjarifikat li hi mhix involuta f'dawn il-messaġġi, u mhumiex jintbagħtu minnha.", "Sostniet li dawn huma messaġġi foloz b'intenzjonijiet qarrieqa, u li n-nies m'għandhomx jagħfsu fuq il-ħolqa imma għandhom iħassru l-messaġġ li jirċievu mill-ewwel.", "Il-MaltaPost irrappurtat dawn il-messaġġi mat-Taqsima tas-Cyber Crime tal-Pulizija.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606d4ab5c9d5e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606d4ab5c9d5e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/sentejn-minn-meta-nqatel-lassana-cisse-minhabba-l-kulur-ta-gildtu/", "date": "6 ta' April 2021 4:40 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["⬛ INFAKKRU L-MEMORJA TA' LASSANA CISSE ⬛Sentejn ilu, Lassana Cisse inqatel meta sparawlu wara li mar jara logħba futbol.", "Illum se ningħaqdu mal-ħbieb ta' Lassana biex insellmu l-memorja tiegħu fit-triq fejn inqatel.⚠️ Il-qtil ta' Lassana, kif ukoll l-attentat qtil ta' żewġt irġiel oħra, ma kinux xi aċċident.", "Huma xhieda tar-razziżmu f'pajjiżna, li ġiegħel lill-qattiela jaħsbu li jistgħu joqtlu nies suwed mingħajr ma jġorru ebda responsabbiltà.", "Għandna bżonn inbiddlu dan id-diskors u nindirizzaw l-istrutturi f'Malta li ħolqu ambjent fejn missier, iben, u raġel innoċenti nqatel.✊🏿 Mhuwiex biżżejjed li l-qattiela jinsabu ħatja, imma wkoll li l-istituzzjonijiet u l-kultura li tittratta n-nies suwed bħala nies li jiswew xi ħaġa inqas minn ħaddieħor tinbidel.", "Bħal-lum sentejn ilu, Lassana Cisse Souleymane kien fi triqtu lura lejn iċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far fejn kien joqgħod wara logħba futbol, meta għaddiet karozza li minnha ġew sparati xi tiri li qatlu lil Lassana kiesaħ u biered.", "Il-Moviment Graffitti organizza attività b'tifkira ta' Lassana Cisse Souleymane.", "Huwa kellu 42 sena, kien mill-Kosta tal-Avorju u kien missier ta' tlett itfal.", "Ġie f'Malta f'tiftixa għal ħajja aħjar, iżda din it-tiftixa ntemmet ħesrem meta l-qattiela tiegħu sparawlu minħabba l-kulur ta' ġildtu.", "Francesco Fenech u Lorin Scicluna, li kienu suldati mal-Forzi Armati, huma akkużati b'dan il-qtil, u li ppruvaw joqtlu żewġ irġiel oħra, mexjin fl-istess triq li kien fiha Lassana, f'hit and run.", "Dawn iż-żewġ immigranti rnexxielhom isalvaw.", "Scicluna u Fenech ingħataw il-ħelsien mill-arrest f'Diċembru tal-2019 , sakemm jibdew il-proċeduri kriminali kontrihom fil-qorti. #td_uid_2_606d4a4902aa6 .td-doubleSlider-2 .td-item1{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/06152333/Lassana-Cisse-memorial-by-Miguela-Xuereb-2-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_606d4a4902aa6 .td-doubleSlider-2 .td-item2{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/06152705/Lassana-Cisse-memorial-by-Miguela-Xuereb1-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_606d4a4902aa6 .td-doubleSlider-2 .td-item3{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/06152321/Lassana-Cisse-candle-by-Miguela-Xuereb-80x60.jpg) 0 0 no-repeat} 1 minn 3", "Photo: Miguela Xuereb L-NGO stqarret li l-qtil ta' Lassana u l-attentat ta' qtil ta' żewġ persuni oħra huma xhieda tar-razziżmu f'Malta, \"li ġiegħel lill-qattiela jaħsbu li jistgħu joqtlu nies suwed mingħajr ma jġorru ebda responsabbiltà.", "Għandna bżonn inbiddlu dan id-diskors u nindirizzaw l-istrutturi f'Malta li ħolqu ambjent fejn missier, iben, u raġel innoċenti nqatel.\"", "F'Settembru Il-Maġistrat jgħid li l-każ dwar Lassana qed jieħu wisq fit-tul Kompliet tgħid li mhux lakemm il-qattiela jinstabu ħatja, imma jeħtieġ li tinbidel il-kultura li tittratta lin-nies suwed bħala nies li jiswew xi ħaġa inqas minn ħaddieħor.", "Il-Kunsill Malti għar-Refuġjati fakkar il-memorja ta' Lassana Cisse, u qal li hu se jibqa' jappoġġja lill-membri tal-komunità tal-immigranti f'Malta, u se jibqa' jikkundanna kull forma ta' razziżmu, ksenofobija u diskriminazzjoni. ⬛ INFAKKRU L-MEMORJA TA' LASSANA CISSE ⬛Sentejn ilu, Lassana Cisse inqatel meta sparawlu wara li mar jara logħba… Posted by Moviment Graffitti on Tuesday, April 6, 2021 Today we remember our brother, Lassana Cisse Souleymane, who was murdered on 6 April 2019 while walking along Triq… Posted by SOS Malta on Tuesday, April 6, 2021 F'Diċembru Filmat: Ir-rakkomandazzjonijiet li saru wara l-każ Lassana Cisse qed jitwettqu – il-Brigadier Curmi Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_4_606d4a4905bbc_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_4_606d4a4905bbc_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-gvern-ma-zammx-kelmtu-mas-segretarji-ezekuttivi-tal-kunsilli-lokali-uhm/", "date": "7 ta' April 2021 7:46 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": [".td_uid_2_606e9cdd041c5_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606e9cdd041c5_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali wara li akkużat l-gvern ma żammx kelmtu mas-segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali.", "Il-trejdjunjin qalet li jekk il-gvern għandu għal qalbu l-Kunsilli Lokali, għandu jimplimenta l-wegħda elettorali li kien għamel u jttella' lis-segretarji eżekuttivi fil-kunsilli lokali fi Skala 4 tas-settur pubbliku.", "\"Il-Gvern qed ikaxkar saqajh biex iwettaq il-proposta tal-manifest elettorali Laburista tal-2017 fejn kien wiegħed li s-segretarji eżekuttivi fil-kunsilli lokali ikunu inkorporati fi Skala 4 tas-settur pubbliku u jingħataw il-benefiċċji kollha addizzjonali ma' din l-iskala.\"", "Dan wassal biex il-UĦM ordnat azzjonijiet industrijali fejn is-segretarji eżekuttivi mhux qed jagħmlu użu minn mezzi ta' komunikazzjoni bħal email u telefon.", "Aktar minn 80% tas-segretarji eżekuttivi qed isegwu din id-direttiva.", "Il-UĦM fakkret li fil-manifest elettorali 'L-Aqwa Żmien' kien ġie imwiegħed li s-segretarji eżekuttivi kienu se jiġu inkorporati fi skala taċ-Ċivil u jkollhom rikonoxximent bħala officer-in-scale .", "Iżda l-UĦM innottat li minkejja li kważi sena ilu, f'Ġunju 2020, il-gvern kien iddikjara li implimenta 76% tal-manifest elettorali Laburista tal-elezzjoni ġenerali tal-2017, il-wegħda lis-segretarji eżekuttivi ma twettqitx.", "\"Dan ixejjen għal kollox dak li qalet dan l-aħħar l-Assoċjazzoni tal-Kunsilli Lokali f'messaġġ lis-sindki li fih ipprovat tiġġustifika l-offerta li għamel il-gvern li fil-verità hi ferm inferjuri għal dak li kien imwiegħed erba' snin ilu.\"", "Il-UĦM wissiet li jekk il-gvern għandu għal qalbu l-kunsilli lokali u jinsab kommess li jimplimenta bis-serjetà l-manifest elettorali għandu minnufih iressaq proposti li jirriflettu dak li kkommetta ruħu dwarhom fl-2017.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e9cdd0447f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e9cdd0447f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/8-zghazagh-jghixu-fl-isptar-monte-karmeli/", "date": "8 ta' April 2021 10:14 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Fost il-128 pazjent li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-isptar Monte Karmeli, hemm tmienja li huma żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-35 sena.", "Dan intqal fil-Parlament mid-Deputat Prim Ministru u Ministru Għas-Saħħa Chris Fearne bi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Oliver Scicluna.", "Fit-tweġiba li ta l-Ministru, żied li \"Dawn il-pazjenti speċifiċi minn żmien għal żmien isir assessjar minn tim multidixxiplinarju sabiex jiġi determinat jekk dawn il-pazjenti jistgħux jiġu trasferiti f'akkommodazzjoni alternattiva.\"", "L-esperjenza ta' Belle de Jong \"M'hemmx pillola maġika, irrid nitgħallem ngħix bil-kundizzjoni\" – Belle Ftit tal-jiem ilu żagħżugħa li rċiviet kura u assessjer fl-isptar Monte Karmeli, tkellmet dwar l-esperjenza tagħha mal-kundizzjoni bipolar.", "Belle de Jong qalet li minkejja li mhux dejjem aċċettat is-sitwazzjoni, f'temp ta' sena rnexxielha tirkupra bl-għajnuna tal-professjonisti li ħadmu magħha f'dan l-isptar.", "Meta de Jong saret taf bil-kundizzjoni li kellha, kienet tmur Monte Karmeli kull ġimagħtejn biex titkellem mat-tobba u mal-psikjatra tagħha.", "Minkejja li ma kinitx tgħix l-isptar bħaż-żgħażagħ li hemm bħalissa, xorta waħda sabet l-għajnuna u l-appoġġ ta' nies dedikati.", "Hija titkellem ħafna favur is-saħħa mentali, u filwaqt li taf li qatt ma tista' teħles mil-kundizzjoni li għandha, tgħid kif Monte Karmeli għenha ħafna biex titgħallem tgħix biha.", "Monte Karmeli kien pass importanti biex iż-żagħżugħa tirkupra u ssib modi kif tikkontrolla l-ansjetà tagħha.", "Apparti l-mediċina u t-terapija, modi oħra li jgħinuha huma l-yoga, konverżazzjonijiet ma' sħabha, u li tmur togħdos.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606ed31fba710_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606ed31fba710_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/tinfetah-ir-raba-klinika-fil-komunita-ghall-anzjani/", "date": "7 ta' April 2021 9:20 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: DOI/Rueben Piscopo .td_uid_2_606e9aea7e4a9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606e9aea7e4a9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li d-Direttorat tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità fetaħ ir-raba' klinika li toffri servizzi u għajnuna relatati mal-kontinenza fil-komunità.", "Farrugia qal li minbarra l-kliniċi li nfetħu fiż-Żurrieq, il-Mosta u l-Ħamrun, issa nfetħet ukoll klinika oħra għall-klijenti fit-Tramuntana ta' Malta, fil-Mellieħa.", "Dan minbarra żieda li l-klijenti se jkollhom fl-għażla ta' prodotti ta' kontinenza skont il-bżonnijiet tagħhom.", "Huwa kkalkolat li hemm madwar 5,000 klijent li bħalissa qed jibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji.", "\"Wara li jsir assessjar fuq il-persuna, l-infermiera jaraw liema tip ta' skema jkollha bżonn u tingħata l-prodott skont il-bżonnijiet tagħha, servizz li se nassiguraw li ħa nkomplu ntejbu għal ħajja aktar komda\", qal il-ministru Michael Farrugia.", "Farrugia ħabbar ukoll li se jkun qed jinxtara portable bladder scanner biex dan is-servizz ikun qed jingħata wkoll mill-kliniċi tal-kontinenza ħalli l-pazjenti jkollhom l-aħjar attenzjoni għall-kundizzjoni tagħhom.", "L-Iskema A tipprovdi intitolament għal provvista ta' prodotti kompletament issussidjati.", "L-individwi eliġibbli jeħtieġ li jkollhom fil-pussess tagħhom Karta tal-Identità Speċjali-UE valida (SID-UE) maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), u li jsofru minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tagħhom.", "L-Iskema B tipprovdi intitolament għal provvista ta' prodotti parzjalment issussidjati wara valutazzjoni tal-kontinenza ħolistika.", "F'dan il-każ, l-individwi eliġibbli jridu jkunu ċittadini anzjani ta' 'l fuq minn 60 sena u li jbatu minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib ġenerali tagħhom.", "Il-proċess taż-żewġ skemi jibda fiċ-Ċentru Servizz Anzjan fejn jaslu l-applikazzjonijiet kollha u jiġu pproċessati biex jaraw liema skema jkunu intitolati għaliha.", "Sal-lum saru 607 żjarat fid-dar tal-klijenti, filwaqt li jingħata s-servizz ukoll fid-djar tal-anzjani.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e9aea7e732_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e9aea7e732_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/bhal-lum-35-sena-twieldet-regina-soraya/", "date": "8 ta' April 2021 9:00 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Kurżitajiet", "text": ["Soraya Queen bħala Marì fis-sensiela Division 7.", "Ritratt: Facebook - Soraya Queen .td_uid_2_606ed81535a75_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606ed81535a75_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Awguri lil Soraya Queen li llum tagħlaq 35 sena.", "Hija twieldet bħal-lum it-8 ta' April tal-1986.", "F'dawn l-aħħar snin Soraya kisbet suċċess fil-karattru ta' Marì fis-sensiela Division 7 li se tkun qed tirritorna fuq l-istazzjon One minn nhar l-Erbgħa li ġej għall-aħħar 4 puntati.", "Is-sena l-oħra Soraya telgħet fuq il-palk tal-Istitut Kattoliku meta ħadet sehem fil-produzzjoni Iz-Zija Lavinja u l-Pakkett ta' Polly.", "Għal għeluq sninha, Soraya ħalliet mesaġġ fejn qalet li mhux is-snin huma li jgħoddu iżda l-memorji li tagħmel matul dawn is-snin.", "Irrimarkat ukoll li \"bħal-lum 35 sena ilu kienet twieldet reġina\".", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606ed81535d43_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606ed81535d43_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ikomplu-jixhdu-l-esperti-kontra-yorgen-fenech/", "date": "8 ta' April 2021 9:55 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Assassinju Daphne, Lokali", "text": ["Illum issoktat il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, akkużat b'kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.", "Xehdu diversi esperti forensiċi, bugħaddasa involuti fit-tfittxijiet meta nstabu l-mowbajls qrib it-tinda tal-patata fil-Marsa, u uffiċjali tal-pulizija oħra.", "Minuta b'minuta mill-qorti…", "Bonġu minn awla 20.", "Bħalissa fl-awla hawn l-Ispettur Kurt Zahra, l-Avukat Charles Mercieca, xi xhieda u l-ġurnalisti.", "Is-seduta tibda minn hawn u ftit ieħor.", "Jidħlu fl-awla xi qraba ta' Yorgen Fenech, inkluż martu.", "Qed niċċaqalqu minn awla 20 għal 22.", "Jidher li s-seduta tal-lum se tittardja xi ftit.", "Bħalissa qegħdin fil-kuritur nistennew li nidħlu f'awla 22.", "Hawn ħafna nies billi mistenni li jixhdu 33 persuna, uħud minnhom esperti forensiċi.", "Għalissa tħallew jidħlu fl-awla l-avukati, il-ġurnalisti u anke l-qraba ta' Daphne Caruana Galizia.", "Hawn oħt il-ġurnalista, żewġha u binha Andrew Caruana Galizia.", "Aħna l-ġurnalisti qegħdin fil-gallarija ta' awla 22.", "Il-Maġistrat Rachel Montebello tidħol fl-awla.", "Kulħadd f'postu.", "Il-Prosekuzzjoni fuq naħa, magħmula mill-Ispettur Kurt Zahra, bl-Avukat Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ħdejh.", "Il-parte civile, magħmula mill-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia, bilqiegħda ħdejn il-Prosekuzzjoni.", "Id-Difiża tinsab bilqiegħda f'nofs l-awla.", "Jidħol Yorgen Fenech u jpoġġi wara l-avukati tiegħu, bil-gwardjani tal-ħabs bilqiegħda warajh.", "Il-Maġistrat tikkummenta fuq l-istorbju barra l-awla, fejn hemm mat-30 xhud jistennew.", "L-ewwel xhud hija Katia Vassallo, li ttraduċiet ix-xhieda ta' Matthew Caruana Galizia.", "Hija taħlef li ttraduċiet b'mod fidil.", "L-Ispettur Kurt Zahra jqum biex jgħid li jrid jagħmel referenza għal xi dokumenti.", "Jidħol Dr Ali Safraz, xhud ieħor li se jixhed bl-Ingliż.", "Huwa qed jixhed fuq rapport li għamel dwar il-mod kif inqatlet il-ġurnalista.", "Jgħid li r-rapport ikkonkluda li Daphne Caruana Galizia sofriet diversi ġrieħi mill-isplużjoni.", "Ix-xhieda tiegħu ntemmet.", "Il-Maġistrat għadha kemm ħarġet mill-awla.", "Il-Maġistrat lura fl-awla għax instab il-fajl li se jixhed fuqu l-patologu Mario Scerri.", "Ix-xhud jikkonferma li r-rapport inkwistjoni huwa tiegħu u jgħid li m'għandux xi jżid miegħu.", "Għalhekk, ix-xhieda tiegħu ġiet fi tmiemha.", "Illum is-seduta mistennija tkun mimlija xhieda qosra bħal dawn.", "Ix-xhud issa huwa Dr Vella, li qed jara rapport li għamel hu.", "Jgħid li kien imqabbad biex janalizza l-isplussiv li nstab fuq is-sit fejn inqatlet il-ġurnalista.", "Il-kampjuni kienu nġabru mill-pulizija Maltin u tal-Olanda u ngħaddew lilu, madwar 23 kampjun b'kollox, diversi drabi.", "Hu analizzahom fl-Università permezz ta' apparat apposta biex janalizza splussiv organiku.", "Fuq tlieta minnhom ġie kkonfermat il-materjal TNT.", "Sadattant, Yorgen Fenech qed jitkellem mal-avukati tiegħu.", "Dr Vella jgħid li tliet kampjuni li ttieħdu mill-pulizija minn Triq Tagliaferro fil-Mosta waqt tfittxija fil-5 ta' Diċembru u li ngħataw lilu fit-8 ta' Diċembru tal-2017, hu għaddiehom lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.", "Ix-xhieda li jmiss huma l-uffiċjali tal-pulizija Jesmond Cassar, Jonathan Attard u Alamango, li qed jixhdu flimkien.", "Huma jikkonfermaw li r-rapport imsemmi mill-Maġistrat ħejjewh flimkien.", "Wieħed mix-xhieda jgħid li tqabbdu mill-Maġistrat Vella biex iħejju rapport.", "Bil-lest ukoll.", "Issa se jixhdu disa' persuni.", "Dawn id-disa' persuni huma uffiċjali tal-pulizija, stazzjonati fost l-oħrajn fil-laboratorju xjentifiku tal-pulizija.", "Ix-xhieda qed jintwerew rapport li ħejjew huma.", "L-uffiċjal tal-pulizija Charlot Casha qed isemmi xi filmati li nġibdu fuq ix-xena tad-delitt.", "Il-boroż imsemmijin fir-rapport kien fihom: 491 ritratt u DVD wieħed 167 ritratt u DVD wieħed DVD wieħed u 13-il ritratt 1,221 ritratt u DVD wieħed.", "Il-pulizija jikkjarifika li b'DVD irid ifisser kopja diġitali tar-ritratti msemmijin.", "Huwa qed ikompli jispjega f'liema paġni tar-rapport hemm ir-ritratti msemmijin.", "Waqt dan kollu, Yorgen Fenech qiegħed jitbaxxa għal fuq il-bank ta' quddiemu biex jitkellem mal-Avukati Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran.", "L-Avukat Charles Mercieca jitlob li d-Difiża tara r-rapport li qed jixhed ix-xhud dwaru.", "Il-kontroeżami mid-Difiża ġie riżervat għal darb'oħra.", "Imiss jixhed uffiċjal ieħor tal-pulizija.", "Sadattant l-Avukati Difensuri qed jaraw ir-rapport bir-ritratti mix-xena tad-delitt fil-Bidnija li għadu kemm ġie diskuss fil-qorti.", "Yorgen Fenech jidher jittawwal lejn ir-rapport ukoll mill-bank ta' wara.", "Ir-rapport issa qed jgħaddi wkoll lid-Difiża.", "L-Avukat Charles Mercieca jgħid li l-kontroeżami huwa riżervat.", "L-Ispettur Charlot Casha mit-Taqsima Forensika baqa' fl-awla billi hu kellu inkarigi differenti b'rabta ma' dal-każ.", "Ikompli jgħid li hu mar l-Olanda b'xi dokumenti biex jgħaddihom lill-Europol.", "Casha kien ħa xi swabs għall-analiżi tad-DNA mingħand l-aħwa Alfred u George Degiorgio, akkużati b'dan id-delitt.", "Jieqaf jixhed l-Ispettur Charlot Casha u l-uffiċjali tal-qorti jkunu pronti li jnaddfu l-pedana tax-xhieda minħabba l-coronavirus.", "Jitla' jixhed uffiċjal tal-pulizija ieħor fuq rapport imħejji minnu.", "Jgħid li jagħraf ir-rapport li l-ewwel deher quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fil-każ kontra l-aħwa Degiorgio.", "Hu tqabbad jieħu r-ritratti ta' Peugot 108 mikrija mill-kumpanija Percius, identika għall-karozza li kienet qed issuq Daphne Caruana Galizia meta seħħet l-isplużjoni.", "Ix-xhud jgħid li fis-16 u 17 ta' Novembru tal-2017 għamlu xi eżamijiet fuq il-karozza inkwistjoni.", "Jitilgħu jixhdu aktar uffiċjali tal-pulizija.", "Jerġgħu jidħlu fl-awla l-Avukata Therese Comodini Cachia u tnejn mit-tfal ta' Daphne Caruana Galizia.", "Il-pulizija li qed jixhdu bħalissa qed jitkellmu fuq xi testijiet forensiċi li għamlu fit-tinda tal-patata tal-Marsa, fejn ġew arrestati l-aħwa Degiorgio u Vince Muscat.", "Wettqu eżamijiet ukoll fuq id-dgħajsa Maya (ta' Degiorgio), fuq dgħajsa bl-isem Kugen, fuq karozza Mercedes ipparkjata biswit it-tinda tal-patata, u fuq karozza Audi.", "Analizzaw ukoll apparat minn residenza fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi u Toyota Passo pparkjata f'Tal-Pietà.", "Intalbu jieħdu xi ritratti ta' post il-Marsa.", "L-Ispettur Zahra jistaqsi fuq it-teħid ta' xi apparat mill-baħar fil-Marsa mill-membri tal-Forzi Armati.", "Ix-xhud jispjega li t-tinda tal-patata kellha aċċess għall-baħar.", "Minn qiegħ il-baħar ittellgħu l-aġġeġġi mill-Forzi Armati, imbagħad għaddewhom lill-pulizija li ppakkjawhom u ħaduhom lura l-laboratorji.", "Ix-xhieda tal-pulizija tasal fi tmiemha.", "Il-kontroeżami tal-uffiċjali tal-pulizija li qed jixhdu huwa riżervat.", "Il-pulizija li qed jixhed bħalissa jgħid li saru tfittxijiet fil-5 u s-6 ta' Diċembru tal-2017 b'rabta mal-inkjesta tal-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.", "Ir-rapport li għandu quddiemu kien dwar dawn it-tfittxijiet.", "Bħax-xhieda ta' qablu, hu jelenka l-paġni fir-rapport li jikkonċernaw dak li qed isemmi.", "Jidħlu żewġ persuni oħra biex jixhdu.", "Ir-rapport huwa dwar tfittxijiet li saru mill-pulizija fl-4 ta' Diċembru tal-2017 fl-iskrivanija ta' impjegat tal-GO, ġo karozza Toyota Aygo pparkjata fil-binja tal-GO, u tfittxija oħra li saret l-għada, 5 ta' Diċembru, ġo garaxx f'Marsaskala.", "Jgħid li r-rapport jinkludi ritratti li ġibed ix-xhud stess fl-uffiċċji tal-GO.", "Dan kollu kien tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.", "Jitla' jixhed pulizija ieħor stazzjonat fit-Taqsima Forensika.", "Yorgen Fenech joħroġ mill-awla akkumpanjat mill-gwardjani tal-ħabs u jidher izappap.", "Jerġa' jidħol ftit wara.", "L-Ispettur Zahra jgħid li x-xhieda tal-forensika bil-lest għal-lum.", "Fadal jixhdu erba' bugħaddasa.", "Jixhed issa l-Kaptan Matthew Sant, li huwa l-uffiċjal kmandant u kien parti mill-Iskwadra tal-Isplussivi fi ħdan l-AFM.", "Huwa kien involut meta saru t-tfittxijiet.", "It-tfittxijiet bdew fl-4 ta' Diċembru u baqgħu għaddejjin sat-8 ta' Diċembru fil-baħar qrib it-tinda tal-patata fil-Marsa.", "L-ordni kienet li jagħmlu tfittxija f'qiegħ il-baħar għal kwalunkwe ħaġa relatata mal-bombi.", "Fl-ewwel jum instab mowbajl, u mbagħad bdew ifittxu aktar mowbajls li jaf jgħinu fl-investigazzjoni.", "Jgħid li hu fl-ebda ħin ma kellu mowbajl fil-pussess tiegħu, għax dak li kien qed jogħdos miegħu sabhom.", "Ix-xhud jesebixxi l-karta li xehed minn fuqha, li fuqha kellu xi noti.", "Dr Charles Mercieca jistaqsi lix-xhud kemm-il mowbajl instab.", "Hu jiċċekkja l-karta, u jgħid li nstabu sitt mowbajls.", "Dr Mercieca jistaqsi biex jara l-karta u l-avukati jagħtuha titwila.", "L-Avukat jgħid, \"Mela s-Surġent Falzon sab Nokia u Samsung, hux hekk?\"", "Ix-xhud jgħid li hekk hu, hemm kollox imqassam fuq il-karta.", "In-nota li għandu preparaha nhar it-Tnejn li ġej, jgħid ix-xhud meta jistaqsih l-Avukat.", "Jgħid li għamel in-nota skont dak li kienu kitbu fuq ir-rapport li ħejjew fi tmiem it-tfittxijiet.", "Kellhom persuna fuq l-art, u kull darba li bdew jitilgħu mill-baħar dil-persuna bdiet tieħu n-noti ta' li kien instab.", "Dan it-tagħrif imbagħad ġabruh f'rapport.", "\"Taf tgħidilna eżatt x'sar minnhom dawn in-noti?\" jistaqsi l-Avukat.", "Il-Kaptan jgħid li għandhom logbook fil-bażi tal-AFM u jniżżlu kollox hemm.", "Dr Mercieca jistaqsi jekk l-individwi li ġabru l-mowbajls humiex bugħaddasa.", "Ix-xhud jikkonferma.", "Jgħid li meta nġabru l-mowbajls, hu kważi dejjem kien preżenti.", "Kien hemm membri tal-Pulizija l-art jassistuhom u għaddewlhom il-mowbajls mill-ewwel.", "\"Hemm xi tfittxija li ma kontx preżenti għaliha?\" jistaqsi Dr Mercieca.", "Iwieġbu li jrid jiċċekkja fil-logbook.", "L-Avukat jistaqsi jekk rax min kienu l-uffiċjali tal-pulizija li ngħaddewlhom il-mowbajls.", "Ix-xhud jgħid li ma jafx eżatt min kienu n-nies.", "\"Ma noqogħdux nidħlu fid-dettall.", "Il-biċċa tax-xogħol tagħna kienet it-tfittxija,\" jgħid il-Kaptan.", "\"Kif wasalt għall-konklużjoni li kienu pulizija?\" jerġa' jistaqsi l-Avukat.", "Ix-xhud iwieġbu li l-post kien magħluq għall-AFM u għall-pulizija dak il-ħin.", "L-Avukat jibqa' jistaqsi fuq min kienet il-persuna li ngħaddewlha l-mowbajls misjubin fil-baħar.", "Ix-xhud jgħid li filgħodu qabel bdew it-tfittxija kienu miġburin biex jiftiehmu kif se jaħdmu.", "Kien hemm mal-50 ruħ u mhux kollha kienu pajżana.", "Il-kontroeżami ġie sospiż.", "Jixhed bugħaddas ieħor li kien involut fit-tfittxija fl-4 ta' Diċembru tal-2017.", "\"Ma qalulniex x'għandna nfittxu, inti tfittex… jekk tara xi ħaġa li tkun ta' suspett…\" jgħid ix-xhud.", "Ix-xhud kien involut meta nstabu fil-mowbajls.", "Jgħid li sabu Samsung u Nokia.", "Sabu batteriji tal-mowbajls ukoll.", "Fis-6 ta' Diċembru mbagħad sabu mowbajl ieħor.", "Mistoqsi kemm sab mowbajls, jgħid li ma jiftakarx eżattament peress li jkunu f'pari.", "Jixhed li ma jiftakarx liem mowbajl ġie f'idejh, imma jaf li sab xi mowbajl f'xi ħin.", "Ix-xhud ma jiftakarx kemm-il batterija tal-mowbajl sabu.", "\"Jidhirli li kien hemm xi sim card holder…\" jgħid ix-xhud.", "L-Ispettur Kurt Zahra jistaqsi lix-xhud hemmx xi mod kif ikun jaf min minnhom ġabar xiex.", "Iwieġeb li hu baqa' hemm – għamel l-ewwel u t-tieni tfittxija.", "F'kull tfittxija bdew jinżlu żewġ persuni.", "\"Jidhirli li hemm xi karta, ma nafx preżentahiex Matthew Sant…\" Il-Maġistrat tistaqsih jekk hu kienx jgħaddi l-informazzjoni lil xi ħadd biex iniżżilha.", "Jgħid li kien ikun hemm persuna – \"Ma nafx hux pulizija…\" Ikompli jgħid li ma kinux jieħdu xi notamenti.", "Dak li sabu għaddewh lill-pulizija immedjatament.", "Il-kontroeżami tad-Difiża ġie riżervat.", "Xhud ieħor, Ivan Falzon.", "Hu wkoll kien involut fit-tfittxija bħala bugħaddas mal-Armata.", "Jirrepeti dak li xehdu ta' qablu – l-ewwel tfittxija saret fil-baħar ħdejn it-tinda tal-patata fl-4 ta' Diċembru tal-2017.", "Dakinhar sabu żewġ mowbajls: Samsung u Nokia.", "Għaddewhom lil tal-forensika.", "Fit-tfittxija tas-6 ta' Diċembru, ix-xhud sab mowbajl ieħor, Nokia wkoll.", "Għaddewh lil tal-forensika wkoll.", "Mistoqsi fuq dokumenti, jgħid li jagħmlu rapport.", "Dr Mercieca jistaqsi lix-xhud, \"It-Tnejn ġejt ikkonsultat dwar xi noti fuq il-każ?\"", "Ix-xhud jgħid li ma ġiex ikkonsultat, sempliċiment irċieva t-taħrika biex jitla' jixhed.", "Huwa wkoll bugħaddas mal-Armata u kien parti mit-tfittxijiet.", "Dan ix-xhud qed jirrepeti dak li xehdu ta' qablu fuq it-tfittxijiet.", "Ix-xhud jgħid li nstabu erba' mowbajls tad-ditta Nokia fit-tfittxija li kien involut fiha hu.", "Għaddewhom lill-pulizija.", "\"Kuljum kważi, sat-8 ta' Diċembru,\" jgħid ix-xhud mistoqsi kemm-il darba kien involut fit-tfittxijiet.", "Il-kontroeżami għal dan ix-xhud huwa riżervat.", "Dawk kienu x-xhieda kollha tal-lum.", "Is-seduta li jmiss se ssir l-Erbgħa, 14 t'April fl-10am.", "Dr Caruana Curran jistaqsi dwar Melvin Theuma.", "Theuma xehed l-aħħar ġimagħtejn ilu, meta s-seduta kellha tintemm ħesrem għax kien qed iħossu ma jiflaħx.", "Wara rriżulta li kellu l-Covid-19.", "L-Ispettur Zahra jgħid li Theuma jixhed jekk iħossu aħjar.", "Dr Mercieca jgħid li hemm diversi kontoeżamijiet li tixtieq tagħmel id-Difiża.", "\"Id-Difiża lesta,\" jiddikjara Dr Mercieca.", "Fost ix-xhieda li d-Difiża trid tagħmlilhom il-kontroeżami, hemm l-esperti tal-Europol, Melvin Theuma, u anke Keith Schembri.", "Il-Qorti tgħid lid-Difiża biex tippreżenta lista ta' xhieda li trid tagħmlilhom il-kontroeżami.", "Is-seduta b'hekk ġiet fi tmiemha llum u l-każ ikompli jinstema' l-Erbgħa li ġej.", "Grazzi talli kontu magħna!", "Il-kumplament tal-ġurnata t-tajba.", "Sephora Francalanza Fl-aħħar seduta tlett ijiem ilu ssemma kif il-Pulizija talbet l-informazzjoni mill-mowbajl tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u anke ta' Edwin Brincat, ħabib ta' Cutajar magħruf bħala l-Ġojja.", "Dan kien ukoll ħabib ta' Melvin Theuma, is-sensar fl-assassinju li ngħata maħfra presidenzjali biex jgħid kulma jaf.", "L-aħħar seduta Il-Pulizija talbet id-data dwar il-mobile tal-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tippresedi l-każ.", "Is-Supretendent tal-Pulizija Keith Arnaud u l-Ispettur tal-Pulizija Kurt Zahra qed imexxu l-Prosekuzzjoni.", "L-Avukat Philip Galea Farrugia qed jidher f'isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.", "L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru f'isem il-parte civile.", "L-Avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jidhru għall-akkużat.", "Seduta preċedenti Lil Keith u Konrad m'arrestawhomx, allura għalija ġejjin? – Theuma .td_uid_3_606ee806d4f8d_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606ee806d4f8d_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/esklussiva-il-pulizija-mistennija-tibda-proceduri-issa-kontra-toni-bezzina-mp/", "date": "7 ta' April 2021 7:13 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Skont sorsi infurmati sew il-Pulizija mistennija tibda proċeduri kontra l-Perit Toni Bezzina, li huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrastruttura.", "L-istess sorsi qalulna li l-proċeduri se jkunu b'rabta ma' tibjid tal-kamra tal-bejt tal-każin tal-Partit Nazzjonalista taż-Żurrieq fl-2012.", "Ix-xogħol sar minn materjal li pprovda Bezzina, u dam għaddej għal tlett ijiem, bix-xogħol isir waranofsinhar.", "Dan huwa t-tieni każ fi żmien ftit jiem li ġie rappurtat li l-Pulizija se jieħdu kontra MP tal-PN.", "Il-każ l-ieħor huwa kontra Karol Aquilina.", "Min-naħa tiegħu l-Perit Bezzina qal lil Newsbook.com.mt illi \"ma għandi assolutament ebda idea jew informazzjoni li jien kont is-suġġett ta' xi investigazzjoni tal-Pulizija fuq dan il-każ, li feġġ fil-media tal-Partit Laburista għall-ewwel darba disa' snin ilu.\"", "Il-Perit Bezzina kompla jgħid li \"matul dawn it-tmien snin il-Pulizija la qatt ikkomunikat miegħi u lanqas qatt ma bagħtet għalija jew talbet xi stqarrija mingħandi.", "Minn dan il-każ saru biss kawżi ta' libell minn naħa tiegħi, bil-Qorti tiddeċiedi li f'każ minnhom kien hemm libell fil-konfront tiegħi u f'żewġ każi le\".", "Il-każ ilu minn Ġunju 2012 Il-każ imur lura għal Ġunju tal-2012 meta l-gazzetta tal-Partit Laburista Kullħadd u l-gazzetta tal-General Workers Union, L-Orizzont, irrappurtaw li Bezzina, li kien impjegat mad-Dipartiment tal-Public Works, bagħat ħaddiema tal-Gvern jagħmlu xi xogħol fil-każin Nazzjonalista waqt il-ħin tax-xogħol.", "Mill-2016, Bezzina kien tella' l-Qorti lill-midja Laburista darbtejn fuq malafama.", "Huwa kien rebaħ kawża ta' libell u tilef oħra.", "Minkejja li Bezzina ċaħad l-allegazzjonijiet, il-Partit Laburista baqa' jinsisti.", "Bezzina kien ammetta li huwa kien bagħat ħaddiema jagħmlu xi xogħol fil-każin tal-PN fiż-Żurrieq iżda kien qal li huma għamlu dan minn jeddhom wara l-ħin tax-xogħol.", "Dan kien kontestat u ħaddiem qal li kien għamel ix-xogħol għax qabbduh jagħmlu.", "F'Marzu 2017 Bezzina kien rebaħ libell kontra l-Orizzont.", "Il-Qorti sabet lill-gazzetta ħatja li mmalafamat lil Bezzina meta kitbet li huwa għamel pressjoni fuq il-ħaddiema biex jgħidu bil-ġurament li kienu għamlu x-xogħol minn jheddhom.", "Bezzina, kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq il-ħames distrett kien fetaħ każ ieħor, din id-darba kontra Joseph Muscat, dakinhar Prim Ministru, wara li f'laqgħa pubblika fl-2015 kien qal li Bezzina ġiegħel lill-ħaddiema jiffirmaw dikjarazzjoni falza.", "Muscat kien qed jirreferi għall-istess każ tal-2012.", "Il-Qorti tal-Maġistrati ddeċidiet kontra Bezzina, b'Bezzina jappella.", "Iżda f'Lulju tal-2018, l-Imħallef Anthony Ellul irrifjuta l-appell għax ma kienx ippreżentat rikording tad-diskors tal-Prim Ministru jgħid hekk.", "\"Il-PM ma qal xejn libelluż dwar Toni Bezzina\" – il-Qorti Proċeduri anke kontra Aquilina Xi jiem ilu l-Membru Parlamentari tal-PN Karol Aquilina ħabbar li ġie ppreżentat b'taħrika tal-Pulizija kontra tiegħu, b'rabta ma' inċident li seħħ f'Ġunju ta' sentejn ilu meta kien fi triqtu għall-Parlament.", "Dr Aquilina rriżenja mill-ewwel minn Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja u Riformi Elettorali kif ukoll minn Segretarju tal-Grupp Parlamentari tal-PN biex ikun jista' jiġġieled għall-innoċenza tiegħu.", "Insista li hu mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.", "Fit-30 ta' Marzu 2021: Aquilina jirriżenja minn kelliem tal-PN għax ħarrkuh dwar inċident tal-2019 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e9b20c1534_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e9b20c1534_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/affarijiet-li-qatt-mghandek-tifflaxxja-fit-toilet/", "date": "8 ta' April 2021 8:45 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Mid-Dar", "text": ["Ritratt provdut minn ilma.org .td_uid_2_606ea6ae73b99_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606ea6ae73b99_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-COVID-19 għamel lil kulħadd ħafna iżjed konxju tal-importanza tal-iġjene personali u l-bżonn li noqogħdu aktar attenti.", "Aktar kemm qegħdin jinbiegħu toilet paper, wipes u paper towels, huwa importanti li nikkjarifikaw x'tista' titfa' fit-toilet.", "Aktar minn qatt qabel, dan huwa ż-żmien li fih trid tevita li jinstadd it-toilet billi toqgħod attent meta tarmi xi affarijiet.", "Ħafna oġġetti li nużaw ta' kuljum ma jistgħux jintefgħu fit-toilet jew fil-katusa.", "Mingħajr ma taf kemm qed tagħmel ħsara u mingħajr din l-intenzjoni, jaf qed titfa' affarijiet fit-toilet li qegħdin isoddu s-sistema tad-drenaġġ, id-drenaġġ pubbliku u anke potenzjalment qegħdin jagħmlu l-ħsara lill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi.", "Għalhekk, hawn għandek lista ta' affarijiet li ma jistgħux jiġu fflaxxjati, sabiex il-katusi tiegħek ma jinstaddux u s-sistema tat-trattament tal-ilma mormi tibqa' għaddejja tajjeb.", "Xi wħud minnhom huma ovvji, imma hemm ukoll xi wħud li ħsibna li nistgħu narmuhom ġot-toilet imma li qatt m'għandhom jgħaddu mis-sistema tad-drenaġġ.", "Aqra wkoll: Kull qatra fis-sekonda tfisser 19-il litru kuljum!", "Il-paper towels – Veru, il-paper towels jixbhu lit-toilet paper, imma qatt m'għandhom jintremew fit-toilet.", "Il-paper towels huma effettivi ħafna biex inaddfu t-tixrid ta' xi likwidu, u għall-istess raġuni jistgħu jwaqqfu s-sistema tad-drenaġġ kieku tarmihom ġot-toilet.", "Apparti hekk, dak li jġegħilhom isoddu huwa l-fatt li ma jdubux fl-ilma.", "Il-wipes diżinfettanti – Il-wet wipes huma wieħed mill-agħar għedewwa tas-sistemi sanitarji moderni, u mill-bidu ta' dil-pandemija, l-użu tal-wipes diżinfettanti wassal għall-problemi tad-drenaġġ.", "Għalkemm fuq il-pakkett ta' dan il-prodott sanitarju jaf ikun hemm miktub li l-wipes tista' tifflaxxjahom, il-verità hi kompletament l-oppost.", "Dan għaliex kwalunkwe tip ta' wipes, jew dawk diżinfettanti jew dawk tat-trabi ma jiddiżintegrawx bħalma jagħmel it-toilet paper.", "Għalhekk, dawn huma l-kaġun meta jinstadd id-drenaġġ madwar id-dinja nofs id-drabi, u jistgħu jwasslu għal spejjeż għoljin ħafna tat-tiswija.", "Bl-istess mod, il-wipes kożmetiċi ma jdubux fl-ilma u għandhom impatt mhux mixtieq fil-proċess tat-trattament tad-drenaġġ.", "Fil-każ tal-wipes li jintużaw għat-trabi, dawn huma lixxi u ġentili, imma ma jinħallux bħalma jagħmel it-toilet paper.", "U avolja l-wipes mhumiex ta' ħsara għat-trabi, ma jfissirx li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.", "Il-wipes tat-trabi mhumiex dekomponibbli, u għalhekk m'għandhomx ikunu fflaxxjati.", "Kull tip ta' wipes li jeżistu jibqgħu sħaħ wara li tifflaxxjahom, u dan jista' jwassal biex il-katusi tad-drenaġġ jinstaddu u għalhekk, issir ħsara lis-sistema tad-drenaġġ.", "Aqra wkoll: Ara kif tista' tiffranka l-ilma fil-kċina Il-kondoms – Abbli ma tirrealizzax, imma anke jekk tifflaxxja xi kondom darba kultant, dan jista' jkun ta' ħsara għall-ambjent.", "It-toilets jaħdmu bl-istess prinċipji, kemm jekk tkun f'lukanda, u kemm jekk tkun f'darek stess.", "Jiġifieri anke jekk tkun ġo lukanda, xorta trid tkun responsabbli u ma tarmix kondoms użati fit-toilet.", "Jaf ikollok iċċempel lill-plumber biex isewwilek it-toilet u s-sistema tad-drenaġġ għax illum jew għada, il-kondoms użati se jimblukkawlek it-toilet.", "Peress li l-kondoms mhumiex bijodegradabbli, dawn jinġemgħu biss fid-drenaġġ ladarba jkunu fflaxxjati fit-toilet.", "It-tajjar jew il-cotton buds – Għalkemm it-tajjar jew il-cotton buds jaf jidhru żgħar biżżejjed biex tifflaxxjahom, dawn jistgħu jikkawżaw problemi kbar fil-katusi.", "Ħafna jirraġunaw li pere żempju, blalen żgħar tat-tajjar jixxarrbu u eventwalment jinħallu ġol-pajpijiet, imma ma jiġrix hekk.", "Dawn jistgħu jinġemgħu fil-kurvaturi tal-katusi u jsodduhom.", "Il-floss dentali – Anke l-floss dentali jista' jsodd il-katusi tad-drenaġġ, għalhekk jekk tifflaxxja dan il-ħajt irqiq, dan jista' jagħmel ħsara sinifikanti kemm lin-netwerk tad-drenaġġ u anke lill-ambjent.", "Il-floss tas-snien ma jinħallx faċilment ġol-ilma u jista' jinġema' aktar ma jgħaddi ż-żmien, jekk tkun ifflaxxjajtu.", "Jekk tifflaxxjah, il-floss jista' jitgħaqqad ma' oġġetti oħra li tifflaxxja warajh, u joħloq ċappa akbar li eventwalment issoddlok id-drenaġġ u l-katusi.", "Apparti dan, il-floss jista' jitgħaqqad ma' partijiet mis-sistema settika tad-drenaġġ tiegħek u jagħmel il-ħsara lill-apparat tal-ippumpjar.", "Għalhekk, wara li tkun ħadt ħsieb l-iġjene dentali tiegħek, armi l-floss fiż-żibel.", "Aqra wkoll: Skopri kif tista' tnaqqas l-użu tiegħek tal-ilma Ix-xagħar – Bħall-floss tas-snien, jekk tarmi x-xagħar ġot-toilet, dan jista' joħloq problemi akbar aktar tard.", "Ix-xagħar jifforma bħal xibka meta tifflaxxjah u faċilment jeħel ġol-pajpijiet tad-drenaġġ.", "Lil hinn minn dan, ix-xagħar qatt ma jdub, allura hemm riskju akbar li jimblokka s-sistema tad-drenaġġ.", "Il-loqom tas-sigaretti – il-loqom tas-sigaretti huma tossiċi u huma oġġett ieħor tal-iskart li jista' jitfa' kimiċi ta' ħsara fis-sistema tal-ilma.", "Ovvjament, ma rridux hekk fil-fluss tal-ilma tagħna!", "Iċ-ċikek tas-sigaretti mhux dejjem jinżlu ġol-katusa wara li tifflaxxjahom.", "Importanti li wara li tkun tfejt is-sigarett, tarmih ġoż-żibel.", "Il-mediċina – Ħafna nies forsi jaħsbu li tkun qed tagħmel sew u li hi l-iżjed ħaġa sigura li tifflaxxja l-mediċina ġot-toilet, imma mhix.", "Jekk għandek pilloli antiki li trid teħles minnhom, tifflaxxjahomx – l-ilma tat-toilet ma jiddiżintegrahomx kif suppost, u għalhekk il-mediċina tidħol fl-ilma u tista' tikkawża effetti ambjentali tossiċi.", "Dawn id-drogi jistgħu jirrovinaw batterja importanti li hi meħtieġa għall-proċess tat-trattament tal-ilma mormi, jistgħu jikkontaminaw l-ilma ta' taħt l-art u anke jaffettwaw l-ambjent.", "Għalhekk, jekk trid tarmi mediċina antika, skaduta jew mhux użata, l-aħjar ħaġa li tagħmel hi li toħodha ġo spiżerija biex jiddisponu minnha b'mod sigur.", "Il-prodotti sanitarji – It-tampons, il-pads sanitarji u prodotti sanitarji oħra huma ddisinjati b'tali mod li jassorbu l-likwidu u f'xi każijiet, jespandu ħafna aktar mid-daqs oriġinali tagħhom.", "Madankollu, fuq il-kaxxa tat-tampons, per eżempju, ikun hemm miktub li tista' tifflaxxjahom, iżda meta tintebaħ li t-tampons, il-pads, il-wipes u prodotti oħra li suppost tista' tifflaxxjahom jistgħu jirrovinawlek is-sistema tad-drenaġġ, tispiċċa terġa' taħsibha biex tifflaxxjahom.", "Biex żgur isserraħ rasek, dejjem għandek tarmi l-prodotti sanitarji fiż-żibel.", "Aqra: Kif innaqqsu l-ħela tal-ilma bil-monitoraġġ?", "Xaħmijiet, żjut u grass – Ir-regola hi li m'għandekx tarmi ikel ġot-toilet, speċjalment fil-każ ta' xaħmijiet, żjut u grass peress li dawn jaf ikunu problematiċi għall-katusi.", "Għalhekk, l-istess bħalma m'għandekx titfa' x-xaħam tal-ikel ġol-katusa, qatt m'għandek tifflaxxja dan ix-xaħam.", "Meta dan jibred, jagħqad u b'hekk jespandi, u jwassal għal riskju li jsodd il-katusi tad-drenaġġ.", "Jiġifieri wara li ssajjar, ħalli x-xaħmijiet, iż-żjut u l-grass jibirdu kompletament u jsiru solidi qabel ma tarmi dak li jifdal ġoż-żibel.", "Huwa importanti li nifhmu li t-toilets tagħna, kemm jekk id-dar kif ukoll ix-xogħol, mhumiex laned taż-żibel biex narmu l-prodotti tal-kura personali jew tal-iġjene.", "Huwa importanti wkoll li ngħallmu lil uliedna jimxu ma' prattiċi tajbin fil-kamra tal-banju.", "Kull meta tkun qed tifflaxxja xi wieħed mill-oġġetti msemmijin f'dan l-artiklu, mhux biss tkun qed tagħmel il-ħsara lis-sistema tad-drenaġġ, imma anke ttellef mit-trattament xieraq tal-ilma mormi u għalhekk tkun qed tikkontribwixxi għat-tniġġiż ambjentali.", "Dejjem żomm dan f'moħħok biex tipproteġi s-sistema tad-drenaġġ, in-netwerks tad-drenaġġ, l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi u fl-aħħar mill-aħħar, l-ambjent.", "Meta jkollok dubju, armi l-oġġett fiż-żibel minflok tifflaxxjah, u żur is-sit tagħna www.ppp.com.mt Kull qatra tgħodd.", "Dan it-tagħrif twassal minn ilma.org.mt Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606ea6ae73e3a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606ea6ae73e3a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-hajti-hija-ghazla-xinhi-l-istorja-ta-alex-u-anna/", "date": "8 ta' April 2021 7:38 AM", "category": "press, news, Lifestyle", "text": [".td_uid_2_606e9abf2e894_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606e9abf2e894_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} 'Ħajti hija Għażla' huwa ktieb ippubblikat mill-YMCA Malta u miktub minn Anthony Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-YMCA f'Malta.", "Dan il-ktieb jirrakkonta l-ġrajjiet diffiċli u l-ħajja iebsa ta' żewg żgħażagħ, Alex u Anna.", "Għalkemm l-istejjer ta' Alex u Anna huma differenti minn xulxin, it-tnejn li huma m'għandhomx saqaf fuq rashom.", "L-istejjer li huma rrakkuntati f'dan il-ktieb huma stejjer reali ta' nies li YMCA Malta ltaqgħet magħhom matul is-snin.", "Alex huwa ġuvni li ħalla d-dar tal-ġenituri tiegħu minħabba li kien abbużat u trattat ħażin minn ommu u missieru.", "Anna ħarbet mid-dar t'ommha u missierha meta kien għad kellha biss 15-il sena minħabba li l-ġenituri tagħha qatt ma ħabbewha u ma aċċettawhiex bħala persuna u lanqas m'aċċettaw l-għażliet tagħha.", "Alex jiltaqa' ma' Anna ġewwa burdell għaliex dak kien l-unika post li sab fejn jista' jgħix bi ftit flus.", "L-istorja tkompli ssegwi lil Anna u Alex, tesplora l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom u l-għażliet li huma jagħmlu.", "Matul dawn l-aħħar 50 sena, YMCA Malta ltaqgħet ma' ħafna persuni, familji u anke tfal li kienu għaddejjin minn mumenti ferm difffiċli fil-ħajja tagħhom.", "Kollha bl-istejjer personali tagħhom.", "Kollha b'esperjenzi differenti.", "Kollha ġarrbu l-ħajja b'modi differenti u esperjenzaw mumenti ta' niket u dieqa kbira.", "L-esperjenzi u t-trawmiet personali wasslu sabiex ħafna minn dawn in-nies tilfu dak kollu li ħadmu għalih f'ħajjithom, saħansitra darhom.", "Ħajti hija Għażla Il-vjaġġ li wieħed jibda mill-mument li jitlef id-dar tiegħu sakemm jerġa' jqum fuq saqajh huwa wieħed diffiċli, twil, mimli inċertezzi u dieqa.", "Huwa kkaratterizzat minn mumenti ta' biża'.", "Huwa vjaġġ iebes u li joħloq sens ta' konfużjoni għaliex ħafna nies ma jkunux jafu minn liema tarf se jibdew sabiex jerġgħu jieħdu r-riedni ta' ħajjithom f'idejhom.", "L-għażliet li nagħmlu f'dawn il-mumenti diffiċli ta' ħajjitna, jiddeterminaw il-futur tagħna.", "Huwa diffiċli li wieħed jifhem għalfejn persuna ħadet ċertu deċiżjonijiet ladarba ma tkunx qed tersperjenza l-istess sitwazzjonijiet.", "Din hija storja unika ta' individwi li jgħixu bla saqaf fuq rashom – il-pjaga soċjali, moħbija fl-intriċċi kulturali Maltin.", "Huwa għalhekk illi YMCA Malta qed tippubblika din l-istorja sabiex tkun ta' opportunità li nieqfu, naħsbu u nipprovaw nifhmu dak li jkunu għaddejjin minnu persuni u familji li ma jkollhomx post fejn jgħixu.", "Permezz ta' dan il-ktieb, YMCA Malta tixtieq tqajjem aktar kuxjenza soċjali dwar is-sitwazzjonijiet li persuni bla dar jinsabu fihom.", "Huwa faċli li wieħed jassumi li dawn il-persuni spiċċaw bla saqaf għax huma għażżenin u jridu jgħixu mit-taxxi tal-poplu, però ġeneralment dan ma jkunx il-każ.", "Jekk inti tixtieq tixtri dan il-ktieb tista' tikkuntattja lil YMCA Malta fuq 27674278 jew tibgħat email fuq info@ymcamalta.org.", "Filmat: €1 fix-xahar għall-pjattaforma tal-YMCA għaż-żgħażagħ Dan it-tagħrif twassal mill-YMCA Malta Muntaġġ: Sarah Salafia Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e9abf2ed68_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e9abf2ed68_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ghallimtni-kollox-fil-hajja-hlief-kif-nghix-minghajrek/", "date": "8 ta' April 2021 7:44 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Familja", "text": ["Ritratt: Facebook - Joanna Corser .td_uid_2_606e984c32afc_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606e984c32afc_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Bosta kienu dawk li sellmu l-memorja ta' Sophie Corser mill-Gżira li ħallietna fl-aħħar sigħat.", "Fost il-ħafna messaġġi kien hemm dak ta' bintha Joanna, li fl-1987 kienet irrappreżentat lil Malta fil-konkors tal-Miss World li kien sar fit-12 ta' Novembru fir-Royal Albert Hall ta' Londra.", "Hija kienet mil-lokalità tal-Gżira.", "Joanna kitbet li d-dwejjaq, il-vojt u l-uġigħ li qed tnħoss bħalissa huma insapportabbli u li l-unika konsolazzjoni tagħha hi li taf li m'għadhiex tbati u li fl-aħħar qed tistrieħ.", "\"Grazzi ta' dak kollu li għamilt għalija, ma' uliedi u l-familja kollha.", "Int kont u dejjem l-istilla tiegħi.", "Għallimtni kollox fil-ħajja ħlief kif ngħix mingħajrek,\" kompliet tikteb Joanna li ddeskriviet lil ommha bħala l-pilastru tas-saħħa tagħha.", "Ritratt: Facebook – Joanna Corser Fost dawk li wkoll ħalla l-messaġġ tiegħu kien hemm il-kantant Kurt Calleja.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e984c32da1_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e984c32da1_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/flimkien-bi-grajja-ta-omm-lil-tilfet-lill-bintha-fdisgrazzja/", "date": "7 ta' April 2021 5:00 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Flimkien Magazine", "text": ["Ritratt: Shutterstock .td_uid_2_606e839d5dcac_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606e839d5dcac_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-ħarġa ta' April tal-magazin tal-familja, Flimkien, hija mimlija b'artikli nteressanti għall-familja kollha fosthom storja ta' omm li tilfet it-tarbija tagħha f'disgrazzja.", "Newsbook.com.mt għal darb'oħra qiegħed iwassal lill-qarrejja tiegħu dan il-magazin maħruġ mill-Kappillani Maltin u li minħabba l-pandemija ma għadux jitqassam bieb bieb.", "Newsbook.com.mt se jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazine.", "Għal numru ta' ġranet il-qoxra tal-magazine se tkun qed tidher jew ma' xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle.", "Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menu li hawn in-naħa ta' fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menu li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN.", "Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazine.", "Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazine FLIMKIEN.", "Ma' kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazine u tkunu tistgħu tarawh.", "Omm li tilfet lil bintha f'disgrazzja Joyce Callus dwar meta t-tfal jidħlu f'pika Meta jkollok bżonn tagħmel MRI Għaliex Alla għarraq lid-dinja?", "Tista' tara l-verżjoni diġitali ta' FLIMKIEN billi tagħfas hawn ."]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-blanche-kienet-ghalliema-sakemm-ghalqet-ghajnejha/", "date": "8 ta' April 2021 7:51 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Familja, Aħbarijiet, Knisja", "text": ["Qudiesa tal-funeral ta' Blanche Mamo Funeral Mass of Blanche Mamo Posted by Parrocca Ibrag on Tuesday, April 6, 2021 .td_uid_2_606e9c377b2ea_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606e9c377b2ea_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ilbieraħ ingħatat l-aħħar tislima Blanche Mamo, għalliema u katekista stmata u maħbuba li mietet fil-jiem li għaddew, li Fr Blake Camilleri waqt l-omelija qal li baqgħet għalliema sakemm għalqet għajnejha għal dejjem, għax din kienet parti minnha.", "Il-funeral tagħha sar ilbieraħ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali Tal-Ibraġġ, fejn hi qattgħet 25 sena tgħallem id-duttrina u anke tikkordina t-tagħlim tad-duttrina għal 20 sena.", "Għal xi żmien hi u żewġha Albert kienu l-koppja mexxejja fil-korsijiet Ta' Kana u kienet il-Ministru tat-Tqarbin fl-istess Parroċċa.", "Apparti hekk, Blanche Mamo kienet għalliema fl-iskola San Anton fl-Imġarr.", "Il-Kappillan tal-Parroċċa Tal-Ibraġġ Fr Blake Camilleri semma storja li rrakkuntalu Albert, ir-raġel ta' Blanche, li peress li fl-aħħar ġimagħtejn ma kinitx qed iġġib ruħha bħas-soltu għax żviluppatilha kundizzjoni, darba minnhom hu staqsieha jekk tridx imorru l-knisja.", "Blanche libset il-maskra u kienet se toħroġ kif kienet.", "Fr Blake qal li dan juri kif għaliha l-kelma \"knisja\" kienet sinonima ma' \"irrid inkun hemm,\" għax daqshekk kien kbir is-sens ta' dedikazzjoni fiha.", "Huwa faħħar il-mod kif Blanche tat ħajjitha għall-Parroċċa Tal-Ibraġġ.", "Stqarr li, \"Blanche min-natura tagħha twieled għalliema u ħallietna għalliema.\"", "Dan kien jidher ukoll mill-mod kif kienet tibqa' kalma u trankwilla anke meta kien ikollha tfal fuq ruħhom fil-klassi, spjega l-qassis, għax għaliha l-aqwa li kienet twassal il-messaġġ.", "Fl-aħħar, il-qassis temm l-omelija billi rrifletta dwar il-fidi ta' Blanche.", "Stqarr li, \"Ma kinitx sempliċiment tattendi l-quddies, ma kinitx issaħħan is-siġġu, imma l-Knisja kienet tfisser għaliha impenn, xogħol favur il-bniedem u mħabba lejn kulħadd.", "Il-ħajja spiritwali tfisser li tgħid jien qiegħed hawn biex inħobb lill-oħrajn.", "Jalla l-kelma Knisja, il-kelma edukazzjoni jsiru fissru għalina missjoni.\"", "Aqra aktar Tmut l-edukatriċi Blanche Mamo Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e9c377b634_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e9c377b634_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/thassib-wara-jiem-ta-dizordni-u-glied-fl-irlanda-ta-fuq/", "date": "8 ta' April 2021 10:07 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Video Screen Grab - Irish Times .td_uid_2_606ed287aa38f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606ed287aa38f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson esprima t-tħassib serju tiegħu bil-vjolenza f'Belfast, l-Irlanda ta 'Fuq, li ħalliet numru ta' uffiċjali tal-pulizija midruba hekk kif id-dimostranti ħarqu karozzi u tefgħu bombi tal-petrol fuq il-pulizija.", "The way to resolve differences is through dialogue, not violence or criminality. — Boris Johnson (@BorisJohnson) April 7, 2021 Pulizija ġew attakkati, intefgħu bombi tal-petrol u karozza tal-linja ħadet in-nar f'lejl ieħor ta' diżordni f'Belfast.", "Huwa qal li l-mod kif jiġu solvuti d-differenzi huwa permezz tad-djalogu, mhux tal-vjolenza jew tal-kriminalità.", "Il-mexxejja tal-ikbar partiti politiċi tal-Irlanda ta' Fuq Sinn Fein u d-DUP ikkundannaw il-vjolenza, b'mod partikolari l-ħtif tal-karozzi tal-linja u attakk fuq ġurnalist tal-fotografija mill-gazzetta Belfast Telegraph.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606ed287aa67f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606ed287aa67f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/hlasijiet-ghal-applikazzjonijiet-rifjutati-ghandhom-jinghataw-lura-l-ombudsman/", "date": "8 ta' April 2021 2:42 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["L-Ombudsman irrakkomanda li ħlasijiet li jsiru għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għax-xogħol għandhom jingħataw lura f'każ li dawn l-applikazzjonijiet ma jintlaqgħux.", "F'ilment li ressaq lill-Ombudsman, ħaddiem mis-Serbja qal li ħallas €150 għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għall-permess ta' xogħol temporanju.", "Dan il-permess ma nħariġx minkejja li kemm is-Serb kif ukoll min se jħaddmu għaddew id-dokumentazzjoni kollha mitluba lil Jobsplus.", "F'Malta min jilmenta kontra l-Gvern joqgħod iktar attent Filmat: Għax Malta żgħira; kulħadd joqgħod attent – l-Ombudsman Mir-rapport tal-Ombudsman jirriżulta li minkejja sensiela ta' imejls bejn l-Aġenzija Identity Malta u Jobsplus, is-Serb beda jintbagħat minn entità għall-oħra biex ikun jista' jikseb il-permess temporanju tax-xogħol magħruf bħala l-'Blue Paper'.", "Madankollu, l-applikazzjoni tiegħu baqgħet pendenti, u eventwalment kellu jitlaq minn Malta għax it-terminu ta' tliet xhur li fih seta' jibqa' Malta mingħajr visa skadielu.", "L-Ombudsman irrakkomanda biex il-Jobsplus tassigura li kull min iressaq applikazzjoni għax-xogħol għandu jiġi informati bil-miktub li filwaqt li proċedura tal-ipproċessar tal-applikazzjoni bdiet, din tieħu l-ħin biex issir evalwazzjoni bir-reqqa tad-dokumentazzjoni kollha.", "Fir-rapport tiegħu l-Ombudsman ifakkar ukoll li l-applikant għandu jsegwi l-andament tal-proċess u jieħu ħsieb li r-residenza legali tiegħu f'Malta tkun estiża waqt dan il-proċess.", "Fir-rapport tiegħu l-Ombudsman saħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni u tal-komunikazzjoni bejn Identity Malta u Jobsplus.", "Huwa qal ukoll li l-uffiċjali għandhom ikollhom aċċess għal komunikazzjoni aħjar sabiex diffikultajiet tekniċi jkunu jistgħu jissolvew mingħajr dewmien żejjed.", "Skont ir-rapport, l-Ombudsman ġie informat illi mid-data tal-applikazzjoni sar titjib fil-proċeduri għall-ipproċessar ta' liċenzji ta' xogħol u 'Single Permits' addottati kemm mill-Jobsplus kif ukoll minn Identity Malta.", "Ir-rapport isemmi wkoll titjib fil-komunikazzjoni u kooperazzjoni aħjar bejn iż-żewġ organizazzjonijiet.", "Filwaqt li kkonkluda li Jobsplus kienet intitolata titlob €150 bħala ħlas għall-ipproċessar, fiċ-ċirkostanzi ta' dan il-każ, l-applikant kellu jingħata lura l-ammont li kien ħallas bħala sinjal ta' rieda tajba.", "Mir-rapport jirriżulta li din ir-rakkomandazzjoni ntlaqgħet u li s-Serb ingħata flusu lura.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606f081e88bf3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606f081e88bf3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/cassola-jitlob-investigazzjoni-dwar-jekk-ingabrux-flus-permezz-ta-e-grant/", "date": "8 ta' April 2021 3:40 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Facebook .td_uid_2_606f07cd4f554_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606f07cd4f554_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Kandidat indipendenti, Arnold Cassola qed jitlob lill-Kummissarju Elettorali, Joseph Camilleri biex jiftaħ investigazzjoni dwar jekk permezz tal-kumpanija E-Grant (jew Egrant) sarx ġbir ta' fondi, hekk kif \"dan il-mod imur kontra l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi\".", "Prof. Cassola rrefera għall-kitba ta' Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li kien kiteb isem il-kumpanija bħala E-Grant u mhux Egrant kif imdorrijin narawha miktuba.", "Hu saħaq kif dak li żvela Schembri saħħaħ l-impressjoni li l-kumpanija sigrieta twaqqfet biex tkun vejikolu għall-ġbir ta' fondi għall-Partit Laburista, bl-isem \"Election Grant\".", "Kien Newsbook.com.mt li fil-25 ta' Marzu li għadda tefa' d-dawl fuq il-mod kif Keith Schembri kiteb l-isem tal-kumpanija.", "Jumejn qabel ġie arrestat Schembri kien kiteb messaġġ fuq Facebook fejn kiteb l-isem tal-kumpanija Egrant b'mod li qatt ma konna rajnieh qabel, fejn fired l-ewwel ittra mill-kumplament tal-kelma u poġġa sing fin-nofs biex Egrant ġiet tidher bħala E-Grant.", "Bosta li nnutaw dan id-dettall qed jistaqsu jekk dan kienx sempliċiment żball tat-tipa ta' Schembri jew jekk Schembri kitibx E-Grant hekk apposta biex iwassal xi tip ta' messaġġ.", "Sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qal li diffiċli tiġġustifika li kien żball tat-tipa peress li fuq it-tastiera '-' hija 'l bogħod kemm mill-'E' kif ukoll mill-'G'.", "Barra minn hekk, l-istess sorsi qalu li kieku kien żball Keith Schembri kellu ċans li jikkoreġih.", "Żball jew messaġġ?", "L-inkjesta teskludi dak li allega Cassola – PL Il-Partit Laburista rreaġixxa għat-talba ta' Cassola biex il-Kummissjoni Elettorali tinvestiga.", "Fi stqarrija ta' tliet sentenzi, il-PL qal li \"t-talba tas-Sur Cassola hi mibnija fuq konġetturi fiergħa u bla ebda bażi.", "Dwar Egrant saret inkjesta maġisterjali li l-konklużjonijiet tagħha huma ċari u jeskludu dak li qed jallega Cassola.", "Il-Partit Laburista jippubblika l-accounts tiegħu u kien jagħmel hekk saħansitra qabel iddaħlet il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti\".", "L-ewwel darba li ssemma fil-pubbliku li l-E ta' E-Grant seta' kellha tifsira għaliha kien fil-festi tal-Indipendenza tal-2016, fejn f'intervista fuq il-Fosos tal-Furjana, l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien qal li l-E ta' E-Grant setgħet faċilment tfisser \"election\".", "F'Jannar 2020, l-eks spettur tal-pulizija Jonathan Ferris xehed li l-eks Ministru u eks Kummissarju Ewropew John Dalli kien qallu li l-kumpanija Egrant kienet saret għall-Partit Laburista.", "Meta kien qed jixhed quddiem l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, Ferris irrakkonta li kien bagħat għal Dalli ftit qabel telaq mill-Korp tal-Pulizija biex issieħeb mal-FIAU.", "F'mument minnhom, skont Ferris, Dalli ġibdu lejh u qallu \"Jekk trid tagħmel ftit ħoss, E-Grant hija tal-Partit Laburista.", "John Dalli dejjem ċaħad li qal dan il-kliem lil Jonathan Ferris.", "Egrant propjetà tal-PL – Dalli lil Ferris .td_uid_3_606f07cd4f866_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606f07cd4f866_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-irrid-nivverifika-qabel-niddikjara-l-pozizzjoni-tieghi-grech-dwar-toni-bezzina/", "date": "8 ta' April 2021 10:50 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Hekk kif Newsbook.com.mt żvela li skont sorsi infurmati sew, il-Pulizija mistennija tibda proċeduri kontra l-Perit Toni Bezzina, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrastruttura, Bernard Grech, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li se jkun qed jagħmel il-verifiki tiegħu biex ikun jista' jippronunzja ruħu aħjar.", "Dan wara li l-Erbgħa, waqt intervista fuq il-programm dwar ġrajjiet kurrenti, L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa, ġie mistoqsi dwar ir-rapport li kien għadu kif ħareġ fuq Newsbook.com.mt dwar kif il-Pulizija mistennija tibda' proċeduri b'rabta ma' tibjid tal-kamra tal-bejt tal-każin tal-Partit Nazzjonalista taż-Żurrieq fl-2012 kontra Toni Bezzina.", "Aktar dwar l-istorja Esklussiva: Il-Pulizija mistennija tibda proċeduri, issa kontra Toni Bezzina MP Il-Kap tal-Oppożizzjoni spjega kif kien għad ma kellux l-opportunità li jitkellem ma' Bezzina fuq il-każ, hekk kif l-istorja ġiet żvelata waqt li hu kien fuq il-programm.", "Qal kif se jkun qed jitkellem miegħu għax għandu l-obbligu, u kif dwar dan il-każ jaf biss dak kollu li kien fid-dominju pubbliku dak iż-żminijiet, meta kien ssemma l-każ.", "Sostna li hekk kif għaddew snin u jidher li l-Pulizija mistennija tieħu xi passi, se jivveriffika dak li ġara u b'hekk ikun jista' jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu.", "Mistoqsi mill-preżentatur, Mark Laurence Zammit jekk jieħux passi jekk dan kollu hu veru u jekk jitlobx lil Bezzina biex jirreżenja jekk hu l-każ, Grech reġgħa saħaq kif irid jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu dwar il-każ.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606ed1b94384f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606ed1b94384f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/anzjan-iwegga-gravi-waqt-li-kien-qed-jaghmel-xoghol-fi-stalla/", "date": "7 ta' April 2021 5:41 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Malta Police Force .td_uid_2_606eb46c0f3f1_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606eb46c0f3f1_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-Erbgħa, fis-01.00pm, anzjan ta' 78 sena weġġa' gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħolijiet fi stalla fi Triq tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi.", "Minn stħarriġ perliminari tal-Pulizija rriżulta li l-anzjan miż-Żejtun weġġa' waqt li kien qed jaħdem bi grinder.", "Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ssejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa' gravi.", "L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606eb46c0f68b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606eb46c0f68b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/bzonn-li-l-poter-tal-ispezzjonijiet-fid-djar-ma-jkunx-abbuzat-socjeta-civili/", "date": "8 ta' April 2021 1:08 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Jekk l-awtoritajiet għandhom ikollhom il-poter jidħlu fid-djar tan-nies minħabba l-miżuri tal-Covid-19, hemm bżonn li jkun hemm aktar salvagwardji biex jitnaqqas ir-riskju li dan il-poter vast jiġi abbużat.", "Dan ħabbritu n-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili, is-CSN fejn ilmentat kif l-ispezzjonijiet fid-djar minħabba l-imxija tal-coronavirus m'għandhomx ifixklu id-drittijiet fundamentali tal-poplu.", "Qalu kif meta kien hemm stat ta' emerġenza pubblika, id-drittijiet kienu jistgħu jiġu limitati minħabba l-poteri leġislattivi assoċjati mal-emerġenza, iżda hekk kif dan intemm, il-miżuri kollha permissibbli waqt l-emerġenza għandhom jintemmu wkoll, issa li qegħdin fi stat legali ta' normalità.", "X'qalet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika COVID-19: Prof. Gauci tikkonferma li uffiċjali tas-sigurtà jistgħu jidħlu fid-djar Saħqu kif irid ikun hemm stat ta' emerġenza ieħor jew aktar salvagwardji fil-mod ta' kif jintuża dan il-poter.", "Fost l-affarijiet li proponew kienu li: Il-poter li jidħlu fi djar tan-nies għandu jkun miktub ċar għall-kull awtorità li tgawdi dan il-poter, L-awtoritajiet jimxu b'linji gwidi pubbliċi ċari qabel ma jkunu jistgħu jidħlu f'dar, u mhux biss li jkollhom rapport minn terzi persuni, L-awtoritajiet jinżammu risponsabbli tal-użu tagħhom minn dan il-poter, u b'hekk ir-regoli li jimxu bihom għandhom ikunu pubbliċi u jkun hemm sistema ta' monitoraġġ tal-użu tiegħu, Kull persuna li tiġi soġġetta għal tfittxija f'darha għandha tkun tista' tappella jew tilmenta abbażi ta' regoli ċari pubbliċi, u mhux biss abbażi ta' poteri vagi.", "Is-CSN qalu wkoll li filwaqt li jaqbdlu mal-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne li qasam it-tħassib tiegħu dwar il-privatezza, ma jaqblux mal-Prim Ministru Robert Abela meta jgħid li għax xi ħaġa hija preskritta fil-liġi, allura ma tqajjimx kwistjonijiet legali.", "\"Nemmnu illi dan l-indħil, minkejja li hu ordnat bil-liġi, mhux assolutament neċessarju f'soċjetà demokratika u jistħoqq aktar salvagwardji sabiex jiġu mħarsa aħjar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem,\" ikkonkludew.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606ef85446351_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606ef85446351_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-ghadd-ta-persuni-mistennija-jitressqu-l-qorti-wara-glieda-f-tas-sliema/", "date": "7 ta' April 2021 6:08 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": [".td_uid_2_606e9b699b566_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606e9b699b566_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-pulizija mistennija tressaq numru ta' persuni l-Qorti wara li ġew iffilmjati fi ġlieda f'Tas-Sliema u l-Gżira.", "Fil-filmat karozza tidher qed tinstaq ġo karozza oħra, waqt li grupp ta 'nies qed jiġġieldu fit-triq.", "Mhuwiex ċar x'wassal għall-argument imma kelliem għall-pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-persuni involuti ġew \"identifikati, mitkellma mill-Pulizija, u se jinħarġu l-akkużi fil-konfront tagħhom.\"", "L-argument inqala fl-1 ta' April għall-ħabta tas-7:30pm.", "\"Grupp ta' persuni daħlu fl-Għassa ta' Tas-Sliema jirrapportaw li weġġgħu ħafif waqt argument fi Triq l-Imrabat, Sliema, li kompla fi Triq Ġianni Bencini, Gżira,\" skont il-puluzija.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e9b699b877_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e9b699b877_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/tumas-group-jipproponi-aktar-appartamenti-fil-progett-tal-halland/", "date": "7 ta' April 2021 7:09 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Id-deċiżjoni li jingħata permess għall-pjan kontroversjali biex l-ex Halland Hotel tiġi żviluppata mill-ġdid f'kumpless residenzjali ta' 10 sulari tista' tkun soġġetta għal appell mill-ġirien u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi, iżda l-iżviluppaturi diġà qed jaraw żieda fil-postijiet residenzjali mal-pjanijiet oriġinali.", "F'applikazzjoni ppubblikata din il-ġimgħa, il-Halland Developments Company Limited, sussidjarja ta' Tumas Group, qed tipproponi konfigurazzjoni mill-ġdid li żżid erba' postijiet residenzjali ma' aktar minn 70 li diġà huma approvati, flimkien ma' 3 spazji għall-parkeġġ tal-karozzi.", "Pjanijiet biex titwaqqa' l-lukanda, jitħaffer il-blat u jinbena \"proġett residenzjali ta' kwalità għolja\" kienu inizjalment sottomessi fl-2015 u ppubblikati fl-2018.", "Il-pjanijiet kienu kontroversjali, iżda l-Awtorita' tal-Ippjanar (PA) approvat il-proġett is-sena li għaddiet b'10 voti favur u 3, ir-rappreżentanti tal-NGOs ambjentali, l-Oppożizzjoni u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi, jivvutaw kontra.", "Ix-xahar li għadda, it-Times of Malta kienet żvelat li l-eks Kap Eżekuttiv ta' Tumas Group, Yorgen Fenech, bħalissa arrestat wara li ġie akkużat li kkonfoffa fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kien iddiskuta l-proġett ma' Johan Buttigieg, dak iż-żmien il-President Eżekuttiv tal-PA, qabel ma ngħata l-permess.", "Buttigieg, li kien esprima r-rieda tiegħu li jagħmel negozju ma' Fenech, irċieva preżentazzjoni dwar il-proġett f'Mejju tal-2019.", "Jumejn wara, hu talab biex jaqbeż il-kju fil-klabb 'Level 22′ ta' Tumas Group, b'Fenech jilqa' t-talba.", "Yorgen Fenech jipproponi negozju lill-Kap Eżekuttiv tal-PA Kif ingħata l-permess?", "Iż-żona li tinsab fiha l-lukanda hi attwalment żona għal postijiet detached jew semi-detached fil-Pjan Lokali tat-Tramuntana tal-Port, għalkemm mappa separata tipprevedi li jinżamm l-għoli eżistenti.", "Fl-oġġezzjoni tagħhom, l-appellanti, il-Kunsill Lokali tas-Swieqi u l-Kumpless Tal-Ibraġġ, qed jinsistu li l-PA għażlet interpretazzjoni kreattiva biex tiġġustifika l-għoti tal-permess.", "Huma enfasizzaw li l-policy li tippermetti li jinżamm l-għoli tal-bini eżistenti ma annullatx it-tqassim taż-żona bħala żona tal-villel, u li għalhekk, jistgħu jinbnew postijiet detached jew semi-detached fiż-żona.", "Għalkemm fittxew li jissospendu x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni waqt li l-appell kien pendenti, l-argumenti inizjali tal-appellanti naqsu milli jipperswadu lit-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.", "Il-lukanda l-qadima minn dakinhar twaqqgħet, u sar skavar estensiv fuq il-post.", "L-appell għadu pendenti, bis-seduta li jmiss skedata li ssir f'Ġunju.", "Iżda jekk ir-reviżjonijiet proposti huma xi indikazzjoni, l-iżviluppaturi m'għandhom l-ebda intenzjoni li jilħqu kompromess.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e9b2de9f52_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e9b2de9f52_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-aidan-iniedi-l-vidjow-ta-nahseb-fik/", "date": "8 ta' April 2021 7:00 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Mużika", "text": ["var tag=document.createElement(\"script\");tag.src=\"https://www.youtube.com/iframe_api\";var firstScriptTag=document.getElementsByTagName(\"script\")[0];firstScriptTag.parentNode.insertBefore(tag,firstScriptTag);var player;function onYouTubeIframeAPIReady(){player=new YT.Player(\"td_youtube_player\",{height:\"720\",width:\"960\",events:{\"onReady\":onPlayerReady}});} function onPlayerReady(event){player.setPlaybackQuality(\"hd720\");} .td_uid_2_606e8f32eacb0_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_606e8f32eacb0_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-kantant Aidan nieda l-vidjow tal-kanzunetta Naħseb Fik li kklassifikat fil-ħames post tal-festival Mużika Mużika.", "Il-kanzunetta għandha kliem u mużika ta' Aidan stess u saret popolari sew fuq ir-radjijiet lokali kif ukoll fil-klassifiċi ta' Apple Music, iTunes, Spotify.", "Permezz ta' Naħseb Fik Aidan jgħaqqad stil modern u kurrenti mal-lirika Maltija, b'ħoss ta' produzzjoni internazzjonali.", "Il-vidjow mużikali ġie miġbud minn Victor ABela f'Marsaskala filwaqt li x-xeni ta' taħt l-ilma ġew miġbuda fil-Malta Film Studios b'direzzjoni ta' Gary Bugeja.", "Aqra: Naħseb Fik ta' Aidan titla' fl-ewwel post tal-iTunes f'Malta Fil-vidjow jidhru wkoll Maria Ferrando u Jacob minn Models M. Aidan.", "Ritratt: mill-filmat Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_606e8f32eaf4d_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_606e8f32eaf4d_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/zlatan-ibrahimovic-huwa-karattru-gdid-ta-asterix-u-obelix/", "date": "9 ta' April 2021 8:30 PM", "category": "press, news, Sport, Internazzjonali", "text": ["L-istilla Żvediża tal-futbol Zlatan Ibrahimović se jkun qed jidher għall-ewwel darba fis-swali taċ-ċinema bħala karattru mid-dinja ta' Asterix u Obelix.", "Ibrahimović, li huwa plejer tat-tim Taljan ta' AC Milan, ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook.", "Ibrahimović f'Milan Ritratti: Ibrahimovic lura f'Milan Il-karattri ta' Asterix u Obelix, maħluqa fl-1959 minn Albert Uderzo u René Goscinny, dehru għall-ewwel darba fil-'comics' bħala eroj Franċiżi.", "Dawn it-tpenġijiet kienu kreazzjoni Franċiża fi żmien fejn 'cartoons' Amerikani bħal 'Superman' u 'Batman' kienu popolari madwar id-dinja.", "Il-karattri ta' Uderzo u Goscinny kisbu popolarità permezz ta' logħob bil-kliem, ċajt vojt, u karikaturi ta' politikanti Franċiżi ppreżentati bħala karattri Rumani.", "Permezz tal-kelma 'ANTIVIRUS' miktuba fuq l-isfond u l-kuluri assoċjati mat-tpenġijiet ta' Uderzo u Goscinny, il-plejer ta' 39 sena kkonferma rapporti li se jieħu sehem fil-film il-ġdid 'Asterix and Obelix: The Silk Road' li ħiereġ fl-2022.", "Ibrahimović, li diġà ttanta xortih fil-kant waqt il-festival mużikali Taljan Sanremo, se jkun qed jiddebutta fix-xena taċ-ċinema permezz tal-karattru Ruman Caius Antivirus.", "Wara esprima x-xewqa li jieħu sehem f'xi 'film'.", "Minkejja dan, l-aħbar li Ibrahimović se jkun fil-film immexxi minn Guillaume Canet, xorta waħda kienet ta' sorpriża.", "Ibrahimović, li skurja l-iktar gowls għal Milan din is-sena, għadu jrid jiffirma kuntratt ġdid.", "Minkejja li skurja 17-il darba fil-kompetizzjonijiet kollha li lagħab fihom, il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-aħħar tal-istaġun. .td_uid_3_6072891556f7a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072891556f7a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/jitwaqqfu-l-kampjonati-tal-basketball-tal-futsal-jibqghu-jittamaw/", "date": "10 ta' April 2021 8:33 PM", "category": "press, news, Sport, Lokali", "text": ["Ritratt ta' Markus Spiske minn Unsplash .td_uid_2_60728332ddd6e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60728332ddd6e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Basketball fi stqarrija ħabbret li l-kampjonati tal-Basketball se jitwaqqfu.", "Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern li ma jneħħix il-miżuri relatati mal-isports li daħlu fis-seħħ f'Marzu li għadda.", "Huma qalu li jinsabu ddispjaċuti li kellhom jieħdu din id-deċiżjoni minkejja l-isforzi kollha biex jiġu ssalvagwardjati dawk kollha involuti f'dan l-isport.", "Huma spjegaw li dawn l-isforzi żiedu n-nefqa tal-klabbs kif ukoll li kull player u uffiċjal kellu jagħmel swab test qabel kull logħba.", "Ritratt tal-assoċċjazzjoni tal-futsal Maltija Min-naħa l-oħra l-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Futsal qalet li bi ftehim mal-klabbs tal-futsal Maltin ġie deċiż li jibqgħu jippersistu u jittamaw li jkun hemm tmiem diċenti għal dan l-istaġun.", "Huma appellaw biex jitkompla l-isports u jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa.", "L-assoċċjazzjoni qalet li l-ġimgħa d-dieħla se tkun qiegħda tiltaqa' mal-klabbs biex ikunu jistgħu jiddiskutu iktar dettalji. .td_uid_3_60728332de021_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60728332de021_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/int-jixraqlek-il-ferh-kollu-li-toffri-din-id-dinja-lawrence-lil-maronia/", "date": "11 ta' April 2021 7:03 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Kurżitajiet", "text": ["Maronia ma' żewġha Lawrence Gary u binhom Liam .td_uid_2_6072837d044df_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6072837d044df_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Awguri lil Maronia Gray née Attard li llum qed tagħlaq 41 sena.", "Twieldet bħal-lum il-11 ta' April tal-1980.", "Għal bosta snin hija kienet tkanta u llum tiffokka aktar fuq in-negozju tagħha bħala stilista tax-xagħar.", "Hija wkoll mart il-kantant Lawrence Gray.", "Huma għandhom tifel, Liam.", "\"Nawgura lill-mara sabiħa tiegħi l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.", "Ħaqqha l-ferħ kollu li tista' toffri din id-dinja,\" kiteb dalgħodu Lawrence bħala messaġġ ta' awgurju f'għeluq sninha.", "Lawrence ddeskriva lil martu bħala persuna bi tbissima radjanti li tittrasmetti l-pożittività li hija meħtieġa ħafna f'dawn iż-żminijiet diffiċli li qed ngħixu.", "Fil-Festival Konkors kanzunetta Indipendenza ġiet fit-tielet post bil-kanzunetta Mistoqsija bi kliem ta' Peppi Azzopardi u mużika ta' Andrew Zammit.", "Waqt dan il-festival rebħet wkoll il-premju tat-televoting.", "Kienet wkoll tattendi l-iskola Act React u ħadet sehem fil-musical Fiddler on the Roof u fil-kunċert Beatle Mania.", "Maronia kellha wkoll kanzunetti bħal Ħabib ta' Dejjem, kif ukoll Jekk taf u l-popolari Goodbye Ange Eyes.", "Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6072837d04771_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072837d04771_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-tat-taxi-ma-jaqtax-qalbu/", "date": "11 ta' April 2021 7:39 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Televiżjoni", "text": ["IT-TIELET EPISODJU - nhar it-Tnejn 12 ta' APRIL.", "Charlie tal-Bojod jerġa' jipprova jinħabb man-nies ta' Ħal-Ħieles, filwaqt li s-sofor jibqgħu jiġru wara Puzzitu.", "John għadu nkwetat fuq il-ktieb li silfu Joe u ma jafx x'se jaqbad jagħmel.", "Sally tiltaqa' ma' Puzzitu imma ħadd ma stenna li se tkun laqgħa daqstant interessanti.", "It-taxi driver ma qatax qalbu u issa mar jagħmel rapport l-għassa.", "Imma x'rapport jagħmel ?", "Is-surġent beda l-investigazzjoni dwar il-ħruq tal-wheelchair.", "Iċ-Ċatt u ċ-Ċakkar isiru jafu li -s-sinjura Odette hija wkoll minn Ħal-Waħdu.", "U jsiru jafu aktar milli ħasbu.", "Dun Mundu jżur lil Ċikka, Xmun u Pietru bit-tama li jsir jaf min ħaraq il-wheelchair.", "Frank jibqa' jżur il-ħanut ta' Ġamri bit-tama li jiltaqa' ma' Ġina.", "Imma….", "Il-kappillan, ma' nies oħra, jmur jirranġa l-ħsara fil-faċċata tad-dar ta' Peppi.", "Anke Puzzitu jmur ukoll.", "U l-kappillan donnu se jibda jsib ħjiel tajjeb min ħaraq il-wheelchair.", "Il-partiti jagħmlu r-rallies u jwaħħlu l-posters.", "Imma ċ-Ċatt u ċ-Ċakkar ghandhom idea ohra.", "Posted by Nostalġija on Monday, April 5, 2021 .td_uid_2_60728bfbc202a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60728bfbc202a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Fit-tielet episodju mis-sensiela Nostalġija li jixxandar għada t-Tnejn fid-8.50pm fuq TVM Charlie tal-Bojod jerġa' jipprova jinħabb man-nies ta' Ħal-Ħieles, filwaqt li s-sofor jibqgħu jiġru wara Puzzitu.", "John għadu nkwetat fuq il-ktieb li silfu Joe u ma jafx x'se jaqbad jagħmel.", "Sally tiltaqa' ma' Puzzitu imma ħadd ma stenna li se tkun laqgħa daqstant interessanti.", "It-taxi driver ma qatax qalbu u issa mar jagħmel rapport l-għassa.", "Imma x'rapport jagħmel?", "Is-surġent beda l-investigazzjoni dwar il-ħruq tal-wheelchair.", "Iċ-Ċatt u ċ-Ċakkar isiru jafu li -s-sinjura Odette hija wkoll minn Ħal-Waħdu.", "U jsiru jafu aktar milli ħasbu.", "Dun Mundu jżur lil Ċikka, Xmun u Pietru bit-tama li jsir jaf min ħaraq il-wheelchair.Frank jibqa' jżur il-ħanut ta' Ġamri bit-tama li jiltaqa' ma' Ġina.", "Imma… Il-kappillan, ma' nies oħra, jmur jirranġa l-ħsara fil-faċċata tad-dar ta' Peppi.", "Anke Puzzitu jmur ukoll.", "U l-kappillan donnu se jibda jsib ħjiel tajjeb min ħaraq il-wheelchair.", "Il-partiti jagħmlu r-rallies u jwaħħlu l-posters.", "Imma ċ-Ċatt u ċ-Ċakkar għandhom idea oħra.", "Nostalġija għandu kitba u produzzjoni ta' Ronald Saliba, b'direzzjoni ta' Charles Stroud.", "Ritratt: facebook- Nostalġija Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60728bfbc2497_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60728bfbc2497_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/kejk-marokkin/", "date": "11 ta' April 2021 9:00 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Riċetti", "text": ["Ritratt: Clayton Brincat .td_uid_2_60729ed121842_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60729ed121842_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Riċetta u ritratt: Clayton Brincat Ingredjenti 4 bajdiet kikkra zokkor nofs kikkra żejt veġetali 2 kikkri dqiq self-raising 2 kuċċarini baking powder nofs kuċċarina melħ qxur u meraq ta' 2 larinġiet kuċċarina essenza tal-vanilla Metodu Ġo mixer ħabbat il-bajd maz-zokkor, ftit ftit żid iż-żejt, id-dqiq, il-baking powder u l-melħ.", "Żid il-meraq tal-larinġ, il-qxur u l-vanilla.", "Uża borma forn jew żewġ reċipjenti twal midluka b'naqra butir.", "Sajjar ġo forn sħun minn qabel, f'temperatura ta' 180 ̊Ċ għal madwar 35 minuta. .td_uid_3_60729ed121ae2_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60729ed121ae2_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-ema-tirrevedi-possibilta-ta-rabta-bejn-il-vaccin-johnson-johnson-u-t-tghaqqid-tad-demm/", "date": "9 ta' April 2021 4:19 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Internazzjonali", "text": ["Ritratt ta' Mat Napo fuq Unsplash .td_uid_2_607282f0ea958_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607282f0ea958_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ir-regolatur Ewropew tal-mediċini qed jirrevedi rabtiet possibbli bejn it-tgħaqqid tad-demm u l-vaċċin kontra l-coronavirus ta' Johnson & Johnson.", "Dan tħabbar wara li kienu rrapurtati erba' każijiet serji u rari ta' tgħaqqid tad-demm wara li ttieħed il-vaċċin, b'wieħed minnhom ikun fatali, skont l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA.", "Id-dikjarazzjoni tal-EMA qalet: \"Dawn ir-rapporti jindikaw 'sinjal ta' sikurezza', iżda bħalissa mhux ċar jekk hemmx assoċjazzjoni bejn it-tilqim bil-vaċċin tal-Johnson & Johnson u dawn il-kundizzjonijiet.\"", "Qalu li se jinvestigaw il-każijiet u se jiddeċiedu jekk hux se tkun meħtieġa azzjoni regolatorja, li ġeneralment tikkonsisti f'aġġornament tal-informazzjoni dwar il-prodott.", "Fil-11 ta' Marzu, il-vaċċin ta' Johnson & Johnson kien approvat biex jintuża fl-Unjoni Ewropea, iżda s'issa, dan l-vaċċin għadu ma bediex jingħata fl-UE.", "Approvat fl-UE l-vaċċin ta' Johnson & Johnson Il-vaċċin ta' Johnson & Johnson hu 67% effettiv fil-prevenzjoni tal-coronavirus u kompletament effettiv fil-prevenzjoni ta' admissjoni fl-isptar u fil-mewt mill-virus waqt it-trials, u bħalissa qed jintuża biss fl-Istati Uniti, taħt awtorizzazzjoni għall-użu ta' emerġenza.", "Dan il-vaċċin jispikka mill-oħrajn peress li tingħata doża waħda biss.", "L-EMA diġa investigat rabtiet bejn każijiet rari ħafna ta' tgħaqqid tad-demm u l-vaċċin tal-AstraZeneca, iżda din hi l-ewwel aħbar formali li l-vaċċin tal-Johnson & Johnson qed ikun eżaminat ħabba t-tgħaqqid tad-demm ukoll.", "Din il-ġimgħa l-Aġenzija Ewropeja tal-Mediċini, l-EMA kkonkludiet li filwaqt li l-vaċċin tal-AstraZeneca jista' jkompli jintuża fuq nies ta' kull età, is-sintomu tat-tgħaqqid tad-demm se jkun imniżżel bħala reazzjoni rari ħafna tal-vaċċin.", "It-tgħaqqid tad-demm jitniżżel bħala effett rari ħafna tal-AstraZeneca – EMA F'Malta, l-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini għadha qed tappoġġja l-vaċċin tal-AstraZeneca, għaliex qalet li l-benefiċċji jegħlbu kwalunkwe riskju li jaf għandha t-tilqima.", "L-Awtorità tal-Mediċini ttenni li l-vaċċin tal-AstraZeneca hu sigur .td_uid_3_607282f0eac12_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607282f0eac12_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/riveduti-l-pjanijiet-ghall-funeral-tal-princep-philip-minhabba-l-covid-19/", "date": "10 ta' April 2021 6:41 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Il-funeral ta' Prinċep Philip se jsir is-Sibt li ġej u l-massimu ta' persuni li jistgħu jattendu huwa ta' 30 persuna.", "Il-Prinċep Harry se jattendi għal dan il-funeral, iżda l-mara tiegħu li qiegħda tistenna tarbija ngħatat il-parir biex ma tivvjaġġax.", "Il-funeral se jsir fit-3pm ħin lokali u qabel se jkun hemm minuta silenzju biex tfakkar il-memorja tal-Prinċep.", "Il-pjanijiet għall-funeral tal-Prinċep Philip, li ilhom ippjanati għal ħafna snin, ġew riveduti minħabba l-pandemija tal-coronavirus, billi s-sitwazzjoni kurrenti ma tippermettix li jinġabru folol ta' nies biex jibku lid-Duka ta' Edinburgh.", "Il-Prinċep miet ilbieraħ fl-età ta' 99 sena.", "Huwa kien ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta II.", "Għadu mhux magħruf min se jkunu l-persuni li jattendu għal dan il-funeral iżda se jkun qiegħed jiġi mxandar b'xandira diretta biex il-pubbliku jkun jista' jsegwi.", "Kelliema għall-familja rjali appellaw lin-nies biex minflok jitħallew fjuri jsiru għotjiet ta' karità u biex jiffirmaw il-ktieb ta' kondoljanzi li jinsab online.", "Il-membri ewlenin tal-familja rjali jkollhom pjanijiet preparati għall-funerali tagħhom, u dawn jiġu aġġornati ta' sikwit.", "Ġurnali Ingliżi jirrappurtaw li d-Duka ta' Edinburgh aġġorna l-pjanijiet għall-funeral tiegħu ta' spiss.", "Dawn iridu jiġu approvati mir-Reġina.", "Li kieku ma kienx hawn il-pandemija, kienu jinġabru l-eluf f'Londra biex isegwu l-funeral, u l-vjaġġ tat-tebut tal-Prinċep Philip.", "It-tebut kieku kien jittieħed minn Londra għal Windsor b'Range Rover, imbagħad għal St George's Chapel għall-quddiesa.", "Il-Ministeru tad-Difiża Ingliż ħabbar li minn 12pm 'il quddiem, diversi bliet, fosthom Londra, Edinburgh, Cardiff u Belfast, se jisparaw il-kanuni b'tislima lill-Prinċep.", "Se jkun hemm 41 rawnd b'rawnd kull minuta.", "Xi bastimenti tal-Flotta Rjali wkoll se jisparaw il-kanuni b'tifkira tal-Prinċep, li serva bħala uffiċjal navali fit-Tieni Gwerra Dinjija.", "Ilbieraħ Imut il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh Il-ġurnal The Guardian qed jirrapporta li l-Prinċep Harry, in-neputi tal-Prinċep Philip, jaf ikollu jagħmel ħamest ijiem kwarantina jekk jattendi għall-funeral, peress li hu u martu Meghan qed joqogħdu l-Amerka.", "Dan sakemm ma jiġix eżentat.", "Din tkun l-ewwel darba l-Prinċep Harry se jirritorna l-Ingilterra wara l-intervista li hu u martu għamlu mal-preżentatriċi Oprah Winfrey li fiha tkellmu fid-dettall fuq il-mod kif ġew ittrattati mill-familja rjali.", "Huma allegaw li kien hemm razziżmu fid-diskussjonijiet tal-familja rjali dwar il-karnaġġjon ta' binhom Archie.", "X'qalet ir-Reġina fuq l-intervista?", "Stqarrija mir-Reġina wara l-intervista ta' Harry u Meghan .td_uid_3_6072b31c68ebf_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072b31c68ebf_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ivvandalizzati-mal-40-tabella-fl-ahrax-tal-mellieha/", "date": "10 ta' April 2021 7:44 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Facebook - Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti - FKNK .td_uid_2_607282e57bd33_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607282e57bd33_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Aktar minn 40 tabella ġew ivvandalizzati fl-Aħrax tal-Mellieħa minn persuni li għadhom mhux magħrufa.", "Dawn it-tabelli twaħħlu mill-membri voluntiera tal-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonjiet (Għknk Mellieħa) u mill-impjegati ta' Ambjent Malta fir-Riżerva tal-Aħrax tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).", "Ġie spjegat li dawn it-tabelli kienu jwissu biex ma jitħallix ħmieġ; ma jitqabbadx nar taħt is-siġar; ma jitqaċċtux siġar; waqt li oħrajn kienu jindikaw picnic u camping areas.", "Biex wieħed jagħmel camping irid ikun ġab permess mingħand il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa skond l-Avviż Legali 363.143.", "L-FKNK qalet li minkejja dawn l-atti vandali, huma mhux se jaqtgħu qalbhom iżda jimtlew b'iktar kuraġġ.", "Żiedu li huma diġà ordnaw sett tabella oħra biex jergħu jitwaħħlu.", "F'Ottubru li għadda il-Miżieb u l-Aħrax tal-Mellieħa għaddew uffiċjalment f'idejn il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjoni wara li ġew iffirmati żewġ ftehimiet.", "Ministri jistaħbew mill-ġurnalisti biex jagħtu l-Aħrax u l-Miżieb lill-kaċċaturi .td_uid_3_607282e57c1a4_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607282e57c1a4_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-fast-ferry-ghal-ghawdex-se-jibda-jopera-fgunju-li-gej/", "date": "10 ta' April 2021 8:55 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Josianne Vella .td_uid_2_607282fecf144_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607282fecf144_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Virtu Ferries ħabbret f'kitba fuq Facebook li minn Ġunju li ġej se jkun qiegħed jibda jopera s-servizz tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex.", "Dan is-servizz se jkun qiegħed jopera permezz ta' żewġ vapuri li se jkunu jesgħu 300 passiġġier kull bastiment.", "F'dawn il-bastimenti se jkun hemm ukoll żona fejn jistgħu jitpoġġew ir-roti madankollu passiġġieri bil-karozzi mhux se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz.", "Is-servizz se jkun kull siegħa minn Għawdex u mill-Belt Valletta.", "Kull vjaġġ se jieħu madwar 45 minuta u s-servizz se jkun qiegħed jibda għall-ħabta tas-6pm u jibqa' sejjer sal-10pm. .td_uid_3_607282fecf3ee_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607282fecf3ee_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/niftakru-flassana-cisse-sentejn-wara-li-nqatel/", "date": "11 ta' April 2021 8:00 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Xemgħa tpoġġiet fuq il-post fejn Lassana Cisse Souleymane ġie maqtul permezz ta' sparatura b'motivi razzjali fis-6 ta 'April, 2019.", "Dan huwa maħsub li kien l-ewwel qtil immotivat mill-kulur tal-ġilda f'Malta.", "Il-missier ta' tlieta kien miexi lejn iċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far meta sparawlu, miet u tħallew tnejn oħra midrubin f'dan il-hit and run.", "L-eks suldati tal-Forzi Armati ta' Malta Lorin Scicluna u Francesco Fenech ġew akkużati bil-qtil ta' Cisse Souleymane u l-attentat ta' qtil taż-żewġ immigranti l-oħra li kienu mixjin fl-istess triq ma' Lassana.", "Aqra iktar: Filmat: Sentejn minn meta nqatel Lassana Cisse minħabba l-kulur ta' ġildtu .td_uid_3_6072978b9a465_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072978b9a465_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/it-tazza-tad-dinja-lura-fuq-ir-rai/", "date": "9 ta' April 2021 7:00 AM", "category": "press, news, Sport, Internazzjonali", "text": ["Ritratt: Facebook - FIFA World Cup .td_uid_2_607283e55fdda_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607283e55fdda_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} It-Tazza tad-Dinja se tirritorna lura fuq ir-Rai wara li l-edizzjoni tal-2018 kienet ixxandret mill-Mediaset.", "Skond informazzjoni maħruġa l-istazzjon nazzjonali Taljan akkwista d-drittijiet biex ixandar 28 partita bejn il-21 ta' Novembru u t-18 ta' Diċembru tal-2022.", "Il-partiti l-oħra se jkunu qed jixxandar b'abbonament fuq Amazon Prime Video, li se jkun qed ixandar il-kampjonat għall-ewwel darba.", "Madanakollu jekk it-tim Taljan jgħaddi għas-semi finali u l-finali, awtomatikament se jkun qed ixandar dawn il-partiti.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607283e56008a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607283e56008a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/nirringrazzja-lil-dawk-kollha-li-ghenuna-fdan-il-mument-delikat-maia/", "date": "9 ta' April 2021 7:19 AM", "category": "press, news, Sport, Lokali", "text": ["Ritratt: Facebook - Patrick Maia .td_uid_2_6072896aab709_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6072896aab709_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ilbieraħ fuq il-midja soċjali beda jiġri aġġell biex il-Maltin jgħinu plejer tal-futbol li jilgħab ma' tim Malti u li minħabba l-pandemija mhux se jkunu qed jitħallsu, dan il-plejer li ismu ma ssemmiex, kellu problemi finanzarji sabiex iħallsu l-ispejjeż għall-kura li ibnu Luca għandu bżonn minħabba li għandu kanċer.", "Hi Everyone , this warrior is Luca, he was diagnosed with Cancer yesterday and tested positive for COVID19 and… Posted by Romeu Romão on Thursday, April 8, 2021 Minkejja li l-identità tal-plejer ma ġietx żvelata, il-Maltin minnufih taw l-għajnuna tagħhom u aktar tard kien żvelat li missier it-tifel bil-kanċer huwa l-plejer tal-Marsa F.C. Patrick Maia.", "Nirringrazzjakom b'qalbi kollha lil kull min ilu jgħinna b'kull mod f'dan il-mument delikat.", "M'għandiex kliem biżżejjed biex nirringrazzjkom,\" ikkummenta Maia fuq il-paġna tiegħu ta Facebook filwaqt li żied li hu hu għandu tama u fiduċja li l-Mulej se jgħin lill-familja jirbħu din il-battalja.", "Não se apavore nem desanime, pois o Senhor, o seu Deus, estará… Posted by Patrick Maia on Thursday, April 8, 2021 Min jixtieq jgħin jista' jagħti donazzjoni fuq Revolut (99797986) , BOV Mobile Pay (99797986) jew bank transfer fil-kont bankarju bl- IBAN: MT95 VALL 2201 3000 0000 4002 4490 025 .", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6072896aab981_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072896aab981_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/zaghzugh-ferut-gravi-wara-li-qala-daqqa-fargument-fhaz-zebbug/", "date": "10 ta' April 2021 5:16 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Miguela Xuereb .td_uid_2_6072830f16b48_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6072830f16b48_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala' daqqa f'argument li seħħ f'Ħaż-Żebbuġ dalgħodu.", "Iż-żagħżugħ ta' 22 sena mill-Gambja kien fuq xogħol f'sit ta' kostruzzjoni fi Triq Mikelanġ Sapiano meta qala' daqqa b'oġġett iebes mingħand raġel ta' 44 sena mill-Gambja wkoll, residenti San Ġwann.", "Dan kien għall-ħabta tal-11.15am.", "Marru uffiċjali tal-pulizija fuq il-post u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei, fejn iżjed tard irriżulta li kien weġġa' gravi.", "Inċident ieħor illum Ħaddiem iweġġa' gravi wara li waqgħet injama fuqu f'Ħal Far .td_uid_3_6072830f16df9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072830f16df9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-pico-de-gallo/", "date": "9 ta' April 2021 9:00 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Riċetti", "text": ["Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti 200g tadam imqatta' biċċiet żgħar 70g basal mill-aħmar, imqatta' kubi żgħar meraq ta' lumija żgħira 1 kuċċarina Cilantro, mqatta' biċċiet żgħar nofs Jalapeno, mqatta' fin ras ta' tewma, mqattgħa fina ħafna Nitfatrab tal-cumin melħ u bżar kemm tiggosta Method: Ħallat tajjeb flimkien l-ingredjenti kollha.", "Poġġi fil-friġġ sakemm tkun se tuża.", "Servi mat-tortilla chips jew uża ma' riċetti Messikani.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6072830b67307_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072830b67307_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/tintemm-il-protesta-pacifika-fhad-dingli-minn-moviment-graffitti/", "date": "10 ta' April 2021 2:42 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-Moviment Graffitti ħabbar it-tmiem tal-ewwel fażi tal-azzjonjiet tiegħu f'Ħad-Dingli wara li għal tliet ġimgħat irnexxielu jwaqqaf xogħol li ken qiegħed isir 'illegalment' minn Infrastructure Malta fuq triq skedata.", "Filmat: Jum wara, l-attivisti għadhom jipprotestaw kontra triq fir-raba' f'Ħad-Dingli Huma spjegaw li din il-battalja leħqet il-qofol tagħha wara laqgħa mal-Ministru tat-Trasport Ian Borg u l-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Frederick Azzopardi.", "Ġie spjegat li matul din il-laqgħa Borg u Azzopardi ċedew għat-talbiet tal-attivisti li l-pjanti tal-post jinħarġu fil-pubbliku, u qablu wkoll li ma jkomplux jaqilgħu iktar siġar tal-ħarrub Barra minn hekk, it-triq se tkun żewġ metri idjaq u għalhekk se tkun qiegħda tittieħed inqas art ODZ.", "Filmat: L-attivisti jitolbu laqgħa mal-Ministru u lnfrastructure Malta dwar triq f'Ħad-Dingli Il-grupp wissa li se jkun qiegħed isegwi mill-qrib ix-xogħol li se jkun qiegħed isir minn Infrastructure Malta.", "Huma qalu li fl-aħħar tliet ġimgħat, Azzopardi u n-nies tiegħu wrew safejn kapaċi jaslu.", "Il-PA u Moviment Graffitti b'verżjonijiet differenti dwar it-triq proposta f'Ħad-Dingli Moviment Graffitti saħaq li huwa jibqa' kontra din it-triq u l-bini mingħajr raġuni ta' aktar toroq skedati u jemmnu li dan kollu se jwassal għall-iżvilupp ta' iktar art ODZ.", "Il-grupp ikkummenta wkoll dwar kif IM biddlet it-ton tagħha fuq il-kwistjoni tal-esproprjazzjoni tal-art fejn ġimagħtejn ilu kienu qalu li kellhom il-permessi kollha f'idejhom u issa, wiegħdu lill-bdiewa u lir-residenti li x-xogħlijiet jibdew biss meta jkollhom l-esproprjazzjonijiet kollha finalizzati.", "Il-PA u Moviment Graffitti b'verżjonijiet differenti dwar it-triq proposta f'Ħad-Dingli Moviment Graffitti wissa li se jibqa' b'għajnejh miftuħin beraħ, għall-proġetti oħra fosthom tal-Imrieħel u Burmarrad, u toroq skedati oħrajn li qegħdin jinbnew mingħajr wisq konsultazzjoni, mingħajr notifika, permessi u d-dokumenti meħtieġa.", "Il-grupp qal ukoll li qed jiddiskuti possibiltajiet legali, filwaqt li stieden lir-residenti u lill-bdiewa minn madwar Malta u Għawdex biex jingħaqdu kontra l-ibbuljar ta' IM u biex ifittxu għajnuna legali fuq il-kwistjoni tal-esproprjazzjonijiet.", "Moviment Graffitti rringrazzja wkoll lir-residenti, lill-bdiewa u lil dawk kollha li appoġġjawh matul dawn it-tliet ġimgħat.", "\"Ninsabu verament kommossi bil-ġenerożità li rċevejna.", "Dan jimmotivana u jagħmlilna kuraġġ biex niġġieldu l-battalji li jmiss\", temm jgħid il-grupp. .td_uid_3_6072a11830537_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072a11830537_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/haddiem-iwegga-gravi-wara-li-waqghet-injama-fuqu-fhal-far/", "date": "10 ta' April 2021 2:34 PM", "category": "press, news, News, Local, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["📷: Miguela Xuereb .td_uid_2_60728301c9c2c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60728301c9c2c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ħaddiem dalgħodu ġarrab ġrieħi gravi wara li waqgħet injama fuqu hu u jagħmel xi xogħol f'Ħal Far.", "Kien għall-ħabta tad-9am li l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha ġo garaxx fiż-Żona Industrijali ta' Ħal Far.", "Meta waslu fuq il-post, il-pulizija sabu li Tuneżin ta' 32 sena residenti Wied il-Għajn, weġġa' meta waqgħet fuqu injama li nkisret waqt li kien qed iħott xi affarijiet minn ġo kontejner.", "Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, u hemm ġie ċċertifikat li weġġa' b'mod gravi. .td_uid_3_60728301c9ec3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60728301c9ec3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/draghi-jghid-li-erdogan-huwa-dittatur/", "date": "9 ta' April 2021 7:00 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Mario Draghi - Governo.It .td_uid_2_6072b0391d90d_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6072b0391d90d_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi akkuża lill-President Tork Tayyip Erdogan dittatur wara li dan umilja lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.", "Draghi saħaq li huwa importanti li tkun sinċier mad- \"dittaturi\".", "Von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel iltaqgħu ma' Erdogan f'Ankara nhar it-Tlieta.", "Il-kap tal-Kummissjoni dehret li nħasdet b'mod ċar meta ż-żewġt irġiel qagħdu fuq l-uniċi żewġ siġġijiet ippreparati, u rrelegawha biex tpoġġi fuq sufan fil-ġenb.", "Naħseb li ma kinitx imġieba xierqa u jiddispjaċini ħafna għall-umiljazzjoni li kellha jsofri von der Leyen, \"qal Draghi lill-ġurnalisti.", "\"Ma' dawn, ejjew insejħulhom dak li huma – dittaturi – li magħhom wieħed irid madankollu jikkoordina, wieħed irid ikun sinċier meta jesprimi viżjonijiet u opinjonijiet differenti,\" żied jgħid Draghi.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6072b0391db99_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072b0391db99_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/mhemmx-evidenza-ta-leaks-izda-konkluzjonijiet-ovvji-hyzler/", "date": "9 ta' April 2021 7:32 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler f'ittra lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li m'hemmx evidenza ta' leaks iżda konklużjonijiet ovvji.", "Hyzler saħaq li l-uffiċċju tiegħu jaddotta sigurtà stretta għal kull dokument u materjal miżmum minnhom.", "Huwa spjega li r-rapport għadda lill-Ispeaker u huwa tah lill-membri tal-Kumitat Parlamentari u għalhekk dan ir-rapport ma ġiex leaked mill-Uffiċċju tiegħu.", "Huwa kompla li qiegħed ikun hemm dewmien biex jiġu ppubblikati l-konkluzjonijiet tal-investigazzjonijiet u qegħdin iwasslu għal ħafna spekulazzjonijiet.", "Hyzler żied li huwa ra r-rapporti kollha fil-midja u ma hemmx evidenza li kien hemm leaks tar-rapport iżda li saru konklużjonijiet ovvji.", "Spjega li huwa jinforma lil persuna li qiegħed jiġi investigat u lil min għamel l-ilment li bħala Kummissarju huwa għadda ir-rapport lill-Ispeaker.", "Hyzler żied li huwa ma jgħaddix kopja tar-rapport lill-ebda persuna minnhom.", "Hyzler innota wkoll li fl-istorja li ppubblika Newsbook.com.mt fit-8 t'April jissemma promozzjoni personali iżda fir-rapport ma tinstabx semma wkoll kif Newsbook.com.mt staqsa lill-Ministru Carmelo Abela kemm kienet in-nefqa tal-kampanja ta' pubbliċità u dan juri li kieku din il-kamra tal-aħbarijiet ma ratx ir-rapport għax kienet tkun taf.", "Carmelo Abela misjub ħati ta' ksur tal-etika mill-Kummissarju tal-Istandards Fl-ittra tiegħu Hyzler saħaq li għandu jkun huwa li jiddeċiedi jekk rapport għandux ikun pubbliku jew le kif jagħmlu l-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO).", "Hyzler spjega li dawn iż-żewġ entitajiet bħall-Uffiċċju tiegħu jirrapportaw dirett lill-Parlament madankollu b'differenza, id-deċiżjoni dwar ir-rapporti mill-uffiċċju tiegħu ikunux pubblikati jew le hija f'idejn il-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Istandards.", "Huwa spjega li jifhem li dan jiġri biex tkun issalvagwardjata l-ħajja privata tal-persuna madankollu kien hemm diversi rapporti fejn huwa ma ħalliex ir-rapport ikun ippubblikat.", "Hyzler spjega li hemm tliet tipi ta' rapporti li jgħaddu għand il-Kumitat Parlamentari u dawn huma: Rapporti fejn wara investigazzjoni li ssir joħroġ li m'hemmx evidenza li twettaq att li jmur kontra l-etika.", "Rapporti fejn il-persuna investigata tinstab ħatja li wettqet att li jmur kontra l-etika u jiġi applikat artiklu 22(5) tal-Att u jinstab rimedju għal dak l-aġir li jkun twettaq.", "Rapporti fejn il-persuna investigata tinstab ħatja li wettqet att li jmur kontra l-etika iżda l-artiklu 22(5) ma jistax jiġi applikat u għalhekk il-Kumitat Parlamentati għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jiddeċiedi hu.", "Il-ġurnalisti għandhom id-dover li jippubblikaw stejjer ta' importanza nazzjonali – Beppe Fenech Adami Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-ġurnalisti għandhom id-dover li jippubblikaw stejjer ta' importanza nazzjonali.", "Żied li l-membri min-naħa tal-Gvern huma iktar interessati li joħonqu l-ġurnaliżmu f'Malta u x-xogħol tal-ġurnalisti u jipprovaw iwwaqqfu milli jkunu ippubblikati r-rapporti tal-Kummissarju tal-Istandards.", "Il-ġurnalist investigattiv l-obbligu tiegħu huwa fil-konfront tan-nies – Therese Comodini Cachia Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li ġurnalist investigattiv l-obbligu tiegħu huwa lejn il-poplu.", "Hija kompliet li l-interess pubbliku jitlob li kull kwistjoni li toħloq kwistjoni pubblika għandha tiġi ppubblikata.", "\"Il-kwistjoni fuq kunfidenza hija xi ħaġa interna tal-Kumitat li ma torbotx lill-ġurnalist,\" temmet Comodini Cachia.", "Il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista jibda jittieħed bis-serjetà meta jibda jirrispetta l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u mhux meta jużahom biss għall-iskopijiet politiċi tiegħu.", "Fi stqarrija l-PL kompla li l-istandards fil-Ħajja Pubblika jitolbu li l-Kumitat Parlamentari jkun rispettat u mhux imxekkel milli jiddiskuti u jiddelibera skont il-proċeduri stabbiliti.", "Żied li għalkemm huwa d-dritt tal-ġurnalisti li jfittxu l-informazzjoni, daqstant ieħor huwa dmir tal-politiċi li jirrispettaw l-istituzzjonijiet li jridu jaħdmu fihom.", "Il-PL jitlob investigazzjoni wara rapport li kixef Newsbook Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Laburista qiegħed jattakka l-ġurnaliżmu u b'talba għal investigazzjoni fuq sorsi, d-deputati tal-Gvern il-Ministru Edward Zammit Lewis u Glenn Beddingfield jagħżlu li ma jattendux għall-Kumitat għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.", "Żiedu li minflok assiguraw li tiġi rispettata l-governanza xierqa billi l-Kumitat għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika jippubblika r-rapporti li li tħejjew mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, id-deputati Edward Zammit Lewis u Glenn Beddingfield għażlu li jfixklu l-proċess tal-Kumitat u jippruvaw iwaqqfu d-diskussjoni.", "Posposta l-laqgħa tal-Kumitat għall-Istandards, wara li l-membri tal-Gvern ma attendewx .td_uid_3_607287425037c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607287425037c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-programm-tar-radju-taht-il-qoxra-bforma-u-kontenut-gdid/", "date": "9 ta' April 2021 10:08 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Kultura", "text": ["Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li l-programm tar-radju li jtella' kull ġimgħa, Taħt il-Qoxra ppreżentat minn Rachelle Deguara, se jibda jsir b'forma u kontenut ġdid.", "Taħt il-Qoxra issa daħal fir-raba' sena tiegħu.", "Iltqajna ma' għexieren ta' kittieba lokali, tkellimna dwar temi, oqsma, u ġeneri ta' kitba varji, u ma ddejjaqniex nistaqsu mistoqsijiet li firxu mill-informattiv sal-iskomdu.", "Il-progammi kollha li għamilna sa issa jipprovdu minjiera ta' informazzjoni utli għall-ħabbieba tal-kotba, l-istudenti, u anki l-akkademiċi, u jinsabu fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.", "Mill-Ħadd 11 ta' April il-programm se jieħu xejra oħra.", "Il-preżentatriċi, Rachelle Deguara, se tmexxi diskussjoni ma' aktar minn mistieden wieħed, li mhux bilfors ikunu kittieba biss, b'format aktar miftuħ li jistrieħ fuq skambju ta' ideat.", "Il-punt tat-tluq jibqa' l-kotba, iżda l-konverżazzjoni se tinfirex għal oqsma oħra tal-ħajja relevanti.", "Ladarba l-letteratura u l-kotba jitkellmu dwar l-ħajja, il-kittieb – sija jekk rumanzier, poeta, kittieb tal-memoirs u l-bqija – għandu ħafna xi jgħid u jiddiskuti ma' persuni b'xogħlijiet jew professjonijiet oħra fis-soċjetà.", "B'hekk qed nittamaw li b'dawn l-iskambji jinxteħet dawl ġdid fuq il-kotba Maltin, jiġi ġġenerat interess minn angoli differenti fil-letteratura Maltija, u naċċentwaw jew nixprunaw il-kontribut validu tal-kittieba Maltin fi mkejjen oħra tal-ħajja.", "Il-programmi l-ġodda se jibdew jixxandru diretti fuq il-Facebook tal-KNK nhar il-Ħadd fis-7.30pm b'mod awdjoviżiv, u fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.", "Għal dawk li jippreferu r-radju, fl-istess ħin u ġurnata l-programm ikun qed jixxandar fuq Radju Malta.", "U għal dawk li jkunu jridu jsegwu l-programm ħin ieħor, jistgħu jsibuh fuq is-serje jisimha 'Taħt il-Qoxra' fil-kont ta' Youtube tal-KNK , inkella fil-kont ta' Soundcloud fejn isibu wkoll il-programmi kollha l-oħra tas-sensiela l-qadima.", "Dan it-taghrif twassal mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60728c77a004c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60728c77a004c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/it-theddida-ta-hasil-ta-flus-fis-settur-volontarju-hija-reali-dr-abela-medici/", "date": "8 ta' April 2021 5:45 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Pixabay .td_uid_2_60728fab70943_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60728fab70943_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Dr Anthony Abela Medici qal li t-theddida tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-settur volontarju hija \"reali u apparenti\" kemm f'Malta kif ukoll internazzjonalment.", "Huwa kien qiegħed jitkellem waqt webinar li kien organizzat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) flimkien mal-Unità tal-Analiżi u l-Intelliġenza Finanzjarja (FIAU) u l-Kumitat Nazzjonali ta' Koordinazzjoni dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (NCC).", "Għal dan il-webinar attendew l-istaff kollu tal-Uffiċċju u numru sostanzjali ta' Organizzazzjonijiet Volontarji (VOs) b'total ta' 49 Organizzazzjoni.", "Matul id-diskors tiegħu Abela Medici nsista li l-aħjar forma ta' difiża hija li wieħed jipproteġi l-VOs u jkunu attenti għat-theddid li jistgħu jirċievu.", "Il-Kummissarju għall-Organizzazzjonjiet Volontarji, ħeġġeġ lill-VOs biex jieħdu dan it-theddid potenzjali bis-serjetà dan għaliex \"każ wieħed ma jaffettwax biss lill-organizzazzjoni volontarja iżda lis-settur kollu.\"", "L-eks viċi chairperson tal-Moneyval Yehuda Shaffer qal li \"l-OCVO jivverifika l-Organizzazzjonijiet Volontarji kollha biex itaffi t-theddida tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-settur.\"", "Shaffer, faħħar lill-OCVO għax-xogħol ta' diliġenza u verifika li kien qiegħed iwettaq fuq VOs ta' riskju medju u għoli biex jippreveni li jkun hemm ħasil tal-flus u l-finanzjament ta' terroriżmu.", "Huwa enfasizza li mhux veru li rregolaturi fis-settur volontarju jridu jagħlqu jew iwaqqfu x-xogħol magħmul mill-organizzazzjonijiet volontarji.", "L-espert internazzjonali dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, saħaq li minkejja li VO tkun organizzazzjoni volontarja żgħira, dan ma jfissirx li tali VO ma tistax tiġi mmirat biex tintuża għall-ħasil tal-flus jew biex ikun iffinanzjat it-terroriżmu.", "Shaffer semma li biex il-finanzjament tat-terroriżmu jkun ħażin, m'għandux jirrikjedi li l-fondi jintużaw attwalment biex jitwettaq attakk terroristiku imma anke jekk il-flus minn grupp terroristiku jintużaw biex għal raġunijiet oħra biex jaħslu l-flus.", "Andreea Capatina, mill-FIAU (Malta), saħqet li l-finanzjament tat-terroriżmu jista' jimmaterjalizza wkoll permezz ta' ammonti żgħar ta' flus.", "Hija semmiet li s-settur volontarju f'Malta jista' jkun attraenti għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament ta' attivitajiet ta' terroriżmu għal numru ta' fatturi.", "Dawn jinkludu, in-numru għoli u d-diversità tal-VOs, l-istima ta' reputazzjoni għolja li l-pubbliku għandu fil-VOs, il-fatt li s-settur huwa intensiv fi flus, il-volum ta' donazzjonijiet u l-involviment ta' transazzjoni barranin fi ħdan is-settur volontarju.", "Roderick Agius, id-Direttur għar-Ritorn Annwali u l-Konformità fi ħdan l-OCVO, tenna li l-Uffiċċju huwa impenjat li jiggwida u jgħin lill-VOs biex jimplimentaw l-aħjar prattiċi biex jissalvagwardjawhom minn attivitajiet illeċiti.", "Agius saħaq li din is-sett ta' għodda huwa mfassal biex jagħti lill-VOs l-għarfien u l-għodda meħtieġa biex jimmaniġġjaw ir-riskji u jipproteġihom mill-ħsara u l-abbuż.", "Agius enfasizza li l-VOs m'għandhomx joqogħdu lura milli jilħqu lill-Kummissarju u jagħmlu użu mill-formoli li l-OCVO jibgħat lill-VOs kollha.", "\"L-iskop mhux li tinħoloq il-biża' imma li jsir dak li hu skont il-liġi,\" temm jgħid Agius.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60728fab70be2_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60728fab70be2_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/zaghzugh-iwegga-gravi-wara-li-waqa-tarag-fresidenza-fis-swieqi/", "date": "9 ta' April 2021 7:57 AM", "category": "press, news, News, Local, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Miguela Xuereb .td_uid_2_607299a341922_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607299a341922_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Żagħżugħ ta' 21 sena, li jgħix Birkirkara, waqa' t-taraġ f'residenza, fis-Swieqi.", "L-inċident seħħ il-Ħamis għall-ħabta tal-11 pm fi Triq Fomm il-Għeliem, is-Swieqi.", "Mill-ewwel fuq il-post waslu l-Pulizija u tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.", "Hu ġie ċċertifikat li weġġa' gravi.", "L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607299a341bc8_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607299a341bc8_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ghawdex-se-jibqa-affettwat-bmod-negattiv-minhabba-r-restrizzjonijiet-fuq-l-ivvjaggar-gbc/", "date": "8 ta' April 2021 4:43 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Josianne Vela .td_uid_2_60728797c94d3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60728797c94d3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) f'reazzjoni għal mod gradwali li bih se jkunu qegħdin jitneħħew il-miżuri restrittivi tal-Covid-19 qalet li Għawdex se jkompli jkun affettwat b'mod negattiv minħabba li għad hemm restrizzjonijiet dwar l-ivvjaġġar bejn il-gżejjer.", "Filmat: L-istess protokolli se japplikaw għal titjiriet mil-Libja Il-Kamra kompliet li dan juri kemm il-gżira Għawdxija tiddependi mis-settur turistiku u spjegat li fl-aħħar xhur, dan is-settur tilef żewġ okkażjonijiet li fih ikun hemm għadd ta' turisti kif ukoll Maltin li jmorru Għawdex.", "Il-kamra għamlet referenza għall-Karnival kif ukoll għall-btajjel tal-Għid il-Kbir.", "Komplew li jittamaw li l-miżuri li ttieħdu sabiex tkun imrażżna l-imxija tal-Covid-19 iħallu l-effett tagħhom għall-perjodu twil ta' żmien.", "Huma spjegaw li dan il-perjodu huwa diffiċli għal kulħadd madankollu hemm ċertu negozji li sofrew iktar minn oħrajn fost oħrajn is-sidien tal-barijiet iż-żgħar li ħafna minnhom huma mmexxija mill-familji.", "Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija appellat biex l-Awtoritajiet tas-Saħħa jikkunsidraw xi punti fosthom x'inhu meqjus bħala essenzjali u dak le.", "Huma taw eżempju li xi ħwienet kellhom jagħlqu u oħrajn simili li baqgħu miftuħin.", "Il-kamra appellaw ukoll li l-awtoritajiet tas-saħħa biex jibqgħu jinvestigaw is-sitwazzjoni u jdaħħlu l-protokolli kollha neċessarji kif ukoll li kull turist li jiġi Malta għandu jippreżenta test tal-Covid-19 li huwa negattiv.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60728797c9779_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60728797c9779_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/prof-gauci-bl-ahhar-dettalji-dwar-il-pandemija-tal-covid-19/", "date": "9 ta' April 2021 12:25 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Lokali", "text": ["Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci tindirizza konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi dwar il-pandemija tal-coronavirus.", "Merħba għal dan il-live blog ta' Newsbook.com.mt", "Il-konferenza tal-aħbarijiet kellha tibda għall-ħabta ta' 12:30 pm.", "L-aħħar dettalji ppublikati mill-Ministeru tas-Saħħa: https://newsbook.com.mt/48-kaz-gdid-tal-covid-19/", "Prof. Gauci tgħid li ntbagħtu l-inviti li għandhom 'il fuq minn 60 sena u dawk li għadhom ma rċivewx għandhom jikkuntattjaw il-helpline 145.", "Ftit aktar minn 65,000 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin u allura għandhom l-immunità qalet Prof. Gauci.", "Skont rapport mill-Awtorità tal-Mediċini f'Malta jirriżulta li kien hemm mal-119-il rapport li kien hemm side effects minħabba l-vaċċini li ngħataw s'issa.", "Jirriżulta li kien hemm żewġ każi ta' blood clots f'Malta; l-ebda wieħed minnhom ma kien ikkonfermat li hu relatat mal-vaċċini", "Wieħed mill-każ kien wara li persuna ħadet il-vaċċin tal-Pfizer u persuna oħra wara li ħadet il-vaċċin tal-AstraZeneca.", "Illum ma kienu rrapurtati l-ebda mwiet kawża tal-COVID-19.", "Dwar il-varjant tar-Renju Unit: Prof. Gauci tgħid li s-sitwazzjoni baqgħet stabbli.", "75% tal-każi pożittivi ġejjin kawża ta' dan il-varjant.", "Sitwazzjoni fl-Isptarijiet: ITU, Mater Dei – 15-il pazjent Infectious Diseases Unit, Mater Dei – 10 pazjenti Swali oħra f'Mater Dei – 20 pazjent Fl-Isptar Ġenerali t' Għawdex – pazjent wieħed Fl-isptar Boffa – 5 pazjenti L-Isptar St Thomas – 4 pazjenti L-Isptar Karin Grech – 5 pazjenti Good Samaritan – 3 pazjenti L-Isptar Mount Carmel – pazjent wieħed", "It-total ta' pazjenti fl-isptarijiet jammonta għal 64.", "Il-persentaġġ ta' każi rrapurtati minn households naqas minn 56% niżel għal 49%.", "Anke l-każi fuq il-postijiet tax-xogħol naqsu ħafna qalet Prof. Gauci.", "8.4% huma l-każi ġejjin minn fuq il-postijiet tax-xogħol.", "Il-każijiet attivi f'Għawdex jammontaw għal 32.", "Dawk il-persuni li għandhom bejn l-20 u l-24 sena għandhom joqogħodu aktar attenti għaliex qed tiżdied ir-rata ta' każi f'dan il-grupp ta' età, qalet Prof. Gauci.", "L-età medja tal-vittmi tal-COVID-19 hu ta' 70.9.", "Dwar il-passiġġieri li jiġu Malta, Prof. Gauci qalet li l-persuni li jirrifjutaw li jġibu test magħhom se jitpoġġew fi kwarantina.", "Passiġġier mill-Bulgarija u ieħor ġej mill-Italja ttestjaw pożittivi għall-virus mal-wasla tagħhom Malta.", "Dan ġara matul il-ġimgħa li għaddiet.", "Prof Gauci qalet li l-Għaqda Dinija tas-Saħħa, l-WHO appellat lill-Awtoritajiet Maltin sabiex naqqsu r-rata ta' trażmissjoni fil-komunità sabiex ikunu jistgħu jinfetħu l-iskejjel.", "Prof. Gauci qed tagħti d-dettalji bl-Ingliż.", "Hi appellat sabiex in-nies josservaw il-miżuri anke jekk f'dawn iż-żminijiet it-temp ikun sabiħ u jħajjar lin-nies sabiex joħorġu mid-dar.", "S'issa ma ġewx irreġistrai varjanti oħra minn dawk li ġew irreġistrati s'issa, qalet Prof. Gauci.", "Dwar l-ittardjar tl-wasla tal-vaċċin: https://newsbook.com.mt/anzjani-jintbaghtu-lura-d-dar-ghax-spicca-l-vaccin/", "Prof. Gauci qalet li m'hemmx għalfejn ninkwetaw jekk l-appuntament tat-tieni doża jiġi pospost b'xi ġurnata jew tnejn għaliex mhux se tagħmel differenza.", "Dwar rapporti tas-side effects minħabba l-vaccine, dawn jiġu investigati mill-Awtorità tal-Mediċini.", "Dwar il-ftuħ tal-iskejjel Prof. Gauci qalet li dawn se jerġgħu jiftħu blistess protokolli li kien hemm fis-seħħ.", "Qalet ukoll li min ħa l-ewwel doża jkollu protezzjoni tajba kontra l-virus għalkemm naturalment mhux biżejjed.", "Dwar il-maskri fuq il-bajjiet għadhom obbligatorji.", "Prof. Gauci qalet li l-pazjenti li jinsabu fl-ITU għandhom bejn 45 u 75 sena.", "Dwar it-tiġijiet Prof. Gauci qalet li dawn jistgħu isiru kif imġabbar u jekk is-sitwazzjoni tibqa' stabbli u taħt kontroll.", "Dan jiddependi ukoll minn kemm in-nies jmixu mar-regolamenti, sostniet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.", "Dwar il-parties li jsiru Prof. Gauci tenniet li dawn huma kontra l-liġi u se tħalli f'idejn il-Pulizija sabiex jipproċedu skont il-liġi.", "Prof. Gauci kienet qed tirreferi dwar dak li ġie rrapurtat il-Ħamis: https://newsbook.com.mt/filmat-zghazagh-jidhru-jiddevertu-fparty-privat-fl-iklin/", "\"Importanti li min ħa l-vaċċin tal-AstraZeneca anke t-tieni doża tkun tal-AstraZeneca u mhux ta' xi vaċċin ieħor\" – Prof. Gauci.", "Għalissa ċertu attivitajiet tal-isport huma ta' aktar periklu minn non-essential shops, qalet Prof. Gauci .", "Hawn siemmiet li kien hemm ammont mhux ħażin ta' każi li rriżultaw minn attivitajiet sportivi.", "Dwar iż-żjarat fid-djar tal-anzjani: https://newsbook.com.mt/filmat-jistghu-izuru-lill-anzjani-sa-massimu-ta-zewg-persuni-mill-istess-household/", "Dwar l-infurzar minn naħa tal-Awtoritajiet, Prof. Gauci qalet importanti li jkun hemm l-għajnuna mingħand kulħadd u appellat sabiex jekk ikun il-każ in-nies jistgħu jirrappurtaw f'każ li jkun hemm sitwazzjoni f'residenza/i ikunu qed jinkisru r-regolamenti.", "Il-konferenza tal-aħbarijiet tieqaf hawn.", "Grazzi talli segwejtuna.", "Amy Borg Xi tħabbar dalgħodu Filmat: Jistgħu iżuru lill-anzjani sa massimu ta' żewġ persuni mill-istess household Anzjani jintbagħtu lura d-dar għax spiċċa l-vaċċin Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607285524ca09_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607285524ca09_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/anzjan-midrub-gravi-wara-hit-and-run-fhaz-zabbar/", "date": "10 ta' April 2021 8:36 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Miguela Xuereb .td_uid_2_607285bd8c26a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607285bd8c26a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li spiċċa vittma ta' hit and run f'Ħaż-Żabbar.", "L-inċident seħħ ilbieraħ f'xi s-7pm fi Triq Ħaż-Żabbar.", "Ir-raġel li għandu 64 sena u joqgħod iż-Żejtun intlaqat minn karozza li baqgħet sejra.", "Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. .td_uid_3_607285bd8c508_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607285bd8c508_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-5-skemi-tat-trasport-li-tista-tibbenefika-minnhom/", "date": "8 ta' April 2021 7:09 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": [".td_uid_2_6072835bb6e89_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6072835bb6e89_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-pubbliku se jkun jista' jgawdi minn ħames skemi li permezz tagħhom se jkunu qegħdin joffru inċentivi finanzjarji għall-familji Maltin biex jagħmlu użu minn mezzi ta' trasport aktar sostenibbli u effiċjenti.", "Dawn l-iskemi tħabbru mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg fejn qal li l-Gvern huwa kommess li jaħdem biex jasal għall-għan prinċipali li jkun hawn użu ta' trasport iktar nadif.", "L-applikazzjonijiet biex wieħed japplika għal dawn l-iskemi jinsabu miftuħin u wieħed jista' jsibhom fuq il-website ta' Transport Malta.", "Il-ħames skemi huma: L-Ewwel Grant: Skema li tinċentiva sabiex il-pubbliku jkun jista' jbiddel il-magni tal-karozzi tiegħu biex aktar vetturi jaħdmu bl-autogas Skema li tinċentiva l-użu ta' dual fuel systems fuq vetturi heavy duty li jaħdmu b'magna diesel It-Tieni Grant: Skema li tinċentiva x-xiri ta' vetturi li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent It-Tielet Grant: Skema li tinċentiva l-iskrappjar ta' vettura antika u x-xiri ta' vettura li taħdem bl-elettriku jew inkella plug-in hybrid għal individwi, kunsilli lokali, NGOs u negozji Ir-Raba' Grant: Skema tax-xiri ta' Pedelecs u Vetturi fil-Kategorija L Il-Ħames Grant: Xiri ta' vetturi li huma aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà permezz ta' wheelchair Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6072835bb71d4_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072835bb71d4_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-iskejjel-tal-knisja-jibdew-jifthu-minn-nhar-it-tnejn/", "date": "8 ta' April 2021 2:40 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Knisja, Lokali", "text": ["Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, b'konsultazzjoni mal-iskejjel tal-Knisja, ħabbar li l-iskejjel tal-Knisja se jibdew jiftħu min-nhar it-Tnejn 12 ta' April.", "Fil-livell kindergarten u primarju, l-iskejjel tal-Knisja se jiftħu fiżikament nhar it-Tnejn, 12 ta' April, b'osservanza tal-protokolli tas-saħħa, filwaqt li l-iskejjel sekondarji se jibdew il-lezzjonijiet online nhar it-Tnejn, 12 ta' April, u se jiftħu fiżikament nhar l-Erbgħa, 14 ta' April.", "Tħabbar ukoll li l-iskejjel fil-livell kindergarten, primarju u sekondarja li kellhom sistema ta' attendenza alternata minħabba l-ispazji li għandhom se jkomplu b'dik is-sistema.", "X'ħabbar il-PM Filmat: Skejjel Primarji u childcare centres se jerġgħu jiftħu mit-Tnejn Kull skola skondarja tal-Knisja se tiddeċiedi liema snin u liema klassijiet se jattendu fl-14 ta' April, ekwivalenti ta' żewġ forms bil-kumplament jibdew fiżikament il-Ġimgħa 16 ta' April, qal is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.", "Tħabbar ukoll li s-Sixth Forms tal-Knisja se jiftħu nhar it-Tnejn, 12 ta' April, skont l-indikazzjonijiet li se jagħtu l-kapijiet tagħhom u fl-istess ħin se jkomplu d-diskussjonijiet biex ikunu jistgħu jiftħu fiżikament skont il-protokolli tas-saħħa.", "Il-ġenituri huma mħeġġa jsegwu l-indikazzjonijiet li se jirċeivu mill-iskejjel rispettivi tagħhom.", "X'qalu l-MUT \"Ir-responsabiltà tal-ftuħ tal-iskejjel fl-aħħar mill-aħħar hi tal-gvern\" – MUT Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607289c63e4a9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607289c63e4a9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/rachel-mifsud-tirbah-3-minn-4-partiti-tat-table-tennis-fi-sqallija/", "date": "8 ta' April 2021 3:04 PM", "category": "press, news, Sport, Internazzjonali", "text": ["Rachel Mifsud fi Sqallija.", "Ritratt: https://ttausoniaenna.it/ .td_uid_2_6072a3c67810a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6072a3c67810a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-atleta Maltija tat-table tennis, Rachel Mifsud, il-ġimgħa li għaddiet ivvjaġġat lejn Sqallija akkumpanjata mill-kowċ tagħha Katia Mifsud biex tirrappreżenta lil A.S.D TT Ausonia Enna.", "Il-klabb laħaq l-ewwel pożizzjoni fil-klassifikazzjoni tan-Nisa tas-Serie B fejn Rachel kellha 3 rebħiet mill-4 logħbiet tagħha.", "F'Mejju Rachel għandha terġa' tikkompeti fil-play offs bil-possibbiltà li t-tim tagħha jiġi promoss għas-Serie A tan-Nisa.", "Il-Malta Table Tennis Association permezz ta' ftehim mal-Federazzjoni Taljana għamlitha faċli għall-membri tagħha biex jikkompetu f'kampjonati doppji għal aktar żvilupp tal-atleti tagħna.", "Wara l-konferenza stampa tal-bieraħ li saret mill-Prim Ministru, il-Malta Table Tennis Assosciation waqqfet l-avvenimenti Nazzjonali kollha li kien hemm pjanati.", "Maltese Table Tennis athlete, Rachel Mifsud,… Posted by Malta Table Tennis Association on Wednesday, April 7, 2021 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6072a3c6783b0_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072a3c6783b0_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/eunice-grech-fiorini-tinhatar-kap-ezekuttiv-tal-agenzija-tal-qrati/", "date": "8 ta' April 2021 5:06 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt MJEG .td_uid_2_60729111b0349_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60729111b0349_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Eunice Grech Fiorini hija l-Kap Eżekuttiv ġdid tal-Aġenzija tal-Qorti.", "Hija se tkun qiegħda tkompli fuq il-ħidma li wettaq il-predeċessur tagħha, Frank Mercieca, li serva f'diversi rwoli fil-qrati tal-ġustizzja f'Malta għal dawn l-aħħar 45 sena.", "Grech Fiorini serviet f'diversi karigi fosthom ta' direttur, assistent reġistratur, deputat reġistratur, prinċipal u clerk fil-Qorti għall-aħħar 23 sena.", "Hija serviet ta' assistent reġistratur bejn l-2014 u l-2018 u ta' direttur/reġistratur mill-2018 sal-lum.", "Hija gradwat mill-Università ta' Malta b'Baċellerat fl-Istudji Legali u laħqet prokuratur legali fis-sena 2009.", "Fi stqarrija l-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza qal li Eunice Grech Fiorini se tkun qiegħda tidħol fil-kariga ta' kap eżekuttiv mill-1 ta' Mejju 2021.", "Dan se jkun qiegħed isir sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm trasferiment tal-kariga b'mod gradwali u għaqli.", "Mercieca se jinħatar konsulent tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti għal perjodu ta' żmien sabiex tibqa' tintuża l-esperjenza tiegħu fis-settur tal-ġustizzja.", "Il-Ministru Edward Zammit Lewis irringrazzja lil Mercieca għas-servizz tiegħu fil-qasam tal-ġustizzja.", "Il-Ministru Zammit Lewis awgura lil Grech Fiorini għall-kariga ġdida tagħha u wkoll bħala l-ewwel mara li se tkun qiegħda tmexxi din l-aġenzija.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60729111b05d2_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60729111b05d2_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/eluf-ta-karti-mal-art-jikkawzaw-kongestjoni-fsanta-lucija/", "date": "9 ta' April 2021 6:04 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Naomi Mallia .td_uid_3_607285715a6e9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607285715a6e9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Iktar kmieni llum f'Santa Luċija għal xi ħin inġemgħu numru ta' karozzi wara inċident li seħħ mar-roundabout ta' Santa Luċija.", "Skont filmati u ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali jidher li eluf ta' karti waqgħu mal-art minn vann bil-konsegwenza li għalaq kważi żewġ karreġġjati.", "Ritratti li waslu għand Newsbook.com.mt juru li għall-ħabta tan-12.30pm, il-karti kienu kważi miġbura kollha. #td_uid_2_60728571587de .td-doubleSlider-2 .td-item1{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/09180318/WhatsApp-Image-2021-04-09-at-17.41.57-80x60.jpeg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_60728571587de .td-doubleSlider-2 .td-item2{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/09180329/WhatsApp-Image-2021-04-09-at-17.41.55-80x60.jpeg) 0 0 no-repeat} 1 minn 2", "Naomi Mallia"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-ministru-carmelo-abela-u-jason-azzopardi-mistiedna-fuq-103-maltas-heart/", "date": "10 ta' April 2021 7:38 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Andrew Azzopardi on 103, Lokali", "text": ["Ritratt fl-isfond: HSBC / Ritratti fiċ-ċrieki: Miguela Xuereb .td_uid_2_60728300d48d7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60728300d48d7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Read in English .", "Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela u d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ddiskutew l-allegazzjonijiet li għamel ilbieraħ id-Deputat Jason Azzopardi dwar il-Ministru Carmelo Abela meta implikah fl-attentat ta' serqa mill-HSBC fl-2010.", "Azzopardi qal li dak li għandu jgħid se jgħidu fil-qorti, filwaqt li l-Ministru baqa' jisħaq li din hi gidba malafamanti dwaru u li jrid inaddaf ismu minn dal-gideb.", "Dan qaluh fuq il-programm ta' Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart .", "Fost l-affarijiet li qal ilbieraħ, Azzopardi allega li Abela kien imwiegħed €300,000 minn din is-serqa.", "Il-Ministru rreaġixxa billi fetaħ libell lil Jason Azzopardi u ħa wkoll affidavit bil-ġurament.", "\"Li għandi ngħid se ngħidu fil-qorti\" – Azzopardi Jason Azzopardi beda l-intervent tiegħu billi qal li jrid jagħmel tliet punti: Li mhu se jżid xejn ma' dak li diġà qal Li dak li għandu xi jgħid se jgħidu fil-qorti Li dak li qal ilbieraħ kien diġà fid-dominju pubbliku.", "Huwa kkritika l-mod kif il-Ministru Carmelo Abela nqeda b'kummenti fuq il-ħajja personali ta' Azzopardi biex jirribatti dak li hu allega fuqu.", "Qal li kulma nafu fuq dal-każ hu li l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera rrekużat ruħha għax tat kredibbiltà lix-xhieda ta' Vince Muscat il-Koħħu, li kien involut fis-serqa tal-HSBC u li qal fil-qorti li jista' jsemmi Ministru preżenti fil-Kabinett li kien involut f'dan ir-reat.", "Hu talab lill-Imħallef tirrekuża ruħha minħabba l-kunflitt ta' interess, billi ħuha José Herrera huwa Ministru fil-Kabinett.", "Apparti minn hekk, il-Prim Ministru ma tkellimx fuq dal-każ, u m'għamel xejn, qal Azzopardi.", "Aqra aktar L-Imħallef Scerri Herrera tirrikuża ruħha fuq il-każ tal-HSBC Il-PM kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga l-allegazzjonijiet tal-Koħħu, iżda l-Kummissarju kien qallu li l-Koħħu ma jridx isemmi ismijiet.", "X'kien qal il-PM?", "Il-PM jgħid li l-Koħħu ma jridx jgħid min hu l-Ministru li semma \"Il-logħob u l-gideb ta' Azzopardi jrid jieqaf\" – Abela Min-naħa tiegħu, il-Ministru Carmelo Abela sostna li jeħtieġ li Jason Azzopardi jieqaf jigdeb u jivvinta dwaru.", "Qal li hu ħa azzjoni legali immedjata għax \"il-poplu diżgustat bil-logħob u l-gideb ta' Jason Azzopardi.\"", "Saħaq li hu jrid inaddaf ismu għax mhuwiex ħati ta' dak li qed jallega Azzopardi dwaru.", "Mistoqsi jekk offriex ir-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru sakemm inaddaf ismu, il-Ministru qal li lill-PM infurmah bl-azzjoni legali li ħa, iżda m'offriex ir-riżenja.", "Huwa ma qabilx li għax xi ħadd jivvinta \"gidba\" dwaru, għandu jirriżenja.", "Il-Ministru akkuża lil Jason Azzopardi li hu \"f'konfoffa mal-kriminali,\" billi filli jgħid li jrid bil-privileġġ parlamentari u filli jgħid li jrid fil-qorti bħala avukat.", "Saħaq li meta toħroġ il-verità, Jason Azzopardi se jkollu jirriżenja.", "Mill-programm…", "Bonġu u merħba għal dan il-blogg.", "Fl-10am Prof. Andrew Azzopardi se jiddiskuti mal-Ministru Carmelo Abela u d-Deputat Jason Azzopardi l-allegazzjonijiet li għamel Azzopardi fuq Abela lbieraħ.", "Aħna se naġġornawkom b'dak li qed jingħad fil-programm fuq 103 .", "Il-programm jibda issa.", "L-ewwel mistieden hu Jason Azzopardi .", "Prof. Azzopardi jikkummenta fuq kif Azzopardi m'għamilx dawn l-allegazzjonijiet bil-privileġġ parlamentari.", "Jistaqsih, \"Kemm int konvint li dan hu veru?\"", "Azzopardi jgħid li ma qal xejn li ma kienx diġà fid-dominju pubbliku.", "Jgħid li mhux se jżid ma' li qal, dak li għandu jgħid se jgħidu fil-qorti.", "\"Ministru li uża s-sitwazzjoni personali tiegħi bil-qerq…\" jgħid Azzopardi billi Abela semma l-ħajja personali tad-Deputat Nazzjonalista.", "Id-Deputat isemmi wkoll kif Abela kien uża l-fondi pubbliċi b'qerq għal xi xogħlijiet f'daru.", "Hu fakkar lin-nies f'dal-fatt u mbagħad il-Ministru rribatta billi semma affarijiet personali f'ħajjet Azzopardi.", "Id-Deputat Nazzjonalista mbagħad irribatta billi qal li minkejja li Abela qed jgħajru bil-qabar ta' Kristu, aħjar hekk \"milli nkun kompliċi fil-hold-up tal-HSBC.\"", "L-MP isemmi protest ġudizzjarju li kien tressaq kontra l-Prim Ministru – persuna qalet bil-miktub li hemm Ministru preżenti involut f'reat maġġuri.", "S'issa ma sar xejn fuq dal-protest.", "\"Sa dil-ġimgħa stess Imħallef irrekużat ruħha għax tat kredibbiltà lix-xhud li qed isemmi Ministru preżenti,\" jgħid Azzopardi fuq l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.", "Hi rrekużat ruħha wara talba ta' Vince Muscat il-Koħħu billi ħuha huwa l-Ministru José Herrera.", "Il-Koħħu qal li l-Ministru li qed isemmi hu mhuwiex Herrera imma xorta hemm kunflitt ta' interess.", "Aqra fuq il-każ hawn.", "\"Infetaħ libell.", "Tajjeb, anke Keith Schembri kien fetaħ libell kontra Simon Busuttil.", "Imbagħad kellu jwaqqgħu.\"", "Tagħrif fuq il-każ imsemmi hawn.", "Dr Azzopardi jgħid li l-kritika m'għandhiex tkun fuq aspetti personali.", "\"Ilni nilqa' u nisma' gideb u spinjaturi u ma nwiġibx… imma l- Ministru Abela li nstab ħati li abbuża minn flus pubbliċi għall-gwadann personali , ma ċaħadx, li fl-2015 uża ħaddiema tal-Gvern għal xogħlijiet f'daru.", "Jekk mhux hold-up ta' bank, dan delitt li uffiċjal pubbliku jagħmel użu minn fondi pubbliċi.\"", "Azzopardi jinsisti li m'hemm xejn milli qal ilbieraħ fuq Abela li ma kienx fid-dominju pubbliku.", "\"Dak li għamilt ilbieraħ biex naraw kif f'dal-pajjiż hemm allegazzjonijiet serji ħafna li s'issa nafu li mhux il-Ministru José Herrera.", "S'hemm nafu.", "Il-Prim Ministru ma jagħmel xejn.\"", "\"Il-poplu diżgustat bil-logħob u l-gideb ta' Jason Azzopardi.", "Jien niċħad kategorikament dawn l-allegazzjonijiet malafamanti u giddieba,\" jiddikjara l-Ministru.", "Jgħid li mar il-qorti biex juri kemm m'għandux x'jaħbi.", "\"Ma kkwotax li jien ċħadt kategorikament l-allegazzjoni l-oħra li għamel.", "Fil-Parlament tkellimt u poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra l-irċevuti kollha marbutin mal-każ,\" jgħid il-Ministru.", "Il-Ministru jinsisti, \"Il-logħob maħmuġ u giddieb ta' Jason Azzopardi jrid jieqaf.", "Għalhekk għamilt li għamilt.\"", "Il-Ministru jallega li Azzopardi huwa \"f'konfoffa mal-kriminali\" billi filli juża l-privileġġ parlamentari u filli jikkonfoffa mal-kriminali fil-qorti.", "Prof. Andrew Azzopardi jistaqsi jekk Abela ddiskutiex mal-Ministru Edward Zammit Lewis u ma' Glenn Bedingfield biex dawn ma jattendux il-laqgħa li fiha ġie diskuss ir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fuq il-Ministru Abela, il-Ministru kien evażiv fit-tweġiba tiegħu.", "Tagħrif fuq il-każ hawn.", "Mistoqsi offriex ir-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru, il-Ministru Abela qal li hu infurmah bil-passi li se jieħu biex jiddefendi ismu.", "\"Kieku ngħid li Prof. Azzopardi huwa traffikant tad-droga, titlaq mill-Università u tieqaf tippreżenta fuq ir-radju għax għamilt gidba malafamanti fuqek?", "Ħadt il-passi minnufih.\"", "\"Mhu se nħalli lil ħadd iħammeġ ismi.\"", "Il-Ministru qal li Jason Azzopardi għandu jirriżenja mill-kariga tiegħu meta jsir il-ġudizzju fuq dawn l-allegazzjonijiet.", "L-intervista ma' Dr Jason Azzopardi u mal-Ministru Carmelo Abela tintemm hawn.", "Il-programm ta' Prof. Azzopardi jkompli.", "Grazzi talli segwejtuna.", "Komplu isimgħu 103 !", "Sephora Francalanza Minn fejn beda dan kollu?", "Il-battibekk beda meta Azzopardi lbieraħ fuq Facebook xerred artiklu li jgħid li l-Ministru nbnietlu l-veranda tal-bejt mill-ħaddiema pubbliċi.", "Azzopardi staqsa kif ma ttiħdux passi kriminali kontra l-Ministru fuq hekk, b'referenza għall-aħbar li se jittieħdu passi kriminali kontra d-Deputat Toni Bezzina fuq xi tibjid f'każin fiż-Żurrieq.", "Meta Abela kiteb fuq Facebook bi tweġiba għal dak li qal Azzopardi, id-Deputat Nazzjonalista rribatta billi qal li minkejja li Abela qed jgħajru bil-qabar ta' Kristu, aħjar hekk \"milli nkun kompliċi fil-hold-up tal-HSBC.\"", "Azzopardi kompla billi allega li Abela kien kompliċi billi ta filmat ta' ġol-bank u ċwievet foloz, li kien imwiegħed €300,000 mis-serqa, u anke li kien kompliċi f'attentat ta' qtil fejn ġew sparati 67 tir.", "Apparti hekk, Azzopardi allega li Abela kien involut f'telefonati biex ikunu mhedda xhieda ta' hold-up, u anke telefonati fuq Signal mill-mandant.", "Meta seħħet is-serqa, Abela kien maniġer fl-HSBC.", "Qaluli li l-Ministru Carmelo Abela illum kiteb fil-konfront tieghi, minghalih jghajjarni bil-\"qabar ta' Kristu\" u b' \"… Posted by Jason Azzopardi on Friday, April 9, 2021 Il-Ministru sejjaħ l-allegazzjonijiet ta' Azzopardi \"gideb malafamanti u moqżież.\"", "Huwa mbagħad fetaħ libell lil Jason Azzopardi permezz tal-Avukat Pawlu Lia.", "Fil-Qorti llejla għadni kif ippreżentajt libell kontra Jason Azzopardi u ħadt affidavit bil-ġurament, wara l-gideb li qal dwari.", "Posted by Carmelo Abela on Friday, April 9, 2021 Is-serqa F'Ottubru, it-Times kienet irrappurtat li l-Koħħu qal lill-Pulizija li xi politiku għadda filmat ta' ġol-bank lill-ħallelin.", "Muscat irrefera għal dil-persuna mal-Pulizija bħala \"number 1.\"", "Qalilhom li l-filmat seta' għaddihulhom dan in-\"number 1\" jew persuna oħra viċin din, \"number 2,\" jew it-tnejn li huma f'daqqa.", "Skont il-Koħħu, l-ewwel persuna kellha tieħu miljun u t-tieni kellha tieħu €300,000 minn din is-serqa.", "Is-sitta l-oħra kellhom jieħdu miljun kull wieħed tal-involviment tagħhom.", "Il-Ministru jisfida lill-Koħħu Newsbook.com.mt kien staqsa lill-Ministru jekk jistax ikun hu l-Ministru li jinsab fil-Kabinett bħalissa li Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu implika li għen lill-kriminali f'xi ħaġa kbira li seħħet 10 snin ilu.", "L-implikazzjoni hi li din kienet l-attentat ta' serqa mill-kwartieri ġenerali tal-HSBC.", "Il-Ministru Carmelo Abela kategorikament ċaħad li hu l-Ministru msemmi minn Vince Muscat u sfida lill-Koħħu biex jgħid min hu dan il-Ministru.", "Il-Koħħu qal dan hu u jixhed fil-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Alfred u George Degiorgio dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, meta kien qed jagħmillu kontroeżami d-Deputat Nazzjonalista u Avukat Jason Azzopardi.", "Fi żmien is-serqa, il-Ministru Abela kien maniġer fl-istess bank, u għalhekk qamet spekulazzjoni dwaru, iżda hu ċaħad għal darba darbtejn li hu l-Ministru kkonċernat.", "Iċ-ċaħda tal-Ministru Filmat: Il-Ministru Abela jisfida lill-Koħħu biex jgħid min hu l-Ministru li semma .td_uid_3_60728300d4bd6_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60728300d4bd6_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ara-fejn-ghandek-tevita-ssuq-fix-xhur-li-gejjin/", "date": "8 ta' April 2021 8:03 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Facebook: Infrastructure Malta .td_uid_2_60729036cbe74_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60729036cbe74_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Infrastructure Malta ħabbret li għada se jkun qiegħed jinbeda x-xogħol ta' tħaffir tal-mini l-ġodda fir-roundabout tal-Gudja bħala parti mill-proġett tal-mini ta' Ħal Kirkop u l-Ajruport.", "Infrastructure Malta qalet li l-karreġġjata direzzjoni nofsinhar ta' Vjal l-Avjazzjoni (minn Ħal Luqa lejn il-Gudja/ l-Ajruport/ Ħal Far u Ħal Kirkop se tkun magħluqa għax-xhur li ġejjin.", "Huma appellaw biex il-pubbliku jsegwi t-tabelli lejn ir-rotta alternattiva minn Triq il-Gudja (biswit iċ-Ċimiterju).", "Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li bosta residenti li joqogħdu wara l-mini ta' Ħal Kirkop xebgħu fis-sitwazzjoni li jinsabu fiha minħabba x-xogħol li għaddej fit-toroq u li dan qiegħed joħloq inkonvenjent kbir.", "Mini Ħal Kirkop: \"Ir-residenti xebgħu f'din is-sitwazzjoni\" – Toni Bezzina Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60729036cc10e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60729036cc10e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ftehim-ghal-ghajnuna-lill-malta-parkinsons-disease-association/", "date": "9 ta' April 2021 10:56 AM", "category": "press, news, Lifestyle", "text": ["Ritratt: Clifton Fenech (DOI) .td_uid_2_6072cce19e28e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6072cce19e28e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ftehim bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Malta Parkinson's Disease Association (MPDA) se jkun ta' għajnuna biex 20 fiżjoterapista li jaħdmu ma' persuni milqutin mill-marda tal-Parkinson's ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom fid-dijanjosi, fit-trattament u fl-immaniġġjar ta' din il-marda.", "Huwa kkalkulat li f'Malta u f'Għawdex hawn madwar 1,500 persuna milqutin minn din il-marda.", "Permezz ta' dan il-ftehim, il-fiżjoterapisti se jkunu jistgħu jipparteċipaw f'kors virtwali li se jkun qed jingħata minn trainer barrani li jispeċjalizza fil-marda tal-Parkinson's. Il-marda tal-Parkinson's taffettwa s-sistema tan-nervituri fil-ġisem tal-bniedem u sa issa m'hawnx kura għaliha.", "Din il-kundizzjoni hija kumbattuta b'medikazzjoni, b'terapiji u b'forom oħrajn ta' benesseri.", "Nhar il-Ħadd 11 ta' April huwa l-Jum Internazzjonali tal-Marda tal-Parkinson's. L-iskop wara dan il-jum huwa li jkun hemm aktar għarfien dwar il-marda.", "Huwa kkalkulat li madwar id-dinja hawn madwar 10 miljuni milqutin minn din il-marda.", "Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li, \"Meta wieħed jgħid li f'pajjiżna hawn madwar 1,500 persuna milqutin mill-marda tal-Parkinson's irid jikkunsidra li dan ifisser li hawn 1,500 familja li jħossu l-piż ta' din is-sitwazzjoni.", "Persuna milquta minn din il-marda trid attenzjoni pjuttost kontinwa u għalhekk jiżdied il-piż fuq ħajjet dawk li jgħixu mal-persuna milquta mill-marda.", "Il-fiżjoterapista għandu rwol importanti ma' dawn il-persuni u għalhekk huwa ta' sodisfazzjon għalina li se nkunu qegħdin nikkontribwixxu biex il-fiżjoterapisti tagħna jkomplu jkunu ta' aktar għajnuna permezz ta' dak li jibbenefikaw mill-kors li se jkunu qegħdin jipparteċipaw fih\".", "Il-ministru qalet li okkażjoni bħal din għandha sservi wkoll biex ikun rikonoxxut is-sehem kbir li organizzazzjonijiet volontarji bħall-Malta Parkinson's Disease Association jagħtu lis-soċjetà f'oqsma partikolari, f'dan il-każ lill-persuni milqutin mill-marda tal-Parkinson's u lill-familji tagħhom.", "Alice Peplow, Segretarja tal-MPDA, qalet li fost l-għanijiet ewlenin tal-MPDA hemm li jkun assigurat li persuni milqutin minn din il-kundizzjoni jkollhom aċċess għat-trattament adekwat fil-ħin adekwat biex ikunu jistgħu jkomplu jgħixu ħajjithom bl-aħjar mod possibbli.", "\"L-għan tal-proġett li għalih sibna l-għajnuna siewja tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja huwa biex grupp ta' 20 fiżjoterapista jsaħħu u jtejbu l-għarfien tagħhom fid-dijanjosi, fit-trattament u fl-immaniġġjar ta' persuni milqutin minn din il-marda u b'hekk ikomplu jkunu ta' aktar għajnuna lil dawk milqutin mill-marda,\" qalet is-segretarja tal-MPDA.", "Dan it-taghrif twassal mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6072cce19e52c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072cce19e52c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/facilita-distruttiva-ta-kordin/", "date": "13 ta' April 2021 2:07 PM", "category": "press, news", "text": ["Miguela Xuereb .td_uid_2_6075897f616d7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6075897f616d7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-bniedem li jiġi liberat mill-ħabs, ikompli jġorr aktar tbatijiet u diffikultajiet biex jintegra lura fis-soċjetà u aktar u aktar fil-komunità fejn twieled u trabba.", "Dan minħabba stigma, kondotta u stabbiltà, fost oħrajn.", "Anki jekk il-bniedem għatxan li jibda ħajja ġdida u jagħżel li jaħdem biex jistabilixxi ruħu, iħabbat wiċċu ma' sitwazzjonijiet impossibbli biex jibqa' għaddej b'ħajtu.", "Il-bniedem li joħroġ mill-ħabs ikun fil-veru sens tal-kelma b'ta' fuqu senduqu.", "Lanqas saħansitra karta tal-identità ma jkollu fuqu.", "Għaliex biex jerġgħu jagħmlulek karta tal-identità, l-eks ħabsi jrid ikollu residenza permanenti.", "Anki jekk isib lil xi ħadd li jħenn għalih, is-sid (u bir-raġun) ma jħallihx juża l-indirizz tiegħu bħala r-residenza tiegħu, għal diversi raġunijiet.", "Meta jiġi biex japplika għall-benefiċċju soċjali, l-istess jerġa' jsib il-bibien magħluqa.", "Meta jmur id-Dipartiment l-ewwel li ma jiġi mistoqsi biex jagħtihom il-karta tal-identità li ma jkollux, kif ġa semmejt.", "Possibbli ma nistgħux insibu sistema, biex intaffu xi ftit mit-tbatijiet li jkunu ġa qed iġorru magħhom?", "Jien ġa kont semmejt dan il-punt fil-Parlament, quddiem il-Ministru tas-Solidarjetà Soċjali, madanakollu kollox baqa' kif kien.", "F'dan ix-xenarju, ma nagħtix tort lil eks ħabsi jaqta' qalbu.", "Mhux la kemm tiġġudika li reġa' lura għal ħajtu l-imgħoddija.", "Normalment dawn jispiċċaw jew fit-toroq, jew jorqdu f'xi ġnien pubbliku, jew għand xi ħabib, li normalment ikun ukoll mingħajr dħul finanzjarju, jew dħul limitat u allura jispiċċaw flimkien lampa stampa.", "Ejjew inħejjuhom aħjar.", "Dawn ħutna Maltin u oħrajn residenti fostna qegħdin ibatu bla bżonn.", "Nistgħu norganizzaw ruħna aħjar.", "Wara dak kollu li jkunu għaddew jispiċċaw fit-toroq tagħna jiġru minn post għall-ieħor jittalbu, l-ikel, ħwejjeġ, detergents u x'naf jien!", "Ejjew nieħdu konsiderazzjoni għal dawn, kif irnexxielna naħsbu għal sitwazzjonijiet oħra.", "Soluzzjoni nsibu żgur, jekk inħabbtu l-ħsibijiet ta' kulħadd flimkien.", "Niftaħru li l-Maltin tajbin u twajbin, anzi li Malta solidali u lin-nies tagħhom jintgħarfu.", "Però nħoss li s-soċjetà trid tmur oltre minn hekk.", "Tiftakruh il-każ ta' William Agius?", "William Agius, żagħżugħ simpatiku, intelliġenti, enerġetiku u deċiż li jbiddel ħajtu.", "Għamel il-programm ta' riabilitazzjoni f'San Blas.", "Kif qal hu stess pubblikament, William beda d-droga meta kellu 14-il sena.", "U bħall-maġġoranza ta' dawk li jinqabdu f'din in-nassa, spiċċa jbigħ biex isostni l-vizzju.", "Ħażin, u l-ħażin ma tistax tgħidlu tajjeb.", "Però pprova aħseb ftit.", "Ma tħossx għalik li kieku kien ibnek, ħuk jew kuġin.", "Verament li jekk trid tkun onest miegħek innifsek ma jifdallekx triq oħra ħlief li tikkundannah.", "Naf kemm William prova jħares 'il quddiem u jibni ħajtu mil-ġdid, u hekk għamel.", "Iżda s-sistema tagħna tispiċċa tibgħat bniedem il-ħabs 10 snin wara li int stess tkun infaqt ma nafx kemm flus u qlajt saħħtek biex tirrijabilitah.", "Din hija sitwazzjoni li taqtagħlek nifsek, tħallik bla kliem u kważi kważi tbikkik.", "Mhux biss, imma tiskoraġġixxi lil tant żgħażagħ maqbudin f'dan l-isqaq diffiċli, lill-qraba tagħhom u lil tant bnedmin li jaħdmu f'dan il-qasam soċjali.", "Jgħidulek u jirraġunaw… \"għalfejn għandi nagħmel tant sagrifiċċji biex xorta waħda nispiċċa l-ħabs?\"", "Bla ebda dubju m'iniex innaqqas mix-xogħol u r-responsabbilità tal-Qrati Maltin, għaliex l-Imħallfin u l-Maġistrati jkollhom idejhom marbutin bil-liġijiet.", "Imma xi ħaġa trid issir.", "Hija ġennata u froġa mill-kbar li wara 10 snin li William għamel il-programm tal-Caritas u jerġa' jsib postu fis-soċjetà, erġajna bgħatnieh fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex ngħinuh jikkoreġi ruħu.", "Tad-daħk kieku ma kinitx tal-biki.", "Is-soċjetà tagħna ma kellhiex il-ħila toħroġ għonqha.", "Erġajna waddabnieh fil-bir tas-skieken.", "U nkunu aktar kattivi, jekk nibqgħu siekta.", "Inkun ġifa jekk nagħżel li nkun populista u nkun qed nordom lil William u mijiet ta' bnedmin bħalu, li kontinwament jippruvaw jitilgħu mill-iskutella tal-abbandunati.", "Filwaqt li dawn il-bnedmin iridu jikkoreġu l-imġiba tagħhom nixtiequ nisimgħu aktar stejjer pożittivi dwar il-ħabs ta' Kordin u t-tmexxija tiegħu.", "Ma nistgħux nibqgħu nisimgħu bil-priġunieri privileġġjati u oħrajn le .", "Ma nistgħux nibqgħu nisimgħu li jsiru preferenzi ma' xi wħud u tagħti dahrek lil oħrajn.", "Imma dwar dan inkompli nikteb fil-mument opportun. .td_uid_3_6075897f618d4_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6075897f618d4_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-ewwel-maltija-li-tirbah-titlu-fil-basketball-fl-istati-uniti/", "date": "12 ta' April 2021 3:10 PM", "category": "press, news, Sport, Internazzjonali, Lokali", "text": ["Ritratt: Instagram - Sophie Abela .td_uid_2_6074474c537c3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6074474c537c3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-plejer tal-basketball Sophie Abela naqqxet isimha fl-istorja wara li saret l-ewwel Maltija li rebħet tournament ġewwa l-Istati Uniti.", "Is-Sibt li għadda it-tim li tilgħab miegħu, l-Otero Rattlers għelbu lil Casper College waqt ir-Region IX Tournament.", "Abela kkontribwixxiet żewġ punti għal din ir-rebħa.", "View this post on Instagram A post shared by Sophie Abela (@sophieabela4) Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6074474c53a76_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6074474c53a76_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/jibda-x-xoghol-fuq-ic-centru-nazzjonali-tat-tennis-li-se-jospita-l-loghob-tal-pajjizi-z-zghar/", "date": "12 ta' April 2021 3:50 PM", "category": "press, news, Sport, Lokali", "text": ["Ritratt: DOI - Omar Camilleri .td_uid_2_60753ff54e90c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60753ff54e90c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Beda x-xogħol fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis f'Pembroke b'investiment ta' €1.3 miljun li huwa parti minn viżjoni li se tipprepara lil pajjiż biex ikun jista' jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023.", "Il-proġett taċ-ċentru tat-tennis se jkun maqsum f'żewġ fażijiet.", "L-ewwel fażi se tara l-bini ta' sitt tennis courts li se jinkludu xogħlijiet ta' tħaffir, tal-elettriku, asfaltar tal-art, fencing mal-madwar u parkeġġ għall-karozzi.", "Il-court prinċipali se jkollu wkoll stands għall-ispettaturi u anke changing rooms.", "It-tieni fażi se tara l-kostruzzjoni ta' tennis house li se tinkludi uffiċini, boardroom, physio room, gym, lounge u store.", "Waqt żjara biex isegwi x-xogħlijiet fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis f'Pembroke, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima li dan hu b'dan l-investiment f'faċilità state-of-the-art, se tintlaħaq id-domanda preżenti kif ukoll dik futura tal-isport fil-pajjiż.", "Grima qal li biex bħala pajjiż inkomplu niksbu suċċessi f'diversi setturi, hemm bżonn li jibqgħu jiġu sostnuti t-tkabbir u l-investiment li diġà saru fl-atleti Maltin permezz ta' dawn it-tipi ta' proġetti li jgħollu l-livell tal-infrastruttura sportiva.", "Iċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil qal li din il-faċilità se tkun għall-atleti kollha sabiex ikunu jistgħu jitħarrġu b'mod aħjar u anke tattira avvenimenti internazzjonali u jitkabbar it-turiżmu sportiv.", "Il-President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis David Farrugia Sacco minn naħa tiegħu saħaq li din il-ħolma qed issir realtà għall-atleti kollha tat-tennis.", "Qal li issa se jkollhom l-opportunità li jorganizzaw l-attivitajiet u l-kampjonati tagħhom u anke jsiru skambji ma' pajjiżi oħra.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60753ff54ebed_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60753ff54ebed_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/3-sewwieqa-zghar-tal-karting-se-jinghataw-tahrig-specjalizzat-fl-italja/", "date": "13 ta' April 2021 9:52 AM", "category": "press, news, Sport, Lokali", "text": ["Tliet itfal sewwieqa tal-Karting, Ben Piscopo u Morgan Zammit, li għandhom 7 snin u Dario Mifsud li għandu 9 snin, se jkunu qiegħdin jattendu sezzjoni ta' taħriġ personali u speċċjalizzat mat-tim uffiċjlai ta' CRG Karts fl-Italja.", "Dan it-taħriġ se jingħatlhom sabiex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom fis-sewqan.", "It-taħriġ se jsir fuq l-aħħar mudelli ta' karts tas-CRG, Mini Karts u CRG Black Mirror.", "Is-sewwieqa se jkunu assistiti minn mechanics u telemetristi ta' livell internazzjonali sabiex janalizzaw kull dettal u jiddentifikaw kull opportunità għal titjib fis-sewqan.", "It-taħriġ se jsir fuq tlett tijem ġewwa t-trakka ta' South Garda Karting f'Lonato fin-naħa ta fuq tal-Italja mill-Erbgħa 14 ta' April sal-Ħadd 18 ta' April.", "Dan it-taħriġ sar possibbli wara ftehim mal-proprjetarju tal-fabbrika CRG Giancarlo Tinini u Rueben Mifsud, is-sid tat-tim Malti R33 Racing, u rappreżentant lokali tad-ditta CRG għal pajjiżna.", "Rueben Mifsud qal, \"l-iskop tat-taħriġ huwa biex is-sewwieqa tagħna itejbu il kwalità tas-sewqan u jrabbu aktar kunfidenza meta jsuqu barra minn Malta\".", "Mifsud kompla billi nsista li \"sezzjonijiet ta' taħriġ bħal dawn jinvolvu sagrifiċċji kbar mentalment u fiżikament għas-sewwieqa kif ukoll ta' piż finanzjarju għal-ġenituri tagħhom\".", "Mit-tim CRG u wara taħriġ simili ħarġu diversi sewwieqa ta' fama internazzjonali u li għamlu karriera brillanti saħansitra fil-Formula 1.", "Dawn jinkludu lil Michael Schumacher, Lewis Hamilton, Verstappen, Rosberg, Luizzi, Zanardi u ħafna oħrajn.", "CRG karts Dan it-tagħrif twassal minn motorsport.mt Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60754db7ebcec_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60754db7ebcec_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/zvelat-id-disinn-ghal-munita-gdida-ta-e2/", "date": "14 ta' April 2021 10:20 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Kurżitajiet", "text": ["Ġie żvelat id-disinn għal munita ġdida ta' €2 li tfakkar il-35 anniversarju tal-programm ta' skambju Erasmus.", "Id-disinn tal-munita ntgħażel permezz wara kompetizzjoni li kienet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, b'vot pubbliku biex jiġi determinat ir-rebbieħ.", "Id-disinn rebbieħ – li tħabbar minn Monnaie de Paris – kien dak tal-inċiżur Franċiż Joaquin Jimenez.", "Il-munita se tinħareġ fl-istati membri kollha tal-UE taż-żona €.", "Il-muniti se jkunu fiċ-ċirkolazzjoni mill-1 ta' Lulju 2022.", "L-Olanda kienet diġà ħarġet munita dedikata lill-Erasmus fl-2011.", "Din il-munita hija partikolarment popolari mal-kollezzjonisti Olandiżi għax hija l-ewwel munita kommemorattiva Olandiża nazzjonali.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6076a5e79f8c7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6076a5e79f8c7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/malta-ssellem-lill-princep-philip-btiri-bil-kanuni-nhar-is-sibt/", "date": "14 ta' April 2021 1:01 PM", "category": "press, news, Lifestyle", "text": ["Il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh.", "Fondazzjoni Wirt Artna se torganizza tislima tfakkar il-mewt tal-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh nhar is-Sibt 17 ta' April 2021 f'nofsinhar meta jiġu sparati tiri bil-kanuni minn fuq is-swar fil-belt Valletta.", "Aqra: Imut il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh Il-funeral tal-Prinċep Philip se jsir nhar is-Sibt u se jkun qed jitwassal fuq it-televiżjoni.", "F'Malta x-xandira tal-funeral tal-Prinċep Philip fuq it-televiżjoni se titwassal b'mod dirett mit-3.30pm 'il quddiem fuq TVM2.", "Aqra wkoll: Harry se jattendi għall-funeral tal-Prinċep Philip … mingħajr Meghan Fi stqarrija li kien ħareġ Buckingham Palace qal li membri tal-pubbliku mhux se jitħallew jattendu minħabba l-miżuri li qed jittieħdu biex titnaqqas l-imxija tal-Covid-19.", "Il-gvern tar-Renju Unit ħabbar silenzju ta' minuta nazzjonali li se jsir fit-3.00 pm BST (4.00 pm CET) qabel ma jibda l-funeral fil-Kappella ta' San Ġorġ fil-kastell ta' Windsor.", "Aqra wkoll: Il-funeral tal-Prinċep Philip se jsir is-Sibt li ġej Il-katavru tal-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh se jinġarr lejn il-kappella ta' San Ġorġ f'Land Rover, li kienet iddisinjata apposta mill-Prinċep Philip stess.", "Ritratt: Facebook – Fondazzjoni Wirt Artna Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6076cbad10b80_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6076cbad10b80_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/allegat-traffikant-tan-nies-mehlus-mill-libja-minhabba-nuqqas-ta-evidenza/", "date": "14 ta' April 2021 8:21 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Raġel, deskritt bħala wieħed mill-aktar traffikanti tan-nies mfittxija fid-dinja ġie meħlus mil-Libja, wara li l-awtoritajiet waqqgħu l-akkużi kontrih minħabba \"nuqqas ta' evidenza.\"", "L-arrest tal-kmandant tal-gwardja tal-kosta Abdulrahman Milad, magħruf bħala Bija, kien milqugħ f'Malta f'Ottubru li għadda, bil-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal lil Newsbook.com.mt li kien feraħ lill-gvern Libjan talli għamel pass kuraġġuż kontra wieħed mill-mexxejja tiegħu, li kien tpoġġa taħt sanzjonijiet mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Malta tilqa' l-arrest ta' traffikant tal-bnedmin fil-Libja L-Istati Uniti tikkunsidra li Bija għandu rwol ewlieni f'ċirku tat-traffikar tal-bnedmin ibbażat fil-belt kostali ta' Zawiya, li jissuġġetta lir-refuġjati u lil dawk li jfittxu l-ażil għall-iskjavitù qabel ma jpoġġuhom fuq dgħajjes fuq vjaġġ perikoluż lejn sigurtà preżunta fl-Ewropa.", "Bija jidher li kien tħalla jaġixxi b'impunità għal snin wara l-oħra, anke peress li okkupa rwol uffiċjali fi ħdan il-gwardja tal-kosta Libjana.", "L-UNSC kienet akkużatu li għereq dgħajjes tal-migranti bl-użu ta' armi tan-nar, interċetta migranti li mbagħad ittieħdu f'ċentri ta' detenzjoni u ġew soġġetti għal trattament inuman u reati oħra.", "Minkejja l-arrest tiegħu, Bija ġie promoss għall-grad ta' maġġur mill-gvern Libjan, appoġġat mill-Istati Uniti x-xahar li għadda għall-parteċipazzjoni tiegħu biex jirripella l-assedju tal-kapitali Libjana li kien seħħ bejn l-2019 u l-2020.", "Ir-rilaxx tiegħu ġie ċċelebrat fil-belt twelidu tiegħu ta' Zawiya, kif muri minn ritratti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali.", "Mill-banda l-oħra, l-Italja kkritikat il-ħelsien ta' raġel li l-allegati attivitajiet kriminali tiegħu kienu ġew mikxufa minn tnejn mill-ġurnalisti tagħha.", "Iż-żewġ ġurnalisti kellhom jirċievu protezzjoni tal-pulizija wara li rċivew theddid ta' mewt.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60769bec1ef0a_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60769bec1ef0a_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-prince-charles-isellem-il-memorja-ta-missieru-il-princep-philip/", "date": "14 ta' April 2021 1:33 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Ritratt: mill-filmat fuq Twitter: The Prince of Wales and the Duchess of Cornwall .td_uid_2_6076d32303486_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6076d32303486_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Prinċep Charles ħareġ filmat b'ġabra ta' ritratti biex ifakkar lil missieru, il-Prinċep Philip, id-Duka ta' Edinburgh.", "Aqra: Malta ssellem lill-Prinċep Philip b'tiri bil-kanuni nhar is-Sibt Ir-ritratti juru lill-Prinċep Philip f'diversi mumenti differenti f'ħajtu, fosthom waqt li kien qed jaħdem, waqt li kien qed jissoċjalizza u oħrajn f'mumenti li kien iqatta mal-familja, meta uliedu, Charles, Edward, Anne u Andrew kienu għadhom tfal.", "Segwi l-filmat minn hawn:", "Tweets by ClarenceHouse Aqra wkoll: Imut il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6076d323037cf_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6076d323037cf_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/zewg-persuni-akkuzati-bhasil-ta-flus-relatati-mar-ristoranti-ta-darren-debono/", "date": "13 ta' April 2021 8:26 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": [".td_uid_2_60768954229cf_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60768954229cf_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Florinda Sultana flimkien ma' Albert Buttigieg ġew akkużati fil-Qorti b'ħasil ta' flus relatati mal-kuntrabandu taż-żejt.", "Florinda Sultana li għandha 29 sena u Albert Buttigieg wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.", "Sultana tinsab akkużata wkoll bħala eks direttur ta' Nesvan Company Limited u MSI Catering Limited filwaqt li Buttigieg bħala d-direttur ta' Luzzu Catering Ltd li huma l-operaturi tar-risotranti Porticello u Capo Mulini.", "Il-mandat ta' arrest u tiftix kien ingħata s-sena li għaddiet waqt operazzjoni estensiva li saret mill-pulizija kontra l-kuntrabandu li kienet waslet għall-arrest ta' Darren Debono u Jeffrey Chetcuti kif ukoll tal-awditur Chris Baldacchino.", "L-investigaturi li kienu qegħdin jinvestigaw grupp suspettat ta' kriminalità organizzata, fejn allegatament kien hemm involut madwar €30 miljun f'kuntrabandu tal-fjuwil.", "F'din l-investigazzjoni kienu ġew intereċċati l-kumpaniji li huma sidien ta' ristoranti b'rabtiet ma' Debono li ġie arrestat f'Diċembru.", "Il-kumpaniji kollha kellhom l-istess indirizz fis-Swieqi kif ukoll kien hemm numru ta' fatturi li kienu simili wkoll.", "Fil-Qorti l-Ispettur James Turner qal li ż-żewġ ristoranti għandhom l-istess metodu ta' ħlas fejn il-flus ma kinux jiġu depożitati u għalhekk ma kienx ikun hemm mistoqsijiet mill-banek.", "L-ispettur ta dawn id-dettalji fil-Qorti meta ken qiegħed jixhed kontra Sultana u Buttigieg.", "Ġie spjegat li Florinda Sultana li tiġi minn Darren Debono u Albert Buttigieg kien serva lil Debono meta kien imexxi l-banek tal-Bank Banif.", "Huwa ta għajnuna interna lil Debono biex jevita s-sistema kontra l-ħasil ta' flus.", "L-Awditur akkużat b'ħasil ta' flus jingħata l-libertà proviżorja Sultana baqgħet siekta meta ġiet arrestata fid-dar tagħha.", "Fid-dar tagħha nstabu madwar €52,000 fi flus kontanti, diversi oġġetti tad-ditta inklużi Gucci u Armani u 10 arloġġi, inkluż Rolex, vażetti kbar tal-ħġieġ li fihom karti tal-flus u muniti kif ukoll dokumenti marbuta mal-bejgħ f'Porticello, Capo Mulini, Silver Horse u Ristoranti Onda Blu.", "Sultana ġiet mistoqsija u mitluba tispjega l-pussess ta' dawk l-oġġetti kif ukoll ta' Audi A1, li ma kien hemm l-ebda tranżazzjoni bankarja relatata max-xiri ta' din il-karozza.", "Uffiċjal mill-iskwadra kontra l-ħasil tal-flus spjega t-tfittxija fir-residenza fis-Swieqi ta' Albert Buttigieg li saret f'Diċembru li għadda.", "Il-pulizja kkonfiskaw numru ta' dokumenti u apparat elettroniku.", "Saret tfittxija wkoll fir-ristorant Capo Mulini u ż-żewġ garaxxijiet li jmissu ma' wara r-ristorant.", "Hawnhekk ġew ikkonfiskati numru ta' dokumenti u apparat ieħor.", "Meta kien interrogat Buttigieg falla milli jispjega kif min-naħa ġie ddikjarat li n-negozju għaddej minn żmien diffiċli imma fl-istess ħin irreġistra dħul ta' miljun ewro.", "Il-pulizija spjegat li saru xi mistoqsijiet dwar xogħlijiet ta' rinovar fir-ristorant u l-involviment ta' Spiridione li huwa magħruf ukoll bħala Daimer u Goodlip.", "Dan tal-aħħar allegatament ħa struzzjonijiet mingħand Debono.", "Fil-Qorti, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ikkonfermat id-deċiżjoni li jkunu ffriżitati l-assi kollha tal-akkużati filwaqt li kkonfermat ukoll ordni preċedenti li ngħatat mill-Qorti Kriminali li tippermetti lir-ristoranti jkomplu joperaw taħt sorveljanza waqt li l-ordni ta' ffriżar jibqa' fis-seħħ.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6076895422c8b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6076895422c8b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-era-tiddefendi-d-decizjoni-biex-jitkomplew-ix-xoghlijiet-illegali-fkemmuna/", "date": "13 ta' April 2021 9:17 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["L-għaqda mhux governattiva Friends of the Earth Malta f'kitba fuq Facebook qalet li l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) se tkun qiegħda tapprova x-xogħlijiet illegali li qegħdin isiru fi Blue Lagoon minħabba li l-ħsara diġà saret.", "L-ERA fi stqarrija qalet li l-applikazzjoni li dwarha l-bord ħa deċiżjoni hija dwar ix-xogħlijiet fi Blue Lagoon li huma suġġetti għal miżuri ta' mitigazzjoni kif ukoll pjan ta' restorazzjoni għaż-żona affettwata mix-xogħlijiet li diġà saru. #td_uid_2_607689585b058 .td-doubleSlider-2 .td-item1{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/13194241/172576062_3952320231500802_2873704421102280307_n-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_607689585b058 .td-doubleSlider-2 .td-item2{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/13194232/173006439_3952320444834114_6047284225017660349_n-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_607689585b058 .td-doubleSlider-2 .td-item3{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/13194223/172658392_3952320228167469_8522916195842588396_n-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_607689585b058 .td-doubleSlider-2 .td-item4{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/13194214/172661129_3952320424834116_5933670788551301985_n-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_607689585b058 .td-doubleSlider-2 .td-item5{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/13194205/173412870_3952320221500803_7090567562824704069_n-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_607689585b058 .td-doubleSlider-2 .td-item6{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/13194156/173670540_3952320451500780_6521538784001451157_n-80x60.jpg) 0 0 no-repeat} 1 minn 6", "Friends of the Earth Malta - Facebook Il-Ministeru għal Għawdex qal li x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Blue Lagoon jikkonsistu f'titjib fuq l-infrastruttura eżistenti.", "Kelliem għal Ministeru qal li x-xogħol qiegħed ikun imħares biex ikun assigurat li ma ssirx ħsara lill-ambjent.", "Fi stqarrija l-Ministeru għal Għawdex qal li x-xogħol ta' konkrit li qiegħed isir, qed isir biex ikun assigurat li n-nies ikollhom passaġġ minn fejn jgħaddu.", "L-ERA qiegħda tagħti l-approvazzjonijiet għax-xogħlijiet illegali li qegħdin isiru mill-Ministeru għal Għawdex – Friends of the Earth Malta L-NGO ambjentali qalet li l-ERA qed tapprova x-\"xogħlijiet illegali\" fi Blue Lagoon fuq l-argument li l-ħsara diġà saret u ma tantx hemm jistgħu jagħmlu min-naħa tagħhom.", "Żiedu li l-permess għal dan ix-xogħol ġie sospiż mill-Ministeru ta 'Għawdex stess meta ndunaw li mhux se jinħareġ permess.", "Friends of the Earth Malta kompliet li l-ERA, li hija l-entità responsabbli biex tkun is-salvagwardjata n-natura f'Malta, uqiegħda taġixxi bħala rubberstamp għax-xogħlijiet illegali li qegħdin isiru mill-Ministeru ta' Għawdex f'dan il-każ.", "L-NGO żiedet tgħid li l-ERA tibdel id-deċiżjonijiet lejn id-direzzjoni tal-flus, il-poter u l-korruzzjoni.", "Huma temmew li kollox jindika li dawn ir-reati ambjentali se jwasslu għall-attakk fuq l-ispazji miftuħa li fadal fil-gżejjer Maltin.", "\"Ix-xogħlijiet se jkomplu minħabba li hemm miżuri ta' mitigazzjoni fis-seħħ – ERA L-ERA fi stqarrija qalet li x-xogħlijiet proposti qed ikomplu minħabba li hemm miżuri ta' mitigazzjoni biex tittrażżan il-ħsara ambjentali u biex se jitkomplew ix-xogħlijiet b'tali mod li ma jiġix affettwat l-ambjent naturali taż-żona.", "L-ERA qalet li l-passaġġ eżistenti kien jifforma parti minn pjan ta' passaġġi li kien diġà stabbilit fuq Kemmuna.", "L-Awtortià żiedet li imponiet kundizzjoni f'dan il-permess biex terġa' tkun irkuprata ż-żona li kienet milquta minn xogħlijiet li saru s'issa.", "Ġie spjegat li d-deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni kienet iddeterminata mill-bord dwar ix-xogħlijiet fi Blue Lagoon f'Kemmuna.", "Ix-xogħlijiet li kienu qed isiru kienu jiksru approvazzjoni maħruġa mill-ERA.", "L-ERA saħqet li l-permess jagħti l-approvazzjoni li jkomplu x-xogħlijiet mibdija b'mod li jqisu l-importanza tas-sit u jinkludu l-miżuri ta' mitigazzjoni meħtieġa fuq kwalunkwe impatt fuq l-ambjent.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_4_607689585fc2d_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_4_607689585fc2d_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/jiccelebraw-is-36-sena-mit-twaqqif-taghhom-bgest-nobbli/", "date": "13 ta' April 2021 9:20 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Familja", "text": ["Ritratt: Facebook -Għaqda Mużżikali Madonna ta' Lourdes San Ġwann .td_uid_2_60754644b196c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60754644b196c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-Għaqda Mużikali Madonna ta' Lourdes ta' San Ġwann qed tagħmel stedina biex in-nies jingħaqdu magħha u fis-17 ta' April imorru jagħtu pinta demm sabiex jgħinu lil ħaddieħor.", "Din l-inizjattiva kienet pjanata biex issir is-sena l-oħra f'okkażjoni tal-35 sena mit-twaqqif tal-Għaqda imma minħabba fil-pandemija kellha tiġi posposta.", "Għalhekk din is-sena qed terġa' tiġi pjanata din l-istess inizjattiva f'okkażjoni tas-36 sena mit-twaqqif tal-istess Għaqda.", "L-istedina hija miftuħa għar-residenti kollha ta' San Ġwann u anke dawk li huma mill-viċinanzi.", "Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukja post tista' tagħmel dan billi ċċempel fuq 79093066 jew 99465477.", "Kif jaf kulħadd, kull qatra tgħodd!", "Posted by Ghaqda Muzikali Madonna Ta Lourdes San Gwann on Sunday, April 11, 2021 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60754644b1c52_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60754644b1c52_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/xgara-ezatt-xhin-emilio-u-erminia-kienu-telghu-fuq-il-vapur-li-sploda/", "date": "13 ta' April 2021 7:01 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Televiżjoni", "text": ["Ritratt: mill-filmat / muntaġġ .td_uid_2_607525da3f629_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607525da3f629_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Fl-episodju tal-lejla mis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba se nsiru nafu x'kien ġara eżatt xħin Emilio u Erminia kienu telgħu fuq il-vapur li kien sploda.", "Fejn qiegħda Erminia u ma' min?", "Angelo mar ikellem lil Salvatore dar il-kandidatura tiegħu… taħ ukoll id-domandi u r-risposti li kienu se jintqalu waqt l-intervista li kellu fuq il-medja… jaqbel mad-domandi?", "Sadanittant Agatha u Bernardette qed iħejju xi ħaġa fil-kċina għall-mistednin.", "Sergio u Elena jaqblu li Salvatore ħiereġ għall-elezzjoni.", "Waqt l-intervista Belinda għamlet mistoqsija żejda… xi staqsietu u għaliex kien irrabjat?", "Waqt li Laura kienet qed tippassiġġa bit-tarbjia tagħha min mar jiltaqa' magħha?", "F'Ġieħ L-Imħabba jkompli llejla fid-8.50pm fuq TVM.", "Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra: F'Ġieħ L-Imħabba F'Ġieħ L-Imħabba: dak li ġara fl-episodju ta' nhar it-Tlieta… Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Thursday, April 8, 2021 Dan hu dak li se jiġri fl-episodju tal-lejla: F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta li ġej.", "F'Ġieħ L-Imħabba jkompli nhar it-Tlieta li ġej.", "Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Wednesday, April 7, 2021 F'Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta' Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta' Rewind.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607525da3f900_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607525da3f900_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/bjorn-jidhol-ghall-ewwel-darba-fdar-bjorn-il-gdida/", "date": "13 ta' April 2021 12:28 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Familja", "text": ["Ritratt: Facebook - Bjorn Formosa .td_uid_2_607572b63e643_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607572b63e643_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ġunata speċjali għal Bjorn Formosa hekk kif illum daħal għall-ewwel darba f'Dar Bjorn il-Ġdida.", "Dan wara li għal żmien twil kien ilu jmur fi Triq Pawlu Balzan f'Ħaż-Żebbuġ sabiex jara l-binja mill-bogħod minħabba li ma setax jaċċessa s-sit.", "Illum però l-istorja kienet mod ieħor u għal Bjorn seta' jidħol fil-post li tant ilu joħlom bih hekk kif il-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-binja dalgħodu tawh sorpriża u għamlulu rampa biex ikun jista' jaċċessa l-binja.", "\"Xħin dħalt sibt lil kulħadd jistennieni bil-ħerqa!", "Ġejja wisq għal qalbi u issa ħerqan iktar biex nara lesta,\" ikkummenta hu filwaqt li kompla jħeġġeġ lin-nies biex ikomplu jappoġġjaw dan il-proġett.", "Aqra wkoll: Ixtri ktieb b'€2 u għin lil ALS Malta Jekk interessat tagħti d-donazzjoni tiegħek, tista' tagħmel dan permezz ta' SMS fuq 5061 8936 li jiswa €6.99 jew inkella permezz ta' BOV Mobile Pay – 79096249.", "Eċitament kbir!", "Għadni kemm dħalt għall-ewwel darba f'DAR Bjorn il-ĠDIDA.", "Ilni niġi fi Triq Pawlu Balzan, nara l-binja… Posted by Bjorn Formosa on Tuesday, April 13, 2021 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607572b63e95b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607572b63e95b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/iktar-minn-750-mistoqsija-parlamentari-ma-jigux-imwiegba/", "date": "12 ta' April 2021 7:33 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Overview tal-Parlament (Credit: DOI) .td_uid_2_60753dbe6609f_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60753dbe6609f_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Matul din il-leġiżlatura, li bdiet fl-2017, 756 mistoqsija parlamentari bil-miktub baqgħu ma ġewx imwieġba.", "Skont tagħrif mogħti mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said, ħareġ li kwart tal-mistoqsijiet mhux imwieġba saru lill-Ministru għal Għawdex u dak għas-Solidarjetà Soċjali b'90 mistoqsija kull wieħed.", "Il-Ministeri għall-Ekonomija u l-Industrija, dak għat-Trasport u l-Ministeru għall-Ambjent ukoll kellhom 'il fuq minn 50 mistoqsija kull wieħed mhux imwieġba.", "L-Uffiċċju tal-Prim Ministru naqas milli jwieġeb 34 mistoqsija.", "Il-Ministeru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni biss ma kellux mistoqsijiet pendenti.", "Ironikament il-Ministru Owen Bonniċi li jmexxi dan il-ministeru kien l-iktar ministru li ma kienx wieġeb domandi meta saret mistoqsija simili f'Diċembru 2019.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60753dbe66334_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60753dbe66334_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/mhemm-l-ebda-ftehim-mohbi-dwar-l-avveniment-lostfound-bartolo/", "date": "13 ta' April 2021 6:45 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Facebook - Lost and Found .td_uid_2_607689bf05519_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607689bf05519_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ċaħad li hemm xi ftehim bil-moħbi biex jiġi rreklamat l-avveniment Lost&Found li hu rreklamat li se jsir f'Settembru li ġej.", "Meta kien qed iwieġeb serje ta' mistoqsijiet supplimentari, Bartolo stqarr li mhux illegali li tagħmel marketing u reklamar, iżda ċċara li l-Awtorità għat-Turiżmu ma tistax toħroġ permessi għal attivitajiet tal-massa.", "L-ebda attività tal-massa m'għandha l-barka tiegħi jew tal-MTA – Il-Ministru \"Hemm il-logo tal-Air Malta u l-MTA\" Id-deputat Nazzjonalista David Thake ġibidlu l-attenzjoni li fuq il-websajt tal-avveniment hemm il-logo tal-Air Malta u l-MTA.", "Il-Ministru qal li l-Air Malta u l-MTA għandhom agreements li jmorru lil hinn mill-2020 u insista li ma kien hemm l-ebda ftehim bil-moħbi.", "Huwa qal li l-Gvern irnexxielu jimla 70% tar-rotot li Malta kellha qabel l-2020, u li l-ħidma issa se ddur biex jimtela s-seat capacity.", "Bartolo ħabbar ir-ritorn tal-Air France f'Malta.", "Bartolo qal ukoll li saret ħidma kbira mill-MITA biex jiżviluppaw il-vaccine passport li se jkun permezz ta' QR Code, biex tkun protetta l-informazzjoni privata tan-nies.", "L-attivitajiet tal-massa bħalissa huma pprojbiti minħabba l-imxija tal-coronavirus.", "Il-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jekk Malta titlef sajf ta' turiżmu, se jkollha l-problemi.", "Filmat: \"Jekk se nitilfu sajf ta' turiżmu se jkollna l-problemi\" – Abela Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607689bf057c4_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607689bf057c4_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/tkompli-l-kawza-tal-vitals/", "date": "12 ta' April 2021 12:00 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Illum kien imiss lis-Segretarju tal-Kabinett, Mario Cutajar sabiex jixhed, fil-kawża tal-Vitals, iżda ppreżenta rikors sabiex ikun jista' jagħmel dan permezz tat-teleconferencing.", "Hu kien mitlub sabiex jippreżenta xi dokumenti.", "Fir-rikors tiegħu Cutajar qal li ma jistax jippreżenta d-dokumenti mitluba lilu għaliex dak li jingħad fil-Kabinett ma jistax ikun pubbliku.", "Il-Qorti qalet li kopja ta' dan ir-rikors fl-awla ma kellhiex filwaqt li nnotat li saret talba sabiex isir kollox bit-teleconferencing, iżda preżenti fl-awla kien hemm Dr Edward Debono li qed jirrapreżenta lil Dr Adrian Delia li wkoll kien preżenti fl-awla.", "Dr Debono qal li hu ma kellux kopja ta' dan ir-rikors.", "Il-kawża kien fetaħha l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fuq il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet lill-kumpanija Vitals.", "Il-każ huwa kontra Joseph Muscat bħala eks Prim Ministru, kontra l-kumpanija Vitals Global Healthcare, l-Avukat Ġenerali u uffiċjali pubbliċi oħra, bl-iskop li jitħassar il-kuntratt li bih il-Gvern għadda tliet sptarijiet pubbliċi lil Vitals.", "Fl-aħħar seduta Fearne jikkonferma li Konrad Mizzi nnegozja minn wara dahru ma' Steward Healthcare Min-naħa tiegħu Dr Edward Debono, li qed jidher għal Dr Adrian Delia, insista li Delia ma talabx li xhieda jew diskors li ntqal fil-Kabinett jiġi eżebit quddiem il-Qorti imma kulma talab kien sabiex jippreżenta l-aġenda tal-Kabinett u kemm-il darba l-Vitals jew dak kollu li kellu x'xjaqsam mal-Vitals tniżżel fl-aġenda tal-Kabinett.", "Qal li dan qed jintalab hekk kif ingħatat xhieda fejn Dr Joseph Muscat u Dr Konrad Mizzi qalu li l-Vitals issemma bejn 12 jew 14-il darba filwaqt li Ministri oħra, fosthom Dr Chris Fearne u Prof. Edward Scicluna, sa fejn kienu jafu huma kien hemm preżentazzjoni waħda tal-proġett fil-bidu nett.", "Għalhekk it-talba ta' Cutajar għandha tiġi miċħuda fl-interess tal-ġustizzja, qal Dr Debono.", "Ix-xhieda ta' Joseph Muscat Filmati: \"Il-Gvern ma kienx qed ifittex kumpanija oħra minflok Vitals\" – Joseph Muscat Preżenti wkoll fl-awla kien hemm Marthese Debono f'isem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) li ppreżentat xi dokumenti dwar l-applikazzjonijiet li saru u li hemm quddiem l-Awtorità fir-rigward tal-isptarijiet.", "Bħalissa l-PA għandha quddiemha l-applikazzjoni mingħand Steward Healthcare dwar l-Isptar Karin Grech.", "Dwar l-Isptar San Luqa, hemm full development permit li bħalissa tinsab sospiża sakemm tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-PA.", "Ir-rappreżentanta tal-PA ppreżentat ukoll lill-Qorti l-applikazzjoni min-naħa ta' Vitals għall-iskola medika ta' Barts u l-applikazzjoni għax-xogħlijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.", "Tgħid li l-masterplan application ġiet sospiża sakemm jiġu pprovduti d-dokumenti u allura l-peress ma ħariġx.", "Applikazzjoni oħra ppreżentata hi dik dwar permess fejn jidħlu stores tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u li għaliha kien inħareġ il-permess.", "Il-permess f'Ġunju tal-2019 kien inħareġ mill-Awtorità għall-Ippjanar sabiex isir oxygen tank.", "L-applikazzjoni saret minn Steward Healthcare.", "Affarijiet li kienu mingħajr permess ukoll saret applikazzjoni għalihom sabiex ikunu ssanzjonati u dawn ukoll ġew ippreżentati lill-Qorti.", "Ir-rappreżentant tal-PA se tkun qed tixhed fis-16 ta' Ġunju f'nofsinhar sabiex tippreżenta aktar dokumenti fothom il-commencement notices tal-applikazzjonijiet.", "Ix-xhieda ta' Konrad Mizzi Filmati: Konrad Mizzi għal darb'oħra fommu sieket quddiem il-Qorti Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6075667d83d20_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6075667d83d20_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/kien-l-ispalla-tar-regina-bdevozzjoni-bla-kundizzjoni-princep-harry/", "date": "12 ta' April 2021 9:52 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Il-Prinċep William u l-Prinċep Harry tkellmu fuq in-nannu tagħhom, il-Prinċep Philip.", "Il-Prinċep Harry ddeskrivih bħala l-ispalla tar-reġina, devot lejha bla kundizzjoni.", "Irringrazzjah tas-servizz tiegħu, tad-dedikazzjoni tiegħu lejn ir-reġina, u talli kien dejjem eżatt min hu.", "Tkellem fuqu wkoll bħala n-nannu, u qal li tilef xiħadd li kien espert tat-tisjir fuq il-BBQ, leġġenda taċ-ċajt, u mqareb sal-aħħar.", "Minn naħa tiegħu, il-Prinċep William qal li hu grat li kellu n-nannu f'ħajtu għal dan it-tul ta' snin li kien ilu preżenti f'ħajtu.", "Sostna li s-sens t'avventura tiegħu kien infettiv, u li hu kuntent li t-tfal tiegħu kellhom iċ-ċans iqattgħu l-ħin mal-Prinċep Philip.", "Aqra hawn Imut il-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgh Il-Prinċep Philip miet fid-9 t'April fl-età ta' 99 sena.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6075392b4cf16_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6075392b4cf16_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ixtri-ktieb-be2-u-ghin-lil-als-malta/", "date": "12 ta' April 2021 7:41 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Familja", "text": ["Ritratt: Facebook - Bjorn Formosa .td_uid_2_6073ddbf234d8_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6073ddbf234d8_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Jekk tħobb taqra kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż issa fiċ-ċans li tixtri ktieb u tkun qed tgħin lil ALS Malta jkomplu jiġbru aktar fondi.", "Il-kotba bi prezzijiet varjati li jibdew minn €2.", "Tista' tidħol fuq il-paġna tal-ħanut tas-sit tal-ALS permezz ta' dan il- link minn fejn tista' tagħmel l-ordni tiegħek u saħansitra anki jitwasslu d-dar.", "Hemm għażla ta' kotba li jvarjaw minn rumanzi, bijografiji, riċetti, stejjer ta' mħabba u ħafna aktar.", "Ara dan il-filmat ta' Bjorn sabiex tkun taf aktar.", "Kotba jibdew minn €2 Rumanzi, bijografiji, riċetti, stejjer ta' mħabba u ħafna iktar fil-kollezzjoni ta' kotba li għandna fl-ALS Malta Shop.", "Dawn il-kotba jibdew minn €2 biss.Ixtri u franka minn hawn: https://shop.alsmalta.org/collections/books& Posted by Bjorn Formosa on Wednesday, April 7, 2021 Tinsiex li meta qed tixtri ktieb mill- ALS Shop mhux biss tkun qed tiffranka, iżda tkun qed tgħin lil ALS Malta.", "Aqra: Min taħseb li hu dan it-tifel?", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6073ddbf2378c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6073ddbf2378c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-joseph-muscat-halla-reati-kriminali-jsiru-taht-imniehru-simon-buusttil/", "date": "13 ta' April 2021 11:45 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Andrew Azzopardi on 103, Lokali", "text": ["\"Ir-reati li twettqu, primarjament ta' korruzzjoni, minn Keith Schembri u Konrad Mizzi, saru taħt imnieħer Joseph Muscat meta kien Prim Ministru u allura sar kompliċi tagħhom.", "Muscat kien jaf bihom u żamm l-istituzzjonijiet milli jieħdu passi.", "Meta inti ħloqt din is-sitwazzjoni ta' impunità ma nissorprendix ruħi li anke fuq Egrant kien hemm il-ħmieġ\", spjega l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, illum Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew, fil-Parlament Ewropew, waqt li kien intervistat mill-preżentatur Prof. Andrew Azzopardi fuq 103 Malta's Heart.", "Dr Simon Busuttil kien mistoqsi jekk jemmienx lil Joseph u Michelle Muscat fuq l-Egrant.", "Kompla jispjega li Keith Schembri fil-Qorti, taħt ġurnament, qal li qatt ma kien jagħmel xejn minn wara dahar Joseph Muscat u li Konrad Mizzi, ukoll taħt ġurnament, qal li kull ħaġa li għamel dejjem kellu l-go-ahead ta' Muscat.", "\"Allura ttini tort li għad għandu d-dubji?\" staqsa Busuttil.", "X'akkużi qed jaffaċċja Keith Schembri?", "\"Meta nħares lejn pajjiżi jkolli dispjaċir kbir; jiġru affarijiet u qisu xejn mhu xejn\" Meta mistoqsi dwar kif iħares lejn il-pajjiż illum il-ġurnata, Simon Busuttil qal li il-fatt li hu bbażat fi Brussell, meta jħares lejn Malta jikkumpara l-pajjiż ma' oħrajn membri tal-Unjoni Ewropea u jara kif dak li jiġri f'Malta kieku jsir f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, kien jaqa' l-gvern.", "Semma' kif fl-Olanda minħabba skandlu fil-ħalsijiet tal-benefiċċji soċjali, waqa' l-gvern, u f'Malta li tressaq il-Qorti eks chief of staff ta' Prim Ministru ma ġara xejn u staqsa għaliex f'Malta m'għandiex l-istandards bħal ta' pajjiżi oħra.", "\"Għaliex għandna naċċettaw standards baxxi?\" staqsa Simon Busuttil.", "\"It-theddid għal min jipprova jieqaf għall-ħmieg li għaddej\" Mistoqsi dwar l-istqarrija li ppubblikaw erba' politiċi tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, Jason Azzopardi, Simon Busuttil u David Casa, li sentejn ilu kull wieħed minnhom irċieva envelopp bil-posta li kien fih sustanza suspettuża, Dr Busuttil qal li sentejn wara li sar frame-up fuqhom, għadhom ma semgħu xejn mingħand l-awtoritajiet.", "\"Jien għadu ħadd ma kellimni u din hi biss każ wieħed ta' theddid għal min jipprova jieqaf għall-ħmieġ li għaddej.", "Aħseb u ara dak li għaddiet minnu Daphne Caruan Galizia li spiċċat ħalset b'ħajjitha,\" sostna Busuttil.", "\"Sentejn wara u għadna ma smajna xejn\" – L-4 politiċi li rċivew pakkett bil-kokaina Poplu rasu fir-ramel?", "Prof. Azzopardi staqsa lil Dr Busuttil dwar x'kienet ir-raġuni li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali tal-2017 minkejja r-rivelazzjonijiet li kienu ħerġin dwar l-iskandli.", "\"Il-poplu ma kienx jimpurtah?\" staqsa Prof. Azzopardi.", "Minn naħa tiegħu Simon Busuttil qal li dik hi mistoqsija li t-tweġiba għalijha jixirqilha studju akkademiku.", "\"Kif jista' jkun poplu quddiem każijiet ċari ta' ħmieġ ta' korruzzjoni li ħerġin mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, għax ma tistax tiddeskrivih mod ieħor, xorta waħda jivvota lil dak il-gvern li evidentament hu maħmuġ.", "Nista' ntik ideat ta' x'naħseb illum imma verment nixtieq li jkun hemm studju akkademiku fuqha,\" sostna Dr Simon Busuttil.", "Hawn hu semma' kif il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, kien għajru ġiddieb u qal li ħa l-Qorti kaxxi vojta.", "\"Jien illum wara 4 snin in-nies qed jgħidu ara Simon kellu raġun għax in-nies onestament u ġenwinament emmnu dak il-Prim Ministru li ġiddbilhom.\"", "Qal ukoll li dak il-Prim Ministru, b'referenza għal Joseph Muscat, għad għandu kontroll tal-Partit Laburista, għax hemm kontinwità sħiħa bejnu u bejn Robert Abela.", "Il-kaxxi 'vojta' li wasslu biex Schembri u sħabu jittellgħu l-Qorti \"L-allegazzjoni dwar il-Ministru Carmelo Abela mhix ġdida\" Dwar jekk jemminx lil Jason Azzopardi dwar dak li qed jallega fuq il-Ministru Carmelo Abela b'rabta mas-serqa tal-HSBC li kienet seħħet 10 snin ilu imma ma kienitx irnexxiet, Dr Busuttil qal li d-dettalji huma speċifiċi bl-ammont eżatt ta' flus li allegatament kien offrut Carmelo Abela biex jagħti aċċess għall-bank u ċwievet foloz.", "Hawn hu staqsa x'inhu l-obbligu politiku tal-Prim Ministru għax \"jekk nistennew il-Qorti biex issir ġustizzja, rridu nistennew xi 10 snin oħra u allura jekk jinstab ħati x'nagħmlu?", "Nkunu twekkejna b'dan il-Ministru għal 10 snin oħra.\"", "Busuttil qal li mhux sorpriż b'dawn l-allegazzjonijiet għaliex il-persuni akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u Vince Muscat, il-Koħħu, li ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil, kollha qed jgħidu l-istess verżjoni; li hemm Ministru involut, mingħajr ma semmew l-isem.", "\"Kif jista' jkun il-Ministru jibqa' Ministru u l-Prim Ministru jilgħaba tal-iblah u jgħid li ma jafx għal min qed jirreferu.", "Bħal li kieku ma jistax javviċina l-Ministri tiegħu u jgħidilhom min hu nvolut f'din il-balbuljata.\"", "Filmat: Allegat involviment ta' Ministru fis-serqa mill-HSBC: Azzopardi u Abela jgħidu tagħhom Lejn l-aħħar tal-intervista Dr Simon Busuttil qal li dak li rajna u nafu s'issa hu biss \"the tip of the iceberg għax baqa' u baqa' ħafna ħmieġ xi jrid joħroġ.\"", "Semma' kif hu kien talab għal 3 inkjesti u li t-tielet waħda għadna qed nistennew l-eżitu tagħha.", "L-akkużi li qed jaffaċċja Keith Schembri huma marbuta mal-ewwel żewġ inkjesti.", "Fit-tielet inkjesta Simon Buusttil talab biex jiġu nvestigati l-allegazzjonijiet ta' Daphne Caruana Galizia, li Schembri u Konrad Mizzi fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama biex jieħdu maż-żewġ miljun ewro fis-sena mingħand Yorgen Fenech u Cheng Chen.", "Jinkixef min hu s-sid ta' Macbridge Simon Buusttil temm jgħid li jemm li kull kuntratt li sar taħt Joseph Muscat bħala Prim Ministru għandhom jiġu nvestigati għax \"fuq l-affarijiet kollha l-kbar li għamel kien hemm il-ħmieg.", "Illum għandna Prim Ministru differenti imma minix nara azzjoni.\"", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6075f8eba5215_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6075f8eba5215_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-ministeri-jirrifjutaw-jghidu-kemm-inghataw-impjiegi-matul-il-kampanja-elettorali-tal-2017/", "date": "13 ta' April 2021 3:06 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Kull Ministeru rrifjuta li jagħti spjega ta' kemm kien hemm persuni li ngħataw impjieg mal-gvern matul il-kampanja għall-elezzjoni ġenerali tal-2017 u dan minkejja serje ta' mistoqsijiet parlamentari li saru hekk kif reġa' beda jitlaqqa' l-Parlament wara l-elezzjoni ġenerali ta' erba' snin ilu.", "Li l-Ministeru kollha rrifjutaw li jispjegaw, ġie kkonfermat mill-Ispeaker Anġlu Farrugia f'risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamel id-deputat Nazzjonalista Chris Said.", "Fil-mistoqsija tiegħu Said staqsa kemm kien hemm mistoqsijiet parlamentari li baqgħu mingħajr tweġiba, Ministeru b'Ministeru, kif ukoll liema hi l-eqdem mistoqsija parlamentari għal kull Ministeru li għad m'hemmx tweġiba għalijha.", "Iktar minn 750 mistoqsija parlamentari ma jiġux imwieġba Id-data li ppreżenta l-Ispeaker tikkonferma li l-iktar mistoqsijiet parlamentari li ilhom mingħajr tweġiba huma 15-il mistoqsija parlamentari li saru mid-deputat Nazzjonalista Mario De Marco fl-24 ta' Ġunju tal-2017.", "Dakinhar kienet l-ewwel seduta tal-leġiżlatura li ninsabu fiha.", "Il-Ministri kollha, anke l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, kienu ntalbu jgħidu kemm kien hemm nies impjegati fil-Ministeri, dipartimenti u entitajiet rispettivi li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħhom u dan għal matul il-perjodu ta' bejn 1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju tal-2017.", "Iżda tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet ma ngħatatx u allura l-pubbliku għad m'għandux din l-informazzjoni li għandu dritt li jkun jaf.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60768b0d69cd7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60768b0d69cd7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/avukat-akkuzat-bfalsifikazzjoni-ta-digrieti-tal-qorti-jinghata-l-helsien-mill-arrest/", "date": "11 ta' April 2021 2:42 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["L-avukat Amadeus Cachia ngħata l-libertà proviżorja wara li tressaq il-Qorti akkużat li ffalsifika digrieti tal-Qorti dwar differimenti ta' kawżi.", "Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, semgħet kif l-avukat Cachia kien qed jiffalsifika dawn id-dokumenti uffiċjali għall-klijenti tiegħu li preżentament qed jiskontaw sentenza ta' ħabs.", "L-avukat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.", "Id-difiża, magħmula mill-avukati Stephen Tonna Lowell u Mario Camilleri, talbu għal divjet fuq l-isem tal-avkat biex ma jixxandarx fil-mezzi tax-xandir iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-Qorti ma laqgħetx it-talba tad-difiża.", "Il-Maġistrat Demicoli ordant sabiex Cachia jħallas depożitu ta' €2,500 u garazija personali ta' €10,000.", "L-akkużat ġie ordnat sabiex ma javviċinax ix-xhieda u lill-klijenti inkwistjoni li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.", "Il-Qorti ordnat ukoll sabiex ma jiġux ippublikati l-ismijiet tax-xhieda.", "Sorsi kkonfermaw ma' Newsbook.com.mt li Dr Cachia m'għadux parti mid-ditta legali li kien jaħdem magħha.", "Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Borg u George Frendo. .td_uid_3_6072f239de76e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6072f239de76e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/mp-jwissi-li-r-regolamenti-l-godda-qeghdin-ipoggu-riskju-fuq-is-settur-volontarju/", "date": "12 ta' April 2021 7:57 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Andrew Azzopardi on 103, Lokali", "text": ["Waqt dibattitu fuq 103 Malta's Heart , il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Kevin Cutajar qal li l-bidliet legali li saru riċentament qegħdin ipoġġu l-organizzazzjonijiet volontarji f'riskju.", "Cutajar qal li l-gvern għandu immedjatament jirrivedi l-avviżi legali li jirregolaw l-operat tal-ħwienet tal-karità u attivitajiet ta' ġbir pubbliku għaliex qegħdin jirriskjaw li joqtlu tas-settur tal-volontarjat.", "Bi tweġiba għal dan, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li filwaqt li dawn l-avviżi legali mhumiex perfetti, l-intenzjoni wara kull leġiżlazzjoni hija l-protezzjoni ta' dan is-settur.", "Żied jgħid li minkejja li m'għandniex nidħlu \"fin-nassa tal-one size fits all\", ir-rapport tal-Moneyval kien wieħed ċar fejn jidħlu l-għaqdiet volontarji u r-riskju li jkunu suġġetti għal xi ksur ta' liġi.", "Intant, aktar kmieni din il-ġimgħa, 95 organizzazzjoni ħeġġew lill-gvern sabiex jirtira l-avviżi legali li jirregolaw l-attivitajiet ta' ġbir ta' fondi pubbliċi u l-leġiżlazzjonijiet dwar il-ħwienet tal-karità \"b'effett immedjat u jibdew konsultazzjonijiet serji\" mal-organizzazzjonijiet volontarji u l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.", "95 NGO jappellaw lill-Gvern biex jirtira l-avviż legali Huma qalu wkoll li dawn ir-regolamenti l-ġodda ġew introdotti mingħajr konsultazzjoni u se jwasslu għal nuqqas kbir ta' dħul finanzjarju.", "Il-Membru Parlamentari Kevin Cutajar qal li, \"il-gvern qiegħed jipprova jagħmel minn kollox biex wara t-taħwid kollu li kien responsabbli hu, għal numru ta' elementi minnu, għal numru ta' snin, issa qed jipprova jagħmel minn kollox biex dan it-test li qisu qiegħed bħal mannara fuq rasna ngħaddu minnu.\"", "Żied jgħid li konsegwenza ta' dan inxteħtu ħafna piżijiet fuq l-għaqdiet non-governattivi.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607432f87b937_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607432f87b937_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-e68340-migbura-waqt-araniissa-ghat-tfal-fil-peru/", "date": "12 ta' April 2021 1:48 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Televiżjoni", "text": ["Thank you Malta and Gozo - proud and honoured! #araniissa #covidrelief #missionforperu #josephchetcuti Posted by Arani Issa on Monday, April 12, 2021 .td_uid_2_607437e5a89fa_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607437e5a89fa_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Waqt l-edizzjoni speċjali tal-programm Araniissa li xxandret is-Sibt u l-Ħadd fuq l-istazzjon One inġabret is-somma sabiħa ta' €68,340.", "Din is-somma hi waħda rekord għall-programm Araniissa mmexxi minn Joseph Chetcuti, li ta' kull sena jiddedika programmi tal-programmi tiegħu sabiex jgħin dawk fil-bżonn.", "L-inizjattiva tal-programm Araniissa kienet biex tgħin il-missjoni ta' Iquito, fil-Perù fejn l-Għawdxi Fr Ray Portelli, li huwa wkoll tabib, qed jaħdem b'mod kontinwu sabiex isalva l-ħajja ta' ħafna tfal proprju fi żmien meta il-pandemija tal-Covid-19 qed imutu ħafna nies.", "\"Ġbarna biex nagħtu n-nifs tal-ħajja lil dawn it-tfal,\" qal mimli entużjażmu Joseph Chetcuti waqt li ħabbar is-somma miġbura waqt il-programm Araniissa.", "Ritratt: mill-filmat Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607437e5a8c91_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607437e5a8c91_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-maggoranza-tal-karkarizi-ma-jridux-dan-il-pont-il-kunsilliera-tal-pn/", "date": "13 ta' April 2021 12:48 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Infrastructure Malta ssospendiet l-applikazzjoni tagħha biex jinbena pont pedonali fi Triq il-Wied f'Birkirkara.", "Fi stqarrija, il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità qalu li jqisu li din hija rebħa għall-konservazzjoni taċ-ċentru urban ta' Birkirkara, għar-residenti Karkariżi u għall-wirt kulturali u awtentiku taż-żona.", "Jirriżulta li Infrastructure Malta kellha laqgħa skedata mal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara, ilbieraħ, it-Tnejn 12 ta' April wara l-approvazzjoni ta' mozzjoni mressqa mill-Minority Leader tal-PN Justin Schembri bl-appoġġ tal-Kunsillieri Nazzjonalisti kollha.", "Fl-istqarrija tagħhom, Justin Schembri, Antoine Attard, John Mizzi, Francis Pullicino u Marie Claire Zammit, qalu li hu evidenti li Infrastructure Malta kienet qed tmur kontra s-Central Malta Local Plan minħabba li dan l-proġett propost ma josservax il-fatt li Triq il-Wied hija: UCA (Urban Conservation Area) Iċ-ċentru primarju tar-raħal Żona bi ħtieġa ta' immaniġġjar aħjar b'miżuri ta' tnaqqis ta' traffiku Il-Kunsilliera tal-PN komplew jgħidu li l-proposta mressqa minn Infrastructure Malta, apparti li ma tqisx dawn il-kunċetti ma tirrispettax il-karatteristiċi tal-lokalità kemm f'dak li hu stil, diżinn u massività flimkien mal-aspett soċjoekonomiku, arkitettoniku u kulturali.", "Huwa qalu li dan mhux proġett għall-Karkariżi għaliex il-Karkariżi fil-maġġoranza assoluta tagħhom ma jridux dan il-pont, imma huwa proġett ta' konvenjenza għall-vetturi u proġett li jinkoraġġixxi t-traffiku mexxej minflok ma jsib bilanċ bejn in-nies li jagħmlu użu miċ-ċentru b'mod pedonali u t-traffiku lokali.", "Il-Kunsillera komplew jispjegaw li dan imur kontra l-istrateġija tat-trasport tal-2016 li tirrimarka dwar l-importanza ta' tnaqqis ta' vetturi fiċ-ċentri tal-irħula li għandhom jinkoraġġixxu riġenerazzjoni sostenibbli u jkunu msaħħa fil-karattru u d-dehra speċifika tagħhom.", "Il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista f'Birkirkara saħqu l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissapportjaw inizjattivi minn aġenziji pubbliċi u s-settur privat li jistgħu jikkontribwixxu għal titjib fl-ambjent estern taċ-ċentru tar-raħal u jinkoraġġixxu l-attrazzjoni għalihom bħala żoni għall-komunità u l-kummerċ billi jitressqu proposti għal skemi pedonali, skemi ta' tisbiħ u immaniġġjar ta' traffiku biex iż-żona tkun tan-nies aktar milli tal-vetturi.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607594e30f0c2_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607594e30f0c2_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-dar-eccezzjonali-fil-qalba-tan-naxxar/", "date": "16 ta' April 2021 1:00 PM", "category": "press, news, Artikli Promozzjonali", "text": ["Jekk qed tfittex proprjetà tassew speċjali, din id-dar fin-Naxxar hija perfetta għalik.", "Din it-townhouse f'wieħed mill-iktar irħula mfittxija ta' Malta, ġiet mibdula f'dar tal-familja sabiħa u prattika.", "Id-dar għandha numru kbir ta' karatteristiċi oriġinali li jinkludu gallarija tradizzjonali Maltija, twieqi stil tradizzjonali li jingħalqu, u aperturi tipiċi kkundizzjonati mill-ġdid.", "Fil-proprjetà nsibu kuritur imdaqqas, salott/kamra tal-ikel kbir, salott ieħor ta' daqs żgħir, kċina/ b reak fast , kamra tal-banju u ġnien ta' 70 metru kwadru bi spazju għal pixxina.", "L-ewwel sular bħalissa jospita tliet kmamar tas-sodda u kamra tal-banju, iżda jista' faċilment jakkomoda wkoll kamra tal-banju ensuite .", "L-aħħar sular jinkludi kamra tal-ħasil u s-saqaf tiegħu stess.", "Din hija tassew dar eċċezzjonali, bil-potenzjal li tagħmel bidliet kożmetiċi biex tkompli toħroġ il-karatteristiċi sbieħ tagħha.", "Garaxx għall-kera huwa disponibbli wkoll.", "Aktar informazzjoni dwar l-appartament tista' ssibha hawn .", "It-tim ta' Belair huwa eqreb lejk minn qatt qabel – issa tista' tkellem lill-aġenti ta' Belair wiċċ imb wiċċ, mill-kumdità u s-sigurtà tad-dar tiegħek stess permezz ta' Talk with Belair .", "Dan l-episodju huwa parti minn sensiela tal-filmati Property of the Month, imħejjija minn Belair Property u Newsbook.com.mt, u saret possibbli permezz ta' għotja minn Belair Property.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60798baacf821_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60798baacf821_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/rebha-ohra-ghall-konsumaturi-maltin/", "date": "15 ta' April 2021 4:23 PM", "category": "press, news", "text": ["Ritratt: Uffiċċju Alex Agius Saliba, MEP .td_uid_2_60784c8a35718_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60784c8a35718_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ninsab sodisfatt li matul dawn l-aħħar xhur, il-ħidma u l-isforzi tiegħi taw riżultati wara l-aħbar tal-Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern Thierry Breton li se tiġi ppubblikata proposta fuq livell Ewropew biex ikun hemm ċarġer wieħed standard għat-telefowns ċellulari u tagħmir elettroniku żgħir ieħor bħal tablets u kameras diġitali.", "Il-ħtieġa għal soluzzjoni komuni għall-iċċarġjar ilha tinħass għal aktar minn 10 snin u huwa sinjal pożittiv ħafna li issa ninsabu f'pożizzjoni li dalwaqt, il-konsumaturi Ewropej kollha se jkollhom l-opportunità li jkollhom ċarġer wieħed universali.", "Il-pressjoni tal-isforzi tiegħi matul dawn l-aħħar ftit xhur se tirriżulta fi prezzijiet aktar baxxi għal ħafna apparati elettroniċi kif ukoll tnaqqis fl-iskart elettroniku b'riżultat ta' għażla universali u aktar effettiva.", "Waqt laqgħa tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bqajt nagħmel il-pressjoni biex niżgura li l-eleamenti kollha ta' din l-inizjattiva jkunu favur il-konsumaturi.", "Iddikjarajt li għandha tingħata aktar informazzjoni dwar ir-riżultati tal-istudji tal-partijiet interessati, il-perjodu ta' żmien preċiż, u l-għodod eżatti li qed jiġu analizzati għal din l-inizjattiva.", "Staqsejt ukoll hix l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tmur lil hinn mid-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju u jekk tippreżentax att legali indipendenti biex tkopri elementi oħra li għandhom l-għan li jnaqqsu l-iskart elettroniku, bħad-diżakkoppjar tal-bejgħ taċ-ċarġer.", "Wara dan l-ewwel pass mill-Kummissarju Thierry Breton, nisħaq li huwa kruċjali li l-isforzi fuq livell Ewopew jibqgħu kostanti sabiex niżguraw li din il-proposta tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi kollha u twassal għal ċarġer universali affidabbli u kost-effettiv, li jagħmel il-ħtieġa li wieħed ikollu bżonn bosta ċarġers ħtieġa tal-passat. .td_uid_3_60784c8a35907_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60784c8a35907_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/42-xahar/", "date": "16 ta' April 2021 7:15 PM", "category": "press, news", "text": ["Ritratt minn: Repubblika .td_uid_2_6079c74c7c33b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6079c74c7c33b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-aħħar post fil-blog ta' Daphne llum għalaq tliet snin u nofs.", "It-titlu tiegħu huwa 'Dak il-korrott Keith Schembri llum kien il-Qorti jgħid li mhux korrott.'", "Mill-aħħar velja, bħal-lum xahar, lil Keith Schembri ġabuh il-Qorti arrestat, u akkużawh li hu korrott.", "Akkużawh fuq storja li kixfet Daphne.", "Akkużawh fuq stejjer li meta kitbet dwarhom Daphne, l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna kienu medhija jew jieklu l-fenek l-Imġarr, jew isiefru jiddevertu ma' Yorgen Fenech jew jiftiehmu mal-kriminali mafjużi.", "Għednieha ħafna drabi, u se nerġa' ngħidha llum: kieku dawn in-nies ma tradewx il-ġurament li ħadu lejn pajjiżna, kieku dawn in-nies ma tradewx lill-poplu Malti, kieku dawn in-nies ma sarux ħaġa waħda mal-qarnita mafjuża, kieku l-blog ta' Daphne ma waqafx jinkiteb tliet snin u nofs ilu.", "Kieku wlied Daphne m'ilhomx tnejn u erbgħin xahar ma jgħidu 'ma'.", "Irridu li kulħadd iħallas ta' għemilu Għalhekk illum se nagħmilha iktar ċara minn qatt qabel li aħna rridu li jsir ħaqq minn dawn in-nies.", "Ma' min fixkel l-investigazzjonijiet tal-assassinju; Ma' min ta informazzjoni lill-assassini; Ma' min raqad fuq provi u indizzji ċari ta' korruzzjoni; Ma' min minflok investiga – kif kellu obbligu jagħmel – qagħad jammirra l-attributi fiżiċi tal-Prim Ministru.", "Lil dawn kollha rriduhom iħallsu ta' għemilhom.", "Għalhekk nistaqsu lill-Kummissarju tal-Pulizija: X'qed jiġri dwar Silvio Valletta?", "Se tressaq pulizija membri fis-servizz sigriet li allegatament kienu qed jikkomunikaw mal-mafjużi?", "X'qed tagħmel dwar il-predeċessur tiegħek, Lawrence Cutajar?", "Sur Kummissarju, jekk tassew trid li l-Korp tal-Pulizija jerġa' jibda jittieħed bis-serjetà hemm bżonn li kull min għamel għajb lill uniformi li tilbes int, li kull min flok ħarisna mill-kriminali ssieħeb mal-kriminali, iġġibu fil-bini tal-qorti u tiżgura li jieħu dak li ħaqqu.", "Sur Kummissarju, għandek iċ-ċans li minflok tibqa' mfakkar bħal ta' qablek, tibqa' mfakkar bħala l-Kummissarju li naddaf lill-Korp tal-Pulizija u li allura seta' jibda jnaddaf lil dan il-pajjiż.", "Nassigurawk li jekk inti tagħmel l-għażliet tas-sewwa, lilna se ssibna spalla ma' spalla miegħek.", "Il-paċenzja għandha limitu Ilna 42 xahar niġġieldu għall-ġustizzja.", "Il-paċenzja tagħna għandha limitu.", "Se nagħmilha ċara li jekk mhux se naraw azzjoni deċiżiva se nkunu qed nerġgħu nsejħu lin-nies u nipprotestaw.", "U ma niqfux nipprotestaw qabel naraw ir-riżultati.", "L-istess kif għamilna biex ħlisna lill-Kastilja minn Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi u l-bqija.", "F'Kastilja llum hemm Robert Abela.", "Hemm Prim Ministru li jpinġi l-arresti ta' dawk li hu dejjem iddefenda, bħala xi kisba tiegħu.", "Hemm Prim Ministru li meta jarrestaw lil nies li hu ħadem biex ikunu fil-poter, jgħidilna li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu.", "Jinsa dal-Prim Ministru li sħabu Keith Schembri, Brian Tonna u Karl Cini tressqu wara inkjesti li damu tliet snin u nofs, liema inkjesti hu u l-partit tiegħu ma ridux.", "Jinsa li dawn l-inkjesti hu u l-partit tiegħu rredikolawhom.", "Robert Abela, aħna nafu li sħabek ma tressqux il-Qorti minħabba xi investigazzjoni li għamlu l-istituzzjonijiet li int qed tiftaħar bihom.", "Lil dawn l-istituzzjonijiet, illum il-poplu qed jistaqsihom: Meta se naraw lil Konrad Mizzi akkużat fil-Qorti?", "X'sar minnha l-investigazzjoni dwar il-ħadma ta' 17 Black fil-Montenegro?", "Fiex waslet l-investigazzjoni fuq il-kumpanija MacBridge?", "Fuq is-serqa ta' tliet sptarijiet tal-Maltin, x'qed jiġri?", "Il-kuntratt tal-Electrogras qegħdin tivestigawh?", "Fejn weħlet il-prosekuzzjoni tal-Bank Pilatus li ilha mwiegħda mis-sajf li għadda?", "Għaliex f'pajjiżna ħadd għadu ma tressaq il-Qorti fuq il-Panama Papers?", "U jekk hawn xi ħadd jgħaddilu minn moħħu li l-ġustizzja aħna rriduha biss fuq dak li ġara fi żmien il-Labour, se nistaqsi llum: Meta se naraw lil xi ħadd involut fl-iskandlu taż-żejt, imur il-ħabs?", "Meta se tressquh lill-eks Ministru Nazzjonalista John Dalli?", "Meta se nkunu nafu min huma dawk li nqabdu fl-iSwiss Leaks?", "Is-sejħa għall-ġustizzja m'għandhiex expiry date.", "Ma tressaq ħadd dwar il-mottiv tal-assassinju Aħna qed nistennew, anzi qed neżiġu, illi fil-Qorti naraw nies akkużati anke dwar dak li wassal għall-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.", "Kulħadd f'Malta jaf li Daphne nqatlet minħabba l-korruzzjoni.", "U dil-korruzzjoni ma setgħet qatt isseħħ kieku ma kellniex fil-poter politiċi korrotti.", "Imma s'issa għadu ħadd ma ġie akkużat b'dil-korruzzjoni.", "Il-pulizija ressqet il-Qorti lil Yorgen Fenech u qed takkużah li kien hu li ordna l-assassinju.", "Imma għaliex kien ordnat dan l-assassinju?", "Jekk il-pulizija temmen li Daphne nqatlet biex titgħatta l-korruzzjoni, kif għadu ħadd ma tressaq dwar dil-korruzzjoni?", "Jekk hawn xi ħadd qed jaħseb li għax Robert Abela jagħmel press conference f'nofs l-aħbarijiet tat-tmienja lilna se jimpressjonana, għandu żball u għandu żball kbir.", "Aħna rridu naraw ir-riżultati.", "Aħna rridu li f'pajjiżna tibda ssir ġustizzja.", "U rridu li dan isir fi żmienna.", "Irridu li meta wliedna jaqraw l-istorja ta' pajjiżna, jaqraw li meta kien hawn politiċi korrotti u istituzzjonijiet kompliċi, dawn tressqu quddiem il-ġustizzja u sar ħaqq minnhom.", "Aħna m'aħniex se noqgħodu kwieti qabel dil-ġustizzja ssir u ssir kollha u ma' kulħadd.", "Din hi l-missjoni tagħna.", "U nassiguraw lil kulħadd li se nagħmlu minn kollox, kif diġà għamilna, biex dil-missjoni nwettquha u nwettquha kollha kemm hi.", "Dan id-diskors sar minn Dr Robert Aquilina, President ta' Repubblika, waqt il-Velja għall-Verità u l-Ġustizzja li fakkret it-42 xahar mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. .td_uid_3_6079c74c7c532_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6079c74c7c532_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-partita-man-utd-tottenham-iccensurata-100-darba-fuq-it-tv-fl-iran/", "date": "16 ta' April 2021 6:37 AM", "category": "press, news, Sport, Internazzjonali", "text": ["Ritratt: mill-filmat .td_uid_2_60791493afeb8_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60791493afeb8_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-partita Manchester United – Tottenham Hotspurs li ntlagħbet nhar il-Ħadd li għadda bħala parti mill-Premier League ġiet ċensurata mill-inqas 100 darba meta xxandret fuq l-istazzjon nazzjonali Iranjan minħabba li fil-grawnd mal-plejers kien hemm l-assistent referee Sian Massey-Ellis kienet liebsa shorts.", "Fl-Iran mhux permess li fuq l-istazzjon televiżiv tal-Istat jidhru nisa b'xagħrhom jew saqajhom jidhru, u anke jekk din ix-xandira kienet waħda li kienet qed titwassal minn barra l-pajjiż, il-partita ġiet iċċensurata fl-aqwa mumenti tagħha sabiex saqajn Massey-Ellis, li għandha 35 sena, ma jidhrux fuq l-iskrins tat-televiżjoni.", "Din iċ-ċensura wasslet biex il-grupp My Stealthy Freedom, li jiġġieled għad-drittijiet diskriminatorji fl-Iran, ikkritika bl-aħrax il-mod kif il-partita tal-Ħadd li għadda ġiet imtertqa u waqqgħet għaż-żufjett il-partita billi fil-mumenti li kienet tidher ir-referree mara ittellgħet stampa oħra li tellfet lit-telespettaturi l-aqwa mumenti ta' din il-partita lintemmet bi skor ta' b'rebħa għal Manchester United bi skor ta' 1 – 3.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60791493b0177_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60791493b0177_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-il-binja-ta-kirkop-fc-mghoddija-lill-klabb-stess/", "date": "16 ta' April 2021 7:25 AM", "category": "press, news, Sport", "text": [".td_uid_2_607952a01d250_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607952a01d250_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-binja tal-klabb tal-futbol ta' Kirkop FC issa ġiet trasferita lill-istess klabb mill-Gvern permezz ta' ftehim bejn SportMalta u Kirkop FC.", "L-iffirmar tal-ftehim kien presedut mill-Ministru għall-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima.", "Il-Ministru Julia Farrugia Portelli fissret kif il-prijorità ta' dan il-Gvern hi li anke t-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar, f'dal-każ permezz tal-isport.", "Qalet ukoll li l-fatt li f'raħal żgħir bħalma huwa Ħal Kirkop issib daqstant volontiera biex imexxu b'dedikazzjoni diversi għaqdiet, fosthom il-klabb tal-futbol, jimliek bil-kuraġġ.", "Il-Ministru Farrugia Portelli żiedet tgħid li tinsab konvinta li dan se jkattar l-impenn u d-dedikazzjoni tad-diriġenti tal-klabb b'risq il-qasam sportiv fir-raħal.", "Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima spjega kif permezz ta' dan it-trasferiment Kirkop FC se jkollhom dar denja fejn jistgħu jħarrġu lill-atleti tagħhom.", "Hu kompla jgħid li l-impenn tal-Gvern hu li jkompli jwettaq il-wegħdiet sportivi elettorali tiegħu.", "DOI Iċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil saħaq li \"li temmen fl-isport ifisser li temmen fl-assoċjazzjonijiet, klabbs u fuq kollox temmen fl-atleti u l-isportivi nfushom.", "Dan il-ftehim, l-aħħar wieħed f'kullana ta' konċessjonijiet simili, imma żgur mhux l-aħħar wieħed, huwa turija bil-fatti li SportMalta u fuq kollox il-Gvern permezz tas-Segeretarju Parlamentari Clifton Grima, nemmnu fl-isport lokali.", "SportMalta hija kommessa li tkun fuq quddiem nett li tibqa' taħdem ma' klabbs u assoċjazzjonijiet u tagħtihom aktar riżorsi sabiex jikbru u jkabbru l-isport.\"", "Il-President tal-Klabb ta' Kirkop FC Joseph Farrugia saħaq li wara ħafna snin, il-ħolma ta' dan l-klabb se ssir realtà.", "Huwa qal li dan il-ftehim se jkun avvanz għall-klabb ta' Kirkop FC għax permezz tiegħu se jkunu jistgħu jestendu ħidmiethom għal aktar ġid fil-komunità.", "Ara wkoll Jibda x-xogħol fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tennis li se jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607952a01d564_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607952a01d564_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ghalissa-malta-mhux-se-taghti-l-vaccin-johnson-johnson/", "date": "14 ta' April 2021 6:24 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus", "text": ["Unsplash .td_uid_2_6077dd5284d5b_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6077dd5284d5b_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Malta mhux se tkun qiegħda tagħti il-vaċċin Johnson & Johnson għalissa minħabba li sitt persuni ffurmawlhom l-għoqiedi tad-demm sa ħmistax wara li ħadmu t-tilqima.", "Ma' Times of Malta , is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci spjegat li Malta mhux se tqassam dan il-vaċċin għalissa skont kif kien irrakomandat mill-Aġenzija tal-Mediċina Ewropea.", "Is-sitt persuni kienu fost is-6.8 miljun persuna li ħadu l-vaċċin Johnson & Johnson.", "Il-Food and Drug Administration u ċ-Ċentru tal-Kontroll tal-mard u l-prevenzjoni se jkunu qegħdin jeżaminaw jekk hemmx konnessjoni bejn l-għoqod fid-demm u l-vaċċin.", "It-Tlieta l-Istati Uniti ħabbret li se tkun qiegħda twaqqaf temporanjament l-għoti tat-tilqima Johnson & Johnson.", "L-Istati Uniti se twaqqaf temporanjament l-għoti tat-tilqima Johnson&Johnson Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6077dd5285008_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6077dd5285008_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/awguri-andrea-2/", "date": "15 ta' April 2021 7:45 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Kurżitajiet", "text": ["Ritratt: Facebook - Andrea Cassar .td_uid_2_6077d31dd48ec_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6077d31dd48ec_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Tiċċelebra għeluq sninha l-preżentatriċi Andrea Cassar li llum tagħlaq 42 sena.", "Twieldet bħal-lum il-15 ta' April tal-1979.", "Andrea, li narawha tippreżenta l-programm Liquorish nhar ta' Tnejn fit-8.30pm fuq One, hija miżżewwġa lil Warren Brimmer u għandhom żewġt ulied, Isaac u Eve.", "Andrea hija wkoll CEO ta' kumpanija Cassar Marine Group.", "Apparti s-suċċess ta' Liquorish, li issa daħal fis-17-il sena tiegħu, Andrea la dubju tibqa' wkoll assoċjata mal-programm Bugz@Net li kienet tippreżenta għal bosta snin.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6077d31dd4bb6_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6077d31dd4bb6_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/inuman-li-l-pazjenti-jintuzaw-bhala-arma-il-kummissarju-tas-sahha/", "date": "16 ta' April 2021 3:25 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman qed jappella lil żewġ unjins li għandhom direttivi fis-seħħ bħalissa sabiex jissospendu dawn id-direttivi peress li hija ħaġa \"inumana\" li l-pazjenti jintużaw bħala arma.", "Fi stqarrija, il-Kummissarju għas-Saħħa Charles Messina wera tħassib fuq id-direttivi għaddejjin bħalissa fir-Residenza San Vinċenz de Paule, biex il-ħaddiema ma jaħslux u ma jqandlux ir-residenti, u fil-Klinika tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fejn huma limitati n-numru ta' pazjenti tal-kanċer li jidħlu.", "Fil-każ ta' San Vinċenz de Paule, il-Kummissarju stqarr li ma jistax jifhem kif ir-residenti ma jiġux maħsula għal ġranet sħaħ, peress li dan mhux biss iwassal li jiżviluppaw feriti peress li mhumiex jitniżżlu mis-sodda, imma wkoll li jkollhom inkonvenjenzi kbar u nuqqas ta' dinjità.", "Żied jgħid li f'dan ir-rigward, il-Qrati, f'każijiet simili, laqgħu Mandat ta' Inibizzjoni għaliex id-direttivi jmorru kontra l-interess tal-pazjenti u jistgħu jipperikolawlhom saħħithom.", "Dwar id-direttivi f'Sir Anthony Mamo, il-Kummissarju spjega li minħabba fihom, il-pazjenti qed jintbagħtu fis-swali ġenerali tal-Isptar Mater Dei fejn jista' jkun hemm nuqqas ta' speċjalizzazzjoni f'dan il-qasam.", "Huwa qal, \"Minkejja dawn id-direttivi l-Ministeri konċernati ma tantx jidhru li huma preokkupati għaliex għaddew xhur minn mindu bdew id-diskussjonijiet.\"", "Appella lill-Ministeri biex jieħdu passi biex tissolva s-sitwazzjoni, u anke lill-unjins biex jissospendu d-direttivi li qed jaffettwaw lill-pazjenti u mhux lill-amministrazzjoni.", "Diżgwid bejn l-MUMN u l-Kummissarju tas-Saħħa \"Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali missu żar Monte Karmeli qabel tkellem\" – MUMN Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60799c524a94e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60799c524a94e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ragel-akkuzat-battentat-ta-qtil-ma-jinghatax-il-helsien-mill-arrest/", "date": "15 ta' April 2021 2:30 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Raġel ta' 32 sena minn San Pawl il-Baħar ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat b'attentat ta' qtil.", "Ir-raġel ġie akkużat li pprova joqtol lil raġel ieħor wara argument li seħħ bejn iż-żewġt irġiel, fil-Marsa, aktar kmieni din il-ġimgħa.", "Il-vittma ġie aggredit b'sikkina u kien fil-periklu tal-mewt.", "Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, ir-raġel ġie akkużat ukoll li kien qed iġorr arma mingħajr liċenzja tal-Pulizija, li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti fuq sentenza sospiża u li kiser il-paċi pubblika.", "Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.", "Fil-Qorti ħareġ kif il-vittma ta' l-isem tal-agressur lill-Pulizija li mill-ewwel bdiet bit-tfittxija għar-raġel.", "L-Ispettur Andy Rotin ikkonferma li l-akkużat mar hu għand il-Pulizija.", "Ħareġ ukoll li ż-żewġt irġiel kienu ħbieb u li l-vittma kien jgħin lill-agressur anke finanzjarjament.", "Infatti jirriżulta li l-argument beda minħabba self ta' flus.", "L-arma li ntużat fl-argument ma nstabitx.", "Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.", "L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb dehru għall-akkużat.", "Arrestat l-allegat aggressur tal-ġlieda fil-Marsa Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607872edb20cd_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607872edb20cd_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/jinstabu-pakketti-bsustanzi-narkotici-li-waslu-bil-posta/", "date": "15 ta' April 2021 3:47 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Dwana .td_uid_3_607852657c672_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607852657c672_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Żewġt iklieb fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana, irnexxielhom isibu pakketti li kienu mimlija b'sustanzi narkotiċi.", "Dawn il-pakketti waslu Malta bil-posta.", "Il-klieb, Ted u Żekkin, kienu qed ixommu pakketti li waslu għand il-Malta Post, b'wieħed mill-pakketti kien ġej mill-Iżvizzera u l-ieħor mill-Italja. #td_uid_2_607852657a6ea .td-doubleSlider-2 .td-item1{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/15154404/DSC_0196-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_607852657a6ea .td-doubleSlider-2 .td-item2{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/15154414/image0-80x60.jpeg) 0 0 no-repeat} 1 minn 2", "Dwana Id-Dipartiment tad-Dwana fi stqarrija qal li ż-żewġ pakketti ngħaddew għand il-Pulizija tal-Iskwadra ta' kontra d-droga biex isiru l-investigazzjonijiet.", "F'Marzu 2021 Arrestata persuna li ordnat sustanzi narkotiċi mir-Renju Unit Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_4_607852657c989_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_4_607852657c989_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/gurnalisti-russi-jistghu-jintbaghtu-l-habs-fuq-akkuzi-ta-protesti-kontra-l-gvern/", "date": "15 ta' April 2021 11:04 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Ritratt: Valery Tenevoy .td_uid_2_60784fca3c2df_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60784fca3c2df_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Studenti ġurnalisti Russi qed jaffaċjaw sentenza ta' ħabs wara li nhar l-Erbgħa l-pulizija Russa wettqet raid fl-uffiċini ta' sit tal-aħbarijiet studenteska u akkużat erba' studenti li kienu qed iġiegħlu minorenni jipprotestaw kontra l-Gvern.", "Ir-raid tal-bieraħ sar wara li aġenti tas-sigurtà għamlu tfittxijiet fid-dar tal-ġurnalist investigattiv Roman Anin, u interrogawh dwar investigazzjoni fuq l-assi ta' Igor Sechin, il-Kap tal-kumpanija taż-żejt Rosneft, li tmur lura għall-2016.", "Is-sit tal-aħbarijiet studenteska DOXA qalet li l-akkużi ġew wara li ttella' vidjow marbut ma' demostrazzjonijiet rigward il-kritiku tal-Kremlin Alexei Navalny, li jinsab maqful il-ħabs.", "Jekk jinstabu ħatja, l-erba' ġurnalisti qed jaffaċjaw sa tliet snin ħabs.", "Il-mara ta' Navalny b'appel lil Putin Russja: Appell biex Putin iħalli politiku tal-oppożizzjoni vvelenat jittieħed fi sptar ieħor L-Erbgħa filgħaxija, qorti f'Moska ordnat lil tlieta mill-ġurnalisti, Vladimir Metelkin, Alla Gutnikova u Armen Aramyan, jobdu numru ta' restrizzjonijiet, fosthom li ma jużawx il-mowbajl u l-internet għal xahrejn, kif ukoll li ma joħorġux minn darhom bejn 12:00 a.m. u 11:59 p.m. Waqt li l-każ kien għaddej, inġabret folla ta' demostranti żgħażagħ barra l-binja tal-Qorti u għamlu katina umana b'appoġġ lejn il-ġurnalisti.", "\"Dan li qiegħed jiġri – il-pressjoni fuqhom – għalija huwa llegali,\" qalet Anna Ivleva, studenta tal-Masters ta' 24 sena.", "\"Irrid nagħmel minn kollox biex nuri l-appoġġ tiegħi lil dawk kollha li għaddejjin minn din il-ħaġa.\"", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60784fca3c5b0_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60784fca3c5b0_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/tibqghux-tikkoncentraw-fuq-il-herd-immunity-fauci/", "date": "14 ta' April 2021 11:04 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Internazzjonali", "text": ["Ritratt ta' Maksim Goncharenok minn Pexels .td_uid_2_6076b6db35a9d_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6076b6db35a9d_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Kap tal-Istitut Nazzjonali Amerikan tal-Allerġiji u l-Mard Infettiv, Anthony Fauci qal li l-persentaġġ tal-herd immunity diffiċli biex jiġi ddeterminat u spjega li hekk kif hu jagħti persentaġġ ta' bejn 70% u 85%, biex tasal il-herd immunity wieħed ma jistax jieħu dan bħala numru uffiċjali u kif dan hu biss stima.", "Qal, fuq intervista fuq BBC Radio 4 li \"ma nistgħux nagħmlu dikjarazzjoni definittiva li meta naslu għal dan in-numru se tintlaħaq il-herd immunity.\"", "Saħaq kif aktar kemm jingħataw tilqim kontra l-Covid-19, aktar hemm ċans li niġu lura għan-normalità, iżda din se ssir gradwalment.", "F'Marzu, waqt il-konferenza stampa bit-tħabbir tal-mizuri ġodda biex jilqa' għan-numri li dejjem kienu qed jiżdiedu ta' każijiet ġodda tal-Covid-19, il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne kien ħabbar li l-herd immunity kienet se tintlaħaq 5 ġimgħat qabel l-aħħar ta' Settembru.", "X'qal Fearne Filmat: Il-PM iħabbar miżuri ġodda fosthom għeluq tal-iskejjel u ħwienet Dan wara li f'Jannar, il-Ministru Fearne, f'intervista fuq Euronews kien qal li Malta għandha l-kapaċità li tagħti l-vaċċin kontra l-COVID-19 lil 70% tal-popolazzjoni sa Settembru.", "Aktar dettalji Filmat: Il-pajjiżi tal-UE għandhom jilħqu l-miri tal-vaċċin flimkien ħalli jikrupraw f'daqqa – Fearne Ix-xahar li għadda, l-Assoċċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA qalet li biex il-lukandi u r-ristoranti jirkupraw hemm bżonn li l-herd immunity f'Malta tintlaħaq sa Ġunju tal-2021.", "Huma spjegaw li peress li fl-ospitalità n-nies jingħaqdu flimkien u peress li minħabba l-coronavirus dan ma jistax jiġri, appellat biex jiżdied in-numru ta' tilqim kuljum ħalli tintlaħaq il-herd immunity, li tfisser li 75% tal-poplu jkun imqlaqqam.", "Aqra aktar Bżonn li l-herd immunity tintlaħaq sal-aħħar ta' Ġunju – MHRA F'mistoqsija minn Marco Ellul, fuq Ask Charmaine fuq it- Times of Malta , dwar jekk jintlaħaqx il-herd immunity meta 70% tal-popolazzjoni tkun ħadet il-vaċċin, Charmaine Gauci, is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika kienet qalet, f'Marzu li l-aħjar mod biex nilħqu l-herd immunity hu permezz tal-vaċċin.", "Kienet qalet kif it-tbassir jiddependi fuq it-tilqima, li tkun kapaċi tillimita t-trasmissjoni tal-virus.", "Qalet kif stima tar-rata tat-tixrid tal-ewwel varjant tal-Covid-19, matul l-ewwel stadji tal-epidemija, hi R=3.", "Il-livell korrispondenti tal-herd immunity għal dan il-valur ta' R hu 67%, għalhekk, hekk nassumu effiċjenza tal-vaċċin ta' 90%, hemm bżonn li jitlaqqmu 74 % tal-popolazzjoni biex tinkiseb immunità tal-merħla.", "Is-sena l-oħra, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qal li l-użu tal-kunċett ta' immunità tal-massa (herd immunity) bħala strateġija kontra l-imxija tal-coronavirus joħloq \"problemi fuq livelli xjentifiċi kif ukoll etiċi\".", "Iżjed informazzjoni L-immunità tal-massa toħloq problemi fuq livelli xjentifiċi kif ukoll etiċi – WHO Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6076b6db35df6_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6076b6db35df6_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-moviment-graffitti-bappell-kontra-n-nuqqas-ta-azzjoni-dwar-il-progett-tal-imsida/", "date": "15 ta' April 2021 12:36 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: info@newsbook.com.mt .td_uid_2_60784fc36a978_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60784fc36a978_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-Awtorità Maltija għall-Ambjent, l-ERA ma ħaditx azzjoni dwar il-proġett tal-Imsida Creek.", "Dan intqal fi stqarrija li għamlet l-NGO l-Moviment Graffitti fejn appella biex din id-deċiżjoni titreġġa' lura.", "L-NGO spjegat kif proġett bħal dan se jkollu effetti konsiderevoli fuq l-ambjent tal-Imsida u tal-madwar.", "Ingħad li f'belt fejn kullimkien inbena, dan il-proġett se jieħu l-aħħar spazju aħdar, għax se jirriżulta fit-tneħħija ta' bosta siġar li għandhom iż-żmien.", "Dan il-proġett \"ħa jidfen aktar art agrikola taħt l-asfalt u ħa jneħħi l-aċċessibilità tal-persuni mexjin u taċ-ċiklisti\" saħqet l-NGO.", "Il-proġett tal-Imsida għandu jerġa' jitfassal \"Il-proġett tal-Imsida għandu jerġa' jitfassal\" Issemma' wkoll nuqqas ieħor fejn ma ntalbitx Evalwazzjoni tal-Impatt Ambjentali tal-proġett mill-ERA.", "Moviment Graffitti spjega li mat-talba ta' dan ir-rapport, l-ERA falliet milli titlob għal proġett alternattiv, iżda ħalliet lill-Infrastructure Malta tibqa' għaddejja bil-pjanijiet oriġinali.", "Il-Moviment Graffitti tkellem ukoll fuq kif il-flyover mhuwiex aċċessibli minħabba nuqqasijiet ta' effiċjenza u mobbiltà.", "Dan minħabba li l-użu tagħhom huwa possibbli biss permezz ta' pontijiet pedonali.", "Ġie kkritikat ukoll il-valur estetiku, b'wieħed mill-pontijiet se jinbena bi dritt blokka appartamenti u joħloq impatt viżiv ikrah fuq ir-residenti, skont l-NGO.", "Peress li ma kienx hemm biżżejjed kunsiderazzjonijiet min-naħa tal-ERA, il-Moviment Graffitti m'aċċettax id-deċiżjoni li ttieħdet.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60784fc36ac44_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60784fc36ac44_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/trailor-jolqot-zewg-karozzi-pparkjati/", "date": "14 ta' April 2021 5:15 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt Malta Diżastru Totali .td_uid_2_6077e23da6ade_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6077e23da6ade_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Aktar kmieni llum, f'San Pawl il-Baħar trailar li jintuża għall-kostruzzjoni laqat żewġ karozzi li jidher li kienu pparkjati.", "Waħda mill-karozzi spiċċat tħat it-trailer filwaqt li l-karozza l-oħra ġiet elevata minn wara.", "Kelliem għall-pulizija qal li ma weġġa' ħadd.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6077e23da6db9_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6077e23da6db9_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-carmelo-abela-ghandu-jitkecca-u-jrodd-lura-e7000-pn/", "date": "15 ta' April 2021 6:27 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Konferenza tal-aħbarijiet Konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista mill-kandidati Graziella Attard Previ, Jerome Caruana Cilia u Justin Schembri.", "Posted by Partit Nazzjonalista on Thursday, April 15, 2021 .td_uid_2_607930d7c798e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607930d7c798e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Ministru Carmelo Abela għandu jagħti lura l-fondi pubbliċi li ħa u jitkeċċa mill-kariga tiegħu, wara li r-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler sabu ħati ta' ksur tal-etika.", "Dan qalu l-Partit Nazzjonalista, waqt konferenza stampa il-Ħamis, fejn qal ukoll li r-riklam serva interess wieħed biss, dak li jiżdied il-profil personali ta' Abela qabel ir-reshuffle tal-kabinett.", "Fit-8 ta' April, Newsbook.com.mt kien żvela li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler ikkonkluda li l-Ministru Carmelo Abela kiser l-etika permezz ta' kampanja ta' reklamar li tħallset minn fondi pubbliċi.", "Carmelo Abela misjub ħati ta' ksur tal-etika mill-Kummissarju tal-Istandards L-Erbgħa filgħaxija, Hylzer, kkonferma dak li żvela Newsbook.com.mt, dak li l-Ministru Carmelo Abela kiser il-Kodiċi ta' Etika, hekk kif reklami li dehru fil-ġurnali lokali mħallsa minn fondi pubbliċi, saru biex jimbotta d-dehra tiegħu aktar milli offrew informazzjoni ta' valur lill-pubbliku.", "Ikkonfermata: \"Reklam minn fondi pubbliċi biex jonfoħ lilu nnifsu\" Il-Kanditat tal-PN, Jerome Caruana Cilia, akkuża lill-Prim Ministru Robert Abela li qed jadotta standards doppji mal-Membri Parlamentari tiegħu, hekk kif saħaq li Abela kien qal li kien se jieħu azzjoni wara rapport fuq Rosianne Cutajar u hekk kif issa hemm rapport fuq Carmelo Abela, il-Prim Ministru għadu ma ħa l-ebda azzjoni.", "Spjega wkoll li l-flus minfuqgħa fuq ir-riklamar, madwar €7,000, għandhom jingħataw lura, peress li dawn huma flus il-poplu.", "Fil-konferenza stampa tkellmu wkoll Justin Schembri u Graziella Attard Previ.", "Meta mistoqsija dwar il-Membru Parlamentari Nazzjonalista, Toni Bezzina, wara l-investigazzjonijiet tal-Pulizija minħabba korruzzjoni, il-kandidati għażlu li jevitaw li jwieġbu.", "Filmat: \"Attentat ta' frame-up politiku\" – Toni Bezzina Bezzina ġie interrogat b'rabta ma' korruzzjoni u sostna li dak li kellu jgħid qalu, u li l-każ hu frame-up politiku.", "Il-Kanditati tal-PN qalu li l-Partit Nazzjonalista wrew responsabbiltà u semmew ir-riżenja riċenti ta' Karol Aquilina bħala kelliem għall-Ġustizzja u r-Riforma Elettorali u Segretarju tal-Grupp Parlamentari, sakemm joħroġ ir-riżultat ta' proċeduri kriminali fuq inċident tas-sewqan f'Ġunju tal-2019 fejn irrifjuta li jobdi l-istruzzjonijiet tal-pulizija.", "Aquilina jirriżenja minn kelliem tal-PN għax ħarrkuh dwar inċident tal-2019 Iżda l-kandidati ma qalux jekk Bezzina hux se jitneħħa mill-kariga tiegħu sakemm tkun konkluża l-investigazzjoni.", "Il-PN jista' jitkellem meta jkeċċi lil min hu kkundannat hu stess – PL B'risposta għal dak li ntqal waqt il-konferenza stampa, il-Partit Laburista qal fi stqarrija li l-PN għandu jitkellem meta hu jkeċċi lil min kien ikkundannat minn rapporti tal-Awditur Ġenerali u sentenzi tal-Qorti.", "Qal kif dak li tkellem dwaru l-PN llum hu \"rapport prima facie tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards li issa qiegħed quddiem il-Kumitat għall-Istandards tal-Parlament.\"", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607930d7c7c83_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607930d7c7c83_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/jinhatru-4-imhallfin-godda-ghall-ewwel-darba-l-process-kien-indipendenti/", "date": "15 ta' April 2021 12:00 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Wara s-sejħa għall-ħatra ta' erba' mħallfin ġodda, ġew maħtura Neville Camilleri, Audrey Demicoli, Christian Falzon Scerri u Ian Spiteri Bailey.", "Camilleri u Demicoli kienu qed iservu bħala Maġistrati iżda Falzon Scerri u Spiteri Bailey huma kompletament ġodda għal dik li hi ġudikatura.", "Huma se jkunu qed iservu ta' Imħallfin tal-Qrati Superjuri ta' Malta.", "Posted by Robert Abela on Thursday, April 15, 2021 Skont il-liġi, l-President ta' Malta, minħabba li jaħtar lill-kandidati l-ġodda huwa mistenni wkoll li jippubblika l-ismijiet tal-kandidati kollha mgħoddija mill-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura lill-President li fl-opinjoni tal-Kumitat ġew ikkunsidrati li kienu huma wkoll idoneji u meritevoli għall-ħatra ta' Imħallef fil-Qrati Superjuri ta' Malta.", "Għall-ewwel darba fl-istorja, il-proċess ta' ħatra ta' ġudikanti ġodda kien wieħed indipendenti mill-Eżekuttiv tal-Gvern u tmexxa mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, presedut mill-Prim Imħallef.", "Dan il-Kumitat kellu r-rwol li jiskrutinja l-applikanti u jissuġġerixxi lista tal-aktar kandidati idoneji lill-President tar-Repubblika biex b'hekk iddeċieda hu min minnhom għandu jinħatar.", "Il-metodu tal-ħatra ta' mħallfin u maġistrati ġodda kienet waħda mir-riformi kostituzzjonali ewlenin li twettqu fl-aħħar sena.", "Fi Frar 2021 Għada tiftaħ is-sejħa għal 4 imħallfin ġodda Minn naħa tagħha l-NGO li taħdem kontra l-korruzzjoni,Repubblika awgurat għaqal u kuraġġ sabiex bħala Imħallfin ġodda jagħmlu xogħol mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd.", "Repubblika qalet li l-proċess tal-għażla huwa pass sinifikanti għall-ġustizzja u tinsab kburija li tat kontribut għal dan l-iżvilupp.", "Gvern u Oppożizzjoni bi ftehim storiku dwar il-ġudikatura Nittamaw li l-imħallfin il-ġodda jsaħħu r-rispett lejn is-saltna tad-dritt minn kulħadd – PN Il-Partit Nazzjonalista feraħ lill-erba' imħallfin ġodda li nħatru mill-President tar-Repubblika fuq il-parir unanimu tal-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura li ġie stabbilit bl-emendi kostituzzjonali tas-sena l-oħra.", "Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja, Joseph Ellis qal li l-erba' ġudikanti li nħatru jgawdu rispett universali għall-integrita', effiċjenza u xjenza tal-liġi tagħhom u għalhekk jawgura illi jagħtu kontribut mill-aqwa fil-Qrati Superjuri ta' Malta.", "L-indipendenza tal-ġudikatura u r-rispett tal-Kostituzzjoni huma fost l-aktar elementi importanti tas-saltna tad-dritt u l-imħallfin il-ġodda huma mistennija li jsaħħu r-rispett lejn is-saltna tad-dritt minn kulħadd, kemm min hu dgħajjef u kemm min hu f'saħħtu, kompla jgħid.", "Il-Partit Nazzjonalista żied jgħid ukoll li kif inħatru erba' imħallfin ġodda, l-Gvern m'għandu l-ebda pretest li jibqa' jirrimanda biex il-Qorti Ċivili ta' Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha tibda' tiġi preseduta minn imħallef kif ilha l-intenzjoni ddikjarata.", "Awgura wkoll li l-liġi li diġa' għaddiet mill-Kamra tad-Deputati li tippermetti li jsir dan il-pass tidħol fis-seħħ fil-jiem li ġejjin. .td_uid_3_60791a86658c0_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60791a86658c0_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/13-tal-gradwati-fil-livell-terzjarju-barranin/", "date": "15 ta' April 2021 7:14 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["640 student, ekwivalenti għal 13.1% tal-gradwati fil-livell terzjarju f'Malta fl-2019, kienu barranin.", "Dan ħareġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) minn stħarriġ li għamel fost 4,898 gradwat.", "L-akbar ammont ta' gradwati ġej mill-Indja (111) u l-iżgħar mill-Oman (18).", "Fuq l-2018, kien hemm żieda ta' 4% fl-għadd ta' gradwati barranin.", "Mill-istess ċifri jirriżulta li sentejn ilu, il-maġġoranza ta' studenti li gradwaw mill-edukazzjoni terzjarja kienu nisa, bin-numru jiżdied b'1.4% meta mqabbel mal-2018.", "55.3% tal-gradwati ġabu first-degree, li hi kwalifika fil-livell ta' Baċellerat.", "33.7% gradwaw f'livell ta' Master's li jfisser 31.1% żieda meta mqabbel mas-snin ta' qabel.", "Il-maġġoranza assoluta tat-total, dik ta' 60.5% kienu studenti ta' bejn l-20 u l-24 sena.", "Liema qasam jiggradwaw l-iktar fih?", "Liema qasam jara l-iktar gradwati?", "In-numru ta' gradwati fl-2019 żdied bi 18.1% mis-sena l-oħra.", "Is-suġġetti studjati huma l-'Business, l-Amministrazzjoni u l-Liġi (34.4%).", "Dawn ġew segwiti mis-Saħħa (18.1%), il-manifattura u l-kostruzzjoni (7.1%).", "L-Informatika u t-Teknoloġiji Kommunikattivi kienu l-inqas, b'6%.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6079389744fa3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6079389744fa3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/tkompli-l-kumpilazzjoni-ta-evidenza-kontra-tan-nexia-bt-2/", "date": "15 ta' April 2021 8:55 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Kompliet il-kumpilazzjoni ta' evidenza kontra ta' Nexia BT akkużati b'korruzzjoni, ħasil ta' flus u frodi, fost akkużi oħra.", "Fl-aħħar seduta, l-akkużati, Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter ingħataw il-libertà proviżorja.", "L-Għodwa t-tajba", "Ninsabu live mill-Qorti mill-awla numru 9.", "Iżda l-ġurnalisti qed isegwu mill-awla numru 12.", "Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech preżenti fl-awla.", "L-ewwel xhud għal llum hu Emmanuel Schembri, manager fi ħdan l-FCID.", "Hu kien responsabbli mill-analiżi ta' diversi kumpaniji.", "Ingħata l-inkarigu fis-7 ta' Ottubru tal-2020.", "Se jippreżenta rapport dwar numru ta' tranżazzjonijiet.", "Ir-rapport hu bbażat fuq kontijiet mal-bank BOV.", "Nexia BT kienet tuża dan il-bank.", "Aktar minn 425,000 ewro kienu ġol-kont ta' KBT Holdings.", "Il-flus ġew mill-MFSP, illum Zenith.", "Mhux ċar kif seħħew it-tranżazzjonijiet, qal ix-xhud.", "Kien hemm ukoll transactions minn Malmos Ltd li oriġinaw minn bank f'Gibiltà u li kienu jlaħħqu t-28,000 ewro.", "Kien hemm 7 tranżazzjonijiet mill-MFSP għal dan il-kont.", "Kien hemm 9 tranżazzjonijiet minn kumpaniji li jiffurmaw parti minn Nexia BT li jinkludu KBT Holdings.", "Kien hemm 3 tranżazzjonijiet minn kumpaniji li jiffurmaw parti minn Kasco Group li jinkludu Three Cities Design.", "Kien hemm numru ta' ċekkijiet li ħarġu f'isem Brian Tonna u kien hemm tranżazzjonijiet li saru lill-Keith Schembri.", "BT International LTd irċiviet madwar 130,000 ewro mingħand Entimus Business Middleast.", "L-ammont kien ngħadda mingħand MFSP financial ltd u parti minnu ngħadda għand BTI International Ltd.", "Hemm numru ta' dokumenti mingħand MFSP li juru li l-pagamenti kienu relatati ma' konsulenza.", "Matul l-inkjesta, kien hemm invoice separata lil Eximius Middle East Ltd, reġistrata fl-Indja.", "L-invoice kienet ta' 50,000 ewro.", "Jidher li dan il-pagament sar minn SPX services ltd.", "Dwar Willbery Trading: Il-correspondent bank account kellu 609,000 ewro.", "Meta ntalbet aktar informazzjoni mill-bank nstab li kien hemm 200,000 ewro li ngħaddew lil Karl Cini u l-istess ammont lil Castagna f dividents.", "Nexia BT irċeviet madwar 1,300 tranżazzjoni minn kumpaniji relatati magħha u ma' Kasco Group.", "It-tranżazzjonijiet oriġinaw minn BT International Ltd, aktar minn miljun ewro, BT Management, aktar mnn 3 miljun ewro, Nexia BT projects, aktar minn 600,000 ewro u oħrajn.", "Mill-analiżi rriżulta li Nexia BT irċeviet mat-8 miljun ewro f'tranżazzjonijiet iżda fil-kontijiet bankarji kien hemm 2.1 miljun ewro f'tranżazzjonijiet.", "Kopja tar-rapport bid-dettalji ġiet ippreżentata lill-partijiet.", "Dr Tonna Lowell li qed jirrapreżenta lil Tonna u lil Ċini jistaqsi jekk ix-xhud jistax jikkonferma li l-eżerċizzju li għamel kienx purament analiżi.", "Ix-xhud jikkonferma.", "Jitla' jixhed uffiċċjal tal-Pulizija mill-FCID.", "Mill-kontijiet ta' BTI Management Ltd kellu janalizza dan li ġej fost oħrajn: Flus li nġibdu Ċekkijiet Depożiti Kull darba li kien se jkun hemm tranżazzjoni suspettuża il-Pulizija kienu jitolbu aktar informazzjoni mill-entità kkonċernata.", "Minn BTI Management Ltd Tonna, Cini u Castagna rriżenjaw f'Diċembru 2020.", "Din il-kumpanija kellha 7 kontijiet li niżlu għal 4.", "Kont minnhom ingħalaq fl-2015.", "Kien hemm anke 'dormant account' li ngħalaq f'Awwissu tal-2016.", "Ix-xhud qed jagħti dettalji dwar tranżazzjonijiet differenti imma hu diffiċli għalina biex insegwu d-dettalji kollha.", "Bejn Jannar tal-2015 u Settembru 2020 kien hemm 4 tranżazzjonijiet li oriġinaw minn Eximius Ltd.", "30 tranżazzjoni oħra minn Waahat Services Ltd.", "Kien hemm 4 tranżazzjonijiet li jlaħħqu l-400,000 ġejjin minn terżi u ttanżazzjonijiet ta' aktar minn 700,000 ġejjin mingħnd Zenith.", "Dawn huma biss uħud mit-tranżazzjonijiet li ssemmew.", "Kien hemm anke tranżazzjonijiet bejn l-eks direttur Maniġerjali ta' Allied Group, Adrian Hillman.", "Il-Maġistrat tinnota li x-xhud qed jaqra mir-rapport u tgħidlu niex filkaż jipprezentah biex ma jsirx xogħol doppju.", "Dr Mercieca Rizzo tgħid li qed jispjega t-tabelli li hemm fih.", "Ix-xhud ikompli jaqra aktar tranżazzjonijiet.", "Jgħid li kien hemm aktar minn miljun ewro li ngħaddew lil kumpaniji Malta u barra minn Malta.", "Kien hemm anke tranżazzjoni lil Shanghai Consultancy Ltd.", "Meta l-Pulizija analizzaw il-credit cards sabu li dawn intużaw għal safar u xiri u allura ma kienx hemm bżonn ta' investigazzjoni, jgħid ix-xhud.", "Il-Maġistrat: Dak kollox?", "Grazzi.", "Xhud ieħor : Silvio Chetcuti mis-sezzjoni ta' kontra l-ħasil ta' flus tal-BOV.", "Hu kien inkarigat biex jipprovdi informazzjoni fuq numru ta' persuni u kumpaniji.", "Jippreżenta CDs bid-dokumentazzjoni relevanti.", "Jinkludu ukoll 3 formoli ta' due diligence.", "Is-CDs huma protetti b'password.", "Ix-xhud jintalab jippreżenta CDs li m'għandhomx password.", "Dr Mercieca Rizzo tgħid li l-prosekuzzjoni se tħares lejn id-dokumenti u jaf titlob kopja tagħhom.", "Tela' jixhed ukoll rappreżentant tal-HSBC, David Spiteri.", "Jippreżenta informazzjoni dwar kontijiet ta' Brian Tonna, Caroline Tonna, Manuel Castagna, Karl Cini, Bondin Carter, KBT Holdings Ltd, BT international ltd u Nexia BT.", "Dr Mercieca Rizzo tistaqsih kif inhuma mqassma d-dokumenti li qed jippreżenta.", "Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tinnota li d-dokumenti għandhom jiġu organizzati aħjar għax il-Qorti ma tistax toqogħod tinnumera kull dokument.", "Ix-xhud jintalab jorganizza aħjar id-dokumenti li ppreżenta.", "Kellu jipprovdi informazzjoni dwar kumpaniji varji u numru ta' individwi.", "Brain Tonna kien involut f'Eximius, Spectrum Malta Ltd, BTA Holding Ltd u kumpanija oħra li kellha kontijiet ma' Me Direct.", "Camilleri jgħid li ma'għandux l-informazzjoni jekk il-bank itterminax ir-relazzjoni ma' dawn il-kumpaniji jew le.", "Ix-xhud ippreżenta ukoll CDs bil-passwords imma mingħajr kopji pprintjati.", "Ġie ordnat sabiex jagħmel dan u jippreżenta d-dokumenti oriġinali u sabiex iġib miegħu 7 CDs mingħajr password.", "Jitla' rappreżentant ieħor tal-bank. jgħid li l-akkużati ma kellhomx kontijiet personali imma l-kumpaniji li kienu nvoluti fihom iva.", "Il-Qorti semgħet kif Nexia BT issa hi 'inactive business referrer' għall-bank Sparkasse Malta.", "Raymond Formosa jitla' jixhed u jippreżenta dettalji dwar il-kont f'isem Brain Tonna u l-istituzzjoni li jirrapreżenta.", "Tixhed issa Josette Galdes, Direttur tal-Property Tax fi ħdan Capital Transfer Duty.", "Ippreżentat informazzjoni fuq l-akkużati u fuq KBT Holdings Ltd, fost oħrajn.", "Ma kienx hemm dokumenti ppreżentati li huma relatti ma' Willerby Ltd.", "Fost linformazzjoni ppreżentata kien hemm: Brian Tonna 10 trasferimenti ta' propjeta Karl Cini 2 trasferimenti ta' propjeta Manuel Castagna 3 trasferimenti ta' propjeta Kathrin Bondin Carter 5 trasferimenti ta' propjeta", "Ikomplu: KBT Holdings ltd 14-il trasferiment ta' propjetà BTI International 9 trasferimenti ta' ishma Nexia BT advisory services assenjazzjoni ta' ishma", "Rappreżentant tal-Kummissarju għall-Inland Revenue jitla' jixhed.", "KBT Holding Ltd Tax returns għas-snin: 2016,2017,2018 u 2019 kienu ppreżentati.", "Inħarġet stima għas-sena 2020 peress li ma ġietx ippreżentata.", "BT International Ltd Rax returns għas-snin 2016,2017, 2018 u 2019 kienu ppreżentati.", "Ippreżentata ukoll formola ta' aġġustament għas-sena 2016.", "Nexia BT Ltd Tax Returns għas-snin ta' bejn l-2016-2018 ippreżentatai.", "Għas-sena 2019 ma ġewx ippreżentati t-tax returns imma kien hemm stima.", "Nexia BT advisory services ltd Tax Returns għas-snin 2015 sa 2018 ippreżentati.", "Għas-sena 2019 ma ġewx ippreżentati imma kien hemm stima.", "BTI Management Ltd Tax Returns għas-snin bejn 2015 u 2019 kienu ppreżentati.", "Anke t-tax returns ta' Brian Tonna għas-snin bejn 2-15-2019 ġew ippreżentati.", "Ta' Manuel Castagna u Karl Cini ukoll.", "Ta' Bondin Carter it-tax returns jinsabu ma' ta' żewġha.", "Tat ix-xhieda tagħha Miriam Azzopardi mill Malta Stock Exchange.", "Tgħid li informazzjoni biss fuq Cini għandhom.", "Tixhed ukoll Dr Sonya Debono mir-Reġistru Pubbliku.", "Ippreżentata 11-il dokument dwar tfittxija li saret fuq l-akkużati u diversi kumpaniji.", "Għal llum ma kienx hem aktar xhieda.", "Il-Qorti tordna li hemm biżejjed provi sabiex jitpoġġew taħt att ta' akkuża.", "Is-seduta li jmiss hi skedata għall-25 ta' Mejju fid-9am.", "Dak kollox għal llum.", "Grazzi talli segwejtuna.", "Il-kumplament tal-ġurnata t-tajba.", "Amy Borg Fl-aħħar seduta Tonna, Cini, Castagna u Bondin Carter minn Nexia BT jingħataw il-libertà proviżorja Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60791a021d755_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60791a021d755_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ritratti-il-princep-philip-mil-lenti-ta-fotografu-malti/", "date": "15 ta' April 2021 8:54 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Kurżitajiet", "text": ["Il-Prinċep Philip f'Malta.", "Ritratt: Facebook - Henry Zammit Cordina .td_uid_2_6077e34676588_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6077e34676588_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} \"Kont iffortunat biżżejjed biex niġbed ritratti tal-Prinċep Philip mil-lenti tal-kamera tiegħi,\" hekk ikkummenta fuq il-midja soċjali l-attur u cameraman Henry Zammit Cordina li fuq il-midja soċjali qasam xi ritratti li ħa hu stess fl-2015 waqt iċ-CHOGM li kien sar f'pajjiżna.", "Fir-ritratti li huwa ġibed jidhru wkoll ir-Reġina Eliżabetta II kif ukoll il-Prinċep Charles u martu Camilla, id-Dukess ta' Cornwall.", "I was fortunate enough to capture him through… Posted by Henry Zammit Cordina on Friday, April 9, 2021 Il-Prinċep Philip miet fl-età ta' 99 sena nhar il-Ġimgħa 9 ta' April u l-funeral tiegħu se jsir nhar is-Sibt 17 ta' April.", "Huma biss 30 persuna li se jkunu mistiedna biex jagħtu l-aħħar tislima, bl-avveniment se jkun imxandar b'mod dirett fuq it-televiżjoni Ingliża.", "Aqra: Malta ssellem lill-Prinċep Philip b'tiri bil-kanuni nhar is-Sibt It-trasmissjoni se titwassal ukoll fuq TVM2 mit-3pm 'il quddiem.", "Qabel, għall-ħabta ta# nofsinhar mill-Barrakka ta' Fuq se jiġu sparati tiri bil-kanuni biex isellmu lill-Prinċep Philip.", "Aqra wkoll: Filmat: Prince Charles isellem il-memorja ta' missieru, il-Prinċep Philip Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6077e34676879_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6077e34676879_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/filmat-trid-tiehu-sehem-fis-serje-gdida-ta-rewind/", "date": "17 ta' April 2021 6:04 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Televiżjoni", "text": ["Join Rewind Productions on their new venture! 🎬Sejħa għall-atturi…!", "Ingħaqad ma' Rewind Productions għal din l-avventura ġdida ☎️ 7️⃣9️⃣0️⃣0️⃣7️⃣4️⃣7️⃣6️⃣ Posted by Rewind Productions on Friday, April 16, 2021 .td_uid_2_607aa2f4b67a1_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607aa2f4b67a1_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber bħalissa huma impenjati fuq il-kitba ta' drama ġdida li l-kumpanija Rewind se tkun qed tipproduċi għat-televiżjoni.", "Għalhekk il-produtturi ta' sensiliet F'Ġieħ L-Imħabba u Sorelle qed jagħmlu sejħa għal atturi, kemm dawn ta' esperjenza u dawk li mhumiex.", "Kull min huwa interessat li jingħaqad ma' Rewind għall-proġett il-ġdid tagħhom kulma għandu jagħmel huwa li jibgħat messaġġ b'ismu, kunjomu u l-età fuq in-numru 79007476.", "Ritratt: Muntaġġ / mill-filmat Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607aa2f4b6a68_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607aa2f4b6a68_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/kumpanija-ohra-thabbar-li-se-toffri-servizz-ta-fast-ferry-bejn-malta-u-ghawdex/", "date": "14 ta' April 2021 12:23 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-kumpanija Gozo Fast Ferry Ltd se tibda topera s-servizz ta' fast-ferry bejn Għawdex u l-Belt Valletta minn Ġunju, billi se tuża żewġ vapuri tal-passiġġieri high-speed.", "Il-kumpanija qalet dan fi stqarrija fejn qalet li nnotifikat lil Transport Malta dwar l-intenzjoni tagħha li toffri dan is-servizz wara li kien liberalizzat is-suq.", "B'hekk, il-kumpanija hi t-tieni waħda li se topera s-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex, hekk kif f'Marzu, il-Virtu Ferries ukoll applikat għal-liċenzja biex topera l-High Speed Passenger Ferry.", "Aktar informazzjoni Virtu Ferries tapplika għal-liċenzja biex topera l-fast ferry bejn Malta u Għawdex Gozo Fast Ferry Ltd qalet fl-istqarrija li investiet f'żewġ vapuri moderni, bl-aħħar teknoloġija biex joperaw f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Port Notice maħruġ minn Transport Malta.", "Kull vapur se jkun jista' jittrasporta madwar 300 passiġġier u se jagħmel il-vjaġġ bejn l-Imġarr Għawdex u l-Port il-Kbir, fil-Belt Valletta f'anqas minn 45 minuta.", "Gozo Fast Ferry Ltd qalet li qed tikkollabora mal-Malta Public Transport, l-operatur tas-servizz ta' tal-linja, biex tiżgura li minn juża s-servizz – inklużi dawk li għandhom Tallinja Card – jiġu offruti vjaġġ b'valur miżjud, bla xkiel u veloċi.", "Il-passiġġieri se jkunu jistgħu iħallsu għall-vjaġġ bil-contactless, bil-mowbajl jew smartwatch, biex ikun żgurat imbark u nżul veloċi, ikkonkludiet il-kumpanija.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6077052706bee_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6077052706bee_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/chocolate-mug-cake/", "date": "16 ta' April 2021 12:02 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Riċetti", "text": ["var tag=document.createElement(\"script\");tag.src=\"https://www.youtube.com/iframe_api\";var firstScriptTag=document.getElementsByTagName(\"script\")[0];firstScriptTag.parentNode.insertBefore(tag,firstScriptTag);var player;function onYouTubeIframeAPIReady(){player=new YT.Player(\"td_youtube_player\",{height:\"720\",width:\"960\",events:{\"onReady\":onPlayerReady}});} function onPlayerReady(event){player.setPlaybackQuality(\"hd720\");} .td_uid_2_60796180b769d_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60796180b769d_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Riċetta ta' Wayne Cutajar / Crafted Foods Ingredjenti 85g dqiq self-raising 85g zokkor 45g kokotina 45g butir mingħajr melħ, imdewweb 6 kuċċarini ħalib 1 bajda żgħira 70g ċikkulata, imqattgħa biċċiet kbar Metodu Poġġi d-dqiq, iz-zokkor u l-kokotina fi skutella u ħawwad sakemm tgħaqqad sewwa.", "Żid il-bajda, il-butir imdewweb u l-ħalib mal-ingredjenti niexfa u ħawwad sakemm tgħaqqad sewwa.", "Għandu jkollok taħlita ħoxna.", "Żid iċ-ċikkulata mqattgħa u ħawwad.", "Aqsam it-taħlita bejn 2 mugs.", "Sajjar fil-microwave fuq qawwa massima għal 2 minuti.", "Iċċekkja biex tivverifika jekk il-kejk sarx jew le.", "Jekk ma jkunx sar, sajjar mill-ġdid f'intervalli ta' 15-il sekonda.", "Ħalli jiksaħ 5 sa 10 minuti u ferrex ftit icing sugar fil-wiċċ.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60796180b7979_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60796180b7979_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ritratti-29-kuntistabbli-tal-pulizija-berba-minnhom-nisa-promossi-ghal-surgent/", "date": "15 ta' April 2021 9:21 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta' Malta .td_uid_3_60793005d9b0c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60793005d9b0c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Ħamis wara nofsinhar ġew promossi fil-kariga ta' Surġent tal-Pulizija 29 kuntistabbli, 25 raġel u 4 nisa.", "F'ċerimonja ppreseduta mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, awguraw lis-surġenti u rringrazzjawhom tal-kontribut li qed jagħtu lill-Malta bħala membri tal-Korp tal-Pulizija.", "Il-Ministru Camilleri faħħar lill-uffiċjali hekk kif bdew pass ieħor fil-karriera tagħhom fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u spjega kif b'sensiela ta' investimenti li saru f'dawn l-aħħar xhur, il-Korp jinsab aktar ippreparat biex jilqa' għall-isfidi tal-lum. #td_uid_2_60793005d6dee .td-doubleSlider-2 .td-item1{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/15211653/C39A3046-min-80x60.jpeg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_60793005d6dee .td-doubleSlider-2 .td-item2{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/15211803/C39A3100-min-80x60.jpeg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_60793005d6dee .td-doubleSlider-2 .td-item3{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/15211838/C39A3116-min-80x60.jpeg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_60793005d6dee .td-doubleSlider-2 .td-item4{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/15211911/C39A3130-min-80x60.jpeg) 0 0 no-repeat} 1 minn 4", "Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta' Malta", "Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta' Malta", "Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta' Malta", "Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta' Malta \"Il-messaġġ tiegħi għalikom huwa biex ma tistriħux issa li ngħatajtu aktar responsabbiltà.", "Ibqgħu aħdmu u aħsbu fid-differenza li tistgħu tagħmlu fil-ħajja tan-nies,\" qal il-Ministru Camilleri.", "Il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà qal kif għalkemm ix-xogħol tal-Korp mhux wieħed faċli, iħares lejn promozzjonijiet bħal dawn b'ħerqa għax juru li l-pulizija għandhom fihom il-ħeġġa li javvanzaw.", "\"Ix-xogħol tagħna huwa vokazzjoni li qed nibdlu fi professjoni, propju kif jixhed il-mission statement il-ġdid tal-Korp, dak li nipprovdu servizz professjonali u fdat biex niżguraw pajjiż sikur bi sħubija mal-komunità,\" ikkonkluda l-Kummissarju.", "Il-Kummissarju għalaq billi ħeġġeġ lis-Surġenti l-ġodda biex jikkontribwixxu u jimmotivaw lill-kollegi tagħhom għall-bidla, ħalli fiż-żmien tkompli tiġi attwata l-Istrateġija tat-Trasformazzjoni.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_4_60793005d9ddf_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_4_60793005d9ddf_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-kultivazzjoni-tal-kannabis-fid-djar-se-taghmilha-aktar-accessibbli-ghat-tfal-l-assocjazzjoni-tat-tobba-tal-familja/", "date": "15 ta' April 2021 10:10 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["L-Assocjazzjoni tat-Tobba tal-Familja Privati, l-APFD qalet li l-legalizzazjoni tal-kannabis se jwassal għal aktar użu u potenzjalment żieda fl-użu ta' drogi oħra li mhux permessi.", "Qalet kif il-kultivazzjoni tal-kannabis fid-djar inevitabbilment ħa tagħmilha aktar aċċessibbli għat-tfal u li dawn għandhom jitħarsu mir-riskju.", "L-APFD appoġġjat lill-organizzazzjonijiet l-oħra li diġà ħabbru l-pożizzjoni tagħhom fuq id-dokument għal konsultazzjoni \"Lejn it-Tisħiħ tal-Qafas Legali għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis\".", "Twissija mill-Caritas u 3 NGOs: Il-legalizzazzjoni tal-kannabis tagħti messaġġ li s-sustanza mhix ta' periklu – NGOs Qalet kif għalkemm tagħraf il-bżonn ta' dekriminilazzjoni tal-pussess ta' kwantitajiet żgħar ta' kannabis għall-użu personali, min-naħa l-oħra tħoss li l-legalizzar tal-kannabis se jwassal għal aktar użu u potenzjalment żieda fl-użu ta' drogi oħra li mhux permessi.", "Bżonn ta' riflessjoni fuq studji preċiżi dwar il-legalizazzjoni tal-kannabis – GBC Sostenn kontinwu huwa fundamentali \"L-użu tal-kannabis fi mħuħ li għadhom jiżviluppaw tista' tagħmel il-ħsara kif ukoll ġġib riskju ta' dipendenza u ppruvar ta' drogi aktar perikolużi li mhux permessi,\" qalet l-Assoċjazzjoni.", "L-APFD ipproponiet li jkun hemm eta' minima għall-użu legali tal-kannabis.", "Saħqet ukoll kif jekk vera hemm ix-xewqa li jkun hemm użu limitat tal-kannabis, l-Assocjazzjoni tissuġġerixxi żieda fil-kampanji edukattivi ndirizzati lejn gruppi vulnerabbli, fl-interess ta' saħħa mentali u fiżika tal-generazzjonijiet żgħażugħa u tal-komunità b'mod in generali.", "\"Proposta li tinnormalizza l-użu tal-kannabis tista' tolqot ħażin lis- soċjetà\" L-APFD saħqet li l-użu tal-kannabis jista' jagħmel ħsara minkejja li hi sustanza naturali.", "Barra minn hekk l-APFD ipproponiet ukoll tisħiħ fis-servizzi ta' rijabilitazzjoni u ta' appoġġ u aktar investiment f'kampanji fil-komunità li jilħqu lil min juza' l-kannabis.", "Il-PM jippubblika l-proposti tal-Gvern dwar l-użu tal-kannabis Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6079580f8e469_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6079580f8e469_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-pl-jikkundanna-l-kumment-transfobiku-ta-herman-schiavone/", "date": "15 ta' April 2021 8:53 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Il-kumment transfobiku tad-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone qed ikun ikkundannat mill-Partit Laburista, peress li dan juri nuqqas ta' apprezzament u sensittività għal kwistjonijiet li huma sensittivi.", "L-Erbgħa, Schiavone wera d-dubji tiegħu dwar il-liġi tal-ugwaljanza, li vvota għalija, billi qal li wieħed jista' jibdel il-ġeneru tiegħu sempliċiment biex ikun elett fil-parlament.", "Il-Partit Laburista qal li dan l-aġir \"m'huwa xejn għajr insult u prova ċara oħra ta' Oppożizzjoni li mhux tassew temmen fir-riformi li qed isiru fil-pajjiż.\"", "Il-kumment ta' Schiavone juri wkoll kif qed jirredikola riforma tant importanti favur l-ugwaljanza l-għada li kienet approvata, qal l-PL.", "L-emendi, li jidħlu fis-seħħ biss jekk żewġ partiti jiġu eletti fil-Parlament, jistgħu jaraw sa 12-il siġġu miżjuda jekk ġeneru jikseb anqas minn 40% tas-siġġijiet disponibbli.", "Il-Gvern ipprezenta ligi nofsha misjura u li tista tkun abbuzata.", "Ma neskludix li xi kandidat ragel waqt li qed… Posted by Hermann Schiavone on Thursday, April 15, 2021 Fuq post fuq Facebook, id-Deputat tal-Oppożizzjoni qajjem il-prospett mhux realistiku li kandidati rġiel ibiddlu s-sess tagħhom biex jiksbu vantaġġ elettorali.", "\"Ma nistax neskludi li l-kandidati rġiel waqt li jkunu qed jissottomettu n-nomina tagħhom għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, jindikaw is-sess tagħhom fuq in-nomina bħala (X) minflok (M) biex jeħtieġu anqas voti biex jiġu eletti,\" kiteb Schiavone.", "Il-Moviment tad-Drittijiet tal-Omosesswali ta' Malta kien ukoll dispjaċut b'mod ċar bil-kumment ta' Schiavone u talab lill-politiċi biex iwaqqfu \"t-trivjalizzazzjoni tar-realtajiet trans\".", "Il-Partit Laburista qal \"hemm differenza ċara bejn dawk li jaħdmu b'konvinzjoni u l-konvenjenza tal-Oppożizzjoni (l-Kap tal-PN) Bernard Grech.", "Kif ġara f'okkażjonijiet oħra l-Oppożizzjoni vvutat favur għax ma kellhiex għażla u għax riedet.\"", "Il-liġi kontroversjali, kienet ikkritikata wkoll mill-ADPD, li fi stqarrija qalet li l-liġi ma kienet xejn ħlief trick biex tgħin liż-żewġ partiti l-kbar jimmanipulaw il-liġijiet elettorali u jżommu kontroll parlamentari sħiħ.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6079302d8a610_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6079302d8a610_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/maltapost-taghti-tribut-lid-duka-ta-edinburgh/", "date": "16 ta' April 2021 9:23 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Kultura", "text": ["MaltaPost se toħroġ bolla personalizzata biex tfakkar il-memorja tal-Altezza Rjali Tiegħu, d-Duka ta' Edinburgh.", "Il-bolla turi ritratt tal-Prinċep Philip waqt li kien qed iservi r-Royal Navy li kienet ibbażata f'Malta.", "Il-Prinċep Philip u dak iż-żmien il-Prinċipessa Eliżabetta, għexu l-ewwel snin tal-ħajja miżżewġa tagħhom f'Malta.", "Il-bolla se tkun għall-bejgħ minn nhar is-Sibt 17 ta' April mill-Philatelic Bureau tal-MaltaPost u jista' jiġi ordnat mis-sit elettroniku tagħhom, jew bil-posta mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c.", "305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 Dan it-tagħrif twassal minn MaltaPost Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60793b6a5b8fe_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60793b6a5b8fe_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/anzjan-fil-periklu-tal-mewt-wara-li-ttajjar-fhal-qormi/", "date": "14 ta' April 2021 9:02 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Anzjan ta' 79 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f'Ħal Qormi.", "L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm fi Triq San Bastjan.", "Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jidher li r-raġel li joqgħod Ħal Qormi ttajjar minn karozza li kienet misjuqa minn raġel ta' 31 sena minn Ħal Qormi.", "Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b'ambulanza.", "Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.", "Dan huwa t-tieni inċident li seħħ f'Ħal Qormi llum hekk kif Uffiċjal tal-LESA ttieħed l-isptar Mater DEi wara li kellu inċident bil-mutur.", "Uffiċjal tal-LESA l-isptar wara ħabta f'Ħal Qormi Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6077df5fbddd7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6077df5fbddd7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/twissija-ta-rih-u-bahar-qawwi-fil-gzejjer-maltin/", "date": "16 ta' April 2021 2:50 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Aħbarijiet, Lokali, Temp", "text": ["Is-sit weather.com qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku biex ikunu attenti meta jkunu fuq barra minħabba fil-qawwa tar-riħ li mistenni jilħaq Forza 7 sa 8 mill-Grigal tal-Lvant.", "Sadanittant, is-siti tat-temp lokali wissew ukoll li l-baħar se jibqa' mqalleb ħafna b'mewġ għoli sa sitt metri fl-aqwa buffuri.", "It-twissija tibqa' fis-seħħ sad-9.00 pm illum il-Ġimgħa 16 ta' April.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6079960d478ba_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6079960d478ba_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/l-istati-uniti-timponi-sanzjonijiet-fuq-ir-russja-habba-cyber-attacks/", "date": "16 ta' April 2021 8:19 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["European Parliament .td_uid_2_607931f1b76ee_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607931f1b76ee_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-Istati Uniti ħabbret sanzjonijiet kontra r-Russja bi tweġiba għal dak li tgħid huma cyber-attacks u atti ostili oħra.", "Il-miżuri, li jolqtu numru ta' entitajiet u uffiċjali Russi, għandhom l-għan li jiskoraġġixxu \"l-attivitajiet barranin ta' ħsara tar-Russja\", qalet il-White House.", "Id-dikjarazzjoni tgħid li l-intelliġenza Russa kienet wara l-hack massiv tas-sena l-oħra \"SolarWinds\", u qed takkuża lil Moscow b'interferenza fl-elezzjoni tal-2020.", "Ir-Russja qed tiċħad l-allegazzjonijiet kollha u qed tgħid li se twieġeb għal dak li qed jintqal.", "Is-sanzjonijiet, li ġew imħabbra l-Ħamis huma ddettaljati f'ordni eżekuttiva ffirmata mill-President tal-Istati Uniti Joe Biden.", "Dawn ġew fi żmien ta' tensjoni għar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.", "Ix-xahar li għadda, l-Istati Uniti attakkaw seba' uffiċjali Russi u aktar minn 12-il entità tal-gvern fuq l-avvelenament tal-kritiku tal-Kremlin, Alexei Navalny.", "Iżda r-Russja qalet li ma kinitx involuta.", "F'telefonata mal-President Russu Vladimir Putin nhar it-Tlieta, Biden ħalef li jiddefendi l-interessi nazzjonali tal-Istati Uniti \"b'mod sod\", waqt li ppropona laqgħa ma' Putin biex jinstabu żoni fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jaħdmu flimkien.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607931f1b79ad_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607931f1b79ad_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/francizi-mhegga-jitilqu-mill-pakistan-minhabba-protesti-vjolenti-fil-pajjiz/", "date": "15 ta' April 2021 5:07 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Ritratt: YouTube .td_uid_2_60793658aec3c_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60793658aec3c_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} L-ambaxxata Franċiża wissiet lill-Franċiżi li jgħixu fil-Pakistan biex għalissa jitilqu mill-pajjiż.", "Dan wara t-theddida lejn l-interessi Franċiżi riżultat tal-protesti li tqanqlu fil-Pakistan wara li Franza ddefendiet id-dritt li turi karikaturi tal-Profeta Muhammed.", "Il-President ta' Franza Emmanuel Macron saħaq fuq l-importanza tal-libertà tal-kelma, wara li għalliema sfat maqtula talli ntwerew 'cartoons' waqt lezzjoni ġo skola fi Franza.", "Iżda din ir-reazzjoni qanqlet rabja kbira fid-dinja Musulmana, fejn pajjiżi bħall-Pakistan sejħu għal bojkott ta' prodotti Franċiżi.", "Fi Franza, is-sekulariżmu statali huwa ċentrali għall-identità Franċiża, bil-libertà tal-kelma tiġi mgħallma sa minn età żgħira.", "B'hekk, kull min jitlob għat-tnaqqis ta' dan id-dritt ikun qiegħed imur kontra dak li jemmen fih il-poplu Franċiż.", "Mhedda l-libertà tal-espressjoni: Macron Theddida fuq il-libertà tal-espressjoni – Macron Din il-ġimgħa l-Gvern Pakistani arresta lill-mexxej tal-partit politiku Tehreek-e-Labaik Pakistan (TLP), Saad Hussain Rizvi, u minn hemm il-portesti żdiedu.", "Dan il-partit, li hu magħruf għall-protesti kontra ż-żufjett tal-Iżlam, sostna li hu kontra li jintwerew stampi tal-Profeta Muhammed.", "Min-naħa l-oħra, l-Ministru tal-Intern Sheikh Rashid Ahmed qal li l-Pakistan hu \"favur il-protezzjoni tal-isem ta' Muhammed\" iżda li d-domandi tal-partit tat-TLP setgħu ħammġu l-isem tal-Pakistan bħala pajjiż radikali.", "It-TLP sejħu għall-waqfien tal-protesti f'Novembru li għadda, u ħarġu stqarrija li l-Ministri tal-pajjiż kienu qablu mal-bojkott tal-prodotti Franċiżi.", "Il-Prim Ministru Imran Khan, waqt li kkritika lill-President Franċiż, ċaħad li l-Gvern tiegħu qabel mal-bojkott, u stqarr li l-ebda deċiżjoni ma ttieħdet f'dan il-konfront.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60793658aeef3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60793658aeef3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/ritratti-ipprezentati-l-premjijiet-lill-kanzunetti-rebbieha-ta-muzika-muzika-2021/", "date": "14 ta' April 2021 4:22 PM", "category": "press, news, Lifestyle, Mużika", "text": ["Glen Vella, ir-rebbieħ ta' Mużika Mużika.", "Ritratt: Festivals Malta .td_uid_3_60772c36d3565_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60772c36d3565_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Ir-ritorn tant mistenni tal-Festival Kanzunetta Maltija rnexxielu jikseb rispons pożittiv b'udjenza televiżiva numeruża ta' aktar minn 320,000 spettatur fuq it-tliet iljieli ta' Mużika Mużika.", "Il-festival, li ġie mxandar fuq TVM, ħoloq il-pjattaforma li tant kien hemm bżonn għall-mużika Maltija, pjattaforma li kienet ilha nieqsa 'l fuq minn seba' snin.", "Hu u jindirizza konferenza stampa fejn it-tliet kanzunetti rebbieħa ġew mogħtija l-premji monetarji, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera faħħar it-talent tal-kantanti, tal-kompożituri u tal-awturi lokali li rnexxielhom jipproduċu materjal tal-ogħla kwalità għall-ewwel edizzjoni tal-festival.", "Il-Ministru Herrera rrikonoxxa wkoll ix-xogħol u l-impenn tal-organizzaturi tal-festival taħt it-tmexxija ta' Festivals Malta, l-aġenzija nazzjonali responsabbli minn diversi festivals lokali.", "\"Ix-xogħol tagħkom l-organizzaturi u l-parteċipanti rnexxielu jgħaqqad nazzjon u jagħti t-tama li kien hemm bżonn waqt dan iż-żmien diffiċli permezz ta' spettaklu uniku u ta' kwalità għolja għall-familja kollha\", qal il-Ministru Herrera.", "\"Jiena ċert li l-poplu Malti ser jibqa' juri s-sapport tiegħu lejn dan il-festival fiż-żminijiet li ġejjin, li jiżgura s-suċċess u t-tisħiħ ta' dan il-proġett ambizzjuż\", ikkonkluda l-ministru.", "Aqra: Glen Vella jirbaħ Mużika Mużika Il-Ministru Herrera ppreżenta l-premju monetarju ta' €10,000 lil Philip Vella, il-kompożitur tal-kanzunetta rebbieħa 'Ħarsa Biss' li kienet interpretata minn Glen Vella u miktuba minn Joe Julian Farrugia.", "Iċ-Chairman ta' Mużika Mużika, Raymond Bugeja, ippreżenta t-tieni premju ta' €5,000 lil Gilbert 'Bibi' Camilleri għal 'Għajjejt Inħobb' interpretata minn Christian Arding u miktuba minn Rita Pace, li rebħet il-vot tal-ġurija u spiċċat fit-tieni post. Iċ-Chairman ta' Festivals Malta, Norman Hamilton, ippreżenta t-tielet premju ta' €3,000 lil Elton Zarb għall-kanzunetta 'L-Ewwel Jien', interpretata mill-grupp Kantera u miktuba minn Joe Julian Farrugia.", "Annabelle Stivala, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, ippreżentat it-trofew lir-rebbieħa tal-premju tal-Aħjar Interpretazzjoni u l-Aħjar Arranġament Mużikali lil Christian Arding u lil Norbert Camilleri rispettivament.", "Annabelle Stivala, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, esprimiet sodisfazzjon għall-kwalità tal-produzzjoni miksuba minn Festivals Malta filwaqt li awgurat lill-artisti kollha li pparteċipaw f'dan il-festival ta' suċċess.", "\"Inħossni kburija li bħala Festivals Malta, irnexxielna norganizzaw produzzjoni ta' dan il-livell.", "Nifraħ lill-artisti kollha li pparteċipaw f'din il-produzzjoni ta' suċċess u nawguralhom kull suċċess fil-vjaġġ mużikali tagħhom.", "Permezz ta' Mużika Mużika, Festivals Malta rnexxielu jilħaq orizzonti ġodda; fl-aħħar, l-artisti lokali għandhom pjattaforma xierqa fejn jistgħu juru t-talent tagħhom permezz tal-lingwa Maltija\".", "Aqra: Għajjejt Inħobb tirbaħ żewġ unuri waqt Mużika Mużika \"Festivals Malta diġà qed jaħdem fuq l-edizzjoni tas-sena d-dieħla, filwaqt li qiegħed jipproduċi wkoll il-video mużikali tal-kanzunetta rebbieħa 'Ħarsa Biss'.", "Apparti dan, nixtiequ nħabbru wkoll li CD uffiċjali ta' Mużika Mużika se tkun disponibbli għall-bejgħ dalwaqt\", qalet Annabelle Stival.", "Filwaqt li feraħ lill-awturi, lill-kompożituri u lill-kantanti kollha għall-parteċipazzjoni tagħhom, iċ-chairman ta' Mużika Mużika kkummenta wkoll dwar il-livell tal-kanzunetti li ġew ippreżentati fil-produzzjoni.", "Is-Sur Bugeja qal, \"Jien kburi bil-livell ta' talent li kellna għal din il-produzzjoni.", "Nifraħ lir-rebbieħa kollha għall-kisba tagħhom kif ukoll lill-artisti kollha li ħadu sehem.", "Sfortunatament, dejjem irid ikun hemm rebbieħ wieħed, iżda minħabba l-istandard għoli tal-kanzunetti parteċipanti kollha din l-għażla ma kinitx faċli.", "Intom urejtuna l-livell li għandhom x'joffru l-artisti lokali u kemm il-kanzunetta Maltija hija verament importanti għan-nazzjon tagħna\".", "Aqra wkoll: Filmat: \"Rebħet il-kanzunetta Maltija\" – Glen Is-Sur Norman Hamilton żied fuq il-kummenti tas-Sur Bugeja billi faħħar l-organizzazzjoni wara l-produzzjoni li rnexxielha tilħaq bosta udjenzi b'riżultati pożittivi.", "\"Nixtieq nirringrazzja lill-kumitati kollha involuti, lit-tim organizzattiv, lill-membri tal-orkestra kif ukoll lill-kantanti, lill-awturi u lill-kompożituri u lil dawk kollha li kienu involuti f'din il-produzzjoni, partikolarment it-tim tiegħi ta' Festivals Malta.", "Fl-aħħar il-kanzunetta Maltija ngħatat l-attenzjoni u l-pjattaforma prestiġjuża li tassew jistħoqqilha\".", "Għal aktar informazzjoni dwar Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, żur is-sit uffiċjali www.muzikamuzika.mt . #td_uid_2_60772c36cf0c0 .td-doubleSlider-2 .td-item1{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/14161834/pr210707e-2-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_60772c36cf0c0 .td-doubleSlider-2 .td-item2{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/14161820/pr210707d-2-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_60772c36cf0c0 .td-doubleSlider-2 .td-item3{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/14161805/pr210707a-2-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_60772c36cf0c0 .td-doubleSlider-2 .td-item4{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/14161751/pr210707b-2-80x60.jpg) 0 0 no-repeat}#td_uid_2_60772c36cf0c0 .td-doubleSlider-2 .td-item5{background:url(https://cdn.newsbook.com.mt/wp-content/uploads/2021/04/14161737/pr210707c-3-80x60.jpg) 0 0 no-repeat} Rebbieha - Muzika Muzika 1 minn 5", "Ritratt: Clodaugh O'Neill / Festivals Malta Dan it-tagħrif twassal minn Festivals Malta.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_4_60772c36d3858_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_4_60772c36d3858_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/bhal-lum-twieldet-l-isbah-parti-ta-hajti-alex-dwar-pamela/", "date": "18 ta' April 2021 7:01 AM", "category": "press, news, Lifestyle, Kurżitajiet", "text": ["Ritratt: Facebook - Pamela Bezzina .td_uid_2_607bbd3f76573_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607bbd3f76573_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Tagħlaq 39 sena l-kantanta Pamela Bezzina.", "Twieldet fir-Rabat, Għawdex bħal-lum it-18 ta' April tal-1982.", "Kienu bosta li awgura l-isbaħ xewqat lil Pamela fosthom żewġha, il-mużiċist Alex Debon li kiteb li llum hija ġurnata importanti u mill-isbaħ għax fiha twieldet l-isbaħ parti tal-ħajja tiegħu.", "\"Grazzi li jirnexxilek toħroġ dejjem is-sabiħ tiegħi u ttini ħafna kuraġġ biex nagħmel affarijiet ġodda.", "Int m'hawnx bħalek u kumbinazzjoni l-mara tiegħi.", "Ara kemm jiena ffortunat,\" kiteb hu filwaqt li awguralha ġurnata mill-isbaħ minkejja li ninsabu f'ċirkostanzi naqra ristretti.", "\"Grazzi li teżisti għax bik ħajti hija ħafna aħjar,\" temm jgħid il-messaġġ tiegħu.", "Awguri Mara ta hajti f'gheluq sninek gurnata importanti u mill- isbah illum li twieldet l-isbah parti tal hajja tighi,… Posted by Alex Debono on Saturday, April 17, 2021 Nawguraw lil Pamela l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.", "Aqra wkoll: \"Grazzi ta' kull ġurnata\" – Pamela lil Alex Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607bbd3f76893_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607bbd3f76893_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/appell-biex-min-seraq-il-bagalja-tat-tabib-godfrey-farrugia-jirritornaha/", "date": "17 ta' April 2021 3:02 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Lokali", "text": ["Ritratt: Facebook .td_uid_2_607b043b13217_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607b043b13217_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Matul il-lejl li għadd nsterqu xi oġġetti minn ġol-karozza tal-membru parlamentari, it-tabib Godfrey Farrugia.", "F'post fuq Facebook, Farrugia qal li anke l-bagalja tiegħu ta' tabib insterqet infatti appella lil min serqu sabiex imqar jirritorna l-bagalja.", "Dan il-lejla, xi hadd ghogbu jidhol fil-karrozza u jkaxkar il-kontenut li kien hemm go fiha, inkluz il-bagalja… Posted by Godfrey Farrugia on Saturday, April 17, 2021 Godfrey Farrugia qal li min seraq, kaxkar kollox li kien hemm fil-karozza.", "\"J'alla li min kien isib il-kuntentizza f' ħajtu,\" temm il-post tiegħu fuq Facebook, it-tabib Farrugia.", "Filmat: Vandaliżmu fil-klinika ta' Godfrey Farrugia; \"Ma niflaħx għal iżjed vendikazzjonijiet\" .td_uid_3_607b043b13535_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607b043b13535_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/salvini-se-jghaddi-guri-dwar-l-immigranti-li-halla-bejn-sema-u-ilma-fl-2019/", "date": "17 ta' April 2021 7:17 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["L-eks Ministru tal-Intern Taljan u l-mexxej tal-lemin estrem Matteo Salvini se jgħaddi ġuri wara li f'Awwissu tal-2019 ħalla bastiment ta' tiftix u salvataġġ fil-baħar għal aktar minn ġimagħtejn.", "L-Imħallef Lorenzo Ianelli ordna lil Salvini biex jgħaddi ġuri talli rrifjuta li jħalli bastiment mmexxi mill-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms jidħol fil-pajjiż.", "Il-bastiment kien salva 147 persuna li tħallew bejn sema u ilma għal 19-il jum.", "Permezz ta' kitba fuq Twitter Salvini kkwota l-kostituzzjoni Taljana u sostna li wieħed jiddefendi l-pajjiż huwa dmir sagru ta' kull Taljan.", "Fuq Twitter Salvini kompla, \"jien se ngħaddi ġuri talli ddefendejt lil pajjiżi?\" 🔴 Rinviato a giudizio.", "Sempre. pic.twitter.com/CcTELlVphl — Matteo Salvini (@matteosalvinimi) April 17, 2021 Matul il-perjodu li dawn il-persuni għamlu fuq il-bastiment ma jistgħux jidħlu l-Italja, uħud minn dawk salvati qabżu l-baħar minħabba li kienu jinsabu fi stat ta' disprament.", "Dawk salvati kienu ddaħħlu f'port sigur wara li l-Qorti ħarġet ordni biex isir dan. .td_uid_3_607bec146ec55_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607bec146ec55_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/xgara-waqt-il-funeral-tal-princep-philip/", "date": "17 ta' April 2021 6:40 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["Ritratt: YouTube .td_uid_2_607b0f85d9fbf_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607b0f85d9fbf_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Illum sar il-funeral tal-Prinċep Philip fil-Kastell ta' Windsor.", "Biex jiġu evitati l-folol milli jinġabru minħabba l-pandemija tal-COVID, il-korteo funebri telaq mill-entratura statali tal-Kastell ta' Windsor u ttieħed fil-kappella ta' San Ġorġ.", "Il-Funeral Irjali tad-Duka ta' Edinburgh Illum il-funeral tal-Prinċep Philip Ulied il-Prinċep Philip, il-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Anne kienu fuq quddiem tal-korteo, segwiti mill-Prinċep William u l-Prinċep Harry fuq kull naħa ta' kuġinuhom Peter Phillips.", "Mal-wasla tat-tebut, saret minuta silenzju mal-pajjiż kollu biex timmarka l-bidu tal-funeral.", "Il-quddiesa kienet mimlija referenzi għall-karriera twila navali tal-Prinċep.", "Meta spiċċat il-quddies, indaqqet l-għajta navali li tindaqq biex tordna lis-suldati jippreparaw għall-ġlied magħrufa bħala Action Stations.", "Din it-tradizzjoni navali kienet waħda mix-xewqat tal-Prinċep Philip.", "Wara l-funeral, il-Prinċep tqiegħed jistrieħ fil-Qabar Irjali, taħt il-kappella ta' San Ġorġ. .td_uid_3_607b0f85da292_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607b0f85da292_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/4000-spettatur-ghas-semi-final-tal-fa-cup/", "date": "18 ta' April 2021 3:34 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Internazzjonali, Sport", "text": ["4,000 spettatur se jkun preżenti għal-logħba bejn Leicester City u Southampton fl-Istadju ta' Wembley illum filgħaxija, hekk kif ir-Renju Unit qed jirriċerka kif jistgħu jerġgħu jibdew l-avvenimenti tal-massa.", "Għalkemm il-grawnd se jibqa' prattikament vojt – Wembley jesa' 90,000 spettatur – din se tkun l-akbar folla għall-logħba futbol fir-Renju Unit għal aktar minn sena.", "Fl-istess ħin, se jkun hemm 325 spettatur għall-edizzjoni tal-2021 tal-World Snooker Championship f'Sheffield.", "F'kull każ, l-ispettaturi għandhom jagħmlu test tal-Covid-19 qabel u wara l-avveniment.", "L-imġieba tagħhom se tkun immonitorata permezz ta' cameras, u se jkun hemm ukoll monitoraġġ tal-vjaġġi tagħhom.", "Però permezz ta' dawn il-kundizzjonijiet se jkollhom l-opportunità li jattendu għal avveniment sportiv ewlieni b'mod dirett, esperjenza li saret lussu fi żmien il-pandemija.", "Il-gvern Britanniku se jingħata rapport dwar kif dawn l-avvenimenti affettwaw l-imxija tal-Covid-19 f'Mejju, u dan ir-rapport mistenni jiddetermina kif se jinfetħu għall-pubbliku l-avvenimenti sportivi tal-pajjiż.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607d31d798cc2_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607d31d798cc2_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/possibbilta-li-l-ewropa-ma-ggeddidx-l-kuntratt-ma-astrazeneca/", "date": "19 ta' April 2021 9:00 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Coronavirus, Internazzjonali, Unjoni Ewropea", "text": ["The European Commissioner Thierry Breton - EC - Audiovisual Service .td_uid_2_607d34dfc24c7_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_607d34dfc24c7_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-kummissarju tas-swieq interni tal-UE Thierry Breton indika li hu possibbli li l-Ewropa mhux ser iġġedded ir-relazzjoni tagħha ma' AstraZeneca.", "Intervistat mit-televiżjoni BFMTV ta' Franza Breton qal li fil-waqt li l-Kummissjoni Ewropea tibqa prammatika, l-prijorità f'dak li għandu x'jaqsam mal-vaċċini, hija li dawk id-ditti li magħhom hemm ftehim, jonoraw dak li hemm fil-kuntratti puntwalment.", "Uffiċjali tal-UE kienu kritiċi ħafna għal AstraZeneca, li ffaċċjat dewmien sinifikanti fil-kunsinna tal-ewwel ammont tal-vaċċin tagħha lill-pajjiżi membri.", "Il-ftehim oriġinali kien jinkludi x-xiri ta' 120 miljun doża tal-vaċċin għas-27 stat membru fl-ewwel tliet xhur, iżda kull ma ntbagħtu kienu 30 miljun.", "Apparti minn hekk 70 miljun biss mill-180 miljun doża ordnata mill-UE se jitwasslu fit-tieni kwart.", "Huwa enfasizza wkoll li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-ordni ta 'aktar vaċċini mill-kumpanija ma tiddependix biss fuq \"raġunijiet epidemjoloġiċi jew mediċi.\"", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607d34dfc283d_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607d34dfc283d_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/is-sirja-thejji-ghal-elezzjoni-hekk-kif-il-gwerra-civili-taghlaq-10-snin/", "date": "18 ta' April 2021 5:44 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali", "text": ["F'nofs gwerra ċivili li kkawżat mijiet ta' eluf ta' mwiet li bdiet aktar minn 10 snin ilu, is-Sirja qed tipprepara elezzjoni presidenzjali fejn ir-riżultat mhux mistenni jkun sorpriża: rebħa kbira għal-President Bashar al-Assad.", "Minkejja l-kunflitt li għadu għaddej u kriżi ekonomika, Assad mhux mistenni jaffaċċja oppożizzjoni b'saħħitha.", "L-aħħar elezzjoni presidenzjali kienet saret fl-2014 u Assad kien rebaħ 92% tal-vot – għalkemm dan il-vot kien meqjus illeġittimu mill-Unjoni Ewropea.", "Din l-elezzjoni kienet l-ewwel waħda fejn persuni li ma jagħmlux parti mill-familja Assad – Bashar innifsu sar president wara l-mewt ta' missieru Hafez fis-sena 2000 – setgħu jieħdu sehem.", "Fl-2014, minkejja r-rebħa elettorali mistennija, il-pożizzjoni ta' Assad kienet tidher aktar fraġli, peress li l-oppożizzjonijiet kienu f'pożizzjoni aktar b'saħħitha.", "Però bl-appoġġ ta' forzi esterni – partikolarmant dawk tar-Russja, tal-Iran u tal-Hezbollah – u fost in-nuqqas ta' qbil mill-Punent fuq intervent fis-Sirja, il-pożizzjoni t'Assad saret aktar b'saħħitha.", "Il-gvern Sirjan issa għandu kontroll tal-bliet ewlenin tal-pajjiż.", "L-ekonomija qiegħda fi kriżi, bil-gvern Sirjan iweħħel fis-sanzjonijiet imposti mill-pajjiżi tal-punent.", "Min-naħa tagħhom, l-Istati Uniti u bosta pajjiżi Ewropej qed jakkużaw lis-Sirja li qed ittawwal il-proċess ta' ratifika ta' kostituzzjoni ġdida, biex tevita li l-elezzjoni li jmiss taqa' taħt is-superviżjoni tal-Ġnus Magħquda.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_607d27b23d378_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_607d27b23d378_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/ta-16-il-sena-tista-tivvota-imma-biex-tissieheb-funjin-trid-permess-tal-genituri/", "date": "22 ta' April 2021 11:07 AM", "category": "press, news", "text": ["Ritratt: General Workers Union .td_uid_2_608279a2cd500_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_608279a2cd500_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-General Workers' Union (GWU) kellha laqgħa kordjali mal-Membru Parlamentari tal-Partit Laburista Oliver Scicluna.", "Waqt din il-laqgħa, li flimkien miegħi attendew il-President Victor Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, iddiskutejna diversi temi importanti li jimpattaw il-ħaddiema fosthom is-saħħa mentali (mental health wellbeing), id-dritt tal-assoċjazzjoni u l-ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur.", "Qbilna li dawn huma temi importanti għal diversi raġunijiet.", "Fil-fatt il-GWU ilha żmien twil tisħaq li l-benesseri u s-saħħa mentali tal-ħaddiema għandhom jiġu protetti tant li anke kienet iddikjarat li taqbel mal-kunċett ta' Right to Disconnect, fost l-oħrajn.", "Waqt il-laqgħa, sħaqt li l-kunċett dwar is-saħħa mentali huwa tassew ta' prijorità u jinsab fuq l-aġenda.", "Filwaqt li nirrikonoxxi l-fatt li l-Gvern qed jagħti l-għajnuna lil dawk il-ħaddiema li ġew imwaqqfa milli jagħmlu xogħolhom, ninnota li hemm eluf ta' ħaddiema li ma jafux x'se jiġri meta jieqaf il-Covid Wage Supplement.", "Waqt il-laqgħa ddiskutejna wkoll id-dritt tal-assoċjazzjoni.", "Il-Membru Parlamentari Scicluna qal li hemm kumpaniji privati li l-ħaddiema tagħhom m'għandhomx aċċess għal unjin u staqsa jekk hix permessibbli li bħala ħaddiem, jekk ikun irid, jiġi mċaħħad milli jagħmel dan.", "Min-naħa tiegħi, jien spjegajt li l-ILO tgħid li ma tistax tobbliga impjegat li jkun imsieħeb f'unjin speċifika imma li tgħidlu jħallas biex ikun f'unjin tista'.", "Imbagħad ħareġ dak li jgħidulu d-dritt tal-assoċjazzjoni.", "Imbagħad hemm element li jrid jiġi indirizzat fir-rigward tal-fatt li ta' 16-il sena tista' tivvota imma ma tistax tissieħeb f'unjin mingħajr il-permess tal-ġenituri.", "Nafu fiċ-ċert minn sondaġġ li sar li hawn 15% tal-impjegati, jekk jiġu avviċinati u ma jiġux imfixkla, jidħlu f'unjin.", "Waqt il-laqgħa ġie wkoll diskuss il-fatt li jkun hemm wisq abbużi u diskriminazzjoni lejn min mhux organizzat fi ħdan trade union.", "Ġie wkoll diskuss il-kunċett ta' ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur li huwa pass ieħor lejn il-qerda ta' xogħol prekarju u inugwaljanzi. .td_uid_3_608279a2cd727_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_608279a2cd727_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/blog/lip-service/", "date": "23 ta' April 2021 9:57 AM", "category": "press, news", "text": ["Photo: Unsplash.com .td_uid_2_60827e0f14a71_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60827e0f14a71_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Iktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar qed nisimgħu fuq l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja u fil-każ tal-ħaddiema dwar it-taħriġ biex itejbu l-pożizzjoni tagħhom u jkunu jistgħu jwessgħu l-opportunitajiet tagħhom.", "Iżda xi minn daqqiet jiġini suspett li dan hu biss dak li bl-Ingliż jissejjaħ lip service – diskors fieragħ u xejn fatti.", "Qed ngħid dan fuq l-esperjenza ta' dan l-aħħar meta manager fi ħdan il-union li jien tagħha l-Kap Eżekuttiv, il-UĦM Voice of the Workers kienet imċaħħda milli tieħu kors fl-Università ta' Malta fir-relazzjonijiet industrijali!", "Dan għax kien hemm min ħass li seta' jqum xi kunflitt ta' interess!", "Raġuni frivola li tikkonferma kemm fadlilna x'naqdfu jekk verament nemmnu dak li nipprietkaw.", "Qabel ma din l-impjegata ngħaqdet mal-UĦM taħt arranġament li jippermetti impjegati tas-servizz pubbliku li jkunu mislufa lil union, kienet applikat għal dan il-kors organizzat mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi b'kollaborazzjoni mal-Università.", "Biex inkun preċiż din l-impjegata kienet imħeġġa biex tieħu dan il-kors, ġaladarba kienet taħdem fid-Dipartiment tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali.", "Madankollu, il-kors kien pospost minħabba l-pandemija u kien biss ftit ġimgħat ilu li beda.", "Bilkemm ridt nemmen meta din il-manager informatni li ma kinitx se titħalla tkompli l-kors.", "Ir-raġuni kienet li bdiet taħdem mal-UĦM.", "Skont l-organizzaturi dan seta' jqanqal kunflitt ta' interess għax parti mil-kors jikkonsisti f'sessjonijiet li fihom ikunu osservat il-mod li bih unions u d-dipartiment jinnegozjaw bejniethom – dak li jissejjaħ shadowing.", "Filwaqt li ma nara l-ebda kunflitt f'dan kollu, din il-manager tal-UĦM ħasset li kellha tiġbed l-attenzjoni tal-impjieg tagħha mal-union biex iżomm l-organizzaturi tal-kors aġġornati.", "Filwaqt li ma nara l-ebda kunflitt għax l-iskop tal-kors hu li jkollna uffiċjali pubbliċi u impjegati taċ-ċivil iktar kwalifikati u mħarrġa, id-deċiżjoni li tiġi mċaħħda milli tagħmel il-kors hi assurda.", "Li kieku kien hemm intenzjoni ġenwina mill-organizzaturi, seta' jsir arranġament biex din il-manager tattendi sessjonijiet li jinvolvu l-UĦM biss.", "Imma kif saru l-affarijiet, donnu qed nittrattaw każ ta' spjunaġġ industrijali!", "Donnu li t-tagħlim hu xi ħaġa li żżommha għalik daqs li kieku kien se jkun hemm xi theddida jekk taqsam dak li taf ma' ħaddieħor.", "Jiġifieri impjegata tad-Dipartiment tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali, li ġietha opportunità li taħdem f'dan il-qasam, issa qed tiċċaħħad mill-edukazzjoni għax ħadet l-affarijiet bis-serjetà!", "Attitudni bħal din qed tittieħed fil-konfront ta' ħaddiema kollha fiċ-ċivil li jaspiraw li javvanzaw fil-karriera?", "Qed nistaqsi dan għax wisq nibża' li din id-deċiżjoni turi l-mod li bih il-Gvern iħares lejn id-djalogu soċjali.", "Atteġġjament ta' xi ħadd li jrid li jkollu pożizzjoni dominanti billi jċaħħad lin-naħa l-oħra minn ċertu opportunitajiet.", "Tabilħaqq, studenti tal-università minn żmien għal żmien isegwu l-ħidma tal-UĦM bħala parti mill-istudji tagħhom.", "X'suppost tagħmel il-union issa?", "Ma taċċettahomx sakemm ma jkollhiex garanzija li jiġu jaħdmu magħha fil-futur?", "Nixtieq nieħu tweġiba dwar dan. .td_uid_3_60827e0f14c79_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60827e0f14c79_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/european-super-league-se-jifred-mhux-ghal-kulhadd-pn/", "date": "20 ta' April 2021 9:20 PM", "category": "press, news, Sport, Lokali", "text": ["Ritratt: Jason Charters Lorqs .td_uid_2_6082730584eb3_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_6082730584eb3_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Il-Partit Nazzjonalista qal li l-isport għandu jinkludi u mhux jeskludi.", "Il-Partit kien qiegħed jirreferi għan-nuqqas ta' qbil għat-twaqqif tal-European Super League.", "Il-PN qal li l-isport għandu valur uniku u m'ghandux ikun aċċessibbli biss għal dawk li għandhom il-flus.", "L-istqarrija li kienet iffirmata mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u l-Isport Clyde Puli qal li filwaqt li wieħed jifhem d-diffikultajiet ekonomiċi li diversi klabbs barranin għaddejjin minnhom, is-soluzzjoni mhix li tifred u min huwa l-iktar b'saħħtu jirbaħ, mentri l-oħrajn jispiċċaw.", "Saħaq li għandu jkun hemm post għal kulħadd.", "Puli qal li dan il-pass se jġib żewġ kategoriji li jifirdu dawk li għandhom minn dak li m'għandhomx.", "Żied li l-isport għandu dejjem kemm jistgħu jkun miftuħ u mhux wieħed magħluq għax dan se jwassal sabiex il-ftit jiddominaw u jaqtgħu barra lil dawk li għandhom l-ambizzjoni li jikbru u jirnexxu.", "Il-PN spejga li bl-introduzzjoni tal-European Super League se tneħħi l-pjaċir sportiv li wieħed jara klabbs ġejjin mil-liema reġjun, belt jew raħal fil-possibbiltà u l-opportunità li jirbħu fi sfidi fejn kull tim jitlaq ugwali mal-ieħor.", "Li kull plejer, ġej mil-liema klassi jew ambjent, għandu futur quddiemu fejn it-talenti tiegħu jista' jiżviluppahom.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_6082730585179_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_6082730585179_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/il-european-super-league-sospiz-wara-t-tluq-tal-klabbs-inglizi/", "date": "21 ta' April 2021 9:46 AM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Internazzjonali, Sport", "text": ["Wara għadd ta' protesti minn partitarji, plejers, maniġers u gvernijiet, apparti t-theddid ta' sanzjonijiet mill-UEFA u l-FIFA, il-klabbs Ingliżi, Taljani u l-Atletico irtiraw mill-proġett tal-European Super League.", "Il-European Super League mhux se jkun qiegħed jiftaħ l-istaġun minħabba li dawn it-timijiet irtiraw.", "Manchester City kienu l-ewwel li rtiraw segwiti minn Arsenal, Manchester United, Liverpool, Tottenham Hotspur u Chelsea ħabbru li kienu qed isegwu l-istess.", "It-tims ta' Inter Milan, AC Milan, l-Atletico u Juventus telqu wkoll minn din il-kopetizzjoni.", "Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60827b6b0a50e_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60827b6b0a50e_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]} {"url": "https://newsbook.com.mt/jingabru-e30000-u-madwar-45-vann-mimlija-hwejjeg-mill-kampanja-itma-u-libbes/", "date": "22 ta' April 2021 2:46 PM", "category": "press, news, Aħbarijiet, Knisja, Lokali", "text": ["Ritratt: Miguela Xuereb .td_uid_2_60827c19365d4_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_2_60827c19365d4_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0} Matul ir-Randan, permezz tal-kampanja 'Itma' u Libbes', inġabru €30,000 f'donazzjonijiet u madwar 45 vann mimlija ħwejjeġ li kienu f'kundizzjoni tajba.", "Dak kollu li nġabar se jumur bħala għajnuna għall-persuni li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli fis-soċjetà.", "Il-kampanja ġiet organizzata mill-Arċidjoċesi ta' Malta permezz tat-Taqsima tad-Djakonija fil-Parroċċi ta' Caritas Malta, flimkien ma' dan is-sit elettroniku, Newsbook.com.mt u 103 Malta's Heart.", "Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta' Malta spjegat kif id-donazzjonijiet se jintużaw biex jinxtara ikel li jitqassam mill-kappillani lill-familji fil-bżonn fil-parroċċi tagħhom.", "Il-ħwejjeġ se jgħaddu minn proċess ta' għażla, ħasil, mogħdija u ppakkjar, sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ikunu jistgħu jinbiegħu lill-pubbliku bi prezz raġonevoli.", "Id-dħul minn dawn il-ħwejjeġ se jgħin lill-persuni fil-bżonn u jtaffi mit-tbatija tal-persuni li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja.", "F'Marzu 2021 Filmat: Maħżen ieħor biex jintgħażlu l-ħwejjeġ miġbura waqt il-kampanja Itma' u Libbes L-Arċisqof Charles Scicluna rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-ġenerożità kbira tiegħu u fakkar fil-kelma ta' Ġesù, \"kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont għeri u libbistuni,\" u esprima t-tama li l-Mulej jgħinna biex nibqgħu nħaddmu l-imħabba tiegħu fid-dinja.", "Albert Debono, responsabbli mid-djakonija fil-parroċċi fi ħdan il-Caritas, qal li l-pubbliku laqa' bi ħġaru s-sejħa tal-Knisja biex jgħin lill-familji fil-bżonn, mhux biss bid-donazzjonijiet u l-ħwejjeġ, imma wkoll billi offrew ftit ħin liberu biex seta' jsir il-proċess ta' għażla tal-ħwejjeġ.", "Debono stieden lill-persuni li jixtiequ jgħinu biex jagħmlu dan billi jimlew il-formola 'Ftit Ħin Qalb Kbira' fuq il-website djakonija.org .", "Għadd ta' parroċċi taw il-kontribut tagħhom f'din il-kampanja, fosthom il-parroċċa ta' Birżebbuġa, Ħal Qormi (San Ġorġ), Ħaż-Żebbuġ, il-Kalkara, il-Mosta, il-Qawra, il-Qrendi, is-Siġġiewi, is-Swatar, ix-Xagħjra, l-Iklin, San Ġiljan, u Wied il-Għajn.", "Fil-bidu ta' April 2021 Filmat: Miġburin 41 vann mimlijin ħwejjeġ u €26,000 Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta' Newsbook minn hawn . .td_uid_3_60827c19368bd_rand.td-a-rec-img{text-align:left}.td_uid_3_60827c19368bd_rand.td-a-rec-img img{margin:0 auto 0 0}"]}