{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1925", "title": "Skemi taċ-ċittadinanza b'investiment: Il-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri ta' ksur kontra Ċipru u Malta talli “jbigħu” ċ-ċittadinanza tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC", "date": "Mon, 19 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi proċeduri ta' ksur kontra Ċipru u Malta billi ħarġet ittri ta' intimazzjoni dwar l-iskemi tagħhom ta' ċittadinanza b'investiment, imsejħa wkoll skemi tal-“passaporti tad-deheb”.", "Il-Kummissjoni tqis li l-għoti, minn dawn l-Istati Membri, tan-nazzjonalità tagħhom – u b'hekk taċ-ċittadinanza tal-UE – bi skambju għal pagament jew investiment determinat minn qabel u mingħajr rabta ġenwina mal-Istati Membri kkonċernati, mhuwiex kompatibbli mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.", "Dan idgħajjef ukoll l-integrità tal-istatus taċ-ċittadinanza tal-UE previst fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Minħabba n-natura taċ-ċittadinanza tal-UE, skemi bħal dawn għandhom implikazzjonijiet għall-Unjoni b'mod ġenerali.", "Meta Stat Membru jagħti ċ-ċittadinanza, il-persuna kkonċernata awtomatikament issir ċittadin tal-UE u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' dan l-istatus, bħad-dritt li tiċċaqlaq, tgħix u taħdem liberament fl-UE, jew id-dritt li tivvota fl-elezzjonijiet muniċipali kif ukoll fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Konsegwentement, l-effetti tal-iskemi ta' ċittadinanza b'investiment la huma limitati għall-Istati Membri li joperawhom, u lanqas ma huma newtrali fir-rigward ta' Stati Membri oħra u tal-UE kollha kemm hi.", "Il-Kummissjoni tqis li l-għoti taċ-ċittadinanza tal-UE għal pagamenti jew investimenti determinati minn qabel mingħajr ebda rabta ġenwina mal-Istati Membri kkonċernati, idgħajjef l-essenza taċ-ċittadinanza tal-UE. .", "Il-passi li jmiss", "Il-Gvernijiet Ċiprijotti u Maltin għandhom xahrejn biex iwieġbu għall-ittri ta' intimazzjoni.", "Jekk it-tweġibiet ma jkunux sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' toħroġ Opinjoni Motivata dwar din il-kwistjoni.", "Sfond", "L-iskemi taċ-ċittadinanza b'investiment jippermettu lil persuna tikseb nazzjonalità ġdida abbażi ta' pagament jew investiment biss.", "Dawn l-iskemi huma differenti mill-iskemi ta' residenza tal-investituri (jew il-“viżi tad-deheb”) li jippermettu liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jiksbu permess ta' residenza biex jgħixu f'pajjiż tal-UE.", "Il-kundizzjonijiet għall-kisba u għat-telf taċ-ċittadinanza nazzjonali huma rregolati mid-dritt nazzjonali ta' kull Stat Membru, mingħajr preġudizzju għar-rispett dovut lejn id-dritt tal-UE.", "Peress li n-nazzjonalità hija l-unika prekundizzjoni għaċ-ċittadinanza tal-UE u għall-aċċess għad-drittijiet mogħtija mit-Trattati, il-Kummissjoni kienet qed tissorvelja mill-qrib l-iskemi tal-investituri li jagħtu n-nazzjonalità tal-Istati Membri.", "Il-Kummissjoni ta' spiss esprimiet it-tħassib serju tagħha dwar skemi ta' ċittadinanza b'investiment u dwar ċerti riskji li huma inerenti fi skemi bħal dawn.", "Kif imsemmi fir-rapport tal-Kummissjoni ta' Jannar 2019, dawn ir-riskji huma relatati b'mod partikolari mas-sigurtà, il-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa u l-korruzzjoni, u l-Kummissjoni kienet qed tissorvelja kwistjonijiet aktar wesgħin ta' konformità mad-dritt tal-UE li jinħolqu minn skemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment.", "F'April 2020, il-Kummissjoni kitbet lill-Istati Membri kkonċernati fejn spjegat it-tħassib tagħha u talbet aktar informazzjoni dwar l-iskemi.", "F'riżoluzzjoni adottata fl-10 ta' Lulju 2020, il-Parlament Ewropew tenna t-talbiet preċedenti tiegħu lill-Istati Membri biex kemm jista' jkun malajr jeliminaw gradwalment l-iskemi kollha eżistenti ta' ċittadinanza b'investiment (CBI, citizenship by investment) jew residenza b'investiment (RBI, residency by investment).", "Kif iddikjarat mill-President von der Leyen fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tas-16 ta' Settembru 2020, il-valuri Ewropej mhumiex għall-bejgħ.", "Il-Kummissjoni qed terġa' tikteb ukoll lill-Bulgarija biex tenfasizza t-tħassib tagħha rigward skema ta' ċittadinanza b'investiment imħaddma minn dan l-Istat Membru u qed titlob aktar dettalji.", "Il-Gvern Bulgaru għandu xahar biex iwieġeb għall-ittra li titlob aktar informazzjoni, u wara dan il-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar il-passi li jmiss."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1904", "title": "Coronavirus: Il-gateway tal-interoperabbiltà tal-UE bdiet topera: l-ewwel apps għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti konnessi mas-sistema", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Sun, 18 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-apps għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti biex tinkiser il-katina tal-infezzjonijiet tal-coronavirus bejn il-fruntieri u jiġu salvati l-ħajjiet, il-Kummissjoni, fuq stedina mill-Istati Membri tal-UE, waqqfet sistema mifruxa mal-UE kollha biex tiżgura l-interoperabbiltà – l-hekk imsejħa “gateway”.", "Wara fażi pilota li twettqet b'suċċess, is-sistema se tibda topera llum u l-ewwel grupp ta' apps nazzjonali issa huma konnessi permezz ta' dan is-servizz: Il-Corona-Warn-App tal-Ġermanja, il-COVID tracker tal-Irlanda u l-immuni tal-Italja.", "Flimkien, dawn l-apps tniżżlu minn madwar 30 miljun persuna, li jikkorrispondi għal żewġ terzi tad-downloads tal-apps kollha fl-UE.", "Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Uniku, qal: “Bosta Stati Membri niedu apps għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti volontarji, u l-Kummissjoni appoġġathom billi għamlet mod li dawn l-apps jinteraġixxu ma' xulxin.", "Il-moviment liberu huwa parti integrali tas-Suq Uniku – il-gateway qed tiffaċilita dan il-moviment liberu filwaqt li tgħinna nsalvaw il-ħajjiet.”", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, żiedet tgħid: “L-apps għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti għall-coronavirus jistgħu jikkomplementaw b'mod effettiv miżuri oħrajn bħal pereżempju aktar ittestjar u traċċar manwali tal-kuntatti.", "Hekk kif il-każijiet reġgħu qed jiżdiedu, jistgħu jaqdu rwol importanti biex jgħinuna niksru l-ktajjen ta' trażmissjoni.", "Għall-persuni li jaħdmu bejn il-fruntieri dawn l-apps huma għodod saħansitra aktar b'saħħithom.", "Is-sistema tal-gateway tagħna li se tibda topera llum hija pass importanti fil-ħidma tagħna, u qed nistieden liċ-ċittadini biex jużaw dawn l-apps, biex jgħinu nipproteġu lil xulxin.”", "Jens Spahn, il-Ministru Federali tas-Saħħa tal-Ġermanja, qal: “L-infezzjonijiet qed jerġgħu jiżdiedu kullimkien fl-Ewropa.", "Bħalissa, l-apps nazzjonali għat-twissija qed jagħmlu differenza kbira.", "Minħabba li kull katina tal-infezzjoni li tinkiser aktar malajr, bis-saħħa ta' app, tgħin biex titrażżan il-pandemija.", "Bis-servizz il-ġdid tal-gateway, qed nikkollegaw l-apps fl-Ewropa kollha.", "B'hekk, il-kuntatti jistgħu wkoll jirċievu twissija matul vjaġġ barra minn pajjiżhom jew wara dan il-vjaġġ.”", "Fil-ġlieda kontra l-coronavirus, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ddeċidew li jniedu app għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti.", "Total ta' 20-il app li huma bbażati fuq sistemi deċentralizzati jistgħu jkunu interoperabbli permezz tas-servizz tal-gateway.", "Jistgħu jiġu kkollegati mal-gateway wara li jsegwu protokoll li jipprevedi bosta testijiet u verifiki, u jrid joħroġ aġġornament għal kull app.", "It-tieni grupp ta' apps se jiġi konness il-ġimgħa d-dieħla.", "L-eRouška taċ-Ċekja, is-smitte stop tad-Danimarka, l-Apturi COVID tal-Latvja u r-Radar Covid ta' Spanja huma mistennija jingħaqdu, filwaqt li aktar apps se jiġu konnessi mas-sistema f'Novembru.", "Il-ħarsa ġenerali ta' Stati Membri parteċipanti hija disponibbli fuq paġna web iddedikata.", "Il-gateway tiżgura li l-apps jaħdmu bla xkiel bejn il-fruntieri.", "B'hekk, l-utenti se jkollhom bżonn jinstallaw app waħda biss u meta jivvjaġġaw lejn pajjiż Ewropew parteċipanti ieħor xorta jibqgħu jibbenefikaw mit-traċċar tal-kuntatti u jibqgħu jirċievu t-twissijiet, kemm jekk ikunu f'pajjiżhom kif ukoll jekk ikunu barra minn pajjiżhom.", "Is-server tal-gateway iżomm l-ammont ta' data skambjata għal minimu.", "Se jirċievi u jgħaddi b'mod effiċjenti identifikaturi arbitrarji bejn l-apps nazzjonali.", "L-ebda informazzjoni oħra għajr il-kjavijiet arbitrarji, iġġenerati mill-apps nazzjonali, mhi se tiġi ttrattata mill-gateway: l-informazzjoni hija psewdonimizzata, kriptata, kemm jista' jkun imminimizzata, u maħżuna biss sakemm jiġu traċċati l-infezzjonijiet.", "Ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-persuni individwali, u lanqas ma tippermetti li jiġi traċċat il-post jew il-moviment tal-apparati.", "Is-setup tal-gateway isegwi l-ftehim mill-Istati Membri dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex jiġi żgurat skambju sikur tal-informazzjoni bejn is-servers backend tal-apps nazzjonali għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti bbażati fuq arkitettura deċentralizzata.", "Is-sistema ġiet żviluppata u stabbilita f'inqas minn xahrejn minn T-Systems u SAP, u se tiġi operata miċ-ċentru tad-data tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu.", "Kuntest", "L-apps għat-traċċar tal-kuntatti, jekk ikunu kompletament konformi mar-regoli tal-UE u kkoordinati sew, jistgħu jaqdu rwol ewlieni fil-fażijiet kollha tal-ġestjoni tal-kriżijiet.", "Jistgħu jikkomplementaw it-traċċar tal-kuntatti manwali eżistenti u jgħinu biex tiġi interrotta l-katina tat-trażmissjoni tal-virus.", "B'hekk, jistgħu jikkontribwixxu sabiex jissalvaw il-ħajjiet.", "Sa mit-tifqigħa tal-pandemija tal-coronavirus, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, qed jivvalutaw l-aspetti tal-effettività, tas-sigurtà, tal-privatezza, u tal-aspetti ta' protezzjoni tad-data tas-soluzzjonijiet diġitali proposti biex tiġi indirizzata l-kriżi.", "Żviluppaw sett ta' għodod tal-UE għall-apps għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti, li kien akkumpanjat minn gwida dwar il-protezzjoni tad-data.", "Dan kien parti minn approċċ koordinat komuni b'appoġġ għat-tneħħija gradwali tal-miżuri ta' konfinament, kif ġie stabbilit f'Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.", "Sabiex jiġi żgurat li l-apps għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti jaħdmu lil hinn mill-fruntieri, l-Istati Membri bl-appoġġ tal-Kummissjoni f'Mejju qablu dwar linji gwida tal-interoperabilità, f'Ġunju dwar sett ta' speċifikazzjonijiet tekniċi u l-Kummissjoni adottat Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni biex tipprovdi bażi ġuridika għas-servizz tal-gateway.", "F'Settembru, is-sistema ġiet ittestjata f'fażi pilota.", "Għal aktar informazzjoni", "Coronavirus: Il-gateway tal-interoperabbiltà tal-UE għall-apps għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Paġna web iddedikata dwar is-servizz tal-gateway tal-interoperabbiltà tal-UE", "Filmat", "Skeda informattiva", "Infografika", "Dokumenti tan-Network tas-Saħħa-e", "Gwida biex tiżgura standards massimi ta' protezzjoni tad-data tal-apps li qed jiġġieldu l-pandemija", "Gwida tal-ECDC dwar l-applikazzjonijiet mobbli b'sostenn għat-traċċar tal-kuntatti għall-COVID-19", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar sett tal-għodod komuni tal-Unjoni għall-użu tat-teknoloġija u tad-data biex niġġieldu u noħorġu mill-kriżi tal-COVID-19"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_20_1905", "title": "Il-coronavirus: gateway tal-interoperabbiltà tal-UE għall-apps għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Sun, 18 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Indiċi", "X'inhi app għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus?", "Il-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fl-UE żviluppaw apps li jappoġġaw it-traċċar tal-kuntatti u t-twissija fil-ġlieda kontra l-coronavirus.", "L-apps jinnotifikawk jekk kont f'riskju ta' esponiment għall-virus tul l-aħħar 14-il jum, kemm jekk tħoss xi sintomi kif ukoll jekk le.", "Imbagħad tingħata parir xieraq dwar is-saħħa.", "Dawn jgħinu biex inaqqsu kemm jista' jkun it-tixrid tal-virus u jħaffu r-ritorn għall-ħajja normali fl-UE.", "Barra minn hekk, jekk tkun imwissi minn kmieni, inti tista' tiġi ttestjat u tirċievi l-kura meħtieġa minnufih u tnaqqas ir-riskju ta' konsegwenzi serji.", "L-apps għat-traċċar u t-twissija huma parti minn pakkett ta' miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-virus, flimkien ma' miżuri tal-iġjene bħall-ħasil tal-idejn, it-tbegħid soċjali u l-użu tal-maskri tal-wiċċ ta' kuljum.", "Għalfejn wieħed juża app għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus?", "App għat-traċċar u t-twissija tista' tgħin biex tinkiser il-katina tal-infezzjonijiet tal-coronavirus, fil-livell nazzjonali u bejn il-fruntieri, u tgħin biex jiġu salvati l-ħajjiet billi tikkumplementa t-traċċar manwali.", "Aktar ma jiġu infurmati malajr in-nies li ġew dijanjostikati bil-COVID-19 u l-kuntatti tagħhom, inqas malajr u mifrux ikun it-tixrid tal-virus.", "Għalhekk l-app tgħin biex tipproteġi lilek innifsek, lill-familja tiegħek, lil sħabek u lil persuni ta' madwarek.", "Inti tista' tafda l-apps uffiċjali disponibbli f'pajjiżek u żviluppati mal-awtoritajiet tas-saħħa, u tista' tużahom mingħajr tħassib.", "Għal aktar informazzjoni żur re-open EU.", "Kif taħdem app għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus?", "App għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus tinfurmak jekk għal xi perjodu kont qrib utent ieħor tal-app li ġie kkonfermat li huwa infettat bil-COVID-19.", "Dan il-kuntatt jitqies bħala esponiment b'riskju għoli.", "Tipikament, dan ifisser kuntatt għal aktar minn 15-il minuta bejn persuni f'inqas minn żewġ metri minn xulxin.", "Il-parametri eżatti huma stabbiliti mill-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali.", "Meta tinstalla l-app, l-ismartphone tiegħek jiġġenera “kjavi” aleatorji diversi drabi kuljum.", "Dawn il-kjavi jiġu skambjati permezz tal-Bluetooth bejn l-ismartphones li jkunu qrib xulxin u li jkunu qed jużaw app għat-traċċar, u jinħażnu fuq l-apparat għal 14-il jum.", "Jekk inti tiġi ttestjat pożittiv għall-COVID-19, inti tista' taqsam din l-informazzjoni biex twissi lin-nies li kont qrib tagħhom.", "Imbagħad, it-telefown tiegħek jaqsam il-kjavi ġġenerati fl-aħħar 14-il jum mas-server backend tal-app nazzjonali tiegħek.", "Abbażi tal-kjavi riċevuti, kull app tikkalkula l-punteġġ tar-riskju ta' utent, li jista' jirċievi twissija ta' esponiment jekk il-kriterji jiġu ssodisfati.", "X'data se naqsam meta nuża dawn l-apps?", "L-apps jiġġeneraw identifikaturi arbitrarji, li huma settijiet aleatorji ta' numri u ittri.", "Dawn l-identifikaturi arbitrarji ma jippermettux l-identifikazzjoni tal-individwi.", "Dawn il-kjavi jiġu skambjati bejn l-ismartphones f'distanza qasira permezz tal-Bluetooth.", "Ma tintuża l-ebda data dwar il-ġeolokazzjoni jew il-moviment.", "L-apps għat-traċċar jużaw ħafna data jew batterija?", "Ladarba tkun niżżilt l-app, l-użu tad-data tagħha jkun minimu.", "La għandek tinnota xi differenza sinifikanti fil-ħajja tal-batterija, u l-ismartphone tiegħek lanqas m'għandu jisħon iżżejjed.", "L-app għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija tkun qed taħdem fl-isfond.", "Din tuża teknoloġija ta' Bluetooth b'Enerġija Baxxa, imfassla biex tkun partikolarment effiċjenti fl-użu tal-enerġija.", "Nista' nuża l-app mingħajr konnessjoni tal-internet?", "Għall-funzjonalità tat-traċċar mhix meħtieġa konnessjoni tal-internet permanenti.", "Il-Bluetooth, li jintuża għad-detezzjoni tal-qrubija ma' utenti oħra tal-app, ma jeħtieġx l-internet.", "Taħdem ukoll fil-modalità tat-titjir jekk il-Bluetooth jinxtegħel waqt it-titjira.", "Madankollu, l-app għandha bżonn taqbad mal-internet mill-inqas darba kuljum biex tniżżel l-informazzjoni meħtieġa biex tiċċekkja jekk kontx espost għal utenti oħra infettati.", "Għalhekk, biex tiċċekkja l-ktajjen tal-infezzjonijiet, biex tirċievi twissijiet, u għal funzjonalitajiet addizzjonali, l-app ikollha bżonn taqbad ma' internet mobbli jew mal-Wi-Fi.", "In-notifika ta' esponiment hi awtomatika?", "L-apps jaħdmu fl-isfond tal-apparat mingħajr ma jeħtieġu azzjoni ta' kuljum.", "In-notifiki jiġu awtomatikament.", "M'għandekx għalfejn tattiva l-aġġornamenti manwalment, iżda trid tixgħel il-funzjoni tan-notifika ta' esponiment.", "Nista' nuża bosta apps nazzjonali għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus fl-istess ħin?", "Le.", "Ma tistax tuża żewġ apps jew aktar fl-istess ħin għax l-interfaċċa tan-notifika ta' esponiment ta' Google/Apple tappoġġa biss app waħda għat-traċċar fl-istess ħin.", "Bis-saħħa tas-servizz tal-gateway tal-interoperabbiltà tal-UE, iċ-ċittadini jistgħu jużaw app waħda anke meta jivvjaġġaw bejn il-fruntieri, filwaqt li jkomplu jibbenefikaw mit-traċċar tal-kuntatti u jkunu jistgħu jirrapportaw test pożittiv jew jirċievu twissija.", "X'għandi nagħmel jekk nirċievi twissija?", "Li tirċievi twissija ta' kuntatt ma jfissirx bilfors li ġejt infettat bil-COVID-19.", "Twissija hi mod sempliċi kif issir taf li kont f'riskju ta' esponiment għall-coronavirus.", "L-app tiggwidak dwar x'għandek tagħmel skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali, bħal pereżempju tagħtik pariri biex tagħmel test jew biex tiżola lilek innifsek, u dwar lil min għandek tikkuntattja.", "Liema kriterji jintużaw biex jiġu vvalutati l-livelli tar-riskju ta' esponiment?", "L-esponimenti potenzjali jseħħu meta persuna tiltaqa' ma' persuna oħra, għal ċertu ammont ta' ħin u f'ċertu distanza, li tkun irrappurtat li hija infettata bil-virus.", "It-teknoloġija Bluetooth tintuża biex jiġi ddeterminat jekk il-ħin flimkien kienx twil biżżejjed u jekk kinux qrib xulxin biżżejjed biex ikun hemm esponiment potenzjali.", "Tipikament ikun hemm tliet livelli tar-riskju:", "L-app tista' twissini kif nevita kuntatt ma' persuni li ttestjaw pożittivi?", "Le, l-app ma tistax tbassar kuntatti bħal dawn jew tidentifika kuntatt riskjuż f'ħin reali.", "Biex tiġi protetta l-privatezza tal-utenti, l-ebda utent tal-app ma jista' jiġi identifikat jew lokalizzat bl-app, u l-ebda app ma tista' tidentifika jekk hemmx persuna infettata, pereżempju f'xi supermarket.", "L-app mhix sostitut għall-prekawzjonijiet meħtieġa tas-soltu, bħal li tilbes maskra.", "Kif jaħdmu l-apps għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus bejn il-fruntieri?", "Il-coronavirus ma jieqafx fil-fruntieri.", "Din hi r-raġuni għalfejn l-Istati Membri, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, kienu qed jaħdmu fuq soluzzjoni ta' interoperabbiltà għall-apps nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija, ħalli iċ-ċittadini jkunu jistgħu jużaw app waħda meta jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom fl-Ewropa, filwaqt li jkomplu jibbenefikaw mit-traċċar tal-kuntatti u jkunu jistgħu jirċievu twissija.", "Wara talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni stabbiliet servizz ta' gateway tal-interoperabbiltà, li huwa interfaċċa maħsuba biex tirċievi u tgħaddi b'mod effiċjenti informazzjoni rilevanti mill-apps nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti.", "Dan se jiżgura skambju transfruntier sigur u effiċjenti bejn l-apps parteċipanti u żżomm l-użu tad-data mobbli f'livell minimu.", "Kif jaħdem l-iskambju tad-data bejn l-apps?", "L-apps individwali għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus jikkonnettaw biss mas-server backend nazzjonali tagħhom stess.", "Is-servers backend nazzjonali ma jikkonnettawx direttament ma' xulxin.", "Dawn jiskambjaw l-informazzjoni permezz tas-servizz tal-gateway tal-interoperabbiltà tal-UE, li jnaqqas il-konsum tad-data meta mqabbel mal-iskambji diretti bejn l-apps parteċipanti.", "L-iskambju jikkonsisti f'żewġ partijiet ewlenin: Il-kjavi nazzjonali jittellgħu fis-server tal-gateway jekk l-utenti jtellgħu l-kjavi tagħhom u jkunu qablu li jaqsmuhom ma' utenti tal-apps Ewropej oħra; il-kjavi jeħtieġ jitniżżlu fis-server backend nazzjonali biex il-kjavi jkunu jistgħu jitqassmu lill-utenti tal-app nazzjonali individwali.", "X'inhu s-servizz tal-gateway tal-interoperabbiltà tal-UE?", "Is-servizz tal-gateway tal-interoperabbiltà (il-gateway) hu infrastruttura diġitali li tiżgura t-trażmissjoni sigura tal-kjavi ġġenerati bejn is-servers backend tal-apps nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija parteċipanti.", "Filwaqt li jagħmel dan, il-gateway jaqsam l-informazzjoni minima meħtieġa biex persuna tiġi mwissija jekk tkun ġiet esposta għal persuna infettata wkoll bl-użu ta' waħda mill-apps parteċipanti.", "Id-data skambjata tinħażen biss fil-gateway għal perjodu massimu ta' 14-il jum.", "L-ebda informazzjoni oħra għajr il-kjavi ġġenerati mill-apps nazzjonali, ma tiġi ttrattata mill-gateway.", "It-tfassil tal-gateway hu msejjes fuq il-linji gwida għall-interoperabbiltà, is-sett ta' speċifikazzjonijiet tekniċi miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-prinċipji stabbiliti fis-sett ta' għodod tal-UE u l-linji gwida tal-Kummissjoni u tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-protezzjoni tad-data għall-apps għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija.", "Il-gateway ġie żviluppat u stabbilit mill-kumpaniji T-Systems u SAP u jitħaddem miċ-ċentru tad-data tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu.", "L-apps għat-traċċar tal-kuntatti huma kollha interoperabbli?", "Il-gateway jiżgura skambju sikur tal-informazzjoni bejn l-apps għat-traċċar tal-kuntatti abbażi ta' arkitettura “deċentralizzata”.", "Dan jikkonċerna l-maġġoranza l-kbira tal-apps għat-traċċar li diġà tnedew, jew waslu biex jitnedew, fl-UE.", "L-apps li huma interoperabbli jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni bejniethom u għalhekk, in-nies fl-UE jeħtieġu biss jinstallaw app waħda – tipikament l-app ta' pajjiżhom – u xorta jkunu jistgħu jirrapportaw test pożittiv jew jirċievu twissija, ikunu fejn ikunu fl-UE.", "X'inhi d-differenza bejn apps “ċentralizzati” u apps “deċentralizzati”?", "Ikkonfrontati bil-potenzjal ġdid tal-ismartphones fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-coronavirus, l-iżviluppaturi ddiskutew prinċipalment żewġ modi differenti kif jistabbilixxu apps għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija, tipikament imsejħa arkitetturi “deċentralizzati” u “ċentralizzati”.", "Fiż-żewġ approċċi, l-ismartphones jiskambjaw kjavi temporanji bil-Bluetooth u jikkomunikaw ma' server ċentrali.", "Id-differenza ewlenija hi fil-kalkolu tar-riskju tal-esponiment tal-utenti u fil-ħżin tad-data.", "Irrispettivament mill-approċċ, l-ebda app ma tiġbor data dwar il-lokazzjoni jew il-moviment tal-persuni.", "F'sistema ċentralizzata, server ċentrali jirċievi l-kjavi tal-kuntatti miġbura mill-utenti kkonfermati bil-COVID-19, u s-server jara kienx hemm kuntatt biex iwissi lill-utenti f'riskju.", "F'approċċ deċentralizzat, il-kjavi tal-kuntatti jibqgħu fuq l-ismartphone.", "L-app tniżżel il-kjavi arbitrarji tal-utenti infettati bil-COVID-19 u tivverifika jekk kienx hemm kuntatt, direttament fuq l-apparat.", "L-approċċ deċentralizzat juża interfaċċa konġunta pprovduta minn Apple u Google (ara hawn taħt).", "Fl-aħħar mill-aħħar, kważi l-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali kollha fl-UE għażlu appdeċentralizzata, u dawn l-apps huma kollha potenzjalment interoperabbli.", "Liema apps nazzjonali huma jew se jkunu kkollegati mal-gateway?", "Madwar żewġ terzi tal-Istati Membri tal-UE żviluppaw apps għat-traċċar u t-twissija li huma kompatibbli, u l-gateway hu miftuħ għalihom kollha, meta jkunu lesti biex jikkonnettaw.", "Il-konnessjoni se ssir gradwalment tul Ottubru u Novembru, iżda l-apps jistgħu wkoll jikkonnettaw aktar tard jekk l-awtoritajiet nazzjonali jiddeċiedu li jagħmlu hekk.", "Ġie żviluppat “protokoll ta' onboarding”, li jistabbilixxi l-passi meħtieġa.", "Filwaqt li l-app tiegħek tista' tidentifika l-qrubija ma' apps parteċipanti oħra kullimkien fid-dinja, anki waqt titjiriet fuq l-ajruplan, bla dubju hu importanti li anki n-nies madwarek ikollhom aċċess għal app parteċipanti u jużawha.", "Il-ħarsa ġenerali tal-pajjiżi parteċipanti tiġi aġġornata regolarment u tinsab hawn.", "X'jiġri jekk għamilt test f'pajjiż ieħor tal-UE?", "Riżultat pożittiv ta' test tal-coronavirus tista' ddaħħlu biss fl-app tal-pajjiż fejn ikun sar it-test.", "Iżda meta ddaħħal il-kodiċi f'dik l-app, bis-saħħa tal-interoperabbiltà, iċ-ċittadini tal-pajjiżi li żort ikunu jistgħu jiġu notifikati li kienu f'kuntatt mill-qrib ma' każ infettat.", "Jien ma nivvjaġġa mkien.", "Hemm għalfejn nieħu sehem fl-interoperabbiltà?", "La hu obbligatorju li tniżżel u tuża app, u lanqas hu obbligatorju li tieħu sehem fil-qafas tal-interoperabbiltà.", "Biex tagħmel dan, trid taqbel li d-data tiegħek tiġi pproċessata.", "Madankollu, anke jekk mhux beħsiebek tivvjaġġa, nies oħra jistgħu jagħmlu dan, u inti tista' tinzerta qribhom bla ma tkun taf.", "Għalhekk, l-interoperabbiltà hi ta' benefiċċju wkoll għal dawk li jibqgħu f'pajjiżhom.", "Irrid inniżżel app ġdida biex nibbenefika mill-interoperabbiltà?", "Le.", "Tista' tkompli tuża l-app nazzjonali tiegħek.", "Ħafna mill-Istati Membri tal-UE ddeċidew li jistabbilixxu app nazzjonali għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus, u kważi kollha għażlu li jħaddmu sistema deċentralizzata – dawn l-apps kollha huma potenzjalment interoperabbli u jistgħu jikkonnettaw mal-gateway meta jkunu lesti.", "Ladarba l-app tiġi konnessa mal-gateway, irid joħroġ aġġornament fil-ħwienet tal-apps biex tkun tista' tintuża din il-funzjonalità addizzjonali.", "L-utenti jridu jinstallaw dak l-aġġornament biex l-app tagħhom taħdem bejn il-fruntieri.", "Kif nista' naġġorna l-app?", "Jekk l-ismartphone tiegħek hu ssettjat li jaġġorna awtomatikament, l-app għat-traċċar tiegħek tiġi aġġornata awtomatikament fi żmien ftit jiem minn meta joħroġ l-aġġornament.", "Jekk tixtieq taġġorna manwalment:", "L-awtoritajiet jistgħu jużaw l-apps għat-traċċar biex jimmonitorjaw il-kwarantina?", "Le, dan hu teknikament impossibbli.", "L-apps għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija ma jiġbru l-ebda data dwar il-lokazzjoni jew il-moviment.", "Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?", "Tul il-proċess kollu tat-tfassil u tal-iżvilupp tal-apps għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija, ingħatat importanza ewlenija lir-rispett tal-privatezza:", "L-Istati Membri jaqsmu d-data personali bejniethom permezz tal-gateway?", "Il-Kummissjoni ħadmet mal-Istati Membri u żviluppat protokoll għall-interoperabbiltà li jħares il-privatezza.", "Sabiex app ta' Stat Membru wieħed taħdem fi Stat Membru ieħor, xi data kriptata trid tinqasam mas-server ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.", "Dawn is-servers backend huma kkontrollati mill-awtorità nazzjonali kompetenti.", "Kull app trid tkun konformi għalkollox mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, u trid timxi mal-gwida tal-Kummissjoni.", "Kif se nkunu nafu li l-apps għat-traċċar qed jaħdmu?", "L-Istati Membri qed jimmonitorjaw u jevalwaw l-apps u l-kontribut tagħhom fil-ġlieda kontra l-pandemija.", "Il-Kummissjoni, flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, qed tassisti lill-Istati Membri biex jidentifikaw serje ta' kriterji tal-valutazzjoni biex jevalwaw l-effettività tal-apps.", "Uħud minn dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, pereżempju, l-użu tal-app bħala persentaġġ tal-popolazzjoni u l-għadd ta' utenti notifikati b'esponiment potenzjali.", "Bħalissa fost l-Istati Membri, ir-rati tat-tniżżil ivarjaw minn inqas minn 10 % għal aktar minn 40 %.", "Iżda anke b'rata baxxa ta' użu, l-apps jistgħu jagħmlu d-differenza, skont ir-riċerkaturi – u kull notifika hi potenzjalment ħajja salvata.", "X'inhuma r-rekwiżiti minimi tal-apparati?", "L-apps kollha għat-traċċar u t-twissija tal-coronavirus għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd.", "Dawn jistgħu jintużaw fuq il-maġġoranza tal-apparati li għandhom sistemi operattivi użati b'mod komuni.", "Normalment, l-aġġornament meħtieġ tas-sistema operattiva rilevanti (iOS, Android) isir b'mod awtomatiku fuq l-ismartphones.", "L-apps jaħdmu fuq l-ismartphones iPhone 6s 'il fuq bl-użu tal-iOS 13.5, u fuq l-ismartphones tal-Android minn Android 6 'l fuq.", "Jekk ir-riżultat tat-test tal-COVID-19 tiegħek jiġi vverifikat bil-kodiċi QR, il-kamera fuq it-telefown tiegħek trid tkun taħdem.", "Xi rwol jaqdu Apple u Google?", "Kważi kollha, jiġifieri 99 % tal-ismartphones fl-UE, jaħdmu bis-sistemi operattivi mobbli iOS jew Android.", "Fil-kuntest tal-iżvilupp tal-apps għat-traċċar tal-kuntatti u t-twissija, Apple u Google ipprovdew standard uniformi għal kejl tad-distanza bil-Bluetooth.", "Dan kien importanti, ħalli l-apps li jaħdmu b'waħda miż-żewġ sistemi operattivi ewlenin ikunu jistgħu jirreġistraw is-sinjal Bluetooth ta' xulxin.", "Barra minn hekk, il-kumpaniji kellhom jiżguraw li s-sinjal Bluetooth ikompli jopera b'mod passiv fl-isfond b'modalità li tiffranka l-użu tal-batterija, anki jekk l-app ma tintużax b'mod attiv.", "L-apps nazzjonali bbażati fuq arkitettura “deċentralizzata” jiddependu fuq din il-funzjonalità bażika – dawn huma interoperabbli u jistgħu jiġu konnessi mal-gateway."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1940", "title": "Il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 – mill-istrateġija sat-twettiq", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=INTRELADM", "date": "Sun, 18 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum adottat il-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2021, imfassal biex jagħmel lill-Ewropa aktar b'saħħitha, aktar ġusta u aktar għanja, filwaqt li taċċellera t-trasformazzjoni għat-tul tagħha f'Ewropa aktar ekoloġika, adatta għall-era diġitali.", "Fih inizjattivi leġiżlattivi ġodda għas-sitt ambizzjonijiet ewlenin tal-Linji Gwida Politiċi tal-President von der Leyen u bħala segwitu għall-ewwel Diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni.", "Filwaqt li twettaq il-prijoritajiet stabbiliti f'dan il-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni se tkompli tagħmel l-isforzi kollha tagħha fil-ġestjoni tal-kriżi, u biex l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Ewropa jsiru aktar reżiljenti.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet: “L-akbar prijorità tagħna se tibqa' dik li nsalvaw il-ħajjiet u l-għajxien mhedda mill-pandemija tal-coronavirus.", "Diġà ksibna ħafna.", "Iżda l-Ewropa għadha ma ħarġitx mill-inkwiet u t-tieni mewġa qed tolqot bil-kbir madwar l-Ewropa.", "Irridu nibqgħu viġilanti u ninvolu ruħna, ilkoll kemm aħna.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli bl-isforzi tagħha biex tara li għall-quddiem jiġi żviluppat vaċċin għall-Ewropej u biex tgħin lill-ekonomiji tagħna jirkupraw, permezz tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.”", "Il-Viċi President Maroš Šefčovič responsabbli għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva qal: “Filwaqt li niżguraw li l-Ewropa tkun tista' timmaniġġja l-pandemija u l-impatt devastanti tagħha, ser inkomplu wkoll nitgħallmu mill-kriżi.", "Għalhekk, il-prijoritajiet ippreżentati f'dan il-programm ta' ħidma mhux biss jgħinu biex jitwettaq l-irkupru tal-Ewropa iżda wkoll ir-reżiljenza fit-tul tagħna – permezz ta' soluzzjonijiet validi għall-futur fl-oqsma kollha ta' politika.", "Għal dan il-għan, ser nagħmlu l-aħjar użu mill-prospettiva strateġika kif ukoll mill-prinċipji tagħna tat-tfassil aħjar tal-liġijiet – ibbażati fuq l-evidenza u trasparenti, effiċjenti u siewja għall-futur.”", "It-twettiq tal-prijoritajiet tal-UE", "Il-programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 jipprevedi t-tranżizzjoni mill-istrateġija lejn it-twettiq fis-sitt prijoritajiet politiċi kollha.", "Jikkonferma d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li tmexxi t-tranżizzjonijiet tewmin ekoloġiċi u diġitali – opportunità mingħajr paragun biex noħorġu mill-fraġilità tal-kriżi u noħolqu vitalità ġdida għall-Unjoni.", "Biex tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima sal-2050, il-Kummissjoni se tressaq il-pakkett Fit for 55 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b'mill-inqas 55 % sal-2030.", "Dan se jkopri firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika – minn sorsi rinnovabbli għal effiċjenza enerġetika l-ewwel, ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, kif ukoll l-użu tal-art, it-tassazzjoni tal-enerġija, il-kondiviżjoni tal-isforzi u l-iskambju tal-emissjonijiet.", "Mekkaniżmu ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera se jgħin biex jitnaqqas ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u jiżgura kundizzjonijiet ekwi billi jħeġġeġ lis-sħab tal-UE iqawwu l-ambizzjoni klimatika tagħhom.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri biex timplimenta l-pjan ta' azzjoni għal ekonomija ċirkolari tal-Ewropa, l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità u l-istrateġija mill-għalqa sal-platt .", "Biex dan id-deċennju jsir id-deċennju diġitali tal-Ewropa, il-Kummissjoni se tressaq pjan direzzjonali ta' objettivi diġitali definiti b'mod ċar għall-2030, relatati mal-konnettività, il-ħiliet u s-servizzi pubbliċi diġitali.", "L-enfasi se tkun fuq id-dritt għall-privatezza u l-konnettività, il-libertà tal-espressjoni, il-fluss liberu tad-data u ċ-ċibersigurtà.", "Il-Kummissjoni se tilleġiżla f'oqsma li jkopru s-sikurezza, ir-responsabbiltà, id-drittijiet fundamentali u l-aspetti tal-intelliġenza artifiċjali fejn tidħol id-data.", "Fl-istess spirtu, se tipproponi sistema ta' e-ID Ewropea.", "L-inizjattivi se jinkludu wkoll aġġornament tal-istrateġija industrijali ġdida għall-Ewropa, biex jitqies l-impatt tal-coronavirus, kif ukoll proposta leġiżlattiva biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi.", "Sabiex jiġi żgurat li l-kriżi tas-saħħa u dik ekonomika ma tinbidilx fi kriżi soċjali, il-Kummissjoni se tressaq pjan ta' azzjoni ambizzjuż biex timplimenta bis-sħiħ il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jiżgura li ħadd ma jitħalla lura meta l-Ewropa tirkupra.", "Il-Kummissjoni se tressaq ukoll garanzija għat-tfal Ewropea ġdida li tiggarantixxi aċċess għal servizzi bażiċi bħas-saħħa u l-edukazzjoni għat-tfal kollha.", "Biex nappoġġaw l-ekonomiji tagħna u nsaħħu l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, se tagħmel rieżami tal-qafas għall-ġestjoni tal-fallimenti tal-banek tal-UE, se tieħu miżuri biex tagħti spinta lill-investiment transfruntier fl-UE, u se ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Il-Kummissjoni se tara li l-Ewropa taqdi r-rwol vitali tagħha f'din id-dinja fraġli, inkluż billi tkun fuq quddiem tar-rispons globali biex jiġi żgurat li jkun hawn vaċċin sikur u aċċessibbli għal kulħadd.", "Se tipproponi Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kontribut tal-UE għal multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli, sħubija mġedda mal-viċinat tagħna tan-Nofsinhar, kif ukoll Komunikazzjoni dwar l-Artiku.", "Ser jiġi ppreżentat ukoll approċċ strateġiku ġdid għall-appoġġ tad-diżarm, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni ta' dawk li kienu suldati.", "Komunikazzjoni dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE se tesplora modi ġodda ta' ħidma mas-sħab tagħna u ma' donaturi oħra.", "Fid-dawl tal-COVID-19, il-Kummissjoni se tipproponi li tibni Unjoni Ewropea tas-Saħħa aktar qawwija, b'mod partikolari billi ssaħħaħ ir-rwol tal-aġenziji eżistenti u billi tistabbilixxi aġenzija ġdida għar-riċerka u l-iżvilupp avvanzati fil-bijomediċina.", "Sabiex jiġi ppreservat u mtejjeb il-funzjonament tiegħu, ser tiġi ppreżentata strateġija ġdida għall-futur ta' Schengen.", "Il-patt il-ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil se jiġi segwit b'għadd ta' miżuri proposti dwar il-migrazzjoni legali, inkluż pakkett ta' “talent u ħiliet”.", "Elementi oħra jinkludu pjan ta' azzjoni kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, kif ukoll strateġija sostenibbli ta' ritorn volontarju u riintegrazzjoni.", "Il-Kummissjoni se tkompli ssaħħaħ l-Unjoni tas-Sigurtà, filwaqt li tindirizza t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u t-theddid ibridu.", "Se tippreżenta wkoll strateġija komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu.", "Biex tinbena unjoni ta' ugwaljanza, il-Kummissjoni se tippreżenta strateġiji ġodda dwar id-drittijiet tat-tfal u għall-persuni b'diżabilità, kif ukoll proposta biex tiġi miġġielda l-vjolenza sessista.", "Se tipproponi wkoll li testendi l-lista ta' dawk l-atti li fl-Ewropa kollha jkunu meqjusa bħala reati, biex jiġu inklużi l-forom kollha ta' reati ta' mibegħda u diskors ta' mibegħda.", "Il-Kummissjoni se tipproponi regoli aktar ċari dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u se tieħu azzjoni biex tipproteġi lill-ġurnalisti u lis-soċjetà ċivili kontra litigazzjoni abbużiva.", "Permezz ta' viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali se jiġu proposti azzjonijiet biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta' dawn ir-reġjuni.", "Minħabba n-natura għat-tul u trasformattiva tal-inizjattivi ppjanati, huwa aktar importanti minn qatt qabel li l-leġiżlazzjoni ssir bil-mod li jħalli l-akbar impatt u b'ħarsa lejn il-futur.", "Il-Komunikazjoni dwar Regolamentazzjoni aħjar se ġġedded din l-enfasi.", "Din se tiffoka fuq is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet, b'mod partikolari billi tintroduċi approċċ “one-in-one-out”.", "Il-pjattaforma Fit for Future se tappoġġa lill-Kummissjoni f'din l-ambizzjoni, partikolarment meħtieġa bl-effetti li huma konsegwenti għall-pandemija tal-COVID-19.", "Biex tagħti riżultati konkreti, il-Kummissjoni se żżid ukoll il-programm tagħha ta' sensibilizzazzjoni wiesgħa, bil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa li jkollha rwol ċentrali.", "Il-lista sħiħa tal-44 objettiv ta' politika ġdid taħt is-sitt ambizzjonijiet ewlenin tinsab fl-Anness 1 tal-Programm ta' Ħidma għall-2021.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 huwa r-riżultat ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-korpi konsultattivi tal-UE.", "Il-Kummissjoni issa se tibda diskussjonijiet mal-Parlament u mal-Kunsill biex tistabbilixxi lista ta' prijoritajiet konġunti li dwarhom il-koleġiżlaturi jaqblu li jieħdu azzjoni rapida.", "L-isfond", "Kull sena, il-Kummissjoni tadotta programm ta' ħidma li jistabbilixxi l-lista ta' azzjonijiet li se tieħu fit-tnax-il xahar li jkunu ġejjin.", "Il-programm ta' ħidma jinforma lill-pubbliku u lill-koleġiżlaturi bl-impenji politiċi tagħna fil-preżentazzjoni ta' inizjattivi ġodda, inneħħu proposti pendenti u nirrieżaminaw leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti.", "Dan ma jkoprix il-ħidma kontinwa tal-Kummissjoni biex timplimenta r-rwol tagħha bħala l-Gwardjan tat-Trattati u biex tinforza l-leġiżlazzjoni eżistenti jew l-inizjattivi regolari li l-Kummissjoni tadotta kull sena.", "Il-pjan ta' ħidma tal-2021 tal-Kummissjoni huwa marbut mill-qrib mal- pjan ta' rkupru għall-Ewropa, mal-istrument tal-irkupru NextGenerationEU kif ukoll mal-baġit tal-UE msaħħaħ għall-2021-2027.", "Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tgħaddi ammont bla preċedenti ta' EUR 672.5 biljun bħala għotjiet u self fl-ewwel sena kruċjali ta' rkupru.", "Sadanittant, l-Istati Membri qed ifasslu pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li jistabbilixxu riformi u investimenti, allinjati mal-objettivi tal-politika ekoloġika u diġitali tal-UE: b'minimu ta' 37% ta' nefqa għat-tranżizzjoni ekoloġika, u minimu ta' 20% relatat mad-diġitali.", "Biex tħallas lura l-fondi miġbura taħt NextGenerationEU, il-Kummissjoni se tressaq proposti għal riżorsi proprji ġodda billi tibda minn reviżjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, Mekkaniżmu ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera kif ukoll imposta diġitali.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2021, l-annessi u l-iskedi informattivi", "Il-Programm ta' Ħidma aġġustat tal-Kummissjoni għall-2020", "Il-Pjan ta' rkupru għall-Ewropa", "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew", "It-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1920", "title": "Rapport ġdid dwar l-Istat tan-Natura jindika pressjonijiet persistenti fuq in-natura tal-Ewropa ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO,PR-GREENDEAL", "date": "Sun, 18 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-aħħar valutazzjoni tagħha tal-istat tan-natura fl-Unjoni Ewropea.", "Din tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tas-sitwazzjoni tal-ispeċijiet u l-ħabitats l-aktar vulnerabbli tal-Ewropa li huma protetti skont il-liġijiet tal-UE dwar in-natura.", "It-tnaqqis tal-ħabitats u tal-ispeċijiet protetti għadu għaddej, ikkawżat l-aktar minn agrikoltura intensiva, minn urbanizzazzjoni, minn attivitajiet tal-forestrija mhux sostenibbli u minn bidliet fil-ħabitats tal-ilma ħelu.", "It-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija għandu impatt ukoll fuq il-ħabitats, kif ukoll it-tibdil fil-klima, l-isfruttament żejjed tal-annimali permezz tal-ħsad illegali u l-kaċċa u s-sajd insostenibbli.", "Jekk dan it-tnaqqis ma jiġix indirizzat, inevitabbilment dan se jirriżulta fl-erożjoni kontinwa tal-bijodiversità tagħna u tas-servizzi vitali li tipprovdi, u b'hekk iqiegħed is-saħħa tal-bniedem u l-prosperità f'riskju.", "Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa ċara għal azzjoni jekk irridu li jkollna xi opportunità serja li npoġġu l-bijodiversità tal-Ewropa fit-triq lejn l-irkupru sal-2030, kif previst fl-Istrateġija l-ġdida għall-Bijodiversità tal-UE.", "F'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni sħiħa tal-għanijiet u l-miri proposti fl-Istrateġija kif ukoll fl-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt se tkun essenzjali.", "Il-valutazzjoni – ibbażata fuq rapport tekniku aktar dettaljat tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – turi li filwaqt li hemm speċijiet u ħabitats protetti li qed jirnexxilhom isalvaw minkejja li huma soġġetti għal pressjoni kbira, il-maġġoranza jinsabu fi status fqir jew ħażin fil-livell tal-UE, b'xi wħud juru xejriet li qed ikomplu jiddeterjoraw.", "Fost l-ispeċijiet, l-għasafar li huma assoċjati mill-qrib mal-agrikoltura qed ikomplu jonqsu, filwaqt li l-ħut tal-ilma ħelu għandu l-ogħla proporzjon ta' status ħażin ta' konservazzjoni (38%) primarjament minħabba l-bidliet fil-korpi tal-ilma u fl-installazzjonijiet tal-fluss tal-ilma u tal-enerġija idroelettrika.", "Fost il-ħabitats,15% biss minnhom jinsabu f'kundizzjoni tajba.", "Ir-restawr tat-torbieri u ta' artijiet mistagħdra oħra jista' jwassal għal benefiċċji lin-natura, iżda jikkontribwixxi wkoll b'mod sinifikanti biex jiġi inidirzzat it-tibdil fil-klima, filwaqt li joħloq opportunitajiet ta' impjiegi f'żoni rurali u periferiċi.", "Ir-rapport juri wkoll li azzjonijiet speċifiċi ta' konservazzjoni jwasslu biex jinkisbu xi riżultati.", "Il-linċi tal-Iberja, ir-renna tal-foresti u l-lontra, li kull wieħed minnhom kien il-mira ta' proġetti kbar ta' konservazzjoni, issa qed jirkupraw.", "L-inizjattivi taħt il-programm LIFE tal-UE, skemi agroambjentali speċifiċi taħt il-politika agrikola komuni, u n-network Natura 2000 b'27,000 sit tiegħu għadhom qed iħallu impatt pożittiv iżda jeħtieġ jiżdiedu b'mod konsiderevoli.", "Il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd, Virginijus Sinkevičius, qal hekk: “Din il-valutazzjoni dwar l-Istat tan-Natura hija l-aktar waħda komprensiva li qatt saret fl-UE dwar kemm hi f'saħħitha n-natura.", "Għal darb'oħra, din turi b'mod ċar ħafna li s-sistema tant vitali biex iżżommna ħajjin qed tiddgħajjef.", "Fl-UE, 81 % tal-ħabitats protetti jinsabu f'kundizzjoni ħażina.", "Jeħtieġ b'mod urġenti li nwettqu l-impenji mniżżla fl-Istrateġija l-ġdida għall-Bijodiversità tal-UE biex inreġġgħu lura dan it-tnaqqis għall-benefiċċju tan-natura, in-nies, il-klima u l-ekonomija.”", "Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, qal: “Il-valutazzjoni tagħna turi li s-salvagwardja tas-saħħa u tar-reżiljenza tan-natura tal-Ewropa, u tal-benesseri tan-nies, teħtieġ bidliet fundamentali fil-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw l-ikel, nimmaniġġjaw u nużaw il-foresti, u nibnu l-ibliet.", "Dawn l-isforzi jeħtieġ ikunu akkumpanjati minn implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-politiki ta' konservazzjoni, minn enfasi fuq ir-restawr tan-natura, kif ukoll minn azzjoni favur il-klima dejjem aktar ambizzjuża, speċjalment fis-settur tat-trasport u l-enerġija.”", "Sfond", "Kull sitt snin, l-Istati Membri tal-UE jirrapportaw dwar l-istatus u x-xejriet ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet u tat-tipi ta' ħabitats protetti skont id-Direttivi tal-UE.", "Iċ-ċiklu attwali ta' rappurtar huwa l-akbar u l-aktar eżerċizzju estensiv ta' ġbir ta' data li qatt sar dwar l-istat tan-natura tal-Ewropa.", "Ir-rapport jipprovdi analiżi tad-data dwar l-istatus u x-xejriet relatati mal-ispeċijiet kollha ta' għasafar selvaġġi li jinsabu fl-UE (460 speċi), 233 tip ta' ħabitat u kważi 1,400 pjanta u annimal selvaġġ oħra ta' interess Ewropew.", "Dan l-għarfien se jiggwida l-azzjoni tal-UE dwar il-bijodiversità fis-snin li ġejjin, filwaqt li jipprovdi linja bażi kruċjali għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-kisba tal-miri tal-Istrateġija l-ġdida għall-Bijodiversità tal-UE sal-2030.", "Għal aktar informazzjoni", "Rapport tal-Kummissjoni Ewropea", "Rapport tekniku dwar l-Istat tan-Natura taż-ŻEE", "Strateġija dwar il-Bijodiversità tal-UE", "Rapport – Bringing nature back through LIFE", "Link għall-Fuljett"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/PRES_09_27", "title": "Sostituzzjoni tad-Deputat Rappreżentant Permanenti Portugiż għall-Unjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 29 Jan 2009 23:00:00 GMT", "text": ["KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA", "MT", "Brussell, 30 ta' Jannar 2009", "5943/09 (Presse 27)", "(OR. en)", "Sostituzzjoni tad-Deputat Rappreżentant Permanenti Portugiż għall-Unjoni Ewropea", "Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ġie infurmat bil-ħatra mill-Gvern Portugiż tal-Ambaxxatur Ana Paula ZACARIAS bħala Deputat Rappreżentant Permanenti tal-Portugall għall-Unjoni Ewropea.", "L-Ambaxxatur ZACARIAS beda l-ħidmietu fis-7 ta' Jannar 2009.", "( Curriculum vitae mehmuż).", "ANNEX", "CURRICULUM VITAE", "Ana Paula Zacarias", "Born in Lisbon, on the 5th of January, 1959", "Divorced.", "Two children.", "Law studies at the Catholic University of Lisbon.", "Degree in Cultural Anthropology by the New University of Lisbon (Universidade Nova de Lisboa)", "Professional Activities :", "- 1983 – 1984 – Lecturer at the Faculty of Social Sciences, Universidade Nova de Lisboa", "- 1983 – Entered the Ministry of Foreign Affairs", "- 1983 – 1986 – Secretary at the Ministry of Foreign Affairs, Protocol Service and Europe Department", "- 1986 – 1988 – Counsellor for International Relations at the President's Office", "- 1988 – 1993 – At the Embassy of Portugal in Washington, USA", "- 1993 – 1996 – Consul of Portugal in Curitiba, Brazil.", "- 1996 – 1998 – Director of the Press and Information Office at the Ministry of Foreign Affairs, Lisbon.", "Representative of the MFA to the World Exhibition of Lisbon (EXPO-98).", "- 1998 – 2000 – Vice President of the Cultural Institute Camões, Lisbon", "- 2000 - 2005 – Deputy Permanent Representative of Portugal to UNESCO, in Paris.", "Permanent Representative to the Union Latine.", "President of the Executive Council of the Union Latine.", "President of the Assembly of State Parties to the 1970 UNESCO Convention on the Means of Prohibiting and Preventing the Illicit Import, Export and Transfer of Ownership of Cultural Property.", "Member of the Jury of the International Prize “Masterpieces of the Oral and Intangible Heritage of Humanity”", "2005 – 2009 – Ambassador of Portugal to Estonia, Tallinn", "- January 2009 – Appointed Deputy Permanent Representative of Portugal to the European Union."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_882", "title": "Il-Kambodja: L-UE tniedi proċedura biex tissospendi temporanjament il-preferenzi kummerċjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,EEAS", "date": "Sun, 10 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["L-UE llum beda l-proċess li jista' jwassal għas-sospensjoni temporanja tal-aċċess preferenzjali tal-Kambodja għas-suq tal-UE taħt l-iskema kummerċjali Kollox Ħlief Armi (EBA, Everything But Arms).", "Il-preferenzi EBA jistgħu jitneħħew jekk il-pajjiżi benefiċjarji jonqsu milli jirrispettaw id-drittijiet bażiċi tal-bniedem u tal-ħaddiema.", "It-tnedija ta' proċedura ta' rtirar temporanju ma tinvolvix it-tneħħija immedjata ta' preferenzi tariffarji, li tkun l-għażla tal-aħħar istanza.", "Minflok, dan jibda perjodu ta' monitoraġġ u impenn intensiv.", "L-għan tal-azzjoni tal-Kummissjoni jibqa' li ttejjeb is-sitwazzjoni għan-nies fuq il-post.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Federica Mogherini, qalet: Matul l-aħħar tmintax-il xahar rajna li d-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt qegħdin imorru lura fil-Kambodja.", "Fi Frar 2018, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE għamlu ċar kemm l-UE tħares b'mod serju lejn dawn l-iżviluppi.", "F'dawn l-aħħar xhur, l-awtoritajiet tal-Kambodja ħadu għadd ta' passi pożittivi, inkluż il-ħelsien ta' personalitajiet politiċi, attivisti tas-soċjetà ċivili u ġurnalisti u l-indirizzar ta' xi restrizzjonijiet fuq is-soċjetà ċivili u l-attivitajiet tat-trejdjunjins.", "Madankollu, mingħajr azzjoni aktar konklużiva mill-gvern, is-sitwazzjoni fil-prattika titlob il-parteċipazzjoni tal-Kambodja fl-iskema EBA.", "Bħala l-Unjoni Ewropea, aħna nimpenjaw ruħna li jkollna sħubija mal-Kambodja li twassal għar-riżultati għall-Kambodjani.", "L-appoġġ tagħna għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż jinsab fil-qalba ta' din is-sħubija.”", "Il-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet: “Għandu jkun ċar li l-azzjoni tal-lum la hija deċiżjoni finali u lanqas l-aħħar tal-proċess.", "Iżda l-ħin issa beda għaddej b'mod uffiċjali u jeħtieġ li naraw azzjoni reali dalwaqt.", "Issa ninsabu fi proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li fih aħna lesti nimpenjaw ruħna bis-sħiħ mal-awtoritajiet tal-Kambodja u naħdmu magħhom biex inwittu t-triq 'il quddiem.", "Meta ngħidu li l-politika kummerċjali tal-UE hija bbażata fuq il-valuri, dawn mhumiex biss kliem vojta.", "Aħna kburin li aħna wieħed mill-aktar swieq miftuħa fid-dinja għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-evidenza turi li l-esportazzjoni lejn is-Suq Uniku tal-UE tista' tagħti spinta kbira lill-ekonomiji tagħhom.", "Madankollu, bħala kontraparti nitolbu li dawn il-pajjiżi jirrispettaw ċerti prinċipji ewlenin.", "L-involviment tagħna fis-sitwazzjoni fil-Kambodja wassalna biex nikkonkludu li hemm nuqqasijiet serji f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema fil-Kambodja li l-gvern jeħtieġ li jindirizza jekk irid iżomm l-aċċess privileġġat tiegħu għas-suq tagħna.”", "Wara perjodu ta' involviment imsaħħaħ, inkluża missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fil-Kambodja fi Lulju 2018 u laqgħat bilaterali sussegwenti fl-ogħla livell, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm evidenza ta' ksur serju u sistematiku tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-Kambodja, b'mod partikolari tad-drittijiet għall-parteċipazzjoni politika kif ukoll tal-libertajiet ta' għaqda, espressjoni u assoċjazzjoni.", "Dawn is-sejbiet iżidu mat-tħassib tal-UE li ilu jeżisti dwar in-nuqqas ta' drittijiet tal-ħaddiema u tilwimiet marbuta ma' konċessjonijiet ekonomiċi tal-art fil-pajjiż.", "Id-Deċiżjoni tal-lum se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-12 ta' Frar, li tibda proċess li għandu l-għan li jasal għal sitwazzjoni fejn il-Kambodja tkun konformi mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjonijiet ewlenin tan-NU u tal-ILO:", "- perjodu ta' sitt xhur ta' monitoraġġ u impenn intensiv mal-awtoritajiet tal-Kambodja;", "- segwit minn perjodu ieħor ta' tliet xhur għall-UE biex tipproduċi rapport ibbażat fuq is-sejbiet;", "- wara tnax-il xahar, il-Kummissjoni se tikkonkludi l-proċedura b'deċiżjoni finali dwar jekk tirtirax jew le l-preferenzi tariffarji; huwa wkoll f'dan l-istadju li l-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar il-kamp ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tal-irtirar.", "Kull irtirar jidħol fis-seħħ wara perjodu ieħor ta' sitt xhur.", "Ir-rappreżentant Għoli / Viċi President Mogherini u l-Kummissarju Malmström nedew il-proċess intern biex tinbeda din il-proċedura fil-4 ta' Ottubru 2018.", "L-Istati Membri taw l-approvazzjoni tagħhom għall-proposta tal-Kummissjoni biex titnieda l-proċedura ta' rtirar fl-aħħar ta' Jannar 2019.", "Sfond", "L-arranġament Kollox Ħlief Armi hija fergħa waħda mill-Iskema ta' Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati (SĠP) tal-UE, li tippermetti lill-pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw biex iħallsu anqas dazji jew ebda dazji fuq l-esportazzjonijiet lejn l-UE, billi tagħtihom aċċess vitali għas-suq tal-UE u tikkontribwixxu għat-tkabbir tagħhom.", "L-iskema tal-EBA tagħti b'mod unilaterali aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti għall-Unjoni Ewropea għall-prodotti kollha (ħlief armi u munizzjon) għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati tad-Dinja, kif definit min-Nazzjonijiet Uniti.", "Ir-Regolament SĠP jistipula li l-preferenzi kummerċjali jistgħu jiġu sospiżi f'każ ta' “ksur serju u sistematiku tal-prinċipji” stabbiliti fil-Konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament.", "L-esportazzjonijiet tat-tessuti u ż-żraben, il-prodotti ppreparati tal-ikel u l-ħxejjex (ir-ross) u r-roti rrappreżentaw 97 % tal-esportazzjonijiet globali tal-Kambodja lejn l-UE fl-2018.", "Mit-total tal-esportazzjonijiet ta' EUR 4,9 biljun, 99 % (EUR 4,8 biljun) kienu eliġibbli għal dazji preferenzjali tal-ABE.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Il-MEMO: L-UE bdiet proċedura biex tissospendi temporanjament il-preferenzi kummerċjali għall-Kambodja", "Relazzjonijiet kummerċjali mal-Kambodja", "Skema Ġeneralizzata ta' Preferenzi"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_802", "title": "Karatteristiċi ġodda tas-sikurezza għall-mediċini li jinbiegħu fl-UE — Mistoqsijiet u Tweġibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Thu, 07 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Karatteristiċi ġodda tas-sikurezza għall-mediċini li jinbiegħu fl-UE — Mistoqsijiet u Tweġibiet", "X'inhuma l-mediċini ffalsifikati, u għala huma problema fl-UE?", "Il-mediċini ffalsifikati huma mediċini foloz li jinbiegħu taparsi huma mediċini reali u awtorizzati.", "Il-mediċini ffalsifikati jista' jkun fihom ingredjenti, inkluż ingredjenti attivi, li jkunu ta' kwalità baxxa jew ta' doża żbaljata — jew għolja wisq jew inkella baxxa wisq.", "Billi ma jkunux għaddew mill-valutazzjoni meħtieġa tal-kwalità, tas-sikurezza u tal-effikaċja kif mitlub mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-UE, jistgħu jkunu theddida kbira għas-saħħa.", "Nafu kemm hemm mediċini ffalsifikati fis-suq tal-UE?", "Billi l-mediċini ffalsifikati ma jistgħux jiġu ttraċċati kompletament, diffiċli jinkisbu ċifri preċiżi.", "Skont stima tad-WHO, fil-pajjiżi bi dħul baxx u medju, waħda minn kull għaxar mediċini hija ffalsifikata[1].", "Huwa stmat li l-proporzjon ġenerali ta' mediċini ffalsifikati fl-UE huwa ħafna iktar baxx.", "Il-Kummissjoni rċeviet 400 notifika dwar mediċini ffalsifikati bejn l-2013 u l-2017.", "Dawn in-notifiki jkunu msejsa fuq stħarriġ imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali.", "L-Interpol, il-Europol u l-aġenziji nazzjonali dwar il-mediċina jissekwestraw ħafna mediċini ffalsifikati, u kull sena jagħlqu mijiet ta' siti web illegali.", "Fl-2017, fil-fruntieri tal-UE ġew sekwestrati mediċini ffalsifikati b'valur ta' kważi €7 miljun.", "X'sar fil-livell tal-UE biex il-mediċini ffalsifikati ma jaslux f'idejn il-pazjenti?", "Fl-2011, l-UE adottat id-Direttiva dwar il-Mediċini Falsifikati, li daħħlet miżuri armonizzati u pan-Ewropewj ta' sikurezza u kontroll, li jippermettu identifikazzjoni iktar faċli tal-mediċini ffalsifikati, u jtejbu l-verifiki u l-kontrolli mal-fruntieri tal-UE u fi ħdanha.", "Dawk il-miżuri jinkludu: karatteristiċi ta' sikurezza fuq il-mediċini bir-riċetta, logo tal-UE li jidentifika l-ispiżeriji online legali, regoli aktar stretti dwar l-importazzjoni ta' ingredjenti attivi, u żamma ta' rekords iktar b'saħħitha għall-bejjiegħa bl-ingrossa.", "Miżura ewlenija tad-Direttiva hija l-introduzzjoni ta' karatteristiċi obbligatorji ta' sikurezza fuq l-ippakkjar ta' barra tal-mediċini bir-riċetta, flimkien ma' sistema għall-awtentikazzjoni tal-mediċini.", "X'inhuma l-“karatteristiċi tas-sikurezza”?", "Il-karatteristiċi tas-sikurezza huma:", "- identifikatur uniku li jippermetti l-verifika tal-awtentiċità ta' prodott mediċinali, u", "- apparat biex il-prodott ma jkunx jista' jinfetaħ abbużivament.", "Dawn se jkunu meħtieġa fuq il-maġġoranza tal-mediċini bir-riċetta, kif ukoll fuq ċerti mediċini mhux bir-riċetta.[2]", "Dawn il-karatteristiċi ġodda tas-sikurezza għandhom jitqiegħdu fuq l-ippakkjar tal-mediċini li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-UE wara d-9 ta' Frar 2019.", "Kif ikunu dawn il-karatteristiċi?", "Kif taħdem is-sistema tal-awtentikazzjoni tal-mediċini tal-UE?", "Is-sistema ta' awtentikazzjoni tal-mediċini ddaħħal verifika, tul il-katina kollha, tal-mediċini bir-riċetta li jinbiegħu fl-UE.", "L-ewwel pass huwa li l-manifatturi jtellgħu l-informazzjoni inkluża fl-identifikatur uniku għal kull mediċina individwali fir-repożitorju ċentrali tal-UE, li tieħu ħsiebu l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Verifika tal-Mediċini, entità legali mhux bi skop ta' qligħ, stabbilita mill-industrija farmaċewtika tal-UE.", "Skont is-sors tagħhom, il-bejjiegħa bl-ingrossa ser ikollhom ukoll jiskenjaw il-mediċini f'punti differenti tal-katina ta' provvista sabiex jivverifikaw l-awtentiċità tagħhom.", "Fl-aħħar nett, l-ispiżeriji u l-isptarijiet se jiskenjaw kull mediċina fi tmiem il-katina tal-provvista, kemm biex jivverifikaw li huma awtentiċi, kif ukoll biex jirreġistraw li ħarġu mir-repożitorju qabel ma jingħataw lill-pazjenti.", "Pazjent ikun jista' jivverifika jekk mediċina hijiex awtentika fuq l-internet jew permezz ta' applikazzjoni mobbli?", "Is-sistema teħtieġ li l-ispiżjara — u l-isptarijiet — jivverifikaw li l-prodotti jkunu awtentiċi qabel ma jiġu fornuti lill-pazjenti.", "Billi s-sistema hija magħluqa, il-persuni awtorizzati biss ikunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni fir-repożitorju.", "Biex jidentifikaw spiżerija online legali, iċ-ċittadini jridu jagħfsu fuq il-logo Ewropew fis-sit web tal-ispiżerija biex jaċċertaw ruħhom li din tinsab fil-lista ta' spiżeriji online legali fl-Istat Membri rilevanti.[3] L-ispiżeriji awtorizzati f'pajjiż tal-UE biss jistgħu jbigħu mediċini lil pazjenti Ewropej online.", "Min se jibbenefika mill-karatteristiċi l-ġodda tas-sikurezza?", "Il-karatteristiċi tas-sikurezza jippermettu ttraċċar aħjar tal-mediċini bir-riċetta li jinbiegħu fl-ispiżeriji, fl-ispiżeriji tal-isptarijiet u fl-ispiżeriji online legali.", "Qabelxejn, il-pazjenti se jibbenefikaw mill-verifiki addizzjonali, li se jippermettu li jiġi żgurat li l-mediċini li jirċievu jkunu awtentiċi u sikuri.", "L-operaturi fis-settur farmaċewtiku se jibbenefikaw ukoll mill-possibbiltà li jivverifikaw li l-mediċini li jixtru u jbigħu huma awtentiċi u li ma jkunux infetħu b'mod abbużiv.", "Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet tal-Istati Membri se jkollhom għodda addizzjonali meta jistħarrġu inċidenti potenzjali ta' falsifikazzjoni, u se jkunu jistgħu jittraċċaw il-prodotti mediċinali individwali fl-UE.", "Ir-regoli l-ġodda meta jidħlu fis-seħħ?", "Il-karatteristiċi tas-sikurezza u l-awtentikazzjoni se jkunu meħtieġa għall-mediċini li jiġu prodotti mid-9 ta' Frar 2019 'il quddiem, għajr fil-Greċja u fl-Italja[4].", "Il-bidliet mhux se jidhru mill-ewwel, peress illi l-kumpaniji jistgħu jkomplu jbigħu l-prodotti fl-istokk.", "Proprju għalhekk, għall-bidu, fl-ispiżeriji se jibqgħu disponibbli pakketti bil-barcode 2D u mingħajru.", "Għal aktar tagħrif:", "https://ec.europa.eu/health/human-use/falsified_medicines_mt", "[1] https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/substandard-and-falsified-medical-products", "[2] Ċerti mediċini bir-riċetta, bħall-gassijiet mediċinali, huma eżentati mill-karatteristiċi tas-sikurezza minħabba li r-riskju ta' falsifikazzjoni tagħhom huwa baxx.", "Il-mediċini li jinxtraw mingħajr riċetta jistgħu jkunu koperti mir-regoli l-ġodda jekk jinstab li hemm riskju għoli li jiġu ffalsifikati, bħal fil-każ tal-omeprazole.", "[3] https://ec.europa.eu/health/human-use/eu-logo_mt", "[4] Meta l-leġiżlazzjoni ġiet addottata, dawn iż-żewġ Stati Membri ddeċidew li jipposponu d-dħul fis-seħħ tar-regoli b'sitt snin oħra, għaliex diġà kellhom sistemi simili fis-seħħ."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_872", "title": "Mediċini ffalsifikati: regoli ġodda li jtejbu s-sikurezza tal-pazjenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Thu, 07 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-falsifikazzjoni tal-mediċini baqgħet theddida serja għas-saħħa pubblika fl-UE għal żmien twil wisq.", "Minn għada, se japplikaw ir-regoli l-ġodda dwar il-karatteristiki ta' sikurezza għall-mediċini li jinbiegħu bir-riċetta tat-tabib fl-UE.", "Minn issa 'l quddiem, l-industrija se jkollha twaħħal barcode 2-D u apparat kontra t-tbagħbis fuq il-kaxxa tal-mediċini li jinbiegħu bir-riċetta.", "L-ispiżeriji, inkluż l-ispiżeriji online, u l-isptarijiet se jkollhom jikkontrollaw l-awtentiċità tal-mediċini qabel ma jagħtuhom lill-pazjenti.", "Dan huwa l-aħħar pass fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Mediċini Ffalsifikati, adottata fl-2011, bl-għan li tiggarantixxi s-sikurezza u l-kwalità tal-mediċini li jinbiegħu fl-UE.", "“Fid-9 ta' Frar 2019, se nilħqu stadju importanti ieħor għas-sikurezza tal-pazjenti fl-UE kollha.", "Kważi seba' snin wara l-adozzjoni tagħha, l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Mediċini Ffalsifikati se titlesta bis-saħħa tal-introduzzjoni ta' karatteristiki ta' verifika minn tarf sa tarf u ta' karatteristiki ta' sikurezza għall-mediċini li jinbiegħu bir-riċetta.", "Fi kliem ieħor, se jkun meħtieġ li l-ispiżeriji jew l-isptarijiet kollha fl-UE jkollhom sistema li tiffaċilita d-detezzjoni ta' mediċini ffalsifikati u tagħmilha iktar effiċjenti.", "Filwaqt li jeħtieġ li jsir iktar xogħol wara t-tnedija tas-sistema biex jiġi żgurat li s-sistema l-ġdida tiffunzjona tajjeb fl-UE kollha, jiena ċert li qegħdin nipprovdu livell ieħor ta' sikurezza għaċ-ċittadini biex nipproteġuhom mill-perikli ta' mediċini mhux awtorizzati, mhux effettivi jew perikolużi”, stqarr il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, Vytenis Andriukaitis.", "“Mill-bidu tal-mandat tiegħi 'l hawn, ħeġġiġt lill-Ministri nazzjonali jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' din is-sistema l-ġdida u jgħinu lill-partijiet ikkonċernati kollha jħejju għar-regoli l-ġodda li jipprevjenu li l-mediċini ffalsifikati jispiċċaw f'idejn il-pazjenti.", "Fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin, is-sistema l-ġdida se tiġi mmonitorjata biex jiġi żgurat li tiffunzjona tajjeb.", "Madankollu, qiegħed nistenna bil-ħerqa t-tnedija ta' għada minħabba li din hija eżempju ieħor ta' valur miżjud tal-kooperazzjoni tal-UE, lejlet l-elezzjonijiet Ewropej” żied jgħid.", "Il-mediċini prodotti qabel is-Sibt 9 ta' Frar 2019 mingħajr karatteristiki ta' sikurezza jistgħu jibqgħu fis-suq ukoll sad-data tal-iskadenza tagħhom.", "Iżda s-sistema l-ġdida ta' verifika minn tarf sa tarf se tirrikjedi li l-persuni awtorizzati (u b'mod partikolari l-ispiżjara u l-isptarijiet) jivverifikaw l-awtentiċità tal-prodotti tul il-katina tal-provvista kollha.", "Is-sistema l-ġdida se tippermetti lill-Istati Membri jittraċċaw aħjar il-mediċini individwali, b'mod partikolari jekk ikun hemm tħassib dwar mediċina speċifika.", "Iktar informazzjoni:", "Ara l-Mistoqsijiet u t-Tweġibiet dwar il-mediċini ffalsifikati", "Segwina fuq Twitter: @V_Andriukaitis @EU_Health"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_850", "title": "Tbassir Ekonomiku għax-Xitwa 2019: it-tkabbir jonqos fost inċertezzi dinjin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Wed, 06 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["L-ekonomija Ewropea hija mistennija li tikber għas-seba' sena konsekuttiva fl-2019, bi tkabbir imbassar f'kull Stat Membru.", "Il-pass tat-tkabbir b'mod ġenerali huwa previst li jonqos meta mqabbel mar-rati għolja tas-snin riċenti u l-prospettiva hija soġġetta għal inċertezza kbira.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President għall-Euro u d-Djalogu Soċjali, responsabbli wkoll mill-Istabbiltà Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Il-pajjiżi kollha tal-UE huma mistennija li jkomplu jikbru fl-2019, li jfisser aktar impjiegi u prosperità.", "Madankollu t-tbassir tagħna huwa rivedut 'l isfel, b'mod partikolari għall-ikbar ekonomiji taż-żona tal-euro.", "Dan jirrifletti fatturi esterni, bħal tensjonijiet kummerċjali u t-tnaqqis fi swieq emerġenti, b'mod partikolari fiċ-Ċina.", "F'xi pajjiżi taż-żona tal-euro qed jerġa' jitfaċċa tħassib dwar rabtiet bejn il-banek u s-sovrani, u s-sostenibbiltà tad-dejn.", "Il-possibbiltà ta' Brexit problematiku joħloq inċertezza addizzjonali.", "Li nsiru konxji minn dawn ir-riskji dejjem jiżdiedu huwa nofs ix-xogħol.", "In-nofs l-ieħor huwa li nagħżlu t-taħlita t-tajba ta' politiki, bħall-faċilitazzjoni tal-investiment, l-irduppjar tal-isforzi biex jitwettqu riformi strutturali u t-twettiq ta' politiki fiskali prudenti.”", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Wara l-quċċata tal-ekonomija tal-UE fl-2017, id-deċelerazzjoni tagħha mistennija li tkompli fl-2019, għal tkabbir ta' 1.5 %/ Din id-deċelerazzjoni mistennija li tkun iktar evidenti milli kien mistenni fil-ħarifa li għaddiet speċjalment fiż-żona tal-euro, minħabba inċertezzi kummerċjali globali u fatturi domestiċi fl-akbar ekonomiji tagħna.", "Is-sisien ekonomiċi tal-Ewropa għadhom sodi u qed inkomplu nirċievu aħbarijiet tajbin b'mod partikolari fuq il-front tal-impjiegi.", "It-tkabbir għandu jirkupra gradwalment fit-tieni nofs ta' din is-sena u fl-2020,”", "Tkabbir ekonomiku", "L-attività ekonomika naqset fit-tieni nofs tas-sena l-oħra hekk kif it-tkabbir tal-kummerċ globali naqas, l-inċertezza ħasdet il-kunfidenza u l-produzzjoni f'xi Stati Membri ntlaqtet ħażin minn fatturi domestiċi temporanji, bħal taqlib fil-produzzjoni tal-karozzi, tensjonijiet soċjali u inċertezza fil-politika fiskali.", "B'riżultat, it-tkabbir tal-prodott domestiku gross (PDG) kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll fl-UE naqas għal 1.9 % fl-2018, minn 2.4 % fl-2017 (Tbassir għall-Ħarifa: 2.1 % għall-EU-28 u ż-żona tal-euro).", "Il-momentum ekonomiku fil-bidu ta' din is-sena kien baxx, iżda s-sisien għadhom sodi.", "It-tkabbir ekonomiku se jkompli, minkejja li iktar moderat.", "L-ekonomija Ewropea se tkompli tibbenefika minn kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol aħjar, kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli u pożizzjoni fiskali xi ftit espansjonarja.", "Il-PDG taż-żona tal-euro issa huwa mbassar li jikber b'1.3 % fl-2019 u b'1.6 % fl-2020 (Tbassir għall-Ħarifa: 1.9% fl-2019; 1.7 % fl-2020).", "It-tbassir tat-tkabbir tal-PDG tal-UE ġie rivedut 'l isfel ukoll, għal 1.5 % fl-2019 u għal 1.7 % fl-2020 (Tbassir għall-Ħarifa: 1.9% fl-2019; 1.8 % fl-2020).", "Fost l-ikbar Stati Membri, reviżjonijiet 'l isfel għat-tkabbir fl-2019 kienu mdaqqsa għall-Ġermanja, l-Italja, u n-Netherlands.", "Ħafna Stati Membri qed ikomplu jibbenefikaw minn domanda domestika qawwija, appoġġata wkoll minn fondi tal-UE.", "Inflazzjoni", "L-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur fiż-żona tal-euro waqgħet lejn l-aħħar tal-2018 minħabba tnaqqis qawwi fil-prezzijiet tal-enerġija u inflazzjoni aktar baxxa fil-prezzijiet tal-ikel.", "L-inflazzjoni bażi, li teskludi l-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel mhux ipproċessat, kienet baxxa matul is-sena, minkejja tkabbir aktar mgħaġġel fil-pagi.", "L-inflazzjoni globali (HICP) kienet medja ta' 1.7 % fl-2018, minn 1.5 % fl-2017.", "Bil-previżjonijiet dwar il-prezzijiet taż-żejt għal din is-sena u s-sena d-dieħla issa inqas milli kienu għall-ħarifa, l-inflazzjoni taż-żona tal-euro hija mbassra li tonqos għal 1.4 % fl-2019 qabel tiżdied ftit għal 1.5 % fl-2020.", "Għall-UE, l-inflazzjoni hija mbassra li tkun medja ta' 1.6 % din is-sena u mbagħad titla' għal 1.8 % fl-2020.", "Inċertezzi", "Jeżisti livell għoli ta' inċertezza fir-rigward tal-perspettiva ekonomika u l-previżjonijiet huma soġġetti għal riskji ta' telf ta' valur.", "Tensjonijiet kummerċjali, li kienu qed ikunu inkwetanti għal xi żmien, naqsu xi ftit iżda għadhom ta' tħassib.", "L-ekonomija taċ-Ċina jaf qed tnaqqas ħafna aktar milli mistenni u s-swieq finanzjarji dinjin u ħafna swieq emerġenti huma vulnerabbli għal bidliet għal għarrieda fis-sentiment ta' riskju u fl-aspettattivi tat-tkabbir.", "Għall-UE, il-proċess tal-“Brexit” jibqa' sors ta' inċertezza.", "Għar-Renju Unit, suppożizzjoni purament teknika għall-2019", "Fid-dawl tal-proċess ta' ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, il-previżjonijiet għall-2019 u l-2020 huma bbażati fuq suppożizzjoni purament teknika ta' status quo f'dak li jirrigwarda x-xejriet kummerċjali bejn l-EU27 u r-Renju Unit.", "Dan huwa biss għal finijiet ta' tbassir u ma għandu l-ebda effett fuq il-proċess li għaddej fil-kuntest tal-Artikolu 50.", "Sfond", "Dan it-tbassir huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw ir-rati tal-kambju, ir-rati ta' mgħax u l-prezzijiet tal-komoditajiet b'data ta' skadenza tal-25 ta' Jannar 2019.", "Rigward id-data l-oħra kollha li dieħla, dan it-tbassir iqis l-informazzjoni sal-31 ta' Jannar.", "Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika żewġ tbassiriet komprensivi (fir-rebbiegħa u fil-ħarifa) u żewġ tbassiriet interim (fix-xitwa u fis-sajf) kull sena.", "It-tbassiriet interim ikopru l-PDG annwali u trimestrili u l-inflazzjoni għas-sena attwali u ta' wara għall-Istati Membri kollha u għaż-żona tal-euro, kif ukoll l-aggregati tal-UE.", "It-tbassir komprensiv li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea se jkun it-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2019 f'Mejju 2019.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Id-dokument sħiħ: Tbassir Ekonomiku Interim għax-Xitwa 2019", "Segwi lill-Viċi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Segwi lill-Kummissarju Moscovici fuq Twitter: @pierremoscovici", "Segwi lil DĠ ECFIN fuq Twitter: @ecfin", "L-istqarrija għall-istampa preċedenti: Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2018: stabbli iżda inqas tkabbir dinamiku fost ħafna inċertezza", "Tbassir Ekonomiku Preċedenti (dokument sħiħ): Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2018"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_873", "title": "Kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli: Il-Kummissjoni esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ftehim proviżorju li ntlaħaq illum", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Wed, 06 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva ġdida biex jinħolqu kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli, b'mod partikolari għall-ħaddiema f'forom mhux standard ta' impjieg.", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbiltà tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen, laqgħet il-ftehim bl-istqarrija li ġejja:", "“Bis-saħħa tal-inizjattiva tagħna li niggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli, se nipproteġu aktar ħaddiema fl-Ewropa kollha.", "Speċjalment l-għadd dejjem jikber ta' persuni li huma attivi f'forom ġodda ta' xogħol, bħal pereżempju il-“flexijobs' u l-kuntratti on-demand kif ukoll il-ħaddiema domestiċi.", "Il-ħaddiema kollha – irrispettivament minn kemm huwa twil il-kuntratt tagħhom u minn kemm jaħdmu sigħat – se jkunu jafu x'inhuma d-drittijiet u l-obbligi tagħhom malli jibdew jaħdmu.", "Il-ħaddiema se jkollhom id-dritt li jiftiehmu ma' min iħaddimhom fuq id-disponibbiltà tagħhom, u fuq kemm iridu jiġu avżati minn qabel.", "Il-ħaddiema on-demand mhux se jkunu jistgħu jitkeċċew jekk jirrifjutaw li jaħdmu meta jiġu avżati fl-aħħar minuta.", "Impjegatur ma jistax jibqa' jżomm lill-ħaddiema b'kuntratt ta' żero sigħat milli jkollhom impjieg ieħor ma' impjegatur ieħor.", "Nixtieq nirringrazzja lir-relatur Enrique Calvet Chambon u lill-kontrorelaturi li nnegozjaw f'isem il-Parlament Ewropew, kif ukoll lill-Presidenza Rumena tal-Kunsill.", "Dan il-ftehim issa għandu jiġi kkonfermat malajr.", "Se jkollu effett konkret, tanġibbli u pożittiv ħafna fuq madwar 200 miljun ħaddiem fl-UE kollha.", "L-Ewropa għalhekk qiegħda.”", "Il-passi li jmiss", "Dan il-ftehim proviżorju issa jrid jiġi adottat formalment kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill.", "Kuntest", "Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli hija aġġornament tal-hekk imsejħa “Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub”.", "Din id-Direttiva tmur lura għall-1991, iżda minn dak iż-żmien 'l hawn, id-dinja tax-xogħol evolviet b'mod sinifikanti.", "It-tibdil demografiku rriżulta f'popolazzjoni attiva aktar diversa, id-diġitalizzazzjoni iffaċilitat il-ħolqien ta' forom ġodda ta' impjiegi u feġġew relazzjonijiet tax-xogħol ġodda u aktar flessibbli.", "Fis-snin reċenti, 25 % tal-kuntratti tax-xogħol kienu jirrigwardaw forom atipiċi ta' impjieg, jiġifieri l-impjiegi kollha li mhumiex full-time u indefiniti, minn impjiegi part-time “tradizzjonali” sa impjiegi on-demand mingħajr garanzija tas-sigħat ta' xogħol.", "Bi sforz biex tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, u bħala parti mit-tnedija tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, f'Diċembru 2017 il-Kummissjoni pproponiet l-inizjattiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli.", "L-għan tagħha huwa li l-obbligi eżistenti jitwessgħu u jiġu modernizzati sabiex kull ħaddiem jiġi infurmat dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu.", "Il-proposta għandha wkoll l-intenzjoni li toħloq standards minimi ġodda li jiżguraw li l-ħaddiema kollha, inklużi dawk b'kuntratti atipiċi, jibbenefikaw minn aktar prevedibbiltà u ċarezza fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: Lejn kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli", "Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi li ttejjeb it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-kundizzjonijiet tax-xogħol", "Skeda informattiva: Il-Prijoritajiet Soċjali skont il-Kummissjoni Juncker"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5", "title": "L-Iskart tal-Plastik: strateġija Ewropea biex inħarsu l-pjaneta, niddefendu ċ-ċittadini tagħna u nsaħħu l-industriji tagħna", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,JOBGIC,ENVIRO,GROWTH", "date": "Mon, 15 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["L-ewwel strateġija għall-Ewropa kollha dwar il-plastik, li ġiet adottata llum, hija parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari.", "Se tħares l-ambjent mit-tniġġis tal-plastik filwaqt li trawwem it-tkabbir u l-innovazzjoni biex l-isfida tibdilha f'aġenda pożittiva għall-Futur tal-Ewropa.", "Jeżisti argument kummerċjali b'saħħtu biex inbiddlu l-mod li bih niddisinjaw, nipproduċu, nużaw u nirriċiklaw il-prodotti fl-UE, u jekk nieħdu f'idejna r-riedni f'din it-tranżizzjoni se noħolqu opportunitajiet ġodda ta' investiment u impjiegi.", "Bil-pjanijiet il-ġodda, sal-2030, l-imballaġġ kollu tal-plastik fis-suq tal-UE se jkun riċiklabbli, il-konsum ta' plastik li jintuża darba biss se jitnaqqas u l-użu intenzjonat tal-mikroplastiks se jiġi ristrett.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans, responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli, stqarr: “Jekk ma nibdlux il-mod li bih nipproduċu u nużaw il-plastik, sal-2050 se nispiċċaw b'aktar plastik milli ħut fl-oċeani.", "Irridu nwaqqfu l-plastik milli jispiċċa fl-ilma u fl-ikel tagħna, u saħansitra milli jidħol f'ġisimna.", "L-unika soluzzjoni fit-tul hija li nnaqqsu l-iskart tal-plastik billi nirriċiklaw aktar u nużaw mill-ġdid aktar.", "Din hija sfida li ċ-ċittadini, l-industrija u l-gvernijiet ikollhom jindirizzawha flimkien.", "Bl-Istrateġija tal-UE dwar il-Plastik qegħdin nixprunaw ukoll mudell ta' negozju ġdid u aktar ċirkolari.", "Jeħtieġ ninvestu f'teknoloġiji ġodda u innovattivi li liċ-ċittadini u lill-ambjent tagħna jżommuhom siguri filwaqt li jżommu l-industrija tagħha f'qagħda kompetittiva.\"", "Il-Viċi-President Jyrki Katainen, responsabbli għall-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment u l-kompetittività, qal: Bl-istrateġija tagħna dwar il-plastik, qegħdin inwittu t-triq għal ekonomija ċirkolari ġdida tal-plastik, u qegħdin immexxu l-investiment f'din id-direzzjoni.", "B'hekk, nikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-iskart fuq l-arti, fl-arja u fil-baħar filwaqt li noħolqu wkoll opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni, il-kompetittività u l-impjiegi ta' kwalità għolja.", "“Din hija opportunità kbira biex l-industrija Ewropea tiżviluppa pożizzjoni ta' tmexxija fit-teknoloġiji ġodda u l-materjali fid-dinja kollha.", "Il-konsumaturi se jingħataw is-setgħa jagħmlu għażliet konxji favur l-ambjent.", "Kulħadd joħroġ rebbieħ.”", "Kull sena, iċ-ċittadini Ewropej jiġġeneraw 25 miljun tunnellata ta' skart tal-plastik, imma inqas minn 30% minnu jinġabar għar-riċiklaġġ.", "Madwar id-dinja, 85% tal-iskart fuq ix-xtut huwa tal-plastik.", "Il-plastik saħansitra qed jispiċċa fil-pulmuni u fuq l-imwejjed tal-ikel taċ-ċittadini, u dan meta l-mikroplastik fl-arja, fl-ilma u fl-ikel għadna ma nafux x'impatt għandu fuq is-saħħa tal-bniedem.", "Hija u tibni fuq il-ħidma tal-Kummissjoni fl-imgħoddi, l-istrateġija l-ġdida dwar il-plastik madwar l-UE se tindirizza l-kwistjoni direttament.", "L-istrateġija dwar il-plastik tal-lum se tittrasforma l-mod li bih jiġu ddisinnjati, immanifatturati, użati u rriċiklati l-prodotti fl-UE.", "Ta' spiss jiġri li l-mod li bih jiġi prodott, użat u mormi l-plastik, jonqos milli jieħu l-benefiċċji ekonomiċi ta' approċċ aktar ċirkolari.", "Dan huwa ta' ħsara għall-ambjent.", "L-għan huwa li l-ambjent jiġi mħares filwaqt li fl-istess ħin titwitta t-triq għal ekonomija ġdida rigward il-plastik, fejn id-disinn u l-produzzjoni jirrispettaw bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-użu mill-ġdid, tat-tiswija u tar-riċiklaġġ u jiġu żviluppati materjali aktar sostenibbli.", "L-Ewropa qiegħda fl-aqwa sitwazzjoni biex tmexxi din it-tranżizzjoni.", "Dan l-approċċ se jġib miegħu opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni, għall-kompetittività u għall-ħolqien tal-impjiegi.", "Bl-istrateġija dwar il-plastik, il-Kummissjoni adottat Qafas ta' Monitoraġġ, magħmul minn sett ta' għaxar indikaturi ewlenin li jkopru kull fażi taċ-ċiklu, li se jkejlu l-progress lejn it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.", "Bl-istrateġija l-ġdida, l-Unjoni Ewropea sejra:", "Il-Passi li Jmiss", "Id-Direttiva l-ġdida dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet li ġiet proposta llum issa se tgħaddi quddiem il-Parlament Ewropea u l-Kunsill għall-adozzjoni.", "Soġġetta għar-rekwiżiti tar-Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni se tippreżenta l-proposta dwar il-plastik li jintuża darba biss aktar tard fl-2018.", "Il-partijiet ikkonċernati għandhom sat-12 ta' Frar 2018 biex jikkontribwixxu għall-konsultazzjoni pubblika li għaddejja bħalissa.", "Il-Kummissjoni se tvara l-ħidma dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ u se tħejji linji gwida dwar il-ġbir separat u s-separazzjoni tal-iskart li għandhom jinħarġu fl-2019.", "Għal-lista sħiħa ta' miżuri u l-iskeda ta' żmien tagħhom, ara l-Anness tal-Istrateġija dwar il-Plastik hawn.", "Kuntest", "Fil-passi tal-Pakkett tal-2015 dwar l-Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija dwar il-Plastik tħejjiet minn tim fil-qalba tal-proġett magħmul mill-Ewwel Viċi President Frans Timmermans, il-Viċi President Jyrki Katainen u l-Kummissarji Karmenu Vella u Elżbieta Bieńkowska.", "Bosta Kummissarji oħra wkoll kienu involuti fit-tħejjija tagħha u għenu biex jiġu identifikati l-aktar għodod effikaċi li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika.", "L-inizjattivi adottati mill-Kulleġġ illum jieħdu l-forma ta':", "Dawn huma appoġġati mir-Rapport dwar il-Materja Prima Kritika u r-Rapport dwar l-Oxo-plastics", "Fit-2 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Pakkett ambizzjuż tal-Ekonomija Ċirkolari, u l-miżuri tal-lum huma parti minn dan il-Pakkett.", "L-Istrateġija dwar il-Plastik se tagħmel ukoll kontribuzzjoni tanġibbli biex jintlaħqu l-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli għall-2030 u l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.", "L-UE diġà ħadet passi sinifikanti billi stabbiliet rekwiżiti ħalli l-Istati Membri jadottaw miżuri biex inaqqsu l-konsum tal-basktijiet tal-plastik u biex jissorveljaw u jnaqqsu l-iskart fil-baħar.", "Fil-ġejjieni hemm ukoll prospetti sinifikanti biex tiġi żviluppata industrija ċirkolari u innovattiva għall-plastik madwar id-dinja kollha.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Strateġija Ewropea dwar il-Plastik: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skedi Informattivi", "Strateġija dwar il-Plastik", "Komunikazzjoni dwar l-Interfaċċja", "Qafas ta' Monitoraġġ", "Proposta dwar il-Faċilitajiet ta' Akkoljenza fil-Portijiet", "Rapport dwar il-Materja Prima", "Rapport dwar Oxo-plastics", "Ewrobarometru: L-SMEs u l-ekonomija ċirkolari"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_101", "title": "Il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli tal-Ewropa: Il-Kummissjoni żżid il-finanzjament", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Thu, 11 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni se tagħti finanzjament addizzjonali ta' EUR 169 miljun biex tippromwovi l-prodotti agrikoli tal-UE madwar id-dinja - EUR 27 miljun aktar milli fl-2017.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet is-sejħiet għall-proposti għal programmi li jippromwovu l-prodotti agrikoli Ewropej madwar id-dinja u fl-UE.", "Hemm disponibbli EUR 169 miljun għall-kofinanzjament tal-programmi.", "Din hija żieda minn EUR 142 miljun fl-2017.", "Il-programmi jistgħu ikopru firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet - minn kampanji ġenerali dwar drawwiet tal-ikel tajbin għas-saħħa sa setturi speċifiċi tas-suq.", "Phil Hogan, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, qal: “L-UE hija l-akbar kummerċjant fid-dinja tal-prodotti agroalimentari u l-aqwa indirizz fid-dinja għall-ikel ta' kwalità tajba ħafna.", "Stajt nara b'għajnejja l-interess li għandhom il-konsumaturi u n-negozji madwar id-dinja għall-prodotti agroalimentari tal-UE fid-diversi missjonijiet ta' negozju li saru barra.", "Nilqa' dawn il-programmi promozzjonali ġodda li fl-imgħoddi fetħu l-bibien għal applikanti ġodda u servew ta' riklam għalina madwar id-dinja.", "Is-sena l-oħra, l-offerti għall-programmi promozzjonali għall-prodotti agroalimentari qabżu l-baġit disponibbli kważi b'għaxar darbiet.", "Jiġifieri jekk l-organizzazzjoni tiegħek hija eliġibbli, issa huwa ċ-ċans li tapplika.”", "Żewġ terzi tal-finanzjament disponibbli huwa maħsub għall-promozzjoni tal-prodotti tal-ikel tal-UE f'pajjiżi barra mill-UE, b'mod partikolari dawk bl-akbar potenzjal għal żieda fl-esportazzjoni tal-prodotti agroalimentari tal-UE, bħalma huma l-Kanada, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Messiku u l-Kolombja.", "Għall-programmi ġewwa l-UE, l-enfasi għandha tkun fuq l-infurmar tal-konsumaturi dwar id-diversi skemi u tikketti tal-kwalità tal-UE bħalma huma l-indikazzjonijiet ġeografiċi jew il-prodotti organiċi.", "Il-finanzjament settorjali se jkun allokat għal programmi li jippromwovu t-trobbija sostenibbli - fost l-oħrajn għan-nagħaġ u għall-mogħoż.", "Ġew allokati wkoll fondi għal kampanji maħsuba biex jippromwovu dieta tajba għas-saħħa u żieda fil-konsum tal-frott u l-ħaxix.", "Lista sħiħa tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni u tal-finanzjament disponibbli, tinsab hawnhekk.", "Min jista' japplika?", "Firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet, bħalma huma għaqdiet kummerċjali, organizzazzjonijiet tal-produtturi u korpi agroalimentari responsabbli għall-attivitajiet ta' promozzjoni huma eliġibbli biex japplikaw għall-finanzjament permezz tas-sejħa għall-proposti li tnediet illum.", "Jistgħu jitressqu programmi hekk-imsejħa “sempliċi” minn organizzazzjoni waħda jew aktar mill-istess pajjiż tal-UE; il-programmi “multipli” jistgħu jitressqu minn tal-inqas żewġ organizzazzjonijiet nazzjonali minn tal-inqas żewġ Stati Membri jew minn organizzazzjoni Ewropea waħda jew aktar.", "Il-kampanji li jirriżultaw ġeneralment jitqassmu fuq tliet snin.", "Il-proposti għandhom jitressqu sat-12 ta' April 2018 permezz tal-portal apposta.", "Il-Kummissjoni se tevalwa l-proposti u fil-ħarifa tħabbar il-benefiċjarji.", "Iċ-CHAFEA, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel tal-UE, tipprovdi għadd ta' għodod biex tgħin lill-applikanti jressqu l-proposti tagħhom kif meħtieġ.", "Se tkun disponibbli aktar informazzjoni matul serje ta' “jiem ta' informazzjoni” li jseħħu madwar l-UE.", "L-ewwel jum tal-informazzjoni bħal dan se jsir fi Brussell fil-31 ta' Jannar, miftuħ għall-benefiċjarji potenzjali, l-aġenziji tar-riklamar u l-awtoritajiet nazzjonali kollha.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Aktar tagħrif dwar il-politika tal-UE dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli", "Programm ta' ħidma annwali 2018 dwar il-politika ta' promozzjoni", "Riżultati tas-sejħa għall-proposti tal-2017 (programmi sempliċi)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_141", "title": "Servizzi ta' pagamenti: Il-Konsumaturi se jibbenifikaw minn pagamenti elettroniċi orħos, iktar sikuri u iktar innovattivi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Thu, 11 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-konsumaturi Ewropej se jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji kollha ta' ħlas online għal oġġetti u servizzi permezz ta' regoli ġodda li se jagħmluha iktar faċli, sikur u irħis biex wieħed ikun jista' jagħmel pagamenti onlajn.", "Id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi ta' Ħlas (PSD2), li se ssir applikabbli mit-13 ta' Jannar 2018, għandha l-għan li timmodernizza s-servizzi ta' pagamenti tal-Ewropa għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tan-negozji sabiex iżżomm il-pass ma' dan is-suq li qed jevolvi b'mod mgħaġġel.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovkis, responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, stqarr: “Din il-leġiżlazzjoni hija pass ieħor lejn suq uniku diġitali fl-UE.", "Se tippromwovi l-iżvilupp ta' pagamenti innovattivi onlajn u bil-mowbajl li se jkunu ta' benefiċċju għall-ekonomija u t-tkabbir.", "Bid-dħul fis-seħħ ta' PSD2, se nkunu qed nipprojbixxu l-ħlasijiet addizzjonali għal pagamenti b'karti ta' debitu u ta' kreditu tal-konsumatur.", "Dan jista' jiffranka aktar minn €550 miljun kull sena għal konsumaturi tal-UE.", "Il-konsumaturi se jkunu wkoll protetti aħjar meta jagħmlu pagamenti.\"", "Ir-regoli l-ġodda ser:", "Jipprojbixxu l-ispejjeż addizzjonali, jiġifieri, spejjeż addizzjonali għal pagamenti b'karti tal-kreditu jew debitu, kemm fil-ħwienet kif ukoll onlajn;", "Jiftħu s-suq tal-pagamenti tal-UE għal kumpaniji li joffru servizzi ta' pagament, billi dawn jingħataw aċċess għall-informazzjoni dwar il-kont tal-pagament;", "Jintroduċu rekwiżiti stretti ta' sigurtà għal pagamenti elettroniċi u għall-protezzjoni tad-dejta finanzjarja tal-konsumaturi;", "Iżidu d-drittijiet tal-konsumaturi f'diversi oqsma.", "Dawn jinkludu t-tnaqqis tar-responsabbiltà għal pagamenti mhux awtorizzati u l-introduzzjoni ta' dritt ta' rifużjoni bla kundizzjonijiet (“ebda mistoqsijiet”) għal debiti diretti f'euro.", "Dawn ir-regoli se jkunu applikabbli mit-13 ta' Jannar 2018 permezz ta' dispożizzjonijiet li l-Istati Membri introduċew fil-liġijiet nazzjonali tagħhom f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE.", "Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-Direttiva biex jagħmlu dan bi kwistjoni ta' urġenza.", "Kuntest", "Id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi ta' Ħlas (PSD2), id-Direttiva 2015/2366/UE), proposta mill-Kummissjoni Ewropea f'Lulju 2013 u miftiehma mill-koleġiżlaturi fl-2015, hija l-iktar waħda riċenti minn serje ta' liġijiet adottati mill-UE sabiex jipprovdu servizzi ta' pagament moderni, effiċjenti u rħas u sabiex iżżid il-protezzjoni għal konsumaturi u negozji Ewropej.", "Tinkorpora u tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas, jew PSD1), li pprovdiet il-bażi ġuridika għall-ħolqien ta' suq uniku fl-UE kollha għal servizzi ta' pagament.", "Id-Direttiva riveduta tadatta r-regoli biex tkopri s-servizzi ta' pagament ġodda u innovattivi, fosthom l-pagamenti bl-internet u bil-mowbajl, filwaqt li fl-istess ħin, tiżgura ambjenti iktar sikur għall-konsumaturi.", "Għal aktar tagħrif", "Aktar tagħrif dwar il-PSD 2", "Mistoqsijiet frekwenti dwar il-PSD 2", "Mistoqsijiet frekwenti dwar l-RTS"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_18_5901", "title": "Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja u l-Impriża Konġunta EuroHPC", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Thu, 27 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhu l-Computing ta' Prestazzjoni Għolja, magħruf ukoll bħala supercomputing?", "Il-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (HPC) huwa fergħa tal-computing li jindirizza l-immudellar xjentifiku u tal-inġinerija u l-kompiti ta' simulazzjoni, li tant huma intensivi li l-kalkoli ma jistgħux isiru b'computers għall-użu ġenerali.", "Il-magni li jintużaw fl-HPC ta' spiss jissejħu supercomputers.", "Il-pass li jmiss għas-supercomputing hu l-prestazzjoni fuq skala eksa (jiġifieri mill-inqas 1018 jew biljun biljun kalkolu kull sekonda), li hija mistennija tintlaħaq bejn l-2021 u l-2022.", "X'għamlu l-UE u l-Istati Membri s'issa?", "L-Istati Membri appoġġaw l-HPC b'politiki ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali jesw reġjonali, u b'akkwist pubbliku nazzjonali ta' sistemi HPC.", "Huma ikkoordinaw ukoll b'suċċess l-aċċess għar-riżorsi u s-servizzi nazzjonali tas-supercomputing u tal-ġestjoni tad-data fil-livell Ewropew.", "Dan iffaċilita skoperti xjentifiċi b'impatt qawwi u r-riċerka u l-żvilupp fil-qasam tal-inġinerija, fil-kuntest tal-inizjattiva PRACE appoġġata mill-UE (Partnership for Advanced Computing in Europe), u tal-programm GEANT (li jipprovdi komunikazzjoni ta' veloċità għolja għan-netwerk pan-Ewropew tad-data għall-komunità tar-riċerka u l-edukazzjoni).", "Fl-2013, il-Kummissjoni ffirmat sħubija pubblika-privata kuntrattwali mal-assoċjazzjoni tal-industrija ETP4HPC, bl-objettiv li jaħdmu flimkien fil-kuntest tal-Orizzont 2020 fuq pjan direzzjonali Ewropew għar-Riċerka u l-Innovazzjoni biex tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss tat-teknoloġiji HPC.", "F'Marzu 2017, il-Kummissjoni Ewropea nediet id-dikjarazzjoni EuroHPC — ftehim li fih il-pajjiżi firmatarji jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien u mal-Kummissjoni Ewropea biex jakkwistaw, jibnu u jimplimentaw infrastruttura integrata ta' Computing ta' Prestazzjoni Għolja ta' livell dinji li tikklassifika fost l-aqwa tlieta fid-dinja.", "Sal-lum, 22 pajjiż Ewropew iffirmaw id-dikjarazzjoni.", "Għall-pass li jmiss, f'Jannar 2018 il-Kummissjoni pproponiet li flimkien ma' Stati Membri tinvesti biljun ewro f'supercomputers ta' livell dinji permezz ta' struttura ġdida legali u ta' finanzjament – l-Impriża Konġunta EuroHPC.", "Il-Kunsill approva l-proposta tal-Kummissjoni u l-Impriża Konġunta se tibda l-ħidma tagħha fil-ġimgħat li ġejjin.", "S'issa 25 pajjiż Ewropew ikkonfermaw l-impenn tagħhom għall-proġett ambizzjuż.", "Is-supercomputing hu wkoll wieħed mill-ħames oqsma diġitali ewlenin fejn l-investiment tal-UE għandu jiżdied b'mod sinifikanti: Skont il-baġit tal-UE li jmiss fuq terminu twil għall-perjodu 2021-2027 il-Kummissjoni tipproponi li fil-qafas tal-programm Ewropa Diġitali tinvesti €2.7 biljun fi proġetti biex tibni u ssaħħaħ is-supercomputing u l-ipproċessar tad-data fl-Ewropa.", "Għalfejn issa hemm bżonn Impriża Konġunta EuroHPC?", "Minkejja l-isforzi u l-investimenti li saru s'issa fil-livell nazzjonali u Ewropew, is-supercomputers bl-aħjar prestazzjoni dinjija ma jinsabux fl-Ewropa, u dawk li jinsabu fl-Ewropa jiddependu fuq teknoloġija li mhix Ewropea.", "Il-katina tal-provvista Ewropea tat-teknoloġija HPC għadha dgħajfa u l-integrazzjoni tat-teknoloġiji Ewropej f'magni operazzjonali tal-HPC għadha insinifikanti.", "Billi l-isfidi xjentifiċi u industrijali qed jikbru fl-iskala u fil-kumplessità, l-utenti tal-HPC qed ifittxu enerġija kompjutazzjonali akbar.", "Jekk ma jsirx disponibbli aktar ħin ta' kompjutazzjoni, ix-xjenzjati u l-industrija Ewropej se jżidu l-ipproċessar tad-data tagħhom barra mill-UE, u b'hekk jimminaw b'mod serju l-prospetti ta' tkabbir tal-ekonomija diġitali tal-Ewropa, stmata għal 4 % tal-PDG tal-UE.", "Huwa meħtieġ qafas legali u ta' finanzjament ambizzjuż fil-livell Ewropew li jsostni l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet HPC operazzjonali bbażati fuq teknoloġiji żviluppati fl-Ewropa bi strumenti fuq in-naħa tad-domanda bħall-akkwist pubbliku.", "L-istrumenti l-oħra ta' finanzjament disponibbli għandhom limitazzjonijiet rigward kooperazzjoni fuq skala kbira li timplika l-finanzjament nazzjonali u tal-UE u din hija r-raġuni għaliex inħolqot l-Impriża Konġunta EuroHPC.", "X'se tagħmel l-Impriża Konġunta?", "Impriża Konġunta hija strument legali li jippermetti lill-UE, lill-Istati Membri u lill-pajjiżi assoċjati u s-sħab privati jikkombinaw b'mod effiċjenti l-akkwist konġunt u s-sjieda ta' supercomputers, kif ukoll jagħmlu investimenti konġunti għall-iżvilupp ta' teknoloġija, softwer u applikazzjonijiet ewlenin fl-Ewropa.", "L-impriża Konġunta se tiffoka fuq it-tliet oqsma li ġejjin:", "l-akkwist u l-implimentazzjoni fl-Ewropa ta' infrastruttura HPC ta' livell dinji, u li din issir disponibbli għall-utenti pubbliċi u privati;", "l-appoġġ għall-iżvilupp fil-ħin tal-ġenerazzjoni li jmiss tat-teknoloġiji HPC Ewropej u l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema fuq skala eksa fi skedi ta' żmien kompetittivi meta mqabbla mal-kompetituri globali;", "it-tmexxija Ewropea f'applikazzjonijiet xjentifiċi u industrijali.", "L-impriża Konġunta se tappoġġa l-akkwist u l-interkonnessjoni ta' supercomputers ta' livell dinji, inklużi żewġ sistemi fuq skala preeksa (b'kapaċità ta' mitt miljun jew 1017 kalkolu kull sekonda) ikklassifikati fost l-aqwa ħamsa fil-livell globali u tal-inqas żewġ sistemi fuq skala peta (b'kapaċità ta' miljun biljun jew 1015 kalkolu kull sekonda) li huma fost l-aqwa 25 fil-livell globali.", "B'kollaborazzjoni mill-qrib ma' PRACE u GEANT, l-Impriża Konġunta se tipprovdi aċċess għal din l-infrastruttura Ewropea l-ġdida tas-supercomputing lill-utenti mill-qasam akkademiku, tal-industrija u tal-impriżi żgħar u medji, kif ukoll tas-settur pubbliku, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-UE.", "L-impriża Konġunta se tappoġġa l-Inizjattiva Ewropea tal-Proċessur biex bl-użu ta' teknoloġiji Ewropej, tiżviluppa l-mikroproċessuri b'enerġija baxxa meħtieġa biex iħaddmu s-supercomputers.", "Dan se jagħmel lill-Ewropa inqas dipendenti fuq it-teknoloġija barranija f'qasam li huwa essenzjali għal ħafna oqsma tal-ekonomija diġitali fil-computing ta' prestazzjoni għolja u lil hinn, bħall-vetturi konnessi u awtonomi, u s-servers ta' Big Data.", "L-Impriża Konġunta se tappoġġa wkoll l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet xjentifiċi, tas-settur pubbliku u industrijali ta' livell dinji, b'mod partikolari permezz ta' Ċentri ta' Eċċellenza f'applikazzjonijiet tal-HPC, f'ħafna oqsma, inkluż il-mediċina personalizzata, il-bijoinġinerija, it-tbassir tat-temp u t-tibdil fil-klima, is-sejbien ta' materjali u mediċini ġodda, l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass, id-disinn ta' ajruplani u karozzi ġodda, u l-bliet intelliġenti.", "Barra minn hekk, l-Impriża Konġunta se tappoġġa l-ħolqien u l-koordinazzjoni ta' Ċentri Nazzjonali ta' Kompetenza tal-HPC fl-UE kollha.", "Iċ-ċentri se jkunu involuti f'attivitajiet ta' taħriġ u ta' kuntatt għall-utenti mill-qasam akkademiku u tas-settur pubbliku biex jipperfezzjonaw il-ħiliet diġitali eżistenti jew jiksbu ħiliet diġitali ġodda.", "Iċ-ċentri se jżidu wkoll l-għarfien dwar il-ġenerazzjoni li jmiss ta' teknoloġiji diġitali, u se jipprovdu aċċess aħjar għall-għodod u s-servizzi tal-HPC.", "B'mod partikolari, iċ-ċentri se jimmiraw lejn impriżi żgħar u medji, billi jipprovdulhom aċċess għal applikazzjonijiet u servizzi ġodda, u billi jżidu l-kapaċità ta' innovazzjoni tagħhom.", "Min se jkunu l-membri tal-Impriża Konġunta?", "L-Impriża Konġunta se tkun magħmula minn:", "membri pubbliċi li jirrappreżentaw lill-Bord tat-Tmexxija, b'rappreżentanti mill-Kummissjoni u mill-25 pajjiż parteċipant.", "membri privati li jirrappreżentaw lill-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, b'rappreżentanti miż-żewġ sħab privati parteċipanti, mill-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (ETP4HPC) u mill-assoċjazzjonijiet tal-Valur Big Data (BDVA ), u partijiet ikkonċernati oħra (utenti, ċentri tas-supercomputing, u organizzazzjonijiet tar-riċerka).", "X'se jkun il-baġit tal-Impriża Konġunta?", "L-impriża Konġunta EuroHPC se tiġi ffinanzjata b'mod konġunt mill-membri pubbliċi tagħha b'baġit ta' madwar €1 biljun.", "Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE hija ta' €486 miljun, filwaqt li l-pajjiżi parteċipanti se jipprovdu ammont simili.", "Il-membri privati se jipprovdu wkoll kontribuzzjonijiet addizzjonali f'forma ta' riżorsi għall-valur ta' aktar minn €400 miljun permezz tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "L-Impriża Konġunta EuroHPC tinsab il-Lussemburgu, u se tiġi stabbilita f'Ottubru 2018 u tibqa' operattiva sa tmiem l-2026.", "Sa tmiem l-2018 jew fil-bidu tal-2019, il-Bord tat-Tmexxija tagħha, b'kooperazzjoni mal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, se jiddefinixxi l-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2019-2020.", "Dan il-Programm ta' Ħidma se jiġi ppubblikat kmieni fl-2019 u se jkun il-bażi għat-tnedija ta' sejħiet għal proposti għal azzjonijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni, b'konformità mal-objettivi strateġiċi definiti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta.", "Fil-bidu tal-2019, l-Impriża Konġunta se tniedi wkoll sejħiet għal espressjonijiet ta' interess għall-entitajiet nazzjonali li se jospitaw is-supercomputers akkwistati mill-Impriża Konġunta.", "Fis-sentejn li ġejjin se jiġu akkwistati għall-inqas żewġ sistemi fuq skala preeksa u tal-inqas tnejn fuq skala peta.", "L-ewwel kuntratti se jiġu ffirmati fit-tielet kwart tal-2019.", "X'inhuma l-pjanijiet fil-baġit tal-UE li jmiss?", "Il-Kummissjoni qed tipproponi li tkompli l-Impriża Konġunta fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027, bħala parti mill-programm Ewropa Diġitali, li jinkludi €2.7 biljun addizzjonali ta' finanzjament għall-qasam tas-supercomputing.", "Il-programm qafas Orizzont Ewropa jinkludi wkoll appoġġ għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Impriża Konġunta.", "B'dawn ir-riżorsi addizzjonali, l-Impriża Konġunta timmira li sal-2023 tuża tal-anqas sistema waħda fuq skala eksa bbażata fuq teknoloġija Ewropea u li tappoġġa l-implimentazzjoni ta' sistemi operazzjonali permezz tal-akkwist pubbliku ta' sistemi fuq skala eksa u ta' sistemi fuq skala posteksa, billi tintegra wkoll soluzzjonijiet minn inizjattivi oħra bħall-Proġett Ewlieni tal-FET fuq it-Teknoloġiji Quantum.", "Liema sfidi tista' tindirizza l-HPC?", "Minħabba n-natura interdixxiplinari tiegħu u l-kapaċità tiegħu li jipproċessa ammonti kbar ta' data u li jwettaq kompjutazzjonijiet kumplessi, l-HPC huwa essenzjali biex jindirizza bosta sfidi.", "Ix-xjenza tad-dinja u l-klima:", "l-HPC issaħħaħ ix-xjenza klimatika billi tippermetti tbassir aktar preċiż tat-temp, tipprevedi diżastri naturali fuq skala kbira, u tistudja l-imġiba tal-oċeani.", "Bejn l-1970 u l-2012, il-maltemp kbir kien il-kaġun tal-imwiet ta' 149,959 persuna u ta' danni ekonomiċi li ammontaw għal €270 biljun fl-Ewropa.", "it-teknoloġiji HPC jippermettu simulazzjonijiet ta' riżoluzzjoni ogħla tat-tibdil fil-klima u monitoraġġ aktar preċiż tal-evoluzzjoni tar-riżorsi tad-dinja.", "L-HPC itejjeb ukoll l-għarfien tagħna dwar proċessi ġeofiżiċi u dwar l-istruttura interna tad-dinja.", "L-enerġija sikura, nadifa u effiċjenti:", "l-HPC huwa għodda essenzjali għat-tfassil ta' parks tal-enerġija rinnovabbli jew ta' materjali fotovoltajċi ta' prestazzjoni għolja, għall-ittestjar ta' materjali ġodda għall-pannelli solari, u għall-ottimizzazzjoni tat-turbini għall-produzzjoni tal-elettriku.", "Is-saħħa, il-bidla demografika u l-benesseri:", "l-HPC huwa forza ewlenija għall-iżvilupp ta' forom ġodda ta' mediċina.", "Il-mediċina personalizzata u ta' preċiżjoni tiddependi fuq l-HPC biex tipproċessa informazzjoni dwar il-ġeni, il-proteini u l-ambjent ta' persuna biex jiġi evitat, dijanjostikat u ttrattat il-mard.", "fir-riċerka bijomolekulari, l-HPC jintuża wkoll għall-investigazzjoni tad-dinamika tal-bijomolekuli u l-proteini fiċ-ċelloli tal-bniedem, li hija kruċjali biex jiġi ttrattat il-mard awtoimmunitarju iżda wkoll il-kanċer u d-dijabete.", "Fir-riċerka dwar il-moħħ, l-HPC jintuża għas-simulazzjoni u l-immudellar multiskala u b'riżoluzzjoni kbira tal-moħħ tal-bniedem.", "l-ittestjar tal-molekuli ta' mediċina ġdida jista' jsir ferm aktar malajr bl-użu tal-HPC.", "L-HPC jista' jgħin ukoll biex il-mediċini eżistenti jiġu adattati mill-ġdid għal mard ġdid.", "Is-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar u l-bijoekonomija:", "l-HPC huwa essenzjali għall-iżvilupp ta' agrikoltura aktar sostenibbli billi jottimizza l-produzzjoni tal-ikel, janalizza l-fatturi dwar is-sostenibbiltà u jimmonitorja l-pesti, il-kontroll tal-mard u l-pestiċidi.", "It-teknoloġiji HPC jistgħu jgħinu wkoll fil-ġestjoni tal-ilma u tar-riżorsi agrikoli b'mod aktar effiċjenti u jassistu lill-komunitajiet vulnerabbli permezz ta' ġestjoni aħjar tan-nixfiet.", "Iċ-ċibersigurtà u d-difiża:", "l-HPC huwa essenzjali wkoll għas-sigurtà u d-difiża nazzjonali, pereżempju għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' kriptaġġ kumpless, it-traċċar u r-rispons għal attakki ċibernetiċi, l-użu ta' forensika effiċjenti, u f'simulazzjonijiet nukleari.", "L-ippjanar urban intelliġenti, ekoloġiku u integrat:", "it-teknoloġiji HPC jappoġġaw l-iżvilupp ta' bliet aktar intelliġenti, bis-saħħa ta' kontroll aktar effiċjenti ta' infrastruttura kbira tat-trasport li teħtieġ analiżi fil-ħin reali ta' ammonti kbar ta' data.", "l-iżvilupp ta' vetturi awtonomi se jiddependi fuq l-HPC, għaliex se jiskambjaw id-data b'mod kostanti mas-sistemi ta' ġestjoni u ta' superviżjoni u jissinkronizzaw mal-bażijiet tad-data kbar li kontinwament jagħtuhom informazzjoni f'ħin reali.", "Għaliex huwa rilevanti s-supercomputing għas-Suq Uniku Diġitali?", "L-HPC għandu potenzjal kbir fil-ħolqien tal-impjiegi bħala parti mis-Suq Uniku Diġitali.", "L-Impriża Konġunta se tipprovdi aċċess aħjar lill-industrija Ewropea, u b'mod partikolari lill-impriżi żgħar u medji (SMEs) għas-supercomputers biex jiżviluppaw prodotti innovattivi.", "Minħabba l-kapaċità tiegħu li jittratta u jipproċessa ammonti kbar ta' data fil-ħin reali, l-HPC huwa fundamentali għall-bini ta' ekonomija tad-data dinamika, u ta' ekosistema integrata tal-computing fuq skala eksa u tal-Big Data, li bis-saħħa tagħhom l-UE se tkun tista' tagħmel l-aħjar użu minnu, filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-data u ta' sigurtà tad-data.", "L-infrastruttura tal-EuroHPC se tippermetti l-ipproċessar ta' data sensittiva fl-Ewropa, filwaqt li tinżamm il-privatezza, is-sjieda u d-dritt għall-aċċess u għall-użu fl-Ewropa.", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa", "Skeda informattiva b'eżempji ta' kif jintuża l-HPC u dokumenti rilevanti oħrajn", "Skeda informattiva dwar il-programm Ewropa Diġitali", "*Aġġornata — ippubblikata għall-ewwel darba fil-11 ta' Jannar 2018"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5902", "title": "L-Unjoni Ewropea u l-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku jagħtu bidu għal negozjati fuq Ftehim ta' Sħubija ġdid", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL", "date": "Thu, 27 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum l-UE u 79 pajjiż tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) se jibdew negozjati dwar il-futur tal-kooperazzjoni tagħhom wara l-2020.", "L-ambizzjoni hi li l-isħubija tal-lum issir qafas politiku modern immirat lejn it-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.", "Il-pajjiżi fl-UE u l-AKP jirrappreżentaw aktar minn nofs il-pajjiżi membri kollha tan-NU u jiġbru flimkien aktar minn 1.5 biljun ruħ.", "Is-sħubija attwali, regolata mill-Ftehim ta' Cotonou, hija waħda mill-eqdem u l-aktar qafas komprensiv għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.", "Il-ftehim attwalment fis-seħħ jiskadi fl-2020.", "Biex jiftaħ l-ewwel rawnd ta' negozjati politiċi fi New York, fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kap Negozjatur tal-UE, il-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, qal: “Is-sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, hija assi għall-UE u għall-multilateraliżmu in ġenerali.", "Ir-reviżjoni tal-ftehim attwali hija opportunità kbira biex is-sħubija tmur aktar fil-fond u biex tiġi mmodernizzata b'rispons għall-iżviluppi dinjija bħall-Aġenda 2030 tan-NU jew il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.”", "Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni ta' Togo u l-Kap Negozjatur għall-Grupp ta' Stati AKP, il-Professur Robert Dussey, fakkar li: “Ir-rabta bejn il-Grupp AKP u l-UE twaqqfet fl-1975 fl-Ewwel Artikolu tal-Ftehim ta' Georgetown, l-Att Kostituttiv tal-Grupp AKP”.", "Huwa enfasizza li: “is-sħubija AKP-UE hija kisba prezzjuża u unika li saħħet ir-rabtiet bejn il-popli u l-pajjiżi tal-AKP u tal-UE matul dawn l-aħħar 45 sena mit-twaqqif tagħha.", "Il-ftuħ tan-negozjati llum iħabbru l-kontinwazzjoni tal-fiduċja tant apprezzata mill-partijiet għal din is-Sħubija.”", "Is-sħubija tixtieq tikseb kooperazzjoni politika aktar mill-qrib fuq livell dinji biex tindirizza l-isfidi globali ewlenin, biex tkun eżempju perfett tal-multilateraliżmu bħala l-pedament ta' ordni dinji bbażat fuq ir-regoli.", "F'termini konkreti, b'mod partikolari dan ifisser ħidma konġunta lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.", "Hija se tiggwida l-isforzi konġunti tal-pajjiżi tas-sħubija biex jindirizzaw sfidi urġenti bħat-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-paċi u s-sigurtà.", "Biex ikollha l-impatt maħsub, is-sħubija futura se tadatta għar-realtajiet ġodda fl-Unjoni Ewropea, fl-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, u tieħu kont tal-ispeċifiċitajiet ġeografiċi.", "Is-sħubija futura għandha twassal għal bini ta' alleanzi b'saħħithom fil-fora dinjija u tindirizza kwistjonijiet ewlenin li minnhom jistgħu jgawdu bl-istess mod il-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.", "Għal Aktar Informazzjoni", "MEMO Mistoqsija u Tweġiba dwar il-futur tas-sħubija UE-AKP", "Direttivi ta' negozjati"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5864", "title": "Il-Kunsill jappoġġa l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tinvesti €1 biljun f'superkompjuters Ewropej fost l-aqwa fid-dinja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Thu, 27 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kunsill tal-Ministri appoġġa uffiċjalment il-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tinvesti flimkien mal-Istati Membri fil-bini ta' infrastruttura Ewropea ta' supercomputing fost l-aqwa fid-dinja.", "Jeħtieġu superkompjuters għall-ipproċessar ta' volumi tad-data dejjem akbar.", "Minnhom, is-soċjetà tikseb benefiċċji f'diversi oqsma, mill-kura tas-saħħa u l-enerġija rinnovabbli sas-sikurezza tal-karozzi u ċ-ċibersigurtà.", "Illum, il-Kunsill adotta legalment Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (EuroHPC) – struttura legali u ta' finanzjament ġdida, li se tiġbor riżorsi minn 25 pajjiż Ewropew, tibni infrastruttura għas-supercomputing u għad-data, u tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam bl-involviment tax-xjenzjati, tan-negozji u tal-industrija.", "Din l-istruttura se tagħti aċċess aħjar għas-supercomputing lill-utenti pubbliċi u privati Ewropej, aċċess li huwa essenzjali biex jiġu appoġġati l-kompetittività u l-innovazzjoni.", "Andrus Ansip, il-Viċi President tal-Kummissjoni għas-Suq Uniku Diġitali, qal: “Id-data hija l-materja prima tal-ekonomija diġitali tagħna.", "Għandna bżonn is-superkompjuters biex nipproċessawha, biex niżviluppaw l-intelliġenza artifiċjali u nsibu soluzzjonijiet għal mistoqsijiet kumplessi f'oqsma bħas-saħħa u s-sigurtà.", "Illum, il-maġġoranza tar-riċerkaturi u l-kumpaniji tagħna jridu joħorġu barra mill-Ewropa biex isibu l-kompjuters ta' kwalità għolja li jkollhom bżonn.", "L-UE ma tistax tibqa' lura.", "Bl-EuroHPC, se nkunu jistgħu nibbenefikaw mill-innovazzjoni minn ġewwa l-Ewropa.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, żiedet:“L-Impriża Konġunta EuroHPC se tistimola l-iżvilupp fl-Ewropa ta' katina tal-provvista kompetittiva tas-supercomputing u tad-data permezz tal-akkwist pubbliku.", "Permezz taċ-ċentri ta' kompetenza tagħha se tagħti aktar setgħa lill-akkademja, lill-industrija, lill-intrapriżi żgħar u medji, u lis-servizzi pubbliċi Ewropej u tipprovdilhom aċċess għal firxa wiesgħa ta' riżorsi, servizzi u għodod biex itejbu l-ħiliet diġitali tagħhom u biex ikunu innovattivi.”", "L-Impriża Konġunta EuroHPC se tiġi stabbilita f'Novembru 2018 u se tibqa' operattiva sa tmiem l-2026.", "Il-kooperazzjoni hija kruċjali għall-kompetittività u l-indipendenza tal-UE fl-ekonomija tad-data, għaliex bħalissa l-industrija tal-UE tuża aktar minn 33 % tar-riżorsi tas-supercomputing fid-dinja kollha, iżda tipprovdi biss 5 % minnhom.", "L-Impriża Konġunta se jkollha baġit ta' €1 biljun, li nofshom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE u n-nofs l-ieħor mill-Istati Membri Ewropej parteċipanti.", "Is-sħab privati se jipprovdu xi riżorsi addizzjonali ta' valur ta' aktar minn €400 miljun.", "L-attivitajiet tagħha se jkunu ffokati fuq żewġ oqsma:", "Infrastruttura tas-supercomputing pan-Ewropea: biex jinxtraw u jintużaw fl-UE żewġ superkompjuters fost l-aqwa ħamsa tad-dinja u mill-inqas tnejn oħra li llum jistgħu jiġu kklassifikati fost l-aqwa 25 fid-dinja.", "Dawn il-magni se jkunu interkonnessi ma' superkompjuters nazzjonali eżistenti u jsiru disponibbli fl-Ewropa kollha għall-utenti pubbliċi u privati, u jintużaw f'aktar minn 800 qasam ta' applikazzjoni xjentifika u industrijali.", "Ir-riċerka u l-innovazzjoni: biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' ekosistema tas-supercomputing Ewropea, tiġi stimolata industrija għall-provvista tat-teknoloġija, u biex ir-riżorsi tas-supercomputing f'bosta oqsma ta' applikazzjoni jsiru disponibbli għal għadd kbir ta' utenti pubbliċi u privati, inkluż l-intrapriżi żgħar u medji.", "Sal-lum, dawn il-pajjiżi Ewropej impenjaw ruħhom biex jissieħbu fl-Impriża Konġunta: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, Spanja u l-Ungerija.", "Il-passi li jmiss", "L-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin wara li jiġu nominati r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-pajjiżi Ewropej u tas-sħab privati, li se jifformaw il-Bord ta' Tmexxija u l-Bord ta' Konsulenza Xjentifika u Industrijali.", "Fit-tul, il-Kummissjoni pproponiet li tinvesti €2.7 biljun fl-Impriża Konġunta sabiex issaħħaħ is-supercomputing u l-ipproċessar tad-data fl-Ewropa bħala parti mill-Programm Ewropa Diġitali għall-2021-2027 imressaq f'Mejju 2018.", "Dan il-finanzjament addizzjonali se jiżgura d-disponibbiltà ta' superkompjuters fost l-aqwa fid-dinja u l-użu usa' tagħhom fis-settur pubbliku u dak privat, inkluż l-intrapriżi żgħar u medji.", "Kuntest", "Iċ-ċittadini Ewropej diġà qed jibbenefikaw minn bosta applikazzjonijiet tas-supercomputing fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Pereżempju, l-iżvilupp ta' terapiji mediċi ġodda jiddependi ħafna fuq simulazzjonijiet bis-supercomputing biex wieħed jifhem in-natura tal-kanċer, tal-mard tal-qalb, tal-Alzheimer's u ta' disturbi ġenetiċi rari.", "Fiċ-ċibersigurtà u fid-difiża, is-superkompjuters jintużaw għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' kriptaġġ effiċjenti, u flimkien mal-intelliġenza artifiċjali jintużaw biex wieħed jifhem u jirreaġixxi għall-attakki ċibernetiċi.", "Jintużaw ukoll fl-istudju tat-tibdil fil-klima u għat-tbassir tat-temp.", "Għall-industriji u n-negozji, is-superkompjuters jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti ċ-ċikli tad-disinn tal-prodotti u tal-produzzjoni, jgħaġġlu d-disinjar ta' materjali ġodda, jimminimizzaw l-ispejjeż u jżidu l-effiċjenza fir-riżorsi.", "Pereżempju, iċ-ċikli tal-produzzjoni tal-karozzi jistgħu jitnaqqsu minn 60 xahar għal 24 xahar filwaqt li jitjiebu s-sikurezza u l-kumdità tal-passiġġieri.", "Għal aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet u tweġibiet", "Skeda informattiva b'eżempji dwar l-użu tas-supercomputing", "Dikjarazzjoni konġunta mill-Viċi President Ansip u l-Kummissarju Gabriel dwar il-progress fil-bini tas-superkompjuters Ewropej (il-25 ta' Ġunju 2018)", "The EuroHPC Joint Undertaking: looking ahead to 2019-2020 and beyond", "Filmat dwar is-superkompjuters Ewropej", "Skeda informattiva dwar il-Programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5906", "title": "L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti jingħaqdu biex itemmu l-femminiċidju fl-Amerka Latina permezz tal-Inizjattiva Spotlight", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL", "date": "Wed, 26 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti qed iħabbru kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 50 miljun biex itemmu l-femminiċidju fl-Amerka Latina.", "Il-femminiċidju jieħdu l-ħajja ta' 12-il mara fl-Amerka Latina kuljum.", "Bl-investiment ta' EUR 50 miljun tal-lum, l-Inizjattiva Spotlight tal-UE u n-NU se tiffinanzja programmi ġodda u innovattivi fl-Arġentina, El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, u l-Messiku, biex tgħin lin-nisa u lill-bniet jgħixu ħajja libera mill-vjolenza u teradika l-femminiċidju mill-Amerka Latina.", "\"It-tmiem tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet qiegħed fil-quċċata tal-aġenda tagħna.", "Bl-inizjattiva Spotlight, għandna koalizzjoni dinjija madwar dan l-għan u qed nimmobilizzaw l-isforzi u l-azzjonijiet kollha fl-edukazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, il-prevenzjoni u l-ġustizzja,\" qalet ir-Rappreżentant Għoli / Viċi President Federica Mogherini.", "\"Irridu niżguraw li n-nisa u l-bniet qatt ma jkollhom jerġgħu jgħixu fil-biża', la fl-Amerka Latina, la fl-Ewropa u lanqas imkien ieħor fid-dinja.\"", "\"L-indirizzar tal-kwistjoni tal-femminiċidju b'mod komprensiv minn kull waħda minn dawn l-angolaturi differenti huwa essenzjali għal riżultati dejjiema u li jirnexxu,\" qalet il-Viċi Segretarju Ġenerali tan-NU Amina J. Mohammed.", "\"L-ebda mara ma għandha tmut għax hi mara.\"", "\"Il-qtil ta' mara għax mara huwa l-iktar delitt skabruż li wieħed jista' jimmaġina,\" qal il-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali Neven Mimica.", "\"Se naħdmu mal-gvernijiet u sħab oħrajn biex nittrattaw l-għerq tal-kawżi tal-femminiċidju, li spiss ikunu marbuta ma' orjentazzjonijiet patrijarkali, misoġenija, sessiżmu u oġġettifikazzjoni tan-nisa.\"", "\"Il-vjolenza sessista taffettwa kull pajjiż, u lin-nisa u l-bniet kullimkien,\" qalet id-Direttur Eżekuttiv tan-Nisa ta-NU Phumzile Mlambo-Ngcuka.", "\"Bl-Inizjattiva Spotlight, l-UE u n-NU qed jaħdmu biex jiggalvanizzaw kollaborazzjoni wiesgħa b'intenzjoni ffukata, fost l-aġenziji tan-NU, is-sħab tas-soċjetà ċivili u l-gvernijiet, sabiex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet darba għal dejjem.\"", "Il-programmi l-ġodda se jindirizzaw lakuni leġiżlattivi u ta' politika, isaħħu l-istituzzjonijiet, jippromwovu orjentazzjonijiet lejn ekwità tal-ġeneru, u jipprovdu servizzi ta' kwalità għas-superstiti u riparazzjonijiet għall-vittmi tal-vjolenza u l-familji tagħhom.", "L-Inizjattiva Spotlight se taħdem mill-qrib mas-soċjetà ċivili, l-aġenziji tan-NU u l-gvernijiet tal-ħames pajjiżi fil-programm biex tipprovdi interventi komprensivi u ta' kwalità għolja li jistgħu jsalvaw ħajjet in-nisa u l-bniet.", "Se jkun hemm enfasi speċjali biex jintlaħqu l-iktar nisa u bniet f'riskju ta' vjolenza u li ma jintlaħqux mill-programmi tradizzjonali, biex b'hekk ħadd ma jibqa' l-art.", "L-Amerka Latina tinkludi 14 mill-25 pajjiż bl-ogħla rati ta' femminiċidju fid-dinja.", "Fl-2016, fl-Arġentina nqatlu 254 mara u tifla, f'El Salvador 349, fil-Gwatemala 211, fil-Honduras 466 u fil-Messiku 2,813.", "Sfond", "L-Inizjattiva Spotlight hija sħubija globali, pluriennali bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti biex telimina l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet.", "L-inizjattiva, li tnediet b'impenn ta' finanzjament tal-bidu ta' EUR 500 miljun mill-Unjoni Ewropea, tirrappreżenta sforz dinji bla preċedent ta' investiment fl-ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonomizzazzjoni tan-nisa bħala prekundizzjoni u mutur għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.", "Fil-qafas tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2015, il-gvernijiet ta' madwar id-dinja impenjaw ruħhom li jindirizzaw l-inugwaljanzi u l-forom ta' diskriminazzjoni kollha.", "L-Aġenda 2030 timpenja ruħha li \"ma tħalli 'l ħadd l-art\" - impenn li l-ebda għan ma jitqies li nkiseb sakemm ma jkunx laqat is-segmenti kollha tas-soċjetà, għal kulħadd, kullimkien, inkluż dawk li qegħdin l-iktar lura.", "Sfortunatament dan jinkludi wkoll lil miljuni ta' nisa u bniet li għadhom ibatu fil-kwiet kuljum minn forom differenti ta' vjolenza u abbuż.", "Vjolenza fuq in-nisa u l-bniet", "Il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet hija waħda mill-aktar konsegwenzi mifruxa tal-inugwaljanza.", "Hija għandha l-għeruq tagħha fir-relazzjonijiet ta' poter u ta' bejn is-sessi inugwali u hija forma mifruxa ta' diskriminazzjoni, li timmanifesta ruħha f'diversi forom kemm fl-isfera pubblika u kemm f'dik privata.", "In-nisa u l-bniet huma soġġetti b'mod sproporzjonat għall-vjolenza, inkluż il-femminiċidju, il-vjolenza sesswali, il-vjolenza mis-sieħeb intimu, it-traffikar, u prattiki dannużi.", "Il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem li tiġri f'livelli allarmanti madwar il-pajjiżi u l-ġenerazzjonijiet kollha.", "Għan-nisa u l-bniet li jiffaċċaw forom multipli u interkonnessi ta' diskriminazzjoni, ir-riskji li jesperjenzaw il-vjolenza huma terġa' ikbar, filwaqt li r-reazzjonijiet u s-sistemi ta' appoġġ spiss ma jkunux disponibbli, aċċettabbli, aċċessibbli jew ta' standard ta' kwalità.", "Pereżempju, in-nisa u l-bniet f'ċerti stadji tal-ħajja (adolexxenti u f'etajiet iktar avvanzati) jista' jkun li jiġu injorati fl-istatistika u fit-tfassil tal-liġijiet, tal-politiki u tal-programmi.", "Il-migranti u r-refuġjati u l-persuni spostati f'pajjiżhom jaf ma jkunux formalment rikonoxxuti mill-Istat.", "In-nisa indiġeni u dawk minn minoranzi etniċi, razzjali u sesswali spiss iħabbtu wiċċhom ma' xi wħud mill-ogħla livelli ta' diskriminazzjoni fid-dimensjonijiet soċjali, politiċi u ekonomiċi.", "In-nisa u l-bniet b'diżabilità, dawk li jgħixu f'żoni rurali, fost l-oħrajn, jiffaċċaw b'mod simili inugwaljanzi li jikkoinċidu u sitwazzjonijiet ta' żvantaġġ multiplu, li jispjega kif u għala ċerti gruppi jibqgħu l-art b'mod sistematiku.", "Għal Aktar Informazzjoni", "L-Inizjattiva Spotlight tal-UE u n-NU", "MEMO Mistoqsija u Tweġiba", "Strateġija Globali tal-Unjoni Ewropea għall-Politika Estera u ta' Sigurtà", "Il-Kunsens Ewropew il-Ġdid Għall-Iżvilupp - \"Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna\"", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II (2016–2020)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5912", "title": "Ewropa li tipproteġi: Fl-2017 l-awtoritajiet doganali tal-UE kkonfiskaw aktar minn 31 miljun oġġett falz fil-fruntieri tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Wed, 26 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Ċifri ġodda ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea juru li l-awtoritajiet doganali kkonfiskaw aktar minn 31 miljun prodott falz u kontrafatt fil-fruntieri esterni tal-UE, li l-valur tagħhom fit-triq huwa ta' aktar minn EUR 580 miljun.", "Għalkemm iċ-ċifri totali mill-2016 naqsu, oġġetti foloz potenzjalment perikolużi li jintużaw kuljum, bħal prodotti għall-kura tas-saħħa, mediċini, ġugarelli u oġġetti elettriċi, issa jirrappreżentaw proporzjon ħafna akbar mis-sekwestri kollha – 43 % tal-oġġetti kollha kkonfiskati ġew minn din il-kategorija.", "B'mod ġenerali, il-kategorija l-aktar sinifikanti ta' oġġetti foloz kienet dik alimentari, li tirrappreżenta 24 % tal-ammont totali tal-oġġetti kkonfiskati.", "Din kienet segwita mill-ġugarelli (11 %), mis-sigaretti (9 %) u mill-ħwejjeġ (7 %).", "Il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, Pierre Moscovici qal: \"L-Unjoni Doganali tal-UE hija min tal-ewwel meta tiġi biex tipproteġi liċ-ċittadini minn oġġetti foloz, oġġetti ffalsifikati u xi minn daqqiet perikolużi ferm.", "It-twaqqif tal-importazzjoni fl-UE ta' oġġetti ffalsifikati jappoġġa wkoll b'mod ġenerali l-impjiegi u l-ekonomija kollha kemm hi.", "L-Unjoni Ewropea tiddefendi l-proprjetà intellettwali u se tkompli l-kampanja tagħha biex tħares is-saħħa tal-konsumaturi kif ukoll tipproteġi lin-negozji mill-ksur illegali tad-drittijiet tagħhom.”", "F'termini ta' modi ta' trasport, 65 % tal-oġġetti kkonfiskati daħlu fl-UE permezz ta' rotta fuq il-baħar, normalment f'kunsinni kbar.", "Dawn kienu segwiti mit-trasport bl-ajru, minn fejn ġew ittrasportati 14 % tal-oġġetti foloz.", "It-tielet kien it-traffiku postali u bil-kurrier li f'daqqa ammonta għal 11 %, u kien prinċipalment magħmul minn oġġetti tal-konsum ordnati online bħal żraben, ħwejjeġ, basktijiet u arloġġi.", "Iċ-Ċina tibqa' l-pajjiż prinċipali li minnu joriġinaw l-oġġetti foloz li jidħlu fl-UE.", "L-ogħla ammont ta' ħwejjeġ foloz oriġinaw mit-Turkija filwaqt li l-biċċa l-kbira ta' mowbajls u aċċessorji, cartridges tal-linka u toners, tas-CDs / DVDs u tikketti, tags u stickers li daħlu fl-UE kien minn Hong Kong u ċ-Ċina.", "L-Indja kienet l-ikbar pajjiż li minnu oriġinat mediċina falza u potenzjalment perikoluża.", "F'90 % tal-oġġetti kkonfiskati l-oġġetti nqerdu jew inkella nfetħet kawża kontrihom il-qorti biex jiġi ddeterminat il-ksur tal-liġi, jew bħala parti minn proċeduri kriminali.", "Il-Kuntest", "Matul dawn l-aħħar 50 sena l-Unjoni Doganali żviluppat bħala element fundamentali tas-Suq Uniku tagħna, billi tħares il-fruntieri tal-UE u ċ-ċittadini tagħna minn oġġetti pprojbiti u perikolużi, bħall-armi, d-droga u l-oġġetti ffalsifikati.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet doganali biex jiġu rrispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li ilu joħroġ kull sena mis-sena 2000, huwa msejjes fuq id-data li l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni.", "Iċ-ċifri ta' din is-sena jenfasizzaw l-importanza tal-miżuri ppreżentati s-sena li għaddiet mill-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu protetti sew u biex il-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji l-ġodda, jkunu mħeġġa jinvestu fl-innovazzjoni u fil-kreattività.", "L-inizjattiva għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli biex jittieħdu azzjonijiet effiċjenti kontra l-ksur tal-IPR (id-dritt tal-proprjetà intellettwali), biex tiġi ffaċilitata l-litigazzjoni transfruntiera u tiġi miġġielda l-importazzjoni fl-UE ta' oġġetti ffalsifikati u kkupjati bla permess.", "Id-data tagħti informazzjoni siewja biex jiġi analizzat il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u tgħin istituzzjonijiet oħra bħalma huma l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u l-OECD biex jimmappjaw id-data ekonomika u l-aktar rotot komuni tal-falsifikaturi.", "Links utli", "Ir-rapport sħiħ jinsab hawnhekk.", "SKEDA INFORMATTIVA: Oġġetti foloz ikkunfiskati fil-fruntiera tal-UE", "Stqarrija għall-istampa: Niċċelebraw l-Unjoni Doganali: l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja jagħlaq 50 sena"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2817", "title": "DiscoverEU: 20,000 żagħżugħ u żagħżugħa oħra se jkollhom l-opportunità li jesploraw l-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 05 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Madwar 95,000 żagħżugħ u żagħżugħa applikaw fit-tielet edizzjoni ta' din l-inizjattiva l-ġdida tal-UE għaż-żgħażagħ.", "Issa ntgħażlu madwar 20,000 żagħżugħ u żagħżugħa Ewropej ta' 18-il sena biex jirċievu pass tal-ivvjaġġar ta' DiscoverEU.", "Dawn se jkunu jistgħu jivvjaġġaw bejn l-1 ta' Awwissu 2019 u l-31 ta' Jannar 2020 għal massimu ta' 30 jum.", "It-tielet edizzjoni tal-inizjattiva DiscoverEU attirat l-applikazzjonijiet ta' kważi 95,000 żagħżugħ u żagħżugħa mill-Istati Membri kollha tal-UE matul perjodu ta' ġimagħtejn li ntemm fis-16 ta' Mejju 2019.", "Intgħażlu madwar 20,000 żagħżugħ u żagħżugħa abbażi tal-kriterji tal-għoti u b'kunsiderazzjoni tal-kwota stabbilita għal kull Stat Membru tal-UE.", "Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Tibor Navracsics, stqarr: “Dan ix-xahar, DiscoverEU qed tiċċelebra l-ewwel anniversarju tagħha.", "Fi żmien sena, madwar 275,000 żagħżugħ u żagħżugħa Ewropej applikaw biex isiru parti minn din l-esperjenza u madwar 50,000 ingħataw pass tal-ivvjaġġar.Inħossni kburi li hemm aktar u aktar żgħażagħ li qed jesploraw ir-rikkezza tal-istorja u tal-kultura tagħna, jagħmlu ħbieb ġodda lil hinn mill-fruntieri, isiru aktar indipendenti u awtonomi, jaqsmu l-esperjenzi u l-emozzjonijiet, u fl-aħħar mill-aħħar, jiskopru lilhom infushom.”", "Ir-rebbieħa tat-tielet edizzjoni issa se jiġu kkuntattjati sabiex ikunu jistgħu jħejju l-vjaġġi tagħhom.", "Se jkunu jistgħu jivvjaġġaw, waħedhom jew fi gruppi b'massimu ta' ħames persuni, bejn l-1 ta' Awwissu 2019 u l-31 ta' Jannar 2020 għal mhux aktar minn 30 jum.", "Il-maġġoranza tagħhom se jivvjaġġaw bil-ferrovija, u f'każijiet eċċezzjonali, b'mezzi tat-trasport alternattivi.", "Minbarra l-pass tal-ivvjaġġar, il-parteċipanti se jirċievu appoġġ tekniku u gwida dwar temi bħall-ivvjaġġar sostenibbli u xi jfisser li tkun Ambaxxatur ta' DiscoverEU - se jiġu mistiedna jirrapportaw dwar l-esperjenzi tagħhom, pereżempju permezz tal-għodod tal-midja soċjali bħal Instagram, Facebook u Twitter, jew billi jagħtu preżentazzjoni fl-iskola jew fil-komunità lokali tagħhom.", "Se jkunu jistgħu jikkuntattjaw lil sħabhom il-vjaġġaturi fuq il-midja soċjali u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.", "Il-parteċipanti kollha se jkunu wkoll mistiedna jattendu l-ewwel laqgħat ta' DiscoverEU li se jseħħu f'diversi postijiet madwar l-Ewropa, dwar temi speċifiċi bħas-sostenibbilità jew il-wirt kulturali.", "L-ewwel laqgħa se ssir f'Nijmegen (in-Netherlands) fit-12 u fit-13 ta' Lulju b'enfasi fuq is-sostenibbiltà.", "Il-Kummissjoni qed tippjana li tniedi ċ-ċiklu ta' applikazzjonijiet li jmiss qabel tmiem is-sena, meta se jkunu disponibbli 20,000 pass tal-ivvjaġġar oħra.", "Sfond", "DiscoverEU hija esperjenza tal-ivvjaġġar aċċessibbli u sempliċi, immirata lejn żgħażagħ individwali jew gruppi żgħar, inklużi dawk li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati.", "Hija tagħti liż-żgħażagħ ta' 18-il sena l-opportunità li jitgħallmu dwar il-wirt kulturali u d-diversità tal-Ewropa, li jistabbilixxu kuntatt ma' żgħażagħ oħra u li jesploraw l-identità Ewropea tagħhom.", "L-inizjattiva tnediet f'Ġunju 2018, wara proposta mill-Parlament Ewropew għal Azzjoni Preparatorja b'baġit ta' EUR 12-il miljun fl-2018.", "L-ewwel żewġ ċikli ta' applikazzjonijiet taw lil madwar 30,000 żagħżugħ u żagħżugħa l-opportunità li jivvjaġġaw madwar l-Ewropa.", "Għall-2019, il-Parlament Ewropew approva EUR 16-il miljun għal DiscoverEU.", "Il-Kummissjoni qed tippjana li tniedi ċ-ċiklu ta' applikazzjonijiet li jmiss qabel tmiem l-2019.", "Id-dati speċifiċi u aktar informazzjoni se jitħabbru fi żmien xieraq fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.", "Minħabba l-interess li wrew il-vjaġġaturi żgħażagħ f'DiscoverEU, il-Kummissjoni qed taħdem biex ittejjeb l-inizjattiva abbażi tal-feedback kemm mill-vjaġġaturi kif ukoll mill-partijiet ikkonċernati ewlenin.", "S'issa, il-feedback li wasal mingħand kważi 5,500 parteċipant mill-ewwel edizzjoni juri li dawn iqisu DiscoverEU bħala esperjenza ta' tagħlim siewja u inklużiva, li tikkontribwixxi għall-involviment ċiviku, għat-tkabbir personali u għall-iżvilupp tal-ħiliet.", "L-ivvjaġġar jagħti liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu fiduċja fihom infushom u jiżviluppaw kompetenzi ewlenin bħall-għarfien ta' lingwi barranin u l-ħiliet interkulturali, l-adattabilità, ir-reżiljenza, il-ħiliet interpersonali, il-kapaċità li jsolvu l-problemi jew il-ħiliet organizzattivi u ta' tiswir tat-timijiet.", "Żewġ terzi minnhom qalu li ma kinux ikunu jistgħu jiffinanzjaw il-pass tal-ivvjaġġar tagħhom li kieku ma kienx għal DiscoverEU.", "Għal xi wħud mill-parteċipanti, l-użu tal-pass ta' DiscoverEU kien ifisser l-ewwel opportunità li jivvjaġġaw waħedhom mingħajr il-ġenituri jew it-tuturi tagħhom.", "F'Mejju 2018, il-Kummissjoni pproponiet EUR 700 miljun għal DiscoverEU bħala parti mill-programm Erasmus+ futur fl-ambitu tal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-2021-2027.", "Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu dwar dan, 1.5 miljun żagħżugħ u żagħżugħa oħra ta' 18-il sena se jkunu jistgħu jivvjaġġaw matul dawk is-seba' snin.", "Għal aktar informazzjoni", "Mistoqsija u tweġiba dwar DiscoverEU", "Skeda informattiva b'rendikont tal-applikanti u tal-parteċipanti skont il-pajjiż", "Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ", "Skeda informattiva dwar l-Investiment fiż-Żgħażagħ"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_324", "title": "DiscoverEU: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 05 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhi DiscoverEU?", "DiscoverEU hija inizjattiva tal-UE li toffri liż-żgħażagħ ta' 18-il sena esperjenza tal-ivvjaġġar li tippermettilhom jieħdu vantaġġ mil-libertà ta' moviment fl-Unjoni Ewropea, jiskopru d-diversità tar-reġjuni Ewropej, igawdu r-rikkezza kulturali tagħha, u jagħmlu kuntatt ma' persuni mill-kontinent kollu.", "Fl-istess ħin, ikollhom l-opportunità li jitgħallmu aktar dwarhom infushom, isiru aktar kunfidenti u jtejbu l-kompetenzi ewlenin bħal pereżempju kif isolvu l-problemi u l-ħiliet fil-lingwi barranin.", "Għaliex l-inizjattiva hija aċċessibbli biss għaż-żgħażagħ ta' 18-il sena?", "DiscoverEU hija inizjattiva bl-objettiv li tipprovdi opportunitajiet ta' vvjaġġar u ta' mobbiltà għaż-żgħażagħ li se jagħlqu t-18-il sena.", "Il-programm jimmira speċifikament liż-żgħażagħ ta' 18-il sena, minħabba li din l-età timmarka pass ewlieni lejn il-ħajja adulta, pass li jrid jiġi akkumpanjat minn fehim akbar dwar l-Ewropa fid-diversità kollha tagħha.", "Għaliex ma toffrux din l-opportunità għaż-żgħażagħ kollha ta' 18-il sena?", "L-għan huwa li kemm jista' jkun żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jibbenefikaw minn DiscoverEU.", "Madankollu, b'baġit attwali ta' €16-il miljun, mhuwiex possibbli li jingħataw passes tal-ivvjaġġar għaż-żgħażagħ kollha ta' 18-il sena fl-Ewropa.", "Wara l-interess kbir li kien hemm s'issa u l-feedback tant pożittiv mill-parteċipanti, il-Kummissjoni trid tiżviluppa DiscoverEU, billi testendi l-ambitu tagħha għall-gruppi żvantaġġati u ssaħħaħ id-dimensjoni tal-apprendiment b'konformità mal-objettivi ġenerali tal-programm Erasmus futur.", "Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li talloka €700 miljun għall-inizjattiva taħt il-programm futur tal-Erasmus (2021-2027).", "Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu mal-proposta, bejn l-2021 u l-2027, se jkunu jistgħu jivvjaġġaw 1.5 miljun persuna oħra bl-età ta' 18-il sena.", "Hemm kwota għal kull pajjiż?", "Hemm kwota ta' passes tal-ivvjaġġar stabbilita għal kull Stat Membru abbażi tas-sehem tal-popolazzjoni tiegħu meta mqabbel mal-popolazzjoni ġenerali tal-Unjoni Ewropea.", "Jekk f'ċerti pajjiżi jkun hemm inqas applikanti mill-kwoti fissi tagħhom, il-bqija tal-passes tal-ivvjaġġar jitqassmu fost il-pajjiżi fejn ikun hemm aktar applikanti mill-kwoti tagħhom.", "Għal kemm-il ġurnata jistgħu jivvjaġġaw il-parteċipanti?", "Iż-żgħażagħ jistgħu jivvjaġġaw għal minimu ta' ġurnata u massimu ta' xahar.", "Għandhom iżuru mill-inqas Stat Membru wieħed fl-Unjoni Ewropea li ma jkunx il-pajjiż tar-residenza tagħhom.", "Għal dan ir-round, il-vjaġġi jridu jibdew bejn l-1 ta' Awwissu 2019 (l-ewwel data tat-tluq) u l-31 ta' Jannar 2020 (l-aħħar data tar-ritorn).", "Liema mezzi ta' trasport jistgħu jintużaw?", "Bħala regola bażika, il-parteċipanti jivvjaġġaw bil-ferrovija.", "Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-akbar aċċess possibbli — pereżempju għaż-żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, jew għal dawk li jgħixu f'żoni remoti — jistgħu jiġu offruti modi alternattivi ta' trasport, bħal pereżempju x-xarabank jew il-lanċa jew, eċċezzjonalment l-ajruplani, fejn ikun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-ambjent, il-vjaġġ u d-distanza.", "Il-vjaġġ isir fit-tieni klassi.", "Parteċipant jista' jivvjaġġa waħdu jew fi grupp ta' ħbieb?", "Il-parteċipanti jistgħu jivvjaġġaw waħedhom jew fi grupp ta' massimu 5 persuni.", "Fil-każ ta' grupp, irid jinħatar kap tal-grupp f'isem il-grupp.", "Il-kap tal-grupp jimla l-formola tal-applikazzjoni, jieħu sehem fil-kwiżż u jwieġeb il-mistoqsija sussidjarja.", "Imbagħad jirċievi kodiċi fl-email ta' konferma meta jressaq l-applikazzjoni u għandu jikkomunika dan il-kodiċi lill-membri tal-grupp sabiex ikunu jistgħu jirreġistraw.", "Abbażi tal-kodiċi pprovdut mill-kap tal-grupp, il-membri l-oħra tal-grupp ikunu jistgħu jirreġistraw online u jimlew id-data personali tagħhom.", "Jekk applikazzjoni ta' grupp tkun ta' suċċess, il-membri kollha tal-grupp ikunu jistgħu jipparteċipaw?", "Iva, applikazzjoni ta' grupp tiġi vvalutata bħala applikazzjoni waħda.", "Kif jintgħażlu ż-żgħażagħ?", "L-għażla tal-applikanti sseħħ permezz ta' għodda tal-applikazzjoni online disponibbli fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.", "L-applikanti l-ewwel iridu jgħaddu mill-verifika tal-kriterji ta' eliġibbiltà.", "Imbagħad, l-applikanti kollha jridu jagħmlu kwiżż.", "Fit-tielet round tal-applikazzjoni, kellhom iwieġbu 5 mistoqsijiet b'għażla multipla ta' għarfien ġenerali dwar l-Unjoni Ewropea, dwar inizjattivi oħra tal-Unjoni Ewropea għaż-żgħażagħ u dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li seħħew fl-aħħar ta' Mejju.", "Fl-aħħar nett, kellhom iwieġbu mistoqsija addizzjonali relatata mar-round ta' applikazzjoni.", "It-tweġibiet korretti tal-kwiżż u ta' din il-mistoqsija finali ppermettew lill-Kummissjoni Ewropea tagħżel u tikklassifika l-applikanti.", "U għaż-żgħażagħ b'mobbiltà mnaqqsa u/jew bżonnijiet speċjali?", "Iż-żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali (bħal pereżempju mobbiltà mnaqqsa, vista batuta) jistgħu jkunu intitolati li jirċievu appoġġ addizzjonali xieraq.", "Dawk l-ispejjeż ikunu vvalutati skont il-każ u skont l-bżonnijiet tagħhom u jkunu bbażati fuq dokumenti xierqa, kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membru tar-residenza.", "F'dan ir-rigward, l-ispejjeż għall-assistenza speċjali (pereżempju persuna li takkumpanja, kelb għall-parteċipanti b'vista batuta) jistgħu jkunu koperti.", "Ġeneralment il-Kummissjoni tħeġġeġ liż-żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali biex japplikaw.", "Il-parteċipanti magħżula jridu jibbukkjaw il-passes tal-ivvjaġġar huma stess?", "Le.", "Il-parteċipanti magħżula m'għandhomx jibbukkjaw il-passes tal-ivvjaġġar huma stess, minħabba li l-biljetti mixtrija separatament ma jiġux rimborżati.", "Il-passes tal-ivvjaġġar għall-parteċipanti magħżula jiġu bbukjati, mixtrija u konsenjati esklussivament mill-kuntrattur estern maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.", "Membru tal-familja jew ħabib li għandu aktar minn 18-il sena jista' jivvjaġġa mal-parteċipant?", "Iva, iżda bla rimborż tal-ispejjeż.", "Iridu jibbukkjaw u jħallsu għall-arranġamenti tal-ivvjaġġar huma stess.", "Il-pass tal-ivvjaġġar jista' jiġi trasferit lil persuna oħra?", "Le.", "Kull pass tal-ivvjaġġar ikun assenjat lil persuna speċifika u ma jistax jiġi trasferit lil persuna oħra taħt kwalunkwe ċirkostanza.", "L-isem fuq il-pass tal-ivvjaġġar ma jistax jinbidel.", "X'jiġri jekk il-parteċipanti jkollhom jikkanċellaw il-vjaġġ tagħhom jew ikollhom bżonn ibiddluh?", "Kull spiża ta' kanċellazzjoni jew modifikazzjoni trid tiġi koperta mill-parteċipanti.", "M'hemmx baġit addizzjonali biex tiġi koperta nefqa ta' dan it-tip, tkun xi tkun ir-raġuni.", "L-ispejjeż li ġejjin: assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, akkomodazzjoni, sussistenza jew xi spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ huma inklużi?", "Le.", "L-inizjattiva ma tinkludix l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar.", "Il-kopertura tal-assigurazzjoni hija r-responsabilità unika tal-parteċipant.", "Barra minn hekk, l-akkomodazzjoni, is-sussistenza, is-supplimenti tal-ivvjaġġar li jridu jitħallsu matul il-vjaġġ jew kull spiża oħra relatata mal-vjaġġ għandhom ikunu koperti mill-parteċipant.", "Il-parteċipant għandu jakkwista assigurazzjoni tas-saħħa u tal-ivvjaġġar xierqa għat-tul kollu tal-vjaġġ.", "Il-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa bażika normalment hija pprovduta mill-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tal-parteċipant matul is-soġġorn tiegħu f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.", "Madankollu, jista' jkun li l-kopertura tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea jew tal-assigurazzjoni tas-saħħa privata ma tinkludix il-każijiet kollha possibbli, speċjalment jekk tkun meħtieġa r-ripatrijazzjoni jew intervent mediku speċifiku.", "F'dak il-każ, huwa rrakkomandat li l-parteċipant jakkwista assigurazzjoni privata komplementari.", "Il-Kummissjoni Ewropea tgħin lill-parteċipanti biex jibbukkjaw l-akkomodazzjoni?", "Le.", "L-ibbukkjar tal-akkomodazzjoni hija r-responsabilità unika tal-parteċipant.", "Il-Kummissjoni Ewropea tagħti preferenza lil operaturi tat-trasport speċifiċi?", "Le.", "Il-kuntrattur li jibbukkja l-vjaġġi jista' jagħżel kwalunkwe mezz ta' trasport pubbliku u kwalunkwe operatur jew linja.", "Il-parteċipanti kif jistgħu jħejju l-vjaġġi tagħhom?", "Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ għandu taqsima fis-sit web b'informazzjoni prattika dwar l-ivvjaġġar fl-Ewropa, fejn il-parteċipanti jistgħu jsibu pariri utli.", "Il-parteċipanti jrid ikollhom dokument tal-ivvjaġġar validi matul il-vjaġġ tagħhom.", "Kwalunkwe ħaġa relatata mat-tali dokument (pereżempju l-validità tiegħu) hija r-responsabbiltà tal-parteċipant.", "Iż-żgħażagħ għandu jkollhom passaport jew karta tal-identità validi wkoll meta jkunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea.", "Kwalunkwe ħaġa relatata mat-tali dokument (il-validità, eċċ.) hija r-responsabbiltà tal-parteċipant.", "X'inhu mistenni mill-parteċipanti magħżula?", "Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tisma' mingħand il-vjaġġaturi żgħażagħ u se tħeġġiġhom jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.", "Huwa għalhekk li, ladarba jintgħażlu, il-parteċipanti jsiru ambaxxaturi tal-inizjattiva.", "Se jiġu mħeġġa jirrappurtaw dwar l-esperjenzi tal-ivvjaġġar tagħhom, ngħidu aħna permezz tal-midja soċjali bħal Instagram, Facebook, jew Twitter, jew billi jagħtu preżentazzjoni fl-iskola jew fil-komunità lokali tagħhom.", "Il-parteċipanti huma mistiedna jingħaqdu mal-Grupp ta' Facebook maħluq għal din l-inizjattiva.", "X'kien il-feedback mill-parteċipanti fl-ewwel round?", "Il-feedback mill-parteċipanti kien pożittiv ħafna.", "Għal ħafna minnhom, din kienet l-ewwel darba li siefru waħedhom mingħajr il-ġenituri tagħhom jew mingħajr adulti magħhom, u l-biċċa l-kbira minnhom qalu li b'hekk saru aktar indipendenti.", "Huma qalu wkoll li l-esperjenza DiscoverEU għenithom jifhmu aktar il-kulturi l-oħrajn u l-istorja Ewropea.", "U jħossu li tejbet il-ħiliet tagħhom fil-lingwi barranin.", "Żewġ terzi minnhom qalu li ma kinux ikunu jistgħu jiffinanzjaw il-pass tal-ivvjaġġar tagħhom li kieku ma kienx għal DiscoverEU.", "In-nies fejn jistgħu jsibu aktar informazzjoni dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni?", "Ir-regoli tal-kompetizzjoni huma ppubblikati fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa", "Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_2772", "title": "Il-pakkett tal-proċedimenti ta' ksur għal Ġunju: id-deċiżjonijiet ewlenin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO", "date": "Wed, 05 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Ħarsa ġenerali skont il-qasam ta' politika", "Fil-pakkett tagħha ta' kull xahar tad-deċiżjonijiet dwar il-ksur, il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Kummissjoni”) qiegħda tieħu azzjoni legali kontra l-Istati Membri li ma qdewx l-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-UE.", "Dawn id-deċiżjonijiet, li jkopru diversi setturi u oqsma ta' politika tal-UE, għandhom l-għan li jiżguraw l-applikazzjoni kif suppost tad-dritt tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tan-negozji.", "Id-deċiżjonijiet ewlenin meħuda mill-Kummissjoni qed jiġu ppreżentati hawn taħt, skont il-qasam ta' politika.", "Il-Kummissjoni qed tagħlaq ukoll 97 każ fejn l-Istati Membri kkonċernati solvew il-kwistjonijiet mingħajr ma l-Kummissjoni kellha għalfejn tkompli bil-proċediment.", "Għal iktar informazzjoni dwar il-proċediment ta' ksur tal-UE, ara l-MEMO/12/12 sħiħa.", "Għal iktar dettalji dwar id-deċiżjonijiet meħuda, ikkonsulta r-reġistru tad-deċiżjonijiet ta' ksur.", "1.", "Ambjent", "(Għal iktar informazzjoni: Enrico Brivio – tel.: +32 229 56172, Ana Crespo Parrondo – tel.: +32 229 81325)", "Ittri ta' intimazzjoni:", "L-iskart: il-Kummissjoni tħeġġeġ lil 9 Stati Membri biex jikkonformaw kompletament mar-regoli tal-UE dwar ir-riċiklaġġ tal-vapuri", "Illum, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedimenti ta' ksur tal-UE kontra l-Kroazja, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Iżvezja fuq l-obbligu tagħhom li jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ir-Regolament dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013).", "Ir-Regolament tal-UE għandu l-għan li jagħmel ir-riċiklaġġ tal-bastimenti aktar ekoloġiku u sikur.", "L-għan ewlieni tar-Regolament huwa li jiżgura li l-bastimenti taħt l-awtorità tal-UE (dawk li jbaħħru taħt il-bandiera ta' Stat Membru tal-UE) jiġu riċiklati b'mod sikur u sostenibbli.", "Huwa essenzjali li l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi ewlenin relatati mad-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-amministrazzjonijiet u l-persuni ta' kuntatt u mal-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali relatati mal-infurzar ta' dawn ir-regoli tal-UE u l-penali applikabbli.", "Dawn l-obbligi kollha kellhom jiġu ssodisfati sal-31 ta' Diċembru 2018, u l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deżinjazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' infurzar rilevanti sal-istess data.", "Madankollu, sal-lum, dawn l-Istati Membri ma ssodisfawx, jew ma ssodisfawx kompletament, l-obbligi rilevanti tagħhom.", "Il-Kummissjoni għalhekk qed tibgħat ittri ta' intimazzjoni lil dawn l-Istati Membri kollha.", "L-Istati Membri kkonċernati issa għandhom xahrejn biex iwieġbu; inkella, il-Kummissjoni tista' tibgħat opinjoni motivata.", "L-ambjent tal-baħar: il-Kummissjoni tappella lill-PORTUGALL jipproteġi l-ilmijiet tal-baħar tiegħu", "Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ lill-Portugall jikkonforma mal-obbligi ta' rappurtar dwar l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar skont ir-regoli tal-UE li jistabbilixxu Qafas ta' Strateġija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE).", "Din il-liġi tal-UE tipprovdi qafas komprensiv għall-protezzjoni tal-ibħra u tal-oċeani tal-UE, u tiżgura li r-riżorsi tagħhom jiġu ġestiti b'mod sostenibbli.", "L-Istati Membri kellhom jirrieżaminaw u jaġġornaw il-valutazzjoni tagħhom tal-istatus ambjentali tal-ilmijiet ikkonċernati, l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tal-bniedem, id-determinazzjoni tagħhom ta' status ambjentali tajjeb u l-miri ambjentali tagħhom sal-15 ta' Ottubru 2018.", "Il-Portugall naqas milli jippreżenta rapporti lill-Kummissjoni sal-iskadenza mogħtija.", "B'riżultat ta' dan, illum, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat ittra ta' intimazzjoni lill-Portugall.", "Issa l-awtoritajiet Portugiżi għandhom xahrejn biex iwieġbu; inkella, il-Kummissjoni tista' tibgħat opinjoni motivata.", "2.", "Is-Suq Intern, l-Industrija, l-Imprenditorija u l-SMEs", "(Għal iktar informazzjoni: Lucia Caudet – tel.: +32 229 56182, Victoria von Hammerstein-Gesmold - tel.: +32 229 55040)", "Ittri ta' intimazzjoni:", "Is-Suq Uniku: il-Kummissjoni tappella lit-28 Stati Membri biex jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar is-servizzi", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tibgħat ittri ta' intimazzjoni lil kull wieħed mit-28 Stat Membru, fejn talbithom itejbu l-punti ta' kuntatt uniku (PSC) tagħhom u jipprovdu punti uniċi ta' servizz faċli għall-utent lill-fornituri ta' servizzi u lill-professjonisti.", "Il-punti ta' kuntatt uniku jikkontribwixxu għal Suq Uniku modern għan-negozji, li jeħtieġ li jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni li jkollhom bżonn u jeħtieġ li jkunu jistgħu jikkompletaw il-proċeduri amministrattivi online.", "F'konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi (id-Direttiva 2006/123/KE), l-Istati Membri jridu jistabbilixxu l-PSCs biex jgħinu lill-fornituri tas-servizzi u lill-professjonisti jegħlbu l-ostakli amministrattivi fl-aċċess għall-attività tas-servizzi.", "Dawn il-PSCs huma importanti ħafna għall-moviment liberu tas-servizzi fis-Suq Uniku.", "Fl-ittri ta' intimazzjoni, il-Kummissjoni tindika n-nuqqasijiet f'kif it-28 Stat Membru implimentaw ir-rekwiżiti għall-PDCs kif tistabbilixxi id-Direttiva dwar is-Servizzi u r-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali (id-Direttiva 2005/36/KE, kif emendata mid-Direttiva 2013/55/UE).", "L-ittri jindirizzaw kwistjonijiet dwar id-disponibbiltà u l-kwalità online ta' informazzjoni dwar ir-rekwiżiti u l-proċedimenti rilevanti għall-fornituri ta' servizzi u l-professjonisti li jridu jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom tas-Suq Uniku.", "L-ittri jkopru wkoll tħassib dwar l-aċċess għal u t-tlestija ta' proċedimenti online permezz tal-PSCs, inkluż għall-utenti transfruntiera.", "Huwa għalhekk li l-konformità mar-Regolament tal-UE dwar l-identifikazzjoni elettronika (910/2014) hija importanti wkoll.", "L-Istati Membri għandhom xahrejn biex iwieġbu għall-argumenti li qajmet il-Kummissjoni.", "Inkella, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibgħat opinjoni motivata.", "Fatturazzjoni elettronika: Il-Kummissjoni tistieden lil 12-il Stat Membru jittrasponu regoli ġodda", "Fil-21 ta' Mejju 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat ittra ta' intimazzjoni lil 12-il Stat Membru (Ċipru, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja) li għadhom ma ttrasponewx ir-regoli tal-UE dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku (id-Direttiva 2014/55/UE) jew li għadhom ma implimentawx l-istandard Ewropew tal-Fatturazzjoni elettronika.", "Sas-17 ta' April 2019, l-awtoritajiet pubbliċi involuti fl-akkwist pubbliku fl-UE kellhom jikkonformaw mal-istandard Ewropew dwar il-Fatturazzjoni elettronika u kellhom ikunu kapaċi jirċievu u jipproċessaw fatturi elettroniċi skont il-każ.", "L-istandard tal-UE jgħin biex jiġi żgurat l-ipproċessar f'waqtu u awtomatiku ta' fatturi elettroniċi u pagamenti tal-kumpaniji, jagħmilha aktar faċli biex il-kumpaniji jimmaniġġjaw il-kuntratti tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru, u jagħmel l-akkwist pubbliku aktar attraenti għan-negozji.", "Biex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandard il-ġdid, il-Kummissjoni investiet aktar minn EUR 33 miljun f'finanzjament ta' għotjiet biex tappoġġa l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi tal-Fatturazzjoni elettronika, bħal awtomazzjoni minn tarf sa tarf, ir-robotika u l-użu ta' intelliġenza artifiċjali, inkluż permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) dwar il-Blokk ta' Tiswir tal-Fatturazzjoni Elettronika.", "It-12-il Stat Membru issa għandhom xahrejn biex jirrispondu għall-argumenti mressqa mill-Kummissjoni; inkella, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibagħtilhom opinjoni motivata.", "Sadanittant, il-Kummissjoni tinsab lesta li tkompli tgħin lill-Istati Membri f'dan il-proċess.", "Għeluq", "L-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża: Il-Kummissjoni tagħlaq każ kontra l-ITALJA", "Illum, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-każ ta' ksur kontra l-Italja rigward l-applikazzjoni tagħha tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża (id-Direttiva 2009/81/KE).", "Il-Kummissjoni fetħet il-proċedimenti ta' ksur f'Jannar 2018 b'ittra ta' intimazzjoni.", "Fl-ittra, il-Kummissjoni esprimiet it-tħassib tagħha dwar l-għoti dirett ta' għadd ta' kuntratti tad-difiża, li l-Kummissjoni qieset li jikser ir-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku tad-difiża.", "Wara djalogu kostruttiv bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani, kif ukoll il-miżuri meħuda u l-kjarifiki pprovduti mill-Italja, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-każ.", "3.", "It-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali", "(Għal iktar informazzjoni: Vanessa Mock – tel.: +32 229 56194, Patrick Mc Cullough – tel.: +32 229 87183)", "Tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "Tassazzjoni: Il-Kummissjoni tressaq lill-AWSTRIJA quddiem il-Qorti minħabba li naqset milli tallinja mar-regoli tal-UE dwar il-VAT għall-aġenti tal-ivvjaġġar", "Illum il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq lill-Awstrija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE talli ma applikatx b'mod korrett ir-regoli speċjali dwar il-VAT għall-aġenti tal-ivvjaġġar.", "L-iskema speċjali tal-VAT għall-aġenti tal-ivvjaġġar tfisser li l-VAT għandha tiġi applikata biss fuq il-marġnijiet li jsiru mill-bejgħ ta' servizzi tal-ivvjaġġar lill-konsumaturi.", "Madankollu, min-naħa l-oħra, l-aġenti tal-ivvjaġġar ma jistgħux inaqqsu l-VAT li jħallsu filwaqt li jixtru servizzi mingħand negozji oħra.", "L-Awstrija ma tapplikax din ir-regola b'mod korrett, għaliex attwalment teskludi s-servizzi tal-ivvjaġġar mibjugħa lil negozji oħra mill-iskema.", "Tali esklużjoni mhijiex permessa skont ir-regoli attwali tal-UE, u tista' twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.", "L-Awstrija tikser ukoll din id-dispożizzjoni (id-Direttiva tal-VAT, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE) billi tikkalkula l-VAT li trid titħallas minn aġenti tal-ivvjaġġar fuq fatturat globali f'perjodu tat-taxxa.", "Il-każistika tal-UE (Il-Kummissjoni vs Spanja, kawża C-189/11) tiddikjara b'mod ċar li l-ammont taxxabbli jrid jiġi definit għal kull bejgħ individwali, u mhux ikkalkulat fuq il-bażi ta' grupp ta' bejgħ.", "Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għall-verżjoni sħiħa tal-istqarrija għall-istampa.", "Tassazzjoni: Il-Kummissjoni tressaq lil SPANJA quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talli imponiet sanzjonijiet sproporzjonati għal nuqqas ta' rapportar ta' assi miżmuma barra mill-pajjiż", "Illum il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq lil Spanja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE talli imponiet penali sproporzjonati fuq il-kontribwenti Spanjoli għan-nuqqas ta' rapportar ta' assi miżmuma fi Stati oħra tal-UE u taż-ŻEE (“Modelo 720”).", "Attwalment, Spanja tirrikjedi li l-kontribwenti residenti jissottomettu informazzjoni dwar l-assi li għandhom barra mill-pajjiż.", "Dawn jinkludu proprjetajiet, kontijiet bankarji u assi finanzjarji.", "In-nuqqas ta' sottomissjoni ta' din l-informazzjoni fil-ħin u bis-sħiħ huwa soġġett għal sanzjonijiet li huma ogħla minn dawk għal ksur simili f'sitwazzjoni purament nazzjonali, u li saħansitra jistgħu jaqbżu l-valur tal-assi miżmuma barra mill-pajjiż.", "Il-Kummissjoni tqis li tali sanzjonijiet għal konformità skorretta jew tardiva ma' dan l-obbligu ta' informazzjoni leġittima huma sproporzjonati u diskriminatorji.", "Jistgħu jiskoraġġixxu lin-negozji u lill-individwi privati milli jinvestu jew jiċċaqilqu b'mod transkonfinali fis-Suq Uniku.", "Tali dispożizzjonijiet huma konsegwentement f'kunflitt mal-libertajiet fundamentali fl-UE, bħall-moviment liberu tal-persuni, il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital.", "Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għall-verżjoni sħiħa tal-istqarrija għall-istampa.", "Opinjonijiet motivati:", "Tassazzjoni: Il-Kummissjoni titlob lill-POLONJA tallinja mar-regoli tal-UE l-prattiki nazzjonali tagħha dwar l-eżenzjonijiet għall-alkoħol importat użat fil-produzzjoni tal-mediċini", "Illum il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat opinjoni motivata lill-Polonja talli ma tippermettix lill-importaturi tal-alkoħol li jintuża għall-mediċini jagħmlu użu minn eżenzjoni obbligatorja mid-dazju tas-sisa, f'każ li ma jagħżlux l-arranġament ta' sospensjoni tad-dazju.", "Ir-regoli Pollakki attwali ma jagħtux lok għall-ħlas lura tad-dazju tas-sisa mħallas fuq l-importazzjoni ta' alkoħol etiliku li jintuża għall-produzzjoni ta' mediċini wara li jkun tħallas id-dazju.", "Din il-prattika tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku u l-prinċipju tal-proporzjonalità (id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE).", "Jekk il-Polonja ma tiħux azzjoni fix-xahrejn li ġejjin, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.", "Tassazzjoni: il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-UNGERIJA tallinja r-rati tat-taxxa fuq is-sigaretti mal-livell limitu minimu tal-UE", "Illum il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tibgħat opinjoni motivata lill-Ungerija minħabba li naqset milli tilħaq il-limitu minimu tal-UE għad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti stabbilit mir-regoli tal-UE dwar it-tabakk manifatturat (id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE).", "Ir-regoli attwali, li għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, jirrikjedu li l-Istati Membri jimponu dazju tas-sisa fuq sigaretti ta' mill-inqas 60 % tal-prezz medju ppeżat tas-sigaretti bl-imnut applikabbli.", "L-Ungerija ngħatat perjodu tranżitorju twil sal-31 ta' Diċembru 2017 sabiex iżżid b'mod gradwali d-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti u tilħaq il-limitu minimu meħtieġ.", "Sal-lum, id-dazju tas-sisa applikat mill-Ungerija għadu taħt dak il-livell limitu, li jiġġenera distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ma' Stati Membri oħra u jmur kontra l-politika tal-UE dwar il-protezzjoni tas-saħħa.", "Jekk l-Ungerija ma tiħux azzjoni fix-xahrejn li ġejjin, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.", "Ittri ta' intimazzjoni:", "Tassazzjoni: Il-Kummissjoni titlob lil ĊIPRU biex jemenda r-regoli tiegħu dwar il-karozzi importati", "Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat ittra ta' intimazzjoni lil Ċipru għall-immobilizzazzjoni tal-vetturi bil-mutur.", "Il-liġi Ċiprijotta tipprevedi immobilizzazzjoni fuq il-post ta' vetturi bil-mutur mingħajr ebda twissija minn qabel meta ma jkunx hemm konformità mar-regoli tal-importazzjoni u tar-reġistrazzjoni temporanji.", "F'ċerti każijiet jistgħu jiġu imposti wkoll multi amministrattivi, li jistgħu jaqbżu l-valur tal-vettura nnifisha.", "L-Istati Membri huma meħtieġa jikkonformaw mal-liġi tal-UE u l-prinċipji ġenerali tagħha, inkluż il-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-UE ripetutament iddeċidiet li miżuri amministrattivi jew penali m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ u jkunu konformi mal-libertajiet imnaqqxa fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE).", "Jekk Ċipru ma jiħux azzjoni fix-xahrejn li ġejjin, il-Kummissjoni tista' tibgħat opinjoni motivata lill-awtoritajiet Ċiprijotti.", "It-tassazzjoni fuq il-karozzi: Il-Kummissjoni titlob lil MALTA biex tibdel il-leġiżlazzjoni tagħha dwar it-taxxa taċ-ċirkolazzjoni annwali għall-karozzi", "Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat ittra ta' intimazzjoni lil Malta fejn talbitha temenda r-regoli tagħha dwar it-tassazzjoni fuq il-karozzi.", "Skont il-leġiżlazzjoni Maltija attwali, il-karozzi rreġistrati f'Malta wara l-1 ta' Jannar 2009 u importati minn Stati Membri oħra huma intaxxati ħafna aktar minn karozzi simili rreġistrati f'Malta qabel dik id-data, anki meta karozza importata tkun diġà ġiet irreġistrata fi Stat Membru ieħor.", "Il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Maltija mhijiex kompatibbli mal-liġi tal-UE.", "Skont il-ġurisprudenza (l-Artikolu 110 tat-TFUE) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, isir ksur tal-liġi tal-UE meta t-taxxi tat-triq jiġu kkalkulati skont kriterji differenti li jwasslu biex taxxi ogħla jkunu imposti fuq il-karozzi importati minn Stati Membri oħra meta mqabbla mal-vetturi mhux importati.", "Issa l-awtoritajiet Maltin għandhom xahrejn biex iwieġbu; inkella, il-Kummissjoni tista' tibgħat opinjoni motivata."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2891", "title": "L-Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni tirċievi l-mandat biex tiftaħ in-negozjati għal regoli internazzjonali għall-ksib ta' evidenza elettronika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,JFRC", "date": "Wed, 05 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, l-Istati Membri tal-UE qablu li jagħtu żewġ mandati lill-Kummissjoni biex jidħlu f'negozjati internazzjonali biex itejbu l-aċċess transfruntiera għall-evidenza elettronika għall-investigazzjonijiet kriminali.Il-Kunsill qabel li jagħti l-mandati ta' negozjar lill-Kummissjoni għal negozjati mal-Istati Uniti u għat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni “ta' Budapest” tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità.", "Iż-żewġ mandati jinkludu dispożizzjonijiet dwar salvagwardji b'saħħithom tad-drittijiet fundamentali dwar il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u d-drittijiet proċedurali tal-individwi, li se jkollhom ikunu parti integrali minn kwalunkwe ftehim futur.", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: “Il-kriminali joperaw b'mod transfruntiera u l-evidenza li għandna bżonn biex ninvestigaw ir-reati tagħhom spiss tkun f'ġuriżdizzjonijiet oħrajn.", "L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħna jeħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu aċċess malajr għal din l-evidenza.", "Mil-lum, nistgħu nibdew naħdmu biex ninnegozjaw dawn l-oqfsa mal-Istati Uniti u mal-Kunsill tal-Ewropa.”", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Věra Jourová qalet: “Nilqa' l-appoġġ qawwi mill-Istati Membri għall-approċċ tal-Kummissjoni għal ftehim tal-UE kollha mal-Istati Uniti.", "Għall-biċċa l-kbira tal-investigazzjonijiet kriminali, illum huwa meħtieġ li tinkiseb evidenza online mill-fornituri tas-servizzi barra mill-pajjiż.", "Għalhekk huwa kruċjali li jiġu indirizzati l-kunflitti tal-liġijiet u li jiġu stabbiliti regoli komuni ċari.", "Kull ftehim ikollu ovvjament jiggarantixxi tal-anqas l-istess salvagwardji b'saħħithom tad-drittijiet fundamentali bħal fl-UE. \"", "Il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà Julian King qal: “Il-kriminali u t-terroristi ilhom żmien twil wisq jabbużaw mit-teknoloġija moderna biex jikkommettu r-reati tagħhom.", "Bl-iffissar ta' standards internazzjonali għall-ksib ta' aċċess għall- evidenza elettronika, qed nieħdu pass ulterjuri ieħor biex nagħlqu l-ispazju li joperaw fih billi niżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jinvestigawhom u jħarrkuhom b'mod aktar effettiv, bir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali.”", "Billi l-maġġoranza tal-investigazzjonijiet kriminali jkunu jeħtieġu aċċess għal evidenza bbażata online u ħafna drabi barra mill-UE, huwa kruċjali li jiġu żgurati kooperazzjoni effettiva u regoli kompatibbli fil-livell internazzjonali.", "Id-deċiżjonijiet adottati llum mill-Kunsill jipprovdu d-direttivi lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim mal-Istati Uniti u dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni “ta' Budapest” tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità, b'mod aktar speċifiku:", "Fiż-żewġ każijiet, il-mandati jirrikjedu salvagwardji b'saħħithom u speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u d-drittijiet proċedurali tal-individwi bbażati fuq id-drittijiet fundamentali, il-libertajiet u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-Kummissjoni beħsiebha tiftaħ in-negozjati mal-Istati Uniti qabel il-laqgħa li jmiss bejn il-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE u tal-Istati Uniti f'Bukarest fid-19 ta' Ġunju.", "In-negozjati dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni ta' Budapest ilhom għaddejjin mill-2017, u minn issa 'l quddiem il-Kummissjoni se tinnegozja f'isem l-Unjoni Ewropea.", "Qabel ma jkun jista' jiġi ffirmat u konkluż ftehim, il-Kummissjoni se jkollha tikseb awtorizzazzjoni separata mingħand l-Istati Membri.", "Il-Parlament Ewropew se jkun infurmat ukoll u se jkollu jagħti l-kunsens tiegħu qabel ma jkun jista' jiġi ffirmat u konkluż ftehim.", "Barra minn hekk, l-għan tal-Kummissjoni jibqa' li, qabel ma jiġu ffinalizzati l-ftehimiet internazzjonali, l-ewwel jiġu ffinalizzati r-regoli interni tal-UE dwar l-aċċess transfruntiera għall-evidenza elettronika.", "Sfond", "F'madwar 85% tal-investigazzjonijiet kriminali jkun hemm bżonn ta' evidenza elettronika, u f'żewġ terzi ta' dawn l-investigazzjonijiet ikun hemm il-bżonn li tinkiseb evidenza mingħand il-fornituri tas-servizzi online bbażati f'pajjiż ieħor.", "Bħalissa, l-akbar fornituri tas-servizzi għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Istati Uniti.", "L-għadd ta' talbiet lill-fornituri ewlenin ta' servizzi online għadu qiegħed jikber u żdied b'84% fil-perjodu 2013-2018.", "F'Ġunju 2017, il-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa qablu diġà li jiftħu n-negozjati għat-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni li jtejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali dwar iċ-ċiberkriminalità u l-evidenza elettronika.", "Fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà ta' April 2015, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħmel rieżami tal-ostakli li jinsabu quddiem l-investigazzjonijiet kriminali.", "Wara l-avvenimenti traġiċi fi Brussell fit-22 ta' Marzu 2016, il-Ministri tal-UE għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni poġġew prijorità fuq li jgħaddu miżuri għas-sigurtà u l-kisba ta' evidenza diġitali b'mod aktar effiċjenti u effettiv.", "Minn dak inhar, il-kwistjoni ġiet diskussa diversi drabi mill-Ministri tal-UE u f'April 2018, il-Kummissjoni pproponiet regoli ġodda għall-aċċess transfruntiera għall-evidenza elettronika.", "F'Ottubru 2018, il-Mexxejja Ewropej appellaw lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tippreżenta l-mandati ta' negozjar għall-ftehimiet internazzjonali dwar l-evidenza elettronika.", "Dan ġie diskuss ukoll fil-kuntest tal-laqgħat bejn il-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE u tal-Istati Uniti.", "Il-Kummissjoni ppreżentat żewġ mandati ta' negozjar, wieħed għan-negozjati mal-Istati Uniti u wieħed dwar it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni ta' Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa fi Frar 2019.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-Istampa – L-Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni tirrakkomanda li jsiru regoli internazzjonali ta' negozjar għall-kisba ta' evidenza elettronika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2809", "title": "Il-Baġit tal-UE għall-2020: Il-Kummissjoni tiffoka l-proposta tagħha fuq l-impjiegi, it-tkabbir u s-sigurtà", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG,BUDGET", "date": "Tue, 04 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum ipproponiet baġit tal-UE ta' EUR 168.3 biljun għall-2020 għal ekonomija Ewropea aktar kompetittiva, u għas-solidarjetà u s-sigurtà fl-UE u lil hinn minnha.", "Dan il-baġit huwa s-seba' u l-aħħar wieħed taħt il-baġit attwali fit-tul tal-UE 2014-2020 u jopera fil-limitazzjonijiet stipulati fih.", "Huwa mfassal biex jagħmel l-aħjar użu mill-finanzjament għall-programmi eżistenti kif ukoll l-inizjattivi l-ġodda u biex tingħata spinta lill-valur miżjud Ewropew f'konformità mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker.", "Il-Kummissarju Ewropew għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, Günther H. Oettinger, qal: “L-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2020 huwa l-aħħar proposta tal-baġit tal-Kummissjoni Juncker.", "Huwa jfittex li jkompli jappoġġa l-prijoritajiet tal-UE - l-impjiegi, it-tkabbir, iż-żgħażagħ, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u s-solidarjetà - u li jħejji t-tranżizzjoni għaċ-ċiklu baġitarju li jmiss.", "Nistieden lill-Kunsill u lill-Parlament il-ġdid biex jaslu għal ftehim f'waqtu li jipprovdi stabilità għall-futur tal-UE.”", "Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-flus taħt il-baġit tal-2020 se jmorru għall-oqsma ta' prijorità li ġejjin: l-ekonomija kompetittiva u ż-żgħażagħ; u t-tisħiħ tas-sigurtà u s-solidarjetà fl-UE, il-bidla fil-klima u lil hinn minnha.", "Wieħed u għoxrin fil-mija tal-baġit globali propost għall-2020 se jmur biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima.", "Dan jallinja mal-mira ambizzjuża ta' nfiq ta' 20 % tal-baġit fit-tul attwali tal-UE fuq attivitajiet li jindirizzaw it-tibdil fil-klima.", "Investiment f'ekonomija kompetittiva u fiż-żgħażagħ", "Aktar minn EUR 83 biljun f'impenji se jagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku, ir-reġjuni Ewropej u se jappoġġaw liż-żgħażagħ.", "Minnhom:", "It-tisħiħ tas-sigurtà u s-solidarjetà fl-UE u lil hinn minnha.", "Ħafna mill-isfidi tal-Ewropa ma jafux fruntieri.", "L-UE ripetutament użat il-flessibbiltà kollha fil-baġit biex tirrispondi għad-diżastri, tindirizza l-isfidi tal-migrazzjoni u ssaħħaħ il-fruntieri esterni tal-UE.", "Billi jimmobilizza l-istrumenti varji tiegħu, il-baġit tal-UE għall-2020 se jkompli jinvesti fis-solidarjetà u s-sigurtà fl-Ewropa u lil hinn minnha:", "Baġit li jippermetti r-riżultati", "L-iżgurar li kull euro mill-baġit tal-UE joħloq valur miżjud għaċ-ċittadini tal-UE huwa prijorità ewlenija għall-Kummissjoni.", "Dan huwa wkoll għan ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-perjodu 2021–2027.", "Flimkien mal-abbozz tal-baġit, illum il-Kummissjoni ppubblikat ħarsa ġenerali tal-prestazzjoni għal kull programm iffinanzjat mill-baġit tal-UE.", "Dan juri li l-baġit tal-UE qed jagħti riżultati konkreti lin-nies fl-UE u lil hinn minnha.", "Informazzjoni ġenerali", "L-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2020 jinkludi żewġ ammonti għal kull programm li għandu jiġi ffinanzjat - l-impenji u l-pagamenti.", "“L-impenji” jirreferu għall-finanzjament li jista' jkun hemm qbil dwaru permezz ta' kuntratti f'sena speċifika; \"il-pagamenti\" jirreferu għall-flus li effettivament jitħallsu.", "Il-baġit tal-UE għall-2020 propost jammonta għal EUR 168.3 biljun f'impenji (+1.3 % meta mqabbel mal-2019) u EUR 153.7 biljun f'pagamenti (+3.5 % meta mqabbel mal-2019).", "Il-baġit tal-UE huwa prinċipalment baġit ta' investiment.", "Dan jammonta għal madwar 1% tad-DNG tal-UE u jirrappreżenta madwar 2% tan-nefqa pubblika kollha tal-UE, u għandu l-għan li jikkomplementa l-baġits nazzjonali u l-prijoritajiet tal-implimentazzjoni li l-membri kollha tal-UE jkunu qablu fuqhom.", "Il-baġit tal-UE għall-2020 huwa l-aħħar baġit fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali tal-UE bejn l-2014 u l-2020.", "Il-proposta hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li r-Renju Unit se jipparteċipa bis-sħiħ fl-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit tal-UE għall-2020 daqslikieku kien Stat Membru.", "Il-Kummissjoni ppubblikat il-proposti tagħha għall-baġit tal-UE fit-tul li jmiss - li jibda bejn l-2021 u l-2027 - fir-rebbiegħa tal-2018.", "Il-baġit tal-2020 u l-baġit fit-tul se jiġu nnegozjati b'mod parallel bejn l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew li għadu kif ġie elett.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2020 – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "- Dokumenti tal-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2020", "- Ħarsa Ġenerali tal-Prestazzjoni tal-Programmi (2018)", "- Skeda informattiva — Abbozz tal-baġit tal-UE għall-2020", "Skeda informattiva — Ħarsa ġenerali lejn il-Prestazzjoni tal-Programmi", "- Proposta tal-Kummissjoni dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE", "Ħarsa ħafifa lejn il-baġit tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2790", "title": "Ir-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, wara 10 snin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HUMRIGHTS", "date": "Tue, 04 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tippubblika r-rapport annwali tagħha dwar kif l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri applikaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.", "Din is-sena nikkommemoraw l-10 anniversarju tal-Karta.", "F'din l-okkażjoni, il-Kummissjoni qed tippubblika wkoll l-istħarriġ tal-Ewrobarometru li jirrigwarda l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-Karta.", "Bis-saħħa tal-Karta, f'dawn l-aħħar għaxar snin, żviluppat kultura tad-drittijiet fundamentali fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE.", "Iżda l-potenzjal kollu tal-Karta għadu mhux qed jintuża fil-katina ta' implimentazzjoni u l-għarfien għadu baxx.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: “Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li ilha fis-seħħ għaxar snin, qed twettaq li wiegħdet.", "Hija l-pilastru tal-Unjoni tal-valuri tagħna u tistabbilixxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji tagħna.", "Biex il-Karta tkun l-aktar effettiva f'ħajjet in-nies, dawn iridu jkunu jafu dwar id-drittijiet tagħhom u fejn għandhom jirrikorru meta drittijiethom jinkisru.", "Din hija r-raġuni l-għaliex huwa importanti li tkompli tinxtered il-kelma dwar il-Karta u li n-nies ikunu jafu dwar id-drittijiet effettivi tagħhom bħala Ewropej.”", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, żiedet tgħid: “Il-Karta qed tiġi kkwotata mill-qrati, u f'inizjattivi reċenti tal-UE qed tiġi applikata biex jitħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini.", "Madankollu, Ewropew biss minn kull għaxra jaf x'inhija l-Karta, u dan jagħmilha diffiċli għan-nies biex jużaw il-potenzjal kollu tagħha.", "Huwa għalhekk li nappella lill-gvernijiet nazzjonali u lis-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet kollha biex iqajmu kuxjenza u biex il-Karta tkun realtà għaċ-ċittadini kollha.”", "Ir-rapport juri li l-Ewropej li jfasslu l-politika huma dejjem aktar konxji mill-importanza li jiżguraw li l-inizjattivi jikkonformaw mal-Karta, u l-UE adottat bosta inizjattivi li jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-persuni, bħar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.", "L-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-qrati, huma obbligati li japplikaw il-Karta meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.", "Ir-referenzi għall-Karta mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea żdiedu b'mod sostanzjali, minn 27 referenza fl-2010 għal 356 referenza fl-2018.", "Il-qrati nazzjonali qed jirreferu wkoll għall-Karta fid-deċiżjonijiet tagħhom u qed jitolbu dejjem aktar gwida mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.", "Il-Karta madankollu għadha mhix qed tintuża bil-potenzjal kollu tagħha u l-għarfien għadu baxx, speċjalment fil-livell nazzjonali.", "L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali turi li hemm nuqqas ta' politiki nazzjonali li jippromwovu l-għarfien u l-implimentazzjoni tal-Karta.", "L-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-lum juri li għalkemm is-sitwazzjoni sa mill-2012 kemxejn tjiebet, erbgħa minn kull għaxar ċittadini biss semgħu bil-Karta u wieħed minn kull għaxra biss jaf x'inhi.", "Sitta minn kull għaxra jixtiequ aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tal-Karta u dwar fejn għandhom jirrikorru jekk drittijiethom jinkisru.", "Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Karta fl-2018, ir-rapport isemmi inizjattivi importanti tal-UE bħalma huma:", "o id-dħul fis-seħħ ta' protezzjoni għall-whistleblowers fil-livell ta' UE (Standards minimi sabiex jiġi ggarantit livell għoli ta' protezzjoni ),", "o il-promozzjoni tad-drittijiet elettorali (Miżuri biex jiġu promossi elezzjonijiet liberi u ġusti, Komunikazzjoni dwar id-diżinformazzjoni u stedina lill-pjattaformi online u lill-industrija tar-riklamar biex jieħdu azzjoni kontra l-aħbarijiet foloz) u", "o il-ġlieda kontra d-diskors illegali ta' mibegħda online (Il-monitoraġġ fuq l-impatt li għandu l-Kodiċi ta' Kondotta biex jiġi miġġieled id-diskors ta' mibegħda online).", "Fl-aħħar nett, ir-rapport juri li għad hemm lok għal titjib, speċjalment fil-livell nazzjonali.", "In-nuqqas ta' rispett tal-istat tad-dritt u tal-leġiżlazzjoni dwar l-ażil kien u għadu problema f'parti mill-UE.", "Fit-12 ta' Novembru ta' din is-sena, f'għeluq l-10 anniversarju, il-Kummissjoni Ewropea, il-Presidenza Finlandiża tal-UE u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali se jorganizzaw konferenza biex jiċċelebraw il-Karta.", "Il-parteċipanti se jirriflettu dwar kif jistgħu fil-prattika jtejbu l-użu tal-Karta fl-Istati Membri.", "Il-kuntest", "Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali saret legalment vinkolanti.", "Minn dakinhar, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta.", "Ir-rapporti annwali jżommu taħt monitoraġġ il-progress li sar fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE, filwaqt li juru kif il-Karta ttieħdet inkonsiderazzjoni f'każijiet reali, b'mod partikolari meta tiġi proposta leġiżlazzjoni ġdida tal-UE.", "Jispjegaw ir-rwol li għandhom l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex id-drittijiet fundamentali jsiru realtà f'ħajjet in-nies.", "Il-Kummissjoni taħdem mal-awtoritajiet rilevanti fil-livell nazzjonali u lokali, kif ukoll fil-livell tal-UE, biex tinforma aħjar lin-nies dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom u dwar fejn jistgħu jsibu għajnuna jekk id-drittijiet tagħhom jinkisru.", "Informazzjoni prattika hija disponibbli fuq il-portal tal-Ġustizzja Elettronika.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Ir-Rapport tal-2018 dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE", "L-Ewrobarometru u l-iskedi informattivi dwar l-Għarfien tad-Drittijiet Fundamentali", "Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE", "Fl-2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE rreferiet għall-Karta fi 356 każ, żieda fuq is-27 tal-2010.", "Meta jtressqu l-mistoqsijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (it-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari), il-qrati nazzjonali qegħdin dejjem aktar jagħmlu referenza għall-Karta (84 darba fl-2018 apparagun ta' 19-il darba fl-2010).", "Ir-riżultati tal-Ewrobarometru: L-għarfien dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali", "L-Ewrobarometru, li jirrigwarda l-għarfien dwar il-Karta, juri li minkejja li s-sitwazzjoni kemxejn tjiebet mill-2012, 42 % biss ta' dawk li wieġbu semgħu bil-Karta, u 12 % biss jafu verament x'inhi.", "Ir-riżultati juru wkoll li sitta minn kull għaxar persuni li wieġbu jixtiequ li jkollhom aktar informazzjoni dwar il-Karta u dwar fejn għandhom jirrikorru meta jinkisru d-drittijiet tagħhom skont il-Karta."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_34", "title": "Il-Kummissjoni Tipproponi Aċċess Imtejjeb għas-Suq lis-Sri Lanka bħala Inċentiva għar-Riforma", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 10 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["It-tneħħija tat-tariffi doganali tkun akkumpanjata minn monitoraġġ bir-reqqa u tkun bil-kundizzjoni li jkompli l-impenn favur l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba.", "Il-Kummissjoni llum ipproponiet li parti sinifikanti mid-dazji tal-importazzjoni li fadal fuq il-prodotti Sri Lankani għandha titneħħa mill-Unjoni Ewropea biex min-naħa tiegħu il-pajjiż jimpenja ruħu li jirratifika u jimplimenta b'mod effettiv 27 konvenzjoni internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-governanza tajba.", "Dawn il-preferenzi kummerċjali unidirezzjonali jkunu jikkonsistu fit-tneħħija tad-dazji kollha fuq 66 % tal-linji tariffarji, li tkopri firxa wiesgħa ta' prodotti, fosthom it-tessuti u s-sajd.", "Dawn il-preferenzi jiġu jaqgħu taħt arranġament speċjali tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-UE, magħrufa bħala SĠP+.", "Dan l-arranġament huwa mfassal biex jappoġġa pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp billi jrawwem l-iżvilupp ekonomiku tagħhom permezz ta' kummerċ ikbar mal-Ewropa u jipprovdi inċentivi biex isiru miżuri tanġibbli favur l-iżvilupp sostenibbli.", "Issa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom sa erba' xhur biex jagħmlu l-oġġezzjonijiet li jista' jkun hemm qabel ma l-miżuri jidħlu fis-seħħ.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ, Cecilia Malmström qalet: “Il-preferenzi SĠP+ jistgħu jagħmlu kontribuzzjoni sinifikanti għall-iżvilupp ekonomiku tas-Sri Lanka permezz ta' esportazzjonijiet miżjuda lejn is-suq tal-UE.", "Iżda dan jirrifletti wkoll il-mod li bih irridu nappoġġaw lis-Sri Lanka fl-implimentazzjoni tar-riformi fir-rigward id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.", "Jiena kunfidenti li se naraw progress mingħajr dewmien u sostanzjali f'dawn l-oqsma, u l-aspetti tad-djalogu u l-monitoraġġ tas-SĠP+ se jappoġġaw dan il-proċess ta' riforma.", "Dan għandu jinkludi li s-Sri Lanka tiżgura li l-leġiżlazzjoni tagħha kontra t-terroriżmu tkun kompletament konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem.”", "L-għoti tal-aċċess għall-iskema SĠP+ ma jfissirx li s-sitwazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju fir-rigward tas-27 konvenzjoni internazzjonali hija għalkollox sodisfaċenti.", "Minflok, hija toffri l-inċentiva ta' aċċess miżjud għan-negozju bi skambju għal progress lejn l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawk il-konvenzjonijiet, u tipprovdi pjattaforma għall-involviment ma' benefiċċjarji fuq l-oqsma problematiċi kollha.", "Kif inhu l-każ għall-pajjiżi SĠP+ kollha, it-tneħħija tad-dazji doganali għas-Sri Lanka jkunu akkumpanjati minn monitoraġġ bir-reqqa tal-progress tal-pajjiż fl-oqsma tal-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba.", "Fl-imgħoddi, is-Sri Lanka diġà kienet gawdiet mis-SĠP+.", "Madankollu, fl-2010 l-UE ddeċidiet li twaqqaf it-trattament preferenzjali għall-importazzjonijiet mis-Sri Lanka minħabba n-nuqqas li jkun indirizzat l-ksur irrapurtat tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż.", "Fl-2015, il-gvern il-ġdid tas-Sri Lanka ħabbar pjan ta' riformi ewlenin bl-għan li jiksbu r-rikonċiljazzjoni nazzjonali, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji tal-istat tad-dritt u tal-governanza tajba, kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli.", "Il-gvern Sri Lankan applika għas-SĠP+ f'Lulju 2016 u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li din issodisfat il-kriterji tad-dħul fis-SĠP+ stipulati fir-Regolament tal-UE.", "Sfond", "Is-Sri Lanka għamlet passi sinifikanti biex ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u biex testendi l-governanza tajba.", "Żvilupp sinifikanti huwa d-19-il emenda kostituzzjonali, li tistabbilixxi mill-ġdid l-indipendenza ta' istituzzjonijiet ewlenin, bħall-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Is-Sri Lanka wettqet azzjonijiet konkreti biex, fost l-oħrajn: tiżgura li każijiet ta' persuni li għebu jiġu eżaminati; tiġi offerta protezzjoni aħjar tax-xhieda u tal-vittmi; teħles persuni miżmuma skont regolamenti kontroversjali kontra t-terroriżmu; tiġġieled it-tħaddim tat-tfal.", "Is-Sri Lanka qiegħda tinteraġġixxi mill-ġdid mas-sistema tan-NU, b'mod partikolari mal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li fih impenjat ruħha li tippromwovi ir-rikonċiljazzjoni, l-obbligu ta' rendikont u d-drittijiet tal-bniedem.", "Barra minn hekk, is-Sri Lanka kisbet il-biċċa l-kbira mill-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tagħha, speċjalment fis-saħħa, fl-edukazzjoni, u fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.", "Fl-istess waqt, fadal xi jsir biex ikun hemm titjib fi kwistjonijiet ta' tħassib.", "Is-Sri Lanka trid tiżgura li l-leġiżlazzjoni tagħha kontra t-terroriżmu tkun kompletament konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem.", "Bħala kwistjoni ta' prijorità, trid twaqqaf darba għal dejjem l-użu tat-tortura min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tagħha u l-impunità relatata.", "Il-gvern irid jara li jgħaddu l-proċessi ta' politika u leġiżlazzjoni biex jittejbu d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, pereżempju f'dak li għandu x'jaqsam mad-diskriminazzjoni, il-vjolenza domestika, l-età minima għaż-żwieġ, l-isfruttament sesswali, kif ukoll l-intimidazzjoni fil-konfront tat-trade unions.", "Dawn il-kwistjonijiet kollha se jkunu soġġetti għall-monitoraġġ SĠP+ biex jiġi żgurat li jkompli jkun hemm progress pożittiv.", "L-UE hija l-ikbar suq ta' esportazzjoni għas-Sri Lanka, li jammonta għal madwar terz tal-esportazzjonijiet globali tas-Sri Lanka.", "Fl-2015, il-kummerċ bilaterali totali ammonta għal €4.7 biljun.", "L-importazzjonijiet tal-UE mis-Sri Lanka ammontaw għal €2.6 biljun u fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu tessuti kif ukoll prodotti tal-lastiku u makkinarju.", "Bħalissa hemm tmien benefiċjarji tas-SĠP+: L-Armenja, il-Bolivja, Cape Verde, il-Kirgiżistan, il-Mongolja, il-Pakistan, il-Paragwaj u l-Filippini.", "Aktar informazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_43", "title": "Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tapprova s-sostenn għall-Proġett tal-Enerġija tal-Elettriku u tal-Gass ta' Delimara f'Malta", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,STATAID", "date": "Tue, 10 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea ikkonkludiet li l-pjani ta' Malta biex tħallas lil Electrogas Malta, l-operatur tal-impjant ta' Delimara, għall-provvista tal-elettriku lill-kumpanija Maltija tal-elettriku l-Enemalta, huma konformi mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat.", "Il-miżura tikkumpensa lill-Electrogas għall-kost addizzjonali tat-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku.", "F'Ġunju 2016, Malta ppreżentat notifika lill-Kummissjoni ta' pjani biex issostni l-Proġett tal-Enerġija tal-Elettriku u tal-Gass ta' Delimara biex dawn jiġu eżaminati skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.", "Il-proġett jinkludi l-iżvilupp ta' unità tal-ħażna tal-gass naturali likwidu f'wiċċ l-ilma kif ukoll impjant tal-enerġija elettrika mill-gass b'ċiklu kombinat.", "L-unit tal-ħażna se tissupplixxi l-gass lejn l-impjant il-ġdid kif ukoll lejn impjant eżistenti.", "Il-proġett għandu l-għan li jnaqqas il-prezzijiet tal-elettriku, inaqqas il-ħsara ambjentali mill-produzzjoni tal-enerġija, u li jżid is-sigurtà tal-provvista billi jiddiversifika t-taħlita tal-enerġija.", "Il-proġett ser jieħu post, flimkien tal-interkonnettur tal-elettriku mal-Italja (Sqallija), l-infrastruttura eżistenti tal-produzzjoni tal-elettriku f'Malta.", "Il-miżura se tkun ta' benefiċċju għall-iżvilippatur u l-operatur tal-proġett, Electrogas Malta Limited.", "Huwa intgħażel abbażi ta' proċedura ta' offerti kompetittiva mill-Enemalta, kumpanija pubblika b'liċenzja li tiġġenera, tqassam u tissupplixxi l-elettriku f'Malta.", "Electrogas Malta għandha obbligu ta' servizz pubbliku li tagħmel disponibbli l-elettriku u l-gass lill-Enemalta, u li tissupplixxi l-enerġija elettrika u l-gass meta mibgħuta mill-Enemalta.", "Dan il-kuntratt se jkun validu għal tmintax-il sena.", "Is-sostenn jieħu l-forma ta' pagamenti mill-Enemalta, li jipprovdi vantaġġ ekonomiku favur il-kumpanija Electrogas peress li tiġi żgurata ċerta rata ta' redditu u ta' dħul fiss dieħel.", "Ir-rata ta' redditu għal Electrogas Malta hija konformi ma' dik ta' proġetti simili.", "Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija mhix se tkun ikkumpensata b'mod eċċessiv għas-servizzi li se tipprovdi.", "Ir-regoli tal-Kummissjoni tal-2011 dwar is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, jippermettu lill-Istati Membri, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jagħtu kumpens lill-kumpaniji li jkunu ġew afdati b'obbligi ta' servizz pubbliku għall-ispejjeż żejda tal-forniment ta' dawn is-servizzi.", "Il-Kummissjoni vverifikat b'mod partikolari li s-suq tal-enerġija Malti ma jistax jasal għal-livell neċessarju ta' servizz minħabba l-għamla partikolarment żgħira u iżolata tiegħu.", "L-isfond", "L-ispeċifiċitajiet tal-gżira ta' Malta huma rikonoxxuti fil-liġi tal-UE.", "B'mod partikolari, Malta għandha derogi awtomatiċi uniċi mill-Artikoli 9 (is-separazzjoni bejn is-sistemi ta' trażmissjoni u l-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni), 26 (is-separazzjoni tal-operaturi tas-sistema ta' distrubuzzjoni), 32 (aċċess għal partijiet terzi) u 33 (il-ftuħ tas-suq u r-reċiproċità) tad-Direttiva dwar l-Elettriku (id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE).", "Aktar informazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-lum se ssir disponibbli bin-numru tal-każ SA.45779 fir-Reġistru tal-Għajnuna mill-Istat u fuq is-sit web tal-kompetizzjoni ladarba jkunu riżolti xi kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità li jista' jkun hemm.", "Pubblikazzjonijiet ġodda dwar id-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fuq l-internet u fil-Ġurnal Uffiċjali huma elenkati fuq State Aid Weekly e-News."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_16", "title": "Il-Kummissjoni tipproponi livell għoli ta' regoli dwar il-privatezza għall-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha u taġġorna r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-istituzzjonijiet tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,JFRC", "date": "Mon, 09 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qed tipproponi leġiżlazzjoni ġdida sabiex tiżgura iktar privatezza fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, filwaqt li toħloq opportunitajiet kummerċjali ġodda.", "Il-miżuri ppreżentati llum għandhom l-għan li jaġġornaw ir-regoli attwali, u jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom għall-fornituri kollha tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.", "Jimmiraw ukoll li joħolqu possibbiltajiet ġodda għall-ipproċessar tad-dejta dwar il-komunikazzjoni u jirrinforzaw il-fiduċja u s-sigurtà fis-Suq Uniku Diġitali bħala għan ewlieni tal-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali.", "Fl-istess ħin, il-proposta tallinja r-regoli għall-komunikazzjonijiet elettroniċi mal-istandards globali ġodda tal-UE tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.", "Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll regoli ġodda biex tiżgura li meta d-dejta personali tiġi ġestita minn istituzzjonijiet u korpi tal-UE, il-privatezza tiġi protetta bl-istess mod li hija protetta fl-Istati Membri skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, kif ukoll tistabbilixxi approċċ strateġiku għall-kwistjonijiet dwar it-trasferimenti internazzjonali tad-dejta personali.", "L-Ewwel Viċi President Timmermans qal: “Il-proposti tagħna se jikkompletaw il-qafas tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE.", "Se jiżguraw li l-privatezza tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tkun protetta permezz ta' regoli aġġornati u effettivi, u li l-istituzzjonijiet Ewropej se japplikaw l-istess standards għoljin li aħna nippretendu mill-Istati Membri tagħna.”", "Andrus Ansip, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali qal: “Il-proposti tagħna se jagħtuna l-fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali li n-nies jippretendu.", "Irrid niżgura l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-privatezza.", "L-abbozz tagħna tar-Regolament dwar il-privatezza elettronika jsib il-bilanċ mistħoqq: Jipprovdi livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi, filwaqt li jippermetti lin-negozji jkunu innovattivi.\"", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi qalet: \"Il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-dejta adottata s-sena l-oħra tistabbilixxi standards għoljin għall-benefiċċju kemm taċ-ċittadini kif ukoll tal-kumpaniji tal-UE.", "Illum qed nistabbilixxu l-istrateġija tagħna biex niffaċilitaw l-iskambji tad-dejta internazzjonali fl-ekonomija diġitali globali u nippromwovu standards għoljin tal-protezzjoni tad-dinja madwar id-dinja.”", "Protezzjoni onlajn aħjar u opportunitajiet kummerċjali ġodda", "Il-proposta għal Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi se żżid il-protezzjoni tal-ħajja privata tal-persuni u se toħloq opportunitajiet kummerċjali ġodda:", "Regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE", "Ir-Regolament propost dwar il-protezzjoni tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej jimmira li jallinja r-regoli eżistenti, li jmorru lura għall-2001, b'regoli ġodda u iktar stretti stabbiliti fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-2016.", "Kwalunkwe persuna li d-dejta personali tagħha tiġi ġestita mill-istituzzjonijiet jew l-aġenziji Ewropej se tibbenefika minn standards ogħla ta' protezzjoni.", "Protezzjoni internazzjonali tad-dejta", "Il-Komunikazzjoni proposta tistabbilixxi approċċ strateġiku dwar il-kwistjoni tat-trasferimenti internazzjonali tad-dejta personali, u se tiffaċilita l-iskambji kummerċjali u tippromwovi kooperazzjoni aħjar tal-infurzar tal-liġi, filwaqt li tiżgura livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta.", "Il-Kummissjoni se taħdem b'mod proattiv fid-diskussjonijiet biex jittieħdu “deċiżjonijiet dwar l-adegwatezza” (li jippermettu l-fluss ħieles tad-dejta personali lejn pajjiżi b'regoli ta' protezzjoni tad-dejta “essenzjalment ekwivalenti” ma' dawn tal-UE) ma' sħab kummerċjali ewlenin fl-Asja tal-Lvant u fl-Asja tax-Xlokk, l-ewwel mal-Ġappun u mal-Korea fl-2017, iżda wkoll ma' pajjiżi interessati fl-Amerka Latina u mal-Viċinat Ewropew.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tħaddem bis-sħiħ ukoll mekkaniżmi alternattivi oħrajn previsti mir-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE – ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u d-Direttiva tal-Pulizija – biex tiffaċilita l-iskambju tad-dejta personali ma' pajjiżi terzi li magħhom ma jistgħux jintlaħqu deċiżjonijiet dwar l-adegwatezza.", "Il-Komunikazzjoni tfakkar ukoll li l-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-iżvilupp ta' standards internazzjonali għoljin tal-protezzjoni tad-dejta, kemm fil-livelli bilaterali kif ukoll multilaterali.", "Il-passi li jmiss", "Permezz tal-proposti ppreżentati llum, il-Kummissjoni qed tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jaħdmu fuqhom malajr u biex jiżguraw l-adozzjoni tagħhom mingħajr xkiel sal-25 ta' Mejju 2018, meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.", "L-intenzjoni hija li sa din id-data, iċ-ċittadini u n-negozji jingħataw qafas legali żviluppat sew u komplut għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-dejta fl-Ewropa.", "Flimkien mal-proposti tal-lum il-Kummissjoni ppreżentat wkoll Komunikazzjoni biex tagħti spinta lill-ekonomija tad-dejta.", "Aktar informazzjoni tista' tinkiseb hawn.", "Għal aktar informazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2", "title": "Il-Kummissjoni tniedi inizjattiva ġdida biex ittejjeb is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Mon, 09 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu azzjoni biex tippromwovi s-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (OSH) tal-UE.", "L-investiment fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jtejjeb il-ħajjiet tan-nies billi jiġu evitati l-inċidenti u l-mard relatat max-xogħol.", "Filwaqt li tibni fuq l-isforzi tal-passat, l-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni għandha l-għan li tipproteġi aktar lill-ħaddiema kontra l-kanċer relatat max-xogħol, biex tgħin lin-negozji, b'mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapriżi, fl-isforzi tagħhom biex jikkonformaw mal-qafas leġiżlattiv eżistenti, u biex ikun hemm enfasi akbar fuq ir-riżultati u inqas fuq il-burokrazija.", "Marianne Thyssen, il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, qalet: \"Illum qed nippreżentaw pjan ta' azzjoni ċar għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fis-sod fuq il-post tax-xogħol tas-seklu 21, b'regoli li huma ċari, aġġornati u applikati b'mod effettiv fuq il-post.", "Inwasslu wkoll riżultati dwar l-impenn tagħna fil-ġlieda kontra l-kanċer relatat max-xogħol, billi nindirizzaw l-esponiment għal seba' sustanzi kimiċi oħra li jikkawżaw il-kanċer u b'hekk se titjieb il-protezzjoni ta' madwar 4 miljun ħaddiem fl-Ewropa.", "Se ngħaqqdu l-isforzi tagħna ma' dawk tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati biex noħolqu post tax-xogħol san u sikur għal kulħadd.\"", "Matul dawn l-aħħar 25 sena, meta ntlaħaq qbil fuq l-ewwel Direttiva f'dan il-qasam fil-livell tal-UE, l-UE kienet minn ta' quddiem fl-istandards għoljin tal-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza fuq ix-xogħol.", "Mill-2008 'l hawn, l-għadd ta' ħaddiema li mietu b'inċident fuq ix-xogħol naqas bi kważi 25 %, u l-perċentwali ta' ħaddiema tal-UE li rrappurtaw tal-inqas problema waħda tas-saħħa kkawżata mix-xogħol jew li marret għall-agħar minħabba x-xogħol naqas bi kwazi 10 %.", "Madankollu, l-isfidi għadhom kbar: huwa stmat li kull sena madwar 160 000 Ewropew imutu b'mard relatat ma' xogħolhom.", "Waħda mill-ogħla prijoritajiet hi li l-ħaddiema jinżammu sikuri u sani fuq il-post tax-xogħol bil-ħarsien u bl-aġġornament tal-istandards Ewropej għoljin.", "B'segwitu għall-impenn tagħha biex tkompli ttejjeb is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-Kummissjoni se twettaq l-azzjonijiet ewlenin li ġejjin:", "Ir-rieżami tal-leġiżlazzjoni OSH tal-UE u t-tibdil fid-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni jidħlu sew fil-ħidma tal-Kummissjoni li għaddejja bħalissa għall-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li għandu l-għan li jadatta l-leġiżlazzjoni tal-UE għat-tendenzi tax-xogħol u tas-soċjetà li qed jinbidlu.", "Il-konsultazzjonijiet u d-dibattiti dwar il-Pilastru kkonfermaw l-importanza tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fuq il-post tax-xogħol bħala s-sies tal-acquis tal-UE u poġġew enfasi fuq il-prevenzjoni u l-infurzar.", "Il-Komunikazzjoni adottata llum issegwi wkoll fuq l-evalwazzjoni wiesgħa tal-acquis eżistenti bħala parti mill-eżerċizzju tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), bl-għan li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun issemplifikata u ssir aktar rilevanti u effettiva.", "Il-proposta u t-tibdil ġew żviluppati b'konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha, l-aktar is-sħab soċjali.", "Kuntest", "Fl-2012 il-Kummissjoni bdiet evalwazzjoni komprensiva tal-leġiżlazzjoni OSH tal-UE (id-Direttiva Qafas u 23 Direttiva relatati).", "Din l-evalwazzjoni kienet parti mill-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), u kellha l-għan li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun issemplifikata, aktar rilevanti u effettiva.", "Prijorità speċifika tal-Kummissjoni fil-qasam tal-OSH hija l-ġlieda kontra l-kanċer, bħala l-ewwel kawża ta' mwiet relatati max-xogħol fl-UE.", "Il-Kummissjoni dan qed tindirizzah bħala sfida prijoritarja: fit-13 ta' Mejju 2016 ipproponiet miżuri biex jitnaqqas l-esponiment tal-ħaddiema Ewropej għal 13-il sustanza kimika li jikkawżaw il-kanċer, billi pproponiet tibdil fid-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (2004/37/KE).", "Illum il-Kummissjoni qed issegwi fuq l-impenn politiku tagħha bi proposta oħra biex tindirizza l-esponiment għal seba' sustanzi kimiċi oħra ta' prijorità.", "Il-Kummissjoni se tibqa' teżamina karċinoġeni oħrajn biex tkompli tipproteġi l-ħaddiema u ttejjeb il-kundizzjonijiet tan-negożju fl-UE.", "Għal aktar tagħrif", "Mistoqsijiet frekwenti dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mis-sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer", "Mistoqsijiet frekwenti dwar il-politika l-ġdida dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Evalwazzjoni ex post tad-Direttiva dwar l-OSH", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Gwida prattika għall-impjegaturi", "L-aħbar fuq is-sit tad-DĠ Impjiegi", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u twitter", "Abbona għall-bulettin dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea mibgħut b'xejn bil-posta elettronika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5", "title": "Il-Kummissjoni tiddeskrivi l-passi li jmiss lejn ekonomija Ewropea tad-dejta", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Mon, 09 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ipproponiet soluzzjonijiet politiċi u legali biex titwettaq ekonomija tad-dejta fil-livell tal-UE, bħala parti mill-istrateġija għal Suq Uniku Diġitali ppreżentata f'Mejju 2015.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ipproponiet soluzzjonijiet politiċi u legali biex titwettaq ekonomija tad-dejta fil-livell tal-UE, bħala parti mill-istrateġija għal Suq Uniku Diġitali ppreżentata f'Mejju 2015.", "Il-Kummissjoni qed tindirizza din il-kwistjoni, peress li l-UE bħalissa mhix qed tagħmel l-aħjar użu mill-potenzjal tad-dejta tagħha.", "Biex dan jinbidel, huwa meħtieġ li jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-moviment liberu tad-dejta bejn il-fruntieri kif ukoll bosta inċertezzi legali.", "Il-Komunikazzjoni ppreżentata llum tiddeskrivi is-soluzzjonijiet politiċi u legali biex titwettaq l-ekonomija Ewropea tad-dejta.", "Il-Kummissjoni nediet ukoll żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi u dibattitu mal-Istati Membri u l-partijiet interessati biex jiġu definiti l-passi li jmiss.", "Andrus Ansip, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali qal: \"Id-dejta għandha tkun tista' tiċċirkola liberament kemm minn post għall-ieħor kif ukoll bejn il-fruntieri u fi ħdan spazju uniku tad-dejta.", "Fl-Ewropa, il-fluss tad-dejta u l-aċċess għad-dejta huma ta' spiss ristretti minħabba r-regoli ta' lokalizzazzjoni jew ostakoli tekniċi u regolatorji oħra.", "Jekk irridu li l-ekonomija bbażata fuq id-dejta tipproduċi tkabbir u impjiegi, jeħtieġ li d-dejta tintuża.", "Iżda biex tintuża, jeħtieġ ukoll li tkun disponibbli u analizzata.", "Neħtieġu approċċ koordinat u pan-Ewropew sabiex nagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet tad-dejta, filwaqt li nibnu fuq regoli tal-UE li jkunu b'saħħithom sabiex jitħarsu d-dejta personali u l-privatezza”.", "Elżbieta Bieńkowska, il-Kummissarju responsabbli għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, qalet: \"Id-dejta hija l-fjuwil tal-ekonomija l-ġdida.", "Biex niżguraw li l-Ewropa tkun ta' suċċess fl-era l-ġdida tal-ekonomija industrijali, għandha bżonn qafas solidu u prevedibbli għall-fluss tad-dejta fi ħdan is-Suq Uniku.", "Regoli ċari dwar ir-responsabbiltà, is-sigurtà u l-aċċess għad-dejta huma essenzjali għall-kumpaniji Ewropej, l-SMEs u l-impriżi ġodda biex iwettqu b'mod sħiħ il-potenzjal tat-tkabbir tal-Internet tal-Oġġetti.", "Minflok ma nibnu l-fruntieri diġitali għandna niffukaw fuq il-bini ta' ekonomija Ewropea tad-dejta li tkun kompletament integrata u kompetittiva fl-ekonomija globali tad-dejta.”", "Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-Istati Membri interessati jinvolvu ruħhom fi proġetti transfruntieri li jesploraw il-kwistjonijiet emerġenti tad-dejta f'sitwazzjoni reali.", "F'xi Stati Membri diġà qed jitwettqu xi proġetti dwar il-mobilità konnessa u awtomatizzata (CAD) li jippermettu lill-vetturi jkunu konnessi ma' xulxin u mal-infrastruttura stradali.", "Il-Kummissjoni trid tibni fuq dawn il-proġetti u tittestja l-implikazzjonijiet regolatorji tal-aċċess u r-responsabbiltà għad-dejta.", "L-ekonomija tad-dejta fil-livell tal-UE kienet stmata għal EUR 272 biljun fl-2015 (tkabbir annwali ta' 5.6 %) u tista' jimpjega 7.4 miljun persuna sal-2020.", "Id-dejta tista' tintuża biex jittejjeb kważi kull aspett tal-ħajja ta' kuljum, mill-analiżi tan-negozju sat-tbassir tat-temp, minn era ġdida fil-mediċina li tippermetti il-kura personalizzata, sa toroq aktar sikuri u inqas konġestjonijiet tat-traffiku.", "Din hija r-raġuni għalfejn il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tenfasizza r-rwol tal-fluss ħieles tad-dejta fl-UE.", "Barra minn hekk, l-istudji juru li hemm ħafna restrizzjonijiet legali jew amministrattivi, prinċipalment fil-forma ta' rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-dejta nazzjonali li jirrestrinġu s-suq kollu tal-UE fil-qasam tad-dejta.", "It-tneħħija ta' dawn ir-restrizzjonijiet tista' tiġġenera sa EUR 8 biljun f'PDG fis-sena (studju).", "Dawn l-inizjattivi jissejsu fuq regoli b'saħħithom sabiex titħares id-dejta personali (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta adottat is-sena l-oħra) u biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika (ara l-proposta tal-lum dwar il-privatezza elettronika), peress li l-fiduċja hija l-pedament li fuqu tista' tinbena l-ekonomija tad-dejta.", "Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (GDPR) jirregola kompletament l-ipproċessar tad-dejta personali fl-UE, inkluża dejta industrijali jew dik iġġenerata awtomatikament li tidentifika persuna fiżika jew li tagħmilha identifikabbli.", "L-istabbiliment ta' standards għoljin uniformi ta' protezzjoni tad-dejta jiżgura l-fluss liberu tad-dejta personali fl-UE.", "Madankollu, il-GDPR ma jkoprix dejta mhux personali meta din tkun industrijali jew iġġenerata awtomatikament, jew ostakli għall-moviment tad-dejta personali abbażi ta' raġunijiet oħra għajr il-protezzjoni tad-dejta personali, eż. skont il-liġijiet tat-tassazzjoni jew tal-kontabilità.", "Sabiex isir l-aħjar użu tad-dejta għall-ekonomija Ewropea, il-Kummissjoni se:", "Il-Kummissjoni ħarset ukoll lejn l-inċertezzi legali maħluqin minn kwistjonijiet emerġenti fl-ekonomija tad-dejta u qed tfittex fehmiet dwar il-possibbiltà ta' reazzjonijiet politiċi u legali dwar:", "Sfond", "Il-pjan ta' azzjoni tal-lum se jikkontribwixxi biex jitneħħew l-ostakoli li fadal fis-Suq Uniku, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2016 (konklużjonijiet).", "Bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew u tal-Istati Membri, is-Suq Uniku Diġitali għandu jitlesta malajr kemm jista' jkun.", "L-inizjattiva tal-lum se tgħin biex tissawwar l-aġenda ta' politika futura dwar l-ekonomija Ewropea tad-dejta.", "Il-konsultazzjoni dwar il-bini ta' Ekonomija Ewropea tad-Dejta se tibqa' għaddejja sas-26 ta' April 2017 u se tikkontribwixxi għal inizjattiva futura possibbli tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ekonomija Ewropea tad-Dejta aktar tard fl-2017.", "Il-konsultazzjoni dwar l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi se tibqa' għaddejja sal-26 ta' April 2017.", "Dawk interessati huma l-produtturi, il-kolletturi, u l-utenti attwali u potenzjali ta' dejta mhux personali, speċjalment dejta mhux ipproċessata ġġenerata awtomatikament jew mis-sensuri.", "Huma inklużi n-negozji ta' kull daqs, il-manifatturi u l-utenti ta' apparati konnessi, l-operaturi u l-utenti ta' pjattaformi onlajn, is-sensara tad-dejta, kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, ir-riċerkaturi u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-konsumaturi.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Skeda informattiva: Il-bini ta' Ekonomija Ewropea tad-Dejta - Mistoqsijiet Frekwenti", "Komunikazzjoni \"Il-bini ta' Ekonomija Ewropea tad-Dejta”", "Paġna tal-konsultazzjoni pubblika", "#dataeconomy"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_23", "title": "Ekonomija tas-servizzi effikaċi għall-Ewropej", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Mon, 09 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed tressaq pakkett ambizzjuż u bilanċjat ta' miżuri li se jagħmluha aktar faċli għall-kumpaniji u għall-professjonisti biex jipprovdu servizzi lil bażi ta' konsumaturi potenzjali ta' 500 miljun ruħ fl-UE.", "Din hu impetu ġdid għas-settur tas-servizzi li għandu jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għan-nies li qed ifittxu x-xogħol kif ukoll għan-negozji, u li jiġġenera tkabbir ekonomiku fl-Ewropa.", "Bħala parti mill-pjan direzzjonali stabbilit fl-Istrateġija tas-Suq Uniku, il-proposti tal-lum iwasslu r-riżultati mistennija mill-impenn politiku tal-President Juncker biex jiġi mmassimizzat il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku u jagħmlu l-punt tat-tluq biex l-Ewropa tistagħna fl-ekonomija globali.", "Din il-mira ġiet ikkonfermata mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2015, Ġunju 2016 u Diċembru 2016.", "Il-miżuri proposti għandhom l-għan li jagħmluha eħfef għall-fornituri tas-servizzi biex iwettqu l-formalitajiet amministrattivi, u li jgħinu lill-Istati Membri jidentifikaw ir-rekwiżiti antikwati u onerużi wisq fuq il-professjonisti li joperaw domestikament jew b'mod transkonfinali.", "Minflok ma temenda r-regoli eżistenti tal-UE fil-qasam tas-servizzi, il-Kummissjoni qed tiffoka fuq l-iżgurar li dawn jiġu applikati aħjar, peress li ntwera li l-implimentazzjoni sħiħa tal-potenzjal ta' dawn ir-regoli għandha tagħti spinta sinifikanti lill-ekonomija tal-UE.", "Il-Viċi-President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal li: “L-ostakli għall-kummerċ fis-servizzi huma ostakli wkoll għall-kompetittività.", "Jekk isir użu aħjar tas-Suq Uniku għas-Servizzi, dan għandu jgħin lin-negozji Ewropej fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir transkonfinali tagħhom, fejn joffru għażla usa' ta' servizzi bi prezzijiet aħjar, filwaqt li jżommu standards għolja għall-konsumaturi u l-ħaddiema.", "Illum qed nipproponu li l-proċeduri għall-fornituri transkonfinali jiġu ssimplifikati, kif ukoll mod ġdid u modern kif l-Istati Membri jistgħu jaħdmu flimkien biex jirregolaw is-setturi tas-servizzi tagħhom.”", "Il-Kummissarju Elżbieta Bieńkowska, responsabbli mis-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, qalet li: \"Is-servizzi jirrappreżentaw żewġ terzi tal-ekonomija tal-UE u jiġġeneraw 90% tal-impjiegi ġodda.", "Iżda s-Suq Uniku - dan il-ġojjell li ta' spiss jiġi injorat - mhux jaħdem tajjeb għas-servizzi.", "B'riżultat ta' dan, mhux qed nisfruttaw potenzjal qawwi għat-tkabbir u l-impjiegi.", "Illum qed nagħtu impetu ġdid lis-settur tas-servizzi biex l-Ewropa ssir ċentru globali għall-forniment, ix-xiri u l-iżvilupp ta' servizzi ġodda.”", "L-erba' inizjattivi konkreti li ġew adottati mill-Kummissjoni llum huma:", "Informazzjoni ta' sfond", "Filwaqt li s-servizzi jirrappreżentaw żewġ terzi tal-ekonomija tal-UE u jammontaw għal 90 % tal-ħolqien ta' impjiegi, is-settur tas-servizzi għandu prestazzjoni baxxa.", "It-tkabbir tal-produttività f'dan is-settur huwa baxx u l-bqija tad-dinja qed tirkupra.", "L-ostakoli jwaqqfu lill-kumpaniji milli jistabbilixxu u jespandu, u jwasslu għal prezzijiet ogħla u għal inqas għażla għall-konsumaturi.", "Barra minn hekk, il-prestazzjoni tal-manifattura hija dejjem aktar marbuta mal-kompetittività tas-servizzi.", "Għalhekk, l-ostakli għall-kummerċ fis-servizzi fis-Suq Uniku huma ostakli wkoll għall-kompetittività tas-settur tal-manifattura tal-UE.", "Biex tingħeleb din ix-xejra u jinħolqu aktar impjiegi u tkabbir, l-Istati Membri jeħtiġilhom jistimulaw l-iżvilupp tal-ekonomija tas-servizzi u jagħmlu użu aħjar tal-potenzjal tas-Suq Uniku għas-Servizzi.", "Għal aktar tagħrif", "Mistoqsijiet Frekwenti – MEMO/17/11", "Proposta għal e-Card tas-Servizzi", "Proposta għal Proċedura ta' Notifika tas-Servizzi", "Proposta għal Test tal-Proporzjonalità", "Gwida dwar rakkomandazzjonijiet ta' riforma għar-regolamentazzjoni tas-servizzi professjonali", "Factsheet"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2085", "title": "Il-Kummissjoni tvara konsultazzjoni pubblika dwar Is-Saħħa u l-Kura fis-Suq Uniku Diġitali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,HEALTHPOL,RESINSC", "date": "Wed, 19 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea varat konsultazzjoni pubblika dwar kif l-Ewropa għandha tippromwovi l-innovazzjoni diġitali fis-saħħa u l-kura, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u s-sistemi tas-saħħa fl-Ewropa.", "L-input se jiġi inkluż fil-Komunikazzjoni ġdida tal-politika li għandha tiġi adottata sal-aħħar tal-2017, kif tħabbar fir-reviżjoni riċenti tal-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni.", "Filwaqt li jilqgħu l-inizjattiva l-Viċi President Andrus Ansip u l-Kummissarji Vytenis Andriukaitis, Mariya Gabriel u Carlos Moedas stqarrew:", "“Aħna dedikati li ntejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej billi ntejbu s-sistemi tas-saħħa, tal-kura u tar-riċerka Ewropej billi nagħmlu użu sħiħ tal-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali.", "Din il-konsultazzjoni se tgħinna nidentifikaw il-mezzi biex noffru liċ-ċittadini, il-professjonisti mediċi u r-riċerkaturi aċċess aħjar għad-dejta tas-saħħa, il-prevenzjoni, ir-reazzjoni rapida għat-theddid pandemiku, it-trattamenti u l-kura personalizzati.", "Qed nikkunsidraw inizjattivi diġitali ġodda biex niksbu r-riżultati fil-qasam tal-moviment ħieles tal-pazjenti u d-dejta, biex nappoġġaw il-modernizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali, u biex niġbru flimkien l-evidenza u l-għarfien innovattiv mifruxa madwar l-Ewropa kollha.", "Fil-qalba tal-politiki tagħna, iċ-ċittadini u l-benesseri tagħhom huma l-ewwel prijorità tagħna.”", "Il-konsultazzjoni se tiġbor l-informazzjoni minn tliet oqsma ewlenin:", "Iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa u l-kura, l-awtoritajiet pubbliċi, ir-riċerkaturi, l-industriji, l-investituri, l-assiguraturi u l-utenti tal-għodod diġitali tas-saħħa huma mistiedna jikkondividu l-opinjonijiet tagħhom permess tal-Istħarriġ tal-UE sat-12 ta' Ottubru, 2017.", "Sfond", "It-tibdil demografiku, il-prevalenza dejjem tikber tal-mard kroniku, l-okkorrenza mill-ġdid ta' mard infettiv u l-ispejjeż dejjem jikbru tal-kura tas-saħħa, qed joħolqu sfidi kbar għall-forniment tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa.", "Il-Komunikazzjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti kkonkludiet li l-kapaċità fil-futur tal-Istati Membri li jipprovdu kura tas-saħħa ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini kollha se tiddependi mill-fatt li s-sistemi tas-saħħa jsiru iktar reżiljenti, filwaqt li jibqgħu kosteffettivi u sostenibbli finanzjarjament.", "L-innovazzjoni diġitali tista' toffri għodod kosteffettivi biex tappoġġa t-tranżizzjoni minn mudell tal-kura tas-saħħa bbażat fuq l-isptar għal mudell li jiffoka fuq il-persuna u li huwa integrat, it-titjib tal-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni u l-aċċess għall-kura, u li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa.", "Tista' tattwalizza d-dritt ta' aċċess taċ-ċittadini għad-dejta dwar is-saħħa tagħhom kullimkien fl-Ewropa.", "Tista' ttejjeb is-sorveljanza u d-detezzjoni bikrija tat-tifqigħat infettivi.", "Tista' wkoll tavvanza drastikament id-dijanjożi u t-trattament tal-pazjenti.", "Pereżempju, fil-qasam tal-mard rari, il-medja ta' żmien attwali ta' 5.6 snin għal dijanjożi ta' marda rari magħrufa, tista' titqassar għal sena waħda minħabba d-dijanjożi molekulari u t-telekonsultazzjonijiet mal-ispeċjalisti.", "Barra minn hekk, it-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura tistimula l-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini billi tħallihom jamministraw saħħithom huma stess u jinteraġixxu iktar faċilment mal-fornituri tas-saħħa.", "Ir-Reviżjoni ta' Nofs it-Term tas-Suq Uniku Diġitali tindirizza dawn il-kwistjonijiet.", "Tipproponi li l-Kummissjoni tindirizza l-ħtieġa u l-ambitu għal miżuri dwar is-saħħa u l-kura diġitali, f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tal-pazjenti u l-identifikazzjoni elettronika.", "Il-ħidma tal-Kummissjoni f'dan il-qasam tibni fuq l-inizjattivi tas-saħħa diġitali diġà fis-seħħ, bħall-programmi ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Saħħa Elettronika, l-Orizzont 2020 u l-Għajxien Assistit Attiv, il-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, in-Networks Ewropej ta' Referenza għall-mard rari u kumpless, jew is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu.", "Aktar informazzjoni", "Ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu dwar is-Suq Uniku Diġitali", "Ewrobarometru Speċjali 460.", "“Attitudnijiet lejn l-impatt tad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni fuq il-ħajja ta' kuljum", "Is-Saħħa fis-Suq Uniku Diġitali Politiki tas-Saħħa Elettronika", "Komunikazzjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti", "Riċerka u innovazzjoni fis-saħħa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2028", "title": "Akrilammid: vot favur il-proposta tal-Kummissjoni biex titnaqqas il-preżenza tiegħu fl-ikel", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 18 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum ir-rappreżentanti tal-Istati Membri vvutaw favur il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex titnaqqas il-preżenza tal-akrilammid fl-ikel.", "Ladarba jiġi implimentat, ir-regolament il-ġdid se jitlob li l-operaturi tan-negozji tal-ikel (FBOs) japplikaw miżuri obbligatorji biex titnaqqas il-preżenza tal-akrilammid, b'mod proporzjonat skont id-daqs u n-natura tal-istabbiliment tagħhom.", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-vot: “Illum għamilna pass importanti għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-benessri taċ-ċittadini.", "Ir-regolament il-ġdid mhux biss se jgħin biex titnaqqas il-preżenza ta' din is-sustanza karċinoġena iżda se jżid ukoll is-sensibilizzazzjoni dwar kif jista' jiġi evitat l-esponiment għaliha li ta' spiss ikun ġej mit-tisjir fid-dar.”", "It-test li kien hemm qbil dwaru llum issa se jintbagħat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.", "Iż-żewġ istituzzjonijiet se jkollhom tliet xhur biex jeżaminawh qabel l-adozzjoni finali mill-Kummissjoni.", "Id-dħul fis-seħħ jista' jiġi previst għar-Rebbiegħa 2018.", "Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tibda diskussjonijiet dwar miżuri addizzjonali, bħalma hu l-iffissar ta' livelli massimi tal-akrilammid f'ċerti oġġetti tal-ikel appena jiġi adottat dan ir-Regolament.", "Sfond", "L-akrilammid [1] hija sustanza karċinoġenika li tifforma minn aspariġina ħielsa preżenti b'mod naturali (aċidu amminiku) u zokkor, matul l-ipproċessar b'temperatura għolja, bħal pereżempju l-qali, ix-xiwi u l-ħami, b'mod partikolari fi prodotti b'bażi ta' patata u b'bażi ta' ċereali, kafè u sostituti tal-kafè.", "Il-preżenza tal-akrilammid fl-ikel inizjalment kienet innutata fl-2002 u minn dak iż-żmien bdiet riċerka biex tidentifika miżuri biex titnaqqas il-preżenza tagħha fl-ikel.", "Fl-2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonfermat li l-akrilammid hija sustanza karċinoġenika, u li l-livelli preżenti ta' esponiment għall-akrilammid fid-dieta tagħna joħolqu tħassib fir-rigward tal-effetti karċinoġeniċi.", "L-EFSA stqarret ukoll li f'dawn l-aħħar snin, il-livelli tal-akrilammid ma tnaqqsux b'mod konsistenti.", "Barra minn hekk, l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni wrew li l-operaturi tan-negozji tal-ikel varjaw ħafna fil-mod kif implimentaw il-miżuri ta' mitigazzjoni maħsuba biex inaqqsu l-preżenża ta' din is-sustanza.", "Wara l-opinjoni tal-EFSA, il-Kummissjoni bdiet diskussjonijiet mal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex tiddetermina miżuri regolatorji xierqa biex titnaqqas il-preżenza tal-akrilammid fl-ikel.", "[1] https://ec.europa.eu/food/safety/chemical_safety/contaminants/catalogue/acrylamide_en", "Text of the draft proposal available here: http://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/initiatives/ares-2017-2895100_en"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1995", "title": "Il-Kummissjoni taġixxi biex tibni ekonomiji reżiljenti fl-era tal-globalizzazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JOBGIC,REGIONAL", "date": "Mon, 17 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni taġixxi biex tibni ekonomiji reżiljenti fl-era tal-globalizzazzjoni", "Il-globalizzazzjoni ġabet magħha benefiċċji enormi għall-ekonomiji inqas żviluppati tad-dinja u ħafna opportunitajiet għall-Ewropej; iżda filwaqt li l-benefiċċji huma mifruxin b'mod wiesa', il-kostijiet ta' spiss jiġġarrbu b'mod mhux uniformi, kif enfasizza d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni.", "Sabiex tilqa' l-isfida tal-modernizzazzjoni ekonomika, jeħtieġ li l-Ewropa tagħti s-setgħa lir-reġjuni tagħha u tgħinhom joħolqu valur.", "Dan ifisser li jitħaddnu l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet tan-nies.", "Illum, il-Kummissjoni qed tipproponi sett ġdid ta' azzjonijiet biex tkompli tgħin lir-reġjuni tal-Ewropa jinvestu fl-oqsma speċifiċi tagħhom ta' saħħa kompetittiva (“speċjalizzazzjoni intelliġenti”) u tiġġenera l-innovazzjoni, ir-reżiljenza u t-tkabbir meħtieġ.", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, li huwa responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: \"Sabiex ingwadu mill-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jeħtieġ li noħolqu ambjenti favorevoli, fejn l-avvanzi min-negozji u mit-teknoloġija jistgħu jimmaterjalizzaw ruħhom.", "L-istrateġiji ta' investiment u ta' innovazzjoni immexxija u pposseduti lokalment huma essenzjali biex tintlaqa' din l-isfida u tingħata s-setgħa lir-reġjuni tagħna.”", "Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, Corina Crețu, qalet: \"Dħalna f'era ‘glokali', kif qal il-President Juncker, li fiha l-impatt tal-isfidi globali jinħass l-ewwel fil-livell lokali.", "L-ekonomiji tagħna għaddejjin minn bidliet profondi; ma nistgħux inreġġgħu lura dan il-proċess.", "Iżda nistgħu ngħinu lir-reġjuni tagħna jattrezzaw lilhom infushom bl-għodod it-tajbin għal tkabbir robust u dejjiemi – din hija d-definizzjoni ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti.”", "L-appoġġ tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, li ġie introdott fl-2014 fil-programmi kollha ta' politika reġjonali, ta prova li jwassal għal riżultati.", "Il-Kummissjoni beħsiebha tibni fuq din l-esperjenza pożittiva b'żewġ proġetti pilota:", "B'mod parallel, il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha biex tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw l-effetti lembut li jifdal għat-tkabbir u jistabbilixxu ambjenti favur in-negozju.", "Se tingħata attenzjoni partikulari għall-kwalità u l-ftuħ tar-riċerka pubblika, il-kooperazzjoni bejn in-negozji u l-universitajiet u l-allinjament ta' bażijiet ta' ħiliet lokali b'domandi tas-suq, bil-għajnuna tal-faċilitajiet tal-appoġġ tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni se tħares ukoll lejn modi biex tiffaċilita aktar sinerġiji u taħlit bejn il-programmi u l-istrumenti differenti tal-UE dwar l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-kompetittività li jeżistu attwalment.", "Il-passi li jmiss", "Is-sejħiet għal espressjonijiet ta' interess għall-azzjoni pilota dwar reġjuni fi tranżizzjoni industrijali se jitnedew fil-ħarifa ta' din is-sena.", "Is-sħubiji interreġjonali se jitwaqqfu matul l-2017 u jibqgħu għaddejjin matul l-2018.", "L-esperjenza miksuba sa issa permezz tal-programmi attwali ta' Politika ta' koeżjoni, flimkien mal-azzjonijiet u s-soluzzjonijiet ta' politika ppreżentati f'din il-komunikazzjoni, se jagħtu kontribut utli fit-tfassil tal-qafas baġitarju li jmiss, fil-kuntest tar-riflessjoni li għaddejja dwar il-futur tal-finanzi tal-UE.", "Il-Kummissjoni se tqis konnessjonijiet aktar b'saħħithom bejn l-istrumenti eżistenti tal-UE li għandhom l-objettiv komuni li jirreaġixxu għal sfidi industrijali ġodda.", "Tista' tiżdied l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti biex issir għodda komprensiva li tgħin lir-reġjuni kollha jieħdu vantaġġ mill-bidliet li ġġib magħha l-globalizzazzjoni.", "Sfond", "Introdott bħala prerekwiżit biex jiġi żgurat l-infiq effettiv tal-Politika ta' Koeżjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti talbet lir-reġjuni kollha biex ifasslu strateġiji ta' investiment ibbażati fuq l-assi kompetittivi proprji – minn speċjalitajiet tal-ikel agrikolu u t-turiżmu għan-nanoteknoloġiji u l-ajruspazju.", "Skont dawn l-istrateġiji, in-negozji lokali qed jirċievu appoġġ finanzjarju biex jiżviluppaw prodotti innovattivi u jespandu lil hinn mis-swieq lokali.", "Dawn l-istrateġiji rriżultaw ukoll kemm f'rabtiet aħjar bejn ix-xjenza u n-negozju kif ukoll f'koordinazzjoni mtejba fil-livelli kollha ta' governanza lokali.", "Għal aktar informazzjoni", "Communication – Strengthening Innovation in Europe's regions", "MEMO – L-isfidi fil-ġejjien: xprunar tat-tkabbir immexxi mill-innovazzjoni fir-reġjuni tal-UE", "Skeda Informattiva – Azzjonijiet pilota dwar l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti", "Skeda Informattiva – x'inhi l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti?", "Skedi tal-Pajjiżi – l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti f'pajjiżek", "Segwi lill-Viċi President Katainen u lill-Kummissarju Crețu fuq Twitter"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1988", "title": "L-impjiegi u l-iżviluppi soċjali fl-Ewropa: ir-rieżami tal-2017 juri li hemm xejriet pożittivi iżda jenfasizza li hemm piż kbir fuq iż-żgħażagħ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Sun, 16 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni ppubblikat l-edizzjoni tal-2017 tar-rieżami annwali tagħha tal-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa (l-ESDE).", "L-edizzjoni ta' din is-sena tikkonferma xejriet soċjali u fis-suq tax-xogħol li huma pożittivi u tkabbir ekonomiku kontinwu.", "B'iżjed minn 234 miljun persuna li għandhom xogħol, il-qasam tal-impjiegi qatt ma kien b'saħħtu daqs illum fl-UE u l-qgħad laħaq l-iktar livell baxx tiegħu minn Diċembru tal-2008 'l hawn.", "Mill-2013 'il hawn, inħolqu 10 miljun impjieg fl-UE.", "Iżda jekk wieħed iħares lil hinn mill-progress soċjali u ekonomiku ġenerali, l-evidenza turi li l-ġenerazzjonijiet taż-żgħażagħ għandhom piż partikolarment kbir: hemm it-tendenza li dawn isibuha iktar diffiċli li jsibu xogħol u ħafna drabi jkollhom forom mhux standard u prekarji ta' impjieg, inklużi kuntratti temporanji, li jaf ibaxxu l-kopertura tal-protezzjoni soċjali tagħhom.", "X'aktarx li huma jirċievu wkoll pensjonijiet iżjed baxxi meta mqabbla mal-pagi.Din hija r-raġuni għaliex ir-rieżami tal-2017 dwar l-ESDE jiffoka fuq il-ġustizzja interġenerazzjonali: irridu niżguraw li l-ġenerazzjonijiet kollha jibbenefikaw mix-xejriet ekonomiċi pożittivi attwali.", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbiltà tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen, ikkummentat: “Mill-ġdid, dan ir-rieżami annwali juri li qbadna r-rotta lejn aktar impjiegi u tkabbir.", "Madankollu, iż-żgħażagħ tal-lum u uliedhom jaf jispiċċaw f'qagħda agħar minn dik tal-ġenituri tagħhom.", "Dan mhuwiex dak li rridu.", "Hemm bżonn li tittieħed azzjoni malajr.", "Permezz tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali rridu nikkonservaw u ntejbu l-istandards soċjali u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri. ”", "Ir-rapport juri li minkejja titjib kontinwu fl-istandards tal-għajxien fl-UE, iż-żgħażagħ ma jibbenefikawx bl-istess mod minn din l-evoluzzjoni pożittiva meta mqabbla mal-ġenerazzjonijiet imdaħħlin iktar fiż-żmien.", "Barra minn hekk, is-sehem tad-dħul mix-xogħol ta' gruppi ta' età iżgħar naqas maż-żmien.", "Sfidi bħal dawn qed jaffettwaw id-deċiżjonijiet familjari taż-żgħażagħ, inklużi d-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk ikollhomx tfal jew le u dwar jekk jixtrux dar jew le.", "Dan jaf ikollu konsegwenzi negattivi fuq ir-rata tal-fertilità u konsegwentement fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet u tat-tkabbir.", "Barra minn hekk, huwa mistenni li l-popolazzjoni fl-età tax-xogħol tonqos b'0,3 % kull sena sal-2060.", "Dan ifisser li forza tax-xogħol iżgħar se jkollha tiżgura li nibqgħu fir-rotta attwali li qbadna lejn it-tkabbir.", "Fl-istess ħin, dan ifisser ukoll li għadd iżgħar ta' kontribwenti se jikkontribwixxu għas-sistemi tal-pensjonijiet – ta' sikwit b'kontribuzzjonijiet iktar baxxi u/jew irregolari peress li ma jkunux qed jaħdmu full-time u/jew f'xogħol standard – filwaqt li iżjed pensjonanti se jkunu qed jiddependu fuqhom.", "Għalhekk, jidher li l-ħaddiema żgħażagħ tal-lum u l-ġenerazzjonijiet futuri qed jiffaċċjaw piż doppju li ġej mit-tibdil demografiku u mill-ħtieġa li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Dawk li jfasslu l-politika jistgħu jilqgħu minn qabel għal dawn l-evoluzzjonijiet u jtaffuhom b'diversi modi.", "L-ewwel nett, jeħtieġ li nużaw għalkollox il-potenzjal uman tagħna fis-suq tax-xogħol billi nattivaw il-ġenerazzjonijiet kollha, billi ngħammruhom bil-ħiliet li jkollhom bżonn u billi niżguraw li jkun hemm rabta proporzjonata bejn it-tul tal-ħajja tax-xogħol u l-istennija tal-għomor.", "L-isforzi ta' politika li jirriżultaw f'rati ogħla ta' fertilità u f'ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni, l-appoġġ għall-innovazzjoni u żieda fl-infiq effiċjenti għall-investiment fil-ħiliet taż-żgħażagħ u tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien u fl-edukazzjoni tagħhom ukoll jistgħu jkunu ta' għajnuna.", "Fl-aħħar nett, l-imsieħba soċjali jistgħu jagħtu kontribut kbir biex jitnaqqas id-distakk bejn il-ħaddiema żgħażagħ u dawk ta' età iktar avvanzata sabiex jippromwovu suq tax-xogħol iżjed ġust għat-tnejn li huma.", "Dan jinkludi l-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, il-provvista ta' benefiċċji tal-protezzjoni soċjali u l-għoti ta' kontribut fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi u tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol.", "Sfond", "Ir-rieżami annwali dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa jirrapporta dwar l-aħħar xejriet soċjali u tal-impjiegi, u jirrifletti dwar l-isfidi tal-ġejjieni u dwar it-tweġibiet possibbli ta' politika għalihom.", "Dan huwa r-rapport prinċipali tal-Kummissjoni Ewropea li jipprovdi evidenza u analiżi u li jirrieżamina x-xejriet u l-isfidi tal-ġejjieni fis-suq tax-xogħol.", "Hemm bosta eżempji konkreti ta' kif il-Kummissjoni beħsiebha tindirizza l-isfidi msemmija fir-rapporti annwali dwar l-ESDE.", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, pereżempju, iservi bħala boxxla biex nibqgħu fir-rotta lejn swieq tax-xogħol ġusti u li jaħdmu tajjeb.", "Dan għandu l-għan li jiżgura li l-mudelli soċjali tagħna jkunu adattati għas-seklu 21, speċjalment fil-kuntest tas-soċjetajiet li qed jixjieħu u tad-diġitalizzazzjoni.", "L-inizjattivi li jakkumpanjawh, bħall-konsultazzjonijiet mal-imsieħba soċjali dwar l-immodernizzar tal-kuntratti tax-xogħol u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, għandhom l-għan li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ċari u protezzjoni soċjali anke għal dawk li jkollhom tipi ta' impjiegi li ma jkunux standard.", "Fil-qalba tal-“Aġenda l-Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa” hemm proprju l-investiment fin-nies u li dawn jingħataw is-setgħa jaħtfu l-opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità.", "Din għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet taċ-ċittadini biex ikunu ppreparati għad-dinja tax-xogħol li qed tinbidel.", "L-isforzi tal-Kummissjoni biex jitnaqqas il-qgħad b'mod ġenerali u l-qgħad fost iż-żgħażagħ b'mod partikolari qed iwasslu għar-riżultati mixtieqa.", "Mill-eqqel tal-kriżi fl-2013, hemm 1,8 miljun żagħżugħ u żagħżugħa inqas li huma qiegħda fl-UE u miljun żagħżugħ u żagħżugħa inqas li huma barra mill-edukazzjoni, minn impjieg jew minn taħriġ (l-hekk imsejħa NEETs).", "Bl-estensjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, bil-pagament finanzjarju supplimentari tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u bl-inizjattiva li ġiet ippreżentata dan l-aħħar biex inkomplu Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa, il-Kummissjoni għandha l-għan li timmassimizza l-probabbiltà li ż-żgħażagħ jirnexxu fis-suq tax-xogħol.", "Għal iżjed tagħrif", "MEMO: Ir-Rieżami tal-2017 dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skeda informattiva: Ir-Rieżami tal-2017 dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa – Ċifri ewlenin", "Ir-rieżami tal-2017 dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa", "Id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa: Ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi mill-bidu tal-Kummissjoni Juncker 'il hawn", "Aħbar fuq is-sit web tad-DĠ Impjiegi", "Impjiegi u analiżi soċjali", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Twitter u fuq Facebook", "#ESDE2017", "Abbona għall-bulettin dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea mibgħut b'xejn bil-posta elettronika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2029", "title": "DIbattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa: sa issa saru 1,750 avveniment b'potenzjal li jintlaħqu aktar minn 30 miljun Ewropew", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO,PRIO", "date": "Sun, 16 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Erba' xhur wara li l-Kummissjoni ppreżentat il-White Paper tagħha dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, id-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa qed jirranka u sa issa potenzjalment intlaħqu aktar minn 30 miljun ċittadin.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: \"Iqawwili qalbi ħafna li nara daqstant nies jimpenjaw ruħhom fid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, li l-Kummissjoni nediet fl-1 ta' Marzu 2017 bil-White Paper tagħna.", "Diġà għandna ħafna opinjonijiet differenti espressi u momentum pożittiv qawwi li qed imexxina‘l quddiem.", "Se nispjega l-viżjoni tiegħi f'Settembru iżda fil-verità l-ġejjieni tal-Ewropa se tfassluh intom.", "Intom qed tiktbu l-kotba tal-istorja ta' għada.", "Għaldaqstant komplu impenjaw ruħkom u semmgħu leħinkom!\"", "Il-Kummissjoni offriet ħames xenarji għal kif l-UE tista' tiżviluppa fl-10 snin li ġejjin.", "Inżamm dibattitu wiesa', bl-appoġġ ta' istituzzjonijiet politiċi u tas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali.", "Sa issa, aktar minn 270,000 ċittadin attendew aktar minn 1,750 avveniment organizzat jew appoġġat mill-Kummissjoni b'ħafna oħrajn li pparteċipaw onlajn (ara ċ-ċifri hawnhekk).", "L-avvenimenti u d-dettalji se jkomplu jiġu organizzati matul ix-xhur li ġejjin u ċ-ċittadini jistgħu jikkontribwixxu direttament hawnhekk ukoll: https://ec.europa.eu/commission/give-your-comments_mt", "Iċ-ċittadini huma mitluba jkomplu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, speċjalment qabel id-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta' Settembru 2017, meta l-President Juncker jispjega l-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni tal-Ewropa.", "Sfond", "Fl-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni nediet dibattitu pan-Ewropew bil-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li se jippermetti li ċ-ċittadini u l-mexxejja jsawru l-viżjoni tal-UE b'27 Stat Membru.", "Il-White Paper toffri ħames xenarji għall-evoluzzjoni tal-Unjoni sal-2025:", "Ix-xenarji jkopru firxa ta' possibbiltajiet u l-eżiti jvarjaw skont il-qasam ta' politika li jiġi indirizzat.", "Min-natura tagħhom iservu ta' illustrazzjoni u la jeskludu lil xulxin u lanwas huma eżawrjenti.", "Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll sensiela ta' dokumenti ta' riflessjoni dwar kwistjonijiet ewlenin għall-Ewropa: (1) l-iżviluppar tad-dimensjoni soċjali tal-Ewropa; (2) l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; (3) l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni; (4) il-ġejjieni tad-difiża tal-Ewropa u (5) il-futur tal-finanzi tal-UE.", "Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker f'Settembru tal-2017 se jagħti spinta lil dawn l-ideat qabel ma jkunu jistgħu jinsiltu l-ewwel konklużjonijiet fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2017.", "Dan se jgħin biex tittieħed deċiżjoni dwar pjan ta' azzjoni li għandu jiġi varat fil-ħin għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' Ġunju 2019.", "Għal Aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: Id-Dibattitu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa", "Segwi d-diskors fuq il-midja soċjali permezz tal-hashtag #SOTEU.", "Il-paġna web https://ec.europa.eu/commission/state-union-2016_mt", "White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa", "Il-proċess tal-White Paper", "Id-Djalogi taċ-Ċittadini", "L-istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa li sar f'Ottubru 2016 u f'April 2017", "L-Istorja Ewropea: 60 sena ta' progress flimkien", "Fold your own Origami EU60 Dove", "#EU60 #FutureOfEurope"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2031", "title": "L-UE u l-Brażil jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi fejn jidħlu s-sussidji għall-azjendi agrikoli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,TRADEPOL", "date": "Sun, 16 Jul 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Proposta konġunta tad-WTO tindirizza wkoll il-promozzjoni tas-sigurtà tal-ikel b'mod li ma tikkawżax distorsjoni tas-suq.", "L-UE u l-Brażil - tnejn mill-akbar produtturi tad-dinja ta' prodotti agrikoli - illum ippreżentaw lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) proposta konġunta dwar appoġġ għall-produzzjoni agrikola u miżuri dwar is-sigurta tal-ikel.", "L-objettiv huwa li jiġu limitati d-distorsjonijiet tas-suq, sabiex jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet partikolari tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,", "Il-Kolumbja, il-Perù u l-Urugwaj diġà esprimew l-appoġġ tagħhom għall-inizjattiva u qegħdin huma wkoll jisponsorjaw il-proposta tal-UE u l-Brażil.", "L-appoġġ domestiku għall-agrikoltura hija kwistjoni ta' importanza fin-negozjati li jwasslu għall-11-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC11) li se ssir fi Buenos Aires f'Diċembru 2017.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet: “Flimkien mal-Brażil u ma' pajjiżi oħra qegħdin nuru l-appoġġ qawwi tagħna għal sistema globali ta' kummerċ ibbażata fuq ir-regoli, f'mument ta' importanza għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.", "Il-proposta tagħna hija fl-istess ħin ambizzjuża u realistika.", "Hija se tiżgura li jista' jkollna negozati li jħarsu ‘l quddiem u nittamaw ta' suċċess dwar din il-kwistjoni importanti fi Buenos Aires.", "Phil Hogan, il-Kummissarju responsabbli għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, qal: “Ninsab kuntant li l-UE u l-Brażil huma fil-pożizzjoni li jkomplu jaqdu r-rwol ewlieni tagħhom minn wara l-Konferenza Ministerjali ta' Nairobi tal-2015, fejn il-proposta konġunta tagħna wasslet għal riforma storika tar-regoli globali dwar l-esportazzjoni fl-agrikoltura.", "Issa qegħdin indawru l-attenzjoni tagħna għas-sussidji domestiċi lill-agrikultura.", "L-UE rriformat b'mod sostanzjali l-politika agrikola tagħha.", "Din il-proposta għandha twassal biex Membri oħra tad-WHO isegwu l-eżempju tagħna u b'hekk jaraw li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa kollha fis-swieq lokali, reġjonali u globali.", "Il-propsta tissuġġerixxi li jiġu stabbliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-membri tad-WTO billi jiġu limitati s-sussidji lill-irziezet li jikkawżaw distorsjoni fis-suq fi proporzjon mad-daqs tas-settur agrikolu ta' kull pajjiż.", "L-inizjattiva tieħu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: il-pajjiżi li huma l-anqas żviluppati jkunu eżenti minn kwalunkwe limitu fuq is-sussidju, sabiex is-settur tagħhom tal-biedja jkun jista' jiżviluppa.", "Pajjiżi oħra li qegħdin jiżviluppaw jistgħu wkoll jagħtu appoġġ lill-bdiewa tagħhom b'mod aktar ġeneruż u jieħdu aktar żmien biex jadattaw.", "Meta titqies l-importanza tal-qoton għal ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-proposta tieħu ħsieb ukoll is-sussidji li joħolqu distorsjoni fil-kummerċ għal dak is-settur b'manjiera immirata, tempestuża u ambizzjuża.", "Fejn jidħlu l-iskemi ta' żamma ta' stokks pubbliċi għal skopijiet ta' sigurtà alimentari, il-proposta timplimenta l-mandat mill-Konferenza Ministerjali tal-2013 ta' rikonċiljazzjoni bejn il-prattiċi pubbliċi eżistenti u r-regoli ta' sussidju tad-WHO.", "Ir-regoli dwar tali skemi ta' żamma ta' stokks pubbliċi ikunu msaħħa u akkumpanjati minn miżuri sabiex jiġu evitati effetti negattivi li jikkawżaw distorsjoni fis-suq.", "Kwistjonijiet oħra, fejn l-UE qiegħda wkoll tirsisti biex jinstabu soluzzjonijiet ġodda, u li għandhom jiġu diskussi fil-Laqgħa Ministerjali tad-WTO ta' Diċembru huma s-sussidji fuq is-sajd, il-kummerċ elettroniku, ir-regolamentazzjoni domestika fis-servizzi, it-trasparenza għal kumpaniji iżgħar, u l-faċilitazzjoni tal-investiment.", "Aktar informazzjoni", "Rapport tad-WHO jilqa' l-impenn tal-UE fid-WTO u l-appell qawwi tagħha ta' reżistenza kontra l-protezzjoniżmu", "L-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp", "L-Għaxar Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Nairobi, mill-15 sat-18 ta' Diċembru 2015)", "L-UE tmexxi l-isforzi biex tiġi indirizzata l-kompetizzjoni fl-esportazzjoni agrikola fl-Għaxar Konferenza Ministerjali tad-WTO"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6837", "title": "Arja Iktar Nadifa fl-2020: Jidħol fis-seħħ limitu massimu ta' 0,5% kubrit għall-vapuri fid-dinja kollha", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO,MARAFFISH,TRANSPORT", "date": "Thu, 02 Jan 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Mill-1 ta' Jannar 2020, il-kontenut massimu ta' kubrit fil-fjuwils tat-trasport fil-baħar se jitnaqqas għal 0,5 % (jitnaqqas minn 3,5 %) fid-dinja kollha – u dan se jnaqqas it-tniġġis tal-arja u se jipproteġi s-saħħa u l-ambjent.", "L-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit (SOx) mill-magni bil-kombustjoni tal-vapuri jikkawżaw ix-xita aċiduża u jiġġeneraw trab fin li jista' jwassal għal mard respiratorju u kardjovaskulari, kif ukoll għal stennija tal-għomor imnaqqsa.", "Il-Kummissarju għat-Trasport, Adina Vălean, stqarret: “It-trasport marittimu huwa negozju globali, u huma meħtieġa soluzzjonijiet globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet prodotti minnu.", "Id-dħul fis-seħħ tal-limitu massimu ta' kubrit fid-dinja kollha huwa stadju importanti għas-settur marittimu kollu; se jagħti kontribut biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi ta' ħsara li jniġġsu fl-arja, u b'hekk jibbenefikaw direttament il-bliet u l-komunitajiet madwar id-dinja, inkluż dawk importanti fix-xtut tan-Nofsinhar tal-Ewropa.", "Juri wkoll li jekk l-UE u l-OMI jiġbdu ħabel wieħed, u jkun hemm l-impenn qawwi mill-industrija, jistgħu jinkisbu benefiċċji importanti għall-ambjent u għas-saħħa taċ-ċittadini tagħna.”", "Il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd, Virginijus Sinkevičius, żied jgħid: “Permezz tal-Patt Ekoloġiku Ewropew se titwettaq l-ambizzjoni ta' żero tniġġis kemm għan-newtralità klimatika kif ukoll għal ambjent ħieles mill-emissjonijiet tossiċi.", "Din l-ambizzjoni tal-UE tipproteġi l-benesseri taċ-ċittadini tagħna, iżda tiżgura wkoll li jkollna ambjenti, ibħra u oċeani nodfa u f'saħħithom fil-qafas ta' ekonomija blu sostenibbli u ħielsa mill-karbonju, bl-impenn tal-partijiet kollha b'mod konġunt, inkluż it-trasport marittimu.", "Nilqgħu l-istandards għal limitu massimu baxx ta' kubrit fid-dinja kollha u fiż-Żoni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet, biex b'hekk iktar ċittadini tal-UE li jgħixu qrib il-kosta jkollhom arja nadifa.”", "L-approċċ tal-UE għal limitu massimu baxx ta' kubrit bħala eżempju internazzjonali", "Mill-2012 'l hawn, l-UE ħadet azzjoni deċiża sabiex jitnaqqas il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwils tat-trasport fil-baħar permezz tad-Direttiva dwar il-Kubrit.", "Fl-2016, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) żammet l-2020 bħala d-data tad-dħul fis-seħħ tal-limitu massimu ta' 0,5 % kubrit fid-dinja kollha.", "Barra minn hekk, f'xi ekosistemi fraġli ħafna bħall-Baħar Baltiku u l-Baħar tat-Tramuntana – deżinjati “Żoni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidi tal-Kubrit” (SECAs) – il-kontenut massimu tal-kubrit kien ilu mill-2015 imnaqqas għal 0,10 %.", "Permezz ta' dawn il-limiti massimi iktar stretti, il-konċentrazzjonijiet tad-diossidu tal-kubrit naqsu b'iktar min-nofs madwar is-SECAs, u dan kien ta' benefiċċju għas-saħħa tan-nies fir-reġjuni kostali u fil-portijiet, filwaqt li l-impatti ekonomiċi ġenerali fuq is-settur baqgħu minimi.", "Il-passi li jmiss għas-sostenibbiltà fit-trasport marittimu", "Abbażi tas-suċċess fl-implimentazzjoni tal-limiti taż-Żona ta' Kontroll tal-Emissjonijiet (ECA), huwa mistenni li l-introduzzjoni tal-limitu massimu ta' kubrit fid-dinja kollha twassal riżultati simili.", "L-UE qed taħdem b'mod attiv ukoll fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta' Barċellona, għad-deżinjazzjoni futura possibbli ta' ECAs mill-OMI f'ilmijiet oħra tal-UE bħall-Baħar Mediterran.", "L-UE għamlet l-almu tagħha għal rwol attiv biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet marittimi b'mod iktar ġenerali, kemm fl-UE kif ukoll fid-dinja kollha.", "Fl-2018, l-OMI qablet li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu mit-trasport marittimu b'minn tal-inqas 50 % sal-2050.", "L-UE u l-Istati Membri tagħha kellhom rwol strumentali fin-negozjar u fil-ksib tal-patt għas-settur, li attwalment jirrappreżenta 2-3 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2.", "Diġà qed isiru diskussjonijiet fl-OMI sabiex dan il-patt jissarraf f'miżuri konkreti.", "Sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis mill-plastik fl-oċeani tagħna, l-UE adottat regoli ġodda dwar il-faċilitajiet portwarji ta' akkoljenza għall-iskart, u żgurat li l-iskart iġġenerat abbord il-vapuri jew mis-sajd fuq il-baħar jinġabar u jiġi ttrattat fil-portijiet.", "L-UE qed taħdem ukoll mal-OMI sabiex jiġi indirizzat it-tħassib rigward l-iskariku tal-ilmijiet mis-sistemi ta' wara t-trattament li jintużaw mill-vapuri.", "L-objettiv hu li tiġi żgurata s-sostenibbiltà sħiħa ta' dawk is-sistemi, possibbilment billi jiġu stabbiliti rekwiżiti leġiżlattivi iktar stretti u uniformi.", "Barra minn hekk, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ippreżentat mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen f'Diċembru 2019, jistabbilixxi azzjoni ulterjuri biex it-trasport marittimu jkun iktar sostenibbli, pereżempju l-estensjoni tal-iskambju Ewropew ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-settur marittimu.", "Sfond", "It-trasport marittimu għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-arja f'ħafna bliet kostali Ewropej.", "Il-gassijiet tal-egżost mill-vapuri huma sors sinifikanti ta' tniġġis tal-arja, inkluż permezz tal-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit li jirriżultaw mill-ħruq taż-żejt tal-fjuwil.", "L-ossidi tal-kubrit jagħmlu ħsara lis-sistema respiratorja tal-bniedem u jagħmluha diffiċli li wieħed jieħu n-nifs.", "Tradizzjonalment, il-vapuri jużaw iż-żjut tal-fjuwil għall-propulsjoni, li jista' jkollhom kontenut tal-kubrit sa 3,50 %.", "Bħala paragun, il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwils fit-trakkijiet jew fil-karozzi tal-passiġġieri ma jridux jaqbżu ż-0,001 %.", "Id-Direttiva dwar il-Kubrit tal-2012, li ġiet reveduta fl-2016, naqset l-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit billi stabbiliet livelli massimi ta' kontenut tal-kubrit għall-fjuwils tat-trasport fil-baħar u inkorporat standards ġodda stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-liġi tal-UE, kemm fiż-żoni protetti b'mod reġjonali kif ukoll 'il barra minnhom.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew", "L-emissjonijiet fl-arja mit-trasport marittimu", "Stqarrija għall-Istampa – id-DĠ għall-Ambjent", "Id-Direttiva dwar il-faċilitajiet portwarji ta' akkoljenza għall-iskart", "Filmati ġodda"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3664", "title": "Pakkett tal-Ħarifa tas-Semestru Ewropew: Naħdmu għal irkupru ekonomiku aktar b'saħħtu u aktar inklussiv", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF,ESAI,EURSO", "date": "Tue, 15 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tistabbilixxi prijoritajiet ekonomiċi u soċjali tal-UE għas-sena li jmiss, tikkonferma l-ħtieġa biex ikun hemm ċaqliq lejn pożizzjoni fiskali aktar pożittiva għaż-Żona tal-Ewro, u tlesti l-valutazzjoni tal-Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Ewro.", "Il-Kummissjoni llum tistabbilixxi l-fehmiet tagħha dwar il-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali tal-UE għas-sena li jmiss, billi tibni fuq il-gwida mid-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016 u fuq l-aħħar data ekonomika mit-Tbassir tal-Ħarifa tal-Kummissjoni għall-2016.", "Il-pakkett tal-lum jagħti bidu għaċ-ċiklu ta' governanza ekonomika għall-2017, l-hekk imsejjaħ Semestru Ewropew.", "Il-President Jean-Claude Juncker qal: \"Is-Semestru Ewropew tal-2017 li se nibdew illum se jkun deċiżiv għall-Ewropa biex timmaniġġja l-perjodu ta' rotazzjoni ekonomiku u soċjali tagħha.", "Jien nemmen li jirnexxielna.", "Għalhekk, illum il-Kummissjoni qed tirrakkomanda pożizzjoni fiskali pożittiva li tappoġġja l-irkupru u l-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew, li m'għandux iġorr il-piż waħdu.", "Kull Stat Membru għandu jagħmel il-parti tiegħu: dawk li jaffordjaw jeħtieġ li jinvestu iktar, filwaqt li dawk li għandhom inqas spazju fiskali għandhom isegwu riformi u konsolidazzjoni fiskali li jiffavorixxu t-tkabbir.\"", "L-Ewropa qed tesperjenza rkupru fraġili imma relattivament reżiljenti u intensiv fl-impjiegi.", "Il-PGD tagħha issa huwa ogħla meta mqabbel ma' qabel il-kriżi.", "Il-qgħad qed jonqos u l-investiment qed jerġa' jikber.", "Madankollu, ma hemm l-ebda lok għall-kompjaċenza.", "Uħud mill-ixprunar li appoġġaw l-irkupru sa issa qed jisparixxu.", "Dak li ħalliet warajha l-kriżi, speċjalment l-impatt soċjali, il-livelli għoljin tad-dejn pubbliku u privat, u s-sehem tas-self improduttiv, għadhom fi stat li jinħassu fit-tul.", "Il-Kummissjoni għalhekk tappella lill-Istati Membri biex jirdoppjaw l-isforzi tagħhom skont il-prinċipji tat-\"triangolu virtwuż\" għall-ixprunar tal-investiment, jiġu segwiti riformi strutturali u jiġu żgurati politiki fiskali responsabbli, u b'dan, jitpoġġa l-iffokar fuq l-ugwaljanza soċjali u jitwettaq tkabbir aktar inklussiv.", "Dan l-aħħar il-Kummissjoni ppreżentat il-prijoritajiet tagħha għal azzjoni fil-livell tal-UE fil-Programm ta' Ħidma għall-2017 tagħha, inkluż it-tisħiħ tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa.", "Il-pakkett tal-lum jipprovdi gwida għall-politiki ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri.", "Jekk inħarsu lejn iż-Żona tal-Ewro partikolarment, il-Kummissjoni qed tappella għal pożizzjoni fiskali aktar pożittiva sinifikantament għaż-żona tal-munità b'mod ġenerali biex jingħeleb ir-riskju ta \"tkabbir baxx, inflazzjoni baxxa\", u biex jingħata appoġġ lill-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew.", "Il-gwida politika fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir hija akkumpanjata minn Komunikazzjoni dwar il-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Ewro, rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-Żona tal-Ewro, kif ukoll permezz analiżi tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, tas-suq tax-xogħol u soċjali.", "Il-Kummissjoni qed toħroġ ukoll l-Opinjonijiet tagħha dwar l-Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Ewro għall-2017.", "Pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-Żona tal-Ewro", "Fl-ittra ta' intenzjoni li takkumpanja d-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016, il-President Juncker iħabbar il-ħsieb tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ \"pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-Żona tal-Ewro, b'appoġġ tal-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew\".", "Id-diskussjoni dwar il-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-Żona tal-Ewro hija aspett ewlieni tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tlesti l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, bħala parti mill-Ewwel Stadju tas-segwitu għar-Rapport tal-Ħames Presidenti ta' Ġunju 2015 (\"tisħiħ permezz ta' azzjoni\").", "Kemm il-politika monetarja u kemm il-politika fiskali għandhom rwol importanti fl-istabbilizzazzjoni makroekonomika.", "Fiż-żona tal-ewro, il-politika monetarja ġiet maġsuba u mfassla bħala strument uniku.", "B'paragun, fin-nuqqas ta' baġit ċentralizzat jew funzjoni ta' stabbilizzazzjoni, il-politika fiskali taż-Żona tal-Ewro hija r-riżultat tal-aggregar ta' 19-il politika fiskali individwali.", "Fuq il-bażi tal-aħħar data, u mingħajr ma tqieset il-flessibbiltà prevista fir-regoli, twettiq sħiħ tar-rekwiżiti fiskali li jinsabu fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (RSP) adottati mill-Kunsill f'Lulju 2016 jimplika, b'mod aggregat, pożizzjoni fiskali restrittiva moderatament għaż-Żona tal-Ewro b'mod ġenerali fl-2017 u fl-2018.", "Minħabba l-ħtieġa li jkun hemm appoġġ għall-irkupru u fid-dawl tal-inċertezza usa' f'dan iż-żmien, din il-pożizzjoni fiskali ma tidhirx xierqa.", "Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa għal pożizzjoni fiskali aktar pożittiva u li issa hemm l-opportunità biex din tinkiseb.", "Pożizzjoni fiskali pożittiva tirreferi kemm għad-direzzjoni ta' appoġġ, jiġifieri espansjonarja, li l-politika fiskali teħtieġ li tieħu b'mod ġenerali, u għall-kompożizzjoni tal-aġġustament fiskali, f'termini tad-distribuzzjoni tal-isforzi madwar il-pajjiżi u tat-tipi ta' nfiq u / jew taxxi warajha.", "Biex titwettaq tali pożizzjoni fiskali, iż-Żona tal-Ewro trid tadatta approċċ aktar kollettiv li jqis id-differenzi fis-sitwazzjonijiet madwar il-pajjiżi: (i) għall-Istati Membri li qed jaqbżu l-objettivi fiskali tagħhom, dawn għandhom jużaw l-ispazju fiskali tagħhom biex jappoġġjaw id-domanda domestika u l-investimenti ta' kwalità, inkluż dawk transfruntiera, bħala parti mill-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa; (ii) għall-Istati Membri li jeħtiepu iktar aġġustamenti fiskali taħt il-parti preventiva tal-Patt, dawn għandhom jiżguraw ruħhom li jkunu konformi kemm jista' jkun mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; (iii) għal-Istati Membri taħt il-parti korrettiva, dawn għandhom jiżguraw korrezzjoni f'waqtha tad-defiċits eċċessivi tagħhom, inkluż il-forniment ta' bafers fiskali kontra ċirkustanzi mhux previsti.", "Rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika fiż-Żona tal-Ewro", "F'konformita mal-Komunikazzjoni dwar il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-ewro, il-Kummissjoni tirrakkomanda espansjoni fiskali ta' mhux aktar minn 0.5 % tal-PDG fl-2017 għaż-żona tal-ewro kollha kemm hi.", "Dan għandu jikkontribwixxi għal taħlita politika bbilanċjata, għall-appoġġ tar-riformi u għat-tisħiħ tal-irkupru.", "Ir-rakkomandazzjoni tenfasizza wkoll il-ħtieġa li jitwettqu riformi strutturali u tittejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi.", "Sa mis-sena l-oħra l-Kummissjoni ppreżentat din ir-rakkomandazzjoni aktar kmieni fiċ-ċiklu ta' kull sena, ħalli d-dimensjonijiet taż-Żona tal-Ewro u dawk nazzjonali jistgħu jiġu integrati aħjar fit-tfassil tal-baġit nazzjonali u ħalli l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu l-effetti konsegwenzjali potenzjali u r-responsabbiltajiet konġunti.", "Ir-rakkomandazzjoni tipprovdi gwida għaż-Żona tal-Ewro b'mod ġenerali u għandha l-għan li tħeġġeġ politiki li jżidu l-ħolqien tax-xogħol, il-ġustizzja soċjali u l-konverġenza kif ukoll tixpruna l-investiment għall-appoġġ tat-tkabbir.", "Ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (Alert Mechanism Report - AMR)", "L-AMR huwa strument integrali tas-Semestru Ewropew, li għandu l-għan li jipprevjeni jew jindirizza l-iżbilanċi li jfixklu t-tħaddim bla xkiel tal-ekonomiji tal-Istati Membri, taż-Żona tal-Ewro jew tal-UE ġenerali, u jħeġġeġ ir-reazzjonijiet politiċi ġusti (l-hekk imsejħa - Proċedura ta' Żbilanċi Makroekonomiċi (Macroeconomic Imbalances Procedure - MIP).", "L-AMR jidentifika l-Istati Membri li għalihom il-Kummissjoni teħtieġ li tagħmel aktar rieżamijiet fid-dettall dwar jekk mhumiex jesperjenzaw żbilanċi.", "Dan jiġi bbażat fuq il-qari ekonomiku tat-tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi miftiehma.", "Għall-2017, 13-il pajjiżi se jiġu koperti minn Rieżami fid-Dettall għax ġew identifikati żbilanċi fl-analiżi li qed toħroġ minn dan il-qari tat-tabella ta' calutazzjoni.", "Dawn huma l-istess 13-il pajjiż identifikati li għandhom żbianċi fis-sensiela ta' qabel ta' rieżamijiet fid-dettall (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, il-Portugalj, is-Slovenja, Spanja u l-Isvezja).", "Il-Kummissjoni se tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha dwar l-analiżijiet fil-fond bħala parti mir-Rapporti tal-Pajjiżi annwali tagħha kmieni fl-2017.", "L-AMR ta' din is-sena jagħmel rieżami tal-progress bil-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi, partikolarment fiż-Żona tal-Ewro, fid-dawl tal-ħlas tad-dejn li għaddej bħalissa tad-dejn domestiku u estern, ċerti sfidi li jippersistu fis-settur bankarju, u d-dinamiċi fl-iżviluppi tal-prezzijiet tad-djar u tas-suq tax-xogħol, filwaqt li jqis is-sitwazzjoni soċjali.", "Fil-livell aggregat, iż-Żona tal-Ewro qed tkompli jkollha l-akbar surplus fil-kont kurrenti.", "Din kibret aktar fl-2015 u hija mistennija li terġa' tiżdied din id-sena.", "Is-surplus taż-Żona tal-Ewro huwa simtomatiku ta' dinamiċi tad-domanda domestika dgħajfa fil-ftit snin li għaddew u ta' sforzi għat-tnaqqis tad-dejn fis-setturi u fl-Istati Membri.", "Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi", "L-abbozz tar-rapport ta' din is-sena jipprovdi sommarju tar-rendiment tal-Istati Membri skont ir-rata tal-qgħad; ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ; l-għadd tan-nies barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ; introjtu gross disponibbli tal-familja; ir-rata ta' dawk fir-riskju ta' faqar; u l-livell ta' inugwaljanza.", "Ir-rapport jikkonferma li l-irkupru huwa dejjem aktar intensiv fl-impjieg, bis-saħħa wkoll tar-riformi strutturali ta' dan l-aħħar f'għadd ta' Stati Membri.", "Sa mill-2013 inħolqu tmien miljun impjieg ġdid, li minnhom kważi ħames miljuni ġew wara l-bidu tal-mandat ta' din il-Kummissjoni.", "Ir-rata tal-qgħad tal-UE baqgħet nieżla u waqfet għal 8.5 % f'Settembru 2016 (10 % fiż-Żona tal-Ewro), u b'hekk laħqet l-aktar livell baxx tagħha sa mill-2009 (sa mill-2011 fiż-Żona tal-Ewro).", "Fl-istess ħin, ir-rata ta' impjieg fil-grupp ta' età bejn l-20 u l-64 sena hija ogħla minn dik osservata fl-2008 għall-ewwel darba, b'71.1 % (fit-tieni kwart tal-2016).", "Dan ifisser li r-rata ta' impjieg ta' 75 %, il-mira stabbilita mill-istrateġija Ewropa 2020, tista' tintlaħaq jekk ix-xejriet ta' bħalissa jkomplu.", "Minkejja l-ewwel sinjali ta' konverġenza fost l-Istati Membri, ir-riżultati tal-impjieg u soċjali jibqgħu jvarjaw sinifikatament madwar il-pajjiżi.", "Il-livelli tal-qgħad kif ukoll il-faqar għadhom għoljin wisq f'ħafna reġjuni tal-Ewropa.", "Livelli għoljin ta' inugwaljanza jnaqqsu l-produzzjoni ekonomika u l-potenzjal għal tkabbir sostenibbli.", "Ir-rapport jenfasizza wkoll il-livell tar-riformi li twettqu fl-Istati Membri.", "Dan se jiġi adottat b'mod konġunt mal-Kunsill.", "Valutazzjoni tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji", "Il-Kummissjoni lestiet ukoll il-valutazzjoni tagħha dwar jekk l-Abbozz tal-Pjanijiet Baġitarji (APB) tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Ewro għall-2017 huwiex konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.", "F'diversi każijiet il-Kummissjoni ssib li l-aġġustamenti fiskali ppjanati ma jissodisfawx, jew jirriskjaw li ma jissodisfawx, dak li hu meħtieġ mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.", "B'mod speċifiku:", "Dwar il-15-il pajjiż fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST):", "- għal ħames pajjiżi (il-Ġermanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, in-Netherlands u s-Slovakkja), l-APB instab li huwa konformi mar-rekwiżiti għall-2017 skont il-PST.", "- għal erba' pajjiżi (l-Irlanda, il-Latvja, Malta u l-Awstrija), l-APB tagħhom nstabu li huma fil-biċċa l-kbira konformi mar-rekwiżiti għall-2017 skont il-PST.", "Għal dawn il-pajjiżi, il-pjanijiet jistgħu jirriżultaw f'xi devjazzjoni mill-perkorsi ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju ta' żmien ta' kull pajjiż.", "- għal sitt pajjiżi (il-Belġju, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, is-Slovenja u l-Finalndja), l-APB tagħhom jippreżentaw riskju ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-2017 skont il-PST.", "L-APB ta' dawn l-Istati Membri jistgħu jirriżultaw f'devjazzjoni sinifikanti mill-perkorsi ta' aġġustament lejn l-objettiv rispettiv fuq terminu medju.", "Madankollu, il-Finlandja applikat biex tuża l-klawżola dwar ir-riforma strutturali u l-klawżola ta' investiment.", "Il-Kummissjoni se tqis l-inċertezza fuq id-differenzi tal-istimi ta' produzzjoni meta tqis l-eliġibbiltà tal-Finlandja għall-klawżola, li jista' jkun li jkollha impatt fuq il-valutazzjoni ta' konformità.", "Fil-każ tal-Litwanja, l-APB ta' ebda bidla fil-politika inkluda applikazzjoni biex tintuża l-klawżola ta' riforma strutturali.", "Il-valutazzjoni sħiħa tal-eliġibbiltà possibbli tal-Finlandja u tal-Litwanja għall-flessibbiltà se ssir fiċ-ċiklu normali tas-Semestru Ewropew fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-Programm ta' Stabbiltà għall-2017.", "Rigward it-tliet pajjiżi li bħalissa qegħdin fil-parti korrettiva tal-PST (jiġifieri fi Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv):", "- għal Franza, instab li l-APB huma konformi ħafna mar-rekwiżiti għall-2017 skont il-PST, billi l-previżjoni tal-ħarifa tal-2016 tal-Kummissjoni tipprevedi li d-defiċit nominali se jkun kemxejn taħt il-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG fl-2017, għalkemm hemm nuqqas sinifikanti fl-isforz fiskali meta mqabbel mal-livell rakkomandat u l-korrezzjoni ma tkunx durabbli fl-2018 fuq il-bażi ta' politiki mhux mibdula.", "- għal Spanja, l-APB instab li huwa f'riskju ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-2017 skont il-PST.", "Filwaqt li tiġi rikonoxxuta n-natura ta' ebda bidla fil-politika ta' dan it-tbassir, minħabba dan it-tbassir il-Kummissjoni għall-2017 tbassar li la l-mira intermedja tad-defiċit nominali, u lanqas l-isforz fiskali rakkomandat ma huma se jinkisbu.", "- għall-Portugall, l-APB instab li huwa ta' riskju ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-2017 taħt il-PST, għalkemm id-devjazzjoni prevista taqbeż il-limitu għal devjazzjoni sinifikanti b'marġini baxx ħafna.", "Għalhekk jidher li r-riskji ġew ikkontrollati bil-kundizzjoni li jitwettqu l-miżuri fiskali meħtieġa.", "Il-Portugall, li bħalissa qiegħed taħt il-parti korrettiva, huwa mbassar li se jirrispetta l-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG ta' din is-sena, kif rakkomandat.", "Dan jista' jkun soġġett għall-parti preventiva mill-2017, jekk tinkiseb korrezzjoni f'waqtha u sostenibbli tad-defiċit eċċessiv.", "Il-Portugall u Spanja ppreżentaw l-APB tagħhom sa nofs Ottubru, kif ukoll rapporti dwar l-azzjoni li ttieħdet b'reazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill biex jingħata avviż, adottata fit-8 ta' Awwissu 2016 skont l-Artikolu 126(9) tat-Trattat.", "Sadanittant, il-Kummissjoni vvalutat dawn id-dokumenti u impenjat ruħha fi djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew.", "Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-Proċeduri ta' Defiċit Eċċessiv taż-żewġ Stati Membri jistgħu jinżammu sospiżi.", "Skont dan, l-avveniment li jirrikjedi proposta mill-Kummissjoni għas-sospensjoni tal-partijiet tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment ma għadux preżenti u mhux se jkun hemm tali proposta.", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill, speċjalment il-Grupp tal-Ewro, u l-Kunsill Ewropew biex jiddiskutu u japprovaw il-gwida ppreżentata hawn.", "Hija tħares 'il quddiem għal aktar diskussjoni mal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet għall-UE u għaż-Żona tal-Ewro.", "Bi tħejjija għall-ħruġ tar-Rapporti tal-Pajjiż kmieni fl-2017, biex jiġu rċevuti l-programmi nazzjonali u biex jiġu ppubblikati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż il-Ħarifa li jmiss, il-Kummissjoni beħsiebha tintensifika d-djalogu mal-Istati Membri biex tiżviluppa fehim komuni ta' prijoritajiet kondiviżi u implimentazzjoni u sekwenzjar b'suċċess tar-riformi.", "Il-missjonijiet fil-livell politiku jseħħu taħt it-tmexxija tal-Viċi-President responsabbli.", "L-Istati Membri se jkollhom ukoll il-possibbiltà li jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar l-analiżi tal-Kummissjoni matul il-laqgħat bilaterali.", "Il-Komunikazzjoni ssejjaħ ukoll għal involviment mill-qrib tal-Parlamenti nazzjonali, kif ukoll tal-imsieħba soċjali, fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.", "Għal aktar informazzjoni:", "Bidu tas-Semestru Ewropew tal-2017: Mistoqsijiet u Tweġibiet tal-Pakkett tal-Ħarifa", "Komunikazzjoni dwar il-Pożizzjoni Fiskali", "Stħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali tal-2017", "Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2017", "Rakkomandazzjoni għaż-Żona tal-Ewro tal-2017", "Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2017", "Komunikazzjoni dwar l-Abbozz tal-Pjanijiet Baġitarji taż-Żona tal-Ewro", "Anness għall-Komunikazzjoni dwar l-Abbozz tal-Pjanijiet Baġitarji", "Abbozz tal-Pjanijiet Baġittarji, l-Opinjonijiet tal-Kummissjoni u d-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal", "Valutazzjoni ta' azzjoni meħuda mill-Portugall u minn Spanja"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3674", "title": "Unjoni tas-Sigurtà: Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 15 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["“Jeħtieġ li nkunu nafu min qed jaqsam il-fruntieri tagħna.", "F'Novembru, se nipproponu sistema awtomatizzata li tiddetermina min se jkun permess li jivvjaġġa lejn l-Ewropa.", "B'dan il-mod se nkunu min qed jivvjaġġa lejn l-Ewropa qabel biss jaslu hawn.\" – Il-President Jean-Claude Juncker, id-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fl-2016", "Illum il-Kummissjoni qed tipproponi li tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS - European Travel Information and Authorisation System) sabiex issaħħaħ il-kontrolli tas-sigurtà fuq vjaġġaturi mingħajr ħtieġa ta' viża.", "Dan isegwi d-dikjarazzjoni f'Settembru mill-President Juncker fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, u huwa l-ewwel riżultat li jista' jitwettaq mill-prijoritajiet għal azzjoni identifikati fil-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava.", "L-ETIAS se tiġbor informazzjoni dwar dawk kollha li qed jivvjaġġaw mingħajr ħtieġa ta' viża lejn l-Unjoni Ewropea sabiex jippermettu kontrolli minn qabel tal-migrazzjoni irregolari u ta' sigurtà.", "Dan se jikkontribwixxi għal ġestjoni aktar effiċjenti tal-fruntieri esterni tal-UE u jtejjeb is-sigurtà interna, filwaqt li fl-istess ħin jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar legali fil-fruntieri ta' Schengen.", "L-Ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: \"Is-sigurtà tal-fruntieri u l-protezzjoni taċ-ċittadini tagħna hija l-ewwel prijorità tagħna.", "L-ETIAS se tagħlaq lakuna ta' informazzjoni permezz li tikkontroverifika l-informazzjoni tal-applikanti eżentati mill-viża fuq is-sistemi l-oħra kollha tagħna.", "Fl-istess waqt, l-ETIAS tal-ġejjieni se tkun faċli, rapida, irħisa u effettiva.\"", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni Dimitris Avramopoulos qal: \"L-ETIAS hija l-ħolqa nieqsa fil-ġestjoni tal-fruntieri tagħna, tagħmel il-konnessjonijiet bejn il-politiki tal-migrazzjoni u tas-sigurtà tagħna u ssaħħaħ id-dħul f'Schengen għal mill-inqas 95% tal-vjaġġaturi mingħajr ħtieġa ta' viża.", "Il-fatt li l-Ewropa hija miftuħa ma għandux jikkomprometti s-sigurtà tagħha.\"", "Il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà Julian King qal: \"It-terroristi u l-kriminali ma tantx jimpurtahom mill-fruntieri nazzjonali.", "L-uniku mod kif nirbħulhom huwa billi naħdmu flimkien b'mod effettiv.", "L-ETIAS se tgħin tagħmel dan: billi tidentifika individwi problematiċi u twaqqafhom milli jiġu, aħna se nsaħħu s-sigurtà interna tal-Ewropa.\"", "L-awtorizzazzjoni tal-ETIAS mhix viża; hija sistema eħfef u aktar faċli għal viżitaturi.", "Ċittadini ta' pajjiżi ta' liberalizzazzjoni tal-viża xorta se jkunu jistgħu jivvjaġġaw mingħajr viża iżda se jkollhom jiksbu awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar sempliċi qabel ma jivvjaġġaw lejn iż-Żona Schengen.", "Dan se jgħin biex jiġu identifikati persuni li jistgħu jkunu ta' riskju ta' immigrazzjoni irregolari jew ta' sigurtà qabel ma jaslu fuq il-fruntiera u ttejjeb b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-fruntieri esterni.", "L-ETIAS se tagħlaq ukoll lakuna eżistenti ta' tagħrif dwar vjaġġaturi mingħajr ħtieġa ta' viża billi tiġbor informazzjoni li tista' tkun essenzjali għall-awtoritajiet tal-Istati Membri qabel ma jaslu fil-fruntiera ta' Schengen.", "Għaldaqstant l-ETIAS hija pass importanti ‘l quddiem lejn sistemi ta' informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà.", "L-ETIAS se tiffaċilita l-qsim tal-fruntiera esterna minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-viża.", "Il-vjaġġaturi se jkollhom ukoll indikazzjoni bikrija u ta' min joqgħod fuqha ta' dħul fiż-Żona Schengen li għaldaqstant se tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' ċaħdiet għal dħul.", "Sabiex tiddeċiedi jekk għandhiex toħroġ jew tiċħad talba għall-ivvjaġġar lejn l-UE, sistema awtomatizzata se twettaq verifiki minn qabel, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data personali.", "Għalkemm id-deċiżjoni finali li jagħtu jew jirrifjutaw id-dħul dejjem se tittieħed mill-gwardji nazzjonali tal-fruntiera li jkunu qed jagħmlu kontrolli fil-fruntieri skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, verifiki minn qabel tal-vjaġġaturi kollha se tiffaċilita l-kontrolli tal-fruntieri u tiżgura valutazzjoni koordinata u armonizzata ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma eżentati mill-viża.", "L-ETIAS se tkun ġestita mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Europol.", "L-Aġenzija eu-LISA se tiżviluppa u tipprovdi l-ġestjoni teknika ta' din is-sistema ta' informazzjoni.", "Il-funzjonijiet ewlenin tal-ETIAS se jkunu:", "Awtorizzazzjoni tista' tinkiseb permezz ta' proċedura sempliċi, irħisa u rapida; fil-maġġoranza tal-każi, awtorizzazzjoni għandha tingħata fi kwistjoni ta' minuti.", "L-awtorizzazzjoni, li l-applikazzjoni għaliha ma għandhiex tieħu iktar minn 10 minuti biex timtela u teħtieġ biss dokument tal-ivjaġġar validu bħala dokumentazzjoni, se tkun valida għal perjodu ta' ħames snin u għal vjaġġi multipli.", "Miżata ta' applikazzjoni ta' €5 biss se tapplika għall-applikanti kollha 'l fuq minn 18-il sena.", "Kuntest", "Is-sigurtà kienet tema kostanti sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker – mil-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-aħħar diskors dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016.", "Fid-diskors tiegħu, il-President Juncker ħabbar li sa Novembru l-Kummissjoni se tipproponi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) – sistema awtomatizzata li tiddeterminaw min se jkollu permess li jivvjaġġa lejn iż-Żona Schengen.", "It-twaqqif ta' din is-sistema ġie iktar ipprijoritizzat fil-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava ffirmat u miftiehem bejn is-27 mexxejja tal-UE, li jinkludi impenn li: \"tiġi stabbilita Sistema ta' Informazzjoni u Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (ETIAS) sabiex ikunu jistgħu jsiru verifiki minn qabel u, jekk ikun hemm bżonn, tiġi miċħuda d-daħla ta' vjaġġaturi mingħajr viża\".", "Il-Kummissjoni Ewropea adottat l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà fit-28 ta' April 2015, li stabbilixxiet l-azzjonijiet ewlenin sabiex tiżgura reazzjoni effettiva mill-UE għat-theddidiet tat-terroriżmu u s-sigurtà fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu 2015-2020.", "Sa mill-adozzjoni tal-Aġenda, sar progess sinifikanti fl-implimentazzjoni tagħha.", "F'Novembru 2015, il-Kummissjoni pproponiet ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Armi tan-Nar segwita minn Pjan ta' Azzjoni dwar l-armi tan-nar u l-isplussivi f'Diċembru 2015.", "Dwar it-terroriżmu, Direttiva dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ġdida ġiet adottata mill-Kummissjoni f'Diċembru 2015 u Pjan ta' Azzjoni dwar il-finanzjament tat-terroriżmu speċifiku fi Frar 2016.", "F'April, il-Kummissjoni pproponiet l-istabbiliment tas-Sistema tad-Dħul u l-Ħruġ (EES) u ppreżentat Komunikazzjoni li twitti t-triq lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina.", "Barra minn hekk, ċertifikazzjoni waħda tal-UE għal tagħmir ta' sigurtà għall-avjazzjoni ġiet adottata f'Settembru.", "Dan l-aħħar, fl-14 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha “It-tisħiħ tas-sigurtà f'dinja ta' mobilità” li kkonfermat il-ħtieġa li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn l-iżgurar tal-mobilità u t-tisħiħ tas-sigurtà, filwaqt li jiġi ffaċilitat id-dħul legali fiż-Żona Schengen mingħajr il-ħtieġa ta' viża.", "Barra minn hekk, fis-6 ta' Ottubru, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta saret operazzjonali, disa' xhur biss wara l-proposta tal-Kummissjoni f'Diċembru, li juri impenn ċar li jissaħħu l-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE.", "Il-ħolqien mill-President Juncker ta' portafoll speċifiku ta' Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà f'Awwissu 2016 juri l-importanza li l-Kummissjoni qed tagħti lit-tisħiħ tar-reazzjoni tagħha kontra t-theddida tat-terroristi.", "Għal aktar informazzjoni", "Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar", "Anness", "Studju ta' fattibbiltà dwar Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar", "MEMO: Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "SKEDA INFORMATTIVA: Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar", "Stqarrija għall-istampa: Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà: It-tieni rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u sostenibbli", "Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà", "Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3681", "title": "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà: It-tieni rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u sostenibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 15 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea ippreżentat it-tieni rapport tagħha ta' kull xahar dwar il-progress li sar lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u sostenibbli.", "F'konformità mat-talbiet li saru mill-pjan direzzjonali ta' Bratislava u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru, passi importanti ‘l quddiem li saru fl-aħħar xahar jinkludu t-tnedija ta' Gwardja tal-Kosta u tal-Fruntiera Ewropea fis-6 ta' Ottubru, diskussjonijiet dettaljati dwar l-azzjoni meħuda permezz tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' żgħażagħ f'riskju ta' radikalizzazzjoni, kif ukoll il-proposta tal-lum għal Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, ETIAS), wara li tħabbret mill-President Juncker f'Settembru tal-2016 fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni.", "Il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà Julian King qal: \"Ftit tal-jiem ilu, l-Ewropa fakkret l-ewwel anniversarju mill-attakki orribbli f'Pariġi, fejn intużaw armi tan-nar ta' assalt militari riattivati li kellhom effett devastanti.", "Wasal iż-żmien biex il-ħidma leġiżlattiva dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar tiġi ffinalizzata u l-armi tan-nar awtomatiċi militari tat-tip Kalashnikov jitneħħew miċ-ċirkolazzjoni.", "Ir-rapport jappella wkoll lill-koleġiżlaturi biex jiffinalizzaw żewġ pakketti oħra qabel tmiem is-sena: id-Direttiva l-ġdida kontra t-terroriżmu u r-reviżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.", "Meta jiġu kkunsidrati flimkien, dawn ir-regoli jistgħu jagħmlu differenza reali fil-post, anki biex tiġi indirizzata t-theddida magħmula minn ġellieda terroristi barranin li jirritornaw, u se tgħin lill-awtoritajiet biex jipproteġu liċ-ċittadini fl-Ewropa kollha b'mod aktar effettiv”.", "B'ħarsa 'l quddiem, ir-rapport jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa urġenti biex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jwettqu l-impenji tagħhom, l-aktar riċenti fil-pjan direzzjonali ta' Bratislava u fil-Kunsill Ewropew ta' Ottubru, u jintlaħaq ftehim dwar il-proposti tal-Kummissjoni rigward ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar, id-Direttiva dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u dwar it-twaqqif ta' verifiki sistematiċi tal-persuni kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE.", "Il-punti ewlenin imsemmija huma:", "It-tisħiħ tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata", "It-tisħiħ tad-difiżi tagħna u r-reżiljenza", "Sfond", "Is-sigurtà kienet tema kostanti sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker – mil-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-aħħar Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016.", "Il-Kummissjoni Ewropea adottat l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà fit-28 ta' April 2015, filwaqt li stabbilixxiet l-azzjonijiet ewlenin biex tiżgura risposta tal-UE effettiva għat-theddidiet tat-terroriżmu u s-sigurtà fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu 2015-2020.", "Mill-adozzjoni tal-Aġenda, sar progess sinifikanti fl-implimentazzjoni tagħha.", "F'Novembru 2015, il-Kummissjoni pproponiet ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Armi tan-Nar segwita minn Pjan ta' Azzjoni dwar l-armi tan-nar u l-isplussivi f'Diċembru 2015.", "Dwar it-terroriżmu, Direttiva dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu ġdida ġiet adottata mill-Kummissjoni f'Diċembru 2015 u Pjan ta' Azzjoni dwar il-finanzjament tat-terroriżmu speċifiku fi Frar 2016.", "F'April, il-Kummissjoni pproponiet it-twaqqif tas-Sistema tad-Dħul u l-Ħruġ (EES) u ppreżentat Komunikazzjoni li twitti t-triq lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina.", "Barra minn hekk, ċertifikazzjoni waħda tal-UE għal tagħmir ta' sigurtà għall-avjazzjoni ġiet adottata f'Settembru.", "Dan l-aħħar, fl-14 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha “It-tisħiħ tas-sigurtà f'dinja ta' mobilità” li kkonfermat il-ħtieġa li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn l-iżgurar tal-mobilità u t-tisħiħ tas-sigurtà, filwaqt li jiġi ffaċilitat id-dħul legali fiż-Żona Schengen mingħajr il-ħtieġa ta' viża.", "Barra minn hekk, fis-6 ta' Ottubru, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bdiet topera, disa' xhur biss wara l-proposta tal-Kummissjoni f'Diċembru, li juri impenn ċar biex jissaħħu l-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE.", "Il-ħolqien mill-President Juncker ta' portafoll ta' Kummissarju speċifiku għall-Unjoni tas-Sigurtà f'Awwissu 2016 juri l-importanza li l-Kummissjoni qed tagħti lit-tisħiħ tar-reazzjoni tagħha kontra t-theddida tat-terroristi.", "L-ewwel rapport ta' progress ta' kull xahar dwar l-Unjoni tas-Sigurtà ġie ppreżentat fit-12 ta' Ottubru u kopra l-perjodu minn April sa Ottubru 2016, filwaqt li t-tieni rapport tal-lum jħares lejn il-progress miksub minn dak iż-żmien u jħares 'il quddiem sa Diċembru 2016.", "Għal aktar informazzjoni", "It-tieni rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina", "Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar", "Stqarrija għall-istampa: Insaħħu l-fruntieri esterni tal-Ewropa: It-tnedija tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta", "Kommunikazzjoni dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina", "Komunikazzjoni: Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina", "Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà", "Skeda Informattiva: Unjoni tas-Sigurtà", "Mistoqsijiet u Tweġibiet: Inwittu t-triq għal Unjoni tas-Siġurtà ġenwina u effettiva", "Ittra ta' Missjoni lil Sir Julian King, il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3570", "title": "Approvazzjoni ta' tmien inizjattivi ġodda skont l-Istrument ta' Sħubija tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Mon, 14 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea approvat tmien proġetti ġodda għal total ta' aktar minn EUR 32 miljun permezz tal-Istrument ta' Sħubija (Partnership Instrument, PI) biex tagħti spinta lill-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab f'oqsma ta' prijorità.", "Dawn il-miżuri se jappoġġaw l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni Ewropea fir-relazzjonijiet esterni billi jtejbu l-isħubiji ma' pajjiżi terzi mad-dinja kollha fuq kwistjonijiet importanti bħat-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà, l-aġenda diġitali internazzjonali u l-avjazzjoni ċivili.", "Il-pakkett il-ġdid ta' proġetti jinkludi programm pilota ambizzjuż li jaqa' fid-dimensjoni esterna tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-UE (€EUR 8 miljun) bil-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni ma' msieħba ewlenin dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-fiduċja u s-sigurtà fiċ-ċiberspazju, l-aċċess transfruntier għall-provi elettroniċi u l-istandardizzazzjoni tal-ICT.", "L-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomiji, il-prattiki ambjentali sostenibbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jiġu xprunati permezz ta' diversi inizjattivi apposta bħat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju l-iswed fl-Artiku (€EUR 1.5 miljun), l-appoġġ għall-pajjiżi tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (€EUR 3 miljun) biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom li huma kważi esklussivament dipendenti mill-estrazzjoni tal-idrokarburi, it-tkomplija tat-teknoloġija għall-Qbid u Ħżin tal-Karbonju (€EUR 1 miljun) fiċ-Ċina bħala mezz biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 mill-impjanti li jaħdmu bil-karbonju.", "Dawn il-miżuri se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ewwel ftehim universali u legalment vinkolanti dwar il-klima, iffirmat f'Pariġi f'Diċembru 2015, wara li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016 wara r-ratifika riċenti mill-Unjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, l-Istrument ta' Sħubija se jsaħħaħ il-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea maċ-Ċina permezz ta' inizjattivi ġodda mfassla biex jippromwovu politiki u leġiżlazzjoni aktar ekoloġiċi (€EUR 3 miljun) skont l-aħjar prattiki tal-UE u l-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' organiżmi selvaġġi.", "Fl-isforzi tiegħu biex jippromwovi l-istandards Ewropej fl-avjazzjoni u biex inaqqas l-impatt fuq l-ambjent u l-bidla fil-klima kkawżat mit-trasport bl-ajru, il-PI se jkompli jħeġġeġ is-sħubijiet politiċi, ekonomiċi u ambjentali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili.", "B'aktar ħidma fuq il-kooperazzjoni li ilha għaddejja maċ-Ċina u l-Indja fl-2014 u 2015 rispettivament, il-PI issa se jestendi l-ħidma tiegħu fl-Amerika Latina ((€EUR 7 miljun) u fix-Xlokk tal-Asja (€EUR 7.5 miljun).", "Fl-aħħar nett, se jiġu allokati €EUR 1.2 miljun biex jissaħħu d-djalogi politiċi mas-sħab strateġiċi tal-UE u lil hinn fuq firxa wiesa' ta' oqsma tal-politika, fosthom il-governanza demokratika, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-bidla fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent, it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà.", "B'hekk toktor il-kapaċità tagħna li niddefinixxu u nimplimentaw approċċi u rispons komuni għall-isfidi globali.", "Sfond", "L-Istrument ta' Sħubija jiffinanzja proġetti li jippermettu lill-Unjoni Ewropea tieħu sehem fit-tfassil tal-bidla globali u tippromwovi l-valuri fundamentali tagħha.", "Huwa wieħed minn diversi strumenti inklużi fil-baġit tal-UE għall-2014-2020 allokati għall-finanzjament tal-Azzjoni Esterna tal-UE.", "Matul il-PI, l-UE tikkoopera mal-imsieħba tagħha madwar id-dinja biex tindirizza l-isfidi globali u ssib soluzzjonijiet konġunti għall-kwistjonijiet ta' interess reċiproku.", "Il-PI jiffinanzja attivitajiet li jmexxu l-quddiem il-prijoritajiet tal-UE, fejn ibiddel impenji politiċi b'miżuri konkreti.", "Dan il-programm ikompli jibni fuq il-pjanijiet ta' azzjoni annwali preċedenti adottati mill-Kummissjoni.", "Il-kontribut totali b'appoġġ tal-interessi strateġiċi tal-UE fl-aħħar sentejn u nofs huwa ta' aktar minn €EUR 315-il miljun.", "Il-pajjiżi sħab għall-proġetti ffinanzjati mill-PI b'enfasi fuq is-suq diġitali jinkludu l-Brażil, iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati Uniti.", "Se jkun hemm aktar kooperazzjoni u inizjattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fuq livell reġjonali mal-Amerika t'Isfel u fix-Xlokk tal-Asja, kif ukoll b'mod bilaterali mal-Arġentina, il-Brażil, iċ-Ċili, il-Kolombja u l-Messiku, il-Brunej, il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malasja, il-Myanmar, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja u l-Vjetnam."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3672", "title": "Il-Kummissjoni tippreżenta studju dwar l-impatt ta' ftehimiet kummerċjali futuri fuq is-settur agrikolu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,TRADEPOL,JOBGIC", "date": "Mon, 14 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Studju ekonomiku joffri informazzjoni importanti dwar l-effetti potenzjali tal-ftehimiet kummerċjali futuri u jivvalida l-approċċ attwali tal-UE li tipproteġi sistematikament lis-setturi sensittivi.", "Illum il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lill-Ministri tal-agrikoltura tal-UE l-konklużjonijiet ta' studju dwar l-effetti kumulattivi ta' 12-il ftehim kummerċjali futuri għas-settur agroalimentari, inklużi riżultati speċifiċi dwar il-prezzijiet tal-produtturi u dwar il-volumi tal-produzzjoni fuq firxa ta' prodotti li jikkostitwixxu 30 % tal-valur tal-esportazzjonijiet tal-UE f'dan is-settur.", "L-istudju juri l-potenzjal għal prodotti agrikoli Ewropej fis-suq dinji, filwaqt li fl-istess ħin juri wkoll is-sensittività ta' ċerti setturi agrikoli speċifiċi.", "Għarfien dettaljat dwar l-impatti potenzjali se jippermetti lill-Kummissjoni tagħmel għażliet infurmati matul il-proċess tan-negozjati.", "Minħabba l-limitazzjonijiet tal-metodoloġiji disponibbli, il-firxa ta' prodotti agrikoli li dwarhom l-istudju jipprovdi analiżi aktar dettaljata mhijiex eżawrjenti.", "Il-gwadanni possibbli għal prodotti importanti li għandhom potenzjali sinifikanti għall-esportazzjoni - bħal frott u ħxejjex, nbid, żejt taż-żebbuġa u ikel ipproċessat b'mod ġenerali (li jammontaw għal 70 % tal-valur tal-esportazzjoni agroalimentari tal-UE) - ma setgħux jiġu kkwantifikati fid-dettall, kif ma setgħux jiġu kkwantifikati wkoll il-gwadanni tal-protezzjoni mtejba għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.", "Il-valutazzjoni tiffoka biss fuq l-effetti tal-liberalizzazzjoni reċiproka ta' tariffi ta' importazzjoni bejn l-UE u l-imsieħba kummerċjali rilevanti, mingħajr ma jitqiesu dispożizzjonijiet oħrajn b'impatt ekonomiku (eż. it-tnaqqis ta' miżuri mhux tariffarji, b'mod partikolari l-miżuri sanitarji u fitosanitarji).", "L-impatt tal-miżuri li l-UE tagħmel użu minnhom biex is-setturi vulnerabbli jkunu protetti fil-kuntratti kummerċjali, bħal pereżempju l-użu sistematiku ta' kwoti limitati tar-rata tariffarja (TRQ) huwa wkoll barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-valutazzjoni.", "L-istudju għalhekk mhuwiex tbassir jew previżjoni iżda eżerċizzju teoretiku ħafna li jirrifletti l-eżiti potenzjali tal-konklużjoni b'suċċess tal-ftehimiet koperti.", "Dwar dan l-istudju, il-Viċi-President Jyrki Katainen qal: \"għall-esportazzjonijiet agrikoli Ewpropej b'valur għoli, il-perspettiva globali hija waħda pożittiva.", "Dan l-istudju juri li hemm aspetti sensittivi, iżda jiffoka fuq parti waħda biss tas-settur agrikolu u ma jivvalutax għadd ta' prodotti agroalimentari li għandhom potenzjal sinifikanti ta' tkabbir fl-esportazzjoni.", "Dan il-bilanċ huwa rifless b'mod sħiħ fl-istrateġija tal-UE ta' negozjar kummerċjali, li biha nfittxu li nħarsu s-setturi vulnerabbli tagħna bis-saħħa ta' miżuri bħal kwoti tar-rata tariffarja, filwaqt li nimmassimizzaw l-interessi pożittivi tagħna kull meta dan ikun possibbli.", "It-tkabbir fil-qasam tal-ikel ipproċessat, b'mod partikolari, iħalli wkoll effetti indiretti għas-settur tal-produzzjoni primarja.", "L-esportazzjonijiet tal-UE tal-prodotti agrikoli li jappoġġaw 1.4 miljun impjieg u 650,000 impjieg ieħor fis-settur tal-ikel ipproċessat jiddependu wkoll fuq il-kapaċità tagħna li nesportaw .", "L-ekonomija tal-UE kollha kemm hi tibbenefika bil-kbir mill-kummerċ, kif muri bil-ftehim ta' kummerċ ħieles li sar dan l-aħħar mal-Korea t'Isfel.”", "Il-Kummissarju Hogan qal li \"Xi Stati Membri u partijiet involuti esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-effett kumulattiv tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali li l-UE wettqet u li qed tkompli twettaq.", "Dan l-istudju jwieġeb għal dak it-tħassib, u abbażi tas-suppożizzjonijiet li saru, juri li l-effett tal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali dwar l-agrikoltura u s-settur agroalimentari Ewropew huwa ġeneralment pożittiv.”", "Il-Kummissarju Hogan żied jenfasizza “ta' min wieħed jinnota li l-konklużjonijiet tal-istudju dwar l-impatt kumulattiv mhumiex previżjoni tal-konklużjoni b'suċċess ta' dawn it-12-il ftehim kummerċjali, għaliex huma bbażati fuq sett speċifiku ħafna ta' suppożizzjonijiet li jistgħu jirriflettu jew le, b'mod parzjali jew bis-sħiħ, il-pożizzjoni ta' negozjar tal-UE għal dawk il-ftehimiet.", "Pereżempju, l-istudju ma jinkludix it-tnaqqis possibbli ta' miżuri mhux tariffarji, li għalihom bħalissa m'hemm l-ebda stimi affidabbli.", "L-użu tal-kwoti tar-rata tariffarja għal prodotti sensittivi, kif wieħed normalment jassoċja man-negozjati kummerċjali, huwa importanti sabiex jinħoloq bilanċ għall-agrikoltura tal-UE kif ukoll sabiex ikun hemm il-gwadanni fl-esportazzjonijiet permezz tal-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-UE”", "Huma mistennija gwadanni sinifikanti għall-UE fis-setturi tal-prodotti tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal, żewġ setturi li batew fis-snin reċenti u li issa qed juru sinjali ta' rkupru.", "Min-naħa l-oħra, l-istudju juri vulnerabbiltajiet għaċ-ċanga u għar-ross, kemm f'termini ta' effetti kummerċjali kif ukoll f'termini ta' tnaqqis fil-prezzijiet tal-produtturi.", "Il-firxa tal-impatt għal dawn il-prodotti differenti tvarja skont jekk wieħed iħares lejn xenarji tal-istudju aktar “ambizzjużi” (liberalizzazzjoni sħiħa ta' 98.5 % tal-prodotti kollha, u tnaqqis parzjali ta' 50% fuq it-tariffa għall-bqija tal-prodotti) jew aktar “konservattivi” (liberalizzazzjoni sħiħa ta' 97% u tnaqqis ta' 25% fuq it-tariffa għall-oħrajn).", "Ir-riżultati tal-istudju jikkonfermaw ukoll li l-approċċ attwali tal-UE li tillimita l-liberalizzazzjoni ta' importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli sensittivi fin-negozjati kummerċjali kollha huwa l-approċċ tajjeb.", "Fil-każ tal-ftehim li ntlaħaq mal-Kanada dan l-aħħar (CETA), l-UE se telimina 92.2 % tat-tariffi agrikoli tagħha mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim (li jitla' għal 93.8 % wara seba' snin).", "Il-kwoti tar-rata tariffarja għaċ-ċanga fis-CETA jammontaw għal 45,838 tunnellata, li għandhom jiġu mqassma fuq 5 snin u li jikkorrispondu għal madwar 0.6 % tal-konsum totali tal-UE.", "Eżempju ieħor huwa r-ross: fil-ftehim kummerċjali mal-Vjetnam, l-UE se tilliberalizza b'mod parzjali biss, l-importazzjonijiet tar-ross, billi l-kwoti tar-rata tariffarja għar-ross jirrappreżentaw madwar 8 fil-mija tal-importazzjonijiet totali tal-UE, u li żewġ terzi minnhom se jiġu allokati għal ross mhux prodott fl-UE jew għal ross li jrid jerga' jiġi pproċessat mill-industrija tar-ross tal-UE.", "L-eżitu tal-istudju qed jiġi ppreżentat illum lill-Ministri tal-UE u huwa mistenni li se ssir diskussjoni oħra fil-qafas tal-Kunsill Agrikoltura waqt il-Presidenza Maltija f'Jannar.", "L-istudju dwar l-effetti kumulattivi fuq l-agrikoltura ma jissostitwixxix il-valutazzjonijiet tal-impatt usa' u aktar dettaljati u l-valutazzjonijiet tal-impatt sostenibbli mwettqa għal kull negozjat kummerċjali.", "Għal aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "http://ec.europa.eu/agriculture/trade-analysis/impact-assessment/index_en.htm"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_16_3673", "title": "Studju ekonomiku dwar l-effetti kumulattivi tal-ftehimiet kummerċjali fuq is-settur agrikolu tal-UE - Mistoqsijiet Frekwenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,TRADEPOL,JOBGIC", "date": "Mon, 14 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Studju ekonomiku jipprovdi l-informazzjoni importanti fuq l-effetti potenzjali ta' ftehimiet kummerċjali fil-futur u jivvalida l-approċċ attwali tal-UE li b'mod sistematiku tipproteġi s-setturi sensittivi.", "Fil-laqgħa tal-Kunsill Agrikolu tal-15 ta' Novembru 2016, il-Viċi President Katainen u l-Kummissarju Hogan ippreżentaw ir-riżultati ta' studju dwar l-effetti ekonomiċi kumulattivi tan-negozjati kummerċjali li għaddejjin bħalissa u ta' dawk li ġejjin, fuq is-settur agrikolu tal-UE.", "Dan l-istudju jinsab online fil-forma ta' stqarrija għall-istampa.", "L-istudju huwa eżerċizzju teoretiku ta' mudellar fuq l-effetti ekonomiċi potenzjali fuq is-settur agroalimentari, li jinkludi riżultati speċifiċi għal xi prodotti agrikoli wara li jiġu konklużi 12-il ftehim kummerċjali sal-2025.", "Hemm xi twiddib dwar il-mudelli li ntużaw, u għandhom il-limitazzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari, il-fatt li l-analiżi tqis it-tnaqqis fit-tariffi, u mhux il-kwoti tar-rati tariffarji għall-prodotti sensittivi, kif inhi l-prattika normali tal-UE meta tkun qiegħda tinnegozja l-ftehimiet kummerċjali.", "Minħabba l-limitazzjonijiet tal-metodoloġiji li jistgħu jintużaw, l-istudju jħalli barra ċerti prodotti agrikoli ewlenin mill-analiżi aktar dettaljata.", "Ma setgħux jingħaddu fid-dettall il-vantaġġi possibbli għall-prodotti importanti bħall-frott u l-ħxejjex, l-inbid, iż-żejt taż-żebbuġa u b'mod ġenerali, l-ikel ipproċessat (li jagħmlu 70% tal-valur tal-esportazzjoni tal-ikel agrikolu tal-UE), u bl-istess mod ma setgħux jingħaddu l-vantaġġi tal-protezzjoni miżjuda mill-Indikazzjonijiet Ġeografiċi fil-ftehimiet kummerċjali.", "L-istudju minnu nnifsu mhuwiex previżjoni jew tbassir tar-riżultati probabbli tal-konklużjoni b'suċċess ta' dawk it-12-il ftehim li l-maġġoranza tagħhom għadhom qed jiġu nnegozjati, jew li għadhom lanqas biss bdew in-negozjati dwarhom.", "Iżda jgħin biex jagħti idea tajba tal-pożizzjoni li għandha tieħu fin-negozjati l-Kummissjoni, meta jasal iż-żmien.", "Għalfejn sar studju dwar l-impatti kumulattivi tal-ftehimiet kummerċjali fuq l-agrikultura?", "L-Unjoni Ewropea diġà kkonkludiet ħafna ftehimiet kummerċali bilaterali u reġjonali u fil-preżent qiegħda tinnegozja għadd kbir minn dawn ukoll.", "Huwa mistenni li jitnedew aktar negozjati fil-ġejjieni qrib.", "Ladarba jiġu implimentati dawn il-ftehimiet diversi, huma se joħolqu opportunitajiet ġodda għall-esportazzjoni ta' prodotti agroalimentari, iżda se jippermettu wkoll li jkun hemm iżjed importazzjonijiet u li l-kompetizzjoni fis-suq agroalimentari domestiku tiżdied.", "Għaldaqstant, l-għan ta' dan l-istudju huwa li jagħti idea aktar preċiża tal-impatt ekonomiku potenzjali ta' dawn il-ħafna ftehimiet fuq is-settur agrikolu tal-UE, b'ħarsa partikolari lejn l-oġġetti ewlenin.", "Liema huma l-ftehimiet li huma ttrattati fl-istudju?", "L-istudju jiffoka fuq 12-il ftehim kummerċjali li għadhom iridu jiġu implimentati u li jvarjaw minn ftehimiet li diġà ġew innegozjati (mal-Kanada u mal-Vjetnam), għal dawk li bħalissa qegħdin fi stadji differenti tan-negozjati (mal-Istati Uniti, mas-Suq Komuni tan-Nofsinhar (Mercosur), mal-Ġappun, mat-Tajlandja, mal-Indoneżja, mal-Filippini), u jinkludi wkoll żewġ ftehimiet li għad iridu jiġu nnegozjati (mal-Awstralja, man-New Zealand) u tnejn oħrali jinvolvu l-aġġornament ta' ftehimiet eżistenti(mat-Turkija, mal-Messiku).", "U xi ngħidu dwar il-ftehimiet kummerċjali li diġà qegħdin fis-seħħ, eż. mal-Korea t'Isfel u mal-Ukrajna?", "L-effetti tal-ftehimiet kummerċjali li qegħdin fis-seħħ jidhru diġà fil-kummerċ agroalimentari tal-UE.", "Dawn ġew inklużi fix-xenarju ta' referenza (il-linja bażi) tal-analiżi.", "L-istudju qed jiffoka fuq ftehimiet addizzjonali li għadhom ma ġewx fis-seħħ.", "Huwa jqabbel is-sitwazzjoni li se sseħħ meta dawn il-ftehimiet addizzjonali jinżiedu max-xenarju ta' referenza (jiġifieri, is-sitwazzjoni kif inhi llum, mingħajrhom).", "X'inhija l-metodoloġija ta' dan l-istudju?", "Billi l-biċċa l-kbira tal-ftehimiet analizzati f'dan l-istudju għadhom qegħdin jiġu nnegozjati, l-istudju ma jistax jasal għal valutazzjoni konkreta u preċiża għal kull wieħed minnhom.", "Għalhekk, l-istudju huwa bbażat fuq simulazzjonijiet tax-xenarji li nħadmu fuq mudelli ekonomiċi.", "Wieħed minnhom, filwaqt li jiffoka biss fuq għadd ta' setturi ewlenin (il-laħam, il-ħalib, iċ-ċereali, iz-zokkor, ir-ross u ż-żjut veġetali), jagħti riżultati aktar dettaljati u jaħdem fuq il-premessa li dawn l-oġġetti huma prodotti bażiċi.", "Ma setgħux jingħaddu fid-dettall il-vantaġġi possibbli għall-prodotti importanti (li jagħmlu 70% tal-valur tal-esportazzjoni tal-ikel agrikolu tal-UE), u bl-istess mod ma setgħux jingħaddu l-vantaġġi tal-protezzjoni miżjuda mill-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.", "Il-valutazzjoni tiffoka biss fuq l-effetti tal-liberalizzazzjoni reċiproka tat-tariffi tal-importazzjoni bejn l-UE u s-sħab kummerċjali rilevanti, u ma tikkunsidrax dispożizzjonijiet oħra li għandhom impatt ekonomiku (eż. it-tnaqqis ta' miżuri li m'għandhomx x'jaqsmu mat-tariffi, b'mod partikolari miżuri sanitarji u fitosanitarji).", "L-impatt tal-miżuri li tħaddem l-UE biex tipproteġi s-setturi vulnerabbli, pereżempju l-użu sistematiku tal-kwoti tar-rati tariffarji limitati wkoll ma jidħolx fl-ambitu ta' din il-valutazzjoni.", "L-anqas ma tqies l-impatt tal-konsegwenzi tar-referendum tar-Renju Unit dwar is-sħubija fl-UE.", "Għaldaqstant, il-konklużjonijiet tal-istudju jagħtu indikazzjoni tad-direzzjoni potenzjali u l-kobor ta' ċerti xenarji ta' liberalizzazzjoni, u mhuwiex tbassira tar-riżultati ta' ftehimiet futuri.", "Liema huma x-xenarji li ġew analizzati?", "F'dan l-istudju ntużaw żewġ xenarji kummerċjali teoretiċi, li ssemmew “ambizzjuż” (b'ebda tariffi fuq 98.5% tal-prodotti kollha, anki l-prodotti industrijali, u tnaqqis parzjali ta' 50% tat-tariffi fuq il-prodotti l-oħrajn kollha li jifdal) jew “konservattiv” (b'ebda dazji għal 97% biss tal-prodotti kollha u tnaqqis parzjali ta' 25% tat-tariffi għall-prodotti l-oħra kollha li jifdal).", "Dawn huma sempliċiment eżerċizzji ta' mudellar, u dak li jkun bl-ebda mod ma għandu jarahom bħala previżjoni tar-riżultati potenzjali tan-negozjati li għaddejjin.", "L-ebda wieħed minn dawn ix-xenarji ma jqis l-effett li jkun hemm meta jiġu imposti kwoti tar-rati tariffarji limitati għall-prodotti sensittivi, li hija prattika komuni fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE, fejn il-kwoti tar-rati tariffarji limitati dejjem jiddaħħlu għal għadd ta' prodotti sensittivi.", "Dan l-aspett importanti tħalla barra biex tkun tista' ssir is-simplifikazzjoni teoretika meħtieġa.", "L-istudju għaliex ma jagħtix l-istess livell ta' riżultati dettaljati għall-prodotti agrikoli kollha?", "L-istudju huwa limitat bil-kopertura tal-prodotti u d-diżaggregazzjoni disponibbli fil-mudelli li ntużaw fih.", "Il-mudell ta' bilanċ parzjali - li jagħti l-iżjed riżultati dettaljati marbutin mal-prodotti - ma jittrattax is-setturi ewlenin li ġejjin: il-frott u l-ħxejjex, l-inbid, iż-żejt taż-żebbuġa, l-għelejjel speċjalizzati, u x-xarbiet u l-prodotti agrikoli pproċessati l-oħrajn kollha.", "Madankollu, il-mudell ta' bilanċ ġenerali jagħti wkoll l-impatti ġenerali kummerċjali fuq il-frott u l-ħxejjex (bħala settur wieħed) u l-inbid u l-ispirti (fil-kategorija “xorb u tabakk”) - filwaqt li ż-żejt taż-żebbuġa, l-etanol u prodotti oħrajn qegħdin inklużi f'kategoriji ikbar, b'riżultati speċifiċi li hu diffiċli li wieħed jifridhom.", "Dan l-istudju jipprovdi indikazzjonijiet operattivi għall-mod kif għandha timxi fil-ftehimiet kummerċjali l-UE (eż. dwar il-kobor possibbli tal-konċessjonijiet tal-kwoti tar-rati tariffarji)?", "Le.", "Ma jeżistix studju ekonomiku li jista' jagħti dawn l-indikazzjonijiet operattivi.", "L-għan ta' kull studju ekonomiku (u ta' dan ukoll) huwa li, soġġett għas-suppożizzjonijiet dwar xenarji u għal-limitazzjonijiet tal-eżerċizzju, jagħti direzzjoni u idea ġenerali tal-kobor tal-impatti mistennija ta' ftehim kummerċjali.", "Apparti dan, huwa ċar li r-riżultati jikkonfermaw li l-approċċ attwali tal-UE, li tillimita l-liberalizzazzjoni tal-importazzjoni ta' prodotti agrikoli sensittivi fin-negozjati kummerċjali kollha, huwa tajjeb.", "Ix-xenarji tan-negozju fl-istudju għaliex mhumiex ibbażati fuq il-volumi tal-hekk imsejħa kwoti tar-rati tariffarji?", "Billi l-maġġoranza tal-ftehimiet għadhom qed jiġu nnegozjati u mhuwiex magħruf ir-riżultat tagħhom (jew għadhom iridu jitnedew), m'hemm l-ebda mod kif wieħed jista' jidentifika xenarju realistiku b'volumi preċiżi tal-kwoti tar-rati tariffarji.", "L-uniċi eċċezzjonijiet fl-istudju huma l-Kanada u l-Vjetnam.", "Għal dawn il-pajjiżi, jitqiesu l-kwoti tar-rati tariffarji.", "It-tnaqqis parzjali tat-tariffi għall-prodotti sensittivi huwa approċċ aktar teoretiku, iżda jippermetti approċċ konsistenti għall-ftehimiet kummerċjali kollha, u li tinżamm simetrija bejn l-UE u s-sħab kummerċjali.", "L-ewwel u qabel kollox, l-aħjar li wieħed jista' jgħid fuq il-paragun bejn iċ-ċifri tal-importazzjoni reali u l-volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji huwa li hu impreċiż, billi dawn tal-aħħar jindikaw opportunità ta' esportazzjoni li mhux bilfors tissarraf f'importazzjonijiet reali.", "Pereżempju, il-Kanada ilha mill-2011 tgawdi kwota (48, 200 tunnellata fil-piż tal-prodott) fuq iċ-ċanga ta' kwalità tajba ħafna mingħajr dazju, iżda qatt ma rnexxielha tesporta kwantitajiet sinifikanti.", "Anki l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti bl-istess kwoti tar-rati tariffarji qatt ma laħqu l-kwantitajiet li kellhom il-possibbiltà li jilħqu (dejjem inqas minn 40% tal-kwantitajiet).", "U kif inhuma r-riżultati fil-livelli tal-Istati Membri jew tar-reġjuni?", "Minħabba l-limitazzjonijiet tal-mudelli li ntużaw, ir-riżultati disponibbli huma biss dawk tal-UE kollha f'daqqa.", "Għaliex ma ddaħħlux fil-mudell l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji?", "Li kieku dawn iddaħħlu fil-mudell, konna nistennew iktar vantaġġi għall-esportazzjonijiet tal-UE, jew aktar diffikultajiet għall-importazzjonijiet tal-UE?", "Fil-preżent m'għandniex metodoloġija robusta biex inqisu l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji fil-mudelli ekonomiċi kontemporanji.", "Il-fatt li huwa diffiċli li wieħed jikkwantifika l-vantaġġi għall-UE li jiġu minn kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji mtejbin innegozjati fil-ftehimiet kummerċjali tagħna ma għandux jimmina dawk il-miri tan-negozjar, peress li ħafna sħab kummerċjali jissoġġettu lill-esportaturi mill-UE għal għadd ta' proċeduri sanitarji u fitosanitarji kkumplikati u mhux ġustifikati.", "Fil-każ tal-importazzjonijiet fl-UE, l-UE qatt, f'ebda ftehim kummerċjali, ma kkompromettiet l-istandards għoljin tagħha ta' ħarsien tal-konsumaturi.", "Pereżempju, hija qatt ma awtorizzat l-hekk imsejħa promoturi tat-tkabbir, jew biddlet il-proċess tagħha, li għandu bażi xjentifika, għall-approvazzjoni tal-OĠM.", "Dawn ir-rekwiżiti legali għall-importazzjonijiet fl-UE għadhom iseħħu (eż. is-CETA), anki meta jitnaqqsu jew jitneħħew it-tariffi, u dan l-approċċ jagħmel parti mill-pożizzjoni ta' negozjar tal-UE fil-ftehimiet kollha.", "Kif jistgħu l-ftehimiet kummerċjali jgħinu biex inaqqsu l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji għall-kummerċ?", "Il-ftehimiet kummerċjali bilaterali moderni jittrattaw b'mod effettiv l-ostakoli sanitarji u fitosanitarji, li ħafna drabi jkunu kumplessi teknikament, jiswew ħafna flus u ilhom jeżistu żmien twil.", "Dan l-aħħar kien hemm għadd ta' suċċessi fit-tneħħija ta' ostakoli sanitarji u fitosanitarji li ffaċilitaw l-esportazzjonijiet mill-UE.", "L-UE għandha qafas sanitarju u fitosanitarju armonizzat, għall-kummerċ ta' bejn l-Istati Membri, li mhux dejjem ikun rikonoxxut mis-sħab kummerċjali, billi dawn ħafna drabi jħarsu lejn l-istatus tas-saħħa tal-annimali u l-pjanti ta' kull Stat Membru individwali.", "Permezz tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE li ġew konklużi jew li qed jiġu nnegozjati, il-Kummissjoni tfittex ir-rikonoxximent tal-qafas sanitarju u fitosanitarju armonizzat tal-UE mingħand il-pajjiżi terzi.", "Dan fl-aħħar mill-aħħar għandu jwassal għal proċeduri tal-approvazzjoni ssimplifikati u aktar rapidi għall-Istati Membri jew gruppi ta' Stati Membri interessati, u għandu jwassal ukoll biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-esportazzjoni komuni għall-Istati Membri kollha.", "X'jurina l-istudju dwar l-iżvilupp tal-agrikultura tal-UE fil-ġejjieni?", "L-istudju huwa għodda li l-għan tagħha huwa li tinforma l-istrateġija tan-negozjar fil-ġejjieni billi tqis xenarji teoretiċi li jinkludu tnaqqis ta' 50% u 25% fit-tariffi u fejn m'hemmx restrizzjonijiet kwantitattivi.", "Ix-xenarji li ntużaw fl-istudju ma jipprevedux u ma jirriflettux ir-riżultati futuri ta' negozjati speċifiċi li wisq probabbli jipprevedu kwoti tar-rati tariffarji fuq il-prodotti sensittivi.", "Madankollu, ir-riżultati tal-istudju jikkonfermaw l-approċċ li qed tieħu l-Kummissjoni bħalissa permezz tan-negozjaturi tal-UE għall-kapitoli agrikoli tan-negozjati kummerċjali.", "Jidher li hemm opportunitajiet enormi ta' esportazzjoni fis-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal, u l-UE se tinnegozja b'determinazzjoni kbira biex jitneħħew it-tariffi u l-ostakoli.", "L-agrikultura tal-UE għandha interess ċar li żżomm ma' aġenda kummerċjali internazzjonali ambizzjuża biex ma titlifx is-sehem attwali tagħha fis-suq għat-tgawdija tal-kompetituri kummerċjali tagħna.", "Huma mistennija vantaġġi addizzjonali kbar għall-esportazzjoni mill-UE miż-żieda fl-opportunitajiet għall-esportazzjoni tal-ikel ipproċessat, mill-protezzjoni mtejba tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, u mill-immaniġġar tal-ostakoli sanitarji u fitosanitarji.", "L-istudju jikkonferma wkoll li l-approċċ tal-UE li żżomm soda fuq l-aċċess limitat ta' prodotti sensittivi bħalma huma ċ-ċanga u r-ross, huwa ġġustifikat.", "Jeħtieġ li n-negozjaturi tal-UE jikkontrollaw l-aspettattivi tas-sħab tagħhom fil-pajjiżi terzi u jkunu determinati li jiżguraw il-protezzjoni xierqa għal dawk il-prodotti sensittivi li huma ta' valur ekonomiku u soċjali qawwi għal diversi Stati Membri.", "Fl-aħħar nett, l-istudju jipprovdi argument qawwi favur Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE b'saħħitha u b'ħafna riżorsi fil-futur.", "PAK b'saħħitha hija essenzjali għal min irid jesporta u għal min jipproduċi għas-swieq lokali.", "Din tiżgura wkoll li l-produzzjoni tagħna tkun sostenibbli u li ssir b'mod li tħares l-ambjent u tikkontribwixxi biex tikkumbatti l-isfida kbira tat-tibdil fil-klima."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3658", "title": "It-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli tippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar il-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 13 Nov 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni se tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport kif ukoll soluzzjoni ta' politika xierqa biex tkompli ssostni l-appoġġ kontinwu tagħha għas-settur agrikolu.", "Illum it-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli (AMTF), ippresedut minn dak li kien il-Ministru Netherlandiż għall-Agrikoltura u Professur tal-Università, Cees Veerman, ippreżentat ir-rapport tagħha lill-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan.", "It-Task Force, magħmula minn tnax-il espert indipendenti, twaqqfet minħabba t-tħassib li żdied dwar l-iżviluppi globali fil-katina tal-provvista tal-ikel u, b'mod partikolari, dwar il-pożizzjoni tal-produttur f'dik il-katina.", "It-Task Force għalhekk intalbet tiddiskuti għadd ta' kwistjonijiet rilevanti, kollha bil-ħsieb li jtejbu l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina alimentari.", "Ir-rapport, riżultat ta' għaxar xhur ħidma, ġie aċċettat mill-Kummissarju Hogan u qal hekk: \"Fid-dawl tad-diffikultajiet reċenti f'xi setturi speċifiċi, identifikajna l-ħtieġa li nsaħħu r-rwol tal-bidwi fil-katina alimentari bl-għan li jiġi żgurat li jikseb qligħ ġust għall-prodotti tiegħu.", "Għalija t-tisħiħ tal-leħen u tal-pożizzjoni tal-bidwi hija prijorità ewlenija.", "Ir-rapport tat-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli huwa element pożittiv ieħor fid-dibattitu dwar kif din il-prijorità tista' tintlaħaq.", "Issa se nagħtu prijorità lill-analiżi tagħna tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li noffru soluzzjoni ta' politika xierqa.", "L-importanza ta' din il-kwistjoni diġà hija rikonoxxuta fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017, u r-rapport tal-lum se jkollu rwol ċentrali fit-twettiq ta' dan l-impenn.”", "Fil-kuntest tal-tħassib dwar li l-bdiewa qed ikollhom iġorru l-piż tal-volatilità tal-prezzijiet u ta' perjodi prolongati ta' prezzijiet baxxi, ir-rapport tat-Task Force jikkonkludi li l-qafas ta' politika li jirregola l-katina alimentari \"jista' u għandu jittejjeb aktar.\"", "Fost il-konklużjonijiet l-oħra, ir-rapport jappella għal regoli ġodda fil-livell tal-UE biex ikopru ċerti Prattiki Kummerċjali Żleali (UTPs) kif ukoll l-implimentazzjoni ta' metodi effettivi ta' infurzar fl-Istati Membri bħal pereżempju permezz tal-użu ta' Ġudikant.", "Rakkomandazzjonijiet oħra jinkludu aktar trasparenza tas-suq, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-bdiewa, l-iffaċilitar tal-aċċess tal-bdiewa għall-finanzjament u t-titjib fl-adozzjoni ta' strumenti għall-ġestjoni tar-riskju.", "Speċifikament, ir-rapport tat-Task Force rrakkomanda li:", "Stabbilita f'Jannar 2016, it-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli (AMTF) ħarset ukoll lejn għadd ta' kwistjonijiet li se jippromwovu d-dibattitu dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2020, b'enfasi fuq l-isfidi maħluqa mit-tibdil tal-klima kif ukoll l-iskarsezza tal-ilma u l-enerġija fossili.", "Ir-rapport jirreferi għal kemm hu importanti li l-bdiewa jitħallsu għall-prodotti u s-servizzi pubbliċi li jagħtu.", "Ir-rapport jissuġġerixxi wkoll il-possibbiltà li fil-livell tal-UE jiddaħħlu elementi tal-politika ta' ġestjoni integrata tar-riskji.", "Fl-aħħar nett, jissottolinja l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni – li nattiraw bdiewa żgħażagħ ġodda fis-settur – bħala tweġiba għall-isfidi tal-ġejjieni.", "Għal aktar dettalji, ara hawn."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_09_255", "title": "Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 28 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["MEMO/09/255", "Brussell, id-29 ta' Mejju 2009", "Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)", "Liema għajnuna se tingħata lil Franza ?", "Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) hu ffinanzjat barra l-baġit Komunitarju normali.", "Qabel ma tista' tiġi mħallsa l-għajnuna, l-awtorità baġitarja (il-Kunsill u l-Parlament Ewropew) għandha għalhekk tadotta l-proposta baġitarja kkoreġuta li l-Kummissjoni se tippreżentalha.", "Għalhekk, il-mezzi baġitarji probabbilment mhumiex se jkunu disponibbli qabel Ottubru.", "L-għajnuna tista' tintuża b'mod retroattiv ( ara: IP/09/850 ).", "Liema se jkun il-pass li jmiss ?", "Sabiex tingħata l-għajnuna tal-Fond ta' Solidarjetà lil Franza, il-Kummissjoni se titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jikkostitwixxu l-awtorità baġitarja tal-Unjoni, sabiex jadottaw dak li nsejħu baġit ikkoreġut.", "Wara, il-Kummissjoni u Franza se jiffirmaw ftehim li jistipula t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-għajnuna.", "Qagħda fi Franza", "Il-maltempata laqtet b'mod partikolari s-settur forestali (aktar minn 60 % tal-ħsarat) kif ukoll lill-impriżi u r-residenzi privati (aktar minn 25 % tad-danni).", "Hi wasslet ukoll għal konsegwenzi fuq l-infrastrutturi (trasport, dawl ilma u telekomunikazzjonijiet) kif ukoll fuq is-settur agrikolu, li kien jeħtieġ operazzjonijiet ta' tindif.", "Tnax-il persuna mietu f'din il-katastrofi u 400 sfaw imweġġgħa.", "Fl-aħħar, għandhom jiġu previsti konsegwenzi importanti għall-industriji tal-karti u tal-injam, li jirrappreżentaw parti kbira tal-ekonomija taż-żoni milquta.", "Il-Fond ta' Solidarjetà jista' jintervjeni biss minn ċertu limitu, iffissat għal Franza għal EUR 3,4 biljun ta' ħsarat.", "Id-danni diretti kkaġunati mill-maltempata Klaus ġew ivvalutati għal EUR 3,8 biljun, li jippermetti għalhekk li tiġi attivata l-għajnuna Ewropea.", "Għaliex il-Kummissjoni ħadet aktar minn erba' xhur sabiex tirreaġixxi ?", "Il-Kummissjoni ma tistax tirreaġixxi minn jeddha, hi tiddependi minn talba formali mill-pajjiż ikkonċernat.", "It-talba Franċiża ta' għajnuna finanzjarja għall-FSUE ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fit-2 ta' April, b'rispett tad-dawma regolamentari ta' 10 ġimgħat wara l-katastrofi.", "Sadanittant, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu f'kuntatt mill-qrib mal-awtoritajiet Franċiżi sabiex jgħinuhom iħejju din it-talba.", "Is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw minnufih it-talba fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà.", "Huma kkonkludew li l-maltempata tissodisfa l-kriterji ta' katastrofi maġġuri naturali li l-Fond ta' Solidarjetà jista' jiġi mobilizzat għaliha.", "It-talba Franċiża indikat l-akbar ħsarat.", "Għaliex ma ġewx ikkunsidrati bis-sħiħ?", "Ħsarat oħra indikati fit-talba ta' intervent Franċiża bħal telf ta' dħul u ta' produzzjoni minħabba l-waqfien tal-attivitajiet ekonomiċi u l-ħsarat ipotetiċi bħall-valur stmat marbut mat-telf tal-effett ta' «pompa bijoloġika tal-karbonju» tal-foresta meqruda ma tqisux fil-kalkolu tal-għajnuna billi ma tqisux bħala ħsarat diretti.", "Kif jiġi kkalkulat l-ammont tal-għajnuna?", "Dan hu l-metodu ta' kalkolu tal-għajnuna applikat għall-interventi kollha tal-FSUE : jingħata ammont ta‘ għajnuna li jirrappreżenta 2,5 % tal-ammont totali tal-ħsarat diretti fi ħdan il-limitu tal-intervent tal-Fondi, kif ukoll ammont ta' għajnuna ta' 6 % għall-parti tal-ħsarat li taqbeż il-limitu.", "Min se jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-għajnuna ?", "Il-Kummissjoni se tikkonkludi ftehim għall-implimentazzjoni tal-għajnuna ma' Franza li mbagħad se tkun responsabbli li tagħżel il-proġetti u li tikkontrollahom.", "Hi se jkollha sena mid-data tal-għoti tal-għajnuna biex tonfoq il-flus.", "Sitt xhur wara, Franza se tippreżenta rapport dwar l-użu tal-għajnuna għall-Kummissjoni.", "X'jista' jiġi ffinanzjat mill-Fondi ?", "Il-ħlasijiet mill-Fondi huma llimitati għall-finanzjament tal-operazzjonijiet ta' emerġenza mmexxija mill-awtoritajiet pubbliċi li jieħdu f'idejhom il-ħsarat li ma jistgħux jiġu assigurati (bħas-servizzi ta' salvataġġ, ir-restawr tal-infrastrutturi, l-akkomodazzjoni provviżorja, it-tindif, eċċ.).", "Il-ħsarat privati u t-telf tad-dħul, kif ukoll fl-agrikultura ma jistgħux jintraddu lura.", "L-għajnuniet għandhom jinsabu permezz tal-programmi rigward l-iżvilupp sostenibbli – b'mod partikolari l-Programm ta' Żvilupp Rurali għall-2007-2013 iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).", "Il-Kummissjoni sejra tapprova l-iskema ta' għajnuna notifikata minn Franza wara l-maltempata Klaus?", "Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tistudja skema ta' għajnuna notifikata minn Franza wara l-maltempata Klaus.", "Se tittieħed deċiżjoni dalwaqt .", "Il-Fond ta' Solidarjetà - Storja", "Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) inħoloq wara l-għargħar li laqtu lill-Ewropa ċentrali tul is-sajf tal-2002.", "Huwa jagħti għajnuniet finanzjarji għal miżuri ta' urġenza lill-Istati Membri u lil pajjiżi li qegħdin jinnegozjaw is-sħubija tagħhom mal-UE, milquta minn katastrofu naturali maġġuri.", "Fil-prinċipju, l-interventi tal-Fondi huma limitati għall-finanzjament ta' operazzjonijiet ta' urġenza mmexxija mill-awtoritajiet pubbliċi biex jindirizzaw il-ħsarat li ma jistgħux jiġu assigurati. pereżempju, restawr tal-infrastrutturi jew akkomodazzjoni provviżorja.", "Il-ħsarat mġarrba mill-persuni privati jew it-telf ta' dħul ma jistgħux jintroddu lura.", "Fis-6 ta' April 2005, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ta' regolament rivedut li jistipula kriterji aktar sempliċi u aktar ċari għal attivazzjoni f'waqtha tal-FSUE (li tippermetti li tagħti ħlas bil-quddiem.)", "Din il-proposta ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-Parlament Ewropew iżda, s'issa, ma kien hemm l-ebda progress fil-Kunsill, jiġifieri fuq livell tal-Istati Membri."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_851", "title": "It-tibdil fil-klima: Il-Kummissjoni tilqa' b'sodisfazzjon it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kien hemm fl-2007 għat-tielet sena konsekuttiva", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 28 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/851", "Brussell, 29 ta' Mejju 2009", "It-tibdil fil-klima: Il-Kummissjoni tilqa' b'sodisfazzjon it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kien hemm fl-2007 għat-tielet sena konsekuttiva", "Illum il-Kummissarju għall-Ambjent Stavros Dimas laqa' l-aħbar li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE naqsu għat-tielet sena konsekuttiva.", "L-inventarju tal-emissjonijiet miġbur mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-2007, l-aktar sena riċenti li hemm id-dejta sħiħa disponibbli dwarha, juri li mill-2006 lil hawn l-emissjonijiet tal-grupp tal-UE-15 niżlu b'1.6% filwaqt li l-ekonomija kibret bi 2.7%.", "Bis-saħħa ta' dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-grupp tal-UE-15, il-livelli tagħhom jinsabu 5.0% taħt dawk tas-sena bażi (f'ħafna każijiet din hija l-1990).", "Dan ifisser li l-grupp tal-UE-15 jinsab tabilħaqq fit-triq it-tajba biex jilħaq il-mira tiegħu skont il-Protokoll ta' Kjoto, jiġifieri li bejn il-perjodu tal-2008 u l-2012 il-medja tal-emissjonijiet tinżamm 8% taħt il-livelli tas-sena bażi.", "L-emissjonijiet tal-UE-27 niżlu b'1.2% matul is-sena u jinsabu 12.5% taħt il-livelli tas-sena bażi.", "Il-Kummissarju Dimas qal: “It-tnaqqis riċenti tal-emissjonijiet fost il-grupp tal-UE-15 iqawwilna qalbna li se nilħqu b'suċċess il-mira tagħna ta' Kjoto.", "B'iktar minn nofs l-Istati Membri tal-UE-15 li għal darb'oħra rreġistraw tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet fl-2007, it-tħassib ewlieni tagħna bħalissa huwa li niżguraw li, fil-konferenza ta' Kopenħagen li se ssir f'Diċembru, jintlaħaq ftehim ambizzjuż dwar il-klima globali għall-perjodu ta' wara l-2012.", "Dan għandu joħloq qafas għat-tnaqqis tal-emissjonijiet madwar id-dinja għall-ġejjieni.\"", "Żied jgħid: “Għalkemm parti mit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE-15 fl-2007 kien riżultat tal-kundizzjonijiet tajbin tat-temp f'xi wħud mill-Istati Membri, ix-xejra 'l isfel tal-emissjonijiet li kien hemm f'dawn l-aħħar tliet snin tindika li l-politiki u l-miżuri proattivi dwar il-klima meħudin fuq livell nazzjonali u tal-UE issa bdew jagħtu r-riżultati.", "Il-pakkett dwar il-klima u l-enerġija li ġie adottat ix-xahar li għadda jiżgura li għandu jkun hemm iktar tnaqqis fis-snin li ġejjin.", "It-tendenza li jonqsu l-emissjonijiet minkejja t-tkabbir ekonomiku", "It-tnaqqis ta' 1.6% tal-emissjonijiet tal- UE-15 bejn l-2006 u l-2007 jaqta' kuntrast maż-żieda ta' 2.7% fil-PGD matul dak il-perjodu.", "Dan ifisser li l-UE rnexxielha tkompli tifred l-emissjonijiet mit-tkabbir ekonomiku.", "L-emissjonijiet kienu naqsu wkoll fis-sentejn ta' qabel, b'0.9% fl-2005 u b'0.6% fl-2006.", "Ir-raġunijiet ewlenin għalfejn naqsu l-emissjonijiet fl-2007 - li ammontaw għal 64 miljun tunnellata f'ekwivalenti ta' CO 2 – kienu riżultat tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mid-djar minħabba li għamel temp iktar sħun u mill-industrija tal-manifattura u mill-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar.", "Min-naħa l-oħra, żdiedu l-emissjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir ta' refriġerazzjoni u tal-arja kondizzjonata.", "Il-maġġoranza tas-setturi rreġistraw tnaqqis fl-emissjonijiet bejn is-sena bażi u l-2007.", "L-emissjonijiet mill-proċessi industrijali naqsu b'14.1%, mis-settur tal-enerġija għajr dak tat-trasport b'7.4%, mill-użu tas-solventi u prodotti oħra b'23.7%, mill-agrikoltura bi 11.3% u mill-iskart b'38.9%.", "Min-naħa l-oħra, b'mod ġenerali, l-emissjonijiet mit-trasport żdiedu b'23.7% u b'24.7% mis-settur tat-trasport bl-art.", "F'sena, l-emissjonijiet tal- UE-27 naqsu b'1.2%.", "B'konsegwenza, il-livelli baqgħu 12.5% taħt dawk tas-sena bażi, li għal uħud mill-Istati Membri dan il-valur huwa differenti minn dak li nkiseb fl-1990, u huwa 9.3% taħt il-livelli tal-1990 stess.", "It-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2006, li ammontaw għal 59.4 miljun tunnellata f'ekwivalenti ta' CO 2 , jista' jkun fil-biċċa l-kbira dovut għall-istess raġunijiet fil-każ tal-UE-15.", "Kienu rreġistrati żidiet fl-emissjonijet mal-UE-27 fis-settur tat-trasport, fil-produzzjoni tas-siment u fil-produzzjoni tal-elettriku għall-pubbliku u s-sħana, kif ukoll fit-tagħmir ta' refriġerazzjoni u tal-arja kondizzjonata", "Ma hija ffissata l-ebda mira dwar l-emissjonijiet għall-UE-27 skont il-Protokoll ta' Kjoto minħabba li dak iż-żmien, l-UE-12 kienu għadhom ma sarux Stati Membri.", "Madankollu, l-UE-12 kollha għandhom impenji individwali fil-qafas ta' Kjoto sabiex inaqqsu l-emissjonijiet għal 6% jew 8% taħt il-livelli tas-sena bażi, ħlief għal Ċipru u Malta li ma għandhom l-ebda mira.", "L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ġabret id-dejta, u ntbagħtet lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC).", "Iktar tagħrif", "L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent", "www.eea.europa.eu", "Anness", "Emissjonijiet ta' gassijiet serra f'ekwivalenti tas-CO 2 (għajr il-ħażniet tal-karbonju) imqabbla mal-miri tal-Protokoll ta' Kjoto għall-2008-12", "STAT MEMBRU", "1990", "Il-Protokoll ta' Kjoto sena bażi 1)", "2007", "Bidla 2006-2007", "Bidla 2006-2007", "Bidla 1990-2007", "Bidla sena bażi-2007", "Miri 2008-12 skont il-Protokoll ta' Kjoto u “l-qsim tal-piż fl-UE”", "(miljun tunnellata)", "(miljun tunnellata)", "(miljun tunnellata)", "(miljun tunnellata)", "(%)", "(%)", "(%)", "(%)", "L-Awstrija", "79,0", "79,0", "88,0", "-3,6", "-3,9%", "11,3%", "11,3%", "-13,0%", "Il-Belġju", "143,2", "145,7", "131,3", "-5,3", "-3,9%", "-8,3%", "-9,9%", "-7,5%", "Id-Danimarka", "69,1", "69,3", "66,6", "-4,4", "-6,2%", "-3,5%", "-3,9%", "-21,0%", "Il-Finlandja", "70,9", "71,0", "78,3", "-1,6", "-2,0%", "10,6%", "10,3%", "0,0%", "Franza", "562,6", "563,9", "531,1", "-10,6", "-2,0%", "-5,6%", "-5,8%", "0,0%", "Il-Ġermanja", "1215,2", "1232,4", "956,1", "-23,9", "-2,4%", "-21,3%", "-22,4%", "-21,0%", "Il-Greċja", "105,6", "107,0", "131,9", "3,8", "2,9%", "24,9%", "23,2%", "25,0%", "L-Irlanda", "55,4", "55,6", "69,2", "-0,5", "-0,7%", "25,0%", "24,5%", "13,0%", "L-Italja", "516,3", "516,9", "552,8", "-10,2", "-1,8%", "7,1%", "6,9%", "-6,5%", "Il-Lussemburgu", "13,1", "13,2", "12,9", "-0,39", "-2,9%", "-1,6%", "-1,9%", "-28,0%", "L-Olanda", "212,0", "213,0", "207,5", "-1,0", "-0,5%", "-2,1%", "-2,6%", "-6,0%", "Il-Portugall", "59,3", "60,1", "81,8", "-2,9", "-3,4%", "38,1%", "36,1%", "27,0%", "Spanja", "288,1", "289,8", "442,3", "9,3", "2,1%", "53,5%", "52,6%", "15,0%", "L-Iżvezja", "71,9", "72,2", "65,4", "-1,5", "-2,2%", "-9,1%", "-9,3%", "4,0%", "Ir-Renju Unit", "771,1", "776,3", "636,7", "-11,2", "-1,7%", "-17,4%", "-18,0%", "-12,5%", "L-UE-15", "4232,9", "4265,5", "4052,0", "-64,0", "-1,6%", "-4,3%", "-5,0%", "-8,0%", "Il-Bulgarija", "117,7", "132,6", "75,5", "4,2", "5,9%", "-35,8%", "-43,0%", "-8,0%", "Ċipru", "5,5", "5,5", "10,1", "0,2", "1,6%", "85,3%", "Mhux applikabbli", "Mhux applikabbli", "Ir-Repubblika Ċeka", "194,7", "194,2", "150,8", "1,7", "1,2%", "-22,5%", "-22,4%", "-8,0%", "L-Estonja", "41,9", "42,6", "22,0", "2,8", "14,8%", "-47,5%", "-48,3%", "-8,0%", "L-Ungerija", "99,2", "115,4", "75,9", "-2,9", "-3,7%", "-23,5%", "-34,2%", "-6,0%", "Il-Latvja", "26,7", "25,9", "12,1", "0,4", "3,5%", "-54,7%", "-53,4%", "-8,0%", "Il-Litwanja", "49,1", "49,4", "24,7", "1,9", "8,1%", "-49,6%", "-49,9%", "-8,0%", "Malta", "2,0", "2,0", "3,0", "0,07", "2,3%", "45,7%", "Mhux applikabbli", "Mhux applikabbli", "Il-Polonja", "459,5", "563,4", "398,9", "-0,4", "-0,1%", "-13,2%", "-29,2%", "-6,0%", "Ir-Rumanija", "243,0", "278,2", "152,3", "-1,6", "-1,0%", "-37,3%", "-45,3%", "-8,0%", "Is-Slovakkja", "73,3", "72,1", "47,0", "-2,0", "-4,1%", "-35,9%", "-34,8%", "-8,0%", "Is-Slovenja", "18,6", "20,4", "20,7", "0,2", "0,7%", "11,6%", "1,8%", "-8,0%", "L-UE-27", "5564,0", "5759,8", "5045,1", "-59,4", "-1,2%", "-9,3%", "-12.5%", "Mhux applikabbli"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/PRES_09_160", "title": "Brussell, 29 ta' Mejju 2009 Sostituzzjoni tar-Rappreżentant Permanenti Grieg għall-Unjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 28 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA", "MT", "Brussell, 29 ta' Mejju 2009", "10502/09 (Presse 160)", "(OR. en)", "Sostituzzjoni tar-Rappreżentant Permanenti Grieg għall-Unjoni Ewropea", "Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ġie infurmat dwar l-appuntament mill-Gvern Grieg tal-Ambaxxatur Theodoros N. Sotiropoulos bħala Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika tal-Greċja għall-Unjoni Ewropea.", "L-Ambaxxatur SOTIROPOULOS beda l-kariga tiegħu fid-29 ta' Mejju 2009.", "(Il-curriculum vitae huwa mehmuż).", "ANNESS", "CURRICULUM VITAE", "Theodoros N. Sotiropoulos", "1949", "Twieled f'Ateni", "Lawrea fil-Liġi, Università ta' Ateni", "1977", "Ministeru tal-Affarijiet Barranin", "1978 - 1980", "Kabinett tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin", "1980 - 1984", "Ambaxxata tal-Greċja, Sofia, Bulgarija", "1984 - 1989", "Ministeru tal-Affarijiet Barranin, L-Ewwel Diviżjoni Politika / Taqsima tal-Balkani", "1989 - 1993", "Toronto, Kanada / Konsul Ġenerali", "1993 - 1997", "Ambaxxata tal-Greċja, Bonn, Ġermanja", "1997 - 2003", "Ateni, Kap tal-Uffiċċju Diplomatiku tal-Prim Ministru", "2003 - 2007", "Vjenna, Ambaxxatur għall-Awstrija u Rappreżentant Permanenti għall-Organizzazzjonijiet Internazzjonali fi Vjenna", "2007 - 2009", "Ministeru tal-Affarijiet Barranin / Direttur Ġenerali tal-Affarijiet dwar l-UE", "2009", "Rappreżentant Permanenti tal-Greċja għall-UE", "Miżżewweġ lil Ekaterini Nassika, żewgt ibniet", "Lingwi :", "Ingliż, Franċiż, Ġermaniż"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_845", "title": "Inwasslu benefiċċji veri għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa: il-kisbiet tal-Kummissjoni 2004-2009", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 27 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/845", "Brussell, i t-28 ta' Mejju 2009", "Inwasslu benefiċċji veri għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa: il-kisbiet tal-Kummissjoni 2004-2009", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ippreżentat sinteżi tal-kisbiet tagħha hekk kif qed joqorbu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ew ropew.", "Il-Kummissjoni Ewropea wasslet biex l-Unjoni Ewropea magħquda mill-ġdid taħdem għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħha u ġabet stabbiltà u prosperità akbar f'Unjoni ta' 27 Stat Membru.", "Irreaġiet b'mod deċiżiv għall-kriżi finanzjarja u ekonomika.", "Implimentat approċċ integrat rigward il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-iżgurar tal-fornitura tal-enerġija.", "Il-Kummissjoni ppruvat tinfluwenza l-globalizzazzjoni b'mod li tkun inklussiva, demokratika, orjentata lejn l-estern kif ukoll aperta.", "Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso stqarr: \"Din il-Kummissjoni, l-ewwel waħda ta' Unjoni li kibret għal 27 Stat Membru, affaċċjat uħud mill-aktar żmenijiet diffiċli li l-Unjoni Ewropea qatt għaddiet minnhom, fi żmien ta' bidla ekonomika u soċjali kbira.", "Il-kisbiet tagħna juru li aħna bqajna fidili lejn il-valuri u l-għanijiet ewlenin li wasslu sabiex l-Unjoni jkollha tant suċċes u li se nħallu kontribut qawwi għall-iżvilupp futur tal-proġett Ewropew.", "Ninsab partikolarment kburi bir-reazzjoni tagħna għall-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-aġenda ambizzjuża tagħna fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-ħolqien ta' politika Ewropea vera tal-enerġija.", "Issa qegħdin fuq quddiem fit-tiswir tal-globalizzazzjoni b'valuri Ewropej u fil-promozzjoni dinjija tal-interess Ewropew.", "Issa huwa ż-żmien għaċ-ċittadini Ewropej biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-futur fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Nistieden liċ-ċittadini Ewropej biex jużaw dan id-dritt demokratiku tagħhom.\"", "Sinteżi tal-kisbiet tal-Kummissjoni tinsab f'dokument komprensiv li ġie ppubblikat illum u li hu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.", "Matul l-aħħar ħames snin, il-Kummissjoni Barroso bniet il-kredibbiltà tagħha maċ-ċittadini, l-operaturi ekonomiċi, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew.", "Uriet li tista' tipproponi inizjattivi ambizzjużi iżda realistiċi u li tiżgura li dawn jitwettqu.", "Dan għamlitu fi żmenijiet ta' tibdil istituzzjonali u ta' kriżi ekonomika.", "Kien hemm qbil dwar leġiżlazzjoni importanti ġdida li poġġiet is-Suq Uniku deċiżivament għas-servizz taċ-ċittadini, pereżempju, billi żiedet id-drittijiet tal-passiġġieri fil-każ tat-trasport, billi naqqset l-ispejjeż tat-telefoni ċellulari jew billi ffaċilitat ħlasijiet transfruntiera.", "Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ssimplifikat il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi pproponiet li titħassar kważi 10 fil-mija mil-leġiżlazzjoni superfluwa u li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq in-negozju, b'mod partikolari fuq l-impriżi żgħar u ta' daqs medju.", "L-enfasi tal-Kummissjoni fuq it-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-istrateġija mġedda ta' Liżbona u tal-Patt rivedut ta' Stabbiltà u Tkabbir poġġiet lill-Ewropa f'pożizzjoni aħjar biex tirreaġixxi għall-kriżi ekonomika, finanzjarja u fl-impjiegi li għaddejja bħalissa.", "Il-Kummissjoni kienet l-ewwel istituzzjoni internazzjonali li ppreżentat pjan ta' rkupru kredibbli u hija mexxiet ir-reazzjoni rigward assi mgħarrqa, ir-rikapitalizzar, l-għajnuna mill-Istat u l-miżuri biex ikun hemm irkupru minflok salvataġġ f'setturi speċifiċi, bħal pereżempju s-settur tal-karozzi.", "Il-Kummissjoni qiegħda tmexxi l-ġlieda fil-livell tal-G-20 u fil-livell Ewropew permezz tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport de Larosière.", "Il-Kummissjoni Barroso mexxiet il-bidla kunċettwali fl-approċċ tal-Ewropa lejn it-tibdil fil-klima u l-enerġija.", "Bil-pakkett ambizzjuż ta' miżuri leġiżlattivi mħejji mill-Kummissjoni Barroso, l-Ewropa żvelat li hija lesta li tmexxi u li se tkompli tagħmel dan fil-preparazzjoni għat-taħdidiet ta' Kopenħagen dwar it-tibdil fil-klima.", "Dan jiżgura li l-miżuri fuq medda qasira ta' żmien, li huma reazzjoni għall-kriżi ekonomika, jkunu għal kollox kompatibbli mal-għanijiet fit tul tagħna.", "Il-Kummissjoni Ewropea stinkat biex tfassal l-ambjent globali li qed jinbidel b'tali mod li jindirizza l-faqar, kwistjonijiet globali rigward is-saħħa, il-migrazzjoni u s-sigurtà.", "Uriet l-influwenza tagħha fil-każ ta' kriżijiet fil-Ġeorġja, il-Lvant Nofsani u l-Afrika.", "Fl-istess ħin, investiet fl-istabbiltà reġjonali tal-viċinat tagħha u ħeġġet sħubijiet effettivi u ambizzjużi mas-setgħat globali biex jiġu difiżi l-interess Ewropew u l-valuri Ewropej.", "Tinħtieġ aktar ħidma.", "Għad trid tiġi konkluża il-Konferenza ta' Doha dwar il-Kummerċ.", "Il-Kummissjoni ressqet diversi proposti għar-riforma tas-swieq finanzjarji, biex jiżdiedu l-impjiegi u biex jiġu indirizzati sfidi urġenti oħra, iżda dawn għadhom jeħtieġu l-approvazzjoni finali mill-UE.", "Filwaqt li nkomplu naffrontaw l-effetti tal-kriżi ekonomika ta' bħalissa, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura toħroġ Unjoni aktar b'saħħitha minnha.", "Ħa tibqa' iffukata fuq il-ħtieġa tar-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona, li jagħti lill-Unjoni aktar ħila biex taġixxi.", "Il-Kummissjoni Barroso ħadet l-inizjattiva li tipproponi soluzzjonijiet għall-problemi tal-lum.", "Il-pjan ta' rkupru ekonomiku, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, is-sigurtà fl-enerġija, il-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-biljun f'faċilità tal-ikel għall-iżvilupp, l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija, il-5 biljuni għal proġetti tal-enerġija u tal-faxx wiesa' għal komunitajiet rurali u l-patt tal-migrazzjoni – kollha tnisslu mill-inizjattiva tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni wriet li l-UE tista' taħdem b'27 membru, li tista' tmexxi d-dibattitu u tagħti r-riżultati.", "Il-Kummissjoni kienet il-mutur li jmexxi l-aġenda Ewropea 'l quddiem.", "Bniet fuq il-kunsens tas-27 Stat Membru kollha f'kull Kunsill Ewropew kemm fiż-żminijiet it-tajbin u dawk il-ħżiena.", "Dan huwa l-wirt li se tħalli din il-Kummissjoni.", "Sfond", "Il-Kummissjoni Barroso bdiet il-ħidma tagħha fit-22 ta' Novembru 2004.", "Il-mandat tagħha hu ppjanat li jasal fit-tmiem tiegħu fil-31 ta' Ottubru 2009.", "Matul l-aħħar erba' snin u nofs, il-Kummissjoni adottat proposti leġiżlattivi ambizzjużi.", "Sa mill-bidu tal-2005, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rnexxielhom jaslu għal ftehim dwar 470 proposta bil-proċedura ta' kodeċiżjoni.", "Jista' jinkiseb aktar tagħrif dwar il-kisbiet tal-Kummissjoni f'oqsma ta' politika speċifiċi mill-uffiċċju ta' kull Kummissarju.", "Hemm kopja tad-dokument li jelenka l-kisbiet tal-Kummissjoni fuq:", "http://ec.europa.eu/commission_barroso/president/priorities/bilan/index_en.htm"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_842", "title": "Ikel u xorb: Il-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet biex nieħdu kemm nistgħu mill-iskemi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-kwalità", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 27 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/842", "Brussell, it-28 ta' Mejju 2009", "Ikel u xorb: Il-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet biex nieħdu kemm nistgħu mill-iskemi tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-kwalità", "Neħtieġu azzjoni biex intejbu l-komunikazzjoni dwar il-kwalitajiet tal-prodotti agrikoli, sabiex nerġgħu ngħaqqdu lill-bdiewa u lill-konsumaturi.", "L-iskemi tat-tikkettjar dwar il-kwalità wkoll għandhom ikunu eħfef biex in-nies jużawhom u jifhmuhom u l-politika tal-UE trid tkun aktar koerenti.", "Dawn huma r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, dwar il-politika tal-kwalità tal-prodotti agrikoli,li ġiet adottata llum.", "Il-bdiewa tal-UE jissodisfaw xi wħud mill-aktar rekwiżiti agrikoli stretti fid-dinja fir-rigward tal-ħarsien ambjentali, il-benesseri tal-annimali u l-użu tal-pestiċidi u l-mediċini veterinarji.", "Barra minn hekk, jużaw l-għarfien espert u l-ħila tagħhom biex jagħtu kwalitajiet individwali lill-prodotti tagħhom li jżidulhom il-valur.", "Iżda l-bdiewa jaqilgħu kemm jixirqilhom għall-isforzi tagħhom?", "Il-konsumaturi jirċievu informazzjoni preċiża dwar il-karatteristiċi tal-prodotti u l-attributi tal-biedja?", "“Is-settur tal-UE tal-agrikoltura u l-ikel għandu reputazzjoni ferm mistħoqqa għall-kwalità tajba, bis-saħħa ta' għexieren ta' snin, saħansitra sekli, ta' impenn għall-eċċellenza,\" qalet Mariann Fischer Boel, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.", "“Il-bdiewa tagħna għandhom jibnu fuq din ir-reputazzjoni biex isostnu l-kompetittività tagħhom.", "Jeħtieġ li jikkomunikaw b'mod aħjar mal-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti tagħhom.", "L-UE hija lesta li tgħin f'dan l-isforz.", "Għandna opportunità liema bħalha biex inġibu aktar koerenza u sempliċità fl-iskemi tagħna ta' tikkettjar u ċertifikazzjoni.”", "Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni b'mod partiko lari tipproni li:", "Jiġi estiż it-tikkettjar li jidentifika l-post li fih ġie kkoltivat il-prodott agrikolu;", "Tiġi e żaminata l-fattibbiltà li jiġu stabbiliti termini riżervati speċifiċi fakultattivi għal ‘prodott tal-biedja tal-muntanji' u ‘prodott tradizzjonali'.", "Dan tal-aħħar jista' jieħu lok l-iskema attwali ‘speċjalitajiet tradizzjonali garantiti'", "Jinħoloq reġistru uniku għall-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha (għall-inbejjed, xorb irqiq u prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel) filwaqt li jiġu ppriżervati l-punti speċifiċi ta' kull sistema.", "Jittejjeb is-suq uniku għall-prodotti fl-iskemi tat-tikkettjar, partikolarment għall-prodotti organiċi.", "Jittejjeb il-ħarsien internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u jsir kontribut għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-prodotti organiċi.", "Jiġu żviluppati linji gwida ta' ‘prattiki tajbin' għall-iskemi privati ta' ċertifikazzjoni sabiex jitnaqqas il-potenzjal li l-konsumaturi jitfixklu u titnaqqas il-burokrazij a għall-bdiewa.", "Sfond", "Il-Komunikazzjoni tħejjiet abbażi ta' 560 kontribut li daħlu b'risposta għall- Green Paper ta' Ottubru 2008 tal-Kummissjoni dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli, u kontributi mill-konferenza ta' Livell Għoli organizzata mill-Presidenza Ċeka f'Marzu 2009.", "L- istandards ta' kummerċjalizzazzjoni agrikoli u d-direttivi huma l-qofol għall-kummerċ ġust u essenzjali biex jiġi evitat il-qerq bil-konsumaturi dwar il-kwalitajiet tal-prodotti.", "Jiżguraw identitajiet bażiċi tal-prodotti (x'jista' jissejjaħ ‘butir'?); klassifikazzjonijiet tal-prodotti (x'inhu l-kontenut minimu ta' xaħam tal-“ħalib nofsu xkumat”?)' u definizzjonijiet ta' termini ‘riżervati' li jżidu l-valur (x'jikkwalifika bħala żejt taż-żebbuġa ‘magħsur kiesaħ'?); u jistabbilixxu rekwiżiti għat-tikkettjar skont l-oriġini u l-post tal-biedja.", "L- iskemi tal-indikazzjonijiet Ġeografiċi iħeġġu l-produzzjoni agrikola ta' kwalità għolja, iħarsu l-ismijiet ta' prodotti ta' valur minn użijiet ħżiena u imitazzjonijiet, u jgħinu lill-konsumaturi billi jagħtuhom informazzjoni dwar il-karattru speċifiku tal-prodotti.", "Ġew irreġistrati madwar 3000 isem ta' inbejjed, xorb irqiq u prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.", "STG (speċjalità tradizzjonali garantita) tenfasizza karattru tradizzjonali, fil-kompożizzjoni tal-prodott jew bil-mod li bih isir.", "Taħt l-iskema attwali ġew irreġistrati biss 20 isem.", "Biedja organika: Il-Kummissjoni trid li jintemm ix-xkiel għall-kummerċ fis-suq uniku minn standards nazzjonali diverġenti.", "Il-logo il-ġdid għall-prodotti organiċi, li qiegħed jiġi żviluppat bħalissa (ara IP/09/640 ), u li se japplika b'mod obbligatorju għall-prodotti tal-UE mill-1 ta' Lulju 2010, għandu jgħin f'dan il-proċess.", "Skemi ta' ċertifikazzjoni: Skemi privati u nazzjonali ta' ċertifikazzjoni jagħtu garanzija li ċerti aspetti tal-prodott jew il-metodu tal-produzzjoni tiegħu, kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ikunu ġew osservati.", "Minkejja xi problemi (eż. theddidiet lis-suq uniku, konfużjoni potenzjali tal-konsumaturi u skemi duplikattivi), il-partijiet interessati qegħdin jieħdu passi biex jindirizzawhom – u għalhekk il-Kummissjoni ma tarax il-ħtieġa għal-leġiżlazzjoni f'dan il-waqt.", "http://ec.europa.eu/agriculture/quality/policy/communication_en.htm"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_840", "title": "Il-programmi u l-films Ewropej jixxandru għal tliet kwarti tal-ħin fl-aktar ħinijiet popolari tax-xandir", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 27 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/ 840", "Brussell, it-28 ta' Mejju 2009", "Il-programmi u l-films Ewropej jixxandru għal tliet kwarti tal-ħin fl-aktar ħinijiet popolari tax-xandir", "Il-films u l-programmi televiżivi \"made in Europe\" baqgħu jiġbdu t-telespettaturi Ewropej.", "Skont studju indipendenti, imqabbad mill-Kummissjoni Ewropea u ppubblikat illum, ix-xogħlijiet Ewropej jirrappreżentaw madwar tliet kwarti tax-xandir fl-aktar ħinijiet popolari fuq l-istazzjonijiet televiżivi Ewropej.", "Il-preżenza ta' xogħlijiet Ewropej fuq mezzi ġodda tax-xandir, bħall-video on demand, hija inkoraġġanti, imma l-konformità tagħha mar-regoli awdjoviżivi l-ġodda tal-Ewropa tesiġi monitoraġġ strett.", "Dawn ir-regoli, maħsuba biex jiżguraw ix-xandir ta' xogħlijiet Ewropej, tlestew fl-2007 permezz ta' miżuri speċifiċi għall-mezzi l-ġodda tax-xandir, li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri kollha qabel Diċembru 2009 ( IP/08/2032 ).", "\"Ninsab kuntent bl-interess tat-telespettaturi fix-xogħlijiet Ewropej.", "Dan juri li d-diversità Ewropea, imrawma permezz tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni Ewropea, hija valur komuni għall-maġġoranza kbira ħafna taċ-ċittadini Ewropej.\" qal Jacques Barrot, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewrop ea u attwalment ukoll il-Kummissarju inkarigat mis-soċjetà tal-informazzjoni u tal-midja.", "\"Imma jien konvint li nistgħu mmorru aħjar minn hekk u nkomplu nżidu fix-xandir tax-xogħlijiet tagħna.", "B'mod partikolari għandna nutilizzaw il-potenzjal tas-servizzi biex nissodisfaw it-talba għall-promozzjoni tal-kontenut lokali u Ewropew fl-Ewropa kollha kemm hi, u b'hekk niffavorixxu d-diversità kulturali u l-produzzjoni indipendenti.”", "L-istudju ppubblikat illum ikejjel għall-ewwel darba l-ħinijiet li jqattgħu t-telespettaturi meta jsegwu l-programmi Ewropej.", "L-istudji preċedenti kejlu biss ir-rendiment għal partijiet mill-iskeda tal-programmi.", "Minn dan l-istudju jirriżulta li l-programmi u l-films Ewropej u dawk indipendenti huma popolari ħafna.", "Fl-2007, ix-xandiriet u l-films Ewropej irrappreżentaw 74% tal-ħin li fih jissegwa x-xandir , u 75.5% bejn is-18h u l-23h, 33.4% tal-ħin li fih l-Ewropej isegwu x-xandir kien allokat għal produzzjonijiet Ewropej indipendenti.", "Il-maġġoranza tas-servizzi tal- video on demand tal-istazzjonijiet televiżivi joffru kontenut kważi għal kollox Ewropew: aktar minn 90% tal-istazzjonijiet televiżivi li ħadu sehem fl-istudju indikaw li proporzjon ta' aktar minn 75% tal-katalgi tagħhom għad-domanda huwa Ewropew.", "Min-naħa l-oħra, is-servizzi tal-video on demand indipendenti jippromwovu ferm inqas il-produzzjonijiet Ewropej: fil-fatt 25% jiddikjaraw li joffru inqas minn 25% tal-ħin f'xandir Ewropew fil-katalgi tagħhom.", "Għalhekk huwa importanti li l-iżvilupp tal-offerti tal-video on demand fl-UE jiġi sorveljat, sabiex tiġi appoġġata l-promozzjoni ta' kontenut kulturalment varjat.", "L-istudju, li huwa bbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-istazzjonijiet televiżivi u servizzi assoċjati fl-Ewropa kollha, ġie mqabbad mill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li tiġi analizzata l-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej mill-istazzjonijiet televiżivi u tas-servizzi on demand, fi 30 pajjiż, kif mitlub mir-regoli awdjoviżivi Ewropej ( MEMO/08/803 ).", "L-istudju jipproponi wkoll metodi ta' evalwazzjoni tal-preżenza tal-kontenut Ewropew u tal-investiment fih mis-servizzi tal-video on demand.", "Fl-aħħar mill-aħħar, hija tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-fornituri tas-servizzi on demand biex jiddefinixxu linji gwida sabiex tiġi mkejla l-importanza tal-kontenut \"made in Europe\" fl-ambjent tas-servizz on demand.", "Sfond", "Skont id-Direttiva “Televiżjoni mingħajr fruntieri” tal-1989, ix-xandara Ewropej huma obbligati jallokaw il-maġġoranza tal-ħin tax-xandir tagħhom għal xogħlijiet Ewropej u għallinqas 10% minn dan il-ħin għandhom jallokawh għax-xandir ta' produzzjonijiet Ewropej indipendenti.", "Fl-2007, l-ambitu ta' din id-Direttiva ġie estiż għas-servizzi on demand mid-Direttiva dwar is-\"Servizzi awdjoviżivi tal-midja\" F'konformità mad-Direttiva l-ġdida, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżivi on demand, jippromwovu, fejn huwa prattikabbli u b'mezzi xierqa, il-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, kif ukoll l-aċċess għal dawn ix-xogħlijiet.", "Diversi mezzi jistgħu jikkontibwixxu għal dan l-għan, partikolarment investimenti fil-produzzjoni u l-akkwist tad-drittijiet għax-xogħlijiet Ewropej, inkella l-allokazzjoni ta' proporzjon adegwata jew importanti ta' xogħlijiet bħal dawn fil-katalgi tal-video on demand ( MEMO/08/803 ).", "L-istudju indipendenti, ippubblikat illum, iżid dimensjoni esterna għar-rapport bjennali stabbilit mill-Kummissjoni fuq ir-rispett ta' dawn l-obbligi mill-Istati Membri, abbażi ta' tagħrif ipprovdut minn dawn tal-aħħar.", "L-istudju twettaq għall-Kummissjoni minn Attentional Limited, Oliver & Ohlbaum Associés, Ramboll Management u Headway International.", "L-aħħar rapport mill-Kummissjoni, li jkopri l-perjodu 2005-2006, ġie ppublikat f'Lulju 2008 ( IP/08/1207 ).", "Ir-rapport li jmiss, għall-2007-2008, se jiġi ppubblikat fl-2010.", "L-istudju jinsab fuq:", "http://ec.europa.eu/avpolicy/info_centre/library/studies/index_en.htm#eurworks", "Annex:", "Extracts from the study published today 1", "full text:", "http://ec.europa.eu/avpolicy/info_centre/library/studies/index_en.htm#eurworks", "Channels still standing below the 50% European works requirement", "Sanctions in the Member States for non-compliance with 50% European works requirement", "Channel programme spend allocation (2007)", "Source of acquired programmes", "European formats broadcast in the United States", "Types of programming offered on the broadcasters' on-demand services (2007)", "Video on demand services across the EU Member States", "1 :", "The views expressed in the study are those of the authors.", "The report does not necessarily reflect the views of the European Commission, nor does the European Commission accept responsibility for the accuracy of the information contained herein."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ECA_09_25", "title": "Nota ta' informazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar\nir-Rapport Speċjali Nru 3/2009 dwar l-effettività tal-infiq\ntal-Miżuri Strutturali fuq it-trattament tal-ilma mormi għall-perijodi\nta' programm 1994-1999 u\n2000-2006", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 27 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["ECA/09/25", "Il-Lussemburgu, 2009/05/28", "Nota ta' informazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ir-Rapport Speċjali Nru 3/2009 dwar l-effettività tal-infiq tal-Miżuri Strutturali fuq it-trattament tal-ilma mormi għall-perijodi ta' programm 1994-1999 u 2000-2006[1]", "L-ilma mormi u l-ħama tad-drenaġġ mill-agglomerazzjonijiet urbani jistgħu jeffettwaw il-kwalità tal-lagi, tax-xmajjar, tal-ibħra kostali, tal-ħamrija u tal-ilmijiet ta' taħt l-art tal-Ewropa.", "Riżultat ta' dan l-UE adottat serje ta' Direttivi u kkofinanzjat ukoll il-bini ta' impjanti ta' trattament tal-ilma urban mormi permezz tal-Fond ta' Koeżjoni u l-FEŻR.", "Dan tejjeb b'mod sinifikanti r-rata ta' kopertura tal-popolazzjoni urbana moqdija mit-trattament tal-ilma mormi.", "Il-verifika tal-Qorti ffokat fuq l-impjanti ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni u mill-FEŻR għall-perijodi ta' programm 1994-1999 u 2000-2006, fi Spanja, fil-Portugall, fil-Greċja u fl-Irlanda li kienu jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-infiq f'dan il-qasam.", "Il-konklużjonijiet tal-verifika ppreżentati f'dan ir-rapport huma bbażati fuq eżami tal-ġestjoni u s-sistemi ta' kontroll fil-Kummissjoni u fuq evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' 73 impjant ta' trattament.", "Barra dan, ir-rimi tal-ħama tad-drenaġġ li jinħoloq konsegwenza tat-trattament tal-ilma mormi u l-irwol tal-Kummissjoni fil-qasam tal-ilma mormi ġew analizzati ukoll.", "Il-Qorti kkonkludiet illi, b'mod ġenerali, il-Miżuri Strutturali kkontribwew għal titjib fit-trattament tal-ilma mormi fl-erba' Stati Membri vverifikati.", "B'mod ġenerali, l-impjanti ta' trattament ikkofinanzjati mill-Miżuri Strutturali kienu qegħdin jagħtu prestazzjoni xierqa.", "Iżda, instab li xi wħud bdew jaħdmu taħt il-kapaċità operattiva u f'minorità ta' każijiet ir-rekwiżiti tal-UE ma ġewx issodisfati fir-rigward tal-kwalità tal-effluwent.", "Il-Qorti sabet li kien meħtieġ li tingħata attenzjoni akbar biex jiġi assigurat li l-impjanti ta' trattament huma marbuta b'mod xieraq man-netwerk tad-drenaġġ u li l-ilma industrijali mormi rċevut mill-impjanti ġie pre-trattat kif meħtieġ.", "Dwar il-ħama tad-drenaġġ, il-Qorti kkonkludiet li l-maġġoranza tal-impjanti ta' trattament ikkofinanzjati, fl-erba' Stati Membri vverifikati, jarmu l-ħama skont il-metodi tal-użu mill-ġdid mħeġġin mill-UE; għalkemm minoranza kienet għażlet metodi inqas sostenibbli li ma jagħmlux użu mill-ġdid.", "Barra dan il-Qorti identifikat xi aspetti fir-rigward tal-monitoraġġ tar-rimi tal-ħama li jistgħu jittejbu.", "Id-Direttiva tal-Ħama tad-Drenaġġ attwali ilha mill-1986 u għalhekk ma tinludix avvanzi li seħħew minn dak iż-żmien 'il hawn fil-qasam.", "Kwalunkwe reviżjoni tad-Direttiva għandha tikkunsidra l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha tal-miżuri l-ġodda proposti u l-impatt potenzjali fuq politika oħra tal-UE.", "Fir-rigward tal-irwol tal-Kummissjoni, il-Qorti hija tal-opinjoni illi jista' jkun hemm aktar konsistenza fir-reviżjonijiet tagħha tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, li jiġu ffaċilitati permezz tal-iżvilupp ta' linji gwida interni u listi ta' kontrolli sabiex jintużaw waqt il-proċess ta' evalwazzjoni.", "Barra dan, il-Qorti nnutat li hemm bżonn monitoraġġ aħjar tal-eżiti mill-Kummissjoni meta teżamina r-rapporti finali qabel kwalunkwe pagament tal-bilanċ tal-finanzjament.", "Għandhom jittieħdu azzjonijiet ta' segwitu xierqa fejn ma tingħatax l-informazzjoni meħtieġa u fejn ma jinkisbux ir-riżultati mistennija.", "Fl-aħħar, il-Qorti qieset li ż-żamma tal-istat ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma teħtieġ enfasi aktar b'saħħitha fuq il-prinċipji ambjentali tal-UE li “min iniġġes għandu jħallas” u dwar it-tnaqqis tat-tniġġis f'ras il-għajn.", "Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2009", "http://eca.europa.eu/products/SR09_03", "[1] L-għan waħdieni ta' din in-nota ta' informazzjoni huwa li jingħata sommarju.", "Ir-Rapport Speċjali adottat mill-Qorti tal-Awdituri huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Internet (http://www.eca.europa.eu) u se jiġi ppubblikat fil-futur qarib."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_729", "title": "Il-coronavirus: Gwida tal-UE biex nerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol b'moħħna mistrieħ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,COVID-19", "date": "Thu, 23 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Kif se niżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema meta jerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol?", "Din il-mistoqsija importanti tinsab fuq moħħ dawk kollha li jħaddmu, issa li l-pajjiżi tal-UE qed jippjanaw jew diġà bdew il-ħidma biex gradwalment kulħadd jerġa' lura fuq il-post tax-xogħol wara l-coronavirus.", "B'rabta ma' dan, illum l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (l-EU-OSHA) ħarġet gwida għal meta nerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol.", "Il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, Nicolas Schmit, qal: “Illum hu ċar aktar minn qatt qabel li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma importanti ferm għall-ħaddiema, għall-kumpaniji, għas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u għas-soċjetà kollha kemm hi.", "Din il-gwida twieġeb mistoqsijiet prattiċi li jistaqsu dawk li jħaddmu, fosthom dwar kif inaqqsu kemm jista' jkun l-esponiment għall-coronavirus fuq il-post tax-xogħol, kif se jaġġornaw il-valutazzjoni tar-riskji tagħhom, u kif se jieħdu ħsieb lill-ħaddiema li kienu ma jifilħux.", "Din se tgħin lil min iħaddem u lin-negozji jittrattaw is-sitwazzjoni ta' meta l-ħaddiema jkunu se jerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol u tgħinhom jagħtu pariri prattiċi lill-persunal tagħhom.”", "Hu importanti ferm għall-Kummissjoni li niżguraw li l-ħaddiema jkunu jistgħu jerġgħu lura fuq il-post tax-xogħol f'ambjent sikur u san.", "Għalhekk, il-gwida maħruġa llum hi kontribut importanti tal-UE f'dan iż-żmien kruċjali.", "Din tinkludi wkoll links għal informazzjoni nazzjonali dwar setturi u xogħlijiet speċifiċi.", "Fost l-oqsma li tkopri hemm:", "Il-gwida li ħejjiet l-EU-OSHA b'koperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea tinkludi wkoll il-kontribut tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol li hu magħmul minn tliet partijiet u tal-Kumitat tal-Ispetturi Għolja tax-Xogħol.", "Din il-gwida se tiġi aġġornata b'mod regolari b'informazzjoni affidabbli hekk kif tevolvi s-sitwazzjoni.", "Kuntest", "It-tifqigħa tal-coronavirus ħarġet fid-dieher l-importanza kritika ta' miżuri u kundizzjonijiet tajbin għas-saħħa u għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol f'kull settur tal-attività.", "L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (l-EU-OSHA) hi l-aġenzija tal-informazzjoni tal-Unjoni Ewropea b'rabta mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-bidu tal-pandemija tal-coronavirus, l-EU-OSHA diġà kienet ippubblikat gwida għall-postijiet tax-xogħol.", "Din fiha l-aktar informazzjoni u pariri sinifikanti li kienu disponibbli b'rabta mat-tifqigħa tal-coronavirus.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-Gwida tal-UE “COVID-19: Back to the workplace”", "Fuq is-sit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol", "Segwi lill-Kummissarju Nicolas Schmit fuq Twitter", "Abbona għall-bullettin elettroniku u bla ħlas tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_710", "title": "Rispons Dinji għall-Coronavirus: L-UE tniedi inizjattiva ta' wegħdiet ta' donazzjonijiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COVID-19", "date": "Thu, 23 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["L-Unjoni Ewropea qed tgħaqqad l-isforzi tagħha mal-imsieħba dinjija biex fl-4 ta' Mejju 2020 tagħti bidu għall-inizjattiva ta' wegħdiet ta' donazzjonijiet “Rispons Dinji għall-Coronavirus”.", "L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (World Health Organization, WHO) u l-organizzazzjonijiet dinjija tas-saħħa nedew sejħa għal azzjoni bi sħab biex jiġi żviluppat aċċess rapidu u ugwali għal dijanjostiċi, terapiji u vaċċini sikuri, ta' kwalità, effettivi u affordabbli kontra l-coronavirus.", "Biex jinġabru l-fondi b'appoġġ għal din l-inizjattiva, l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba tagħha se jorganizzaw maratona dinjija b'appell għal wegħdiet ta' donazzjonijiet.", "Il-pajjiżi u l-organizzazzjonijiet madwar id-dinja huma mistiedna jwiegħdu donazzjonijiet biex tintlaħaq il-mira ta' finanzjament inizjali ta' EUR 7.5 biljun.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea von der Leyen qalet: “Aħna rridu ngħaqdu lid-dinja, il-mexxejja u n-nies tagħha flimkien fil-ġlieda kontra l-coronirus.", "F'għaxart ijiem se nkunu qed nagħtu bidu għal sforz dinji ta' wegħdiet ta' donazzjonijiet.", "Maratona ta' vera.", "Għax biex negħlbu l-coronavirus irridu rispons dinji u azzjonijiet sostnuti fuq bosta fronti.", "Irridu niżviluppaw vaċċin, nipproduċuh u nqassmuh f'kull rokna tad-dinja.", "U rridu nagħmluh disponibbli bi prezzijiet affordabbli.”", "Ir-riċerkaturi u l-innovaturi madwar id-dinja qed jaħdmu ħafna biex isibu soluzzjonijiet biex isalvaw il-ħajjiet u jipproteġu lil saħħitna.", "Mill-4 ta' Mejju 'l hemm, il-Kummissjoni se tkun qed tirreġistra l-wegħdiet ta' donazzjonijiet tal-pajjiżi u tal-fondazzjonijiet tan-negozju.", "Dakinhar il-Kummissjoni se tħabbar ukoll l-istadji importanti li jmiss ta' kampanja dinjija, li biha d-donazzjonijiet għandhom jibqgħu deħlin kontinwament.", "Il-Kummissjoni qed tistieden ukoll lill-gvernijiet, il-mexxejja tan-negozji, personalitajiet pubbliċi, filantropi, artisti u ċittadini biex iżidu l-għarfien dwar dan l-isforz dinji ta' wegħdiet ta' donazzjonijiet.", "Il-fondi li jinġabru se jinqasmu fi tliet objettivi: dijanjostiċi, kura u vaċċini.", "Mil-lum se jibda l-countdown għall-bidu tal-maratona, l-ewwel jum tal-Ġimgħa Dinjija tal-Immunizzazzjoni 2020 organizzata min-Nazzjonijiet Uniti.", "It-tema din is-sena hija #Vaċċini li Jaħdmu għal Kulħadd (#VaccinesWork for All) u l-kampanja se tiffoka fuq kif il-vaċċini, kif ukoll in-nies li jiżviluppawhom, jipprovduhom u jirċevuhom, se jaħdmu jipproteġu s-saħħa ta' kulħadd, kullimkien.", "Sir af iktar dwar l-inizjattiva u kif tista' tinvolvi ruħek fuq is-sit web tar-Rispons Dinji għall-Coronavirus: europa.eu/global-response", "Kuntest", "Fis-26 ta' Marzu, f'laqgħa straordinarja dwar it-tifqigħa tal-coronavirus, il-G20 qablu li jistabbilixxu inizjattiva dinjija għat-tħejjija u għar-rispons għall-pandemiji biex “tkun pjattaforma ta' finanzjament u ta' koordinazzjoni universali, effiċjenti u sostnuti biex jitħaffef l-iżvilupp u l-kunsinna ta' vaċċini, dijanjostiċi u kura”.", "Fl-24 ta' April il-WHO u grupp inizjali ta' atturi dinjija tas-saħħa nedew kollaborazzjoni storika u dinjija biex it-teknoloġiji tas-saħħa essenzjali għall-ġlieda kontra l-COVID-19 jiġu żviluppati, prodotti u pprovduti b'ħeffa u b'mod ugwali mad-dinja kollha.", "Il-grupp jinkludi l-Bill and Melinda Gates Foundation (BMGF), il-Coalition for Epidemic Preparedness Innovations (CEPI), GAVI - l-Alleanza tal-Vaċċin - il-Global Fund, UNITAID, il-Wellcome Trust u l-Bank Dinji.", "Flimkien, l-atturi huma impenjati biex isegwu l-mira komuni li jkun hemm l-aċċess ugwali dinji għal kulħadd għal għodod innovattivi fil-ġlieda kontra l-virus COVID-19.", "Is-sejħa komuni għal azzjoni ssibha hawnhekk.", "Biex tirrispondi għall-appell komuni għal azzjoni minn atturi tas-saħħa, l-UE qed tingħaqad ma' Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, in-Norveġja u l-Arabja Sawdija biex tospita konferenza tad-donaturi.", "Dan isegwi d-dikjarazzjoni tal-15 ta' April tal-President von der Leyen fejn ħabbret li l-Kummissjoni se torganizza avveniment online b'appell għal wegħdiet ta' donazzjonijiet biex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp ta' vaċċin kontra l-COVID-19.", "Fl-istess waqt il-Kummissjoni qed talloka wkoll mijiet ta' miljuni ta' ewro għal miżuri ta' riċerka u innovazzjoni biex jiġu żviluppati vaċċini, kuri ġodda, testijiet dijanjostiċi u sistemi mediċi li jipprevjenu t-tixrid tal-coronavirus.", "Għal iktar informazzjoni", "Is-sit web tar-Rispons Dinji għall-Coronavirus", "Mistoqsijiet u tweġibiet: ir-Rispons Dinji għall-Coronavirus", "Ir-rispons tal-Kummissjoni għall-coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_20_731", "title": "Mistoqsijiet u tweġibiet: Ir-Rispons Globali għall-Coronavirus", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL,COVID-19", "date": "Thu, 23 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-pandemija tal-coronavirus taffettwa prattikament kull pajjiż fid-dinja.", "L-esperjenzi tal-passat urew li anke bid-disponibbiltà ta' għodod effettivi għad-dispożizzjoni tad-dinja, xi wħud huma protetti, filwaqt li oħrajn mhumiex.", "Dan in-nuqqas ta' ugwaljanza mhux aċċettabbli – l-għodod kollha biex tiġi indirizzata l-pandemija jridu jkunu disponibbli għal kulħadd.", "Fis-summit tagħhom tas-26 ta' Marzu 2020 taħt il-presidenza tal-Arabja Sawdija, il-mexxejja tal-G20 appellaw għal rispons trasparenti, robust, ikkoordinat, fuq skala kbira u bbażat fuq ix-xjenza fl-ispirtu ta' solidarjetà.", "Huma impenjaw ruħhom li jippreżentaw front magħqud kontra t-theddida komuni tal-pandemija globali.", "B'kont meħud ta' dan, fl-24 ta' April, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (id-WHO) u grupp inizjali ta' atturi fil-qasam tas-saħħa nedew kollaborazzjoni dinjija għall-iżvilupp aċċellerat, għall-produzzjoni u għall-Aċċess ekwu globali għall-għodda tal-COVID-19 (Access to COVID-19 Tools - ACT) – l-Aċċelleratur ACT.", "L-organizzazzjonijiet sħab jinkludu l-Fundazzjoni ta' Bill u Melinda Gates (Bill and Melinda Gates Foundation - BMGF), il-Koalizzjoni għall-Innovazzjonijiet ta' Tħejjija Epidemika (Coalition for Epidemic Preparedness Innovations -CEPI), il-Gavi, l-Alleanza għall-Vaċċini, il-Fond Globali, l-UNITAID, il-Wellcome Trust u l-industrija farmaċewtika.", "Flimkien għamlu appell konġunt għall-azzjoni.", "X'inhu r-Rispons Globali għall-Coronavirus?", "Bi tweġiba għal-appell tal-24 ta' April għall-azzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li kienet qed tingħaqad ma' sħab globali biex jingħata bidu għal sforz ta' donazzjonijiet – ir-Rispons Globali għall-Coronavirus – li jibda fl-4 ta' Mejju 2020.", "L-għan hu li tinġabar is-somma inizjali ta' EUR 7.5 biljun bħala parti mill-mobilizzazzjoni tar-riżorsi li għaddejja.", "Ir-Rispons Globali għall-Coronavirus għandu żewġ għanijiet:", "Il-vaċċini, id-djanjostiċi u t-trattamenti l-ġodda kollha żviluppati għall-coronavirus jenħtieġ li jsiru disponibbli madwar id-dinja bi prezz affordabbli, irrispettivament minn fejn ikunu ġew żviluppati.", "Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit-elettroniku: europa.eu/global-response.", "Kif ġiet stabbilita l-mira tal-ġbir ta' fondi ta' EUR 7.5 biljun?", "Iċ-ċifra ta' EUR 7.5 biljun (USD 8 biljun) hija bbażata fuq kalkolu ta' dak li huwa meħtieġ inizjalment u bl-aktar mod urġenti, li sar f'Marzu 2020 mill-Bord ta' Monitoraġġ dwar it-Tħejjija Globali (GPMB).", "Il-GPMB, li huwa korp indipendenti ta' monitoraġġ u responsabbiltà għat-tħejjija u l-kapaċità ta' rispons fil-każ ta' emerġenzi dinjija li jolqtu s-saħħa, imlaqqa' mid-WHO u mill-Bank Dinji, identifika nuqqas ta' finanzjament f'oqsma ewlenin għal ħtiġijiet maġġuri fil-ġlieda kontra din il-pandemija.", "L-iskop huwa li jiġu żviluppati vaċċini, testijiet u prodotti terapewtiċi bla periklu b'veloċità u skala mingħajr preċedent u li dawn isiru aċċessibbli u bi prezz affordabbli b'mod ekwu għal kulħadd madwar id-dinja.", "Il-GPMG indika li l-iskala sħiħa tal-manifattura u tat-twassil se tiswa' ħafna aktar mill-mira attwali, li tkopri biss ir-riżorsi inizjali li hemm bżonn bl-aktar mod urġenti.", "Il-EUR 7.5 biljun se jkunu għalhekk biss punt ta' tluq għall-maratona ta' wegħdi ta' donazzjonijiet li se tibda fl-4 ta' Mejju, u 'l quddiem se jkun hemm bżonn aktar.", "Il-mira finali eżatta se tiddependi fuq il-ħidma mwettqa mis-sħab globali, immonitorjati u ggwidati fi ħdan il-qafas ta' rispons kollaborattiv dinji tal-Aċċelleratur ACT.", "X'inhu l-qafas tar-rispons dinji globali tal-Aċċelleratur ACT?", "Aċċess universali u affordabbli għall-Istrumenti tal-COVID-19 (ACT) kien l-objettiv ewlieni tal-appell għall-azzjoni tal-24 ta' April mis-sħab tas-saħħa globali.", "Minħabba f'hekk, huwa meħtieġ finanzjament sinifikanti kif ukoll qafas kollaborattiv, bi skop u struttura ċara, sabiex jiġu allinjati l-isforzi madwar id-dinja u biex jiġi żgurat li l-flus mogħtija mill-pajjiżi jintużaw b'mod tajjeb.", "Abbażi ta' diskussjonijiet ma' sħab governattivi u mhux governattivi, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi qafas kollaborattiv għar-rispons dinji tal-Aċċelleratur ACT, bħala struttura ta' koordinazzjoni biex tidderieġi u tissorvelja l-progress li jkun sar madwar id-dinja fl-aċċelerazzjoni tal-ħidma fuq it-tliet prijoritajiet li ġejjin: l-iżvilupp ta' vaċċini, aġenti terapewtiċi u djanjostika b'aċċess universali, mirfuda mit-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, meħtieġa biex jitwettqu dawn il-prijoritajiet.", "It-tliet missjonijiet ewlenin tagħha jkunu:", "L-istruttura se tkun fis-seħħ għal sentejn (li jiġġeddu).", "Tkun qed tikkapitalizza fuq l-għarfien espert tal-istituzzjonijiet u s-sħab eżistenti u mhi se tistabbilixxi l-ebda struttura jew istituzzjoni ġdida.", "Min se jieħu sehem fil-qafas ta' rispons globali tal-Aċċelleratur ACT?", "Fil-qalba tal-qafas ikun hemm it-tliet sħubijiet ibbażati fuq kull waħda mit-tliet prijoritajiet.", "Dawn jaħdmu kemm jista' jkun b'mod awtonomu, bi fluss ta' ħidma trasversali fejn jidħlu s-sistemi tas-saħħa.", "Grupp ta' sħab governattivi u oħrajn privati mingħajr skop ta' qligħ jiffaċilitaw il-ħidma tas-sħubijiet fejn jidħlu l-vaċċin, l-aġenti terapewtiċi u d-djanjostika.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tikkomunika mal-gvernijiet li, b'kollaborazzjoni, laqqgħu il-konferenza tad-donaturi tal-4 ta' Mejju.", "Is-sħab privati mingħajr skop ta' qligħ jistgħu jkunu organizzazzjonijiet b'firxa globali u storja ta' ħidma pożittiva fil-ħidma għal beni pubbliċi dinjija, bħall-Fondazzjoni ta' Bill & Melinda Gates, il-Wellcome Trust u l-Forum Ekonomiku Dinji.", "Il-Kummissjoni Ewropea hi tal-fehma li l-qafas tal-Aċċelleratur ACT jista' jirrapporta lejn xi entità dinjija bħal ma hu l-G20, possibilment b'estensjoni lejn l-Unjoni Afrikana, lill-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u lill-Grupp tal-Bank Dinji dwar:", "Kif jiffunzjonaw it-tliet sħubijiet?", "Kull sħubija jkollha żewġ konvenjaturi konġunti mogħnija bis-setgħa u bir-riżorsi biex janimaw sħubija mal-atturi rilevanti kollha (is-settur pubbliku, l-industrija, ir-riċerka, il-finanzjaturi, ir-regolaturi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali).", "Kull waħda mit-tliet sħubijiet tallinja l-azzjonijiet tal-atturi involuti f'approċċ ta' katina tal-valur sħiħa (mir-riċerka sat-twassil u l-aċċess universali).", "Flimkien, huma jiżviluppaw l-aġenda u jimplimentaw b'mod konġunt il-ħidma meħtieġa.", "L-appoġġ lis-sistemi tas-saħħa sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-coronavirus jingħata permezz ta' fluss tax-xogħol trażversali, li fih id-WHO jkollha rwol prominenti.", "Min hu responsabbli għall-fondi miġbura?", "Il-Kummissjoni se tirreġistra u żżomm reġistru tal-wegħdiet li jsiru minn pajjiżi, organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji, mis-settur privat u l-fondazzjonijiet li jkunu diretti lejn il-ħtiġijiet fejn jidħlu d-djanjostika, it-trattamenti u l-vaċċini sa tmiem Mejju 2020.", "Il-Kummissjoni mhi se tirċievi l-ebda pagament mill-finanzjament imwiegħed fil-kontijiet tagħha.", "Il-fondi jmorru direttament għand id-destinatarji.", "Madankollu, id-destinatarji ma jiddeċidux waħedhom dwar l-użu tad-donazzjoni, iżda bi qbil mas-sħubija.", "L-impenn huwa li l-vaċċini, id-djanjostiċi u t-trattamenti l-ġodda kollha kontra l-coronavirus jsiru disponibbli madwar id-dinja bi prezz affordabbli, irrispettivament minn fejn ikunu ġew żviluppati.", "F'dan il-kuntest, kemm hija lesta l-Kummissjoni Ewropea li twiegħed flus f'dan il-kuntest?", "Biex tgħin li jintlaħqu l-għanijiet tar-Rispons Globali għall-Coronavirus, il-Kummissjoni Ewropea qed twiegħed EUR 1 biljun mill-baġit tagħha f'għotjiet, ikkumplimentati minn EUR 400 miljun f'garanziji fuq self (Aċċess għall-Finanzjament ta' Riskju għall-Faċilità Finanzjarja dwar il-Mard Infettiv ta' InnovFin, implimentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment).", "Il-flus jiġu mir-riprijoritizzazzjoni ta' Orizzont 2020 (EUR 1 biljun), RescEU ( EUR 80 miljun), l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza (EUR 150 miljun) u minn strumenti esterni (EUR 170 miljun).", "EUR 100 miljun se jingħataw lis-CEPI u EUR 158 miljun lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.", "Sejħiet għal proposti u proġetti ffinanzjati mill-UE taħt l-Orizzont 2020 ser jiġu allinjati mal-objettivi tat-tliet sħubiji u soġġetti għal aċċess miftuħ għad-data.", "Dawn se jkunu mmirati l-aktar lejn ir-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja permezz tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni.", "Il-finanzjament taħt RescEU se jmur għall-akkwist, il-bini ta' riżervi u d-distribuzzjoni ta' vaċċini, aġenti terapewtiċi u dijanjostika.", "Min jista' jwiegħed?", "Għaliex l-individwi privati ma jistgħux jagħmlu donazzjoni fil-kuntest tar-Rispons Globali għall-Coronavirus?", "Il-pajjiżi u l-entitajiet privati kollha jistgħu jagħmlu wegħdi, jiġifieri n-negozji, il-fondazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet filantropiċi.", "L-individwi jistgħu juru l-appoġġ tagħhom għall-appell billi jinteraġixxu online, ixerrdu l-għarfien dwar l-inizjattiva u jħajru lill-kumpaniji biex jieħdu sehem fiha.", "Il-Kummissjoni mhix qed titlob donazzjonijiet mingħand individwi privati.", "Madankollu, iċ-ċittadini jistgħu jagħtu donazzjoni bħala appoġġ għall-Fond ta' Rispons COVID-19 tad-WHO jew lil organizzazzjonijiet sħab.", "Fejn se jmorru l-wegħdiet ta' donazzjonijiet?", "Il-konferenza tad-donaturi tal-4 ta' Mejju għandha l-għan li timmobilizza EUR 7.5 biljun ta' finanzjament ġdid (sa mit-30 ta' Jannar).", "Is-EUR 7.5 biljun jitqassmu b'mod indikattiv għal kull sħubija (vaċċini, trattamenti, djanjostiċi), u fi ħdan kull sħubija għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-iskjerament.", "Hekk kif tintemm il-maratona ta' wegħdi inizjali jiġu mmobilizzati riżorsi addizzjonali abbażi tal-ħtiġijiet identifikati u ġġustifikati mis-sħubiji.", "Id-donaturi jistgħu jagħtu donazzjonijiet lis-sħubijiet (permezz tal-konvenjatur konġunt) jew direttament lil sħab individwali li jiffurmaw parti mis-sħubija.", "Huma għandhom ukoll l-opzjoni li jagħtu donazzjoni b'appoġġ għal sistemi tas-saħħa f'pajjiżi fraġli għal azzjonijiet marbuta mal-coronavirus li jsiru permezz tad-WHO.", "Il-flus jgħaddu direttament għas-sħubiji (il-konvenjatur konġunt) jew lil destinatarji oħra fil-mira.", "Il-wegħdiet tar-riżorsi jistgħu jieħdu l-forma ta':", "Kull sħubija ser tkun mistennija li tirrapporta d-donazzjonijiet kollha li jkunu waslulha bħala parti mill-qafas tal-Aċċelleratur ACT lill-grupp ta' faċilitazzjoni, li jissorvelja u jikkomunika rapporti ta' progress u jirrapporta lill-komunità dinjija u lill-pubbliku inġenerali dwar ir-riżorsi mwiegħda, dawk li jkunu waslu, u dawk użati, kif ukoll dwar dawk li jkunu għadhom meħtieġa.", "Min jikseb il-finanzjament u kif jista' wieħed jara li ma jkunx hemm potenzjal ta' kunflitti ta' interess", "It-tliet sħubijiet (il-vaċċini, it-trattamenti, id-dijanjostika) se jinkludu sħab li huma organizzazzjonijiet ewlenin fir-rispons globali għall-coronavirus b'mandat u interess fit-tisħiħ tas-saħħa madwar id-dinja.", "Ir-riċevituri diretti ta' finanzjament se jkunu organizzazzjonijiet stabbiliti li jappoġġaw l-iżvilupp u l-użu ta' testijiet, trattamenti u vaċċini, skont proċessi u kriterji miftiehma u ppruvati.", "Destinatarju ma jiddeċidix waħdu dwar l-użu tad-donazzjoni, iżda bi qbil mas-sħubija.", "Min se jkollu s-sjieda tal-prodotti manifatturati b'finanzjament mill-inizjattiva?", "Fil-każ ta' riċerka ffinanzjata minn fondi pubbliċi, għandu jkun hemm aċċess miftuħ għar-riżultati, jiġifieri għad-data, l-għarfien u l-proprjetà intellettwali sa fejn meħtieġ biex jiġu żgurati l-iskjerament u l-aċċess globali.", "Il-finanzjament se jkun ta' benefiċċju għall-organizzazzjonijiet li jistinkaw biex jiżguraw li l-prodotti jkunu disponibbli, aċċessibbli u affordabbli madwar id-dinja, speċjalment fl-aktar pajjiżi vulnerabbli.", "Fil-prinċipju, is-sħab kummerċjali mhux se jkunu obbligati li jirrinunzjaw għall-proprjetà intellettwali tagħhom, iżda l-finanzjament imwiegħed se jkun akkumpanjat minn impenji minn donaturi b'appoġġ għall-aċċess globali u l-użu ġust ta' djanjostiċi, trattament u vaċċini ġodda kontra l-coronavirus.", "Fejn huma l-ħtiġijiet ewlenin fl-oqsma ta' vaċċini, terapiji u djanjostiċi?", "F'dawn it-tliet oqsma, l-aktar urġenti huma r-riċerka u l-iżvilupp (il-validazzjoni tat-testijiet), iżda jeżisti nuqqas ta' finanzjament primarjament fejn jidħlu l-manifattura, l-akkwist u l-iskjerament.", "Is-sitwazzjoni attwali hi kif ġej:", "X'inhi l-iskeda ta' żmien stmata għat-twettiq tat-tliet oqsma?", "Minħabba l-kriżi attwali, mhemmx ħin x'nitilfu.", "Il-fondi se jiġu allokati malajr kemm jista' jkun.", "Filwaqt li numru ta' soluzzjonijiet diġà qed jiġu investigati, R&D, il-manifattura u l-iskjerament huma kollha passi li jieħdu ħafna ħin u li jużaw ħafna riżorsi.", "Din hija r-raġuni għaliex huwa kruċjali li jiġu kkoordinati l-isforzi fuq livell internazzjonali, biex jiġu identifikati malajr kemm jista' jkun l-aktar soluzzjonijiet promettenti filwaqt li jitħaffef l-iżvilupp tagħhom.", "X'inhuma r-rabtiet mal-fondi diġà miġbura għad-WHO?", "Il-finanzjament imwiegħed lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) b'rabta mal-ġlieda kontra l-coronavirus mit-30 ta' Jannar 2020 – id-data li fiha hija ddikjarat il-coronavirus bħala emerġenza tas-saħħa dinjija – se jingħadd bħala parti mill-mira ta' finanzjament għar-Rispons Globali.", "Dan jippermetti l-allinjar tar-riżorsi li jkunu diġà mwiegħda minn pajjiżi li jkunu bdew jirkupraw mit-tifqigħa tal-emerġenza dinjija.", "X'inhi r-rabta mar-riforniment ta' Gavi, l-Alleanza għall-Vaċċini?", "Biex tiġi ffaċċjata din il-kriżi, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jeħtieġu difiżi qawwija.", "L-iskjerament ta' vaċċini kontra l-coronavirus se jkun prattikament impossibbli jekk jitħallew jikkollassaw il-programmi tal-vaċċinazzjoni.", "Dawn is-sistemi tas-saħħa jipprovdu l-infrastruttura ċentrali meħtieġa għad-distribuzzjoni tagħhom - l-ktajjen tal-provvista, it-tagħmir tal-katina tal-kesħa, il-ħaddiema mħarrġa fil-kura tas-saħħa, is-sorveljanza tal-mard u s-sensibilizzazzjoni tal-komunità.", "L-appoġġ għal pajjiżi bi dħul aktar baxx, bħala parti mir-rispons dinji tagħna, huwa essenzjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tas-saħħa dinjija tagħna u biex jiġu evitati pandemiji fil-ġejjieni.", "Minħabba din il-ħtieġa madwar id-dinja, jintlaqgħu wkoll wegħdiet għar-riforniment tal-Gavi, bħala kontribuzzjoni biex jinġabru mill-inqas USD 7.4 biljun għall-perjodu ta' ħames snin li jmiss tagħha.", "L-UE u l-koospitanti tal-inizjattiva tad-donaturi huma sostenituri qawwija ta' Gavi u tar-rwol tagħha fir-rispons kontra l-pandemija dinjija tal-coronavirus.", "Il-frott tal-inizjattiva se jibbenefika biss lil dawk il-pajjiżi li jipparteċipaw?", "Le, l-għan ta' dan l-avveniment b'appell għal wegħdiet ta' donazzjonijiet huwa li jitħaffu l-innovazzjonijiet u li jiġi żgurat l-aċċess għal kulħadd, irrispettivament mill-oriġini ġeografika tal-fondi.", "Il-pandemiji jistgħu jiġu kkontrollati b'mod effettiv biss meta s-soluzzjonijiet jintużaw globalment.", "L-inizjattiva għandha l-għan li tiġbor kontribuzzjonijiet finanzjarji sinifikanti biex tiżviluppa d-djanjostiċi, it-trattamenti u l-vaċċini u tiżgura impenn politiku ta' livell għoli biex jiġi żgurat aċċess ekwu għad-djanjostiċi, għat-trattamenti u għall-vaċċini biex jiġi żgurat li ħadd ma jibqa' lura.", "Għal aktar informazzjoni", "Is-sit web tar-Rispons Globali għall-Coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_718", "title": "Ir-Regolament dwar l-apparati mediċi: il-Kummissjoni tilqa' l-appoġġ tal-Kunsill biex tingħata prijorità lill-ġlieda kontra l-coronavirus", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19", "date": "Wed, 22 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-adozzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-proposta biex id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati mediċi tiġi posposta b'sena.", "Dan se jippermetti lil dawk kollha li għandhom rwol ewlieni fiha, jiġifieri lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tas-saħħa u lill-operaturi ekonomiċi, jagħtu prijorità lill-ġlieda kontra l-pandemija tal-coronavirus li hawn bħalissa, u l-għoti ta' prijorità lil din il-ġlieda huwa importanti ferm biex jingħażel iż-żmien li fih għandhom jitneħħew il-miżuri ta' konfinament hekk kif l-Istati Membri jerġgħu jibdew jirkupraw.", "L-emenda li ġiet adottata tqis il-ħtieġa li jkun hemm iktar apparat mediku ta' importanza vitali disponibbli fl-UE kollha u fl-istess ħin tkompli tiżgura s-saħħa u s-sikurezza tal-pazjenti sa ma tibda tapplika l-leġiżlazzjoni l-ġdida.", "Il-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta' Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas, qal hekk: “Nilqa' l-adozzjoni fi żmien rekord min-naħa tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-proposta biex id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati mediċi tiġi posposta b'sena.", "Aħna determinati niżguraw li l-industriji tal-qasam mediku tagħna jagħmlu ħilithom biex jagħmlu dak li għandna bżonnhom jagħmlu — jiġifieri jgħinu fil-ġlieda kontra din il-pandemija.", "L-Unjoni Ewropea se tagħmel dak kollu li hemm bżonn biex tappoġġa s-sistemi tas-saħħa tagħna fil-mument li għandhom bżonnu.”", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides, qalet hekk: “L-adozzjoni tal-bieraħ se tippermettilna lkoll nibqgħu niffukaw fuq l-iktar kwistjonijiet importanti f'dan iż-żmien ta' kriżi, u se tiżgura li l-apparat mediku ta' importanza vitali jibqa' jkun disponibbli.", "Din turi biċ-ċar li aħna determinati nindirizzaw din il-pandemija b'mod kontinwu bil-mezzi kollha possibbli, filwaqt li nżommu dejjem is-sikurezza tal-pazjenti bħala l-għan aħħari tagħna.", "Nirringrazzja lill-Parlament u lill-Kunsill talli ttrattaw din il-proposta urġenti b'mod effiċjenti u talli kkooperaw magħna dwarha u approvawha fi żmien rekord.”", "Il-kriżi tal-coronavirus iżżid id-domanda għal ċertu apparat mediku ta' importanza vitali.", "Għalhekk huwa importanti li nevitaw iktar diffikultajiet marbutin mad-disponibbiltà tat-tali apparat jew iktar riskji li jkun hemm nuqqas ta' dan l-apparat jew li jkun hemm dewmien fid-disponibbiltà tiegħu li jaf ikunu ġejjin mill-kapaċità limitata tal-awtoritajiet jew tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità b'rabta mal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati mediċi.", "Għaldaqstant l-emenda li ġiet adottata tipposponi l-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati mediċi b'sena, eżattament sas-26 ta' Mejju 2021.", "Ir-regoli li japplikaw bħalissa se jkomplu jiggarantixxu saħħet il-pazjenti u s-sikurezza tagħhom.", "Kuntest", "L-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet tas-saħħa u l-operaturi ekonomiċi spiċċaw taħt pressjoni qawwija minħabba l-pandemija tal-coronavirus u l-kriżi tas-saħħa pubblika li din ħolqot.", "Għal dawn iċ-ċirkustanzi hemm bżonn ta' riżorsi addizzjonali sostanzjali, u żdiedet b'mod konsiderevoli l-ħtieġa li jkun hemm iktar apparat mediku ta' importanza vitali disponibbli.", "Xejn minn dak li ssemma hawn fuq ma seta' jiġi previst meta ġie adottat ir-Regolament dwar l-apparati mediċi.", "Din is-sitwazzjoni tolqot bil-kbir l-oqsma differenti li jkopri r-Regolament dwar l-apparati mediċi.", "Għalhekk wisq probabbli l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tas-saħħa, l-operaturi ekonomiċi u partijiet rilevanti oħrajn ma kinux se jkunu jistgħu jimplimentaw dak ir-Regolament u japplikawh mid-data li kienet prevista għall-applikazzjoni tiegħu, jiġifieri mis-26 ta' Mejju 2020.", "Sabiex jiġi żgurat qafas regolatorju effettiv għall-apparat mediku, din l-emenda tipposponi wkoll id-data tat-tħassir tad-Direttiva dwar il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem u tad-Direttiva dwar il-mezzi mediċi b'sena.", "Din l-adozzjoni mhix se taffettwa d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, li se jibda japplika mis-26 ta' Mejju 2022 'il quddiem.", "L-emenda tar-Regolament dwar l-apparati mediċi tikkumplimenta miżuri importanti oħrajn fil-qasam tal-apparat mediku li l-Kummissjoni qed tkompli tadotta fil-ġlieda tagħha kontra l-pandemija tal-coronavirus.", "Il-Kummissjoni adottat din il-proposta fit-3 ta' April, u l-Parlament Ewropew ta l-appoġġ tiegħu għaliha fis-17 ta' April.", "Bħala l-aħħar pass, ilbieraħ il-Kunsill ivvota favur l-adozzjoni tagħha, u issa din se tidħol fis-seħħ malli tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Ħoloq utli", "L-apparat mediku", "Il-paġna web speċifika tal-Kummissjoni dwar ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-COVID-19"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_694", "title": "L-UE tniedi strument pilota ġdid ta' €50 miljun biex tiżviluppa l-ħiliet u l-edukazzjoni fl-Ewropa kollha", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,RESINSC", "date": "Tue, 21 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Kummissjoni Ewropea qed iniedu strument ta' garanzija pilota ġdid sabiex itejbu l-aċċess għall-finanzjament għall-individwi u għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jinvestu fil-ħiliet u fl-edukazzjoni.", "L-iskema pilota ta' €50 miljun se tappoġġa l-finanzjament għall-istudenti u għal min qed jitgħallem, għall-intrapriżi li qed jinvestu fit-titjib tal-ħiliet tal-impjegati tagħhom u għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ.", "L-Istrument ta' Garanzija Pilota għall-Ħiliet u għall-Edukazzjoni (Skills & Education Guarantee Pilot – S&E Pilot) huwa inizjattiva ġdida għall-finanzjament tad-dejn maħsuba biex tistimola l-investimenti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fil-ħiliet – bħala parti mis-soluzzjoni biex aktar nies isibu impjieg u bħala rispons għall-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tal-ekonomija Ewropea.", "Din l-inizjattiva hija partikolarment rilevanti fis-sitwazzjoni ekonomika diffiċli li qed jiffaċċjaw iċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej bħalissa minħabba l-pandemija tal-coronavirus.", "Se tappoġġa lill-kumpaniji u lill-istudenti matul il-kriżi u warajha, sabiex tiżgura li l-Ewropa tista' tiżviluppa u tibqa' tkun minn ta' quddiem fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi globali, tmexxi l-ekonomija tal-għarfien tagħha 'l quddiem u taċċellera l-irkupru ekonomiku tagħha.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Promozzjoni tal-Istil ta' Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas, qal: “Bil-potenzjal li jiġu mmobilizzati €200 miljun f'investimenti għall-iżvilupp tal-edukazzjoni u tal-ħiliet, l-Istrument ta' Garanzija Pilota għall-Ħiliet u għall-Edukazzjoni huwa pass lejn soċjetajiet u ekonomiji aktar reżiljenti u inklużivi sakemm l-UE tirkupra mill-pandemija tal-COVID-19.", "Jista' jipprovdi l-appoġġ meħtieġ għall-iżvilupp ta' opportunitajiet ta' apprendiment u ta' ħiliet għal xi wħud mis-setturi l-aktar kritiċi, bħal pereżempju s-saħħa, l-edukazzjoni, is-sigurtà, u l-ekonomija diġitali u ekoloġika.", "Il-ftuħ tal-finanzjament lil min qed jitgħallem, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet edukattivi se jippermetti li kemm jista' jkun nies u negozji jibbenefikaw minnu.”", "Il-Kap Eżekuttiv tal-FEI, Alain Godard, qal: “L-investimenti fil-ħiliet jikkontribwixxu għat-tkabbir, għall-kompetittività u għall-konverġenza soċjali.", "L-Istrument ta' Garanzija Pilota l-ġdid għall-Ħiliet u għall-Edukazzjoni li tnieda llum joffri lill-istudenti u lin-negozji opzjonijiet ġodda biex isibu l-appoġġ li għandhom bżonn biex jikbru, filwaqt li jindirizza l-isfidi marbuta mat-trasformazzjonijiet diġitali u mat-tranżizzjoni lejn ekonomija ħielsa mill-karbonju.­­ Billi ntejbu l-aċċess għall-opportunitajiet ta' edukazzjoni u ta' taħriġ, nistgħu nappoġġaw forza tax-xogħol li tista' tadatta aktar għall-ambjenti li dejjem qed jinbidlu, u dan huwa ferm aktar kruċjali f'dan il-mument ta' kriżi.”", "Fil-fażi pilota tiegħu, l-S&E Pilot se jipprovdi garanzija tal-UE ta' massimu ta' €50 miljun appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), u b'hekk jattiva l-finanzjament tad-dejn għall-proġetti tal-ħiliet u tal-edukazzjoni fl-Ewropa, bl-għan li jimmobilizza finanzjament totali ta' aktar minn €200 miljun.", "L-istituzzjonijiet finanzjarji jew il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ interessati jistgħu japplikaw biex isiru intermedjarji finanzjarji u jipparteċipaw fl-iskema billi jwieġbu għas-Sejħa għal Espressjonijiet ta' Interess miftuħa ppubblikata mill-FEI.", "L-għażla tal-intermedjarji finanzjarji hija ġestita mill-FEI.", "L-FEI se jipprovdi garanzija limitata tal-ewwel telf (jew kontrogaranzija) bla ħlas lill-intermedjarji finanzjarji magħżula li jkunu qegħdin jibnu portafolli ġodda ta' finanzjament tad-dejn għall-istudenti u għan-negozji.", "L-istudenti u n-negozji eliġibbli se jkollhom aċċess għal tipi differenti ta' finanzjament (eż. self, pagamenti differiti, self marbut mal-introjtu, eċċ.) permezz ta' intermedjarji finanzjarji dedikati, bħal pereżempju istituzzjonijiet finanzjarji, universitajiet u ċentri ta' taħriġ vokazzjonali, garantiti mill-UE.", "Fl-aħħar mill-aħħar, bis-saħħa tal-garanzija, il-benefiċjarji finali se jkun jistgħu jaċċessaw il-finanzjament aktar faċilment u b'kundizzjonijiet aħjar.", "Il-fażi pilota tal-inizjattiva se titnieda fl-2020 bl-objettiv li ssir strument finanzjarju standard wara l-2020, fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE li jmiss (2021 – 2027).", "Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti se jipprovdi wkoll appoġġ għall-bini ta' kapaċità sabiex jgħin fil-promozzjoni tal-Istrument Pilota.", "Informazzjoni ġenerali", "L-S&E Pilot għandu l-għan li jappoġġa lill-benefiċjarji finali li ġejjin:", "L-individwi (studenti u min qed jitgħallem) li jridu jkomplu jistudjaw u jtejbu l-ħiliet tagħhom permezz tal-akkademiċi, tat-taħriġ vokazzjonali, tal-apprendiment tul il-ħajja u forom oħrajn ta' edukazzjoni, inkluż permezz tal-mezzi diġitali.", "L-S&E Pilot se jappoġġa wkoll il-mobbiltà tal-istudenti u ta' min qed jitgħallem li qed isegwu programmi edukattivi fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza tagħhom.", "L-intrapriżi Ewropej li jikkontribwixxu għal tali sforzi ta' trasformazzjoni tal-ħiliet u li jiffaċilitawhom billi jinvestu fit-titjib tas-sett ta' ħiliet u tal-użu tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom.", "Dan jgħin biex jiżdiedu l-kompetittività u l-produttività tal-kumpanija, filwaqt li jinżammu l-impjiegi.", "L-organizzazzjonijiet Ewropej li huma attivi fil-qasam tal-iżvilupp tal-ħiliet, tat-taħriġ u tal-edukazzjoni jew li jiżviluppaw proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni.", "L-objettiv tagħhom huwa li jtejbu b'mod sinifikanti l-ekosistema tal-provvista tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tas-servizzi relatati mal-ħiliet, inkluż permezz tal-mezzi diġitali.", "Il-kindergartens, l-iskejjel preprimarji, is-servizzi tat-tfulija bikrija u organizzazzjonijiet simili huma inklużi f'din il-kategorija wkoll.", "Għal Aktar Informazzjoni:", "Sejħa għal Espressjonijiet ta' Interess tal-FEI", "Sit web tal-FEIS", "Ir-rispons tal-UE għall-coronavirus", "Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_722", "title": "Il-Coronavirus: il-Kummissjoni tħabbar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-settur agroalimentari", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,COVID-19", "date": "Tue, 21 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni rapida u tipproponi miżuri eċċezzjonali addizzjonali biex tkompli tappoġġa l-aktar swieq agrikoli u alimentari milquta.", "Is-settur agroalimentari tal-UE qed juri reżiljenza f'dawn iż-żminijiet mingħajr preċedent minħabba t-tifqigħa tal-coronavirus.", "Madankollu, xi swieq intlaqtu ħażin mill-konsegwenzi ta' din il-kriżi tas-saħħa pubblika.", "Il-pakkett ippreżentat illum jinkludi miżuri ta' għajnuna għall-ħżin privat (PSA) fis-setturi tal-ħalib u tal-laħam, l-awtorizzazzjoni ta' miżuri ta' awtoorganizzazzjoni tas-suq mill-operaturi fis-setturi milquta ħażin u l-flessibilità fil-programmi ta' appoġġ għas-suq tal-frott u l-ħaxix, tal-inbid u ta' prodotti oħra.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura Janusz Wojciechowski qal: “Il-konsegwenzi tal-kriżi tal-coronavirus qed jinħassu dejjem aktar fis-settur agroalimentari, għaldaqstant iddeċidejna li nieħdu azzjoni rapida, flimkien mal-miżuri li diġà ttieħdu minn mindu faqqgħet din il-kriżi.", "Skont l-iżviluppi tas-suq bħalissa, il-miżuri proposti huma maħsuba biex jibagħtu sinjal immirat biex jistabbilizza s-swieq.", "Dawn jitqiesu bħala l-aktar xierqa biex jiżguraw l-istabbiltà tal-prezzijiet u tal-produzzjoni futuri, u għalhekk jiżguraw ukoll il-fornimenti u s-sigurtà alimentari.", "Il-pakkett ġdid u eċċezzjonali ta' miżuri li qed inħabbru llum għandu l-għan li jappoġġa l-aktar setturi agroalimentari affettwati billi jindirizza kemm it-tfixkil diġà osservat kif ukoll ir-riskji futuri.", "Konvint li dawn il-miżuri se jnaqqsu l-piż minn fuq is-swieq u se jwasslu malajr għal riżultati konkreti.”", "Il-miżuri eċċezzjonali mħabbra bħala rispons addizzjonali għall-kriżi tal-coronavirus jinkludu:", "Il-Kummissjoni għandha l-għan li tadotta dawn il-miżuri sa tmiem April.", "Iżda qabel iridu jiġu kkonsultati l-Istati Membri u jivvutaw dwar dawn il-miżuri, għalhekk jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil.", "Id-dettalji kollha ta' dawn il-proposti se jiġu żvelati waqt l-adozzjoni finali tagħhom.", "Il-pakkett imħabbar illum ikompli mal-pakkett komprensiv ta' miżuri oħra adottati aktar kmieni mill-Kummissjoni biex jingħata appoġġ lis-settur agroalimentari fil-kriżi attwali, bħaż-żieda fl-ammonti tal-għajnuna mill-Istat, iż-żieda fil-pagamenti bil-quddiem, u l-iskadenzi estiżi għall-preżentazzjoni tat-talbiet għall-pagament.", "Iż-żieda fil-flessibilità fir-rigward tar-regoli dwar il-Politika Agrikola Komuni għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv minn fuq il-bdiewa u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.", "Għal aktar informazzjoni", "L-appoġġ għas-settur agroalimentari għall-coronavirus", "Ir-rispons tal-UE għall-coronavirus", "Il-miżuri tas-suq tal-Politika Agrikola Komuni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_468", "title": "COVID-19: Il-Kummissjoni tippreżenta linji gwida dwar miżuri fil-fruntieri li jipproteġu s-saħħa u jiżguraw id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi essenzjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,MIGR,COVID-19", "date": "Sun, 15 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppreżentat linji gwida lill-Istati Membri dwar miżuri għall-ġestjoni tal-fruntieri relatati mas-saħħa fil-kuntest tal-emerġenza tal-COVID-19.", "L-għan aħħari huwa l-ħarsien tas-saħħa taċ-ċittadini u li jiġi żgurat l-aħjar trattament tal-persuni li jkollhom jivvjaġġaw, u li l-prodotti u s-servizzi essenzjali jibqgħu disponibbli.", "Il-Kummissarji Kyriakides u Johansson ippreżentaw il-linji gwida lill-Ministri tal-UE responsabbli mis-Saħħa u mill-Affarijiet Interni fl-ewwel laqgħa konġunta bil-vidjo li bdiet dalgħodu fil-11am.", "Il-President von der Leyen qalet: “Il-miżuri tagħna biex inrażżnu t-tifqigħa tal-Coronavirus se jkunu effettivi biss jekk nikkoordinaw bejnietna fil-livell Ewropew.", "Jeħtieġ li nieħdu miżuri eċċezzjonali biex nipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini tagħna.", "Iżda ejjew niżguraw li l-prodotti u s-servizzi essenzjali jibqgħu jiċċirkolaw fis-suq intern tagħna.", "Dan huwa l-uniku mod kif nistgħu nipprevjenu nuqqasijiet ta' tagħmir mediku jew ikel.", "Din mhijiex biss kwistjoni ekonomika: is-suq intern tagħna huwa għodda fundamentali tas-solidarjetà Ewropea.", "Ninsab f'taħditiet mal-Istati Membri kollha biex niffaċċjaw din l-isfida flimkien, bħala Unjoni.”", "Il-linja gwida jistabbilixxu l-prinċipji għal approċċ integrat għal ġestjoni effettiva tal-fruntieri biex nipproteġu s-saħħa filwaqt li nħarsu l-integrità tas-suq intern.", "Il-protezzjoni tas-saħħa tan-nies", "Dawk il-persuni li jkunu identifikati bħala f'riskju li jxerrdu l-COVID-19 għandu jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa xierqa, jew fil-pajjiż fejn jaslu jew fil-pajjiż minn fejn jitilqu, u dan għandu jiġi kkoordinat bejniethom.", "Huwa possibbli li kull min jidħol fit-territorju nazzjonali jsirulu kontrolli tas-saħħa mingħajr ma' jiddaħħlu kontrolli formali fil-fruntieri interni.", "Id-differenza bejn il-kontrolli tas-saħħa normali u l-kontrolli fuq il-fruntiera hija l-possibbiltà li persuni individwali ma jitħallewx jidħlu.", "Il-persuni li jkunu morda m'għandhomx jiġu mċaħħda d-dħul iżda għandhom jingħataw aċċess għall-kura tas-saħħa.", "L-Istati Membri jistgħu jerġgħu jintroduċu kontrolli fil-fruntieri interni għal raġunijiet ta' ordni pubbliku li, f'sitwazzjonijiet kritiċi estremi, jistgħu jinkludu s-saħħa pubblika.", "Dawn il-kontrolli fuq il-fruntiera għandhom jiġu organizzati biex jiġi evitat li jiffurmaw ġemgħat kbar ta' nies (pereż. kjuwijiet), li jżidu r-riskju li jinfirex il-virus.", "L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom biex jagħmlu kontrolli tas-saħħa fuq naħa waħda biss tal-fruntiera.", "Il-kontrolli fuq il-fruntiera għandhom jiġu applikati b'mod proporzjonat u b'kunsiderazzjoni għas-saħħa tan-nies.", "L-Istati Membri għandhom iħallu liċ-ċittadini u lir-residenti tagħhom jidħlu dejjem, u għadhom jiffaċilitaw it-tranżitu taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE li jkunu qegħdin jirritornaw lejn djarhom.", "Madankollu, jistgħu jieħdu miżuri bħall-obbligu ta' perjodu ta' awtoiżolament, jekk ikunu qed jimponu l-istess obbligu fuq iċ-ċittadini tagħhom stess.", "L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-qsim ta' ħaddiema fruntaliera, iżda mhux biss dawk li jaħdmu fil-kura tas-saħħa u fis-settur tal-ikel, u servizzi essenzjali oħra (pereż. l-indukrar tat-tfal u tal-anzjani, il-persunal kritiku għall-utilitajiet).", "L-iżgurar taċ-ċirkolazzjoni ta' prodotti u servizzi essenzjali", "Iċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti hija kruċjali biex il-prodotti jibqgħu disponibbli.", "Dan huwa kruċjali b'mod partikolari għall-prodotti essenzjali bħall-provvisti tal-ikel fosthom tal-bhejjem, it-tagħmir u l-provvisti mediċi u protettivi vitali.", "B'mod ġenerali, il-miżuri ta' kontroll ma għandhomx joħolqu tfixkil għall-ktajjen tal-provvista, għas-servizzi ta' interess ġenerali essenzjali u għall-ekonomiji nazzjonali u l-ekonomija tal-UE kollha kemm hi.", "L-Istati Membri għandhom jagħżlu korsiji ta' prijorità għat-trasport tal-merkanzija (pereż. permezz tal-“korsiji ekoloġiċi”).", "Bl-istess mod, il-moviment sikur tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport, fosthom is-sewwieqa tat-trakkijiet u tal-ferroviji, il-piloti u l-ekwipaġġi tal-ajru huwa fattur ewlieni biex jiġi żgurat il-moviment xieraq tal-prodotti u tal-persunal essenzjali.", "Ma għandha tiġi imposta l-ebda ċertifikazzjoni addizzjonali fuq il-prodotti li jiċċirkolaw legalment fis-suq uniku tal-UE.", "Skont l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, ma hemm l-ebda evidenza li l-ikel huwa sors tal-COVID-19, jew sors li jittrażmetti l-COVID-19.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-Linji gwida għal miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali", "#coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_474", "title": "Il-Coronavirus: Il-Kummissjoni toffri finanzjament lill-kumpanija tat-tilqim innovattiv CureVac", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RESINSC,COVID-19", "date": "Sun, 15 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni offriet appoġġ finanzjarju sa €80 miljun lil CureVac, żviluppatur ta' tilqim innovattiv ħafna minn Tübingen, il-Ġermanja, sabiex iżid l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' tilqima kontra l-Coronavirus fl-Ewropa.", "Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen u l-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel, iddiskutew mal-maniġment ta' CureVac permezz ta' vidjokonferenza.", "Il-Viċi President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI), Ambroise Fayolle, ħa sehem ukoll.", "L-appoġġ se jieħu l-forma ta' garanzija tal-UE ta' self tal-BEI, li attwalment qed jiġi vvalutat, tal-istess ammont, fil-qafas tal-Faċilità għall-Finanzjament tal-Mard Infettiv InnovFin tal-programm Orizzont 2020.", "Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet: “F'din il-kriżi tas-saħħa pubblika, huwa importanti ferm li nappoġġaw lir-riċerkaturi u lill-kumpaniji ewlenin tagħna.", "Determinati li nipprovdu l-finanzjament li CureVac teħtieġ biex tħaffef l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' tilqima kontra l-Coronavirus.", "Kburija li fl-UE għandna kumpaniji pijunieri bħal CureVac.", "Darhom hawn.", "Però kulħadd, fl-Ewropa u lil hinn, se jibbenefika mit-tilqim tagħhom.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, qalet: “L-appoġġ għal riċerka u innovazzjoni eċċellenti tal-UE hu parti essenzjali mir-rispons koordinat tagħna kontra t-tixrid tal-Coronavirus.", "Fl-2014, CureVac rebħet l-ewwel premju tal-UE ta' inċentiv għall-innovazzjoni.", "Aħna impenjati li f'dawn iż-żminijiet kritiċi nżidu l-appoġġ tagħna għar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha bbażati fl-UE.", "Ix-xjenza u l-innovazzjoni fl-Ewropa jinsabu fil-qalba tal-politiki tagħna li jħarsu s-saħħa tal-poplu.”", "Ambroise Fayolle, il-Viċi President għall-Innovazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment, qal: “Il-BEI huwa u jibqa' l-Bank tal-UE għall-innovazzjoni, issa aktar minn qatt qabel fil-kriżi attwali tas-saħħa.", "Bis-sħubija soda u produttiva li bnejna mal-Kummissjoni għal ħafna snin, fil-qasam tal-istrumenti finanzjarji tar-riċerka u tal-innovazzjoni (InnovFin), aħna determinati li nagħmlu l-almu tagħna biex nappoġġaw lil CureVac sabiex iżżid il-ħtiġijiet tal-iżvilupp tagħha, għall-ġid taċ-ċittadini tal-UE u lil hinn.”", "Imwaqqfa fis-sena 2000, CureVac hija kumpanija bijofarmaċewtika Ġermaniża li żviluppat teknoloġija ġdida biex tegħleb waħda mill-akbar xkilijiet għall-użu tat-tilqim: il-ħtieġa li jinżammu stabbli mingħajr tkessiħ.", "It-teknoloġija tat-tilqim tagħha tissejjes fuq il-molekoli RNA messaġġiera (mRNA) li jistimulaw is-sistema immunitarja.", "L-istudji preliminari juru li t-teknoloġija hija promettenti għal rispons mgħaġġel għall-COVID-19.", "Jekk ikun pruvat li din taħdem, miljuni ta' dożi ta' tilqim jistgħu potenzjalment jiġu prodotti bl-irħis fil-faċilitajiet ta' produzzjoni eżistenti ta' CureVac.", "CureVac diġà bdiet il-programm tagħha għall-iżvilupp tal-tilqima kontra l-COVID-19 u tistima li sa Ġunju 2020 tkun nediet it-testijiet kliniċi.", "Il-Kummissjoni diġà għarfet il-potenzjal li CureVac toffri tilqima li ssalva ħajjet in-nies madwar id-dinja b'mod sikur u affordabbli, meta fl-2014 CureVac kienet rebħet l-ewwel premju tal-UE ta' inċentiv għall-innovazzjoni ta' valur ta' €2 miljun, iffinanzjat mill-programm għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE, l-FP7.", "Il-premju kien maħsub biex jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri ta' dik l-idea rivoluzzjonarja.", "Issa l-Kummissjoni u l-BEI flimkien qed isaħħu l-isforzi tagħhom biex jipprovdu l-mezzi meħtieġa lil CureVac, filwaqt li jieħdu vantaġġ mill-kooperazzjoni twila u produttiva tagħhom fi strumenti finanzjarji maħsuba apposta biex jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni bħall-InnovFin tal-programm Orizzont 2020 u b'mod partikolari l-Faċilità ta' Finanzjament tal-Mard Infettiv tagħha.", "Kuntest", "L-appoġġ lil CureVac huwa parti mir-rispons koordinat tal-UE għat-theddida tal-COVID-19 għas-saħħa pubblika.", "B'ħidma mill-qrib mal-industrija, il-Kummissjoni mmobilizzat sa €140 miljun f'finanzjament pubbliku u privat biex tappoġġa r-riċerka meħtieġa b'mod urġenti.", "Fis-6 ta' Marzu, il-Kummissjoni ħabbret l-għażla ta' 17-il proġett li jinvolvu 136 tim ta' riċerka li se jirċievu finanzjament totali ta' €47.5 miljun mill-programm tagħha ta' riċerka u ta' innovazzjoni, tal-Orizzont 2020.", "It-timijiet se jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' tilqim, ta' trattamenti ġodda, ta' testijiet ta' dijanjożi u ta' sistemi mediċi bl-għan li jipprevjenu t-tixrid tal-Coronavirus.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni impenjat sa €45 miljun għal riċerka fit-tilqim u t-trattamenti permezz ta' sejħa ppubblikata fit-3 ta' Marzu mill-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI), u li magħhom għandha tiżdied l-istess kontribuzzjoni mill-industrija tal-farmaċewtika, jiġifieri ammont totali sa €90 miljun.", "F'dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Ewropea investiet ħafna fir-riċerka biex tħejji ruħha sewwa sew għal dan it-tip ta' emerġenza għas-saħħa pubblika.", "Diversi proġetti ffinanzjati mill-UE qed jikkontribwixxu għall-attivitajiet Ewropej u globali ta' tħejjija u ta' rispons."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_469", "title": "Il-Kummissjoni tieħu passi biex tiżgura l-provvista ta' tagħmir ta' protezzjoni personali fl-Unjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,COVID-19", "date": "Sat, 14 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Fl-isforzi kontinwi tagħha biex tipproteġi liċ-ċittadini u tikkoordina r-rispons għal COVID-19, il-Kummissjoni ħadet passi immedjati biex tipproteġi d-disponibbiltà tal-provvisti ta' tagħmir ta' protezzjoni personali (personal protective equipment, PPE), billi tirrikjedi li l-esportazzjonijiet ta' tali tagħmir barra mill-Unjoni Ewropea jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni mill-Istati Membri.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ, Phil Hogan, qal: “L-isfidi ppreżentati mit-tixrid ta' COVID-19 jiġġustifikaw l-urġenza ta' din l-azzjoni.", "Il-Kummissjoni qed tagħmel kull sforz possibbli biex toffri għajnuna konkreta liċ-ċittadini tagħna u lil dawk kollha li jieħdu ħsiebhom.”", "Tagħmir Protettiv Personali ikopri tagħmir bħal maskri, nuċċalijiet protettivi u viżieri, tarki tal-wiċċ, protezzjoni tal-ħalq u l-imnieħer, u ħwejjeġ protettivi.", "Jeżistu ħtiġijiet vitali għal tagħmir protettiv fl-Unjoni fir-rigward ta' sptarijiet, pazjenti, ħaddiema fil-qasam, awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili.", "Dan l-att ta' implimentazzjoni, adottat bi proċedura ta' urġenza u ppubblikat illum, jipprovdi għal awtorizzazzjonijiet għal esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi.", "Se jkun validu għal perjodu ta' sitt ġimgħat, li matulu l-Istati Membri se jiġu kkonsultati dwar l-adattamenti potenzjali u l-ambitu tal-miżura attwali u l-passi futuri.", "Rispons Ewropew unifikat jevita sitwazzjoni fejn l-Istati Membri jieħdu approċċi individwali li jaffettwaw iċ-ċirkolazzjoni ta' tagħmir bħal dan fis-suq uniku kif ukoll għal pajjiżi terzi, u jsaħħaħ is-solidarjetà Ewropea.", "Xi Stati Membri innovaturi diġà indikaw li jaċċettaw it-talbiet tal-Kummissjoni li jemendaw il-miżuri nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li t-tagħmir vitali jkun disponibbli għal dawk li l-aktar jeħtiġuhom, fl-UE.", "Il-Kummissjoni se tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi rilevanti biex tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel u kkoordinata tar-regolament, b'fatturi meqjusa bħal impenji internazzjonali, l-evoluzzjoni ta' ħtiġijiet urġenti fl-UE u barra minnha, u l-integrazzjoni ta' katini ta' produzzjoni u provvista ma' pajjiżi terzi."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_459", "title": "COVID-19: Il-Kummissjoni tistabbilixxi rispons koordinat Ewropew kontra l-impatt ekonomiku tal-Koronavajrus*", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PR-ECOM,COVID-19", "date": "Thu, 12 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Il-COVID-19 hija emerġenza serja tas-saħħa pubblika għaċ-ċittadini, is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna b'infezzjonijiet fl-Istati Membri kollha.", "Hija wkoll xokk ekonomiku kbir għall-UE.", "Għalhekk illum il-Kummissjoni tippreżenta rispons immedjat biex jittaffa l-impatt soċjoekonomiku tat-tifqigħa ta' COVID-19, iċċentrata fuq rispons koordinat Ewropew.", "Il-Kummissjoni se tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex ittaffi l-konsegwenzi tal-pandemija, b'mod partikolari:", "- Biex niżguraw il-provvisti meħtieġa għas-sistemi tas-saħħa tagħna billi nippriservaw l-integrità tas-Suq Uniku u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ktajjen tal-valur;", "- Biex jiġu appoġġati l-persuni b'tali mod li d-dħul u l-impjiegi ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat u biex jiġi evitat l-effett permanenti ta' din il-kriżi;", "- Biex jappoġġjaw lill-kumpaniji u jiżguraw li l-likwidità tas-settur finanzjarju tagħna tkun tista' tkompli tappoġġa l-ekonomija", "- U biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jaġixxu b'mod deċiżiv b'mod koordinat, permezz ta' flessibbiltà sħiħa tal-Oqfsa tal-Patt ta' Għajnuna mill-Istat u Tkabbir u Tkabbir.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet: “Il-pandemija tal-Koronavajrus hija test għalina lkoll.", "Din mhix biss sfida bla preċedent għas-sistemi ta' kura tas-saħħa tagħna, iżda wkoll xokk qawwi għall-ekonomiji tagħna.", "Il-pakkett ekonomiku importanti mħabbar illum jittratta mas-sitwazzjoni ta' llum.", "Aħna ninsabu lesti li nagħmlu hekk kif is-sitwazzjoni tkompli tevolvi.", "Se nagħmlu dak kollu li hu meħtieġ biex nappoġġaw l-Ewropej u l-ekonomija Ewropea.", "Għajnuna mill-Istat għall-Flessibbiltà", "Ir-rispons fiskali prinċipali għall-Koronavajrus se jiġi mill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri.", "Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jippermettu lill-Istati Membri jieħdu azzjoni rapida u effettiva biex jappoġġaw liċ-ċittadini u lill-kumpaniji, b'mod partikolari lill-SMEs, li qed jiffaċċjaw diffikultajiet ekonomiċi minħabba t-tifqigħa COVID-19.", "L-Istati Membri jistgħu jfasslu miżuri ta' appoġġ wiesa' f'konformità mar-regoli eżistenti tal-UE.", "L-ewwel nett, jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri, bħal sussidji ta' pagi, sospensjoni ta' pagamenti ta' taxxi korporattivi u ta' valur miżjud jew kontribuzzjonijiet soċjali.", "Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ finanzjarju direttament lill-konsumaturi, pereżempju għal servizzi ikkanċellati jew biljetti li ma jiġux rimborżati mill-operaturi kkonċernati.", "Barra minn hekk, ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jippermettu lill-Istati Membri jgħinu lill-kumpaniji jħabbtu wiċċhom ma' nuqqas ta' likwidità u li jeħtieġu għajnuna urġenti ta' salvataġġ.", "L-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE jippermetti lill-Istati Membri jikkumpensaw lill-kumpaniji għall-ħsara kkawżata direttament minn okkorrenzi eċċezzjonali, inklużi miżuri f'setturi bħall-avjazzjoni u t-turiżmu.", "Bħalissa, l-impatt tat-tifqigħa ta' COVID-19 fl-Italja huwa ta' natura u skala li jippermetti l-użu tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.", "Dan jippermetti lill-Kummissjoni tapprova miżuri ta' appoġġ nazzjonali addizzjonali biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru.", "Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għall-użu tal-Artikolu 107(3)b għal Stati Membri oħra se tieħu approċċ simili.", "Il-Kummissjoni qed tħejji qafas legali speċjali skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE biex tadotta f'każ ta' bżonn.", "Il-Kummissjoni tinsab lesta biex taħdem mal-Istati Membri kollha biex tiżgura li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti b'mod f'waqtu miżuri nazzjonali possibbli ta' appoġġ biex tiġi indirizzata t-tifqigħa tal-virus COVID-19.", "Il-qafas Fiskali Ewropew ta' Flessibbiltà", "Il-Kummissjoni se tipproponi lill-Kunsill biex tapplika l-flessibbiltà sħiħa prevista fil-qafas fiskali tal-UE sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex titrażżan it-tifqigħa tal-koronavajrus u jitnaqqsu l-effetti soċjoekonomiċi negattivi tagħha.", "L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-pandemija tas-COVID-19 tikkwalifika bħala “avvenimenti mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-gvern”.", "Dan jippermetti li l-infiq eċċezzjonali jiġi akkomodat biex titrażżan it-tifqigħa COVID-19 bħal nefqa fuq il-kura tas-saħħa u miżuri ta' salvataġġ immirati għall-kumpaniji u l-ħaddiema.", "It-tieni, il-Kummissjoni se tirrakkomanda li jiġu aġġustati l-isforzi fiskali meħtieġa mill-Istati Membri f'każ ta' tkabbir negattiv jew ta' tnaqqis kbir fl-attività.", "Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija lesta li tipproponi lill-Kunsill biex jattiva l-klawżola ġenerali ta' salvagwardja biex jakkomoda appoġġ aktar ġenerali tal-politika fiskali.", "Din il-klawżola tkun – f'kooperazzjoni mal-Kunsill – tissospendi l-aġġustament fiskali rrakkomandat mill-Kunsill f'każ ta' tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku fiż-żona tal-euro jew fl-UE kollha kemm hi.", "Niżguraw solidarjetà fis-Suq Uniku", "Hija biss b'solidarjetà u b'soluzzjoni koordinata madwar l-Ewropa kollha, li se nkunu nistgħu nimmaniġġjaw b'mod effettiv din l-emerġenza tas-saħħa pubblika.", "Is-solidarjetà hija kruċjali f'din il-kriżi, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-prodotti essenzjali, meħtieġa biex jiġu mmitigati r-riskji tas-saħħa ta' din it-tifqigħa, jistgħu jilħqu lil dawk kollha fil-bżonn.", "Huwa essenzjali li naġixxu flimkien biex niżguraw il-produzzjoni, l-istokkjar, id-disponibbiltà u l-użu razzjonali ta' tagħmir mediku protettiv u mediċini fl-UE, b'mod trasparenti u trasparenti, aktar milli jittieħdu miżuri unilaterali li jirrestrinġu l-moviment liberu ta' oġġetti essenzjali għall-kura tas-saħħa.", "Il-Kummissjoni, għalhekk, qed tieħu l-passi kollha meħtieġa għal dak il-għan inkluż billi tipprovdi gwida għall-Istati Membri dwar kif jistabbilixxu mekkaniżmi ta' kontroll adegwati biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, u billi tniedi proċedura ta' akkwist konġunt aċċellerata għal dawn il-prodotti u toħroġ rakkomandazzjoni dwar tagħmir ta' protezzjoni mhux bil-marka CE.", "It-tifqigħa COVID-19 qed ikollha impatt kbir fuq is-sistemi tat-trasport tagħna, minħabba r-rabta mill-qrib tal-ktajjen tal-provvista Ewropej, appoġġjata minn netwerk estensiv ta' servizzi tal-merkanzija fuq l-art, fuq il-baħar, u fl-ajru.", "Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura l-fluss ta' oġġetti essenzjali lil hinn mill-fruntieri tal-art.", "L-industrija tal-avjazzjoni internazzjonali u Ewropea ntlaqtet b'mod partikolari.", "Kif imħabbar mill-President von der Leyen fl-10 ta' Marzu, biex tgħin ittaffi l-impatt ekonomiku u ekoloġiku ta' din it-tifqigħa, il-Kummissjoni llum qed tipproponi leġiżlazzjoni mmirata biex tnaqqas b'mod temporanju l-linji tal-ajru mir-regola “use-it-or-lose-it” — fejn it-trasportaturi tal-ajru jridu jużaw mill-inqas 80 % tas-slots tal-ajruporti tagħhom fi żmien perjodu speċifiku sabiex jinżammu fil-perjodu korrispondenti tas-sena d-dieħla.", "Fl-aħħar nett il-Kummissjoni qed tikkoordina mal-Istati Membri, l-awtoritajiet internazzjonali u l-assoċjazzjonijiet professjonali ewlenin tal-UE biex timmonitorja l-impatt tal-kriżi fuq is-settur tat-turiżmu u tikkoordina l-miżuri ta' appoġġ.", "Il-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE", "Biex ikun hemm eżenzjoni immedjata għall-SMEs milquta b'mod qawwi, il-baġit tal-UE se jiskjera l-istrumenti eżistenti tiegħu biex jappoġġja lil dawn il-kumpaniji b'likwidità, filwaqt li jikkumplimenta l-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, EUR 1 biljun se jiġu diretti mill-ġdid mill-baġit tal-UE bħala garanzija għall-Fond Ewropew tal-Investiment biex jinċentivaw lill-banek biex jipprovdu likwidità lill-SMEs u lil kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja.", "Dan se jgħin mill-inqas 100,000 SME u kumpanija żgħira b'kapitalizzazzjoni medja Ewropej b'madwar EUR 8 biljun f'finanzjament.", "Se nipprovdu vaganzi ta' kredtu lid-debituri eżistenti li huma affettwati ħażin.", "Intaffu l-impatt fuq l-impjiegi", "Irridu nipproteġu lill-ħaddiema mill-qgħad u t-telf ta' dħul biex nevitaw l-effett permanenti.", "Il-Kummissjoni tinsab lesta biex tappoġġa lill-Istati Membri f'dan, filwaqt li tippromwovi, b'mod partikolari skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, programmi ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid li wrew li kienu effettivi fil-passat.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tħaffef it-tħejjija tal-proposta leġiżlattiva għal Skema Ewropea ta' Riassigurazzjoni tal-Qgħad li għandha l-għan li tappoġġa l-politiki tal-Istati Membri li jippreservaw l-impjiegi u l-ħiliet.", "Barra minn hekk, l-Inizjattiva ta' Investiment ta' Reazzjoni għall-Koronavajrus se tiffaċilita l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew – fond immirat lejn l-appoġġ tal-ħaddiema u l-kura tas-saħħa.", "Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jista' jiġi mobilizzat ukoll biex jappoġġja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u lil dawk li jaħdmu għal rashom skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament attwali u futur.", "Sa EUR 179 miljun huma disponibbli fl-2020.", "Inizjattiva ta' Investiment għal Reazzjoni għall-Koronavajrus", "Taħt din l-inizjattiva l-ġdida, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu diretti EUR 37 biljun taħt il-Politika ta' Koeżjoni għall-ġlieda kontra l-kriżi tal-Koronavajrus.", "Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi li ċċedi din is-sena l-obbligu tagħha li titlob lill-Istati Membri biex jirrifondu l-prefinanzjament mhux minfuq għall-fondi strutturali.", "Dan jammonta għal madwar EUR 8 biljun mill-baġit tal-UE, li l-Istati Membri se jkunu jistgħu jużaw biex jissupplimentaw EUR 29 biljun ta' finanzjament strutturali madwar l-UE.", "Dan se jżid b'mod effettiv l-ammont ta' investiment fl-2020 u se jgħin biex ikun hemm tagħbija fuq quddiem tal-użu tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni ta' EUR 28 biljun li għadu ma ġiex allokat fi ħdan il-programmi tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020.", "Il-Kummissjoni tappella lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw malajr din il-proposta, sabiex tkun tista' tiġi adottata fi żmien ġimagħtejn.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li testendi l-ambitu tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE billi tinkludi wkoll kriżi tas-saħħa pubblika fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, bil-ħsieb li jiġi mmobilizzat jekk ikun meħtieġ l-aktar għall-Istati Membri.", "Sa EUR 800 miljun huma disponibbli fl-2020.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Il-MEMO: Rispons Koordinat Ewropew dwar il-Koronavajrus – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skeda informattiva: Rispons tal-UE għall-Koronavajrus", "Komunikazzjoni dwar l-aspetti ekonomiċi tal-kriżi COVID-19", "Anness għall-Komunikazzjoni dwar l-aspetti ekonomiċi tal-kriżi COVID-19", "Proposta għal Regolament dwar l-Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-COVID-19", "Proposta għal Regolament dwar slots fl-ajruporti", "Proposta għal Regolament biex tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri u l-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-aċċessjoni għall-Unjoni li huma affettwati b'mod minn emerġenza maġġura tas-saħħa pubblika", "Sit web dwar il-Koronavajrus", "*Aġġornata 13-03-2020, 17:22"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_445", "title": "Il-coronavirus: Miżuri introdotti għall-persunal tal-Kummissjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=INTRELADM,BUDGET,COVID-19", "date": "Wed, 11 Mar 2020 23:00:00 GMT", "text": ["Sa mill-bidu nett tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea fasslet u implimentat sett ta' miżuri biex tipproteġi l-persunal tagħha fid-dawl tal-iżviluppi li qed jevolvu fit-tixrid tal-coronavirus (COVID-19).", "L-approċċ tal-Kummissjoni fil-ġestjoni ta' din il-kriżi kien li jittieħdu l-miżuri kollha ta' prekawzjoni possibbli abbażi ta' fatti u evidenza xjentifika, f'konsultazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), f'konformità mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u f'koordinazzjoni mal-gwida u r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali fil-pajjiżi ospitanti rispettivi.", "Dawn il-miżuri ta' prekawzjoni l-ewwel u qabel kollox għandhom l-għan li jrażżnu t-tixrid tal-virus u li jnaqqsu r-riskju ta' infezzjoni tal-persunal tagħna filwaqt li jiżguraw il-kontinwità tan-negozju.", "Il-miżuri attwalment applikati jqisu l-aħħar deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.", "Il-miżuri li ġejjin bħalissa qed jiġu implimentati u qed jiġu riveduti b'mod kostanti:", "Il-persunal qed jiġi infurmat kuljum permezz ta' emails u paġna elettronika ddedikata li tiġi aġġornata regolarment.", "Il-persunal qed jiġi offrut ukoll il-possibbiltà li jagħmel mistoqsijiet bl-email jew bit-telefon lill-helpdesk apposta 24/7.", "Il-Kummissjoni għandha gwida ċara u fluss ta' xogħol fis-seħħ biex tindirizza kwalunkwe każ ikkonfermat ta' COVID-19 fost il-persunal tagħha jew fil-bini tagħha.", "Il-Kummissjoni qed tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib u tinsab lesta li tirrevedi jew tintroduċi aktar miżuri jekk ikun hemm bżonn."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4381", "title": "Il-Kummissjoni tappoġġja n-normalizzazzjonni fil-Greċja permezz tal-attivazzjoni ta' qafas ta' wara l-programm", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 10 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tattiva l-qafas ta' sorveljanza msaħħa għall-Greċja biex tappoġġa l-implimentazzjoni tar-riformi maqbula wara l-konklużjoni b'suċċess tal-programm ta' appoġġ għall-istabbilità tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES).", "Fit-20 ta' Awwissu, il-Greċja ser tikkonkludi b'suċċess programm ta' appoġġ għall-istabbiltà tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) biex b'hekk tħares postha fil-qalba taż-żona tal-euro u tal-Unjoni Ewropea.", "Din il-kisba maġġuri hija r-riżultat tas-sagrifiċċji tal-poplu Grieg, tal-impenn tal-Greċja lejn ir-riformi, u tas-solidarjetà tas-sħab Ewropej tagħha.", "Id-deċiżjoni tal-lum tal-Kummissjoni li tattiva l-qafas ta' sorveljanza msaħħa, kif ipprovdut fir-Regolament (UE) Nru 472/2013 (parti mill-hekk imsejjaħ “two-pack\"), tiffaċilita n-normalizzazzjoni tal-Greċja, u tavvanza l-progress li sar.", "Hija se tgħin fit-tlestija, it-twettiq u l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-riformi li dwarhom sar qbil taħt il-programm, f'konformità mal-impenji li saru mill-awtoritajiet Griegi.", "Dan huwa kruċjali fil-bini tal-fiduċja fis-suq u għaldaqstant biex jissaħħaħ l-irkupu ekonomiku tal-Greċja, b'mod partikolari fil-perjodu li jiġi immedjatament wara l-programm.", "Vladis Dombrovskis, il-Viċi President għall-Euro u għad-Djalogu Soċjali, li huwa wkoll inkarigat mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “L-20 ta' Awwissu se jkun ifisser bidu ġdid għall-Greċja.", "Huwa importanti li dan il-pajjiż ikompli b'politiki prudenti fiskali u makroekonomiċi, kif ukoll li jlesti r-riformi maqbula.", "Is-sorveljanza msaħħa qiegħda hemm biex tgħin lill-Greċja ssawwar il-fiduċja mas-swieq, l-investituri u l-kumpaniji: dawn kollha jridu l-istabbiltà u l-previdibbiltà.", "Dan hu l-mod li bih jista' jinġibed aktar investiment u jiġi żgurat it-tkabbir, li jġib impjiegi ġodda u jwassal għal kundizzjonijiet ta' ħajja u soċjali aħjar għall-poplu Grieg.”", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Il-Greċja issa tista' tieqaf fuq saqajha; imma dan ma jfissirx li jkollha tibqa' waħedha.", "L-Ewropa se tibqa' impenjata u involuta biex tappoġġja lill-pajjiż, u hekk se tagħmel ukoll il-Kummissjoni Ewropea.", "Id-deċiżjoni tal-lum hija ċċentrata proprju fuq hekk.", "Is-sorveljanza msaħħa mhix ir-raba' programm: hija ma tinvolvi l-ebda impenji jew kundizzjonijiet ġodda.", "Hija qafas biex tappoġġja t-tlestija u t-twettiq tar-riformi li għaddejjin.", "Għaliex dan hu daqstant importanti?", "Għaliex l-irkupru tal-Greċja mhux avveniment: huwa proċess.”", "Id-deċiżjoni ttieħdet wara l-ftehim li ntlaħaq fil-Grupp tal-Euro tat-22 ta' Ġunju, li kkonferma li l-Greċja implimentat l-azzjonijiet preċedenti kollha taħt ir-raba' u l-aħħar rieżami tal-programm u ddeċidiet dwar pakkett qawwi ta' miżuri dwar id-dejn li se jippermettu lill-Greċja li għal darba oħra tieqaf fuq saqajha mingħajr għajnuna finanzjarja minn sħabha.", "Bħala parti mill-ftehim komprensiv milħuq fil-Grupp tal-Euro, l-awtoritajiet Griegi impenjaw ruħhom li jlestu l-implimentazzjoni ta' riformi kruċjali miftiehma taħt il-programm preżenti.", "Għamlu wkoll impenji ta' politika speċifiċi biex jiġu ffinalizzati għadd ta' riformi strutturali kruċjali li diġà ġew inizjalati u ftehmu dwar l-attivazzjoni tal-qafas imtejjeb ta' sorveljanza.", "Is-sorveljanza msaħħa huwa qafas ta' sorveljanza robust ta' wara l-programm, li se jippermetti li jkun hemm monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u tal-evoluzzjoni tagħha fil-Greċja.", "L-attivazzjoni tagħha tqieset xierqa minħabba n-natura fit-tul tal-kriżi li għaddiet minnha l-Greċja, il-pożizzjoni tal-pajjiz fejn jidħol id-dejn, il-ħtieġa ta' implimentazzjoni kontinwa tar-riforma strutturari biex jiġi xprunat irkupru ekonomiku sostenibbli, kif ukoll minħabba l-vulnerabbiltajiet li għad hemm.", "Is-sorveljanza mtejba se tiffaċilita r-ritorn tal-Greċja lejn sitwazzjoni normali li fiha hija tistabbilixxi l-objettivi ta' politika tagħha stess, filwaqt li fl-istess ħin tippermetti li jkun hemm perkors prudenti ta' politika ferm lil hinn mill-orizzont tal-programm.", "Skont il-ftehim fi ħdan il-Grupp tal-Euro, dan il-perkors ta' politika għandu jħares l-objettivi tar-riformi ċentrali li saru taħt il-programm tal-MES.", "Ma jimplika l-ebda elementi jew impenji ġodda ta' riforma, u għalhekk jimmarka b'mod ċar it-tmiem tas-snin ta' programmi ta' assistenza finanzjarja.", "Dan il-qafas jipprovdi għal missjonijiet ta' rieżami kull kwart, sabiex minn kmieni jiġu identifikati riskji, li jippermetti li jittieħdu passi biex dawn ir-riskji jiġu indirizzati fi stadju bikri.", "Il-Kummissjoni se tibgħat rapporti kull kwart bil-kostatazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Parlament Elleniku u lill-Grupp ta' Ħidma/il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Grupp tal-Euro, kif stabbilit fir-Regolament.", "L-attivazzjoni tal-miżuri dwar id-dejn, kontinġenti għall-politika, maqbula fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' Ġunju, se tkun ibbażata fuq rapporti pożittivi li jsiru taħt il-qafas tas-sorveljanza mtejba.", "Id-deċiżjoni tal-lum tipprovdi wkoll li l-Kummissjoni se tagħmel is-sorveljanza msaħħa f'kooperazzjoni mal-BĊE u, fejn ikun xieraq, il-Fond Monetarju Internazzjonali.", "Il-MES se jipparteċipa wkoll.", "Fl-istess ħin, sa mit-tmiem tal-programm ta' appoġġ għall-istabbiltà tagħha fl-20 ta' Awwissu, il-Greċja se tkun integrata bis-sħiħ fil-qafas tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali.", "Is-sinerġiji bejn il-proċessi ta' sorveljanza msaħħa u s-Semestru Ewropew se jiġu mmassimizzati sabiex jiġu evitati piżijiet bla bżonn fuq l-amministrazzjoni u sabiex tiġi ggarantita l-koerenza.", "Kuntest", "F'Awwissu 2015, wara talba mill-awtoritajiet Griegi, ingħatat assistenza finanzjarja lill-pajjiż mill-MES fil-forma ta' programm ta' appoġġ għall-istabbiltà ta' tliet snin.", "Dan il-programm se jasal fi tmiemu fl-20 ta' Awwissu 2018.", "Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 (parti mill-hekk imsejjaħ “two-pack”) jipprovdi l-bażi legali għall-qafas ta' sorveljanza msaħħa.", "Għal iktar informazzjoni:", "Memo dwar is-sorveljanza msaħħa fil-Greċja (bl-Ingliż)", "Skedi informattivi - Kapitolu ġdid għall-Greċja", "Assistenza finanzjarja tal-UE għall-Greċja", "Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' Ġunju 2018", "Deċiżjoni ta' attivazzjoni tal-qafas ta' sorveljanza msaħħa", "Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4393", "title": "Sussidjarjetà u Proporzjonalità: It-Task Force tippreżenta rakkomandazzjonijiet fuq mod ġdid ta' ħidma lill-President Juncker", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Mon, 09 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum it-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u “Nagħmlu anqas b'Aktar effiċjenza”, preseduta mill-Ewwel Viċi President Timmermans, ippreżentat ir-rapport finali tagħha lill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker.", "Ir-rapport iwieġeb għal tliet mistoqsijiet magħmula mill-President meta ħoloq it-Task Force f'Novembru 2017: kif napplikaw aħjar il-prinċipji ta' sussidjaretà u proporzjonalità fl-istituzzjonijiet tal-UE; kif ninvolvu aħjar awtoritajiet reġjonali u lokali u parlamenti nazzjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki tal-UE; u jekk hemmx oqsma ta' politika fejn is-setgħat jistgħu jiġu rritornati lill-Istati Membri maż-żmien.", "Il-President Juncker illum qal: “Irrid li l-Unjoni tagħna tiffoka aktar fuq l-affarijiet li huma importanti għaċ-ċittadini tagħna.", "Huwa għalhekk li l-Kummissjoni tfittex li tkun b'saħħitha fuq il-kwistjonijiet l-aktar importanti u inqas fuq l-affarijiet iż-żgħar.", "U huwa għal din ir-raġuni li waqqaft it-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u “Nagħmlu anqas b'Aktar effiċjenza”, biex tiżgura li aħna naġixxu fejn l-UE tagħti valur miżjud.", "Nixtieq nirringrazzja lil Frans Timmermans u lill-membri l-oħra tat-Task Force mill-Parlamenti nazzjonali u mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għal dan ir-Rapport tant importanti.", "L-Unjoni tagħna ma tistax tinbena mingħajr il-parteċipazzjoni attiva u ndaqs tal-awtoritajiet lokali. tal-istituzzjonijiet tal-UE u kull livell ta' gvern bejniethom.", "Jien se niġbor il-konklużjonijiet fid-diskors tiegħi dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru.", "Nittama li l-mexxejja tal-istituzzjonijiet l-oħra u tal-awtoritajiet nazzjonali jingħaqdu miegħi sabiex dawn ir-riflessjonijiet ikunu fil-qalba tal-ħidma futura tal-Unjoni tagħna”.", "Il-membri tat-Task Force stqarrew: \"Aħna nsejħu għal mod ġdid ta' ħidma li jagħti leħen aktar b'saħħtu lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fit-tfassil tal-politika tal-UE biex itejjeb il-kwalità u l-effettività tal-leġiżlazzjoni.", "Dan ifisser li jirrispetta bis-sħiħ ir-rwoli tad-diversi istituzzjonijiet tal-UE, tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u tal-parlamenti nazzjonali.", "Aħna nipproponu approċċ ġdid ta' “sussidjarjetà attiva” li se jiżgura l-valur miżjud tal-leġiżlazzjoni, il-benefiċċji għaċ-ċittadini, u se jwassal għal sjieda akbar tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Membri.", "Aħna preżentajna r-rappport tagħna lill-President Juncker li assigurana li huwa se jaħdem mal-istituzzjonijiet l-oħra biex imexxi 'l quddiem ir-rakkomandazzjonijiet tagħna”.", "It-Task force kkonkludiet li mod ġdid ta' ħidma fuq is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità huwa meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-parlamenti nazzjonali jagħmlu kontribut effettiv għat-tfassil tal-politika tal-UE u fit-tfassil ta' leġislazzjoni ġdida.", "L-approċċ il-ġdid propost se jwassal biex is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jiġu vvalutati b'mod aktar konsistenti mil-livelli kollha ta' gvern, fuq il-bażi ta' “mudell ta' grilja” - kumparabbli ma' lista ta' kontroll dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.", "It-Task Force tirrakkomanda wkoll li l-iskadenza ta' tmien ġimgħat biex il-Parlamenti nazzjonali jressqu l-opinjonijiet tagħhom fuq abbozzi ta' leġiżlazzjoni tal-UE tiġi applikata b'mod flessibbli, u tqajjem il-possibilità ta' żieda futura taż-żmien disponibbli għal 12-il ġimgħa biex tiġi ippreżentata opinjoni.", "Finalment, it-Task Force tirrakkomanda li t-tliet istituzzjonijiet jaqblu dwar programm pluriennali ffokat li jippromwovi l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ħidma tal-UE f'xi oqsma ta' politika lejn implimentazzjoni aktar effettiva tal-leġiżlazzjoni eżistenti, minflok ma tinbeda leġiżlazzjoni ġdida.", "Dan jibni fuq l-introduzzjoni, mill-Kummissjoni Juncker, ta' Programmi ta' Ħidma tal-Kummissjoni wisq aktar immirati u Dikjarazzjonijiet Konġunti annwali maqbula bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar il-fajls prijoritarji li għandhom ikunu maqbula matul dik is-sena.", "It-Task Force temmen li l-approċċ il-ġdid jenħtieġ li jkunu applikat għall-korp eżistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u għall-inizjattivi politiki ġodda kollha.", "Partijiet ikkonċernati għamlu għadd ta' suġġerimenti lit-Task Force dwar il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE fejn rieżami tal-kriterji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità jista' jkun varat.", "Il-Kummissjoni se tikkunsidra dawn is-suġġerimenti fil-ħidma futura tagħha.", "Kuntest", "It-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u “Nagħmlu anqas b'Aktar effiċjenza” kienet stabbilita mill-President Juncker f'Novembru 2017.", "Huwa talab lit-Task Force biex tħares lejn tliet kwistjonijiet: (1) ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-politika u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea; (2) ir-rwol tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fil-ħidma tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni; (3) jekk ir-responsabbiltà għal oqsma ta' politika partikolari għandhiex tingħata lura lill-Istati Membri.", "It-Task Force ltaqgħet seba' darbiet biex tiddiskuti dawn it-tliet mistoqsijiet.", "Abbażi ta' dawn id-diskussjonijiet, seduta pubblika u input minn għadd ta' partijiet ikkonċernati, ir-rapport tat-Task Force jippreżenta disa' rakkomandazzjonijiet flimkien ma' miżuri konkreti ta' implimentazzjoni.", "Ir-rakkomandazzjonijiet huma indirizzati lill-Parlamenti nazzjonali, lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u lill-Kummissjoni Ewropea.", "Preseduta mill-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans, it-Task Force tinkludi tliet membri mill-Kumitat tar-Reġjuni - il-President Karl-Heinz Lambertz (il-Belġju), Michael Schneider (il-Ġermanja) u François Decoster (Franza) - u tliet membri mill-Parlamenti Nazzjonali - Toomas Vitsus (l-Estonja), Kristian Vigenin (il-Bulgarija) u Reinhold Lopatka (l-Awstrija).", "Il-Presidenza Awstrijaka tal-UE se torganizza konferenza dwar is-sussidjarjetà f'Bregenz f'Novembru, li se tipprovdi opportunità biex ikun diskuss ulterjorment ir-rapport tat-Task Force u jkun kkunsidrat kif jistgħu jkunu attwati r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, fid-dawl tad-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tat-12 ta' Settembru 2018.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva", "Rapport Finali tat-Task Force;", "Stqarrija għall-istampa: Il-President Juncker joħloq Task Force biex “Nagħmlu anqas b'Aktar effiċjenza”", "Il-paġna web tat-Task Force", "Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2017", "White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4390", "title": "Summit bejn l-UE u l-Ukrajna: L-impenn kontinwu tal-Ukrajna għar-riformi appoġġati mill-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Sun, 08 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-għoxrin Summit bejn l-UE u l-Ukrajna sar illum fi Brussell.", "Is-Summit ikkunsidra l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna, il-progress fir-riformi u l-ewwel sena ta' eżenzjoni mill-viża, bil-messaġġ tal-UE jkun li aktar riformi huma meħtieġa għal aktar appoġġ.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, u l-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, irrapreżentaw lill-Unjoni Ewropea.", "L-Ukrajna kienet irrappreżentata mill-President tagħha, Petro Poroshenko.", "Ir-rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Federica Mogherini, il-Viċi President Maroš Šefčovič, il-Viċi President Valdis Dombrovskis, u l-Kummissarju Cecilia Malmström, ipparteċipaw ukoll f'isem l-Unjoni Ewropea.", "“F'dawn l-aħħar erba' snin għamilna aktar flimkien milli għamilna f'dawn l-aħħar 20 sena.", "Dan huwa xhieda tal-isforzi tal-poplu Ukren u tal-President Poroshenko.", "U dan juri li l-Unjoni Ewropea se tibqa' tappoġġakom u viċin tagħkom”, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker.", "“Sa mis-sena li għaddiet, aktar minn nofs miljun ċittadin Ukren sfrutta l-ivvjaġġar mingħajr viża lejn l-Unjoni Ewropea, u l -kummerċ bilaterali tagħna żdied bi kważi 25 %.", "L-għadd ta' kumpaniji Ukreni li jesportaw lejn l-UE żdied b'aktar minn 40 % sa mill-2014.", "Dan juri x'jista' jinkiseb meta naħdmu flimkien b'fiduċja u b'kunfidenza sħiħa.", "Dan huwa l-mod kif irridu nipproċedu.", "Intom tirriformaw u aħna nagħtu l-appoġġ tagħna.”", "Il-kummenti kollha tal-President Juncker waqt il-konferenza stampa konġunta ta' wara s-Summit huma disponibbli online.", "L-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna ħarġu Dikjarazzjoni tas-Summit Konġunta li turi n-natura komprensiva tas-sħubija u li sservi bħala element kostitwenti għal kooperazzjoni aktar b'saħħitha biex isir progress.", "L-UE u l-Ukrajna: nimxu 'l quddiem flimkien", "Iċ-ċittadini Ukreni b'konsistenza eżiġew riformi għal pajjiżhom li jġibu ġejjieni aħjar u aktar prosperuż għalihom u għall-ġenerazzjonijiet ta' warajhom.", "Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, inkluż iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva tiegħu, ilu fis-seħħ mill-1 ta' Settembru 2017 u jwieġeb għal dawn l-eżiġenzi.", "Għalkemm trid tibqa' għaddejja l-ħidma biex il-klima kummerċjali fl-Ukrajna tkompli titjieb billi titrażżan il-korruzzjoni u billi jiġu eliminati l-miżuri protezzjonisti, l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim flimkien mal-progress kontinwu tal-Ukrajna fl-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma relatata tagħha, diġà ġabu benefiċċji sinifikanti għall-poplu tal-Ukrajna kif ukoll għaċ-ċittadini tal-UE:", "Mill-pakkett ta' appoġġ inizjali tal-Unjoni Ewropea ta' EUR 12.8 biljun ingħataw aktar minn EUR 11-il biljun għall-isforzi ta' riforma tal-Ukrajna.", "Is-Summit tal-lum kien opportunità għall-Mexxejja tal-UE biex ikomplu juru l-appoġġ bla preċedent tagħhom għall-aġenda ta' riforma tal-Ukrajna.", "Il-mexxejja ħabbru t-tħejjija ta' programmi ta' prijorità għal 2018, li jiswew EUR 200 miljun.", "Dawn il-programmi se jkollhom l-għan li:", "Barra minn hekk, permezz tal-Pjan ta' Investiment Estern l-UE biħsiebha ssaħħaħ l-appoġġ relatat mal-investiment, inkluż il-Kuntratt ta' Riforma għall-Investiment, li jattiva finanzjament permezz ta' kisbiet konkreti ta' riforma.", "Il-mexxejja laqgħu d-deċiżjoni riċenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-Ukrajna tiġi pprovduta b'aktar Assistenza Makrofinanzjarja sa l-aktar EUR 1 biljun, sabiex ikomplu jiġu appoġġati l-istabbiltà ekonomika u r-riformi strutturali.", "Il-Mexxejja tal-UE enfasizzaw li l-programm il-ġdid se jkun jiddependi fuq il-progress kontinwu fir-riformi, b'mod partikolari fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li jibqa' qasam prinċipali għall-Ukrajna.", "Il-Mexxejja tal-UE enfasizzaw l-importanza li jiżdiedu l-isforzi ta' kontra l-korruzzjoni, b'mod partikolari biex titlesta l-fażi tranżitorja li tistabbilixxi l-Qorti Superjuri Kontra l-Korruzzjoni, b'mod partikolari billi l-qorti tiġi awtorizzata biex titratta wkoll il-każijiet eżistenti.", "L-indipendenza u l-effikaċja tal-istituzzjonijiet ta' kontra l-korruzzjoni jenħtieġ li jkomplu jissaħħew, filwaqt li hemm bżonn li l-frodi bankarja tal-PrivatBank tiġi investigata bir-reqqa u li l-assi jiġu rkuprati.", "Kien enfasizzat ukoll il-bżonn li jiġi stabbilit mekkaniżmu għad-dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-assi, u li jiġi revokat l-obbligu tad-dikjarazzjoni elettroniċi tal-assi mill-attivisti ċiviċi.", "Filwaqt li ttieħdu passi biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-Ukrajna, oqsma oħra tal-aġenda ta' riforma, appoġġati mill-Unjoni Ewropea, sar wkoll progress fihom impressjonanti mill-aħħar Summit bejn l-UE u l-Ukrajna fl-2017.", "Dawn jinkludu:", "Il-mexxejja tal-UE kkonfermaw mill-ġdid ir-rwol tal-Ukrajna bħala pajjiż ta' tranżitu strateġiku għall-gass.", "Huma qablu dwar il-ħtieġa ta' riformi kontinwi fis-settur tal-enerġija, b'mod partikolari biex titlesta r-riforma tas-suq tal-gass u tal-elettriku, li ġġib benefiċċji fit-tul.", "L-UE laqgħet l-adozzjoni mill-Ukrajna ta' pjan direzzjonali dwar l-integrazzjoni tagħha fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka.", "Fil-marġini tas-Summit, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iffirma ftehim ta' self ta' EUR 75 miljun mal-Ministeru tal-Infrastruttura tal-Ukrajna biex jappoġġa l-investimenti ewlenin għas-sikurezza fit-toroq urbani f'ħamest ibliet tal-Ukrajna: Dnipro, Kharkiv, Kyiv, Lviv u Odessa.", "L-Unjoni Ewropea tenniet l-appoġġ sħiħ u kontinwu tagħha għall-indipendenza, is-sovrenità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.", "L-Unjoni Ewropea tikkundanna u ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta' Sevastopol mill-Federazzjoni Russa.", "Il-mexxejja saħqu li l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta' Minsk hija l-bażi għal soluzzjoni sostenibbli u paċifika għall-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna.", "Bħala eżempju konkret ta' appoġġ tal-UE għall-Ukrajna biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kunflitt li għadu għaddej, il-mexxejja tal-UE ħabbru l-ammont ta' EUR 4 miljun l-aktar sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-komunità u r-riintegrazzjoni tal-veterani.", "L-UE dan l-aħħar ħabbret ukoll, f'Marzu, EUR 16-il miljun f'finanzjament addizzjonali għall-Missjoni Speċjali ta' Monitoraġġ tal-OSKE, u wasslet il-kontribuzzjoni prinċipali tagħha għal EUR 49 miljun b'kollox.", "Il-mexxejja ddiskutew ukoll dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'ċerti żoni tar-reġjuni ta' Donetsk u ta' Luhansk, li bħalissa mhumiex taħt il-kontroll tal-gvern, kif ukoll fil-Krimea u f'Sevastopol.", "L-Unjoni Ewropea tistenna li l-Federazzjoni Russa teħles immedjatament liċ-ċittadini Ukreni kollha miżmuma illegalment fil-peniżola tal-Krimea u fir-Russja.", "Il-Mexxejja fl-aħħar nett indirizzaw il-kooperazzjoni fil-qasam tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, fejn l-UE tibqa' impenjata favur ir-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili permezz tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE fl-Ukrajna, kif ukoll tkompli bil-kooperazzjoni kontra t-theddid ibridu.", "Il-Mexxejja tal-UE komplew ukoll iħeġġu r-rwol attiv kontinwu tal-Ukrajna biex tkompli titmexxa 'l quddiem is-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari l-implimentazzjoni ta' 20 Objettiv għall-2020.", "Għal Aktar informazzjoni", "Is-sit web tas-Summit UE-Ukrajna", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna", "Is-sit web tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Ukrajna", "Il-Grupp ta' Appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ukrajna", "Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ukrajna"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1762", "title": "Ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi: Il-Kummissjoni ssaħħaħ il-ġlieda permezz tal-Pjan ta' Azzjoni ġdid", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni ġdid biex tindirizza r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi, theddida li dejjem qed tikber u li hija responsabbli għall-mewt ta' 25,000 persuna u għal telf ta' EUR 1.5 biljun fl-UE kull sena.", "Il-Pjan ta' Azzjoni jissejjes fuq l-approċċ ta' Saħħa Waħda li jindirizza r-reżistenza kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali.", "B'mod parallel, il-Kummissjoni adottat l-ewwel riżultat tal-pjan: Il-Linji gwida tal-UE dwar l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem.", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis qal: “Ir-reżistenza antimikrobika hija theddida globali li kulma jmur dejjem qed tikber, u jekk ma nintensifikawx l-azzjoni u l-impenn tagħna issa, sal-2050 din tista' tikkawża aktar imwiet mill-kanċer.", "L-aġenda ambizzjuża li qed nippreżenta llum tiffoka l-azzjonijiet fuq l-oqsma ewlenin bl-ogħla valur miżjud għall-pajjiżi tal-UE.", "Billi jitrawwem l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fil-bnedmin u fl-annimali, filwaqt li tiġi kkonsolidata s-sorveljanza, jitjieb il-ġbir tad-dejta u tissaħħaħ ir-riċerka, l-UE mistennija ssir reġjun bl-aħjar prattika li kapaċi jfassal l-aġenda globali dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi f'dinja li qed issir dejjem aktar interkonnessa”.", "Carlos Moedas, il-Kummissarju għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, żied jgħid: “Ir-Reżistenza Antimikrobika diġà toqtol l-eluf u hija piż sinifikanti għas-soċjetà u għall-ekonomija.", "Hija theddida li l-ebda pajjiż ma jista' jindirizza waħdu.", "Għandna bżonn sforz ta' riċerka tassew Ewropew sabiex insalvaw ħajjet il-bnedmin, l-annimali u l-ambjent.", "Għalhekk il-Pjan ta' Azzjoni dwar Saħħa Waħda huwa daqshekk importanti; se jfisser koordinazzjoni u kollaborazzjoni aħjar fil-qasam tar-riċerka bejn l-UE u l-Istati Membri, kif ukoll bejn is-settur pubbliku u dak privat mal-Ewropa kollha u lil hinn minnha”.", "Il-pjan jinkludi linji gwida biex jippromwovu l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fil-bnedmin.", "Il-linji gwida huma mmirati lejn l-atturi kollha, fosthom it-tobba, l-infermiera, l-ispiżjara, l-amministraturi tal-isptarijiet u oħrajn li huma involuti fl-użu tal-antimikrobiċi.", "Dawn jikkumplimentaw il-linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet li jistgħu jeżistu fil-livell nazzjonali.", "Barra minn hekk, il-pjan jipprevedi aktar minn 75 azzjoni mibnija fuq tliet pilastri ewlenin:", "L-ewwel pilastru: It-tiswir tal-UE bħala reġjun bl-aħjar prattika", "Sabiex l-UE ssir reġjun bl-aħjar prattika jenħtieġ titjib fl-evidenza, fil-koordinazzjoni, fis-sorveljanza kif ukoll fil-miżuri ta' kontroll.", "Dan se jappoġġa lill-Istati Membri biex jistabbilixxu, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni nazzjonali dwar Saħħa Waħda għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, skont l-impenn li huma ħadu waqt l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa tal-2015.", "Eżempji tal-appoġġ mill-Kummissjoni jinkludu l-għoti ta' evidenza bbażata fuq id-dejta bl-appoġġ tal-aġenziji tagħna, l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tal-UE dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-annimali, fl-ikel u fil-bnedmin, il-possibbiltà ta' tagħlim reċiproku, ta' skambju ta' ideat innovattivi u ta' ħolqien ta' kunsens, u l-kofinanzjament ta' attivitajiet fl-Istati Membri biex tiġi indirizzata r-reżistenza għall-antimikrobiċi.", "Il-pjan ta' azzjoni se jiġi estiż biex jinkludi l-aspetti ambjentali bħala wieħed mill-kontributuri ewlenin tal-iżvilupp u tat-tixrid tar-reżistenza għall-antimikrobiċi.", "It-tieni pilastru: It-tisħiħ tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni", "L-għan tal-azzjonijiet taħt dan il-pilastru huwa li jistimolaw ir-riċerka u jipprovdu aktar inċentivi favur l-innovazzjoni, jikkontribwixxu b'mod siewi għall-politiki u għall-miżuri legali msejsa fuq ix-xjenza fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u jindirizzaw il-lakuni fejn għandu x'jaqsam l-għarfien, pereżempju r-rwol tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-ambjent.", "Il-Kummissjoni se taħdem fi sħubija mal-Istati Membri u mal-industrija, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, biex tindirizza r-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-batterji, fil-fungi u fil-parassiti.", "Se tingħata attenzjoni speċjali lil-lista prijoritarja ta' patoġeni stabbilita mid-WHO kif ukoll lit-tuberkulożi, lill-HIV/AIDS, lill-malarja u lil mard infettiv li s'issa ġie injorat.", "Il-finanzjament u l-programmi ta' sħubija se jiffokaw fuq it-titjib tal-għarfien dwar is-sorveljanza u l-kontroll effettivi tal-infezzjonijiet, inklużi dijanjostika ġdida, u fuq l-iżvilupp ta' vaċċini preventivi u terapewtiċi ġodda.", "L-azzjonijiet f'dawn l-oqsma prijoritarji se jgħinu biex itejbu s-saħħa pubblika u biex joħolqu benefiċċji ekonomiċi u soċjetali fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha.", "It-tielet pilastru: It-tfassil tal-aġenda globali", "Filwaqt li l-oqsma ta' azzjoni ġew miftiehma fil-livell internazzjonali, l-UE se taħdem biex issaħħaħ l-involviment u l-kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet multilaterali, u biex tintensifika l-kooperazzjoni mal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li huma l-aktar milquta.", "Bħala wieħed mill-akbar swieq għall-prodotti agrikoli, l-UE jista' jkollha rwol ewlieni billi tippromwovi l-istandards u l-miżuri tagħha għall-indirizzar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi mas-sħab kummerċjali tagħha.", "Fil-qasam tar-riċerka, l-UE se tibni fuq l-inizjattivi internazzjonali fuq skala kbira u ta' suċċess tagħha, bħalma huma s-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw, u l-Inizjattiva ta' Programm Konġunt, u se tkompli tiżviluppa ambjent ta' riċerka aktar b'saħħtu u interkonness dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi b'firxa globali.", "Sfond", "Il-pjan ta' azzjoni ġdid jibni fuq l-ewwel Pjan ta' Azzjoni dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi li dam għaddej mill-2011 sal-2016.", "Il-pjan il-ġdid huwa bbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' evalwazzjoni esterna indipendenti u fuq il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati li nġabru permezz ta' konsultazzjoni pubblika.", "Dawk li pparteċipaw fil-konsultazzjoni kienu ġeneralment pożittivi dwar ir-rwol tal-Kummissjoni li jikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri, b'79 % fosthom iqisu l-azzjonijiet tal-Kummissjoni bħala utli.", "Għal iktar informazzjoni:", "Skeda informattiva", "Aktar informazzjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi", "Aktar informazzjoni fuq Ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi", "Ir-riċerka dwar Ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi", "Segwina fuq Twitter: @V_Andriukaitis @EU_Health; @EUScienceInnov"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1788", "title": "L-Unjoni tas-Sigurtà: il-Kummissjoni twettaq l-impenji tagħha dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,JFRC,SECUUNION", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed twettaq l-impenji tagħha biex tiżgura l-interoperabbiltà u tindirizza n-nuqqasijiet eżistenti tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE għas-sigurtà u għall-ġestjoni tal-fruntieri, kif stabbilixxiet il-Kummissjoni fis-seba' Rapport dwar l-Unjoni tas-Sigurtà tagħha fis-16 ta' Mejju u approva l-Kunsill Ewropew tat-22-23 ta' Ġunju.", "Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni qed tipproponi li ssaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija tal-UE għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira (eu-LISA), u tippermetti li tiżviluppa u tniedi s-soluzzjonijiet tekniċi biex is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE jsiru aktar interoperabbli.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll aktar titjib fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' rekords penali (ECRIS) biex tippermetti li l-Istati Membri jiskambjaw rekords penali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'mod aktar effiċjenti.", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos, qal: \"Jeħtieġ li l-uffiċjali tal-fruntiera, l-uffiċjali tal-eżekuzzjoni tal-liġi u l-uffiċjali tal-immigrazzjoni tagħna jkollhom aċċess għall-informazzjoni tajba biex jagħmlu xogħolhom.", "Is-sigurtà taċ-ċittadini tagħna tiddependi fuq il-kwalità u d-disponibbiltà ta' din l-informazzjoni.", "Bil-mandat aktar b'saħħtu li qed nipproponu llum, eu-LISA se ssir iċ-ċentru ta' eċċellenza diġitali tal-UE, biex il-viżjoni tagħna għall-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni tagħna ssir realtà.”", "Il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà, Julian King, qal: \"Għandna firxa ta' bażijiet tad-dejta li jgħinuna niġġieldu t-terroriżmu u nimmaniġġjaw il-fruntieri tagħna iżda s-sistemi tagħna jistgħu jkunu b'saħħithom u effettivi biss daqs id-dejta li jkun fihom.", "Bil-proposti tal-lum, qed nindirizzaw il-limiti attwali għall-mod kif is-sistemi tagħna jipprovdu informazzjoni, u b'hekk inwettqu l-impenn tagħna li niżguraw sistemi b'saħħithom u intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà.”", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Věra Jourová, qalet: “Li nġibu l-immaniġġjar operazzjonali tas-sistemi tal-informazzjoni tal-UE taħt saqaf wieħed u niċċentralizzaw l-iskambju tal-informazzjoni tar-rekords penali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi huwa pass importanti ‘l quddiem.", "Bil-proposti tal-lum qed nagħtu għodod aktar b'saħħithom lill-pulizija, lill-prosekuturi u lill-imħallfin kontra l-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu.”", "Niżguraw l-interoperabbiltà: Mandat aktar b'saħħtu għall-eu-LISA", "Sabiex nindirizzaw il-limiti attwali tas-sistemi tal-informazzjoni tal-UE, neliminaw il-lakuni fl-informazzjoni u nippermettu li l-informazzjoni tiġi skambjata bejn is-sistemi, illum il-Kummissjoni qed tipproponi li ssaħħaħ il-mandat tal-eu-LISA.", "Ir-riforma tal-lum se tagħti mandat lill-Aġenzija biex tiżviluppa s-soluzzjonijiet tekniċi meħtieġa biex tinkiseb l-interoperabbiltà.", "Issa, l-Aġenzija se tkun responsabbli wkoll biex tiżviluppa u tmexxi sistemi tal-informazzjoni tal-UE fuq skala kbira futuri.", "L-Aġenzija eu-LISA rriformata se:", "Skambju tar-rekords penali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi: aġġornament tas-Sistema “ECRIS”", "Wara li pproponiet li tirriforma s-sistema attwali f'Jannar 2016 biex tinkludi marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, illum il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta supplimentari biex:", "Sfond", "Id-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2016 enfasizzaw l-importanza li jingħelbu n-nuqqasijiet attwali fil-ġestjoni tad-dejta u li tittejjeb l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni eżistenti.", "L-attakki terroristiċi li seħħew dan l-aħħar poġġew dan f'dawl aktar qawwi, filwaqt li enfasizzaw il-ħtieġa urġenti li s-sistemi ta' informazzjoni jkunu interoperabbli, u li jiġu eliminati l-punti mhux viżibbli attwali fejn suspettati terroristiċi jistgħu jiġu rreġistrati f'bażijiet tad-dejta differenti u mhumiex konnessi ma xulxin, taħt psewdonimi differenti.", "F'April 2016, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar sistemi ta' informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà, li fetħet diskussjoni dwar kif is-sistemi ta' informazzjoni fl-UE jistgħu jtejbu aktar il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà interna.", "F'Ġunju 2016, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar Sistemi ta' Informazzjoni u Interoperabbiltà biex imexxu 'l quddiem din il-ħidma u biex jindirizzaw l-isfidi legali, tekniċi u operazzjonali biex tinkiseb l-interoperabbiltà.", "Il-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli kellu l-aħħar laqgħa tiegħu fil-25 ta' April 2017 u ppreżenta r-rapport finali fil-11 ta' Mejju 2017.", "Is-sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' rekords penali (ECRIS), stabbilita fl-2012, tippermetti li l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jirċievu informazzjoni dwar kundanni penali preċedenti fi Stati Membri oħrajn.", "Attwalment, l-Istati Membri jibagħtu madwar 288,000 talba għal informazzjoni kull sena permezz tal-ECRIS dwar kundanni penali preċedenti madwar l-UE.", "L-aġġornament tal-ECRIS huwa prijorità ewlenija tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Kummissjoni, u dan jitlob li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jiġu inklużi fl-ECRIS biex tittejjeb il-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu.", "Fid-19 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni ħadet l-ewwel pass leġiżlattiv biex ittejjeb l-iskambju tal-informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi permezz tas-sistema ECRIS, billi s-sistema attwalment fis-seħħ hija tqila u ineffiċjenti.", "Illum, il-Kummissjoni tipproponi li tkompli taġġorna din l-għodda.", "L-Aġenzija tal-UE għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, eu-LISA, bdiet topera b'suċċess fl-1 ta' Diċembru, 2012.", "Hija tissodisfa l-kompiti għat-tmexxija operattiva għas-SIS II, VIS u EURODAC.", "Il-kompitu operattiv prinċipali tagħha hu li tiżgura li dawn is-sistemi jinżammu fi stat funzjonali 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.", "Ir-responsabbilitajiet l-oħra tagħha jinkludu l-adozzjoni tal-miżuri ta' sigurtà meħtieġa u l-iżgurar tas-sigurtà u l-integrità tad-dejta kif ukoll il-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Skeda informattiva: Ewropa li tipproteġi", "Skeda informattiva: Unjoni tas-Sigurtà: Interoperabbiltà", "Skeda informattiva: Is-Sistemi ta' Informazzjoni Eżistenti tal-UE", "Grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar sistemi ta' informazzjoni u interoperabbiltà — Rapport finali", "Komunikazzjoni: Sistemi ta' informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-fruntieri u għas-sigurtà", "eu-LISA", "Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja", "Rapport dwar il-funzjonament tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA).", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - evalwazzjoni tal-eu-LISA: Sommarju eżekuttiv", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - evalwazzjoni tal-eu-LISA: Rapport sħiħ", "Sistema Ewropea ta' Informazzjoni tar-rekords penali", "Proposta għal Regolament dwar l-ECRIS għal ċittadini ta' pajjiżi terzi", "Unjoni tas-Sigurtà", "Stqarrija għall-istampa: Unjoni tas-Sigurtà: il-Kummissjoni taċċellera l-miżuri biex tipprevjeni r-radikalizzazzjoni u t-theddid ċibernetiku", "Komunikazzjoni: it-Tmien Rapport ta' Progress lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina", "Skeda informattiva: Unjoni ta' Sigurtà"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1789", "title": "L-Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni taċċellera l-miżuri biex tipprevjeni r-radikalizzazzjoni u t-theddid ċibernetiku", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,SECUUNION", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tippreżenta t-tmien rapport dwar il-progress li sar lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina fejn għamlet appell biex titħaffef il-ħidma li għaddejja biex tiżdied is-sigurtà taċ-ċittadini.", "Kif stipulat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u tat-23 ta' Ġunju, l-attakki li seħħew dan l-aħħar għal darb'oħra enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu intensifikati l-isforzi konġunti fil-livell tal-UE sabiex it-terroriżmu, il-mibegħda u l-estremiżmu vjolenti jiġu miġġielda b'mod effettiv.", "F'dan l-isfond, il-Kummissjoni llum qed tallinja l-miżuri meħuda fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, it-terroriżmu u l-kriminalità u l-finanzjament tagħhom u qed titratta t-theddida ċibernetika kif ukoll tirraporta dwar il-passi li jmiss fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: “L-Ewropa għandha taffaċċa l-isfidi tas-sigurtà u t-theddid terroristiku flimkien permezz ta' azzjoni ġdida fil-livell tal-UE u permezz ta' aċċellerazzjoni fil-ħidma attwali tagħna biex nipproteġu liċ-ċittadini tagħna.", "Bl-appoġġ tal-mexxejja nazzjonali, il-Kummissjoni llum irrevediet dak li sar sa issa, l-iktar fir-rigward tar-radikalizzazzjoni u l-finanzjament tat-terroriżmu.", "Qed nipproponu wkoll miżuri addizzjonali biex l-Ewropa tibqa' sigura, pereżempju, billi niżguraw li l-bażijiet tad-dejta tagħna tas-sigurtà tal-UE jistgħu jaħdmu aħjar flimkien u billi ntejbu r-rispons tagħna għall-attakki ċibernetiċi.", "Il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni — onlajn u offlajn", "Sena wara li ppreżentat sett ta' miżuri konkreti biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni — li l-maġġoranza tagħhom qed jiġu implimentati — il-Kummissjoni llum qed tisħaq fuq għadd ta' inizjattivi addizzjonali li jindirizzaw b'mod partikolari, l-użu tal-komunikazzjoni diġitali u r-ritorn ta' ġellieda terroristi barranin.", "Barra minn hekk, bħala parti mill-miżuri fuq terminu twil ta' żmien kontra r-radikalizzazzjoni, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni permezz ta' inizjattivi bħall-Erasmus+, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u se taħdem ma' pajjiżi sħab permezz ta' taħriġ immirat u appoġġ finanzjarju.", "It-tisħiħ tar-reżiljenza ċibernetika u taċ-ċibersigurtà", "Kif imħabbar fir-rieżami ta' nofs it-terminu tas-Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni qiegħda taċċellera l-ħidma tagħha biex tagħlaq il-lakuni fil-qafas attwali taċ-ċibersigurtà.", "Għadd ta' azzjonijiet operazzjonali u fuq terminu qasir ta' żmien jinħtieġ li jittieħdu biex isaħħu r-reżiljenza tagħna kontra t-theddid ċibernetiku li kulma jmur qed jiżdied, bħala parti minn analiżi usa' tal-Istrateġija dwar iċ-Ċibersigurtà tal-2013 li se ssegwi f'Settembru.", "Interoperabbiltà u l-finanzjament tat-terroriżmu", "Il-Kummissjoni llum ħadet aktar azzjoni biex tavvanza l-approċċ il-ġdid tagħha lejn l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE billi ppreżentat żewġ proposti leġiżlattivi dwar l-Aġenzija EU-LISA u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS-TCN) (l-istqarrija għall-istampa hija disponibbli hawnhekk).", "Barra minn dan, ir-rapport iqis il-ħidma implimentata permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2016 dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu.", "Sfond", "Is-sigurtà kienet prijorità politika sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker – mil-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-aħħar Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fl-14 ta' Settembru 2016.", "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tiggwida x-xogħol li tagħmel il-Kummissjoni f'dan il-qasam, billi tistabbilixxi l-azzjonijiet ewlenin biex ikun żgurat rispons effettiv tal-UE għat-theddidiet mit-terroriżmu u għas-sigurtà, fosthom il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà, it-twaqqif tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll it-titjib fl-iskambju tal-informazzjoni.", "Sa mill-adozzjoni tal-Aġenda, sar progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tagħha, li jwitti t-triq lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina.", "Il-progress huwa rifless fir-rapporti tal-Kummissjoni, ippubblikati fuq bażi regolari.", "Fir-rigward tal-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ilha tappoġġa l-ħidma tal-Istati Membri għal xi żmien permezz ta' inizjattivi u pjattaformi bħan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) u l-Forum tal-UE dwar l-Internet.", "F'Ġunju tas-sena l-oħra, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni li tistabbilixxi azzjonijiet konkreti biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti li twassal għat-terroriżmu.", "Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22-23 ta' Ġunju 2017 komplew itennu d-determinazzjoni tal-UE biex tikkoopera fil-livell Ewropew biex tiġġieled it-terroriżmu u biex issaħħaħ is-sigurtà tal-UE.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Komunikazzjoni: It-tmienRapport ta' Progress dwar l-Unjoni tas-Sigurtà", "Anness 1: Is-sitwazzjoni attwali dwar l-implimentazzjoni tal-punti ta' azzjoni stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni tal-14 ta' Ġunju 2016", "Anness 2: Is-sitwazzjoni attwali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu tat-2 ta' Frar 2016", "Komunikazzjoni: Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina", "Komunikazzjoni: Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà", "Skeda informattiva: Is-Sistemi ta' Informazzjoni tal-UE", "Skeda informattiva: L-Unjoni tas-Sigurtà", "Skeda informattiva: Ewropa li tipproteġi"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1800", "title": "Il-Kummissjoni tniedi tikketta pan-Ewropea ġdida tal-pensjonijiet personali bħala għajnuna għall-konsumaturi biex ifaddlu għal meta jirtiraw", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-konsumaturi Ewropej dalwaqt se jibbenefikaw minn aktar għażla meta jkunu qegħdin ifaddlu għall-irtirar, bis-saħħa tal-pjani tal-Kummissjoni li toħloq klassi ġdida ta' prodotti tal-pensjoni.", "Il-proposta tal-lum se tipprovdi lill-fornituri tal-pensjonijiet bl-istrumenti biex ikunu jistgħu joffru prodott tal-pensjoni personali ġdid pan-Ewropew (PEPP) li jkun sempliċi u innovattiv.", "Dan it-tip ġdid ta' pensjoni personali volontarja huwa mfassal sabiex dawk li jfaddlu jkollhom għażla akbar meta jkunu qegħdin iwarrbu l-flus għal meta jkunu anzjani u jipprovdilhom aktar prodotti kompetittivi.", "Il-PEPPs se jkollhom l-istess karatteristiċi standard kull fejn ikunu qegħdin jinbiegħu fl-UE u jkunu jistgħu jiġu offruti minn firxa wiesgħa ta' fornituri, bħal ma huma kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-banek, il-fondi ta' pensjoni okkupazzjonali, id-ditti tal-investiment u l-maniġers tal-assi.", "Huma se jikkumplimentaw il-pensjonijiet personali bbażati fuq l-istat, dawk okkupazzjonali u nazzjonali, iżda ma jeħdux post jew jarmonizzaw is-sistemi nazzjonali tal-pensjoni personali.", "Il-Kummissjoni llum qiegħda wkoll toħroġ rakkomandazzjoni li l-Istati Membri jagħtu l-istess trattament lil dan il-prodott, fejn tidħol it-taxxa, bħal dak li jagħtu lill-prodotti nazzjonali eżistenti sabiex jiġi żgurat li l-PEPP jibdew mal-ewwel fuq it-triq it-tajba.", "Il-prodotti l-ġodda fl-aħħar mill-aħħar se jixprunaw ukoll il-pjan tal-Kummissjoni biex ikun hemm Unjoni tas-Swieq Kapitali billi tingħata imbuttatura ħalli aktar flus imfaddla jiġu indirizzati lejn investiment għat-tul fl-UE.", "Valdis Dombrovskis, Viċi President tal-Kummissjoni, responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: Il-prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew huwa punt importanti fil-mixja lejn it-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "Huwa għandu potenzjal enormi peress li se joffri lil dawk li jfaddlu madwar l-UE għażla akbar meta jkunu qegħdin iwarrbu l-flus għal meta jirtiraw.", "Huwa se jservi ta' xprun għall-kompetizzjoni billi jippermetti lill-fornituri joffru dan il-prodott ‘il barra mis-swieq nazzjonali tagħhom.", "Se jaħdem bħala tiketta tal-kwalità u jiena fiduċjuż li l-PEPP jaf ikattar l-investiment għat-tul fis-swieq kapitali.”", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Il-proposta tal-lum hija eżempju ieħor tal-benefiċċji li jistgħu jinkisbu bit-twettiq tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, u t-tlestija tas-suq uniku għall-kapital fl-UE.", "Il-prodotti tal-pensjoni personali pan-Ewropej se jservu biex jimbuttaw ‘il quddiem il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-pensjoni, u jagħtu lill-konsumaturi għażla akbar ta' fejn iqiegħdu t-tifdil tagħhom.", "It-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali hija wkoll element importanti tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa.", "Nieħu pjaċir li din il-proposta se sservi wkoll biex it-tifdil jiġi indirizzat lejn investimenti għat-tul, biex tingħata għajnuna għall-kisba tal-objettivi tal-Pjan ta' Investiment li tittejjeb l-infrastruttura, u tingħata spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi.”", "Il-benefiċċji prinċipali", "Bħalissa, is-suq Ewropew tal-pensjonijiet privati huwa fframmentat u mhux ekwu.", "L-offerti huma kkonċentrati fi ftit Stati Membri filwaqt li f'xi wħud oħrajn kważi ma jeżistux.", "Din il-varjazzjoni fil-provvista hija marbuta ma' taħlita ta' regoli fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, li jtellfu l-iżvilupp ta' suq kbir u kompetittiv tal-pensjonijiet privati, fil-livell tal-UE.", "Il-PEPP se jippermetti lill-konsumaturi jikkumplimentaw b'mod volontarju t-tifdil tagħhom għal meta jirtiraw, filwaqt li jibbenefika minn protezzjoni qawwija tal-konsumatur:", "Dawk li jfaddlu bil-PEPP se jkollhom aktar għażla minn firxa kbira ta' fornituri tal-PEPP u jibbenefikaw minn kompetizzjoni akbar.", "Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn rekwiżiti qawwija ta' informazzjoni u ta' distribuzzjoni, anki fuq l-internet.", "Il-fornituri se jkollhom bżonn li jingħataw awtorizzazzjoni mill-Awtorità Ewropea tal-Assikurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) biex ikunu jistgħu jipprovdu l-PEPP.", "Il-PEPP se jagħti lil dawk li jfaddlu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur permezz ta' opzjoni ta' investiment standard sempliċi.", "Dawk li jfaddlu se jkollhom id-dritt li kull ħames snin jibdlu l-fornituri – kemm fl-istess Stat Membru kif ukoll fi Stat Membru ieħor –. billi jeħlu spiża li jkollha limiti massimu", "Il-PEPP se jkun jista' jinġarr minn Stat Membru għall-ieħor, jiġifieri dawk li jfaddlu permezz ta' PEPP se jkunu jistgħu jibqgħu jikkontribwixxu għall-PEPP tagħhom meta jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor.", "Il-qafas regolatorju li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi llum se joħloq opportunitajiet għal firxa wiesgħa ta' fornituri biex ikunu attivi fis-suq tal-pensjoni personali:", "Il-fornituri se jkunu jistgħu jiżviluppaw PEPPs madwar diversi Stati Membri, jiġbru flimkien l-assi tagħhom b'mod aktar effettiv u sabiex jaslu għal ekonomiji ta' skala.", "Il-fornituri ta' PEPPs se jkunu jistgħu jilħqu lill-konsumaturi madwar l-UE kollha permezz ta' kanali elettroniċi ta' distribuzzjoni.", "Il-fornituri tal-PEPPs, kif ukoll dawk li jfaddlu, se jkollhom għażliet differenti għall-pagamenti, fi tmiem ħajjet il-prodott.", "Il-fornituri tal-PEPPs se jibbenefikaw minn passaport tal-UE biex tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni transfruntiera.", "Il-proposta għal Regolament dwar il-PEPP hija akkumpanjata minn Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament tat-taxxa tal-prodotti tal-pensjoni personali, inkluż il-PEPP.", "Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu l-istess trattament lill-PEPPs, fejn tidħol it-taxxa, bħal ma jagħtu bħalissa lil prodotti nazzjonali eżistenti simili, anki jekk il-PEPP ma jissodisfax għal kollox il-kriterji nazzjonali għall-ħelsien mit-taxxa.", "L-Istati Membri qegħdin jiġu wkoll mistiedna biex jiskambjaw l-aħjar prattiċi li għandhom bħalissa dwar it-tassazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali, li għandhom imexxu ‘il quddiem il-konverġenza tas-sistemi tat-taxxa.", "L-isfond", "Il-PEPP hija waħda mill-miżuri ċentrali mħabbra fl-Analiżi ta' nofs il-perjodu, li ħarġet ix-xahar li għadda, tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-proġett tal-Kummissjoni li jinħoloq suq uniku għall-kapital fl-UE.", "Il-PEPP tappoġġja l-għan tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, li huwa dak li jinħolqu l-kundizzjonijiet it-tajba biex jiġi sfruttat il-finanzjament sabiex ikun jista' jgħaddi minn għand dawk li fl-Ewropa jfaddu lejn dawk li fl-Ewropa jagħmlu n-negozju.", "Bħalissa huma biss 27% tal-Ewropej bejn l-età ta' 25 u 59 li għandhom xi prodott tal-pensjoni.", "Il-PEPP tkun ta' kontribut biex dan il-potenzjal enormi jiġi sfruttat u biex fl-ekonomija tagħna jiġi xprunat l-investiment.", "Ir-Regolament propost illum ikompli jibni fuq kważi 600 kontribut li daħal fl-amitu tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummisjoni fuq il-pensjonijiet personali li saret f'Ottubru 2016.", "Ħafna minn fost dawk li wieġbu qalu li l-provvista ta' bħalissa ta' prodotti tal-pensjoni personali fl-UE mhix suffiċjenti.", "Ħa ukoll f'kunsiderazjoni żewġ rapporti mill-EIOPA fl-2014 u l-2016 kif ukoll studju estern minn kuntrattur estern.", "Il-proposta tal-PEPP issa se tiġi diskussa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Hekk kif jiġi adottat, ir-Regolament jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Għal aktar informazzjoni", "MEMO", "Skeda informattiva", "Sit web ta' DG FISMA dwar il-Prodotti tal-Pensjoni Personali", "L-Analiżi ta' nofs it-terminu tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali", "Id-dokument tal-EPSC dwar il-Prodott tal-Pensjoni pan-Ewropew."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_1723", "title": "Il-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid tal-UE dwar l-AMR – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Wed, 28 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid tal-UE dwar l-AMR – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Ara wkoll din l-istqarrija għall-istampa", "X'qed jikkawża ż-żieda tar-reżistenza antimikrobika fl-UE?", "Ir-reżistenza antimikrobika qed tiżdied minħabba bosta fatturi, fosthom l-użu żejjed u ħażin tal-antibijotiċi fil-bniedem, l-użu veterinarju żejjed fit-trobbija tal-bhejjem, u l-kundizzjonijiet ħżiena tal-iġjene fl-ambjenti tal-kura tas-saħħa jew fil-katina tal-ikel.", "Fattur importanti ieħor jibqa' n-nuqqas ta' għarfien: 57 % tal-Ewropej ma jafux li l-antibijotiċi ma jaħdmux kontra l-viruses, filwaqt li 44 % mhumiex konxji li l-antibijotiċi ma jaħdmux kontra l-irjiħat u l-influwenza (Sors: l-Ewrobarometru, Ġunju 2016).", "Kemm hi kbira l-isfida tar-reżistenza antimikrobika fl-UE u madwar id-dinja?", "Fl-UE, biss biss hu stmat li r-reżistenza antimikrobika hi responsabbli għal madwar 25,000 mewta u għal €1.5 biljun aktar spejjeż fil-kura tas-saħħa kull sena.", "Fl-aħħar snin, fl-Ewropa żdiedu ġmielhom l-infezzjonijiet li jirreżistu għat-terapiji b'ħafna mediċini u għat-trattamenti tal-aħħar rikors[1].", "Minbarra dan, madwar id-dinja hu stmat li madwar 700,000 persuna jmutu kull sena minħabba infezzjonijiet reżistenti għall-antibijotiċi, u l-Bank Dinji qed iwissi li sal-2050, l-infezzjonijiet li jirreżistu għall-mediċina jistgħu jagħmlu ħsara ekonomika dinjija daqs il-kriżi finanzjarja tal-2008.", "Hu mbassar li n-nuqqas ta' azzjoni se jikkawża miljuni ta' mwiet kull sena fid-dinja u li sal-2050 ir-reżistenza antimikrobika għandha l-potenzjal li ssir kawża tal-mewt aktar komuni mill-kanċer.", "X'kiseb l-ewwel Pjan ta' Azzjoni (2011-2016)?", "L-ewwel Pjan ta' Azzjoni kien simbolu ta' impenn politiku u xpruna bosta azzjonijiet fil-pajjiżi tal-UE.", "Ngħidu aħna, ħafna pajjiżi adottaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u għamlu attivitajiet relatati mal-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi, mas-sorveljanza tar-reżistenza antimikrobika u mas-sorveljanza tal-użu tal-antimikrobiċi.", "Fejn jidħlu l-annimali, fl-2015 il-Kummissjoni adottat proposti leġiżlattivi dwar il-mediċini veterinarji u l-għalf immedikat, li huma tant importanti biex tiġi indirizzata r-reżistenza antimikrobika.", "Bħalissa l-Parlament Ewropew u l-Kunsill qed jiddiskutu dwar dan, bil-ħsieb li fl-2018 jiġu adottati Regolamenti tal-UE li jkunu jorbtu.", "Mill-1999, l-UE nefqet aktar minn €1.3 biljun fir-riċerka transnazzjonali kollaborattiva dwar ir-reżistenza antimikrobika biex tiżgura l-użu xieraq tal-antimikrobiċi.", "Ir-riċerka u l-proġetti li tiffinanzja l-UE jistudjaw kif tiġi żviluppata u trażmessa r-reżistenza antimikrobika, u jappoġġaw l-iżvilupp ta' testijiet dijanjostiċi rapidi, terapiji u alternattivi antimikrobiċi ġodda bħall-vaċċini, u strateġiji għall-użu responsabbli tal-antibijotiċi f'kull qasam.", "Mal-ħaġra t-tajn, malli ġie ppubblikat l-ewwel Pjan ta' Azzjoni, f'Mejju 2012 tnieda l-akbar programm ta' sħubija pubblika privata fid-dinja msejjaħ “New Drugs for Bad Bugs (ND4BB)”[2] permezz tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (l-IMI).", "B'dan il-programm ingħaqdu flimkien bosta akkademiċi, sħab pubbliċi u kumpaniji tal-farmaċewtika oħra b'baġit totali ta' madwar €700 miljun biex javvanzaw l-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda.", "Twaqqfet ukoll l-Inizjattiva tal-Programmazzjoni Konġunta dwar ir-Reżistenza Antimikrobika (JPIAMR)[3] biex tgħaqqad l-isforzi tar-riċerka bejn il-fruntieri nazzjonali permezz ta' finanzjamenti ta' allinjament u tar-riċerka, u biex tinħoloq aġenda komuni tar-riċerka.", "Illum il-Programmazzjoni Konġunta dwar ir-Reżistenza Antimikrobika tinvolvi 23 pajjiż.", "X'hemm ġdid fil-Pjan ta' Azzjoni li għadu kemm ġie adottat illum?", "Il-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid jistabbilixxi qafas komprensiv biex tittieħed aktar azzjoni estensiva ħalli jonqsu l-ħruġ u t-tixrid tar-reżistenza antimikrobika u jiżdiedu l-iżvilupp u d-disponibbiltà ta' antimikrobiċi effettivi ġodda fl-UE u madwar id-dinja.", "Dan jiffoka fuq attivitajiet b'valur miżjud ċar tal-UE u, meta possibbli, fuq kisbiet konkreti u li jistgħu jitkejlu.", "Il-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid jiżgura l-kontinwità tal-azzjonijiet tal-UE li għadhom meħtieġa, iżda fl-istess waqt se jżid l-appoġġ tiegħu biex jgħin lill-pajjiżi tal-UE jipprovdu rispons innovattiv, effettiv u sostenibbli għar-reżistenza antimikrobika.", "Ngħidu aħna, dan għandu l-għan li jsaħħaħ l-isforzi tal-kollaborazzjoni u tas-sorveljanza biex jixxejnu n-nuqqasijiet fid-dejta u biex jiżdiedu s-sinerġiji u l-koerenza bejn il-politiki differenti skont l-approċċ “Saħħa Waħda”.", "Bil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid, l-UE kif se tibda tħaddem l-aqwa prattika?", "Fost il-pajjiżi tal-UE jeżistu bosta differenzi fejn jidħol l-użu tal-antimikrobiċi, l-okkorrenza tar-reżistenza, u dwar sa kemm twettqu l-politiki nazzjonali effettivi li jittrattaw ir-reżistenza antimikrobika.", "Bil-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid, il-Kummissjoni għandha l-għan li tnaqqas dawn id-differenzi u żżid il-livell tal-Istati Membri kollha tal-UE għal-livell tal-pajjiż bl-aqwa prestazzjoni.", "Għaldaqstant, fil-limiti tal-kompetenzi tal-UE, l-azzjonijiet se jiffukaw fuq l-oqsma bl-akbar valur miżjud għal Stati Membri speċifiċi, fosthom azzjonijiet li jħeġġu l-użu prudenti tal-antimikrobiċi, li jsaħħu l-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli eżistenti tal-UE, li jtejbu l-prevenzjoni tal-infezzjoni u li jżidu s-sorveljanza tar-reżistenza antimikrobika u tal-konsum tal-antimikrobiċi.", "Fuq xiex se jiffoka l-pilastru tar-riċerka tal-Pjan?", "L-azzjonijiet tal-pilastru tar-riċerka għandhom l-għan li jixprunaw ir-riċerka u jkomplu jinċentivaw l-innovazzjoni, jipprovdu kontribut siewi għal politiki u miżuri legali bbażati fuq ix-xjenza ħalli tiġi miġġielda r-reżistenza antimikrobika, u jindirizzaw id-distakki fl-għarfien bħal dwar x'inhu r-rwol tar-reżistenza antimikrobika fl-ambjent.", "Il-Kummissjoni se tuża bosta strumenti ta' finanzjament u sħubiji permezz tal-programmi qafas attwali u futuri tagħha għar-riċerka u l-innovazzjoni biex tiżgura li l-inizjattivi stabbiliti bħall-ND4BB u l-JPIAMR jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom, u biex tappoġġa azzjonijiet fl-oqsma tad-detezzjoni, il-kontroll u s-sorveljanza tal-infezzjonijiet, terapiji ġodda u alternattivi, il-vaċċini, id-dijanjożi, mudelli ekonomiċi ġodda u inċentivi, u kif ukoll l-ambjent u l-prevenzjoni tat-trażmissjoni.", "Għalfejn l-UE għandha l-ħila ssawwar l-aġenda dinjija?", "Qabelxejn, fil-livell internazzjonali, l-approċċ tal-UE “Saħħa Waħda” diġà jitqies bħala prattika mill-aqwa, u ħafna mill-politiki domestiċi tal-UE dwar ir-reżistenza antimikrobika, bħal pereżempju l-projbizzjoni tal-użu tal-antimikrobiċi bħala promoturi tat-tkabbir fl-għalf tal-annimali li jipproduċu l-ikel, diġà qed jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri internazzjonali.", "It-tieni nett, bħala wieħed mill-akbar swieq tal-prodotti agrikoli, l-UE tista' taqdi rwol ewlieni fejn tidħol il-promozzjoni tal-istandards tagħha relatati mar-reżistenza antimikrobika, tal-miżuri tagħha fil-produzzjoni tal-ikel, u tal-istandards tagħha dwar il-benessri tal-annimali, speċjalment bil-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles (FTAs) bilaterali tagħha.", "Saret prattika normali li f'kull FTA ġdid, il-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet relatati mar-reżistenza antimikrobika.", "It-tielet nett, inħolqu bosta inizjattivi kbar tar-riċerka li rnexxew, bħal pereżempju s-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (l-EDCTP)[4] u l-JPIAMR li jagħtu kontribut lil hinn mill-Ewropa.", "B'hekk l-UE tista' tippromwovi aktar l-allinjament u l-kollaborazzjoni tal-isforzi tar-riċerka u tal-inizjattivi b'rabta mar-reżistenza antimikrobika.", "Fl-aħħar nett, meta possibbli, l-UE tista' tkompli tgħin biex jixtered l-għarfien u jitwieżen it-tiswir tal-kapaċitajiet u tal-politiki li jiġġieldu r-reżistenza antimikrobika fil-pajjiżi anqas żviluppati, fejn it-theddida tar-reżistenza antimikrobika għas-saħħa pubblika u għall-ekonomija hija ferm akbar.", "Min ġie kkonsultat waqt l-iżvilupp tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid?", "Bħala l-ewwel pass, mill-24 ta' Ottubru 2016 sat-28 ta' Marzu 2017, il-partijiet konċernati setgħu juru fehmiethom fuq il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni “Saħħa Waħda” kontra r-reżistenza antimikrobika.", "Imbagħad, bejn is-27 ta' Jannar u t-28 ta' April 2017, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika estensiva dwar l-attivitajiet li jistgħu jiddaħħlu fil-Pjan ta' Azzjoni.", "Il-konsultazzjoni kienet maħsuba għaċ-ċittadini u l-partijiet konċernati li għandhom interess fil-politika dwar is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem, fis-saħħa tal-annimali, fis-saħħa pubblika, fil-kura tas-saħħa u/jew fl-ambjent fl-Ewropa.", "F'din il-konsultazzjoni ħadu sehem 421 ċittadin minn 22 pajjiż tal-UE u minn xi pajjiżi terzi, flimkien ma' 163 parti konċernata li jirrappreżentaw amministrazzjonijiet pubbliċi jew privati, NGOs, l-industrija farmaċewtika u fornituri tal-kura tas-saħħa tal-bniedem.", "Il-Kummissjoni kif se tkejjel is-suċċess?", "Waħda mill-azzjonijiet trid toħroġ b'għadd limitat ta' indikaturi ewlenin tal-eżitu, abbażi ta' dejta diġà miġbura, ħalli s-sistemi tal-UE jkunu jistgħu jkejlu l-progress tal-UE u tal-Istati Membri.", "Dawn l-indikaturi se jiġu żviluppati bl-appoġġ tal-aġenziji xjentifiċi tal-UE.", "B'hekk, l-Istati Membri jkunu jistgħu jivvalutaw il-progress fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom “Saħħa Waħda”, u jgħinuhom joħolqu miri li jistgħu jitkejlu biex tonqos ir-reżistenza antimikrobika fil-bnedmin u fl-annimali li jipproduċu l-ikel, u biex jitjieb l-użu xieraq tal-antimikrobiċi fiż-żewġ setturi.", "Dan il-progress se jiġi diskuss f'intervalli regolari fin-netwerk ta' “Saħħa Waħda” dwar ir-reżistenza antimikrobika, biex iservi ta' gwida għall-Istati Membri individwali u biex jingħaraf jekk ikunx hemm bżonn jittieħdu azzjonijiet ġodda fil-livell tal-UE.", "Għal aktar informazzjoni:", "Ir-Reżistenza Antimikrobika", "Riċerka dwar ir-Reżistenza Antimikrobika", "[1] Pereżempju r-reżistenza għall-karpabenemi – antibijotiċi li jintużaw meta jkun falla kull tentattiv ieħor biex tiġi trattata l-pulmonite – żdiedet minn 6.2 % fl-2012 għal 8.1 % fl-2015 (Sors: l-ECDC).", "[2] http://www.imi.europa.eu/content/nd4bb", "[3] http://www.jpiamr.eu/", "[4] http://www.edctp.org/"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1784", "title": "L-Antitrust: Il-Kummissjoni timmulta lil Google €2.42 biljun talli abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha bħala magna tat-tiftix billi tat vantaġġ illegali lis-servizz tat-tqabbil tax-xiri tagħha stess", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,ANTITRUST", "date": "Mon, 26 Jun 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea mmultat lil Google €2.42 biljun talli kisret ir-regoli tal-antitrust tal-UE.", "Google abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq bħala magna tat-tiftix billi tat vantaġġ illegali lil prodott ieħor tal-Google, is-servizz tat-tqabbil tax-xiri tagħha.", "Issa l-kumpanija għandha ttemm l-imġiba tagħha fi żmien 90 jum jew inkella taffaċċja pagamenti penali ta' massimu ta' 5% tal-medja tal-fatturat globali ta' kuljum ta' Alphabet, il-kumpanija omm ta' Google.", "Il-Kummissarju Margrethe Vestager, inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni, stqarret: “Google ħarġet b'ħafna prodotti u servizzi innovattivi li għamlu differenza f'ħajjitna.", "Din hija ħaġa tajba.", "Imma l-istrateġija ta' Google fis-servizz tagħha ta' tqabbil tax-xiri ma kinitx tiffoka biss fuq kif se tattira lill-konsumaturi permezz tat-titjib tal-prodott tagħha meta mqabbel mal-prodotti tar-rivali tagħha.", "Minflok, Google abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq bħala magna tat-tiftix billi ppromoviet is-servizz tagħha stess ta' tqabbil tax-xiri fir-riżultati tat-tiftix tagħha u billi rrelegat 'l isfel ir-riżultati tal-kompetituri.", "Dak li għamlet Google huwa illegali skont ir-regoli tal-antitrust tal-UE.", "Hija ċaħdet lill-kumpaniji l-oħra mill-opportunità li jikkompetu abbażi tal-merti u li jinnovaw.", "U l-iktar ħaġa importanti, Google ċaħdet lill-konsumaturi Ewropej minn għażla ġenwina ta' servizzi u mill-benefiċċji sħaħ tal-innovazzjoni.”", "L-istrateġija ta' Google għas-servizz tagħha ta' tqabbil tax-xiri", "Il-prodott ewlieni ta' Google huwa l-magna tat-tiftix ta' Google, li tipprovdi riżultati ta' tiftix lill-konsumaturi li jħallsu għas-servizz permezz tad-dejta tagħhom.", "Kważi 90% tad-dħul ta' Google joriġina mir-riklami, bħal dawk li turi lill-konsumaturi bħala reazzjoni għal rikjesta ta' tiftix.", "Fl-2004, Google daħlet fis-suq separat ta' servizzi ta' tqabbil tax-xiri fl-Ewropa permezz ta' prodott li inizjalment kien jismu “Froogle”, li imbagħad, fl-2008, ingħata l-isem “Google Product Search” u mill-2013 sar jissejjaħ “Google Shopping”.", "Is-servizz jippermetti lill-konsumaturi biex jikkumparaw il-prodotti u l-prezzijiet onlajn u biex isibu negozji ta' kull tip minn bejjiegħa onlajn, inkluż minn ħwienet onlajn ta' manifatturi, minn pjattaformi onlajn (bħal Amazon u eBay), u minn bejjiegħa li jbiegħu mill-ġdid.", "Meta Google daħlet fis-swieq tat-tqabbil tax-xiri permezz ta' Froogle, diġà kien hemm għadd ta' parteċipanti stabbiliti.", "Evidenza kontemporanja minn Google turi li l-kumpanija kienet konxja li l-prestazzjoni tas-suq ta' Froogle kienet pjuttost dgħajfa (dokument intern wieħed minn 2006 stqarr \"Froogle simply doesn't work\" / “Bażikament, Froogle ma jaħdimx”).", "Is-servizzi ta' tqabbil tax-xiri jiddependu, fil-biċċa l-kbira, fuq it-traffiku sabiex ikunu kompetittivi.", "Iktar traffiku jwassal għal iktar klikkjaturi u jiġġenera iktar dħul.", "Barra minn hekk, iktar traffiku jattira wkoll iktar bejjiegħa li jridu jniżżlu l-prodotti tagħhom b'servizz ta' tqabbil tax-xiri.", "Minħabba l-pożizzjoni dominanti ta' Google fit-tiftix ġenerali bl-internet, il-magna tat-tiftix tagħha hija sors importanti ta' traffiku għal servizzi ta' tqabbil tax-xiri.", "Mill-2008, Google bdiet timplimenta bidla fundamentali fl-istrateġija tagħha biex tpoġġi fuq quddiem is-servizz ta' tqabbil tax-xiri tagħha fis-swieq Ewropej.", "Din l-istrateġija kienet tiddependi fuq id-dominanza ta' Google fit-tiftix ġenerali bl-internet minflok fuq il-kompetizzjoni abbażi ta' merti fis-swieq ta' tqabbil tax-xiri:", "B'riżultat ta' dan, is-servizz ta' tqabbil tax-xiri ta' Google huwa ħafna iktar viżibbli għall-konsumaturi fir-riżultati ta' tiftix ta' Google, filwaqt li s-servizzi ta' tqabbil tax-xiri tar-rivali huma ħafna inqas viżibbli.", "L-evidenza turi li l-konsumaturi jikklikkjaw ħafna iktar ta' spiss fuq riżultati li huma iktar viżibbli, jiġifieri, fuq ir-riżultati li huma kklassifikati f'pożizzjoni ogħla fir-riżultati ta' tiftix ta' Google.", "Anke fuq desktop, l-għaxar riżultati ta' tiftix ġeneriċi kklassifikati fl-ogħla post fuq l-ewwel paġna, flimkien ġeneralment jirċievu madwar 95% tal-klikkjaturi kollha fir-riżultati ta' tiftix ġeneriċi (bl-ogħla riżultat jirċievi madwar 35% tal-klikkjaturi kollha).", "L-ewwel riżultat fuq it-tieni paġna tar-riżultati ta' tiftix ġeneriċi ta' Google jirċievi madwar 1% biss tal-klikkjaturi kollha.", "Dan ma jistax jiġi spjegat biss mill-fatt li l-ewwel riżultat huwa iktar rilevanti għax l-evidenza turi wkoll li ċ-ċaqliq tal-ewwel riżultat għat-tielet klassifikazzjoni jwassal għal tnaqqis fin-numru ta' klikkjaturi b'madwar 50%.", "L-effetti fuq il-mowbajls huma ħafna iktar enfassizzati minħabba d-daqs tabilħaqq iżgħar tal-iskrijn.", "Dan ifisser li meta tat spazju prominenti lis-servizz ta' tqabbil tax-xiri tagħha biss u permezz tar-relegazzjoni tal-kompetituri tagħha, Google tat vantaġġ sinifikanti lis-servizz ta' tqabbil tax-xiri tagħha stess meta mqabbel ma' dawk tar-rivali.", "Ksur tar-regoli tal-antitrust tal-UE", "Il-prattiki ta' Google jammontaw għal abbuż tal-pożizzjoni dominanti ta' Google fir-rigward tat-tiftix ġenerali bl-internet billi joħonqu l-kompetizzjoni fis-swieq tat-tqabbil tax-xiri.", "Bħala tali, id-dominanza fis-suq mhix illegali skont ir-regoli tal-antitrust tal-UE.", "Madankollu, il-kumpaniji dominanti għandhom responsabbiltà speċjali biex ma jabbużawx mill-pożizzjoni b'saħħitha tagħhom fis-suq billi jirrestrinġu l-kompetizzjoni, la fis-suq fejn jiddominaw u lanqas fi swieq separati.", "Google introduċiet din il-prattika fit-13-il pajjiż kollha taż-ŻEE fejn Google implimentat is-servizz ta' tqabbil ta' xiri tagħha, fejn bdiet fl-2008 fil-Ġermanja u fir-Renju Unit.", "Sussegwentament, hija estendiet il-prattika fi Franza f'Ottubru 2010, fl-Italja, fin-Netherlands, u fi Spanja f'Mejju 2011, fir-Repubblika Ċeka fi Frar 2013 u fl-Awstrija, fil-Belġju, fid-Danimarka, fin-Norveġja, fil-Polonja u fl-Iżvezzja f'Novembru 2013.", "L-effett tal-prattiki illegali ta' Google", "Il-prattiki illegali ta' Google kellhom impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni bejn is-servizz ta' tqabbil ta' xiri ta' Google u s-servizzi rivali.", "Huma ppermettew li s-servizz tat-tqabbil ta' xiri ta' Google jagħmlu gwadanni sinifikanti fit-traffiku għas-spejjeż tar-rivali tagħha u għad-detriment tal-konsumaturi Ewropej.", "Minħabba l-pożizzjoni dominanti ta' Google fit-tiftix ġenerali bl-internet, il-magna tat-tiftix tagħha hija sors importanti ta' traffiku.", "B'riżultat tal-prattiki illegali ta' Google, it-traffiku għas-servizz tat-tqabbil ta' xiri ta' Google żdied, filwaqt li r-rivali ġarrbu telf sinifikanti ħafna ta' traffiku fuq bażi dewwiema.", "Flimkien mas-sejbiet l-oħra tal-Kummissjoni, dan juri li l-prattiki ta' Google ħonqu l-kompetizzjoni abbażi tal-merti fis-swieq ta' tqabbil ta' xiri u li għalhekk ċaħdu lill-konsumaturi Ewropej minn għażla u innovazzjoni ġenwini.", "Evidenza miġbura", "Fit-teħid tad-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ġabret u analizzat b'mod komprensiv xelta wiesgħa ta' evidenza, inklużi:", "1) dokumenti kontemporanji kemm mingħand Google kif ukoll mingħand parteċipanti oħra fis-suq;", "2) kwantitajiet sinifikanti ħafna ta' dejta mid-dinja f'ħin reali, inkluż 5.2 Terabytes ta' riżultati ta' tiftix attwali minn Google (madwar 1.7 biljun talba ta' tiftix);", "3) esperimenti u stħarriġ li janalizzaw, b'mod partikolari, l-impatt tal-viżibbiltà fir-riżultati tat-tiftix dwar l-imġiba tal-konsumaturi u r-rati “click-through”;", "4) dejta finanzjarja u dejta dwar it-traffiku li jispjegaw l-importanza kummerċjali tal-viżibbiltà fir-riżultati tat-tiftix ta' Google u l-impatt tar-relegazzjoni; u", "5) investigazzjoni estensiva tas-suq ta' klijenti u konsumaturi fis-swieq ikkonċernati (il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil bosta mijiet ta' kumpaniji).", "Konsegwenzi tad-Deċiżjoni", "Il-multa tal-Kummissjoni ta' €2 424 495 000 tqis it-tul u l-gravità tal-ksur.", "Skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-2006 dwar il-multi (ara l-istqarrija għall-istampa u l-MEMO), il-multa ġiet ikkalkolata abbażi tal-valur tad-dħul ta' Google mis-servizz ta' tqabbil tax-xiri fit-13-il pajjiż taż-ŻEE ikkonċernati.", "Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tirrikjedi li Google twaqqaf l-imġiba illegali tagħha fi żmien 90 jum mit-teħid tad-Deċiżjoni u li toqgħod lura minn kwalunkwe miżura li għandha mira jew effett li huma l-istess jew ekwivalenti.", "B'mod partikolari, id-Deċiżjoni tordna lil Google biex tikkonforma mal-prinċipju sempliċi fejn għandha tagħti trattament ugwali lis-servizzi rivali ta' tqabbil tax-xiri u lis-servizz tagħha:", "Google għandha tapplika l-istess proċessi u metodi biex tippożizzjona u turi s-servizzi tat-tqabbil ta' tiftix tar-rivali fil-paġni tat-tiftix tal-Google li tuża hi għas-servizz ta' tqabbil tax-xiri tagħha stess.", "Hija r-responsabbiltà unika ta' Google li tiżgura l-konformità u hija Google li trid tispjega kif beħsiebha tagħmel dan.", "Tkun xi tkun l-għażla ta' Google, il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib il-konformità ta' Google u Google hija taħt l-obbligu li dejjem tgħarraf lill-Kummissjoni bl-azzjonijiet tagħha (inizjalment fi żmien 60 jum mid-Deċiżjoni, segwit minn rapporti perjodiċi).", "Jekk Google tonqos milli tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, hija tinżamm responsabbli għal pagamenti ta' nuqqas ta' konformità sa 5% tal-fatturat medju globali ta' kuljum ta' Alphabel, il-kumpanija omm ta' Google.", "Il-Kummissjoni jkollha tiddetermina tali nuqqas fil-konformità f'deċiżjoni separata, bi kwalunkwe pagament retroattiv għal meta beda n-nuqqas ta' konformità.", "Finalment, Google hija responsabbli li taffaċċja azzjonijiet ċivili għal danni li jistgħu jerġgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istati Membri minn kwalunkwe persuna jew negozju affettwati mill-imġiba antikompetittiva tagħha.", "Id-Direttiva l-ġdida tal-UE dwar id-Danni fi kwistjonijiet relatati mal-antitrust tagħmilha iktar faċli għall-vittmi ta' prattiki antikompetittivi biex jakkwistaw danni.", "Każijiet oħra ta' Google", "Il-Kummissjoni diġà waslet għall-konklużjoni preliminari li Google abbużat minn pożizzjoni dominanti f'żewġ każijiet oħra li għadhom qed jiġu investigati.", "Dawn jikkonċernaw:", "1) is-sistema operattiva Android, fejn il-Kummissjoni hija kkonċernata li Google ħonqot l-għażla u l-innovazzjoni f'xelta ta' applikazzjonijiet tal-mowbajl u servizzi billi applikat strateġija globali fuq apparat mobbli biex tipproteġi u tkabbar il-pożizzjoni dominanti tagħha fit-tiftix ġenerali bl-internet; u", "2) AdSense, fejn il-Kummissjoni hija kkonċernata li Google naqqset l-għażla billi żammet lill-websajts ta' terzi partijiet milli jagħmlu riklami fit-tiftix għall-kompetituri tal-Google.", "Il-Kummissjoni qed tkompli teżamina wkoll it-trattament ta' Google fir-riżultati ta' tiftix ta' servizzi speċjalizzati oħrajn tat-tiftix ta' Google.", "Id-Deċiżjoni tal-lum hija preċedent li tistabbilixxi l-qafas għall-valutazzjoni tal-legalità ta' dan it-tip ta' imġiba.", "Fl-istess waqt, ma tissostitwix il-ħtieġa għal analiżi speċifika għall-każ biex jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull suq.", "Sfond", "Ara wkoll l-Iskeda informattiva.", "Id-Deċiżjoni tal-lum hija indirizzata lil Google Inc. U lil Alphabet Inc., il-kumpanija omm ta' Google.", "L-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE jipprojbixxu l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti.", "Id-Deċiżjoni tal-lum ssegwi żewġ Dikjarazzjonijiet ta' Oġġezzjonijiet li ntbagħtu lil Google f'April 2015 u f'Lulju 2016.", "Tista' ssib aktar informazzjoni fis-sit web tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, fir-reġistru tal-każi pubbliċi bin-numru tal-każ 39740."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_18_5641", "title": "L-Istat tal-Unjoni Ewropea 2018: Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRANSPORT", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ", "Għaliex il-ħin tas-sajf/tax-xitwa huwa armonizzat fil-livell tal-UE?", "Ħafna mill-Istati Membri tal-UE għandhom tradizzjoni twila tal-arranġamenti tal-ħin tas-sajf, li bosta minnhom imorru lura għall-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija jew għall-kriżi taż-żejt fis-sebgħinijiet.", "Storikament, l-Istati Membri introduċew il-bidliet fl-arloġġ biex jiffrankaw l-enerġija (l-aktar faħam għall-produzzjoni tal-elettriku) u biex jiġu jaqblu mal-pajjiżi ġirien tagħhom.", "Madankollu, id-data li fiha kienu jinbidlu l-arloġġi kienet tkun differenti f'pajjiżi differenti.", "Dan kien sors ta' problemi fis-suq intern, b'mod partikolari għas-setturi tat-trasport u tal-enerġija, li kienu jirriżultaw minn applikazzjoni mhux ikkoordinata ta' bidliet fl-arloġġ (jiem diverġenti) matul is-sena.", "Il-miżuri Ewropej ġew introdotti gradwalment biex jarmonizzaw id-data tal-bidla, sakemm wasslu għad-Direttiva 2000/84/KE, attwalment fis-seħħ.", "X'inhi s-sitwazzjoni fil-bqija tad-dinja?", "Madwar id-dinja, l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf huma osservati f'madwar 60 pajjiż, l-aktar fl-Amerka ta' Fuq u fl-Oċeanja.", "Għadd li qed jiżdied ta' ġirien jew ta' sħab kummerċjali tal-UE għażlu jew li ma japplikawx l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jew li jabolixxuhom: Dawn l-eżempji jinkludu l-Iżlanda, iċ-Ċina (1991-), ir-Russja (2011-), il-Belarussja (2011-) u l-aktar reċenti t-Turkija (2016-).", "Għalfejn il-Kummissjoni qiegħda tippreżenta din il-proposta?", "Il-Kummissjoni poġġiet l-arranġamenti dwar il-ħin tas-sajf fuq l-aġenda politika għaliex il-Kummissjoni Juncker wegħdet li tieħu azzjoni kbira fuq il-kwistjonijiet il-kbar, filwaqt li tħalli f'idejn l-Istati Membri li jieħdu d-deċiżjonijiet fejn jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jeħduhom.", "Wara valutazzjoni tal-arranġament attwali dwar il-bidliet staġonali tal-arloġġ, fejn ir-regolament tal-UE jimponi l-bidliet fl-arloġġ kull sitt xhur, il-Kummissjoni kkonkludiet li, filwaqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni, l-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiddeċiedu jekk iridux iżommu l-ħin permanenti tas-sajf jew tax-xitwa.", "Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni qieset għadd ta' elementi, bħal pereżempju, il-vot mill-Parlament Ewropew ta' riżoluzzjoni dwar dan is-suġġett fi Frar 2018, it-talbiet minn ċerti Stati Membri tal-UE, analiżi tal-evidenza disponibbli kif ukoll konsultazzjoni pubblika li saret mill-Kummissjoni bejn l-4 ta' Lulju u s-16 ta' Awwissu 2018.", "Din il-konsultazzjoni rċeviet 4.6 miljun tweġiba mit-28 Stat Membru kollha, l-akbar għadd ta' tweġibiet li qatt irċeviet il-Kummissjoni fi kwalunkwe konsultazzjoni pubblika.", "Skont ir-riżultati finali, 84 % ta' dawk li wieġbu kienu favur li jitneħħew il-bidliet staġonali tal-arloġġ.", "Dawn l-elementi kollha wasslu lill-Kummissjoni biex illum tipproponi li l-bidliet staġonali tal-arloġġ ma jibqgħux isiru, filwaqt li jinżamm approċċ ikkoordinat sabiex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tas-Suq Intern.", "X'qiegħda tipproponi l-Kummissjoni?", "Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li jintemmu l-bidliet tal-arloġġ ta' darbtejn fis-sena fl-UE fl-2019.", "Dan iġib fit-tmiem il-prattika tal-bdil tal-arloġġ b'siegħa 'l quddiem f'Marzu u b'siegħa lura f'Ottubru.", "Sabiex tiġi evitata kwalunkwe frammentazzjoni fis-suq intern, l-Istati Membri se jkollhom jiddeċiedu jekk iridux iżommu l-ħin permanenti tas-sajf jew tax-xitwa.", "Huma se jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bid-deċiżjoni tagħhom.", "Wara dan, mhux ser ikunu jistgħu japplikaw il-bidliet staġonali fl-arloġġ.", "L-Istati Membri se jibqgħu ħielsa li jiddeċiedu liema żona tal-ħin għandha tapplika fit-territorji tagħhom.", "Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi ħin permanenti tas-sajf/tax-xitwa fl-Unjoni Ewropea kollha?", "Le.", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija li jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ b'mod ikkordinat.", "Id-deċiżjoni li jiġi applikat il-ħin permanenti tas-sajf jew tax-xitwa se tittieħed minn kull Stat Membru.", "Hemm xewqa li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.", "Għaliex xi Stati Membri ma jistgħux jibqgħu japplikaw il-bidliet staġonali tal-arloġġ jekk jixtiequ jagħmlu dan?", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija li jintemmu b'mod ikkoordinat il-bidliet staġonali tal-arloġġ fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Fi kliem ieħor, l-Istati Membri mhux se jżommu l-arranġamenti nazzjonali tal-bidliet staġonali tal-arloġġ.", "L-għan huwa li jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jiġu evitati interruzzjonijiet b'xi azzjoni mhux ikkoordinata.", "Dan jinkludi interruzzjoni potenzjali fl-iskedar tal-operazzjonijiet tat-trasport u l-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, spejjeż ogħla għall-kummerċ transfruntier, jew produttività aktar baxxa għall-oġġetti u s-servizzi.", "Reġim armonizzat kontinwu — fejn l-Istati Membri kollha jġibu fit-tmiem il-bidliet tal-arloġġ ta' darbtejn fis-sena — huwa għalhekk essenzjali.", "Kif u meta se tiġi implimentata l-bidla proposta?", "Biex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel, skont il-proposta tal-Kummissjoni kull Stat Membru se jinnotifika sa April 2019 jekk għandux il-ħsieb li japplika l-ħin permanenti tas-sajf jew tax-xitwa.", "Dan għandu jiġi bbażat fuq koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, fuq konsultazzjonijiet u valutazzjonijiet possibbli fil-livell nazzjonali u Ewropew.", "L-aħħar bidla obbligatorja għall-ħin tas-sajf se ssir nhar il-Ħadd, il-31 ta' Marzu 2019.", "Wara dan, l-Istati Membri li jixtiequ jerġgħu lura b'mod permanenti għall-ħin tax-xitwa xorta jkunu jistgħu jagħmlu l-aħħar bidla staġonali tal-arloġġ nhar il-Ħadd, is-27 ta' Ottubru 2019.", "Wara dik id-data, il-bidliet staġonali mhux se jibqgħu possibbli.", "Din il-kronoloġija hija bil-kundizzjoni li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn Marzu 2019.", "X'se jkunu l-benefiċċji meta jintemmu l-arranġamenti attwali għall-bdil tal-arloġġi?", "Iċ-ċittadini mhux se jkollhom għalfejn iħabblu rashom aktar dwar l-aġġustament tal-arloġġi tagħhom.", "Il-bidliet kienu sors ta' konfużjoni, peress li mhux minnu nnifsu evidenti meta u f'liema direzzjoni l-arloġġi għandhom jinbidlu.", "Dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika indikaw ukoll impatti negattivi fuq is-saħħa, aktar inċidenti fit-toroq u nuqqas ta' ffrankar tal-enerġija bħala motivazzjonijiet biex jintemm il-bdil tal-arloġġ.", "Meta tintemm din is-sistema, il-ġisem tal-bniedem ukoll ma jibqax ikollu jadatta għat-tibdil fil-ħin.", "Dan ser ikun ta' benefiċċju għan-negozji peress li ma jkollhomx bżonn jaġġustaw ruħhom għall-bidliet fl-arloġġ.", "L-arranġamenti l-ġodda se jiffaċilitaw l-ippjanar fis-setturi tal-enerġija u t-trasport (pereżempju, għall-ferroviji ta' matul il-lejl) u jissimplifikaw l-applikazzjonijiet ibbażati fuq il-ħin.", "Minkejja li l-iffrankar ġenerali tal-enerġija kien wieħed mill-motivazzjonijiet ewlenin tal-arranġamenti attwali, l-evidenza tissuġġerixxi li llum l-iffrankar tal-enerġija mit-tibdil tal-arloġġi huwa limitat.", "Liema żoni tal-ħin se japplikaw fl-UE?", "Bħalissa hemm tliet żoni tal-ħin standard fl-UE: Il-Ħin tal-Ewropa tal-Punent (l-Irlanda, il-Portugall, ir-Renju Unit), il-Ħin tal-Ewropa Ċentrali (17-il Stat Membru) u l-Ħin tal-Ewropa tal-Lvant (il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija).", "L-Istati Membri li jagħżlu li jżommu l-ħin permanenti tas-sajf awtomatikament se jiċċaqalqu għaż-żona tal-ħin li jmiss (il-ħin standard + siegħa).", "Barra minn hekk, l-Istati Membri se jibqgħu liberi li jagħmlu bidliet fil-ħin standard tagħhom li ma jkunux marbuta ma' bidliet staġonali.", "Il-proposta tipprevedi li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata bi kwalunkwe bidla li ssir fiż-żona tal-ħin 6-il xahar bil-quddiem — biex tippermetti li jsir kwalunkwe aġġustament għal sistemi bbażati fuq il-ħin.", "Dwar xiex kienet il-konsultazzjoni pubblika?", "Il-parteċipanti ġew mistiedna jaqsmu l-esperjenzi ġenerali tagħhom tal-bdil tal-arloġġ, il-preferenza tagħhom bejn iż-żewġ alternattivi (is-sistema tibqa' kif inhi jew titneħħa għall-UE kollha), u l-fehma tagħhom dwar jekk il-bdil attwali għandux jitneħħa għalkollox, u jekk jippreferux li jżommu l-ħin tas-sajf jew inkella l-ħin tax-xitwa.", "Iċ-ċittadini Ewropej u l-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna jaqsmu l-fehmiet tagħhom billi jimlew dan il-kwestjonarju online (disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE) bejn l-4 ta' Lulju u s-16 ta' Awwissu.", "Fejn nista' nikkonsulta r-riżultati finali tal-konsultazzjoni?", "Din il-konsultazzjoni online rċeviet 4.6 miljun tweġiba mit-28 Stat Membru kollha, l-akbar għadd ta' tweġibiet li qatt irċeviet il-Kummissjoni fi kwalunkwe konsultazzjoni pubblika.", "84 % ta' dawk li wieġbu qalu li huma favur li tintemm il-bidla tal-arloġġ ta' darbtejn fis-sena.", "Sar rapport fil-qosor aktar dettaljat u ġie tradott fil-lingwi kollha tal-UE.", "Huwa disponibbli hawnhekk.", "Aktar informazzjoni", "Is-sit web dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea 2018 https://ec.europa.eu/commission/priorities/state-union-speeches/state-union-2018_mt", "Is-subpaġna dwar il-Bidliet Staġonali tal-Arloġġ https://ec.europa.eu/commission/priorities/state-union-speeches/state-union-2018/state-union-2018-changes-summertime_mt", "Stqarrija għall-istampa: L-Istat tal-Unjoni 2018: Il-Kummissjoni tipproponi li jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ", "Ir-rapport finali tal-konsultazzjoni pubblika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5702", "title": "L-Istat tal-Unjoni 2018: Lejn \"Alleanza ġdida bejn l-Afrika u l-Ewropa\" biex tapprofondixxi r-relazzjonijiet ekonomiċi u tagħti spinta lill-investiment u l-impjiegi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL,HREXTRELS", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum qed tipproponi “Alleanza ġdida Afrika - Ewropa għal investiment sostenibbli u impjiegi”.", "Fit-12 ta' Settembru, fl-okkażjoni tad-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: “L-Afrika ma għandhiex bżonn ta' karità, hija teħtieġ sħubija veritiera u ġusta.", "U aħna, l-Ewropej neħtieġu din is-sħubija daqstant.", "Illum, qed nipproponu Alleanza ġdida għal investiment sostenibbli u impjiegi bejn l-Ewropa u l-Afrika.", "Din l-Alleanza, kif qed narawha aħna, għandha tgħin biex jinħolqu sa 10 miljun impjieg fl-Afrika, biss biss fil-5 snin li ġejjin.", "Nemmen li għandna niżviluppaw l-għadd numeruż ta' ftehimiet kummerċjali bejn l-UE u l-Afrika għal ftehim ta' kummerċ ħieles minn kontinent għall-ieħor, bħala sħubija ekonomika bejn l-ugwali.”", "Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi “Alleanza ġdida Afrika-Ewropa għal Investiment Sostenibbli u Impjiegi” sabiex iżżid b'mod sostanzjali l-investiment fl-Afrika, issaħħaħ il-kummerċ, toħloq l-impjiegi, u tinvesti fl-edukazzjoni u l-ħiliet.", "Il-pakkett tal-lum jibni fuq l-impenji meħuda matul is-Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea li sar f'Novembru tas-sena li għaddiet f'Abidjan, fejn iż-żewġ kontinenti qablu li jsaħħu s-sħubija tagħhom.", "Huwa jistabbilixxi elementi ewlenin ta' azzjoni għal aġenda ekonomika aktar b'saħħitha għall-UE u għas-sħab Afrikani tagħha.", "Ir-Rappreżenant Għoli/Viċi President Federica Mogherini qalet: “L-Ewropa u l-Afrika jikkondividu ħafna mill-istess interessi: it-tnejn li aħna rridu Afrika aktar b'saħħitha — b'impjiegi ta' kwalità għaż-żgħażagħ, titjib tal-klima tan-negozju, u paċi u sigurtà għal kulħadd.", "F'dawn is-snin diġà bdejna nibnu sħubija reali bejn partijiet ugwali mal-Afrika.", "Aħna diġà sħab politiċi b'saħħithom, il-pass li jmiss huwa li nkunu msieħba ekonomiċi u li napprofondixxu r-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment tagħna.", "Irridu nagħtu liż-żgħażagħ opportunitajiet biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.", "It-tisħiħ tal-investiment responsabbli fl-Afrika huwa xi ħaġa li minnha jirbaħ kulħadd.”", "Il-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, qal: “Din l-Alleanza hija dwar l-iżblukkar tal-investiment privat u l-esplorazzjoni tal-opportunitajiet enormi li jistgħu jipproduċu benefiċċji għal ekonomiji Afrikani u Ewropej.", "Hija dwar it-tisħiħ tas-sħubija tagħna u l-appoġġ tagħna għall-inizjattivi Afrikani bħaż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Kontinentali.”", "Il-proposta tal-lum turi impenn biex tissaħħaħ is-Sħubija Afrika-UE u tiddeskrivi serje ta' azzjonijiet ewlenin li jinkludu:", "Riżultati mistennija", "L-Alleanza se twassal għal riżultati konkreti bħal pereżempju l-ħolqien ta' massimu ta' 10 miljun impjieg fil-5 snin li ġejjin.", "Bl-appoġġ finanzjarju tal-UE mobilizzat sal-2020:", "Konsultazzjoni u djalogu mal-imsieħba Afrikani se jiġu organizzati fix-xhur li ġejjin biex jiddefinixxu flimkien il-prijoritajiet u jieħdu azzjoni ulterjuri.", "L-Alleanza se tqis id-diversità madwar il-kontinent Afrikan u l-ispeċifiċitajiet ta' kull pajjiż, inklużi r-relazzjonijiet kuntrattwali tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq permezz tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni tagħhom u tal-esperjenza tagħhom ta' kooperazzjoni mal-UE permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.", "Sfond", "Il-proposta tal-Kummissjoni għal “Alleanza Afrika-Ewropa għal Investiment Sostenibbli u Impjiegi” hija parti minn pakkett li jinkludi wkoll proposta dwar arkitettura finanzjarja aktar effiċjenti għal investiment barra mill-Unjoni Ewropea, li se tappoġġa wkoll l-investiment fl-Afrika.", "Taħt it-tmexxija tal-President Juncker, l-UE qiegħda ssaħħaħ is-sħubija tagħha mal-Afrika, anki, b'għodod innovattivi ġodda, flimkien mal-istrumenti ta' kooperazzjoni tradizzjonali, notevolment il-Pjan ta' Investiment Estern li huwa verament ambizzjuż.", "L-UE hija l-eqreb ġar tal-Afrika u l-akbar investitur, is-sieħeb prinċipali għall-kummerċ u l-iżvilupp u fornitur ewlieni tas-sigurtà.", "L-UE qed tipprovdi EUR 31 biljun f'Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp lill-Afrika bejn l-2014 u l-2020 biex tagħti spinta lill-ekonomija tal-Afrika sabiex iż-żgħażagħ fil-kontinent ikollhom opportunità jibnu futur, tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel u l-aċċess għall-enerġija, u sabiex jiġu ankrati l-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.", "L-Istati Membri tal-UE kellhom stokk ta' investiment ta' EUR 291 biljun fl-2016, li jagħmel lill-UE l-akbar investitur fl-Afrika.", "Barra minn hekk, l-UE toffri aċċess ħieles għas-suq tal-UE permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, inklużi Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles inkluż Żoni ta' Kummerċ ħieles approfonditi u komprensivi mal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u l-iskema Kollox Ħlief Armi mal-pajjiżi Afrikani.", "Għal Aktar Informazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5709", "title": "L-Istat tal-Unjoni 2018: Il-Kummissjoni tipproponi li jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRANSPORT", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tipproponi li jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ.", "Fit-12 ta' Settembru 2018, fl-okkażjoni tad-Diskors tiegħu tal-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: “Aħna kollna kemm aħna ngħidu fid-diskorsi sbieħ tagħna li rridu nkunu b'saħħitna fi kwistjonijiet kbar u inqas b'saħħitha fuq kwistjonijiet żgħar.", "Iżda ħadd ma jċapċap meta l-liġi tal-UE tiddetta li l-Ewropej jridu jmexxu l-arloġġ darbtejn f'sena.", "Illum il-Kummissjoni qed tipproponi li dan jinbidel.", "Il-bidliet tal-arloġġ iridu jieqfu.", "Huma l-Istati Membri li jridu jiddeċiedu jekk iċ-ċittadini għandhomx jgħixu bil-ħin tas-sajf jew tax-xitwa.", "Hija kwistjoni ta' sussidjarjetà.", "Jien qed nistenna li l-Parlament u l-Kunsill se jaqsmu din l-opinjoni u jsibu soluzzjonijiet li jiffunzjonaw għas-suq intern tagħna.", "M'għandiex aktar żmien.”", "Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li fl-2019 jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ fl-Ewropa, u li l-Istati Membri jingħataw il-libertà jiddeċiedu darba għal dejjem jekk iridux japplikaw b'mod permanenti il-ħin tas-sajf jew tax-xitwa.", "Il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li tiżgura li kwalunkwe bidla ssir b'mod ikkoordinat bejn il-pajjiżi ġirien sabiex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tiġi evitata l-frammentazzjoni, li jista' jkun hemm jekk xi Stati Membri jżommu l-arranġamenti ta' bidliet staġonali tal-arloġġ filwaqt li oħrajn ikomplu għaddejjin mingħajrhom.", "Il-Kummissarju tal-UE għat-Trasport, Violeta Bulc qalet: “Qed niipproponu li mis-sena li jmiss jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ.", "Din l-iskeda ambizzjuża ħafna se tippermetti liċ-ċittadini li jieħdu l-benefiċċji mingħajr dewmien.", "Issa qegħdin nistiednu lill-Istati Membri u lin-negozji biex jagħmlu t-tħejjijiet meħtieġa biex jiżguraw approċċ koordinat fl-UE kollha.”", "Il-proposta tal-Kummissjoni:", "Il-proposta tal-lum hija eżempju ieħor tal-Kummissjoni Juncker li tkun b'saħħitha fi kwistjonijiet kbar, u li tħalli f'idejn l-Istati Membri sabiex jieħdu deċiżjonijiet fejn dawn jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmlu dan.", "Kif u meta dawn il-bidliet se jsiru effettivi?", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea issa se tgħaddi għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-qbil tagħhom.", "Biex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel, skont il-proposta tal-Kummissjoni sa April 2019 kull Stat Membru għandu jinnotifika jekk ikollu l-ħsieb li japplika l-ħin tas-sajf jew tax-xitwa permanenti.", "L-aħħar bidla obbligatorja għall-ħin tas-sajf se ssir nhar il-Ħadd, il-31 ta' Marzu 2019.", "Wara dan, l-Istati Membri li jixtiequ jerġgħu lura għall-ħin tax-xitwa b'mod permanenti xorta jkunu jistgħu jagħmlu l-aħħar bidla staġonali tal-arloġġ nhar il-Ħadd, is-27 ta' Ottubru 2019.", "Wara dik id-data, il-bidliet staġonali tal-arloġġ ma jkunux iktar possibbli.", "Din il-kronoloġija hija bil-kundizzjoni li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn Marzu 2019.", "Għaliex il-Kummissjoni qed tipproponi din il-bidla?", "Fis-seklu li għadda, il-pajjiżi Ewropej introduċew arranġamenti tal-ħin tas-sajf biex jiffrankaw l-enerġija, partikolarment fiż-żminijiet ta' gwerra jew waqt il-kriżi taż-żejt tas-sebgħinijiet.", "Fl-1980, l-Unjoni Ewropea bdiet gradwalment tadotta leġiżlazzjoni li temmet l-iskedi diverġenti tal-bidliet tal-arloġġ nazzjonali.", "Madankollu, fl-2018, l-għan tal-bidliet tal-arloġġ sar inqas rilevanti, bi studji li jissuġġerixxu li l-iffrankar tal-enerġija issa huwa marġinali u li kulma jmur iċ-ċittadini qed jilmentaw aktar dwar impatti negattivi fuq is-saħħa.", "Fil-verità, il-bidliet tal-arloġġ kienu qed jiġu ddubitati dejjem iktar miċ-ċittadini, mill-Parlament Ewropew u minn numru ta' Stati Membri li kulma jmur qed jiżdied.", "Wara talba li saret mill-Parlament Ewropew, u bħala parti minn valutazzjoni tal-arranġamenti attwali, fis-sajf tal-2018 il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika li rċeviet 4.6 miljun tweġibiet, l-ogħla numru li qatt rċeviet kwalunkwe konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni Ewropea.", "84 % ta' dawk li wieġbu kienu favur li jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ.", "Fid-dawl ta' dawn il-punti, il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet li ma hemm ebda raġuni biex Brussell jibqa' jirregola l-bidliet staġonali tal-ħin u li l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu jekk iridux jibqgħu fil-ħin tas-sajf inkella tax-xitwa u li jittrattaw il-kwistjoni fil-livell nazzjonali, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà.", "Aktar informazzjoni", "Is-sit web tal-Istat tal-Unjoni Ewropea 2018", "Is-subpaġna dwar il-Bidliet Staġjonali tal-Arloġġ", "Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jintemmu l-bidliet staġonali tal-arloġġ", "Rapport finali tal-konsultazzjoni pubblika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5682", "title": "L-Istat tal-Unjoni 2018: Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsaħħaħ fil-ġlieda kontra t-terroriżmu transfruntier", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,PRJUST,SECUUNION", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsaħħaħ fil-ġlieda kontra t-terroriżmu transfruntier.", "Fit-12 ta' Settembru 2018, fl-okkażjoni tad-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: “L-Ewropej bir-raġun jistennew li l-Unjoni tagħhom iżżommhom sikuri.", "Din hija r-raġuni l-għaliex illum il-Kummissjoni qed tipproponi regoli ġodda biex il-kontenut terroristiku jitneħħa minn fuq l-internet fi żmien siegħa — il-perjodu kritiku li fih ssir l-akbar ħsara.", "Jenħtieġ li fl-Unjoni tagħna nkunu nistgħu nressqu quddiem il-ġustizzja lit-terroristi b'mod aktar ikkoordinat.”", "It-terroristi ma jafux fruntieri.", "Aħna m'għandniex insiru kompliċi mingħajr ma nintebhu minħabba n-nuqqas tagħna sabiex nikkooperaw.”", "B'segwitu tal-idea ppreżentata għall-ewwel darba mill-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tas-sena l-oħra, illum il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li ssaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew billi tagħtih is-setgħa jiġġieled t-terroriżmu transfruntier.", "Günther H. Oettinger, il-Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, qal: “Il-protezzjoni taċ-ċittadini Ewropej mit-terroriżmu hija l-objettiv primarju ta' Unjoni tas-Sigurtà reali.", "L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, mgħammar bil-kompetenza biex jiġġieled kontra r-reati terroristiċi transfruntiera, se jippermetti lill-Istati Membri jikkoordinaw aħjar il-ħidma tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjoni u mal-prosekuzzjoni ta' dawn ir-reati.", "Dan se jrendi lill-UE aktar effettiva fl-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u se jwassal biex tissaħħa s-sigurtà taċ-ċittadini tagħna kollha.”", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, żiedet tgħid: “Il-Programm il-ġdid tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ladarba jkunu qed jitħaddem, se jġib bidla radikali fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji relatati ma' frodi fil-baġit tal-UE u fil-VAT.", "Qed naħdem bla heda biex jitwaqqaf u jibda jaħdem sa tmiem l-2020 u nistieden lill-Istati Membri kollha biex jissieħbu.", "Illum, aħna qed nissuġġerixxu li nsaħħu l-Uffiċċju tal-Prosekuturi Pubbliċi Ewropew li jista' wkoll isir għodda b'saħħitha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-UE.”", "Reazzjoni Ewropea biex tiġġieled aħjar it-theddid terroristiku transfruntier", "L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsaħħaħ se jtejjeb il-ġlieda kontra t-terroriżmu billi jimla l-lakuni eżistenti:", "Il-passi li jmiss", "Fid-dawl tas-Samit ta' Sibiu f'Mejju 2019, il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill Ewropew biex flimkien mal-Parlament Ewropew imexxi 'l quddiem din l-inizjattiva u jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għal reati terroristiċi li jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed.", "Ladarba l-Kunsill Ewropew ikun iddeċieda b'mod unanimu li jestendi l-kompetenzi tiegħu, il-Kummissjoni tkun tista' tkompli bil-proċess billi tipproponi emenda fir-Regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.", "Kuntest", "L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jkun uffiċċju ta' prosekuzzjoni indipendenti mill-Unjoni Ewropea bil-kompetenza li jinvestiga, iwettaq prosekuzzjonijiet u jressaq quddiem il-ġustizzja reati kontra l-baġit tal-UE, bħal frodi, korruzzjoni jew frodi transfruntiera serja fil-VAT.", "L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ser isir operazzjonali bis-sħiħ sa tmiem l-2020.", "Din l-inizjattiva mhux se jkollha impatt fuq it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew attwali.", "Attwalment, 22 Stat Membru tal-UE jipparteċipaw fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.", "L-Artikolu 86(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-possibbiltà li l-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu estiżi permezz ta' emenda tal-Artikolu 86 tat-TFUE biex is-setgħat tiegħu jiġu estiżi biex jinkludu reati serji li jaffettwaw aktar minn Stat Membru wieħed.", "Din id-deċiżjoni tittieħed unanimament mill-Istati Membri kollha li qed jipparteċipaw fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif ukoll mill-oħrajn, wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew u wara li tiġi kkonsulta l-Kummissjoni Ewropea.", "Il-Komunikazzjoni tal-lum hija akkumpanjata minn Anness b'inizjattiva għall-possibilità ta' adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 86 tat-TFUE.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Is-Sit web dwar l-Istat tal-Unjoni 2018", "Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Ewropa li tipproteġi: inizjattiva biex jiġu estiżi l-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għar-reati terroristiċi transfruntiera.", "Skeda informattiva: Intejbu l-ġlieda kontra t-terroriżmu permezz ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsaħħaħ", "L-att li jwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: Ir-Regolament 2017/1939", "L-istruttura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5703", "title": "Stat tal-Unjoni 2018: Il-Kummissjoni tiżvela pjan għal arkitettura finanzjarja iktar effiċjenti biex tappoġġa l-investiment barra mill-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JOBGIC", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qed tippreżenta azzjonijiet għal mudell ta' governanza iktar effikaċi u iktar kollaborazzjoni bejn l-atturi għall-iżvilupp multilaterali u nazzjonali.", "Fit-12 ta' Settembru, fl-okkażjoni tad-diskors annwali tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker ippropona Alleanza ġdida bejn l-Afrika u l-Ewropa għal Investiment Sostenibbli u Impjiegi sabiex l-investimenti jiġu ffukkati fejn huma l-iktar importanti: fil-ħolqien tal-ħiliet u l-impjiegi.", "Sabiex dan jintlaħaq, hemm bżonn ta' mudell ta' governanza iktar effikaċi u iktar kollaborazzjoni bejn l-atturi għall-iżvilupp multilaterali u nazzjonali fl-Ewropa.", "Għaldaqstant, illum il-Kummissjoni Ewropea qed tistabbilixxi għadd ta' possibbiltajiet kif jistgħu jiġu indirizzati l-isfidi għall-investiment u l-opportunitajiet fl-Afrika, fil-Viċinat tal-UE u fid-dinja kollha.", "Dawn jinkludu sejħiet għal inizjattivi konġunti bejn l-atturi għall-iżvilupp multilaterali u nazzjonali u arkitettura finanzjarja Ewropea msaħħa li jkunu kapaċi jissodisfaw l-ambizzjoni tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ġdid propost.", "Il-President Jean-Claude Juncker qal: “L-Unjoni Ewropea għandha rekord impressjonanti fir-rigward tal-appoġġ tal-investiment barra mill-UE.", "Iżda nistgħu niksbu ħafna iktar jekk naħdmu b'mod iktar effiċjenti u eqreb lejn xulxin.", "Ma għandniex bżonn ta' istituzzjonijiet oħra jew gruppi ta' għorrief biex nilħqu l-għanijiet tagħna: għandna bżonn deċiżjonijiet għarfa, li jittieħdu malajr billi niddependu fuq l-istrutturi u s-sħab eżistenti tagħna.", "Il-Kummissjoni lesta li tagħmel il-parti tagħha biex tipprovdi l-gwida t-tajba.", "Il-ħafna sfidi u opportunitajiet għall-investiment fl-Afrika, fil-Viċinat tal-UE u fid-dinja ma jistgħux jistennew.”", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Għandna bżonn insaħħu l-qawwa finanzjarja tal-azzjoni esterna tal-UE.", "Il-prinċipju huwa sempliċi.", "Permezz tal-mudell innovattiv tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, se nimmultiplikaw il-fondi disponibbli billi niġbru flimkien il-baġit tal-UE u l-fondi mill-BEI, mill-BERŻ, mill-banek tal-iżvilupp tal-Istati Membri u mis-settur pubbliku.", "Dan se jippermettilna ninvestu aktar fi programmi li japoġġaw it-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp, u jgħinna nindirizzaw l-għeruq tal-kawżi tal-migrazzjoni fil-viċinat tagħna, fl-Afrika u lil hinn.”", "Il-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, qal: “L-iffaċilitar tal-investiment pubbliku u privat fl-Afrika, fil-Viċinat u fi sħab oħra madwar id-dinja, huwa essenzjali biex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli, tiġi promossa l-istabbiltà u jingħelbu l-isfidi globali f'kuntest ta' fraġilità ekonomika u politika.", "Il-Kummissjoni, permezz tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali propost reċentement, trid tkun ambizzjuża ferm f'dan il-qasam.", "Ninsab konvint li l-arkitettura li qed nipproponu llum hija l-aħjar u l-iktar mod effiċjenti fit-terminu qasir biex nimplimentaw il-proposti ambizzjużi tagħna.”", "Nevitaw id-duplikazzjoni permezz ta' aktar kollaborazzjoni", "Il-Kummissjoni identifikat lok għal kollaborazzjoni eqreb bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bħala l-Bank tal-UE, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), u l-atturi għall-iżvilupp nazzjonali u reġjonali, sabiex tibbenefika mill-esperjenza u l-għarfien espert rispettiv tagħhom, filwaqt li tinżamm id-diversità fis-suq.", "Eżempju ta' suċċess huwa l-koordinazzjoni diġà fis-seħħ fil-Qafas ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent li fih il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp huma sħab konġunti fih, flimkien mal-Kummissjoni, l-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa u diversi donaturi bilaterali.", "Dan il-mudell jista' jiġi replikat f'oqsma oħra.", "Jenħtieġ li jintużaw l-istrutturi eżistenti diġà fis-seħħ iktar milli jinħolqu oħrajn ġodda, u l-enfasi għandha tkun fuq is-sinerġiji u l-ħidma flimkien b'mod iktar effiċjenti.", "Dan jista' jsir pereżempju permezz tal-ispeċjalizzazzjoni reġjonali u tematika rilevanti tal-istituzzjonijiet finanzjarji sħab individwali u eżistenti, jew ta' inizjattivi konġunti.", "Iktar effiċjenza permezz ta' arkitettura finanzjarja Ewropea msaħħa", "Sabiex jiġi żgurat li l-UE tilħaq l-għanijiet tal-politika esterna tagħha u li flus il-kontribwenti jintefqu b'mod effiċjenti, il-Kummissjoni lesta li tipprovdi gwida politika u sorveljanza iktar b'saħħithom meta jasal il-mument biex tittieħed deċiżjoni dwar l-użu tal-garanzija tal-baġit tal-UE għall-investiment estern – mingħajr ma tassumi l-kompiti tal-bank tal-iżvilupp.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi li tikkoordina iktar mal-Istati Membri minn qabel sabiex ikun hemm leħen wieħed fl-istrutturi ta' governanza tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u jintlaħqu aħjar l-objettivi finanzjarji ta' żvilupp tal-UE.", "Fit-terminu twil, dan jista' jwitti t-triq għal vot konġunt fil-Bord tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp f'isem l-Istati Membri tal-UE kollha.", "Fl-aħħar nett, l-UE għandha twaqqaf pjattaforma għall-investiment estern skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), li tiġbor flimkien il-programmi u l-istrumenti kollha eżistenti tal-baġit tal-UE għall-investiment estern taħt pjattaforma unika.", "Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu prijoritajiet settorjali u ġeografiċi, b'esperti indipendenti li jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju ta' programmi u portafolli ta' proġetti.", "Il-Bank Ewropew tal-Investiment – is-sieħeb tal-UE fl-investiment – u istituzzjonijiet finanzjarji ta' żvilupp oħrajn, abbażi tal-għarfien espert rispettiv tagħhom, ikollhom aċċess dirett għall-garanzija tal-UE sabiex jiksbu l-ogħla valur miżjud fil-prattika.", "Il-Kummissjoni tkun responsabbli mill-verifika tal-konformità mal-politika tal-proġetti ppjanati u mill-ġestjoni globali tal-użu tal-garanzija tal-UE, madankollu mingħajr ma twettaq ebda operazzjoni bankarja.", "Il-passi li jmiss", "F'Ottubru 2018, il-Kummissjoni se ssejjaħ flimkien lill-atturi rilevanti kollha, inkluż l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp u partijiet ikkonċernati oħra, sabiex l-azzjonijiet ippreżentati llum jitħaddmu malajr kemm jista' jkun.", "Dan se jsir mingħajr preġudizzju għan-negozjati li għaddejjin dwar l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali tal-ġejjieni li l-Kummissjoni pproponiet f'Ġunju 2018 b'EUR 89.2 biljun mill-baġit tal-UE.", "Permezz tat-tliet flussi tiegħu – ġeografiku, tematiku u reazzjoni rapida – l-Istrument se jindirizza sfidi globali bħad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-prevenzjoni ta' kunflitti.", "Il-proposta tagħti ħarsa lejn l-għodod finanzjarji l-aktar xierqa għall-kuntest partikolari, bħal għotjiet, strumenti finanzjarji u garanziji, jew taħlita ta' dawn.", "Tintegra l-mudell tal-Pjan ta' Investiment Estern u tespandi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli billi tagħti Garanzija ta' Azzjoni Esterna sa EUR 60 biljun.", "Il-proposta qed tiġi nnegozjata bħalissa mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-Kunsill.", "Kuntest", "Sabiex tindirizza l-isfidi li kulma jmur qed ikunu dejjem iktar kumplessi fid-dinja ta' madwarna, mill-kunflitti u l-migrazzjoni għat-tibdil fil-klima u l-isfidi demografiċi, il-finanzjament tal-iżvilupp jeħtieġ li juża taħlita ta' sorsi ta' finanzjament, kemm pubbliċi kif ukoll privati.", "L-UE trid tadatta l-mudelli attwali tagħha sabiex timmassimizza l-effikaċja tagħha fid-dinja li qed tiżviluppa.", "Il-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew tnieda fl-2016 biex jagħti spinta lill-investiment f'pajjiżi sħab fl-Afrika u fil-Viċinat Ewropew.", "L-għan tiegħu hu li jikseb l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tan-NU (SDG) u li jimmobilizza l-investiment sostenibbli pubbliku u privat u l-ingranaġġ tiegħu sabiex jitjieb l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u jinħolqu l-impjiegi.", "Il-finanzjatur tiegħu, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, jibni fuq l-esperjenza ta' suċċess tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi tal-Pjan Juncker billi juża l-garanzija tal-baġit tal-UE ta' EUR 4.1 biljun biex jattira investituri privati għal proġetti fl-ogħla naħa tal-innovazzjoni u r-riskju.", "B'garanzija ta' EUR 75 miljun, programm ta' investiment uniku fil-qafas tal-Pjan ta' Investiment Estern jista' jiġġenera 800,000 impjieg.", "Il-Pjan ta' Investiment Estern diġà qed jieħu l-ewwel frott tax-xogħol tiegħu.", "Fl-10 ta' Lulju 2018, l-UE approvat il-pakkett ta' programmi ta' garanziji finanzjarji ta' EUR 800 miljun.", "Dan se jgħin l-ingranaġġ ta' madwar EUR 8-9 biljun stmat f'investiment pubbliku u privat fl-Afrika u fil-Viċinat, b'mira ta' EUR 44 biljun sal-2020.", "B'kontribuzzjonijiet korrispondenti minn Stati Membri u sorsi oħra, il-Pjan jista' jirdoppja ċ-ċifra ta' dan l-investment għal EUR 88 biljun.", "Għall-baġit tal-UE fit-terminu twil li jmiss għall-perjodu 2021–2027, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi żieda fil-baġit tal-azzjoni esterna għal EUR 123 biljun, biex tissimplifika b'mod sinifikanti l-istruttura tiegħu, u tagħmlu ferm iktar flessibbli u effikaċi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali tal-lum.", "Għal aktar informazzjoni", "Memo: Stat tal-Unjoni 2018: Pjan għal arkitettura finanzjarja iktar effiċjenti biex tappoġġa l-investiment barra mill-UE: Mistoqsijiet Frekwenti", "Komunikazzjoni: \"Lejn arkitettura finanzjarja iktar effiċjenti għall-investiment barra mill-Unjoni Ewropea”", "Komunikazzjoni: \"Alleanza ġdida Afrika-Ewropa għal Investiment u Impjiegi Sostenibbli\"", "Is-sit web tal-Pjan ta' Investiment Estern", "Stqarrija għall-Istampa, 11 ta' Lulju 2018: The EU's External Investment Plan: first projects in Africa and the Neighbourhood", "Stqarrija għall-Istampa, 14 ta' Ġunju 2018: Il-Baġit tal-UE: Nagħmlu l-UE xierqa għar-rwol tagħha bħala attur globali b'saħħtu", "Id-diskors tal-2018 tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5712", "title": "Stat tal-Unjoni 2018 - Il-Kummissjoni tipproponi l-aħħar elementi meħtieġa biex jintlaħaq kompromess dwar ir-riforma tal-migrazzjoni u l-fruntieri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tipproponi l-aħħar elementi meħtieġa biex jintlaħaq kompromess dwar ir-riforma tal-migrazzjoni u l-fruntieri.", "Fit-12 ta' Settembru tal-2018, fl-okkażjoni tad-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: “Ma nistgħux nibqgħu nikkustinjaw biex insibu soluzzjoni skont il-każ kull darba li jasal bastiment ġdid.", "Is-solidarjetà temporanja mhijiex tajba biżżejjed.", "Neħtieġu solidarjetà dejjiema - illum u għal dejjem.”", "Fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2018, il-President Jean-Claude Juncker ippreżenta tliet proposti ġodda u ambizzjużi biex tiġi żgurata s-soldarjetà sħiħa tal-UE dwar il-migrazzjoni u għall-protezzjoni aħjar tal-fruntieri esterni tal-Ewropa.", "Dawn l-inizjattivi l-ġodda qed jiġu ppreżentati ġimgħa qabel il-Laqgħa Informali f'Salzburg u jikkostitwixxu kontribuzzjoni konkreta għad-diskussjonijiet li l-Mexxejja tal-UE mistennija li jkollhom dwar il-migrazzjoni.", "Huma intiżi li jiffaċilitaw kompromess ġenerali dwar ir-riforma li tinsab għaddejja tas-sistema tal-ażil tal-UE.", "Il-proposti tal-lum jistabbilixxu livell ġdid ta' ambizzjoni għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-Aġenzija tal-UE għall-Ażil, li ser jissaħħu t-tnejn li huma biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq appoġġ operazzjonali sħiħ min-naħa tal-UE f'kull ħin.", "Illum il-Kummissjoni qiegħda tipproponi wkoll li ttejjeb l-effettività tal-proċeduri ta' ritorn, bl-aġġornament tar-regoli eżistenti tal-UE dwar ir-ritorn u t-tfassil tal-passi li jmiss dwar il-migrazzjoni legali, li huwa komponent essenzjali għal politika dwar il-migrazzjoni bbilanċjata.", "L-Ewwel Viċi President, Frans Timmermans, qal: “Il-fergħa operattiva ġdida tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, magħmula minn 10,000 membru tal-persunal tal-UE u Aġenzija tal-UE għall-Ażil imsaħħa ser jiżguraw li s-solidarjetà tal-UE tingħata b'mod effettiv fil-prattika - kull meta u kull fejn tkun meħtieġa.", "Qegħdin nipprovdu lill-Istati Membri bl-għodod meħtieġa biex jiftiehmu dwar ir-riforma ġenerali tas-sistema tal-ażil tal-UE u jintlaħaq l-aħjar bilanċ bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà.", "Wasal il-waqt li nwettqu dan l-impenn.”", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: “Illum qegħdin noffru aktar azzjoni tal-Ewropa fejn l-Ewropa hija meħtieġa billi nimmassimizzaw l-appoġġ tal-UE għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.", "Mil-lum 'il quddiem, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil tal-ġejjieni se jkunu jistgħu jiżguraw is-solidarjetà fil-prattika f'kull ħin, fis-sitwazzjonijiet kollha, fir-rispett sħiħ tal-kompetenzi tal-Istati Membri.", "Qegħdin indaħħlu fis-seħħ ukoll regoli aktar b'saħħithom biex niżguraw sistema ta' ritorn aktar armonizzata u effettiva madwar l-UE.", "Fl-aħħar nett, nappellaw lill-Istati Membri sabiex iwettqu ħidma kredibbli u ambizzjuża fuq ir-rotot legali, kemm dawk għal skopijiet umanitarji kif ukoll dawk ekonomiċi.”", "Diġà sar progress enormi fuq il-ħidma ġenerali tar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil tal-Unjoni.", "L-isforzi bla hedu ta' dawn l-aħħar sentejn sarrfu fil-fatt li ħamsa mis-seba' proposti li ressqet il-Kummissjoni fl-2016 dalwaqt jiġu finalizzati.", "L-elementi addizzjonali tal-lum huma maħsuba li jgħinu biex jintlaħaq kompromess fuq il-proposti kollha meħuda flimkien.", "Illum il-Kummissjoni qiegħda twieġeb is-sejħa li għamlu l-Mexxejja fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2018 kif ukoll tħejji t-triq għal progress rapidu fuq ir-riformi kollha marbutin mal-ażil.", "Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mgħammra bis-sħiħ", "Il-Kummissjoni qiegħda tibni fuq sentejn ħidma u qiegħda tipproponi li l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tissaħħaħ aktar u tingħata l-livell ta' ambizzjoni xieraq, li jikkorrispondi għall-isfidi li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa b'rabta mal-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-fruntieri.", "Filwaqt li l-mandat tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta qiegħed jikber, din qiegħda hemm biex tappoġġa lill-Istati Membri u ma tissostitwixxix ir-responsabbiltajiet tagħhom fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn.", "Il-proposta tal-lum tinkludi:", "Aġenzija għall-Ażil imsaħħa", "Il-proposta tal-lum se tkompli tipprovdi lill-Aġenzija tal-UE għall-Ażil bil-mandat, l-għodda u l-mezzi finanzjarji meħtieġa sabiex tagħti servizz rapidu u sħiħ lill-Istati Membri matul il-proċedura kollha tal-ażil.", "Il-proposta tal-lum tinkludi:", "Politika Ewropea ta' ritorn aktar b'saħħitha u aktar effettiva", "Analiżi mmirata tad-Direttiva dwar ir-Ritorn se tikkontribwixxi sabiex il-proċeduri ta' ritorn jiġu mgħaġġla, jiġu prevenutib'mod aħjar il-ħarba ta' persuni u l-movimenti irregolari sekondarji u tiżdied l-effettività tar-ritorn b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.", "It-tisħiħ tar-rotot legali lejn l-Ewropa", "L-iżvilupp ta' rotot legali ordnati għal persuni fil-bżonn ta' protezzjoni kif ukoll il-ħolqien ta' rotot attraenti għall-migrazzjoni tal-ħaddiema bbażata fuq il-bżonnijiet hija element indispensabbli għal politika dwar il-migrazzjoni bilanċjata u komprensiva.", "Il-Kummissjoni diġà ressqet għadd ta' inizjattivi u proposti sabiex issaħħaħ il-migrazzjoni sikura u legali li issa jenħtieġ li tiġi implimentata malajr mill-Istati Membri:", "Kuntest", "Mill-Linji Gwida Politiċi ta' Lulju 2014 tal-President Juncker sal-aħħar Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fit-12 ta' Settembru 2018, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni ilhom jingħataw prijorità politika sa mill-bidu nett tal-mandat tal-Kummissjoni ta' Juncker.", "Inkiseb progress konsiderevoli fir-rigward tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tal-2015 biex l-UE tingħata l-għodod għall-ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni f'perjodu medju u fit-tul, fl-oqsma tal-migrazzjoni irregoli, il-fruntieri, l-ażil u l-migrazzjoni legali.", "Illum il-Kummissjoni qiegħda tiffinalizza l-ħidma tagħha fuq l-Aġenda dwar il-Migrazzjoni bi tliet proposti ġodda biex tiżgura approċċ Ewropew sħiħ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fl-ispirtu ta' solidarjetà u r-responsabbiltà u bħala segwitu tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.", "Għal aktar informazzjoni", "Sit web tal-Istat tal-Unjoni 2018", "Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mgħammra bis-sħiħ – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Aġenzija għall-Ażil imsaħħa – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Regoli tal-UE aktar b'saħħithom dwar ir-ritorn — Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skedi informattivi, dokumenti legali u dokumenti utli oħra, kif elenkat hawn taħt - huma kollha disponibbli hawnhekk", "Skedi informattivi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msaħħa u mgħammra bis-sħiħ Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil imsaħħa Politika Ewropea ta' ritorn aktar b'saħħitha u akar effettiva It-tisħiħ ta' rotot legali u sikuri għall-Ewropa", "Dokumenti legali Regolament: Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta - Annessi - Rapport dwar il-valutazzjoni tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri", "Regolament: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (proposta emendata) Direttiva: Standards u proċeduri komuni għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (tfassil mill-ġdid) - Annessi Komunikazzjoni: It-tisħiħ tar-rotot legali lejn l-Ewropa", "* Aġġornata fl-12/09/2018 fis-10:31"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5724", "title": "Stat tal-Unjoni 2018 - Superviżjoni aktar b'saħħitha kontra l-ħasil tal-flus u settur bankjaru u finanzjarju stabbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,FINSTAB", "date": "Tue, 11 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Fit-12 ta' Settembru 2018, fl-okkażjoni tad-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: “L-Ewropej jistennew Unjoni li tħarishom.", "Illum, qed nipproponu miżuri li jippermettulna niġġieldu kontra l-ħasil tal-flus b'mod aktar effettiv bejn il-fruntieri.”", "Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tipproponi li tkompli tissaħħaħ is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE biex jiġi indirizzat aħjar il-ħasil tal-flus u t-theddid tal-finanzjament tat-terroriżmu.", "Filwaqt li l-UE għandha regoli fis-seħħ sodi kontra l-ħasil tal-flus, każijiet riċenti li jinvolvu l-ħasil tal-flus f'xi banek tal-UE qajmu tħassib li dawk ir-regoli mhumiex dejjem taħt superviżjoni u infurzati b'mod effettiv madwar l-UE.", "Dan mhux biss joħloq riskji għall-integrità u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju Ewropew, iżda jista' jkollu wkoll implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja ta' banek speċifiċi.", "Bħala parti minn sforzi usa' biex titlesta l-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni Ewropea għalhekk qed tipproponi llum li jiġi emendat ir-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) sabiex jisaħħaħ ir-rwol tal-ABE fis-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur finanzjarju.", "Dan huwa parti minn strateġija ġenerali biex jissaħħaħ il-qafas tal-UE għal superviżjoni prudenzjali u kontra l-ħasil tal-flus għal istituzzjonijiet finanzjarji, li l-Kummissjoni qed tippreżenta f'Komunikazzjoni.", "Dawn il-miżuri se jikkontribwixxu biex jippromwovu l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-UE, filwaqt li se jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni minn reati finanzjarji.", "Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis, responsabbli għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanazjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “L-Unjoni Bankarja tal-Ewropa trid tkun mibnija fuq l-ogħla standards ta' integrità.", "Is-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus falliet wisq ta' spiss fl-UE.", "Illum qed nagħtu s-setgħa lill-Awtorità Bankarja Ewropea biex tiżgura li superviżuri differenti jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni u li r-regoli kontra l-ħasil tal-flus jiġu infurzati b'mod effettiv madwar il-pajjiżi kollha tal-UE.", "L-ABE se tkun ukoll intitolata li titlob investigazzjoni dwar allegat ksur tar-regoli u se ssir numru tat-telefown ta' referenza tal-Ewropa għall-kooperazzjoni ma' sħab internazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur finanzjarju.”", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Věra Jourová, qalet: “L-Ewropa għandha r-regoli l-iktar b'saħħithom fid-dinja kontra l-ħasil tal-flus.", "Iżda każijiet riċenti fis-settur bankarju wrew li mhux dejjem ikunu taħt superviżjoni u infurzati bl-istess standards għoljin kullimkien madwar l-UE.", "Is-sistema tagħna hija b'saħħitha daqs l-iktar ħolqa dgħajfa tagħna.", "Fi żminijiet fejn il-flus jiċċaqlqu bejn il-fruntieri b'tagħfisa ta' buttuna tal-maws, irridu niżguraw superviżjoni li tkun proattiva u veloċi.", "Il-bidliet tal-lum se jiżguraw li r-regoli jiġu infurzati b'mod aktar uniformi madwar l-UE.”", "Titjib tar-rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea", "Il-Kummissjoni qed tipproponi li tikkonċentra s-setgħat ta' kontra l-ħasil tal-flus fir-rigward tas-settur finanzjarju fi ħdan l-Awtorità Bankarja Ewropea u ssaħħaħ il-mandat tagħha biex tiżgura li r-riskji ta' ħasil tal-flus ikunu taħt superviżjoni b'mod effettiv u konsistenti mill-awtoritajiet rilevanti kollha u li l-awtoritajiet rilevanti jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni.", "Ir-Regolament emendat se:", "jiżgura li l-ksur tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus ikun investigat b'mod konsistenti: l-ABE se tkun tista' titlob lis-superviżuri nazzjonali ta' kontra l-ħasil tal-flus biex jinvestigaw ksur materjali potenzjali u biex titlobhom jikkunsidraw azzjonijiet immirati - bħal sanzjonijiet;", "jiżgura l-konformità tas-superviżuri nazzjonali ta' kontra l-ħasil tal-flus mar-regoli tal-UE u kooperazzjoni xierqa ma' superviżuri prudenzjali.", "Is-setgħat eżistenti tal-ABE se jissaħħu sabiex, bħala l-aħħar tentattiv jekk l-awtoritajiet nazzjonali ma jaġixxux, l-ABE tkun tista' tindirizza deċiżjonijiet direttament lil operaturi individwali tas-settur finanzjarju.", "itejjeb il-kwalità tas-superviżjoni permezz ta' standards komuni, rieżamijiet perjodiċi tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u valutazzjonijiet tar-riskju;", "jippermetti li jkun jista' jsir ġbir ta' informazzjoni dwar ir-riskji u x-xejriet ta' kontra l-ħasil tal-flus u trawwem l-iskambju ta' tali informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali (hekk imsejħa ċentri tad-data);", "jiffaċilita l-kooperazzjoni ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE dwar każijiet transfruntiera;", "jistabbilixxi kumitat permanenti ġdid li jlaqqa' flimkien l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali ta' kontra l-ħasil tal-flus;", "Isir użu sħiħ tal-għodod superviżorji eżistenti", "Il-Kummissjoni qiegħda wkoll tippreżenta strateġija biex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet prudenzjali u dawk ta' kontra l-ħasil tal-flus.", "Hija titlob lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, u, b'mod partikolari, lill-ABE, biex tadotta gwida li tgħin lis-superviżuri prudenzjali fl-integrazzjoni tal-aspetti ta' kontra l-ħasil tal-flus fl-għodod varji tagħhom u biex tiġi żgurata konverġenza superviżorja.", "Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jikkonkludi mas-superviżuri ta' kontra l-ħasil tal-flus memorandum ta' ftehim multilaterali dwar l-iskambju ta' informazzjoni sal-10 ta' Jannar 2019 - bħalma titlob il-ħames Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus.", "Il-passi li jmiss", "Il-proposta tal-lum biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea issa se tiġi diskussa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Dawn l-emendi mmirati se jiġu inklużi fid-diskussjonijiet li għaddejjin tal-proposta tal-Kummissjoni għal rieżami tar-Regolamenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), adottati mill-Kummissjoni f'Settembru 2017, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tal-ASE biex tiġi żgurata superviżjoni finanzjarja konverġenti u effettiva.", "Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jilħqu ftehim dwar dawn il-proposti malajr.", "Sfond", "Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija prijorità tal-Kummissjoni Juncker, u hija parti integrali tal-aġenda tat-tnaqqis tar-riskju segwita mill-Unjoni Bankarja u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "L-adozzjoni tar-raba' - fis-seħħ minn Ġunju 2017 - u tal-ħames Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus - fis-seħħ mid-9 ta' Lulju 2018 u li se tiġi trasposta sa Jannar 2020 - saħħet konsiderevolment il-qafas regolatorju tal-UE, inklużi r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u s-superviżuri prudenzjali.", "Il-Kummissjoni qed issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni korretta tar-4 Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus, inkluż permezz ta' proċeduri ta' ksur fejn meħtieġ.", "Minkejja dan il-qafas leġiżlattiv imsaħħaħ, xi każijiet riċenti ta' ħasil tal-flus f'banek Ewropej taw lok għal tħassib dwar l-artikolazzjoni bejn ir-regoli prudenzjali u r-regoli kontra l-ħasil tal-flus għall-istituzzjonijiet finanzjarji.", "Dan it-tħassib ġie mtenni mill-Kunsill, mill-Ministri tal-Finanzi, l-aktar riċentement mill-President tal-Grupp tal-Euro, Centeno, fl-ittra tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2018 lill-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk.", "Id-dikjarazzjoni u l-pjan direzzjonali Franko-Ġermaniż Meseberg li nħarġu fid-19 ta' Ġunju 2018 jenfasizzaw ukoll din il-kwistjoni.", "F'Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet grupp ta' ħidma li jlaqqa' flimkien l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-President tal-Kumitat ta' Kontra l-Ħasil tal-Flus, biex jirriflettu dwar azzjonijiet possibbli biex jiżguraw kooperazzjoni bla skossi bejn is-superviżuri tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u s-superviżuri prudenzjali fl-Unjoni Ewropea.", "Għal aktar informazzjoni", "MEMORANDUM", "L-Istat tal-Unjoni 2018", "Subpaġna relatata mal-ekonomija"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_61", "title": "Il-Kummissjoni tirrevoka “l-karta s-safra” lit-Tajlandja b'rikonoxximent tal-azzjonijiet tagħha kontra s-sajd illegali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MARAFFISH", "date": "Mon, 07 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea ħassret lit-Tajlandja mil-lista tal-“pajjiżi mwissija” b'rikonoxximent tal-progress tagħha fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.", "Illum il-Kummissjoni rrikonoxxiet li t-Tajlandja rnexxielha tindirizza n-nuqqasijiet fis-sistemi legali u amministrattivi tas-sajd tagħha.", "Għalhekk, il-Kummissjoni qed tirrevoka l-hekk imsejħa “karta safra”, li ilha fis-seħħ minn April tal-2015, u li dak iż-żmien kienet twissija mill-UE li l-pajjiż ma kienx qed jindirizza biżżejjed is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat.", "Id-Deċiżjoni tal-lum treġġa' lura l-ewwel pass ta' proċess li seta' wassal għal projbizzjoni sħiħa fuq l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd tal-baħar fl-UE mit-Tajlandja.", "Il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Karmenu Vella, qal: “Is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat jagħmel il-ħsara lill-istokkijiet tal-ħut madwar id-dinja, iżda barra minn hekk jolqot fil-laħam il-ħaj lil min jaqla' l-għajxien tiegħu mill-baħar, speċjalment lil dawk li diġà qegħdin fuq x-xifer tal-faqar.", "Għalhekk il-ġlieda kontra s-sajd illegali hija prijorità għall-UE.", "Illum ninsab ferħan ħafna li għandna sieħeb ġdid impenjat f'din il-ġlieda.”", "Minn mindu ngħatat il-karta s-safra, il-Kummissjoni u t-Tajlandja ħadu sehem fi proċess kostruttiv ta' kooperazzjoni u djalogu.", "Dan wassal għal titjib kbir fil-governanza Tajlandiża tas-sajd bi qbil mal-impenji internazzjonali tal-pajjiż.", "It-Tajlandja emendat il-qafas legali tas-sajd tagħha biex tikkonforma mal-istrumenti tal-liġi internazzjonali dwar il-baħar.", "Saħħet il-konformità mal-obbligi tagħha bħala Stat kostali, Stat tal-bandiera, tal-port, u tas-suq, fosthom billi daħħlet definizzjonijiet ċari fil-leġiżlazzjoni tagħha u waqqfet sistema ta' sanzjonijiet deterrenti.", "Barra minn hekk, saħħet il-mekkaniżmi tal-kontroll tal-flotta tas-sajd nazzjonali u tejbet is-sistemi ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza.", "Dan jinkludi l-monitoraġġ mill-bogħod tal-attivitajiet tas-sajd u skema robusta ta' spezzjonijiet fil-port.", "B'dawn il-miżuri, l-awtoritajiet Tajlandiżi issa għandhom fis-seħħ il-politiki kollha meħtieġa biex jipprevenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat.", "It-Tajlandja għandha rwol ċentrali fil-katina internazzjonali tal-provvista tal-prodotti tas-sajd.", "L-industrija Tajlandiża tal-ipproċessar hi żviluppata ħafna u tiddependi fuq materja prima mill-Oċean Indjan u mill-Oċean Paċifiku.", "Bħala parti fil-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istati tal-Port tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, it-Tajlandja saħħet il-kontrolli fuq il-ħatt l-art minn bastimenti tas-sajd barranin fil-portijiet Tajlandiżi u żiedet il-kooperazzjoni mal-Istati tal-bandiera fl-Oċean Indjan u fl-Oċean Paċifiku.", "Għalhekk, it-tisħiħ tas-sistemi legali u amministrattivi tas-sajd fit-Tajlandja jista' joħloq effett multiplikatur fuq is-sostenibbiltà globali tar-riżorsi tas-sajd.", "Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll l-isforzi li għamlet it-Tajlandja biex tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin u biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tas-sajd.", "Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, flimkien mal-awtoritajiet Tajlandiżi, indirizzaw l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol sfurzat fl-industrija tas-sajd, iżda dawn mhumiex parti mid-djalogu bilaterali dwar is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat.", "Dan l-aħħar it-Tajlandja ħabbret ir-ratifika tal-Konvenzjoni Nru 188 dwar ix-Xogħol fis-Sajd (C188) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u kienet l-ewwel pajjiż fl-Asja li ħadet dan il-pass.", "Il-Kummissjoni tifraħ lill-Gvern Tajlandiż għall-impenn tiegħu u lesta biex tkompli tappoġġa lit-Tajlandja fl-ambizzjoni ddikjarata tagħha li tkun ta' eżempju għar-reġjun kollu, anki permezz tad-Djalogu UE-Tajlandja dwar ix-xogħol.", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mat-Tajlandja fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, u biex tippromwovi kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti fl-industrija tas-sajd.", "Kuntest", "Il-valur globali tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat (IUU) huwa stmat għal bejn 10 u 20 biljun ewro fis-sena.", "Kull sena jinqabdu bejn 11 u 26 miljun tunnellata ħut b'mod illegali, dan ifisser mill-inqas 15 % tal-qabdiet madwar id-dinja.", "L-UE hija l-akbar importatur tal-prodotti tas-sajd fid-dinja.", "Il-ġlieda kontra s-sajd illegali hija parti mill-impenn tal-UE biex tiżgura l-użu sostenibbli tal-baħar u tar-riżorsi tiegħu, skont il-politika komuni tas-sajd.", "Apparti minn hekk, hija pilastru importanti tal-istrateġija tal-UE dwar il-governanza tal-oċeani, u l-mira hi li titjieb il-governanza internazzjonali tal-oċeani.", "Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq ir-Regolament tal-UE dwar “is-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Regolat”, li daħal fis-seħħ fl-2010[1].", "Dan l-istrument jiżgura li fis-suq tal-UE jidħlu biss prodotti tas-sajd li jkunu ġew iċċertifikati bħala legali.", "L-għan ewlieni tal-proċess tal-UE kontra s-sajd IUU, jiġifieri s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat hu li jsir djalogu ma' pajjiżi terzi u li dawn jingħataw l-appoġġ.", "Dawn id-djalogi ħafna drabi jwasslu biex l-UE jkollha sħab ġodda impenjati fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.", "F'Novembru tal-2012, il-Kummissjoni bdiet djalogi formali ma' 25 pajjiż terz (b'identifikazzjoni minn qabel jew bil-“karta s-safra”), li kienu ngħataw twissija li jeħtieġ jieħdu azzjoni effettiva biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat.", "Meta jiġi nnutat li jkun sar progress sinifikanti, il-Kummissjoni ttemm id-djalogu (tneħħilhom l-istatus ta' identifikazzjoni minn qabel jew tagħtihom “il-karta l-ħadra”).", "S'issa ftit huma l-pajjiżi li ma wrewx biżżejjed impenn għar-riformi.", "Minħabba f'hekk, il-prodotti tas-sajd li jinqabdu minn bastimenti ta' dawn il-pajjiżi ma jistgħux jiġu importati fl-UE (identifikazzjoni u elenkar jew “il-karta l-ħamra”).", "Għal aktar informazzjoni", "Memo dwar is-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Regolat b'mod ġenerali u fit-Tajlandja", "Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tas-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Regolat ma' pajjiżi terzi", "[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux Regolat."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_161", "title": "L-Istati Uniti huma l-fornitur prinċipali tal-fażola tas-sojja fl-Ewropa, b'importazzjonijiet li żdiedu b' 112 %", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,PRESIDENCY", "date": "Sun, 06 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["L-importazzjonijiet ta' fażola tas-sojja tal-Istati Uniti mill-Unjoni Ewropea żdiedu b'112 % matul is-sena tas-suq attwali (Lulju-Diċembru 2018), meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena ta' qabel.", "B'sehem ta' 75 % tal-importazzjonijiet ta' fażola tas-sojja fl-UE, l-Istati Uniti għadhom il-fornitur numru wieħed tal-Ewropa.", "Min-naħa l-oħra, l-Ewropa għadha d-destinazzjoni ewlenija tal-esportazzjonijiet ta' fażola tas-sojja tal-Istati Uniti (28 %), segwita mill-Arġentina (10 %) u mill-Messiku (9 %).", "Din hija parti mill-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta maqbula bejn il-Presidenti Juncker u Trump f'Lulju 2018.", "Fid-Dikjarazzjoni Konġunta, iż-żewġ naħat qablu li jżidu l-kummerċ f'diversi oqsma u prodotti, b'mod partikolari l-fażola tas-sojja.", "B'riżultat ta' dan, issa l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tippubblika regolarment iċ-ċifri dwar l-importazzjonijiet tal-UE.", "Dawn l-aħħar żviluppi sinifikanti fit-tieni nofs tal-2018 jikkontribwixxu għall-konsolidazzjoni tal-pożizzjoni mexxejja tal-Istati Uniti fil-forniment ta' fażola tas-sojja għall-UE għas-sena kalendarja kollha, ferm quddiem il-Brażil, il-fornitur prinċipali tradizzjonali tal-Ewropa.", "Fl-2018 (minn Jannar sa Diċembru), 50 % tal-importazzjonijiet tal-Ewropa oriġinaw mill-Istati Uniti u 36 % mill-Brażil (37 % fl-2017).", "Huwa mistenni li l-importazzjonijiet Ewropej ta' fażola tas-sojja tal-Istati Uniti se jkomplu jiżdiedu iktar wara d-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni Ewropea biex tniedi l-proċess għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-fażola tas-sojja tal-Istati Uniti għall-bijofjuwils.", "Ir-rapport tal-lum juri li:", "F'Diċembru 2018, il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar id-deċiżjoni li jiġi awtorizzat l-użu tal-fażola tas-sojja tal-Istati Uniti għall-bijofjuwils fl-Ewropa.", "Skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, “il- Protokoll ta' Garanzija tas-Sostenibbiltà tal-Fażola tas-Sojja tal-Istati Uniti” ippreżentata mill-esportaturi tal-Istati Uniti tissodisfa r-rekwiżiti obbligatorji ta' sostenibbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-UE biex il-fażola tas-sojja tintuża fil-bijofjuwils.", "L-abbozz tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni ġie ppubblikat biex jingħata feedback dwaru sas-16 ta' Jannar fuq is-sit web dwar Regolamentazzjoni Aħjar u għandu jiġi adottat fil-ġimgħat li ġejjin, biex b'hekk l-esportaturi tal-Istati Uniti jkunu jistgħu jkomplu jiddiversifikaw is-swieq Ewropej tagħhom filwaqt li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.", "Sfond", "L-UE timporta madwar 14-il miljun tunnellata ta' fażola tas-sojja fis-sena bħala sors ta' proteina biex jingħalfu l-annimali tagħna, fosthom it-tiġieġ, il-ħnieżer u l-bhejjem tal-ifrat, kif ukoll għall-produzzjoni tal-ħalib.", "Inzerta li l-fażola tas-sojja mill-Istati Uniti hija alternattiva ta' għalf attraenti ħafna għall-importaturi u għall-utenti Ewropej minħabba l-prezzijiet kompetittivi tagħha.", "Id-data inkluża fir-rapport ippubblikat illum dwar il-fażola tas-sojja ġejja mill-Osservatorju tas-Suq tal-Għelejjel li l-Kummissjoni Ewropea varat f'Lulju 2017 biex tikkondividi d-data dwar is-suq u l-analiżi fuq medda qasira ta' żmien sabiex tiżgura iktar trasparenza.", "Għal iktar informazzjoni", "Anness"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_924", "title": "Il-Mediterran tal-Punent: azzjonijiet favur l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MARAFFISH", "date": "Tue, 18 Apr 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi inizjattiva ġdida għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu fir-reġjun tal-Mediterran tal-Punent.", "Dan ir-reġjun ikopri ċentri ekonomiċi ewlenin bħall-bliet ta' Barċellona, Marsilja, Napli u Tuneż.", "Huwa jinkludi wkoll postijiet turistiċi bħall-Gżejjer Baleariċi, Sqallija u Korsika.", "F'dan ir-reġjun hemm pressjoni kbira fuq il-bijodiversità tal-baħar u rapport li ħarġu dan l-aħħar ix-xjenzati taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka wera li fl-aħħar ħamsin sena nofs il-bijodiversità li kien hemm fih intilfet.", "Barra minn hekk, dan l-aħħar kien hemm ukoll tħassib marbut mas-sigurtà u mas-sikurezza f'dan ir-reġjun minħabba ż-żieda fil-migrazzjoni min-Nofsinhar għat-Tramuntana.", "Din l-inizjattiva se tippermetti lill-pajjiżi tal-UE u lill-ġirien tagħhom jaħdmu flimkien biex iżidu s-sigurtà u s-sikurezza fil-qasam marittimu, biex jippromwovu tkabbir blu u impjiegi sostenibbli u biex jippreservaw l-ekosistemi u l-bijodiversità.", "Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: “Għal miljuni ta' turisti, il-Mediterran tal-Punent iġibilhom memorji sbieħ.", "Bħall-miljuni l-oħra li jgħixu f'dan ir-reġjun, huma jifhmu r-rabta fraġli li hemm bejn il-konservazzjoni tal-ħabitats u tat-tradizzjonijiet nazzjonali u l-iżgurar tal-vijabbiltà ekonomika.", "L-ekonomija l-blu hija importanti għal kull wieħed mill-pajjiżi involuti, u dawn irrikonoxxew is-saħħa li hemm fil-ħidma flimkien”.", "Johannes Hahn, il-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, qal: “Din l-inizjattiva reġjonali l-ġdida tirrikonoxxi u tisfrutta l-potenzjal ekonomiku tal-Baħar Mediterran u ta' xtutu sabiex tkompli tgħin it-tkabbir ekonomiku u tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi u eventwalment għall-istabbilizzazzjoni tar-reġjun.", "Dan huwa pass importanti lejn koordinazzjoni u kooperazzjoni aktar mill-qrib fost il-pajjiżi parteċipanti.”", "L-inizjattiva hija r-riżultat ta' snin ta' djalogu bejn għaxar pajjiżi mir-reġjun tal-Mediterran tal-Punent li huma lesti jaħdmu flimkien fuq dawn l-interessi komuni għar-reġjun.", "Dawn il-pajjiżi huma ħames Stati Membri tal-UE (Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja u Malta) u ħames pajjiżi sħab tan-Nofsinhar (l-Alġerija, il-Libja, il-Mawritanja, il-Marokk u t-Tuneżija).", "L-għanijiet tal-inizjattiva", "Bit-trawwim tal-kooperazzjoni bejn l-għaxar pajjiżi kkonċernati, l-inizjattiva għandha tliet għanijiet ewlenin:", "Ġew identifikati n-nuqqasijiet u l-isfidi u ġew stabbiliti għadd ta' prijoritajiet u azzjonijiet immirati għal kull għan.", "Il-prijoritajiet għall-Għan Nru 1 jinkludu l-kooperazzjoni bejn il-gwardji kostali nazzjonali u r-rispons għall-inċidenti u għat-tixrid taż-żejt.", "L-azzjonijiet speċifiċi se jiffukaw fuq l-immodernizzar tal-infrastruttura għall-monitoraġġ tat-traffiku, il-kondiviżjoni tad-dejta u l-bini tal-kapaċità.", "Il-prijoritajiet għall-Għan Nru 2 jinkludu s-sejbien ta' sorsi ġodda tad-dejta, il-bijoteknoloġija u t-turiżmu kostali.", "Għall-Għan Nru 3, il-prijorità tingħata lill-ippjanar spazjali, l-għarfien dwar il-baħar, il-konservazzjoni tal-ħabitats u s-sajd sostenibbli.", "L-inizjattiva se tiġi ffinanzjata mill-fondi u mill-istrumenti finanzjarji eżistenti reġjonali, nazzjonali, tal-UE u internazzjonali, li se jiġu kkoordinati ma' xulxin u jkunu jikkumplimentaw lil xulxin.", "Dan se jagħtiha ċertu saħħa u jgħinha tattira fondi minn investituri pubbliċi u privati oħrajn.", "Din l-inizjattiva għall-iżvilupp sostenibbli tal-Mediterran tal-Punent hija eżempju ieħor tas-suċċess tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.", "Bilkemm għaddew tliet ġimgħat minn meta l-UE żgurat impenn ta' għaxar snin biex jiġu salvati l-istokkijiet tal-ħut fil-Mediterran.", "Tmien Stati Membri (Spanja, Franza, l-Italja, Malta, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Greċja u Ċipru) u seba' pajjiżi terzi (il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, l-Eġittu, it-Turkija, l-Albanija u l-Montenegro) huma involuti fid-Dikjarazzjoni MedFish4Ever, li ġiet iffirmata fit-30 ta' Marzu minn rappreżentanti ministerjali tal-Mediterran kemm mill-kosti tat-Tramuntana kif ukoll tan-Nofsinhar.", "Dawn iż-żewġ proġetti se jgħinu lil xulxin fil-ħarsien tal-ġid ekoloġiku u ekonomiku tar-reġjun.", "Sfond", "L-inizjattiva hija bbażata fuq l-esperjenza twila tal-Kummissjoni b'rabta mal-istrateġiji dwar il-baċiri tal-baħar u mal-istrateġiji makroreġjonali (bħall-Istrateġija Ewropea għall-Atlantiku, l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku).", "Hija bbażata wkoll fuq aktar minn għoxrin sena ta' ħidma fi ħdan id-Djalogu 5+5, li ħoloq rabtiet b'saħħithom bejn il-pajjiżi parteċipanti.", "Barra minn hekk, l-inizjattiva tibni wkoll fuq politiki oħrajn tal-UE marbutin ma' dan ir-reġjun, bħall-prijoritajiet tar-Reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Komunikazzjoni ta' dan l-aħħar dwar il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani.", "L-inizjattiva qed tiġi ppreżentata f'żewġ dokumenti.", "Dawn huma Komunikazzjoni li tiddeskrivi l-isfidi ewlenin, in-nuqqasijiet u s-soluzzjonijiet possibbli u Qafas ta' Azzjoni li jippreżenta l-prijoritajiet, l-azzjonijiet u l-proġetti identifikati fid-dettall, b'miri kwantitattivi u skadenzi biex jiġi mmonitorjat il-progress maż-żmien.", "Xi azzjonijiet jafu jestendu lil hinn sew mill-pajjiżi kkonċernati u anki lil hinn mis-sottobaċir.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni", "Il-Qafas ta' Azzjoni", "MEMO/17/1001", "Id-Dikjarazzjoni MedFish4Ever", "Il-governanza tal-oċeani", "It-tkabbir blu"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_1001", "title": "Il-Mediterran tal-Punent: azzjonijiet favur l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MARAFFISH", "date": "Tue, 18 Apr 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-inizjattiva tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu fil-Mediterran tal-Punent.", "Għalfejn għandna bżonn inizjattiva għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu fil-Mediterran tal-Punent?", "Il-Baħar tal-Mediterran tal-Punent huwa għani ħafna f'termini tar-riżorsi naturali, tal-assi kulturali u tad-diversità tal-popli u tal-postijiet li fih.", "Hemm potenzjal enormi biex jiġu żviluppati d-diversi oqsma tal-ekonomija marittima.", "Iżda minkejja dawn il-vantaġġi kbar, ir-reġjun qed jiffaċċja għadd ta' sfidi li jwasslu għal nuqqas ta' stabbiltà ġeopolitika fih.", "Dawn jinkludu kriżi ekonomika u finanzjarja li ilha għaddejja ħafna, b'rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'diversi pajjiżi, urbanizzazzjoni kostali dejjem tikber, l-isfruttament żejjed tal-istokkijiet tal-ħut, it-tniġġis tal-baħar u wkoll il-kriżi tar-refuġjati.", "Barra minn hekk, it-tibdil fil-klima lil dan ir-reġjun jaffettwah ħafna, u ż-żieda fil-livell tal-baħar hija theddida serja għall-ekosistemi u għall-ekonomiji kostali.", "Fatturi oħrajn bħat-tkabbir u t-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-migrazzjoni u globalizzazzjoni dejjem akbar żgur li se jkomplu jżidu dawn il-pressjonijiet.", "Kif inħolqot l-inizjattiva għall-Mediterran tal-Punent?", "Din l-inizjattiva għall-Mediterran tal-Punent issegwi d-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ekonomija l-Blu li l-Unjoni għall-Mediterran approvat fis-17 ta' Novembru 2015, u li stiednet lill-pajjiżi parteċipanti jesploraw il-valur miżjud u l-fattibbiltà ta' strateġiji marittimi xierqa fil-livell sottoreġjonali, u jibnu fuq l-esperjenza li nkisbet fi ħdan id-Djalogu 5+5.", "F'Ottubru tal-2016, flimkien mas-Segretarjat tal-Unjoni għall-Mediterran, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Alġerija, ta' Franza, tal-Italja, tal-Libja, ta' Malta, tal-Mawritanja, tal-Marokk, tal-Portugall, ta' Spanja u tat-Tuneżija ħeġġew li titwettaq aktar ħidma fuq inizjattiva għall-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija l-blu.", "L-inizjattiva hija r-riżultat ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet nazzjonali, is-Segretarjat tal-Unjoni għall-Mediterran, il-partijiet ikkonċernati tar-reġjun u organizzazzjonijiet reġjonali bħal, pereżempju, il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, il-Pjan ta' Azzjoni għall-Mediterran u l-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi tal-Ewropa.", "Il-proċess beda fi Frar tal-2016 u laħaq il-qofol tiegħu sena wara permezz ta' Konferenza tal-Partijiet Ikkonċernati li saret f'Barċellona.", "Liema pajjiżi huma involuti f'din l-inizjattiva?", "L-ambitu ġeografiku ta' din l-istrateġija jissejjes fuq is-sottobaċir tal-Mediterran tal-Punent u jolqot lil għaxar pajjiżi, li nofshom huma Stati Membri tal-UE (Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja u Malta) u nofshom mhumiex (l-Alġerija, il-Libja, il-Mawritanja, il-Marokk u t-Tuneżija).", "Minħabba li l-inizjattiva tolqot kemm lil pajjiżi tal-UE u kemm lil pajjiżi li huma sħab tagħha, trid tiġi approvata politikament kemm mill-UE u kemm mill-Unjoni għall-Mediterran.", "L-inizjattiva se tkun miftuħa għal pajjiżi oħra?", "L-ambitu tal-azzjonijiet ta' din l-inizjattiva u l-benefiċċji potenzjali tagħha jafu jestendu faċilment lil hinn mis-sottobaċir tal-Mediterran tal-Punent.", "Iż-żoni tal-baħar u ż-żoni kostali huma sistemi interkonnessi u għalhekk, skont il-ħtiġijiet li jkunu jridu jiġu indirizzati, l-azzjonijiet jistgħu jinvolvu sħab fil-Mediterran Ċentrali u fl-Atlantiku tal-Grigal u se jibqgħu miftuħin għal sħab oħrajn ukoll.", "X'inhuma l-għanijiet u l-miri ewlenin ta' din l-inizjattiva?", "Billi trawwem il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-għaxar pajjiżi, l-inizjattiva għandha l-għan li żżid is-sigurtà u s-sikurezza, li tippromwovi t-tkabbir blu u l-impjiegi sostenibbli u li tippreserva l-ekosistemi u l-bijodiversità fir-reġjun tal-Mediterran tal-Punent.", "Għalhekk hija tiffoka fuq tliet għanijiet ewlenin (spazju marittimu b'aktar sigurtà u sikurezza, ekonomija blu intelliġenti u reżiljenti, u governanza aħjar tal-baħar) u tipproponi għadd ta' azzjonijiet prijoritarji biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.", "Qafas ta' Azzjoni jidentifika n-nuqqasijiet li jridu jiġu indirizzati u l-valur miżjud potenzjali tal-azzjonijiet proposti.", "Din l-inizjattiva kif inhi marbuta mal-politiki tal-UE?", "X'oqsma se tkopri?", "Minflok ma toħloq leġiżlazzjoni ġdida, l-għan ta' din l-inizjattiva huwa li tilħaq il-prijoritajiet tal-Kummissjoni (“Spinta ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment”, “Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti li jkollha Politika dwar it-Tibdil tal-Klima li Tħares lejn il-Futur”, “Lejn Politika Ġdida dwar il-Migrazzjoni” u “Attur Globali Aktar b'Saħħtu”) billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera fir-reġjun u trawwem il-konformità mal-liġijiet tal-UE.", "Qed tingħata attenzjoni speċjali biex ikun hemm aktar sinerġija fost il-fondi eżistenti u biex ikun hemm approċċ integrat li jiġbor flimkien il-linji politiċi differenti u li jgħaqqad sew bejniethom lill-politiki u lill-inizjattivi tal-UE.", "L-inizjattiva tikkumplimenta d-Dikjarazzjoni MedFish4Ever (li ġiet iffirmata f'Malta fit-30 ta' Marzu 2017), li tistabbilixxi programm ta' ħidma ddettaljat għall-għaxar snin li ġejjin sabiex jiġu salvati l-istokkijiet tal-ħut tal-Mediterran u jitħares il-ġid ekoloġiku u ekonomiku tar-reġjun.", "Min se jibbenefika minn din l-inizjattiva?", "Il-partijiet ikkonċernati kollha tar-reġjun se jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, fosthom l-amministrazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali, l-universitajiet, ir-raggruppamenti marittimi, l-istituzzjonijiet tat-taħriġ, in-negozji, l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, is-sajjieda, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-investituri u wkoll in-nies li jgħixu f'dan ir-reġjun.", "Kif se tiġi ffinanzjata din l-inizjattiva?", "L-inizjattiva se tiġi ffinanzjata mill-fondi u mill-istrumenti finanzjarji eżistenti reġjonali, nazzjonali, tal-UE u internazzjonali.", "Skont stima konservattiva, hemm mill-inqas 4 biljun ewro disponibbli biex tiġi implimentata din l-inizjattiva.", "Barra minn hekk, l-UE qed tipprevedi li toħloq mekkaniżmu ta' assistenza speċifiku għall-Mediterran tal-Punent u li tniedi sejħiet immirati biex tippromwovi r-raggruppamenti marittimi, l-Ippjanar Spazjali Marittimu u l-kooperazzjoni bejn l-istituti tat-taħriġ marittimu u bejn il-komunitajiet kostali b'rabta mas-sajd fuq skala żgħira fir-reġjun, u li talloka madwar 10 miljun ewro għal dan.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill japprovaw din il-Komunikazzjoni.", "Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jipprovdu l-Opinjoni tagħhom dwar din l-inizjattiva.", "Il-pajjiżi parteċipanti wkoll se jkollhom jagħmlu l-parti tagħhom u jiddefinixxu struttura ta' governanza biex tmexxi 'l din l-inizjattiva u timplimentaha.", "Abbażi tar-rapporti ta' dawn il-pajjiżi, il-Kummissjoni mbagħad, sal-2022, se tibgħat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-inizjattiva lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_963", "title": "L-importazzjonijiet tal-prodotti organiċi soġġetti għal sistema ġdida tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni elettronika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Mon, 17 Apr 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Minn għada, tibda tapplika sistema ġdida ta' ċertifikazzjoni elettronika sabiex jiġu mmonitorjati aħjar l-importazzjonijiet tal-prodotti organiċi.", "B'hekk, l-UE se ssir mexxejja globali fit-traċċabbiltà u fil-ġbir ta' dejta affidabbli dwar il-kummerċ f'dawn il-prodotti.", "Din is-sistema ta' ċertifikazzjoni elettronika hija pijuniera fil-qasam tagħha u se tikkontribwixxi għat-titjib tad-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza tal-ikel u għat-tnaqqis tal-frodi potenzjali.", "Se tnaqqas ukoll il-piż amministrattiv għall-operaturi u l-awtoritajiet, u tipprovdi dejta statistika wisq aktar komprensiva dwar l-importazzjonijiet organiċi.", "Sew il-karti sew iċ-ċertifikazzjoni elettronika se jintużaw għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' 6 xhur.", "Mid-19 ta' Ottubru 2017, l-importazzjonijiet organiċi se jkunu koperti biss miċ-ċertifikazzjoni elettronika.", "Il-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan qal: “L-impenn tagħna lejn ċertifikazzjoni u miżuri ta' spezzjoni stretti huwa komponent importanti tal-istandards tal-UE għas-sikurezza tal-ikel.", "Dawn l-istandards għoljin għamluna l-aħjar indirizz fid-dinja għall-ikel, iżda rridu nkomplu nistinkaw biex insibu modi ġodda u aħjar biex nagħmlu dejjem aktar.", "Dawn ir-regoli l-ġodda se jtejbu t-traċċabbiltà tal-prodotti organiċi, li huwa suq importanti li qed jikber kulma jmur.”", "F'termini prattiċi, il-bidliet se jeħtieġu ż-żieda ta' dawn iċ-ċertifikati ta' importazzjoni fis-sistema TRACES li hija s-sistema elettronika eżistenti tal-UE għat-traċċar tal-movimenti tal-prodotti tal-ikel madwar l-Unjoni.", "Is-sistema hija aċċessibbli 24/7 u hija magħrufa li tiffaċilita l-kummerċ billi tgħin lis-sħab kummerċjali u lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu faċilment l-informazzjoni dwar il-movimenti tal-kunsinni tagħhom, kif ukoll billi tħaffef il-proċeduri amministrattivi.", "Wriet ukoll li hija għodda indispensabbli li tiffaċilita r-reazzjoni rapida għat-theddidiet għas-saħħa billi tittraċċa l-movimenti tal-kunsinni u tiffaċilita l-ġestjoni tar-riskju tal-kunsinni rrifjutati.", "Sfond", "Wara rakkomandazzjonijiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u talba mill-Istati Membri biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-monitoraġġ tal-movimenti tal-prodotti organiċi u l-konsistenza tal-verifiki tal-importazzjoni, ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jtejbu t-traċċabbiltà tal-prodotti organiċi u li jnaqqsu l-frodi potenzjali.", "Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1842 ġie ppubblikat fl-14 ta' Ottubru 2016, u emenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fir-rigward taċ-ċertifikat elettroniku ta' spezzjoni għall-prodotti organiċi importati u ċertu elementi oħra, u r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-prodotti organiċi preservati jew proċessati u t-trażmissjoni tal-informazzjoni.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Aktar dwar il-biedja organika fl-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_1903", "title": "Id-dominju tal-internet “.eu” issa huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 09 Dec 2009 23:00:00 GMT", "text": ["IP/09/1903", "Brussell, l-10 ta' Diċembru 2009", "Id-dominju tal-internet “.eu” issa huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE", "Mil-lum 'il quddiem, iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet Ewropej jistgħu jirreġistraw ismijiet tas-siti elettroniċi .eu billi jużaw karattri mit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Dan ifisser li r-reġistranti jistgħu jużaw ismijiet Griegi jew Ċirilliċi bħalma huma www. διαδίκτυο .eu jew www.роуминг.eu .", "Dan sar possibbli bis-saħħa ta' regoli ġodda tal-UE adottati mill-Kummissjoni f'Ġunju 2009 ( IP/09/1044 ).", "“Ismijiet Internazzjonalizzati tad-Dominji tad-'.eu', id-Dominju Ewropew tal-Ogħla Livell, huma pass kbir lejn internet tassew globali, u fl-istess ħin lokali.", "Ħafna utenti tal-internet ġejjin minn pajjiżi li fihom il-lingwi ma humiex ibbażati fuq l-alfabett Latin, mill-‘a saz-z' , u naturalment ikunu jridu jużaw l-alfabetti tagħhom,” qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni.", "“It-tnedija ta' ismijiet internazzjonali tad-dominji taħt id-.eu tkompli taqdi dejjem aktar il-ħtiġijiet ta' Ewropa multilingwi u multikulturali.”", "L-Ismijiet Internazzjonalizzati tad-Dominji (IID) huma ismijiet ta' dominji li fihom karattri oħra flimkien mas-26 karattru tal-alfabett Latin “a” saz-“z”, in-numri “0” sad-“9” u s-“-”.", "Sal-lum, dawk li jirreġistraw ismijiet ta' dominji taħt id-“.eu” setgħu jagħmlu dan biss permezz ta' sett limitat ta' karattri, iżda issa hemm firxa wiesgħa ta' karattri differenti użati fid-diversi lingwi uffiċjali tal-UE li jistgħu jiġu rreġistrati.", "Il-Kummissjoni ddeċidiet li d-dominju Ewropea tal-ogħla livell .eu għandu joffri l-karattri mil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE ( IP/09/1044 ).", "L-IIDs huma mod biex dan jitħalla jsir.", "Issa se jkun possibbli li jiġu rreġistrati taħt id-“.eu” ismijiet li fihom ikun hemm karattri bħall-“à”, “ą”, “ä”, “ψ” jew “д”.", "Iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet Ewropej se jkunu jistgħu jirreġistraw ismijiet tad-dominju bl-ittri li ma jinstabux fl-alfabett Latin, li hi ħaġa essenzjali għal lingwi bħall-Grieg u l-Bulgaru.", "Apparti minn hekk, dawk li jitkellmu bl-Ispanjol u bil-Bask jistgħu jirreġistraw ismijiet bl-\"ñ\", filwaqt li dawk li jitkellmu bil-Franċiż, bil-Portugiż u bil-Katalan jistgħu jużaw l-ittra \"ç\".", "Il-multilingwiżmu ilu aspett importanti ħafna tad-“.eu” minn meta fetħu r-reġistrazzjonijiet fl-2006.", "Il-qafas legali jipprevedi, pereżempju, li r-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji .eu u l-komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet rigward ir-reġistrazzjoni għandhom ikunu possibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità.", "Tipprovdi wkoll għar-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominji fil-karattri alfabetiċi kollha tal-lingwi uffiċjali.", "Il-passi li jmiss", "Mil-lum 'il quddiem, ismijiet taħt id-Dominju tal-Ogħla Livell .eu se jibbenefikaw minn Isem Internazzjonalizzat tad-Dominju.", "Pereżempju fl-europa.eu, “.eu” huwa d-dominju tal-ogħla livell filwaqt li “europa” huwa l-isem irreġistrat taħt dan id-Dominju tal-Ogħla Livell.", "Il-Kummissjoni qiegħda taħdem ukoll biex jiġu introdotti varjanti internazzjonalizzati tal-ismijiet tad-dominji fuq l-ogħla livell għad-.eu (eż. “eu” bil-karattri Griegi jew Ċirilliċi) malajr kemm jista' jkun.", "Il-Kummissarju Reding infurmat lis-CEO tal- ICANN (il-Korporazzjoni tal-Internet għal Ismijiet u Numri Assenjati), Rod Beckstrom dwar il-pjanijiet tal-Kummissjoni fil-Forum dwar il-Governanza tal-Internet f'Novembru ( IP/09/1717 ).", "Meta l-ICANN tapprova ismijiet internazzjonali tad-dominji fuq l-Ogħla Livell għad-.eu, ir-reġistranti tal-UE se jkunu jistgħu jirreġistraw indirizz sħiħ tal-internet bil-karattri tagħhom (eż. kemm “europa” kif ukoll “.eu”).", "L-isfond", ".eu huwa d-dominju tal-ogħla livell tal-Europa, stabbilit mill-UE imma operat mill-organizzazzjoni privata li ma toperax bi skopijiet ta' qligħ, il- EURid .", "Dan il-konsorzju ta' reġistri Belġjani, Ċeki, Taljani, Żvediżi u Sloveni beda l-operazzjonijiet .eu fl-2005.", "Sal-lum, jeżistu aktar minn 3 miljun isem ta' dominji .eu ( IP/09/536 )", "Għal aktar tagħrif", "MEMO/08/218", "Annex", "Ten largest top level domains by number of registered domain names (as of 30 September 2009)", "TLD", "Number of registered domains", ".com", "82 467 859", ".de", "13 077 091", ".cn", "12 545 589", ".net", "12 477 730", ".org", "7 840 201", ".uk", "7 826 095", ".info", "5 282 857", ".nl", "3 523 290", ".eu (*)", "2 991 205", ".biz", "2 370 874", "Source: EURid", "Number of .eu domains by country (as of 30 September 2009)", "Country", "Number of .eu domains", "Austria", "76 846", "Belgium", "91 334", "Bulgaria", "10 420", "Cyprus", "52 795", "Czech Republic", "87 382", "Denmark", "38 166", "Estonia", "8 146", "Finland", "15 389", "France", "267 678", "Germany", "922 344", "Greece", "26 231", "Hungary", "29 822", "Ireland", "50 311", "Italy", "164 049", "Latvia", "5 599", "Lithuania", "9 499", "Luxembourg", "26 929", "Malta", "3 759", "Netherlands", "417 892", "Poland", "163 465", "Portugal", "11 986", "Romania", "20 003", "Slovakia", "19 849", "Slovenia", "6 605", "Spain", "71 529", "Sweden", "75 452", "United Kingdom", "309 766", "Source: EURid", "Growth of .eu domains 2007-2009 by country of residence of registrants", "Country", "Growth of .eu domains 2007-2009*", "Austria", "+ 17 %", "Belgium", "+ 9 %", "Bulgaria", "+ 87 %", "Cyprus", "- 42 %", "Czech Republic", "+ 49 %", "Denmark", "- 8 %", "Estonia", "+ 35 %", "Finland", "+ 20 %", "France", "+ 39 %", "Germany", "+ 7 %", "Greece", "+ 28 %", "Hungary", "+ 36 %", "Ireland", "+ 82 %", "Italy", "+ 20 %", "Latvia", "- 23 %", "Lithuania", "+ 73 %", "Luxembourg", "+ 87 %", "Malta", "- 81 %", "Netherlands", "+ 15 %", "Poland", "+ 60 %", "Portugal", "+ 9 %", "Romania", "+ 41%", "Slovakia", "+ 56 %", "Slovenia", "+ 44 %", "Spain", "+ 17 %", "Sweden", "- 21 %", "United Kingdom", "- 18 %", "EU", "+ 10 %", "*from 31.12.2007 to 30.09.2009.", "Source: EURid"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_594", "title": "Il-Konsumaturi: Ir-Rapport Annwali\nRAPEX tal-2008 juri żieda fin-numru ta' prodotti perikolużi li\nqed jinstabu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Sun, 19 Apr 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/594", "Brussell, 20 ta' April 2009", "Il-Kummissarju għall-Affarijiet tal-Konsumatur Meglena Kuneva qalet: \"Dan ir-rapport jibgħat messaġġ ċar ħafna li ma hemmx lok għal kompjaċenza fejn tidħol is-sikurezza.", "L-akbar sfida għall-2009 hija li niżguraw li s-sikurezza tal-prodott ma tkunx imwarrba f'dan il-perjodu ta' kriżi finanzjarja, li n-negozji jibqgħu jirrispettaw l-obbligi tagħhom lejn il-konsumaturi u li l-Istati Membri jallokaw riżorsi biżżejjed għall-infurzar.", "Is-sikurezza mhijiex lussu.", "Dan ir-rapport jistabbilixxi b'mod ċar l-isfidi sinifikanti li qed inħabbtu wiċċna magħhom u jibgħat sinjal ċar li ma hemm l-ebda lok għal tnaqqis fl-ispejjeż jew qtugħ għad-dritt fejn tidħol is-sikurezza.", "Għall-kuntrarju, fi żminijiet ta' kriżi ekonomika meta l-prezz isir fattur importanti fin-nefqa tal-konsumatur, neħtieġu li nżidu l-isforzi tagħna u nżommu l-viġilanza għolja.\"", "In-numru ta' prodotti perikolużi nnotifikati għadu qed jikber", "In-numru totali ta' notifiki mqassma permezz tas-sistema tar-RAPEX tela' gradwalment mill-2004 (meta d-Direttiva Ġenerali dwar is-Sikurezza tal-Prodott, li hija bażi legali għar-RAPEX, ġiet trasposta f'liġijiet nazzjonali mill-Istati Membri).", "F'din il-ħames sena, in-numru ta' notifiki kkwadruplika minn 468 (fl-2004) għal 1 866 (fl-2008).", "Fl-2008, in-numru ta' notifiki telgħa b'16 % meta mqabbel mal-2007.", "Iż-żieda fin-notifiki tar-RAPEX tista' tiġi attribwita għal infurzar aktar effettiv tas-sikurezza tal-prodott mill-awtoritajiet nazzjonali, għarfien aħjar fost in-negozji dwar l-obbligi tagħhom, kooperazzjoni msaħħa ma' pajjiżi terzi, u azzjonijiet ta' ħolqien ta' netwerks fost l-Istati Membri kkoordinati mill-Kummissjoni Ewropea.", "Il-pajjiżi kollha jikkontribwixxu għar-RAPEX", "Il-pajjiżi kollha tal-UE ipparteċipaw fis-sistema tar-RAPEX billi sabu u nnotifikaw prodotti ġodda li huma perikolużi u żguraw ruħhom li kien hemm azzjonijiet ta' segwitu xierqa għall-informazzjoni miksuba.", "Tnax minnhom żiedu aktar l-attivitajiet tagħhom fis-sistema u nnotifikaw aktar prodotti perikolużi mill-2007.", "Il-pajjiżi li għamlu l-aktar notifiki kienu l-Ġermanja (205 notifiki), Spanja (163 notifika), is-Slovakkja (140 notifika), il-Greċja (132 notifika) u l-Ungerija (129 notifika).", "Notifiki mibgħuta minn dawn il-pajjiżi jirrappreżentaw 50 % tan-notifiki kollha mibgħuta permezz tas-sistema dwar prodotti li huma ta' riskju serju.", "Ġugarelli, tagħmir elettriku tad-dar u vetturi bil-mutur jinsabu fil-quċċata tal-lista", "Fl-2008, ġugarelli (498 notifika), tagħmir tal-elettriku tad-dar (169 notifika) u vetturi bil-mutur (160 notifika) waħidhom ammontaw għal 53 % tan-notifiki fuq prodotti li huma ta' riskju serju.", "Dawn ir-riżultati huma skont ir-riżultati tar-RAPEX mill-2007.", "Fl-2008 prodotti tat-tessuti inklużi ħwejjeġ (b'140 notifika) saru r-raba' kategorija ta' prodotti li huma l-aktar innotifikati b'mod frekwenti – permezz tar-RAPEX.", "Żieda fin-numru ta' notifiki dwar prodotti ta' oriġini Ċiniża", "B'kollox, fl-2008, 909 notifiki dwar prodotti li huma ta' riskju serju mibgħuta permezz tas-sistema tar-RAPEX kienu jikkonċernaw prodotti mmanifatturati fiċ-Ċina.", "In-numru ta' prodotti ta' oriġini Ċiniża nnotifikati permezz tar-RAPEX żdied fl-2008 għal 59 % minn 52 % fl-2007.", "It-tendenza li dejjem tikber għandha titqies fil-kuntest ta' numru ta' fatturi, bħal: żieda fl-importazzjonijiet ta' oġġetti miċ-Ċina lejn l-UE, l-iffokar ta' azzjonijiet ta' infurzar fuq prodotti ta' oriġini Ċiniża meħuda f'livell nazzjonali, kooperazzjoni aktar effettiva bejn l-UE u ċ-Ċina.", "Ir-rapport juri li l-awtoritajiet Ċiniżi qed jadottaw dejjem aktar miżuri restrittivi fuq is-suq tagħhom, abbażi tal-informazzjoni tar-RAPEX ippovduta permezz tal-applikazzjoni \"RAPEX-CHINA\" (stabbilita f'Settembru 2006).", "Il-miżuri korrettivi meħuda mill-awtoritajiet Ċiniżi huma kkomunikati lill-Kummissjoni fuq bażi ta' sistema ta' rapport kull tliet xhur introdotta fl-2007.", "Minn mindu ġiet stabbilita l-applikazzjoni, AQSIQ investigat 669 notifika tar-RAPEX.", "Fi 352 każ (53 %) investigazzjonijiet irriżultaw f'miżuri preventivi jew restrittivi (eż. projbizzjoni/waqfien tal-esportazzjoni, tisħiħ fis-superviżjoni fuq il-manifattur/esportatur Ċiniż) li ġew adottati jew mill-AQSIQ jew volontarjament mill-manifattur/esportatur Ċiniż.", "Għal aktar informazzjoni, ara: MEMO/09/167", "U http://ec.europa.eu/consumers/safety/rapex/index_en.htm"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_15_5156", "title": "Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar it-trasparenza tat-taxxa fuq il-kumpaniji", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB,TAXCUAA", "date": "Tue, 16 Jun 2015 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi konsultazzjoni pubblika dwar it-trasparenza tat-taxxa fuq il-kumpaniji, bħala parti minn eżami usa’ tal-prattiki tat-taxxa fuq il-kumpaniji fl-UE.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi konsultazzjoni pubblika dwar it-trasparenza tat-taxxa fuq il-kumpaniji fl-UE.", "Din il-konsultazzjoni għandha l-għan li tiskopri jekk il-fatt li l-kumpaniji jiġu obbligati jiżvelaw aktar informazzjoni dwar it-taxxi li jħallsu jistax jgħin biex jiġu indirizzati l-evitar tat-taxxa u l-prattiki fiskali aggressivi fl-UE.", "Pereżempju, il-kumpaniji jistgħu jiġu obbligati jiżvelaw l-għadd ta’ taxxi li jħallsu f’kull pajjiż fejn joperaw.", "Il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa min-naħa tal-kumpaniji hija prijorità ewlenija ta’ din il-Kummissjoni.", "Il-konsultazzjoni hija parti mill-Pjan ta’ Azzjoni usa’ dwar Tassazzjoni Ġusta u Effiċjenti tal-Kumpaniji li wkoll qed jiġi ppreżentat illum.", "Din il-ħidma tal-Kummissjoni tkompli l-impenji li ħadu l-mexxejja tal-G20, li wegħdu li jiżguraw li l-awtoritajiet tat-taxxa jiskambjaw b’mod liberu l-informazzjoni dwar il-kumpaniji multinazzjonali l-kbar, inkluż ir-rappurtar pajjiż pajjiż tagħhom.", "Xi kumpaniji bħalissa jiġġeneraw profitti kbar fis-Suq Uniku, iżda ftit li xejn iħallsu taxxa fl-UE, jew ma jħallsu xejn fiha.", "Xi kumpaniji multinazzjonali huma kapaċi jużaw ippjanar aggressiv tat-taxxa, diskrepanzi nazzjonali u lakuni legali minħabba l-preżenza tagħhom f’diversi ġuriżdizzjonijiet.", "L-użu ta’ strutturi korporattivi kumplessi tagħhom ta’ sikwit ipoġġi lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (l-SMEs) fi żvantaġġ.", "Dan jista’ jfixkel ukoll il-kompetizzjoni, ipoġġi lir-rivali tagħhom li jkunu iżgħar minnhom fi żvantaġġ u jitfa’ lill-kumpaniji tal-UE u dawk li mhumiex tal-UE f’kompetizzjoni ma’ xulxin fis-Suq Uniku.", "Bħalissa jeżistu rekwiżiti tat-trasparenza għall-banek skont ir-Raba’ Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (DRK IV) (IP/14/1229) u għall-industriji estrattivi u tal-qtugħ tas-siġar il-kbar skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità(IP/11/1238, MEMO/13/540), fil-forma ta’ rappurtar pajjiż pajjiż.", "Il-konsultazzjoni tal-lum għandha l-għan li tivvaluta jekk l-estensjoni ta’ obbligi tal-iżvelar pubbliku ta’ dan it-tip għal kumpaniji multinazzjonali f’setturi oħra tistax tgħin biex jiġi indirizzat l-evitar tat-taxxa.", "Il-fatt li wieħed jobbliga lil xi kumpanija tiżvela aktar informazzjoni dwar l-affarijiet fiskali tagħha — jew lill-awtoritajiet tat-taxxa jew lill-pubbliku permezz tar-rapporti annwali tagħha - se jgħin biex jinxteħet dawl fuq prattiki dannużi marbutin mat-taxxa.", "Il-fatt li jkun hemm iktar trasparenza probabbli jservi ta’ inċentiv ukoll biex il-kumpaniji jħallsu s-sehem ġust tagħhom tat-taxxa fil-pajjiż fejn jagħmlu l-profitti.", "Barra minn hekk, trasparenza akbar tista’ tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jikkontribwixxu għal kompetizzjoni iktar effiċjenti u ġusta b’rabta mat-taxxa.", "Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżiti għal iktar trasparenza mingħajr biżżejjed salvagwardji jistgħu jwasslu biex tiġi ppubblikata ċerta informazzjoni kummerċjali li hija sensittiva.", "Dan jista’ jkun ta’ detriment għall-kumpaniji, speċjalment jekk il-kompetituri tagħhom li jinsabu barra l-UE ma jkunux qed jagħmlu l-istess.", "Wieħed irid iqis sew dawn il-fatturi kollha, flimkien ma’ fatturi oħrajn, meta jikkunsidra jekk hemmx bżonn jittieħdu iktar passi jew le.", "SFOND", "Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistema iktar Ġusta tat-Taxxa fuq il-Kumpaniji li ġie żvelat illum għandu l-għan li jirriforma t-tassazzjoni tal-kumpaniji fl-UE.", "Dan il-pjan jistabbilixxi sensiela ta’ inizjattivi biex jiġi indirizzat l-evitar tat-taxxa, biex jiġi żgurat dħul sostenibbli u biex jitrawwem ambjent tan-negozju aħjar fis-Suq Uniku.", "Meħudin flimkien, dawn il-miżuri se jtejbu b’mod sinifikanti l-ambjent tat-taxxa fuq il-kumpaniji fl-UE, u se jagħmluh iktar ġust, iktar effiċjenti u iktar tajjeb għat-tkabbir ekonomiku.", "F’Settembru tal-2013, il-G20 approva wkoll pjan ta’ azzjoni biex ikun żgurat li l-profitti jiġu intaxxati fil-post fejn jiġu ġġenerati.", "L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (l-OECD) qiegħda tikkoordina wkoll ħidma biex jiġu indirizzati l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (il-BEPS).", "L-inizjattiva marbuta mal-BEPS, li mhix vinkolanti għall-Istati Membri, tinkludi rakkomandazzjonijiet imfasslin biex iżidu t-trasparenza, inkluż ir-rekwiżit għall-intrapriżi multinazzjonali li jirrappurtaw lill-awtoritajiet tat-taxxa abbażi tar-rappurtar pajjiż pajjiż.", "STADJI EWLENIN", "Tnedija tal-konsultazzjoni pubblika", "is-17 ta’ Ġunju 2015", "Għeluq tal-konsultazzjoni pubblika", "id-9 ta’ Settembru 2015", "Wieħed jista’ jsib it-test tal-konsultazzjoni pubblika hawn."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_785", "title": "Jidħol fis-seħħ il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Wed, 30 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Ġappun jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019.", "Issa, in-negozji u l-konsumaturi madwar l-Ewropa u fil-Ġappun jistgħu jieħdu vantaġġ mill-akbar żona ta' kummerċ miftuħ fid-dinja.", "@ add copyrigth here 2019", "Cecilia Malmström, il-Kummissarju għall-Kummerċ, qalet: “Dan il-ftehim għandu kollox: jelimina t-tariffi u jikkontribwixxi għar-regoli globali, filwaqt li fl-istess ħin juri lid-dinja li aħna t-tnejn konvinti mill-benefiċċji ta' kummerċ miftuħ.", "Mill-1 ta' Frar, il-kumpaniji Ewropej se jibbenefikaw mit-tneħħija tat-tariffi u proċeduri doganali simplifikati.", "Il-manifatturi tagħna, il-fornituri tas-servizzi tagħna, in-negozji teknoloġiċi ġodda tagħna u l-bdiewa tagħna kollha għandhom x'jiċċelebraw.", "Jien kburija wkoll li għall-ewwel darba daħħalna l-impenji tagħna tal-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima fi ftehim kummerċjali, kif ukoll stabbilejna standards għoljin għad-drittijiet tal-ħaddiema u għall-protezzjoni tal-konsumaturi.", "Wittejna t-triq għal spinta sinifikanti fil-kummerċ bejnietna, li min-naħa l-oħra toħloq l-impjiegi u tbaxxi l-prezzijiet.", "Issa f'idejn in-negozji u l-individwi biex jibbenefikaw bl-aħjar mod li jistgħu mill-opportunitajiet kummerċjali l-ġodda.", "Nafdaw ukoll fl-Istati Membri kollha tal-UE biex ixerrdu kemm jifilħu dan il-messaġġ.”", "Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika jneħħi l-maġġoranza vasta tal-€1 biljun ta' dazji mħallsa kull sena mill-kumpaniji tal-UE li jesportaw lejn il-Ġappun.", "Ladarba l-ftehim jiġi implimentat bis-sħiħ, il-Ġappun tkun neħħiet id-dazji doganali fuq 97% tal-prodotti impurtati mill-UE.", "Il-ftehim ineħħi wkoll għadd ta' ostakli mhux tariffarji li ilhom hemm, pereżempju billi japprova standards internazzjonali fuq il-karozzi.", "Se jneħħi wkoll ostakli għall-esportaturi ewlenin tal-UE għall-ikel u x-xorb għal 127 miljun konsumatur Ġappuniż u se jżid l-opportunitajiet tal-esportazzjoni f'firxa ta' setturi oħrajn.", "Il-kummerċ annwali bejn l-UE u l-Ġappun jista' jiżdied bi kważi €36 biljun ladarba l-ftehim jiġi implimentat bis-sħiħ.", "L-UE u l-Ġappun qablu li jistabbilixxu standards ambizzjużi dwar l-iżvilupp sostenibbli, u għall-ewwel darba t-test jinkludi impenn speċifiku għall-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima.", "Il-partijiet ewlenin tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika", "Fir-rigward tal-esportazzjonijiet agrikoli mill-UE, il-ftehim, b'mod partikolari:", "Il-ftehim jiżgura wkoll il-ftuħ tas-swieq tas-servizzi, b'mod partikolari s-servizzi finanzjarji, il-kummerċ elettroniku, it-telekomunikazzjoni u t-trasport.", "Barra minn hekk, huwa:", "Il-ftehim jinkludi wkoll kapitolu komprensiv dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; jinkludi elementi speċifiċi ta' simplifikazzjoni għan-negozji żgħar u medji; jistabbilixxi standards għoljin ħafna tax-xogħol, tas-sigurtà, tal-protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur; isaħħaħ l-impenji tal-Ġappun u tal-UE dwar l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima u jissalvagwardja bis-sħiħ is-servizzi pubbliċi.", "Rigward il-protezzjoni tad-data, fit-23 ta' Jannar ta' din is-sena l-UE u l-Ġappun adottaw deċiżjonijiet biex jippermettu li d-data personali tgħaddi b'mod liberu u sigur bejn iż-żewġt isħab.", "Huma qablu li jirrikonoxxu s-sistemi ta' protezzjoni tad-data ta' xulxin bħala “ekwivalenti”, b'hekk tinħoloq l-akbar żona dinjija ta' fluss sikur tad-data.", "Mill-1 ta' Frar, parti kbira minn ftehim ieħor – il-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun – jibda japplika wkoll fuq bażi provviżorja.", "Dan il-Ftehim, li ġie ffirmat f'Lulju tas-sena l-oħra flimkien mal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, huwa l-ewwel ftehim qafas bilaterali li qatt sar bejn l-UE u l-Ġappun u jsaħħaħ is-sħubija ġenerali billi jipprovdi qafas ġenerali għal kooperazzjoni politika u settorjali u azzjonijiet konġunti mtejba dwar kwistjonijiet ta' interess komuni, inkluż dwar sfidi reġjonali u globali.", "Il-Ftehim se jidħol fis-seħħ ladarba jiġi ratifikat mill-istati Membri kollha tal-UE.", "Il-passi li jmiss", "Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika issa daħal fis-seħħ.", "Biex tqis l-ewwel xhur ta' implimentazzjoni, l-ewwel laqgħa tal-kumitat bejn l-UE u l-Ġappun se ssir f'April 2019.* Rigward il-kwistjoni parallela tal-protezzjoni tal-investiment, qed ikomplu n-negozjati mal-Ġappun dwar is-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-istandards u l-protezzjoni tal-investiment, b'laqgħa tal-Kapijiet Negozjaturi skedata għal Marzu.", "L-impenn sod fuq iż-żewġ naħat huwa li tintlaħaq konverġenza fin-negozjati dwar il-protezzjoni tal-investiment mill-aktar fis possibbli, fid-dawl tal-impenn kondiviż tagħhom favur ambjent tal-investiment stabbli u sigur fl-Ewropa u fil-Ġappun.", "Għal aktar informazzjoni", "MEMO dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika", "Sit web iddedikat li jinkludi:", "Skeda Informattiva dwar il-Ftehim ta' Sħubija Strateġika", "Il-midja soċjali: @Trade_EU", "*Aġġornat fis-06/02/2019 fl-09:50"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_701", "title": "Is-sostenibbiltà: Il-Kummissjoni tippreżenta dokument ta' riflessjoni dwar Ewropa aktar sostenibbli sal-2030", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Tue, 29 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Bħala parti mid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, varat permezz tal-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni llum qed tippubblika Dokument ta' Riflessjoni dwar Ewropa Sostenibbli sal-2030.", "Id-dokument tal-lum, imħabbar bħala segwitu tad-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 huwa parti mill-impenn sod tal-UE li tikseb ir-riżultati marbutin mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.", "Billi jeżamina l-firxa ta' sfidi għall-Ewropa u jippreżenta xenarji illustrattivi għall-futur, id-dokument għandu l-għan li jmexxi d-diskussjoni dwar kif l-aħjar li dawn l-għanijiet jinkisbu u kif inhu l-aħjar mod li bih l-Unjoni Ewropea tista' tikkontribwixxi sal-2030.", "Billi jibnu fuq dak li nkiseb fl-aħħar snin, dawn ix-xenarji jenfasizzaw li hija meħtieġa aktar azzjoni jekk l-UE u d-dinja jridu jiżguraw futur sostenibbli fl-interess tal-benesseri taċ-ċittadini.", "Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, qal: “L-iżvilupp sostenibbli jibda u jispiċċa bin-nies, minħabba li l-punt tiegħu huwa li jagħmel l-ekonomija u s-soċjetà sostenibbli u prosperi fl-istess ħin.", "Nagħmlu hekk biex inkunu nistgħu nkomplu bil-mod ta' għajxien tagħna u ntejbu l-benesseri ta' wliedna u wlied uliedna f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza, ambjent naturali f'saħħtu, u ekonomija b'saħħitha, ekoloġika, u inklużiva.", "Il-kompitu tagħna mhuwa xejn inqas milli jkollna dinja għal kulħadd.", "L-Ewropa tista', u għandha tmexxina f'din it-triq 'il quddiem.”", "Jyrki Katainen, il-Viċi President għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Is-sostenibbiltà hija parti mid-DNA Ewropew.", "Din tfisser li rridu niżguraw li l-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom opportunitajiet daqsna jew aħjar minna, filwaqt li nirrispettaw ir-riżorsi limitati tal-pjaneta tagħna.", "Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa jgħin billi jinvolvi lis-settur privat u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Finanzi Sostenibbli jiffaċilita l-ħolqien ta' suq ġdid għall-investimenti sostenibbli.", "Billi nimmodernizzaw is-soċjetajiet tagħna b'mod inklużiv, billi nħaddnu l-ekonomija ċirkolari bis-sħiħ u ngawdu mill-benefiċċji ta' teknoloġiji ġodda bħall-intelliġenza artifiċjali, nistgħu naħdmu favur in-newtralità f'termini ta' impatt fuq il-klima u niżguraw li l-pjaneta tagħna tkun fi stat aħjar għal uliedna.”", "Tul is-snin, l-UE saret mexxejja globali fis-sostenibbiltà billi għandha l-ogħla standards soċjali u ambjentali, u billi ppromwoviet il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u kunċetti innovattivi bħall-ekonomija ċirkolari.", "Il-Kummissjoni ta' Juncker integrat il-prijoritajiet marbutin mal-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tagħha mill-bidu tal-mandat tagħha.", "Madankollu, bħall-bqija tad-dinja, l-UE qed tħabbat wiċċha ma' sfidi kumplessi, dejjem jinbidlu, u urġenti, b'mod partikolari marbutin mad-dejn ekoloġiku tagħha u t-tibdil fil-klima, it-tibdil demografiku, il-migrazzjoni, l-inugwaljanza, il-konverġenza ekonomika u soċjali, u l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi.", "Barra minn hekk, it-tentazzjonijiet li qed jixirfu ta' iżolazzjoniżmu u nazzjonaliżmu huma sinjal li hemm wisq Ewropej li ma jħossuhomx protetti biżżejjed f'din id-dinja li qed tinbidel.", "Dawn il-fatti innegabbli ma għandhomx jimlewna bil-biża', iżda minflok għandhom jispirawna biex nieħdu azzjoni.", "Id-Dokument ta' Riflessjoni tal-lum jiffoka fuq il-pedamenti ewlenin tal-politika tat-tranżizzjoni għas-sostenibbiltà, li jinkludu li nimxu minn ekonomija lineari għal waħda ċirkolari, li nikkoreġu l-iżbilanċi li għandna fis-sistema tal-ikel tagħna, li nagħmlu l-enerġija, il-bini u l-mobilità tagħna adattati għall-futur, u li niżguraw li din it-tranżizzjoni tkun ġusta u li ma teskludi lil ebda persuna jew post. Id-dokument jikkonċentra wkoll fuq il-faċilitaturi orizzontali, li jenħtieġ li jirfdu t-tranżizzjoni għas-sostenibbiltà, li jinkludu l-edukazzjoni, ix-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; il-finanzi, l-ipprezzar, it-tassazzjoni u l-kompetizzjoni; il-kondotta kummerċjali responsabbli, ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u mudelli ġodda tan-negozju; kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli; koerenza tal-politika u l-governanza fil-livelli kollha.", "Id-dokument jispiċċa billi jenfasizza li nwittu t-triq għat-tranżizzjoni għas-sostenibbiltà globalment, minħabba li l-politiki tagħna se jkollhom impatt limitat fuq il-pjaneta jekk ħaddieħor jitmexxa minn politiki opposti.", "Id-Dokument ta' Riflessjoni tal-lum jippreżenta tliet xenarji biex jistimulaw id-diskussjoni dwar kif għandu jsir segwitu tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fl-UE.", "Dawn ix-xenarji huma illustrattivi: huma maħsuba biex joffru ideat differenti u jixprunaw dibattitu u ħsieb.", "L-eżitu eventwali aktarx ikun kombinazzjoni ta' ċerti elementi minn kull wieħed minnhom.", "It-tliet xenarji huma:", "Sfond", "Fil-25 ta' Settembru 2015, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat sett ta' 17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli biex jintemm il-faqar, titħares il-pjaneta, u tiġi żgurata l-prosperità għal kulħadd bħala parti minn aġenda għall-iżvilupp sostenibbli ġdida, l-“Aġenda 2030”.", "Kull wieħed mis-17-il għan għandu miri speċifiċi (169 b'kollox) li għandhom jintlaħqu sal-2030.", "L-UE kienet forza ewlenija wara l-adozzjoni tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha.", "Fit-22 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar “Il-Passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli” b'risposta għall-Aġenda 2030.", "Il-Komunikazzjoni ppreżentat stampa ta' dak li qed tagħmel l-UE biex tikkontribwixxi għall-Aġenda 2030 billi tissottolinja l-politiki ewlenin tal-UE għal kull wieħed mis-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli.", "Hija spjegat ukoll kif l-10 prijoritajiet ta' din il-Kummissjoni għall-perjodu bejn l-2014 u l-2019 jikkontribwixxu għall-Aġenda globali 2030.", "Il-Kummissjoni ħabbret ukoll it-tnedija ta' pjattaforma Ewropea f'livell għoli b'bosta partijiet ikkonċernati, preseduta mill-Ewwel Viċi President Timmermans, bi rwol fil-ħidma ta' segwitu u l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.", "Fit-13 ta' Settembru 2017, il-President, fl-ittra ta' intenzjoni tiegħu li akkumpanjat id-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, ħabbar li kien se jkun hemm Dokument ta' Riflessjoni intitolat “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030” dwar is-segwitu għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, inkluż dwar il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.", "Id-dokument ta' riflessjoni tal-lum huwa akkumpanjat minn sett ta' annessi li janalizzaw il-prestazzjoni u l-miżuri riċenti li ttieħdu mill-UE b'rabta mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.", "Il-kontribuzzjoni tal-pjattaforma ta' livell għoli b'bosta partijiet ikkonċernati tal-UE hija mehmuża wkoll.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030", "Dokument ta' riflessjoni: Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030", "Annessi tad-dokument ta' riflessjoni tal-lum:", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Rapport tal-UE tal-2019 dwar Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp", "White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (1 ta' Marzu 2017) u dokumenti ta' riflessjoni preċedenti", "Rapport ta' monitoraġġ tal-Eurostat dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli", "Pjaneta nadifa għal kulħadd: strateġija għal Ewropa newtrali għall-klima sal-2050"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_743", "title": "It-Tħejjija għall-Brexit: Il-Kummissjoni Ewropea tadotta sett finali ta' miżuri ta' kontinġenza f'każ ta' \"ebda ftehim\" għall-istudenti tal-Erasmus+, għar-regoli ta' koordinament tas-sigurtà soċjali u għall-baġit tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BREXIT", "date": "Tue, 29 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Minħabba r-riskju dejjem jikber li r-Renju Unit jista' jħalli l-UE fit-30 ta' Marzu ta' din is-sena mingħajr ftehim (xenarju ta' \"ebda ftehim\"), illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat sett finali ta' proposti ta' kontinġenza fil-qasam tal-programm Erasmus+, fil-qasam tal-koordinament tas-sigurtà soċjali u fil-qasam tal-baġit tal-UE.", "Dan isegwi s-sejħiet mill-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) f'Novembru u f'Diċembru 2018 biex tiġi intensifikata l-ħidma fil-livelli kollha, u l-adozzjoni fid-19 ta' Diċembru 2018 tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza tal-Kummissjoni, inklużi bosta miżuri leġiżlattivi, u l-proposti ta' kontinġenza tal-ġimgħa l-oħra għas-sajd fl-UE.", "Dawn iżidu mal-ħidma estensiva ta' tħejjija li l-Kummissjoni ilha għaddejja biha minn Diċembru 2017, kif stabbilit fil-Komunikazzjonijiet ta' tħejjija preċedenti.", "Il-miżuri tal-lum jiżguraw li f'każ ta' xenarju ta' \"ebda ftehim\":", "- Iż-żgħażagħ mill-UE u mir-Renju Unit li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm Erasmus+ fit-30 ta' Marzu 2019 ikunu jistgħu jikkompletaw il-permanenza tagħhom mingħajr interruzzjoni;", "- L-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE jkomplu jqisu l-perjodi tal-assigurazzjoni, tal-impjiegi (indipendenti) jew tar-residenza fir-Renju Unit qabel il-ħruġ, meta jikkalkulaw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, bħall-pensjonijiet;", "- Il-benefiċjarji mir-Renju Unit ta' finanzjament mill-UE jkunu jistgħu jkomplu jirċievu ħlasijiet skont il-kuntratti attwali tagħhom, bil-kundizzjoni li r-Renju Unit ikompli jonora l-obbligi finanzjarji tiegħu skont il-baġit tal-UE.", "Din il-kwistjoni hija separata mis-saldu finanzjarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Importanti li wieħed jinnota, li dawn il-miżuri mhumiex - u ma jistgħux - itaffu l-impatt kumplessiv ta' xenarju ta' \"ebda ftehim\", u lanqas ma jikkumpensaw b'xi mod għan-nuqqas ta' tħejjija jew jirreplikaw il-benefiċċji kollha ta' sħubija fl-UE jew it-termini favorevoli ta' kwalunkwe perjodu ta' tranżizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.", "Il-proposti tal-lum huma ta' natura temporanja, b'kamp ta' applikazzjoni limitat u se jkunu adottati unilateralment mill-UE.", "Huma jqisu d-diskussjonijiet mal-Istati Membri.", "Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fil-ħidma ta' tħejjija tagħhom u intensifikat l-isforzi tagħha, pereżempju billi organizzat żjarat fil-bliet kapitali kollha tal-UE27.", "Erasmus+ huwa wieħed mill-programmi ewlenin tal-UE.", "Fit-30 ta' Marzu, se jkun hemm 14 000 żagħżugħ mill-UE27 (fosthom studenti, apprendisti f'edukazzjoni għolja u f'edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, żgħażagħ jitgħallmu, u persunal edukattiv) fir-Renju Unit bis-saħħa tal-programm Erasmus+ u 7 000 parteċipant bħal dawn mir-Renju Unit fl-UE27.", "F'xenarju ta' \"ebda ftehim\", dawn ma jkunux jistgħu jikkompletaw is-semestru tal-Erasmus+ tagħhom u jistgħu ma jibqgħux eliġibbli għall-għotjiet.", "Il-proposta tal-lum għandha l-għan li dan tirrimedjah billi tiżgura li f'xenarju bħal dan, l-istudenti u l-apprendisti barra pajjiżhom li jkunu qed jieħdu sehem fl-Erasmus+ fil-mument tal-ħruġ tar-Renju Unit ikunu jistgħu jikkompletaw l-istudji tagħhom u jkomplu jirċievu l-finanzjament jew l-għotjiet rilevanti.", "Il-Kummissjoni għamlitha konsistentement ċara li d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u tal-persuni bin-nazzjonalità tar-Renju Unit fl-UE huma l-prijorità tagħna.", "Ma għandhomx ibatu l-konsegwenzi huma għall-Brexit.", "Il-proposta tal-lum tiżgura li f'xenarju ta' \"ebda ftehim\", l-intitolamenti ta' dawk il-persuni li eżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu qabel il-ħruġ tar-Renju Unit jiġu ssalvagwardjati.", "Dawn l-intitolamenti jinkludu perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg (indipendenti) jew residenza fir-Renju Unit qabel il-ħruġ.", "Pereżempju, dan ifisser li jekk ċittadin tal-UE27 ikun ħadem għal 10 snin fir-Renju Unit qabel il-Brexit, dan il-perjodu għandu jitqies meta l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tal-UE fejn jirtira jikkalkulaw id-drittijiet għall-pensjoni tiegħu.", "Ir-Regolament propost jiżgura li l-Istati Membri jkomplu japplikaw il-prinċipji ewlenin tal-koordinament tas-sigurtà soċjali tal-UE, partikolarment il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament, tal-assimilazzjoni u tal-aggregazzjoni.", "Il-proposta tal-lum ma tirreplika bl-ebda mod il-vantaġġi sinifikanti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, kif maqbul fl-14 ta' Novembru.", "Hija ma tkoprix id-drittijiet akkumulati wara d-29 ta' Marzu 2019, u lanqas ma tkopri l-esportabilità ta' benefiċċji fi flus, il-provvista kontinwa ta' benefiċċji tal-mard in natura u r-regoli dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli.", "Kif enfasizzat f'ħafna okkażjonijiet, l-impenji kollha meħuda mit-28 Stat Membru għandhom jiġu onorati mit-28 Stat Membru.", "Dan hu minnu wkoll f'xenarju ta' \"ebda ftehim\", fejn ir-Renju Unit ikun mistenni jkompli jonora l-impenji kollha li jkunu saru waqt is-sħubija fl-UE.", "Il-proposta tal-lum tippermetti li f'xenarju ta' \"ebda ftehim\", l-UE tkun f'pożizzjoni li tonora l-impenji tagħha u li tkompli tagħmel pagamenti fl-2019 lill-benefiċjarji mir-Renju Unit għall-kuntratti ffirmati u d-deċiżjonijiet meħuda qabel it-30 ta' Marzu 2019, bil-kundizzjoni li r-Renju Unit jonora l-obbligi tiegħu skont il-baġit tal-2019 u jaċċetta l-verifiki u l-kontrolli tal-awditjar neċessarji.", "Dan jgħin itaffi l-impatt sinifikanti ta' xenarju ta' \"ebda ftehim\" għal firxa wiesgħa ta' oqsma li jirċievu finanzjament mill-UE, bħar-riċerka, l-innovazzjoni jew l-agrikoltura.", "Din il-kwistjoni hija separata mis-saldu finanzjarju bejn l-UE u r-Renju Unit f'xenarju ta' ebda ftehim u mingħajr preġudizzju għalih.", "Il-Kummissjoni Ewropea se taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill biex tiżgura l-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi proposti sabiex ikunu fis-seħħ sat-30 ta' Marzu 2019.Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li huwa importanti li l-atti delegati jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.", "Fl-14 ta' Novembru 2018, in-negozjaturi tal-Kummissjoni u tar-Renju Unit qablu dwar it-termini tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.", "Fit-22 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni approvat il-Ftehim dwar il-Ħruġ mitmum.", "Fil-25 ta' Novembru 2018, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) approva l-Ftehim dwar il-Ħruġ u stieden lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ftehim ikun jista' jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Marzu 2019 biex jipprovdi għal ħruġ b'mod ordnat.", "Ir-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fir-Renju Unit bħalissa għadha inċerta.", "Fil-5 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.", "Biex il-Ftehim dwar il-Ħruġ jidħol fis-seħħ, il-Kunsill issa jrid jawtorizza l-iffirmar tat-test f'isem l-Unjoni u mbagħad il-Parlament Ewropew irid jagħti l-kunsens tiegħu qabel ma jiġi konkluż mill-Kunsill.", "Il-Ftehim dwar il-Ħruġ ikollu jiġi ratifikat mir-Renju Unit, f'konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tiegħu stess.", "Ir-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tibqa' l-għan u l-prijorità tal-Kummissjoni.", "Kif enfasizzat fl-ewwel Komunikazzjoni dwar it-tħejjija għall-Brexit tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2018, irrispettivament mix-xenarju previst, l-għażla tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea se tikkawża tfixkil sinifikanti.", "Għaldaqstant, jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati, kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE, iħejju għal żewġ xenarji prinċipali possibbli:", "Matul din is-sena, il-Kummissjoni ppubblikat 88 avviż ta' tħejjija speċifiċi għas-settur biex tinforma lill-pubbliku bil-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit fin-nuqqas ta' kwalunkwe Ftehim dwar il-Ħruġ.", "Dawn huma disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.", "Bil-proposta tal-lum, il-Kummissjoni issa għamlet 18-il proposta leġiżlattiva fil-kuntest tal-ħidma għat-tħejjija u l-kontinġenza għall-Brexit.", "Il-Kummissjoni kellha diskussjonijiet tekniċi wkoll mal-Istati Membri tal-UE27 kemm fuq kwistjonijiet ġenerali ta' tħejjija kif ukoll fuq passi ta' tħejjija speċifiċi settorjali, legali u amministrattivi.", "Is-slides użati f'dawn is-seminars tekniċi jinsabu online.", "Il-Kummissjoni bdiet iżżur ukoll is-27 Stat Membru tal-UE biex tiżgura li l-ippjanar ta' kontinġenza nazzjonali għadu miexi sew u tipprovdi kull kjarifika neċessarja dwar il-proċess ta' tħejjija.", "Paġna ta' ġbir ta' testi adottati llum", "Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-“Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza” tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018", "Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tħejjija għall-Brexit (inklużi “l-avviżi ta' tħejjija għall-Brexit”)", "Slides tat-tħejjija"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_784", "title": "Taħditiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti: Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika rapport ta' progress", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Tue, 29 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-25 ta' Lulju 2018 maqbula mill-Presidenti Juncker u Trump.", "F'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni favur it-trasparenza, ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata dwar is-sitwazzjoni attwali tat-taħditiet sa issa.", "Id-dokument intbagħat illum lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri.", "Id-Dikjarazzjoni Konġunta nediet fażi ġdida fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti, li tevita eskalazzjoni tat-tensjonijiet kummerċjali u tistabbilixxi aġenda kummerċjali transatlantika pożittiva.", "L-UE u l-Istati Uniti qablu li jistabbilixxu Grupp ta' Ħidma Eżekuttiv sabiex dan il-programm ta' ħidma jitmexxa ‘l quddiem.", "Min-naħa tal-UE, il-Grupp ta' Ħidma Eżekuttiv huwa mmexxi minn Cecilia Malmström, il-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ, u fuq in-naħa tal-Istati Uniti t-taħditiet jitmexxew mir-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Robert Lighthizer.", "Il-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet: “Id-diskussjonijiet kummerċjali u n-negozjati li fihom l-UE hija involuta għandhom ikunu trasparenti u inklużivi u t-taħditiet li għaddejjin mal-Istati Uniti mhumiex eċċezzjoni.", "Wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-proposti tal-Kummissjoni għal mandati ta' negozjati, illum qed nagħmlu dan ir-rapport dettaljat disponibbli.", "Kulħadd jista' jkun jaf x'qed niddiskutu u fuq kollox, dak li mhux qed niddiskutu.", "Pereżempju, mhux qed nipproponu xi negozjati mal-Istati Uniti biex innaqqsu jew neliminaw it-tariffi fuq il-prodotti agrikoli.", "Hija l-intenzjoni soda tiegħi li niżgura l-ogħla livell ta' trasparenza matul dan il-proċess.”", "Il-Kummissarju Malmström u l-Ambaxxatur Lighthizer nedew it-taħditiet fi Brussell fl-10 ta' Settembru 2018 u ħadu sehem f'aktar laqgħat fi New York fil-25 ta' Settembru u f'Washington fl-14 ta' Novembru u fit-8 u fl-10 ta' Jannar 2019.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, saru wkoll għadd ta' laqgħat ta' livell tekniku.", "Permezz tal-ittra u l-Istqarrija Konġunta f'moħħha, l-UE pproponiet għadd ta' azzjonijiet kemm fuq perjodu ta' żmien qasir, kif ukoll fuq perjodu ta' żmien medju biex tmexxi l-ħidma ‘l quddiem.", "Il-punt prinċipali tat-taħditiet fl-ewwel ftit xhur kien li jiġi analizzat kif jista' jsir progress fuq kwistjonijiet regolatorji.", "Min-naħa tal-UE, sar progress ukoll biex tiġi ffaċilitata l-importazzjoni tal-fażola tas-sojja tal-Istati Uniti.", "L-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja tal-Istati Uniti mill-Unjoni Ewropea żdiedu b'114 % matul is-sena tas-suq attwali (minn Lulju sa tmiem Jannar 2019), meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena ta' qabel.", "B'sehem ta' 77 % tal-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja tal-UE, l-Istati Uniti issa hija l-fornitur ewlieni tal-Ewropa u l-Kummissjoni għadha kif ikkonkludiet li l-fażola tas-sojja tal-Istati Uniti tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jintużaw fil-bijofjuwils fl-UE, deċiżjoni li se tkompli tespandi l-opportunitajiet tagħha fis-suq fl-Ewropa.", "Għall-implimentazzjoni ta' xi elementi tad-Dikjarazzjoni Konġunta, il-Kummissjoni teħtieġ mandati ta' negozjati speċifiċi awtorizzati mill-Kunsill.", "Għan-negozjati dwar it-tariffi industrijali u dwar kif għandu jiġi ffaċilitat il-proċess li permezz tiegħu l-kumpaniji ttestjaw il-prodotti tagħhom (valutazzjoni tal-konformità), fit-18 ta' Jannar 2019 il-Kummissjoni ressqet abbozzi ta' mandati lill-Istati Membri tal-UE.", "Id-Dikjarazzjoni Konġunta tagħmilha ċara wkoll li dawn it-taħditiet huma bbażati fuq il-kundizzjoni li l-Istati Uniti ma timponi l-ebda tariffi ġodda jew taxxi fuq l-esportazzjonijiet tal-UE, inkluż fuq il-karozzi u l-partijiet tal-karozzi.", "Il-Kummissjoni hija wkoll ċara li l-konklużjoni tan-negozjati dwar l-eliminazzjoni tat-tariffi industrijali tiddependi fuq it-tneħħija tal-Istati Uniti tal-miżuri attwali tagħhom fuq l-azzar u l-aluminju tal-UE, li ilhom fis-seħħ minn Ġunju 2018.", "Il-passi li jmiss", "Fis-7 ta' Frar il-Kummissarju Malmström se tieħu sehem f'laqgħa tal-Grupp ta' Esperti dwar il-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE li se jkollu inkluż fl-aġenda r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti.", "Dan il-grupp twaqqaf fl-2017 bħala forum ġdid għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jagħti pariri dwar il-politika kummerċjali tal-Kummissjoni.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Rapport Interim dwar il-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Eżekuttiv", "Dikjarazzjoni konġunta", "Taħditiet Kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti: Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta abbozz ta' mandati ta' negozjati"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_681", "title": "Reġimi ta' proprjetà għal koppji internazzjonali fl-Ewropa: regoli ġodda jibdew japplikaw fi 18-il Stat Membru mil-lum", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CIVILAW,RULELAW", "date": "Mon, 28 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Ir-Regolamenti tal-UE li jiċċaraw ir-regoli applikabbli għar-reġimi tal-proprjetà għal koppji miżżewġin jew għal sħubijiet reġistrati internazzjonali japplikaw mil-lum.", "Ir-regoli ġodda jistabbilixxu regoli ċari f'każijiet ta' divorzju jew mewt u jtemmu proċedimenti parallelli u possibbilment konfliġġenti fi Stati Membri differenti, pereżempju dwar il-proprjetà jew il-kontijiet tal-bank.", "Fil-qosor, se jkun hemm aktar ċarezza legali għall-koppji internazzjonali.", "L-ewwel Viċi President Timmermans qal: “Id-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regolamenti huwa aħbar tajba għan-numru dejjem jikber ta' koppji internazzjonali fl-Ewropa.", "Hawn qed nitkellmu dwar l-għoti ta' ċertezza lil eluf ta' koppji Ewropej dwar x'jiġri mill-proprjetà tagħhom jekk dawn jiddivorzjaw jew imut wieħed minnhom.", "Ninsab fiduċjuż li dawn ir-regolamenti se jgħinu lil bosta koppji Ewropej biex jiġġestixxu żminijiet diffiċli bħal dawn.”", "Vera Jourová, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja qalet: Dawn ir-regoli l-ġodda se jagħmluha aktar faċli u jinvolvu anqas spejjeż biex jiġu separati l-assi komuni u jipprovdu solliev li min jinsab f'ċirkustanzi diffiċli.Aktar minn 16-il miljun koppja internazzjonali se jibbenefikaw minn proċeduri ċari f'każ ta' divorzju jew ta' mewt tas-sieħeb jew is-sieħba fil-koppja.", "Dawn se jkunu jistgħu jiffrankaw madwar €350 miljun fis-sena f'i spejjeż legali.", "Inħeġġeġ lill-Istati Membri li għad fadal biex jingħaqdu f'din il-kooperazzjoni msaħħa għall-ġid tal-koppji internazzjonali kollha madwar l-UE .”", "Peress li ma kienx possibbli li tintlaħaq l-unanimità fost l-Istati Membri kollha, ir-regoli se japplikaw fi 18-il Stat Membru: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja .", "Ir-regolamenti l-ġodda se:", "It-18-il Stat Membru li ssieħbu fil-kooperazzjoni msaħħa jikkostitwixxu 70 % tal-popolazzjoni tal-UE u jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-koppji internazzjonali li jgħixu fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn l-Istati Membri adottaw ir-Regolamenti f'Ġunju 2016 taħt kooperazzjoni msaħħa.", "Il-bqija tal-Istati Membri jistgħu jissieħbu fiż-żewġ Regolamenti meta jridu.", "L-Istati Membri li mhux qed jipparteċipaw se jkomplu japplikaw il-liġi nazzjonali tagħhom (inklużi r-regoli tagħhom dwar id-dritt internazzjonali privat) għal sitwazzjonijiet transfruntiera li jirrigwardaw ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali u l-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati.", "Sfond", "Il-kooperazzjoni msaħħa tippermetti li grupp ta' mill-inqas disa' Stati Membri jadotta miżuri jekk it-28 Stat Membru kollha ma jirnexxilhomx jaslu għal ftehim.", "Pajjiżi oħra tal-UE għandhom id-dritt li jingħaqdu fi sħubija msaħħa meta jixtiequ (l-Artikolu 331 TFUE).", "Fis-16 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti għal regolamenti li jittrattaw ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali: wieħed għal koppji miżżewġa u l-ieħor għal sħubijiet reġistrati.", "Dawn kienu maħsuba biex jikkomplementaw il-qafas tal-istrumenti tal-UE għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam tal-liġi tal-familja.", "Il-proposti kellhom jiġu adottati b'unanimità fil-Kunsill.", "F'Diċembru 2015, il-Kunsill ikkonkluda li ma kienx possibbli li tintlaħaq unanimità fost it-28 Stat Membru.", "Sbatax-il Stat Membru talbu lill-Kummissjoni għal kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tar-reġimi tal-proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tinkludi kemm żwiġijiet kif ukoll sħubijiet reġistrati.", "Ċipru ngħaqdet mal-kooperazzjoni msaħħa fi stadju aktar tard.", "F'Marzu 2016, il-Kummissjoni reġgħet ressqet iż-żewġ proposti billi qieset il-ftehim politiku li ntlaħaq fil-Kunsill.", "Fl-24 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill adotta ż-żewġ Regolamenti.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva Ir-Regolamenti tal-UE dwar ir-reġimi ta' proprjetà għal koppji internazzjonali", "Ir-Regolamenti tal-UE dwar ir-reġimi ta' proprjetà għal koppji internazzjonali, li jkopru kemm żwiġijiet kif ukoll sħubijiet reġistrati", "Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/954 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-reġimi ta' proprjetà ta' koppji internazzjonali, li tkopri kemm materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali kif ukoll il-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati", "Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali", "Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati", "Aktar informazzjoni dwar il-liġi tal-familja"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_683", "title": "Ħarsien tal-ħaddiema kontra s-sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer: Il-Kummissarju Thyssen tilqa' t-tielet ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Mon, 28 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni laħqu ftehim proviżorju dwar it-tielet proposta tal-Kummissjoni biex jiżdiedu sustanzi kimiċi oħra mal-lista ta' sustanzi kimiċi rikonoxxuti li jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol.", "Bis-saħħa ta' dan il-ftehim, id-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni se tkopri ħames sustanzi kimiċi addizzjonali li jikkawżaw il-kanċer.", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen, laqgħet il-ftehim bl-istqarrija li ġejja:", "“Permezz tat-tliet aġġornamenti suċċessivi tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni, ħadna pass fundamentali biex inħarsu lill-ħaddiema Ewropej mill-akbar qattiel sieket fuq il-post tax-xogħol: il-kanċer.", "Il-ftehim tal-lum dwar it-tielet proposta tal-Kummissjoni se jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal aktar minn miljun ħaddiem tal-UE, u jipprevjeni iktar minn 22,000 każ ta' mard marbut max-xogħol.", "Se jgħin biex jinħolqu postijiet tax-xogħol aktar b'saħħithom u aktar sikuri, li huwa prinċipju ewlieni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.", "Pereżempju, dan il-ftehim se jiżgura ħarsien aħjar tal-ħaddiema fis-setturi tal-manifattura tal-batteriji tan-nikil u l-kadmju, it-tidwib taż-żingu u r-ram, il-laboratorji, l-elettronika, il-funerali u l-ibbalzmar, il-kostruzzjoni, il-kura tas-saħħa, il-plastik u r-riċiklaġġ.", "Fl-istess ħin, in-negozji fis-suq intern tagħna se jibbenefikaw minn regoli ċari u sempliċi dwar is-saħħa u s-sikurezza fir-rigward ta' dawn il-ħames sustanzi kimiċi.", "Ingħatat attenzjoni partikolari biex l-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi jiġu megħjuna jikkonformaw mar-regoli l-ġodda.", "Il-ftehim tal-lum jikkonferma għal darb'oħra l-impenn kbir mill-atturi kollha għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.", "Nixtieq nirringrazzja lir-rapporteur Laura Agea u x-shadow rapporteurs f'isem il-Parlament Ewropew, u lill-Presidenza Rumena u l-predeċessuri tagħha f'isem il-Kunsill.", "Dan il-ftehim issa għandu jiġi kkonfermat malajr biex jiġi żgurat li r-regoli l-ġodda jkunu fis-seħħ għall-elezzjonijiet Ewropej f'Mejju 2019.”", "Il-passi li jmiss", "Il-ftehim se jitressaq lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill (Coreper) għall-approvazzjoni tiegħu.", "Ladarba r-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri jikkonfermaw il-ftehim, se jitressaq għal votazzjoni finali f'seduta plenarja tal-Parlament Ewropew.", "Sfond", "Il-kanċer huwa l-kawża ewlenija tal-imwiet marbuta max-xogħol fl-Unjoni Ewropea, u huwa responsabbli għal 53 % tal-imwiet kollha marbuta max-xogħol.", "Sabiex jitjieb il-ħarsien tal-ħaddiema mis-sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer, il-Kummissjoni diġà ppreżentat tliet ċikli ta' tibdil fid-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (2004/37/KE) ħalli jiġi limitat l-esponiment għal dawn is-sustanzi.", "Issa, 27 sustanza kimika li jikkawżaw il-kanċer huma koperti bid-Direttiva, li minnhom 26 ġew miżjuda jew aġġornati taħt il-mandat tal-Kummissjoni Juncker.", "L-ewwel emenda tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni ġiet adottata bħala d-Direttiva 2017/2398 mill-koleġiżlaturi fi tmiem l-2017.", "It-tieni proposta ġiet ippubblikata f'Jannar 2017 u ġiet miftiehma bejn il-koleġiżlaturi fi tmiem l-2018.", "Il-ftehim proviżorju tal-lum huwa wieħed mill-passi aħħarija fl-istadju tan-negozjati tat-tielet proposta mill-5 ta' April 2018.", "Eżempji konkreti tas-sustanzi u s-setturi kkonċernati minn din ir-reviżjoni jistgħu jinsabu f'din il-memo.", "Filwaqt li l-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom limiti nazzjonali ta' esponiment għal ħafna sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer, uħud mill-Istati Membri huma inqas stretti.", "Dan ifisser li l-ħaddiema mhumiex imħarsa b'mod ugwali fis-Suq Uniku kollu, u li ma hemmx kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għan-negozji.", "Peress li l-għarfien xjentifiku dwar is-sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer qed jevolvi b'mod konstanti, il-Kummissjoni tappoġġa proċess kontinwu ta' aġġornament tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (id-Direttiva 2004/37/KE).", "Il-ftehimiet maqbula mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se jtejbu l-ħarsien ta' madwar 40 miljun persuna, u se jgħinu biex jiġu salvati l-ħajjiet ta' aktar minn 100,000 ħaddiem tul il-50 sena li ġejjin.", "Dawn l-inizjattivi huma parti mill-isforz usa' tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza fuq ix-xogħol fl-Ewropa kollha.", "F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni nediet rieżami fil-fond u aġġornament tal-leġiżlazzjoni eżistenti f'Jannar 2017.", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tkompli tieħu azzjoni biex tħares aħjar lill-ħaddiema mis-sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer", "MEMO: Commission follows up on workers' protection from cancer-causing chemicals: frequently asked questions on the third revision of the Carcinogens and Mutagens Directive", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter", "Inkiteb biex tirċievi bl-email u bla ħlas il-bullettin tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_742", "title": "Kummerċ elettroniku transfruntiera: Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim dwar proposta li tiffaċilita l-bejgħ ta' prodotti u l-forniment ta' kontenut u servizzi diġitali fl-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CONSUMPOL,JFRC,DIGSIN", "date": "Mon, 28 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea ta' Diċembru 2015 rigward il-bejgħ online ta' prodotti u l-forniment ta' kontenut u servizzi diġitali.", "Flimkien mar-Regolament biex jintemm l-imblukkar ġeografiku inġustifikat li daħal fis-seħħ f'Diċembru 2018, il-ftehim il-ġdid dwar ir-regoli tal-kuntratti diġitali huwa l-aħħar kisba tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, li jwassal għal benefiċċji konkreti liċ-ċittadini u lin-negozji.", "Andrus Ansip, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali, , u Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri laqgħu dan il-ftehim bl-istqarrija li ġejja:", "\"Bħala konsumatur, wieħed mill-akbar benefiċċji tas-Suq Uniku Diġitali tal-UE huwa li qiegħed klikkjatura bil-mouse 'l bogħod mix-xiri ta' prodotti minn kwalunkwe pajjiż tal-UE mingħajr kostijiet addizzjonali.", "Għan-negozji, dan ifisser li jistgħu joffru prodotti, servizzi u kontenut diġitali kullimkien fl-UE u li jkollhom aċċess għal miljuni ta' klijenti potenzjali.", "Dan jista' jaħdem sew biss jekk ikollna regoli ċari, aġġornati u armonizzati mal-UE kollha.", "Bil-ftehim dwar il-proposti tagħna għal regoli ġodda dwar il-forniment ta' kontenut u servizzi diġitali, u l-bejgħ online ta' prodotti, qed nagħmlu pass ieħor f'dik id-direzzjoni.", "Il-konsumaturi madwar l-UE se jkunu mħarsa aħjar.", "Pereżempju, meta kontenut diġitali bħal mużika jew softwer ikun difettuż, il-konsumatur issa se jkun jista' jiġi kkumpensat.", "Huma se jkollhom ukoll aktar żmien biex juru li l-oġġett mixtri kien difettuż fil-mument tax-xiri.", "U meta prodott ikun difettuż, se japplikaw l-istess possibbiltajiet ta' kumpens bħal meta tikseb skont jew tieħu l-flus lura madwar l-UE kollha.", "Fir-rigward tan-negozji, dawn se jibbenefikaw minn iktar ċertezza tad-dritt u kompetizzjoni ġusta.", "Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-impenn tagħhom biex jinstabu soluzzjonijiet li jissodisfaw l-isfidi ffaċċati mill-konsumaturi u mill-bejjiegħa f'ambjent bla fruntieri u diġitalizzat ħafna.", "Il-ftehim tal-lum se jqawwi l-kunfidenza tal-konsumaturi u b'hekk anke tan-negozji.", "Fl-aħħar mill-aħħar, żieda fil-forniment kemm ta' kontenut kif ukoll ta' prodotti diġitali madwar l-Ewropa se twassal għal għażla ikbar bi prezzijiet kompetittivi għall-konsumaturi, u s-Suq Uniku Diġitali għalhekk qiegħed.", "Nittamaw li naraw l-istess livell ta' impenn mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal żewġ fajls ta' prijorità oħrajn tal-UE, jiġifieri r-regoli modernizzati proposti tad-drittijiet tal-awtur biex jiġu adatti għad-dinja diġitali u r-Regolament propost dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet elettroniċi.\"", "Il-passi li jmiss", "Issa dawn it-testi jridu jiġi adottati b'mod formali mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE.", "Wara l-adozzjoni finali, id-Direttivi jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u jidħlu fis-seħħ 20 jum wara.", "Sfond", "Wieħed mill-pilastri tal-Istrateġija tas-Suq Diġitali huwa li jiżgura aċċess aħjar għall-konsumaturi u n-negozji għal prodotti u servizzi online madwar l-Ewropa.", "Il-kummerċ elettroniku qiegħed jikber, iżda għadu mhux qiegħed jiġi sfruttat l-potenzjal sħiħ tiegħu la għan-negozji u lanqas għall-konsumaturi fl-Ewropa.", "Fid-9 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti: waħda dwar il-forniment ta' kontenut diġitali (eż. mużika strimjata) u waħda dwar il-bejgħ online tal-prodotti (eż. ix-xiri ta' ħwejjeġ online).", "Il-kamp ta' applikazzjoni tal-aħħar proposta ġie estiż għall-bejgħ offline fl-2017.", "Iż-żewġ proposti kellhom l-għan li jittrattaw ostakli importanti għall-kummerċ elettroniku transfruntiera fl-UE: il-frammentazzjoni legali fil-qasam tal-liġijiet dwar il-kuntratti konklużi minn konsumaturi, li għamlitha diffiċli għall-SMEs biex jagħmlu kummerċ transfruntiera u l-fiduċja baxxa tal-konsumaturi meta jixtru online minn Stat Membru ieħor.", "L-aħħar Tabella ta' Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur (2017) turi li dak it-tħassib għadu hemm.", "Il-ftehim proviżorju l-ġdid dwar ir-regoli dwar il-kuntratti diġitali huwa inizjattiva essenzjali addizzjonali li tagħmel is-Suq Uniku Diġitali realtà għal kulħadd, flimkien ma' tmiem it-tariffi tar-roaming, ir-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-data u l-possibbiltà għaċ-ċittadini li jivvjaġġaw bil-kontenut online tagħhom.", "Għal aktar informazzjoni", "Is-Suq Uniku Diġitali Ewropew: Avviż mill-President Juncker - filmat", "Paġna web dwar is-Suq Uniku Diġitali (#DigitalSingleMarket)", "Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa: Il-Kummissjoni tistabbilixxi 16-il inizjattiva biex dan iseħħ (is-6 ta' Mejju 2015)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_746", "title": "Il-Kodiċi ta' Prattika kontra d-diżinformazzjoni: Il-Kummissjoni tistieden lill-firmatarji biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,DISINFO", "date": "Mon, 28 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, Google, Facebook, Twitter, Mozilla u l-assoċjazzjonijiet kummerċjali li jirrappreżentaw lis-settur tar-reklamar, ressqu l-ewwel rapporti tagħhom dwar il-miżuri li qed jieħdu biex jikkonformaw mal-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni.", "Kien hemm xi żviluppi, b'mod partikolari fit-tneħħija ta' kontijiet foloz u l-limitazzjoni tal-viżibilità ta' siti li jippromwovu d-diżinformazzjoni.", "Madankollu, hi meħtieġa iktar azzjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza assoluta tar-reklami politiċi sal-bidu tal-kampanja għall-elezzjonijiet Ewropej fl-Istati Membri kollha tal-UE, ikun jista' jinkiseb aċċess xieraq għad-data tal-pjattaformi għall-finijiet ta' riċerka, u biex tiġi żgurata kooperazzjoni xierqa bejn il-pjattaformi u l-Istati Membri individwali permezz tal-punti ta' kuntatt fis-Sistema ta' Twissija Bikrija.", "Andrus Ansip, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali qal: “Il-firmatarji ħadu azzjoni, pereżempju billi joffru modi ġodda lin-nies biex ikollhom iktar dettalji dwar is-sors tal-istorja jew tar-reklam.", "Issa jeħtieġ jiżguraw li dawn l-għodod huma disponibbli għal kulħadd fl-UE kollha, jimmonitorjaw l-effiċjenza tagħhom, u jadattaw b'mod kontinwu għall-mezzi ġodda użati minn dawk li jxerrdu d-diżinformazzjoni.", "Ma għandniex żmien x'nitilfu.”", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri qalet: “Bit-tnedija tan-netwerk tal-elezzjoni Ewropea mal-awtoritajiet tal-UE l-ġimgħa l-oħra u b'dan ir-rapport tal-lum, qed inżidu l-passi minn kull naħa biex niżguraw elezzjonijiet ħielsa u ġusti.", "Qed nistenna li l-kumpaniji jsegwu bis-sħiħ ir-retorika u l-impenn tagħhom.", "Irridu naġixxu issa għax ftit fadlilna żmien.”", "Julian King, il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà qal: “Minħabba li l-elezzjonijiet Ewropej jinsabu fil-qrib, kwalunkwe progress fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni huwa merbħa bih.", "Iżda jeħtieġ nimxu iktar 'il quddiem u b'pass iktar mgħaġġel qabel Mejju.", "Ma rridux li l-għada tal-elezzjonijiet inqumu filgħodu u nindunaw li stajna għamilna iktar.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, qalet: “Ir-rapporti tal-lum jiffukaw kif suppost fuq l-azzjonijiet urġenti, bħat-tneħħija tal-kontijiet foloz.", "Dan hu bidu tajjeb.", "Issa qed nistenna li l-firmatarji jintensifikaw il-monitoraġġ u r-rapportar tagħhom u jżidu l-kooperazzjoni tagħhom mal-verifikaturi tal-fatti u mal-komunità tar-riċerka.", "Jeħtieġ niżguraw aċċess liċ-ċittadini tagħna għal informazzjoni ta' kwalità u oġġettiva li tippermettilhom jagħmlu għażliet informati”.", "Skont ir-rapporti li jkopru l-miżuri li ttieħdu sal-31 ta' Diċembru 2018, il-ħidma tal-kumpaniji online hija iktar avvanzata u komprensiva f'xi oqsma, pereżempju fit-tneħħija tal-kontijiet foloz u t-tnaqqis fl-introjtu lill-promoturi tad-diżinformazzjoni, iżda f'oqsma oħrajn hija inqas avvanzata u komprensiva.", "B'mod partikolari, ir-rapporti juru li:", "Għar-rapporti li ġejjin, il-Kummissjoni tistenna li Google, Facebook, Twitter u Mozilla jiżviluppaw approċċ iktar sistematiku li jippermetti monitoraġġ u valutazzjoni xierqa u regolari abbażi ta' data adatta dwar il-prestazzjoni.", "Fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet kummerċjali li jirrappreżentaw lis-settur tar-reklamar (World Federation of Advertisers, European Association of Communication Agencies u Interactive Advertising Bureau Europe), il-Kummissjoni tinnota l-isforzi pożittivi tagħhom għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Kodiċi, iżda tinnota wkoll in-nuqqas ta' firmatarji korporattivi u tenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu d-ditti u r-reklamaturi fl-isforzi biex jitnaqqas l-introjtu tal-promoturi tad-diżinformazzjoni.", "Il-passi li jmiss", "Ir-rapporti tal-lum ikopru l-miżuri li ttieħdu mill-kumpaniji online u s-settur tar-reklamar sal-31 ta' Diċembru 2018.", "Għal Jannar 2019, il-pjattaformi online għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni fil-jiem li ġejjin.", "Dan l-ewwel rapport kull xahar se jkun ippubblikat fi Frar 2019 u se jiġi segwit minn rapporti simili kull xahar sa Mejju 2019.", "Dan se jippermetti lill-Kummissjoni biex tivverifika li qabel l-elezzjonijiet Ewropej, ikun hemm fis-seħħ politiki effettivi b'pertinenza partikolari għall-integrità tal-proċessi elettorali.", "Sal-aħħar tal-2019, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni komprensiva fi tmiem il-perjodu inizjali ta' 12-il xahar tal-Kodiċi.", "Jekk ir-riżultati ma jkunux sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi azzjonijiet ulterjuri, inkluż ta' natura regolatorja.", "Kuntest", "Il-monitoraġġ tal-Kodiċi ta' Prattika huwa parti mill-Pjan ta' Azzjoni kontra d-diżinformazzjoni li l-Unjoni Ewropea adottat f'Diċembru li għadda biex iżżid il-kapaċitajiet u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE ħalli b'mod proattiv jiġi indirizzat it-theddid mid-diżinformazzjoni.", "Il-firmatarji rapportaturi ntrabtu mal-Kodiċi ta' Prattika f'Ottubru 2018 b'mod volontarju.", "L-għan tal-Kodiċi hu li jintlaħqu l-għanijiet stipulati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata f'April 2018 billi ġiet stabbilita firxa wiesgħa ta' impenji marbuta ma' ħames oqsma:", "Il-Kodiċi ta' Prattika jimxi id f'id ukoll mar-Rakkomandazzjoni inkluża fil-pakkett elettorali mħabbar mill-President Juncker fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni għall-2018 biex jiġu żgurati elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ħielsa, ġusti u sikuri.", "Il-miżuri jinkludu iktar trasparenza fir-reklamar politiku online u l-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet għall-użu illegali tad-data personali bl-iskop li jiġi influwenzat deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej.", "Barra minn hekk, l-Istati Membri ngħataw il-parir li jistabbilixxu netwerk nazzjonali tal-awtoritajiet rilevanti għall-kooperazzjoni elettorali – bħal awtoritajiet elettorali, u dawk għaċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tad-data u l-infurzar tal-liġi – u jaħtru punt ta' kuntatt biex jieħu sehem fin-netwerk ta' kooperazzjoni elettorali fil-livell Ewropew.", "L-ewwel laqgħa fil-livell Ewropew saret fil-21 ta' Jannar 2019.", "Għal aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Rapporti mill-firmatarji tal-Kodiċi ta' Prattika", "Stqarrija għall-istampa: Ewropa li Tipproteġi: L-UE tintensifika l-azzjoni kontra d-diżinformazzjoni", "Skeda informattiva: Pjan ta' azzjoni kontra d-diżinformazzjoni", "Komunikazzjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew", "Is-sit web EU vs disinfo"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_741", "title": "Kompetizzjoni: Rapport tal-Kummissjoni jsib li l-infurzar attiv tal-kompetizzjoni jikkontribwixxi għal mediċini affordabbli u innovattivi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY", "date": "Sun, 27 Jan 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport li juri li l-infurzar attiv tad-dritt tal-kompetizzjoni, fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali, fis-settur farmaċewtiku jikkontribwixxi biex ikun hemm mediċini iktar affordabbli u iktar għażla għall-pazjenti u għas-sistemi tal-kura tas-saħħa, u jippromwovi innovazzjoni ulterjuri.", "Margrethe Vestager, il-Kummissarju inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni qalet \"Waħda mill-isfidi u l-miri ewlenin tal-Ewropa hija li lill-pazjenti u lis-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej nagħtuhom aċċess għal mediċini affordabbli u innovattivi.", "Ir-rapport ippubblikat illum jipprovdi tagħrif dwar il-ħidma siewja li qed jagħmlu l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni madwar l-Ewropa biex jiżguraw li s-swieq farmaċewtiċi jgħinu biex dan l-għan jinkiseb.", "Importanti li nkomplu nagħtu prijorità għolja lill-ħidma tagħna f'dan il-qasam.\"", "Ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-infurzar tar-regoli tal-antitrust u tal-fużjonijiet fis-settur farmaċewtiku u jiddeskrivi kif l-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni kkontribwixxa biex itejjeb l-aċċess tal-pazjenti Ewropej għal mediċini essenzjali affordabbli u innovattivi.", "Huwa jiffoka fuq il-perjodu mill-2009 'l hawn, meta l-Kummissjoni wettqet inkjesta dwar il-kompetizzjoni fis-settur farmaċewtiku.", "Il-Kummissjoni abbozzat ir-rapport b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tat-28 Stat Membru tal-UE, li l-Kummissjoni taħdem magħhom fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.", "Fuq il-bażi tat-tagħrif miksub mir-rapport, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni se jkomplu l-isforzi ta' infurzar tagħhom fis-settur farmaċewtiku, kwistjoni li tibqa' prijorità għolja meta wieħed iqis l-importanza tas-settur kemm ekonomikament kif ukoll f'termini ta' impatt fuq il-benesseri u l-ħajjiet tan-nies.", "Il-kostatazzjonijiet ewlenin tar-rapport", "Prezzijiet ġusti għall-mediċini", "Fir-rigward tal-ftehimiet antikompetittivi u l-każijiet ta' abbuż minn pożizzjoni dominanti, il-Kummissjoni u l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni investigaw sew aktar minn 100 każ u adottaw 29 deċiżjoni kontra prattiki illegali fil-forniment tal-mediċini mill-2009 'il quddiem:", "Prezzijiet ogħla jistgħu jirriżultaw ukoll minn fużjonijiet ta' kumpaniji farmaċewtiċi meta s-saħħa tal-ipprezzar tal-kumpanija fuża tikber.", "Il-Kummissjoni rrieżaminat iktar minn 80 fużjoni fis-settur farmaċewtiku biex tipprevjeni li s-swieq farmaċewtiċi jiġu kkonċentrati żżejjed.", "Kien hemm tħassib dwar il-kompetizzjoni f'19-il każ, fejn il-fużjonijiet setgħu wasslu għal żieda fil-prezzijiet, b'mod partikolari għal prodotti ġeneriċi u prodotti bijosimili.", "Il-Kummissjoni ħalliet li dawn il-fużjonijiet isiru biss wara li l-kumpaniji impenjaw ruħhom li jċedu partijiet min-negozju tagħhom sabiex jippreservaw il-grad eżistenti ta' kompetizzjoni fil-prezzijiet.", "Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ħadu sehem f'100 attività ta' monitoraġġ tas-suq u ta' promozzjoni.", "Dawn offrew tagħrif dwar il-funzjonament tas-swieq, u pprovdew gwida għall-parteċipanti fis-suq, u wasslu biex jinbdew investigazzjonijiet tal-antitrust f'xi każijiet individwali.", "L-attivitajiet ta' promozzjoni influwenzaw it-tfassil tar-regolamentazzjoni u tal-leġiżlazzjoni u għenu biex jinħolqu jew jiġu rritornati kundizzjonijiet li jwasslu iktar għal kompetizzjoni effikaċi u ġusta.", "Iktar innovazzjoni u għażla", "Ir-rapport sab li l-infurzaturi tal-kompetizzjoni għenu biex jinżamm il-livell ta' innovazzjoni fis-settur billi intervjenew, bl-użu ta' regoli tal-antitrust, kontra prattiki li setgħu xekklu l-inċentivi għall-innovazzjoni.", "Dan huwa relatat b'mod partikolari mat-tentattivi għall-ittardjar tad-dħul ta' mediċini ġeneriċi fis-suq, li jista' jippermetti li l-kumpaniji jiksbu profitti mhux dovuti minn prodotti eqdem minflok ma jkollhom jikkompetu ma' mediċini ġodda u innovattivi.", "L-attività ta' kontroll tal-fużjonijiet tal-Kummissjoni kkontribwiet ukoll għall-innovazzjoni u żieda fl-għażla tal-mediċini, billi ppreveniet tranżazzjonijiet li setgħu kkompromettew l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp biex jitnedew mediċini ġodda jew jiġi estiż l-użu terapewtiku tal-mediċini eżistenti.", "Kamp ta' applikazzjoni għal azzjoni ta' infurzar ulterjuri", "Il-każijiet ta' antitrust u ta' fużjoni msemmija fir-rapport juru li s-settur farmaċewtiku jeħtieġ skrutinju qawwi mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni.", "Ir-rekord ta' infurzar tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jipprovdi bażi solida għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni biex ikomplu jaħdmu u jiffukaw l-isforzi ta' infurzar tagħhom fis-settur.", "Madankollu, filwaqt li l-każijiet diskussi fir-rapport juru li l-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni jgħin jissalvagwardja l-kompetizzjoni dwar il-prezzijiet u biex jistimula l-innovazzjoni, hemm limiti għal dak li jista' jagħmel id-dritt tal-kompetizzjoni.", "B'mod partikolari, hemm bżonn ta' sforzi kontinwi mill-partijiet ikkonċernati kollha biex tiġi indirizzata l-isfida tas-soċjetà li tiżgura aċċess sostenibbli għal mediċini affordabbli u innovattivi.", "Is-sommarju eżekuttiv u r-rapport jinsabu fis-sit web tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni fil-lingwi uffiċjali tal-UE kollha.", "Sfond", "Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar it-tisħiħ tal-bilanċ fis-sistemi farmaċewtiċi fl-UE u fl-Istati Membri tagħha tas-17 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill esprima bosta tħassib rigward l-aċċess mill-pazjenti għal mediċini affordabbli.", "Filwaqt li rrefera għar-Rapport ta' Inkjesta tas-Settur Farmaċewtiku tal-2009 tal-Kummissjoni, li enfasizza li suq kompetittiv għall-prodotti mediċinali jgawdi minn skrutinju viġilanti tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni tħejji rapport dwar il-każijiet ta' kompetizzjoni wara din l-inkjesta settorjali.", "Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini tat-2 ta' Marzu 2017 esprima tħassib ukoll dwar l-aċċess insuffiċjenti għal prodotti mediċinali essenzjali u dwar il-prezzijiet għoljin ta' mediċini innovattivi, filwaqt li għaraf l-importanza u l-effikaċja tal-għodod tal-antitrust kontra mġiba antikompettitiva bħall-abbuż jew l-użu ħażin ta' sistemi ta' privattivi u tas-sistema għall-awtorizzazzjoni tal-mediċini.", "Ir-rapport ippubblikat illum ġie abbozzat biex, b'reazzjoni għat-tħassib imqajjem separatament mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, jiddeskrivi l-kontribuzzjoni li jista' jagħti l-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta' mediċini affordabbli u innovattivi.", "Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.", "L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom kull setgħa biex japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).Jekk ċertu mġiba ma tkunx taffettwa l-kummerċ transfruntiera, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni japplikaw il-liġijiet nazzjonali tal-antitrust, li spiss ikunu mera tal-liġi tal-UE.Il-Kummissjoni hi inkarigata mill-eżami tal-fużjonijiet b'dimensjoni tal-UE, jiġifieri meta l-fatturati tal-kumpaniji f'fużjoni jilħqu l-limiti stabbiliti fir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet.", "Jekk dawn il-limiti ma jkunux issodifati, fużjoni tkun koperta mill-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali u jkunu eżaminati minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni waħda jew minn bosta."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_591", "title": "L-antitrust: Il-Kummissjoni tintroduċi għodda tal-informaturi ġdida", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY", "date": "Wed, 15 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum varat għodda ġdida biex l-individwi jkunu jistgħu javżaw lill-Kummissjoni dwar kartelli sigrieti u ksur ieħor tal-antitrust filwaqt li jibqgħu anonimi.", "Issa l-individwi jistgħu jgħinu b'mod anonimu fil-ġlieda kontra l-kartelli u prattiki oħra antikompetitittivi.", "Dawn il-prattiki jinkludu ftehim dwar prezzijiet jew offerti għall-akwist, li prodotti ma jitqegħdux fis-suq jew li r-rivali jiġu esklużi b'mod inġust, u jistgħu joħolqu ħsara kbira lill-ekonomija Ewropea.", "Dawn jistgħu jiċħdu l-aċċess tal-konsumaturi għal għażla usa' ta' oġġetti u servizzi bi prezzijiet raġonevoli, joħonqu l-innovazzjoni u jwasslu biex kumpaniji jfallu.", "Il-Kummissarju Margrethe Vestager, inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni, qalet “Jekk in-nies huma inkwetati minn prattiki kummerċjali li jaħsbu li huma ħżiena jistgħu jgħinu biex l-affarijiet jitranġaw.", "L-informazzjoni minn ġewwa tista' tkun għodda qawwija biex tgħin lill-Kummissjoni tikxef il-kartelli u prattiki antikompetittivi oħrajn.", "Bl-għodda l-ġdida tagħna huwa possibbli li tagħti l-informazzjoni filwaqt li tibqa' anonimu.", "L-informazzjoni tista' tikkontribwixxi għas-suċċess tal-investigazzjoni tagħna malajr u b'mod iktar effiċjenti, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tal-ekonomija tal-UE kollha kemm hi”.", "Sa issa, il-biċċa l-kbira tal-kartelli ġew identifikati permezz tal-programm ta' klemenza tal-Kummissjoni, li jippermetti lin-negozji jirrapportaw l-involviment tagħhom stess f'kartell biex imbagħad jirċievu tnaqqis tal-multa li tiġi imposta fuqhom.", "L-għodda l-ġdida tal-Kummissjoni tagħti l-opportunità wkoll lil individwi li jafu bl-eżistenza jew bl-operat ta' kartell jew ta' ksur ieħor tal-antitrust biex jagħtu sehemhom biex jintemmu tali prattiki.", "Is-sistema l-ġdida żżid il-probabbiltà tal-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni, u għalhekk għandha ċ-ċans li tkompli tkun ta' detterrent għan-negozji li jidħlu jew jibqgħu f'kartelli jew iwettqu aġir antikompetittiv illegali ieħor.", "Għaldaqstant, din tkompli mal-programm ta' klemenza tal-Kummissjoni u ssaħħaħ l-effikaċja tiegħu.", "L-għodda l-ġdida – l-għoti anonimu tal-informazzjoni", "L-għodda l-ġdida tipproteġi l-anonimità tal-informaturi permezz ta' sistema kriptata ta' messaġġi mfassla speċifikament li tippermetti li ssir komunikazzjoni minn żewġ naħat.", "Is-servizz huwa operat minn fornitur estern tas-servizz li jaġixxi bħala intermedjarju, u li jwassal biss il-kontenut tal-messaġġi rċevuti mingħajr ma jibgħat metadata li tista' tintuża biex tidentifika lill-individwu li jkun qed jagħti l-informazzjoni.", "B'mod partikolari, l-għodda l-ġdida:", "Individwi li huma disposti jikxfu l-identità tagħhom jistgħu jikkuntattjaw lid-dipartiment tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni direttament permezz ta' numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika apposta.", "Is-servizz jista' jiġi aċċessat hawn."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_602", "title": "Sikurezza għall-konsumaturi tal-UE — is-swieq online jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex ineħħu prodotti perikolużi mis-suq tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CONSPOL", "date": "Wed, 15 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea preżentat l-aħħar rapport tagħha dwar is-Sistema ta' Twissija Rapida għal prodotti perikolużi.", "Fl-2016, is-sistema kienet użata b'mod aktar attiv mill-awtoritajiet nazzjonali, li neħħew aktar prodotti perikolużi mill-imħażen.", "Madankollu, aktar u aktar prodotti perikolużi li ġew innotifikati fis-Sistema ta' Twissija Rapida qed jinbiegħu fuq pjattaformi online.", "Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni żiedet il-kooperazzjoni tagħha ma' Amazon, Ebay u Alibaba biex jiġu indirizzati b'mod aktar attiv prodotti potenzjalment mhux sikuri jew mhux konformi mis-siti li jbigħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi fl-UE.", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi qalet: \"Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti minn prodotti perikolużi.", "U din il-protezzjoni għandha tapplika kemm online kif ukoll offline.", "Għalhekk, ninsab kuntenta li stajna naqblu ma' Amazon, Ebay u Alibababiex jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex ineħħu l-prodotti notifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida mis-siti tagħhom, u nistieden lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess.", "Ninsab kuntenta wkoll li għamilna xi progress relatat maċ-Ċina, fejn in-numri ta' oġġetti perikolużi impurtati naqas din is-sena.", "Dan juri li l-kooperazzjoni tagħna maċ-Ċina u l-persistenza tagħna li nirrikjedu standards għolja qed jagħtu riżultati.”", "Il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE tjiebet u qegħdin dejjem aktar jużaw is-Sistema ta' Twissija Rapida biex jiżguraw li prodotti perikolużi jitneħħew malajr minn kull post fl-Ewropa.", "Fl-2016, kien hemm 2,044 twissija dwar prodotti perikolużi ċċirkolati fost l-awtoritajiet nazzjonali permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida.", "Dawn it-twissijiet wasslu għal 3,824 azzjoni ta' segwitu, bħal sejħiet lura ta' prodotti.", "L-għadd ta' reazzjonijiet kien aktar mid-doppju minn dak tas-snin preċedenti.", "Dan juri li l-awtoritajiet nazzjonali qed isegwu aktar mill-qrib it-twissijiet u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex is-swieq isiru postijiet aktar sikuri għall-konsumaturi.", "Il-Kummissjoni Ewropea ħadmet ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali biex is-sistema ssir ukoll aktar faċli għall-utent u s-sit web pubbliku ġie mmodernizzat biex jintuża aktar mill-kumpaniji u l-konsumaturi.", "Kif jitħarsu l-konsumaturi minn prodotti perikolużi li jinbiegħu onlajn?", "Ħafna prodotti perikolużi li jiġu nnotifikati fis-Sistema ta' Twissija Rapida jinbiegħu wkoll fuq pjattaformi jew swieq online, peress li l-konsumaturi qegħdin jixtru dejjem aktar online.", "Fl-2016, dan kien il-każ għal 244 notifika.", "Sabiex jiġi indirizzat dan il-fenomenu, diversi Stati Membri diġà waqqfu timijiet speċjalizzati biex jimmonitorjaw paġni web u jittraċċaw prodotti perikolużi li jinbiegħu online.", "Barra minn hekk, Amazon, eBay u Alibaba qablu biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex ineħħu prodotti bħal dawn ladarba jiġu identifikati mill-awtoritajiet regolatorji tal-UE.", "Għal dan l-għan, is-swieq online waqqfu punt uniku ta' kuntatt għall-awtoritajiet.", "Liema prodotti huma tal-akbar riskju?", "Fl-2016, il-ġugarelli kienu l-aktar kategorija ta' prodotti nnotifikati (26%), segwiti mill-vetturi bil-mutur (18%) u l-ħwejjeġ, it-tessuti u oġġetti tal-moda (13%).", "F'dak li jirrigwarda r-riskji, fl-2016, ir-riskju nnotifikat l-aktar spiss kien ta' korriment (25%), segwit minn riskju kimiku (23%).", "Minn fejn ġew l-aktar prodotti perikolużi fl-2016?", "Il-biċċa l-kbira tal-prodotti perikolużi nnotifikati fis-sistema ġew minn barra l-UE.", "Iċ-Ċina ġiet indikata bħala l-pajjiż ta' oriġini għal 53% (1,069) tal-prodotti notifikati.", "Kien hemm tnaqqis ta' 9 punti perċentwali fl-għadd ta' twissijiet dwar prodotti miċ-Ċina minn 62% fl-2015 għal 53% fl-2016.", "Prodotti perikolużi ta' oriġini Ewropea ammontaw għal 468 notifika (23%).", "Fl-2016, 102 notifika (5%) indikaw l-Istati Uniti u 53 notifika (2.6%) indikaw lit-Turkija bħala l-pajjiż ta' oriġini.", "Għal 158 mill-prodotti nnotifikati (8%) l-oriġini tagħhom ma kinitx magħrufa.", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem fuq it-titjib tas-Sistema ta' Twissija Rapida biex isir aktar konvenjenti għall-awtoritajiet li jużawha fuq bażi ta' kuljum.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli tikkoopera mal-awtoritajiet Ċiniżi permezz ta' skambji ta' informazzjoni dwar prodotti perikolużi li jieħdu azzjoni fuqhom “f'ras l-għajn”, fiċ-Ċina.", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mas-swieq online u biex jiġi żgurat li huma jieħdu azzjoni kontra prodotti perikolużi.", "Sabiex tappoġġa l-kontrolli mill-awtoritajiet, il-Kummissjoni qed tħejji gwida prattika dwar is-sorveljanza tas-suq ta' prodotti mibjugħin online.", "Sfond", "Mill-2003, is-Sistema ta' Twissija Rapida tiżgura li l-informazzjoni dwar prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel li jiġu rtirati mis-suq u/jew jissejħu lura kullimkien fl-Ewropa, tiddawwar f'qasir żmien bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea.", "B'dan il-mod, tittieħed azzjoni ta' segwitu kif suppost (il-projbizzjoni / il-waqfien mill-bejgħ, l-irtirar, is-sejħa lura jew ir-rifjut tal-importazzjoni mill-Awtoritajiet tad-Dwana) kullimkien fl-UE.", "Bħalissa 31 pajjiż (l-UE flimkien mal-Iżlanda, mal-Liechtenstein u man-Norveġja) jipparteċipaw fis-sistema.", "Is-Sistema ta' Twissija Rapida taħdem bis-saħħa ta' kooperazzjoni bla waqfien u ta' kuljum bejn l-Istati Membri.", "Is-Sistema ta' Twissija Rapida għandha sit pubbliku dedikat (ec.europa.eu/consumers/rapid-alert-system) li jipprovdi aċċess għal aġġornamenti ta' kull ġimgħa dwar twissijiet sottomessi mill-awtoritajiet nazzjonali li jkunu qed jipparteċipaw fis-sistema.", "Kull ġimgħa, madwar 50 twissija huma rreġistrati u ppubblikati fuq il-websajt.", "Kull persuna tista' tikkonsulta n-notifiki fis-sistema.", "Il-konsumaturi u n-negozji issa jistgħu wkoll joħolqu u jippersonalizzaw abbonamenti għal twissijiet skont il-bżonnijiet u l-preferenzi tagħhom u jiskambjaw twissijiet permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali.", "ANNESS", "Il-każ tat-telefown ċellulari Samsung Galaxy Note 7: eżempju ta' prattika tajba.", "Dan il-prodott kellu ċelloli tal-batteriji perikolużi li jisħnu żżejjed u “jisplodu” li jikkawżaw ħruq serju lill-konsumaturi.", "L-awtoritajiet tar-Renju Unit innotifikaw permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida il-miżuri meħuda biex jissejħu lura l-prodotti mibjugħa u jitwaqqaf il-bejgħ tal-prodott.", "Din wassal għal skambju ta' informazzjoni fis-sistema fuq in-numru ta' apparati misjuba, il-miżuri meħuda, l-operaturi ekonomiċi involuti u l-għadd ta' inċidenti rrapportati.", "Għalkemm ma ġie rrappurtat l-ebda aċċident mill-awtoritajiet, il-prodott ġie identifikat bħala li jippreżenta riskju għoli ta' ħruq.", "Graff 1", "L-għadd totali ta' notifiki, l-għadd totali ta' reazzjonijiet u l-għadd totali ta' notifiki li ġew segwiti b'reazzjoni fl-2016, skont il-pajjiż", "Graff 2", "Ritratti", "Għal Aktar Informazzjoni", "Is-sistema ta' twissija rapida għall-prodotti perikolużi fl-2016", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skeda informattiva", "Is-sit web tas-Sistema ta' Twissija Rapida", "Mappa interattiva"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_622", "title": "Il-Kummissarju Malmström tilqa' l-approvazzjoni tal-Parlament biex jitwaqqaf il-kummerċ f'minerali li jiffinanzja l-kunflitti armati", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Wed, 15 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw li l-minerali użati mill-industriji Ewropej ikunu derivati b'mod responsabbli, biex b'hekk id-dħul ikun imbiegħed mill-gruppi ribelli, mill-kunflitti u mit-terroriżmu.", "Il-Parlament Ewropew illum adotta b'maġġoranza kbira l-proposta biex jitwaqqaf il-kummerċ fil-minerali ta' kunflitt.", "\"bi pjaċir nista' ngħid li llum għandna soluzzjoni ambizzjuża li tista' titħaddem biex neliminaw il-minerali ta' kunflitt mill-ktajjen tal-provvista,\" qalet il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström wara l-vot.", "\"Il-kummerċ jeħtieġ li jikkunsidra l-valuri tagħna u d-deċiżjoni tal-Parlament illum hija eżempju tajjeb ta' kif dan jista' jinkiseb.", "Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw li l-minerali użati mill-industriji Ewropej huma dderivati responsabbli, b'mod li ma jkunx ta' ħsara għall-popolazzjonijiet fir-reġjuni fejn hemm il-minjieri u li ma jħeġġiġx il-gwerra.", "Ir-Regolament il-ġdid se jnaqqas it-tbatija u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li ilhom għal żmien twil jakkumpanjaw dan il-kummerċ.", "Ktajjen tal-provvista trasparenti u responsabbli jfissru li d-dħul mhux se jmur f'idejn gruppi ribelli, iżda għal investimenti fl-iskejjel u fl-isptarijiet, biex b'hekk jappoġġa stat tirregoalt tajjeb mill-istat tad-dritt.", "Dan ifisser li jittejbu ħajjet in-nies, mill-kunflitt u t-terroriżmu għall-opportunità u t-tama.", "Dan ifisser li jkun inkoraġġut it-tkabbir ekonomiku li jgħin lill-ifqar reġjuni jikbru b'mod sostenibbli.”", "Ir-Regolament propost mill-Kummissjoni u li llum ġie vvutat mill-Parlament Ewropew se jimponi regoli dwar id-diliġenza dovuta fuq il-kumpaniji li jimportaw il-landa, it-tantalju, t-tungstenu u d-deheb.", "Dawn il-metalli u l-minerali huma użati fil-produzzjoni ta' prodotti ta' kuljum, bħall-mowbajls, il-karozzi u l-ġojjellerija.", "Ir-regoli se jkopru sa 95 % tal-importazzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2021.", "Sadanittant, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jaħdmu biex jiżguraw li l-istrutturi meħtieġa jkunu f'posthom sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni madwar l-UE kollha kemm hi.", "Flimkien mar-regoli l-ġodda, l-UE se ddaħħal fis-seħħ miżuri ta' akkumpanjament li jappoġġjaw lill-importaturi żgħar u ta' daqs medju, u għajnuna għall-iżvilupp sabiex jiġi żgurat li r-Regolament ikun effettiv u jkollu impatt pożittiv fuq il-post.", "L-UE kienet ukoll qiegħda tkellem lill-gvernijiet fl-Afrika, fl-Asja u lil hinn minnha biex tħeġġiġhom jakkwistaw is-sorsi b'mod responsabbli u biex jeliminaw swieq alternattivi għal minerali ta' kunflitt.", "Sabiex isir aktar effettiv, ir-Regolament għad irid ikun adottat formalment mill-Kunsill.", "Aktar informazzjoni", "Il-politika tal-UE dwar il-minerali ta' kunflitt"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_560", "title": "Mistoqsijiet u Tweġibiet: Komunikazzjoni Konġunta: Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENLNEIG,HREXTRELS", "date": "Mon, 13 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Mistoqsijiet u Tweġibiet: Komunikazzjoni Konġunta: Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja", "Għala għandna din il-Komunikazzjoni Konġunta issa?", "L-ewwel nett, is-sitwazzjoni fis-Sirja laħqet evolviet mill-aħħar rieżami tal-Istrateġija Reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq u tat-theddida tal-ISIL/Da'esh.", "Il-parti relatata mas-Sirja tal-Istrateġija Reġjonali kellha bżonn tiġi riveduta biex tirrifletti r-realtajiet ġodda u l-istadju differenti tal-kunflitt li qegħdin ukoll jaffettwaw l-involviment politiku u umanitarju tal-UE fis-Sirja.", "It-tieni, il-Komunikazzjoni Konġunta tagħti stampa tar-rwol imsaħħaħ tal-UE fir-rigward tas-Sirja, biex tikkontribwixxi għal soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja taħt il-qafas eżistenti maqbul min-NU u biex tgħin biex jinbnew ir-reżiljenza u l-istabbiltà fil-pajjiż, kif ukoll li tappoġġja r-rikostruzzjoni wara l-ftehim ladarba tkun għaddejja tranżizzjoni politika kredibbli.", "Din hija wkoll konformi mal-appell għal rwol iktar b'saħħtu tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sirja li għamel il-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016.", "L-UE diġà qed tagħmel ħafna, kemm politikament kif ukoll f'dak li jirrigwarda assistenza kemm umanitarja u kemm li mhijiex, u se tkompli tagħmel dan biex issalva l-ħajjiet, biex tgħin lil dawk l-iktar fil-bżonn u biex treġġa' lura l-paċi lill-poplu Sirjan.", "X'inhuma l-prospetti li l-kunflitt jintemm?", "Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-UE huwa li ttemm il-kunflitt.", "Soluzzjoni dejjiema u sostenibbli għall-kunflitt tista' tkun biss waħda politika, ibbażata fuq l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2254 u msawra permezz tal-proċess ta' Ġinevra dwar taħdidiet intra-Sirjani mmexxija mill-mibgħut speċjali tan-NU Staffan de Mistura.", "Waqt li nistgħux inbassru meta se jintlaħaq ftehim, nistgħu nappoġġaw il-proċess tan-NU li għandu l-għan li jiffaċilitah.", "Huwa dan li tipproponi l-Komunikazzjoni Konġunta, li ssaħħaħ il-ħidma diplomatika u politika li għaddejja tal-UE, b'mod partikolari d-djalogu politiku li għaddej mal-atturi reġjonali taħt l-inizjattiva reġjonali tal-UE dwar il-ġejjieni tas-Sirja, li għandha l-għan li tappoġġja u tikkontribwixxi b'mod dirett għat-taħditiet politiċi mmexxija min-NU.", "Hemm bżonn li nħejju għall-fażi ta' wara l-ftehim, sabiex inkunu lesti u nirrispondu b'mod effettiv meta jasal il-mument xieraq.", "X'bixra se jkollha s-Sirja fil-ġejjieni?", "Ma nistgħux niġġudikaw u niddefinixxu ġejjieni għas-Sirja minn qabel.", "Dan għandu jiġi ddefinit mis-Sirjani nfushom, u dan bħalissa huwa parti mit-taħditiet bejn is-Sirjani li qed isiru f'Ġinevra taħt it-tmexxija tal-mibgħut speċjali tan-NU de Mistura.", "Aħna nistgħu biss nappoġġjaw dawk it-taħditiet li qed jitmexxew mill-proċess politiku mmexxi min-NU bil-ħsieb li jkun hemm soluzzjoni dejjiema li l-komunità internazzjonali tappoġġjaha u li jeħtieġ li tkun konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2254 u l-Komunikat ta' Ġinevra.", "Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2254 tiddefinixxi parametri li għandhom jinkwadraw it-taħdidiet f'Ġinevra.", "Ir-raba' ċiklu ta' taħditiet bejn is-Sirjani li saru f'Ġinevra fi Frar 2017 identifika tliet basktijiet gan-negozjati futuri, konformi ma' UNSCR 2254 – il-governanza, il-kostituzzjoni, u l-elezzjonijiet – biż-żieda ta' basket ieħor ad-hoc li fih jista jiġi diskuss it-terroriżmu.", "Id-djalogu politiku mal-atturi ewlenin mir-reġjun skont l-inizjattiva reġjonali tal-UE dwar il-ġejjieni tas-Sirja għandu l-intenzjoni li jidentifika pożizzjoni komuni għall-istat aħħari fis-Sirja u l-kundizzjonijiet għall-proċess ta' rikonċiljazzjoni u rikostruzzjoni.", "Dan ix-xogħol għandu l-għan li jikkontribwixxi iktar għal ftehim fil-proċess ta' paċi bejn is-Sirjani.", "L-unika mod li bih id-Da'esh jista' jiġi miġġieled b'mod effiċjenti fit-tul huwa soluzzjoni politika.", "Mingħajr din is-soluzzjoni, Da'esh dejjem sejjer jipprova jagħmel gwadanji tal-gwerra u jipprova jgawdi mill-ekonomija bellika.", "S'issa, x'għamlet l-UE biex tgħin lis-Sirjani?", "L-UE hija d-donatur ta' quddiem nett fir-rispons internazzjonali għall-Kriżi tas-Sirja, u b'kollox ġew mobilizzati aktar minn EUR 9.4 biljun mill-UE u l-Istati Membri kollettivament f'assistenza umanitarja, ta' żvilupp, ekonomika u ta' stabbilizzazzjoni.", "Permezz tal-għajnuna umanitarja fis-Sirja, qegħdin nilħqu miljuni ta' nies fil-pajjiż kollu, u nibdew mir-rispons ta' emerġenza tal-ewwel linja.", "Qegħdin ngħinu lil sħab umanitarji jirrispondu għas-sitwazzjoni maħluqa mill-ispostament bikri.", "Bis-saħħa tal-għajnuna umanitarja li ssalva l-ħajjiet ipprovduta mill-Kummissjoni Ewropea mill-bidu tal-kriżi:", "Il-prijorità fil-programmi ta' għajnuna umanitarja tagħna hija li ngħinu lis-Sirjani l-iktar vulnerabbli kemm fil-pajjiż innifsu iżda wkoll fil-pajjiżi ġirien: il-Ġordan, il-Libanu, u t-Turkija.", "Fil-Ġordan, l-għajnuna umanitarja tal-UE għenet 350 000 refuġjat Sirjan fl-2016.", "Mindu bdiet il-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea kkontribwiet iktar minn EUR 251 miljun f'għajnuna umanitarja biss, billi tat servizzi għal assistenza tas-saħħa, ikel u bżonnijiet bażiċi, tħejjija għax-xitwa, kenn, edukazzjoni, ilma u sanitazzjoni, appoġġ psikoloġiku u programmi ta' protezzjoni għar-refuġjati fil-kampijiet u kuntesti urbani.", "L-għoti ta' servizzi bażiċi fi rħula u bliet żgħar tul il-pajjiż jinkludi wkoll familji Ġordanjani vulnerabbli.", "Pereżempju: Mill-2012, l-UNICEF irċeviet total ta' EUR 24 miljun mill-Kummissjoni Ewropea għall-protezzjoni tat-tfal, l-ilma u s-sanitazzjoni, u l-programm preżenti ta' flus kontanti għat-tfal.", "Minn Frar 2015, l-UNICEF assistiet madwar 56 000 tifel u tifla minn 15 750 mill-iktar familji vulnerabbli Sirjani f'komunitajiet ospitanti b'20 Dinar Ġordanjan ir-ras fix-xahar.", "Fil-Libanu, bis-saħħa ta' sħabha, fl-2016 l-għajnuna umanitarja tal-UE lil-Libanu laħqet lil madwar 665 000 refuġjat Sirjan.", "Mill-2012 'l hawn, il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet finanzjament umanitarju b'valur ta' EUR 356.1 miljun lil-Libanu, li jiffoka fuq l-iktar refuġjati vulnerabbli.", "Dawn jinkludu EUR 87 miljun għall-2016.", "Il-finanzjament umanitarju tal-UE kkontribwixxa għall-edukazzjoni informali, programmi ta' assistenza bi flus kontanti, kura tas-saħħa sekondarja li qed issalva l-ħajjiet, u kenn, ilma, u sanitazzjoni biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-familji.", "Il-protezzjoni għadha settur kritiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsulenza u l-assistenza legali u s-servizz lis-superstiti tal-vjolenza.", "Mill-2011 'l hawn, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 2.4 biljun f'għajnuna mhux umanitarja biex tirrispondi għall-kriżi Sirjana fis-Sirja u fir-reġjun.", "Fis-Sirja, l-UE qed tipprovdi EUR 327 miljun f'assistenza mhux umanitarja permezz ta' bosta strumenti biex isaħħu r-reżiljenza tal-pajjiżi ġirien kif ukoll in-nies Sirjani.", "L-Istrument Ewropew tal-Viċinat iffinanzja[1] azzjonijiet fis-Sirja f'bosta setturi, bħall-edukazzjoni, l-appoġġ għall-għajxien, il-governanza lokali, is-saħħa u s-soċjetà ċivili.", "Dan il-finanzjament għandu l-għan li jmantni l-kapital uman Sirjan, jiffaċilita l-aċċess tan-nies għal servizzi bażiċi u li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet ċivili lokali.", "Fl-ambitu tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi[2] u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem[3] , l-UE qiegħda tappoġġja lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lis-soċjetà ċivili tas-Sirja.", "L-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp[4] ukoll jappoġġja proġetti fis-Sirja biex tiżdied is-sigurtà alimentari tal-poplu Sirjan.", "L-UE ħolqot Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, b'baġit totali ta' EUR 3 biljun għall-perjodu 2016-2017, biex tappoġġja l-perspettivi soċjoekonomiċi, edukattivi u tal-għajxien fuq terminu itwal tar-refuġjati fit-Turkija.", "L-UE ħolqot ukoll Fond Fiduċjarju Reġjonali b'reazzjoni għall-kriżi fis-Sirja[5] li jinkludi EUR 932 miljun f'kontribuzzjonijiet minn 22 Stat Membru u t-Turkija.", "Dan minbarra finanzjament dirett mill-baġit tal-UE li ntuża sa issa fir-reġjun biex jgħin lis-Sirjani u lill-komunitajiet ospitanti f'pajjiżi ġirien.", "Il-finanzjament mill-UE kkontribwixxa għat-titjib ta' ħajjiet ir-refuġjati, b'mod partikolari fis-settur tal-edukazzjoni.", "Pereżempju, 663 000 refuġjat Sirjan u tfal u żgħażagħ fil-komunità ospitanti fit-Turkija, il-Libanu u l-Ġordan jingħataw aċċess għal servizzi ta' protezzjoni, kura psikosoċjali u edukazzjoni primarja ta' kwalità.", "Fis-settur tal-edukazzjoni għolja, il-proġett “HOPES” qed joffri boroż ta' studju, konsulenza dwar l-edukazzjoni u taħriġ fil-lingwi lil madwar 250 000 refuġjat Sirjan u żgħażagħ fil-komunità ospitanti fil-Ġordan, il-Libanu, l-Eġittu, l-Iraq u t-Turkija.", "Fit-Turkija, l-interventi fil-qasam tal-edukazzjoni jinkludu l-bini ta' 70 skola ġdida u t-tagħmir għalihom.", "X'inhu l-approċċ tas-“Sirja kollha kemm hi”?", "L-approċċ tas-Sirja kollha kemm hi għandu l-għan li jkopri l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni fil-pajjiż kollu, irrispettivament mill-affiljazzjonijiet politiċi, etniċi jew reliġjużi.", "Huwa kunċett żviluppat min-NU, li għandu jiġi segwit minn kull min jagħti assistenza umanitarja fis-Sirja, li għandu l-għan li jirrispondi l-ewwel u qabel kollox għall-ħtiġijiet l-iktar urġenti tal-popolazzjoni.", "L-assistenza mhux umanitarja li l-UE tagħti lill-popolazzjoni ċivili wkoll tingħata skont l-approċċ tas-Sirja kollha kemm hi, konformi mal-gwida politika stabbilita fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Mejju 2016[6].", "Kif tista' l-UE timmaġina li tikkontribwixxi għar-rikostruzzjoni meta l-kunflitt għadu għaddej?", "L-UE għamlitha ċara li hi mhux se tkun kapaċi tassisti r-rikostruzzjoni tal-pajjiż sa ma jkun hemm fis-seħħ tranżizzjoni politika komprensiva, ġenwina u inklussiva.", "L-involviment tal-UE fir-rikostruzzjoni huwa għaldaqstant marbut ma' soluzzjoni politika għall-kunflitt imsejsa fuq UNSCR 2254 u l-Komunikat ta' Ġinevra.", "Madankollu, il-Komunikazzjoni Konġunta ssemmi l-oqsma ewlenin li fihom l-UE tista' tinvolvi ruħha flimkien ma' istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn, bħall-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji b'sostenn għal rikostruzzjoni wara l-ftehim, b'mod inkrimentali, u biss b'riposta għal progress konkret u li jista' jitkejjel.", "Dawn jinkludu", "Sabiex inkunu lesti li nieħdu azzjoni malajr u b'mod effettiv meta jasal il-waqt xieraq, it-tħejjijiet iridu jibdew minn qabel.", "Xi rwol tista' taqdi l-UE ladarba jintlaħaq ftehim politiku?", "Meta tkun bdiet tranżizzjoni komprensiva, ġenwina u inklussiva, l-UE se tkun minn ta' quddiem fl-isforzi kollettivi għar-rikostruzzjoni flimkien ma' sħab oħrajn bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fond Monetarju Internazzjonali, u l-Bank Dinji.", "L-UE se tkompli tinvolvi ruħha u tikkontribwixxi għall-eżerċizzju tal-ippjanar ta' wara l-ftehim kondott mit-Task Force Interaġenzjali tan-NU li se tagħti d-dettalji tal-interventi multisettorjali li se jkun hemm bżonn fl-ewwel sitt xhur wara ftehim ta' paċi biex jappoġġjaw il-proċess politiku u l-istrutturi tal-gvern tranżizzjonali.", "Għaddej ukoll xogħol biex il-valutazzjonijiet UE-NU tal-ħsara u l-bżonnijiet f'għadd ta' bliet Sirjani jiġu mwessgħin, u biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni jiġu indirizzati fil-ħidma ta' rikostruzzjoni.", "L-UE se tfittex li tintegra sforzi simili u paralleli tal-Bank Dinji.", "Dan ix-xogħol se jħejji t-triq u jnaqqas iż-żmien meħtieġ wara l-ftehim biex titwettaq valutazzjoni konġunta ta' Rkupru u Konsolidament tal-Paċi bejn l-UE, il-Bank Dinji, u n-Nazzjonijiet Uniti, b'appoġġ għall-pjanijiet iktar fit-tul ta' rkupru u rikostruzzjoni għall-istrutturi tal-gvern tranżizzjonali.", "L-UE tista' tkun involuta f'għadd kbir ta' oqsma: mill-governanza u t-tfassil ta' Kostituzzjoni ġdida għar-riforma tas-settur tas-sigurtà, il-ħolqien tax-xogħol, ir-ritorn volontarju u dinjituż tar-refuġjati u l-għoti ta' spinta lill-kapital uman Sirjan permezz ta' servizzi u l-edukazzjoni, għal bosta oqsma oħra, bħat-tneħħija tal-mini, il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet il-ġodda f'bosta oqsma, u l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali.", "Il-Komunikazzjoni Konġunta tagħti stampa tal-oqsma l-iktar importanti ta' involviment tal-Unjoni Ewropea.", "X'jista' jsir biex tiġi żgurata l-ġustizzja tranżizzjonali u r-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra?", "Tul u wara l-kunflitt, l-UE se tkompli tappoġġja inizjattivi ta' ġustizzja tranżizzjonali biex tgħin biex tiġi żgurata r-responsabbiltà għad-delittti tal-gwerra, l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali.", "Dan jinkludi l-użu kkonfermat tal-armi kimiċi, kif ukoll l-appoġġ għall-investigazzjoni tad-delitti tal-gwerra, kemm fil-livell nazzjonali, kif ukoll dak internazzjonali.", "Dawn l-isforzi se jsiru b'mod konġunt, bl-appoġġ għat-tisħiħ tal-għajnuna psikosoċjali u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-pajjiż kollu.", "U s-sanzjonijiet?", "L-UE se żżomm il-miżuri ristrettivi tagħha kontra individwi u entitajiet Sirjani li jappoġġjaw lir-reġim sakemm idum għaddejja r-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili.", "Il- miżuri li għandhom fil-mira tagħhom ċerti setturi tal-ekonomija Sirjana se jinżammu wkoll sakemm ikun hemm bżonn.", "Is-sanzjonijiet li jeżistu attwalment se jiġu estiżi ulterjorment skont il-bżonn.", "Minn żmien għal żmien, l-UE se twettaq rieżami tal-impatt tas-sanzjonijiet u se tikkunsidra regolarment l-opzjonijiet biex tnaqqas kull konsegwenza mhux intenzjonata.", "[1] http://ec.europa.eu/europeaid/funding/european-neighbourhood-and-partnership-instrument-enpi_en", "[2] http://ec.europa.eu/dgs/fpi/documents/140311_icsp_reg_230_2014_en.pdf", "[3] http://www.eidhr.eu/", "[4] http://ec.europa.eu/europeaid/how/finance/dci_en.htm_en", "[5] https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/sites/near/files/20161220-eutf-syria_0.pdf", "[6] li b'mod partikolari jgħidu li (§6) l-UE ser issaħħaħ il-ħidma kollettiva tagħha biex […] tfittex iżżid l-assistenza, filwaqt li tikkombina assistenza transkonfinali mal-appoġġ minn ġewwa s-Sirja u ser timmira lejn it-twassil ta' għajnuna bħala parti minn sforz akbar biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni madwar is-Sirja kollha u tinbena reżiljenza lokali."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_561", "title": "Lejn rwol iktar b'saħħtu tal-UE għas-Sirja, bit-tisħiħ tal-isforzi tal-UE li tibni l-paċi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Mon, 13 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea llum adottaw Komunikazzjoni Konġunta li tipproponi strateġija progressiva tal-UE għas-Sirja.", "Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà llum adottaw Komunikazzjoni Konġunta li tipproponi strateġija progressiva tal-UE għas-Sirja.", "Skont ma talab il-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016, il-Komunikazzjoni tiddefinixxi kif l-Unjoni Ewropea tista' taqdi rwol iktar b'saħħtu hi u tikkontribwixxi għal soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja skont il-qafas li diġà hemm u li huwa maqbul min-NU.", "Din tħares ukoll lejn kif l-UE tista' tkompli tassisti lill-iktar minn 13-il miljun ruħ fil-bżonn fis-Sirja, tgħin biex tibni r-reżiljenza u l-istabbiltà fil-pajjiż, tappoġġa r-rikostruzzjoni ta' wara l-ftehim u r-ritorn volontarju, dinjituż u sigur tar-refuġjati u l-persuni spostati f'pajjiżhom ladarba jkun hemm tranżizzjoni politika kredibbli fis-seħħ.", "Ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini qalet: “Il-Komunikazzjoni Konġunta addottata llum ma ssaħħaħx biss l-involviment u l-appoġġ tagħna għal soluzzjoni politika għall-gwerra bħala l-uniku mezz li bih nistgħu nreġġgħu l-paċi lura lejn is-Sirja, iżda wkoll dak li l-Unjoni Ewropea tista' tagħmel f'kuntest ta' wara l-ftehim li fih ir-rikostruzzjoni tkun tista' tibda.", "U hemm ħafna li l-Unjoni Ewropea hija lesta tagħmel, flimkien man-Nazzjonijiet Uniti u l-bqija tal-komunità internazzjonali.", "Is-Sirjani jridu l-paċi, u ħaqqhom il-paċi, għax iridu u jistħoqqilhom li fl-aħħar ikollhom il-possibbiltà li jsawru l-ġejjieni ta' pajjiżhom.", "Aħna qegħdin spalla ma' spalla magħhom biex insostnu l-ġejjieni tas-Sirja.”", "Kif hemm imniżżel fil-Komunikazzjoni Konġunta, l-involviment tal-Unjoni Ewropea fis-Sirja jmur lil hinn mis-sitwazzjoni attwali.", "Huwa ddefinit minn perspettiva li tħares fit-tul li tappoġġa l-għanijiet strateġiċi tal-UE għas-Sirja.", "Is-Sirjani jistħoqqilhom pajjiż magħqud, demokratiku, divers, inklussiv u territorjalment integrali.", "Sirja stabbli, b'saħħitha u sigura se tinbena mill-ġdid dment li tintlaħaq soluzzjoni politika konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2254 u l-Komunikat ta' Ġinevra.", "Il-Komunikazzjoni Konġunta qed tasal f'mument kruċjali għas-Sirja, issa li l-kunflitt wasal fis-sitt sena tiegħu u bl-issoktar tat-taħditiet immexxijin min-NU f'Ġinevra, appoġġati minn mekkaniżmu ta' waqfien mill-ġlied stabbilit bħala riżultat tat-taħditiet ta' Astana.", "Il-Komunikazzjoni ttenni l-appoġġ dirett tal-Unjoni Ewropea għall-proċess tan-NU, partikolarment permezz tad-djalogu politiku li għaddej mal-atturi reġjonali taħt l-inizjattiva reġjonali tal-UE dwar il-ġejjieni tas-Sirja u x-xogħol li għaddej biex tissaħħaħ l-oppożizzjoni politika u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tas-Sirja.", "L-Unjoni Ewropea se tkompli tkun id-donatur ta' fuq quddiem nett fir-rispons internazzjonali għal waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn.", "Mindu faqqa' l-kunflitt, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 9.4 biljun, u tat assistenza umanitarja u appoġġ għar-reżiljenza li salvat il-ħajjiet, kemm lin-nies Sirjani kif ukoll lill-pajjiżi ġirien li laqgħu lir-refuġjati Sirjani.", "Il-Komunikazzjoni Konġunta tippreżenta l-kuntest politiku, tas-sigurtà u umanitarju fis-Sirja u s-sitwazzjoni attwali tal-assistenza tal-UE b'risposta għall-kriżi tas-Sirja.", "Tinkludi fiha valutazzjoni tar-riskji u t-theddid li tippreżenta t-tkomplija tal-gwerra lill-interessi ewlenin tal-UE, l-istabbiltà reġjonali u globali, kif ukoll id-definizzjoni ta' sett ta' għanijiet ċari għall-politika tal-UE għas-Sirja, li jinkludu:", "Bħala l-pass li jmiss, il-Kummissjoni tipproponi linji ta' azzjoni ċari biex timplimenta dawn l-għanijiet, f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab reġjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali, u biex tkompli l-ħidma diplomatika u l-ippjanar għal wara l-ftehim sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ internazzjonali jkun lest, ikkoordinat u jkun jista' jitwassal effettivament meta jasal il-waqt.", "Ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Mogherini se tippreżenta l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE fil-Kunsill Affarijiet Barranin tat-3 ta' April; din se tiġi ppreżentata wkoll lill-Parlament Ewropew.", "Il-Komunikazzjoni se sservi wkoll bħala kontribut importanti għall-konferenza li se ssir fi Brussell bl-isem “Supporting the Future of Syria and the Region” fil-5 ta' April 2017 li l-UE se tikkopresjedi flimkien man-NU, il-Ġermanja, il-Kuwajt, in-Norveġja, il-Qatar u r-Renju Unit.", "Sfond", "L-aħħar strateġija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sirja ġiet adottata f'Marzu tal-2015 bħala parti mill-Istrateġija Reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tad-Da'esh.", "Il-Komunikazzjoni Konġunta tirrappreżenta r-rieżami tal-aspetti relatati mas-Sirja tal-Istrateġija Reġjonali li l-aħħar li ġiet riveduta u aġġornata mill-Kunsill kien f'Mejju 2016.", "Fid-diskors tiegħu tal-2016 dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker qal: “lIlum qed insejjaħ għal Strateġija Ewropea dwar is-Sirja.", "Biex l-Ewropa tkun tista' tgħin fil-bini mill-ġdid ta' nazzjon Sirjan paċifiku, u soċjetà pluralistika, tolleranti u ċivili fis-Sirja.”", "Għal aktar tagħrif", "Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja", "Skeda informattiva: L-UE u l-kriżi fis-Sirja"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_526", "title": "Regoli aktar sempliċi u appoġġ akbar lill-produtturi tal-frott u l-ħxejjex", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 12 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["L-organizzazzjonijiet Ewropej tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex se jibbenefikaw minn regoli aktar sempliċi, tnaqqis tal-piż amministrattiv u appoġġ finanzjarju akbar fi żminijiet ta' kriżi grazzi għal regoli ġodda li l-Kummissjoni Ewropea adottat illum.", "Għadha kif ġiet konkluża reviżjoni li damet għaddejja sentejn bħala parti mill-inizjattiva kontinwa dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni Juncker.", "Bis-saħħa t'hekk għandna dan ir-regolament ta' delega aġġornat u ssimplifikat tas-settur Ewropew tal-frott u l-ħxejjex li se jkompli jsaħħaħ ir-rwol tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi billi jagħmilhom aktar attraenti għal dawk li mhumiex membri, filwaqt li fl-istess ħin itejjeb il-funzjonament tal-iskema eżistenti tal-ġestjoni tas-suq.", "Il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura, is-Sur Phil Hogan illum qal: “Fil-kuntest tal-biedja u tal-produzzjoni tal-ikel fl-Ewropa, is-settur tal-frott u l-ħxejjex huwa ta' importanza vitali.", "Il-Kummissjoni Ewropea appoġġat lis-settur u se tkompli tappoġġah.", "Huwa essenzjali wkoll li l-miljuni ta' bdiewa li jipproduċu ftit mill-ikel tal-aqwa kwalità fid-dinja jiġu ppremjati b'mod adegwat għall-isforzi tagħhom u li l-konsumaturi jkomplu jkollhom aċċess għal dan il-prodott.”", "Kull sena, 3.4 miljun azjenda fl-UE kollha, jiġifieri bejn wieħed u ieħor kwart tal-azjendi agrikoli kollha fl-UE, jipproduċu b'kemm jiswew madwar EUR 47 biljun fi frott u ħxejjex.", "Skont l-aħħar ċifri disponibbli, kien hemm madwar 1,500 Organizzazzjoni tal-Produtturi li jkopru 50 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex fl-UE.", "Minbarra l-għajnuna diretta u l-kofinanzjament tal-UE ta' proġetti tal-iżvilupp rurali, il-produtturi tal-frott u l-ħxejjex tal-UE bbenefikaw minn miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ li jammontaw għal EUR 430 miljun minn mindu ġie impost l-embargo mir-Russja fuq l-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE f'Awwissu 2014.", "Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi wkoll finanzjament addizzjonali ta' madwar EUR 700 miljun kull sena lill-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi.", "Barra din l-għajnuna kontinwa tas-suq, ir-regoli l-ġodda se jġibu magħhom:", "Wara l-adozzjoni tal-lum mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew issa għandhom xahrejn biex jivvotaw dwar ir-Regolament delegat li mbagħad jidħol fis-seħħ.", "Sfond", "L-UE tappoġġa b'mod attiv is-settur tal-frott u l-ħxejjex permezz ta-iskema tagħha tal-ġestjoni tas-suq (parti mill-“organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli”), li għandha erba' għanijiet wesgħin: suq aktar kompetittiv u orjentat lejn is-suq; inqas varjazzjonijiet marbuta mal-kriżi fid-dħul finanzjarju tal-produtturi; konsum akbar ta' frott u ħxejjex fl-UE; użu akbar ta' kultivazzjoni u ta' tekniki ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.", "Organizzazzjonijiet tal-produtturi b'saħħithom għandhom rwol kruċjali biex jittrattaw b'mod kollettiv sitwazzjonijiet mhux mistennija u avversi.", "Permezz tar-Regolamenti dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, l-UE tinkoraġġixxi lill-bdiewa biex iwaqqfu Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, sabiex isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq permezz ta' pożizzjoni ta' negozjar aktar b'saħħitha mas-settur bl-imnut, kif ukoll permezz ta' ppjanar tal-produzzjoni, tal-innovazzjoni u tal-prevenzjoni tal-kriżijiet, u ta' miżuri ta' ġestjoni.", "L-UE tappoġġa lill-bdiewa f'dawn l-isforzi billi tipprovdi finanzjament biex jgħinhom jippjanaw il-produzzjoni tagħhom, jinnovaw u jwettqu l-attivitajiet agrikoli tagħhom b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Aktar informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_555", "title": "Antitrust: Il-Kummissjoni tistieden kummenti dwar l-impenji ta' Gazprom fir-rigward tas-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,ANTITRUST", "date": "Sun, 12 Mar 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Il-Kummissjoni Ewropea tistieden kummenti mingħand il-partijiet interessati kollha dwar l-impenji ppreżentati minn Gazprom sabiex jiġi indirizzat it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni rigward is-swieq tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.", "L-impenji se jippermettu li jkun hemm flussi transfruntiera tal-gass bi prezzijiet kompetittivi.", "Il-Kummissarju inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni Margrethe Vestager qalet: “Nemmnu li l-impenji ta' Gazprom se jippermettu li jkun hemm fluss liberu ta' gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant bi prezzijiet kompetittivi.", "Huma jindirizzaw it-tħassib tagħna dwar il-kompetizzjoni u jipprovdu soluzzjoni u li tħares 'il quddiem f'konformità mar-regoli tal-UE.", "Fil-fatt, jgħinu biex ikun hemm integrazzjoni aħjar tas-swieq tal-gass fir-reġjun.", "Dan huwa importanti għal miljuni ta' Ewropej li jiddependu fuq il-gass biex isaħħnu d-djar tagħhom u jkollhom karburant għan-negozji tagħhom.", "Issa rridu nisimgħu l-fehmiet tal-klijenti u ta' partijiet ikkonċernati oħrajn u se nikkunsidrawhom bir-reqqa qabel ma nieħdu xi deċiżjoni.\"", "Gazprom hija l-fornitur tal-gass dominanti f'għadd ta' pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.", "F'April 2015, il-Kummissjoni bagħtet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet fejn esprimiet l-opinjoni preliminari tagħha li Gazprom kienet qed tikser ir-regoli tal-antitrust tal-UE billi kienet qed tapplika strateġija ġenerali ta' diviżjoni bejn tas-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u dawk tal-Ewropa tal-Lvant.", "Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-impenji li qed toffri Gazprom ikopru t-tħassib tagħha dwar il-kompetizzjoni.", "Jgħinu biex is-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u dawk tal-Ewropa tal-Lvant jintegraw aħjar, biex b'hekk il-gass ikun jista' jiċċirkola liberament bi prezzijiet kompetittivi.", "B'mod partikolari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-impenji ta' Gazprom jissodisfaw l-objettivi tagħha rigward kull tħassib dwar il-kompetizzjoni, jiġifieri billi jiżguraw li:", "Il-Kummissjoni issa qed tistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-impenji fi żmien seba' ġimgħat mill-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali.", "Wara li tqis il-kummenti li tirċievi, il-Kummissjoni mbagħad tifforma opinjoni finali dwar jekk l-impenji humiex mod sodisfaċenti biex jiġi indirizzat it-tħassib tal-Kummissjoni rigward il-kompetizzjoni.", "Jekk dan ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni li tagħmel l-impenji legalment vinkolanti fuq Gazprom (skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-UE 1/2003 dwar l-antitrust).", "Jekk kumpanija tikser dawn l-impenji, il-Kummissjoni tista' timponi multa sa 10 % tad-dħul mill-bejgħ dinji tal-impriża, mingħajr ma jkollha tagħti prova ta' ksur tar-regoli tal-UE dwar l-antitrust.", "B'mod iktar ġenerali, il-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ma tiddependix biss fuq l-eżekuzzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE iżda wkoll fuq l-investiment fid-diversifikazzjoni tal-forniment tal-gass, leġiżlazzjoni Ewropea u dik nazzjonali mmirati tajjeb u l-implimentazzjoni kif xieraq tagħhom.", "Għalhekk hija prijorità ewlenija tal-Kummissjoni li tibni Unjoni Ewropea tal-Enerġija.", "Dettalji dwar l-impenji ta' Gazprom", "Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni stabbilixxiet tliet elementi ewlenin ta' tħassib dwar il-kompetizzjoni.", "L-impenji ta' Gazprom jindirizzaw dan it-tħassib.", "Hija ħadet l-impenn li tosserva l-impenji għal tmien snin.", "1) L-abilitazzjoni tal-fluss liberu tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.", "Il-Kummissjoni għandha tħassib li Gazprom imponiet restrizzjonijiet territorjali fil-ftehimiet ta' forniment tagħha mal-bejjiegħa bl-ingrossa u ma‘ xi klijenti industrijali fi tmien Stati Membri (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja).", "Dawn ir-restrizzjonijiet jostakolaw il-kummerċ liberu tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant.", "Gazprom impenjat ruħha li tneħħi l-ostakli kuntrattwali kollha għall-fluss liberu tal-gass fis-swieq tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.", "Barra minn hekk, impenjat ruħha biex tieħu passi attivi sabiex ikunu integrati aħjar:", "2) Prezzijiet tal-gass żgurati fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant", "Il-Kummissjoni kienet imħassba li r-restrizzjonijiet territorjali ppermettew li Gazprom tifred is-suq, u bħala riżultat setgħet kienet kapaċi ssegwi politika ta' prezzar eċċessiv f'ħames Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja).", "Gazprom impenjat ruħha li tintroduċi għadd ta' bidliet importanti fil-klawżoli ta' rieżami tal-prezz kuntrattwali tagħha biex tiżgura prezzijiet kompetittivi tal-gass f'dawn ir-reġjuni:", "3) Jitneħħew ir-rekwiżiti miksubin permezz tal-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq", "Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha tħassib li Gazprom sfruttat il-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq tal-provvista tal-gass biex tikseb vantaġġi marbuta mal-aċċess għall-infrastruttura tal-gass jew il-kontroll tagħha.", "Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet esprimiet tħassib rigward il-proġett South Stream fil-Bulgarija u l-pipeline Yamal fil-Polonja.", "Fir-rigward tal-pipeline Yamal, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni wriet li s-sitwazzjoni ma tistax tinbidel permezz ta' din il-proċedura antitrus minħabba l-impatt ta' ftehim intergovernattiv bejn il-Polonja u r-Russja.", "Sabiex tindirizza aħjar il-ftehimiet intergovernattivi fil-futur, fi Frar 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva biex il-ftehimiet intergovernattivi jkunu soġġetti għal skrutinju minn qabel mill-Kummissjoni.", "Il-proposta ġiet adottata mill-Parlament Ewropew fit-2 ta' Marzu 2017 u bħalissa tinsab pendenti mal-Kunsill (ara wkoll l-Istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni li tilqa' l-ftehim politiku milħuq f'Diċembru 2016).", "Ara wkoll l-Iskedi Informattivi speċifiċi għall-pajjiżi li jispjegaw kif l-impenji għandhom jibbenefikaw lil kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija u s-Slovakkja.", "It-test sħiħ tal-impenji huwa disponibbli wkoll fuq is-sit web tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni.", "Sommarju tal-impenji proposti se jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.", "Iktar tagħrif, huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni, fir-reġistru pubbliku tal-każijiet taħt in-numru tal-każ 39816."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/CJE_11_91", "title": "Monopolju tal-logħob tal-ażżard bl-Internet jista' jkun iġġustifikat biss jekk isegwi b'mod koerenti u sistematiku l-għan tal-ġlieda kontra l-perikoli marbuta ma' tali logħob", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 14 Sep 2011 22:00:00 GMT", "text": ["Stampa u Informazzjoni", "Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 91/11", "Il-Lussemburgu, 15 ta' Settembru 2011", "Sentenza fil-Kawża C-347/09", "Proċeduri kriminali kontra Jochen Dickinger u Franz Ömer", "Monopolju tal-logħob tal-ażżard bl-Internet jista' jkun iġġustifikat biss jekk isegwi b'mod koerenti u sistematiku l-għan tal-ġlieda kontra l-perikoli marbuta ma' tali logħob", "Fl-evalwazzjoni tal-proporzjonalità ta' monopolju, il-qrati nazzjonali ma humiex marbuta li jieħdu inkunsiderazzjoni s-sistemi ta' kontroll li huma suġġetti għalihom kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor", "Il-leġiżlazzjoni Awstrijaka tistabbilixxi monopolju fil-qasam tal-logħob tal-ażżard b'tali mod li d-dritt ta' organizzazzjoni u ta' operat tal-logħob tal-ażżard huwa rriżervat lill-Istat.", "Il-logħob tal-każinò kkummerċjalizzat permezz tal-Internet huwa ttrattat bħala lotterija u għalhekk huwa suġġett għas-sistema ta' konċessjoni fuq il-lotteriji, li tipprovdi għall-attribuzzjoni ta' konċessjoni unika għal dan il-logħob kollu.", "Il-konċessjonarju għandu jkun kumpannija b'kapital azzjonarju, għandu jkollu l-uffiċċju rreġistrat fl-Awstrija, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza tal-awtoritajiet Awstrijaċi.", "Fil-preżent, il-konċessjonarju uniku huwa, sal-2012, il-kumpannija tad-dritt privat Österreichische Lotterien GmbH.", "L-organizzazzjoni tal-logħob tal-ażżard mingħajr awtorizzazzjoni hija suġġetta għal proċeduri kriminali.", "Jochen Dickinger u Franz Ömer huma ċittadini Awstrijaċi u huma l-fundaturi tal-grupp multinazzjonali tal-logħob online bet-at-home.com.", "B'mod partikolari, dan il-grupp jinkludi fih kumpanniji sussidjarji Maltin li joffru logħob tal-każinò u mħatri sportivi bl-internet fuq is-sit www.bet-at-home.com, u għandhom, f'dan ir-rigward, liċenzji Maltin għal-logħob tal-ażżard u għall-imħatri sportivi online.", "Is-sit huwa aċċessibbli f'bosta lingwi, inkluż il-Ġermaniż.", "Il-kumpanniji sussidjarji Maltin kienu jużaw, għall-inqas sa' Diċembru 2007, server stabbilit f'Linz (l-Awstrija), li tpoġġa għad-dispożizzjoni tagħhom mill-kumpannija stabbilita taħt id-dritt Awstrijak Bet-at-home.com Entertainment GmbH, li tagħha J. Dickinger u F. Ömer kienu l-amministraturi, u li kienet tiżgura wkoll il-manutenzjoni tas-sit, tas-software neċessarju għal-logħob kif ukoll tal-assistenza għall-utenti.", "Inbdew proċeduri kriminali kontra J. Dickinger u F. Ömer fil-kwalità tagħhom ta' amministraturi tal-kumpannija bet-at-home.com Entertainment GmbH minħabba ksur tad-dritt Awstrijak dwar il-logħob tal-ażżard.", "Peress li l-Bezirksgericht Linz (qorti kantonali ta' Linz, l-Awstrija), li kellha l-kawża quddiemha, kellha dubji dwar jekk il-liġijiet Awstrijaċi kinux kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-libertà ta' stabbiliment u mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, hija ddeċidiet li tagħmel diversi domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.", "Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar li, skont il-ġurisprudenza tagħha, monopolju fuq il-logħob tal-ażżard jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.", "Madankollu, tali restrizzjoni tista' tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali, bħall-għan li jiġi żgurat livell ta' protezzjoni partikolarment għoli tal-konsumaturi.", "Il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza li, fil-kuntest ta' rinviju preliminari, il-kwistjoni dwar liema għanijiet huma effettivament segwiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżuri adottati fit-tfittxija ta' dawn l-għanijiet, taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju, filwaqt li lilha l-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi ċerti kriterji fis-sentenza tagħha.", "F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar b'mod partikolari l-ġurisprudenza tagħha li tgħid li, sabiex tkun koerenti mal-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità u dak li jitnaqqsu l-opportunitajiet tal-logħob, leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju, filwaqt li tippermetti lill-persuna li għandha l-monopolju tadotta politika ta' espansjoni, għandha verament tkun ibbażata fuq il-konstatazzjoni li l-attivitajiet kriminali u ta' frodi marbuta mal-logħob jikkostitwixxu problema fl-Istat Membru kkonċernat, u li għalihom l-espansjoni tal-attivitajiet regolati tkun tista' tagħti rimedju.", "Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza li, waħdu, l-għan ta' massimizzazzjoni tal-dħul tat-Teżor pubbliku ma jistax jippermetti tali restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.", "F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar ukoll li huwa biss reklamar bil-qies u strettament limitat għal dak li huwa neċessarju sabiex il-konsumatur jiġi dirett lejn in-netwerks ta' logħob ikkontrollat li jista' jiġi aċċettat.", "Politika kummerċjali espansjonista, li l-għan tagħha huwa t-tkabbir tas-suq globali tal-attivitajiet tal-logħob ma hijiex koerenti mal-għan tal-ġlieda kontra l-attivitajiet kriminali u ta' frodi.", "Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja teżamina l-kwistjoni dwar jekk il-kontrolli fuq l-operaturi ta' logħob tal-ażżard imwettqa fi Stati Membri oħra, bħal f'dan il-każ dawk li huma suġġetti għalihom il-kumpanniji sussidjarji Maltin f'Malta, għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Awstrija.", "Skont J. Dickinger u F. Ömer, kif ukoll il-Gvern Malti, Malta fil-fatt żviluppat sistema regolatorja effettiva tal-logħob tal-ażżard fuq l-Internet li hija tali li tirrispondi għall-għanijiet ta' protezzjoni tal-lagħba kontra l-frodi.", "F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar li, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'dan is-settur fil-livell tal-Unjoni, ma jista' jeżisti l-ebda obbligu ta' rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-Istati Membri l-oħra fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, u li s-sempliċi fatt li Stat Membru għażel sistema ta' protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ieħor ma għandu ebda effett fuq l-evalwazzjoni tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet adottati f'dan ir-rigward.", "Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li l-ġurisprudenza tagħha, li tgħid li ma huwiex konformi mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi l-fatt li fornitur jiġi ssuġġettat għal restrizzjonijiet, fl-Istat Membru ospitanti, biex jiġu salvagwardati interessi ġenerali sa fejn dawn l-interessi jkunu diġà salvagwardati fl-Istat Membru ta' stabbiliment, ma hijiex, fl-istat attwali tal-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni, applikabbli f'qasam bħal dak tal-logħob tal-ażżard, li ma huwiex armonizzat fil-livell tal-Unjoni u li fih l-Istati Membri jgawdu minn marġni ta' diskrezzjoni wiesgħa f'dak li jirrigwarda l-għanijiet li jridu jsegwu, u l-livell ta' protezzjoni li jixtiequ.", "F'dan ir-rigward, hija tenfasizza li d-diversi Stati Membri mhux neċessarjament jiddisponu mill-istess mezzi tekniċi biex jikkontrollaw il-logħob tal-ażżard online.", "Il-fatt li livell partikolari ta' protezzjoni tal-konsumaturi kontra frodi mill-operatur jista' jintlaħaq fi Stat Membru bl-applikazzjoni ta' mezzi tekniċi sofistikati ta' kontroll u ta' sorveljanza ma jippermettix li jiġi konkluż li l-istess livell ta' protezzjoni jista' jintlaħaq fi Stati Membri oħra, li ma jkollhomx dawn il-mezzi tekniċi jew li ma jkunux għamlu l-istess għażliet f'dan ir-rigward.", "Stat Membru jista' leġittimament jasal biex jissorvelja attività ekonomika li sseħħ fit-territorju tiegħu, ħaġa li tkun impossibbli għalih jekk ikollu jibbaża ruħu fuq kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor permezz ta' sistemi regolatorji li ma jkollux kontroll fuqhom huwa nnifsu.", "TFAKKIRA:Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jippermetti lill-qrati tal-Istati Membri, fil-kuntest ta' kawża li tkun tresqet quddiemhom, li jistaqsu lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew dwar il-validità ta' att tal-Unjoni.", "Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidiex il-kawża nazzjonali.", "Hija l-qorti nazzjonali li għandha ssolvi l-kawża b'mod konformi mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.", "Din id-deċiżjoni torbot, bl-istess mod, lill-qrati nazzjonali l-oħra li quddiemhom jitressqu problemi simili.", "Dokument mhux uffiċjali għall-użu mill-medja, li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.", "It-test sħiħ tas-sentenza jiġi ppubblikat fuq is-sit CURIA fil-jum li fih tinqara s-sentenza", "Kuntatt stampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355", "Stampi tal-qari tas-sentenza jinsabu disponibbli fuq “ Europe by Satellite ” (+32) 2 2964106"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1065", "title": "Strateġija Farmaċewtika: Il-Kummissjoni Ewropea tniedi konsultazzjoni pubblika miftuħa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Mon, 15 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi konsultazzjoni pubblika online dwar l-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa.", "Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, l-Istrateġija, li se tikkontribwixxi wkoll għall-Programm EU4Health li għadu kemm ġie propost u tallinja ruħha ma' Orizzont Ewropa għar-riċerka u l-innovazzjoni, se jkollha l-għan li tiżgura l-provvista ta' mediċini sikuri u affordabbli fl-Ewropa sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-pazjenti u tappoġġja l-industrija farmaċewtika Ewropea biex din tibqa' innovatur u fuq quddiem nett globalment.", "Il-konsultazzjoni se ddum għaddejja tliet xhur u tikkonsisti f'mistoqsijiet li se jiffokaw fuq temi ewlenin: l-awtonomija strateġika u l-manifattura tal-mediċini, l-aċċess għal mediċini affordabbli, l-innovazzjoni, u l-isfidi marbuta mas-sostenibbiltà ambjentali u mas-saħħa.", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides, qalet: “L-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa hija l-pedament tal-politika tagħna fil-qasam tas-saħħa għall-ħames snin li ġejjin u l-partijiet ikkonċernati kollha għandhom l-opportunità biex jgħinuna nsawruha.", "Inħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, lill-industrija, lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-akkademja u lill-pubbliku ġenerali biex jagħtu s-sehem tagħhom.", "Permezz ta' din l-Istrateġija, li se nippreżenta sa tmiem is-sena, se nkunu qed nirrispondu għall-isfidi li tqawwew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-kwistjonijiet strutturali kollha dwar l-aċċess, l-affordabbiltà u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni tagħna dwar il-mediċini.", "Jeħtieġ li niżguraw li l-pazjenti kollha jkollhom aċċess għall-aqwa kura u għal mediċini affordabbli.", "Flimkien se nagħmlu d-differenza.”", "L-għan tal-Istrateġija hu li toħloq sistema li tibqa' valida fil-futur u li tgawdi mill-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni u tippromwovi l-innovazzjoni speċjalment f'oqsma ta' ħtiġijiet mhux issodisfati, bħall-antimikrobiċi, il-mediċini għat-tfal u l-mediċini għal mard rari.", "Timmira wkoll li tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.Parti mill-ingredjenti farmaċewtiċi attivi meħtieġa għall-produzzjoni ta' ċerti mediċini ġeneriċi (inklużi antibijotiċi “antiki”, mediċini onkoloġiċi u l-aktar mediċini bażiċi, bħall-paraċetamol) tiġi miċ-Ċina u mill-Indja.", "L-Istrateġija se tnaqqas ukoll l-impatt tal-mediċini fuq l-ambjent u tindirizza r-reżistenza antimikrobika.", "Fl-aħħar nett, il-kriżi attwali tal-COVID-19 uriet li l-UE jeħtieġ li tiżgura li l-mediċini, inklużi l-vaċċini, ikunu disponibbli fiċ-ċirkostanzi kollha.", "B'mod parallel mal-konsultazzjoni, il-Kummissjoni se torganizza wkoll taħditiet tekniċi bilaterali mal-partijiet ikkonċernati fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin.", "Il-passi li jmiss", "L-Istrateġija, li hija konformi mal-Istrateġija Industrijali għall-Ewropa, u mal-prijoritajiet spjegati fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, fil-Pjan Biex Jingħeleb il-Kanċer u fl-Istrateġija Diġitali, se tindirizza sfidi li ilhom għaddejjin żmien twil, u li wħud minnhom ġew aggravati mill-kriżi tal-COVID 19.", "L-għan tal-konsultazzjoni llum huwa li l-pubbliku, l-esperti u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jikkontribwixxu u jsemmgħu l-opinjoni tagħhom dwar l-aħjar modi kif jistgħu jiġu indirizzati l-kwistjonijiet marbuta mal-farmaċewtika fl-UE.Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika se jikkontribwixxu għat-tfassil, fil-ħarifa, tal-Istrateġija Farmaċewtika li mistennija tiġi adottata sa tmiem is-sena.", "Il-konsultazzjoni se tibqa' għaddejja għal 13-il ġimgħa, sal-15 ta' Settembru 2020, u l-mistoqsijiet jistgħu jiġu aċċessati fuq EUSurvey .", "Minbarra l-konsultazzjoni pubblika, fit-2 ta' Ġunju l-Kummissjoni nediet ukoll konsultazzjoni dwar il-Pjan Direzzjonali għall-Istrateġija, li se tibqa' għaddejja sas-7 ta' Lulju 2020.", "Għal Aktar Informazzjoni", "https://ec.europa.eu/health/human-use/strategy_mt", "Il-programm ġdid u ambizzjuż tagħna EU4Health"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1058", "title": "Il-Kummissjoni Ewropea tibda reviżjoni maġġuri tal-politika kummerċjali tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Mon, 15 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni nediet reviżjoni maġġuri tal-politika kummerċjali tal-UE, fosthom b'konsultazzjoni pubblika li titlob il-kontribut tal-Parlament Ewropew, tal-Istati Membri, tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili.", "L-għan tal-Kummissjoni huwa li tibni kunsens dwar id-direzzjoni ġdida fit-terminu medju tal-politika kummerċjali tal-UE, tagħti rispons għad-diversi sfidi dinjija ġodda u tqis it-tagħlimiet mill-kriżi tal-coronavirus.", "Unjoni Ewropea b'saħħitha teħtieġ politika b'saħħitha għall-kummerċ u għall-investiment li tappoġġa l-irkupru ekonomiku, toħloq impjiegi ta' kwalità, tħares lill-kumpaniji Ewropej minn prattiki inġusti kemm fejn ikunu stabbiliti kif ukoll minn pajjiżi oħrajn, u tiżgura l-koerenza mal-prijoritajiet aktar ġenerali fl-oqsma tas-sostenibbiltà, tat-tibdil fil-klima, tal-ekonomija diġitali u tas-sigurtà.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ekonomija għas-Servizz tan-Nies, qal: “Dan l-aħħar pproponejna pjan ta' rkupru maġġuri għall-Ewropa msejjes fuq l-isfruttar tal-potenzjal sħiħ tal-baġit tal-UE biex ngħinu nirranġaw il-ħsara ekonomika u soċjali li ġiet ikkaġunata mill-pandemija tal-Coronavirus, nibdew l-irkupru Ewropew, u nħarsu u noħolqu l-impjiegi.", "L-Unjoni Ewropea hija s-superpotenza kummerċjali tad-dinja.", "Il-kummerċ miftuħ u msejjes fuq ir-regoli se jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-irkupru dinji.", "Jeħtiġilna niżguraw li l-politika kummerċjali taqdi liċ-ċittadini u lill-kumpaniji tagħna.", "Illum qed inniedu reviżjoni tal-politika kummerċjali biex naġġustaw l-approċċ tal-UE fil-konfront tal-kummerċ dinji f'dan il-mument kritiku għall-ekonomija tad-dinja.”", "Phil Hogan, il-Kummissarju għall-Kummerċ, ikkummenta: “Il-pandemija li għaddejjin minnha qiegħda ssawwar mill-ġdid id-dinja li nafu, u l-politika kummerċjali tagħna trid tadatta ruħha bil-ħsieb li tkun aktar effettiva biex tħares l-interessi Ewropej.", "Għaldaqstant, illum qed nitolbu l-fehmiet taċ-ċittadini u tal-partijiet ikkonċernati tagħna biex jgħinuna niżviluppaw approċċ speċifiku għall-politika kummerċjali tal-UE fid-dinja ta' wara l-coronavirus.", "Irridu li l-politika tagħna tkompli tibbenefika lin-nies u lill-kumpaniji tagħna, issaħħaħ l-ambizzjonijiet tat-tmexxija globali tagħna f'firxa ta' oqsma filwaqt li tadotta approċċ aktar iebes biex niddefendu lilna nfusna minn kwalunkwe azzjoni ostili u abbużiva.", "Il-kummerċ irid jibqa' ħieles u ġust, mirfud minn regoli xierqa kemm fl-UE27 kif ukoll madwar id-dinja kollha.", "Permezz ta' din ir-reviżjoni aħna se nisimgħu lil kull min għandu interess.”", "Ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni se jiġu inklużi f'komunikazzjoni li se tiġi ppubblikata lejn tmiem is-sena.", "Ir-reviżjoni finali se tirriżulta minn proċess trasparenti u inklużiv li jinkludi konsultazzjoni pubblika online, diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri, kif ukoll involviment mar-rappreżentanti rilevanti tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili.", "Il-konsultazzjoni se tkopri s-suġġetti kollha relatati mal-politika kummerċjali tal-UE, b'enfasi speċjali fuq:", "Aktar informazzjoni hija disponibbli f'konsultazzjoni li ġiet ippubblikata llum.", "Il-kummenti bil-miktub jistgħu jitressqu sal-15 ta' Settembru 2020.", "Aktar informazzjoni", "Konsultazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Politika Kummerċjali", "Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni u l-ittra ta' missjoni tal-President Von der Leyen lill-Kummissarju Nnominat għall-Kummerċ Phil Hogan", "Il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni", "Il-Pjan ta' Rkupru tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1043", "title": "Il-coronavirus: L-Istati Membri jaqblu dwar soluzzjoni ta' interoperabbiltà għall-apps għall-apparati mobbli għat-traċċar u għat-twissija tal-kuntatti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,PR-DIGITAL", "date": "Mon, 15 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, qablu dwar sett ta' speċifikazzjonijiet tekniċi biex jiġi żgurat l-iskambju sikur ta' informazzjoni bejn l-apps nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti abbażi ta' arkitettura deċentralizzata.", "Dan jikkonċerna l-maġġoranza l-kbira tal-apps għat-traċċar li diġà ġew - jew waslu biex jiġu - imnedija fl-UE.", "Ladarba tibda tintuża s-soluzzjoni teknika, dawn l-apps nazzjonali se jkunu jaħdmu mingħajr xkiel meta l-utenti jivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor tal-UE li wkoll isegwi l-approċċ deċentralizzat.", "Dan ifisser pass addizzjonali importanti lejn l-interoperabbiltà tal-apps għall-apparati mobbli għat-traċċar tal-infezzjonijiet tal-coronavirus, issa li l-Istati Membri bdew ineħħu r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar bejn il-fruntieri tagħhom qabel ma jibdew il-vaganzi tas-sajf.", "Il-Kummissarju għas-Suq Intern Thierry Breton, iddikjara: “Issa li qed noqorbu l-istaġun tal-ivvjaġġar, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Ewropej ikunu jistgħu jużaw l-app ta' pajjiżhom stess kull fejn ikunu qed jivvjaġġaw fl-UE.", "L-apps għat-traċċar tal-kuntatti jistgħu jkunu utli biex jiġi limitat it-tixrid tal-coronavirus, speċjalment bħala parti minn strateġiji nazzjonali għat-tneħħija tal-miżuri ta' konfinament.”", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Stella Kyriakides żiedet tgħid: “It-teknoloġiji diġitali huma kruċjali biex inwissu liċ-ċittadini tagħna dwar ir-riskji ta' infezzjonijiet u biex inwaqqfu l-katini tat-trażmissjoni, issa li qed nerġgħu niftħu s-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna.", "Nappella liċ-ċittadini tagħna biex jużawhom, peress li dawn it-teknoloġiji jistgħu jkunu effettivi biss jekk ikollna massa kritika ta' utenti, b'interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet bejn il-fruntieri tal-UE.", "Is-sigurtà tad-data, id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tal-privatezza f'dawn l-għodod diġitali mhux se jkunu negozjabbli.”", "Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ddeċidew li jniedu apps għall-apparati mobbli biex jikkomplementaw it-traċċar tal-kuntatti manwali tat-tixrid tal-coronavirus.", "Il-maġġoranza l-kbira tal-apps nazzjonali approvati huma bbażati fuq arkitettura deċentralizzata, li jfisser li l-identifikaturi arbitrarji tal-utenti li kienu individwati fil-prossimità għal ċertu tul ta' żmien jibqgħu fuq it-telefown stess, u jiġu ċċekkjati mit-telefown mal-identifikaturi tal-utenti li ġew iddikjarati li huma infettati.", "L-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà se tippermetti li dawn il-kontrolli jsiru wkoll għall-utenti li jivvjaġġaw minn Stati Membri oħra, mingħajr il-ħtieġa li jitniżżlu ħafna apps nazzjonali.", "L-informazzjoni dwar il-prossimità kondiviża bejn l-apps se tiġi skambjata f'forma kriptata li tipprevjeni l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna individwali, f'konformità mal-linji gwida stretti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data għall-apps; ma tintuża l-ebda data ta' ġeolokalizzazzjoni.", "Biex tkompli tappoġġa s-simplifikazzjoni tas-sistema, il-Kummissjoni se tistabbilixxi servizz ta' gateway, li hija interfaċċa maħsuba biex tirċievi u tgħaddi b'mod effiċjenti l-informazzjoni rilevanti mis-servers u mill-apps nazzjonali għat-traċċar tal-kuntatti.", "Dan jimminimizza l-ammont ta' data skambjata u għalhekk inaqqas il-konsum tad-data tal-utenti.", "L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi miftiehma llum huma msejsa fuq il-linji gwida dwar l-Interoperabbiltà miftiehma f'Mejju, u li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali.", "Il-passi li jmiss", "L-Istati Membri se jkunu diġà jistgħu jaġġornaw l-apps biex ikun permess l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-apps nazzjonali deċentralizzati, hekk kif dawn ikunu teknikament lesti.", "Il-Kummissjoni tkompli tappoġġa l-ħidma tal-Istati Membri fir-rigward tal-estensjoni tal-interoperabbiltà anki għall-apps ċentralizzati għat-traċċar tal-kuntatti.", "Sfond", "L-Istati Membri fin-Netwerk tas-Saħħa elettronika (e-Health Network), bl-appoġġ tal-Kummissjoni, żviluppaw sett ta' għodod tal-UE għall-użu ta' applikazzjonijiet mobbli għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti b'reazzjoni għall-pandemija tal-coronavirus, li kien akkumpanjat minn gwida dwar il-protezzjoni tad-data għal apps għall-apparati mobbli.", "Dan huwa parti minn approċċ koordinat komuni b'appoġġ għat-tneħħija gradwali tal-miżuri ta' konfinament, kif ġie stabbilit f'Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.", "Sa mit-tifqigħa tal-pandemija tal-coronavirus, l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, kienu qed jivvalutaw l-aspetti tal-effettività, tas-sikurezza, tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data tas-soluzzjonijiet diġitali proposti biex tiġi indirizzata l-kriżi.", "Jekk ikunu konformi bis-sħiħ mar-regoli tal-UE u koordinati sew, l-apps għat-traċċar tal-kuntatti jistgħu jaqdu rwol ewlieni fil-fażijiet kollha tal-ġestjoni tal-kriżijiet, speċjalment f'dan iż-żmien meta l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi qed ineħħu l-miżuri ta' tbegħid soċjali gradwalment.", "Dawn l-apps jistgħu jikkomplementaw it-traċċar tal-kuntatti manwali eżistenti u jgħinu biex tiġi interrotta l-katina tat-trażmissjoni tal-virus.", "Għal aktar informazzjoni", "Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà tal-apps għat-traċċar tal-kuntatti", "Mistoqsijiet u tweġibiet: approċċ komuni għas-sikurezza u l-effiċjenza tal-apps tal-mobile fl-UE", "Linji gwida dwar l-interoperabbiltà għall-apps għat-traċċar tal-kuntatti", "Sett ta' għodod tal-UE dwar l-applikazzjonijiet mobbli bħala sostenn għat-traċċar tal-kuntatti fil-ġlieda tal-UE kontra l-COVID-19", "Gwida biex jiġu żgurati standards ta' protezzjoni tad-data sħiħa għall-applikazzjonijiet li jiġġieldu kontra l-pandemija", "Gwida tal-ECDC dwar l-applikazzjonijiet mobbli b'sostenn għat-traċċar tal-kuntatti għall-COVID-19", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar sett ta' għodod komuni tal-Unjoni għall-użu tat-teknoloġija u d-data biex tiġi miġġielda l-kriżi tal-COVID-19 u biex noħorġu minnha", "Il-paġna tal-Kummissjoni dwar ir-rispons għall-coronavirus", "It-teknoloġiji diġitali fir-rispons kontra l-coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1042", "title": "Il-Coronavirus: Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa l-inizjattiva internazzjonali biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ fil-prodotti tal-kura tas-saħħa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,COVID-19", "date": "Sun, 14 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-kriżi globali tal-coronavirus li għaddejja bħalissa enfasizzat il-ħtieġa għal rispons kollettiv mill-komunità internazzjonali biex issaħħaħ l-istat ta' tħejjija għal din il-kriżi u għal kriżijiet futuri.", "Wara l-ewwel diskussjoni fost il-ministri tal-UE, il-Kummissarju għall-Kummerċ Phil Hogan illum ikkondivida l-ideat tal-Kummissjoni Ewropea għal ftehim internazzjonali biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ fil-prodotti tal-kura tas-saħħa ma' grupp ta' sħab tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).", "Dawn l-ideat jindirizzaw id-diskussjoni internazzjonali li għaddejja dwar kif jista' jiġi ffaċilitat l-aċċess għal prodotti farmaċewtiċi u mediċi bi prezz raġonevoli u jiġi evitat tfixkil kummerċjali fi żminijiet ta' kriżi, u jistgħu jiffurmaw parti minn ftehim internazzjonali li jkun miftuħ għall-membri kollha tad-WTO.", "Il-Kummissarju Phil Hogan qal: “Il-kriżi attwali tal-kura tas-saħħa tista' ddum fit-tul, u oħrajn jistgħu jsegwu.", "Jeħtieġ li naġixxu malajr biex intejbu r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħna, inkluż permezz ta' inizjattivi mtejba tal-politika kummerċjali.", "L-ideat li qed inressqu llum għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess globali għal prodotti tal-kura tas-saħħa affordabbli, inkluż għal pajjiżi vulnerabbli mingħajr kapaċitajiet ta' manifattura xierqa.", "L-għan huwa li l-katini ta' provvista jsiru aktar reżiljenti u diversifikati u biex jiġu appoġġati l-isforzi biex jinbnew riżervi strateġiċi ta' tagħmir kritiku.", "Din hija sfida globali li teħtieġ soluzzjonijiet globali, għalhekk aħna impenjati li naħdmu ma' sħab tal-istess fehma biex niksbu dawn l-għanijiet.”", "Il-ftehim futur jista' jiffaċilita l-kummerċ fil-prodotti tal-kura tas-saħħa u jikkontribwixxi għal tħejjija globali aktar b'saħħitha għal xokkijiet tas-saħħa futuri billi:", "L-ideat ippreżentati llum lill-“Grupp ta' Ottawa” (grupp ta' 13-il sħab fid-WTO tal-istess fehma) ġew ippreżentati għal riflessjoni lill-Istati Membri tal-UE f'laqgħa tal-Ministri tal-Kummerċ fid-9 ta' Ġunju.", "Din id-diskussjoni kif ukoll il-feedback inizjali mis-sħab internazzjonali ser jassistu fid-definizzjoni tal-passi li jmiss biex titmexxa ‘l quddiem din l-inizjattiva.", "Kwistjonijiet oħra li ġew diskussi llum fost il-Ministri tal-Kummerċ tal-Grupp ta' Ottawa jinkludu trasparenza għal miżuri relatati mal-kummerċ meħuda b'reazzjoni għall-pandemija tal-coronavirus u l-progress fuq negozjati plurilaterali dwar il-kummerċ elettroniku.", "Għal aktar informazzjoni", "Kummenti ta' introduzzjoni mill-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ Phil Hogan", "Dokument ta' kunċett tal-Kummissjoni Ewropea", "Dikjarazzjoni tal-Grupp ta' Ottawa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1053", "title": "Fond Ewropew għad-Difiża: EUR 205 miljun biex tingħata spinta lill-awtonomija strateġika u lill-kompetittività industrijali tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH,DEFENCE,PR-EUWORLD", "date": "Sun, 14 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni ħabbret 16-il proġett industrijali tad-difiża pan-Ewropew u tliet proġetti tat-teknoloġija fixkiela li se jibbenefikaw minn finanzjament ta' EUR 205 miljun permezz taż-żewġ programmi prekursuri ta' Fond Ewropew għad-Difiża implimentat b'mod sħiħ: l-Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża (PADR) u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP).", "Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet: “Il-Fond Ewropew għad-Difiża se jippermetti nfiq aħjar billi l-infiq isir flimkien, u b'hekk jitnaqqsu l-frammentazzjoni u l-ineffiċjenzi.", "Ir-riżultati ta' suċċess tal-programmi prekursuri tiegħu, imħabbra llum, juru l-potenzjal kbir li jeżisti fil-kooperazzjoni bejn l-industriji tad-difiża kbar u żgħar, u minn madwar l-UE.”", "Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal: “Dawn il-proġetti promettenti juru l-kapaċità tal-UE li tippromwovi u tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-industriji tad-difiża Ewropej u l-Istati Membri.", "Bl-iżvilupp ta' teknoloġiji u kapaċitajiet tad-difiża ta' livell għoli, qed insaħħu r-reżiljenza u l-awtonomija strateġika tal-UE.", "Il-parteċipanti kollha fil-katina tal-valur tad-difiża jistgħu jibbenefikaw, irrispettivament mid-daqs u mill-oriġini tagħhom fl-UE.", "Bil-livell it-tajjeb ta' finanzjament, il-Fond Ewropew għad-Difiża se jippermetti li dawn l-ewwel suċċessi jiżdiedu b'mod sinifikanti.”", "Ir-riżultati mħabbra llum huma eżitu pożittiv ħafna u jikkonfermaw il-mudell adatt għall-iskop tal-Fond Ewropew għad-Difiża.", "L-elementi prinċipali li wieħed irid jieħu nota tagħhom huma:", "Il-proġetti mħabbra llum se jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża Ewropej bħad-droni u teknoloġiji relatati (droni b'karatteristiċi osservabbli mnaqqsa u tattiċi, sistema ta' detezzjoni u evitar għad-droni militari, pjattaformi ta' edge computing għad-droni), teknoloġiji tal-ispazju (riċevituri kriptati tal-Galileo ta' grad militari, tagħbija utli ottika ta' grad militari għas-satelliti żgħar, sistema tal-big data għas-sorveljanza tas-satelliti), vetturi tal-art mingħajr ekwipaġġ, sistemi ta' missili bi preċiżjoni ta' livell għoli (BLOS – missili kontra t-tankijiet tal-gwerra), pjattaformi navali futuri, kapaċità ta' attakk elettroniku mill-ajru, netwerks tattiċi u siguri ħafna, pjattaformi ċibernetiċi għall-għarfien tas-sitwazzjoni, jew teknoloġiji stealth attivi tal-ġenerazzjoni li jmiss.", "Dawn il-proġetti jżidu mal-15-il proġett ta' riċerka ieħor li diġà ġew iffinanzjati mill-2017 permezz tal-PADR u l-appoġġ dirett li ġej għal żewġ proġetti fuq skala kbira (id-dron MALE u ESSOR).", "Sfond", "Il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP), li jiswa EUR 500 miljun għall-2019-2020, u l-Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża (PADR), li għandha baġit ta' EUR 90 miljun għall-2017-2019, huma programmi pilota għall-Fond Ewropew għad-Difiża li ġej, li se jrawmu bażi industrijali innovattiva u kompetittiva fil-qasam tad-difiża u jikkontribwixxu għall-awtonomija strateġika tal-UE.", "Il-PADR tkopri l-fażi tar-riċerka tal-prodotti tad-difiża, inkluż it-teknoloġiji fixkiela, filwaqt li l-EDIDP jappoġġa proġetti marbuta mal-iżvilupp, mit-tfassil sal-prototipi.", "B'baġit totali ta' iktar minn EUR 160 miljun, f'April 2020 ġew ippubblikati 12-il sejħa għal proposti oħra taħt l-EDIDP li jirriflettu ħtiġijiet kritiċi għall-kapaċità.", "Il-proposti għal din l-edizzjoni tal-2020 iridu jitressqu sal-1 ta' Diċembru 2020.", "Iktar informazzjoni dwar is-sejħiet għal proposti tal-EDIDP għall-2020 hija disponibbli fuq il-Portal Funding & Tendering.", "Il-PADR, li tnediet fl-2017 għal tliet snin, se talloka b'kollox il-finanzjament għal 18-il proġett ta' riċerka kollaborattiva.", "Ir-rata tar-rispons ġenerali għas-sejħiet għal proposti tal-PADR kienet għolja u wriet interess kbir tal-industrija, il-kumpaniji iżgħar u l-komunità Ewropea tar-riċerka biex ikunu involuti fil-proġetti ta' riċerka kollaborattiva Ewropej.", "Il-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-sejħiet għal proposti tal-PADR kienet sinifikanti u rrappreżentat 22 % tal-proposti.", "Madwar 900 entità, stabbiliti f'27 Stat Membru, applikaw għall-finanzjament tal-PADR matul il-perjodu tal-2017-2019, u 202 ġew iffinanzjati.", "L-industrija tad-difiża tal-UE tirrappreżenta 440.000 impjegat bi kwalifiki għolja, kellha ħafna effetti kollaterali pożittivi fuq l-applikazzjoni ċivili u qed issir dejjem aktar industrija b'użu doppju għall-benefiċċju tal-ekonomija inġenerali.", "Se tkun milquta b'mod gravi mill-kriżi tal-coronavirus.", "Iż-żieda ta' aktar minn EUR 200 miljun se tikkontribwixxi għall-appoġġ tal-kompetittività u l-potenzjal tal-innovazzjoni tagħha, inkluż billi tinċentiva l-investiment tal-Istati Membri fir-R&Ż permezz ta' effett ta' ingranaġġ ta' aktar minn EUR 113.", "Għal aktar informazzjoni:", "Stqarrija għall-istampa dwar it-tnedija tal-Fond Ewropew għad-Difiża, Ġunju 2017", "Stqarrija għall-istampa dwar l-ewwel għotjiet għar-riċerka għad-difiża, Frar 2018", "Stqarrija għall-istampa dwar il-Proposta għal Fond Ewropew għad-Difiża 2021-2027, Ġunju 2018", "Stqarrija għall-istampa dwar il-ftehim provviżorju dwar il-ġejjieni tal-Fond Ewropew għad-Difiża, Frar 2019", "Stqarrija għall-istampa dwar it-twittija tat-triq għall-ewwel proġetti industrijali konġunti taħt il-baġit tal-UE, Frar 2019", "Aktar informazzjoni dwar il-Programm ta' Ħidma u s-sejħiet għal proposti tal-PADR", "Aktar informazzjoni dwar il-Programm ta' Ħidma u s-sejħiet għal proposti tal-EDIDP", "Skeda informattiva dwar is-sejħa għal proposti tal-EDIDP ta' April", "Skeda informattiva dwar il-proġetti tal-PADR ta' April"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_20_1067", "title": "Stqarrija konġunta tal-UE u tar-Renju Unit wara l-laqgħa ta' livell għoli fil-15 ta' Ġunju", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,BREXIT", "date": "Sun, 14 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Fil-15 ta' Ġunju, il-Prim Ministru Boris Johnson iltaqa' mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, u mal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli permezz ta' vidjokonferenza biex jieħdu kont tal-progress u biex flimkien jistabbilixxu kif se jimxu 'l quddiem fin-negozjati dwar ir-relazzjoni futura.", "Il-Partijiet ħadu nota tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li ma jitlobx estensjoni għall-perjodu ta' tranżizzjoni.", "Għaldaqstant il-perjodu ta' tranżizzjoni se jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2020, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.", "Il-Partijiet laqgħu d-diskussjonijiet kostruttivi dwar ir-relazzjoni futura li saru taħt it-tmexxija tal-Kapijiet Negozjaturi David Frost u Michel Barnier, biex iż-żewġ naħat ikunu f'qagħda li jiċċaraw u jifhmu aħjar il-pożizzjonijiet tagħhom.", "Huma ħadu nota li minkejja l-isfidi ppreżentati mill-pandemija tal-COVID-19 ġew ikkompletati erba' ċikli ta' negozjati u ġew skambjati testi.", "Il-Partijiet madankollu qablu li kien hemm bżonn ta' momentum ġdid.", "Huma appoġġaw il-pjanijiet maqbula mill-Kapijiet Negozjaturi li f'Lulju jintensifikaw it-taħditiet u li joħolqu l-kundizzjonijiet l-aktar propizji għall-konklużjoni u għar-ratifika ta' ftehim qabel tmiem l-2020.", "Jekk possibbli dan għandu jinkludi fehim bikri tal-prinċipji sottostanti għal kwalunkwe ftehim.", "Il-Partijiet enfasizzaw l-intenzjoni tagħhom li jaħdmu bis-saħħa biex ikollhom relazzjoni li taħdem fl-interess taċ-ċittadini tal-Unjoni u tar-Renju Unit.", "Huma kkonfermaw ukoll l-impenn tagħhom li jimplimentaw b'mod sħiħ u f'waqtu l-Ftehim dwar il-Ħruġ."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1059", "title": "Ir-rispons globali għall-coronavirus: pont umanitarju bl-ajru tal-UE għall-Afganistan u aktar appoġġ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ICHACR,COVID-19", "date": "Sun, 14 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Bħala parti mir-rispons globali tal-UE għall-coronavirus, fil-15 ta' Ġunju se titlaq titjira tal-pont umanitarju bl-ajru tal-UE minn Maastricht (in-Netherlands) lejn Kabul (l-Afganistan).", "It-titjira se twassal 100 tunnellata ta' materjali li jsalvaw il-ħajjiet biex jiġu forniti l-imsieħba umanitarji ffinanzjati mill-UE.", "It-titjira hija ffinanzjata għalkollox mill-UE u hija parti mit-titjiriet attwali fl-ambitu tal-pontijiet bl-ajru lejn żoni kritiċi tad-dinja.", "L-UE qed tipprovdi wkoll pakkett ġdid ta' għajnuna ta' €39 miljun biex tagħti spinta lir-rispons għall-coronavirus kif ukoll biex tgħin lill-vittmi tal-gwerra, tal-ispostament furzat u tad-diżastri naturali fl-Afganistan.", "Il-Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet Janez Lenarčič qal: “F'dawn iż-żminijiet diffiċli, l-UE tkompli tappoġġa l-aktar persuni vulnerabbli fl-Afganistan.", "Il-pandemija tal-coronavirus tirrappreżenta sfidi loġistiċi enormi għall-komunità umanitarja, u għad hemm bżonn kbir f'erjas kritiċi.", "B'dan il-pont bl-ajru l-UE qed twassal assistenza vitali bħal ikel, nutrizzjoni, ilma u kenn biex tiżgura li l-għajnuna tasal għand kemm jista' jkun nies, u biex tikkontribwixxi għas-sostenn tal-poplu Afgan.”", "Il-proġetti umanitarji tal-UE fl-Afganistan jiffokaw fuq l-għoti ta' kura tas-saħħa ta' emerġenza, kenn, assistenza alimentari, aċċess għal faċilitajiet tal-ilma nadif u tas-sanità, kif ukoll servizzi ta' protezzjoni varji li jappoġġaw lin-nisa u lit-tfal.", "Mill-2019 'l hawn ġew allokati kważi €100 miljun f'appoġġ umanitarju biex tkun żgurata l-assistenza ta' solliev kritika għal dawk l-aktar vulnerabbli.", "Barra minn hekk, il-Mekkaniżmu ta' Rispons ta' Emerġenza ffinanzjat mill-UE jgħin lill-persuni li reċentement kienu spostati fl-Afganistan.", "Fl-2019 u fl-2020 il-Mekkaniżmu laħaq 400,000 ruħ fil-provinċji kollha permezz tal-għoti ta' għajnuna bħall-ilma nadif u l-aċċess għas-servizzi ta' sanità.", "Sfond", "L-insigurtà u l-kunflitt li għaddej qed ikomplu jikkawżaw tbatija enormi u spostament tan-nies fl-Afganistan u fir-reġjun sħiħ.", "Aktar minn 3.5 miljun persuna għandhom bżonn servizzi tas-saħħa essenzjali.", "Madwar 13.5-il miljun ruħ m'għandhomx biżżejjed x'jieklu u mill-inqas 9 miljun ruħ għandhom bżonn assistenza alimentari.", "L-UE ilha tiffinanzja l-operazzjonijiet umanitarji fl-Afganistan mill-1992, u sal-lum ipprovdiet kważi €935 miljun."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_20_1054", "title": "Il-coronavirus: Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar il-proposta biex il-Qafas Temporanju tal-għajnuna mill-Istat jiġi estiż biex jagħti aktar sostenn lill-kumpaniji mikro, żgħar u ġodda u jinċentivizza l-investimenti privati", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,STATAID,COVID-19", "date": "Thu, 11 Jun 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet abbozz ta' proposta lill-Istati Membri għal konsultazzjoni dwar estensjoni ulterjuri tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Temporanju għal għajnuna mill-Istat li ġie adottat fid-19 ta' Marzu 2020 biex jagħti sostenn lill-ekonomija fil-kuntest tat-tifqigħa tal-coronavirus.", "Il-Qafas Temporanju ġie emendat għall-ewwel darba fit-3 ta' April 2020 biex iżid il-possibbiltajiet li l-pubbliku jsostni r-riċerka, l-ittestjar u l-produzzjoni ta' prodotti rilevanti għall-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-coronavirus, biex jiġu protetti l-impjiegi u biex jingħata aktar sostenn lill-ekonomija.", "Fit-8 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat it-tieni emenda li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Temporanju għall-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni u ta' dejn subordinat.", "Issa, il-Kummissjoni qed tipproponi li tkompli testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Qafas Temporanju billi tippermetti li l-Istati Membri (i) jagħtu sostenn lil ċerti impriżi mikro u żgħar, inkluż in-negozji l-ġodda li diġà kienu f'diffikultà qabel il-31 ta' Diċembru 2019, u (ii) jipprovdu inċentivi biex l-investituri privati jipparteċipaw f'miżuri ta' rikapitalizzazzjoni relatati mal-coronavirus.", "Issa, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-abbozz tal-proposta tal-Kummissjoni.", "Il-Viċi President Eżekuttiv Margrethe Vestager, li hija responsabbli mill-politika tal-kompetizzjoni, qalet “Il-kumpaniji mikro, żgħar u ġodda jiffaċċjaw sfidi b'riżultat tal-kriżi tal-coronavirus.", "Dawn huma kruċjali għall-irkupru ekonomiku tal-Unjoni.", "Għaldaqstant, nipproponu li nestendu l-Qafas Temporanju biex nippermettu li l-Istati Membri jagħtu aktar sostenn lill-kumpaniji mikro u żgħar, inkluż il-kumpaniji l-ġodda.", "Barra minn hekk, nipproponu li nintroduċu kundizzjonijiet li jipprovdu inċentivi biex l-investituri privati jipparteċipaw flimkien mal-Istat fir-rikapitalizzazzjonijiet.", "Din hija aħbar tajba għax tnaqqas il-ħtieġa għall-għajnuna mill-Istat u r-riskju ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.", "Inkomplu naħdmu mill-qrib mal-Istati Membri biex niżguraw li n-negozji Ewropej ikollhom aċċess għal-likwidità li tkun meħtieġa b'mod urġenti, biex nikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku wara l-coronavirus.”", "L-iskop ewlieni tal-Qafas Temporanju huwa li jingħata sostenn immirat għall-kumpaniji li f'sitwazzjonijiet oħra kienu jkunu vijabbli u li jkunu daħlu f'diffikultà finanzjarja b'riżultat tat-tifqigħa tal-coronavirus.", "Għaldaqstant, il-kumpaniji li diġà kienu f'diffikultà qabel il-31 ta' Diċembru 2019 mhumiex eliġibbli għal għajnuna skont il-Qafas Temporanju, iżda jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna skont ir-regoli eżistenti tal-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari l-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar.", "Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu kundizzjonijiet ċari li skonthom dawn il-kumpaniji jridu jiddefinixxu pjanijiet ta' ristrutturar sodi li jippermettulhom jiksbu vijabbiltà fit-tul.", "Madankollu, il-kumpaniji mikro u żgħar ġew affettwati b'mod partikolari min-nuqqas ta' likwidità kkawżata mill-impatt ekonomiku tat-tifqigħa preżenti tal-coronavirus, u dan jiggrava d-diffikultajiet eżistenti tagħhom biex jaċċessaw il-finanzjament meta mqabbel mal-impriżi medji u kbar.", "Jekk jibqgħu ma jiġux indirizzati, dawn id-diffikultajiet jistgħu jwasslu għal għadd kbir ta' fallimenti ta' kumpaniji mikro u żgħar, u dan jikkawża tfixkil serju għall-ekonomija kollha tal-UE.", "Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed tikkonsulta mal-Istati Membri dwar il-possibbiltà li jingħata sostenn pubbliku skont il-Qafas Temporanju lill-kumpaniji mikro u żgħar kollha, anke jekk dawn jikkwalifikaw li kienu f'diffikultà finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2019.", "Dan japplika sakemm dawn il-kumpaniji ma jkunux fi proċeduri ta' falliment, ma jkunux irċevew għajnuna għas-salvataġġ li ma jkunx tħallas lura jew ma jkunux soġġetti għal pjan ta' ristrutturar skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat.", "Minħabba d-daqs limitat u l-involviment fi tranżazzjonijiet transfruntiera, l-għajnuna temporanja mill-Istat għall-kumpaniji mikro u żgħar hija anqas probabbli li tfixkel il-kompetizzjoni fis-Suq Intern mill-għajnuna mill-Istat għall-kumpaniji l-kbar.", "Din l-emenda effettivament se żżid il-possibbiltajiet li jingħata sostenn lill-kumpaniji l-ġodda, speċjalment dawk innovattivi li jistgħu jkunu qed jagħmlu telf fil-fażi ta' tkabbir tagħhom, li huma kruċjali għall-irkupru ekonomiku tal-Unjoni.", "Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-impriżi żgħar u medji kollha li kien ilhom jeżistu għal inqas minn tliet snin fil-31 ta' Diċembru 2019 setgħu diġà jibbenefikaw mill-miżuri ta' għajnuna stabbiliti fil-Qafas Temporanju.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tadatta l-kundizzjonijiet għall-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont il-Qafas Temporanju għal dawk il-każijiet fejn l-investituri privati jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kapital tal-kumpaniji flimkien mal-Istat.", "L-ewwel nett, il-bidliet proposti jippermettu li l-impriżi b'parteċipazzjoni azzjonarja tal-Istat eżistenti jiġġeneraw kapital simili għall-impriżi privati, filwaqt li jżommu l-istess salvagwardji biex jippreservaw il-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Uniku.", "It-tieni, il-bidliet proposti jħeġġu l-injezzjonijiet ta' kapital b'parteċipazzjoni privata sinifikanti anke fil-kumpaniji privati, u dan jillimita l-ħtieġa għall-għajnuna mill-Istat u r-riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_209", "title": "Il-Politika ta' Koeżjoni\nfl-2008: EUR 38 biljun imħallsa lill-Istati Membri qed\njgħinu biex isostnu l-ekonomija, tgħid il-Kummissarju Danuta\nHübner", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Tue, 03 Feb 2009 23:00:00 GMT", "text": ["IP/09/209", "Brussell, 4 ta' Frar 2009", "\"L-2008 kienet sena esiġenti għall-Istati Membri u r-reġjuni, partikolarment fid-dawl tal-klima ekonomika li kienet sejra għall-agħar.", "L-appoġġ qawwi u stabbli mogħti mill-Politika tal-Koeżjoni huwa importanti aktar minn qatt qabel, mil-lat ta' għajnuna għal preservazzjoni ta' attività ekonomika u biex jagħti stimolu tassew meħtieġ fl-2009 permezz tal-kontribut tagħha għall-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku.", "Dan se jippermettilna biex nagħtu spinta l-likwidità fl-Istati membri, bl-introduzzjoni ta' EUR 6.25 biljun addizzjonali bħala ħlasijiet bil-quddiem din is-sena, u qegħdin nestendu l-iskadenzi taż-żmien għall-klejms tal-ħlasijiet biex sa l-anqas ewro jintuża bl-aqwa mod,\" qalet il-Kummissarju.", "It-EUR 38.3 biljun imħallsa fl-2008 kienu diretti permezz ta' erba' Fondi Strutturali – il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF) – Gwida (EAGGF-G) u l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG), flimkien mal-Fond ta' Koeżjoni.", "Tħallsu EUR 26.8 biljun għal programmi u proġetti mill-perjodu 2000-2006 u EUR 11.5 biljun għall-2007-2013.", "Il-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006", "Il-finanzjament totali allokat lill-Istati Membri fil-perjodu baġitarju 2000-2006 kien ta' EUR 257 biljun.", "S'issa, tħallsu EUR 225 biljun – 87.5 % tat-total.", "L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ħlasijiet għal dan il-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2009 għall-Fondi Strutturali, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-iskadenza taż-żmien b'sitt xhur.", "L-iskadenza għall-ħlasijiet tal-Fond ta' Koeżjoni hija fil-biċċa l-kbira l-aħħar tal-2010.", "Il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013", "Il-finanzjament totali allokat lill-Istati Membri matul dan il-perjodu 2007-2013 jammonta għal EUR 347 biljun.", "Il-preparazzjoni tal-proġetti miexja 'l quddiem b'rata mgħaġġla: skont l-ewwel estimi, diġà ntgħażlu aktar minn 40 000 proġett fl-Istati Membri, inklużi 60 \"proġett ewlieni\" (l-ispiża totali taqbeż il-EUR 25 miljun fil-każ ta' proġett ambjentali u EUR 50 miljun f'oqsma oħra).", "Nota lill-edituri:", "Eżempji riċenti ta' proġetti ewlenin li rċevew finanzjament sinifikanti permezz tal-Politika tal-Koeżjoni tal-UE jinkludu: ferrovija ta' veloċità għolja li tgħaqqad Cordoba ma' Malaga fi Spanja (kontribuzzjoni tal-UE: EUR 852 miljun); metro ġdid f'Porto, il-Portugall (L-UE: EUR 316-il miljun); Il-pont Rio-Antirrio fil-Greċja (L-UE: EUR 257 miljun); il-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija bejn Warsaw u Lodz fil-Polonja (L-UE: EUR 161 miljun.", "Għal aktar tagħrif dwar il-kontribut magħmul mill-Politika tal-Koeżjoni lill-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku:", "http://ec.europa.eu/regional_policy/funds/recovery/", "Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_10_713", "title": "Il-Kummissarju Vassiliou tippreżenta l-premjijiet tal-UE għall-Wirt Kulturali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 09 Jun 2010 22:00:00 GMT", "text": ["IP/10/713", "Brussell, l-10 ta' Ġunju 2010", "Il-Kummissarju Vassiliou tippreżenta l-premjijiet tal-UE għall-Wirt Kulturali", "Kważi 30 proġett ta' wirt kulturali ta' livell għoli se jkunu ppremjati llejla fil-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali/Premjijiet Europa Nostra fl-Aya Irini (il-Palazz Topkapi) f'Istanbul, it-Turkija.", "Il-premjijiet se jkunu ppreżentati minn Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew responsabbli għall-kultura, u Denis de Kergolay, il-President ta' Europa Nostra, netwerk iddedikat għall-ħarsien tal-wirt kulturali u l-pajsaġġi tal-Ewropa.", "Sitta mill-proġetti (ara l-anness għal-lista sħiħa) se jirċievu gran premju u EUR 10 000 kull wieħed.", "Ir-rebbieħa ntgħażlu minn esperti indipendenti minn kważi 140 proġett li jkopru 26 pajjiż.", "Il-premjijiet jirrikonoxxu l-eċċellenza fil-konservazzjoni, ir-riċerka, id-dedikazzjoni fis-servizz, u l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-qawmien ta' kuxjenza.", "\"Qed isir xogħol kbir madwar l-Ewropa biex jitħares wirtna, biex jiġi kkonservat il-wirt industrijali tagħna, biex jiġu rriġenerati l-bliet u ż-żoni fejn noqogħdu, biex issir riċerka dwar kif l-iżviluppi diġitali jistgħu jipprovdu aċċess aħjar għal wirtna u biex jiġu edukati u jitħarrġu nies dwar wirtna,\" qalet il-Kummissarju Vassiliou.", "\"Dan ix-xogħol kollu mhux biss jgħin lill-Ewropa tkun post sabiħ fejn toqgħod, imma joħloq ukoll l-impjiegi, jiġbed lit-turisti u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.\"", "Is-sitt rebbieħa tal-Gran Premju huma:", "Le Collège des Bernardins (kulleġġ Ċisterċens tas-Seklu 13 li ġie restawrat), Pariġi", "Neues Museum (inkorporazzjoni ta' arkitettura temporanja fir-rikostruzzjoni tas-sit oriġinali), Berlin", "Teatru Ruman (għar-restawr u l-konservazzjoni tat-teżori li nstabu waqt l-iskavar), Cartagena", "Proġett tal-Ittri ta' Van Gogh (diġitalizzazzjoni tal-korrispondenza tal-artist u wirja), Amsterdam", "Nils Vest (produttur ta' films dokumentarji li jiffukaw fuq il-wirt arkitettoniku), Kopenħagen", "Baerwaldbad (rinnovazzjoni tad-dar tal-banjijiet pubbliċi fi Kreuzberg minn żgħażagħ li qed jitħarrġu vokazzjonalment), Berlin", "Id-29 proġett li se jkunu premjati llejla jvarjaw minn restawri kbar ta' bini għal xogħlijiet ta' riabilitazzjoni ta' pajsaġġi u kollezzjonijiet tal-arti.", "Għal deskrizzjonijiet sħaħ tal-proġetti u ritratti rebbieħa, idħol hawn: http://www.europanostra.org/laureates-2010/", "Il-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Premjijiet tal-Wirt Kulturali/Europa Nostra huma ffinanzjati mill-Programm Kulturali tal-UE, li għandu l-għan li jinkoraġġixxi ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali ta' xogħlijiet kulturali u artistiċi, il-mobilità transkonfinali tal-ħaddiema fis-settur, u djalogu interkulturali.", "Il-Programm Kulturali, li għandu baġit totali ta' EUR 400 miljun fl-2007-2013, jappoġġja wkoll l-iskambju tal-aqwa prassi fil-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt.", "Europa Nostra tirrappreżenta 400 organizzazzjoni mhux governattiva u assoċjata, b'1 500 membru individwali f'iktar minn 50 pajjiż.", "Iktar informazzjoni", "Dwar il-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali/il-Premjijiet Europa Nostra:", "http://ec.europa.eu/culture/our-programmes-and-actions/doc623_en.htm", "Dwar il-programm Kulturali tal-Kummissjoni Ewropea:", "http://ec.europa.eu/culture/index_en.htm", "Il-websajt tal-Kummissarju Vassiliou:", "http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/vassiliou/index_en.htm", "ANNESS - Lista sħiħa tar-rebbieħa tal-premjijiet (elenkati alfabetikament skont il-pajjiż)", "Preżervazzjoni", "The Nodkette Cableway-Stations, Innsbruck, AUSTRIA", "L'Ancienne Fonderie de la Société Alsacienne de Construction Mécanique (SACM), Muhlouse, FRANCE", "Le Collège des Bernardins, Paris, FRANCE", "The Sarcophagi of the Dukes of Pomerania, Wolgast, GERMANY", "The Neues Museum, Berlin, GERMANY", "The ancient tower at Horio-Aghia Triada and the adjacent buildings of later times, Amorgos, GREECE", "The Natural, Archaeological and Historic Heritage of the National Observatory, Athens, GREECE", "Ancient City Walls and Fortifications of 'sHertogenbosch, THE NETHERLANDS", "The Westergasfabriek, Amsterdam, THE NETHERLANDS", "The Monastery of Santa Clara-A-Velha, Coimbra, PORTUGAL", "The Roman Theatre Museum, Cartagena, SPAIN", "The Descalzos Church, Ecija, SPAIN", "The Royal town of San Ildefonso, SPAIN", "The Sultan's Pavilion of the Yeni Mosque, Istanbul, TURKEY", "St Davids Bishop's Palace, St Davids, UNITED KINGDOM", "St. Martin-in-the-Fields, London, UNITED KINGDOM", "Riċerka", "Restoration Study for the Horní Hrad of the Bečov State Castle, Bečov, CZECH REPUBLIC", "Sacred Timber Architecture in Carpathian: Building Archaeology of Selected Objects in West Ukraine, Munich, GERMANY", "Restoration Study for the Tempesta's Fortress, Noale, ITALY", "The Letters Project of Vincent van Gogh, Amsterdam, THE NETHERLANDS", "Dedikazzjoni fis-servizz", "Nils Vest, Copenhagen, DENMARK", "Commission to Preserve National Monuments, Sarajevo, BOSNIA HERZEGOVINA", "Ludmilla V. Shaposhnikova, Moscow, RUSSIAN FEDERATION.", "Edukazzjoni, taħriġ u qawmien ta' kuxjenza", "REMPART: Bénévoles et volontaires pour la sauvegarde du patrimoine, Paris FRANCE", "The East Eifel Volcano Park, Plaidt GERMANY", "The Baerwaldbad - Conservation through Vocational Training of an old Public Bath House, Berlin GERMANY", "Empathic Archaeology - On storytelling and identity, Borger THE NETHERLANDS", "Discovering the Museum - Youth Educational Project, Sibiu ROMANIA", "Faith in Maintenance, London UNITED KINGDOM"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/CJE_10_54", "title": "Dħul fis-servizz tal-Imħallef il-ġdid fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 09 Jun 2010 22:00:00 GMT", "text": ["Stampa u Informazzjoni", "Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 54/10", "il-Lussemburgu, 10 ta' Ġunju 2010 Udjenza solenni tal-Qorti tal-Ġustizzja", "Dħul fis-servizz tal-Imħallef il-ġdid fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "Udjenza solenni tal-10 ta' Ġunju 2010", "Wara r-riżenja ta' Christiaan Timmermans, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea nnominaw, permezz ta' deċiżjoni tat-2 ta' Ġunju 2010, lil Alexandra Prechal bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sabiex isservi l-bqija tal-mandat ta' C. Timmermans, jiġifieri mill-10 ta' Ġunju 2010 sas-6 ta' Ottubru 2012.", "Fl-okkażjoni tal-ġurament tal-ħatra u tad-dħul fis-servizz tal-Imħallef il-ġdid, illum inżammet udjenza solenni fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja.", "Alexandra (Sacha) Prechal", "Imwielda fl-1959; studjat il-liġi (Università ta' Groningen); Dottorat fil-Liġi (Università ta' Amsterdam, 1995); Lecturer tad-dritt fil-Fakultà tal-Liġi ta' Maastricht (1983-1987); Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1987-1991); Lecturer fl-Institut Europa tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Amsterdam (1991-1995); professur fid-Dritt Ewropew fil-Fakultà tal-Università ta' Tilburg (1995-2003); professur fid-Dritt Ewropew fl-Università ta' Utrecht u Membru tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Istitut Europa tal-Università ta' Utrecht (mill-2003); membru tal-kunsill editorjali ta' diversi rivisti legali nazzjonali u internazzjonali; awtriċi ta' numru ta' pubblikazzjonijiet; Membru tal-Akkademja Rjali Olandiża tax-Xjenzi; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mill-10 ta' Ġunju 2010.", "Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.", "Kuntatt għall-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355", "Ritratti tal-udjenza solenni jkunu disponibbli fuq \" Europe by Satellite \"(+32) 2 2964106"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_261", "title": "Il-ġlieda kontra diskors ta' mibegħda onlajn - l-inizjattiva tal-Kummissjoni turi li t-titjib ikompli, jingħaqdu aktar pjattaformi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGSIN,JFRC", "date": "Thu, 18 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["It-tielet evalwazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda illegali online mwettqa minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi pubbliċi rrilaxxata llum turi li l-kumpaniji tal-IT neħħew medja ta' 70% ta' diskors ta' mibegħda llegali nnotifikat lilhom.", "Minn Mejju 2016, Facebook, Twitter, YouTube u Microsoft impenjaw ruħhom favur il-ġlieda kontra t-tixrid ta' dan il-kontenut fl-Ewropa permezz tal-Kodiċi ta' Kondotta.", "It-tielet ċiklu ta' monitoraġġ juri li l-kumpaniji issa qegħdin dejjem aktar iwettqu l-impenn tagħhom li jneħħu l-maġġoranza ta' diskors ta' mibegħda illegali fi żmien 24 siegħa.", "Madankollu, għad baqa' xi sfidi oħra, partikolarment nuqqas ta' feedback sistematiku lill-utenti.", "Illum, Instagram u Google+ ħabbru li se jissieħbu fil-Kodiċi ta' Kondotta, u b'hekk ikomplu jespandu l-għadd ta' atturi koperti minnu.", "Andrus Ansip, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni Ewropea, laqa' dan it-titjib: “Ir-riżultati preżenti juru b'mod ċar li l-pjattaformi online jieħdu bis-serjetà l-impenn tagħhom biex jirrieżaminaw in-notifiki u jneħħu diskors ta' mibegħda illegali ifi żmien 24 siegħa.", "Inħeġġeġ bil-qawwa lill-kumpaniji tal-IT biex itejbu t-trasparenza u l-feedback lill-utenti, f'konformità mal-gwida li aħna ppubblikajna s-sena l-oħra.", "Huwa wkoll mportanti li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji biex jiġi evitat li jitneħħa aktar milli jkun meħtieġ u jkunu protetti drittijiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni.”", "Vĕra Jourová, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, qalet:\" L-internet għandu jkun post aktar sikur, ħieles minn diskors ta' mibegħda illegali, liberu minn kontenut ksenofobiku u razzista.", "Il-Kodiċi ta' Kondotta issa qed juri li huwa għodda siewja biex jiġi miġġieled il-kontenut illegali malajr u b'mod effiċjenti.", "Dan juri li meta jkun hemm kollaborazzjoni qawwija bejn il-kumpaniji tat-teknoloġija, is-soċjetà ċivili u dawk li jfasslu l-politiki nistgħu niksbu r-riżultati u fl-istess waqt, nippreżervaw il-libertà tal-kelma.", "Nistenna li l-kumpaniji tal-IT juru l-istess determinazzjoni meta jkunu qed jaħdmu fuq kwistjonijiet oħra importanti, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu, jew it-termini u kundizzjonijiet mhux favorevoli għall-utenti tagħhom.", "Sa mill-adozzjoni tiegħu f'Mejju 2016, il-Kodiċi ta' Kondotta wassal għal progress kontinwu fit-tneħħija ta' kontenut illegali notifikat, kif muri fl-evalwazzjoni tal-lum:", "Titjib mistenni", "Filwaqt li l-impenji ewlenin fil-Kodiċi ta' Kondotta ġew sodisfatti, jeħtieġ li jinkiseb aktar titjib fl-oqsma li ġejjin:", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja b'mod regolari l-implimentazzjoni tal-Kodiċi mill-Kumpaniji tal-IT parteċipanti bl-għajnuna tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għandha l-għan li testendih għal aktar pjattaformi onlajn.", "Il-Kummissjoni se tikkunsidra miżuri addizzjonali jekk l-isforzi ma jkomplux jew ibattu.", "Kuntest", "Id-Deċiżjoni Qafas dwar il-Ġlieda kontra r-Razziżmu u l-Ksenofobija tikkriminalizza l-inċitament pubbliku għall-vjolenza jew mibegħda kontra grupp ta' persuni jew membru ta' grupp bħal dan ikkaratterizzat b'referenza għar-razza, il-kulur tal-ġilda, ir-reliġjon, in-nisel, jew l-oriġini nazzjonali jew etnika.", "Id-diskors ta' mibegħda kif definit f'din id-Deċiżjoni Qafas huwa delitt kriminali wkoll meta jsir onlajn.", "L-UE, l-Istati Membri tagħha, il-kumpaniji tal-midja soċjali u pjattaformi oħra, ilkoll jaqsmu responsabbiltà kollettiva biex jippromwovu u jiffaċilitaw il-libertà ta' espressjoni fid-dinja onlajn.", "Fl-istess ħin, dawn l-atturi kollha għandhom ir-responsabbiltà li jassiguraw li l-internet ma jsirx mezz ta' rifuġju liberu għall-vjolenza u l-mibegħda.", "Biex jirreaġixxu għall-proliferazzjoni ta' diskors ta' mibegħda razzista u ksenofobika onlajn, il-Kummissjoni Ewropea u l-erba' kumpaniji kbar tal-IT (Facebook, Microsoft, Twitter u Youtube) ippreżentaw Kodiċi ta' Kondotta għall-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda illegali onlajn f'Mejju 2016.", "Din it-tielet evalwazzjoni twettqet minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi pubbliċi f'27 Stati Membru, li ħarġu n-notifiki.", "Fis-7 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati tal-ewwel eżerċizzju ta' monitoraġġ biex tevalwa l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta.", "Fl-1 ta' Ġunju 2017, ġew ippubblikati r-riżultati tat-tieni ċiklu ta' monitoraġġ.", "Fit-28 ta' Settembru, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li tipprovdi għal gwida għal pjattaformi dwar proċeduri ta' notifika u azzjoni biex jindirizzaw il-kontenut illegali onlajn.", "L-importanza tal-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda illegali onlajn u l-ħtieġa li titkompla l-ħidma mal-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta jidhru b'mod prominenti f'dan id-dokument ta' gwida.", "Fid-9 ta' Jannar 2018, diversi Kummissarji Ewropej iltaqgħu mar-rappreżentanti tal-pjattaformi onlajn biex jiddiskutu l-progress li sar fil-ġlieda kontra t-tixrid ta' kontenut illegali onlajn, inklużi l-propaganda terroristika fuq l-internet u d-diskors illegali ta' mibegħda razzist u ksenofobiku u kif ukoll il-ksur tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (ara d-dikjarazzjoni konġunta).", "Aktar informazzjoni:", "Skeda informattiva dwar it-tielet monitoraġġ tal-Kodiċi ta' Kondotta", "Mistoqsija u Tweġiba"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_301", "title": "Rapport: Skemi kummerċjali tal-UE jippromwovu żvilupp ekonomiku u d-drittijiet tal-bniedem", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=EEAS,ESAI,TRADEPOL", "date": "Thu, 18 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Ir-rapport ippubblikat illum mill-Kummissjoni Ewropea u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna b'mod konġunt juri l-impatt pożittiv tal-iskemi tar-ribass tad-dazji tal-Unjoni Ewropea fl-ekonomiji li qed jiżviluppaw.", "Il-kummerċ jaħdem bħala mutur għat-tkabbir u jgħin fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-governanza tajba u l-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli.", "Minn meta daħlet fis-seħħ l-inizjattiva rriformata tal-UE magħrufa bħala l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (Generalised Scheme of Preferences, GSP) fl-2014, l-esportazzjonijiet mill-pajjiżi lejn l-UE li jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis fit-tariffi żdiedu bi kważi kwart għal ammont annwali ta' €63 biljun.", "Il-pajjiżi l-anqas żviluppati huma l-aktar li bbenefikaw: l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE żdiedu bi kważi 40 % u laħqu €23.5 biljun fl-2016.", "Apparti l-benefiċċji ekonomiċi tal-iskema, ir-rapport tal-lum jenfasizza l-progress li sar fi kwistjonijiet bħalma huma l-emanċipazzjoni tan-nisa, it-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat, it-tortura, it-traffikar ta' drogi illeċiti u t-tibdil fil-klima.", "Il-monitoraġġ tal-UE juri ħafna tibdil pożittiv minħabba l-involviment tal-UE b'rabta mal-iskema.", "Fost ħafna eżempji oħra, dan jinkludi l-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Pakistan kontra l-qtil tal-unur u l-istupru, jew l-inklużjoni tal-Paragwaj fil-lista ta' pajjiżi bl-ikbar impenn għall-protezzjoni tal-ispeċi mhedda skont il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu.", "Madankollu, ir-rapport jenfasizza wkoll oqsma li jirrikjedu aktar titjib sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-iskema, pereżempju fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti mill-pajjiżi benefiċjarji.", "Dokument separat li jakkumpanja r-rapport tal-lum jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-progress u n-nuqqasijiet li għad baqa', speċifikament fil-pajjiżi li jipparteċipaw fl-Arranġament ta' Inċentiv Speċjali għal Żvilupp Sostenibbli u Governanza Tajba, magħruf bħala GSP+.", "Ir-rapport juri wkoll iż-żieda fl-involviment tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ tal-iskema: fl-2016 u fl-2017 kien hemm 16-il djalogu mas-soċjetà ċivili; dak iddedikat għat-tħejjija ta' dan ir-rapport kien jinvolvi 20 organizzazzjoni mhux governattiva.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, Federica Mogherini, qalet: \"Meta d-demokrazija u l-libertajiet fundamentali jkunu garantiti, l-ekonomiji tagħna jkunu b'saħħithom, is-soċjetajiet tagħna jkunu reżiljenti, is-sigurtà tagħna tkun sostenibbli u l-iżvilupp tagħna jkun mibni fuq fondazzjonijiet aktar solidi.", "L-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tikkomplementa l-involviment politiku tal-Unjoni Ewropea mas-sħab tagħha.", "B'riżultat ta' dan, ikkontribwejna għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili u tal-ilħna indipendenti u għall-ħarsien aħjar tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta' leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiżi sħab.", "U se nkomplu naħdmu flimkien ma' sħabna, ninvestu fid-drittijiet tal-bniedem, ninvestu fil-ħidma tas-soċjetà ċivili, ninvestu fis-soċjetajiet miftuħa – biex niggarantixxu sigurtà sostenibbli għal kulħadd.”", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ, Cecilia Malmström, qalet: \"Il-politiki tagħna joffru aċċess ġeneruż għas-suq tal-UE, flimkien ma' impenn b'saħħtu mal-awtoritajiet nazzjonali.", "Issa qed naraw tibdil pożittiv f'ħafna postijiet madwar id-dinja – tisħiħ fil-valuri fundamentali tal-politika kummerċjali tal-UE bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli.", "Istituzzjonijiet domestiċi u liġijiet aktar b'saħħithom qed jgħinu biex jidħlu fis-seħħ konvenzjonijiet internazzjonali kruċjali.", "F'xi pajjiżi, għad hemm oqsma ta' tħassib serju fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u s-sostenibbiltà.", "Hawnhekk, l-iskemi kummerċjali tagħna jipprovdu ingranaġġ biex nagħmlu pressjoni u neffettwaw bidla, u jeħtieġ li nsaħħu l-isforzi konġunti tagħna.”", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema,Marianne Thyssen, qalet: \"Id-dimensjoni internazzjonali tal-impjiegi u tal-politika soċjali hija strateġika biex jintlaħaq tkabbir li joħloq l-impjiegi, inklużiv u sostenibbli.", "L-iskema tal-GSP hija għodda unika biex jitressqu kundizzjonijiet ta' xogħol diċenti u jiġu rispettati standards internazzjonali ta' xogħol.", "Aħna mħeġġa naraw l-iżviluppi pożittivi u jkollna djalogu miftuħ dwar kwistjonijiet importanti dwar drittijiet tax-xogħol, bħalma hi l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal.", "Billi għad baqa' sfidi sinifikanti, għadu aktar u aktar importanti li nżidu l-isforzi tagħna.", "Aħna impenjati li nippromwovu prinċipji u drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol u niksbu tkabbir b'benefiċċji għal kulħadd.”", "Matul is-sentejn li ġejjin, l-UE se tkompli tinvolvi ruħha ma' kull pajjiż benefiċjarju tal-GSP rigward l-azzjonijiet prijoritarji meħtieġa u torganizza l-missjonijiet ta' monitoraġġ tal-GSP li huma mmirati speċifikament għal dawk il-pajjiżi fejn huma meħtieġa sforzi aktar b'saħħithom minħabba nuqqasijiet aktar serji.", "L-UE se tkompli tappoġġja wkoll l-isforzi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (International Labour Organisation, ILO) biex ittejjeb il-konformità tal-pajjiżi tal-GSP+ mar-rappurtar tal-Organizzazzjoni u mal-obbligi ta' implimentazzjoni.", "L-UE se tkompli taħdem ukoll biex tagħti s-setgħa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jikkontribwixxu b'mod aktar effettiv għall-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali, permezz ta' proġett ta' tliet snin iffinanzjat mill-UE ta' €4.5 miljun.", "Sfond", "L-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP) hija l-istrument kummerċjali ewlieni tal-UE li jappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "Jikkonsisti fi tliet arranġamenti differenti li jagħtu aċċess privileġġat għas-suq tal-UE, u hija mfassla biex tqis il-ħtiġijiet differenti tal-pajjiżi benefiċjarji:", "Ir-Regolament attwali tal-GSP, li ilu fis-seħħ minn Jannar 2014, jirrikjedi li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn, dwar l-effetti tas-sistema tal-GSP.", "Ir-rappurtar ukoll jikkonsisti regolarment f'\"Dokument ta' Ħidma tal-Persunal” li jakkumpanja r-rapport ewlieni, u jiffoka fuq il-benefiċjarji tal-GSP+.", "Jenfasizza l-iżviluppi leġiżlattivi u prattiċi fil-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP+ rigward l-implimentazzjoni tas-27 konvenzjoni internazzjonali li huma impenjati fihom.", "Il-monitoraġġ tal-UE jseħħ kemm permezz ta' missjonijiet ta' monitoraġġ, djalogi mal-pajjiżi benefiċjarji kif ukoll kwestjonarji bil-miktub.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Punti ewlenin tar-rapport", "Rapport", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja r-rapport", "Aktar informazzjoni dwar il-GSP"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_185", "title": "Il-VAT: Iktar flessibbiltà fir-rati tal-VAT, inqas burokrazija għan-negozji ż-żgħar", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Wed, 17 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tipproponi regoli ġodda biex tagħti iktar flessibbiltà lill-Istati Membri biex jistabbilixxu r-rati tal-VAT u biex joħolqu ambjent fiskali aħjar, biex jgħinu lill-SMEs jiżviluppaw.", "Il-proposti tal-lum huma l-aħħar passi tat-tiġdid li qed tagħmel il-Kummissjoni tar-regoli tal-VAT, bil-ħolqien ta' żona unika tal-VAT tal-UE biex tnaqqas drammatikament il-€50 biljun fi frodi tal-VAT fl-UE, filwaqt li jiġi appoġġat in-negozju u d-dħul tal-gvern jiġi żgurat.", "Ir-regoli komuni tal-VAT tal-UE, maqbulin mill-Istati Membri kollha fl-1992, mhumiex adattati għal-lum u huma wisq restrittivi.", "Dawn jippermettu lill-Istati Membri japplikaw rati mnaqqsin ta' VAT biss għal għadd żgħir ta' setturi u prodotti.", "Fl-istess ħin, il-pajjiżi tal-UE qed jaffaċċjaw pressjoni biex lil xi oġġetti jittrattawhom b'mod iktar favorevoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-VAT.", "Il-Kummissjoni issa qed tagħmel tajjeb fuq il-wegħda tagħha li tagħti iktar awtonomija lill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mar-rati.", "Il-pajjiżi issa se jkollhom kundizzjonijiet iktar ugwali f'dak li għandu x'jaqsam ma' xi eċċezzjonijiet eżistenti għar-regoli, magħrufin bħala derogi tal-VAT.", "Il-Kummissjoni llum qiegħda wkoll tindirizza l-problema li kumpaniji iżgħar ibatu minn spejjeż ta' konformità mal-VAT sproporzjonati.", "Il-kumpaniji li jagħmlu n-negozju f'iktar minn pajjiż wieħed jaffaċċjaw spejjeż ta' konformità 11 % ogħla minn dawk li jinnegozjaw biss f'pajjiżhom, u huma l-operaturi ż-żgħar li l-iktar li jbatu.", "Dan qiegħed ikun ostaklu reali għat-tkabbir, għax in-negozji ż-żgħar jammontaw għal 98 % tal-kumpaniji fl-UE.", "Għalhekk qed nipproponi li nippermettu lil iktar kumpaniji jgawdu l-benefiċċji ta' regoli iktar sempliċi tal-VAT, li bħalissa huma disponibbli biss għall-iżgħar kumpaniji.", "B'hekk, l-ispejjeż ta' konformità relatati mal-VAT ġenerali huma mistennija li jonqsu sa 18 % fis-sena.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali, qal: “Tliet xhur ilu, il-Kummissjoni ppreżentat l-ikbar riforma tar-regoli tal-VAT tal-UE fi kwart ta' seklu, f'pass eqreb lejn reġim definittiv tal-VAT.", "Issa wasal iż-żmien biex nipproponu regoli aħjar, kemm għar-rati tal-VAT, kif ukoll għan-negozji ż-żgħar, li se jgawdu minnhom miljuni ta' kumpaniji żgħar u konsumaturi fl-UE.”", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “L-Istati Membri sabu ruħhom taħt pressjoni ikbar mill-industrija u l-gruppi ta' interess biex jibdlu r-rati tal-VAT favur xi settur jew ieħor.", "Iżda n-nuqqas ta' flessibbiltà fir-regoli attwali jwassal biex l-enfasi tkun fuq liema prodott jew servizz jista' jikkwalifika għal rata mnaqqsa, minflok fuq il-ħofra enormi fil-baġits tagħna minħabba l-frodi tal-VAT.", "Il-proposta tal-lum se tagħti l-ikbar flessibbiltà lill-gvernijiet biex jistabbilixxu r-rati tal-VAT kif jixtiequ, u tħallina nikkonċentraw fuq il-problema ferm ikbar tal-frodi.”", "Iktar flessibilità", "L-Istati Membri bħalissa jistgħu japplikaw rata ridotta li tkun baxxa sa 5 % għal żewġ kategoriji distinti ta' prodotti fil-pajjiż.", "Għadd ta' Stati Membri japplikaw ukoll derogi speċifiċi għal rati mnaqqsin iktar.", "Barra mir-rata tal-VAT standard ta' 15 %, l-Istati Membri issa jkunu jistgħu jqiegħdu fis-seħħ:", "Ir-reġim il-ġdid ifisser ukoll li l-oġġetti li bħalissa japplikaw fuqhom rati differenti minn dik standard jistgħu jkomplu hekk.", "Innaqqsu l-ispejjeż tal-VAT għall-SMEs", "Taħt ir-regoli attwali, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-bejgħ minn kumpaniji żgħar mill-VAT bil-kundizzjoni li dawn ma jaqbżux fatturat annwali partikolari, li jvarja minn pajjiż għall-ieħor.", "Iżda dawn l-eżenzjonijiet japplikaw biss għal operaturi domestiċi, u SMEs li qegħdin jikbru jitilfu l-aċċess għall-miżuri ta' simplifikazzjoni ladarba l-livell limitu tal-eżenzjonijiet jinqabeż.", "Dan ifisser li m'hemmx kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal kumpaniji żgħar li joperaw fl-UE.", "Filwaqt li l-livelli limitu tal-eżenzjonijiet attwali se jibqgħu, ir-regoli tal-lum jintroduċu:", "Sfond", "Il-miżuri proposti jkomplu jibnu fuq “il-pilastri” għal żona unika ġdida definittiva tal-VAT fl-UE proposta f'Ottubru 2017, u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT lejn żona unika tal-VAT fl-UE ppreżentat f'April 2016.https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/com_2016_148_mt.pdf", "Is-sistema komuni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) għandha rwol importanti fis-Suq Uniku tal-Ewropa.", "Il-VAT hija sors ewlieni u li qed jikber ta' dħul fl-UE, li ġġenera 'l fuq minn €1 triljun fl-2015, li jikkorrispondi għal 7 % tal-PDG tal-UE.", "Waħda mir-riżorsi proprji tal-UE hija wkoll ibbażata fuq il-VAT.", "Is-sistema attwali tal-VAT ilha mill-1993 u kienet maħsuba bħala sistema tranżitorja.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Mistoqsija u tweġiba dwar il-VAT għan-negozji ż-żgħar u l-iffissar tar-rati tal-VAT", "Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT– Lejn żona unika tal-VAT fl-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_266", "title": "L-Unjoni Bankarja: L-ewwel Rapport ta' Progress dwar li jiġi indirizzat is-self improduttiv sabiex tiġi sostnuta l-aġenda għat-tnaqqis tar-riskju", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 17 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea wriet is-sodisfazzjon tagħha għall-progress li sar biex jiġi indirizzat is-self improduttiv (non-performing loans, NPLs) fl-UE bħala parti minn ħidma kontinwa fil-livell nazzjonali u tal-UE sabiex jitnaqqsu r-riskji li fadal f'xi partijiet tas-settur bankarju Ewropew.", "Fl-Ewwel Rapport ta' Progress tagħha minn meta l-Ministri tal-Finanzi qablu dwar il-Pjan ta' Azzjoni sabiex jitnaqqas is-self improduttiv (NPLs), il-Kummissjoni tagħmel enfasi fuq aktar titjib fil-proporzjonijiet tas-self improduttiv u miżuri futuri biex ikomplu jonqsu l-istokkijiet tas-self improduttiv.", "It-tnaqqis tas-self improduttiv huwa importanti għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, u għal sistema finanzjarja stabbli u integrata fl-UE.", "Huwa essenzjali li jiġu indirizzati l-istokks kbar ta' self improduttiv u li tiġi evitata l-akkumulazzjoni futura possibbli tagħhom sabiex it-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa jissaħħaħ u jkollu sisien.", "Sabiex jiksbu finanzjament, l-unitajiet domestiċi u l-kumpaniji jiddependu fuq settur finanzjarju b'saħħtu u reżistenti għall-kriżijiet.", "Filwaqt li banek individwali u Stati Membri huma f'pożizzjoni ta' tmexxija meta jiġu biex jindirizzaw il-ħażniet tagħhom ta' self improduttiv, hemm dimensjoni ċara tal-UE minħabba l-effetti konsegwenzjali potenzjali għall-ekonomija tal-UE kollha.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Huwa essenzjali li jitnaqqas il-livell ta' self improduttiv sabiex jitnaqqsu r-riskji fis-settur bankarju u sabiex titlesta l-Unjoni Bankarja.", "L-isforzi konġunti mill-banek, mis-superviżuri, mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni diġà taw il-frott tagħhom.", "Iżda għandna bżonn inkomplu navvanzaw biex innaqqsu aktar il-livelli tas-self improduttiv.", "Aħna rridu li l-banek fil-pajjiżi kollha tal-UE jerġgħu jiksbu l-kapaċità sħiħa tagħhom li jsellfu lill-kumpaniji u lill-unitajiet domestiċi filwaqt li tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' self mitluf ġdid.”", "Sejbiet ewlenin", "L-Ewwel Rapport ta' Progress tal-lum, li jieħu l-forma ta' Komunikazzjoni u ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaha, jenfasizza l-iżviluppi reċenti fis-self improduttiv, kemm fl-UE kollha kif ukoll fl-Istati Membri individwali.", "Juri li x-xejra pożittiva ta' tnaqqis fil-proporzjonijiet tas-self improduttiv (NPL) u t-tkabbir fil-proporzjonijiet ta' kopertura ssaħħu u komplew fit-tieni nofs tal-2017.", "Barra minn hekk:", "Il-proporzjonijiet ta' self improduttiv kienu qed jonqsu kważi fl-Istati Membri kollha, għalkemm is-sitwazzjoni tvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri.", "Il-proporzjon ġenerali tas-self improduttiv fl-UE naqas għal 4,6 % (it-tieni trimestru tal-2017), fejn niżel b'madwar punt perċentwali fis-sena, u b'terz sa mir-raba' trimestru tal-2014.", "Id-dejta turi li t-tnaqqis tar-riskju qed jirnexxi fis-sistema bankarja Ewropea, u qed isostni l-progress sabiex titlesta l-Unjoni Bankarja, li għandha sseħħ permezz tat-tnaqqis tar-riskju u b'mod parallel tal-kondiviżjoni tar-riskju.", "Ir-rapport juri wkoll li l-UE qiegħda fit-triq it-tajba biex timplimenta l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill.", "Fir-rebbiegħa l-Kummissjoni se tipproponi pakkett komprensiv ta' miżuri biex jitnaqqas il-livell ta' self improduttiv eżistenti u biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' self improduttiv fil-futur.", "Il-pakkett jiffoka fuq erba' oqsma: (i) l-azzjonijiet superviżorji, (ii) ir-riforma fl-oqfsa ta' ristrutturar, ta' insolvenza u tal-irkupru tad-dejn, (iii) l-iżvilupp ta' swieq sekondarji għal assi f'diffikultà, u (iv) it-trawwim tar-ristrutturar tas-sistema bankarja.", "L-azzjoni f'dawn l-oqsma għandha tkun fil-livell nazzjonali u fil-livell ta' Unjoni fejn ikun xieraq.", "Il-Kummissjoni qiegħda titlob ukoll lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew biex jaqblu malajr dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-insolvenza tan-negozji.", "Din il-miżura, proposta f'Novembru 2016, tgħin lill-kumpaniji f'diffikultà finanzjarja biex jirristrutturaw fi stadju bikri sabiex jiġi evitat il-falliment, u dan iwassal għal proċeduri ta' insolvenza aktar effiċjenti fl-UE.", "Kuntest", "Peress li s-self improduttiv huwa wieħed mir-riskji ta' legat ewlenin li fadal fis-sistema bankarja tal-Ewropa, il-Kummissjoni f'Ottubru 2017 pproponiet li tagħmel il-miżuri ta' tnaqqis għas-self improduttiv parti aktar prominenti mill-proċedura ta' tlestija tal-Unjoni Bankarja permezz tal-kondiviżjoni u b'mod parallel, tat-tnaqqis tar-riskju, li ntlaqgħu b'idejn miftuħin waqt id-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill f'dawn l-aħħar xhur.", "Filwaqt li l-proporzjon medju ta' self improduttiv naqas b'terz mill-2014 u qabad xejra 'l isfel kostanti, ħażniet kbar ta' self improduttiv li fadal jistgħu jkunu ta' piż fuq it-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżi kkonċernati peress li jnaqqsu il-profitabbiltà tal-banek u l-kapaċità ta' self lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji.", "Ir-responsabbiltà ewlenija sabiex jiġu indirizzati l-proporzjonijiet ta' self improduttiv qiegħda fuq il-banek affettwati u l-Istati Membri.", "Madankollu, f'unjoni monetarja fejn l-ekonomiji tal-pajjiżi membri huma interkonnessi u jistgħu joħolqu konsegwenzi, jidher ukoll li hemm interess ċar tal-UE biex jitnaqqsu l-proporzjonijiet tas-self improduttiv attwali.", "Il-Kummissjoni b'mod konsistenti qajmet din il-kwistjoni mal-pajjiżi kkonċernati fil-kuntest taċ-ċiklu ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-UE - is-Semestru Ewropew.", "F'Lulju 2017 il-Kunsill adotta \"Pjan ta' Azzjoni biex Jiġi Indirizzat is-Self Improduttiv fl-Ewropa\".", "Dan il-Pjan ta' Azzjoni jistieden lil diversi istituzzjonijiet - inkluża l-Kummissjoni - biex jieħdu l-miżuri xierqa sabiex ikomplu jindirizzaw l-isfidi tal-proporzjonijiet għoljin ta' self improduttiv fl-Ewropa.", "Il-Kunsill qabel li jieħu kont ta' kif qed jevolvi s-self improduttiv fl-Unjoni abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni għalhekk ħabbret, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tlestija tal-Unjoni Bankarja tal-11 ta' Ottubru 2017, li se taħdem għal pakkett komprensiv biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa.", "Barra minn hekk, il-pakkett tal-UEM tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2017 ippreżenta pjan direzzjonali u proposti konkreti għall-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa.", "Aktar informazzjoni:", "MEMO", "Skeda informattiva", "Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal u l-Komunikazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_102", "title": "Miżuri ġodda biex jagħtu spinta lill-kompetenzi ewlenin u lill-ħiliet diġitali, kif ukoll lid-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,ECMY", "date": "Tue, 16 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Bħala segwitu għas-Summit ta' Gothenburg, illum il-Kummissjoni Ewropea adottat inizjattivi ġodda biex itejbu l-kompetenzi ewlenin u l-ħiliet diġitali taċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll biex irawmu valuri komuni u l-għarfien tal-istudenti dwar kif taħdem l-Unjoni Ewropea.", "Dawn il-proposti ġodda waslu biss xahrejn wara li l-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern Ewropej iddiskutew l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kultura fis-Sammit ta' Gothenburg f'Novembru 2017.", "L-għan tal-proposti huwa li jonqsu l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi, filwaqt li tintrifed il-kompetittività sabiex tinbena Ewropa aktar magħquda, aktar b'saħħitha u aktar demokratika.", "Jyrki Katainen, il-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, stqarr: “L-inizjattivi tal-lum jimmiraw li jagħtu lill-persuni individwali s-setgħa biex jilħqu l-milja ta' ħajjithom, sabiex inkunu nistgħu nibnu ekonomiji u soċjetajiet ġusti u reżiljenti.", "Irridu niżguraw li l-edukazzjoni twassal il-ġid lil kulħadd, mal-Ewropa kollha, sabiex kulħadd ikun jista' jadatta għall-bidla u jgawdi minnha.", "Dan huwa kruċjali għat-tkabbir sostenibbli u għall-kompetittività tal-Ewropa, u se jkun saħansitra iktar kruċjali fil-ġejjieni.", "Ninsabu lesti li nappoġġaw lill-Istati Membri u li naħdmu id f'id magħhom sabiex din il-mira ssir realtà.”", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju tal-UE għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, stqarr: “Hemm bżonn li s-sistemi edukattivi u ta' taħriġ tal-Ewropa jagħtu lill-persuni minn kull sfond soċjali l-kompetenzi xierqa biex jimxu ‘l quddiem u jiksbu suċċess professjonali, kif ukoll biex ikunu jistgħu jsiru ċittadini impenjati.", "Irridu nisfruttaw il-potenzjal tal-edukazzjoni biex trawwmen il-koeżjoni soċjali u sens ta' appartenenza.Għal dan il-għan, irridu nibnu fuq il-valuri komuni tagħna, u niżguraw li l-edukazzjoni tippermetti lill-istudenti jgħixu l-identità Ewropea tagħhom fid-diversità kollha tagħha, jitgħallmu iktar dwar l-Ewropa, dwar pajjiżi Ewropej oħra, u dwarhom infushom.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju tal-UE għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, żiedet tgħid: “L-era diġitali qiegħda tinfirex f'kull qasam ta' ħajjitna, tant li mhux biss min jaħdem fl-informatika jrid ikun konxju tat-trasformazzjoni diġitali.", "Il-qasma fil-ħiliet diġitali hija tabilħaqq reali.", "Filwaqt li 90% tal-impjiegi tal-futur diġà jirrikjedu ċertu livell ta' litteriżmu diġitali, 44% tal-Ewropej huma neqsin minn ħiliet diġitali bażiċi.", "Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali li qegħdin nipproponu llum se jgħin lill-Ewropej, lill-istituzzjonijiet u lis-sistemi edukattivi jadattaw aħjar għall-ħajja u għax-xogħol f'soċjetajiet li kulma jmur qed isiru aktar diġitali.”", "Il-proposti l-ġodda se jikkontribwixxu wkoll għall-ewwel Summit Ewropew dwar l-Edukazzjoni, li l-Kummissarju Navracsics se jkun qed jospita fi Brussell nhar il-25 ta' Jannar, bit-tema “Inqiegħdu s-sisien taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: għal edukazzjoni innovattiva, inklużiva u bbażata fuq il-valuri”.", "It-tliet inizjattivi proposti mill-Kummissjoni huma dawn li ġejjin:", "1.", "Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja: Din il-proposta, li tibni fuq ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin adottata fl-2006, tantiċipa aġġornamenti importanti li jirriflettu l-evoluzzjoni mgħaġġla tat-tagħlim u tal-edukazzjoni li saret minn dak iż-żmien ‘l hawn.", "L-għan tal-proposta huwa li jissaħħaħ l-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin ta' nies ta' kull età tul ħajjithom, u li tingħata gwida lill-Istati Membri dwar kif għandhom jiksbu dan il-għan.", "Tingħata enfasi partikulari fuq it-trawwim tad-determinazzjoni intraprenditorjali u tal-mentalità orjentata lejn l-innovazzjoni, sabiex jiġu liberati l-potenzjal, il-kreattività u l-inizjattiva personali.", "Barra minn dan, il-Kummissjoni tirrakkomanda passi biex jitrawmu l-kompetenzi fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika (STEM), kif ukoll biex iż-żgħażagħ jiġu mmotivati sabiex jibdew karriera f'dawn l-oqsma.", "Il-proposti mressqa llum għandhom jitqiesu wkoll bħala parti mis-soluzzjoni biex jittejbu urġentement is-sistemi edukattivi Ewropej, sabiex dawn ikunu jistgħu jaffaċċjaw il-ħafna sfidi li ġew issottolinjati fl-aħħar stħarriġ tal-PISA.", "B'mod usa', il-miżuri se jappoġġaw lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex iħejju aħjar lill-istudenti għal swieq tax-xogħol li qed jinbidlu, kif ukoll għal ċittadinanza attiva f'soċjetajiet aktar diversi, aktar mobbli, aktar diġitali u aktar globali.", "2.", "Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali li jispjega kif l-UE tista' tgħin lin-nies, lill-istituzzjonijiet u s-sistemi edukattivi jadattaw aħjar għall-ħajja u x-xogħol fi żmien ta' bidla diġitali mgħaġġla, billi:", "isir użu aħjar tat-teknoloġija diġitali għat-tagħlim u għall-istudju;", "jitrawmu l-kompetenzi u l-ħiliet diġitali meħtieġa għall-ħajja u x-xogħol fi żmien ta' trasformazzjoni diġitali; u", "tittejjeb l-edukazzjoni permezz ta' analiżi tad-dejta u previżjoni aħjar.", "L-inizjattivi jinkludu l-appoġġ lill-iskejjel permezz ta' konnessjonijiet broadband b'veloċità għolja, l-iżvilupp ta' għodda ġdida ta' awtovalutazzjoni għall-iskejjel fuq l-użu tat-teknoloġija għat-tagħlim u l-istudju (SELFIE), u kampanja ta' sensibilizzazzjoni pubblika dwar is-sigurtà online, il-litteriżmu medjatiku u l-iġjene ċibernetika.", "3.", "Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-valuri komuni, inkluż l-edukazzjoni u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim:Din l-inizjattiva tipproponi metodi biex l-edukazzjoni tgħin liż-żgħażagħ jifhmu l-importanza tal-valuri komuni stipulati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u jsegwu dawk l-istess valuri.", "Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali u li tikkontribwixxi fil-ġlieda kontra l-qawmien tal-populiżmu, tal-ksenofobija, tan-nazzjonaliżmu diviżiv u tat-tixrid tal-aħbarijiet foloz.", "Il-proposta ssaħħaħ ukoll l-edukazzjoni inklużiva, sabiex tippromwovi l-edukazzjoni ta' kwalità għall-istudenti kollha, kif ukoll id-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim, bil-għan li t-tfal jitgħallmu wkoll dwar il-wirt komuni u d-diversità tal-Ewropa, u li jiksbu fehim tajjeb ta' kif taħdem l-Unjoni Ewropea.", "Biex tappoġġa dawn l-isforzi, il-Kummissjoni se tieħu passi biex iżżid l-iskambji virtwali fost l-iskejjel, speċifikament permezz tan-netwerk e-Twinning, u biex tixpruna l-mobbiltà tal-iskejjel permezz tal-programm Erasmus+.", "Kuntest", "Il-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern iddiskutew informalment l-edukazzjoni u t-taħriġ waqt is-Summit Soċjali ta' Gothenburg f'Novembru 2017, iggwidati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “It-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u tal-Kultura”.", "Dan wassal għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2017, li jitolbu lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jmexxu ‘l quddiem l-aġenda diskussa f'Gothenburg.", "Ir-rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja kien tħabbar fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa adottata f'Ġunju 2016.", "Biex tħejji l-proposta tagħha, fl-2017 il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika u konferenza mal-partijiet ikkonċernati.", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill proposta dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim tkompli tibni fuq id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, adottata fil-laqgħa informali tal-Ministri tal-Edukazzjoni nhar is-17 ta' Marzu 2015.", "Tħabbret fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-appoġġ lill-prevenzjoni mir-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti tal-14 ta' Ġunju 2016.", "Biex tħejji l-proposta tagħha, fl-2017 il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika.", "Għal aktar tagħrif", "Memo - Mistoqsijiet u tweġibiet", "Skeda informattiva dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni", "Skeda informattiva dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja", "Skeda informattiva dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali", "Skeda informattiva dwar il-promozzjoni ta' valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim", "Il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali", "Is-sit web dwar it-tagħlim diġitali", "Skedi informattivi dwar is-Summit ta' Gothenburg"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_11_1430", "title": "Nittraduċu għall-Ewropa…l-iskola!", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 23 Nov 2011 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "IL-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa", "Nittraduċu għall-Ewropa…l-iskola!", "Brussell, l-24 ta' Novembru 2011 – Dalgħodu 'l fuq minn 3 000 żagħżugħ minn 720 skola sekondarja minn madwar l-Ewropa ħadu sehem fil-konkors tal-UE Tradutturi Żgħażagħ (“Juvenes Translatores”).", "L-istudenti li għandhom 17-il sena, se jittestjaw l-għarfien tagħhom tal-lingwi barranin, filwaqt li jaraw humiex tajbin bħala tradutturi professjonali.", "“Il-konkors Juvenes Translatores huwa mezz eċċellenti ta' kif aħna nistgħu nippromwovu t-tagħlim tal-lingwi u t-traduzzjoni bħala karriera sodisfaċenti għaż-żgħażagħ,” qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.", "\"Billi ħafna mill-parteċipanti se jkunu qed jittraduċu għall-ewwel lingwa tagħhom, il-konkors jenfasizza wkoll l-impenn tagħna lejn id-diversità lingwistika, waħda mill-ikbar kwalitajiet tal-Ewropa.\"", "L-istudenti traduċew test ta' paġna skont l-għażla tagħhom minn kwalunkwe waħda mill-kombinazzjonijiet ta' lingwi mill-506 kombinazzjonijiet possibbli fost it-23 lingwa uffiċjali tal-UE.", "Din is-sena t-tema tat-testi għat-traduzzjoni kienet il-volontarjat biex titfakkar is-Sena Ewropea tal-Volontarjat.", "It-tradutturi tal-Kummissjoni Ewropea se jikkoreġu dawn it-testi u jagħżlu rebbieħ minn kull pajjiż.", "F'Marzu 2012 ir-rebbieħa kollha jiġu mistiedna fi Brussell biex il-Kummissarju Vassiliou tippreżentalhom il-premju tagħhom.", "Il-konkors, li issa ilu jiġi organizzat ħames snin, ġie estiż għall-ewwel darba għall-iskejjel li jinsabu fi gżejjer li huma parti mill-Istati Membri tal-UE: il-Kaledonja Ġdida, il-Gżejjer Kanarji, Madeira, il-Gwadelup u Martinique.", "Il-lista sħiħa tal-iskejjel li qegħdin jipparteċipaw hija disponibbli fuq il-websajt tal-konkors:", "ec.europa.eu/translatores/selected", "Il-konkors ispira inizjattivi simili fl-Istati Uniti tal-Amerka u t-Turkija.", "Fil-verżjoni Amerikana, organizzata mill-Università ta' Illinois, il-parteċipanti għandhom il-possibbiltà li jittraduċu għall-Ingliż minn kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE.", "Fit-Turkija il-konkors, Genç Çevirmenler Yarışması (il-Konkors tat-Tradutturi Żgħażagħ) huwa miftuħ għall-istudenti universitarji li jittraduċu mill-Ingliż, il-Fra nċiż jew il-Ġermaniż għat-Tork.", "Sfond", "Il-konkors huwa miftuħ għall-istudenti li twieldu fl-1 994 u jsir fl-istess ħin fl-iskejjel magħżula kollha (bejn l-għaxra ta' filgħodu u nofsinhar).", "L-għadd ta' skejjel li jieħdu sehem minn kull pajjiż jiddependi minn kemm Membri tal-Parlament Ewropew se jkollu kull pajjiż fl-2014.", "Kull skola ressqet għall-konkors sa ħames studenti.", "Jekk pajjiż jaqbeż il-kwota (ara hawn taħt), il-Kummissjoni tuża metodu ta' għażla każwali .", "Il-kwoti għal kull pajjiż huma :", "L-Awstrija", "19", "Il-Belġju", "22", "Il-Bulgarija", "18", "Ċipru", "6", "Ir-Repubblika Ċeka", "22", "Id-Danimarka", "13", "L-Estonja", "6", "Il-Finlandja", "13", "Franza", "74", "Il-Ġermanja", "96", "Il-Greċja", "22", "L-Ungerija", "22", "L-Irlanda", "12", "L-Italja", "73", "Il-Latvja", "9", "Il-Litwanja", "12", "Il-Lussemburgu", "6", "Malta", "6", "Il-Pajjiżi l-Baxxi", "26", "Il-Polonja", "51", "Il-Portugall", "22", "Ir-Rumanija", "33", "Is-Slovenja", "8", "Is-Slovakkja", "13", "Spanja", "54", "L-Isvezja", "20", "Ir-Renju Unit", "73", "L- għadd totali", "751", "Aktar tagħrif:", "Il-websajt tal-konkors: ec.europa.eu/translatores", "Il-Facebook: facebook.com/translatores", "Twitter: @translatores", "DĠ Traduzzjoni: ec.europa.eu/dgs/translation", "Kuntatti:", "Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)", "Dina Avraam (+32 2 295 96 67)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_2941", "title": "Il-Kummissjoni tieħu azzjoni biex issaħħaħ il-kunfidenza fl-istudji xjentifiċi dwar is-sikurezza tal-ikel", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 10 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed twieġeb għat-tħassib espress miċ-ċittadini f'Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li rnexxiet, bi proposta biex ittejjeb it-trasparenza tal-istudji xjentifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel.", "Il-proposta, li hija bbażata wkoll fuq il-Kontroll tal-Idoneità tal-Kummissjoni tal-Liġi Ġenerali tal-Ikel, li ilu mill-2002 u b'hekk jeħtieġ aġġornament:", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: “Illum qed nindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini, biex intejbu t-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, biex noffru aċċess aħjar għall-informazzjoni relevanti u biex niżguraw li l-valutazzjoni tar-riskju affidabbli u bbażata fuq ix-xjenza tibqa' fil-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'dan il-qasam sensittiv tas-sikurezza tal-ikel.”", "Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis, qal: “Il-valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq ix-xjenza tal-UE għas-sikurezza tal-ikel hija waħda mill-iktar riġidi fid-dinja.", "Issa qed nagħmluha saħansitra iktar b'saħħitha permezz ta' regoli dwar it-trasparenza aktar ċari u permezz ta' komunikazzjoni aktar effettiva dwar ir-riskji matul il-proċess.", "B'din ir-riforma, iċ-ċittadini ser ikollhom aċċess immedjat għall-istudji xjentifiċi li fuqhom ikunu jserrħu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.", "Jiena nappella lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew biex din il-proposta ssir liġi malajr kemm jista' jkun sabiex inkunu nistgħu niksbu riżultati għaċ-ċittadini qabel l-elezzjonijiet Ewropej is-sena d-dieħla.”", "Il-Kummissjoni qed tipproponi reviżjoni mmirata tar-Regolament tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel[1] flimkien mar-reviżjoni ta' tmien biċċiet ta' leġiżlazzjoni settorjali, sabiex isiru konformi mar-regoli ġenerali u jsaħħu t-trasparenza fil-qasam tal-OĠM, tal-addittivi tal-għalf, tat-taħwir bl-affumikazzjoni, tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, tal-addittivi tal-ikel, tal-enzimi u t-taħwir tal-ikel, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-ikel ġdid.", "L-elementi ewlenin tal-proposta:", "Il-kuntest", "Fl-2002, il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel stabbiliet il-prinċipju tal-analiżi tar-riskju bħala prinċipju ġenerali tal-liġi tal-ikel tal-UE.", "Din ħolqot sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-UE li fiha r-responsabbiltà għall-valutazzjoni tar-riskju (ix-xjenza) u dik għall-ġestjoni tar-riskju (il-politika) jinżammu separati.", "L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ġiet stabbilita bħala aġenzija indipendenti tal-UE responsabbli mill-għoti ta' pariri xjentifiċi dwar ir-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari.", "Ir-riżultati ta' Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel ippubblikati aktar kmieni din is-sena kkonfermaw li l-leġiżlazzjoni tilħaq l-għanijiet ewlenin tagħha li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u t-tħaddim bla xkiel tas-Suq Intern.", "B'mod partikolari, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju tal-liġi dwar l-ikel tal-UE żied il-livell ġenerali ta' protezzjoni kontra r-riskji potenzjali lis-sikurezza tal-ikel.", "Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità enfasizza wkoll it-tħassib taċ-ċittadini dwar it-trasparenza tal-istudji xjentifiċi u l-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju fil-katina agroalimentari.", "Fis-6 ta' Ottubru 2017, lill-Kummissjoni ntbagħtitilha Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bit-titolu '”Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi”, b'dikjarazzjonijiet ta' appoġġ minn 1,070,865 Ewropew.", "Waħda mit-talbiet fl-Inizjattiva kienet li jkun hemm iktar trasparenza fl-istudji xjentifiċi ppreżentati lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u li jiżdied l-ikkummissjonar tal-istudji mill-awtoritajiet pubbliċi.", "Il-Kummissjoni wieġbet għal din l-Inizjattiva fit-12 ta' Diċembru 2017.", "S'issa, erba' Inizjattivi taċ-Ċittadini ta' suċċess ġabru aktar minn miljun firma kull waħda, u l-Kummissjoni issa ħadet azzjonijiet ta' segwitu fuq tlieta minnhom.", "Il-passi li jmiss", "Għal aktar informazzjoni", "MEMO: Il-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-mudell tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari", "Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi”", "Transparency and sustainability of the EU risk assessment in the food chain", "Segwina fuq Twitter: @Food_EU", "[1] Ir-Regolament (KE) Nru°178/2002"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3041", "title": "Patt ġdid għall-Konsumaturi: il-Kummissjoni ssaħħaħ id-drittijiet tal-konsumaturi tal-UE u l-infurzar", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,CONSUMPOL,JFRC", "date": "Tue, 10 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi Patt Ġdid għall-Konsumaturi sabiex taċċerta li l-konsumaturi Ewropej kollha jibbenefikaw mija fil-mija mid-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni.", "Filwaqt li l-UE diġà għandha fost l-aktar regoli b'saħħithom fid-dinja dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, każijiet reċenti bħall-iskandlu Dieselgate, urew li fil-prattika l-infurzar bis-sħiħ tagħhom huwa diffiċli.", "Il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi se jagħti s-setgħa lil entitajiet kwalifikati biex iniedu azzjonijiet rappreżentattivi għan-nom tal-konsumaturi u jintroduċu setgħat aktar b'saħħithom ta' sanzjonar għall-awtoritajiet tal-konsumaturi tal-Istati Membri.", "Apparti minn hekk, dan se jestendi l-protezzjoni tal-konsumaturi meta dawn ikunu online u se jiċċara li l-prattiki ta' aktar minn xiber wieħed li jqarrqu bil-konsumaturi huma projbiti.", "L-ewwel Viċi President Timmermans qal: “Il-Patt il-Ġdid tal-lum jittratta t-twettiq ta' Suq Uniku aktar ġust li jkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u għan-negozji.", "Qed indaħħlu dritt ta' rimedju kollettiv Ewropej għal meta gruppi ta' konsumaturi jkunu ġarrbu dannu, bħalma rajna dan l-aħħar, b'salvagwardji kif suppost biex ma jkun hemm l-ebda użu ħażin.", "Il-konsumaturi se jkunu jafu mingħand min ikunu qed jixtru online, u meta l-bejjiegħa jkunu ħallsu biex jidhru fir-riżultati tat-tfittxijiet.", "Il-biċċa l-kbira tal-operaturi tas-suq li ma jqarrqux bin-nies se jitneħħewlhom il-piżijiet.", "Dawk il-ftit operaturi tas-suq li b'intenzjoni jabbużaw mill-fiduċja tal-konsumaturi Ewropej se jiġu sanzjonati b'multi aktar ħorox.", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, żiedet: “F'dinja globalizzata fejn il-kumpaniji l-kbar għandhom vantaġġ kbir fuq il-konsumaturi individwali, irridu nibbilanċjaw il-miżien.", "L-azzjonijiet rappreżentattivi, bil-mod Ewropew, se jagħtu aktar ġustizzja lill-konsumaturi u mhux aktar introjtu lid-ditti legali.", "U b'sanzjonijiet aktar b'saħħithom marbuta mal-fatturat annwali ta' kumpanija, l-awtoritajiet tal-konsumaturi fl-aħħar se jkunu jistgħu jikxfu snienhom biex jikkastigaw lil min iqarraq.", "Min iqarraq ma jistax joħroġ bl-irħis.”", "Il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi se jfisser:", "1.", "It-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi online", "2.", "L-għoti ta' għodda lill-konsumaturi sabiex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom u jirċievu kumpens", "Pereżempju, f'xenarju bħal dak ta' Dieselgate, il-vittmi ta' prattiki kummerċjali żleali, bħal reklamar qarrieqi minn manifatturi tal-karozzi li ma jkunux f'konformità mal-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi jew mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, se jkunu jistgħu jirċievu kumpens b'mod kollettiv bis-saħħa ta' azzjoni rappreżentattiva skont din id-Direttiva.", "Rimedju kollettiv bħal dan qabel ma kienx previst skont il-liġi tal-Unjoni.", "Dan il-mudell għandu salvagwardji b'saħħithom u huwa distintivament differenti mill-azzjonijiet kollettivi stil Amerikan.", "L-azzjonijiet rappreżentattivi mhumiex se jkunu miftuħa għad-ditti legali iżda se jkunu miftuħa biss għal entitajiet bħall-għaqdiet tal-konsumaturi li m'għandhomx skop ta' qligħ u jissodisfaw kriterji stretti ta' eliġibbiltà, taħt monitoraġġ minn awtorità pubblika.", "Din is-sistema l-ġdida se tiggarantixxi li l-konsumaturi Ewropej jibbenefikaw mija fil-mija mid-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jirċievu kumpens, filwaqt li se tevita r-riskju ta' litigazzjoni abbużiva jew bla bżonn.", "3.", "L-introduzzjoni ta' penali effettivi għall-ksur tal-liġi tal-konsumatur fl-UE", "L-awtoritajiet tal-konsumaturi fl-UE mhumiex attrezzati sew biex jissanzjonaw prattiki li joħolqu “sitwazzjonijiet ta' dannu għall-massa” li jolqtu għadd kbir ta' konsumaturi fl-UE kollha.", "Bħalissa, il-livell ta' penali jvarja ferm skont l-Istat Membru, u ta' sikwit ikun wisq baxx biex ikollu effett dissważiv, b'mod partikolari fuq il-kumpaniji li joperaw b'mod transfruntiera u fuq skala kbira.", "Skont il-proposta, l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumaturi se jkollhom is-setgħa li jimponu, b'mod koordinat, penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.", "Għal ksur mifrux li jolqot lill-konsumaturi f'diversi Stati Membri tal-UE, il-multa massima disponibbli se tkun ta' 4 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-suq f'kull Stat Membru rispettiv. l-Istati Membri jitħallew fil-libertà li jintroduċu multi massimi ogħla.", "4.", "L-indirizzar tal-kwistjoni ta' aktar minn xiber wieħed għall-kwalità tal-prodotti tal-konsumaturi", "B'segwitu għal-linji gwida tal-Kummissjoni ta' Settembru 2017, il-Patt il-Ġdid tal-Konsumaturi se jaġġorna d-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali sabiex jindika espliċitament li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jivvalutaw u jindirizzaw il-prattiki kummerċjali żleali li jinvolvu l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti bħala identiċi f'diversi Stati Membri tal-UE, jekk dawn ikollhom għamla jew karatteristiċi differenti ferm.", "5.", "Kundizzjonijiet imtejba għan-negozji", "Il-Patt il-Ġdid se jneħħi l-piż bla bżonn għan-negozji, fost l-oħrajn billi jneħħi l-obbligi fuq il-kumpaniji fir-rigward tad-dritt ta' rtirar tal-konsumatur.", "Pereżempju, il-konsumaturi mhumiex se jitħallew aktar jirritornaw prodotti li jkunu diġà għamlu użu minnhom minflok ikunu sempliċement ippruvawhom, u l-operaturi tas-suq mhumiex se jkollhom għalfejn jirrimborżaw aktar lill-konsumaturi qabel ma effettivament jirċievu l-prodotti rritornati.", "Ir-regoli l-ġodda jintroduċu wkoll aktar flessibbiltà fil-mod kif l-operaturi tas-suq jistgħu jikkomunikaw mal-konsumaturi, u jippermettulhom li jużaw formoli fuq il-web jew chats minflok il-posta elettronika, dment li l-konsumaturi jkunu jistgħu jżommu rendikont tal-komunikazzjoni tagħhom mal-operatur tas-suq.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-proposti tal-Kummissjoni se jiġu diskussi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Il-Kuntest", "Il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi se jimxi fuq il-passi ta' dak li diġà kisbet il-Kummissjoni Juncker sabiex ittejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi.", "Fl-ambitu tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni kisbet riżultati rigward diversi inizjattivi li jadattaw ir-regoli tal-konsumaturi għad-dinja online, pereżempju billi temmet it-tariffi tar-roaming jew l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat.", "Apparti minn hekk, ir-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi, adottat fl-2017, se jtejjeb l-infurzar pubbliku u l-kooperazzjoni transfruntiera tal-awtoritajiet tal-konsumaturi.", "Madankollu, ir-rieżami tar-regoli tal-konsumaturi fl-UE u l-ksur tagħhom li seħħ dan l-aħħar fl-UE kollha, is-sena l-oħra kienu xhieda tal-fatt li kien għad hemm lok għal titjib sabiex il-konsumaturi jkunu protetti aħjar.", "Il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi huwa magħmul minn żewġ proposti għal Direttivi:", "Il-Komunikazzjoni li takkumpanjah tinkludi pjan ta' azzjoni għall-iżvilupp u għat-tisħiħ tal-azzjonijiet ikkoordinati ta' infurzar fost l-awtoritajiet u l-kooperazzjoni internazzjonali tagħhom ma' awtoritajiet minn sħab kummerċjali ewlenin.", "Studju dwar it-trasparenza fil-pjattaformi online, li wkoll ġie ppubblikat illum, jappoġġa l-proposti tal-Patt il-Ġdid dwar il-postijiet tas-suq online.", "Juri li aktar trasparenza online tgħin lill-konsumaturi fit-teħid tad-deċiżjonijiet u żżid il-fiduċja tagħhom meta jkunu qed jixtru online.", "Aktar informazzjoni", "Proposta u dokumenti legali dwar il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi", "Il-MEMO: Patt Ġdid għall-Konsumaturi: Mistoqsijiet Frekwenti", "Skedi informattivi dwar il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi:", "- Il-benefiċċji għall-konsumaturi skont il-Patt il-Ġdid", "- Il-benefiċċji għan-negozji skont il-Patt il-Ġdid", "- Kif jaħdem ir-rimedju kollettiv", "- Il-kisbiet tal-Kummissjoni Juncker fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi", "- Infurzar pubbliku mtejjeb b'regoli aġġornati għall-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi", "Aktar minn Xiber Wieħed fil-Kwalità tal-Ikel", "Informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-konsumaturi fl-UE", "Informazzjoni dwar ir-rimedju kollettiv", "Studju fuq il-komportament fir-rigward tat-trasparenza fil-pjattaformi online"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_2761", "title": "Is-Sikurezza fit-Toroq: Id-dejta turi titjib fl-2017, iżda jridu jsiru aktar sforzi biex jinkiseb aktar progress sostanzjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRANSPORT", "date": "Mon, 09 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-istatistika preliminari għall-2017 dwar is-sikurezza fit-toroq li l-Kummissjoni Ewropea ħarġet illum turi tnaqqis, għat-tieni sena konsekuttiva, fl-għadd ta' mwiet fl-UE.", "Fl-2017 mietu 25,300 ruħ fit-toroq tal-UE, jiġifieri 300 inqas mill-2016 (-2 %) u 6,200 inqas mill-2010 (-20 %).", "Filwaqt li x-xejra hija inkoraġġanti, se jkun diffiċli ferm li tintlaħaq il-mira tal-UE li l-għadd ta' mwiet fit-toroq bejn l-2010 u l-2020 jonqos bin-nofs.", "Minbarra dan, hu stmat li s-sena l-oħra ndarbu serjament 135,000 persuna oħra, fosthom għadd kbir ta' utenti vulnerabbli: persuni bil-mixi, ċiklisti u sewwieqa tal-muturi.", "L-imwiet u l-korrimenti fit-toroq ma jaffettwawx biss lill-vittmi, iżda wkoll s-soċjetà tagħna kollha kemm hi, u huwa stmat li joħolqu spejjeż soċjoekonomiċi [1] ta' EUR 120 biljun fis-sena.", "Għaldaqstant hemm bżonn li l-atturi kollha jġeddu l-isforzi tagħhom ħalli jonqsu l-perikli mit-toroq Ewropej.", "Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jwettqu ħafna mill-azzjonijiet ta' kuljum, bħall-infurzar u s-sensibilizzazzjoni, il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq sensiela ta' miżuri konkreti bl-għan li tkattar progress sostanzjali ulterjuri.", "Dan ikun pass ieħor lejn “Ewropa li tipproteġi”, kif irrefera għaliha l-President Juncker.", "Il-Kummissarju għat-Trasport, Violeta Bulc stqarret: “Is-sena li għaddiet, 25,300 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tagħna u ħafna aktar ġarrbu korrimenti li biddlulhom ħajjithom.", "Wara kull waħda minn dawn iċ-ċifri hemm storja ta' diqa u wġigħ.", "Is-sikurezza fit-toroq hija responsabbiltà kondiviża mal-Istati Membri, iżda nemmen li l-UE tista' tagħmel aktar biex iċ-ċittadini Ewropej ikunu protetti aħjar.", "Il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq sensiela ta' miżuri konkreti li se jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.", "L-ambizzjoni tagħna hija ċara: li nsalvaw aktar ħajjiet fit-toroq tagħna.”", "B'medja ta' 49 mewta fit-toroq għal kull miljun abitant fl-2017, it-toroq Ewropej għadhom, bil-bosta, l-aktar sikuri fid-dinja.", "Fi ħdan l-UE, l-Iżvezja (25 mewta għal kull miljun abitant), ir-Renju Unit (27), in-Netherlands (31) u d-Danimarka (32) irrappurtaw l-aqwa rekords fl-2017.", "Meta mqabbel mal-2016, l-Estonja u s-Slovenja rrappurtaw l-akbar tnaqqis fl-għadd ta' fatalitajiet, b'ċifri ta' -32 % u -20 % rispettivament.", "Barra minn hekk, id-distakk bejn l-Istati Membri f'dik li hija l-prestazzjoni kompla jonqos fl-2017, tant li kienu biss tnejn l-Istati Membri li rreġistraw rata ta' fatalità ogħla minn 80 mewta għal kull miljun abitant (ir-Rumanija u l-Bulgarija).", "Inħarsu 'l quddiem", "Filwaqt li tibni fuq id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Marzu 2017 dwar is-Sikurezza fit-Toroq, il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq qafas ġdid għas-sikurezza fit-toroq għall-perjodu 2020-2030, u fuq serje ta' miżuri konkreti li jikkontribwixxu għal toroq aktar sikuri.", "Dan jista' jinkludi reviżjoni tar-regoli Ewropej dwar is-sikurezza tal-vetturi u dwar il-ġestjoni tas-sikurezza tal-infrastrutturi, u inizjattiva għal tranżizzjoni sikura lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtonoma.", "Il-Kummissjoni qed tippjana li tippreżenta dawn il-miżuri fir-rebbiegħa tal-2018.", "Għal aktar informazzjoni", "MEMO: L-istatistika dwar is-sikurezza fit-toroq għall-2017: xi jfissru ċ-ċifri?", "Il-ħidma tal-Kummissjoni b'rabta mas-sikurezza fit-toroq u l-istatistika tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq", "Vademecum dwar is-Sigurtà fit-Toroq", "Anness", "L-imwiet fit-toroq għal kull miljun abitant", "Statistika preliminari għall-2017 għal kull pajjiż għall-2017[2]", "2010", "2016", "2017", "2016-2017", "2010-2017", "Il-Belġju", "77", "56", "55", "-3 %", "-26 %", "Il-Bulgarija", "105", "99", "96", "-4 %", "-12 %", "Ir-Repubblika Ċeka", "77", "58", "54", "-6 %", "-28 %", "Id-Danimarka", "46", "37", "32", "-13 %", "-28 %", "Il-Ġermanja", "45", "39", "38", "-1 %", "-13 %", "L-Estonja", "59", "54", "36", "-32 %", "-39 %", "L-Irlanda", "47", "39", "33", "-15 %", "-25 %", "Il-Ġreċja", "112", "76", "69", "-10 %", "-41 %", "Spanja", "53", "39", "40", "2 %", "-25 %", "Franza", "64", "54", "53", "-1 %", "-13 %", "Il-Kroazja", "99", "73", "80", "8 %", "-22 %", "L-Italja", "70", "54", "56", "3 %", "-18 %", "Ċipru", "73", "54", "62", "15 %", "-12 %", "Il-Latvja", "103", "80", "70", "-14 %", "-38 %", "Il-Litwanja", "95", "66", "67", "0 %", "-36 %", "Il-Lussemburgu", "64", "56", "47", "-13 %", "-25 %", "L-Ungerija", "74", "62", "64", "3 %", "-16 %", "Malta", "31", "51", "43", "-17 %", "46 %", "In-Netherlands", "32", "31", "31", "0 %", "-1 %", "L-Awstrija", "66", "50", "47", "-5 %", "-25 %", "Il-Polonja", "102", "80", "75", "-6 %", "-28 %", "Il-Portugall", "80", "54", "62", "14 %", "-31 %", "Ir-Rumanija", "117", "97", "98", "1 %", "-19 %", "Is-Slovenja", "67", "63", "50", "-20 %", "-25 %", "Is-Slovakkja", "65", "51", "57", "12 %", "-13 %", "Il-Finlandja", "51", "47", "39", "-18 %", "-22 %", "L-Iżvezja", "28", "27", "25", "-6 %", "-5 %", "Ir-Renju Unit", "30", "28", "27", "-5 %", "-7 %", "L-UE", "63", "50", "49", "-2 %", "-20 %", "[1] Ir-riabilitazzjoni, il-kura tas-saħħa, danni materjali, eċċ.", "[2] Iċ-ċifri għall-2017 huma bbażati fuq dejta provviżorja.", "Jaf isiru bidliet żgħar fid-dejta finali għal xi pajjiżi individwali."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_2763", "title": "VentureEU: EUR 2.1 biljun biex tingħata spinta lill-investiment tal-kapital ta' riskju fin-negozji ġodda innovattivi tal-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH,RESINSC", "date": "Mon, 09 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) varaw Programm Pan-Ewropew għal Fondi ta' Fondi tal-Kapital ta' Riskju (VentureEU) biex tingħata spinta lill-investiment fin-negozji ġodda u fin-negozji li qed jespandu innovattivi fl-Ewropa.", "L-Ewropa hija mogħnija b'sors kbir ta' talent, riċerkaturi tal-aqwa livell u imprendituri tas-sengħa, iżda tista' tagħmel aktar biex tikkonverti dik l-eċċellenza fi stejjer ta' suċċess.", "L-aċċess għall-kapital ta' riskju għall-innovazzjoni għandu rwol importanti f'dan is-sens.", "Illum, il-Kummissjoni u l-FEI qed iħabbru sitt fondi parteċipanti li se jirċievu l-appoġġ tal-UE fil-missjoni tagħhom biex jinvestu fis-suq tal-kapital ta' riskju Ewropew.", "B'appoġġ minn finanzjament tal-UE li jlaħħaq EUR 410 miljun, il-fondi għandhom l-għan li jiġġeneraw sa EUR 2.1 biljun ta' investiment pubbliku u privat.", "Min-naħa tiegħu dan l-investiment huwa mistenni jiskatta madwar EUR 6.5 biljun ta' investiment ġdid f'negozji ġodda u f'negozji li qed jespandu innovattivi fl-Ewropa, li se jirdoppja l-ammont ta' kapital ta' riskju li bħalissa jinsab disponibbli fl-Ewropa.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Fil-kapital ta' riskju, id-daqs huwa importanti!", "Permezz ta' VentureEU, għadd kbir ta' imprendituri innovattivi mill-Ewropa dalwaqt se jkunu jistgħu jiksbu l-investiment li jeħtieġu biex jinnovaw u jevolvu fi stejjer ta' suċċess globali.", "Dan ifisser iktar impjiegi u tkabbir fl-Ewropa.”", "Carlos Moedas, il-Kummissarju għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, żied jgħid: “VentureEU huwa element ewlieni tal-istrateġija Innovazzjoni Miftuħa li varajna tliet snin ilu.", "Huwa vitali għall-Ewropa li tibqa' mexxej fl-industrija u forza ekonomika.”", "Elżbieta Bieńkowska, il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, stqarret: “VentureEU se jżid l-ammont u d-daqs medju ta' fondi ta' kapital ta' riskju.", "Se jgħin lin-negozji ġodda tagħna li għandhom potenzjal kbir biex jibqgħu fl-Ewropa u jikbru, filwaqt li jieħdu vantaġġ sħiħ mis-Suq Uniku.”", "Pier Luigi Gilibert, il-Kap Eżekuttiv tal-FEI, żied jgħid: “VentureEU huwa żieda importanti fix-xenarju Ewropew tal-ekwità.", "Filwaqt li s'issa appoġġajna iktar minn 500 fond, din hija l-ewwel darba li l-UE ħolqot programm daqstant uniku.", "Il-FEI huwa kburi li jifforma parti minn din l-inizjattiva.”", "Il-kapital ta' riskju (VC) huwa vitali għal Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona sew, iżda għadu sottożviluppat fl-Ewropa.", "Fl-2016, l-investituri tal-kapital ta' riskju investew madwar EUR 6.5 biljun fl-UE meta mqabbla ma' EUR 39.4 biljun fl-USA.", "Barra minn hekk, il-fondi tal-kapital ta' riskju fl-Ewropa huma żgħar wisq – EUR 56 miljun bħala medja meta mqabbla ma' EUR 156 miljun fl-USA.", "B'riżultat ta' dan, dawn il-kumpaniji jimxu għal ekosistemi fejn għandhom opportunitajiet aħjar li jikbru malajr.", "Fi tmiem l-2017, l-għadd ta' kumpaniji li laħqu l-istatus “unicorn”, jiġifieri valur fis-suq ta' iktar minn EUR 1 biljun, kien 26 fl-UE meta mqabbel ma' 109 fl-USA u 59 fiċ-Ċina.", "VentureEU se jipprovdi sorsi ġodda ta' finanzjament, fejn jagħti opportunità lill-innovaturi Ewropej jespandu f'kumpaniji tal-aqwa livell fid-dinja.", "Madwar 1,500 negozju ġdid u negozji li qed jespandu huma mistennija jiksbu aċċess fl-UE kollha.", "L-UE se tipprovdi investimenti ta' pedament sa EUR 410 miljun – inklużi EUR 67 miljun mir-riżorsi tal-FEI stess: EUR 200 miljun mill-InnovFin Equity tal-programm Orizzont 2020, EUR 105 miljun minn COSME (il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs), u EUR 105 miljun mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI) – 'l hekk imsejjaħ Pjan ta' Juncker.", "Il-bqija tal-finanzjament se jiġi ġġenerat mill-maniġers tal-fondi magħżula, primarjament minn investituri indipendenti.", "Is-sitt fondi se jinvestu f'għadd ta' fondi iżgħar ta' destinatarji ta' investiment u jkopru proġetti f'mill-inqas erba' pajjiżi Ewropej kull wieħed.", "Dawn il-fondi ta' destinatarji ta' investiment se jgħinu jiffinanzjaw lill-SMEs u lill-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja minn firxa ta' setturi bħat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni (ICT), dak diġitali, ix-xjenzi tal-ħajja, it-teknoloġiji mediċi, u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija.", "L-investiment tal-UE fil-VentureEU se jkun ġestit mill-FEI taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni u se jiġi varat permezz ta' sitt maniġers tal-fondi professjonali u tal-esperjenza biex ikun żgurat approċċ kompletament xprunat mis-suq.", "Dan se jattira iktar investimenti u jżid b'mod sinifikanti d-disponibbiltà tal-finanzjament tal-kapital ta' riskju għan-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu fl-UE.", "Sfond", "Il-Kummissjoni ħabbret il-ħolqien ta' Programm Pan-Ewropew għal Fondi ta' Fondi tal-Kapital ta' Riskju (VentureEU) skont l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) u l-Inizjattiva Favur Negozji Ġodda u Negozji li Qed Jespandu.", "L-inizjattiva kienet proposta għall-ewwel darba mill-Kummissarju Moedas bħala parti mill-istrateġija ta' Xjenza Miftuħa, Innovazzjoni Miftuħa u Approċċ Miftuħ għad-Dinja fl-2015.", "F'Novembru 2016, il-Kummissjoni u l-FEI varaw sejħa għal espressjoni ta' interess li għaliha rċevew 17-il applikazzjoni sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar 2017.", "Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni vvalutat il-proposti ta' investiment kollha u wettqet l-ewwel għażla abbażi ta' kemm il-politika tagħhom hija adattata għall-programm.", "Ftit wara, il-FEI wettaq il-proċess standard tad-diliġenza dovuta tal-kandidati tal-ewwel għażla, li sitta minnhom intgħażlu għall-finanzjament u ġew mistiedna jidħlu f'negozjati mal-FEI lejn l-aħħar tal-2017.", "L-ewwel żewġ ftehimiet ġew iffirmati llum fi Brussell bejn IsomerCapital u l-FEI, u Axon Partners Group u l-FEI.", "L-erbgħa ftehimiet li fadal – Aberdeen Standard Investments, LGT, Lombard Odier Asset Management u Schroder Adveq – huma mistennija li jiġu finalizzati matul l-2018.", "VentureEU jifforma parti mill-ekosistema iktar mifruxa li l-UE qed iddaħħal fis-seħħ biex tagħti lill-għadd kbir ta' imprendituri innovattivi tal-Ewropa kull opportunità biex isiru kumpaniji tal-aqwa livell fid-dinja.", "B'mod partikolari, bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni ppreżentat serje ta' miżuri biex ittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għal kumpaniji żgħar u li qed jespandu biex jinħolqu l-impjiegi u t-tkabbir.", "Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għandu wkoll il-mira li jtejjeb l-ambjent tan-negozji fl-UE billi jagħmel użu iktar intelliġenti tar-riżorsi finanzjarji u jneħħi l-ostakli għall-investimenti.", "Fl-1 ta' Marzu 2018, daħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar il-Fond Ewropew ta' kapital ta' riskju (EuVECA) u l-Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew (EuSEF), li jagħmluha iktar faċli għall-maniġers tal-fondi tad-daqsijiet kollha biex jamministraw dawn il-fondi u jippermettu lil firxa ikbar ta' kumpaniji jibbenefikaw mill-investimenti tagħhom.", "Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda se jraħħsu l-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-fondi EuVECA u EuSEF u se jissimplifikaw il-proċessi ta' reġistrazzjoni.", "Kif tħabbar fl-Istrateġija għall-Politika Industrijali mġedda, il-Kummissjoni qed tesplora l-possibbiltà li tistabbilixxi Azzjoni ta' Espansjoni Ewropea għall-Kapital ta' Riskju (ESCALAR) biex il-fondi tal-kapital ta' riskju jkunu jistgħu jżidu l-kapaċità ta' investiment tagħhom.", "F'Novembru 2016, il-Kummissjoni pproponiet Direttiva dwar l-insolvenza tan-negozji li tiffoka fuq l-iffaċilitar ta' ristrutturar bikri u tat-tieni opportunità.", "Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll biex tavvanza fl-aġenda tagħha li ddaħħal fis-seħħ żona robusta unika tal-VAT tal-UE.", "Dan jinkludi proposta riċenti għal miżuri mmirati biex jgħinu lill-SMEs li joperaw fuq livell transfruntier fl-UE.", "Ġew maqbula wkoll regoli ġodda fil-livell tal-UE li għandhom jissimplifikaw l-obbligi tal-VAT għal eluf ta' SMEs li jbiegħu l-oġġetti online fl-Unjoni.", "Għal aktar informazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_2902", "title": "Il-Jum Diġitali 2018: Il-pajjiżi tal-UE se jimpenjaw ruħhom biex iwettqu aktar flimkien fil-qasam diġitali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Sun, 08 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Għada l-Kummissjoni se tiġbor flimkien ministri, kif ukoll rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE, tal-industrija, tas-soċjetà ċivili u persuni akkademiċi, biex tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fl-intelliġenza artifiċjali, fil-blockchain, fis-saħħa elettronika u fl-innovazzjoni.", "Id-diskussjonijiet se jkunu ffukati fuq kif l-iżviluppi teknoloġiċi se jsawru l-ġejjieni, u fuq kemm hu kruċjali li jinbena Suq Uniku Diġitali b'saħħtu permezz ta' investimenti akbar u b'aktar kompetenzi diġitali.", "Wara l-Jum Diġitali li sar is-sena l-oħra f'Ruma u li wassal għal kooperazzjoni b'suċċess f'oqsma bħalma huma l-informatika ta' prestazzjoni għolja, il-mobbiltà konnessa u d-diġitalizzazzjoni tal-industrija, il-Kummissjoni qed terġa' ttella' l-inizjattiva bl-għan li tinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni b'rabta ma' kwistjonijiet relatati mal-qasam diġitali.", "Fi żmien sena, inkiseb progress kbir lejn Suq Uniku Diġitali.", "It-tmiem tat-tariffi tar-roaming u l-portabbiltà tal-kontenut online issa huma parti mill-ħajja taċ-ċittadini Ewropej.", "F'Mejju 2018 se jinħarġu regoli aktar b'saħħithom dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, u l-ewwel regoli dwar iċ-ċibersigurtà li se jkopru l-UE kollha.", "Bosta proposti għad iridu jiġu maqbula.", "L-Ewropa għandha timxi 'l quddiem u, filwaqt li tibni fuq is-Suq Uniku Diġitali, għandha żżid l-investimenti u trawwem il-kooperazzjoni f'għadd ta' oqsma ewlenin bħalma huma l-intelliġenza artifiċjali, il-blockchain, is-saħħa elettronika u l-innovazzjoni.", "Andrus Ansip, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali, stqarr: “Iċ-ċittadini Ewropej qed jibdew igawdu l-benefiċċji tas-Suq Uniku Diġitali f'livell prattiku.", "Issa jistgħu jivvjaġġaw u jaqsmu l-fruntieri waqt li jużaw is-servizzi favoriti tagħhom ta' streaming ta' vidjos u mużika - mingħajr ma jħallsu tariffi tar-roaming.", "Dalwaqt, il-geoblocking waqt ix-xiri online se jkun ħaġa tal-passat.", "Mill-25 ta' Mejju ‘l quddiem, id-dejta personali tagħna se tkun protetta aħjar minn qatt qabel.", "Il-Jum Diġitali ta' din is-sena huwa l-ħin perfett biex nagħrfu dak kollu li ksibna u biex inħeġġu lill-Istati Membri tal-UE jipproċedu kemm jista' jkun malajr bil-proposti leġiżlattivi li qed jiġu diskussi.", "Irridu nħejju l-futur diġitali tagħhna flimkien; irridu naħdmu aktar, u rridu ningħaqdu flimkien bejnietna u niġbru flimkien ir-riżorsi biex inkunu nistgħu naħtfu l-opportunitajiet li joffru t-teknoloġiji bħall-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain.”", "(Id-diskors tal-ftuħ se jkun disponibbli hawn għada, għall-ħabta tad-9:30 CET).", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, stqarret: “Id-diġitalizzazzjoni qed tittrasforma s-soċjetà tagħna, u għandna bżonn ta' kooperazzjoni mill-qrib u siewja jekk verament irridu ngawdu mill-benefiċċji kollha tagħha.", "Hemm bżonn qawwi ta' impenn u ta' investimenti koordinati fil-livell tal-UE, jekk irridu nindirizzaw l-isfidi tal-ġejjieni.", "Nistenna li l-Jum Diġitali 2018 se jkompli jeleva l-kooperazzjoni diġitali fl-Ewropa għal livell ġdid b'rabta mal-intelliġenza artifiċjali u s-saħħa elettronika.", "Inħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jikkontribwixxu lejn l-isforzi tagħna biex inżommu l-pożizzjoni tal-Ewropa bħala attur globali anki fl-era diġitali.”", "Fost l-elementi ewlenin tal-Jum Diġitali 2018 se jkun hemm dikjarazzjonijiet immirati lejn:", "Alleanza ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali (IA): L-IA tista' ġġib benefiċċji kbar lis-soċjetà u lill-ekonomija tagħna, bħal pereżempju kura tas-saħħa aħjar, trasport aktar sikur u industrija aktar kompetittiva.", "Sabiex igawdu bl-aħjar mod mill-opportunitajiet li toffri l-AI, il-pajjiżi Ewropej iridu jaħdmu flimkien, inkluż għall-użu tal-ogħla standards ta' protezzjoni tad-dejta.", "Il-Kummissjoni se tadotta Komunikazzjoni dwar l-IA fil-ġimgħat li ġejjin.", "Għada, għall-ħabta tas-13:00 CET, se tittella' aktar informazzjoni rigward id-dikjarazzjoni dwar l-IA hawn.", "Il-bini ta' sħubija Ewropea fit-teknoloġiji tal-blockchain: Dan l-aħħar, fi Frar 2018, il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Osservatorju u l-Forum tal-UE dwar il-Blockchain, u se tinvesti madwar EUR 300 miljun fi proġetti li jappoġġaw l-użu tal-blockchain.", "Fl-istess ħin, l-Istati Membri appoġġaw b'mod attiv ħafna l-ekosistemi tal-blockchain, filwaqt li nedew esperimenti u ħabbru azzjonijiet fil-livell tal-gvern.", "Sabiex jiġu sfruttati l-bosta opportunitajiet tal-blockchain u biex jiġi evitat approċċ frammentat, għada l-Kummissjoni se tibda twitti t-triq għat-twaqqif ta' Soċjetà Ewropea tal-Blockchain għall-promozzjoni ta' infrastrutturi interoperabbli li se jtejbu s-servizzi diġitali fdati.", "Għada, għall-ħabta tat-15:30 CET, se tittella' aktar informazzjoni rigward id-dikjarazzjoni dwar it-teknoloġiji tal-blockchain hawn.", "Il-qsim ta' dejta għall-personalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa: Il-bżonnijiet taċ-ċittadini jinsabu fiċ-ċentru tal-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa bbażata fuq id-dejta, u għandu jkollhom rwol attiv fil-kura personalizzata tagħhom.", "Id-dikjarazzjoni tas-saħħa elettronika għandha l-għan li tgħaqqad l-aċċess għall-bażijiet tad-dejta ġenomiċi eżistenti u futuri fl-Unjoni Ewropea kollha, li se jgħin biex jinkiseb progress fir-riċerka fl-oqsma tal-mard rari, tal-kanċer, tal-farmakoġenomika, tal-prevenzjoni tal-mard, tal-mard relatat mal-moħħ u kundizzjonijiet oħra.", "Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri se tgħin biex jingħelbu n-nuqqas ta' interoperabbiltà u l-frammentazzjoni tal-inizjattivi fl-UE, filwaqt li tiggarantixxi l-ogħla standards Ewropej għall-protezzjoni ta' dejta personali.", "Dan kollu se jgħin ukoll biex l-UE tinżamm f'pożizzjoni globali minn ta' quddiem nett fil-mediċina personalizzata, billi jrawwem l-output xjentifiku u l-kompetittività industrijali.", "Għada, għall-ħabta tal-17:00 CET, se tittella' aktar informazzjoni rigward il-banek tad-dejta ġenomiċi hawn.", "It-tħeġġiġ tal-innovazzjoni bl-għajnuna ta' għodda online ġdida: Ir-Radar tal-Innovazzjoni jista' jgħin biex l-innovaturi jiġu mlaqqa' ma' persuni li jistgħu jgħinuhom jintroduċu l-innovazzjonijiet tagħhom fis-suq.", "Matul il-Jum Diġitali 2018, il-Kummissjoni se tkun qed tħeġġeġ il-kooperazzjoni għall-għoti ta' appoġġ għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fl-Ewropa.", "L-inizjattiva għandha wkoll l-għan li tkompli tiżviluppa l-għodda online u li tkompli tkabbarha billi żżid magħha proġetti nazzjonali ewlenin ta' innovazzjoni.", "Għada, għall-ħabta tal-17:30 CET, hawn se tittella' aktar informazzjoni rigward id-dikjarazzjoni dwar ir-Radar tal-Innovazzjoni.", "Kurituri ta' ttestjar transfruntiera tal-5G għall-appoġġ tal-mobbiltà konnessa u awtomatizzata: F'Settembru 2017 tħabbar l-ewwel sett ta' kurituri ta' ttestjar fuq skala kbira.", "Għada, Spajna u l-Portugall se jiffirmaw Memorandum ta' Qbil bħala bidu għall-kooperazzjoni tagħhom.", "Għada, għall-ħabta tal-11:30 CET, se tittella' aktar informazzjoni rigward il-Memorandum ta' Qbil hawn.", "Sfond", "Il-Jum Diġitali 2017 kien iffoka fuq 5 inizjattivi:", "Il-ministri ffirmaw dikjarazzjoni biex l-Ewropa tiġi stabbilita bħala attur globali fl-informatika ta' prestazzjoni għolja, li wassal għal kooperazzjoni Ewropea aktar rapida b'rabta mas-superkompjuters permezz tal-Impriża Konġunta EuroHPC ta' Jannar 2018.", "29 pajjiż Ewropew iffirmaw ittra ta' intenzjoni biex, flimkien mal-Kummissjoni, jistabbilixxu qafas legali għall-ittestjar transfruntiera fis-sewqan konness li wassal biex f'Settembru 2017 ġew imħabbra diversi kurituri ta' ttestjar fuq skala kbira.", "Il-Kummissjoni nediet pjattaforma Ewropea dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija, biex l-inizjattivi nazzjonali jiġu konnessi flimkien; din għenet biex jiġi żviluppat netwerk ta' Ċentri tal-Innovazzjoni Diġitali fl-Ewropa kollha, u biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat.", "Il-Kummissjoni bdiet il-Programm ta' Apprendistat ta' Opportunitajiet Diġitali, li wassal għat-tnedija tal-inizjattiva tal-apprendistati transfruntiera f'Diċembru 2017.", "L-ewwel apprendistati mistennija jibdew dan is-sajf.", "Il-Kummissjoni ppreżentat Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà aġġornat, li kien minqux fid-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Amministrazzjoni Elettronika f'Ottubru 2017 u huwa meqjus bħala l-pjan direzzjonali għad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Livestream tal-Jum Diġitali 2018", "Il-Jum Diġitali 2017 f'Ruma", "Kooperazzjoni għall-bini ta' superkompjuters Ewropej", "Kronoloġija: Is-Suq Uniku Diġitali – Azzjonijiet tal-Kummissjoni mill-2015 'l quddiem", "#DigitalDay18", "@DSMeu @Ansip_EU @GabrielMariya"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_17_5046", "title": "Jum Internazzjonali għal Persuni b'Diżabbiltà: Stqarrija mill-Kummissarju Thyssen", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Thu, 30 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Waħda mill-isfidi soċjetali ewlenin li qegħdin niffaċċjaw hija li nippermettu lill-persuni b'diżabbiltà jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà - għad hemm ħafna xi jsir fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabbiltà.", "It-tkabbir inklużiv u l-ġustizzja soċjali huma fil-qalba tal-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea, kif ikkonfermat mill-Proklamazzjoni reċenti tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.", "Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill impenjaw ruħhom li jħarsu l-prinċipju li l-persuni b'diżabbiltà għandhom id-dritt li jkollhom appoġġ għall-introjtu li jiżgura li jkunu jistgħu jgħixu b'dinjità, servizzi li jippermettuhom jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, u ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet tagħhom.", "Għalhekk jeħtieġ li l-isforzi tal-Kummissjoni jiġu akkumpanjati minn azzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabbiltà ma jkunux esklużi.", "U l-involviment kontinwu tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tan-negozju se jkun indispensabbli.", "L-Unjoni Ewropea tkompli tirrispetta l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà.", "Bħala parti mill-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà 2010-2020 din il-Kummissjoni Ewropea b'mod partikolari ħadet inizjattivi importanti sabiex jitneħħew l-ostakli fl-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà.", "Sentejn ilu ppreżentajt il-proposta tiegħi għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà, li għandu l-għan li jagħmel il-prodotti u s-servizzi ewlenin aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà.", "Issa huwa ż-żmien li l-proposta tiegħi tiġi adottata mill-istituzzjonijet kollha tal-UE.", "F'Settembru l-Parlament Ewropew iddefinixxa l-pożizzjoni tiegħu, u jien fiduċjuż li l-Istati Membri se jilħqu ftehim fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) fis-7 ta' Diċembru.", "Is-sena 2018 trid tkun sena li fiha l-Att dwar l-Aċċessibbiltà jagħti r-riżultati tiegħu, u dan se jġib miegħu titjib konkret fil-ħajja ta' ħafna persuni.", "Il-Jum Internazzjonali għal Persuni b'Diżabbiltà joffri opportunità eċċellenti biex leħen il-persuni b'diżabbiltà jingħata widen.", "Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza l-konferenza tal-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabbiltà fl-4 u l-5 ta' Diċembru.", "Nittama li se nkun nista' nserraħ fuq l-appoġġ u l-interess ta' dawk kollha involuti.", "Flimkien inħarsu lejn il-ġejjieni u niddiskutu modi kif nistgħu nibnu soċjetà aktar inklużiva, soċjali u aċċessibbli.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi li tagħmel il-prodotti u s-servizzi iżjed aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà", "Il-paġna web tad-DĠ Impjiegi dwar il-persuni b'diżabbiltà", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_17_5070", "title": "Il-Kummissjoni mhijiex se tipproponi li l-kriteriji tad-defiċit tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jiddgħajfu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Thu, 30 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["L-istorja li kien hemm f'uħud mill-midja Ġermaniża li l-Kummissjoni se tipproponi li l-kriterji tad-defiċit tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jiddgħajfu hija waħda purament inventata.", "Dan l-għajdut m'għandu xejn x'jaqsam mar-realtà.", "Din il-proposta qatt ma ġiet ikkunsidrata fil-Kummissjoni u m'għandha xejn x'taqsam mal-proposti li l-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuqhom dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4946", "title": "Tassazzjoni Ġusta: Il-Kummissjoni tipproponi għodod ġodda biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Wed, 29 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea nediet għodod ġodda biex is-sistema tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) tal-UE tkun aktar reżistenti għall-frodi u tagħlaq il-lakuni li jistgħu jwasslu għall-frodi tal-VAT fuq skala kbira.", "Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jibnu klima ta' fiduċja bejn l-Istati Membri sabiex huma jkunu jistgħu jaqsmu aktar informazzjoni bejniethom kif ukoll jagħtu spinta lill-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u dawk tal-infurzar tal-liġi.", "L-aktar stimi prudenti juru li l-frodi tal-VAT tista' twassal għal telf ta' dħul ta' aktar minn EUR 50 biljun fis-sena għall-Istati Membri tal-UE — flus li għandhom imorru għall-investiment pubbliku bħal fi sptarijiet, skejjel u toroq.", "Il-kixfiet tal-“Paradise Papers” reġgħu urew kif skemi ta' evitar tat-taxxa jistgħu jintużaw biex jgħinu lil individwi għonja u lil kumpaniji jduru mar-regoli tal-VAT tal-UE, biex jevitaw li jħallsu s-sehem ġust tagħhom tat-taxxa.", "Rapporti riċenti jissuġġerixxu wkoll li skemi ta' frodi tal-VAT jistgħu jintużaw biex jiġu ffinanzjati organizzazzjonijiet kriminali, inkluż it-terroristi.", "Il-proposti tal-lum jippermettu lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni aktar rilevanti u biex jikkooperaw aktar fil-ġlieda kontra dawn l-attivitajiet.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali qal: “Il-frodi transfruntiera tal-VAT hija l-kawża ewlenija ta' telf mid-dħul għall-Istati Membri u għall-baġits tal-UE.", "Il-proposta tal-lum tgħin biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet li jaħdmu fil-livell nazzjonali u fil-livell ta' UE sabiex jindirizzaw b'mod effikaċi din il-problema u biex jitjieb il-ġbir tat-taxxa.”", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Il-Paradise Papers reġgħu wrew kif xi wħud qed jieħdu vantaġġ mill-applikazzjoni laxka tar-regoli tal-VAT fl-UE biex iħallsu inqas VAT minn oħrajn.", "U aħna nafu li l-frodi tal-VAT tista' tkun sors ta' finanzjament għal atti kriminali, inkluż it-terroriżmu.", "Biex din tiġi miġġielda hemm bżonn li l-qsim tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkun ħafna iktar effikaċi minn dak li jeżisti bħalissa - u l-proposti tal-lum se jaraw li dan iseħħ.", "Bħala eżempju, l-Eurofisc, in-netwerk tal-UE ta' esperti ta' kontra l-frodi se jkollhom aċċess għal dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi minn Stati Membri oħra, u dan jgħin biex sors ewlieni ta' frodi tal-VAT, marbut mal-bejgħ tal-karozzi ġodda apparagun ta' dawk użati, jiġi interrott.”", "Filwaqt li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri diġà jaqsmu xi informazzjoni fuq in-negozju u l-bejgħ transfruntier, din il-kooperazzjoni tiddependi ħafna fuq l-ipproċessar manwali tal-informazzjoni.", "Fl-istess ħin, l-informazzjoni dwar il-VAT u l-intelligence dwar gruppi organizzati involuti fil-każijiet l-aktar serji ta' frodi tal-VAT mhumiex sistematikament kondiviżi ma' korpi tal-infurzar tal-UE.", "Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta' koordinazzjoni investigattiva bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-UE jfisser li din l-attività kriminali, f'evoluzzjoni kontinwa, bħalissa mhix qed tiġi segwita u lanqas iffaċċjata kemm jista' jkun malajr.", "Il-proposti tal-lum jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jippermettulhom li jindirizzaw l-frodi tal-VAT aktar malajr u b'mod aktar effikaċi, inkluża l-frodi li ssir online.", "Meħuda flimkien, il-proposti se jagħtu spinta kbira biex inkunu kapaċi nsegwu u nrażżnu lil dawk li jwettqu l-frodi u lill-kriminali li jisirqu d-dħul mit-taxxa għall-qligħ tagħhom stess.", "Il-miżuri ewlenin f'din il-leġiżlazzjoni jinkludu:", "Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-karozzi: In-negozju fil-karozzi kultant huwa wkoll suġġett għall-frodi minħabba d-differenza dwar kif il-VAT hija applikata għal karozzi ġodda u għal karozzi użati.", "Karozzi minn tal-aħħar jew karozzi ġodda, li għalihom l-ammont sħiħ huwa taxxabbli, jistgħu jinbiegħu bħala prodotti użati li għalihom il-marġni ta' profitt biss huwa suġġett għall-VAT.", "Sabiex tiġi indirizzata din it-tip ta' frodi, l-uffiċjali ta' Eurofisc jingħataw ukoll aċċess għal dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-karozzi minn Stati Membri oħra.", "Dawn il-proposti leġiżlattivi issa se jkunu ppreżentati quddiem il-Parlament Ewropew għall-konsultazzjoni u quddiem il-Kunsill għall-adozzjoni.", "Il-kuntest", "Il-miżuri proposti jkomplu jibnu fuq “il-pilastri” għal żona unika ġdida definittiva tal-VAT fl-UE proposta f'Ottubru 2017, u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT lejn żona unika tal-VAT fl-UE ppreżentat f'April 2016.", "Is-sistema komuni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) għandha rwol importanti fis-Suq Uniku tal-Ewropa.", "Il-VAT hija sors ewlieni u li qed jikber ta' dħul fl-UE, li ġġenerat 'il fuq minn EUR 1 triljun fl-2015, li jikkorrispondi għal 7 % tal-PDG tal-UE.", "Waħda mir-riżorsi proprji tal-UE hija wkoll ibbażata fuq il-VAT.", "Minkejja bosta riformi, is-sistema tal-VAT ma rnexxilhiex żżomm il-pass mal-isfidi tal-ekonomija globali, diġitali u mobbli tal-lum.", "Is-sistema attwali tal-VAT ilha mill-1993 u kienet maħsuba bħala sistema tranżitorja.", "Hija frammentata u wisq kumplessa għal għadd dejjem jikber ta' negozji li joperaw bejn il-fruntieri, u tħalli l-bieb miftuħ għall-frodi: it-tranżazzjonijiet domestiċi u transfruntiera huma trattati b'mod differenti u l-merkanzija jew is-servizzi jistgħu jinxtraw mingħajr VAT fis-Suq Uniku.", "Il-Kummissjoni għamlet pressjoni b'mod konsistenti għal riforma fis-sistema tal-VAT.", "Għall-kumpaniji li jagħmlu l-kummerċ fl-UE, il-fruntieri għadhom fatt tal-ħajja ta' kuljum f'dak li għandu x'jaqsam mal-VAT.", "Ir-regoli attwali tal-VAT huma wieħed mill-aħħar oqsma tal-liġi tal-UE li ma jikkonformawx mal-prinċipji li s-Suq Uniku jissejjes fuqhom.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Mistioqsijiet u tweġibiet dwar l-għodod proposti għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT", "Pjan ta' Azjoni dwar il-VAT: Lejn żona unika tal-VAT fl-UE", "Stqarrija għall-istampa dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar il-VAT", "Mistoqsijiet u tweġibiet dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar il-VAT", "Skeda informattiva dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar il-VAT", "Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4964", "title": "Il-programm Erasmus+: sena rekord oħra", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 29 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, hekk kif iċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 anniversarju tal-Erasmus waslu fi tmiemhom, il-Kummissjoni Ewropea tirrapporta dwar il-kisbiet tal-programm Erasmus+ fl-2016.", "Ir-rapport dwar l-Erasmus+ fl-2016 jikkonferma r-rwol ewlieni tal-programm fil-bini ta' Ewropa aktar reżiljenti u magħquda madwar il-valuri komuni Ewropej.", "Permezz ta' żieda ta' 7.5 % fil-baġit tal-Erasmus+ meta mqabbla mas-sena preċedenti, l-UE investiet rekord ta' EUR 2.27 biljun biex tappoġġja 725,000 Ewropew b'għotja għall-mobilità biex jistudjaw, jitħarrġu, jgħallmu, jaħdmu jew jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom.", "Dan iwassal għal total ta' aktar minn 2 miljuni minn mindu beda l-programm attwali fl-2014.", "Fl-2016, il-programm investa wkoll f'21,000 proġett bl-involviment ta' 79,000 organizzazzjoni tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ, li jfisser żieda ta' 15 % meta mqabbel mal-2015.", "Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, Tibor Navracsics, sostna: “Il-programm Erasmus+ issa wasal f'nofs il-vjaġġ ta' seba' snin tiegħu.Inħossni kburi bil-mod kif il-programm irnexxielu jixpruna l-għaqda fl-Ewropa, filwaqt li kkontribwixxa biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-individwi u tas-soċjetà tagħna.Il-mobilità tal-Erasmus+ tiżviluppa l-ħiliet u l-kompetenzi, u ssaħħaħ identità Ewropea li tikkomplementa u tarrikkixxi l-identitajiet nazzjonali u reġjonali.Din hija r-raġuni għalfejn ħeġġiġna lill-mexxejja tal-UE li ltaqgħu f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru biex jaħdmu favur Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, u biex jagħmlu l-mobilità realtà għal kulħadd sal-2025, billi jirdoppjaw l-għadd ta' parteċipanti tal-Erasmus+ u jilħqu lil persuni li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati.”", "Ir-riżultati juru li l-Erasmus+ jinsab fit-triq it-tajba biex jilħaq il-mira tiegħu li jappoġġja 3.7 % taż-żgħażagħ fl-UE bejn l-2014 u l-2020.", "Juru wkoll li l-programm għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għal Ewropa miftuħa fejn il-mobilità fit-tagħlim hija n-norma, kif stipulat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “It-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u tal-Kultura” diskussa mill-mexxejja tal-UE waqt l-Ikla ta' Ħidma tagħhom f'Gothenburg, fl-Iżvezja, fis-17 ta' Novembru.", "Matul is-sena akkademika 2015/2016, l-Erasmus+ ta l-opportunità lill-istituti ta' edukazzjoni għolja li jibagħtu u jirċievu 330,000 student u persunal, fosthom 26,000 lejn u minn pajjiżi sħab.", "Franza, il-Ġermanja u Spanja kienu t-tliet pajjiżi li l-aktar li bagħtu parteċipanti, filwaqt li Spanja, il-Ġermanja u r-Renju Unit kienu l-aktar tliet pajjiżi popolari li ospitaw lill-parteċipanti.", "Ir-rapport ippubblikat illum juri wkoll kif l-Erasmus+ ikkontribwixxa biex jirrispondi għall-isfidi soċjali usa' fl-2016.", "Dan jinkludi azzjonijiet biex jippromwovu l-inklużjoni soċjali u biex jiżguraw li ż-żgħażagħ jiksbu l-kompetenzi soċjali, ċiviċi u interkulturali u jitgħallmu jaħsbu b'mod kritiku.", "It-30 anniversarju tal-Erasmus: Kampanja ta' suċċess għal 30 sena", "Il-pubblikazzjoni tar-rapport taħbat mal-għeluq tal-kampanja li tiċċelebra t-30 anniversarju tal-programm Erasmus u mal-preżentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Ġenerazzjoni tal-Erasmus+ dwar il-ġejjieni tal-Erasmus+.", "Matul l-2017, aktar minn 750,000 persuna ħadu sehem f'aktar minn 1,900 avveniment f'44 pajjiż biex jiċċelebraw, jiddiskutu dwar l-impatt, u jiddibattu dwar il-ġejjieni tal-Erasmus+.", "Ġew ippubblikati 65,000 artiklu dwar il-programm, li ġew kondiviżi għal aktar minn żewġ miljun darba fil-midja soċjali u laħqu aktar minn 90 miljun ruħ.", "L-applikazzjoni ġdida tal-mobile tal-Erasmus+, li tnediet f'Ġunju 2017, diġà tniżżlet aktar minn 22,000 darba.", "F'Gothenburg, il-President Juncker stieden lill-mexxejja tal-UE biex jirdoppjaw l-għadd ta' żgħażagħ fl-UE li jipparteċipaw fl-Erasmus+ (minn 3.7 % għal 7.5 %) sal-2025, li se jkun jeħtieġ baġit ta' EUR 29.4 biljun għall-perjodu mill-2021 sal-2027.", "Matul il-laqgħa tagħhom, il-mexxejja tal-UE qablu li jżidu l-mobilità u l-iskambji, inkluż permezz ta' programm tal-Erasmus+ li jkun sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż għall-kategoriji kollha ta' studenti.", "Il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-Ġenerazzjoni Erasmus+ biex tipparteċipa fid-dibattitu u toħloq “meeting point” online tal-ġenerazzjoni tal-Erasmus+.", "Din id-diskussjoni rriżultat fi 30 rakkomandazzjoni dwar kif l-Erasmus+ jista' jsir “programm ikbar” b'“impatt ikbar fuq il-ġejjieni tal-Ewropa”.", "Id-Dikjarazzjoni mfassla mill-Ġenerazzjoni tal-Erasmus+ se tiġi ppreżentata uffiċjalment u diskussa llum matul l-avveniment ta' għeluq tal-kampanja tal-anniversarju.", "Kuntest", "L-Erasmus+ u l-predeċessuri tiegħu huma fost l-aktar programmi tal-Unjoni Ewropea li għamlu suċċess.", "Għal tletin sena, offrew opportunitajiet, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, biex jiksbu esperjenzi ġodda u jwessgħu l-orizzonti tagħhom billi jsiefru.", "Dak li fl-1987 beda bħala skema modesta ta' mobilità għall-istudenti tal-edukazzjoni għolja, bi 3,200 student fl-ewwel sena, żviluppa fi programm ewlieni li minnu kull sena jibbenefikaw kważi 300,000 student tal-edukazzjoni għolja.", "Il-programm Erasmus+ attwali, mill-2014 sal-2020, għandu baġit ta' EUR 14.7 biljun u se jipprovdi opportunitajiet għal 3.7 % taż-żgħażagħ fl-UE biex jistudjaw, jitħarrġu, jiksbu esperjenza ta' xogħol u jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom (jiġifieri madwar 3.3 miljun żagħżugħ tul dak il-perjodu).", "Il-firxa ġeografika tal-programm kibret minn 11-il pajjiż fl-1987 għal 33 bħalissa (it-28 Stat Membru kollha tal-UE, kif ukoll it-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein).", "Barra minn hekk, il-programm huwa miftuħ għal pajjiżi sħab madwar id-dinja.", "Aktar informazzjoni", "Memo", "Ir-Rapport Annwali tal-Erasmus+ 2016", "Skeda informattiva dwar l-Erasmus+", "Skedi informattivi speċifiċi għal kull pajjiż", "Skeda informattiva dwar it-30 anniversarju tal-Erasmus", "Skedi informattivi dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5007", "title": "Is-Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea L-Investiment fiż-Żgħażagħ għal Futur Sostenibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Wed, 29 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Ħames Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea sar bejn id-29 u t-30 ta' Novembru f'Abidjan, bit-tema ġenerali taż-Żgħażagħ.", "Is-Summit laqqa' flimkien mexxejja minn 55 Stat Membru tal-Unjoni Afrikana u minn 28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.", "L-UE kienet irrappreżentata mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u mill-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Federica Mogherini, il-Viċi President responsabbli mis-Suq Uniku Diġitali tal-UE Andrus Ansip u l-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali Neven Mimica.", "L-Unjoni Afrikana kienet irrappreżentata mill-President tal-Unjoni Afrikana Alpha Condé u mill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, Moussa Faki Mahamat.", "Fl-okkażjoni, il-President Juncker qal: “Tkellimna ħafna dwar iż-żgħażagħ matul dan is-summit.", "Illum, il-parti l-kbira taċ-ċittadini Afrikani għandhom anqas minn 25 sena, u sa nofs dan is-seklu persuna minn kull erbgħa fid-dinja se tkun Afrikana.", "Dan id-dividend demografiku ma jistax jagħti l-frott mingħajr investimenti għaqlija.", "Għal din ir-raġuni se ninvestu fl-edukazzjoni, fl-infrastruttura, fil-paċi u s-sigurtà, kif ukoll fil-governanza tajba.", "Dan kollu se jħeġġeġ ambjenti ta' negozju tajba u se joħloq l-impjiegi u t-tkabbir li tant għandna bżonn.”", "Aqra l-kummenti kollha tal-President hawnhekk.", "Fid-dikjarazzjoni politika tagħhom, il-mexxejja Ewropej u Afrikani stabbilixxew l-impenn komuni tagħhom biex jinvestu fiż-żgħażagħ għal futur sostenibbli.", "Fil-fatt, huma impenjaw ruħhom biex jiffukaw il-ħidma tagħhom fuq erba' prijoritajiet strateġiċi.", "Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Unjoni Afrikana, fi żmien tliet xhur se jressqu proġetti u programmi konkreti.", "Il-mobilizzazzjoni ta' investimenti għat-trasformazzjoni strutturali u sostenibbli tal-Afrika", "Il-mexxejja Ewropej ippreżentaw il-Pjan ta' Investiment Estern innovattiv tal-UE, li ntlaqa' mill-mexxejja Afrikani.", "Dan se jimmobilizza SA EUR 44 biljun f'investimenti privati għall-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi.", "Se tingħata attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tal-intraprenditorija tan-nisa u taż-żgħażagħ.", "Il-Pjattaforma Negozju Sostenibbli għall-Afrika (SB4A) li għadha kemm tnediet se tippermetti għal djalogu strutturat mas-settur privat Ewropew u Afrikan.", "L-investiment fin-nies permezz tal-edukazzjoni, ix-xjenza, u t-teknoloġija u l-iżvilupp tal-ħiliet", "Ġiet enfasizzata l-importanza li tiġi appoġġata l-edukazzjoni inklussiva u t-taħriġ vokazzjonali.", "Il-mexxejja qablu wkoll li jsaħħu l-mobilità tal-istudenti, il-persunal u l-akkademiċi madwar il-kontinent Afrikan, kif ukoll il-programmi ta' skambju bejn l-Afrika u l-Ewropa, bħal ERASMUS+.", "It-tisħiħ tar-Reżiljenza, tal-Paċi, tas-sigurtà u tal-governanza", "Il-mexxejja se jintensifikaw il-ħidma tagħhom biex isaħħu l-paċi u s-sigurtà fiż-żewġ kontinenti.", "F'dan ir-rigward, huma se jsaħħu l-kooperazzjoni strateġika, politika u operazzjonali bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea, bi sħubija mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti.", "Reġa' ġie mtenni l-appoġġ għax-xogħol li jkun għaddej fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluża t-Task Force Konġunta Multinazzjonali kontra l-Boko Haram, il-Forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel u l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja, li l-UE hija l-akbar kontributur tagħhom.", "Il-ġestjoni tal-mobilità u tal-migrazzjoni", "Il-mexxejja Ewropej u Afrikani tennew mill-ġdid l-impenn politiku qawwi tagħhom biex jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari bi spirtu ta' sħubija ġenwina u responsabbiltà kondiviża, u b'rispett sħiħ tal-liġijiet internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll biex joħolqu mogħdijiet legali għall-migrazzjoni.", "Il-mexxejja impenjaw ruħhom biex ikabbru l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u l-mobilità f'qafas konġunt, inkluż djalogu kontinentali bejn l-Afrika u l-Ewropa.", "Huma enfasizzaw il-bżonn assolut li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-migranti u r-refuġjati fil-Libja, u biex tittieħed kull azzjoni meħtieġa biex tingħatalhom l-assistenza xierqa u biex tiġi ffaċilitata r-ripatrijazzjoni volontarja tagħhom fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom, kif ukoll bħala soluzzjonijiet dewwiema għar-refuġjati.", "Biex tiġi indirizzata b'mod konġunt is-sitwazzjoni drammatika tal-migranti u r-refuġjati vittmi ta' netwerks kriminali, b'mod partikolari fil-Libja, il-President Jean-Claude Juncker, u r-Rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres u l-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana Moussa Faki Mahamat qablu dwar it-twaqqif ta' Task Force konġunta bejn l-UE, l-UA u n-NU biex isalvaw u jipproteġu l-ħajjiet tal-migranti u r-refuġjati tul ir-rotot u b'mod partikolari fil-Libja.", "Barra minn hekk, se jiġu intensifikati l-isforzi biex tiżdied il-mobilità intra-Afrikana u l-moviment liberu ta' persuni fl-Afrika.", "Avvenimenti ta' tħejjija qabel is-Summit bejn l-UA u l-UE", "Qabel is-Summit bejn l-UA u l-UE saru għadd ta' avvenimenti importanti, inkluż tas-soċjetà ċivili, tal-awtoritajiet lokali u tal-atturi ekonomiċi u soċjali, kif ukoll tal-Parlament Ewropew u ta' dak Pan-Afrikan.", "Bejn id-9 u l-11 ta' Ottubru, mexxejja żgħażagħ mill-Afrika u l-Ewropa nġabru fis-Summit taż-Żgħażagħ f'Abidjan, u l-ħidma tagħhom intensifikat fil-kuntest tal-Inizjattiva Plugin taż-Żgħażagħ bejn l-UA u l-UE.", "Huma żviluppaw Dikjarazzjoni taż-Żgħażagħ bi proposti konkreti għall-mexxejja li taw impetu siewi fit-tħejjija u fit-tiswir tar-riżultati tas-Summit bejn l-UA u l-UE.", "Barra minn hekk ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ kellhom l-opportunità li jindirizzaw lill-mexxejja Afrikani u Ewropej matul is-Summit biex jippreżentaw dawn il-proposti.", "Is-sitt forum tan-Negozju UE-Afrika sar fis-27 ta' Novembru, meta l-mexxejja fin-negozju, l-investituri, in-negozji ġodda innovattivi, l-imprendituri żgħażagħ u nisa miż-żewġ kontinenti, żviluppaw rakkomandazzjonijiet dwar kif tista' tittejjeb il-klima tan-negozju u tal-investiment.", "Fil-jum ta' qabel is-Summit, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin mill-Ewropa u mill-Afrika nġabru f'Abidjan għal laqgħa Ministerjali, kopreseduta mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Dikjarazzjoni Politika", "Dikjarazzjoni Konġunta dwar is-Sitwazzjoni tal-Migrazzjoni fil-Libja", "Stqarrija għall-istampa konġunta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar it-Task Force Konġunta", "Intervent tal-President Jean-Claude Juncker fis-seduta inawgurali tal-Ħames Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea", "Kummenti tal-ftuħ mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini waqt il-Laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea qabel il-Ħames Summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea", "Kummenti tal-għeluq mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini fis-Sitt Forum tan-Negozju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika", "Diskors mill-Viċi President Ansip dwar il-konferenza dwar it-trasformazzjoni diġitali fl-Afrika", "Dikjarazzjoni tal-ftuħ mill-Viċi President Ansip fil-bord ta' livell għoli dwar l-ekonomija diġitali, Forum tan-Negozju bejn l-UE u l-Afrika", "Riżultati ewlenin ta' 30 sena ta' kooperazzjoni ta' riċerka mal-Afrika u StoryMap tal-Afrika interattiva."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5049", "title": "Azzar: Il-Kummissjoni Ewropea tinsab sodisfatta bil-ftehim tal-Forum Globali ambizzjuż biex tiġi indirizzata l-kapaċità eċċessiva", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Wed, 29 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-membri tal-Forum Globali jaqblu li firxa wiesgħa ta' soluzzjonijiet ta' politika biex tiġi indirizzata l-kapaċità eċċessiva globali tal-azzar, għandhom jiġu implimentati fl-2018 u l-2019.", "Illum f'laqgħa f'Berlin, il-membri tal-Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar qablu dwar pakkett ambizzjuż ta' soluzzjonijiet konkreti ta' politika biex tiġi indirizzata l-kwistjoni urġenti ta' kapaċità eċċessiva globali fis-settur tal-azzar.", "Skont il-pakkett miftiehem, il-membri tal-Forum Globali iridu jiżguraw li r-riżultati bbażati fuq is-suq fl-industrija tal-azzar, jinżammu lura minn sussidji li jfixklu s-suq u miżuri ta' sostenn oħra mill-Istat li jikkontribwixxu għall-kapaċità eċċessiva, jipprovdu kundizzjonijiet indaqs bejn kumpaniji privati u dawk tal-Istat u jimplimentaw politiki effettivi ta' aġġustament.", "Dan il-ftehim jispjega l-prattiki tas-suq sottostanti tal-kapaċità eċċessiva u huwa sostnut minn mekkaniżmu b'saħħtu ta' monitoraġġ rigward il-kapaċità u l-iżviluppi ta' politika biex isegwi l-implimentazzjoni fl-2018 u l-2019.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström, preżenti fil-laqgħa, sostniet: “Il-problema tal-kapaċità eċċessiva tal-azzar għandha effetti reali fuq il-ħajja tan-nies – speċjalment dawk li jitilfu l-impjieg.", "Illum, qbilna fuq pakkett importanti u effikaċi biex tiġi indirizzata il-kwistjoni urġenti tal-kapaċità eċċessiva globali tal-azzar.", "Din il-firxa wiesgħa ta' soluzzjonijiet ta' politika se tgħin biex jinħolqu kundizzjonijiet indaqs u tappoġġja t-tkabbir u l-impjiegi tal-UE.", "Din hija sfida globali u trid tiġi ttrattata kif xieraq.", "Fit-tħejjija tal-11-il Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Buenos Aires, dan is-suċċess jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni multilaterali effettiva biex jissolvew il-problemi globali.", "Naturalment, il-ħidma tagħna għadha ma spiċċatx.", "Issa jenħtieġ li dak li ngħidu nwettquh.", "L-industrija tagħna, il-forza tax-xogħol tagħna, il-konsumaturi u ċ-ċittadini tagħna jiddependu fuq dawn l-impenji li jitwettqu b'mod effikaċi.", "Bħala Kopresident ta' dan il-Forum matul is-sena d-dieħla, l-UE se ssegwi l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri mill-qrib.”", "Il-kwistjoni tal-kapaċità eċċessiva tqajmet f'diversi okkażjonijiet mill-President Juncker kemm f'livell bilaterali kif ukoll multilaterali, b'mod partikolari matul l-aħħar żewġ Summits tal-G20.", "Imniedi f'Diċembru 2016 wara sejħa mill-Mexxejja tal-G20 f'Hangzhou, f'Lulju 2017, il-Forum issaħħaħ permezz tal-eżiti tas-Summit tal-G20 f'Hamburg.", "Il-forum se jkun iffaċilitat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (Organisation for Economic Co-operation and Development, OECD) u jirrapporta lill-ministri tal-G20 kull sena.", "Bħala kwistjoni ta' prijorità, il-membri tal-Forum Globali issa jenħtieġ li jiżguraw applikazzjoni rapida tal-prinċipji miftiehma u r-rakkomandazzjonijiet u jaqsmu – fl-ewwel nofs tal-2018 – l-informazzjoni dwar il-passi meħuda biex jiġu eliminati s-sussidji li jfixklu s-suq.", "Il-Forum Globali se jkompli jiltaqa' mill-inqas tliet darbiet fis-sena biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-impenji tal-lum.", "Sfond", "Is-settur tal-azzar huwa industrija kruċjali fl-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u jokkupa pożizzjoni ċentrali f'katini ta' valur globali, li jipprovdu impjiegi għal mijiet ta' eluf ta' ċittadini Ewropej.", "L-eċċess globali tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar laħaq madwar 737 miljun tunnellata metrika fl-2016, l-ogħla li qatt tela'.", "Dan wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-azzar għal livelli mhux sostenibbli f'dawn l-aħħar snin u kellu impatt negattiv fuq is-settur tal-azzar, kif ukoll fuq l-industriji relatati u l-impjiegi.", "F'Marzu 2016, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni fejn ippreżentat serje ta' miżuri li jappoġġaw il-kompetittività tal-industrija tal-azzar tal-UE.", "Il-Kummissjoni aġixxiet fost affarijiet oħrajn permezz tad-difiża tal-kummerċ, li timponi dazji antidumping u antisussidji, biex tipproteġi l-industrija tal-azzar tal-UE mill-effetti ta' kummerċ inġust.", "Bħalissa l-UE għandha għadd mingħajr preċedent ta' miżuri ta' difiża kummerċjali fis-seħħ, li jimmiraw lejn importazzjonijiet inġusti ta' prodotti tal-azzar, b'total ta' 47 miżura ta' antidumping u ta' antisussidji.", "Madankollu, id-difiża tal-kummerċ tista' tindirizza biss l-effetti tal-kapaċità eċċessiva globali fuq il-kummerċ u mhux il-kawżi fundamentali tagħha.", "Għal dan il-għan, f'Diċembru 2016, l-UE ħadet sehem fil-ħolqien tal-Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar.", "Filwaqt li jlaqqa' flimkien 33 ekonomija - il-membri kollha tal-G20 flimkien ma' xi pajjiżi oħra interessati tal-OECD - dan jinkludi l-produtturi ewlenin kollha tad-dinja.", "Sa mill-ħolqien tiegħu l-ekonomiji li jipparteċipaw skambjaw dejta dwar il-kapaċità tal-azzar, is-sussidji u l-miżuri l-oħra ta' sostenn.", "Din iż-żieda fit-trasparenza ppermettiet lill-membri tal-Forum Globali biex jiffokaw fuq il-kawżi sottostanti tal-problema tal-kapaċità eċċessiva tal-azzar u jaqblu fuq il-passi konkreti biex jindirizzawhom billi jsaħħu r-rwol tas-suq u jbiddlu l-istruttura tal-industrija.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa: L-Industrija tal-Azzar: Il-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tħares l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa", "MEMO: Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4841", "title": "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja - favur Politika Agrikola Komuni flessibbli, ġusta u sostenibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Tue, 28 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Regoli ssemplifikati u approċċ iktar flessibbli se jiżguraw li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tikseb riżultati konkreti fl-appoġġ lill-bdiewa u tmexxi l-iżvilupp sostenibbli tal-agrikultura tal-UE.", "Dawn huma l-ideat fundamentali tal-Komunikazzjoni dwar “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” li ġiet adottata llum mill-Kummissjoni Ewropea.", "Din il-Komunikazzjoni tfassal il-modi biex jiżguraw li l-eqdem politika komuni tal-UE tadatta ruħha biex tibqa' dejjem xierqa fil-ġejjieni.", "L-inizjattiva ewlenija hija li l-Istati Membri jingħataw aktar responsabbiltà biex jagħżlu kif u fejn jinvestu l-finanzjament li jirċievu mill-PAK, bil-għan li jilħqu għanijiet komuni fl-oqsma tal-ambjent, tat-tibdil fil-klima u tas-sostenibbiltà.", "Jyrki Katainen, il-Viċi President responsabbli għall-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment u l-kompetittività, stqarr: “Il-Politika Agrikola Komuni ilha fuq il-platt tagħna mill-1962.", "Filwaqt li għandna niżguraw li tibqa' tagħti l-frott, bħal pereżempju ikel bnin u ta' togħma tajba għall-konsumaturi, u l-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir fiż-żoni rurali, jeħtieġ ukoll li l-PAK tibqa' tevolvi paripassu ma' politiki oħra.", "Il-proposta tagħna hija pass importanti biex nimmodernizzaw u nissemplifikaw il-PAK, wara r-riżultati tal-konsultazzjoni wiesgħa li saret mal-partijiet ikkonċernati.", "Il-mudell ġdid għall-għoti ta' riżultati introdott mill-Kummissjoni se jagħti aktar sussidjarjetà lill-Istati Membri, filwaqt li jitlobhom ifasslu Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jkopru l-azzjonijiet tagħhom taħt il-pilastru I u l-pilastru II.", "Dawn iż-żewġ pilastri jippermettu s-semplifikazzjoni, aktar koerenza u titjib fil-monitoraġġ tar-riżultati.”", "Phil Hogan, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, qal: “Il-Komunikazzjoni mnedija llum tiżgura li l-Politika Agrikola Komuni tagħti riżultati fir-rigward ta' għanijiet ġodda u emerġenti, fosthom it-trawwim ta' settur agrikolu intelliġenti u reżiljenti, it-tisħiħ tal-kura tal-ambjent u t-tkattir tal-azzjonijiet klimatiċi, u s-sedqa tan-nisġa soċjoekonomika taż-żoni rurali.", "Minflok is-sistema attwali, se tiddaħħal sistema ġdida ta' implimentazzjoni li tagħti lill-Istati Membri u lir-reġjuni livell ħafna ogħla ta' sussidjarjetà.”", "Filwaqt li tinżamm l-istruttura attwali ta' żewġ pilastri, l-approċċ il-ġdid, li huwa aktar sempliċi u aktar flessibbli, se jistipula l-azzjonijiet iddettaljati biex jintlaħqu l-għanijiet li jiġu miftiehma fil-livell tal-UE.", "Wara dan, kull pajjiż tal-UE se jiżviluppa l-pjan strateġiku tiegħu – għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni – li fih għandu jistipula kif beħsiebu jilħaq l-għanijiet.", "Flok il-konformità, se tingħata attenzjoni l-iktar lill-monitoraġġ tal-progress, u se jiġi żgurat li l-finanzjament ikun immirat lejn riżultati konkreti.", "Billi naqilbu minn soluzzjoni waħda għal kulħadd għal approċċ adattat għal kull pajjiż, il-politika u l-implikazzjonijiet tagħha fil-ħajja reali se jkunu iktar qrib dawk li jimplimentawha fil-kuntest lokali tagħhom.", "L-appoġġ lill-bdiewa se jkompli permezz tas-sistema ta' pagamenti diretti.", "Il-Komunikazzjoni ma tantiċipax ir-riżultat tad-dibattitu dwar il-futur tal-finanzi tal-UE, u lanqas ma tantiċipa l-kontenut tal-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss.", "Mingħajr ma tkun eżawrjenti, il-Komunikazzjoni tesplora għadd ta' possibbiltajiet biex jiġi żgurat appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa aktar ġust u mmirat aħjar.", "It-tibdil fil-klima u l-pressjonijiet fuq ir-riżorsi naturali se jkomplu jolqtu ħażin lill-biedja u lill-produzzjoni tal-ikel.", "Il-PAK tal-ġejjieni għandha tirrifletti ambizzjoni aktar qawwija fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-kura tal-ambjent u l-azzjoni klimatika.", "Proposti oħra jinkludu:", "Il-proposti leġiżlattivi rilevanti li jdaħħlu fis-seħħ il-miri mfassla fil-Komunikazzjoni se jitressqu mill-Kummissjoni qabel is-sajf tal-2018, wara l-proposta tal-QFP.", "Kuntest", "Fit-2 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni Ewropea varat konsultazzjoni dwar il-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) sabiex tifhem aħjar fejn il-politika attwali tista' tiġi ssemplifikata u mmodernizzata.", "Matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet aktar minn 320 000 tweġiba, l-iktar mingħand persuni individwali.", "Mill-konsultazzjoni ħareġ li l-biċċa l-kbira minn dawk li wieġbu jixtiequ li tinżamm politika agrikola komuni b'saħħitha fil-livell tal-Unjoni Ewropea, iżda jeħtieġ li tkun iktar sempliċi u iktar flessibbli, u aktar iffukata fuq l-isfidi ewlenin, jiġifieri l-iżgurar ta' livell diċenti ta' għajxien għall-bdiewa, il-preżervazzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Għal aktar tagħrif", "Il-Komunikazzjoni", "MEMO: Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja", "Skeda informattiva: Semplifikazzjoni", "Skeda informattiva: L-agrikultura u l-PAK fl-UE", "Skeda informattiva: Appoġġ lill-bdiewa", "Skeda informattiva: Il-PAK u l-ambjent", "Skeda informattiva: L-Agrikoltura 2.0", "Filmati dwar l-agrikultura"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_4842", "title": "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja - Komunikazzjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni mill-2020 ‘il quddiem", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Tue, 28 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja - Komunikazzjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni mill-2020 ‘il quddiem", "Għala hija meħtieġa riforma ġdida?", "Il-Politika Agrikola Komuni (KAP) hija waħda mill-eqdem politiki tal-Unjoni Ewropea (UE).", "Laħqet b'suċċess l-għanijiet oriġinali tagħha li tiżgura l-provvista ta' prodotti tal-ikel ta' kwalità tajba, sikuri u għall-but ta' kulħadd, filwaqt li appoġġat lill-bdiewa Ewropej.", "Mill-1962 ‘l hawn, il-PAK sarulha ħafna riformi, u tibqa' rilevanti bis-saħħa tal-kapaċità ta' adattament tagħha.", "Id-dinja qiegħda tinbidel malajr, u magħha l-isfidi li qed jaffaċċjaw mhux biss il-bdiewa iżda s-soċjetajiet tagħna b'mod ġenerali.", "It-tibdil fil-klima, il-volatilità tal-prezzijiet, l-inċertezza politika u ekonomika, l-importanza dejjem tikber tal-kummerċ globali: ta' kuljum il-bdiewa jridu jitgħallmu kif għandhom joperaw f'ambjent il-ħin kollu jinbidel, u huwa f'idejn il-leġiżlaturi li jimxu ħdejhom minn bidla għall-oħra, u jipprovdulhom ċarezza u sempliċità legali fit-terminu medju u fit-tul.", "L-UE saret is-superpotenza agroalimentari li hija llum proprju bis-saħħa tal-politika agrikola Ewropea: l-UE hija l-ikbar esportatur agroalimentari fid-dinja, u tgawdi minn reputazzjoni liema bħalha għall-wirt gastronomiku u għall-prodotti tal-ikel tagħha, kif ukoll għall-għarfien espert tal-produtturi tagħha.", "Iżda l-UE ma tistax tikkuntenta b'daqshekk u tieqaf hemm: suċċess jista' jaħbi ħafna diffikultajiet speċifiċi.", "Jeħtieġ li l-PAK tmexxi t-tranżizzjoni lejn agrikultura aktar sostenibbli.", "Jeħtieġ li l-PAK tgħin biex titrawwem ir-reżiljenza tas-settur fi żminijiet ta' kriżi, u tappoġġa l-introjtu tal-bdiewa u l-vijabbiltà tagħhom.", "Jeħtieġ li l-PAK tilqa' b'idejha mberrħa l-innovazzjonijiet diġitali li qegħdin iħaffu x-xogħol ta' kuljum tal-bdiewa, inaqqsu l-burokrazija żejda, u jistgħu jiffavorixxu t-tiġdid ġenerazzjonali tant bżonnjuż fis-settur.", "Jeħtieġ li l-PAK issaħħaħ iż-żoni rurali Ewropej, li huma l-qofol tat-tradizzjonijiet Ewropej tagħna u tal-mudell tar-razzett tal-familja.", "Il-Komunikazzjoni li ġiet ippubblikata llum toffri orjentamenti biex nilħqu dawn l-għanijiet u nilqgħu l-isfidi emerġenti, b'approċċ inqas preskrittiv u aktar sussidjarjetà fil-livell tal-Istati Membri, sabiex il-PAK tkun iktar qrib min jimplimentaha fir-realtà lokali tiegħu.", "Kif tista' l-politika riveduta tiġi diskussa mingħajr ma nkunu nafu x'se jkunu l-baġit u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss?", "Il-flus huma mezz biex jinkiseb għan.", "Il-Komunikazzjoni tiddiskuti kif jista' jittejjeb il-valur għall-flus tal-PAK.", "Dan huwa l-waqt biex nirriflettu dwar l-għanijiet tagħna u dwar l-arkitettura futura tal-politika agrikola.", "B'hekk nistgħu mmexxu d-dibattitu mingħajr ma nippreġudikaw il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, li huwa mistenni għal Mejju 2018.", "Għala l-Komunikazzjoni ma fihiex aktar dettalji dwar ċerti kwistjonijiet?", "Il-Komunikazzjoni tixħet dawl fuq l-isfidi u l-opportunitajiet li għad jaslu, tipproponi ċerti orjentamenti, u tindika mogħdijiet oħra li ta' min wieħed jesplorahom.", "Se jkun jeħtieġ aktar dibattitu u aktar ħidma tul ix-xhur li ġejjin sabiex nimxu ‘l quddiem fid-direzzjonijiet imfassla fil-Komunikazzjoni, u sabiex norqmu ċerti nozzjonijiet.", "L-istess kif il-Komunikazzjoni tfassal approċċ inqas preskrittiv u aktar sussidjarjetà, il-Kummissjoni tixtieq tkompli d-dibattitu dwar il-kwistjonijiet prattiċi ma' firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati u koleġiżlaturi.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Matul ix-xhur li ġejjin, id-diskussjoni u l-ħidma fuq l-għanijiet konkreti u fuq l-arkitettura u d-disinn tal-politika futura se jimxu ‘l quddiem parallelament mal-ħidma fuq il-QFP li jmiss.", "B'mod speċifiku, dan se jsir fil-forma ta' valutazzjoni tal-impatt li tistħarreġ alternattivi differenti, billi tuża l-elementi miġburin mill-partijiet ikkonċernati u miċ-ċittadini (eż. il-konsultazzjoni pubblika li baqgħet għaddejja fl-2017, il-kontributi minn Re-Fit, il-konferenza Cork 2.0, il-konferenza “Il-PAK: Semma' Leħnek!”), u billi jiġu intensifikati l-ġbir u l-ipproċessar tal-evidenza.", "Wara l-preżentazzjoni mistennija tal-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP li jmiss f'Mejju 2018, il-proposti leġiżlattivi fuq il-ġejjieni tal-PAK huma mistennija għal qabel is-sajf tal-2018.", "Il-PAK tal-ġejjieni b'liema mod se tkun aktar sempliċi għall-bdiewa u għall-amministrazzjonijiet fl-Istati Membri?", "Min jixtieq ikejjel l-arbuxxelli tiegħu għax “Brussell hekk talab” ?", "Għala bidwi Taljan ikollu jaffaċċja l-istess rekwiżiti ambjentali bħal bidwi Finlandiż, minkejja li jaħdmu f'kundizzjonijiet differenti ħafna?", "Il-PAK tal-ġejjieni li se jkollha għanijiet komuni, u sett ta' miżuri komuni biex dawk l-għanijiet jintlaħqu.", "Minn dan is-sett ta' miżuri komuni, l-Istati Membri, fil-livell nazzjonali jew lokali, ikunu jistgħu jagħżlu l-paletta ppreferuta tagħhom ta' għażliet biex jiksbu l-għanijiet stipulati fil-livell tal-UE.", "Billi naqilbu minn “soluzzjoni waħda għal kulħadd” għal approċċ speċifiku għal kull pajjiż, ir-rekwiżiti tal-UE se jonqsu għall-minimu strettament meħtieġ.", "Il-bżonnijiet reali fil-kuntesti lokali se jiġu vvalutati mill-Istati Membri, biex imbagħad jintegrawhom fi pjan strateġiku tal-PAK għall-approvazzjoni fil-livell tal-UE.", "Qegħdin nimmiraw li nistabbilixxu patt ta' fiduċja maż-żoni rurali tagħna, u mal-bdiewa tagħna.", "It-tisħiħ tas-servizzi ta' konsulenza agrikola għall-bdiewa, u l-implimentazzjoni sħiħa ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna ġeospazjali, bla dubju se jkomplu jappoġġaw is-semplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' investiment.", "Dan l-approċċ ġdid kif se jaħdem fil-prattika?", "L-Unjoni għandha tistabbilixxi l-parametri bażiċi ta' politika abbażi tal-għanijiet tal-PAK, b'mod li jaqdu l-obbligi tat-Trattati tal-UE iżda jilħqu wkoll l-għanijiet u l-miri diġà miftiehma, marbutin pereżempju mal-ambjent, mat-tibdil fil-klima (COP 21), u ma' għadd ta' għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.", "Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi “pjan strateġiku tal-PAK” li jkopri interventi kemm tal-pilastru I kif ukoll tal-pilastru II.", "Il-pjan għandu jadatta l-interventi tal-PAK sabiex ikattar kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-ilħiq tal-għanijiet tal-UE, filwaqt li jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet lokali bi tqabbil ma' tali għanijiet u miri.", "Fl-istess nifs, l-Istati Membri se jkollhom aktar setgħa biex ifasslu l-qafas tal-konformità u l-kontroll applikabbli għall-benefiċjarji (inkluż kontrolli u penali).", "Dawn il-pjanijiet strateġiċi mhux se jitħejjew iżolati minn xulxin, iżda fil-qafas ta' proċess strutturat, u l-Kummissjoni se tivvaluta u tapprova tali pjanijiet.", "B'hekk jitkattar kemm jista' jkun il-kontribut tal-PAK lejn il-prijoritajiet u l-għanijiet tal-UE, kif ukoll lejn l-ilħiq tal-miri klimatiċi u enerġetiċi tal-Istati Membri.", "B'hekk jissaħħaħ ukoll il-valur miżjud tal-UE, u jisseddaq suq intern agrikolu li jaħdem tajjeb.", "Filwaqt li l-Istati Membri għandhom jerfgħu aktar responsabbiltà u jkunu aktar lesti li jagħtu rendikont ta' kif jilħqu l-għanijiet u l-miri miftiehma, l-approċċ il-ġdid se jkompli jiżgura kundizzjonijiet indaqs, billi jżomm in-natura komuni u ż-żewġ pilastri tal-politika.", "L-ewwel pass hu li l-PAK tiġi nazzjonalizzata mill-ġdid?", "Dan il-valur miżjud tal-UE qatt ma tqiegħed fid-dubju, u l-PAK tibqa' waħda mill-politiki emblematiċi tal-UE.", "Ir-rikonoxximent tal-fatt li ma tgħoddx soluzzjoni waħda għal kulħadd huwa kwistjoni ta' prammatiżmu.", "X'inhuma r-realtajiet lokali?", "X'inhuma ċ-ċirkustanzi konkreti tal-bdiewa?", "Billi nsaqsu dawn il-mistoqsijiet, nirrikonoxxu d-diversità wiesgħa tal-agrikultura, il-potenzjal tal-produzzjoni agronomika, u l-kundizzjonijiet klimatiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi mal-UE kollha.", "L-ispirtu huwa li d-diversità tagħna nħaddnuha, flok nippruvaw nimponu mudell waħdani.", "Il-kontributi miġburin mill-konsultazzjoni pubblika fuq l-internet mal-UE kollha bejn Frar u Mejju 2017 kienu bil-qawwi favur il-valur miżjud tal-ġestjoni tal-politika agrikola fil-livell Ewropew, għax dan jiżgura kundizzjonijiet indaqs fis-suq uniku.", "Huwa biss b'approċċ Ewropew komuni li l-agrikultura tista' twieġeb b'mod iktar effettiv għall-isfidi komuni, fosthom il-ħarsien tal-ambjent u l-azzjoni klimatika.", "Issemmew ta' spiss ukoll il-ħtieġa li tinżamm il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali mal-UE kollha, kif ukoll il-ħtieġa ta' qafas komuni għall-qsim tal-aħjar prattiki.", "Filwaqt li d-dettalji speċifiċi tal-implimentazzjoni tal-miżuri se jiġu deċiżi fil-livell nazzjonali/reġjonali, l-UE se tiggarantixxi qafas regolatorju u baġitarju ddefinit tajjeb, bil-għan li jiżgura li l-għanijiet komuni tagħna jintlaħqu permezz ta' strumenti komuni, bi qbil mat-Trattati tal-UE, u li jinqdew l-impenji internazzjonali tal-UE fl-oqsma tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli.", "Il-PAK għala hi rilevanti għall-ambjent?", "L-agrikultura tkopri kważi nofs l-erja tal-art tal-UE, u fuq dan it-territorju, topera b'rabta mill-qrib ħafna mal-ambjent.", "Min-naħa l-waħda, l-agrikultura tiddependi fuq riżorsi naturali varji - il-ħamrija, l-ilma, l-arja u l-bijodiversità -, u hija influwenzata bil-qawwi mill-klima.", "Min-naħa l-oħra, l-agrikultura ssawwar l-ambjent li fih topera - mhux biss billi tuża r-riżorsi naturali tiegħu, iżda wkoll billi toħloq u tippreżerva pajsaġġi li huma l-espressjoni tad-diversità Ewropea u jipprovdu ħabitats essenzjali għall-fawna selvaġġa.", "Il-PAK għandha rwol essenzjali li trendi r-rabta tal-biedja mal-ambjent u mal-klima kemm jista' jkun ta' ġid reċiproku.", "Toffri wkoll appoġġ, f'ċerti każijiet, lil negozji mhux agrikoli bbażati f'żona rurali li jistgħu jinfluwenzaw l-ambjent - eż. is-settur tal-forestrija u aspetti oħra tal-bijoekonomija.", "Jeħtieġ li l-PAK tal-ġejjieni tippromwovi u tappoġġa l-biedja adattata għat-tibdil fil-klima, filwaqt li tqiegħed is-sussidjarjetà fil-qofol tal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tagħha.", "Il-PAK tal-ġejjieni kif se tappoġġa lill-bdiewa fil-ħarsien tal-ambjent?", "Punt essenzjali tal-PAK huwa li l-bdiewa li jirċievu appoġġ għall-introjtu mill-PAK ser ikollhom japplikaw prattiki varji li jirrispettaw l-ambjent u l-klima.", "L-Istati Membri se jiddeterminaw id-dettalji ta' dawn il-prattiki, bi qbil mal-ħtieġa li jintlaħqu għanijiet fil-livell tal-UE, iżda wkoll filwaqt li jqisu ċ-ċirkustanzi nazzjonali, reġjonali u lokali.", "Is-sistema se tapprofitta mill-punti qawwija osservati llum fil-PAK, iżda se tinvolvi inqas regoli, u regoli inqas kumplessi, fil-leġiżlazzjoni tal-UE.", "L-azzjoni ekoloġika li tmur lil hinn minn dan il-livell bażiku ta' prattika tajba se tiġi appoġġata bi skemi volontarji għall-bdiewa - f'livell relattivament bażiku, u ‘l fuq minnu, skemi aktar avvanzati.", "Mill-ġdid, l-Istati Membri se jkunu responsabbli biex ifasslu l-iskemi, b'tali mod li jilħqu l-għanijiet tal-UE msarrfa f'termini nazzjonali, reġjonali u lokali.", "Il-PAK se tisħaq ħafna wkoll fuq il-ftuħ tal-potenzjal għar-riċerka, l-innovazzjoni, it-taħriġ u l-użu ta' konsulenza sabiex tittejjeb il-kura tal-ambjent u tal-klima, inkluż permezz ta' żieda fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.", "Jekk l-impenji ambjentali nafdawhom lill-Istati Membri, kif nistgħu niżguraw kundizzjonijiet indaqs fost il-bdiewa?", "Se nispiċċaw bi 28 sistema differenti?", "Il-Komunikazzjoni tal-lum timmarka bidla sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-PAK.", "Billi tirrispetta l-impenn tagħha għas-sussidjarjetà u għal inqas kumplessità, bl-iskrutinju tal-pjanijiet nazzjonali/reġjonali, il-Kummissjoni se tiżgura li l-metodi magħżula ma jkunux żbaljati jew inadegwati biex jilħqu l-għanijiet ta' prestazzjoni u r-rekwiżiti bażiċi tal-UE.", "Il-Kummissjoni tivvaluta u tapprova l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali/reġjonali bil-għan li tkattar kemm jista' jkun il-kontribut tal-PAK lejn il-prijoritajiet u l-għanijiet tal-UE, u lejn il-ksib tal-miri klimatiċi u enerġetiċi tal-Istati Membri.", "Dan huwa importanti biex niżguraw li jinżamm approċċ komuni għall-ilħiq ta' għanijiet ambjentali u klimatiċi komuni mal-Istati Membri kollha.", "Ambizzjoni iktar qawwija hija l-unika għażla ta' politika vijabbli f'dan ir-rigward.", "Il-Kummissjoni se żżomm ukoll ir-rwoli ewlenin tagħha bħala gwardjan tat-Trattati u bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE, u, bħala parti mill-proċess tal-iskrutinju tal-pjanijiet nazzjonali/reġjonali, il-Kummissjoni se tistudja sew kif tista' tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda.", "Se jibqgħu fis-seħħ iż-żewġ pilastri (il-pagamenti diretti / miżuri tas-suq u l-iżvilupp rurali)?", "Iż-żewġ pilastri huma ż-żewġt uċuħ tal-istess munita tal-PAK, u għandhom jibqgħu fis-seħħ.", "Jagħtu struttura lill-PAK abbażi ta' żewġ tipi wiesgħa ta' intervent.", "L-ewwel pilastru jagħti appoġġ lill-bdiewa fuq bażi annwali fil-forma ta' pagamenti diretti u miżuri tas-suq, li huma soġġetti għall-konformità ma' regoli bażiċi u ma' għanijiet ambjentali.", "It-tieni pilastru huwa għodda ta' investiment pluriennali u flessibbli, li hija iktar adattata għar-realtajiet lokali ta' kull Stat Membru, b'mod partikulari biex tkattar l-appoġġ għal proġetti aktar fit-tul.", "Kif nistgħu niżguraw li l-PAK tal-ġejjieni tkun iktar ġusta, u li l-azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju jingħataw l-appoġġ li għandhom bżonn?", "Fl-2015, l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-aħħar riforma tal-PAK, 20 % tal-bdiewa rċevew madwar 80 % tal-pagamenti diretti.", "Dan iqajjem tħassib ġustifikabbli dwar l-effiċjenza ekonomika u l-ekwità soċjali fid-dibattitu pubbliku.", "Fil-fatt, tali distribuzzjoni tirrifletti l-konċentrazzjoni tal-artijiet kif ukoll in-natura tal-appoġġ, li huwa ġeneralment ibbażat fuq l-erja.", "Barra minn hekk, iktar minn nofs il-benefiċjarji tal-appoġġ huma azjendi agrikoli żgħar ħafna, u l-biċċa l-kbira mill-pagamenti (72 % fl-2015) jingħataw lil azjendi agrikoli (tal-familja) professjonali ta' daqs medju (minn 5 sa 250 ettaru) li jimmaniġġaw il-parti l-kbira tal-art agrikola tal-UE (71 %), u għalhekk huma l-attur l-iktar responsabbli għall-provvista ta' beni pubbliċi u benefiċċji ambjentali.", "Madankollu, il-Kummissjoni hija impenjata li tesplora modi biex il-pagamenti diretti jkunu mmirati b'mod aktar effettiv, u biex jiġi żgurat appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa aktar ġust u mmirat aħjar mal-UE kollha, kif jissemma fid-Dokument ta' Riflessjoni dwar il-futur tal-finanzji tal-UE.", "Il-lista mhux eżawrjenti ta' possibbiltajiet li ġejja għandha tiġi mistħarrġa iktar:", "Il-bdiewa se jiġu ttrattati b'mod ugwali mal-UE kollha?", "Filwaqt li l-PAK qiegħda tiżgura li l-appoġġ ikun immirat lejn il-bdiewa ġenwini, b'enfażi fuq min jaħdem attivament fil-biedja biex jaqla' l-għajxien tiegħu, jeħtieġ li l-PAK taqdi wkoll ir-rwol tagħha billi ssewi l-prinċipju ta' “Ugwaljanza bejn il-Membri tagħha, kbar jew żgħar, mil-Lvant jew mill-Punent, mit-Tramuntana jew min-Nofsinhar”, kif iddikjara l-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017.", "F'dan is-sens, għandha tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-appoġġ mill-PAK.", "Anki jekk għandhom jiġu rikonoxxuti d-diversità wiesgħa tal-kostijiet relattivi tax-xogħol u tal-art, u l-potenzjali agronomiċi differenti madwar l-UE, il-bdiewa kollha tal-UE jħabbtu wiċċhom ma' sfidi simili fir-rigward tal-volatilità tas-suq, l-ambjent u l-klima.", "X'inhu r-rwol tal-PAK fil-promozzjoni tal-ġid rurali?", "Il-PAK ma tolqotx biss is-settur tal-biedja, iżda tgħin ukoll fl-ixprunar tal-ekonomiji rurali lokali u fit-titjib tal-ġid rurali.", "Pereżempju, il-fondi tal-iżvilupp rurali jistgħu jappoġġaw l-istabbilment ta' negozju ta' artiġjan.", "Fiż-żoni rurali jistgħu jfiġġu opportunitajiet ġodda ta' xogħol u żieda fil-potenzjal tat-tkabbir, bis-saħħa tal-appoġġ lil ktajjen tal-valur rurali ġodda, fosthom l-enerġija nadifa, il-bijoekonomija emerġenti, l-ekonomija ċirkolari u l-ekoturiżmu, l-investimenti fl-infrastruttura, u l-kapital naturali u uman, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, programmi għall-iżvilupp ta' ħiliet ġodda, l-edukazzjoni ta' kwalità u l-konnettività.", "L-“Irħula intelliġenti”, kunċett li għadu emerġenti, se jgħinu lill-komunitajiet jindirizzaw kwistjonjiet ta' infrastrutturi inadegwati u opportunitajiet ta' xogħol.", "Il-Kummissjoni kif tista' tħeġġeġ lill-bdiewa żgħażagħ jistabbilixxu azjenda agrikola, u kif tista' tikkontribwixxi għat-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur?", "It-tiġdid ġenerazzjonali għandu jkun prijorità f'qafas ġdid ta' politika, iżda l-Istati Membri jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jistimolawh, billi jużaw is-setgħat tagħhom fejn jidħlu r-regolamentazzjoni tal-artijiet, it-tassazzjoni, il-liġi tas-suċċessjoni jew l-ippjanar tat-territorju.", "Il-PAK għandha tagħti lill-Istati Membri l-flessibbiltà li jiżviluppaw skemi magħmula apposta għalihom, u li jirriflettu l-bżonnijiet speċifiċi tal-bdiewa żgħażagħ.", "Il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK jistgħu jinkludu appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet u tal-għarfien, għall-innovazzjoni, għall-iżvilupp tan-negozju u għall-investiment.", "Il-PAK għandha tgħin wkoll biex jittaffa kemm jista' jkun ir-riskju fl-ewwel ftit snin wara l-varar ta' negozju tal-biedja, billi tipprovdi sistema ta' appoġġ għall-ewwel installazzjoni, li tapplika fl-UE kollha.", "Għandu jiġi ffaċilitat l-aċċess għal strumenti finanzjarji biex jappoġġaw l-investimenti u l-kapital operatorju tal-azjendi agrikoli, u dan l-aċċess għandu jiġi adattat aħjar għall-bżonnijiet ta' investiment u għall-profili tar-riskju ogħla tal-operaturi l-ġodda.", "L-appoġġ lill-ġenerazzjoni l-ġdida ta' bdiewa jista' jiġi kkombinat ma' inċentivi xierqa biex jiġu ffaċilitati l-ħruġ tal-ġenerazzjoni anzjana u t-trasferiment tal-għarfien minn ġenerazzjoni għall-oħra, kif ukoll biex tiżdied il-mobbiltà tal-proprjetà rurali u biex jiġi ffaċilitat l-ippjanar tas-suċċessjoni.", "Għala jeħtieġ li l-PAK tappoġġa lill-innovazzjoni?", "X'inhu r-raġunament ta' warajha?", "L-agrikultura u ż-żoni rurali tagħna qed jaffaċċjaw għadd ta' sfidi, u jeħtieġ li nsibu soluzzjonijiet ġodda għalihom.", "Neħtieġu konsulenza aħjar u aktar innovazzjoni.", "Jeħtieġ involviment pubbliku fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex titqassar il-qasma bejn iż-żoni rurali, li għandhom bżonn innovazzjonijiet diġitali u konnettività aħjar, u bejn il-fornituri ta' teknoloġiji ġodda.", "Pereżempju, is-sensuri jistgħu jidentifikaw u jipprevjenu minn kmieni s-saħħa dgħajfa tal-annimali, u b'hekk inaqqsu l-bżonn ta' trattament.", "L-aċċess f'ħin reali għal informazzjoni dwar l-intensità tad-dija, l-indewwa tal-ħamrija, is-swieq, il-ġestjoni tal-merħliet u aktar, jista' jgħin lill-bdiewa jieħdu deċiżjonijiet aħjar u aktar malajr.", "Jagħmel sens li nikkooperaw fir-riċerka u l-innovazzjoni fuq il-livell tal-UE.", "Billi nitgħallmu minn xulxin fi nħawi differenti tal-UE, naslu biex niżviluppaw għarfien aħjar, u biex nadottaw l-innovazzjoni aktar malajr.", "Meta jaffaċċjaw il-volatilità u l-kriżi tas-suq, il-bdiewa x'tip ta' appoġġ jistgħu jistennew mill-PAK tal-ġejjieni?", "Ikunx fi kriżijiet sanitarji jew fitosanitarji, wara avvenimenti marbutin mat-tibdil fil-klima, jew minħabba l-volatilità tas-suq, il-bdiewa jħabbtu wiċċhom ma' riskji kbar u ma' pressjonijiet fuq l-introjtu tagħhom.", "Il-Kummissjoni minn dejjem appoġġat lill-bdiewa u se tkompli tappoġġahom, kif jixhdu l-aħħar żewġ pakketti ta' solidarjetà, kull wieħed b'valur ta' €500 miljun.", "Madankollu, il-frekwenza ogħla ta' riskji titlob approċċ aktar sistematiku.", "Is-settur tal-biedja jeħtieġ qafas xieraq għall-ġestjoni tar-riskji, li jgħaqqad l-appoġġ fil-livell tal-UE mal-għodod nazzjonali tal-Istati Membri u ma' strumenti tas-settur privat.", "Pereżempju, il-possibbiltà li tiġi stabbilita għodda għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu li tkun speċifika għas-settur, b'livelli minimi ta' telf aktar baxxi biex jiskattaw il-kumpens, mistennija li tagħmel l-għodda aktar attraenti għall-bdiewa u għall-amministrazzjonijiet.", "Fl-istess ħin, għandha ssir valutazzjoni bil-galbu rigward jekk għandhomx jiġu introdotti għodod ġodda jew tipi ġodda ta' appoġġ.", "F'dan il-kuntest, għandha titrawwem il-kooperazzjoni fost il-bdiewa u tul il-katina alimentari, inkluż il-mutwalizzazzjoni u s-servizzi integrati, għall-finijiet tal-kondiviżjoni tar-riskji.", "X'se tinvolvi l-pjattaforma dwar il-ġestjoni tar-riskji fil-livell tal-UE?", "L-għarfien limitat tal-għodod disponibbli min-naħa tal-bdiewa u ta' partijiet ikkonċernati oħra, u n-nuqqas relattiv ta' esperjenza tagħhom fl-implimentazzjoni ta' dawk l-għodod, kienu ostaklu ewlieni għall-adozzjoni ta' strumenti ta' ġestjoni tar-riskji tul l-aħħar ftit snin.", "Il-pjattaforma għall-ġestjoni tar-riskji fil-livell tal-UE se tkun pjattaforma għall-atturi kollha involuti, inkluż il-bdiewa, l-awtoritajiet pubbliċi, l-istituti tar-riċerka u l-atturi mis-settur privat (eż. kumpaniji tal-assigurazzjoni), bil-għan li jaqsmu l-għarfien u jiskambjaw l-aħjar prattiki.", "Il-Kummissjoni se tkun involuta, fejn xieraq, bħala faċilitatur, u se tiżviluppa l-pjattaforma fuq sit web apposta.", "Bis-saħħa ta' din il-pjattaforma, se jiġu organizzati gruppi ta' esperti, sessjonijiet ta' ħidma, seminars u avvenimenti oħra madwar suġġetti speċifiċi tal-ġestjoni tar-riskji, eż. il-kalkolu tat-telf bl-użu ta' sistemi bbażati fuq indiċi.", "Barra minn hekk, il-pjattaforma se toffri l-possibbiltà li jinġabru flimkien inizjattivi privati jew pubbliċi dwar il-ġestjoni tar-riskji fil-livell lokali, kif ukoll ħidma rilevanti f'oqsma oħra ta' politika, eż. l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-agrometeoroloġija, eċċ.", "Għala l-PAK għandha tagħti spinta lill-investimenti, u kif jistgħu l-istrumenti finanzjarji jappoġġaw lill-bdiewa?", "Għodda ta' investiment flessibbli tal-PAK hija essenzjali biex tappoġġa l-kompetittività, l-innovazzjoni, l-adattament għat-tibdil fil-klima u t-taffija tal-effetti tiegħu, u fl-aħħar mill-aħħar, is-sostenibbiltà tal-agrikultura u taż-żoni rurali.Il-modernizzazzjoni ta' azjenda agrikola, l-installazzjoni ta' teknoloġija ġodda, u t-tiġdid tas-sistemi ta' tisqija huma kollha azzjonijiet li jeħtieġu ħafna flus bil-quddiem, u wieħed ma jistax jistenna li dawn l-isforzi finanzjarji sostanzjali jsiru mill-bdiewa waħedhom.", "Il-fondi pubbliċi disponibbli għall-għotjiet mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw il-bżonnijiet ta' investiment tas-settur li kulma jmur qed jikbru.", "Stimi approssimattivi juru li l-lakuna fis-suq għall-finanzjament tal-agrikultura hija bejn €1.6 u €4.1 biljun għas-self fuq terminu qasir, u bejn €5.5 u €14.8 biljun għas-self fit-tul.", "L-istrumenti finanzjarji, bħas-self, il-garanziji u l-fondi ta' ekwità, jistgħu jħaffu l-aċċess għall-finanzjament għal dawk il-bdiewa (eż. sidien żgħar, operaturi ġodda) jew produtturi tal-ikel agrikolu li jsibuha bi tqila jiksbu l-fondi meħtieġa biex jidħlu fin-negozju jew jiżviluppawh.", "Billi jingħaqdu l-finanzjament tal-UE u dak privat, l-istrumenti finanzjarji jkollhom effett multiplikatur, jiġifieri volumi miżjuda ta' investiment (ingranaġġ finanzjarju)."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4942", "title": "Proprjetà intellettwali: Il-protezzjoni tal-għarfien espert u tal-pożizzjoni minn ta' quddiem fl-innovazzjoni tal-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Tue, 28 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum qed tippreżenta miżuri biex tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu protetti sew, u b'hekk tinkoraġġixxi lill-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, biex jinvestu fl-innovazzjoni u l-kreattività.", "L-inizjattivi ppreżentati llum se jagħmluha aktar faċli li wieħed jaġixxi b'mod effikaċi kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, kif ukoll jiffaċilitaw il-litigazzjoni transkonfinali u jippermettu li jiġu indirizzati l-iffalsifikar u l-piraterija ta' oġġetti importati fl-UE (b'valur ta' EUR 85 biljun).", "Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll negozjar ta' għoti ta' liċenzji li jkun ġust u bilanċjat b'mod li jippremja lill-kumpaniji għall-innovazzjoni tagħhom filwaqt li jippermetti wkoll lil kumpaniji oħrajn jibbażaw fuq din it-teknoloġija biex jiġġeneraw prodotti u servizzi innovattivi ġodda.", "Il-Viċi-President Jyrki Katainen, responsabbli għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, sostna: “It-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-Ewropa fil-biċċa l-kbira jiddependu fuq id-diversi intraprendituri tagħna – minn negozji ġodda sa kumpaniji kbar – li jinvestu fl-għarfien u f'ideat ġodda.", "Il-pakkett komprensiv li qed nippreżentaw illum itejjeb l-applikazzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jinkoraġġixxi l-investiment fit-teknoloġija u l-iżvilupp tal-prodotti fl-Ewropa.”", "Il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs Elżbieta Bieńkowska, qalet ukoll: “Illum qed insaħħu l-kapaċità kollettiva tagħna biex naqbdu l-“ħuta l-kbira” responsabbli għall-falsifikazzjoni tal-prodotti u għall-piraterija tal-kontenut li jagħmlu ħsara lill-kumpaniji u l-impjiegi tagħna – kif ukoll lis-saħħa u s-sikurezza f'ċerti oqsma bħalma huma dawk tal-mediċini jew tal-ġugarelli.", "Qegħdin ukoll inpoġġu lill-Ewropa bħala mexxej globali b'sistema ta' liċenzjar ta' privattivi li tikkontribwixxi għall-introduzzjoni tal-Internet tal-Oġġetti, minn smartphones sa' karozzi konnessi.”", "Il-miżuri adottati llum jinkludu:", "L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija: Il-Kummissjoni għandha l-għan li ċċaħħad lill-kontraventuri tal-Proprjetà Intellettwali li joperaw fuq skala kummerċjali mis-sorsi ta' dħul li jagħmlu l-attività kriminali tagħhom profitabbli – dan huwa 'l hekk imsejjaħ approċċ “segwi l-flus” li jiffoka fuq il-“ħuta l-kbira” aktar milli fuq l-individwi.", "Dan jiżgura wkoll li l-azzjonijiet ta' infurzar jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-era diġitali tal-lum.", "Permezz tal-inizjattivi tal-lum, il-Kummissjoni għandha l-għan li:", "Il-ħolqien ta' sistema ġusta u bilanċjata għall-Privattivi Essenzjali Standard: Diversi teknoloġiji ewlenin li huma parti mill-istandards industrijali globali (bħall-WiFi jew il-4G) huma protetti permezz ta' Privattivi Essenzjali Standard.", "Illum il-Kummissjoni qed toffri gwida u rakkomandazzjonijiet għal sistema bbilanċjata u effiċjenti ta' Privattivi Essenzjali Standard, fejn jiġu rrikonċiljati żewġ objettivi: il-manifatturi tal-prodotti jingħataw l-aċċess għat-teknoloġiji permezz ta' regoli tal-liċenzjar trasparenti u prevedibbli; u fl-istess ħin id-detenturi ta' privattivi jiġu ppremjati għall-investimenti tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp u f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni biex jiġu inċentivati joffru l-aħjar teknoloġiji tagħhom għall-inklużjoni fl-istandards.", "Iż-żieda ta' trasparenza u prevedibbiltà għandha tagħti lill-UE – inkluż lid-diversi negozji ġodda tagħha – vantaġġ fit-tellieqa globali tal-innovazzjoni teknoloġika u tippermettilha tapprofitta bis-sħiħ mill-potenzjal tal-5G u tal-Internet tal-Oġġetti.", "Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib il-progress fir-rigward tal-miżuri proposti u tivvaluta l-ħtieġa għal passi ulterjuri.", "Sfond", "L-inizjattivi tal-lum ġew imħabbra fl-Istrateġija tas-Suq Uniku tal-2015, pjan direzzjonali li għandu jwassal għar-riżultati mistennija mill-impenn politiku tal-President Juncker biex jiġi mmassimizzat il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku u jagħmlu l-punt tat-tluq biex l-Ewropa tistagħna fl-ekonomija globali.", "Fit-twettiq tagħha tal-Istrateġija tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni diġà ressqet proposti dwar il-kummerċ elettroniku, gwida dwar l-ekonomija kollaborattiva, passi biex timmodernizza l-politika tal-istandardizzazzjoni tal-UE, Inizjattiva dwar in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu, miżuri biex tagħti spinta ġdida lis-settur tas-servizzi u passi biex issaħħaħ il-konformità u l-funzjonament prattiku tas-Suq Uniku tal-UE.", "Għal iktar informazzjoni:", "MEMO/17/4943 - Mistoqsijiet Frekwenti", "Skeda informattiva - Il-protezzjoni tal-Proprjetà Intellettwali", "Skeda informattiva - Għaliex id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali huma importanti", "Skeda informattiva - Privattivi Essenzjali Standard", "Komunikazzjoni: Sistema ta' infurzar tal-Proprjetà Intellettwali bilanċjata li twieġeb għall-isfidi soċjetali tal-lum", "Komunikazzjoni: Gwida dwar id-Direttiva dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali", "Rapport dwar il-funzjonament tal-Memorandum ta' Qbil dwar il-bejgħ ta' oġġetti ffalsifikati permezz tal-internet", "Rapport dwar l-Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (IPRED)", "Komunikazzjoni: L-istabbiliment tal-approċċ tal-UE għall-Privattivi Essenzjali Standard"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4974", "title": "Brexit: Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi emendi leġiżlattivi għar-rilokazzjoni minn Londra tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Awtorità Bankarja Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB,HEALTHPOL,GENINFO", "date": "Tue, 28 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea għamlet żewġ proposti leġiżlattivi biex temenda r-Regolamenti tat-Twaqqif tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA) u l-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority, ABE).", "Dawn isegwu l-ftehim tal-ġimgħa li għaddiet li sar fil-marġini tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (fil-format tal-Artikolu 50) sabiex l-EMA u l-ABE jittrasferixxu ruħhom minn Londra għal Amsterdam u Pariġi rispettivament.", "Il-Kummissjoni qed taġixxi b'ħeffa sabiex tipprovdi ċertezza u ċarezza legali, filwaqt li tiżgura li ż-żewġ Aġenziji jkunu jistgħu jkomplu jiffunzjonaw mingħajr xkiel u mingħajr interruzzjoni wara Marzu tal-2019.", "Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-koleġiżlaturi (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) huma mistennija li bħala prijorità jittrattaw dawn il-proposti leġislattivi.", "Dawn il-proposti huma strettament limitati sabiex tiġi kkonfermata s-sede tal-Aġenziji fiż-żewġ Regolamenti tat-Twaqqif.", "Kuntest", "Ir-rilokazzjoni ta' dawn iż-żewġ Aġenziji hija konsegwenza diretta tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li jitlaq mill-Unjoni Ewropea, kif innotifikat lill-Kunsill Ewropew fid-29 ta' Marzu 2017.", "Id-Deċiżjoni li jiġu rrilokati ż-żewġ Aġenziji ttieħdet mill-gvernijiet tas-27 Stat Membru.", "Ma tiffurmax parti min-negozjati dwar Brexit.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Id-Deċiżjoni rigward il-proċedura għar-rilokazzjoni tal-aġenziji tal-UE li bħalissa jinsabu fir-Renju Unit (inklużi l-kriterji)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4941", "title": "Il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment ivaraw servizz ta' konsulenza ġdid biex jgħin lill-ibliet jippjanaw l-investimenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERU,REGIONAL", "date": "Mon, 27 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["URBIS, għal “ Urban Investment Support” (Appoġġ għall-Investiment Urban) se jgħin lill-ibliet jippjanaw investimenti biex jappoġġaw l-istrateġiji ta' żvilupp urban tagħhom stess u jiksbu aċċess iktar faċli għall-finanzjament.", "L-ibliet jaffaċċjaw sfidi partikolari meta jiġu biex jaċċessaw il-finanzjament.", "Proġetti muniċipali individwali, pereżempju fl-oqsma tal-inklużjoni soċjali, ir-riġenerazzjoni urbana jew l-effiċjenza fl-enerġija, jistgħu jkunu wisq riskjużi jew żgħar għas-suq.", "Fl-istess ħin, il-finanzjament għal programmi urbani integrati jista' jkun diffiċli wkoll biex jiġi aċċessat, għax jiġbru diversi proġetti żgħar madwar setturi differenti.", "Fl-aħħar, l-ibliet jistgħu jaffaċċjaw ukoll limiti ta' self.", "URBIS għandu l-ħsieb li jgħin l-ibliet jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet speċifiċi.", "Huwa se jgħinhom ifasslu, jippjanaw u jimplimentaw l-istrateġiji tal-investiment u l-proġetti tagħhom, b'pariri tekniċi u finanzjarji personali, kif ukoll fuq għażliet ta' finanzjament innovattivi.", "L-għan huwa li jinbdew proġetti solidi fit-terminu qasir u medju, pereżempju fil-qasam tal-azzjonijiet tal-klima urbana.", "Maroš Šefčovič, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Enerġija tal-Unjoni, qal: “Is-sindki jridu jieħdu azzjoni u jagħmlu l-ibliet tagħhom iktar intelliġenti u iktar sostenibbli.", "Min-naħa tagħna, URBIS se jagħmilha iktar faċli għalihom biex jaċċessaw l-investimenti li għandhom bżonn biex jagħmlu dan - permezz ta' pariri personali u mobilizzazzjoni ta' fondi u assi eżistenti.", "L-innovazzjoni urbana teħtieġ tiġi mnedija, tikber biżżejjed u tiġi replikata madwar l-Ewropa.”", "Filwaqt li kienet qed tniedi URBIS illum fil-Forum tal-Ibliet 2017 ġewwa Rotterdam, il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali Corina Creţu qalet: “Aħna għandna għanijiet ambizzjużi għal żvilupp urban sostenibbli taħt l-Aġenda Urbana għall-UE u URBIS se jgħinna nilħquhom.", "Bis-saħħa ta' din l-inizjattiva, l-ibliet se jkollhom l-appoġġ li jeħtieġu biex joħolqu opportunitajiet ġodda għall-abitanti tagħhom.”", "“L-ibliet huma iktar attraenti minn qatt qabel: fi tliet deċennji tmienja (8) minn kull għaxar (10) Ewropej se jkunu qed jgħixu ġewwa belt,” qal Vazil Hudák, Viċi President tal-Bank Ewropew tal-Investiment responsabbli għall-appoġġ ta' konsulenza u tal-proġett fi bliet u reġjuni.", "“L-ibliet u r-reġjuni għandhom bżonn ta' finanzjament kif ukoll ta' konsulenza biex isiru intelliġenti, moderni, ambjentali u innovattivi, u bl-għajnuna tal-proġett pilota tagħna URBIS aħna nistgħu nwasslu dan.”", "URBIS se jikkonsisti minn esperti tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) mis-servizzi ta' konsulenza u ta' proġett differenti tal-istituzzjoni, inkluż persunal tal-BEI li jinsab fl-Istati Membri u esperti minn JASPERS, it-tim indipendenti speċjalizzat fit-tħejjija ta' proġetti ta' kwalità finanzjati mill-UE.", "Fejn meħtieġ, huwa jqabbad esperti tal-bord li jistgħu jispjegaw kif fondi tal-UE jistgħu jitħalltu ma' finanzjament tal-banek promozzjonali nazzjonali u lokali u ma' opportunitajiet ta' finanzjament innovattivi.", "Pereżempju, dawn l-opportunitajiet jinkludu investimenti tal-impatt, jiġifieri investimenti li jsiru f'kumpaniji jew fondi li għandhom l-għan li jiskattaw impatt soċjali u ambjentali flimkien ma' redditu finanzjajru.", "L-ibliet ta' kull daqs fl-Istati Membri kollha jistgħu japplikaw għall-appoġġ ta' URBIS permezz ta' sit web li jinsab fuq iċ-Ċentru Ewropew għall-Investiment u l-Konsulenza.", "URBIS se jgħin:", "Il-passi li jmiss:", "URBIS se jibda billi juża' s-servizzi ta' konsulenza u ta' proġett eżistenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment u se jiffoka fuq numru magħżul ta' kompiti.", "Din il-ħidma inizjali, kif ukoll id-domanda tal-ibliet għall-appoġġ ta' URBIS, se jkunu vvalutati mill-BEI u l-Kummissjoni fit-tieni nofs tal-2018.", "Jekk URBIS ikollu suċċess, se jiġu kkunsidrati riżorsi addizjonali, bil-ħsieb li titkompla, tittejjeb u titkabbar l-inizjattiva.", "Il-ħidma u l-analiżi ta' URBIS se jmorru fir-riflessjoni li għaddejja bħalissa dwar il-qafas baġitarju li jmiss wara l-2020, speċjalment fir-rigward tal-aċċess u l-ġestjoni ta' fondi tal-Politika ta' Koeżjoni mill-ibliet.", "Għal Aktar Informazzjoni:", "Aġenda Urbana tal-UE: punt uniku ta' kuntatt għall-ibliet fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea", "Appoġġ tal-BEI lill-Aġenda Urbana", "Il-Pjan Juncker", "Pjattaforma tad-Dejta Miftuħa ta' Koeżjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4973", "title": "Id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa: Il-President Juncker u l-Prim Ministru Żvediż Löfven jippreżentaw t-triq 'il quddiem wara s-Summit Soċjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,PRJOB", "date": "Mon, 27 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Inqas minn ġimagħtejn wara s- Summit Soċjali li sar fis-17 ta' Novembru f'Gothenburg, iż-żewġ ospitanti tas- Summit, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Juncker u l-Prim Ministru Żvediż Löfven, jagħmlu rendikont tal-eżitu tiegħu.", "Ir-rapport finali ppubblikat llum se jservi bħala qafas għas-segwitu tas-Summit, li jibda bil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru.", "Id-diskussjonijiet bejn il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fis-Summit urew li bosta għandhom pożizzjoni komuni dwar il-ħtieġa li l-Ewropa tiġi mgħammra b'dimensjoni soċjali b'saħħitha u tanġibbli.", "Waqt li nimxu 'l quddiem, li nindirizzaw l-isfidi tas-swieq tax-xogħol, u niffukaw kemm fuq l-iżvilupp ekonomiku kif ukoll fuq dak soċjali se jkunu essenzjali.", "Is-Summit kien l-ewwel pass importanti fid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa kif ippreżentat fil-Pjan Direzzjonali għal Unjoni aktar Magħquda, aktar Qawwija u aktar Demokratika tal-President Juncker, kif ukoll l-ewwel pass fit-triq lejn il-laqgħa tal-Mexxejja tal-UE f'Sibiu fid-9 ta' Mejju 2019.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, qal: “Is-Summit Soċjali kien mument fundamentali fid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa.", "Huwa bagħat messaġġ ċar li Unjoni aktar b'saħħitha, aktar demokratika u aktar ġusta fl-Unjoni trid tkun mibnija fuq impjiegi ġusti, tkabbir inklużiv, u opportunitajiet indaqs.", "Bil-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-istituzzjonijiet u l-mexxejja kollha tal-UE għamluha ir-responsabbiltà konġunta tagħna li niddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini tagħna f'dinja li qed tinbidel b'mod mgħaġġel.", "Issa wasal iż-żmien għat-twettiq.", "Dan jibda bil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru.", "U tistgħu sserrħu raskom li l-Kummissjoni Ewropea se tkompli jkollha rwol b'saħħtu f'dan l-isforz, notevolment permezz tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-proċess tas-Semestru Ewropew.”", "Il-Prim Ministru tal-Iżvezja, Stefan Löfven, żied jgħid: “Wasal iż-żmien għal Ewropa soċjali.", "Jeħtieġ li ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien taċ-ċittadini u fl-istess ħin inżidu l-kompetittività tagħna f'ekonomija globali.”", "Fis-Summit, il-parteċipanti affermaw mill-ġdid ir-responsabbiltà konġunta tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw is-swieq tax-xogħol tagħna fil-livelli kollha.", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat waqt is-Summit mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea bħala espressjoni ta' dan l-impenn konġunt.", "Fl-ispirtu tal-Pilastru, il-parteċipanti waqt is-Summit qablu li l-ħtieġa li tkun promossa l-konverġenza tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet tagħna jinħtieġ li tintlaħaq permezz ta' sforzi fil-livelli kollha, anki mis-sħab soċjali.", "Jinħtieġ li jittieħdu aktar passi sabiex jitjieb l-aċċess għas-swieq tax-xogħol biex jiżdied l-għadd ta' rġiel u nisa fl-impjieg, ikunu żgurati kundizzjonijiet ġusti tal-impjieg u tax-xogħol u jkunu appoġġati t-tranżizzjonijiet bejn l-impjiegi billi ninvestu fin-nies, filwaqt li nikkunsidraw id-diversità ta' tradizzjonijiet soċjali madwar l-Ewropa.", "B'mod aktar speċifiku, is-Summit fakkar fil-ħtieġa li ċ-ċittadin jiġi l-ewwel permezz ta' sforzi konġunti fil-livelli kollha, u li tkun żviluppata d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni bbażata fuq impenn kondiviż u kompetenzi stabbiliti.", "Bħala l-ewwel pass li jmiss, dan li ġej jinħtieġ li jitmexxa 'l quddiem:", "F'Diċembru, il-Kunsill Ewropew se jsegwi fuq is-Summit ta' Gothenburg, billi jindirizza d-dimensjoni soċjali fid-diskussjoni dwar il-futur tal-Ewropa.", "Bħala ospitant konġunt tas-Summit Soċjali, il-Kummissjoni Ewropea se tkompli twettaq il-parti tagħha f'dawn id-diskussjonijiet.", "Is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika jinħtieġ li jkun il-qafas ewlieni biex id-diskussjonijiet dwar id-dimensjoni soċjali jimxu 'l quddiem.", "Kuntest", "Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern iltaqgħu f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017 mal-istituzzjonijiet tal-UE, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili, l-istudenti u l-esperti ewlenin waqt is-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir, organizzat mill-Gvern Żvediż u mill-Kummissjoni Ewropea.", "Tmien xhur wara ċ-ċelebrazzjonijiet tas-60 anniversarju tat-Trattati ta' Ruma, is-Summit kien jikkostitwixxi opportunità straordinarja għall-mexxejja u għall-partijiet ikkonċernati biex jiddiskutu suġġetti li jolqtu l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.", "Bħala tali, huwa kkontribwixxa għad-dibattitu dwar il-futur tal-UE, li nbeda fis-Summit ta' Bratislava u li ssawwar mill-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea u mill-ħames dokumenti sussegwenti ta' riflessjoni, b'mod partikolari dak dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, li kien ippreżentat aktar kmieni din is-sena.", "Is-Summit iffoka fuq kif għandha tingħata spinta lit-tkabbir inklużiv, lill-ħolqien tal-impjiegi ġusti u jittrawmu opportunitajiet indaqs għall-irġiel u għan-nisa kollha, filwaqt li jkunu rikonoxxuti sfidi komuni u r-rikkezza ta' esperjenzi differenti madwar l-Ewropa.", "Id-diskussjonijiet saru f'format uniku, miftuħ u interattiv li wassal għal perspettivi differenti biex jinstemgħu u biex ikunu diskussi soluzzjonijiet differenti, waqt li jkunu kkunsidrati l-isfidi komuni u l-ispeċifiċitajiet tal-kuntest u tal-prijoritajiet nazzjonali.", "Streaming dirett ippermetta li ċ-ċittadini madwar l-Ewropa kollha jsegwu d-diskussjoni f'ħin reali.", "Is-Summit kien ukoll xhieda tal-proklamazzjoni konġunta tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni Ewropea.", "Dan bagħat messaġġ qawwi ta' unità u impenn politiku.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Rapport ta' għeluq dwar is-Summit Soċjali", "Sit web dwar is-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir", "Noti ta' input għat-tliet sessjonijiet ta' ħidma tas-Summit dwar kif nippromwovu l-impjiegi ġusti u t-tkabbir fil-futur", "Skeda informattiva tal-Kummissjoni dwar is-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir", "Sit web dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4928", "title": "Servizzi ta' pagamenti: Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn pagamenti elettroniċi iktar sikuri u innovattivi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Sun, 26 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Il-Kummissjoni llum adottat regoli li se jagħmlu l-pagamenti elettroniċi fil-ħwienet u online iktar sikuri.", "Dan se jippermetti wkoll lill-konsumaturi jaċċessaw soluzzjonijiet iktar konvenjenti, kosteffikaċi u innovattivi offruti minn fornituri ta' pagamenti.", "Dawn ir-regoli jimplimentaw id-Direttiva tal-UE dwar is-Servizzi tal-Pagamenti riveduta riċentement (Payment Services Directive, PSD2) li għandha l-għan li timmodernizza s-servizzi tal-pagamenti tal-Ewropa biex iżommu l-pass ma' dan is-suq li qed jevolvi b'mod rapidu u tippermetti li s-suq elettroniku Ewropew jikber.", "Ir-regoli tal-lum jippermettu lill-konsumaturi jużaw servizzi innovattivi offruti minn fornituri terzi, magħrufin ukoll bħala kumpaniji FinTech, filwaqt li jżommu protezzjoni u sigurtà tad-dejta rigorużi għal konsumaturi u negozji tal-UE.", "Dawn jinkludu soluzzjonijiet tal-pagamenti u għodod għall-ġestjoni tal-finanzi personali billi jiġbru informazzjoni minn kontijiet varji.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovskis, responsabbli għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Dawn ir-regoli l-ġodda se jiggwidaw lill-parteċipanti kollha tas-suq, kemm dawk antiki kif ukoll dawk ġodda, biex joffru servizzi ta' pagamenti aħjar lill-konsumaturi filwaqt li jiżguraw is-sigurtà tagħhom.”", "Għan prinċipali tal-PSD2 huwa li żżid il-livell ta' sigurtà u fiduċja tal-pagamenti elettroniċi.", "B'mod partikolari, il-PSD2 teħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' pagamenti jiżviluppaw awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur (strong customer authentication, SCA).", "Ir-regoli tal-lum b'hekk għandhom dispożizzjonijiet ta' sigurtà fihom infushom biex inaqqsu l-livelli ta' frodi tal-pagamenti b'mod sinifikanti u biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tad-dejta finanzjarja tal-utenti, speċjalment rilevanti għal pagamenti online.", "Huma jeħtieġu kombinazzjoni ta' mill-inqas żewġ elementi indipendenti, li jistgħu jkunu oġġett fiżiku - card jew ċellulari - magħquda ma' password jew identifikatur bijometriku, bħall-marki tas-swaba' qabel ma jsir pagament.", "Il-PSD2 tistabbilixxi wkoll qafas għal servizzi ġodda marbuta ma' kontijiet tal-pagamenti tal-konsumaturi, bħall-hekk imsejħa servizzi ta' bidu ta' pagament u servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet.", "Dawn is-servizzi innovattivi diġà huma disponibbli f'ħafna pajjiżi tal-UE iżda bis-saħħa tal-PSD2 se jkunu disponibbli għall-konsumaturi madwar l-UE, soġġetti għal rekwiżiti tas-sigurtà stretti.", "Dawn ir-regoli tal-lum jispeċifikaw ir-rekwiżiti għal standards komuni u sikuri tal-komunikazzjoni bejn il-banek u l-kumpaniji FinTech.", "Wara l-adozzjoni tal-Istandards Tekniċi Regolatorji mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom tliet xhur biex jeżaminawhom bir-reqqa.", "Soġġetti għall-perjodu ta' skrutinju, ir-regoli l-ġodda se jkunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.", "Il-banek u l-fornituri l-oħra tas-servizzi tal-pagamenti mbagħad se jkollhom 18-il xahar biex idaħħlu l-miżuri ta' sigurtà u l-għodod ta' komunikazzjoni.", "Kuntest", "L-Istandards Tekniċi Regolatorji tal-lum ġew żviluppati mill-Awtorità Bankarja Ewropea b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ċentrali Ewropew.", "Dawn jispjegaw kif għandha tiġi applikata l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur (SCA).", "Is-sempliċi provvediment ta' password jew dettalji li jidhru fuq karta tal-kreditu f'ħafna sitwazzjonijiet, mhux se jibqgħu suffiċjenti biex isir pagament.", "F'ċerti każijiet, se tkun meħtieġa kodiċi li tkun valida biss għal tali tranżazzjoni flimkien maż-żewġ elementi indipendenti l-oħra.", "L-għan huwa li jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-livelli ta´ frodi attwali għall-metodi kollha ta' pagamenti, speċjalment il-pagamenti online, u biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tad-dejta finanzjarja tal-utenti.", "Madankollu, ir-regoli jirrikonoxxu wkoll li l-livelli aċċettabli ta' sigurtà tal-pagamenti jistgħu, f'ċerti każijiet, jinkisbu b'modi oħra għajr li jintużaw iż-żewġ elementi indipendenti meħtieġa għall-SCA.", "Pereżempju, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament jistgħu jiġu eżentati jekk ikunu żviluppaw modi kif jivvalutaw ir-riskji tat-tranżazzjonijiet u jistgħu jidentifikaw tranżazzjonijiet frodulenti.", "Jeżistu wkoll eżenzjonijiet għal pagamenti contactless u tranżazzjonijiet għal ammonti żgħar, u b'mod partikolari tipi ta' pagamenti bħat-tariffi tat-trasport urban jew it-tariffi tal-parkeġġ.", "Bis-saħħa ta' dawn l-eżenzjonijiet, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament jistgħu jżommu l-pagamenti konvenjenti mingħajr ma' jirriskjaw is-sigurtà tal-pagamenti.", "Dawn ir-regoli jispeċifikaw ukoll l-obbligi tal-banek u tal-fornituri ta' soluzzjonijiet tal-pagamenti innovattivi u għodod ta' informazzjoni tal-kontijiet.", "Il-konsumaturi li jridu jużaw servizzi ġodda bħal dawn ma jistgħux jitwaqqfu mill-banek tagħhom.", "Kull bank li joffri aċċess online għall-kontijiet irid ukoll jikkoopera mal-kumpaniji FinTech jew ma' banek oħra li jipprovdu servizzi ġodda bħal dawn.", "Minħabba f'hekk, il-banek iridu jistabbilixxu metodi ta' komunikazzjoni sikuri biex jittrasmettu d-dejta u jibdew il-pagamenti.", "Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn iktar għażla u kompetizzjoni meta jħallsu għall-oġġetti u s-servizzi mixtrija online.", "Se jkunu jistgħu wkoll jimmaniġġaw il-finanzi personali tagħhom b'mod iktar effiċjenti permezz tal-applikazzjonijiet li jiġbru informazzjoni mill-kontijiet tagħhom li jinsabu f'banek differenti.", "Għal aktar tagħrif", "MEMO", "Is-sit web tad-DĠ FISMA dwar is-servizzi ta' pagament", "Standards Tekniċi Regolatorji tal-PSD2 dwar l-Awtentikazzjoni tal-Konsumatur"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6316", "title": "Jidħol fis-seħħ il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u Singapore", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Wed, 20 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Fl-okkażjoni tad-dħul fis-seħħ illum tal-ftehim kummerċjali bejn l-UE u Singapore, l-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet:", "“Il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u Singapore - effettiv mil-lum - se jagħti spinta lill-kummerċ, u jkun ta' benefiċċju għall-kumpaniji, il-bdiewa, il-ħaddiema u l-konsumaturi fuq iż-żewġ naħat.", "Se jipprovdi wkoll aċċess għar-reġjun tal-Asja tax-Xlokk li qed jikber b'rata mgħaġġla.", "Fi żmien meta qed jintefa' dubju fuq il-prinċipji fundamentali tal-kummerċ globali miftuħ u bbażat fuq ir-regoli, għandna bżonn ftehimiet bħal dan aktar minn qatt qabel.", "Il-Ftehim bejn l-UE u Singapore huwa s-16-il ftehim kummerċjali li daħħalna fis-seħħ mill-2014 'hawn.", "Issa għandna l-akbar netwerk kummerċjali fid-dinja, inklużi 42 ftehim kummerċjali ma' 73 sieħeb.”", "Bid-dħul fis-seħħ tal-ftehim, Singapore issa se:", "Singapore huwa bil-bosta l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fir-reġjun tax-Xlokk tal-Asja, b'kummerċ bilaterali totali f'merkanzija li jammonta għal EUR 53 biljun u EUR 51 biljun ieħor ta' kummerċ f'servizzi.", "Hemm aktar minn 10,000 kumpanija tal-UE stabbiliti f'Singapore u li jużawh bħala fulkru għar-reġjun kollu tal-Paċifiku.", "Il-pajjiż huwa wkoll l-iprem post għall- investiment Ewropew fl-Asja, bi tkabbir rapidu fl-investiment bejn l-UE u Singapore f'dawn l-aħħar snin: l-istokks ta' investiment bilaterali kkombinati laħqu EUR 344 biljun fl-2017.", "Għal Aktar Informazzjoni", "MEMO: L-elementi ewlenin tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u Singapore", "Skedi informattivi tematiċi", "Mappa tal-kumpaniji tal-UE li għandhom kummerċ ma' Singapore", "Impatt tal-ftehim għal kull Stat Membru: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit", "L-istejjer tal-esportaturi", "Testi tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment", "Aktar riżorsi dwar il-ftehimiet bejn l-UE u Singapore", "Sit web tad-Delegazzjoni tal-UE għal Singapore", "Relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6298", "title": "Materja prima: Il-Kummissjoni tniedi portal online ġdid biex tappoġġja l-forniment responsabbli fin-negozji.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Tue, 19 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi Due Diligence Ready!, portal online li se jipprovdi lin-negozji bi gwida dwar kif wieħed jivverifika s-sorsi tal-metalli u tal-minerali li jidħlu fil-ktajjen tal-provvista tagħhom - l-hekk imsejjaħ proċess tad-“diliġenza dovuta”.", "Se jgħinhom jiżguraw li l-użu tagħhom tal-materja prima jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem filwaqt li jtejjeb it-trasparenza u l-akkontabbiltà tul il-ktajjen tal-valur tagħhom.", "Il-Kummissarju Elżbieta Bieńkowska, responsabbli mis-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, qalet: “Illum, id-domanda tas-suq għal materja prima fornuta b'mod responsabbli qed tikber.", "Dawn il-materji huma essenzjali għas-setturi ġodda tan-negozju u għat-teknoloġiji nodfa bħall-batteriji b'potenza għolja, u n-negozji għandhom jiżguraw li kull pass fil-katina tal-valur jitwettaq b'mod trasparenti, responabbli u sostenibbli.", "Nilqa' t-tnedija ta' Due Diligence Ready! li se jgħin lin-negozji jagħmlu għażliet iktar infurmati.”", "Due Diligence Ready! se jgħin lin-negozji:", "Sfond", "Ir-riżorsi minerali jħaddnu potenzjal kbir għall-ekonomija tagħna, speċjalment għal oqsma tan-negozju strateġiċi bħall-batteriji, il-computing ta' prestazzjoni għolja u l-mikroelettroniċi.", "Madankollu, meta jiġu estratti f'żoni milquta minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli, dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-issoktar ta' skontri vjolenti, ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.", "Dan qajjem tħassib fost il-klijenti, fornituri, regolaturi, investituri, organizzazzjonijiet mhux governattivi u konsumaturi aħħarin li qed jitolbu dejjem aktar lill-kumpaniji, inklużi in-negozji żgħar u medji, biex juru li l-minerali u l-metalli li jidħlu fil-ktajjen tal-provvista tagħhom ma jkunux ikkontribwew għal attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-bniedem.", "Sabiex tindirizza dawn il-problemi, f'Mejju 2017 l-UE approvat ir-Regolament tal-UE dwar il-Forniment Responsabbli tal-Minerali, li kultant jissejjaħ ukoll bħala “r-Regolament tal-Minerali li joriġinaw minn Żoni ta' Kunflitt”.", "Dawn ir-regoli ġodda se jiżguraw li l-minerali li jintużaw fl-industrija Ewropea jkunu fornuti b'mod responsabbli, u jbiegħed id-dħul lil hinn mill-gruppi tar-ribelli, il-kunflitt, u t-terrur.", "Ir-regolament jappoġġja wkoll l-iżvilupp tal-komunitajiet u n-negozji lokali.", "Ir-regoli se jkopru sa 95% tal-importazzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2021.", "Sadanittant, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jaħdmu biex jiżguraw li l-istrutturi neċessarji jkunu f'posthom sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni fl-UE kollha."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6294", "title": "Stħarriġ tal-Ewrobarometru: Il-maġġoranza taċ-ċittadini tal-UE iħossuhom pożittivi dwar il-kummerċ internazzjonali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 19 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Ir-riżultati ta' stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru ppubblikat illum mill-Kummissjoni Ewropea juru li 60% tal-Ewropej iħossu li huma jibbenefikaw personalment mill-kummerċ internazzjonali, 16-il punt perċentwali aktar minn 10 snin ilu fiż-żmien tal-istħarriġ preċedenti.", "L-istħarriġ wera wkoll li 71% ta' dawk li wieġbu jemmnu li l-UE hija aktar effettiva fid-difiża tal-interessi kummerċjali tal-pajjiżi tagħhom milli kieku dawk il-pajjiżi jaġixxu waħedhom.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ, Cecilia Malmström qalet: ”Meta ħadt il-kariga tiegħi ħames snin ilu, kien hemm ħafna kritika kontra l-kummerċ internazzjonali u kif il-Kummissjoni mexxiet in-negozjati tal-kummerċ.", "Għalhekk iddeċidejna li nirriformaw il-mod kif inwettqu l-politika kummerċjali.", "Permezz ta' aktar trasparenza, ridna noħolqu fiduċja.", "Dan l-istħarriġ tal-Ewrobarometru juri li kellna suċċess.", "Iċ-ċittadini jħossuhom aktar pożittivi dwar il-kummerċ illum milli għaxar snin ilu.", "Il-maġġoranza taċ-ċittadini jqisu li l-kummerċ iġibilhom benefiċċju direttament, u li l-Kummissjoni hija trasparenti fin-negozjati tagħha.", "Dan huwa pożittiv ħafna fi żminijiet ta' żieda fil-protezzjoniżmu u fil-kunflitti kummerċjali madwar id-dinja!”", "Ir-rapport tal-lum ikopri firxa sħiħa ta' aspetti relatati mal-għarfien, il-perċezzjonijiet u l-attitudnijiet taċ-ċittadini Ewropej lejn il-kummerċ internazzjonali, fost l-oħrajn:", "Għalhekk is-sejbiet tal-istħarriġ jikkonfermaw tqabbil tajjeb bejn il-prijoritajiet imfassla miċ-ċittadini tal-UE u dawk stabbiliti fl-istrateġija tal-UE “Kummerċ għal Kulħadd” segwita matul l-aħħar ħames snin.", "Matul dak il-perjodu, l-UE rat 16-il ftehim kummerċjali ġodda jidħlu fis-seħħ, inklużi uħud ewlenin mal-Kanada u l-Ġappun.", "Il-kummerċ internazzjonali llum jappoġġja 36 miljun impjieg fl-UE, 5 miljuni aktar milli fl-2014.", "It-trasparenza u l-iżvilupp sostenibbli ingħataw aktar attenzjoni u d-drittijiet ambjentali u tax-xogħol qed isiru l-pedament tal-politika kummerċjali tal-UE.", "Miżuri protezzjonisti unilaterali żiedu l-ħtieġa biex l-UE tintensifika u tiddefendi lill-Ewropej kontra miżuri kummerċjali inġusti u illegali minn oħrajn.", "Bħalissa hemm aktar minn 130 miżura ta' difiża kummerċjali tal-UE fis-seħħ, li jgħinu biex jiġu protetti 343,000 impjieg Ewropew.", "Id-dejta ppreżentata fir-rapport se sservi wkoll bħala bażi importanti għad-definizzjoni ta' objettivi u prattiki ta' politika kummerċjali għas-snin li ġejjin.", "Għal aktar informazzjoni", "Ir-rapport sħiħ"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6296", "title": "Pakkett Fiskali tal-ħarifa: il-Kummissjoni tadotta l-Opinjonijiet dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji taż-żona tal-euro", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 19 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-Opinjonijiet tagħha dwar l-Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji tal-2020 tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, iddeċidiet miżuri fl-ambitu tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u adottat ir-raba' Rapport ta' Sorveljanza Msaħħaħ għall-Greċja.", "Minn Lulju ta' din is-sena u għall-ewwel darba mill-2002, l-ebda Stat Membru taż-żona tal-euro ma jinsab taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv.", "Il-proporzjon tad-dejn għall-PDG fiż-żona tal-euro huwa mistenni jibqa' fit-triq tan-niżla li qabad f'dawn l-aħħar snin u li jinżel minn madwar 86 % fl-2019 għal madwar 85 % fl-2020.", "Dan qed iseħħ fl-isfond ta' ekonomija Ewropea u dinjija li qed tiddgħajjef.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovskis, responsabbli għall-Ewro u għad-Djalogu Soċjali, kif ukoll inkarigat mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “B'riskji li qed jiżdiedu u li qed jitfgħu pressjoni fuq il-prospetti ta' tkabbir ekonomiku tal-Ewropa, huwa ta' serħan il-moħħ li wieħed jara li l-pajjiżi taż-żona tal-euro bħall-Ġermanja u n-Netherlands jużaw l-ispazju fiskali biex jappoġġjaw l-investiment.", "Madankollu, huma jistgħu jagħmlu aktar.", "Min-naħa l-oħra, Stati Membri b'livelli ta' dejn għoljin ħafna, bħall-Belġju, Franza, l-Italja u Spanja, għandhom jieħdu vantaġġ mill-infiq aktar baxx fuq l-imgħax biex inaqqsu d-dejn tagħhom.", "Din għandha tkun il-prijorità tagħhom.”", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: Fl-aħħar ħames snin, din il-Kummissjoni vvalutat bir-reqqa l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri taż-żona tal-euro.", "Bl-opinjonijiet ta' din is-sena nikkonfermaw l-impenn tagħna li napplikaw b'mod flessibbli u intelliġenti r-regoli komuni tagħna, iggwidati minn għarfien tar-realtà ekonomika f'kull pajjiż u fiż-żona tal-euro kollha kemm hi.", "F'dan is-sens, il-Kummissjoni tistieden lill-pajjiżi b'dejn għoli biex isegwu politiki fiskali prudenti, waqt li tinkoraġġixxi lil dawk bi spazju fiskali biex ikomplu jinvestu.", "Dan l-approċċ differenzjat se jsaħħaħ iż-żona tal-euro.”", "Valutazzjoni tal-Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji tal-Istati Membri taż-żona tal-euro", "Wara t-Tbassir Ekonomiku riċenti tal-ħarifa tal-2019 u l-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, il-Kummissjoni adottat l-Opinjonijiet tagħha dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro.", "Sabet li l-ebda Abbozz ta' Pjan Baġitarju għall-2020 ma juri nuqqas ta' konformità partikolarment serju mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.", "Il-Pjanijiet ta' disa' Stati Membri fl-2020 jissodisfaw il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; żewġ Stati Membri huma ġeneralment konformi u għal tmien Stati Membri, il-Pjanijiet joħolqu riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir is-sena d-dieħla:", "L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Ċipru il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands u l-Awstrija nstabu li huma konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir fl-2020.", "L-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-Estonja u l-Latvja nstabu li huma ġeneralment konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir fl-2020.", "L-implimentazzjoni tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tista' tirriżulta f'ċertu devjazzjoni mill-objettiv baġitarju ta' terminu medju tal-pajjiż għal-Latvja u mill-perkors ta' aġġustament lejn dan l-objettiv fil-każ tal-Estonja.", "Għall-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja, l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji joħolqu riskju ta' nuqqas ta' konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir fl-2020.", "L-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' dawn l-Istati Membri tista' tirriżulta f'devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju.", "Fil-każijiet tal-Belġju, Spanja, Franza u l-Italja, huwa previst ukoll nuqqas ta' konformità mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn.", "B'mod ġenerali, bejn l-2019 u l-2020, l-għadd ta' Stati Membri li jkunu laħqu jew qabżu l-objettivi baġitarji ta' terminu medju huwa stmat li jiżdied minn sitta għal disgħa.", "Il-Kummissjoni tipprevedi li d-defiċit strutturali aggregat taż-żona tal-euro se jiżdied b'0.2 % tal-prodott potenzjali fl-2020 (għal -1.1 %), u b'hekk juri pożizzjoni fiskali ġeneralment newtrali.", "Din iż-żieda fil-bilanċ strutturali hija xprunata b'mod partikolari minn politiki fiskali espansjonarji previsti fl-Istati Membri bi spazju fiskali, b'mod partikolari n-Netherlands u sa ċertu punt il-Ġermanja (0.6 % u 0.4 % tal-prodott potenzjali, rispettivament) u ż-żieda prevista fid-defiċit strutturali tal-Italja (0.3 % tal-prodott potenzjali).", "B'mod ġenerali, il-politiki fiskali għadhom mhumiex differenzjati biżżejjed fiż-żona tal-euro.", "L-Istati Membri bi spazju fiskali qed jimplimentaw politika fiskali espansjonarja u għandhom ikunu lesti jkomplu jużaw l-ispazju fiskali tagħhom.", "Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta' konsolidazzjoni f'pajjiżi bi problemi ta' sostenibbiltà għadu joħloq tħassib.", "Passi skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir", "Il-Kummissjoni adottat ukoll serje ta' miżuri fl-ambitu tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għall-Ungerija u r-Rumanija.", "Għamlet żewġ rakkomandazzjonijiet taħt il-Proċedura ta' Devjazzjoni Sinifikanti, strument bil-għan li jibgħat twissija f'każ ta' devjazzjoni sinifikanti mir-rekwiżiti tal-parti preventiva tal-Patt.", "Il-Proċedura għandha wkoll l-għan li tgħin lill-Istati Membri jirritornaw lejn il-pożizzjoni fiskali li kienu jkunu fiha li kieku ma kienx hemm devjazzjoni, jew li jersqu qribha.", "Fir-rigward tal-Ungerija, il-Kummissjoni stabbiliet li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Ġunju 2019.", "Tipproponi li l-Kunsill jadotta deċiżjoni dwar azzjoni mhux effettiva u rakkomandazzjoni riveduta għall-Ungerija sabiex tieħu miżuri fl-2020 biex tikkoreġi d-devjazzjoni sinifikanti tagħha mill-perkors tal-aġġustament lejn l-objettiv baġitarju ta' terminu medju.", "Fir-rigward tar-Rumanija, il-Kummissjoni stabbiliet li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Ġunju 2019.", "Tipproponi li l-Kunsill jadotta deċiżjoni dwar azzjoni mhux effettiva u rakkomandazzjoni riveduta lir-Rumanija sabiex tieħu miżuri fl-2020 biex tikkoreġi d-devjazzjoni sinifikanti tagħha mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju ta' terminu medju.", "Rapport ta' Sorveljanza Msaħħa għall-Greċja", "Il-Kummissjoni adottat ukoll ir-raba' rapport għall-Greċja taħt il-qafas ta' Sorveljanza Msaħħa li ġie attivat wara l-konklużjoni tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà f'Awwissu 2018.", "Il-pubblikazzjoni tar-rapport issegwi r-raba' missjoni ta' wara l-programm fil-Greċja li saret mit-23 sas-26 ta' Settembru 2019.", "Ir-rapport jikkonkludi li l-Greċja ħejjiet baġit għall-2020 li jissodisfa l-mira ta' surplus primarju ta' 3.5 % tal-PDG b'mod li jiffavorixxi t-tkabbir, u li l-gvern b'mod ġenerali ħa l-miżuri meħtieġa biex jikseb l-impenji ta' riforma speċifiċi tiegħu għal nofs l-2019, fil-kuntest ta' aġenda ta' riformi iktar komprensiva.", "Miżuri addizzjonali se jkunu ta' importanza kruċjali biex jiġu kkompletati r-riformi u, fejn neċessarju, jitħaffef il-pass tagħhom.", "Is-sejbiet ta' dan ir-rapport se jiġu diskussi fil-Grupp tal-Euro fl-4 ta' Diċembru 2019.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Il-Kummissjoni tistieden lill-Grupp tal-Euro u lill-Kunsill jiddiskutu l-pakkett tal-lum u japprovaw il-gwida offruta llum.", "Il-Kummissjoni se tippreżenta fi żmien xieraq il-passi li jmiss fl-ambitu tas-Semestru Ewropew, inklużi l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2020, ir-rakkomandazzjoni għall-politika ekonomika taż-żona tal-euro, ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija, l-Abbozz tar-Raport Konġunt dwar l-Impjiegi.", "Għal iktar informazzjoni", "Komunikazzjoni dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2020 taż-żona tal-euro", "L-Opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2020", "Proċeduri ta' Devjazzjoni Sinifikanti għall-Ungerija u r-Rumanija", "Ir-Raba' Rapport ta' Sorveljanza Msaħħa għall-Greċja", "Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2019", "Segwi lill-Viċi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Segwi lill-Kummissarju Moscovici fuq Twitter: @Pierremoscovici", "Segwi lil DĠ ECFIN fuq Twitter: @ecfin"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6287", "title": "€200 miljun għall-promozzjoni tal-prodotti agroalimentari Ewropej fl-UE u lil hinn", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Mon, 18 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Fl-2020, il-Kummissjoni Ewropea se talloka €200.9 miljun għall-finanzjament ta' attivitajiet ta' promozzjoni tal-prodotti agroalimentari tal-UE fl-Ewropa u lil hinn.", "Il-programm ta' ħidma tal-politika ta' promozzjoni għall-2020, adottat mill-Kummissjoni, jiddeskrivi l-prijoritajiet ewlenin għall-appoġġ.", "Il-politika tal-UE dwar il-promozzjoni tal-prodotti agroalimentari hija mfassla biex tgħin lis-settur jisfrutta s-suq agroalimentari dinji li kulma jmur qed jikber u jsir iktar dinamiku, biex iżżid l-għarfien dwar l-iskemi tal-kwalità — inkluż għall-prodotti organiċi —, u biex tgħin lill-produtturi meta jħabbtu wiċċhom ma' tfixkil fis-suq.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan, stqarr: “Fil-qasam tal-prodotti agroalimentari, l-Ewropa tgawdi reputazzjoni liema bħalha.", "Mhuwiex ta' b'xejn li l-UE hija l-ikbar esportatur tal-prodotti agroalimentari fid-dinja: il-politika ta' promozzjoni tagħna, b'baġit dejjem jikber, tappoġġa lill-produtturi tal-UE sabiex iżidu r-rikonoxximent tal-prodotti tagħhom fl-UE u lil hinn, kif ukoll sabiex jilqgħu għad-diffikultajiet tas-suq billi jiżdied l-għarfien ġenerali dwar il-prodotti tagħhom.", "Il-ftehimiet kummerċjali fis-seħħ ukoll joħolqu l-kundizzjonijiet biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet tagħhom lil swieq li qed jikbru malajr.", "Il-konklużjoni riċenti tal-ftehim bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi hija eżempju ieħor tal-ħidma tal-Kummissjoni biex toħloq opportunitajiet għall-produtturi u għall-prodotti ta' kwalità għolja tal-UE.”", "Fl-2020, iktar minn nofs il-baġit (€118-il miljun) se jmur għal kampanji mmirati lejn swieq barra mill-UE b'potenzjal ta' tkabbir qawwi, bħall-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea, il-Messiku u l-Istati Uniti.", "Is-setturi eliġibbli jinkludu l-prodotti tal-ħalib u l-ġobon, iż-żebbuġ tal-mejda u ż-żejt taż-żebbuġa, u l-inbejjed.", "Il-kampanji magħżula mistennija li jsaħħu l-kompetittività u jżidu l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-UE, itejbu r-reputazzjoni tagħhom, u jżidu s-sehem mis-suq tagħhom fil-pajjiżi msemmija fil-mira.", "Se jkun hemm kampanji wkoll biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-UE u tad-dinja dwar l-iskemi tal-kwalità varji tal-UE u dwar tikketti bħall-indikazzjonijiet ġeografiċi jew il-prodotti organiċi.", "Enfażi oħra ta' dawn il-kampanji se tkun it-tisħiq fuq l-istandards għoljin ta' sikurezza u kwalità, kif ukoll fuq id-diversità u l-aspetti tradizzjonali tal-prodotti agroalimentari tal-UE.", "Fl-aħħar nett, fi ħdan l-UE, l-enfażi se tkun fuq il-promozzjoni ta' dieta tajba għas-saħħa, u fuq żieda fil-konsum tal-frott u l-ħxejjex friski bħala parti minn dieta bbilanċjata.", "Is-sejħiet għall-proposti għall-kampanji tal-2020 se jiġu ppubblikati f'Jannar 2020.", "Firxa wiesgħa ta' entitajiet, fosthom organizzazzjonijiet kummerċjali, organizzazzjonijiet ta' prodotturi u gruppi agroalimentari responsabbli għal attivitajiet ta' promozzjoni, huma eliġibbli biex japplikaw għall-finanzjament u jressqu l-proposti tagħhom.", "Jistgħu jitressqu programmi hekk imsejħa “sempliċi” minn organizzazzjoni waħda jew aktar mill-istess pajjiż tal-UE; il-programmi “multipli” jridu jitressqu minn tal-inqas żewġ organizzazzjonijiet nazzjonali minn tal-inqas żewġ Stati Membri, jew minn organizzazzjoni Ewropea waħda jew aktar.", "Għall-2020, €100 miljun huma allokati għall-programmi sempliċi, u €91.4 miljun għall-programmi multipli.", "€9.5 miljuni oħra se jinżammu għall-inizjattivi proprji tal-Kummissjoni, li jinkludu l-parteċipazzjoni f'fieri u kampanji ta' komunikazzjoni, kif ukoll missjonijiet diplomatiċi mmexxija mill-Kummissarju Ewropew għall-agrikultura u l-iżvilupp rurali, bl-akkumpanjament ta' delegazzjoni kummerċjali.", "Dawn l-inizjattivi se jkunu mirfuda b'€17.2-il miljun addizzjonali, disponibbli mill-programmi multipli għall-2019.", "Dan ifisser appoġġ addizzjonali għall-ġobon u l-butir, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda, f'suq dinji li jippreżenta ħafna sfidi.", "Għal aktar tagħrif", "Il-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2020", "Aktar tagħrif dwar il-politika tal-UE dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli", "Anness", "Miljuni ta' €", "PROGRAMMI SEMPLIĊI", "100", "Programmi sempliċi fis-suq intern", "20", "Suġġett 1.", "Programmi dwar l-iskemi tal-kwalità tal-UE (prodotti organiċi, IĠ, il-logo tar-”reġjuni ultraperiferiċi”)", "12", "Suġġett 2.", "Programmi li jisħqu fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni (is-sikurezza tal-ikel, it-traċċabbiltà, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrittivi u tas-saħħa, it-trattament xieraq tal-annimali…) u fuq il-karatteristiċi tal-prodotti tal-UE mil-lat ta' kwalità, togħma, diversità jew tradizzjonijiet (= barra l-iskemi ta' kwalità tal-UE)", "8", "Programmi sempliċi fil-pajjiżi terzi", "75", "Suġġett 3.", "Iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea, ix-Xlokk tal-Ażja, In-Nofsinhar tal-Ażja", "27.5", "Suġġett 4.", "Il-Kanada, l-Istati Uniti, il-Messiku", "20", "Suġġett 5.", "Żoni ġeografiċi oħra", "22.5", "Suġġett 6.", "Għoti ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni dwar iċ-ċanga u/jew il-vitella, li jimmiraw għal pajjiż(i) terz(i)", "5", "Programmi sempliċi kontra t-tfixkil fis-suq / sejħa addizzjonali għal proposti", "5", "PROGRAMMI MULTIPLI", "91.4", "Programmi multipli fis-suq intern", "43", "Suġġett A. Programmi dwar l-iskemi tal-kwalità tal-UE (il-prodotti organiċi, ĠI, il-logo tar-“reġjuni ultraperiferiċi”) JEW Programmi li jisħqu fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni (is-sikurezza tal-ikel, it-traċċabbiltà, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrittivi u tas-saħħa, it-trattament xieraq tal-annimali…) u fuq il-karatteristiċi tal-prodotti tal-UE mil-lat ta' kwalità, togħma, diversità jew tradizzjonijiet", "35", "Suġġett B. Għoti ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni li jimmiraw li jżidu l-konsum tal-frott u l-ħxejjex friski fis-suq intern bħala parti minn dieta bbilanċjata u tajba", "8", "Programmi multipli fil-pajjiżi terzi", "43.4", "Suġġett C. Programmi dwar l-iskemi tal-kwalità tal-UE (il-prodotti organiċi, ĠI, il-logo tar-“reġjuni ultraperiferiċi”) JEW Programmi li jisħqu fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola fl-Unjoni (is-sikurezza tal-ikel, it-traċċabbiltà, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrittivi u tas-saħħa, it-trattament xieraq tal-annimali…) u fuq il-karatteristiċi tal-prodotti tal-UE mil-lat ta' kwalità, togħma, diversità jew tradizzjonijiet", "43.4", "Programmi multipli konta t-tfixkil fis-suq / sejħa addizzjonali għal proposti", "5", "Inizjattivi proprji tal-Kummissjoni", "9.5", "Total ta' azzjonijiet ta' promozzjoni", "200.9", "Nota:", "Programm sempliċi huwa programm ta' promozzjoni mressaq minn organizzazzjoni waħda jew aktar mill-istess Stat Membru.", "Programm multiplu huwa programm imressaq minn tal-anqas żewġ organizzazzjonijiet minn tal-anqas żewġ Stati Membri, jew minn organizzazzjoni Ewropea waħda jew aktar."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_6280", "title": "Qbil fuq il-baġit tal-UE għall-2020: l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-kisba ta' prijoritajiet oħrajn tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG,BUDGET", "date": "Sun, 17 Nov 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, it-tliet istituzzjonijiet tal-UE qablu dwar il-baġit tal-UE għall-2020.", "B'hekk l-UE se tkun tista' tiffoka r-riżorsi tagħha fuq il-prijoritajiet li huma importanti għaċ-ċittadini: it-tibdil fil-klima, l-impjiegi, iż-żgħażagħ, is-sigurtà u s-solidarjetà fl-UE.", "Il-baġit tas-sena li jmiss se jħejji wkoll għat-tranżizzjoni lejn iċ-ċiklu baġitarju li jmiss peress li se jkun is-seba' u l-aħħar wieħed taċ-ċiklu baġitarju fit-tul attwali għall-perjodu 2014-2020.", "Günther H. Oettinger, il-Kummissarju Ewropew għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, qal: “Il-baġit tal-UE għall-2020 jirrifletti l-kontinwità – huwa l-aħħar wieħed fl-ambitu tal-baġit fit-tul attwali u l-aħħar wieħed propost u nnegozjat mill-Kummissjoni Juncker.", "Hu se jalloka r-riżorsi fejn ikunu meħtieġa.", "Se jgħin biex jinħolqu l-impjiegi, jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u jiġu mmobilizzati l-investimenti fl-Ewropa kollha.", "Se jinvesti fiż-żgħażagħ u biex l-Ewropa ssir aktar sikura.", "Dawn il-prijoritajiet kollha huma riflessi wkoll fil-proposta tal-Kummissjoni għall-baġit fit-tul tal-UE wara l-2020.", "Issa għandna niffukaw fuq l-adozzjoni f'waqtha tal-baġit fit-tul li jmiss sabiex inkunu nistgħu nipprovdu ċertezza u stabbiltà għall-benefiċjarji tagħna u nkomplu noħolqu valur miżjud tal-UE għal kulħadd.”", "Il-baġit tal-UE għall-2020 huwa stabbilit għal EUR 168.69 biljun f'impenji (finanzjamenti li jistgħu jiġu stabbiliti f'kuntratti f'sena speċifika) u EUR 153.57 biljun fi krediti ta' pagament (finanzjamenti li se jitħallsu).", "Fatturi ewlenin jinkludu:", "Baġit tal-UE għall-2020 (f'miljuni ta' euro):", "APPROPRJAZZJONIJIET SKONT L-INTESTATURA", "Baġit 2020", "(bidla nominali f'% mill-2019)", "Impenji", "Pagamenti", "1.", "Tkabbir intelliġenti u inklużiv:", "83,931 (+4,1 %)", "72,351 (+7,1 %)", "Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", "25,285 (+7,9 %)", "22,308 (+8,7 %)", "Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", "58,646 (+2,5 %)", "50,046 (+6,4 %)", "2.", "Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali", "59,907 (+0,4 %)", "57,904 (+0,9 %)", "Nefqa u għajnuniet diretti relatati mas-suq", "43,410 (+0,5 %)", "43,380 (+0,6 %)", "3.", "Sigurtà u Ċittadinanza", "3,729 (-1,5 %)", "3,685 (+4,5 %)", "4.", "Ewropa Globali", "10,262 (-9,3 %)", "8,929 (-4,6 %)", "5.", "Amministrazzjoni", "10,272 (+3,3 %)", "10,275 (+3,3 %)", "Strumenti speċjali oħra", "588 (-32,5 %)", "419 (-40,6 %)", "Approprjazzjoni totali", "168,689 (+1,5 %)", "153,566 (+3,4 %)", "Il-ftehim huwa bbażat fuq il-premessa li r-Renju Unit, wara li joħroġ mill-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2020, se jkompli jikkontribwixxi u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE sa tmiem l-2020 daqslikieku kien Stat Membru.", "Sfond", "Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta abbozz tal-baġit tal-UE għas-sena sussegwenti normalment tard fir-rebbiegħa kull sena.", "Din is-sena, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta inizjali tagħha fil-5 ta' Ġunju 2019.", "Fuq din il-bażi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu pożizzjoni rispettiva.", "Din is-sena, il-Kunsill adotta formalment il-pożizzjoni tiegħu fit-3 ta' Settembru 2019, filwaqt li l-Parlament Ewropew ivvota l-pożizzjoni tiegħu waqt is-seduta plenarja fit-23 ta' Ottubru 2019.", "Id-differenzi bejn il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma indirizzati fi proċess ta' negozjar magħruf bħala l-“proċedura ta' konċiljazzjoni”.", "Din is-sena, il-proċedura ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum saret mid-29 ta' Ottubru sat-18 ta' Novembru 2019.", "In-negozjati jitwettqu minn Kumitat ta' Konċiljazzjoni msejjaħ apposta, li kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jibagħtu 28 rappreżentant għalih.", "Min-naħa tal-Parlament Ewropew, in-negozjati kienu mmexxija mis-Sur Johan Van Overtveldt, President tal-Kumitat għall-Baġits, is-Sa Monika Hohlmeier u s-Sa Eider Gardiazabal Rubial, relaturi tal-baġit 2020.", "Min-naħa tal-Kunsill, in-negozjatur ewlieni kien Kimmo Tiilikainen, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Finlandja, il-pajjiż li bħalissa għandu l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill.", "Il-Kummissjoni Ewropea għandha rwol importanti ta' intermedjarju onest u kienet irrappreżentata mill-Kummissarju responsabbli għall-Baġit, Günther H Oettinger, bl-għajnuna ta' esperti mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit.", "Din is-sena, in-negozjati għall-baġit għall-2020 kienu qed iseħħu b'mod parallel man-negozjati tal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-perjodu 2021-2027.", "Dawn bdew wara li fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ressqet proposta għal baġit ġust, ibbilanċjat u modern biex jinkisbu l-prijoritajiet tal-Ewropa kif stabbiliti mill-President Juncker fid-diskorsi tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni u bi qbil mal-Mexxejja tal-UE fi Bratislava fl-2016 u f'Ruma fl-2017.", "Din il-proposta tal-baġit fit-tul ġiet segwita immedjatament minn proposti leġiżlattivi għas-37 programm settorjali li jifformaw parti mill-baġit fit-tul futur, inkluż il-programm ta' politika ta' koeżjoni.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Kummissjoni ħadmet id f'id mal-Presidenzi b'rotazzjoni tal-Kunsill, u f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, biex isir progress fin-negozjati bil-għan ta' ftehim bikri.", "Il-Kummissjoni hija konvinta li ftehim rapidu huwa essenzjali għall-mijiet ta' eluf ta' studenti, bdiewa u riċerkaturi fl-Ewropa kollha, kif ukoll għal kull min jibbenefika mill-baġit tal-UE.https://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-3885_mt.htm", "Il-passi li jmiss", "Sabiex il-kompromess li ntlaħaq illum jiġi ssiġillat, huwa meħtieġ li kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill japprovaw formalment it-test fi żmien 14-il jum.", "Għal Iktar Informazzjoni", "- Baġit tal-UE għall-2020: il-Kummissjoni tiffoka l-proposta tagħha fuq l-impjiegi, it-tkabbir u s-sigurtà (il-5 ta' Ġunju 2019)", "- Abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2020 – Mistoqsijiet u Tweġibiet (il-5 ta' Ġunju 2019)", "- Baġit tal-UE 2021-2027: iż-żmien li niddeċiedu (id-9 ta' Ottubru 2019)", "- Proposta tal-Kummissjoni dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE", "- Ħarsa ħafifa lejn il-baġit tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/BEI_11_21", "title": "Il-BEI jipprovdi għoti ta' self rekord għal azzjoni għall-klima fl-2010", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Mon, 21 Feb 2011 23:00:00 GMT", "text": ["BEI/11/21", "Lussemburgu, 22 ta' Frar 2011", "Il-BEI jipprovdi għoti ta' self rekord għal azzjoni għall-klima fl-2010", "Lussemburgu, 22 ta' Frar 2011 – Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) żied il-finanzjament tiegħu għal proġetti ta' azzjoni għall-klima għal EUR 19-il biljun li jirrappreżenta ċifra impressjonanti ta' 30 % tal-għoti ta' self tiegħu fl-Unjoni Ewropea (UE).", "Din kienet żieda sinifikanti mill-EUR 16-il biljun tas-sena ta' qabel; dan huwa punt ta' referenza ġdid fl-appoġġ għal tkabbir sostenibbli u l-bini għal ġejjieni b'użu baxx tal-karbonju fl-Ewropa.", "Fl-2010, l-għoti ta' self totali tal-BEI laħaq EUR 72 biljun – EUR 63 biljun fl-UE u EUR 9 biljun barra mill-UE – b'appoġġ għal madwar 460 proġett fuq skala kbira.", "Dan huwa ritorn gradwali għal-livelli ta' qabel il-kriżi billi l-Bank qed jadatta l-attività tiegħu għall-ambjent ekonomiku.", "Il-BEI kompla bil-kontribuzzjoni kritika tiegħu għall-irkupru Ewropew u pprovda pakkett addizzjonali ta' appoġġ ta' EUR 61 biljun matul dawn l-aħħar tliet snin, EUR 11-il biljun aktar milli kien previst oriġinarjament.", "L-Impriżi ta' daqs Żgħir u Medju (SMEs) – li jsibuha partikolarment diffiċli biex ikollhom aċċess għal finanzjament fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi diffikultużi – u r-reġjuni anqas avvanzati fl-Ewropa kienu l-benefiċjarji ewlenin ta' dan l-isforz eċċezzjonali.", "Matul dan il-perjodu ta' tliet snin, madwar 160 000 SME bbenefikaw mill-finanzjament tal-BEI.", "Ir-reġjuni anqas avvanzati fl-Ewropa ġew appoġġjati f'dan il-perjodu permezz tal-finanzjament ta' madwar 430 proġett.", "Il-President tal-BEI Philippe Maystadt qal: “Wettaqna l-missjoni tagħna fir-rigward tal-appoġġ ta' rkupru għall-Ewropa billi ffinanzjajna proġetti li jistimulaw it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-impjiegi u aħna ninsabu kburin ħafna bil-volum rekord tagħna fir-rigward tal-proġetti ta' azzjoni għall-klima.", "Il-bini ta' ġejjieni aħjar u aktar sostenibbli huwa l-forza motriċi ta' dak kollu li nwettqu.”", "Il-punt fokali tal-appoġġ tal-BEI għall-proġetti ta' azzjoni għall-klima jibqa' fuq l-enerġija (enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija), u t-trasport sostenibbli.", "Il-Bank irnexxielu jagħmel sforz biex iżid id-daqs tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija fil-portafoll tiegħu.", "Aktar minn EUR 6 biljun ta' finanzjament appoġġja enerġija rinnovabbli u aktar minn EUR 2 biljun fi proġetti ta' effiċjenza fl-enerġija fl-2010.", "Il-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni rinnovabbli wrew li huma fattur importanti li jinstiga l-investiment f'dawn l-oqsma u t-tliet teknoloġiji emerġenti (tar-riħ, solari u tal-bijomassa) ġew appoġġjati.", "Fis-settur tat-trasport, il-BEI għandu rwol ewlieni fejn jappoġġja l-iżvilupp ta' vetturi elettriċi.", "Pajjiżi barra mill-UE rċevew EUR 2 biljun f'finanzjament ta' azzjoni għall-klima fl-2010.", "Fit-tliet snin li ġejjin, il-Bank ser isaħħaħ sostanzjalment l-appoġġ tiegħu għal proġetti ta' enerġija sostenibbli f'dawn il-pajjiżi.", "Dan minħabba l-fatt li ż-żieda ta' EUR 1.5 biljun miftiehma għall-Faċilità għas-Sostenibbiltà tal-Enerġija biex tilħaq ammont globali ta' EUR 4.5 biljun.", "Dan, flimkien mal-mandat propost ta' EUR 2 biljun għall-bidla fil-klima (li bħalissa qed jiġi diskuss mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill), iqiegħed lill-Bank f'pożizzjoni tajba biex jgħin lill-UE timplimenta l-għanijiet globali tagħha ta' azzjoni għall-klima barra mill-Ewropa.", "Filwaqt li jħares 'il quddiem, il-BEI ser jgħin fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020, il-miri tal-UE ta' azzjoni għall-klima u l-objettivi tagħha tal-politika esterna.", "Il-BEI ser ikompli jipprovdi finanzjament fit-tul u kompetenza esperta teknika u ser jagħmel sforzi biex jiżviluppa strumenti ġodda mal-Kummissjoni biex jipprovdi kapaċità ta' riskju addizzjonali għal setturi prijoritarji bħall-infrastruttura u l-SMEs.", "Fl-2010, il-Bank irreġistra qligħ nett ta' EUR 2.1 biljun.", "Nota lill-editur:", "Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa l-bank ta' self fit-tul tal-Unjoni Ewropea.", "Il-kompitu ewlieni tiegħu huwa li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni, l-iżvilupp bilanċjat u l-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Istati Membri tal-UE.", "Minbarra proġetti ta' appoġġ fl-Istati Membri, l-attivitajiet ta' self tiegħu jinkludu wkoll investimenti ta' finanzjament fl-Istati Membri futuri tal-UE u l-pajjiżi msieħba tal-UE.", "Il-BEI jiġbor volumi sostanzjali ta' fondi fis-swieq kapitali, li huwa jsellef b'termini favorevoli għal proġetti li jiżviluppaw aktar l-objettivi tal-politika tal-UE.", "Huwa l-akbar sellief sovranazzjonali u l-klassisfikazzjoni AAA konsistenti tiegħu hija appoġġjata minn appoġġ sod ta' azzjonisti, bażi kapitali b'saħħitha, kwalità ta' assi eċċezzjonali, ġestjoni ta' riskju konservattiva u strateġija soda ta' finanzjament.", "Proġetti ta' azzjoni għall-klima huma proġetti fl-oqsma tal-effiċjenza fl-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, it-trasport, il-forestrija, l-innovazzjoni (RŻI), u l-adattament.", "Sabiex jikkwalifikaw bħala proġetti ta' azzjoni għall-klima, iridu jissodisfaw kriterji stretti ħafna għall-kontribut tagħhom għat-tnaqqis tas-CO2, l-għanijiet tal-effiċjenza fl-enerġija jew is-sekwestru tas-CO2.", "Huma biss it-teknoloġiji l-aktar innovattivi (eż. solari, tar-riħ, tal-bijomassa) li jikkwalifikaw bħala proġetti ta' azzjoni għall-klima.", "Alternattivament, jista' jkun meħtieġ li l-komponent tiegħu ta' adattament għall-klima jkun tal-anqas 50 % tal-ispiża totali tal-proġett.", "The President's speech and his Powerpoint presentation are available on www.eib.org/press", "Kuntatti għall-Istampa:", "Rainer Schlitt: E-mail: r.schlitt@eib.org; Gsm: (+352) 621 36 25 09;", "Sabine Parisse: E-mail: s.parisse@eib.org; Gsm: (+352) 621 45 91 59;", "Segretarjat tal-Uffiċċju għall-Istampa: E-mail: press@eib.org; Tel.: (+352) 43 79 – 21000; Fax: (+352) 43 79 – 61000", "Mistoqsijiet ġenerali:", "Infodesk tal-BEI", "E-mail: info@eib.org; Tel.: (+352) 43 79 – 22000; Fax: (+352) 43 79 – 62000"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_486", "title": "Il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fl-UE: il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ il-koperazzjoni fost l-Istati Membri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 30 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fl-UE: il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ il-koperazzjoni fost l-Istati Membri", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta biex tagħti spinta lill-koperazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa.", "Trasparenza ikbar tagħti s-saħħa lill-pazjenti, hekk kif tiżgura aċċess għall-informazzjoni dwar il-valur kliniku miżjud tat-teknoloġija l-ġdida li tista' tkun ta' benefiċċju għalihom.", "Iktar valutazzjoni tista' twassal għal għodod tas-saħħa effettivi u innovattivi li jilħqu lill-pazjenti iktar malajr.", "Għall-awtoritajiet nazzjonali, dan ifisser li jkunu jistgħu jifformulaw politiki għas-sistemi tagħhom tas-saħħa ibbażati fuq evidenza iktar robusta.", "Barra minn hekk, il-manifatturi mhux se jkollhom iżjed għalfejn jadattaw għal proċeduri nazzjonali differenti.", "Il-Viċi President Katainen stqarr: “It-tisħiħ fil-koperazzjoni għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-UE jagħti spinta lill-innovazzjoni u jtejjeb il-kompetittività tal-industrija medika.", "Is-settur tal-kura tas-saħħa huwa parti kruċjali mill-ekonomija tagħna; dan jammonta għal madwar 10 % tal-PDG tal-UE.", "Aħna qed nipproponu qafas regolatorju li se jġib benefiċċji għall-pazjenti fl-Ewropa kollha, filwaqt li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni, jgħin biex ikun hemm bidu għall-innovazzjonijiet teknoloġiċi mediċi ta' kwalità għolja u jtejjeb is-sostenibbiltà tas-sistema tas-saħħa fl-UE kollha.”", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis, stqarr: “Illum, il-Kummissjoni bdiet twitti t-triq lejn kura tas-saħħa innovattiva u ta' kwalità aħjar, għall-benefiċċju tal-pazjenti, speċjalment dawk bi ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati.", "Nistenna wkoll li din l-inizjattiva twassal għal użu aktar effiċjenti ta' riżorsi mill-Istati Membri permezz tal-akkomunament ta' riżorsi u l-iskambju tal-għarfien espert, biex b'hekk nevitaw id-duplikazzjoni fil-valutazzjoni ta' prodotti identiċi.”", "Ir-Regolament propost dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA) ikopri mediċini ġodda u ċertu apparat mediku ġdid, jipprovdi bażi għal koperazzjoni permanenti u sostenibbli fil-livell tal-UE għal valutazzjonijiet kliniċi konġunti f'dawn l-oqsma.", "L-Istati Membri se jkunu jistgħu jużaw għodod, metodoloġiji u proċeduri ta' valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa komuni, li jiffunzjonaw flimkien f'erba' pilastri ewlenin: 1) fuq valutazzjonijiet kliniċi konġunti li jiffukaw fuq l-iżjed teknoloġiji tas-saħħa innovattivi bl-akbar impatt potenzjali fuq il-pazjenti; 2) fuq konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti li permezz tagħhom l-iżviluppaturi jkunu jistgħu jitolbu parir mingħand l-awtoritajiet tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa; 3) fuq l-identifikazzjoni ta' teknoloġiji tas-saħħa emerġenti biex jiġu identifikati teknoloġiji promettenti sa minn kmieni; u 4) fuq il-kontinwazzjoni ta' koperazzjoni voluntarja f'oqsma oħra.", "Il-pajjiżi individwali tal-UE se jibqgħu responsabbli mill-valutazzjoni ta' aspetti tat-teknoloġija tas-saħħa mhux kliniċi (pereżempju aspetti ekonomiċi, soċjali, etiċi), u mit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar u r-rimborż.", "Il-passi li jmiss", "Il-proposta issa ser tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill tal-Ministri.", "Huwa mistenni li ladarba tiġi adottata u tidħol fis-seħħ, tibda tapplika tliet snin wara.", "Wara d-data tal-applikazzjoni, ser ikun hemm perjodu ta' tliet snin li jippermetti approċċ ta' introduzzjoni gradwali għall-Istati Membri biex jadattaw għas-sistema l-ġdida.", "Sfond", "Il-proposta tressqet wara aktar minn 20 sena ta' koperazzjoni volontarja f'dan il-qasam.", "Wara l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (2011/24/UE), fl-2013 ġie stabbilit netwerk volontarju minn madwar l-UE fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, magħmul minn korpi jew aġenziji nazzjonali għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, biex jipprovdi gwida politika u strateġika dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknika fil-livell tal-UE.", "Din il-ħidma, ikkomplementata minn tliet Azzjonijiet Konġunti 1 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, ippermettiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibnu bażi solida ta' għarfien dwar metodoloġiji u skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa.", "Il-koperazzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, b'bażi sostenibbli fil-livell tal-UE, għandha tiżgura li l-pajjiżi kollha tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw minn gwadanji fl-effiċjenza, ħaġa li timmassimmizza l-valur miżjud tal-UE.", "Il-partijiet ikkonċernati li jkunu interessati fl-aċċess fil-pront tal-pazjenti għall-innovazzjoni jappoġġjaw bis-sħiħ il-koperazzjoni msaħħa fl-UE kollha f'dan il-qasam.", "Il-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini li wieġbu għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni wrew appoġġ kbir ħafna, fejn kważi kulħadd (98 %) irrikonoxxa l-utilità tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, u fejn 87 % qablu li l-koperazzjoni fl-UE fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa għandha tkompli anki wara l-2020.", "Aktar informazzjoni:", "Mistoqsijiet u Tweġibiet: Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa", "@EU_Health", "[1] L-Azzjoni Konġunta 1 tal-EUnetHTA, 2010-2012, l-Azzjoni Konġunta 2 tal-EUnetHTA, 2012-2015, u l-Azzjoni Konġunta 3 tal-EUnetHTA, 2016-2019: http://www.eunethta.eu/"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_506", "title": "Iż-żgħażagħ iressqu l-ideat tagħhom għall-ġejjieni tal-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Tue, 30 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissarju Tibor Navracsics jilqa' liż-żgħażagħ biex jiddiskutu l-fehmiet tagħhom dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, u kif jistgħu jitqiesu aħjar il-prijoritajiet tagħhom.", "Illum, 100 żagħżugħ u żagħżugħa mill-Ewropa kollha qed jippreżentaw l-ideat konkreti tagħhom dwar kif l-Ewropa tista' tingħata ġejjieni sabiħ, wara diskussjonijiet fil-kuntest tal-Inizjattiva Narrattiva Ġdida għall-Ewropa.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġu flimkien mar-riżultati ta' stħarriġ ġdid tal-Ewrobarometru, li juri li l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet volontarji, f'organizzazzjonijiet u f'elezzjonijiet żdiedet f'dawn l-aħħar snin.", "L-avveniment tal-għeluq tal-inizjattiva Narrattiva Ġdida għall-Ewropa, li qed iseħħ fi Brussell illum, jiġbor flimkien ir-riżultati tad-diskussjonijiet li organizzaw iż-żgħażagħ f'dawn l-aħħar sentejn.", "Dan il-proġett laħaq 62,000 żagħżugħ u żagħżugħa permezz ta' sensiela ta' dibattiti organizzati fl-Ewropa kollha.", "B'riżultat ta' dan, iż-żgħażagħ ressqu tnax-il idea konkreta għall-ġejjieni tal-Ewropa.", "Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Tibor Navracsics, qal, “Meta nara liż-żgħażagħ daqstant involuti, u meta nisma' l-ideat friski tagħhom, insir ottimist dwar il-ġejjieni tal-Ewropa.", "Se nistudja r-rakkomandazzjonijiet min-Narrattiva l-Ġdida għall-Ewropa bir-reqqa.", "Iżda dan mhuwiex tmiem il-proċess - iż-żgħażagħ iridu jkunu fil-qalba tad-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, u għalhekk nixtieq li dawn ir-riflessjonijiet ikomplu.”", "L-ideat ippreżentati llum ġew ittestjati f'Ewrobarometru reċenti sabiex ir-riżonanza tagħhom tiġi vverifikata ma' grupp usa' ta' żgħażagħ.", "L-istħarriġ, li kkonsulta madwar 11,000 ċittadin ta' età ta' bejn 15-il sena u 30 sena f'Settembru 2017 juri li l-maġġoranza tagħhom jaqblu mal-ħtieġa li:", "Sejbiet ewlenin oħra tal-Ewrobarometru jinkludu:", "Kuntest", "Bid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa fl-aqwa tiegħu, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ ingħataw prijorità għolja fl-aġenda politika tal-UE.", "Fis-17 ta' Novembru 2017, il-kapijiet tal-Istat u l-Gvern iddiskutew il-ġejjieni tal-edukazzjoni, tal-kultura u taż-żgħażagħ fis-Summit Soċjali ta' Gothenburg.", "Dan wassal għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2017, li jitolbu lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jmexxu 'l quddiem l-aġenda diskussa f'Gothenburg.", "Ir-rakkomandazzjonijiet li tressqu llum se jikkontribwixxu għall-ħidma futura tal-Kummissjoni dwar il-politiki tal-edukazzjoni, tal-kultura u taż-żgħażagħ.", "In-Narrattiva l-Ġdida għall-Ewropa sar fi żmien ħames snin, beda bħala Proġett Pilota u kompla bħala Azzjoni Preparatorja.", "It-tnejn kienu appoġġati mill-Parlament Ewropew.", "Mill-2013 sal-2014, il-Proġett Pilota kien opportunità biex il-komunitajiet artistiċi, kulturali, xjentifiċi u intellettwali jsemmgħu leħinhom, sabiex il-pubbliku ġenerali jingħaqad mal-proġett ta' integrazzjoni Ewropea permezz tal-arti u tax-xjenzi.", "Mill-2015 'il quddiem, il-proġett iffoka fuq l-involviment taż-żgħażagħ minn kuntesti differenti.", "Sabiex tkompli tappoġġa d-diskussjonijiet fl-Ewropa kollha u bħala riżultat konkret tal-proġett, il-Kummissjoni Ewropea se tiġbor l-ideat, il-materjali bil-miktub u dawk awdjoviżivi kollha prodotti miż-żgħażagħ f'sett ta' għodod online.", "Is-sett ta' għodod se jkun disponibbli fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u se jiġi akkumpanjat bi gwida dwar kif tista' tiġi mmoderata d-diskussjoni.", "L-UE għandha numru ta' għodda fis-seħħ biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà u fil-ħajja demokratika: il-programm Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huma biss żewġ eżempji ta' strumenti b'saħħithom biex iż-żgħażagħ jinġabru flimkien u jitħeġġew jaqsmu l-fehmiet tagħhom, biex jiġi promoss il-fehim reċiproku u biex jiġu kondiviżi l-valuri komuni Ewropej.", "L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ tenfasizza ħafna wkoll il-parteċipazzjoni, bil-proċess ta' djalogu strutturat li jinvolvi liż-żgħażagħ fi skambji u konsultazzjonijiet fl-Ewropa kollha.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta l-proposti tagħha għal Strateġija ġdida tal-UE għaż-Żgħażagħ fir-rebbiegħa tal-2018, bl-għan li tilħaq grupp akbar u aktar divers ta' żgħażagħ.", "Għal aktar informazzjoni", "Stħarriġ tal-Ewrobarometru", "Dikjarazzjoni “YOUrope for Youth”"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_542", "title": "Finanzi Sostenibbli: Il-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli jippreżenta pjan direzzjonali għal ekonomija aktar ħadra u aktar nadifa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Tue, 30 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' r-rapport finali mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tagħha dwar il-Finanzi Sostenibbli (HLEG), li jistabbilixxi rakkomandazzjonijiet strateġiċi għal sistema finanzjarja li sservi ta' forċina għall-investimenti sostenibbli.", "Il-Kummissjoni, issa se tgħaddi biex tiffinalizza l-istrateġija tagħha dwar il-finanzi sostenibbli abbażi ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet.", "It-twettiq fil-prattika ta' strateġija tal-UE dwar il-finanzi sostenibbli hija azzjoni prijoritarja tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK) tal-Kummissjoni, kif ukoll wieħed mill-passi ewlenin fid-direzzjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, li kien wieħed storiku, u tal-Aġenda tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli.", "Sabiex niksbu l-miri tal-UE għall-2030 li kien hemm qbil dwarhom f'Pariġi, inkluż it-tnaqqis b'40% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, neħtieġu madwar EUR 180 biljun f'investimenti addizzjonali kull sena.", "Is-settur finanzjarju għandu rwol ewlieni x'jaqdi sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu, peress li jistgħu jkunu mobilizzati ammonti kbar ta' kapital privat għal investimenti sostenibbli ta' dan it-tip.", "Il-Kummissjoni hija ddeterminata li tkun fit-tmun tal-ħidma dinjija f'dan il-qasam u tagħti daqqa t'id lill-investituri konxji mis-sostenibbiltà biex jagħżlu proġetti u kumpaniji adattati.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President inkarigat mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali qal: “L-iffirmar tal-Ftehim ta' Pariġi fl-2015 kien sinjal ta' mument kruċjali għad-dinja u għall-ekonomija globali.", "Issa qbadna t-triq lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, li fiha l-enerġija rinnovabbli u t-teknoloġiji intelliġenti jtejbulna l-kwalità ta' ħajjitna, jixprunaw il-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir, bla ma jagħmlu ħsara lill-pjaneta tagħna.", "Il-finanzi għandhom rwol kbir x'jaqdu fil-finanzjament ta' ġejjieni sostenibbli.", "Nilqa' l-ħidma notevoli tal-HLEG li hija kontribut eċċellenti għall-istrateġija futura tagħna.”", "Jyrki Katainen, il-Viċi President inkarigat mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività qal: “L-UE diġà tinsab fuq quddiem meta niġu għall-investiment fl-effiċjenza fir-riżorsi u fl-infrastruttura soċjali, b'mod partikolari bis-saħħa tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-attenzjoni msaħħa tiegħu fuq l-azzjoni klimatika.", "Fl-istess waqt, sabiex tinkiseb tranżizzjoni fid-direzzjoni ta' ekonomija ċirkolari aktar nadifa u aktar effiċjenti fir-riżorsi, huwa kruċjali li jinħoloq qafas ta' abilitazzjoni għall-investituri privati.", "Ir-rapport finali tal-HLEG jagħtina pjan direzzjonali sabiex isir proprju dan u aħna nilqgħu l-kontribut prezzjuż tagħhom għal din il-kwistjoni ferm importanti.”", "Ir-rapport finali tal-lum mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli jiddefinixxi l-isfidi u l-opportunitajiet affaċċjati mill-UE biex tiżviluppa politika ta' finanzi sostenibbli.", "Dan jidentifika modi li bihom is-settur finanzjarju jista' jikkollega ruħu mill-ġdid mal-ekonomija reali biex ikun ta' forċina fit-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar ċirkolari.", "L-argument imressaq mill-grupp huwa li jekk il-flussi tal-investiment ikunu orjentati mill-ġdid lejn proġetti sostenibbli fuq żmien twil, dan se jtejjeb ukoll l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.", "Ir-rapport jipproponi:", "sistema ta' klassifikazzjoni, jew “tassonomija” sabiex fis-suq ikun hemm ċarezza dwar dak li huwa “sostenibbli”", "li jkunu ċċarati d-dmirijiet tal-investituri fejn tidħol il-kisba ta' sistema finanzjarja aktar sostenibbli", "li tittejjeb id-divulgazzjoni mill-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji dwar kif is-sostenibbiltà qed tiġi inkorporata fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom", "tikketta fl-UE kollha għall-fondi ta' investiment ekoloġiku", "li s-sostenibbiltà ssir parti mill-mandati tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE)", "standard Ewropew għall-bonds ħodor.", "Ir-rapport tal-grupp se jsawwar il-bażi tal-Pjan komprensiv ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzi sostenibbli li l-Kummissjoni se tressaq fil-ġimgħat li ġejjin.", "Kemm il-konklużjonijiet tar-rapport kif ukoll il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni se jiġu diskussi f'konferenza ta' livell għoli fit-22 ta' Marzu 2018 fi Brussell.", "Sfond", "L-Unjoni Ewropea ħadet it-tmun f'idejha f'dak li jirrigwarda l-isforzi sabiex tinbena sistema finanzjarja li ssostni t-tkabbir sostenibbli.", "Fl-2015, ġew stabbiliti ftehimiet internazzjonali storiċi permezz tal-adozzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u tal-Aġenda 2030 tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.", "L-UE stabbiliet, għaliha stess, miri ambizzjużi rigward il-klima, l-ambjent u s-sostenibbiltà, bis-saħħa tal-qafas dwar l-Enerġija u l-Klima għall-2030 tagħha, l-Unjoni tal-Enerġija u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha għall-Ekonomija Ċirkolari.", "Dawn l-impenji, u s-sensibilizzazzjoni li qed tikber dwar l-urġenza biex l-isfidi ambjentali u r-riskji għas-sostenibbiltà jkunu indirizzati, jitolbu strateġija effettiva mill-UE dwar il-finanzi sostenibbli.", "Il-Kummissjoni stabbiliet il-Grupp indipendenti ta' Esperti ta' Livell Għoli f'Diċembru 2016.", "Dan huwa magħmul minn 20 espert ta' livell għoli mis-soċjetà ċivili, mis-settur finanzjarju, mill-isfera akkademika u osservaturi mill-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali.", "Il-Grupp huwa ppresedut minn Christian Thimann.", "Il-ħidma fuq għadd ta' rakkomandazzjonijiet ewlenin li jinsabu fir-rapport ilha li bdiet ġmielha, billi dawn ġew diskussi fir-rapport interim tal-grupp tat-13 ta' Lulju 2017.", "Il-Kummissjoni pproponiet li fil-mandati tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jiddaħħlu l-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (il-fatturi ASG).", "Il-Kummissjoni wettqet ukoll, bejn it-13 ta' Novembru 2017 u t-22 ta' Jannar 2018, konsultazzjoni pubblika dwar id-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi fir-rigward tas-sostenibbiltà.", "L-HLEG qies il-ħidma ta' rilevanza dwar l-aspetti klimatiċi, ambjentali u l-finanzi sostenibbli.", "Din tinkludi: il-Linji gwida dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju adottati mill-Kummissjoni Ewropea fis-26 ta' Ġunju 2017; u r-rapport bir-rakkomandazzjonijiet finali ppubblikat mit-Task Force mmexxija mill-industrija dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima (TCFD - Task Force on Climate-related Financial Disclosures) fid-29 ta' Ġunju 2017.", "Il-grupp wettaq ukoll konsultazzjoni pubblika sabiex jinġabru l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u jinfurmaw ir-rakkomandazzjonijiet finali tagħhom."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_463", "title": "Il-Brexit: Il-Kummissjoni Ewropea tingħata l-mandat biex tibda n-negozjati mar-Renju Unit dwar l-arranġamenti tranżizzjonali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BREXIT", "date": "Sun, 28 Jan 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' d-deċiżjoni meħuda llum tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (l-Artikolu 50) li tippermetti li jibdew in-negozjati dwar l-arranġamenti tranżizzjonali possibbli wara l-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Dawn id-direttivi ta' negozjati – li jissupplimentaw id-direttivi ta' negozjati ta' Mejju 2017 u li kienu bbażati fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 – jistabbilixxu dettalji oħra dwar l-arranġamenti tranżitorji possibbli.", "Dawn jinkludu, b'mod partikolari, dan li ġej:", "Id-Direttivi ta' Negozjati tal-lum ifakkru wkoll li hemm il-ħtieġa li r-riżultati tal-ewwel fażi tan-negozjati jissarrfu f'termini legali, kif spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u fir-Rapport Konġunt.", "Hija tenfasizza li trid titlesta l-ħidma fuq il-kwistjonijiet kollha tal-ħruġ, inklużi dawk li għadhom ma ġewx indirizzati fl-ewwel fażi, bħall-governanza ġenerali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u kwistjonijiet sostantivi bħad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-dejta personali u kwistjonijiet relatati mad-dwana, li huma meħtieġa għall-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-UE.", "Il-passi li jmiss", "Fi żmien xieraq il-Kummissjoni se tippubblika l-abbozz tat-test legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li jagħmlu parti minnu l-Arranġamenti Tranżitorji.", "Il-Ftehim globali dwar l-Artikolu 50 jeħtieġ li jiġi konkluż mill-Kunsill (l-Artikolu 50), mill-Parlament Ewropew u mir-Renju Unit skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali tiegħu stess.", "Il-Kuntest", "Fit-8 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat lill-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) biex jikkonkludi li sar biżżejjed progress fl-ewwel fażi tan-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit.", "Fil-15 ta' Diċembru, il-mexxejja tal-UE27 ikkonfermaw li nkiseb biżżejjed progress fuq id-drittijiet taċ-ċittadini, l-Irlanda u s-saldu finanzjarju, u adottaw linji gwida biex tinbeda t-tieni fażi ta' negozjati.", "Dan isegwi wkoll ir-riżoluzzjoni tat-13 ta' Diċembru tal-Parlament Ewropew li tikkonferma li sar biżżejjed progress.", "Fl-20 ta' Diċembru, il-Kummisjsoni Ewropea bagħtet Rakkomandazzjoni lill-Kunsill (l-Artikolu 50) biex tibda diskussjonijiet dwar il-fażi li jmiss ta' ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) tad-29 ta' April 2017 kif ukoll il-prinċipji ġenerali u l-arranġamenti proċedurali għat-tmexxija tan-negozjati stabbiliti fid-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 ikomplu japplikaw fl-intier tagħhom għal din il-fażi ta' negozjati.", "Għal Aktar Informazzjoni", "It-test tad-Direttivi tan-Negozjati", "Linji gwida tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50), il-15 ta' Diċembru 2017", "Is-sit web tat-Task Force għall-Art.", "50"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3335", "title": "Is-suq tal-prodotti tal-ħalib: l-istokks pubbliċi tat-trab tal-ħalib xkumat issa huma vojta", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Thu, 20 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Waqt l-aħħar bejgħ tal-offerti, il-162 tunnellata li kien fadal ta' trab tal-ħalib xkumat minn ammont totali oriġinali ta' 380,000 tunnellata inbiegħu bħala stokks pubbliċi, biex b'hekk l-istokks totali li l-Kummissjoni xtrat u mmaniġġjat issa tbattlu kompletament.", "Wara l-kriżi tas-suq tal-prodotti tal-ħalib li laqtet lill-produtturi tal-UE bi prezzijiet aktar baxxi fl-2015–2016, bejn l-2015 u l-2017 il-Kummissjoni Ewropea xtrat total ta' 380,000 tunnellata ta' trab tal-ħalib xkumat permezz ta' intervent pubbliku.", "L-għan kien li tgħin biex is-suq jistabbilizza u li ssostni d-dħul tal-bdiewa.", "Minn tmiem l-2016, il-Kummissjoni fetħet proċess ta' sejħiet għall-offerti pubbliċi darba fix-xahar u iktar tard darbtejn fix-xahar sabiex tbigħ il-prodotti lura fis-suq b'attenzjoni u mingħajr ma tħarbtu.", "Il-Kummissarju għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan, qal: “Mal-bejgħ tal-aħħar stokks pubbliċi tat-trab tal-ħalib xkumat illum qed jingħalaq kapitlu.", "Id-disponiment tal-istokk, li ma ħalla l-ebda impatt fuq il-prezz tat-trab tal-ħalib xkumat, huwa rebħa żgħira għall-paċenzja u t-tmexxija prudenti tal-Kummissjoni fil-proċess kollu mill-2015.", "Ir-riżultati tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni sarrfu fi prezzijiet ogħla u suq stabbli.", "Għal darb'oħra, il-Kummissjoni Ewropea wriet impenn, appoġġ u solidarjetà mal-bdiewa Ewropej fi żminijiet ta' kriżi.", "Dan huwa xhieda wkoll tal-ħtieġa u tal-effiċjenza tal-istrumenti tal-Politika Agrikola Komuni.", "L-għodod adattati servew ta' xibka ta' sikurezza vitali fi żmien ta' tfixkil sinifikanti fis-suq u l-implimentazzjoni xierqa u f'waqqitha tagħhom għenet biex tiżgura l-vijabbiltà ta' mijiet ta' eluf ta' raħħala Ewropej.”", "Sentejn u nofs wara l-ewwel sejħa għall-offerti lill-pubbliku, l-istokks pubbliċi issa huma battala u l-prezz tal-ħalib ogħla b'mod sostanzjali minn 26 ċenteżmu kull kilo fis-sajf 2016 għal 34 ċenteżmu kull kilo f'Mejju 2019.", "Id-dettalji tal-proċess tal-offerta huma ddokumentati online b'mod sħiħ fil-portal tal-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib Bil-bejgħ tal-lum ta' 162 tunnellata, ma fadal ebda trab tal-ħalib xkumat mit-380,000 tunnellata oriġinali, u l-14-il Stat Membru li kienu qed jaħżnu t-trab tal-ħalib xkumat f'isem il-Kummissjoni rnexxielhom ibattlu l-istokk tagħhom.", "Għal Aktar Informazzjoni", "L-iskeda ta' Informazzjoni “Managing the EU dairy market 2014-2019”", "Ħarsa ġenerali lejn il-ħażniet u l-offerti", "L-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3324", "title": "L-Istati Membri jaqblu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-appoġġ tal-produtturi taċ-ċanga Irlandiżi li ntlaqtu mill-inċertezza tas-suq", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Wed, 19 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["L-Istati Membri tal-UE llum qablu dwar proposta mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħmlu disponibbli €50 miljun lill-bdiewa Irlandiżi li jipproduċu ċ-ċanga, liema somma tista' tiżdied bil-fondi nazzjonali biex tilħaq massimu ta' €100 miljun.", "Il-ħolqien ta' dan il-fond juri li l-Kummissjoni tagħraf l-isfidi partikolari li qed iħabbat wiċċu magħhom is-settur Irlandiż taċ-ċanga u tal-vitella minħabba l-inċertezza tas-suq u l-perjodu twil u bla preċedent ta' prezzijiet baxxi.", "Din il-miżura eċċezzjonali, prevista skont l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), se toffri appoġġ lill-bdiewa Irlandiżi affettwati.", "Minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet, bi tnaqqis fil-marġnijiet li huwa stmat bejn 11 u 19 % għas-sena li għaddiet fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella, l-awtoritajiet Irlandiżi kkalkulaw li l-bdiewa kellhom telf ta' aktar minn €100 miljun.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan, qal: “Dan il-fond huwa rikonoxximent mill-Kummissjoni Ewropea tad-diffikultajiet partikolari li qed jesperjenzaw il-bdiewa Irlandiżi li jipproduċu ċ-ċanga, u li jirriżultaw mit-tnaqqis sinifikanti tal-prezzijiet u mill-inċertezza tas-suq.", "Il-fondi li għamlet disponibbli l-UE, li jistgħu jiżdiedu mill-gvern Irlandiż, se jipproteġu settur agrikolu fraġli iżda essenzjali.", "Barra minn hekk, se jipprovdu appoġġ dirett lill-bdiewa li ntlaqtu ħażin u se jiżguraw il-vijabbiltà fit-tul tas-settur taċ-ċanga Irlandiż.", "Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni ġenerali tas-suq.”", "Ladarba jiġu adottati formalment mill-Kummissjoni fil-bidu tax-xahar id-dieħel, l-awtoritajiet Irlandiżi se jkollhom sal-aħħar ta' Lulju biex ifasslu l-kriterji għall-għoti tal-għajnuna fi ħdan qafas speċifiku.", "Fit-tqassim tal-għajnuna għandhom jevitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.", "Wieħed mill-objettivi ewlenin għandu jkun li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tas-settur taċ-ċanga u tal-vitella, pereżempju, permezz tal-iżvilupp ta' swieq ġodda, l-implimentazzjoni ta' skemi ta' kwalità jew it-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali tal-bdiewa.", "Kuntest", "L-istruttura tal-industrija taċ-ċanga u tal-vitella tagħmilha vulnerabbli, prinċipalment minħabba ċ-ċiklu ta' ħajja twil tagħha u l-ispejjeż għoljin marbuta mal-produzzjoni estensiva.", "Hemm sfidi ġodda addizzjonali li jirriżultaw mit-tħassib dwar il-kontribut tas-settur għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u mit-tnaqqis fil-konsum domestiku.", "Is-settur taċ-ċanga u tal-vitella tal-Irlanda huwa kbir u jiddependi ħafna fuq l-esportazzjonijiet.", "Ħames tunnellati ċanga minn kull sitta li jiġu prodotti jiġu esportati u kważi 50 % minn dawn l-esportazzjonijiet huma lejn ir-Renju Unit.", "L-inċertezza dwar il-ħruġ tar-Renju Unit qed tpoġġi pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet u tkompli tiddeterjora s-sitwazzjoni tal-produtturi taċ-ċanga fl-Irlanda.", "Matul l-aħħar erba' snin, il-Kummissjoni tat l-appoġġ tagħha lil għadd ta' setturi li esperjenzaw problemi speċifiċi, sew jekk kinux jirriżultaw mill-introduzzjoni tal-projbizzjoni Russa jew mid-diffikultajiet partikolari fis-setturi Ewropej tal-prodotti tal-annimali fis-snin riċenti.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Swieq Agrikoli", "L-Osservatorju tas-Suq tal-Laħam tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3028", "title": "Is-Sejħa ta' Tartu għal Stili ta' Ħajja Sana kisbet għadd ta' riżultati konkreti għaċ-ċittadini tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Tue, 18 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Issa li għaddew sentejn minn mindu tnediet is-Sejħa ta' Tartu, jidher li sar progress tajjeb fl-implimentazzjoni fejn tidħol il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja sana madwar l-UE.", "Fis-Sejħa ta' Tartu għal Stili ta' Ħajja Sana, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport Tibor Navracsics, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel Vytenis Andriukaitis, u l-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali Phil Hogan, għamlu 15-il impenn biex jippromwovu stili ta' ħajja sana permezz tal-isport, l-ikel, l-innovazzjoni jew ir-riċerka.", "L-ewwel riżultati juru ċar u tond li minn mindu tnediet is-Sejħa ta' Tartu, il-Kummissjoni qed tuża aktar fondi, tqajjem aktar kuxjenza u tiġbor aktar tagħrif biex tindirizza d-dieti mhux sani, l-obeżità u n-nuqqas ta' attività fiżika.", "Illum, it-tliet Kummissarji inkarigati qed jospitaw avveniment fi Brussell biex jevalwaw il-kisbiet tas-Sejħa ta' Tartu għal Stil ta' Ħajja Sana u jesploraw aktar passi għall-ġejjieni.", "Il-Kummissarju Hogan qal: “Il-progress li sar hu sinjal qawwi tar-riżultati kbar li nistgħu niksbu jekk naħdmu flimkien.", "Kemm fejn jidħlu dieti bilanċjati kif ukoll fejn tidħol l-attività fiżika regolari hemm ħafna iżjed x'jista' jsir u jien persważ li qbadna t-triq it-tajba.”", "Il-Kummissarju Andriukaitis qal: “Meta nippromwovu s-saħħa nkunu qed ninvestu fil-ġejjieni tagħna.", "Is-Sejħa ta' Tartu hija eżempju tajjeb ta' kif nistgħu nagħmlu dan, f'kull politika, billi nqarrbu flimkien is-saħħa, ir-riċerka u l-ambjent.", "Tajjeb li jissokta dan l-isforz.”", "Il-Kummissarju Navracsics qal: “Tul dawn l-aħħar sentejn bdejna nagħmlu d-differenza, iżda dan hu biss l-ewwel pass.", "Irridu nibqgħu naħdmu flimkien u nsaħħu l-isforzi tagħna biex nippromwovu stili ta' ħajja sana u naħtfu l-opportunitajiet li joffri l-isport biex ntejbu bis-sħiħ il-benessri u t-tiswir tal-komunitajiet.”", "Fost ir-riżultati ewlenin hemm:", "Fl-avveniment tal-lum, it-tliet Kummissarji se jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu stili ta' ħajja sana u se jibagħtu messaġġ lill-Kummissjoni li jmiss biex din il-ħidma tissokta.", "Is-seminar se jintemm bl-iffirmar ta' dikjarazzjoni konġunta u ċerimonja ta' premjazzjoni, sabiex jiġu rikonoxxuti l-aqwa prattiki fl-oqsma tas-sistemi tal-ikel san u sostenibbli u jonqsu l-imwiet ikkawżati mill-mard mhux komunikabbli.https://ec.europa.eu/sport/policy/societal-role/health-participation_en", "Il-kuntest", "Is-Sejħa ta' Tartu għal Stili ta' Ħajja Sana tnediet waqt seminar dwar l-istili ta' ħajja sana li ġie organizzat matul il-ftuħ tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2017 f'Tartu, l-Estonja.", "Il-Kummissarji Navracsics, Andriukaitis u Hogan iffirmaw it-twissija tas-Sejħa ta' Tartu kontra l-obeżità fit-tfulija, id-dieti mhux sani jew in-nuqqas ta' attività fiżika.", "Tiġbor 15-il impenn li jgħaqqdu flimkien il-ħidma li qed issir f'diversi oqsma, fosthom l-isport, l-ikel, is-saħħa, l-innovazzjoni u r-riċerka, biex tippromwovi stili ta' ħajja sana.", "Minbarra li ssaħħaħ il-koperazzjoni fost id-dipartimenti differenti tal-Kummissjoni, is-Sejħa ta' Tartu tibgħat sinjal qawwi dwar l-importanza tal-istili ta' ħajja sana u tistieden lill-Istati Membri tal-UE u lis-soċjetà ċivili biex jikkontribwixxu.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-fuljett", "Skeda informattiva", "Attività Fiżika Favur is-Saħħa", "Sit web dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika", "Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE", "Portal tal-Għarfien għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3017", "title": "Il-Kummissjoni tiċċelebra t-30 anniversarju tal-Attivitajiet Jean Monnet li jippromwovu l-istudji Ewropej madwar id-dinja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Mon, 17 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Tibor Navracsics, qed jospita avveniment ta' livell għoli biex jiċċelebra t-30 sena ta' eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka dwar l-UE.", "L-attivitajiet Jean Monnet jagħmlu parti mill-programm Erasmus+.", "Dawn huma maħsuba biex jippromwovu l-eċċellenza fl-istudji Ewropej fil-livell tal-edukazzjoni għolja madwar id-dinja, u biex jinġiebu flimkien akkademiċi, riċerkaturi u dawk li jfasslu l-politika.", "Bejn l-1989 u l-2019, l-Attivitajiet Jean Monnet appoġġaw aktar minn 1,000 università f'madwar 100 pajjiż biex b'hekk setgħu joffru korsijiet dwar l-istudji Ewropej bħala parti mill-kurrikuli tagħhom, li minnhom bħalissa qed jibbenefikaw 300,000 student kull sena.", "Il-Kummissarju Navracsics stqarr: “ It-30 sena anniversarju tal-Attivitajiet Jean Monnet qed niċċelebrawh fi żmien meta dawn huma meħtieġa aktar minn qatt qabel. .", "Dawn l-attivitajiet jiġġeneraw għarfien li jsaħħaħ l-Unjoni Ewropea u jtejjeb il-fehim tal-integrazzjoni Ewropea, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ.", "Il-pass li jmiss hu li dawn l-attivitajiet jiġu estiżi għall-iskejjel.", "It-tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea sa minn età bikrija jgħin biex iż-żgħażagħ ikollhom is-setgħa li jsiru ċittadini Ewropej infurmati u impenjati fil-proċessi demokratiċi li jiffurmaw il-futur tagħha.", "L-Attivitajiet Jean Monnet jgħinu biex il-proġett Ewropew isir aktar tanġibbli u reżiljenti.”", "Kull sena, l-Attivitajiet Jean Monnet jiffinanzjaw aktar minn 250 miżura ġdida li jinvolvu madwar 9,000 lettur universitarju u ħafna nies u istituzzjonijiet oħrajn.", "S'issa ġew appoġġjati aktar minn 5,000 azzjoni.", "Sa mit-tnedija tagħha fl-1989, l-inizjattiva wasslet għal eluf ta' pubblikazzjonijiet ta' riċerka fil-qasam tal-istudji Ewropej li jkopru għadd ta' dixxiplini u oqsma ta' politika, inkluż il-liġi Ewropea, l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea, l-innovazzjoni, l-impjiegi, id-difiża, il-migrazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, it-trasport u l-azzjoni klimatika.", "Ħafna minn dan l-għarfien avvanzat deher f'ġurnali ta' livell għoli u f'diversi fora li jinfurmaw il-politika, li jinfluwenzaw id-dibattitu u li jappoġġaw tfassil aħjar tal-politika fuq livell nazzjonali u Ewropew, u b'hekk jagħmlu differenza fil-ħajja u fl-opportunitajiet tan-nies.", "L-Attivitajiet Jean Monnet saru tassew globali: fl-2018, 60 % tal-1,300 applikazzjoni għall-għotjiet ġew minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-Programm Erasmus (2021-2027) tal-futur tipprevedi l-estensjoni tal-Attivitajiet Jean Monnet għal setturi oħra tal-edukazzjoni, b'mod partikolari għall-iskejjel, ħalli jiżdied l-għarfien fost iż-żgħażagħ dwar l-Unjoni Ewropea.", "Kuntest", "L-Attivitajiet Jean Monnet, imsemmija għal Jean Monnet (1888-1979), wieħed tal-missirijiet fundaturi tal-Unjoni Ewropea, huma parti mill-programm Ewropew Erasmus+, li jappoġġa l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.", "Dawn l-attivitajiet huma miftuħa għall-akkademiċi minn kwalunkwe istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja rikonoxxuta uffiċjalment, li tgħin biex it-tagħlim u r-riċerka relatati mal-Unjoni Ewropea jaslu wkoll f'pajjiżi fejn l-għarfien huwa limitat ħafna.", "Dawk li jirċievu l-għotjiet Jean Monnet għandhom il-libertà akkademika kollha u mistennija jipproduċu ħidma indipendenti u rigoruża xjentifikament.", "L-attivitajiet Jean Monnet jappoġġaw ukoll diversi istituzzjonijiet magħżula fl-Ewropa biex isegwu l-eċċellenza fl-istudji u r-riċerka Ewropej.", "L-avveniment tal-lum fi Brussell hu parti mill-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea li tiċċelebra t-tliet deċenji ta' kisbiet mill-Attivitajiet Jean Monnet.", "Din il-kampanja se tintemm fl-aħħar tal-2019, b'mijiet ta' avvenimenti u attivitajiet madwar id-dinja li matulhom il-benefiċjarji tal-passat u dawk attwali tal-Attivitajiet Jean Monnet qed jaħtfu l-okkażjoni tat-30 anniversarju biex jagħmlu dibattiti, konferenzi, sessjonijiet ta' ħidma, u attivitajiet oħra għall-istudenti, għal dawk li jfasslu l-politika u għaċ-ċittadini.", "Għal aktar tagħrif", "Skeda informattiva", "Sit web ta' Erasmus+/Jean Monnet", "Skeda informattiva ta' Sibiu — Ninvestu fiż-żgħażagħ"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3034", "title": "Il-Kummissjoni tippubblika linji gwida biex jittejjeb il-mod kif id-ditti jirrappurtaw informazzjoni relatata mal-klima u tilqa' tliet rapporti importanti ġodda dwar il-finanzjament għall-klima minn esperti ewlenin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Mon, 17 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat linji gwida ġodda dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni korporattiva relatata mal-klima, bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli tagħha.", "Dawn il-linji gwida se jipprovdu lill-kumpaniji b'rakkomandazzjonijiet prattiċi dwar kif jista' jiġi rrapportat aħjar l-impatt li l-attivitajiet tagħhom qed ikollhom fuq il-klima kif ukoll l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq in-negozju tagħhom.", "Il-Kummissjoni llum laqgħet ukoll il-pubblikazzjoni ta' tliet rapporti ġodda importanti mill-Grupp Tekniku ta' Esperti dwar il-finanzi sostenibbli, inklużi rakkomandazzjonijiet ewlenin dwar it-tipi ta' attivitajiet ekonomiċi li jistgħu jagħtu kontribut reali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew l-adattament għalih (it-tassonomija).", "Valdis Dombrovkis, il-Viċi President responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “L-emerġenza klimatika tħallina mingħajr għażla oħra ħlief li nimxu lejn mudell ta' ekonomija newtrali mil-lat ta' klima.", "Il-linji gwida l-ġodda tal-lum se jgħinu lill-kumpaniji jidduvulgaw l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq in-negozju tagħhom kif ukoll l-impatt tal-attivitajiet tagħhom fuq il-klima u għalhekk l-investituri jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati dwar l-investiment.", "Nilqa' wkoll it-tliet rapporti mill-Grupp ta' Esperti Tekniċi, li huma kontribut importanti għat-tfassil tal-politika Ewropea u għal dibattitu globali dwar il-finanzi ekoloġiċi.”", "Il-linji gwida tal-lum huma parti mill-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tiżgura li s-settur finanzjarju – il-kapital privat – jista' jkollu rwol kritiku fit-tranżizzjoni għal ekonomija newtrali mil-lat ta' klima u fil-finanzjament ta' investimenti fl-iskala meħtieġa.", "Huma se jipprovdu gwida lil madwar 6,000 kumpanija, banek u kumpaniji tal-assigurazzjoni elenkati fl-UE li jridu jiddivulgaw informazzjoni mhux finanzjarja skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar mhux Finanzjarju.", "Huma ispirati minn proposti reċenti mill-Grupp ta' Esperti Tekniċi dwar il-finanzi sostenibbli (Technical Expert Group, TEG ), u jintegraw ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima (Task Force on Climate-related Financial Disclosures, TCFD) stabbilit mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja tal-G20.", "Illum ukoll, il-Kummissjoni tilqa' tliet rapporti ta' esperti importanti ppubblikati mit-TEG dwar il-finanzi sostenibbli:", "Kuntest", "It-TEG beda l-ħidma tiegħu f'Lulju 2018 u kien magħmul minn 35 membru mis-soċjetà ċivili, mill-qasam akkademiku, min-negozju u mis-settur finanzjarju.", "Dawn ir-rapporti huma r-riżultati ta' sena ta' ħidma estensiva fuq aspetti ewlenin tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni.", "Dawn ir-rapporti għalhekk jissupplimentaw il-proposti leġiżlattivi dwar it-tassonomija u l-punti ta' riferiment ippreżentati mill-Kummissjoni f'Mejju 2018.", "Huma għandhom l-għan li jinċentivaw u jidderieġu ulterjorment l-investiment tas-settur privat fi żvilupp sostenibbli, billi jagħmlu lill-investituri aktar konxji minn dak li jinvestu fih u billi jagħtu lill-investituri għodod importanti biex jinvestu b'mod sostenibbli.", "F'Ġunju 24, il-Kummissjoni se tospita djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati dwar ir-rappurtar relatat mal-klima u r-rapporti tat-TEG.", "L-avveniment se jkun imxandar dirett fuq paġna tal-avveniment apposta.", "It-TEG se jmexxi sejħa għal feedback dwar ir-rapport tat-Tassonomija tal-UE u dwar ir-rapport interim dwar il-punti ta' riferiment dwar il-klima.", "Il-baġit tal-UE huwa wkoll xprun għall-integrazzjoni tal-klima.", "Sabiex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi u l-impenn lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni tipproponi li tgħolli l-livell ta' ambizzjoni għal programmi għall-integrazzjoni tal-klima mal-UE kollha, b'mira li mill-inqas 25 % tan-nefqa tal-UE tikkontribwixxi għall-objettivi tal-klima bejn l-2017 u l-2021.", "Aktar informazzjoni", "DĠ FISMA il-finanzi sostenibbli - l-ewwel paġna", "Skeda informattiva dwar il-Finanzi Sostenibbli", "Linji gwida tal-Kummissjoni dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima", "Taqsira tal-linji gwida tal-KE dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima", "Grupp ta' Esperti Tekniċi (TEG) – l-ewwel paġna", "Rapport tat-TEG dwar it-tassonomija tal-UE", "Taqsira tar-rapport tat-TEG dwar it-tassonomija tal-UE", "Taqsira tar-rapport tat-TEG dwar Standard ta' Bonds Ħodor tal-UE", "Rapport tat-TEG dwar Standard ta' Bonds Ħodor tal-UE", "Rapport interim tat-TEG dwar il-punti ta' riferiment dwar il-klima", "Taqsira tar-rapport interim tat-TEG dwar il-punti ta' riferiment dwar il-klima"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2993", "title": "L-Unjoni tal-Enerġija: Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex ikunu aktar ambizzjużi fil-pjanijiet tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CLIMACTION,ENERGY,ENERU,PRENER", "date": "Mon, 17 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppubblikat il-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija tal-UE, u b'mod partikolari l-miri miftiehma tal-UE dwar l-enerġija u l-klima għall-2030.", "Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni sabet li l-pjanijiet nazzjonali diġà jirrappreżentaw sforzi sinifikanti iżda tindika diversi oqsma fejn hemm lok għal aktar titjib, b'mod partikolari fir-rigward ta' politiki mmirati u individwalizzati li jiżguraw li nilħqu l-miri tal-2030 u li nibqgħu fit-triq lejn in-newtralità tal-klima fuq perjodu ta' żmien itwal.", "L-Unjoni Ewropea hija l-ewwel fost l-ekonomiji ewlenin li stabbiliet qafas legalment vinkolanti biex twettaq il-wegħdiet tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi u din hija l-ewwel darba li l-Istati Membri ħejjew abbozzi ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima (NECPs).", "Madankollu, l-pjanijiet bħalissa mhumiex suffiċjenti kemm f'termini ta' sorsi rinnovabbli kif ukoll f'termini ta' kontributi għall-effiċjenza enerġetika, u biex nilħqu l-għanijiet kumplessivi tal-UE għall-klima u l-enerġija jeħtieġ li b'mod kollettiv inkunu aktar ambizzjużi.", "Il-Viċi President tal-Unjoni tal-Enerġija, Maroš Šefčovič, qal: “B'dawn l-ewwel pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima l-Unjoni tal-Enerġija waslet fil-livell nazzjonali: l-Istati Membri kollha, bħall-UE, jippreżentaw politiki għat-tranżizzjoni tal-klima u l-enerġija b'mod integrat u b'perspettiva ta' għaxar snin.", "L-Istati Membri kollha pproduċew abbozzi impressjonanti fi żmien relattivament qasir, iżda l-ebda abbozz ma jista' jkun perfett.", "Il-pjanijiet finali huma mistennija sa tmiem is-sena u r-rakkomandazzjonijiet tagħna juru fejn huma meħtieġa aktar sforzi: pereżempju, aktar ambizzjoni, aktar dettall tal-politika, ħtiġijiet ta' investiment speċifikati aħjar, jew aktar ħidma fuq il-ġustizzja soċjali.", "Iċ-ċarezza u l-prevedibbiltà huma vantaġġ kompetittiv reali għall-politika Ewropea għall-enerġija u l-klima.", "Ejja nieħdu l-aħjar li nistgħu minn din l-opportunità u nagħtu spinta finali lill-pjanijiet nazzjonali.”", "Il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, Miguel Arias Cañete qal: “F'Novembru li għadda pproponejna li l-Unjoni Ewropea għandha tkun newtrali għall-klima sal-2050.", "Fil-passat urejna u wittejna t-triq 'il quddiem.", "Bi pjaċir qed nara li għadd dejjem jikber ta' Stati Membri qed isegwu l-eżempju tagħna u qed jaħdmu lejn dak l-għan.", "Wara evalwazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri, ninsab pożittiv dwar l-isforzi sinifikanti li saru.", "Madankollu, hemm bżonn jerġa' aktar ambizzjoni fil-pjanijiet finali biex l-UE titqiegħed fit-triq it-tajba fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u fil-modernizzazzjoni tal-ekonomija tagħna.", "Nistieden lill-Kunsill jiftaħ dibattitu dwar il-prijoritajiet ewlenin identifikati mill-Kummissjoni u jgħin biex niżguraw li l-pjanijiet finali jkun fihom livell adegwat ta' ambizzjoni.”", "L-UE hija impenjata li żżomm mal-impenji tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra u tipproduċi enerġija sigura, affordabbli u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħha.", "Ħloqna sistema unika ta' governanza tal-enerġija u tal-klima fejn kemm l-Unjoni u kif ukoll l-Istati Membri tagħha jippjanaw flimkien u jilħqu l-miri tagħna għall-2030 b'mod kollettiv u jwettqu tranżizzjoni soċjalment ġusta u kosteffettiva lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050.", "Fl-analiżi tagħha tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali, il-Kummissjoni ħarset lejn il-kontribut aggregat tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri għall-2030 tal-Unjoni tal-Enerġija tal-UE.", "Kif inhuma bħalissa, l-abbozzi tal-NECPs ma joffrux biżżejjed kontributi, la għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u lanqas għall-effiċjenza enerġetika.", "Għas-sorsi rinnovabbli, id-distakk jista' saħansitra jkun daqs 1.6 punti perċentwali.", "Għall-effiċjenza enerġetika, id-distakk jista' saħansitra jkun daqs 6.2 punti perċentwali (jekk jitqies il-konsum tal-enerġija primarja) jew 6 punti perċentwali (jekk jitqies il-konsum tal-enerġija finali).", "L-aħbar it-tajba hi li l-Istati Membri issa għandhom sitt xhur biex jgħollu l-livell ta' ambizzjoni nazzjonali tagħhom.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-valutazzjonijiet dettaljati għandhom l-għan li jgħinu lill-Istati Membri jiffinalizzaw il-pjanijiet tagħhom sa tmiem l-2019, u jimplimentawhom b'mod effettiv fis-snin li ġejjin.", "Il-pjanijiet nazzjonali għandhom ikunu ċari u prevedibbli għan-negozji u għas-settur tal-finanzi biex jistimulaw l-investimenti privati meħtieġa.", "Il-pjanijiet se jiffaċilitaw ukoll il-programmazzjoni tal-finanzjament tal-Istati Membri mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss ta' bejn l-2021 u l-2027.", "Il-passi li jmiss", "Il-liġijiet tal-UE dwar l-Unjoni tal-Enerġija jirrikjedu lill-Istati Membri jqisu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni jew li jippubblikaw ir-raġunijiet tagħhom biex ma jqisuhomx.", "L-Istati Membri huma wkoll meħtieġa li jinvolvu lill-pubbliku fit-tħejjija tal-pjanijiet finali sa tmiem is-sena.", "L-iskadenza biex jintbagħtu l-pjanijiet finali hija stabbilita għall-31 ta' Diċembru 2019.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-lum u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huma parti minn proċess reċiproku mal-Istati Membri li se jiżgura li sa dak iż-żmien il-verżjonijiet finali tal-NECPs ikunu dettaljati, robusti u ambizzjużi biżżejjed.", "Il-Kummissjoni Ewropea hija lesta li tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiffinalizzaw l-NECPs tagħhom sa tmiem l-2019, billi tibni fuq il-proċess ta' kooperazzjoni eċċellenti li jeżisti llum.", "Kuntest", "L-Istati Membri huma meħtieġa, skont ir-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika (parti mill-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha), li daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2018, li jistabbilixxu pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima ta' għaxar snin għall-perjodu mill-2021 sal-2030.", "L-Istati Membri kellhom jippreżentaw l-abbozzi tal-NECPs tagħhom sa tmiem l-2018, li mbagħad kellhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni fil-fond mill-Kummissjoni.", "Ir-Regolament jiddikjara li jekk l-abbozzi tal-NECPs ma jikkontribwixxux biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija – b'mod individwali u/jew kollettiv – il-Kummissjoni tista', sal-aħħar ta' Ġunju 2019, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex jemendaw l-abbozzi tal-pjanijiet tagħhom.", "L-NECPs finali għall-perjodu 2021-2030 iridu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri sa tmiem l-2019.", "Għal aktar tagħrif", "Mistoqsijiet u tweġibiet", "Skeda informattiva dwar il-pakkett globali", "NECPs", "Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija", "Komunkazzjoni Pjaneta Nadifa għal Kulħadd – Strateġija għad-dekarbonizzazzjoni għall-2050"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_2997", "title": "Mistoqsijiet u tweġibiet: Il-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima spjegati", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CLIMACTION,ENERGY,ENERU,PRENER", "date": "Mon, 17 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhuma l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs)?", "Il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) huma l-ewwel għodod integrati ta' ppjanar ta' nofs it-terminu li l-Istati Membri qatt kellhom iħejju fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u partikolarment il-miri miftiehma tal-UE dwar l-enerġija u l-klima għall-2030.", "L-NECPs jiddeskrivu kif kull Stat Membru qed jippjana li jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi komuni tal-Unjoni tal-Enerġija.", "L-NECPs iridu jsegwu struttura vinkolanti stabbilita mir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika biex tiġi żgurata l-komparabbiltà u l-konsistenza politika filwaqt li jiġi promoss dibattitu Ewropew wiesa' dwar il-prijoritajiet tal-enerġija u l-klima.", "Għaldaqstant, l-NECPs jirriflettu l-loġika tal-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija.", "L-effiċjenza enerġetika l-ewwel; suq tal-enerġija intern kompletament integrat; id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija; is-sigurtà, is-solidarjetà u l-fiduċja tal-enerġija, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività.", "Għal kull dimensjoni, l-Istati Membri huma meħtieġa jinkludu l-miri, l-objettivi u/jew il-kontributi kif ukoll il-politiki u l-miżuri għall-ksib tal-għanijiet nazzjonali.", "L-NECPs iridu jkunu msejsa fuq analiżi soda li tikkunsidra l-impatt mistenni tal-politiki u l-miżuri proposti.", "L-NECPs iridu jiġu diskussi wkoll kemm mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali kif ukoll mal-Istati Membri ġirien.", "L-NECPs huma għodod essenzjali għal tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jipprovdu ċertezza fl-investiment għall-industrija tal-Ewropa.", "L-Istati Membri kollha tal-UE kellhom jinnotifikaw l-abbozzi tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom (NECPs) sal-31 ta' Diċembru 2018.", "L-iskadenza biex jintbagħtu l-pjanijiet finali hija stabbilita għall-31 ta' Diċembru 2019.", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-lum u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huma parti minn proċess iterattiv mal-Istati Membri li se jiżgura li l-verżjonijiet finali tal-NECPs ikunu dettaljati, robusti u ambizzjużi biżżejjed.", "X'adottat il-Kummissjoni llum?", "X'inhu l-messaġġ ewlieni li l-Kummissjoni qed twassal lill-Istati Membri llum?", "Bil-Komunikazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet tal-lum, il-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni tal-ewwel abbozzi tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) li qatt saru u timmira li tappoġġa lill-Istati Membri fil-finalizzazzjoni ta' dawk il-pjanijiet sa tmiem l-2019.", "L-objettiv huwa li jiġu stabbiliti l-istrumenti xierqa tal-ippjanar, li jingħata appoġġ lill-Istati Membri u li l-Unjoni tkun tista' tilħaq kollettivament l-objettivi tagħha tal-Unjoni tal-Enerġija fil-ħames dimensjonijiet kollha, u b'mod partikolari l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030.", "Il-Komunikazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet jitolbu lill-Istati Membri jtejbu l-abbozzi tal-pjanijiet tagħhom f'diversi modi:", "Dan huwa l-ewwel eżerċizzju ta' dan it-tip u, matul ix-xhur li għaddew, l-Istati Membri ħadmu b'mod kostruttiv mal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tgħinhom itejbu l-verżjonijiet finali tal-NECPs tagħhom u biex jieħdu kont dovut tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni.", "Il-Kummissjoni se tkompli wkoll tippromwovi dibattitu inklużiv dwar l-NECPs, tappoġġa l-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri u tipprovdi assistenza teknika meta tintalab.", "Il-miri tal-2030 għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika huma fir-riskju li ma jintlaħqux?", "Kif inhuma bħalissa, l-abbozzi tal-NECPs ma joffrux biżżejjed kontributi, la għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u lanqas għall-effiċjenza enerġetika.", "Għas-sorsi rinnovabbli, id-distakk jista' saħansitra jkun daqs 1.6 punti perċentwali.", "Għall-effiċjenza enerġetika, id-distakk jista' saħansitra jkun daqs 6.2 punti perċentwali (jekk jitqies il-konsum tal-enerġija primarja) jew 6 punti perċentwali (jekk jitqies il-konsum tal-enerġija finali).", "L-aħbar it-tajba hi li l-Istati Membri issa għandhom sitt xhur biex jgħollu l-livell ta' ambizzjoni nazzjonali tagħhom.", "L-għan komuni tagħna huwa li niżguraw li s-somma tal-kontributi nazzjonali kif ippreżentata fl-NECPs finali tikkorrispondi mill-inqas għal-livell tal-miri miftiehma tal-UE (32 % għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; 32.5 % għall-effiċjenza enerġetika).", "Dawn il-pjanijiet kif jaffettwaw l-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi?", "Skont il-Ftehim ta' Pariġi, l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet domestiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra b'mill-inqas 40 % sal-2030, meta mqabbel mal-1990.", "Abbażi tal-miżuri ppjanati jew tal-ambizzjonijiet nazzjonali ddikjarati ta' tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra inklużi fl-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali għall-klima u l-enerġija (u permezz ta' suppożizzjonijiet konservattivi għall-pajjiżi fejn dan mhuwiex disponibbli), huwa stmat li t-tnaqqis kumplessiv tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-UE huwa konformi mal-mira tat-tnaqqis ta' -40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-2030, meta mqabbel mal-1990.", "Bl-implimentazzjoni sħiħa tal-miri adottati għall-2030 għall-klima, l-enerġija u l-mobbiltà nadifa, nistgħu nistennew saħansitra li nnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'madwar 45 % fl-2030, meta mqabbel mal-1990.", "Madankollu, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni turi li l-livell ta' ambizzjoni fl-abbozzi tal-NECPs għadu mhux se jwassalna f'dak il-punt.", "Kemm qed jagħmlu progress l-Istati Membri fil-ksib tal-miri nazzjonali tagħhom għall-gassijiet b'effett ta' serra għall-emissjonijiet mhux koperti mis-Skema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet?", "L-Istati Membri qed jippjanaw politiki addizzjonali biex jiksbu l-miri nazzjonali vinkolanti tagħhom għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra li mhumiex koperti mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS).", "Jekk jittieħdu f'daqqa, dawn diġà jnaqqsu l-emissjonijiet bi 28 % fl-2030, meta mqabbel mal-2005.", "Dan jirrappreżenta progress sinifikanti meta mqabbel mal-projezzjonijiet ta' qabel, iżda xorta jħalli distakk għall-UE sħiħa ta' 2 punt perċentwali fir-rigward tal-mira ta' -30 % miftiehma bħala l-kontribut minimu tas-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS.", "Il-miri tal-Istati Membri jvarjaw bejn tnaqqis ta' żero u 40 %.", "L-Istati Membri għandhom flessibbiltà sinifikanti dwar kif jistgħu jilħqu l-miri.", "Il-miżuri domestiċi jiffukaw b'mod partikolari fuq is-setturi tal-bini u tat-trasport.", "Xi Stati Membri jipprevedu li se jużaw trasferimenti bejn l-Istati Membri jew li jużaw ċertu ammont ta' assorbimenti addizzjonali tal-emissjonijiet fis-setturi tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija.", "Dawn il-pjanijiet kif jaffettwaw l-istrateġija fit-tul tal-UE dwar in-newtralità tal-klima għall-2050?", "Il-Kummissjoni pproponiet li l-UE ssir newtrali għall-klima sal-2050.", "Il-Parlament Ewropew diġà approva din l-ambizzjoni, filwaqt li l-Kunsill għadu qed jiddiskuti l-kwistjoni.", "Skont ir-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri iridu wkoll jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali fit-tul tagħhom sa Jannar 2020.", "Kemm l-NECPs kif ukoll l-istrateġiji fit-tul jeħtieġ li jiġu żviluppati b'mod kumplimentari, biex ikun hemm konsistenza mal-miri għall-2030 u l-objettivi fit-tul.", "Sadanittant, aktar minn nofs l-abbozzi tal-NECPs diġà jinkludu objettivi jew ambizzjonijiet għall-2050, għalkemm b'livelli differenti ta' dettall.", "Dan kif se jaffettwa liċ-ċittadini u lill-konsumaturi Ewropej?", "Din il-valutazzjoni hija pass kruċjali fid-dawl tal-finalizzazzjoni ta' NECPs solidi, robusti, kompluti u affidabbli.", "Min-naħa tagħhom, dawn il-pjanijiet se jkunu essenzjali biex jinkisbu l-miri ambizzjużi għall-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika.", "Bil-koordinazzjoni tal-politiki u tal-miżuri u bl-indirizzar tal-ħtiġijiet identifikati għall-investiment u l-innovazzjoni, l-NECPs se jippromwovu ċ-ċertezza tal-investiment u r-riformi strutturali filwaqt li jixprunaw it-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa.", "L-NECPs se jkollhom ukoll rwol kruċjali fil-promozzjoni tat-trasformazzjoni kosteffettiva tal-bażi industrijali tagħna lejn industrija newtrali għall-klima, ċirkolari u sostenibbli, li tibbenefika lis-soċjetà u lill-pjaneta b'mod ugwali.", "Fl-aħħar nett, NECPs kredibbli jippermettu lill-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi li mhux membri tal-UE dwar il-prijoritajiet tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.", "Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi tal-NECPs toffri għarfien uniku dwar id-direzzjoni li mexjin fiha l-objettivi tal-Istati Membri għall-enerġija u l-klima.", "Ir-rakkomandazzjonijiet joffru bażi komuni, solida u komparabbli li s-soċjetà ċivili tista' tuża biex tinvolvi ruħha aktar fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-isfidi komuni u l-prijoritajiet fit-tul tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija u tal-klima.", "Din il-valutazzjoni se toffri elementi addizzjonali biex tidderieġi l-konsultazzjonijiet pubbliċi, id-djalogi f'diversi livelli u l-proċessi ta' kooperazzjoni reġjonali li ġejjin, kif previst mir-Regolament dwar il-Governanza.", "X'inhu l-qafas leġiżlattiv għall-NECPs?", "Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika (ir-Regolament dwar il-Governanza) daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2018 Ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha.", "L-Istati Membri għandhom juru fl-NECP tagħhom kif se jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija, b'mod partikolari l-objettivi tal-UE dwar l-enerġija u l-klima għall-2030.", "Dawk jinkludu l-miri tal-UE ta' mill-inqas 32 % għall-enerġija rinnovabbli u mill-inqas 32.5 % għall-effiċjenza enerġetika kif stabbilit mid-Direttiva riveduta dwar l-Effiċjenza Enerġetika u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli li daħlu fis-seħħ tard fl-2018.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Is-sitt xhur li jmiss — sa tmiem l-2019 — se jkunu kruċjali biex jiġu ffinalizzati l-NECPs.", "Il-Kummissjoni issa qed tappella lill-Istati Membri biex itejbu l-NECPs tagħhom fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-lum.", "Sabiex jiġi żgurat li l-NECPs finali ppreżentati sa tmiem l-2019 jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha u jilħqu l-miri ambizzjużi tal-UE għall-2030, il-Kummissjoni qed tistieden lill-Kunsill jiftaħ dibattitu dwar il-prijoritajiet ewlenin identifikati minn din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-NECPs finali jkun fihom livell adegwat ta' ambizzjoni.", "Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-iskambji li ġejjin, il-Komunikazzjoni identifikat [seba'] prijoritajiet ewlenin sabiex jiġu strutturati l-iskambji futuri: Li negħlbu d-distakki kollha fl-“ambizzjoni” u l-politika għall-2030; li jiġu involuti l-ministeri rilevanti kollha fil-livell nazzjonali; li jkun hemm l-aħjar kooperazzjoni possibbli mal-Istati Membri ġirien; li l-NECPs jintużaw għall-appoġġ tal-industrija, tal-kompetittività u tal-innovazzjoni; l-attirar tal-investiment u l-identifikazzjoni tal-opportunitajiet ta' finanzjament; li d-dimensjoni soċjali tiġi integrata bis-sħiħ; li jiġu kkunsidrati l-objettivi fuq żmien twil u viżjoni fit-tul."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2991", "title": "Tabelli ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni għall-2019: Il-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-UE u fir-reġjuni tagħha qed tiżdied", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH,RESINSC", "date": "Sun, 16 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Jeħtieġ li l-Ewropa ssaħħaħ il-kapaċità ta' innovazzjoni tagħha biex tikkompeti fis-swieq globali u biex iżżomm jew saħansitra ttejjeb l-istil ta' ħajja Ewropew, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew kemm f'Ġunju 2018 u anki f'Marzu 2019.", "Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Juncker stabbiliet livell ġdid ta' ambizzjoni għall-UE u għall-Istati Membri u r-reġjuni tagħha, u pproponiet il-programm Orizzont Ewropa, l-aktar programm ta' riċerka u innovazzjoni ambizzjuż li qatt tfassal.", "Dan se jżomm lill-UE fuq quddiem nett tar-riċerka u l-innovazzjoni globali.", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea flimkien mat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali tal-Kummissjoni għall-2019, li ġew ippubblikati llum, juru li l-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-UE ilha titjieb għal erba' snin wara xulxin.", "Għall-ewwel darba, l-innovazzjoni fl-Ewropa qed tisboq lil dik fl-Istati Uniti.", "Madankollu, l-UE qed tkompli taqa' lura meta mqabbla mal-Ġappun u mal-Korea t'Isfel, u dan filwaqt li ċ-Ċina qed tirkupra b'rata mgħaġġla.", "Id-data tikkumplimenta r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) li saru riċentement mill-Kummissjoni fil-qafas tas-Semestru Ewropew, li jenfasizzaw ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni u jinkludu rakkomandazzjonijiet biex jissaħħu t-tkabbir tal-produttività u l-kompetittività.", "Il-klassifika tal-pajjiżi fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea.", "Il-kolonni kkuluriti juru l-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-2018, is-singijiet orizzontali juru l-prestazzjoni fl-2017, u l-kolonni l-griżi juru l-prestazzjoni fl-2011, kollha huma relattivi mal-medja tal-UE fl-2011.", "Elżbieta Bieńkowska, il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, stqarret: “It-Tabelli ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni tal-Kummissjoni jgħinu lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-UE b'mod ġenerali biex jidentifikaw f'liema oqsma hemm bżonn riformi tal-politika biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala mexxejja tal-innovazzjoni.”", "Carlos Moedas, il-Kummissarju għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, żied jgħid: “L-innovazzjoni tfisser impjiegi u tkabbir fil-futur.", "Ninsab kuntent li qed nara progress ġenerali fl-UE.", "Minkejja dan, biex nibqgħu fuq quddiem fit-tellieqa globali, kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri tagħna jeħtieġ li jkomplu jinvestu u jiżviluppaw il-politiki t-tajba sabiex l-innovazzjoni tkompli tikber.”", "Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, Corina Crețu, żiedet: “Il-fondi tal-politika ta' Koeżjoni tal-UE huma mutur ewlieni għall-innovazzjoni u għall-iżvilupp sostenibbli.", "In-negozji l-ġodda u l-intrapriżi żgħar jgħinu biex jinħolqu mudelli ta' negozju ġodda fis-settur diġitali jew ekoloġiku.", "Madankollu, iċ-ċentri tal-innovazzjoni jistgħu jikbru wkoll f'pajjiżi b'ekonomiji inqas b'saħħithom, u dawn is-sejbiet jgħinuna nappoġġjaw l-innovazzjoni f'ekosistemi reġjonali, inkluż f'reġjuni inqas żviluppati.”", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea għall-2019: sejbiet ewlenin", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali għall-2019: sejbiet ewlenin", "It-Tabella ta' Valutazzjoni għall-2019 hija akkumpanjata bit-Tabella ta' Valutazzjoni Reġjonali għall-2019.", "Din tipprovdi valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tas-sistemi ta' innovazzjoni madwar 238 reġjun ta' 23 Stat Membru tal-UE, filwaqt li Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Lussemburgu u Malta huma inklużi fil-livell tal-pajjiż.", "Barra minn hekk, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali tkopri wkoll reġjuni min-Norveġja, mis-Serbja u mill-Iżvizzera.", "L-aktar reġjuni innovattivi fl-UE huma Helsinki-Uusimaa, il-Finlandja segwita minn Stokkolma, l-Iżvezja u Hovedstaden, id-Danimarka.", "Għal 159 reġjun, il-prestazzjoni żdiedet fil-perjodu ta 'osservazzjoni ta' disa 'snin.", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali ta' din is-sena turi konverġenza b'saħħitha fil-prestazzjoni reġjonali bi tnaqqis fid-differenzi tal-prestazzjoni bejn ir-reġjuni.", "Kuntest", "Madwar żewġ terzi tat-tkabbir ekonomiku li seħħ fl-Ewropa matul dawn l-aħħar deċennji kien motivat mill-innovazzjoni.", "Kull ewro investit mill-programm Ewropew ta 'riċerka u innovazzjoni Horizon Europe jista' potenzjalment jiġġenera qligħ sa € 11 tal-PGD fuq 25 sena.", "L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni huma mistennija jiġġeneraw sa 100,000 impjieg ġdid f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni bejn l-2021 u l-2027.", "Id-data tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea u tat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali tgħin lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-UE b'mod ġenerali biex jivvalutaw l-oqsma li fihom marru tajjeb u l-oqsma li fihom jeħtieġu riformi tal-politika biex jippromwovu aktar l-innovazzjoni.", "Barra minn hekk, fil-qasam tal-analiżi tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni ppreżentat riċentement ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) għall-2019 li jagħtu gwida tal-politika ekonomika lill-Istati Membri kollha tal-UE għat-12 u t-18-il xahar li ġejjin.", "Ir-riċerka u l-innovazjoni kellhom post prominenti fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi ta' din is-sena.", "Għal aktar tagħrif"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2994", "title": "Ostakli għall-kummerċ: hekk kif jiżdied il-protezzjoniżmu, l-UE qed tkompli tiftaħ is-swieq ta' esportazzjoni għall-kumpaniji Ewropej", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Sun, 16 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat illum jikkonferma ż-żieda kontinwa tal-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-kumpaniji Ewropej fis-swieq barranin.", "Bis-saħħa tar-rispons qawwi tal-UE, 123 ostaklu bħal dawn ġew eliminati sa mill-bidu tal-mandat attwali tal-Kummissjoni, li ppermetta aktar minn EUR 6 biljun ta' esportazzjonijiet żejda fl-2018.", "L-aħħar edizzjoni tar-Rapport dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment (Trade and Investment Barriers Report — TIBR) jidentifika 45 ostaklu għall-kummerċ ġdid stabbiliti f'pajjiżi barra l-UE fl-2018, u b'hekk l-għadd totali laħaq rekord ta' 425 miżura f'59 pajjiż differenti, li jiswew lin-negozji tal-UE biljuni ta' euro kull sena.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet: “Fil-kuntest kumpless li għandna llum b'għadd dejjem jikber ta' tensjonijiet kummerċjali u miżuri protezzjonisti, l-UE għandha tibqa' tiddefendi l-interessi tal-kumpaniji tagħha fis-swieq globali.", "L-iżgurar li r-regoli eżistenti jiġu rispettati huwa ta' importanza kbira.", "Bis-saħħa ta' interventi ta' suċċess, 123 ostaklu li jfixklu l-opportunitajiet ta' esportazzjoni tal-UE tneħħew sa minn meta ħadt il-kariga tiegħi lejn l-aħħar tal-2014.", "Meta naħdmu fuq problemi speċifiċi rappurtati mill-kumpaniji tagħna, jirnexxielna nwasslu benefiċċji ekonomiċi ekwivalenti f'valur għal dawk miġjuba mill-ftehimiet kummerċjali tal-UE.", "Dawn l-isforzi ċertament għandhom ikomplu.”", "Iċ-Ċina u r-Russja qegħdin fil-quċċata tal-lista ġenerali, u żammew rispettivament 37 u 34 miżura problematika ta' kummerċ.", "Il-maġġoranza tal-impatt għall-esportazzjonijiet tal-UE ġejja minn miżuri introdotti miċ-Ċina, l-Istati Uniti, l-Indja u l-Alġerija.", "Dawn jikkonċernaw 80 % tal-esportazzjonijiet kollha tal-UE affettwati minn miżuri ġodda u jiffukaw l-aktar fuq is-setturi tal-azzar, l-aluminju u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT).", "L-isforzi tal-UE biex tinforza r-regoli kummerċjali internazzjonali eżistenti qed jipprovdu riżultati ċari.", "Filwaqt li tintervjeni f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u n-negozji tal-UE skont l-Istrateġija tal-UE għall-Aċċess għas-Swieq imtejba, is-sena l-oħra l-Kummissjoni eliminat sa 35 ostaklu kummerċjali, fost l-oħrajn fiċ-Ċina, il-Ġappun, l-Indja u r-Russja.", "Dawn il-miżuri kienu mifruxa fuq tmien setturi ewlenin tal-esportazzjoni u tal-investiment tal-UE, inklużi l-agrikoltura u s-sajd, il-karozzi, it-tessuti u l-ġilda, l-inbejjed u l-ispirti, il-kożmetiċi, il-prodotti minerali, il-partijiet tal-inġenji tal-ajru u t-tagħmir tal-ICT.", "Xi wħud minnhom affettwaw ukoll diversi setturi b'mod orizzontali.", "Ostakli għall-kummerċ u għall-investiment li ġew eliminati fl-2018 kienu jinkludu, fost l-oħrajn:", "Sfond", "L-infurzar tar-regoli tal-kummerċ internazzjonali ġie identifikat bħala prijorità ewlenija fl-istrateġija “Kummerċ għal Kulħadd” tal-Kummissjoni tal-2015.", "It-tneħħija tal-ostakli kummerċjali huwa kompitu ewlieni tal-Kummissjoni flimkien mal-enfasi aktar b'saħħitha fuq l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE.", "Is-sħubija tal-UE għall-Aċċess għas-Swieq imtejba għandha l-għan li tiżgura li l-kumpaniji tagħna jkunu jistgħu jikkompetu f'kundizzjonijiet ekwi meta jkunu qed ifittxu opportunitajiet ta' esportazzjoni u investiment f'pajjiżi barra mill-Ewropa.", "Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment ġie ppubblikat kull sena sa mill-bidu tal-kriżi ekonomika tal-2008, u huwa kompletament ibbażat fuq l-ostakli għall-kummerċ u l-investiment fis-swieq barranin, irrapportati mill-kumpaniji Ewropej.", "Il-Kummissjoni nediet ukoll Ġranet ta' Aċċess għas-Suq fi Stati Membri biex iqajmu kuxjenza fost kumpaniji iżgħar dwar kif l-UE tista' tgħin biex jiġu indirizzati l-ostakoli li jħabbtu wiċċhom magħhom.", "Fi ftit aktar minn 12-il xahar, saru avvenimenti ma' negozji lokali fid-Danimarka, Spanja, in-Netherlands, il-Litwanja, il-Portugall u Franza.", "Wara l-pubblikazzjoni tas-37 Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-UE fir-rigward tal-Antidumping, l-Antisussidji u ta' Salvagwardja fit-28 ta' Marzu 2019, dan huwa t-tieni rapport dwar l-infurzar maħruġ mill-Kummissjoni fl-2019.", "Rapport li jippreżenta progress fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE se jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Rapport dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment", "Skeda informattiva", "Lista ta' ostakli koperti fir-rapport", "Studji tal-każijiet", "Link għall-Bażi ta' Data ta' Aċċess għas-Suq biex jiġu rrapportati l-ostakoli għall-kummerċ", "Is-37 Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-UE fir-rigward tal-Antidumping, l-Antisussidji u ta' Salvagwardja"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_21_266", "title": "Mistoqsijiet u Tweġibiet: Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERGY,HEALTHPOL,PR-GREENDEAL", "date": "Thu, 04 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Ix-xjenza u t-teknoloġiji radjoloġiċi u dawk nukleari jipprovdu firxa wiesgħa ta' benefiċċji għaċ-ċittadini tal-UE f'ħafna oqsma lil hinn mill-produzzjoni tal-enerġija nukleari, b'mod partikolari b'rabta mas-saħħa tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-kanċer.", "L-użi mediċi ta' dawn it-teknoloġiji huma ta' benefiċċju għall-pazjenti fl-Ewropa kollha.", "L-Ewropa hija l-fornitur dinji ewlieni ta' isotopi radjoattivi mediċi u hi minn ta' quddiem nett fid-dinja fl-iżvilupp tad-dijanjostika u tat-trattamenti radjoloġiċi.", "Konna fit-tmun ukoll fl-istabbiliment ta' standards u ta' leġiżlazzjoni għall-kwalità u għas-sikurezza fir-radjoloġija, fir-radjoterapija u fil-mediċina nukleari.", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA, l-Aġenda Strateġika għall-Applikazzjonijiet Mediċi tar-Radjazzjoni Jonizzanti, huwa l-ewwel pjan komprensiv tagħna biex tittieħed azzjoni sabiex jiġi appoġġat l-użu sikur, ta' kwalità għolja u ekwu tat-teknoloġija radjoloġika u dik nukleari fil-kura tas-saħħa — pjan li se jibni fuq il-kisbiet imsemmija hawn fuq u se jwitti t-triq għall-azzjoni kkoordinata futura tal-UE.", "Il-Pjan iwieġeb għas-sejħa tal-Kunsill tal-UE li jiġi propost pjan ta' dan it-tip biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkollhom aċċess għal teknoloġiji radjoloġiċi u dawk nukleari ta' kwalità għolja fil-qasam tal-mediċina, bl-ogħla standards tas-sikurezza.", "Għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-koordinazzjoni tal-UE f'dan il-qasam u li jiggwida l-użu komplementari tal-programmi u tal-istrumenti tal-UE dwar l-Enerġija, is-Saħħa u r-Riċerka.", "Il-Pjan ifittex li jnaqqas l-inugwaljanzi fl-Istati Membri u bejniethom permezz ta' titjib fid-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol, fil-kultura tas-sikurezza tar-radjazzjoni, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ.", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA fih miżuri fi tliet oqsma ta' prijorità: (i) l-iżgurar tal-provvista ta' isotopi radjoattivi mediċi, (ii) it-titjib tal-kwalità u tas-sikurezza tar-radjazzjoni fil-qasam tal-mediċina, u (iii) l-iffaċilitar tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku tal-applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni jonizzanti.", "Fost azzjonijiet oħra, jinkludi:", "It-teknoloġiji radjoloġiċi u dawk nukleari huma indispensabbli fil-ġlieda kontra l-kanċer.", "Dawn jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-istadji kollha tal-kura tal-pazjenti bil-kanċer, inklużi s-sejbien minn kmieni tal-marda, id-dijanjożi, it-trattament u l-kura palljattiva.", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA se jappoġġa bosta mill-objettivi tal-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer:", "Varjetà ta' teknoloġiji nukleari u tar-radjazzjoni jaqdu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-kanċer:", "Jeħtieġ li tiġi żgurata l-provvista tal-isotopi radjoattivi mediċi fuq perjodu medju sa twil, sabiex jinżamm l-aċċess tal-pazjenti tal-UE għal proċeduri mediċi vitali u sabiex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' trattamenti ġodda biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-kanċer.", "Il-ktajjen tal-produzzjoni tal-isotopi radjoattivi jiddependu fuq materja prima li mhix faċilment disponibbli fl-UE u li jeħtieġ li tiġi importata minn stokkijiet jew minn produzzjoni limitati f'pajjiżi terzi.", "Ir-reatturi tar-riċerka tal-UE li kienu jipproduċu isotopi radjoattivi mediċi qed jiqdiemu u se jkollhom bżonn jiġu sostitwiti sal-2030 biex jiġu evitati skarsezzi ta' isotopi radjoattivi.", "Dan se jirrikjedi investiment sinifikanti iżda joħloq ukoll opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza u fis-sostenibbiltà permezz tal-innovazzjoni teknoloġika fil-katina tal-provvista tal-isotopi radjoattivi.", "Wara l-kriżi tal-2009-2010 fil-provvista tal-isotopi radjoattivi, l-UE indirizzat din il-kwistjoni f'Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2010 u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, li pproponew sett ta' prinċipji u ta' azzjonijiet biex tiġi żgurata l-produzzjoni sostenibbli tal-isotopi radjoattivi fl-UE.", "B'rispons għal dan, il-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati tal-industrija stabbilew b'mod konġunt Osservatorju Ewropew dwar il-Provvista ta' Isotopi Radjoattivi Mediċi biex tiġi appoġġata l-kontinwità tal-provvista tal-isotopi radjoattivi mediċi.", "L-UE pprovdiet assistenza finanzjarja għal proġetti rilevanti, inklużi fondi għar-riċerka tal-Euratom għal proġetti u għal fjuwils tar-reatturi tar-riċerka, u għal proġetti tal-isotopi radjoattivi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Bank Ewropew tal-Investiment.", "Il-Kummissjoni ppromwoviet diversi studji u organizzat laqgħat mal-partijiet ikkonċernati biex tagħti informazzjoni dwar l-azzjonijiet proposti fil-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA.", "It-Trattat Euratom jiddefinixxi l-kompetenza tal-UE għas-saħħa u s-sikurezza fir-rigward tar-radjazzjoni jonizzanti.", "Għalhekk, l-Unjoni stabbiliet qafas legali ambizzjuż f'dan il-qasam, magħruf bħala d-Direttiva li tistabbilixxi “Standards Bażiċi tas-Sikurezza” (BSS).", "Id-Direttiva BSS hija xprun ewlieni għall-kwalità u għas-sikurezza tal-applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni jonizzanti fl-Istati Membri u fil-prattika medika ta' kuljum.", "L-aġġornament tal-2013 ta' dan il-qafas ġab miegħu diversi bidliet importanti li jibbenefikaw minnhom il-pazjenti u l-persunal mediku tal-UE.", "Il-Kummissjoni tappoġġa u tippubblika linji gwida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva BSS fil-mediċina.", "L-iżviluppi leġiżlattivi rigward l-apparati mediċi, kif ukoll il-linji gwida tal-UE dwar l-iskrinjar tal-kanċer tas-sider huma rilevanti ħafna wkoll għall-kwalità u għas-sikurezza tal-applikazzjonijiet radjoloġiċi mediċi.", "Il-Kummissjoni qed tikkoopera wkoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ma' regolaturi Ewropej u ma' organizzazzjonijiet professjonali fil-qafas ta' diversi inizjattivi f'dan il-qasam.", "Għal iktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa – IP/21/265", "Skeda informattiva –FS/21/268"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_265", "title": "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA: It-teknoloġija radjoloġika u nukleari tappoġġa l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERGY,HEALTHPOL,PR-GREENDEAL", "date": "Thu, 04 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan ta' Azzjoni tagħha msejjaħ SAMIRA – l-Aġenda Strateġika għall-Applikazzjonijiet Mediċi tar-Radjazzjoni Jonizzanti.", "Il-Pjan se jtejjeb il-koordinazzjoni tal-UE, se jiżgura li t-teknoloġiji radjoloġiċi u dawk nukleari jkomplu jkunu ta' benefiċċju għas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE, u se jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-kanċer u mard ieħor.", "Dan il-Pjan ta' Azzjoni huwa l-ewwel segwitu għall-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, adottat mill-Kummissjoni fit-3 ta' Frar.", "Il-Kummissarju għall-Enerġija, Kadri Simson, stqarret: “Il-pandemija attwali fakkritna lkoll dwar l-importanza tas-saħħa u l-ħtieġa li nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inżidu l-benesseri taċ-ċittadini tagħna.", "L-użu mediku sikur tat-teknoloġija radjoloġika u ta' dik nukleari huwa għodda utli ħafna fl-arsenal tagħna u diġà qed ikun ta' benefiċċju għal mijiet ta' miljuni ta' pazjenti madwar l-Ewropa.", "Dan il-Pjan ta' Azzjoni se jiżgura li l-UE tibqa' l-mexxej globali fil-provvista tal-isotopi radjoattivi mediċi u fl-iżvilupp ta' dijanjostika u ta' trattamenti radjoloġiċi, filwaqt li tapplika l-ogħla standards tal-kwalità u tas-sikurezza.”", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides, qalet: “Permezz tal-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer, se nieħdu azzjoni biex niżguraw li nagħmlu iktar skrinjar, u li nagħmlu skrinjar aħjar.", "U biex nagħmlu dan, jeħtieġ li jkollna teknoloġija tar-radjazzjoni li tkun sikura u ta' kwalità għolja.", "L-immaġnijiet radjoloġiċi huma indispensabbli għad-detezzjoni u għad-dijanjożi bikrin tal-kanċer, filwaqt li iktar minn nofs il-pazjenti bil-kanċer issirilhom ir-radjoterapija.", "Huma element li dejjem ikun preżenti fil-ħajja ta' pazjent bil-kanċer.", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA huwa l-ewwel riżultat tagħna fil-qafas tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, u huwa eżempju eċċellenti ta' kollaborazzjoni bejn il-komunitajiet tal-enerġija, tas-saħħa u tar-riċerka.”", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA jiżgura li ċ-ċittadini tal-UE jkollhom aċċess għal teknoloġiji radjoloġiċi u nukleari ta' kwalità għolja fil-qasam tal-mediċina bl-ogħla standards tas-sikurezza.", "Il-Pjan jiddefinixxi azzjonijiet u miżuri fi tliet oqsma ewlenin: (i) l-iżgurar tal-provvista ta' isotopi radjoattivi mediċi, (ii) it-titjib tal-kwalità u tas-sikurezza tar-radjazzjoni fil-qasam tal-mediċina, u (iii) l-iffaċilitar tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku tal-applikazzjonijiet mediċi tar-radjazzjoni jonizzanti.", "L-azzjonijiet jinkludu:", "Sfond", "Hemm varjetà ta' teknoloġiji nukleari u tar-radjazzjoni li jaqdu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-kanċer.", "Il-mammografija, it-tomografija kompjuterizzata u forom oħra ta' immaġnijiet radjoloġiċi huma teknoloġiji indispensabbli għall-istadji kollha tal-ġestjoni tal-kanċer.", "Ir-radjoterapija hija fost l-iktar trattamenti tal-kanċer effettivi, effiċjenti u użati li l-pazjenti u t-tobba għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom.", "Il-mediċina nukleari tintuża regolarment għad-dijanjożi u għas-segwitu tal-kanċer, u qed issir dejjem iktar disponibbli għat-trattament tal-kanċer.", "Permezz tan-network tal-provvista uniku tagħha, tal-iżviluppi teknoloġiċi innovattivi u tal-impenn qawwi fir-riċerka klinika, l-Ewropa taqdi rwol ċentrali fil-qasam tal-mediċina nukleari.", "L-UE hija l-fornitur ewlieni ta' isotopi radjoattivi mediċi fid-dinja, b'sehem mis-suq ta' iktar minn 60 % għal uħud mill-isotopi radjoattivi li jintużaw l-iktar.", "Uħud mill-iktar żviluppi farmaċewtiċi u kliniċi importanti reċenti fit-trattament tal-kanċer permezz tal-mediċina nukleari oriġinaw fl-UE.", "L-azzjonijiet u l-inizjattivi tal-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA huma bbażati fuq il-qafas leġiżlattiv eżistenti.", "Il-Pjan ta' Azzjoni se jiġi implimentat permezz ta' strumenti u ta' programmi fl-oqsma tal-Enerġija, is-Saħħa u r-Riċerka u l-Innovazzjoni.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Il-Pjan ta' Azzjoni SAMIRA", "Mistoqsijiet u tweġibiet", "Skeda informattiva", "Il-paġna web dwar l-użi mediċi tar-radjazzjoni", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_21_401", "title": "Dikjarazzjoni Konġunta fid-dawl tal-Jum Internazzjonali ta' Tolleranza Żero għall-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,RESINSC", "date": "Thu, 04 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Fid-dawl tal-Jum Internazzjonali ta' Tolleranza Żero għall-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili, fis-6 ta' Frar 2021, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/il-Viċi President tal-Kummissjoni Josep Borrell Fontelles, il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, Věra Jourová,, il-Viċi President għad-Demokrazija u d-Demografija, Dubravka Šuica, il-Kummissarju għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, u l-Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali, Jutta Urpilainen, ingħaqdu flimkien biex jaffermaw mill-ġdid l-impenn b'saħħtu tal-UE li tinqered il-mutilazzjoni ġenitali femminili madwar id-dinja u għamlu d-dikjarazzjoni li ġejja:", "“L-ebda mara jew tifla m'għandha ssofri mill-vjolenza.", "Il-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) hija ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u att ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet.", "Huwa stmat li aktar minn 200 miljun mara u tifla madwar id-dinja sofrew mill-MĠF.", "Fl-Ewropa jgħixu mill-inqas 600,000 mara u tifla bil-konsegwenzi tal-MĠF, ħafna drabi b'effett serju fuq is-saħħa u l-benessri tagħhom, kif ukoll b'periklu għal ħajjithom.", "Minħabba l-COVID-19 kien hemm tfixkil fil-programmi ta' prevenzjoni, u l-progress biex din il-prattika faħxija titnaqqas kien imminat serjament.", "Kull pass lura jpoġġi eluf ta' nisa u bniet f'riskju.", "Il-MĠF ma tistax tiġi ġġustifikata bħala prattika kulturali jew tradizzjonali — hija reat u ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "Ħafna nies u komunitajiet m'għadhomx jipprattikaw il-MĠF.", "Il-bidla hija possibbli u qed isseħħ.", "Il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-protezzjoni tas-superstiti huma fil-qalba tal-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza.", "B'mod konformi mal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020–2024, mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020–2025 u mal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi IIIaħna impenjatili nintensifikaw l-azzjonijiet tagħna biex intemmu l-MĠF fl-Ewropa u madwar id-dinja.", "Għal dan il-għan ngħinu lis-superstiti u naħdmu magħhom, mal-familji u mal-komunitajiet affettwati, mal-esperti u ma' dawk li jfasslu l-politika, biex intemmu l-MĠF.", "Din is-sena se nippreżentaw ukoll proposta għall-prevenzjoni u biex niġġieldu forom speċifiċi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, u Rakkomandazzjoni speċifika għall-prevenzjoni ta' prattiki dannużi.", "L-Istrateġija li jmiss tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal tagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti ulterjuri biex tipprevjeni b'mod effettiv u teqred il-MĠF, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha.", "Kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel għandhom rwol kruċjali fil-qerda tal-MĠF.", "Xejn ma jista' jiġġustifika din il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u ħadd m'għandu jibqa' sieket.", "Għadna impenjati aktar minn qatt qabel biex intemmu l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa.", "Ma nistgħux nistennew.", "Dan hu d-dmir tagħna fil-konfront ta' kull mara u tifla f'riskju.”", "Sfond", "Il-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) tinkludi l-proċeduri kollha li jinvolvu t-tneħħija parzjali jew totali tal-ġenitali esterni femminili jew ħsara oħra lill-organi ġenitali femminili għal raġunijiet mhux mediċi, kif definit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.", "Il-MĠF hija kwistjoni dinjija li teżisti anke fl-Ewropa.", "Huwa stmat li fi 13-il pajjiż Ewropew hemm 180,000 tifla li huma f'riskju ta' mutilazzjoni filwaqt li 600,000 mara qed jgħixu bil-konsegwenzi tal-MĠF fl-Ewropa.", "Il-MĠF titwettaq b'motivazzjonijiet żbaljati għal diversi raġunijiet kulturali, reliġjużi jew soċjali fuq bniet żgħar bejn l-infanzja u l-età ta' 15-il sena.", "Il-MĠF tikkostitwixxi forma ta' abbuż tat-tfal u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; hija għandha konsegwenzi fiżiċi u psikoloġiċi gravi kemm fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul.", "Skont il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika hi meħtieġa l-kriminalizzazzjoni tal-MĠF.", "Il-Konvenzjoni ġiet iffirmata mill-Istati Membri kollha u sa issa ġiet ratifikata minn 21 Stat Membru.", "Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Kunsill għall-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni.", "Jekk il-Konvenzjoni ta' Istanbul tibqa' blokkata fil-Kunsill, il-Kummissjoni fl-2021 tressaq proposta ġdida biex tipprevjeni u tiġġieled il-vjolenza abbażi tal-ġeneru.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi li l-lista ta' reati b'dimensjoni Ewropea tiġi estiża bil-forom kollha ta' reat ta' mibegħda u diskors ta' mibegħda.", "Anke l-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-drittijiet tat-tfal, li jiffurmaw parti minnha l-Istati Membri kollha, tikkundanna l-MĠF bħala forma ta' vjolenza kontra n-nisa.", "L-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li tindirizza l-MĠF permezz tal-Għan numru 5 tagħha dwar l-Ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-mira speċifika 5.3 tagħha dwar l-eliminazzjoni ta' prattiki dannużi.", "Fil-kuntest ta' azzjoni esterna u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-qerda tal-MĠF tibqa' azzjoni ċentrali fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020–2024 u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2021–2025.", "Dan hu rifless f'azzjonijiet konkreti, pereżempju permezz ta' appoġġ lill-Programm Konġunt ta' UNFPA/UNICEF għall-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili permezz tal-inizjattiva reġjonali Spotlight Africa, fejn ġew iddedikati €10 miljun għall-ġlieda kontra l-prattika fi 18-il pajjiż sħab.", "Il-Kummissjoni qed tippjana biex tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra forom speċifiċi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru.", "Il-Kummissjoni se tipproponi wkoll Rakkomandazzjoni speċifika għall-prevenzjoni ta' prattiki dannużi.", "Barra minn hekk, l-UE tkompli tipprovdi finanzjament permezz tal-fergħa Daphne tal-programmi tal-UE għal proġetti li għandhom l-għan li jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-MĠF.", "L-istrateġija li jmiss tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal tkopri kemm l-azzjoni interna kif ukoll dik esterna.", "Tinkludi azzjonijiet għall-prevenzjoni u r-rispons għall-vjolenza kontra t-tfal, kemm fl-azzjonijiet interni kif esterni tal-UE.", "Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil imressaq mill-Kummissjoni f'Settembru 2020 għandu wkoll l-għan li jsaħħaħ is-salvagwardji ta' protezzjoni disponibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali, u jiżgura l-eliġibbiltà għall-protezzjoni internazzjonali għan-nisa u l-bniet b'biża' ta' persekuzzjoni jew li jiffaċċjaw ir-riskju li jisfaw vittmi tal-MĠF.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Sabiex wieħed isir jaf aktar dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili u dak li qiegħda tagħmel l-Unjoni Ewropea biex telimina din il-prattika, ara l-Q&A.", "Riċerka mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar il-prevalenza tal-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea u studju dwar il-prevalenza tal-MĠF fil-Belġju, il-Greċja, Franza, l-Italja, Ċipru u Malta.", "Studju dwar il-MĠF: More girls at risk but community opposition growing"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_206", "title": "Il-Kummissjoni tiftaħ proċeduri ta' ksur kontra 24 Stat Membru talli ma ttrasponewx regoli ġodda tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,PR-DIGITAL", "date": "Wed, 03 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta' ksur kontra 24 Stat Membru talli ma ppromulgawx regoli ġodda tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni.", "Il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi jimmodernizza l-qafas regolatorju Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika, sabiex isaħħaħ l-għażliet u d-drittijiet tal-konsumaturi, pereżempju billi jiżgura kuntratti iktar ċari, servizzi ta' kwalità, u swieq kompetittivi għall-konsumaturi.", "Il-Kodiċi jiżgura wkoll standards ogħla tas-servizzi tal-komunikazzjoni, inkluż dawk tal-komunikazzjoni ta' emerġenza iktar effiċjenti u aċċessibbli.", "Barra minn hekk, jippermetti lill-operaturi jibbenefikaw minn regoli li jinċentivaw l-investimenti f'networks b'kapaċità għolja ħafna kif ukoll minn iktar prevedibbiltà regolatorja, u dan iwassal għal servizzi u infrastrutturi diġitali iktar innovattivi.", "L-iskadenza għat-traspożizzjoni tal-Kodiċi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet il-21 ta' Diċembru 2020.", "Sa issa, il-Greċja, l-Ungerija u l-Finlandja biss innotifikaw lill-Kummissjoni li huma adottaw il-miżuri kollha meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, u għaldaqstant iddikjaraw li t-traspożizzjoni tagħhom kienet kompluta.", "Għalhekk, il-Kummissjoni bagħtet ittri ta' intimazzjoni lill-Belġju, lill-Bulgarija, liċ-Ċekja, lid-Danimarka, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lill-Irlanda, lil Spanja, lil Franza, lill-Kroazja, lill-Italja, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lil Malta, lin-Netherlands, lill-Awstrija, lill-Polonja, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Slovenja, lis-Slovakkja u lill-Iżvezja u talbithom jadottaw u jinnotifikaw il-miżuri rilevanti.", "L-Istati Membri għandhom xahrejn biex jirrispondu.", "Il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, li jaġġorna l-qafas regolatorju li jirregola s-settur Ewropew tat-telekomunikazzjoni mal-isfidi l-ġodda, daħal fis-seħħ f'Diċembru 2018, u l-Istati Membri kellhom sentejn biex jimplimentaw ir-regoli tiegħu.", "Il-Kodiċi huwa leġiżlazzjoni ċentrali biex naslu għal soċjetà Ewropea tal-Gigabits u biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa taċ-ċittadini kollha tal-UE fl-ekonomija u fis-soċjetà diġitali.", "Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva fil-liġi nazzjonali, il-Kummissjoni kienet qed timmonitorja l-proċess tat-traspożizzjoni u kienet qed tipprovdilhom gwida u assistenza estensiva.", "Barra minn hekk, il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) żviluppa u ppubblika linji gwida sabiex ikunu ta' għajnuna għal suċċess fl-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda.", "F'konformità mal-Kodiċi, f'Diċembru 2020 il-Kummissjoni adottat il-leġiżlazzjoni li ġejja biex issaħħaħ il-kompetizzjoni, l-armonizzazzjoni regolatorja u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-atturi kollha tas-suq, filwaqt li tipproteġi lill-konsumaturi u tippermetti rati ġusti u offerti varjati għas-servizzi tal-internet u tat-telefon.", "Skeda informattiva dwar il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi", "Il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi", "Konnettività għal soċjetà Ewropea tal-Gigabits", "Regoli ġodda tal-UE għat-telekomunikazzjoni: l-aħħar azzjonijiet qabel l-iskadenza tat-traspożizzjoni – Stqarrija għall-istampa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_21_344", "title": "Mistoqsijiet u Tweġibiet: Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 02 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Għaliex qed tippreżenta l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer issa?", "Fl-2020, 2.7 miljun persuna ġew dijanjostikati bil-kanċer u 1.3 miljun persuna oħra tilfu ħajjithom fl-Unjoni Ewropea.", "Minbarra li jikkawża tbatija fiżika u emozzjonali kbira għall-pazjenti u għal dawk ta' madwarhom, il-kanċer iqiegħed piż kbir fuq is-sistemi tas-saħħa tagħna, fuq l-ekonomija tagħna, u fuq is-soċjetà tagħna.", "L-impatt ekonomiku globali tal-kanċer fl-Ewropa huwa stmat li huwa ta' aktar minn EUR 100 biljun fis-sena.", "B'kollox, l-Ewropa tirrappreżenta għaxra fil-mija tal-popolazzjoni tad-dinja, iżda kwart tal-każijiet tal-kanċer fid-dinja.", "Sal-2035 il-każijiet tal-kanċer mistennija jiżdiedu bi kważi 25 %, u dan jagħmlu l-kawża ewlenija tal-imwiet fl-UE.", "Dawn iċ-ċifri jenfasizzaw il-ħtieġa tal-UE li żżid il-ħidma tagħha fuq il-kanċer permezz ta' politiki konkreti.", "Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt serju fuq il-kura tal-kanċer, billi fixklet il-prevenzjoni u t-trattament, ħolqot dewmien fid-dijanjożi, u affettwat l-aċċess għall-mediċini.", "L-UE mhix diġà qed taġixxi fuq il-kanċer?", "L-UE fil-fatt ilha taħdem għal għexieren ta' snin biex tindirizza l-kanċer.", "L-azzjonijiet tagħha jinkludu l-kontroll tat-tabakk u l-protezzjoni minn sustanzi perikolużi, li diġà kkontribwew biex jiġu salvati u mtawla l-ħajjiet.", "Madankollu, l-aħħar pjan ta' azzjoni Ewropew kontra l-kanċer ġie żviluppat fil-bidu tas-snin 90.", "Minn dak iż-żmien 'il hawn, l-inizjattivi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer inkludew l-Inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kanċer tas-Sider (ECIBC) u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar il-Kanċer (ECIS), it-tnejn ikkoordinati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.", "Il-programm tas-Saħħa kkontribwixxa wkoll għal azzjonijiet konġunti dwar is-Sħubija Ewropea (EPAAC), il-kontroll komprensiv tal-kanċer (CANCON), is-Sħubija Innovattiva għall-Azzjoni kontra l-Kanċer (iPAAC) u l-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer (ECAC).", "Fiż-żmien li għadda minn meta ġew imnedija dawk l-inizjattivi, id-dinja rat progress kbir fit-trattament tal-kanċer.", "Il-mediċina personalizzata – imfassla għal sitwazzjonijiet u ħtiġijiet individwali – biddlet il-pronjożi tal-pazjenti b'mod radikali.", "Sadanittant, ir-riċerka u l-innovazzjoni bl-għajnuna tat-teknoloġiji diġitali, avvanzaw b'mod drammatiku l-fehim tagħna ta' kif il-kanċer jibda' u jipprogressa, u tal-prevenzjoni u tad-dijanjożi tiegħu.", "L-Ewropa teħtieġ mill-aktar fiss possibbli ġġedded l-impenn tagħha għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-kura tal-kanċer, liema impenn għandu jirrikonoxxi l-isfidi dejjem akbar fir-rigward tal-kanċer u jirrifletti l-iżviluppi fil-kura tal-kanċer.", "Huwa meħtieġ approċċ komprensiv mill-gvernijiet, li jiffoka fuq il-pazjent u jisfrutta l-potenzjal ta' teknoloġiji u għarfien ġodda; li jsaħħaħ il-kooperazzjoni; li jelimina l-inugwaljanzi fir-rigward tal-aċċess għall-għarfien, għall-prevenzjoni, għad-dijanjożi u għall-kura tal-kanċer; u li jtejjeb l-eżiti tas-saħħa għall-pazjenti.", "X'qiegħda tippreżenta l-Kummissjoni llum?", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer huwa pilastru ewlieni għal Unjoni Ewropea tas-Saħħa b'saħħitha, kif ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2020, li jappella għal Unjoni Ewropea aktar sigura, reżiljenti u mħejjija aħjar.", "Il-Pjan dwar il-Kanċer ippreżentat illum jieħu approċċ ġdid għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-kura tal-kanċer billi jimmassimizza l-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda.", "Fih azzjonijiet konkreti u ambizzjużi li se jappoġġaw u jikkomplementaw l-isforzi tal-Istati Membri biex titnaqqas it-tbatija kkawżata mill-kanċer.", "Matul is-snin li ġejjin, il-Pjan dwar il-Kanċer se jikkonċentra fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, u se jistudja aktar fil-fond il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda.", "Il-Pjan dwar il-Kanċer se jimmobilizza strumenti finanzjarji biex jappoġġa lill-Istati Membri.", "Bl-objettivi ta' politika tiegħu, appoġġati minn għaxar inizjattivi ewlenin u minn diversi azzjonijiet ta' appoġġ, il-Pjan dwar il-Kanċer se jgħin lill-Istati Membri biex jibdlu l-andament tal-ġlieda kontra l-kanċer.", "Dan se jippermetti l-kondiviżjoni ta' għarfien espert u ta' riżorsi fl-UE kollha billi jappoġġa pajjiżi, reġjuni u bliet b'inqas għarfien u kapaċità.", "Il-Pjan dwar il-Kanċer se jgħin lir-riċerkaturi biex jiskambjaw is-sejbiet bejn Stati Membri żgħar u kbar, u biex ikollhom aċċess għal data kruċjali dwar is-saħħa fir-rigward tal-kawżi potenzjali tal-kanċer u tat-trattamenti promettenti għalih.", "Permezz tal-azzjonijiet u l-inizjattivi tiegħu, il-persunal mediku u l-isptarijiet se jkunu jistgħu jisfruttaw ammont kbir ta' informazzjoni kondiviża, u b'hekk jiġi żgurat li l-pazjenti fl-UE kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kura u trattament aħjar.", "Il-Pjan dwar il-Kanċer se jkollu l-appoġġ ta' firxa wiesgħa ta' politiki tal-UE, fejn id-diġitalizzazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni jkunu l-punt tat-tluq għal approċċ ġdid għall-kura tal-kanċer fl-UE.", "L-azzjonijiet se jittieħdu f'oqsma li jvarjaw mill-impjiegi, l-edukazzjoni, il-politika soċjali u l-ugwaljanza, sal-kummerċjalizzazzjoni, l-agrikoltura, l-enerġija, l-ambjent u l-klima, sat-trasport, il-politika ta' koeżjoni u t-tassazzjoni.", "Il-Pjan dwar il-Kanċer qed iqis it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19?", "Iva.", "Il-pandemija affettwat b'mod sinifikanti kull fażi tal-kura tal-kanċer.", "Il-pandemija fixklet it-trattament tal-kanċer, ħolqot dewmien fl-iskrinjar, u affettwat l-aċċess għall-mediċini.", "Affettwat ukoll il-kwalità tal-ħajja u l-kura ta' segwitu għall-pazjenti.", "Il-Kummissjoni żammet kuntatt regolari u mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u ġew organizzati konsultazzjonijiet immirati ma' assoċjazzjonijiet ewlenin biex jiġi diskuss l-impatt tal-COVID-19 fuq il-pazjenti tal-kanċer u fuq it-trattament tiegħu.", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer jinkorpora t-tagħlimiet meħuda mill-pandemija u jindirizza l-impatt tal-COVID-19 fuq il-kanċer billi jsaħħaħ il-koordinazzjoni u jistabbilixxi sħubijiet effettivi kif ukoll enfasi akbar fuq il-gruppi vulnerabbli.", "Azzjoni konkreta tal-Pjan dwar il-Kanċer hija li jitqiesu t-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 biex jiġi żviluppat ippjanar ta' kontinġenza b'rispons għal avvenimenti simili fil-futur.", "Azzjonijiet oħra f'dan il-qasam jinkludu t-tisħiħ u l-integrazzjoni tat-telemediċina u tat-telesorveljanza fis-sistemi tas-saħħa u tal-kura permezz ta' appoġġ għar-riċerka, għall-innovazzjoni u għal azzjonijiet ta' implimentazzjoni, permezz ta' fondi tal-UE.", "X'azzjonijiet se tieħu fuq l-alkoħol?", "L-Ewropa għandha l-ogħla livelli ta' konsum tal-alkoħol fid-dinja u l-kanċer attribwibbli għall-alkoħol huwa ta' tħassib kbir għas-saħħa.", "Minkejja dan, l-għarfien dwar l-alkoħol bħala fattur ta' riskju għall-kanċer huwa baxx.", "It-tisħiħ tal-politiki ta' kontroll tal-alkoħol huwa meħtieġ għall-prevenzjoni ta' każijiet ta' kanċer u ta' mwiet attribwibbli għall-alkoħol.", "Il-Kummissjoni għalhekk se tappoġġa lill-Istati Membri biex jimplimentaw firxa wiesgħa ta' politiki bħat-tnaqqis fl-affordabbiltà u d-disponibbiltà tal-alkoħol, il-limiti fuq ir-reklamar u l-promozzjoni, u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju tal-konsum tal-alkoħol u l-kanċer.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tassazzjoni tal-alkoħol.", "Se tirrieżamina wkoll il-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-UE dwar ix-xiri transfruntier ta' prodotti tal-alkoħol.", "Bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar din il-kwistjoni.", "X'azzjonijiet se tieħu fuq it-tabakk?", "It-tipjip tas-sigaretti u forom oħra ta' użu tat-tabakk huma responsabbli għal 15 - 20 % tal-każijiet kollha tal-kanċer fl-Ewropa, u dan jagħmlu l-akbar fattur ta' riskju li jista' jiġi evitat.", "Minbarra t-trattament ta' kwistjonijiet dwar il-prodotti tat-tabakk tradizzjonali, l-indirizzar tal-ġenerazzjoni li jmiss tat-tabakk u ta' prodotti relatati se jibqa' prijorità, peress li prodotti ġodda bħat-tabakk imsaħħan u prodotti oħra se jkomplu jidħlu fis-suq.", "Jeħtieġ li ż-żgħażagħ jiġu protetti milli jaqbdu vizzji dejjiema li huma ta' ħsara għas-saħħa.", "Il-Pjan se jipproponi azzjonijiet li jgħinu fil-ħolqien ta' “Ġenerazzjoni Ħielsa mit-Tabakk” billi jittieħed approċċ komprensiv għat-tabakk, inkluż:", "Il-Kummissjoni se tipproponi aġġornament għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Ambjenti Bla Tipjip u se tirrakkomanda li l-kopertura tagħha tiġi estiża għal prodotti emerġenti, bħas-sigaretti elettroniċi u l-prodotti tat-tabakk imsaħħan.", "Il-Pjan dwar il-Kanċer se jagħti wkoll impetu ġdid lill-Istati Membri biex itejbu l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti fl-istrateġiji ġenerali tagħhom għall-kontroll tat-tabakk, inkluż fir-rigward tal-bejgħ lill-minorenni u tal-kampanji ta' waqfien mit-tipjip.", "X'azzjonijiet se tieħu fuq l-ikel?", "Id-dieta tista' tinfluwenza r-riskju tal-kanċer ħafna snin qabel ma dan jiġi ddijanjostikat, saħansitra miż-żmien tat-tfulija.", "Id-dieti b'konsum abbundanti ta' frott u ħaxix, ta' żrieragħ sħaħ minflok żrieragħ raffinati, u b'konsum baxx ta' laħam aħmar u laħam ipproċessat, ta' xarbiet mħollija biz-zokkor, u ta' melħ inaqqsu r-riskju mhux biss tal-kanċer, iżda wkoll tal-mard kardjovaskulari, tad-dijabete, kif ukoll il-mortalità ġenerali.", "Il-Kummissjoni se tevalwa l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfal għall-perjodu 2014-2020 u tipproponi segwitu għalih.", "Se jkun hemm sinerġiji b'saħħithom mal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tal-iskema tal-UE dwar il-frott, il-ħaxix u l-ħalib għall-iskejjel biex il-prodotti tajbin għas-saħħa jsiru aktar disponibbli għat-tfal.", "Il-Kummissjoni qed twettaq rieżami tal-politika ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli, bil-ħsieb li ttejjeb il-kontribut tagħha għall-produzzjoni u għall-konsum sostenibbli, u f'konformità mal-bidla lejn dieta ibbażata aktar fuq il-pjanti, b'inqas laħam aħmar u pproċessat u b'inqas ikel ieħor marbut mar-riskji tal-kanċer, iżda b'aktar frott u ħaxix.", "Il-Pjan dwar il-Kanċer se jniedi l-kampanja “HealthyLifestyle4All” fl-2021, li tinvolvi setturi ewlenin li jippromwovu l-isport, l-attività fiżika u d-dieti tajbin għas-saħħa.", "X'se jiġi ffinanzjat fl-ambitu tal-pjan u kif?", "Il-pjan se jagħmel użu sħiħ mill-istrumenti ta' finanzjament kollha disponibbli, b'total ta' EUR 4 biljuni allokati għal azzjonijiet li jindirizzaw il-kanċer.", "Dan jinkludi sehem sostanzjali mill-“Programm l-UE għas-Saħħa” l-ġdid, li minnu se jintużaw EUR 1.25 biljun b'appoġġ għall-azzjonijiet kontra l-kanċer.", "Barra minn hekk, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Orizzont Ewropa l-ġdid jista' jipprovdi total ta' EUR 2 biljuni biex jappoġġa l-Missjoni proposta dwar il-Kanċer u proġetti oħra ta' riċerka relatati mal-kanċer, filwaqt li l-Erasmus+, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie jistgħu jipprovdu sa total ta' EUR 500 miljun għal proġetti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fir-riċerka fil-qasam tal-kanċer.", "Il-programm Ewropa Diġitali se jiffoka fuq l-investimenti diġitali, fuq id-data elettronika u fuq il-ħiliet diġitali, filwaqt li jipprovdi appoġġ finanzjarju ta' sa EUR 250 miljun għal proġetti relatati mal-kanċer.", "Barra minn hekk, il-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew Plus jistgħu jintużaw mill-Istati Membri u mir-reġjuni tagħhom biex itejbu r-reżiljenza, l-aċċessibbiltà u l-effettività tas-sistemi tas-saħħa tagħhom.", "L-azzjonijiet eliġibbli jvarjaw mill-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, it-titjib tal-aċċess għad-detezzjoni u skrinjar bikrija, sat-trattament, kif ukoll proġetti ta' riċerka u żvilupp.", "Fl-ambitu tal-baġit u tal-pjan ta' rkupru tan-“Next Generation EU”, qed tinħoloq Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li m'għandhiex preċedent, b'baġit ta' EUR 672.5 biljun f'appoġġ u self li ma jitħallsux lura, biex jiġu ffinanzjati r-riformi u l-investimenti.", "Dawn il-fondi jistgħu jintużaw ukoll għall-investimenti fl-infrastruttura tas-saħħa, fit-tagħmir, fit-trasformazzjoni diġitali tal-kura tas-saħħa, jew fil-kapaċità tal-manifattura għall-mediċini u għall-apparat mediku.", "Dawn l-istrumenti huma taħt ġestjoni kondiviża, u l-Istati Membri se jkunu responsabbli biex jistabbilixxu l-prijoritajiet abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom, u biex iwettqu dawn il-proġetti.", "Il-Kummissjoni tħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ minn dawn l-opzjonijiet kollha biex jimplimentaw il-miżuri inklużi fil-Pjan dwar il-Kanċer.", "Biex tiffaċilita l-użu tal-istrumenti ta' finanzjament tal-UE għall-investiment fil-qasam tal-kanċer, il-Kummissjoni se tistabbilixxi mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-għarfien biex tinforma lill-Istati Membri dwar il-mekkaniżmi differenti tal-UE u kif dawn jistgħu jintużaw.", "L-Istati Membri u s-settur privat se jikkontribwixxu finanzjarjament ukoll?", "L-investimenti relatati mal-kanċer mill-Istati Membri u mill-entitajiet pubbliċi u privati jistgħu jiġu mmobilizzati wkoll permezz ta' garanziji tal-baġit tal-UE, pereżempju permezz tal-programm InvestEU.", "Dan se joffri self u finanzjament ta' ekwità għall-investimenti fi sptarijiet, f'faċilitajiet tal-kura primarja u tal-komunità, fis-saħħa online, fil-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa, u fi prodotti, servizzi u mudelli tal-kura tas-saħħa innovattivi.", "Dan il-Pjan se jneħħi l-attenzjoni tal-UE minn fuq mard ewlieni ieħor mhux komunikabbli?", "Le.", "Peress li ħafna mard mhux komunikabbli għandu l-istess fatturi ta' riskju komuni, l-enfasi akbar fuq il-prevenzjoni tal-kanċer se jkollha wkoll impatt pożittiv f'oqsma oħra.", "Għalhekk, xi azzjonijiet ambizzjużi li huma indirizzati fil-Pjan tal-Kanċer se jkunu ta' benefiċċju wkoll għal mard ieħor mhux komunikabbli u għas-sistemi tas-saħħa b'mod ġenerali.", "Kif se timmonitorja l-progress fl-ambitu tal-Pjan?", "Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-Grupp ta' Implimentazzjoni tal-Pjan dwar il-Kanċer tal-UE, biex tallinja l-azzjonijiet u l-politiki fil-Kummissjoni Ewropea kollha u f'istituzzjonijiet oħra tal-UE.", "Il-grupp se jistabbilixxi pjan direzzjonali ta' implimentazzjoni li se jispeċifika f'aktar dettall il-passi differenti għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet deskritti fil-pjan.", "Il-grupp se jiltaqa' regolarment biex jiddiskuti u jirrevedi l-implimentazzjoni tal-Pjan dwar il-Kanċer abbażi tal-pjan direzzjonali.", "Il-Grupp se jaħdem ukoll mill-qrib mal-Parlament Ewropew, mal-Istati Membri, mal-Bord tal-Missjoni dwar il-Kanċer tal-Orizzont Ewropa u ma' grupp ta' kuntatt tal-partijiet ikkonċernati li għandu jiġi stabbilit fl-ambitu tal-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-Kummissjoni.", "Biex timmonitorja x-xejriet fil-qasam tal-kanċer u l-progress tal-Pjan, il-Kummissjoni se tiġbor u tippubblika wkoll b'mod regolari d-data rilevanti dwar il-kanċer permezz tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar il-Kanċer, li se tikkontribwixxi wkoll informazzjoni għar-Reġistru tal-Inugwaljanzi fil-qasam tal-Kanċer.", "X'inhu l-perjodu ta' żmien tal-pjan?", "Ma hemm l-ebda data tat-tmiem għall-pjan, iżda dan se jiġi rieżaminat regolarment għall-ewwel darba sa tmiem l-2024.", "Dan ir-rieżami se jivvaluta jekk l-azzjonijiet meħuda humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi, jew jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Il-Pjan dwar il-Kanċer diġà se jiġi eżaminat mill-Istati Membri f'laqgħa tal-Ministri tas-Saħħa skedata li ssir matul il-Presidenza Portugiża tal-UE.", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem flimkien mal-Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer (BECA) tal-Parlament Ewropew.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer", "Anness tal-Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer", "Stqarrija għall-istampa", "Skeda informattiva", "Paġna web tal-Pjan dwar il-Kanċer", "Ewrobarometru dwar it-tabakk", "Il-politika tal-UE dwar il-kanċer"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_342", "title": "Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer: Approċċ ġdid tal-UE għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kura", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Tue, 02 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, lejlet il-Jum Dinji kontra l-Kanċer, il-Kummissjoni Ewropea qed tippreżenta l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer — prijorità ewlenija fil-qasam tas-saħħa tal-Kummissjoni von der Leyen u pilastru ewlieni għal Unjoni Ewropea tas-Saħħa b'saħħitha.", "Bit-teknoloġiji ġodda, ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala l-punt tat-tluq, il-Pjan dwar il-Kanċer jistabbilixxi approċċ ġdid tal-UE għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-kanċer.", "Dan il-pjan se jindirizza l-fażijiet kollha tal-marda, mill-prevenzjoni sal-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti bil-kanċer u ta' dawk li jfiequ minnu filwaqt li jiffoka fuq azzjonijiet fejn l-UE tista' żżid l-aktar valur.", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer se jkun appoġġat minn azzjonijiet li jkopru l-oqsma ta' politika kollha mill-impjiegi, l-edukazzjoni, il-politika soċjali u l-ugwaljanza, sal-kummerċjalizzazzjoni, l-agrikoltura, l-enerġija, l-ambjent u l-klima, sat-trasport, il-politika ta' koeżjoni, u t-tassazzjoni.", "Erba' oqsma ta' azzjoni ewlenin", "Il-Pjan dwar il-Kanċer huwa strutturat madwar erba' oqsma ta' azzjoni ewlenin b'10 inizjattivi prinċipali u diversi azzjonijiet ta' appoġġ.", "Dan se jiġi implimentat bl-użu tal-firxa sħiħa ta' strumenti ta' finanzjament tal-Kummissjoni, b'total ta' EUR 4 biljun allokati għal azzjonijiet li jindirizzaw il-kanċer, inkluż mill-\"Programm l-UE għas-Saħħa\", minn Orizzont Ewropa u mill-programm Ewropa Diġitali.", "Barra minn hekk, biex jiġu appoġġati teknoloġiji ġodda, ir-riċerka u l-innovazzjoni, se jitnieda Ċentru ta' Għarfien dwar il-Kanċer ġdid biex jgħin fil-koordinazzjoni ta' inizjattivi xjentifiċi u tekniċi relatati mal-kanċer fil-livell tal-UE.", "Se titwaqqaf Inizjattiva Ewropea tal-Immaġni tal-Kanċer biex tappoġġa l-iżvilupp ta' għodod ġodda megħjuna bil-kompjuter biex jittejbu l-mediċina personalizzata u s-soluzzjonijiet innovattivi.", "Se jkun hemm fokus partikolari fuq it-tfal, permezz tat-tnedija tal-“Inizjattiva għall-Għajnuna għat-Tfal bil-Kanċer” li tiżgura li t-tfal ikollhom aċċess għal detezzjoni, dijanjożi, trattament u kura rapidi u ottimali.", "Fl-aħħar nett, biex jiġu identifikati x-xejriet, id-disparitajiet u l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri u r-reġjuni, fl-2021 se jiġi stabbilit Reġistru dwar l-Inugwaljanzi fil-Qasam tal-Kanċer.", "Dan huwa li ntqal miIl-Membri tal-Kulleġġ:", "Fi kliem il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen: “Fl-2020, filwaqt li lkoll konna qed niġġieldu kontra l-pandemija tal-COVID-19, ħafna minna kienu qed jiġġieldu battalja silenzjuża.", "Il-battalja kontra l-kanċer.", "Fl-2020, tlifna 1.3 miljun Ewropew minħabba din il-marda.", "U sfortunatament, l-għadd ta' każijiet qed jiżdied.", "Huwa għalhekk li llum qed nippreżentaw il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer.", "Il-ġlieda ta' dawk li qed jissieltu mal-kanċer hija wkoll il-ġlieda tagħna, fl-Ewropa.”", "Margaritis Schinas il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea qal: “Filwaqt li nonoraw waħda mill-wegħdiet ċentrali tal-Kummissjoni, illum qed nippreżentaw Pjan antropoċentriku għall-kanċer li jindirizza l-angoli kollha: il-prevenzjoni, id-dijanjosi, it-trattament u l-fejqan.", "Dan il-Pjan huwa uniku minħabba li huwa bbażat fuq approċċ tas-“saħħa fil-politiki kollha”, li jgħaqqad it-trufijiet kollha biex jinkiseb l-għan komuni, li jingħeleb il-kanċer.", "Dan jikkonċerna s-saħħa, iżda jmur lil hinn mill-politika tas-saħħa.", "Huwa sforz tas-soċjetà kollha.", "F'Unjoni Ewropea tas-Saħħa b'saħħitha, il-kanċer isir prijorità politika, operattiva u xjentifika kondiviża.”", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, qalet: “Dan il-pjan huwa l-ewwel u qabel kollox dwar in-nies.", "Huwa dwar iċ-ċelebrazzjoni u t-tisħiħ tar-reżiljenza u t-trattament tal-kanċer bħala marda li tista' u trid tingħeleb.", "Unjoni Ewropea tas-Saħħa b'saħħitha hija Unjoni fejn iċ-ċittadini huma protetti minn kanċers li jistgħu jiġu evitati, fejn għandhom aċċess għal skrinjar u dijanjożi bikrija, u fejn kulħadd jingħata aċċess għal kura ta' kwalità għolja, f'kull pass.", "Dan huwa dak li rridu niksbu bil-Pjan dwar il-Kanċer tagħna — li nagħmlu impatt konkret għall-kura tal-kanċer fis-snin li ġejjin.", "Għalija dan mhuwiex biss impenn politiku, huwa impenn personali.”", "Sfond", "Fl-2020, 2.7 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea ġew dijanjostikati bil-marda, u 1.3 miljun ruħ oħra tilfu ħajjithom vittmi tagħha.", "Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer huwa pilastru ewlieni tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa ppreżentat mill-President von der Leyen f'Novembru 2020, li jappella għal Unjoni Ewropea aktar sigura, reżiljenti u mħejjija aħjar.", "L-UE ilha taħdem fuq il-kanċer għal għexieren ta' snin.", "L-azzjonijiet tagħha, b'mod partikolari dwar il-kontroll tat-tabakk (il-Kummissjoni illum ippubblikat stħarriġ ġdid dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej lejn it-tabakk u s-sigaretti elettroniċi) u l-protezzjoni minn sustanzi perikolużi, salvaw u tawlu ħafna ħajjiet.", "Madankollu, l-aħħar pjan ta' azzjoni Ewropew komprensiv kontra l-kanċer imur lura għall-bidu tad-disgħinijiet u l-kura tal-kanċer rat progress kbir minn dak iż-żmien 'l hawn, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għar-riċerka u żvilupp (R&D) iffinanzjat mill-baġit tal-UE.", "Minbarra li jaffettwa b'mod sever il-ħajja tal-pazjenti u dawk ta' madwarhom, il-kanċer għandu impatt enormi fuq is-sistemi tas-saħħa tagħna, fuq l-ekonomija tagħna, u fuq is-soċjetà inġenerali.", "L-impatt ekonomiku globali tal-kanċer fl-Ewropa huwa stmat li jaqbeż EUR 100 biljun fis-sena.", "Mingħajr azzjoni konklużiva, sal-2035 il-każijiet ta' kanċer huma stmati li se jiżdiedu bi kważi 25 %, u dan jagħmlu l-kawża ewlenija tal-mewt fl-UE.", "Barra minn hekk, il-pandemija tal-COVID-19 kellha effett serju fuq il-kura tal-kanċer, fixklet it-trattament, dewmet id-dijanjożi u t-tilqim, u affettwat l-aċċess għall-mediċini.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer", "Anness għall-Komunikazzjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer", "MEMORANDUM", "Skeda informattiva", "Il-paġna web tal-Pjan dwar il-Kanċer", "Ewrobarometru dwar it-tabakk", "Il-politika tal-UE dwar il-kanċer", "Ir-rispons tal-UE għall-Coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_309", "title": "Il-Kummissjoni tiżborża EUR 14-il biljun taħt SURE lil disa' Stati Membri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF,BUDFINPROG", "date": "Mon, 01 Feb 2021 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Il-Kummissjoni Ewropea żborżat EUR 14-il biljun lil disa' Stati Membri fir-raba' pagament tal-appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri taħt l-istrument SURE.", "Dan huwa l-ewwel żborż fl-2021.", "Bħala parti mill-operazzjonijiet tal-lum, il-Belġju rċieva EUR 2 biljun, Ċipru EUR 229 miljun, l-Ungerija EUR 304 miljun, il-Latvja EUR 72 miljun, il-Polonja EUR 4,28 biljun, is-Slovenja EUR 913 miljun, Spanja EUR 1,03 biljun, il-Greċja EUR 728 miljun u l-Italja EUR 4,45 biljun.", "Id-disa' Stati Membri kollha diġà rċevew appoġġ finanzjarju taħt SURE fl-2020, permezz ta' waħda mill-ewwel tliet operazzjonijiet ta' ħruġ u żborż li seħħew fl-2020.", "Dan is-self se jassisti lill-Istati Membri huma u jindirizzaw żidiet f'daqqa fin-nefqa pubblika biex jiġi ppreservat l-impjieg.", "B'mod speċifiku, is-self se jgħin lill-Istati Membri jkopru l-ispejjeż direttament relatati mal-finanzjament ta' skemi nazzjonali ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, u miżuri simili oħra li jkunu stabbilew bħala rispons għall-pandemija tal-coronavirus, inkluż għal dawk li jaħdmu għal rashom.", "L-iżborżi tal-lum isegwu l-ħruġ tar-raba' bond soċjali taħt l-istrument SURE tal-UE, li attira interess konsiderevoli mill-investituri.", "Is-sottoskrizzjoni żejda notevoli sarrfet f'termini ta' pprezzar favorevoli li l-Kummissjoni qed tgħaddi direttament lill-Istati Membri benefiċjarji.", "Wara l-iżborżi tal-lum, 15-il Stat Membru rċevew total ta' EUR 53,5 biljun taħt l-istrument SURE.", "Ladarba jitlestew l-iżborżi kollha ta' SURE, il-Belġju jkun irċieva EUR 7,8 biljun, Ċipru EUR 479 miljun, l-Ungerija EUR 504 miljun, il-Latvja EUR 192 miljun, il-Polonja EUR 11,2-il biljun, is-Slovenja EUR 1,1 biljun, Spanja EUR 21,3 biljun, il-Greċja EUR 2,7 biljun u l-Italja EUR 27,4 biljun.", "Ħarsa ġenerali lejn l-ammonti żborżati s'issa u l-maturitajiet differenti tal-bonds huma disponibbli online hawnhekk.", "Tqassim tal-EUR 90,3 biljun li ġie awtorizzat għal 18-il Stat Membru s'issa huwa disponibbli hawnhekk.", "L-Istati Membri għadhom jistgħu jippreżentaw talbiet biex jirċievu appoġġ finanzjarju taħt SURE li għandu qawwa totali sa EUR 100 biljun.", "Il-Membri tal-Kulleġġ qalu:", "Il-President Ursula von der Leyen qalet: “Taħt il-programm SURE, l-UE mobilizzat sa EUR 100 biljun f'self għall-Istati Membri tal-UE biex issalva l-impjiegi u żżomm in-nies jaħdmu.", "Il-fondi qed jaslu b'mod regolari għand l-Istati Membri tagħna, u b'hekk jgħinuhom finanzjarjament biex itaffu l-impatt tal-pandemija tal-coronavirus.”", "Il-Kummissarju Johannes Hahn, inkarigat mill-Baġit u l-Amministrazzjoni, qal: Wara r-raba' ħruġ ta' bonds b'suċċess taħt SURE, issa żborżajna aktar minn nofs il-fondi previsti taħt dan l-istrument.", "Il-15-il Stat Membru li bbenefikaw mill-erba' żborżi inizjali issa huma mgħammra aħjar biex itaffu l-impatt soċjali tal-pandemija tal-coronavirus.", "Se nipproċedu bl-implimentazzjoni rapida tal-kumplament tal-programm sabiex nagħtu l-fondi awtorizzati kollha lit-18-il Stat Membru li s'issa talbu appoġġ finanzjarju taħt dan l-istrument”.", "Paolo Gentiloni, il-Kummissarju għall-Ekonomija, qal: “Illum, il-Kummissjoni Ewropea tħallas EUR 14-il biljun oħra biex tappoġġa lill-ħaddiema f'disa' pajjiżi tal-UE li ntlaqtu ħażin.", "Il-pandemija tkompli tkun ta' piż fuq l-ekonomiji tagħna u filwaqt li nafu li hemm dawl f'tarf ta' din il-mina, ma nafux kemm baqa' biex nilqgħuh.", "Huwa għalhekk li SURE u s-solidarjetà Ewropea li jirrappreżenta huma daqstant importanti.”", "Sfond", "Fis-26 ta' Jannar, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet ir-raba' bond soċjali taħt l-istrument SURE tal-UE u l-ewwel wieħed għall-2021, għal valur totali ta' EUR 14-il biljun.", "Il-ħruġ kien jikkonsisti f'żewġ bonds, bi EUR 10 biljun li għandhom jitħallsu lura f'Ġunju 2028 u EUR 4 biljun li għandhom jitħallsu lura f'Novembru 2050.", "Kien hemm domanda għolja fost l-investituri – il-bonds ġew sottoskritti b'mod eċċessiv għal aktar minn 8 darbiet u 12-il darba, rispettivament, li għal darb'oħra ppermettew lill-Kummissjoni tikseb kundizzjonijiet ta' pprezzar tajbin ħafna.", "B'mod aktar konkret, il-bond ta' seba' snin kien ipprezzat b'rendiment negattiv ta' -0,497 %.", "Dan ifisser li għal kull EUR 105 li jieħdu l-Istati Membri, iħallsu lura EUR 100 meta l-bond jimmatura.", "Il-bond ta' 30 sena kien ipprezzat kemm kemm fuq in-naħa pożittiva, fil-livell ta' 0,134 %, li huwa riżultati eċċellenti għal din il-maturità.", "Dawn qed jingħaddu direttament lill-Istati Membri tal-UE.", "Il-bonds maħruġa mill-UE taħt SURE jibbenefikaw mit-tikketta bħala bonds soċjali.", "Dan jagħti fiduċja lill-investituri f'dawn il-bonds li l-fondi mobilizzati se jservu objettiv verament soċjali.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa dwar ir-raba' ħruġ ta' bonds", "Ir-Regolament SURE", "Skeda informattiva: SURE - Appoġġ lill-Istati Membri biex jgħinhom jipproteġu n-nies fix-xogħol u l-impjiegi - SURE", "Mistoqsijiet u tweġibiet: Il-Kummissjoni tipproponi l-istrument SURE", "Rispons għall-Coronavirus", "Qafas tal-Bonds Soċjali", "Sit web ta' SURE", "Sit web tal-UE bħala l-entità li qed tissellef"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5002", "title": "Il-Greċja tibda kapitolu ġdid wara l-konklużjoni tal-programm ta' appoġġ għall-istabbiltà tagħha", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Sun, 19 Aug 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Greċja kkonkludiet b'suċċess programm ta' tliet snin ta' appoġġ għall-istabbiltà tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) bil-post tagħha fil-qalba taż-żona tal-Euro u fl-Unjoni Ewropea żgurat.", "Il-konklużjoni b'suċċess tal-programm hija xhieda tal-isforzi tal-poplu Grieg, tal-impenn tal-pajjiż għal riforma, u tas-solidarjetà tas-sħab Ewropej tagħha.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: “Il-konklużjoni tal-programm ta' appoġġ għall-istabbiltà timmarka mument importanti għall-Greċja u għall-Ewropa.", "Filwaqt li s-sħab Ewropej urew is-solidarjetà tagħhom, il-poplu Grieg wieġeb għal kull sfida b'kuraġġ u b'determinazzjoni.", "Jien dejjem iġġilidt biex il-Greċja tibqa' fil-qalba tal-Ewropa.", "Hekk kif il-poplu Grieg jibda kapitolu ġdid fl-istorja tiegħu li tmur lura eluf ta' snin, huwa dejjem se jsib fija alleat, sieħeb u ħabib.”", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Il-konklużjoni tal-programm ta' appoġġ għall-istabbiltà hija aħbar tajba kemm għall-Greċja kif ukoll għaż-Żona tal-Euro.", "Għall-Greċja u l-poplu tagħha, timmarka l-bidu ta' kapitolu ġdid wara tmien snin partikolarment diffiċli.", "Għaż-Żona tal-Euro, taqta' linja simbolika wara kriżi eżistenzjali.", "Ir-riformi estensivi li wettqet il-Greċja wittew it-triq għal irkupru sostenibbli: dan ta' min jieħu ħsiebu u jrid jinżamm biex il-poplu Grieg ikun jista' jisfrutta l-benefiċċji tal-isforzi u s-sagrifiċċji tiegħu.", "L-Ewropa se tkompli tappoġġa lill-Greċja.”", "Fl-ambitu tal-programm ta' appoġġ għall-istabbiltà, il-Greċja rċeviet total ta' €61.9 biljun f'self abbażi tal-implimentazzjoni ta' pakkett ta' riforma komprensiv u mingħajr preċedent.", "Il-programm ta' appoġġ għall-istabbiltà ħa approċċ ikkoordinat biex jindirizza kwistjonijiet li ilhom jeżistu u profondi li kkontribwew biex il-Greċja tesperjenza kriżi ekonomika.", "IL-Greċja ħadet miżuri biex tiżgura s-sostenibbiltà fiskali tagħha, li wasslu biex il-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika jgħaddi minn defiċit sinifikanti għal surplus fl-2017, li huwa pproġettat li jinżamm.", "Dawn il-miżuri ta' riforma u l-isforzi ta' konsolidazzjoni se jkollhom effetti kumulattivi tul iż-żmien, u b'hekk se jibqa' jkollhom impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà fiskali ferm lil hinn mill-konklużjoni mill-programm.", "Is-settur finanzjarju issa jinsab f'pożizzjoni ħafna iktar b'saħħitha riżultat tal-operazzjonijiet ta' rikapitalizzazzjoni li kellhom suċċess, tar-riforma tal-governanza bankarja, u tal-ħidma biex tiġi implimentata strateġija li tnaqqas is-self improduttiv, li trid tiġi sostnuta.", "L-effiċjenza u l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika ġew imtejba, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' regoli ġodda dwar il-ħatra, il-valutazzjoni u l-mobbiltà tal-impjegati tas-settur pubbliku; it-twaqqif tal-Awtorità Indipendenti għad-Dħul Pubbliku; u miżuri biex jagħmlu s-sistema ġudizzjarja aktar effiċjenti.", "Fl-aħħar, ġew implimentati miżuri strutturali importanti biex itejbu l-ambjent tan-negozju tal-Greċja u l-kompetittività sabiex jagħmlu l-Greċja destinazzjoni attraenti għall-investiment u jippermettu lin-negozji li diġà jeżistu jespandu, jinnovaw u joħolqu l-impjiegi; kif ukoll biex jistabbilixxu pensjonijiet sostenibbli u universali, kura tas-saħħa u sistemi ta' benefiċċju soċjali, inkluż skema ta' dħul minimu garantit.", "Meta meħudin flimkien, dawn ir-riformi trasformattivi stabbilew il-pedamenti għal irkupru sostenibbli, filwaqt li implimentaw il-kundizzjonijiet fundamentali meħtieġa għal tkabbir sostenibbli, ħolqien ta' impjiegi u finanzi pubbliċi sodi fis-snin li ġejjin.", "It-titjib tal-indikaturi ekonomiċi jikkonferma li filwaqt li għad hemm xogħol xi jsir, l-isforzi li ttieħdu diġà qed jipprovdu benefiċċji tanġibbli billi jirrestawraw l-ordni fil-finanzi pubbliċi filwaqt li jnaqqsu l-qgħad, u jiżguraw ritorn għat-tkabbir.", "It-tkabbir ekonomiku rkupra minn -5.5% fl-2010 għal 1.4% fl-2017 u huwa mistenni jibqa' madwar 2% fl-2018 u l-2019.", "Il-bilanċ fiskali għamel progress minn defiċit massiv ta' 15.1 % fl-2009 għal surplus ta' 0.8 % fl-2017 (li jikkorrispondi għal surplus primarju ta' 4.2 % f'termini tal-programm).", "Għalkemm il-qgħad għadu għoli b'mod inaċċettabbli, skont ċifri maħruġa dan l-aħħar mill-Awtorità Griega tal-Istatistika, il-qgħad naqas għal 19.5 % f'Mejju 2018, filwaqt li għall-ewwel darba minn Settembru 2011 laħaq livell ta' inqas minn 20 %.", "Għall-Greċja, il-konklużjoni tal-programm timmarka t-tmiem ta' kapitolu u l-bidu ta' ieħor.", "Jeħtieġ li nibqgħu ffokati fuq l-indirizzar tal-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi li huma l-konsegwenzi tas-snin tal-kriżi.", "L-awtoritajiet Griegi jeħtieġ li jibqgħu responsabbli għar-riformi u jiżguraw l-implimentazzjoni sostnuta tagħhom, konformi ma' dak li ġie ddikjarat fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' Ġunju 2018.", "Dan huwa pass kruċjali fil-bini tal-fiduċja fis-suq u biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku tal-Greċja, b'mod partikolari fil-perjodu li jiġi immedjatament wara l-programm.", "Il-Greċja se tkun integrata bis-sħiħ fis-Semestru Ewropew ta' koordinazzjoni ta' politika ekonomika u soċjali biex jiġi żgurat li l-pajjiż u l-poplu tiegħu jiksbu l-benefiċċji sħaħ mill-isforzi li ttieħdu fl-aħħar snin.", "Fil-perjodu ta' wara l-programm, it-tlestija, il-provvediment u l-implimentazzjoni ta' riformi miftiehma skont il-programm se jkunu sorveljati wkoll permezz ta' qafas ta' sorveljanza msaħħa.", "Is-Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali tal-Kummissjoni se jkompli jassisti lill-awtoritajiet Griegi, fuq talba tagħhom, fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi li jtejbu t-tkabbir.", "Sfond", "Il-Greċja ilha tibbenefika minn assistenza finanzjarja mis-sħab Ewropej tagħha mill-2010.", "L-awtoritajiet Griegi talbu programm ta appoġġ għall-istabbiltà tal-MES ġdid fit-8 ta' Lulju 2015.", "Fl-20 ta' Awwissu 2015, il-Kummissjoni Ewropea ffirmat, f'isem il-MES, Memorandum ta' Qbil għal programm ta' appoġġ għall-istabbiltà ta' tliet snin.", "Fit-23 ta' Ġunju 2018, il-Grupp tal-Euro kkonferma li l-azzjonijiet kollha preċedenti taħt ir-raba' u l-aħħar rieżami tal-programm tal-appoġġ għall-istabbiltà kienu twettqu.", "Il-Grupp tal-Euro laħaq ukoll ftehim dwar pakkett b'saħħtu ta' miżuri dwar id-dejn, minbarra l-miżuri diġà fis-seħħ għal żmien qasir, biex jiżguraw li d-dejn tal-Greċja jkun sostenibbli fi żmien fit-tul.", "Fis-6 ta' Awwissu 2018, il-MES approva żborż finali ta' €15 biljun ta' assistenza finanzjarja.", "B'kollox, €288.7 biljun f'self ġew ipprovduti lill-Greċja mill-2010.", "Dan jinkludi €256.6 biljun mis-sħab Ewropej tagħha u €32.1 biljun mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI).", "B'mod parallel mal-programm tal-appoġġ għall-istabbiltà, il-Kummissjoni nediet il-pjan għal “Bidu Ġdid għall-Impjiegi u t-Tkabbir fil-Greċja” f'Lulju 2015 biex tiffaċilita lill-Greċja timmassimizza l-użu tagħha tal-fondi tal-UE biex tistabbilizza l-ekonomija tagħha u ssaħħaħ l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment.", "B'riżultat tal-miżuri eċċezzjonali adottati skont il-pjan, il-Greċja issa hija fost l-ogħla assorbituri tal-fondi tal-UE.", "Għall-perjodu 2014-2020, il-Greċja diġà rċeviet kważi EUR 16 biljun minn riżerva kbira ta' fondi tal-UE.", "Dan huwa ekwivalenti għal aktar minn 9 % tal-prodott domestiku gross annwali tal-2017 tal-Greċja.", "Il-Greċja hija wkoll il-benefiċjarju ewlieni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) tal-Pjan ta' Juncker, bħala sehem tal-PDG.", "Il-FEIS issa mistenni li jiskatta aktar minn €10 biljun f'investimenti u jappoġġa aktar minn 20,000 impriża żgħar u medja fil-Greċja.", "Aktar informazzjoni", "Skedi informattivi - Kapitolu ġdid għall-Greċja", "Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' Ġunju 2018", "Fuljett: Bidu ġdid għall-impjiegi u t-tkabbir fil-Greċja – Tliet snin wara", "Aktar informazzjoni ġenerali dwar l-assistenza finanzjarja tal-UE lill-Greċja", "Stqarrija għall-istampa - Il-Kummissjoni tappoġġja n-normalizzazzjoni fil-Greċja permezz tal-attivazzjoni ta' qafas ta' wara l-programm"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_18_5004", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet Christos Stylianides dwar il-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja 2018", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS,ICHACR", "date": "Thu, 16 Aug 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Fil-15-il Anniversarju tal-attakk bil-bombi fuq il-Kwartieri Ġenerali tan-NU f'Bagdad, l-Unjoni Ewropea tagħti ġieħ lill-impenn tal-ħaddiema umanitarji li jissograw ħajjithom biex iwasslu l-għajnuna umanitarja madwar id-dinja.Ir-rispett mingħajr ekwivoki tal-liġi internazzjonali, tas-sigurtà u s-sikurezza tal-ħaddiema umanitarji u l-aċċess bla xkiel tagħhom għal dawk fil-bżonn huma ta' importanza kbira għall-Unjoni Ewropea.", "Qabel il-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja tal-2018, ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini u Christos Stylianides, il-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, għamlu l-istqarrija li ġejja:", "“Persuni pajżana ta' spiss ikollhom iħallsu l-ogħla prezz fil-kunflitti, u l-attakki, inkluż kontra ħaddiema umanitarji, għadhom qed iseħħu.", "Matul is-sena li għaddiet, mill-Afganistan san-Niġerja u mir-Repubblika Ċentru-Afrikana sal-Jemen, dawn l-attakki kkawżaw il-mewt ta' nies pajżana u ta' ħaddiema umanitarji.", "Dawn l-atti ta' vjolenza huma ksur serju tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali.", "Is-salvataġġ tal-ħajjiet ma għandux jiswa l-ħajjiet.", "Kważi 4,400 ħaddiem umanitarju sfaw vittmi ta' attakki kbar matul l-aħħar għoxrin sena.", "Aktar minn terz minn dawn inqatlu.", "Il-jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja huwa opportunità biex nagħtu ġieħ lil dawn il-ħaddiema umanitarji ddedikati, u biex nippromwovu s-sigurtà u s-sikurezza tagħhom.", "Il-partijiet kollha f'kunflitti għandhom obbligu skont id-Dritt Umanitarju Internazzjonali biex jiżguraw is-sikurezza tal-ħaddiema umanitarji, u biex jiffaċilitaw l-aċċess umanitarju mingħajr xkiel u sostnut, b'mod li l-għajnuna tkun tista' tilħaq lill-popli kollha fil-bżonn.", "L-UE hija minn ta' quddiem fid-dinja fl-assistenza umanitarja.", "Il-promozzjoni tal-għajnuna umanitarja bi prinċipji u tar-rispett għad-Dritt Umanitarju Internazzjonali tibqa' fil-qalba tal-impenn internazzjonali tagħna.”", "Sfond", "Persuni ċivili f'żoni ta' kunflitt huma regolarment maqtula jew midruba f'attakki mmirati jew indiskriminati.", "Il-kunflitti ġiegħlu għadd rekord ta' persuni jaħarbu minn djarhom, b'iktar minn 68.5 miljun persuna spostati b'mod furzat mad-dinja, li nofshom huma tfal taħt l-età ta' 18-il sena.", "Fl-2017, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 2.43 biljun għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'aktar minn 80 pajjiż madwar id-dinja.", "Proporzjon sinifikanti ta' dan mar għall-appoġġ ta' popolazzjonijiet milquta mill-kunflitt fis-Sirja u r-refuġjati f'pajjiżi u reġjuni ġirien.", "L-UE kompliet ukoll tappoġġa lil dawk spustati minħabba kunflitti li ilhom għaddejjin, mill-Afganistan sal-Kolombja u l-Qarn tal-Afrika, filwaqt li twieġeb għal kriżijiet emerġenti, bħalma huma l-ispostament tar-Rohingya.", "Iż-żieda qawwija fi ksur apposta tal-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL) u tal-prinċipji umanitarji għamlet il-protezzjoni sfida ewlenija fil-kuntesti umanitarji tal-lum.", "Fl-2017, aktar minn 10 % tal-baġit għall-għajnuna umanitarja tal-UE ġie allokat għall-attivitajiet tal-protezzjoni umanitarja.", "L-UE kompliet taħdem favur it-tisħiħ tal-protezzjoni u l-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż permezz tad-djalogu, l-istqarrijiet u l-inizjattivi, kif ukoll permezz ta' finanzjament għal taħriġ fid-dritt umanitarju internazzjonali għall-persunal u l-imsieħba, u attivitajiet tad-disseminazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tad-dritt umanitarju internazzjonali fost il-pubbliku ġenerali.", "Pereżempju, bl-appoġġ tal-UE, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) żviluppa l-kampanja “Kura tas-Saħħa fil-Periklu” li tqajjem kuxjenza dwar l-impatt mifrux u gravi ta' atti vjolenti li jxekklu t-twassil tal-kura tas-saħħa, jagħmlu ħsara lil faċilitajiet jew vetturi jew jeqirduhom, u jweġġgħu jew joqtlu l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3389", "title": "Intgħażlu l-ewwel 17-il università permezz tal-inizjattiva tal-“Universitajiet Ewropej”: pass kbir 'il quddiem biex tinbena Żona Ewropea tal-Edukazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Tue, 25 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea ħabbret l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja mill-Ewropa kollha li se jkunu parti mill-ewwel alleanzi tal-“Universitajiet Ewropej”.", "Dawn se jtejbu l-kwalità tal-edukazzjoni għolja Ewropea, se jagħmluha iktar attraenti, u se jixprunaw il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, kif ukoll bejn l-istudenti u l-persunal tagħhom.", "Mill-54 applikazzjoni li rċeviet fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, il-Kummissjoni għażlet 17-il università (ara l-Anness), li abbażi ta' evalwazzjoni mwettqa minn 26espert estern indipendenti, fosthom retturi, professuri u riċerkaturi, jinvolvu 114-il istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja minn 24 Stat Membru.", "L-Universitajiet Ewropej huma alleanzi transnazzjonali ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja mill-UE kollha li jikkondividu strateġija fit-tul u li jippromwovu l-valuri u l-identità Ewropej.", "L-inizjattiva għandha l-għan li ssaħħaħ b'mod sinifikanti l-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal, u li tkattar il-kwalità, l-inklużività u l-kompetittività tal-edukazzjoni għolja Ewropea.", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, stqarr:“Kuntent ħafna bl-ambizzjoni tal-ewwel 17-il università tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, li se jservu ta' mudell għall-oħrajn fl-UE kollha.", "Bis-saħħa tagħhom, il-ġenerazzjonijiet li jmiss ta' studenti se jesperjenzaw l-Ewropa billi jsiefru biex jistudjaw f'pajjiżi differenti minn tagħhom.", "Jien konvint li din l-inizjattiva, li hija element importanti taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, se twassal għal bidla reali fl-edukazzjoni għolja fl-Ewropa, billi se tagħti spinta lill-eċċellenza u lill-inklużjoni.”", "L-għażla tal-Universitajiet Ewropej tinkludi firxa wiesgħa ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja mill-UE kollha, minn universitajiet tax-xjenzi applikati, minn universitajiet tekniċi, minn universitajiet tal-Belle Arti u minn universitajiet komprensivi u intensivi fir-riċerka.", "L-Universitajiet Ewropej se jsiru kampusijiet interuniversitarji fejn l-istudenti, il-kandidati għal dottorat, il-persunal u r-riċerkaturi jistgħu jiċċaqilqu fihom mingħajr xkiel.", "Dawn se jiġbru flimkien l-għarfien espert, il-pjattaformi u r-riżorsi tagħhom biex iwasslu kurrikuli jew moduli konġunti li jkopru diversi dixxiplini.", "Dawn il-kurrikuli se jkunu flessibbli ħafna u se jippermettu lill-istudenti jippersonalizzaw l-edukazzjoni tagħhom, billi jkunu jistgħu jagħżlu x'se jistudjaw, fejn u meta se jistudjaw, u jiksbu lawrja Ewropea.", "L-Universitajiet Ewropej se jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tar-reġjuni fejn jinsabu, peress li l-istudenti tagħhom se jaħdmu mill-qrib mal-kumpaniji, mal-awtoritajiet muniċipali, mal-akkademiċi u mar-riċerkaturi sabiex isibu soluzzjonijiet għall-isfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni tagħhom.", "Bħala total, il-baġit disponibbli għall-ewwel 17-il università tal-inizjattiva tal-“Universitajiet Ewropej” se jilħaq il-€85 miljun.", "Kull alleanza se tirċievi sa €5 miljun fit-tliet snin li ġejjin sabiex tibda timplimenta l-pjanijiet tagħha u twitti t-triq għal istituzzjonijiet oħra tal-edukazzjoni għolja mill-UE kollha biex jimxu fil-passi tagħha.", "Il-progress ta' kull alleanza se jiġi mmonitorjat mill-qrib.", "Din l-ewwel sejħa – flimkien mat-tieni waħda li se ssir din il-ħarifa – se tittestja mudelli differenti għall-implimentazzjoni tal-kunċett il-ġdid tal-Universitajiet Ewropej u l-potenzjal tiegħu li jagħti spinta lill-edukazzjoni għolja.", "Għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet li timplimenta għalkollox l-inizjattiva Universitajiet Ewropej fil-qafas tal-Programm Erasmus+, b'żieda sinifikanti fil-baġit.", "Filwaqt li xi alleanzi huma komprensivi u jkopru d-dixxiplini kollha, oħrajn pereżempju qed jiffukaw fuq is-sostenibbiltà kostali urbana, ix-xjenzi soċjali jew is-saħħa globali.", "Kull alleanza hija magħmula minn medja ta' seba' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja minn kull parti tal-Ewropa, li jwasslu għal sħubijiet ġodda.", "Dan jirrifletti d-distribuzzjoni tal-applikazzjonijiet li l-Kummissjoni rċeviet mid-diversi pajjiżi.", "Sfond", "Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet din l-inizjattiva l-ġdida lill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qabel is-Summit Soċjali ta' Gothenburg f'Novembru 2017.", "L-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2017, li sejjaħ għal minn tal-inqas 20 università Ewropea sal-2024 u hija parti mill-ispinta biex tiġi stabbilita Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025.", "Il-kunċett tal-Universitajiet Ewropej ġie żviluppat flimkien mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u mal-organizzazzjonijiet tal-istudenti, u attira applikazzjonijiet minn 54 alleanza li jinvolvu iktar minn 300 istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja minn 28 Stat Membru u minn Pajjiżi oħra tal-Programm Erasmus+.", "Dawn wieġbu għal sejħa tal-Programm Erasmus+ dwar l-“Universitajiet Ewropej” li saret f'Ottubru 2018.", "Is-€60 miljun li oriġinarjament ġew imwarrba għal din l-inizjattiva l-ġdida tal-Programm Erasmus+ żdiedu għal €85 miljun, u b'hekk jistgħu jiġu ffinanzjati 17-il alleanza minflok it-12-il alleanza previsti inizjalment.", "Għal iktar informazzjoni", "Skeda informattiva", "L-Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej", "Informazzjoni dwar is-Sejħa għall-Proposti"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_19_3369", "title": "Mistoqsijiet u Tweġibiet — Iċ-Ċibersigurtà tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Tue, 25 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["X'għamlet s'issa l-UE biex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà?", "L-UE issa għandha firxa ta' strumenti biex tipproteġi n-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, inkluż id-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni (id-Direttiva NIS), l-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà, u r-regoli l-ġodda dwar it-telekomunikazzjoni.", "Id-Direttiva introduċiet mekkaniżmi ġodda li jħeġġu l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE, miżuri biex jiżdiedu l-kapaċitajiet nazzjonali, u obbligi fuq l-operaturi tas-servizzi essenzjali u fuq il-fornituri tas-servizzi diġitali biex jadottaw prattiki ta' ġestjoni tar-riskju u jirrappurtaw inċidenti sinifikanti lill-awtoritajiet nazzjonali.", "Għall-ewwel darba, l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jintroduċi regoli applikabbli fl-UE kollha għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta' prodotti, ta' proċessi u ta' servizzi.", "Barra minn hekk, l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jistabbilixxi mandat permanenti ġdid għall-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (l-ENISA), u jalloka wkoll aktar riżorsi lill-Aġenzija biex din tkun tista' tilħaq l-għanijiet tagħha.", "Skont ir-Regoli dwar it-Telekomunikazzjoni l-ġodda (il-Kodiċi għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi), l-Istati Membri jridu jiżguraw li jħaddnu l-integrità u s-sigurtà tan-netwerks tal-komunikazzjoni pubblika, u għandu jkollhom l-obbligu li jiżguraw li l-operaturi jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex jimmaniġġjaw b'mod xieraq kull riskju għas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi.", "Ir-regoli l-ġodda jistipulaw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti jkollhom ċerti setgħat, inkluża s-setgħa li joħorġu struzzjonijiet vinkolanti u li jiżguraw il-konformità magħhom.", "Barra minn hekk, sabiex titħares il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet li jikkonċernaw is-sigurtà ta' networks pubbliċi kontra l-aċċess mhux awtorizzat għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-operaturi.", "Fl-aħħar nett, f'Mejju 2019, il-Kunsill stabbilixxa reġim ta' sanzjonijiet, li jippermetti lill-UE timponi miżuri restrittivi mmirati li jiskoraġġixxu l-attakki ċibernetiċi u li jirreaġixxu għalihom, attakki li jikkostitwixxu theddida esterna għall-UE u għall-Istati Membri tagħha.", "Ir-reġim ta' sanzjonijiet il-ġdid jagħmel parti mis-Sett ta' għodod taċ-ċiberdiplomazija tal-UE, qafas għal rispons diplomatiku konġunt tal-UE kontra attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi li jippermetti lill-UE tagħmel użu sħiħ mill-miżuri fi ħdan il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, li jinkludu stqarrijiet mir-Rappreżentant Għoli, inizjattivi diplomatiċi u, jekk ikun meħtieġ, miżuri restrittivi, biex tirrispondi kontra attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi.", "X'inhu l-Qafas ta' Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tal-UE u x'inhuma l-vantaġġi tiegħu?", "Skema Ewropea ta' ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà hija ġabra komprensiva ta' regoli, rekwiżiti tekniċi, standards u proċeduri, miftiehma fuq livell Ewropew għall-evalwazzjoni tal-proprjetajiet taċ-ċibersigurtà ta' prodott, servizz u proċess speċifiku.", "Iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha rwol importanti biex tikber il-fiduċja u tiżdied is-sigurtà fil-prodotti, is-servizzi u l-proċessi li huma kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku Diġitali.", "Minħabba d-diversità kbira u l-ħafna użi ta' prodotti, servizzi u proċessi tal-ICT, il-Qafas Ewropew ta' Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà jippermetti l-ħolqien ta' skemi ta' ċertifikazzjoni tal-UE mfassla apposta u abbażi tar-riskji li jippreżentaw.", "B'mod partikolari, kull skema Ewropea għandha tispeċifika: a) il-kategoriji ta' prodotti u servizzi li huma koperti, b) ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà, pereżempju b'referenza għall-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, c) it-tip ta' evalwazzjoni (eż. awtovalutazzjoni jew evalwazzjoni minn parti terza), u d) il-livell ta' assigurazzjoni maħsub (eż. bażiku, sostanzjali u/jew għoli).", "Biex juri r-riskju ta' ċibersigurtà, ċertifikat jista' jirreferi għal tliet livelli ta' assigurazzjoni (bażiku, sostanzjali, għoli), bil-livell proporzjonat skont ir-riskju assoċjat mal-użu maħsub tal-prodott, servizz, jew proċess f'termini tal-probabbiltà ta' inċident u l-impatt tiegħu.", "Pereżempju, livell għoli ta' assigurazzjoni jfisser li l-prodott li ġie ċċertifikat għadda mill-ogħla testijiet ta' sigurtà.", "Iċ-ċertifikat li joħroġ ikun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha, u jagħmilha eħfef għan-negozji biex jagħmlu kummerċ transfruntier u għall-utenti biex jifhmu l-karatteristiċi ta' sigurtà tal-prodott jew tas-servizz.", "Dan jippermetti kompetizzjoni pożittiva bejn il-fornituri fis-suq kollu tal-UE, li twassal għal prodotti aħjar u valur ikbar għall-flus.", "Is-Sigurtà Ppjanata: Il-Qafas jgħin lill-manifatturi jew lill-fornituri involuti fit-tfassil u l-iżvilupp ta' prodotti, servizzi jew proċessi biex jimplimentaw miżuri fl-istadji l-aktar bikrija ta' tfassil u żvilupp.", "Dan se jippermetti li s-sigurtà ta' dawk il-prodotti, is-servizzi jew il-proċessi tiġi protetta sal-ogħla livell possibbli, b'tali mod li l-okkorrenza ta' attakki ċibernetiċi tiġi antiċipata u minimizzata (“is-sigurtà ppjanata”).", "Il-qafas Ewropew taċ-ċertifikazzjoni se jiddependi kemm jista' jkun fuq l-istandards internazzjonali bħala mod kif jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakli għall-kummerċ jew ta' problemi tekniċi ta' interoperabbiltà.", "Min se jibbenefika minn dan il-qafas ta' ċertifikazzjoni u kif?", "L-abbiltà li wieħed jifhem jekk prodott, sistema jew servizz jissodisfawx ir-rekwiżiti speċifiċi tifforma l-qalba tal-fiduċja fis-sistemi diġitali li niddependu fuqhom.", "Għalhekk, il-Qafas se jkun utli:", "Biex jikber il-valur taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, il-manifatturi jew il-fornituri ta' prodotti, servizzi jew proċessi ċċertifikati, inklużi dawk li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, għandhom jipprovdu informazzjoni ta' ċibersigurtà supplimentari speċifika (eż. gwida u rakkomandazzjonijiet biex jgħinu lill-utenti finali jissettjaw, jinstallaw, iħaddmu u jieħdu ħsieb il-prodotti jew is-servizzi, eċċ.).", "B'mod speċifiku, x'se jkun il-valur miżjud tal-Qafas għall-SMEs u l-istartups?", "L-SMEs u n-negozji l-ġodda tradizzjonalment iħabbtu wiċċhom ma' aktar diffikultajiet biex jespandu fi swieq ġodda b'rekwiżiti differenti.", "Il-Qafas se jgħin biex jitnaqqas dan it-tip ta' ostakli għall-SMEs u biex negozji ġodda jidħlu fis-suq, minħabba li l-kumpaniji se jkollhom jgħaddu minn proċess ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti tagħhom darba biss u ċ-ċertifikat korrispondenti se jkun validu fl-UE kollha.", "Barra minn hekk, hekk kif id-domanda għal soluzzjonijiet aktar siguri mistennija tikber mad-dinja kollha, il-kumpaniji, inkluż l-SMEs, li l-prodotti tagħhom jiġu ċċertifikati, se jgawdu minn vantaġġ kompetittiv biex jissodisfaw din il-ħtieġa.", "Barra minn dan, il-possibbiltà li l-kumpaniji jiċċertifikaw huma stess il-konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà għall-prodotti, il-proċessi u s-servizzi li huma ta' riskju baxx trendi l-Qafas aktar attraenti għall-SMEs u n-negozji l-ġodda.", "Nieħdu l-eżempju ta' SME li tiżviluppa u tbigħ applikazzjonijiet tal-ICT lil kumpaniji akbar li jeħtieġu ċerti assigurazzjonijiet li l-applikazzjonijiet huma sikuri b'mod xieraq, u li ġew żviluppati skont l-aħjar prattiki f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni sikura.", "Bis-saħħa ta' Ċertifikat Ewropew taċ-Ċibersigurtà, l-SME tista' turi s-sigurtà tal-prodotti tagħha kif ukoll il-prattiki ta' żvilupp siguri tagħha, u b'hekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-klijenti tagħha mhux biss fi Stat Membru wieħed, kif ta' spiss jiġri llum, iżda wkoll fl-UE kollha.", "Iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà se ssir obbligatorja?", "L-iskemi stabbiliti taħt il-Qafas huma volontarji, jiġifieri l-bejjiegħa jistgħu jiddeċiedu huma stess iridux li l-prodotti tagħhom ikunu ċċertifikati taħthom.", "Madankollu, l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jipprevedi li l-Kummissjoni tivvaluta l-effiċjenza u l-użu tal-iskemi Ewropej adottati taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.", "B'mod partikolari, se tivvaluta jekk skema Ewropea speċifika għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhiex issir obbligatorja permezz ta' leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, biex tiżgura livell adegwat ta' ċibersigurtà fuq prodotti, servizzi u proċessi tal-ICT u biex ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern.", "Barra minn hekk, leġiżlazzjoni oħra fil-livell nazzjonali jew tal-UE tista' tagħmel użu minn skemi eżistenti bħala mod sempliċi biex tiddeskrivi l-obbligi futuri fuq il-prodotti jew is-sistemi.", "L-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, kif qed tissaħħaħ?", "Sa issa l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà kellha mandat temporanju, li ġġedded l-aħħar fl-2013 u li kellu jiskadi fl-2020.", "L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà ta lill-Aġenzija mandat permanenti, u b'hekk poġġieha fuq pedament stabbli għall-futur.", "Il-kompiti attwali tal-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, bħall-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika kif ukoll il-bini tal-kapaċità ċibernetika, issaħħew u ngħataw fokus mill-ġdid.", "Żdiedu kompiti ġodda, l-iktar fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà.", "Il-mandat il-ġdid jinkludi kompiti addizzjonali importanti diġà fdati f'idejn l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà permezz tad-Direttiva NIS, li sar ftehim dwarha fl-2016, bħar-rwol tas-segretarjat tan-Netwerk tal-Iskwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (is-CSIRTs), li jiġbor flimkien is-CSIRTs nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE.", "Sabiex jiġu ssodisfati dawn ir-responsabbiltajiet miżjuda, il-persunal tal-Aġenzija jista' jikber b'50 %, u r-riżorsi finanzjarji rduppjaw, billi żdiedu minn EUR 11-il miljun għal EUR 23 miljun fuq perjodu ta' 5 snin.", "X'inhuma l-kompiti ewlenin tal-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà skont il-mandat il-ġdid?", "X'inhi r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal approċċ komuni tal-UE għas-sigurtà tan-netwerks 5G?", "In-netwerks tal-Ħames Ġenerazzjoni (5G) se jsawru s-sinsla tal-futur tas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna, inkluż f'ħafna setturi kritiċi bħall-enerġija, it-trasport, il-banek u s-saħħa, u dan jitfa' dawl qawwi fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata kwalunkwe vulnerabbiltà fir-rigward tas-sigurtà u l-fiduċja.", "F'Marzu 2019 il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat għadd ta' passi u miżuri operazzjonali biex tiżgura livell għoli ta' ċibersigurtà għan-networks 5G fil-livell tal-UE.", "B'mod partikolari, l-Kummissjoni rrakkomandat lill-Istati Membri jlestu valutazzjoni tar-riskju għall-UE kollha sa Ottubru 2019 u jidentifikaw sett ta' miżuri ta' mitigazzjoni possibbli, sa Diċembru 2019.", "Għal aktar informazzjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni, inkluż il-passi li jmiss, ara l-istqarrija għall-istampa u dawn il-Mistoqsijiet u Tweġibiet.", "X'inhuma l-passi li jmiss?", "Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tagħti spinta sinifikanti lill-investiment fiċ-ċibersigurtà u fit-teknoloġiji diġitali avvanzati fl-UE matul il-perjodu li jmiss tal-baġit tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-proposta tagħha għal Programm Ewropa Diġitali.", "Ipproponiet ukoll Ċentru Ewropew ġdid għall-Kompetenza taċ-Ċibersigurtà u n-netwerk li tiġbor ir-riżorsi u tikkoordina l-prijoritajiet mal-Istati Membri u biex timplimenta proġetti rilevanti fil-qasam taċ-ċibersigurtà.", "Il-proposta timmira wkoll li toħloq Netwerk ta' Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali u Komunità ta' Kompetenza taċ-Ċibersigurtà sabiex tiżgura kooperazzjoni u sinerġiji aħjar fost l-esperti u l-istrutturi speċjalizzati eżistenti fl-Istati Membri.", "Dan jimxi id f'id mal-objettiv ewlieni li tiżdied il-kompetittività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-UE u ċ-ċibersigurtà tinbidel f'vantaġġ kompetittiv għal industriji Ewropej oħra.", "Għal aktar informazzjoni", "Fuljett - Building strong cybersecurity in the European Union", "Skeda informattiva - Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Nibnu sigurtà ċibernetika b'saħħitha fl-Ewropa", "Proposta għal Netwerk u Ċentru Ewropew ta' Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà", "Ewropa li Tipproteġi: 15 minn 22 inizjattiva leġiżlattiva tal-Unjoni tas-Sigurtà miftiehma s'issa", "Stqarrija għall-istampa - In-negozjaturi tal-UE jaqblu dwar it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà tal-Ewropa", "Stqarrija għall-istampa- Il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda approċċ komuni fil-livell tal-UE għas-sigurtà tan-networks 5G"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_19_3374", "title": "Adozzjoni ta' regoli ġodda li jipproteġu aħjar lill-minuri li jinqabdu f'tilwim transfruntier tal-ġenituri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC", "date": "Mon, 24 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhu r-Regolament Brussell IIa?", "Ir-Regolament Brussell IIa huwa l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE fi kwistjonijiet matrimonjali transfruntiera (divorzju, separazzjoni, u annullament taż-żwieġ) u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, inklużi l-kustodja u d-drittijiet ta' aċċess, u l-ħtif internazzjonali ta' minuri.", "Ir-Regolament ilu japplika fl-Istati Membri kollha, ħlief fid-Danimarka, mill-1 ta' Marzu 2005.", "Bl-għadd dejjem jikber ta' familji internazzjonali, li issa huwa stmat għal 16-il miljun, fl-UE żdiedu t-tilwimiet transfruntiera dwar kwistjonijiet tal-familja.", "Kull sena fl-UE jiġu rreġistrati madwar 140,000 divorzju internazzjonali, kif ukoll madwar 1,800 każ ta' ħtif ta' minuri mill-ġenituri.", "Il-Kunsill illum adotta titjib għar-regoli tal-UE (“ir-Regolament Brussell Ila”) li jipproteġi lill-minuri fil-kuntest ta' tilwim transfruntier marbut ma' responsabbiltà tal-ġenituri u l-ħtif ta' minuri.", "Ir-regoli l-ġodda (“ir-Regolament Riformulat Brussell Ila”) jagħmlu l-proċedimenti tal-qorti aktar ċari, rapidi u effiċjenti.", "Huma msejsa fuq il-proposta magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fl-2016.", "Għal liema każijiet japplika r-Regolament?", "Ir-Regolament japplika biss f'każijiet transfruntiera fl-UE:", "Huwa jiffoka fuq is-soluzzjoni ta' aspetti proċedurali ta' każijiet transfruntiera biss.", "Ir-responsabbiltà aħħarija ta' kull regola sostantiva, pereżempju dwar kif għandhom jiġu eżerċitati d-drittijiet ta' aċċess jew dwar liema kriterji japplikaw meta jiġu attribwiti d-drittijiet ta' kustodja lil ġenitur, taqa' fuq l-Istati Membri.", "Liema huma l-bidliet ewlenin li ġew adottati llum?", "Il-bidliet jikkonċernaw prinċipalment il-proċedimenti marbuta ma' kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u ma' ħtif internazzjonali ta' minuri u se jkollhom impatt pożittiv fuq il-proċeduri kollha li jinvolvu l-minuri billi:", "L-iskadenzi li japplikaw għal stadji differenti tal-proċedura tar-ritorn ta' minuri se jkunu limitati għal perjodu massimu ta' sitt (6) ġimgħat għall-qorti tal-ewwel istanza u sitt (6) ġimgħat għal kull qorti tal-appell.", "Barra minn hekk, l-Awtoritajiet Ċentrali se jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal ritorn b'mod aktar rapidu.", "Il-minuri ta' età kbira biżżejjed biex jiffurmaw il-fehmiet tagħhom stess se jingħataw l-opportunità li jesprimu dawn il-fehmiet fil-proċedimenti kollha li jikkonċernawhom.", "Dan se japplika fi kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u f'każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' minuri.", "Id-determinazzjoni ta' kif u minn min il-minuri jinstemgħu hija kwistjoni li se titħalla għal-liġi nazzjonali.", "Permezz tar-regoli l-ġodda, l-exequatur, proċedura intermedja meħtieġa biex tinkiseb l-eżekuzzjoni transfruntiera, se titneħħa għad-deċiżjonijiet kollha.", "Skont ir-regoli l-ġodda, l-eżekuzzjoni tista' tiġi miċħuda jew sospiża ġeneralment taħt l-istess kundizzjonijiet fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jżidu ċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini kollha u b'mod partikolari għall-minuri kkonċernati.", "Il-kooperazzjoni xierqa bejn l-Awtoritajiet Ċentrali ta' Stati Membri differenti fit-trattament ta' każijiet li jinvolvu l-minuri hija prerekwiżit indispensabbli għall-fiduċja reċiproka.", "Ir-regoli l-ġodda jippromwovu kooperazzjoni aħjar bejn l-Awtoritajiet Ċentrali, li huma l-punt ta' kuntatt dirett għall-ġenituri.", "Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-benesseri tal-minuri se jiġu integrati aħjar f'din il-kooperazzjoni transfruntiera.", "Ir-regoli l-ġodda jiċċaraw ukoll il-kwistjoni sensittiva tat-tqegħid ta' minuri fi Stat Membru ieħor, u jistabbilixxu proċedura ċara biex jinkiseb il-kunsens mill-Istat Membru fejn il-minuri għandu jitqiegħed.", "Minħabba l-għadd dejjem jikber ta' Stati Membri li jippermettu ftehimiet barra mill-qorti dwar separazzjoni legali u divorzju jew dwar kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, ir-regoli l-ġodda se jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni tal-istrumenti u l-ftehimiet.", "X'inhuma l-benefiċċji ewlenin tar-regoli l-ġodda għall-minuri u l-ġenituri tagħhom?", "Ir-regoli l-ġodda jiżguraw iċ-ċarezza legali, inaqqsu l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti u l-assistenza legali u, l-aktar importanti, inaqqsu t-tul tal-proċedimenti, biex jiġi limitat kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq il-minuri.", "Bħalissa, il-proċedimenti ta' ritorn medji għal ħtif transfruntier ta' minuri mill-ġenituri jieħdu sa 24 ġimgħa, jistgħu jkunu wkoll ħafna itwal f'ċerti każijiet, speċjalment meta l-Istati Membri jkollhom diversi livelli ta' appell.", "Bir-regoli l-ġodda, il-proċedimenti ta' ritorn quddiem qorti se jkunu limitati għal perjodu massimu: 6 ġimgħat għall-qorti tal-ewwel istanza u 6 ġimgħat għal kull qorti tal-appell.", "Barra minn hekk, l-Awtorità Ċentrali se jkollha tipproċessa l-applikazzjoni b'mod effiċjenti, bir-regoli l-ġodda jintroduċu skadenza ta' 5 ijiem għall-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni.", "Barra minn hekk, biex titħaffef l-eżekuzzjoni, il-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni ta' ritorn se tkun tista' tiddikjaraha eżegwibbli b'mod provviżorju.", "Jekk id-deċiżjoni ta' ritorn ma tistax tiġi eżegwita fi żmien 6 ġimgħat, il-ġenitur jiġi infurmat dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.", "F'każijiet fejn ikun meħtieġ li l-minuri jitqiegħdu f'familja tar-rispett jew f'istituzzjoni edukattiva fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru riċeventi jkollu japprova jew jirrifjuta t-tqegħid fi żmien 3 xhur.", "Iċ-ċittadini se jevitaw l-ispejjeż kbar normalment marbuta mal-proċedimenti tal-qorti.", "Pereżempju, fil-każ ta' proċedimenti ta' ritorn, il-ġenituri se jiġu mistiedna jagħmlu medjazzjoni.", "Dan jiffranka l-ispejjeż possibbli ta' litigazzjoni li jirrappreżentaw medja ta' € 2,200 għall-proċedimenti kollha.", "Ir-Regolament riformulat il-ġdid issa jneħħi wkoll il-proċedimenti exequatur, li f'xi Stati Membri jinvolvu spejjeż ta' madwar EUR 1,100 sa 4,000 għal kull każ.", "Barra minn hekk, eżekuzzjoni iktar veloċi se tippermetti lill-familji li jiffrankaw il-flus mix-xogħol ta' avukat speċjalizzat, li skont l-Istat Membru, huwa stmat bejn EUR 1,000 u 4,000 għal kull 10 sigħat ta' xogħol addizzjonali.", "Ir-regoli l-ġodda se jiċċaraw, pereżempju, il-proċedura tat-tqegħid ta' minuri f'familja tar-rispett jew f'istituzzjoni edukattiva barra mill-pajjiż u jiżguraw li talbiet bħal dawn jiġu ttrattati mingħajr dewmien.", "Bħalissa, mhuwiex ċar f'liema każijiet l-Istat riċeventi jrid jagħti l-kunsens tiegħu, u liema dokumenti jridu jiġu ppreżentati.", "Kjarifika oħra tagħmilha possibbli għall-qrati u għall-awtoritajiet li jitolbu rapporti soċjali mhux biss dwar il-minuri, iżda wkoll dwar l-adulti jew l-aħwa jekk dawn ikunu ta' rilevanza fi proċedimenti marbuta ma' minuri.", "Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-benessri tal-minuri se jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa mingħand Stati Membri oħra permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali.", "Ir-regoli l-ġodda jistabbilixxu rekwiżiti minimi għal talba għal rapport soċjali u limitu ta' żmien ta' 3 xhur għall-awtorità mitluba biex tipprovdi r-rapport.", "X'jiġri f'każ ta' ħtif ta' minuri mill-ġenituri?", "Jekk koppja internazzjonali tissepara, it-tentazzjoni li wieħed mill-konjuġi jirritorna lejn pajjiżu u jieħu l-uliedu miegħu għandha mnejn tkun kbira.", "Jekk iż-żewġ ġenituri jkollhom kustodja konġunta għall-minuri, il-ġenitur li jieħu l-uliedu miegħu mingħajr permess jikser id-drittijiet ta' kustodja tal-ġenitur l-ieħor u jpoġġi l-aħjar interessi tal-minuri f'riskju.", "Ir-Regolament Riformulat Brussell IIa il-ġdid, bħar-regoli attwali, jipprevjeni l-qsim ta' fruntieri ta' minuri billi jistabbilixxi mekkaniżmu għar-ritorn fil-pront tal-minuri lejn l-Istat Membru fejn dan kien qed jgħix qabel il-ħtif.", "Dan il-mekkaniżmu huwa fil-biċċa l-kbira bbażat fuq il-mekkaniżmu ta' ritorn tal-Konvenzjoni tal-Aja, tal-1980, li r-Regolament jissupplimenta.", "Dawn il-proċedimenti ta' ritorn isiru fl-Istat Membru li fih ikun sar il-ħtif tal-minuri.", "Jekk ir-ritorn jiġi ordnat u l-minuri jirritorna, ikun intlaħaq l-għan, u l-każ tal-kustodja, jekk il-ġenituri jkunu jixtiequ hekk, jista' jinstema' mill-qrati tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-minuri.", "Jekk l-Istat Membru li fih ikun ġie ttrasferit il-minuri jiċħad ir-ritorn, tidħol fis-seħħ proċedura addizzjonali biex tingħata l-aħħar kelma dwar ir-ritorn tal-minuri lill-qorti tal-Istat Membru li fih il-minuri jkun għex qabel il-ħtif tiegħu.", "Għal iktar informazzjoni:", "Skeda informattiva"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3388", "title": "Nhar il-Ħadd l-UE se tiffirma l-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment mal-Vjetnam", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Mon, 24 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kunsill tal-Ministri approva l-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Vjetnam u b'hekk witta t-triq għall-iffirmar u l-konklużjoni tagħhom.", "Nhar il-Ħadd 30 ta' Ġunju l-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ Cecilia Malmström u l-Ministru Rumen għan-Negozju, il-Kummerċ u l-Intraprenditorija Ștefan-Radu Oprea se jiffirmaw il-ftehim f'isem l-UE f'Hanoi.", "Il-ftehimiet mistennija jġibu benefiċċji bla preċedent għall-kumpaniji, il-konsumaturi u l-ħaddiema Ewropej u dawk Vjetnamiżi, filwaqt li jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, għall-protezzjoni ambjentali u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, qal: “Nilqa' d-deċiżjoni li ttieħdet illum mill-Istati Membri tal-UE.", "Wara l-ftehimiet ma' Singapore, il-ftehimiet mal-Vjetnam huma t-tieni sensiela li ġew konklużi bejn l-UE u pajjiż fix-Xlokk tal-Asja, u jirrappreżentaw tranżizzjoni għal impenn akbar bejn l-Ewropa u r-reġjun.", "Huma wkoll dikjarazzjoni politika minn żewġt isħab u ħbieb li huma favur kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq regoli.”", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet: “Kuntenta ħafna li l-Istati Membri approvaw il-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment mal-Vjetnam.", "Il-Vjetnam huwa suq b'saħħtu u promettenti b'aktar minn 95 miljun konsumatur u ż-żewġ naħat għandhom ħafna x'jiggwadanjaw minn relazzjonijiet kummerċjali aktar b'saħħithom.", "Lil hinn mill-benefiċċji ekonomiċi ċari, dan il-ftehim għand wkoll l-għan li jsaħħaħ id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll li jħares l-ambjent u d-drittijiet tal-ħaddiema.", "Nilqa' l-impenn tal-Vjetnam fil-proċess sal-lum – ir-ratifika riċenti tal-Konvenzjoni dwar in-negozjar kollettiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol hija eżempju eċċellenti dwar kif il-ftehimiet kummerċjali jistgħu jwasslu għal standards aktar għoljin.”", "Il-ftehim kummerċjali se jelimina kważi d-dazji doganali kollha fuq il-prodotti nnegozjati bejn iż-żewġ naħat b'mod progressiv li jirrispetta bis-sħiħ il-bżonnijiet ta' żvilupp tal-Vjetnam.", "Il-ftehim jinkludi wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi li jneħħu l-ostakli, bħal dawk fuq is-settur tal-karozzi, u se jiżguraw li l-169 prodott tal-ikel u tax-xorb tradizzjonali Ewropej li huma rikonoxxuti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi jiġu protetti fil-Vjetnam.", "Bis-saħħa tal-ftehim il-kumpaniji Ewropej se jkunu jistgħu wkoll jipparteċipaw f'sejħiet għal offerti fil-Vjetnam bl-istess mod bħall-kumpaniji domestiċi.", "Minbarra li joffru opportunitajiet ekonomiċi sinifikanti, l-UE u l-Vjetnam ftiehmu dwar miżuri b'saħħithom dwar l-iżvilupp sostenibbli.", "Dan jinkludi impenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima.", "Il-ftehim jimpenja wkoll liż-żewġ naħat li jirrispettaw u jimplimentaw b'mod effettiv il-prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (International Labour Organisation, ILO) rigward id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema; Għal dan il-għan, riċentement il-Vjetnam irratifika il-Konvenzjoni tal-ILO dwar in-negozjar kollettiv u avża lill-UE dwar l-intenzjoni tiegħu li jirratifika iż-żewġ konvenzjonijiet fundamentali pendenti tal-ILO sa mhux aktar tard mill-2023.", "Il-Vjetnam jinsab fil-proċess li jsaħħaħ il-leġiżlazzjoni tiegħu dwar ix-xogħol.", "Il-ftehim jistabbilixxi wkoll pjattaformi apposta biex l-UE u l-Vjetnam jinvolvu s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji.", "Barra minn hekk, il-ftehim kummerċjali jinkludi rabta istituzzjonali u legali mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam, li jippermetti azzjoni xierqa f'każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "Il-ftehim dwar il-protezzjoni tal-investiment jinkludi regoli moderni dwar il-protezzjoni tal-investiment infurzabbli permezz tas-Sistema l-ġdida ta' Qorti tal-Investiment u jiżgura li jinżamm id-dritt tal-gvernijiet taż-żewġ naħat li jirregolaw skont l-interess taċ-ċittadini tagħhom.", "Dan se jissostitwixxi l-ftehimiet bilaterali ta' investiment li hemm fis-seħħ bħalissa bejn 21 Stat Membru u l-Vjetnam u jdaħħal fis-seħħ garanziji legali ġodda kontra l-kunflitt ta' interess u favur it-trasparenza.", "Il-Passi li Jmiss", "Wara l-approvazzjoni tal-Kunsill, il-ftehimiet se jiġu ffirmati mill-UE u l-Vjetnam u jiġu ppreżentati għall-kunsens tal-Parlament Ewropew.", "Ladarba l-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu, il-Kunsill ikun jista' jikkonkludi l-ftehim kummerċjali uffiċjalment u jidħol fis-seħħ, filwaqt li l-ftehim dwar il-protezzjoni tal-investiment se jkollu jiġi ratifikat l-ewwel mill-Istati Membri b'konformità mal-proċeduri interni rispettivi tagħhom.", "Sfond", "Il-Vjetnam huwa t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fir-reġjun tal-ASEAN wara Singapore, b'kummerċ li jiswa EUR 49,3 biljun fir-rigward tal-prodotti u aktar minn EUR 3 biljuni f'servizzi.", "Filwaqt li l-istokk ta' investiment tal-UE fil-Vjetnam għadu modest u fl-2017 ammonta għal EUR 6 biljun biss, għadd dejjem qed jikber ta' kumpaniji Ewropej qed jistabbilixxu ruħhom hemmhekk biex jitwaqqaf ċentru li jaqdi r-reġjun ta' Mekong.", "L-importazzjonijiet ewlenin tal-UE mill-Vjetnam jinkludu tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet, żraben u tessuti, għamara u prodotti agrikoli.", "Il-parti l-kbira tal-esportazzjonijiet mill-UE lejn il-Vjetnam jinkludu oġġetti bħal makkinarju u tagħmir tat-trasport, sustanzi kimiċi u ikel u xorb.", "Il-ftehimiet li ntlaħqu mal-Vjetnam, flimkien ma' dawk li ġew iffirmati dawn l-aħħar ma' Singapore, jgħinu biex titwitta t-triq għal ftehim bejn reġjun u ieħor mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (l-ASEAN).", "Għal aktar tagħrif", "Paġni dwar il-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-Vjetnam", "Skeda informattiva", "Gwida għall-ftehim", "Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3332", "title": "Kwalità Doppja tal-Ikel: Il-Kummissjoni tniedi riċerka li tivvaluta d-differenzi fil-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel tal-UE [Updated on 25/06/2019 at 13:25 CEST]", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Sun, 23 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni ppubblikat ir-riżultati ta' kampanja ta' ttestjar pan-Ewropea tal-prodotti tal-ikel li turi li xi prodotti għandhom l-istess marka jew marka simili għalkemm għandhom kompożizzjoni differenti.", "Mid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fl-2017, il-President Jean-Claude Juncker ilu impenjat biex jindirizza l-kwistjoni tal-kwalità doppja tal-ikel.", "Il-Kummissjoni Ewropea qed tmexxi 'l quddiem inizjattivi differenti u llum qed tippubblika riċerka wara li saru testijiet ta' prodotti tal-ikel fl-UE kollha bl-użu tal-istess metodoloġija, biex tifhem aħjar il-kwalità doppja tal-prodotti tal-ikel fl-UE.", "Skont ir-riċerka, li fiha ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (is-servizz intern tal-Kummissjoni għax-xjenza u l-għarfien) analizza 1,400 prodott tal-ikel f'19-il pajjiż tal-UE, 9 % tal-prodotti mqabbla kellhom kompożizzjoni differenti għalkemm il-parti ta' quddiem tal-imballaġġ kienet identika.", "22 % oħra tal-prodotti b'kompożizzjoni differenti kellhom il-parti ta' quddiem tal-imballaġġ simili.", "Ir-riċerka ma turix tendenza ġeografika konsistenti.", "Abbażi tal-metodoloġija l-ġdida żviluppata, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti issa se jkunu jistgħu jwettqu analiżi każ b'każ li hija meħtieġa biex jiġu stabbiliti prattiki qarrieqa li huma pprojbiti skont il-liġi tal-konsumatur tal-UE.", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, li huwa responsabbli għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, qal: “Xi Ewropej iħossu li l-prodotti tal-ikel tad-ditta li jixtru huma differenti, forsi agħar, meta mqabbla ma' dawk disponibbli xi mkien ieħor.", "Il-Kummissjoni sejħet lix-xjentisti tagħna biex jgħinu jivvalutaw oġġettivament l-estent ta' dawn id-differenzi fis-suq uniku.", "Ir-riżultati huma mħallta: filwaqt li ninsab kuntent li huma ma sabu l-ebda evidenza ta' distakk bejn il-Lvant u l-Punent fil-kompożizzjoni ta' prodotti tal-ikel tad-ditta, ninsab inkwetat li huma kixfu sa terz tal-prodotti ttestjati li għandhom kompożizzjonijiet differenti filwaqt li għandhom l-istess marka jew marka simili.”", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri Věra Jourová, qalet: \"Mhu se jkun hemm l-ebda standards doppji fis-suq uniku tal-Ewropa.", "Bil-liġijiet il-ġodda li jippenalizzaw il-kwalità doppja u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-awtoritajiet tal-konsumatur, għandna l-għodod disponibbli biex intemmu din il-prattika.", "Il-konsumaturi Ewropej se jkunu jistgħu jagħmlu x-xiri tagħhom b'fiduċja sħiħa li huma qed jixtru dak li qed jaraw.”", "Sejbiet ewlenin", "Ir-riċerka vvalutat 1,380 kampjun ta' 128 prodott tal-ikel differenti minn 19-il Stat Membru: Dan il-kampjun, madankollu, mhuwiex rappreżentattiv tad-diversità kbira ta' prodotti tal-ikel fuq is-suq tal-UE.", "Ir-riċerka sabet li:", "Azzjoni tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni", "Mill-mument li fih il-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, semma l-kwistjoni tad-differenzi fil-kwalità tal-prodotti tal-ikel fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fl-2017, il-Kummissjoni Ewropea ressqet diversi inizjattivi fejn:", "Il-passi li jmiss", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi sejħa għal proposti ġdida b'baġit totali ta' €1.26 miljun biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur biex jiġu ttestjati l-prodotti u jiġu identifikati prattiki potenzjalment qarrieqa.", "L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija s-6 ta' Novembru 2019.", "Sfond", "Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġett bħala identiku għal prodott kummerċjalizzat fi Stati Membri oħrajn meta dak l-oġġett ikollu kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti, li ma jistgħux jiġu ġġustifikati minn raġunijiet leġittimi u oġġettivi, jista' jqarraq b'mod inġust u illegali lill-konsumaturi.", "Ir-riċerka, mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni, tiddeskrivi s-sitwazzjoni li nstabet fis-swieq tad-dsatax-il Stat Membru li pparteċipaw matul il-perjodu li fih sar l-istħarriġ (Novembru-Diċembru 2018).", "Il-kampanja ta' ttestjar kienet parti mir-rispons tal-Kummissjoni Ewropea għat-tħassib dwar kwalità doppja tal-ikel.", "Il-prodotti ġew maħtura abbażi tas-suġġerimenti tal-Istati Membri, wara lmenti li saru lill-awtoritajiet jew assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur.", "L-ittestjar kien ibbażat fuq metodoloġija armonizzata żviluppata f'kooperazzjoni mal-Istati Membri miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.", "Din il-metodoloġija tippermetti kampjunar, ittestjar u interpretazzjoni tad-data komparabbli fl-UE kollha.", "L-Istati Membri kollha tal-UE ġew mistiedna jiġbru informazzjoni rigward il-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel magħżula offruti fis-swieq tagħhom.", "Dsatax-il Stat Membru ppreżentaw informazzjoni dwar 113-il prodott tad-ditta u 15-il prodott b'ditta kummerċjali.", "Bħala l-ewwel pass, din l-analiżi hija bbażata fuq informazzjoni minn tikketti tal-prodott u d-dehra tal-parti ta' quddiem tal-imballaġġ tal-prodott.", "Ir-rapport ippubblikat illum se jipprovdi bażi aħjar għad-diskussjoni ta' kwalità doppja fl-UE.", "Madankollu, jeħtieġ li jittieħdu passi u li ssir riċerka ulterjuri biex il-valutazzjoni ssir aktar rappreżentattiva, u biex wieħed jifhem aħjar il-konnessjoni bejn il-kompożizzjoni u l-kwalità.", "L-Istati Membri li pparteċipaw fl-istħarriġ huma: il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u n-Netherlands.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Kwalità Doppja tal-Ikel: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker", "Riżultati tal-kampanja ta' ttestjar fl-UE kollha: Rapport", "Riżultati tal-kampanja ta' ttestjar fl-UE kollha: Anness", "Sejħa għal proposti", "Sfond tal-Kwalità Doppja tal-Ikel"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_730", "title": "Il-Presidenti tal-Kummissjoni u\ntal-Parlament jiddiskutu kontribuzzjonijiet etiċi għall-governanza\nEwropea u ekonomika globali mal-mexxejja tal-fidi Ewropej", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Sun, 10 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/730", "Brussell, 11 ta' Mejju 2009", "Din kienet il-ħames laqgħa annwali tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE mal-mexxejja reliġjużi.", "L-inizjattiva kienet tnediet mill-President Barroso fl-2005.", "Din is-sena, id-diskussjonijiet kienu kkonċentrati fuq \"Il-kriżi ekonomika u finanzjarja: Il-kontibuzzjonijiet etiċi għal governanza Ewropea u ekonomika globali\".", "Il-President Barroso ddikjara: \"Hekk kif tkompli għaddejja l-kriżi finanzjarja u ekonomika, dejjem qed jidher ċar li wasal il-mument li ssir rikonċiljazzjoni bejn il-governanza ekonomika u l-valuri etiċi fundamentali li fuqhom kien imsejjes il-proġett Ewropew matul dawn l-aħħar 50 sena.", "Il-Kummissjoni ħadet inizzjattivi importanti f'dan ir-rigward, speċjalment fir-regolamenti tas-suq finanzjarju, bil-għan li tkun imsaħħa r-responsabbiltà u s-sostenibbiltà fl-ekonomiji tagħna.", "Il-President tal-Parlament Ewropew, Hans-Gert Pöttering, saħaq: \"Dawn huma żminijiet ta' sfidi ekonomiċi enormi għaċ-ċittadini Ewropej u għall-Unjoni Ewropea.", "Huma fi żminijiet bħal dawn li l-Ewropa bħala komunità msejsa fuq il-valuri, u l-prinċipju prinċipali tal-UE tas-solidarjetà, jeħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem nett.", "Is-soluzzjonijiet komuni li qed infittxu jeħtieġ li jkunu ankrati fid-dinjità umana u li jiġi żgurat li l-oqsma kollha tas-soċjetà jkunu mħarsa: Il-kontribuzzjoni tar-reliġjonijiet u tal-knejjes hi kruċjali biex dan isir.", "Ta' sikwit huma jkunu mpenjati f'ħidma b'risq il-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà tagħna.\"", "Il-parteċipanti fil-laqgħa inkoraġġew l-isforzi tal-UE biex tkun ikkoordinata, stimulata u ggwidata azzjoni biex issaħħaħ ir-regolament finanzjarju, tqajjem mill-ġdid l-ekonomija u tieħu azzjoni għall-impjiegi fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha.", "Huma saħqu wkoll dwar il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ġustizzja soċjali tibqa' fuq quddiem nett fit-tfassil tal-politika u fakkret li f'mument meta l-qagħad u l-faqar qegħdin dejjem jiżdiedu għal-livelli inkwetanti, is-soċjetajiet tagħna għandhom ikunu kapaċi jaġixxu flimkien fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' miżuri konkreti biex jittaffew l-effetti tal-kriżi fuq iċ-ċittadini.", "Fl-aħħar nett huma saħqu fuq l-impenn tagħhom biex jgħinu fil-qawmien mill-ġdid tas-sens ta' solidarjetà fost l-Ewropej kollha ta' kull twemmin u konvinzjoni u li tkun ispirata aktar etika fl-imġiba tal-operaturi finanzjarji u ekonomiċi.", "Lista tal-parteċipanti: Ara MEMO/09/227"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_710", "title": "It-Telekomunikazzjoni: Il-Kummissjoni\ntaġixxi fuq ir-rati ta' terminazzjoni biex tħeġġeġ\nil-kompetizzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 06 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/710", "Brussell, is-7 ta' Mejju 2009", "''Minkejja l-isforzi ta' xi regolaturi nazzjonali sabiex ir-rati ta' terminazzjoni jinġiebu eqreb lejn l-ispejjeż reali tagħhom, dawn jibqgħu differenti fl-UE kollha b'qabża kbira bejn ir-rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet mobbli u dawk tas-sejħiet fissi.", "Dan ma jikkonformax mal-konverġenza li dejjem qed tiżdied bejn it-telefonija fissa u dik mobbli u jista' jwassal għal tagħwiġ serju tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri u l-operaturi,'' qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għat-Telekomunikazzjoni.", "''Il-Kummissjoni ddeċidiet li tintervjeni llum kontra dan it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-Suq Waħdieni,li jitfa' lura l-investiment fit-tibdil tan-netwerks fissi għal dawk tal-fibra u li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-konsumatur li jħallas għalihom.''", "\"Li r-rati ta' terminazzjoni jinġiebu għal livell effiċjenti għandu jżid il-kopmpetizzjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej,\" qal il-Kummissarju tal-UE għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes: “Approċ rigoruż u armonizzat fir-rigward tar-regolament biss jista' jiżgura li t-tagħwiġ eżistenti tal-kompetizzjoni jitneħħa fl-UE kollha kemm hi u li jitwieldu prodotti ġodda innovattivi li jikkombinaw sejħiet fissi ma' dawk mobbli.", "Din hija r-raġuni għaliex id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni llum hija l-qofol fl-iżvilupp pro-kompetittiv tar-regolament tat-telekomunikazzjoni tal-UE. \"", "Sabiex jitwettaq il-potenzjal sħiħ tas-suq waħdieni tat-telekomunikazzjoni, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tistabbilixxi l-fatturi tal-ispejjeż li r-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni tal-UE kollha għandhom iqisu meta jistabbilixxu r-rati ta' terminazzjoni li mhumiex prezzijiet tas-suq, iżda huma regolati minn regolaturi nazzjonali.", "Dan għandu jwassal biex ir-rati ta' terminazzjoni jinżlu għal livell konsiderevolment iktar baxx mil-lum (għal bejn wieħed u ieħor EUR 1.5 ċenteżmu sa EUR 3 ċenteżmi kull minuta sa tmiem l-2012, skont dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-Rakkomandazzjoni).", "Ir-rati ta' terminazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-ispejjeż ta' operatur effiċjenti u għandhom japplikaw għall-operaturi kollha fl-istess livell.", "L-eċċezzjonijiet huma permessi f'ċerti kundizzjonijiet, għal perjodu limitat ta' żmien, għad-differenzi tal-ispejjeż li mhumiex fil-kontroll tal-operatur.", "Il-Kummissjoni identifikat xi inkonsistenzi fl-Ewropa kollha f'valutazzjoni li saret madwar 120 proposti regolatorji minn regolaturi tat-telekomunikazzjoni li jirrigwardaw ir-rati ta' terminazzjoni ta' dawn l-aħħar 6 snin.", "Ir-rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet mobbli, (medja ta' EUR 8.55 ċenteżmi kull minuta) huma wkoll madwar 10 darbiet iktar għoljin mir-rati ta' terminazzjoni ta' linja fissa (li għandhom firxa medja minn EUR 0.57/min sa EUR 1.13 ċenteżmi kull minuta).", "Ir-regolatur Franċiż ARCEP jistima li r-rati ta' terminazzjoni tas-sejħiet mobbli effiċjenti għandhom ikunu bejn EUR 1.00 ċenteżmu u EUR 2.00 ċenteżmu kull minuta.", "Sussidju indirett għal operaturi tat-telefonija mobbli", "Għall-Kummissjoni, dawn il-varjazzjonijiet ma jistgħux ikunu ġġustifikati mid-differenzi fl-ispejjeż, fin-netwerks jew fil-karatteristiċi nazzjonali ta' bażi.", "Huma sussidju indirett ta' benefiċċju għall-operaturi tat-telefonija mobbli li għandhom sehem kbir mis-suq u li jagħmlu l-ħsara lill-operaturi iżgħar tat-telefonija fissa.", "Huma jiggwidaw ukoll il-fondi diretti 'l bogħod mill-investimenti kritiċi bħalma huma t-tibdil għal netwerks tal-internet b'veloċità għolja, u jfixklu s-servizzi innovattivi bħalma huma prodotti fissi-mobbli pakketti ta' sejħiet bi prezz kompetittiv.", "Ir-rati ta' terminazzjoni huma kemm dħul kif ukoll spiża għall-operaturi: meta l-operatur jagħmel inqas dħul minnhom, operatur ikollu inqas spejjeż.", "Matul il-perjodu ta' erba' snin mill-2009-2012, hekk kif ir-regolaturi jimxu mal-approċċ l-aktar konsistenti enfasizzat fir-Rakkomandazzjoni, l-operaturi żgħar tat-telefonija mobbli (li ma jibagħtux traffiku tas-sejħiet lil netwerks oħra) jistennew li jħallsu inqas mill-kompetituri ikbar minnhom, l-operaturi tat-telefonija fissa jistgħu jaqilgħu mill-inqas EUR 2 biljuni ta' dħul addizzjonali, billi jħallsu rati tat-terminazzjoni iktar baxxi u bbażati fuq l-ispiża għal sejħiet minn telefowns fissi sa mobbli u l-konsumatur huwa mistenni li jiffranka mill-inqas EUR 2 biljuni.", "L-impatt fit-tul se jkun saħansitra ikbar meta l-operaturi jiġġeneraw dħul ġdid, l-operaturi ġodda jkollhom l-inċentiv jidħlu fis-suq u jikbru u l-konsumatur igawdi minn prezzijiet iktar baxxi u servizz innovattiv ikbar.", "Ir-regolaturi nazzjonali tal-UE kollha għandhom japplikaw l-approċ rakkomandabbli għar-rati ta' terminazzjoni sal-aħħar tas-sena 2012.", "Madankollu, ir-regolaturi nazzjonali li għandhom riżorsi limitati jistgħu jużaw approċi differenti għal perjodu limitat ieħor sakemm qed jiksbu l-istess riżultat pro-kompetittiv.", "Sfond", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-lum fuq ir-regolament tar-rati ta' terminazzjoni fl-UE issegwi konsultazzjoni tal-pubbliku (minn Ġunju sa Settembru 2008 (IP/08/1016) u tal-Istati Membri (minn Ottubru 2008 sa Frar 2009), kif ukoll 30 jum ta' skrutinju mill-Parlament Ewropew.", "Skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva Qafas fuq ir-regoli tat-telekomunikazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni tarmonizza l-applikazzjoni tar-regoli tat-telekomunikazzjoni tal-UE fis-Suq Waħdieni sabiex tippromwovi l-kompetizzjoni u l-benefiċċji tal-konsumatur..", "Ara wkoll MEMO/09/222", "Ir-Rakkomandzzjoni u d-Dokumnt ta' Ħidma tal-Persunal huma disponibbli hawnhekk:", "http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/implementation_enforcement/article_7/index_en.htm", "Il-pożizzjoni tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi dwar ir-rati ta' terminazzjoni:", "http://www.erg.eu.int/doc/publications/erg_07_83_mtr_ftr_cp_12_03_08.pdf Annex", "[ ] Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report", "[ ] Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report", "[ ] Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report", "[ ] Source: European Electronic Communications Regulation and Markets, 14th Progress Report", "Call termination at local level: refers to the conveyance of calls from the local exchange or switch located nearest to the called subscriber to the premises of the called subscriber where the call is completed.", "Call termination at single transit level: refers to the conveyance of calls from a transit switch located at a higher network level through the local exchange/switch for completion at the called subscriber's premises.", "Call termination at double transit level: refers to the conveyance of calls from a transit switch located at a higher network level through two exchanges/switches for completion at the called subscriber's premises."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_718", "title": "Is-Samit tal-UE dwar l-Impjiegi jaqbel fuq\nmodi ta' azzjoni biex tiġi ttrattata ż-żieda\nfil-qgħad", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 06 May 2009 22:00:00 GMT", "text": ["IP/09/718", "Brussell, 7 ta' Mejju 2009", "Il-President Barroso qal: Is-samit tal-UE dwar l-impjiegi li sar illum huwa pass sinifikanti lejn aktar azzjoni dwar l-impjiegi li tkun ikkoordinata b'mod aħjar.", "Aħna ma nistawx nipprevjenu din il-kriżi milli tikkawża l-qgħad.", "Imma jekk naġixxu issa nistgħu nnaqqsu t-telf ta' impjiegi, u ngħinu lil miljuni ta' nies biex isibu xogħolijiet ġodda u aħjar.", "Li naġixxu issa jfisser ukoll li nkunu qed inwittu t-triq għal irkupru sostenibbli.", "L-azzjoni tal-UE dwar l-impjieg la se tibda u lanqas se tieqaf mas-samit tal-lum.", "Imma bis-samit tal-lum aħna qed ngħidu liċ-ċittadini li aħna rridu li l-impjiegi tagħhom ikunu l-għan numru wieħed tal-Ewropa.", "Jiena nappella lill-Istati Membri kollha biex jimpenjaw ruħhom biex jaħdmu flimkien biex jitħaffef ir-ritmu tal-azzjoni dwar l-impjiegi.\"", "\"L-ewwel prijorità tagħna f'din il-kriżi huma n-nies - li ngħinuhom iżommu x-xogħlijiet tagħhom u li nerġgħu nsibulhom xogħlijiet malajr kemm jista' jkun.", "Aħna rridu nużaw l-għodda kollha għad-dispożizzjoni tagħna biex nillimitaw l-impatt tal-kriżi fuq l-ekonomija reali, u fuq in-nies u b'mod partikolari fuq l-għajxien tagħhom\" qal Vladimir Špidla, il-Kummissjarju tal-UE għall-Impjiegi.", "\"Dan is-samit kien pass importanti fid-determinazzjoni ta' kif l-aħjar nittrattaw il-qgħad u kif noħolqu xogħlijiet ġodda.", "L-istrateġija tagħna għandha tkun ibbażata fuq djalogu soċjali b'saħħtu, filwaqt li naġixxu flimkien u noħolqu sinerġija bejn il-politiki soċjali u ekonomiċi.", "M'hemmx bilanċ bejn valuri soċjali fundamentali u suq intern kompetittiv.\"", "Is-samit wera li hemm qbil wiesa' bejn il-parteċipanti dwar it-triq 'il quddiem.", "Il-messaġġi ewlenin li kien hemm qbil dwarhom jenfasizzaw li kull azzjoni li se tittieħed fil-futur dwar l-impjiegi għandha tkun iggwidata min-numru ta' prinċipji u għandha ikollha l-għan li żżomm n-nies fl-impjiegi tagħhom u li toħloq xogħlijiet; iżżid l-aċċess għall-impjiegi speċjalment għaż-żgħażagħ u ttejjeb l-ħiliet, tqabbel il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u tippromwovi l-mobilità.", "Qed jiġi ssuġġerit li għaxar azzjonijiet konkreti, li jindirizzaw kemm l-isfidi fuq medda qasira ta' żmien kif ukoll dawk fuq medda twila, jiġu implimentati kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew flimkiem mal-imsieħba soċjali:", "Is-samit iddiskuta wkoll kif l-azzjoni f'livell nazzjonali kif ukoll dik f'livell Ewropew jistgħu jaħdmu flimkien biex jinkiseb l-aħjar riżultat, u kif jistgħu jagħmlu l-aħjar użu tal-għodda u r-riżorsi tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropej u l-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni Ewropea.", "Iż-żewġ fondi ġew irreveduti dan l-aħħar biex l-effettività tagħhom tkun immassimizzata fi żmien ta' kriżi.", "Biex tipprepara s-samit, il-Kummissjoni Ewropea organizzat serje ta' workshops mal-Presidenzi attwali u futuri tal-UE (li nżammu f'Madrid fil-15 ta' April, fi Stokkolma fl-20 ta' April u fi Praga fis-27 ta' April).", "B'żieda ma' dan, inżamm dibattitu speċjali fil-Parlament Ewropew fi Brussell fil-5 ta' Mejju.", "Dan il-proċess ta' konsultazzjoni ġabar fehmiet mill-iżjed firxa wiesgħa possibbli ta' partijiet interessati inklużi l-imsieħba soċjali fil-livelli kollha, rapreżentanti minn diversi istituzzjonijiet tal-UE, Stati Membri, servizzi ta' impjiegi nazzjonali, akkademiċi u s-soċjetà ċivili.", "Għal aktar informazzjoni:", "Messaġġi ewlenin tas-samit dwar l-Impjiegi", "http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=88&langId=en&eventsId=173&furtherEvents=yesConsolidated report from the preparatory workshops", "http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=2623&langId=en", "MEMO/09/223 fuq is-samit dwar l-Impjiegi", "Il-websajt fi żmien ta' kriżi tal-President Barroso:", "http://ec.europa.eu/commission_barroso/president/focus/credit_crunch/index_en.htm", "Il-websajt ta' DĠ Impjiegi / Il-Kummissarju Spidla dwar l-impatti soċjali tal-kriżi:", "http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=736", "Infoklipp: Reċessjoni Ekonomika l-061271: Impjiegi:", "IP/09/703: It-triq għall-irkupru: Il-Politika ta' Koeżjoni se tgħin lill-Ewropa biex toħroġ mill-kriżi, jgħidu l-Kummissarji Hübner u Špidla:", "MEMO/09/221: Reviżjoni tal-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni Ewropea (EGF):"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4453", "title": "Regoli tal-Konsumatur tal-UE: Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-konsumaturi tal-UE joħolqu pressjoni fuq Airbnb biex tikkonforma", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CONSUMPOL,JFRC", "date": "Sun, 15 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-konsumaturi tal-UE qed jitolbu li Airbnb tallinja t-termini u l-kundizzjonijiet tagħha mar-regoli tal-konsumatur tal-UE biex tkun trasparenti fuq il-preżentazzjoni tagħha tal-prezzijiet.", "Il-Kummissarju Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, qalet: “Aktar u aktar konsumaturi qed jipprenotaw l-akkomodazzjoni tal-vaganzi tagħhom online u dan is-settur ġab miegħu bosta opportunitajiet ġodda lit-turisti.", "Iżda l-popolarità ma tistax tkun skuża għan-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-konsumatur tal-UE.", "Il-konsumaturi għandhom jifhmu faċilment xi jridu jħallsu u kemm mistennija jħallsu għas-servizzi u jkollhom regoli ġusti eżempju dwar il-kanċellazzjoni tal-akkomodazzjoni mill-proprjetarju.", "Nistenna li Airbnb jsegwu malajr bis-soluzzjonijiet it-tajba.”", "Il-preżentazzjoni preżenti tal-prezzijiet ta' Airbnb u għadd mit-termini tagħha ma jikkonformawx mad-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali, id-id-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali Inġusti, u r-Regolament dwar il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerjċali.", "Għalhekk l-Awtoritajiet Ewropej tal-Konsumatur u l-Kummissjoni talbu lill-Airbnb għadd ta' bidliet.", "Il-kumpanija għandha sal-aħħar t'Awwissu biex tippreżenta l-proposti tagħha.", "Ladarba Airbnb tippreżenta s-soluzzjonijiet biex tirrettifika dan, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-konsumatur tal-UE se jirrevedu l-bidliet proposti.", "Jekk dawn ma jitqiesux sodisfaċenti, Airbnb tista' taffaċċja azzjoni ta' infurzar.", "It-trasparenza tal-prezzijiet u prattiki kummerċjali żlejali oħra", "Il-preżentazzjoni tal-prezzijiet ta' Airbnb, kif ukoll id-distinzjoni bejn l-ospitanti privati u professjonali bħalissa ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-liġi tal-UE, b'mod partikolari d-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żlejali", "Airbnb għandha:", "Kjarifika tat-termini jew it-tneħħija ta' termini illegali", "It-termini tas-servizz ta' Airbnb jeħtieġ li jinġiebu f'konformità mal-liġi Ewropea tal-konsumatur.", "Id-Direttiva dwar il-Klawżoli Kuntrattwali Inġusti teħtieġ li t-termini u kundizzjonijiet standard ma joħolqux żbilanċ sinifikanti bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, għad-detriment tal-konsumatur.", "Id-Direttiva tirrikjedi wkoll li t-termini jiġu abbozzati b'lingwa sempliċi u ċara biex il-konsumaturi jkunu infurmati b'mod ċar u li jinftiehem dwar id-drittijiet tagħhom.", "Fir-rigward ta' Airbnb dan ifisser pereżempju:", "Fl-aħħar nett, Airbnb għandha tipprovdi ħolqa faċilment aċċessibbli għal pjattaforma għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Onlajn (ORD) fiq is-sit tagħha u għall-informazzjoni neċessarja kollha relatata mar-riżoluzzjoni tat-tilwim, skont ir-Regolament dwar l-ODR.", "Il-passi li jmiss", "Airbnb issa għandha sal-aħħar ta' Awwissu biex tipproponi soluzzjonijiet dettaljati dwar kif iġġib il-kondotta tagħha f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-konsumatur tal-UE.", "Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-konsumaturi se jiltaqgħu jekk hemm bżonn, ma' Airbnb f'Settembru biex isolvu kwalunkwe kwistjoni pendenti.", "Jekk dawn il-proposti tal-kumpanija ma jkunux sodisfaċenti, l-awtoritajiet tal-konsumaturi jistgħu fl-aħħar mill-aħħar jirrikorru għal miżuri ta' infurzar.", "Kuntest", "Ir-Regolament tal-UE dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi (CPC) jgħaqqad l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur f'netwerk pan-Ewropew tal-infurzar.", "Skont dan il-qafas, awtorità nazzjonali f'pajjiż tal-UE tista' titlob l-assistenza tal-kontroparti tagħha f'pajjiż ieħor tal-UE biex twaqqaf ksur transfruntier tal-liġi tal-konsumatur tal-UE.", "Il-kooperazzjoni tista' tiġi attivata biex tinforza diversi korpi ta' leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-konsumatur, bħal pereżempju d-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur jew id-Direttiva dwar iit-Termini Kuntrattwali Inġusti.", "Netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur (CPC) wettaq valutazzjoni konġunta (pożizzjoni komuni) ta' prattiki ta' negozju ta' Airbnb skont il-kooperazzjoni tal-Awtorità Norveġiża tal-Konsumatur (Forbrukertilsynet) f'Ġunju 2018.", "Din l-azzjoni ġiet iffaċilitata mill-Kummissjoni Ewropea.", "Għal iktar informazzjoni", "Ittra tal-pożizzjoni komuni tal-Awtoritajiet tan-Netwerk CPC", "Aktar informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta' infurzar tal-konsumatur"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4521", "title": "Is-Summit UE-Ċina: napprofondixxu s-sħubija strateġika globali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Sun, 15 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-20 Summit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li sar illum f'Beijing issottolinja li din is-sħubija laħqet livell ġdid ta' importanza għaċ-ċittadini tagħna, għar-reġjuni ġirien rispettivi tagħna u għall-komunità internazzjonali inġenerali.", "Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk irrappreżentaw lill-Unjoni Ewropea fis-Summit.", "Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kienet irrappreżentata mill-Premier Li Keqiang Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, Jyrki Katainen, il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström, u l-Kummissarju għat-Trasport Violeta Bulc ukoll attendew is-Summit.", "Il-President Tusk u l-President Juncker iltaqgħu wkoll mal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Xi Jinping.", "“Minn dejjem emmint fil-potenzjal ta' sħubija bejn l-UE u ċ-Ċina.", "U fid-dinja tal-lum, dik is-sħubija hija iktar importanti minn qatt qabel.", "Il-kooperazzjoni bejnietna hija ħaġa li, sempliċiment, tagħmel sens” qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker.", "“L-Ewropa hija l-ikbar sieħeb kummerċjali taċ-Ċina, u ċ-Ċina hija t-tieni l-ikbar tagħna.", "Il-kummerċ f'merkanzija bejnietna għandu valur li jisboq il-€1.5 biljun kull jum.", "Iżda nafu wkoll li nistgħu nagħmlu ħafna aktar minn hekk.", "Huwa għalhekk li huwa tant importanti li llum għamilna progress fuq il-Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment permezz tal-ewwel skambju ta' offerti dwar l-aċċess għas-suq, u lejn ftehim dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.", "Dan juri li rridu noħolqu iktar opportunitajiet għan-nies fiċ-Ċina u fl-Ewropa.”", "Il-kummenti sħaħ li għamel il-President Juncker waqt il-konferenza stampa ta' wara s-Summit huma disponibbli online.", "Id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit maqbula bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina turi l-wisa' u l-fond tar-relazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina u l-impatt pożittiv li tali sħubija jista' jkollha, partikolarment biex jiġu indirizzati sfidi globali u reġjonali bħat-tibdil fil-klima, it-theddid komuni għas-sigurtà, il-promozzjoni tal-multilateraliżmu, u l-promozzjoni tal-kummerċ miftuħ u ġust.", "Is-Summit isegwi d-Djalogu Strateġiku f'livell għoli, kopresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, Federica Mogherini u l-Kunsillier tal-Istat Ċiniż, Wang Yi, fi Brussell fl-1 ta' Ġunju, u d-Djalogu Ekonomiku u Kummerċjali f'livell għoli, kopresedut mill-Viċi President Katainen u l-Viċi Premier Ċiniż, Liu He, f'Beijing fil-25 ta' Ġunju.", "Dan l-20 Summit juri l-bosta mezzi li bihom l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina qegħdin isaħħu konkretament dik li diġà hija relazzjoni komprensiva.", "Barra mid-Dikjarazzjoni Konġunta, ġew miftiehma riżultati konkreti mixtieqa oħra, fosthom:", "Naħdmu flimkien għal pjaneta iktar sostenibbli", "Fid-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija nadifa, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina impenjaw irwieħhom li jżidu l-kooperazzjoni favur ekonomiji b'emissjonijiet baxxi tal-gassijiet serra u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima.", "Huma u jagħmlu dan, l-UE u ċ-Ċina se jintensifikaw il-kooperazzjoni politika, teknika, ekonomika u xjentifika dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija nadifa.", "Hu u jilqa' dan l-impenn, il-President Juncker qal: “Flimkien issottolinjajna d-determinazzjoni b'saħħitha li għandna bejnietna li niġġieldu t-tibdil fil-klima u li nuru tmexxija globali.", "Dan juri l-impenn tagħna għall-multilateraliżmu u jirrikonixxi li t-tibdil fil-klima huwa sfida globali li taffettwa l-pajjiżi kollha tad-dinja.", "M'hemmx ħin biex neħduha bil-kalma u nkunu passivi.", "Issa huwa l-waqt li nieħdu azzjoni deċiżiva.”", "Il-Viċi President Katainen u l-Ministru tal-Ekoloġija u l-Ambjent, Li Ganjie*, ukoll iffirmaw il-Memorandum ta' Qbil biex Tittejjeb il-Kooperazzjoni dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet, li jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet biex jikkontribwixxi għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju u jkompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni tal-ikbar żewġ sistemi ta' skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet fid-dinja.", "Huma u jibnu fuq is-suċċess tas-Sena Blu tal-UE u ċ-Ċina tal-2017, l-UE u ċ-Ċina ffirmaw ukoll Ftehim ta' Sħubija dwar l-Oċeani.", "Tnejn mill-ikbar ekonomiji tal-oċeani fid-dinja se jaħdmu flimkien biex itejbu l-governanza internazzjonali tal-oċeani, inkluż billi jiġġieldu s-sajd illegali u jesploraw opportunitajiet potenzjali ta' negozju u riċerka, abbażi ta' teknoloġiji nodfa, fl-ekonomija marittima.", "Is-sħubija fiha impenji ċari favur il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar kontra t-tniġġis, inkluż l-iskart tal-plastik, u li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi u li tiġi implimentata l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-Għan 14.", "L-iffirmar ta' dan il-ftehim tal-oċeani huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu u jiftaħ il-bieb għal sħubijiet futuri bejn l-UE u atturi tal-oċeani ewlenin oħrajn.", "Il-Viċi President Katainen u l-Ministru tal-Ekoloġija u l-Presidenta tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp u r-Riforma Nazzjonali, He Lifeng*, ukoll iffirmaw il-Memorandum ta' Qbil dwar il-Kooperazzjoni fuq l-Ekonomija Ċirkolari li se jagħti qafas għall-kooperazzjoni, inkluż djalogu politiku ta' livell għoli, biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari.", "Il-kooperazzjoni se tkopri strateġiji, leġiżlazzjoni, politiki u riċerka f'oqsma ta' interess reċiproku.", "Se tindirizza sistemi ta' ġestjoni u għodod ta' politika bħad-disinn ekoloġiku, it-tikkettar ekoloġiku, ir-responsabbiltà estiża tal-produtturi u ktajjen tal-provvista ekoloġiċi, kif ukoll il-finanzjament tal-ekonomija ċirkolari.", "Iż-żewġ naħat se jiskambjaw l-aħjar prattika f'oqsma importanti bħall-parks industrijali, il-prodotti kimiċi, il-plastik u l-iskart.", "Fil-Kntest tal-programm dwar il-Kooperazzjoni Urbana Internazzjonali tal-UE, fil-marġni tas-Summit il-Kummissarju Creţu kienet xhieda għall-iffirmar ta' dikjarazzjoni konġunta bejn bliet Ċiniżi u Ewropej: Kunming u Granada (ES); Haikou u Nizza (FR); Yantai u Ruma (IT); Liuzhou u Barnsley (UK); u Weinan u Reggio Emilia (IT).", "Dawn is-sħubijiet se jiffaċilitaw l-iskambji biex jiġu eżaminati u żviluppati pjanijiet ta' azzjoni lokali li jirriflettu l-approċċ integrat tal-UE għall-iżvilupp urban sostenibbli flwaqt li jiġu indirizzati sfidi soċjali, ekonomiċi, demografiċi u ambjentali.", "Inqiegħdu s-sistema internazzjonali abbażi tar-regoli fil-qalba tal-kummerċ miftuħ u ġust", "“Jien konvint iktar minn qatt qabel li, fl-era tal-globalizzazzjoni u l-interdependenza, il-multilateraliżmu għandu jkun fil-qalba ta' dak li nagħmlu.", "Aħna nistennew li s-sħab kollha tagħna jirrispettaw ir-regoli internazzjonali u l-impenji li jkunu ħadu, partikolarment fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ”, qal il-President Jean-Claude Juncker fid-diskors ewlieni tiegħu fid-Diskussjoni Madwar Mejda dwar in-Negozju UE-Ċina f'Beijing, li tat opportunità lill-mexxejja tal-UE u Ċiniżi biex jiskambjaw il-fehmiet tagħhom ma' rappreżentanti tal-komunità kummerċjali.", "“Fl-istess ħin, huwa minnu li r-regoli eżistenti tad-WTO ma jagħmluhiex possibbli li l-prattiki inġusti jiġu ttrattati bl-iktar mod effettiv, iżda biex nevitaw li narmu kollox u mal-ħażin jeħel it-tajjeb, irridu kollha kemm aħna nippreservaw is-sistema multilaterali u ntejbuha minn ġewwa.”", "Id-diskors sħiħ tal-President Juncker huwa disponibbli online.", "Il-Kummissarju Malmström wkoll għamlet intervent fl-attività.http://europa.eu/rapid/press-release_SPEECH-18-4543_fr.htm", "Fis-Summit, l-UE u ċ-Ċina kkonfermaw l-appoġġ sod tagħhom favur is-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, trasparenti, nondiskriminatorja, miftuħa u inklużiva, bid-WTO fil-qalba u taw impenn li jimxu mar-regoli eżistenti tad-WTO.", "Impenjaw irwieħhom ukoll li jikkooperaw dwar ir-riforma tad-WTO biex jgħinuha tindirizza sfidi ġodda, u waqqfu grupp konġunt ta' ħidma dwar ir-riforma tad-WTO, presedut fil-livell Viċi Ministerjali, għal dan il-għan.", "Sar progress tajjeb fin-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim ta' Investiment, li huwa prijorità ewlenija u proġett ewlieni biex jiġi stabbilit u jinżamm ambjent tan-negozju miftuħ, prevedibbli, ġust u trasparenti għall-investituri Ewropej u Ċiniżi.", "L-UE u ċ-Ċina skambjaw offerti ta' aċċess għas-suq, u b'hekk in-negozjati daħlu f'fażi ġdida, li fiha jista' jiġi aċċellerat ix-xogħol fuq l-offerti u aspetti ewlenin oħrajn tan-negozjati.", "Il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), parti mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, u s-Silk Road Fund (SRF) Ċiniż iffirmaw Memorandum ta' Qbil bil-għan li jikkonfermaw l-ewwel koinvestiment li se jsir taħt il-Fond ta' Koinvestiment Ċina-UE (“CECIF”) li twaqqaf m'ilux, li jippromwovi l-kooperazzjoni tal-investiment bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina u l-iżvilupp ta' sinerġiji bejn l-Inizjattiva Belt and Road taċ-Ċina u l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa.", "Rigward l-azzar, iż-żewġ naħat qablu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar u impenjaw irwieħhom, f'konformità mad-deċiżjonijiet tas-Summits ta' Hangzhou fl-2016 u ta' Hamburg fl-2017, kif ukoll mad-deċiżjonijiet Ministerjali tal-2017, favur l-għan li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet politiċi maqbula.", "L-UE u ċ-Ċina qablu wkoll li jikkonkludu n-negozjati dwar Ftehim rigward il-kooperazzjoni dwar, u l-protezzjoni mill-imitazzjoni ta' prodotti tal-ikel u tax-xorb distintivi, l-hekk imsejħa Indikazzjonijiet Ġeografiċi, qabel it-tmiem ta' Ottubru jekk jista' jkun.", "Ftehim f'dan il-qasam ikun jirriżulta f'livell għoli ta' ħarsien tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi rispettivi tagħna, li jirrappreżentaw tradizzjonijiet importanti u riżorsi rikki kemm għall-UE kif ukoll għaċ-Ċina.", "Fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, l-UE u ċ-Ċina qablu li jippromwovu l-ogħla standards ta' sikurezza tal-ikel, u huma lesti li jqisu l-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni, u impenjaw irwieħhom li jespandu l-aċċess għas-suq għall-prodotti tal-ikel.", "L-UE u ċ-Ċina ffirmaw ukoll il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Kooperazzjoni Doganali bejn iċ-Ċina u l-UE dwar id-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali (2018–2020), bl-għan li jissaħħaħ l-infurzar doganali fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija fil-kummerċ bejn it-tnejn.", "Il-Pjan ta' Azzjoni se jippromwovi wkoll il-kooperazzjoni bejn id-dwana u aġenziji u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi biex titwaqqaf il-produzzjoni u biex jiġu xolti n-netwerks ta' distribuzzjoni.", "L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana Ċiniża ffirmaw Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva Strateġika u Pjan ta' Azzjoni (2018–2020) dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi doganali, partikolarment fil-qasam tal-frodi trasbord, it-traffiku illegali tal-iskart u l-frodi tas-sottovalutazzjoni.", "Fit-tielet laqgħa tal-Pjattaforma ta' Konnettività UE-Ċina, li saret fil-marġni tas-Summit u li ġiet preseduta għall-UE mill-Kummissarju Violeta Bulc, iż-żewġ partijiet tennew l-impenn tagħhom favur il-konnettività tat-trasport abbażi tal-prijoritajiet tal-politika rispettivi, tas-sostenibbiltà, tar-regoli tas-suq u tal-koordinazzjoni internazzjonali.", "L-iskambji kienu ffukati fuq:", "Il-minuti konġunti miftiehma tal-laqgħa tal-Presidenti huma disponibbli online, flimkien mal-lista tal-proġetti ta' trasport Ewropej ippreżentati taħt il-Pjattaforma ta' Konnettività UE-Ċina.", "Sħubija bejn il-popli", "L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina qed iqiegħdu ċ-ċittadini rispettivi tagħhom fil-qalba tas-sħubija strateġika.", "Kien hemm taħditiet tajbin dwar il-kooperazzjoni barranija u tas-sigurtà u dwar is-sitwazzjoni fil-viċinati rispettivi tagħhom.", "Fis-Summit, il-mexxejja tal-UE u taċ-Ċina ddiskutew modi biex jappoġġaw soluzzjoni paċifika fil-Peniżola Koreana; l-impenn tagħhom favur l-implimentazzjoni mkomplija, sħiħa u effettiva tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt — il-ftehim nukleari mal-Iran; il-ħidma konġunta u koordinata fuq il-proċess ta' paċi fl-Afganistan; u s-sitwazzjoni u l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.", "Iddiskutew ukoll sfidi ta' politika barranija u ta' sigurtà oħrajn, bħal-Lvant Nofsani, il-Libja, u l-Afrika, kif ukoll l-impenn komuni tagħhom favur il-multilateraliżmu u l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tiegħu.", "Diġà saru bosta attivitajiet ta' suċċess fil-qafas tas-Sena tat-Turiżmu Ċina-UE tal-2018, imfassla biex tippromwovi destinazzjonijiet mhux daqstant popolari, biex ittejjeb l-esperjenzi tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu, u biex tipprovdi opportunitajiet biex tiżdied il-kooperazzjoni ekonomika.", "Fis-Summit, il-mexxejja impenjaw irwieħhom li javvanzaw l-attivitajiet rilevanti aktar, li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni dwar it-turiżmu u l-kuntatti bejn in-nies.", "Il-protezzjoni u t-titjib tad-drittijiet tal-bniedem qegħdin fil-qalba tal-Unjoni Ewropea u tas-sħubijiet globali tagħha u għalhekk il-mexxejja indirizzaw ukoll kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, ġimgħa wara l-UE u ċ-Ċina kellhom l-aħħar Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Iż-żewġ partijiet ikkonfermaw li se jkomplu bin-negozjati paralleli fit-tieni fażi tal-pjan direzzjonali tad-Djalogu dwar il-Mobilità u l-Migrazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina, speċifikament dwar ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi u ftehim dwar il-kooperazzjoni biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari.", "L-UE u ċ-Ċina qablu wkoll li jvaraw djalogi ġodda li jkopru kwistjonijiet relatati mad-droga u mal-assistenza umanitarja.", "* Ismijiet ikkoreġuti 16:42 16/07/2018", "Aktar informazzjoni", "Is-sit web tas-Summit UE-Ċina", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina", "Dikjarazzjoni konġunta wara l-20 Summit UE-Ċina", "Kummenti tal-President Jean-Claude Juncker fil-konferenza stampa wara l-20 Summit UE-Ċina", "Id-diskors ewlieni tal-President Jean-Claude Juncker waqt id-diskussjoni madwar mejda dwar in-negozju UE-Ċina", "Is-sit web tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċina"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4395", "title": "L-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa: ir-rieżami tal-2018 jikkonferma x-xejriet pożittivi iżda joħroġ fid-dieher xi sfidi, b'mod partikolari marbuta mal-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Thu, 12 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppubblikat l-edizzjoni tal-2018 tar-rieżami annwali tagħha tal-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa (l-ESDE).", "L-edizzjoni ta' din is-sena tikkonferma x-xejriet pożittivi kontinwi fis-suq tax-xogħol u titjib fis-sitwazzjoni soċjali.", "L-għadd ta' persuni li għandhom impjieg laħaq livelli rekord ġodda.", "Ir-rata tal-impjiegi fl-UE qatt ma laħqet dawn il-livelli, fil-fatt bħalissa hawn kważi 238 miljun persuna li għandhom impjieg.", "Fl-2017 kien hemm ftit aktar minn tliet miljun u nofs persuna li kellhom impjieg, meta mqabbla mal-2016.", "Madankollu, għalkemm fl-aħħar snin żdied l-għadd ta' sigħat maħduma għal kull persuna impjegata, dan xorta għadu inqas mil-livelli fl-2008.", "Fl-istess waqt qed jiżdiedu l-introjti disponibbli u qed jonqos il-faqar.", "Id-deprivazzjoni materjali estrema naqset għall-anqas livell fl-istorja, b'16.1-il miljun persuna inqas affettwata, meta mqabbla mal-2012.", "Jekk wieħed janalizza l-impatt tal-iżviluppi teknoloġiċi, jeżistu inċertezzi dwar l-effetti futuri tal-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni.", "Għalhekk ir-rieżami tal-ESDE tal-2018 hu ffukat fuq id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel.", "Skont il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbiltà tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen: “L-ekonomija Ewropea qed tikber aktar malajr u b'mod aktar omoġenju minn qabel.", "Dan jiffavorixxi l-impjiegi, iżid il-flus fil-bwiet tal-familji u jtejjeb il-kundizzjonijiet soċjali.", "Il-bidla teknoloġika għandha potenzjal kbir li tixpruna t-tkabbir u l-impjiegi, iżda dan iseħħ biss jekk din il-bidla ssir bi pjan.", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hu l-boxxla li tiggwidana biex inkunu lesti għal din it-trasformazzjoni.", "Il-proposti tagħna jsarrfu l-Pilastru fil-prattika billi jagħnu liċ-ċittadini fl-Ewropa b'edukazzjoni u ħiliet aħjar tul ħajjithom, u jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkollhom drittijiet bażiċi f'din id-dinja tax-xogħol li qed tinbidel malajr, jimxu 'l quddiem bil-proposti tagħna għal kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli, u jkollhom aċċess għal protezzjoni soċjali.”", "Ir-rapport ta' din is-sena għandu l-għan li janalizza l-opportunitajiet u r-riskji marbuta mal-innovazzjoni teknoloġika, il-bidla demografika u l-globalizzazzjoni.", "Ir-rieżami juri x'jeħtieġ isir biex kulħadd ikun jista' jgawdi minn dawn l-iżviluppi.", "Bħalma jiddeskrivi r-rieżami, il-progress teknoloġiku hu essenzjali biex tiżdied il-produttività ġenerali.", "Iżda dan qed jieħu post il-kompiti ta' rutina li jeħtieġu l-inqas ħiliet, u qed iżid il-livell tal-ħiliet li wieħed jeħtieġ biex ikun impjegabbli: filwaqt li m'hemmx konklużjoni dwar kemm jista' jkun l-impatt tat-teknoloġija fuq l-impjiegi, studji juru li l-aktar kompiti fix-xogħlijiet attwali li għandhom ċans jiġu awtomatizzati parzjalment jew għalkollox huma l-kompiti ta' rutina ripetittivi; skont studju minnhom, fil-futur qrib minn 37 % sa 69 % tal-impjiegi jistgħu jiġu awtomatizzati parzjalment.", "Biex nadattaw għal din id-dinja tax-xogħol li qed jinbidel, hemm bżonn ikollna edukazzjoni u tagħlim tul il-ħajja aħjar u niżguraw li s-suq tax-xogħol u l-istituzzjonijiet tal-protezzjoni soċjali jkunu adattati għall-iskop tagħhom.", "Bl-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa u bil-finanzjament tal-UE, il-Kummissjoni wittiet it-triq biex iċ-ċittadini fl-Ewropa jiksbu ħiliet aħjar fil-livelli kollha, id f'id mill-qrib mal-Istati Membri, ma' dawk li jħarrġu u mal-kumpaniji.", "Anki s-sħab soċjali jaqdu rwol importanti biex il-forza tax-xogħol issaħħaħ il-ħiliet tagħha u tikseb ħiliet ġodda, u biex tiġi mmaniġġjata ż-żieda fil-flessibbiltà li għandha d-dinja tax-xogħol li qed tinbidel.", "Is-sħab soċjali jgħinu biex jitfasslu programmi ta' taħriġ u jiġu identifikati l-opportunitajiet u l-iżvantaġġi li qed joħloq it-tibdil mgħaġġel li qed jaffettwa s-swieq tax-xogħol.", "It-teknoloġiji ġodda jgħinu biex jiżdied l-għadd ta' ħaddiema mhux standard u ħaddiema għal rashom.", "Skont ir-rieżami tal-ESDE, il-forom ġodda tax-xogħol huma ta' ġid għall-ħaddiema u anki għan-negozji, għax iżidu l-flessibbiltà, itejbu l-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, u jiftħu bibien ġodda tal-opportunitajiet għan-nies, fosthom għall-persuni b'diżabbiltà u dawk akbar fl-età, biex jidħlu jew jibqgħu fis-suq tax-xogħol.", "Iżda r-rieżami tal-ESDE jiskopri wkoll korrelazzjoni bejn l-inċidenza dejjem akbar ta' xogħol mhux standard u deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, ma' aktar volatilità fl-introjtu, inqas sigurtà tal-impjieg u nuqqas ta' aċċess għal protezzjoni soċjali, bħalma ġie osservat fil-każ tal-ħaddiema tal-pjattaformi.", "Il-Kummissjoni qed tindirizza din is-sitwazzjoni bi proposti li jimmodernizzaw il-leġiżlazzjoni dwar is-suq tax-xogħol u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali ħalli dawn jirreaġixxu għal din id-dinja tax-xogħol ġdida.", "Il-proposta għal Direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol aktar trasparenti u prevedibbli tinkludi standards minimi ġodda għall-ħaddiema kollha, fosthom għal dawk b'forom ta' impjieg mhux standard.", "U bil-proposta għal Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għal protezzjoni soċjali, inħeġġu lill-Istati Membri biex jipprovdu aċċess għal kopertura tas-sigurtà soċjali għall-impjegati kollha u għal dawk li jaħdmu għal rashom, inkluż it-trasferibbiltà tad-drittijiet bejn l-impjiegi u s-sitwazzjonijiet tax-xogħol.", "Fl-aħħar nett, ir-rieżami tal-ESDE tal-2018 isemmi ċerti sfidi strutturali li għadhom fostna, ngħidu aħna fejn tidħol l-inugwaljanza, bħal pereżempju l-inugwaljanzi fl-introjtu u bejn is-sessi, u fejn jidħlu l-iżvilupp tal-ħiliet u l-edukazzjoni.", "Kuntest", "Ir-rieżami annwali tal-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa jipprovdi analiżi ekonomika aġġornata tax-xejriet soċjali u tal-impjiegi fl-Ewropa.", "Fid-dawl ta' dawn ix-xejriet, ir-rieżami jagħraf għadd ta' sfidi potenzjali u jipprovdi reazzjonijiet potenzjali ta' politika biex dawn jingħelbu.", "Dan huwa r-rapport ewlieni li għandha l-Kummissjoni Ewropea biex tgħarbel l-evidenza u teżamina x-xejriet u l-isfidi li ġejjin b'rabta mas-swieq tax-xogħol.", "Hemm diversi eżempji ta' kif il-Kummissjoni tindirizza l-isfidi msemmija fir-rapporti annwali tal-ESDE.", "Pereżempju, il-proposta riċenti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali talloka aktar fondi għal investimenti fin-nies, fosthom permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) il-ġdid u permezz ta' Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) imtejjeb.", "B'inizjattivi u għodod bħall-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, b'aktar tisħiħ tal-programm Erasmus, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, se tissokta l-ħidma biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.", "Magħhom jingħaqdu l-proposti tal-Kummissjoni għal aċċess għal protezzjoni soċjali u għal kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli.", "Għal aktar informazzjoni", "Memo: Ir-Rieżami tal-2018 dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skeda informattiva: Ir-Reviżjoni Trimestrali tal-2018 – l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa Dinja tax-xogħol li qed tinbidel: lil hinn mid-diġitalizzazzjoni", "Ir-rieżami tal-2018 dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali", "Taqsima dwar l-Impjiegi u l-Analiżi Soċjali fuq is-sit web tad-DĠ EMPL", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter", "Abbona bla ħlas għall-bullettin elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4295", "title": "Il-konformità tal-Istati Membri mal-liġi tal-UE: lok għal titjib", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO", "date": "Wed, 11 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-konformità tal-Istati Membri mal-liġi tal-UE: lok għal titjib", "Ir-Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-Dritt tal-UE ppubblikat illum, jagħti ħarsa lejn kif il-Kummissjoni ssorveljat u infurzat il-liġi tal-UE tul l-2017.", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku li ġiet ippubblikata llum ukoll fuq l-internet, fil-25 anniversarju mit-twaqqif tas-Suq Uniku tal-UE, turi li qed jixxejnu ħafna mill-ostakli għall-moviment liberu tal-persuni, tas-servizzi, tal-oġġetti u tal-kapital, iżda f'ċerti oqsma s-sitwazzjoni staġnat jew saħansitra sejra għall-agħar.", "Il-liġi tal-UE jeħtieġ tiġi applikata b'mod effettiv ħalli ċ-ċittadini u n-negozji jkollhom garanzija li jistgħu jgawdu mill-benefiċċji li toffrilhom il-liġi tal-UE.", "L-effettività ta' kull regola, irrispettivament minn kemm tfasslet u tħejjiet bir-reqqa, tiddependi biss mill-implimentazzjoni tagħha.", "Għaldaqstant, il-Kummissjoni meta tmexxi 'l quddiem il-prijoritajiet ta' politika tagħha, tagħti attenzjoni mhux biss biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, iżda anki biex tiżgura li din tiġi applikata u infurzata kif xieraq.", "Ngħidu aħna fl-2017, il-Kummissjoni kienet soda fl-infurzar tar-regoli relatati mal-protezzjoni tad-data, il-migrazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew il-kwalità tal-arja.", "Fl-istess waqt, il-koperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri tibqa' fundamentali biex tiġi implimentata l-liġi tal-UE u biex jingħelbu l-problemi li jistgħu jinqalgħu.", "Matul is-sena, il-Kummissjoni assistiet lill-Istati Membri biex iħejju ruħhom għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (ir-Regolament (UE) 2016/679).", "Ir-Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2017", "Ir-Rapport Annwali għall-2017 juri tnaqqis żgħir (b'5.91 %) fil-kawżi ta' ksur miftuħa meta mqabbel mas-sena ta' qabel.", "B'hekk, wara li fl-2016 laħaq l-ogħla livell fil-ħames snin ta' qabel, fl-2017 l-għadd ta' kawżi beda jistabbilizza ruħu (ara l-Grafika 1).", "Iżda kull nuqqas fl-implimentazzjoni korretta tad-dritt tal-UE jċaħħad liċ-ċittadini u lin-negozji mid-drittijiet u l-benefiċċji li toffrilhom il-liġi Ewropea.", "Fil-qasam tal-ambjent, pereżempju, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni sħaħ tad-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik huma essenzjali biex jiġi indirizzat it-tħassib dejjem jikber taċ-ċittadini b'rabta mal-plastik.", "Il-Grafika 2 ta' hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni għal kull Stat Membru.", "Fejn jidħlu l-każijiet ta' traspożizzjoni tard, il-Belġju, Ċipru, u l-Portugall kellhom l-akbar ammont ta' kawżi miftuħa, filwaqt li l-inqas kawżi miftuħa kienu fl-Italja, fid-Danimarka u fl-Ungerija.", "Spanja, l-Italja u l-Ġermanja kellhom l-akbar ammont ta' kawżi pendenti minħabba traspożizzjoni skorretta u/jew applikazzjoni żbaljata tal-liġi tal-UE, filwaqt li d-Danimarka kellha l-inqas ammont ta' kawżi miftuħa s-sena li għaddiet.", "L-oqsma ta' politika fejn infetħu l-aktar kawżi ta' ksur fl-2017 kienu l-mobbiltà u t-trasport, l-ambjent kif ukoll l-istabbiltà finanzjarja, is-servizzi u s-swieq kapitali (ara l-Grafika 3).", "Nevitaw it-traspożizzjoni tard tad-Direttivi", "Biex iċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw mil-liġi tal-UE, hu kruċjali li l-Istati Membri jittrasponu d-Direttivi Ewropej fl-ordni ġuridiku nazzjonali tagħhom sal-iskadenzi miftiehma.", "Fl-2017, l-għadd ta' proċeduri ta' ksur ġodda relatati mat-traspożizzjoni tard naqas ġmielu b'34 % (minn 847 kawża fl-2016 għal 558 fl-2017) u hu eqreb lejn il-livell fl-2015 (543 kawża).", "Il-Kummissjoni fetħet proċeduri ġodda ta' ksur kontra l-maġġoranza tal-Istati Membri talli naqsu milli jittrasponu d-Direttivi dwar l-użu tal-basktijiet tal-plastik, dwar l-iskart u dwar l-affidabbiltà stradali tal-vetturi[1].", "Biex isibuha eħfef jittrasponu b'mod korrett u fil-ħin, il-Kummissjoni kompliet tassisti lill-Istati Membri billi ħejjiet pjanijiet ta' implimentazzjoni, siti web apposta u dokumenti ta' gwida, u qasmet l-aqwa prattiki waqt laqgħat tal-gruppi ta' esperti.", "Pereżempju, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (il-GDPR) fil-25 ta' Mejju 2018, f'Jannar 2018 il-Kummissjoni kienet diġà ppubblikat gwida dettaljata biex tgħin lill-Istati Membri japplikaw ir-regoli l-ġodda fil-ħin.", "Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni ressqet ħames Stati Membri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u talbet li jiġu applikati penali finanzjarji: żewġ kawżi kontra l-Belġju[2], żewġ kawżi kontra l-Kroazja[3], kawża kontra s-Slovakkja[4], oħra kontra s-Slovenja[5] u oħra kontra Spanja[6].", "Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku għall-2018", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku tagħti ħarsa ġenerali dettaljata u preċiża tal-qagħda tal-implimentazzjoni tar-regoli tas-Suq Uniku tal-UE fiż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) fl-2017.", "Din tevalwa kif l-UE u l-Istati Membri taż-ŻEE japplikaw dawn ir-regoli u tidentifika n-nuqqasijiet fejn il-pajjiżi u l-Kummissjoni għandhom iżidu l-isforzi tagħhom.", "Skont il-prestazzjoni tagħhom fl-2017, l-Istati Membri ngħataw 152 sinjal aħdar, 135 sinjal isfar u 49 sinjal aħmar.", "Is-sinjali juru f'liema oqsma marru tajjeb ħafna (aħdar), kisbu riżultati medji (isfar) jew marru agħar mill-medja (aħmar).", "Il-ħarsa ġenerali (ara l-Grafika 4 hawn taħt) toħroġ fid-dieher li l-Istati Membri tejbu r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, it-traspożizzjoni tar-regoli relatati mas-Suq Uniku, u l-iżvilupp ta' għodod li jappoġġaw il-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku fil-prattika (L-Ewropa tiegħek, e-Certis, u l-EURES).", "Iżda meta mqabbla mal-edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni ta' qabel, l-Istati Membri rċevew aktar sinjali ħomor fejn jidħol il-ftuħ għall-kummerċ transfruntier tal-merkanzija u s-servizzi, l-ekwità tas-sistemi tal-akkwist pubbliku u l-għadd ta' proċedimenti ta' ksur.", "B'mod ġenerali, il-pajjiżi bl-aqwa prestazzjoni kienu l-Finlandja, id-Danimarka u s-Slovakkja, filwaqt li l-akbar għadd ta' sinjali ħomor ingħata lir-Repubblika Ċeka, lill-Irlanda u lill-Greċja.", "Il-Kummissjoni tirreaġixxi għall-ilmenti taċ-ċittadini", "Iċ-ċittadini, in-negozji, l-NGOs u partijiet konċernati oħra jistgħu jirrapportaw suspetti ta' ksur tal-liġi tal-UE permezz ta' formola online aċċessibbli mill-portal Europa Id-drittijiet tiegħek.", "Fl-2017, ħafna mill-ilmenti kellhom x'jaqsmu mal-ġustizzja u d-drittijiet tal-konsumatur, l-impjiegi, is-Suq Uniku tal-UE, l-industrija u l-SMEs.", "Bħala parti mill-formola għall-ilmenti, is-SOLVIT jista' jgħin liċ-ċittadini u lin-negozji biex isolvu l-problemi tagħhom ma' awtorità pubblika f'pajjiż ieħor tal-UE.", "Il-kuntest", "Sa mill-1984, wara talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE tul is-sena ta' qabel.", "Imbagħad il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni dwar ir-rapport tal-Kummissjoni.", "Bħala prijorità, il-Kummissjoni tiffoka fuq il-problemi fejn l-azzjoni ta' infurzar tista' tagħmel differenza reali u tipprovdi valur miżjud reali għall-individwi u għan-negozji.", "Fejn jidħol il-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, il-Kummissjoni Ewropea għandha responsabbiltà ġenerali li tibda l-proċess leġiżlattiv.", "Imbagħad il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jiddiskutu l-proposti tal-Kummissjoni.", "L-Istati Membri huma responsabbli biex japplikaw, jimplimentaw u jinfurzaw sew u fil-ħin il-liġi tal-UE fl-ordni ġuridiku nazzjonali.", "Il-Kummissjoni tagħlaq dan il-proċess: ġaladarba l-proposti tagħha jiġu adottati bħala liġi tal-UE, din tieħu ħsieb li l-Istati Membri japplikaw din il-liġi kif suppost u tieħu azzjoni jekk dan ma jsirx.", "Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha taġixxi b'mod sod u mingħajr dewmien kull meta l-ksur ifixkel il-kisba tal-għanijiet ta' politika tal-UE.", "F'dan il-kuntest, dan l-aħħar il-Kummissjoni ħolqot approċċ aktar strateġiku għal infurzar fejn jidħol it-trattament tal-ksur, bi qbil mal-impenn tagħha li tkun “akbar u aktar ambizzjuża fejn jidħlu l-affarijiet il-kbar, u iżgħar u aktar modesta fl-affarijiet iż-żgħar”[7].", "It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku tevalwa kull sena kif l-Istati Membri:", "- jimplimentaw ir-regoli tal-UE;", "- joħolqu swieq miftuħa u integrati (eżempju, l-akkwist pubbliku u l-kummerċ tal-merkanzija u tas-servizzi);", "- jittrattaw kwistjonijiet amministrattivi fejn jidħlu l-ħaddiema barranin (eż. il-kwalifiki professjonali);", "- jikkoperaw u jagħtu sehemhom fejn jidħlu għadd ta' għodod ta' governanza għall-UE kollha (eż. il-portal L-Ewropa Tiegħek, Solvit, u l-EURES)", "Din is-sena tfakkar il-25 anniversarju tas-Suq Uniku tal-UE.", "Din l-edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku tevalwa l-prestazzjoni f'erba' oqsma ta' politika, f'żewġ oqsma rigward il-ftuħ u l-integrazzjoni tas-suq, u 13-il għodda ta' governanza.", "Għal Aktar Informazzjoni", "a) Ir-Rapport Annwali dwar il-Monitoraġġ tal-Applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2017", "- Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni nazzjonali tad-dritt tal-UE", "- Skedi informattivi skont il-pajjiżi", "- Skeda informattiva tal-EU-28", "- Dwar il-proċedura ġenerali ta' ksur tal-UE, ara l-MEMO kollha 17/01/2012.", "b) It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku (l-edizzjoni tal-2018):", "- Tabella ta' Valutazzjoni", "- Skedi informattivi skont il-pajjiżi", "- Ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni", "[1] Id-Direttiva 2015/720/UE dwar l-użu tal-basktijiet tal-plastik; Id-Direttivi 2015/720/UE; 2015/863/UE; U 2016/774/UEdwar l-iskart u d-Direttiva 2014/47/UE l-affidabbiltà stradali tal-vetturi", "[2] Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-543/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lill-Belġju quddiem il-Qorti talli naqas milli jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva dwar miżuri li jnaqqsu l-ispiża għall-installazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja.", "Din ipproponiet li jitħallsu penali ta' € 54 639.36 kuljum.", "Fit-tieni kawża (Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, C-564/17), il-Kummissjoni ressqet lill-Belġju quddiem il-Qorti talli naqas milli jimplimenta bis-sħiħ id-Direttiva dwar il-Permess Uniku.", "Din ipproponiet li jitħallsu penali ta' €70 828.80 kuljum.", "[3] Il-Kummissjoni vs Il-Kroazja (C-381/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lill-Kroazja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-sħiħ id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju.", "Din ipproponiet li jitħallsu penali ta' €9 865.40 kuljum.", "Fit-tieni kawża (Il-Kummissjoni vs Il-Kroazja, C-415/17), il-Kummissjoni ressqet lill-Kroazja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-sħiħ id-Direttiva dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati.", "Din ipproponiet li jitħallsu penali ta' €9 275.20 kuljum.", "[4] Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja (C-605/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lis-Slovakkja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-sħiħ id-Direttiva dwar miżuri li jnaqqsu l-ispiża għall-installazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja.", "Din ipproponiet li jitħallsu penali ta' €10 036.80 kuljum.", "[5] Il-Kummissjoni vs Is-Slovenja (C-594/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lis-Slovenja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-sħiħ id-Direttiva tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri.", "Din ipproponiet li jitħallsu penali ta' €7 099.20 kuljum.", "[6] Il-Kummissjoni vs Spanja (C-569/17).", "Il-Kummissjoni ressqet lil Spanja quddiem il-Qorti talli naqset milli timplimenta bis-sħiħ id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju.", "Din ipproponiet li jitħallsu penali ta' €105 991.60 kuljum.", "[7] Il-Komunikazzjoni “Id-dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta' applikazzjoni aħjar”, C(2016)8600, ĠU C 18, id-19 ta' Jannar 2017"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4467", "title": "Il-Kambodja: Il-missjoni tal-UE tivvaluta s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,EEAS", "date": "Wed, 11 Jul 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) żaret il-Kambodja mill-5 sal-11 ta' Lulju 2018 biex tivvaluta s-sitwazzjoni fuq il-post wara żviluppi riċenti fil-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol li qajmu tħassib.", "L-Unjoni Ewropea issa se tanalizza bħala prijorità l-informazzjoni miġbura matul il-missjoni biex tikkunsidra passi ulterjuri.", "Din l-analiżi se tqis ukoll aktar sottomissjonijiet bil-miktub mingħand l-awtoritajiet tal-Kambodja, rapporti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u korpi oħra responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni mill-Kambodja tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti għall-iskema tal-kummerċ bla dazju Kollox Ħlief Armi (Everything But Arms, EBA).", "L-iskema tal-kummerċ tal-EBA tippermetti lill-Kambodja tesporta l-prodotti kollha (ħlief armi u munizzjon) lejn l-UE, mingħajr kwoti u tariffi.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet: “L-UE hija kburija li tipprovdi lill-aktar pajjiżi ekonomikament vulnerabbli tad-dinja b'aċċess ħieles għas-suq tagħna.", "L-inizjattiva Kollox Ħlief l-Armi kellha impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp u fuq l-eradikazzjoni tal-faqar fil-Kambodja.", "Madankollu, l-iżviluppi preokkupanti riċenti fil-pajjiż sejħu għal valutazzjoni aktar mill-qrib dwar jekk il-Kambodja hijiex qed tissodisfa l-impenji tagħha.", "Id-diskussjonijiet u l-ġbir ta' informazzjoni matul il-missjoni tal-UE tagħna ffukaw fuq it-tnaqqis serju fil-qasam tad-drittijiet politiċi u elettorali, kif ukoll it-trażżin tal-attivitajiet tas-soċjetà ċivili.", "Hemm ukoll nuqqasijiet fir-rigward tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-art, u theddid serju għal-libertà ta' assoċjazzjoni u għad-drittijiet ta' negozjar kollettiv.", "Il-ġustizzja soċjali, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istandards tax-xogħol, hija aspett vitali fil-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Wara l-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni, se nipproċedu sabiex nanalizzaw il-fatti fid-dettall, u nikkunsidraw passi ulterjuri.", "It-tneħħija tal-Kambodja mill-iskema kummerċjali hija miżura tal-aħħar istanza, jekk l-isforzi l-oħra kollha tagħna jkunu naqsu milli jindirizzaw dan it-tħassib.”", "Id-delegazzjoni tal-UE ltaqgħet ma' bosta membri tal-gvern tal-Kambodja, kif ukoll trejdjunjins, is-soċjetà ċivili, negozji, u rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fil-pajjiż.", "Kuntest", "Skont l-arranġament EBA tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi, l-UE unilateralment tagħti lill-esportaturi tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (Least Developed Countries, LDCs) aċċess mingħajr tariffi u mingħajr kwoti għas-suq tagħha għall-prodotti kollha (ħlief armi u munizzjon) bl-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku ta' dawn il-pajjiżi u għall-integrazzjoni tagħhom fis-sistema tal-kummerċ globali.", "L-EBA wassal għal benefiċċji kbar għall-ekonomija tal-Kambodja.", "L-UE hija d-destinazzjoni prinċipali tal-esportazzjoni, u tirrappreżenta 40 % tal-esportazzjonijiet globali tal-Kambodja.", "L-esportazzjonijiet mill-Kambodja lejn l-UE żdiedu b'mod sostanzjali fis-snin riċenti, u żdiedu b'227 % bejn l-2011 u l-2016.", "Fl-2017, l-esportazzjonijiet totali tal-Kambodja lejn l-UE laħqu l-EUR 5 biljun, li jpoġġiha fit-tieni post fost il-benefiċjarji kollha tal-EBA.", "Mill-esportazzjonijiet kollha tal-Kambodja eliġibbli għall-EBA, 95.5 % saru bil-preferenzi EBA.", "L-EBA kkontribwixxa b'mod partikolari għal ħolqien sinifikanti ta' impjiegi u tkabbir fis-settur tat-tessuti, li jammonta għal 75 % tal-esportazzjonijiet tal-Kambodja lejn l-UE, u jipprovdi impjieg għal uħud mill-aktar setturi vulnerabbli tas-soċjetà tal-Kambodja.", "L-UE żiedet l-impenn tagħha mal-Kambodja (ara r-rapport tal-GSP ta' Jannar 2018 biennali tal-UE) bi tweġiba għal tħassib serju dwar id-deterjorament li qed ikompli għaddej tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, kif diġà ġie indikat ukoll mill-Parlament Ewropew (ir-Riżoluzzjoni tal-14 ta' Diċembru 2017) u mill-Kunsill (il-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE tas-26 ta' Frar 2018).", "Għal Aktar Informazzjoni", "Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Kambodja", "L-Iskema Kollox Ħlief l-Armi"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_2543", "title": "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà: L-ewwel voluntiera fl-Italja sabiex jgħinu biex jinbnew mill-ġdid ir-reġjuni milquta mit-terremot", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 16 Aug 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, l-ewwel grupp tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jasal f'Norcia, l-Italja, sabiex jgħin fl-isforzi li għaddejjin biex tissewwa l-ħsara u biex jerġgħu jinbnew is-servizzi soċjali għall-komunità lokali milquta mit-terremoti severi li laqtu r-reġjun is-sena l-oħra.", "16-il voluntier żagħżugħ tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà – li qed jipparteċipaw fil-proġett “Iż-żgħażagħ Ewropej għal Norcia” immexxi mill-organizzazzjoni Taljana “Kora” – se jgħinu biex jerġa' jinbena l-bini storiku li ġarrab ħsarat kbar minħabba t-terremoti, inklużi l-Bażilika ta' San Benedittu u l-Monasteru tal-Benedittini.", "Huma se jaħdmu wkoll flimkien maż-żgħażagħ u l-anzjani ta' Norcia, u se jorganizzaw sessjonijiet ta' ħidma, attivitajiet fil-beraħ u avvenimenti kulturali.", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, qal: “Inqas minn sena wara li l-President Juncker ħabbar l-idea tiegħu li jinħoloq il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, dan ġie stabbilit u qed jiffunzjona, u qiegħed jipprovdi solliev lill-persuni li għandhom bżonnu.", "Norcia u ċ-ċittadini tagħha sofrew ħafna, u jien kburi b'dawn iż-żgħażagħ Ewropej li qed juru solidarjetà billi jgħinu lil din il-komunità tikupra.", "Ninsab ħerqan biex nara l-proġetti jien stess u biex niltaqa' mal-voluntiera u l-awtoritajiet lokali waqt iż-żjara tiegħi fl-4 u l-5 ta' Settembru.", "Permezz tal-isforzi tagħhom, speċjalment biex terġa' tinbena l-Bażilika ta' Sen Benedittu, dawn iż-żgħażagħ qegħdin jibnu wkoll pont bejn l-imgħoddi tal-Ewropa u l-ġejjieni tagħha, li huwa kontribut importanti għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali li ġejja.”", "Il-voluntiera li sejrin Norcia ġejjin mill-Awstrija, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, il-Portugall u Spanja.", "Il-proġett li qegħdin jipparteċipaw fih huwa wieħed minn tliet proġetti li jagħmlu mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà attwalment magħżula għal attivitajiet fir-reġjuni Taljani milquta mit-terremoti.", "F'Settembru ta' din is-sena, iktar membri tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jingħaqdu maż-żewġ proġetti l-oħra, immexxija mill-organizzazzjoni Arci Culture Solidari u l-Muniċipalità ta' Pescara rispettivament.", "B'kollox, sal-2020, 230 membru tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jkunu qed jappoġġaw il-komunitajiet Taljani milquta mit-terremoti, u ġew allokati EUR 790,000 għal dawn il-proġetti.", "Sfond", "Fl-24 ta' Awwissu 2016 seħħ terremot b'saħħtu viċin Norcia, li kkawża ħsara kbira lill-ibliet fir-reġjun u qatel madwar 300 ruħ.", "Il-belt ta' Norcia soffriet ħsara strutturali, fortunatament mingħajr korrimenti fatali, iżda ħafna nies kellhom iħallu darhom.", "Fit-30 ta' Ottubru 2016 laqat lil Norcia terremot qawwi ieħor li kompla kkawża iktar ħsarat estensivi lill-belt.", "Issa li ngħatat l-għajnuna kollha immedjata wara d-diżastru, se jibda l-bini mill-ġdid.", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, imħabbar mill-President Juncker waqt id-diskors tiegħu tal-2016 dwar l-Istat tal-Unjoni, ġie stabbilit preċiżament biex iwieġeb għal bżonnijiet bħal dawn, u biex jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ bejn l-etajiet ta' 18 u 30 sena sabiex jieħdu sehem f'dawn it-tip ta' attivitajiet ta' solidarjetà madwar l-UE.", "Il-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiffurmaw parti minn firxa wiesgħa ta' appoġġ mill-UE wara t-terremoti tal-2016 u l-2017 fir-reġjuni Taljani ta' Abruzzo, Lazio, Marche u Umbria.", "F'Ġunju, il-Kummissjoni pproponiet EUR 1.2 biljun mill-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, l-ogħla ammont li qatt ingħata minn dan il-fond, u l-Italja diġà hi l-ikbar benefiċjarja tiegħu.", "Minn mindu tnieda fis-7 ta' Diċembru 2016, fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà issieħbu iktar minn 34,000 żagħżugħ u żagħżugħa.", "F'Marzu tal-2017 bdiet l-għażla tal-kollokamenti mal-organizzazzjonijiet; minn dak iż-żmien 'l hawn, ġew ikkuntattjati madwar 15,000 parteċipant u ġew aċċettati 700 kollokament.", "L-għan huwa li sal-aħħar tal-2020 ikun hemm 100,000 żagħżugħ u żagħżugħa jipparteċipaw fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "Fit-30 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitpoġġa fuq sisien sodi, b'baġit ta' €341.5 miljun għas-snin 2018 sa 2020 u b'bażi ġuridika apposta għalhekk.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ.", "Minbarra li joffri kollokamenti f'volontarjat, fi traineeships u f'impjiegi, fil-ġejjieni l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jagħti wkoll l-opportunità lill-parteċipanti li jistabbilixxu l-proġetti ta' solidarjetà tagħhom stess jew li jivvolontarjaw bħala grupp.", "Issa jeħtieġ li l-proposta għal abbozz ta' Regolament tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill qabel ma tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: EU-support in Italy (Appoġġ fl-Italja mill-UE)", "Skeda informattiva: Taking the European Solidarity Corps forward (Immexxu lill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà 'l quddiem)", "Skeda informattiva għall-organizzazzjonijiet", "MEMO Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "MEMO Taking the European Solidarity Corps forward (Immexxu lill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà 'l quddiem) Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Il-paġna tar-reġistrazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "Il-paġna ta' facebook tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "Twitter: #EUSolidarityCorps", "Segwi lill-Kummissarju Oettinger fuq Twitter", "Segwi lill-Kummissarju Navracsics fuq Twitter", "Segwi lill-Kummissarju Thyssen fuq Twitter u Facebook"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5433", "title": "Il-flussi tad-internazzjonali: il-Kummissjoni tniedi l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza tagħha dwar il-Ġappun", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,DATAPR", "date": "Tue, 04 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Wara l-konklużjoni tat-taħdidiet dwar il-protezzjoni tad- bejn l-UE u l-Ġappun li saru f'Lulju 2018, il-Kummissjoni llum nediet proċedura għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' adegwatezza tagħha.", "Il-Kummissarju Jourová illum infurmat lill-Kulleġġ dwar il-passi li jmiss u l-Kummissjoni qed tippubblika l-abbozz tad-deċiżjoni ta' adegwatezza u d-dokumenti relatati.", "Dan jinkludi salvagwardji addizzjonali li l-Ġappun se japplika għal data personali tal-UE trasferita lejn il-Ġappun, kif ukoll impenji rigward l-aċċess għal data personali minn awtoritajiet pubbliċi Ġappuniżi għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi u ta' sigurtà nazzjonali, li jiggarantixxu li l-livell tagħhom ta' protezzjoni tad-data huwa adegwata għal dak tal-UE.", "Il-Ġappun qiegħed ukoll jgħaddi minn proċess simili biex jirrikonoxxi l-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-UE.", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, stqarret: “Aħna qed noħolqu l-akbar żona ta' flussi tad-data sikura fid-dinja.", "Id-data personali se tkun tista' tivvjaġġa b'mod sikur bejn l-UE u l-Ġappun sabiex tkun ta' benefiċċju kemm għaċ-ċittadini tagħna kif ukoll għall-ekonomiji tagħna.", "Is-sħubija tagħna se tippromwovi standards globali għall-protezzjoni tad-data u tkun ta' eżempju għal sħubiji futuri f'dan il-qasam ewlieni.”", "Issa kull naħa qed twettaq il-proċeduri interni rilevanti tagħha għall-adozzjoni tal-konstatazzjoni tal-adegwatezza reċiproka tagħha.", "Għall-UE, dan jinvolvi li tikseb l-opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (BEPD) u l-approvazzjoni ta' kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE.", "Ladarba din il-proċedura titlesta, il-Kummissjoni se tadotta d-deċiżjoni ta' adegwatezza dwar il-Ġappun.", "L-elementi ewlenin tad-deċiżjoni ta' adegwatezza", "Sabiex jiggarantixxi livell essenzjalment ekwivalenti għall-istandards Ewropej, il-Ġappun impenja ruħu li jimplimenta s-salvagwardji addizzjonali li ġejjin biex jipproteġi d-data personali ttrasferita lill-Ġappun , qabel ma l-Kummissjoni tadotta formalment id-deċiżjoni ta' adegwatezza tagħha:", "L-Ewropej se jibbenefikaw minn protezzjoni b'saħħitha tad-data personali tagħhom f'konformità mal-istandards tal-privatezza tal-UE meta d-data tagħhom tiġi ttrasferita lejn il-Ġappun.", "Dan l-arranġament se jikkomplementa wkoll il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun, minħabba li l-kumpaniji Ewropej se jibbenefikaw minn flus liberu tad-data ma' dan is-sieħeb kummerċjali ewlieni, kif ukoll minn aċċess privileġġat għall-127 miljun konsumatur Ġappuniż.", "L-UE u l-Ġappun jaffermaw li, fl-era diġitali, il-promozzjoni ta' standards għoljin għall-privatezza u għall-protezzjoni ta' data personali u l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali jmorru id f'id.", "Il-passi li jmiss", "L-abbozz tad-deċiżjoni ta' adegwatezza issa se jgħaddi mill-proċedura li ġejja:", "Sfond", "Kif imħabbar f'Jannar 2017, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar L-Iskambju u l-Protezzjoni ta' data personali f'dinja globalizzata, il-Kummissjoni nediet djalogu bil-għan li tilħaq deċiżjoni ta' adegwatezza mal-Ġappun.", "Fis-17 ta' Lulju 2018, l-UE u l-Ġappun ikkonkludew b'suċċess it-taħditiet tagħhom dwar l-adegwatezza reċiproka.", "Huma qablu li jirrikonoxxu s-sistemi ta' protezzjoni tad-data ta' xulxin bħala adegwati, li se jippermetti li d-data personali tkun ittrasferita b'mod sikur bejn l-UE u l-Ġappun.", "L-ipproċessar tad-data personali fl-UE huwa bbażat fuq ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, li jipprovdi strumenti differenti għat-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi, inklużi deċiżjonijiet ta' adegwatezza.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Skeda informattiva", "Stqarrija għall-istampa dwar il-konklużjonijiet tat-taħdidiet ta' adegwatezza (is-17 ta' Lulju 2018)", "Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar id-Deċiżjoni ta' Adegwatezza tal-Ġappun", "Link għall-abbozz tad-deċiżjoni ta' adegwatezza u għad-dokumenti relatati"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5382", "title": "Lura l-iskola: It-tfal tal-iskola jirċievu ħalib, frott u ħxejjex fl-iskejjel bis-saħħa ta' programm tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 02 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-iskema tal-UE tal-frott, tal-ħaxix u tal-ħalib fl-iskejjel terġa' tibda mas-sena skolastika fil-pajjiżi tal-UE li qed jipparteċipaw.", "L-għan tal-iskema fl-iskejjel tal-UE huwa li din tippromwovi drawwiet tal-ikel tajbin għas-saħħa fost it-tfal; hija skema li tiddistribwixxi frott, ħxejjex u prodotti tal-ħalib u torganizza wkoll programmi edukattivi speċifiċi biex jgħallmu lill-istudenti dwar l-importanza ta' nutrizzjoni tajba u biex jispjegaw kif jiġi prodott l-ikel.", "Bl-għadd tal-iskejjel parteċipanti dejjem jiżdied, fis-sena skolastika 2017/2018 l-inizjattiva favur ikel tajjeb laħqet aktar minn 30 miljun tifel u tifla fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan, qal: “Huwa importanti li nkunu nafu minn fejn ġej l-ikel tag]na u x-xogħol iebes li jinvolvi.", "Bl-iskemi tal-UE fl-iskejjel, mhux biss it-tfal isiru jafu dwar l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel imma jduqu wkoll prodotti tal kwalità u jibbenefikaw mill-valuri nutrizzjonali tagħhom.", "Qatt mhu kmieni wisq biex wieħed igawdi l-ikel!”", "B'din l-iskema, kull sena skolastika jitwarrbu €150 miljun għall-frott u l-ħaxix u €100 miljun għall-ħalib u għal prodotti tal-ħalib oħrajn.", "Minkejja li l-parteċipazzjoni hija volontarja, l-Istati Membri kollha tal-UE għażlu li jkunu involuti fl-iskema, jew b'mod sħiħ jew b'mod parzjali.", "F'Marzu 2018, il-Kummissjoni Ewropea approvat u adottat l-allokazzjonijiet nazzjonali għal kull wieħed mit-28 Stat Membru li qed jieħu sehem fl-iskema fis-sena skolastika 2018-19.", "L-Istati Membri għandhom ukoll l-għażla li jżidu l-għajnuna tal-UE b'għajnuna nazzjonali biex jiffinanzjaw l-iskema.", "L-għażla tal-prodotti distribwiti ssejset fuq konsiderazzjonijiet tas-saħħa u konsiderazzjonijiet ambjentali, fuq l-istaġjonalità, il-varjetà u d-disponibbiltà.", "L-Istati Membri jistgħu jħeġġu x-xiri ta' prodotti lokali jew reġjonali, prodotti organiċi, ktajjen qosra tal-provvista, benefiċċji ambjentali u skemi ta' kwalità agrikola.", "Id-distribuzzjoni tal-frott, tal-ħxejjex u tal-ħalib tkun akkumpanjata minn varjetà ta' attivitajiet edukattivi għat-tfal tal-iskola.", "Kważi l-pajjiżi kollha stabbilixxew kumitati li fihom jipparteċipaw l-awtoritajiet u l-partijiet kkonċernati fis-settur tal-agrikoltura, tas-saħħa u tal-edukazzjoni li diversi minnhom iltaqgħu matul is-sena skolastika biex jissorveljaw l-attivitajiet.", "Għal aktar informazzjoni", "L-iskema tal-UE tal-frott, tal-ħaxix u tal-ħalib fl-iskejjel", "Pakkett edukattiv għat-tfal dwar l-ikel u l-agrikoltura fl-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_5481", "title": "Il-kummerċ bejn l-UE u l-Istati Uniti: Il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda li tinqata' t-tilwima twila tad-WTO", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 02 Sep 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ddeċidiet li titlob mandat mill-Kunsill biex tiddiskuti mal-Istati Uniti r-reviżjoni tal-funzjonament ta' kwota eżistenti fuq l-importazzjoni taċ-ċanga ħielsa mill-ormoni fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li tonora, kelma b'kelma u fl-ispirtu, id-Dikjarazzjoni Konġunta miftiehma fil-25 ta' Lulju bejn il-Presidenti Juncker u Trump, biex ivaraw fażi ġdida fir-relazzjoni kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.", "Apparti l-implimentazzjoni tal-elementi speċifiċi identifikati fid-Dikjarazzjoni Konġunta, iż-żewġ naħat għandhom jagħmlu ħilithom ukoll biex isolvu kwistjonijiet kummerċjali oħra pendenti.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura, Phil Hogan, stqarr: “Billi titlob dan il-mandat mill-Kunsill, il-Kummissjoni qiegħda taqdi l-impenn li ħadet aktar kmieni din is-sena biex tindirizza ċerti punti ta' tħassib li tqajmu mill-Istati Uniti rigward il-funzjonament tal-kwota, b'soluzzjoni li tkun sodisfaċenti għaż-żewġ naħat u li tkun għalkollox bi qbil mar-regoli tad-WTO.", "B'hekk qegħdin nikkontribwixxu wkoll biex inħollu t-tensjonijiet bejn xaqliba u oħra tal-Atlantiku, skont il-ftehim li kiseb il-President Juncker f'Lulju li għadda.", "Aħna u nibagħtu din il-proposta lill-Kunsill, nixtieq inserraħ moħħ il-produtturi Ewropej li l-kwota diġà eżistenti taċ-ċanga skont il-Memorandum ta' Qbil se tibqa' eżattament fl-istess livell.", "Nixtieq ukoll inserraħ moħħ il-konsumaturi li dik l-istess kwota se tibqa' tkopri biss il-prodotti li jkunu konformi mal-istandards għoljin Ewropej tas-sikurezza alimentari u tas-saħħa, f'dan il-każ iċ-ċanga mhux ittrattata bl-ormoni biss.”", "Fil-proposta tagħha lill-Kunsill, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li tiġi allokata lill-Istati Uniti parti mill-kwota eżistenti li hija disponibbli wkoll għall-esportaturi minn pajjiżi oħra.*", "Fl-2009, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kkonkludew Memorandum ta' Qbil (MtQ), li ġie rrevedut fl-2014, u li ppreveda soluzzjoni intermedja għal tilwima twila fi ħdan id-WTO rigward l-użu ta' ċerti ormoni li jippromwovu t-tkabbir fil-produzzjoni taċ-ċanga.", "Skont il-ftehim, l-UE fetħet kwota ta' 45 000 tunnellata ċanga mhux prodotta bl-ormoni għall-fornituri li jikkwalifikaw, fosthom l-Istati Uniti.", "Ir-reviżjoni tal-MtQ talbitha l-amministrazzjoni preċedenti tal-Istati Uniti fl-2016, u minn dakinhar 'l hawn iż-żewġ naħat iddiskutew b'mod regolari l-punti ta' tħassib tal-Istati Uniti rigward l-implimentazzjoni tal-MtQ.", "L-għan tal-mandat ta' negozjar huwa li jiġu indirizzati dawk il-punti ta' tħassib, u li tinstab soluzzjoni li tkun sodisfaċenti għaż-żewġ naħat, bi qbil mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).", "Kuntest", "Fid-Dikjarazzjoni Konġunta tagħhom tal-25 ta' Lulju, il-President Juncker u l-President Trump ftiehmu li “jvaraw fażi ġdida fir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea”, ukoll permezz ta' sett ta' miżuri speċifiċi.", "Il-Kummissjoni Ewropea ilha ssegwi u taħdem fuq l-elementi differenti ta' dik id-dikjarazzjoni, speċifikament dwar iż-żieda tal-kummerċ fil-fażola tas-sojja u fil-gass naturali likwifikat (LNG).", "Għal aktar tagħrif", "Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerka dwar l-Importazzjoni taċ-Ċanga ta' Kwalità Għolja minn annimali li ma jkunux ġew ittrattati b'ċerti ormoni tat-tkabbir", "* Aġġornat fil-11/10/2018, fis-17:10"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_11_128", "title": "Imħabbra r-rebbieħa tal-Kompetizzjoni Tradutturi Żgħażagħ 2010", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 03 Feb 2011 23:00:00 GMT", "text": ["IP/11/128", "Brussell, l-4 ta' Frar 2011", "Imħabbra r-rebbieħa tal-Kompetizzjoni Tradutturi Żgħażagħ 2010", "L-ismijiet tas-27 rebbieħa tal-Kompetizzjoni Tradutturi Żgħażagħ \"Juvenes Translatores\" tal-Kummissjoni Ewropea tħabbru llum (ara l-lista sħiħa hawn taħt).", "Madwar 3, 000 student ta' 17-il sena tal-iskola sekondarja - minn Kells fl-Irlanda sa Maratona fil-Greċja - qagħdu għall-kompetizzjoni u waqqfu rekord ġdid fl-istess waqt: l-għadd ta' konkorrenti kien 25% aktar mis-sena l-oħra u aktar skejjel minn qatt qabel applikaw biex jieħdu sehem – aktar minn 1,600 meta mqabbla mal-1,430 tal-aħħar darba.", "Ir-rebbieħa – wieħed minn kull pajjiż tal-UE – se jiġu mistiedna għal ċerimonja tal-premjijiet fi Brussell fis-7 ta' April.", "Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-edukazzjoni, il-kultura, il-multilingwiżmu u ż-żgħażagħ qalet: \"Inħossni ferħana ħafna nara li l-Kompetizzjoni Tradutturi Żgħażagħ tibqa' dejjem tissaħħaħ.", "L-għadd ta' parteċipanti rekord li kellna jenfasizza impenn qawwi għat-tagħlim tal-lingwi u nittama li dan se jispira skejjel oħra.", "It-tagħlim tal-lingwi jiftaħ bibien ġodda u jgħin biex jagħti spinta fl-iżvilupp taż-żgħażagħ u fil-kapaċità tagħhom li jsibu x-xogħol.\"", "Il-Kummissarju attribwixxiet is-suċċess tal-kompetizzjoni parzjalment għall-promozzjoni li kellha permezz tal-midja soċjali.", "\"Ma hemmx dubju li dan kabbar il-popolarità tal-kompetizzjoni fost iż-żgħażagħ, hekk kif il-parteċipanti bdew jiskambjaw il-fehmiet u l-esperjenzi tagħhom b'mod intensiv fuq Facebook u Twitter,\" żiedet tgħid il-Kummissarju.", "Il-kompetizzjoni saret fit-23 ta' Novembru 2010 – fl-istess ħin u bis-sorveljanza tal-iskejjel tagħhom stess.", "Kull student kellu sagħtejn biex jittraduċi test ta' paġna waħda minn lingwa li għażel huwa stess fi kwalunkwe lingwa mit-22 lingwa uffiċjali tal-UE li jifdal.", "It-traduzzjonijiet kompluti rawhom it-tradutturi tad-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.", "Kull traduzzjoni ġiet evalwata minn kelliem nattiv tal-lingwa li fiha ġie tradott it-test.", "Bord tal-għażla mbagħad iddeċieda dwar l-aqwa traduzzjoni minn kull pajjiż tal-UE.", "Il-premju se jkun vjaġġ ta' tlett ijiem fi Brussell għal kull rebbieħ u adult li jakkumpanjah.", "Ir-rebbieħa se jirċievu l-premjijiet u ċ-ċertifikati minn Rytis Martikonis, il-kap il-ġdid tad-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni waqt iċ-ċerimonja tal-premjijiet nhar is-7 ta' April 2011.", "Huma se jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu mat-tradutturi tal-UE waqt xogħolhom fil-Kummissjoni.", "\"Juvenes Translatores\" (bil-Latin, li tfisser \"tradutturi żgħażagħ\") hija l-unika kompetizzjoni li fiha żgħażagħ ta' 17-il sena jistgħu jittestjaw il-ħiliet tagħhom ta' traduzzjoni fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.", "Il-konkors sar għall-ewwel darba fl-2007 bħala proġett bi prova bil-mira li jagħti togħma ta' xi tfisser tkun traduttur u biex jgħolli l-profil kemm tal-professjoni tat-traduzzjoni u kemm tat-tagħlim tal-lingwa fl-iskejjel.", "Skont ma qalu l-għalliema u l-istudenti wkoll kienet esperjenza mimlija divertiment.", "Il-kompetizzjoni għenet ukoll liż-żgħażagħ jiddeċiedu dwar il-karriera tagħhom fil-ġejjieni: xi wħud mir-rebbieħa tas-snin ta' qabel iddeċidew li jistudjaw il-lingwi fl-università.", "L-ismijiet tal-istudenti rebbieħa (flimkien mal-kombinazzjoni tal-lingwi magħżula minnhom) u l-iskola tagħhom huma:", "PAJJIŻ", "STUDENT", "SKOLA", "L-Awstrija", "Pavel Brezina (DE-CS1)", "pORg3 Komensky, Wien", "Il-Belġju", "Timothy Vanderstraeten (FR-NL)", "Technisch Instituut Heilig Hart, Hasselt", "Il-Bulgarija", "Боряна Иванова (DE-BG)", "Гимназия за чужди езици \"Екзарх Йосиф I\", Ловеч", "Ċipru", "Χαράλαμπος Δαμιανού (EN-EL)", "Ολύμπιον Γυμνάσιο - Λύκειο Παλιομέτοχο", "Ir-Repubblika Ċeka", "Andrea Zlámalová (EN-CS)", "Gymnázium Ladislava Jaroše, Holešov", "Id-Danimarka", "Oliver Christensen (EN-DA)", "Bornholms Gymnasium, Bornholms", "L-Estonja", "Ruuben Saal (EN-ET)", "Hugo Treffneri Gümnaasium, Tartu", "Il-Finlandja", "Aino Sassi (EN-FI)", "Kemijärven lukio, Kemijärvi", "Franza", "Celia Muñoz Ortega (FR-ES)", "IES Liceo español \"Luis Buñuel\", Neuilly sur Seine", "Il-Ġermanja", "Bianca Niedermeier (EN-DE)", "Gymnasium St Christophorus, Werne", "Il-Greċja", "Αικατερίνη Χατζηδάκη (EN-EL)", "Γενικό Λύκειο Ελευθερίου Βενιζέλου, Χανιά", "L-Ungerija", "Anna Czenthe (DE-HU)", "Deák Téri Evangélikus Gimnázium, Budapest", "L-Irlanda", "Fintan McGrath (GA-EN)", "Confey College, Kildare", "L-Italja", "Anca Maria Matei (RO-IT)", "Liceo Scientifico \"Bruno Toushek\", Grottaferrata", "Il-Latvja", "Elizabete Tauriņa (EN-LV)", "Rīgas Centra humanitārā vidusskola, Riga", "Il-Litwanja", "Dovilė Misiūnaitė (EN-LT)", "Vilnius Užupis gymnasium, Vilnius", "Il-Lussemburgu", "Daniel Hentzen (FR-DE)", "Lycée Aline Mayrisch de Luxembourg", "Malta", "Laura Cioffi (EN-MT)", "Skola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, in-Naxxar", "Il-Pajjiżi l-Baxxi", "Eline Westra (FR-NL)", "Stedelijk Gymnasium, Leiden", "Il-Polonja", "Sylwester Zieliński (DE-PL)", "Zespół Szkół Budowlanych im.", "E. Kwiatkowskiego, Lublin", "Il-Portugall", "João Marques (EN-PT)", "Instituto Educativo do Juncal, Juncal - Porto de Mós", "Ir-Rumanija", "Dona Bianca Dumitrescu (RO-ES)", "Liceul Teoretic \"Eugen Pora\", Cluj-Napoca (Cluj)", "Is-Slovakkja", "Ján Živčák (FR-SK)", "Gymnázium P.O. Hviezdoslava, Kežmarok", "Is-Slovenja", "Tina Zorko (FR-SL)", "Gimnazija Novo Mesto, Novo Mesto", "Spanja", "Jaime Vega Costa (EN-ES)", "IES Camilo José Cela, Pozuelo de Alarcón", "L-Isvezja", "Josefine Thunborg (EN-SV)", "Fågelviksgymnasiet, Tibro", "Ir-Renju Unit", "Emma Robertson (FR-EN)", "Morrison's Academy, Crieff, Perthshire", "Mappa li turi minn fejn ġejjin ir-rebbieħa:", "Għal aktar tagħrif:", "Il-websajt tal-kompetizzjoni: http://ec.europa.eu/translatores", "Facebook: JuvenesTranslatores", "Twitter: @translatores", "DĠ Traduzzjoni: http://ec.europa.eu/dgs/translation", "1 :", "BG: Bulgarian; ES: Spanish; CS: Czech; DA: Danish; DE: German; ET: Estonian; EL: Greek; EN: English; FR: French; GA: Irish; IT: Italian; LV: Latvian; LT: Lithuanian; HU: Hungarian; MT: Maltese; NL: Dutch; PL: Polish; PT: Portuguese; RO: Romanian; SK: Slovak; SL: Slovenian; FI: Finnish; SV: Swedish."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_433", "title": "Il-ksiba lura tal-fiduċja fil-flussi transatlantiċi tad-dejta permezz ta' salvagwardji aktar b'saħħithom: Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,DATAPR", "date": "Sun, 28 Feb 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippreżentat t-testi ġuridiċi li se jistabbilixxu l-Protezzjoni tal-Privatezza tad-Dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ippreżentat t-testi ġuridiċi li se jistabbilixxu l-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE u Komunikazzjoni li tiġbor fil-qosor l-azzjonijiet li ttieħdu fl-aħħar snin biex terġa' tinkiseb lura tal-fiduċja fil-flussi transatlantiċi tad-dejta sa mir-rivelazzjonijiet ta' sorveljanza tal-2013.", "Skont il-linji gwida politiċi tal-President Juncker, il-Kummissjoni (i) iffinalizzat ir-riforma tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE, li japplikaw għall-kumpaniji kollha li jipprovdu servizzi fis-suq tal-UE, (ii) innegozjat il-Ftehim Komprensiv bejn l-Istati Uniti u l-UE li jiżgura standards għoljin tal-protezzjoni tad-dejta għat-trasferimenti tad-dejta mill-Atlantiku għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, u (iii) kisbet qafas b'saħħtu mġedded għall-iskambju tad-dejta kummerċjali: il-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE.", "Il-Kummissjoni ppreżentat llum ukoll abbozz ta' \"deċiżjoni ta’ adegwatezza\" tal-Kummissjoni kif ukoll tat-testi li se jikkostitwixxu l-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE.", "Dan jinkludi l-Prinċipji tal-Ħarsien tal-Privatezza li l-kumpaniji jridu jirrispettaw, kif ukoll impenji bil-miktub mill-Gvern tal-Istati Uniti (li għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti) dwar l-infurzar tal-ftehim, inklużi l-iżgurar dwar is-salvagwardji u l-limitazzjonijiet dwar l-aċċess għad-dejta mill-awtoritajiet pubbliċi.", "Il-Viċi-President Ansip qal: \"Issa se nibdew inbiddlu l-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE f'realtà.", "Iż-żewġ naħat tal-Atlantiku qed jaħdmu biex jiżguraw li d-dejta personali taċ-ċittadini tkun protetta bis-sħiħ u li aħna nkunu adatti għall-opportunitajiet tal-era diġitali.", "In-negozji huma dawk li se jimplimentaw il-qafas; issa qegħdin f'kuntatt kuljum biex niżguraw li t-tħejjija ssir bl-aħjar mod possibbli.", "Se nissoktaw l-isforżi tagħna, kemm fil-livell tal-UE u dak globali, biex insaħħu l-fiduċja fis-sinja diġitali.", "Il-fiduċja hija ċentrali, hija dik il-ħaġa li se tmexxi l-ġejjieni diġitali tagħna.\"", "Il-Kummissarju Jourová qalet: \"Il-protezzjoni tad-dejta personali hija l-prijorità tiegħi kemm fl-UE u internazzjonalment.", "Il-Ħarsien tal-Privatezza bejn l-Istati Uniti u l-UE huwa qafas ġdid b'saħħtu, ibbażat fuq infurzar u monitoraġġ b'saħħtu, rimedju aktar faċli għal individwi u, għall-ewwel darba, garanzija bil-miktub mis-sħab tagħna tal-Istati Uniti dwar il-limitazzjonijiet u salvagwardji dwar l-aċċess għad-dejta mill-awtoritajiet pubbliċi għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali.", "Kif ukoll, issa li l-President Obama ffirma l-Judicial Redress Act li jippermetti liċ-ċittadini tal-UE d-dritt li jinfurzaw d-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta fil-qrati tal-Istati Uniti, aħna dalwaqt se nipproponu l-iffirmar bejn l-Istati Uniti u l-UE li jiggarantixxi s-salvagwardji għat-trasferiment tad-dejta għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.", "Dawn is-salvagwardji b'saħħithom jippermettu lill-Ewropa u lill-Istati Uniti biex jerġgħu jiksbu l-fiduċja fil-flussi transatlantiċi tad-dejta\".", "Ladarba tiġi adottata, ir-riżultat tal-adegwatezza tal-Kummissjoni tistabbilixxi li s-salvagwardji mogħtija meta d-dejta tiġi ttrasferita skont il-Protezzjoni l-ġdida tal-Privatezza tad-Dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti jkunu ekwivalenti mal-istandards tal-protezzjoni tad-dejta fl-UE.", "Il-qafas il-ġdid jirrifletti r-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Ottubru 2015.", "L-awtoritajiet tal-Istati Uniti pprovdew impenji b'saħħithom li l-Ħarsien tal-Privatezza se jiġi infurzat b'mod strett u ggarantixxu li ma hemmx sorveljanza indiskriminata jew tal-massa mill-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali.", "Dan se jkun garantit permezz ta’:", "- obbligi qawwija fuq il-kumpaniji u infurzar strett: l-arranġament il-ġdid se jkun trasparenti u jkollu superviżjoni effettiva ta’ mekkaniżmi biex jiġi żgurat li l-kumpaniji jirrispettaw l-obbligi tagħhom, inklużi s-sanzjonijiet jew l-esklużjoni jekk ma jikkonformawx.", "Ir-regoli l-ġodda jinkludu wkoll kundizzjonijiet iktar stretti għal trasferimenti ulterjuri lil sħab oħra mill-kumpaniji li qed jipparteċipaw fl-iskema.", "- obbligi ċari ta' salvagwardja u trasparenza rigward l-aċċess tal-Gvern tal-Istati Uniti: għall-ewwel darba, il-gvern tal-Istati Uniti ta lill-UE garanzija bil-miktub mill-Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelligence Nazzjonali li kwalunkwe aċċess tal-awtoritajiet pubbliċi għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali jkun suġġett għal mekkaniżmi ċari ta' limitazzjonijiet, salvagwardji u sorveljanza li jipprevjenu aċċess ġeneralizzat tal-protezzjoni tad-dejta.", "Is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti John Kerry impenja ruħu li jistabbilixxi l-possibbiltà ta’ rimedju fil-qasam tal-intelligence nazzjonali taċ-ċittadini tal-UE permezz ta’ mekkaniżmu ta' Ombudsman fid-Dipartiment tal-Istat, li jkun indipendenti mis-servizzi tas-sigurtà nazzjonali.", "L-Ombudsman se jsegwi ilmenti u mistoqsijiet mingħand ċittadini individwali u jinformahom jekk il-liġijiet rilevanti jkunux ġew imħarsa.", "L-impenji kollha bil-miktub jiġu ppubblikati fir-Reġistru Federali tal-Istati Uniti.", "- Protezzjoni effettiva tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE b'bosta possibbiltajiet ta' rimedju: L-ilmenti għandhom jiġu riżolti mill-kumpaniji f'45 jum.", "Se jkunu disponibbli Metodi ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim mingħajr ħlas.", "Iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jmorru għand l-Awtoritajiet nazzjonali tagħhom tal-Protezzjoni tad-Dejta, li se jaħdmu mal-Kummissjoni Federali tal-Kummerċ biex jiżguraw li l-ilmenti miċ-ċittadini tal-UE jkunu ġew investigati u solvuti .", "Jekk il-każ ma jissolviex b’xi mezz ieħor, bħala l-aħħar alternattiva, ikun hemm mekkaniżmu ta' arbitraġġ.", "Barra minn hekk, il-kumpaniji jistgħu jimpenjaw li jkunu konformi mal-parir tal-Awtoritajiet Ewropej dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.", "Dan huwa obbligatorju għall-kumpaniji li jittrattaw mad-dejta tar-riżorsi umani.", "- Mekkaniżmi ta' rieżami konġunt annwali: Il-mekkaniżmu se jagħmel monitoraġġ tat-tħaddim tal-Ħarsien tal-Privatezza, inklużi l-impenji u l-garanziji rigward l-aċċess għad-dejta għall-infurzar tal-liġi u għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali.", "Il-Kummissjoni Ewropea u d-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti se jwettqu r-rieżami u jistiednu lill-esperti tal-intelligence nazzjonali mill-Istati Uniti u mill-Awtoritajiet Ewropej tal-Protezzjoni tad-Dejta biex ikunu parti minnu.", "Il-Kummissjoni se tibbaża fuq kwalunkwe sors ieħor ta’ informazzjoni disponibbli, inklużi rapporti ta' trasparenza mill-kumpaniji dwar il-livell ta’ talbiet għall-aċċess mill-gvern.", "Il-Kummissjoni se torganizza wkoll laqgħa ta' livell għoli dwar il-privatezza mal-NGOs u l-entitajiet interessati biex jiġu diskussi żviluppi usa' fil-qasam tal-liġi dwar il-privatezza tal-Istati Uniti u l-impatt tagħhom fuq l-Ewropej.", "Abbażi tar-rieżami annwali, il-Kummissjoni se toħroġ rapport pubbliku lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.", "Il-passi li jmiss", "Issa, kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Isati Membri se jiġu kkonsultati u Awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29) se jagħtu l-opinjoni tagħhom, qabel deċiżjoni finali mill-Kulleġġ.", "Sadanittant, in-naħa tal-Istati Uniti se tagħmel it-tħejjijiet meħtieġa biex iddaħħal fis-seħħ il-qafas il-ġdid, il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u l-mekkaniżmu tal-Ombudsman il-ġdid.", "Wara l-adozzjoni tal-Judicial Redress Act mill-Kungress Amerikan, iffirmat mill-President Obama fl-24 ta' Frar, il-Kummissjoni dalwaqt se tipproponi l-iffirmar tal-Ftehim Komprensiv.", "Id-deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim għandha tiġi adottata mill-Kunsill wara li jinkiseb il-kunsens mill-Parlament Ewropew.", "Għal aktar tagħrif", "Komunikazzjoni", "Q&A", "Skeda informattiva", "Abbozz ta' \"deċiżjoni ta’ adegwatezza", "Anness 1", "Anness 2", "Anness 3", "Anness 4", "Anness 5", "Anness 6", "Anness 7", "Stqarrija għall-istampa rigward il-ftehim politiku dwar it-Tarka ta' Privatezza bejn l-UE u l-Istati Uniti", "Stqarrija għall-istampa dwar ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta u Q&A", "Stqarrija dwar il-Ftehim Komprensiv bejn l-Istati Uniti u l-UE u Q&A", "L-aħbar fuq is-sit web tad-DĠ Impjiegi"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2052", "title": "Tħejjija għal Brexit “ta' ebda ftehim”: Il-Kummissjoni Ewropea qed tikkunsidra t-tħejjijiet u tipprovdi gwida prattika biex tiżgura approċċ koordinat tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BREXIT", "date": "Tue, 09 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, qabel il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50), il-Kummissjoni Ewropea qed tikkunsidra t-tħejjijiet intensi tal-UE “ta' ebda ftehim” u ħarġet gwida prattika għall-Istati Membri f'ħames oqsma.", "Dawn l-oqsma jinkludu l-intitolamenti taċ-ċittadini għas-sigurtà soċjali u r-residenza, il-protezzjoni tad-data, il-mediċina u l-apparat mediku, il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali, u s-sajd.", "L-għan tal-gwida tal-lum huwa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni prattika bla xkiel ta' miżuri ta' kontinġenza nazzjonali u tal-UE, li kieku r-Renju Unit kellu joħroġ mill-UE mingħajr ftehim fit-12 ta' April, jew f'data aktar tard, ­u li jinżamm approċċ koordinat f'kull tali fażi “ta' ebda ftehim”.", "Ħruġ “ta' ebda ftehim” jikkawża tfixkil u mhuwiex mixtieq, iżda l-UE hija mħejjija b'mod sħiħ għal dan.", "Kif deskritt mill-President Juncker fil-Parlament Ewropew fit-3 ta' April 2019, f'każ li jseħħ xenarju “ta' ebda ftehim”, ir-Renju Unit ikun mistenni li jindirizza tliet kwistjonijiet ewlenin ta' separazzjoni bħala prekundizzjoni qabel ma l-UE tikkunsidra li tidħol f'diskussjonijiet dwar ir-relazzjoni futura.", "Dawn huma: (1) il-protezzjoni u ż-żamma tad-drittijiet taċ-ċittadini li użaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu qabel il-Brexit, (2) li jiġu onorati l-obbligi finanzjarji li r-Renju Unit għamel bħala Stat Membru u (3) il-preservazzjoni tal-kelma u l-ispirtu tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u l-paċi fil-gżira tal-Irlanda, kif ukoll l-integrità tas-suq intern.", "Gwida f'ħames oqsma", "1.", "Drittijiet ta' residenza u sigurtà soċjali taċ-ċittadini", "Il-Kummissjoni Ewropea b'mod konsistenti għamlitha ċara li l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit fl-UE f'xenarju “ta' ebda ftehim” hija prijorità u li l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw approċċ ġeneruż fir-rigward tad-drittijiet tagħhom.", "Ir-Renju Unit huwa mistenni li jirreċiproka dan l-approċċ.", "L-Istati Membri tal-UE27 ħejjew miżuri ta' kontinġenza nazzjonali biex jiżguraw residenza legali kontinwa fix-xenarju immedjat “ta' ebda ftehim” li jsegwi, għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu b'mod legali fl-UE27.", "Il-gwida tal-lum qed tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta' kontinġenza tal-UE, b'mod partikolari lejn ir-Regolament ta' kontinġenza dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.", "Il-Kummissjoni pproponiet li l-Istati Membri jadottaw approċċ koordinat unilaterali biex jindirizzaw xi kwistjonijiet mhux koperti b'dan ir-Regolament u biex tikkomplementa dan l-approċċ, qed tiġbed l-attenzjoni lejn oqsma li fihom l-Istati Membri individwali jistgħu jipprovdu protezzjoni ulterjuri permezz tal-miżuri proprji unilaterali u nazzjonali tagħhom.", "2.", "Il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali", "F'xenarju “ta' ebda ftehim”, il-qafas legali tal-UE dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja ma jibqax japplika għar-Renju Unit.", "Il-kooperazzjoni mar-Renju Unit għalhekk se jkollha tkun ibbażata fuq oqfsa legali alternattivi u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni, ibbażati fuq il-liġi internazzjonali u nazzjonali.", "Il-gwida tal-lum tiddeskrivi l-istrumenti ta' riżerva rilevanti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jiddependu fuqhom biex jiżguraw li l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja jkunu jistgħu jkomplu sabiex jiġi garantit livell għoli kontinwu ta' sigurtà għaċ-ċittadini.", "Hija tipprovdi wkoll gwida lill-Istati Membri dwar l-iskonnessjoni tar-Renju Unit minn diversi bażijiet tad-data, networks u sistemi ta' informazzjoni tal-UE.", "3.", "Prodotti mediċinali u tagħmir mediku", "Is-settur mediku kien prijorità tal-ħidma ta' tħejjija tal-Kummissjoni sa mill-bidu nett, bi gwida li ilha tinħareġ minn Lulju 2017.", "Bis-saħħa ta' miżuri ta' tħejjija, il-maġġoranza tal-prodotti mediċinali kkonċernati mill-ħruġ tar-Renju Unit jenħtieġ li issa jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE mid-data tal-ħruġ tar-Renju Unit.", "Huwa possibbli, madankollu, li minkejja l-aħjar sforzi, xi prodotti mediċinali u apparat mediku għandhom mnejn ma jkunux konformi fil-ħin.", "Hemm, għalhekk, riskju ta' nuqqasijiet jekk l-operaturi ekonomiċi ma jaġixxux malajr biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.", "Il-gwida tal-lum tenfasizza kif il-Kummissjoni se taħdem mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency , EMA) u r-regolaturi tal-mediċini nazzjonali biex jimmonitorjaw is-sitwazzjoni mill-qrib u jindirizzaw kull problema potenzjali.", "Hija tiddeskrivi wkoll il-possibbiltajiet li jsir użu mill-eżenzjonijiet u mid-derogi disponibbli fir-rigward tar-regoli eżistenti, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' nuqqas ta' prodotti mediċinali u ta' apparat mediku kritiku f'każ ta' xenarju “ta' ebda ftehim”.", "4.", "Il-protezzjoni tad-data", "Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tħejjija tat-13 ta' Novembru, il-Kummissjoni tqis li l-għodod eżistenti skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data għall-iskambju tad-data ma' pajjiżi terzi huma biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet immedjati ta' trasferimenti tad-data lejn ir-Renju Unit f'xenarju “ta' ebda ftehim”.", "Il-gwida tal-lum tipprovdi dettalji dwar dawn l-għodod, il-kundizzjonijiet definiti sew biex isir użu mid-derogi, kif ukoll dwar il-passi prattiċi li l-kumpaniji u l-awtoritajiet tal-UE se jkollhom jieħdu biex jiżguraw konformità kontinwa mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.", "5.", "Is-Sajd", "L-UE adottat żewġ miżuri ta' kontingenza fil-qasam tas-sajd biex tkopri x-xenarji kollha fil-każ ta' Brexit “ta' ebda ftehim”.", "Min-naħa waħda, l-UE ħolqot il-qafas legali xieraq biex tippermetti aċċess reċiproku għall-bastimenti tar-Renju Unit fl-ibħra tal-UE tul l-2019, jekk ir-Renju Unit jipprovdi tali aċċess għall-bastimenti tal-UE fl-ibħra tiegħu.", "Min-naħa l-oħra, l-UE aġġustat ukoll il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, biex tiżgura li s-sajjieda li jkollhom iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom, ikunu jistgħu jirċievu kumpens, f'każ li r-Renju Unit ma jibqax jippermetti aċċess kontinwu għall-ibħra tiegħu.", "F'każ ta' xenarju bħal dan, ikun essenzjali li l-Istati Membri jadottaw approċċ koordinat biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn is-sajjieda tal-UE fl-Istati Membri differenti u biex jiġu protetti r-riżorsi tal-baħar.", "Il-gwida tal-lum tipprovdi dettalji dwar approċċ ikkoordinat bħal dan.", "Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri l-aktar ikkonċernati fuq qafas għall-monitoraġġ ta' bidliet fl-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE, sabiex jiġi evitat kull tfixkil.", "Xenarju “ta' ebda ftehim”", "F'xenarju “ta' ebda ftehim”, ir-Renju Unit se jsir pajjiż terz mingħajr ebda arranġamenti tranżizzjonali.", "Id-dritt primarju u sekondarju kollu tal-UE jieqaf japplika għar-Renju Unit minn dak il-mument 'il quddiem.", "Mhu se jkun hemm l-ebda perjodu ta' tranżizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.", "Dan ovvjament se joħloq tfixkil sinifikanti għaċ-ċittadini u n-negozji.", "F'tali xenarju, ir-relazzjonijiet tar-Renju Unit mal-UE jiġu rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku, inklużi r-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.", "L-UE se tkun meħtieġa tapplika minnufih ir-regoli u t-tariffi tagħha fil-fruntieri mar-Renju Unit.", "Dan jinkludi verifiki u kontrolli doganali u għall-istandards sanitarji u fitosanitarji, u l-verifika ta' konformità man-normi tal-UE.", "Minkejja t-tħejjijiet konsiderevoli tal-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, dawn il-kontrolli jistgħu joħolqu dewmien sinifikanti fil-fruntiera.", "Barra minn hekk, l-entitajiet tar-Renju Unit mhumiex se jibqgħu eliġibbli li jirċievu għotjiet Komunitarji u li jieħdu sehem fi proċeduri ta' akkwist tal-UE skont it-termini attwali.", "B'mod simili, iċ-ċittadini tar-Renju Unit mhumiex se jibqgħu ċittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Se jkunu soġġetti għal verifiki addizzjonali meta jaqsmu l-fruntiera għall-Unjoni Ewropea.", "Hawn ukoll, l-Istati Membri għamlu tħejjijiet konsiderevoli fil-portijiet u l-ajruporti biex jiżguraw li l-verifiki jsiru bl-iktar mod effiċjenti possibbli, iżda madankollu dawn jistgħu joħolqu dewmien.", "Il-ħidma ta' tħejjija u ta' kontinġenza tal-UE għal xenarju “ta' ebda ftehim”", "Il-Kummissjoni Ewropea ilha minn Diċembru 2017 tħejji għal xenarju “ta' ebda ftehim”.", "Sal-lum, il-Kummissjoni ppreżentat 19-il proposta leġiżlattiva, li 18 minnhom ġew adottati jew miftiehma mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (ara l-ANNESS 1).", "Proposta waħda biss dwar il-baġit tal-UE għall-2019 għandha tiġi finalizzata miż-żewġ koleġiżlaturi fi żmien debitu.", "Din se tapplika b'mod retroattiv mid-data tal-irtirar, ladarba tiġi finalizzata.", "Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll 92 avviż ta' tħejjija speċifiċi għas-settur bi gwida dettaljata għas-setturi differenti affettwati mill-Brexit.", "Kif indikat fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-Tħejjija għall-Brexit, il-miżuri ta' kontinġenza tal-UE mhumiex se – u ma jistgħux – itaffu l-impatt ġenerali ta' xenarju “ta' ebda ftehim”, u bl-ebda mod ma jikkumpensaw għan-nuqqas ta' tħejjija jew jirrepplikaw il-benefiċċji sħaħ tas-sħubija fl-UE jew it-termini favorevoli ta' xi perjodu ta' tranżizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.", "Dawn il-proposti huma ta' natura temporanja, limitati fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom u se jiġu adottati unilateralment mill-UE.", "Dawn mhumiex “mini ftehimiet” u ma ġewx negozjati mar-Renju Unit.", "Il-Kummissjoni kellha wkoll diskussjonijiet tekniċi estensivi mal-Istati Membri tal-UE27 kemm dwar kwistjonijiet ġenerali ta' tħejjija u ta' kontinġenza kif ukoll dwar kwistjonijiet speċifiċi marbuta mat-tħejjija settorjali, legali u amministrattiva.", "Il-Kummissjoni temmet ukoll żjara lill-ibliet kapitali tas-27 Stat Membru tal-UE.", "L-għan ta' dawn iż-żjarat kien li tiġi pprovduta kull kjarifika neċessarja dwar l-azzjoni ta' tħejjija u ta' kontinġenza tal-Kummissjoni u biex jiġu diskussi t-tħejjijiet nazzjonali u l-pjanijiet ta' kontinġenza.", "Dawn iż-żjarat urew grad għoli ta' tħejjija mill-Istati Membri għax-xenarji kollha.", "L-Istati Membri kienu wkoll involuti fi tħejjijiet nazzjonali intensivi.", "Ħarsa ġenerali lejn id-drittijiet ta' residenza fl-Istati Membri UE27 tinsab hawn, kif ukoll links diretti għal siti web nazzjonali dwar it-tħejjija.", "Appoġġ finanzjarju", "Filwaqt li l-impatt ta' xenarju “ta' ebda ftehim” se jinħass madwar l-Unjoni Ewropea, huwa ċar li xi reġjuni u setturi ekonomiċi se jiġu affettwati b'mod aktar dirett.", "Il-Kummissjoni esplorat kif il-fondi u l-programmi attwali tal-UE jistgħu jiġu mobilizzati f'każ ta' “ebda ftehim” u fil-każ li r-Renju Unit jonqos milli jħallas dak li hu previst skont ir-Regolament dwar il-baġit ta' kontinġenza tal-UE.", "Jista' jsir disponibbli finanzjament addizzjonali apposta, permezz tar-riprogrammazzjoni ta' ċerti fondi strutturali, l-attivazzjoni ta' miżuri kontra d-disturb fis-swieq tal-agrikoltura, u l-użu ta' strumenti speċifiċi bħall-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (Competitiveness of Small and Medium-Sized Enterprises, COSME), il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, (European Globalisation Adjustment Fund (EGF)), il-Fond ta' Solidarjetà u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS).", "Tista' ssir disponibbli wkoll l-għajnuna teknika u finanzjarja mill-Unjoni Ewropea f'ċerti oqsma, bħat-taħriġ ta' uffiċjali tad-dwana skont il-programm Dwana 2020.", "Programmi oħra jistgħu jgħinu proġetti ta' taħriġ simili fil-qasam ta' kontrolli sanitarji u fitosanitarji.", "Rigward l-agrikoltura, id-dritt tal-UE jipprovdi varjetà ta' strumenti biex jiġu indirizzati l-iktar effetti immedjati tal-ħruġ tar-Renju Unit, b'mod partikolari f'xenarju ta' ebda ftehim.", "Għal aktar appoġġ immedjat lill-partijiet ikkonċernati affettwati, pereżempju kumpaniji żgħar u ta' daqs medju b'esponiment sinifikanti għar-Renju Unit, ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat joffru soluzzjonijiet flessibbli għal miżuri ta' appoġġ nazzjonali.", "Għal iktar informazzjoni: x'għandi nagħmel f'xenarju “ta' ebda ftehim”?", "Biex ikunu jafu aktar dwar kif iħejju għal xenarju “ta' ebda ftehim”, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jikkuntattjaw lil Europe Direct għal kwalunkwe mistoqsija.", "Ċempel bla ħlas in-numru 00 800 6 7 8 9 10 11 minn kwalunkwe post fl-UE, fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.", "Links utli oħra:", "Ċittadini tal-UE", "- Il-Komunikazzjoni tal-lum flimkien mal-annessi", "- Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tħejjija", "- Ħarsa ġenerali tad-drittijiet ta' residenza f'kull Stat Membru tal-UE27", "- Siti web nazzjonali tal-Istati Membri dwar xenarju “ta' ebda ftehim”", "- Avviż dwar l-ivvjaġġar", "- Skedi informattivi dwar l-ivvjaġġar, id-drittijiet taċ-ċittadini, l-istudju, u d-drittijiet tal-konsumatur", "- M&T dwar l-Erasmus", "- M&T f'każ ta' xenarju “ta' ebda ftehim”", "- Informazzjoni għal ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit", "Negozji tal-UE", "- Firxa ta' materjal dwar id-dwana u t-tassazzjoni indiretta (inkluża lista sempliċi ta' kontroll b'ħames passi) għan-negozji", "- Informazzjoni relatata mal-Agrikoltura", "- Seba' affarijiet li n-negozji fl-UE27 jeħtieġ li jkunu jafu biex iħejju għall-Brexit", "ANNESS 1: Il-miżuri ta' kontinġenza f'każ “ta' ebda ftehim” jinkludu:", "- il-programm PEACE: it-tkomplija tal-programm PEACE fil-gżira tal-Irlanda sa tmiem l-2020.", "Rigward il-perjodu ta' wara l-2020, il-Kummissjoni diġà pproponiet bħala parti mill-proposti tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss biex tkompli u ssaħħaħ l-appoġġ transfruntier għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-kontej tal-fruntiera tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq.", "- Il-Baġit tal-UE (fil-proċess tal-adozzjoni finali): f'xenarju “ta' ebda ftehim”, l-UE se tkun f'pożizzjoni li tonora l-impenji tagħha u li tkompli bil-ħlasijiet fl-2019 lill-benefiċjarji fir-Renju Unit għal kuntratti ffirmati u deċiżjonijiet li jkunu saru qabel il-ħruġ, bil-kundizzjoni li r-Renju Unit jonora l-obbligi tiegħu skont il-baġit tal-2019 u li jaċċetta l-verifiki u l-kontrolli tal-awditjar neċessarji.", "- Drittijiet u kumpens għas-sajd: dawn il-miżuri jipprevedu kumpens għas-sajjieda u l-operaturi mill-Istati Membri tal-UE taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għall-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd.", "Jiżguraw ukoll li l-UE tkun f'pożizzjoni li tagħti lill-bastimenti mir-Renju Unit aċċess għall-ilmijiet tal-UE sa tmiem l-2019, bil-kundizzjoni li l-bastimenti tal-UE wkoll jingħataw aċċess reċiproku għall-ilmijiet tar-Renju Unit.", "- Servizzi finanzjarji: miżuri temporanji u limitati biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm tfixkil immedjat fl-ikklerjar ċentrali tad-derivattivi u fis-servizzi ta' depożitarji ċentrali għall-operaturi tal-UE li bħalissa qed jużaw operaturi tar-Renju Unit, u biex tiġi faċilitata n-novazzjoni, għal perjodu fiss ta' 12-il xahar, ta' ċerti kuntratti ta' derivattivi barra l-borża, meta kuntratt ikun trasferit minn kontroparti tar-Renju Unit għal kontroparti tal-UE27.", "- -Konnettività u sikurezza tal-ajru: dawn iż-żewġ miżuri se jiżguraw il-konnettività bażika tal-ajru sabiex jevitaw l-interruzzjoni kompleta tat-traffiku tal-ajru bejn l-UE u r-Renju Unit fil-każ ta' xenarju “ta' ebda ftehim”.", "- Konnettività bit-toroq: tippermetti l-kontinwazzjoni ta' konnettività bażika sigura bit-toroq bejn l-UE u r-Renju Unit għal perjodu limitat ta' żmien, dment li r-Renju Unit jagħti trattament reċiproku lill-kumpaniji u lill-operaturi tal-UE.", "- Konnettività ferrovjarja: tiżgura l-validità tal-awtorizzazzjonijiet ta' sikurezza għal ċerti partijiet tal-infrastruttura ferrovjarja għal perjodu strettament limitat ta' tliet xhur sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti soluzzjonijiet fit-tul konformi mad-dritt tal-UE.", "Din, b'mod partikolari, hija marbuta mal-Mina taħt il-Kanal Ingliż u se tkun bil-patt li r-Renju Unit iżomm standards ta' sikurezza identiċi għar-rekwiżiti tal-UE.", "- Spezzjonijiet tal-bastimenti: dawn għandhom l-għan li jiżguraw iċ-ċertezza tad-dritt u jiżguraw il-kontinwità tal-operat fit-tbaħħir.", "- Ir-riallinjament tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Mediterran: Dan iżid konnessjonijiet marittimi ġodda bejn l-Irlanda, Franza, il-Belġju u n-Netherlands għan-network ewlieni, u jintroduċi prijorità ġdida ta' finanzjament għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE): billi jadatta l-infrastruttura tat-trasport għall-finijiet tas-sigurtà u għall-verifika fil-fruntieri esterni.", "- Il-politika dwar il-klima: din il-miżura tiżgura li xenarju “ta' ebda ftehim” ma jaffettwax il-funzjonament bla xkiel u l-integrità ambjentali tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet.", "- Reċiproċità tal-viża: vjaġġar mingħajr viża lejn l-UE għaċ-ċittadini tar-Renju Unit jekk ir-Renju Unit ukoll jippermetti vvjaġġar reċiproku u nondiskriminatorju mingħajr viżi liċ-ċittadini kollha tal-UE.", "- Intitolamenti għas-sigurtà soċjali: l-intitolamenti (bħall-perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg (indipendenti) jew residenza fir-Renju Unit qabel il-ħruġ) ta' dawk il-persuni li eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu qabel il-ħruġ tar-Renju Unit huma salvagwardjati.", "- Il-programm Erasmus+: l-istudenti u t-trainees imsefrin li jkunu qed jieħdu sehem fl-Erasmus+ fil-waqt tal-ħruġ tar-Renju Unit ikunu jistgħu jlestu l-istudji tagħhom u jkomplu jirċievu l-finanzjament jew l-għotjiet rilevanti."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2053", "title": "Xjenzjati ffinanzjati mill-UE jiżvelaw l-ewwel immaġni li qatt ittieħdet ta' toqba sewda (black hole(s))", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RESINSC", "date": "Tue, 09 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed tiżvela l-ewwel immaġni li qatt ittieħdet ta' toqba sewda meħuda minn “Event Horizon Telescope”, kollaborazzjoni xjentifika globali li tinvolvi xjenzati ffinanzjati mill-UE.", "Din l-iskoperta fenomenali tipprovdi evidenza viżwali tal-eżistenza ta' toqob suwed u twessa' l-limiti tax-xjenza moderna.", "L-ewwel osservazzjoni li qatt saret ta' toqba sewda hija r-riżultat ta' Event Horizon Telescope (EHT), kollaborazzjoni fir-riċerka internazzjonali fuq skala kbira fejn riċerkaturi ffinanzjati mill-UE kellhom rwol ewlieni.", "Din il-kisba xjentifika kbira timmarka bidla fundamentali fil-fehim tagħna ta' toqob suwed, tikkonferma l-previżjonijiet tat-Teorija Ġenerali tar-Relattività ta' Albert Einstein u tiftaħ perspettivi ġodda fl-istudju tal-univers tagħna.", "L-ewwel immaġni ta' toqba sewda li ttieħdet b'suċċess ġiet żvelata llum f'sitt konferenzi stampa simultanji mad-dinja kollha.", "Il-Kummissarju Carlos Moedas, responsabbli mir-Riċerka, ix-Xjenza u l-innovazzjoni, qal: “Il-finzjoni ta' spiss tispira x-xjenza u t-toqob suwed ilhom is-snin iġegħluna noħolmu u jqajmulna l-kurżità.", "Illum, bis-saħħa tal-kontribuzzjoni ta' xjenzati Ewropej, l-eżistenza ta' toqob suwed m'għadhiex biss kunċett teoretiku.", "Din l-iskoperta tal-għaġeb turi għal darb' oħra li meta naħdmu flimkien ma' sħab madwar id-dinja kollha nistgħu niksbu l-inimmaġinabbli u nwessgħu l-orizzonti tal-għarfien tagħna.”", "Il-President tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (l-ERC), il-Professur Jean-Pierre Bourguignon, żied jgħid: “Nifraħ lix-xjenzati minn madwar id-dinja, li għamlu din l-iskoperta tant stimulanti u li wessgħu l-fruntieri tal-għarfien tagħna.", "Ninsab partikolarment kuntent li x-xjenzati ffinanzjati mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka kkontribwew tabilħaqq sabiex inkisbet din l-iskoperta revoluzzjonarja.", "L-approċċ awdaċi tal-UE għall-finanzjament ta' din it-tip ta' riċerka fundamentali għall-aħħar għal darb'oħra rriżulta f'suċċess.", "Barra minn hekk, dan ikompli jivvalida l-objettiv tal-ERC li jiffinanzja riċerka b'riskji kbar iżda ta' gwadann kbir.”", "Il-finanzjament tal-UE permezz tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (l-ERC) ipprovda appoġġ kruċjali għall-EHT.", "B'mod partikolari, l-UE pprovdiet finanzjament għal tlieta mix-xjenzati ewlenin u t-timijiet tagħhom involuti fl-iskoperta, u appoġġat ukoll l-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura tat-teleskopji l-kbar li kienu essenzjali għas-suċċess tal-proġett.", "Ir-riżultati tal-lum jiżdiedu mal-ħafna kisbiet tal-programmi ta' finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni Orizzont 2020 u l-Programmi Qafas predeċessuri tiegħu.", "Biex tkompli tisfrutta dan is-suċċess, il-Kummissjoni pproponiet Orizzont Ewropa, l-aktar programm ambizzjuż li l-UE qatt kellha u li se jżommha fuq quddiem nett tar-riċerka u l-innovazzjoni globali.", "SFOND", "It-toqob suwed huma oġġetti kosmiċi kkompressati ħafna, li fihom ammonti inkredibbli ta' massa f'reġjun ċkejken.", "Il-preżenza tagħhom taffettwa l-inħawi ta' madwarhom b'modi estremi, billi tgħawweġ il-ħin spazjali u ssaħħan ferm kull materjal li jaqa' ġo fihom.", "L-immaġni turi t-toqba sewda fiċ-ċentru ta' Messier 87, galassja enormi fil-kostellazzjoni ta' Virgo.", "Din it-toqba sewda tinsab 55 miljun sena dawl 'il bogħod mid-Dinja u għandha massa ta' 6.5 biljun darba akbar mix-xemx tagħna.", "Sabiex jippermetti l-osservazzjoni diretta tal-ambjent immedjat ta' toqba sewda, l-Event Horizon Telescope fittex li jtejjeb u jgħaqqad netwerk dinji ta' tmien teleskopji madwar id-dinja.", "Dawn jinsabu f'siti iżolati b'altitudni għolja, inkluż fis-Sierra Nevada ta' Spanja, fuq vulkani fil-Hawaii u fil-Messiku, fil-muntanji ta' Arizona, fid-Deżert Ċilen ta' Atacama u fl-Antartika.", "Aktar minn 200 riċerkatur mill-Ewropa, mill-Kontinent Amerikan u mill-Asja tal-Lvant qed jipparteċipaw f'din l-operazzjoni internazzjonali ewlenija.", "Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka tal-UE pprovda finanzjament lix-xjenzati involuti fil-kollaborazzjoni EHT permezz tal-proġetti li jaqgħu taħt Orizzont 2020 u s-Seba' Programm Qafas tal-UE:", "Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, stabbilit mill-UE fl-2007, huwa l-organizzazzjoni ewlenija ta' finanzjament Ewropew għar-riċerka eċċellenti fil-fruntieri tal-għarfien.", "Kull sena jagħżel u jiffinanzja l-aqwa riċerkaturi kreattivi ta' kwalunkwe nazzjonalità u età, biex iwettqu proġetti bbażati fl-Ewropa.", "L-ERC joffri erba' skemi fundamentali ta' għotjiet: L-għotja għar-Riċerkaturi Debuttanti, l-għotja ta' Konsolidazzjoni, l-għotja Avvanzata u l-għotja għas-Sinerġija.", "Permezz tal-iskema addizzjonali tiegħu tal-għotja tal-Prova tal-Kunċett l-ERC jgħin lill-benefiċjarji jeliminaw id-distakk bejn ir-riċerka pijuniera tal-benefiċjarji u l-fażijiet bikrija tal-kummerċjalizzazzjoni tagħha.", "GĦAL AKTAR TAGĦRIF", "Ritratti ta' toqob suwed u filmati fuq il-portal awdjoviżiv tal-Kummissjoni", "Stqarrija għall-istampa dwar Event Horizon Telescope", "Konferenza stampa tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Ewropa bis-Satellita", "Konferenza stampa tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-EUtube", "Segwi l-aħbarijiet fuq Facebook, Instagram u Twitter bl-użu tal-hashtag #RealBlackhole", "L-aħbarijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2088", "title": "Jidħol fis-seħħ ir-regolament tal-UE dwar l-iskrinjar tal-investiment barrani", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Tue, 09 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-qafas il-ġdid tal-UE għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin daħal fis-seħħ uffiċjalment fl-10 ta' April 2019.", "Il-qafas il-ġdid huwa bbażat fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea f'Settembru 2017 u se jkun strumentali biex jissalvagwardja s-sigurtà u l-ordni pubbliku tal-Ewropa b'rabta mal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker qal: “Dan il-qafas ġdid se jgħin lill-Ewropa biex tiddefendi l-interessi strateġiċi tagħha.", "Għandna bżonn ta' skrutinju fuq l-akkwisti minn kumpaniji barranin, li għandhom fil-mira tagħhom l-assi strateġiċi tal-Ewropa.", "Irrid li l-Ewropa tibqa' miftuħa għan-negozju, iżda għidt kemm-il darba li m'aħniex kummerċjanti ħielsa inġenwi.", "L-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' din il-proposta fi żmien kważi rekord turi li qed neħduha bis-serjetà u li meta niġu għad-difiża tal-interessi tal-Ewropa dejjem se nitkellmu bil-fatti.”", "Il-qafas il-ġdid se:", "Sa llum, l-Istati Membri tal-UE huma meħtieġa jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-mekkaniżmi ta' skrinjar tal-investiment nazzjonali tagħhom.", "Bħalissa hemm 14-il Stat Membru li għandhom mekkaniżmi nazzjonali ta' skrinjar fis-seħħ.", "Diversi Stati Membri jinsabu fil-proċess li jirriformaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom jew li jadottaw mekkaniżmi ġodda.", "Matul it-18-il xahar li ġejjin, il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE se jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-UE tkun tista' tapplika għalkollox ir-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-Investiment mill-11 ta' Ottubru 2020.", "Dawn il-passi jikkonċernaw, b'mod partikolari, it-twaqqif ta' mekkaniżmu ġdid ta' kooperazzjoni għall-UE kollha, li jippermetti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiskambjaw informazzjoni u jqajmu tħassib relatat ma' investimenti barranin speċifiċi.", "Il-kompiti li jmiss jinkludu:", "Kuntest", "Il-proposta biex jinħoloq l-ewwel qafas għall-UE kollha għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani ġiet ippreżentata mill-President Juncker waqt id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017.", "Wara l-adozzjoni tagħha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fid-19 ta' Marzu 2019, il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE issa daħlet fis-seħħ.", "L-UE għandha wieħed mill-aktar reġimi ta' investiment miftuħa fid-dinja, kif rikonoxxut mill-OECD fl-indiċi tagħha għar-restrizzjoni tal-investiment.", "L-UE hija d-destinazzjoni ewlenija tal-investiment dirett barrani fid-dinja: fi tmiem l-2017, l-istokks ta' investiment dirett barrani li huma ta' investituri minn barra l-UE kienu jammontaw għal EUR 6,295 biljun, u pprovdew 16-il miljun impjieg dirett għall-Ewropej.", "Għal aktar informazzjoni", "Qafas ġdid għall-iskrinjar tal-investiment tal-UE: Regolament, Stqarrija għall-Istampa, Skeda informattiva", "Il-politika tal-investiment barrani tal-UE", "Investiment Dirett Barrani fl-UE: Rapport"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1876", "title": "L-Unjoni tal-Enerġija: minn viżjoni għal realtà", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERGY", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Ir-raba' rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, li ġie adottat illum, juri li l-Kummissjoni rnexxielha twettaq bis-sħiħ il-viżjoni tagħha ta' strateġija tal-Unjoni tal-Enerġija li tiżgura enerġija aċċessibbli, affordabbli, sigura, kompetittiva u sostenibbli għall-Ewropej kollha.", "Illum l-Ewropa diġà hija mexxejja dinjija fejn tidħol il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Il-politiki Ewropej li twettqu tul l-aħħar ħames snin fl-oqsma kollha tal-politika taw id-direzzjoni t-tajba lill-UE biex tħaddan għalkollox it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, taħtaf l-opportunitajiet ekonomiċi li din toffri, toħloq it-tkabbir u l-impjiegi u tipprovdi ambjent aktar b'saħħtu għall-konsumaturi.", "Minbarra li timmodernizza l-politika Ewropea dwar l-enerġija u l-klima, l-Unjoni tal-Enerġija tixpruna t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa tal-ekonomija Ewropea fis-setturi ewlenin, bi qbil mal-impenji tagħna fil-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li tiżgura tranżizzjoni ġusta soċjalment.", "It-tiswir ta' Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b'politika dwar il-klima u l-enerġija li tħares 'il quddiem kienet waħda mill-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker.", "Dik li fl-2014 kienet il-viżjoni ta' Unjoni tal-Enerġija magħquda, interkonnessa, sigura u sostenibbli, illum qed nirrikonoxxu li rnexxielna nwettquha b'suċċess.", "Mar-rapport hemm mehmużin żewġ dokumenti li juru l-progress li sar fejn jidħlu l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika.", "Fl-istess waqt, il-Kummissjoni qed tressaq ukoll rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni strateġiku dwar il-batteriji flimkien ma' komunikazzjoni għal teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti u aktar demokratiku fil-politika tal-UE dwar l-enerġija u l-klima.", "Il-Viċi President Maroš Šefčovič responsabbli mill-Unjoni tal-Enerġija qal: “L-Unjoni tal-Enerġija hi l-Ewropa fl-aqwa tagħha: qed nindirizzaw flimkien il-kwistjonijiet ewlenin tas-sigurtà tal-enerġija u tat-tranżizzjoni tal-enerġija, li ma jistgħux isolvuhom il-pajjiżi waħedhom.", "L-isfida tant iebsa tat-tranżizzjoni tal-enerġija rnexxielna nbiddluha f'opportunità ekonomika għall-Ewropej kollha.", "U biex għamilna dan, kellna nbiddlu tassew il-politiki tagħna dwar l-enerġija u l-klima mill-qiegħ: mhux sempliċiment bidliet żgħar 'l hemm u 'l hawn, iżda bidliet sistemiċi.", "L-ebda Stat Membru ma seta' jikseb dan kollu waħdu.", "Ir-rapport tagħna juri kif il-miżuri kollha tal-Unjoni tal-Enerġija qed jingħaqdu biex il-politika tagħna tkun valida għall-ġejjieni.", "Illum, il-qafas tagħna qed jidderieġi mill-ġdid l-investimenti lejn teknoloġiji u soluzzjonijiet orjentati lejn il-ġejjieni.", "Tnedew ukoll miżuri għall-industrija fosthom il-manifattura tal-batteriji fl-Ewropa, filwaqt li żgurajna li ma nħallu lil ħadd mill-Ewropej jinqata' lura bit-tranżizzjoni.", "Issa sta għal kull Stat Membru biex jagħmel il-parti tiegħu u jintegra miżuri nazzjonali dwar l-enerġija, il-klima, il-mobbiltà u l-oqsma relatati l-oħra mingħajr dewmien, biex l-Ewropa tibqa' twettaq il-mira ta' newtralità klimatika sa nofs is-seklu.”", "Il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, Miguel Arias Cañete qal: “Fejn tidħol il-klima u l-enerġija, l-Ewropa issa għandha l-aktar qafas ambizzjuż u avvanzat fid-dinja.", "Irnexxielna niftiehmu fuq il-leġiżlazzjoni kollha biex nilħqu l-miri tagħna għall-2030, b'miri ogħla għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika.", "Iżda l-Unjoni tal-Enerġija hi ferm aktar minn sempliċiment regoli u politiki: attirajna livelli rekord ta' investimenti fl-enerġija nadifa fl-Ewropa, konna parti integrali mill-Ftehim ta' Pariġi u għamilna l-almu kollu biex dan seta' jidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr, komplejna nintegraw is-suq Ewropew tal-enerġija, u fassalna viżjoni fit-tul biex sal-2050 l-Ewropa ssir newtrali fejn tidħol il-klima.", "Madanakollu għad baqgħalna triq twila x'nimxu.", "Irridu nissoktaw bl-implimentazzjoni tal-enerġija rinnovabbli madwar l-Ewropa u nżidu l-isforzi biex niffrankaw aktar enerġija.", "Irridu nidħlu fi proċess ta' trasformazzjoni b'sens ferm akbar ta' urġenza milli jitħaddem illum.", "Bl-istrateġija tagħna ta' newtralità tal-klima sal-2050, ħejjejna pjan ta' kif dan jista' jsir u ppreżentajna analiżi soda dwar għalfejn u kif l-Ewropa tista' tikseb in-newtralità tal-klima; għalfejn dan il-mudell jista' jiġi rreplikat minn pajjiżi oħra fid-dinja; kif jistgħu u għandhom jintrabtu flimkien in-newtralità tal-klima, il-prosperità ekonomika u l-ġustizzja soċjali.”", "L-Unjoni tal-Enerġija saħħet is-suq intern tal-enerġija u żiedet is-sigurtà tal-enerġija tal-UE billi investiet f'infrastruttura ġdida intelliġenti (inkluż bejn il-fruntieri), billi pprovdiet tfassil ġdid tas-suq mill-aktar modern u introduċiet mekkaniżmu ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri bbażat fuq is-solidarjetà li jwieġeb għall-kriżijiet potenzjali b'mod aktar effettiv u effiċjenti.", "Bħalma stabbiliet dan l-aħħar il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd”, it-tranżizzjoni tal-enerġija teħtieġ trasformazzjoni ekonomika u soċjetali komprensiva, li tinvolvi lis-setturi kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà biex tinkiseb it-tranżizzjoni lejn newtralità tal-klima sal-2050.", "Il-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija jagħti d-direzzjoni t-tajba lill-Ewropa biex issir ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima.", "Il-Kummissjoni Juncker daħħlet fis-seħħ qafas leġiżlattiv ġdid għall-Unjoni tal-Enerġija.", "Bil-qafas leġiżlattiv aġġornat, l-UE baqgħet fuq quddiem nett fl-azzjoni klimatika billi żiedet il-livell ta' ambizzjoni tagħha għall-2030 f'għadd ta' setturi relatati mal-enerġija, minn miri ogħla għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, għal miri dwar l-emissjonijiet mill-karozzi, mill-vannijiet u mit-trakkijiet.", "Minbarra l-qafas leġiżlattiv il-ġdid, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ qafas abilitattiv ta' miżuri ta' appoġġ biex tiżgura tranżizzjoni bla xkiel għall-industriji, ir-reġjuni u l-bliet Ewropej.", "Inħolqu għadd ta' inizjattivi mmirati biex ikun żgurat li r-reġjuni u ċ-ċittadini kollha jibbenefikaw indaqs mit-tranżizzjoni tal-enerġija.", "Waħda minn dawn l-inizjattivi hi l-alleanza Ewropea tal-batteriji.", "Fil-kuntest ta' strateġija ta' politika industrijali msaħħa, l-industrija Ewropea tal-batteriji ġiet identifikata bħala katina tal-valur strateġika għall-UE.", "Flimkien mar-rapport tal-Unjoni tal-Enerġija hemm rapport separat dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni strateġiku dwar il-batteriji.", "It-tieni Komunikazzjoni li ġiet ippubblikata llum tappella biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà demokratika tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet skont it-Trattat Euratom.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tistabbilixxi Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli biex jevalwa l-istat attwali tat-Trattat Euratom ħalli jiġi kkunsidrat kif, abbażi tat-Trattat attwali, tista' titjieb ir-responsabbiltà demokratika tiegħu.", "Fl-istess komunikazzjoni, il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jirriflettu fuq kif it-tassazzjoni fuq l-enerġija tista' tikkontribwixxi aħjar għall-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-enerġija u l-klima, u kif it-teħid tad-deċiżjonijiet b'votazzjoni ta' maġġoranza kwalifikata (QMV) fost l-Istati Membri jista' jgħin biex isir progress f'dan il-qasam.", "Din il-parti tal-ħidma hi msejsa fuq il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għal tranżizzjoni gradwali lejn it-teħid tad-deċiżjonijiet b'votazzjoni ta' maġġoranza kwalifikata fl-oqsma kollha tat-tassazzjoni, li ġie ppubblikat l-ewwel darba f'Jannar.", "Iktar Informazzjoni:"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2016", "title": "Il-Futur tax-Xogħol: Konferenza ta' livell għoli tiddiskuti kif l-UE tista' tiffaċċja l-isfidi u taħtaf l-opportunitajiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,JOBGIC", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-konferenza “Il-Futur tax-Xogħol: Illum.", "Għada.", "Għal Kulħadd”, ospitata mill-Kummissjoni Ewropea, illum xprunat diskussjoni miftuħa dwar il-bidliet ewlenin li qed iseħħu fid-dinja tax-xogħol.", "Fil-Konferenza ospitata mill-President Jean-Claude Juncker, il-Viċi President Valdis Dombrovskis u l-Kummissarju Thyssen, madwar 500 parteċipant, fosthom Ministri, rappreżentanti mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali, sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u d-dinja akkademika esploraw kif l-aħjar jisfruttaw il-bidliet fid-dinja tax-xogħol għall-benefiċċju tal-ħaddiema, in-negozji, is-soċjetà u l-ekonomija bl-istess mod.", "It-trasformazzjonijiet li qed iseħħu b'pass mgħaġġel ġiegħlu lill-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni biex tiżgura li l-politiki soċjali u tal-impjiegi tal-Ewropa jibqgħu adatti għad-dinja tal-lum u ta' għada.", "Bil-Proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-UE stabbilixxiet 20 prinċipju u drittijiet essenzjali għal swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw tajjeb fis-seklu 21.", "Bħalissa għaddejja ħidma biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovskis qal: “L-iżvilupp teknoloġiku mgħaġġel u t-trasformazzjoni diġitali għandhom il-potenzjal li jżidu t-tkabbir ekonomiku.", "Iżda dan għandu jkun tkabbir inklużiv - u l-qofol ta' dan huwa li l-Ewropa tibqa' fit-triq lejn żieda fil-konverġenza.", "Huwa billi nirbħu l- \"ellieqa għat-telgħa' li nistgħu nsaħħu l-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-UE .”", "Il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbiltà tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen, enfasizzat: “F'dinja tax-xogħol li qed tinbidel, ma nistgħux nistennew biss li n-nies ikunu lesti u jadattaw ruħhom għall-bidla.", "Aħna, bħala dawk li jfasslu l-politika, għandna nadattaw ukoll l-istituzzjonijiet soċjali, ir-regolamenti u s-sistemi edukattivi tagħna biex jappoġġjaw lin-nies, sabiex in-nies ikunu kunfidenti dwar il-futur tagħhom, u ta' wliedhom, f'dinja tax-xogħol ġdida wkoll.”", "Messaġġi ewlenin", "Mid-diskussjonijiet ħarġu dawn il-għaxar messaġġi ewlenin li ġejjin:", "Kuntest", "Fid-9 ta' April 2019, il-Kummissjoni Ewropea ospitat konferenza ta' livell għoli dwar il-Futur tax-Xogħol.", "Fl-ispirtu tas-Summit Soċjali f'Gothenburg f'Novembru 2017, fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Konferenza tal-lum kellha l-għan li ssaħħaħ ir-riflessjoni dwar id-dinja tax-xogħol futura, u kif se tiffaċċja l-isfidi u taħtaf l-opportunitajiet li tista' ġġib magħha.", "Matul il-konferenza, sitt sessjonijiet ta' breakout iffukaw fuq aspetti differenti tal-futur tax-xogħol: a) Trasformazzjoni ġusta: Inwasslu l-opportunitajiet tad-diġitalizzazzjoni lil kulħadd, b) Konverġenza ‘l fuq: L-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u territorjali, c) Ir-responsabbiltà globali: L-UE u x-xena internazzjonali, d) Aktar setgħat lin-nies: Tranżizzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, edukazzjoni u sfidi tal-ħiliet, e) Protezzjoni u investiment: Nimmodernizzaw is-sistemi soċjali, nagħmluhom sostenibbli u inklużivi, f) Nimmaniġġjaw il-bidla: Governanza u Sħubijiet.", "Jum qabel l-avveniment, il-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-impatt tat-trasformazzjoni diġitali fuq is-swieq tax-xogħol tal-UE ppubblika r-rapport konklużiv tiegħu.", "Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin jinkludu kontijiet ta' tagħlim personali, intermedjarji tas-suq tax-xogħol biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet strutturali u l-protezzjoni soċjali aċċessibbli indipendentement mill-istatus tal-impjieg.", "Il-President Martin Goods ippreżenta s-sejbiet tal-grupp lill-parteċipanti.", "Din il-konferenza Ewropea ta' livell għoli saret qabel l-avveniment taċ-Ċentenarju tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) f'Ġinevra f'Ġunju, fejn id-diskussjoni dwar il-futur tax-xogħol se tiġi segwita f'perspettiva globali.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Link għall-paġna tal-web tal-konferenza b'programm dettaljat u bil-video streaming", "Skeda informattiva: Ċifri ewlenin dwar l-impjiegi", "Skeda informattiva: Il-Prijoritajiet Soċjali skont il-Kummissjoni Juncker", "Aktar skedi informattivi dwar diversi inizjattivi tal-Kummissjoni fil-qasam soċjali jinstabu hawnhekk.", "Segwi lil Valdis Dombrovskis fuq Facebook u Twitter", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter", "Inkiteb biex tirċievi bl-email u bla ħlas il-bullettin tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2018", "title": "L-Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-adozzjoni finali tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi kkundannati.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CRIMLAW", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kunsill illum approva b'mod finali l-proposta mill-Kummissjoni għall-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali rigward ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom kundanna.", "Din is-sistema ċentrali għandha l-għan li ttejjeb l-iskambju tal-informazzjoni dwar rekords kriminali rigward ċittadini mhux tal-UE, kif ukoll dawk apolidi, li jkunu ġew ikkundannati permezz tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) eżistenti.", "Vĕra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi qalet: Bis-sistema l-ġdida l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi se jkunu jistgħu aktar malajr u b'mod aktar faċli jindunaw b'ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew preċedentement ikkundannati fl-UE, permezz ta' tiftixa sempliċi f'ECRIS.", "Dan se jgħin fit-titjib tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja biex tkun tista' ssir aħjar il-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terrorizmu madwar l-UE, biex l-Ewropa ssir post aktar sikur għaċ-ċittadini tagħha kollha.”", "L-elementi ewlenin ta' ECRIS TCN", "Il-passi li jmiss", "Kif diġà ġew adottati mill-Parlament Ewropew, ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ fl-Istati Membri kollha mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali fil-ġimgħat li ġejjin.", "Qegħdin isiru wkoll negozjati dwar leġizlazzjoni addizzjonali proposta mill-Kummissjoni li permezz tagħha jkun possibbli wkoll li tiġi kkonsultata l-bażi ta' data tal-ECRIS-TCN meta tintalab awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għad-dħul fl-UE (permezz tas-sistema ETIAS), fil-kunsiderazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viżi (permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viżi), jew meta tiġi investigata frodi konnessa mal-identità.", "F'dawk il-każijiet tkun disponibbli biss l-informazzjoni dwar l-identità ta' dawk ikkundannati għal atti kriminali serji jew terrorimu", "L-isfond", "ECRIS bħalissa qiegħda tintuża madwar tliet miljun darba fis-sena għall-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni kriminali preċedenti.", "F'madwar 30% tal-każijiet meta tintalab informazzjoni dwar rekords kriminali, tingħata tweġiba pożittiva, li jfisser li tingħata informazzjoni dwar rekords kriminali attwali.", "Dan isir l-aktar fil-każ ta' proċedimenti kriminali.", "Madankollu, tista' tintuża wkoll għal skopijiet leġittimi oħra awtorizzati, bħall-kisba ta' xi liċenzja għall-armi tan-nar, jew għal xi approvazzjoni għal ħidma mat-tfal.", "It-titjib ta' ECRIS għar-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi huwa parti mill-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà.", "ECRIS-TCN hija wkoll parti mill-approċċ il-ġdid imfisser mill-Kummissjoni Ewropea lejn ġestjoni tad-data dwar il-fruntieri u s-sigurta li permezz tagħha s-sistemi ta' informazzjoni ċentralizzati kollha tal-UE għall-ġestjoni tas-sigurtà, il-fruntieri u l-migrazzjoni jsiru interoperabbli fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali.", "Għal aktar tagħrif", "ECRIS-TCN"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2048", "title": "Facebook jobdi t-talba tal-Kummissjoni Ewropea u tal-awtoritajiet tal-konsumaturi biex ibiddel it-termini u jiċċara kif juża d-data tal-konsumaturi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CONSUMPOL,JFRC", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur laqgħu t-termini u s-servizzi aġġornati ta' Facebook.", "Issa dawn jispjegaw b'mod ċar kif il-kumpanija tuża d- data tal-utenti tagħha biex tiżviluppa attivitajiet ta' tfassil ta' profili u reklamar immirat biex jiffinanzja l-kumpanija.", "It-termini l-ġodda jispjegaw liema servizzi mibjugħa minn Facebook lil partijiet terzi jużaw id-data tal-utenti tagħhom, kif il-konsumaturi jistgħu jagħlqu l-kontijiet tagħhom u għal liema raġunijiet il-kontijiet jistgħu jiġu diżattivati.", "Dawn l-iżviluppi ġew wara skambji li kellhom l-għan li jwasslu biex l-informazzjoni dwar il-mudell kummerċjali ta' Faċebook tkun aċċessibbli b'mod sħiħ għall-utentib'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri laqgħet il-ftehim: “Fl-aħħar illum Facebook wera l-impenn favur aktar trasparenza u lingwaġġ sempliċi fit-termini tal-użu tiegħu.", "Kumpanija li trid treġġa' lura l-fiduċja tal-konsumaturi wara l-iskandlu ta' Facebook/ Cambridge Analytica ma għandhiex tinħeba wara lingwaġġ ikkumplikat u legalistiku dwar kif qiegħda tagħmel il-biljuni minn fuq dahar id-data tan-nies.", "Issa l-utenti se jkunu jistgħu jifhmu b'mod ċar kif id-data tagħhom qiegħda tintuża min-netwerk soċjali biex ibigħ reklami mmirati.", "Permezz ta' ħidma id f'id l-awtoritajiet tal-konsumaturi u l-Kummissjoni Ewropea qegħdin iħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi tal-UE.”", "Wara l-iskandlu ta' Cambridge Analytica u bħala segwitu għall-investigazzjoni tal-pjattaformi tal-midja soċjali fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur talbu lil Facebook biex jinforma lill-konsumaturi b'mod ċar dwar minn fejn ġej il-finanzjament tan-netwerk soċjali u liema dħul joriġina mill-użu ta' data tal-konsumaturi.", "Talbu wkoll lill-pjattaforma biex tikkonforma l-bqija tat-termini ta' servizz tagħha mal-liġi tal-Konsumatur tal-UE.", "B'riżultat ta' dan, Facebook se jintroduċi test ġdid fit-Termini u s-Servizzi tiegħu li jispjega li ma jitlobx ħlas mingħand l-utenti fir-rigward tas-servizzi li jagħti, iżda jistenna li l-utenti jaqblu li jikkondividu d-data tagħhom u li jiġu esposti għal reklami kummerċjali.", "Issa t-termini ta' Facebook se jispjegaw b'mod ċar li l-mudell kummerċjali tiegħu jiddependi fuq il-bejgħ ta' servizzi ta' reklamar immirat lil kummerċjanti permezz tal-użu ta' data mill-profili tal-utenti tiegħu.", "Barra minn hekk, wara l-azzjoni ta' infurzar, Facebook emenda wkoll:", "- il-politika tiegħu dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà u issa jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu f'każi ta' negliġenza, pereżempju fil-każ li data ma tintużax sew minn partijiet terzi;", "- is-setgħa tiegħu li jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet billi jirriżervahom għal dawk il-każi fejn it-tibdil ikun raġonevoli filwaqt li jqis ukoll l-interess tal-konsumatur;", "- ir-regoli dwar iż-żamma temporanja tal-kontenut li jkun tħassar mill-konsumaturi.", "Dan il-kontenut jista' jinżamm f'każi speċifiċi – pereżempju għall-konformità ma' talba għal infurzar min-naħa ta' awtorità – u għal massimu ta' 90 jum fil-każ ta' raġunijiet tekniċi;", "- il-lingwaġġ li jiċċara d-dritt għal appell tal-utenti meta l-kontenut tagħhom jitneħħa.", "Il-passi li jmiss", "Facebook se jiffinalizza l-implimentazzjoni tal-impenji kollha sa mhux aktar tard minn tmiem Ġunju 2019.", "Il-Kummissjoni u n-netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi se jwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni.", "Jekk Facebook ma jissodisfax l-impenji tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur jistgħu jiddeċiedu li jirrikorru għal miżuri ta' infurzar, fosthom sanzjonijiet.", "Kuntest", "Ir-Regolament tal-UE dwar il-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi iservi bħala konnessjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur f'netwerk tal-infurzar pan-Ewropew.", "Abbażi ta' dan, awtorità nazzjonali f'pajjiż tal-UE tista' titlob l-assistenza tal-kontroparti tagħha f'pajjiż ieħor tal-UE biex twaqqaf ksur transfruntier tal-liġi tal-UE għall-konsumaturi.", "In-Netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi għamel valutazzjoni konġunta tat-termini ta' servizz ta' Facebook taħt il-koordinazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Kompetizzjoni, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Kontroll tal-Frodi Franċiż (id-DGCCRF) u talab lill-kumpanija, kif ukoll lil Twitter u Google+ biex itejbu għadd ta' termini kuntrattwali.", "Għal iktar informazzjoni", "Skeda informattiva dwar il-bidliet implimentati minn Facebook", "Stqarrija għall-istampa dwar l-eżitu tal-azzjoni tal-midja soċjali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2055", "title": "Is-Summit bejn l-UE u ċ-Ċina: Ibbilanċjar mill-ġdid tas-sħubija strateġika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Mon, 08 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-21 Summit bejn l-UE u ċ-Ċina seħħ fid-9 ta' April fi Brussell, u pprovda forum għal ħidma flimkien fl-ogħla livell u biex tiġi avvanzata r-relazzjoni fir-rigward tal-aġendi bilaterali u multilaterali.", "Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk irrappreżentaw lill-Unjoni Ewropea fis-Summit.", "Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kienet irrappreżentata mill-Premier Li Keqiang.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Federica Mogherini, u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, Jyrki Katainen, attendew is-Summit ukoll.", "“Fid-dinja tal-lum, is-sħubija tagħna hija iktar importanti minn qatt qabel.", "Aħna għandna l-istess twemmin li meta naħdmu flimkien nagħmlu d-dinja post aktar b'saħħtu, aktar sikur u aktar għani”, qal il-President Jean-Claude Juncker.", "“Bħala ħbieb tajbin, għandna nkunu onesti wkoll billi ngħidu li għadu ma sarx biżżejjed biex nimxu lejn relazzjoni ekonomika aktar bilanċjata u reċiproka jew biex inwettqu l-impenji li saru fis-Summit tas-sena li għaddiet f'Beijing, b'mod partikolari dwar il-kummerċ u l-investiment.", "L-Ewropa trid tinvesti aktar fiċ-Ċina – u tagħmel aktar kummerċ magħha.", "Iżda biex dan iseħħ hemm bżonn li jkun hemm ir-regoli li jippermettu lill-kummerċ u l-investiment jevolvu.", "Irridu naħdmu maċ-Ċina, għaliex nemmnu fil-potenzjal tas-sħubija tagħna.”", "Il-kummenti sħaħ tal-President Juncker waqt il-konferenza stampa konġunta ta' wara s-Summit huma disponibbli online.", "L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina ħarġu Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit.", "Approċċ tal-UE realistiku, assertiv u multidimensjonali", "Filwaqt li l-influwenza ekonomika u politika taċ-Ċina tagħmilha sieħeb vitali għall-Unjoni Ewropea, kif ukoll vice versa, hemm apprezzament dejjem jikber fl-Ewropa li l-bilanċ tal-isfidi u l-opportunitajiet ippreżentati miċ-Ċina nbidel.", "F'konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta dwar iċ-Ċina tax-xahar li għadda u d-diskussjoni fost il-mexxejja tal-UE matul id-diskussjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu, l-UE ssegwi approċċ realistiku u multidimensjonali bil-ħsieb li jiġu żgurati relazzjonijiet ġusti, bilanċjati u ta' benefiċċju reċiproku.", "L-UE se taħdem għal relazzjoni ekonomika aktar bilanċjata maċ-Ċina filwaqt li fl-istess ħin tfittex impenn akbar fi kwistjonijiet globali u multilaterali, inkluża r-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.", "Flimkien mad-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit, li turi l-firxa u l-profondità tal-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina, intlaħaq qbil dwar għadd ta' riżultati tanġibbli konkreti oħra waqt is-Summit, fosthom:", "Iż-żamma tas-sistema kummerċjali internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u t-tisħiħ tal-kummerċ u l-investiment bilaterali", "Fis-Summit, l-UE u ċ-Ċina kkonfermaw l-appoġġ sod tagħhom għas-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, trasparenti, nondiskriminatorja, miftuħa u inklużiva, bl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fil-qalba tagħha.", "Filwaqt li jibnu fuq il-ħidma tal-grupp ta' ħidma konġunt dwar ir-riforma tad-WTO stabbilit fis-summit tas-sena li għaddiet, se jintensifikaw id-diskussjonijiet bil-għan li jsaħħu r-regoli internazzjonali dwar is-sussidji industrijali.", "L-għan komuni ta' kooperazzjoni fil-kummerċ u l-investiment bilaterali bbażata fuq prinċipji kondiviżi, inkluż l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi, kien wieħed mis-suġġetti ewlenin diskussi.", "L-UE u ċ-Ċina tennew ir-rieda tagħhom li jipprovdu lil xulxin b'aċċess usa' u mhux diskriminatorju għas-suq.", "B'dan il-ħsieb, il-partijiet se jaħdmu b'ħeffa fuq numru ta' ostakli ewlenin għall-aċċess għas-suq qabel is-Summit li jmiss bejn l-UE u ċ-Ċina.", "Sar ukoll progress fin-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim ta' Investiment, li huwa prijorità ewlenija biex jinżamm ambjent tan-negozju miftuħ, prevedibbli, ġust u trasparenti għall-investituri Ewropej u Ċiniżi.", "Il-mexxejja impenjaw ruħhom li jiksbu progress deċiżiv biex jikkonkludu n-negozjati fl-2020.", "F'dan ir-rigward, huma stabbilixxew ukoll mekkaniżmu politiku biex jimmonitorjaw kontinwament il-progress fin-negozjati.", "Bi ftehim proviżorju milħuq dwar it-test tal-ftehim dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (IĠ) u dwar il-protezzjoni għall-maġġoranza tal-ismijiet tal-IĠ, il-Mexxejja impenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien biex isolvu l-kwistjonijiet li fadal biex jiġu konklużi n-negozjati fl-2019.", "L-UE u ċ-Ċina qablu li l-kapaċità żejda tal-azzar għadha sfida globali li teħtieġ reazzjonijiet kollettivi.", "Għal dan il-għan, l-UE u ċ-Ċina se jkomplu l-komunikazzjoni fil-Forum Globali dwar il-Kapaċità Eċċessiva tal-Azzar, qabel ir-rapport sostantiv sa Ġunju 2019.", "L-UE u ċ-Ċina ffirmaw Memorandum ta' Qbil dwar djalogu fil-qasam tal-Kontroll tal-Għajnuna mill-Istat u r-Rieżami tal-Kompetizzjoni Ġusta, li jikkonferma mill-ġdid Memorandum ta' Qbil li ġie ffirmat fl-2017.", "Id-djalogu dwar l-għajnuna mill-Istat huwa mekkaniżmu ta' konsultazzjoni, kooperazzjoni u trasparenza bejn iċ-Ċina u l-UE fil-qasam tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.", "Dan id-djalogu se jkompli jmexxi 'l quddiem l-interess reċiproku u l-ħidma konġunta tal-UE u taċ-Ċina għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni globali ġusta.", "Huwa wkoll parti mill-istrateġija usa' tal-Kummissjoni sabiex tindirizza d-distorsjoni li l-politiki nazzjonali tas-sussidji jikkawżaw fuq il-kundizzjonijiet globali ekwi li bihom il-kumpaniji jistgħu jikkompetu fuq il-merti tagħhom.", "Il-Ftehim dwar it-Termini ta' Referenza tad-Djalogu dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina, miftiehem ukoll illum, se jieħu post żewġ dokumenti preċedenti ffirmati mill-UE u ċ-Ċina sabiex jiġu ffaċilitati talbiet għall-investigazzjoni ta' allegata mġiba antikompetittiva.", "Il-Ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-UE u ċ-Ċina għandhom interess komuni li jimminimizzaw kull effett negattiv potenzjali tal-attivitajiet ta' infurzar fuq l-interessi ta' xulxin.", "Nindirizzaw l-isfidi globali u reġjonali flimkien", "Lil hinn mill-kummerċ u l-investiment, iċ-Ċina għandha r-responsabbiltà li tikkontribwixxi għal ordni globali bbażat fuq ir-regoli, li jista' jkun deċiżiv biex jiżgura rispons multilaterali effettiv għall-isfidi globali.", "Il-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina diġà wriet li hija kruċjali, mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima sas-sostenn għall-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt dwar il-programm nukleari tal-Iran.", "Wara d-Djalogu Strateġiku ta' Livell Għoli, kopresedut mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President, Federica Mogherini u l-Kunsillier tal-Istat Ċiniż, Wang Yi, kif ukoll id-diskussjoni bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Kunsillier tal-Istat Wang dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina fit-18 ta' Marzu, il-mexxejja organizzaw diskussjonijiet produttivi dwar il-kooperazzjoni barranija u tas-sigurtà u s-sitwazzjoni fil-viċinati rispettivi tagħhom.", "Modi biex tiġi appoġġjata soluzzjoni paċifika fuq il-Peniżola Koreana; it-tkomplija ta' implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-ftehim nukleari mal-Iran; ħidma konġunta u koordinata fuq il-proċess ta' paċi fl-Afganistan; u s-sitwazzjoni fl-Ukraina kollha ġew indirizzati.", "Il-mexxejja ddiskutew ukoll sfidi oħra barranin u ta' sigurtà, bħal dawk fil-Venezwela u fl-Afrika.", "L-UE fakkret l-importanza tal-applikazzjoni tad-dritt internazzjonali u l-kooperazzjoni kontra attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, inkluż is-serq ta' proprjetà intellettwali permezz tal-ICT, għal ċiberspazju miftuħ, stabbli u sigur.", "Is-Summit irrikonoxxa wkoll li n-netwerks 5G se jipprovdu s-sinsla għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali futur.", "Fis-26 ta' Marzu l-Kummissjoni rrakkomandat li meta jiskjeraw in-networks tal-5G l-Istati Membri kollha jwettqu valutazzjoni tar-riskju sħiħa u jieħdu l-miżuri tas-sigurtà xierqa.", "Ir-rakkomandazzjoni għandha wkoll l-għan li tibni approċċ koordinat tal-UE kemm għall-valutazzjoni kif ukoll għall-ġestjoni tar-riskju.", "Hija ma għandhiex fil-mira tagħha kumpaniji jew pajjiżi speċifiċi.", "Il-protezzjoni u t-titjib tad-drittijiet tal-bniedem qegħdin fil-qalba tal-Unjoni Ewropea u tas-sħubijiet globali tagħha u għalhekk il-Mexxejja indirizzaw ukoll kwistjonijiet bħal dawn, ġimgħa wara li l-UE u ċ-Ċina kellhom l-aħħar Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Il-mexxejja ddiskutew il-potenzjal enormi biex ikomplu jgħaqqdu l-Ewropa u l-Asja b'mod sostenibbli u bbażat fuq il-prinċipji tas-suq.", "Filwaqt li jibnu fuq ir-raba' laqgħa tal-Pjattaforma ta' Konnettività bejn l-UE u ċ-Ċina, li saret fil-marġini tas-Summit, l-UE u ċ-Ċina eżaminaw modi biex joħolqu sinerġiji bejn l-approċċ tal-UE għall-konnettività, inkluż in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, u l-Inizjattiva “Belt and Road” taċ-Ċina.", "Il-mexxejja impenjaw ruħhom favur il-ftuħ, it-trasparenza u kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tal-konnettività infrastrutturali, kif ukoll l-implimentazzjoni, li tagħti benefiċċju reċiproku, tal-proġetti tal-Pjattaforma ta' Konnettività bejn l-UE u ċ-Ċina.", "Il-mexxejja laqgħu wkoll il-ftehim li ntlaħaq taħt il-Pjattaforma tal-Konnettività dwar it-Termini ta' Referenza għal Studju Konġunt biex jiġu identifikati l-aktar kurituri tat-trasport sostenibbli ibbażati fuq il-ferrovija bejn l-Ewropa u ċ-Ċina.", "L-UE u ċ-Ċina jmexxu t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa lejn l-ilħuq tal-għanijiet skont il-Ftehim ta' Pariġi.", "Il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, Miguel Arias Cañete, u l-kontroparti Ċiniż tiegħu, Zhang Jianhua, l-Amministratur tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Enerġija Ċiniża, iffirmaw, fil-marġini tas-Summit, Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Implimentazzjoni tal-Kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina dwar l-Enerġija li se tipprovdi qafas għall-approfondiment u l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina fil-qasam tal-enerġija.", "Il-kooperazzjoni se tkopri l-espansjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, l-iżvilupp ta' swieq u sistemi tal-enerġija, kif ukoll involviment akbar għall-kumpaniji fis-settur tal-enerġija bbażat fuq skambju ugwali u opportunitajiet ta' negozju reċiproċi.", "Għadd ta' laqgħat oħra ta' livell għoli seħħew fil-marġini tas-summit, inkluż ir-Raba' Djalogu dwar il-Kooperazzjoni fl-Innovazzjoni, kopresedut minn Carlos Moedas, il-Kummissarju għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, u Wang Zhigang, il-Ministru Ċiniż għax-Xjenza u t-Teknoloġija.", "L-UE u ċ-Ċina se jiżviluppaw pjan direzzjonali konġunt biex jarrikkixxu u jibbilanċjaw il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li d-Djalogu ffoka wkoll fuq il-kundizzjonijiet qafas għall-kooperazzjoni, inkluż il-ftuħ reċiproku tal-programmi rispettivi tar-riċerka u innovazzjoni.", "Id-Djalogu dwar il-Politika Reġjonali u Urbana, kopresedut mill-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, Corina Crețu, u l-Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma, Luo Wen, se jsir għada.", "Huma se jiddiskutu modi biex titkabbar il-kooperazzjoni li tinsab għaddejja għall-innovazzjoni, l-appoġġ għan-negozji ġodda u n-negozji żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll it-tranżizzjoni industrijali.", "Għal dan il-għan, l-UE u ċ-Ċina dalwaqt se jniedu studju konġunt li jqabbel l-approċċ tal-UE għall-innovazzjoni reġjonali (“speċjalizzazzjoni intelliġenti”) u l-istrateġiji tal-innovazzjoni rilevanti miċ-Ċina, sabiex jiġu identifikati oqsma ta' kooperazzjoni futura f'dan il-qasam.", "Aktar informazzjoni", "Dikjarazzjoni konġunta wara l-21 Summit bejn l-UE u ċ-Ċina", "Kummenti tal-President Jean-Claude Juncker fil-konferenza stampa wara l-21 Summit bejn l-UE u ċ-Ċina", "Is-sit web tas-Summit bejn l-UE u ċ-Ċina", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina", "Is-sit web tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċina"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1893", "title": "Intelliġenza artifiċjali: Il-Kummissjoni tmexxi 'l quddiem il-ħidma tagħha fuq il-linji gwida dwar l-etika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Sun, 07 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum qed tippreżenta l-passi li jmiss biex tinbena l-fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali billi tmexxi 'l quddiem il-ħidma tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli.", "Filwaqt li tibni fuq il-ħidma tal-grupp ta' esperti indipendenti maħtura f'Ġunju 2018, il-Kummissjoni llum qed tniedi fażi pilota biex tiżgura li l-linji gwida dwar l-etika għall-iżvilupp u l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) ikunu jistgħu jiġu implimentati fil-prattika.", "Il-Kummissjoni tistieden lill-industrija, lill-istituti ta' riċerka u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jittestjaw il-lista ta' valutazzjoni dettaljata abbozzata mill-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, li tikkomplementa l-linji gwida.", "Il-pjanijiet tal-lum jistgħu jiġu implimentati fi ħdan l-istrateġija tal-IA ppreżentata mill-Kummissjoni f'April 2018, li għandha l-għan li żżid l-investimenti pubbliċi u privati għal mill-inqas €20 biljun fis-sena matul l-għaxar snin li ġejjin, billi tagħmel aktar data disponibbli, trawwem it-talent u tiżgura l-fiduċja.", "Il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali Andrus Ansip qal: “Napprezza l-ħidma tal-esperti indipendenti tagħna.", "Id-dimensjoni etika tal-IA mhijiex xi ħaġa ta' lussu jew xi ħaġa żejda.", "Huwa biss bil-fiduċja li s-soċjetà tagħna tkun tista' tibbenefika bis-sħiħ mit-teknoloġiji.", "L-IA etika hija proposta fejn kulħadd jirbaħ, li tista' ssir vantaġġ kompetittiv għall-Ewropa: li tkun il-mexxejja tal-IA ċċentrata fuq il-bniedem li n-nies jistgħu jafdaw.”", "Il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, Mariya Gabriel, żiedet: “Illum qed nieħdu pass importanti ‘' quddiem lejn IA etika u sikura fl-UE.", "Issa għandna bażi soda bbażata fuq il-valuri tal-UE li ġejja wara impenn estensiv u kostruttiv minn ħafna partijiet ikkonċernati inklużi n-negozji, l-akkademja u s-soċjetà ċivili.", "Issa se nqiegħdu dawn ir-rekwiżiti fil-prattika u fl-istess ħin se nrawmu diskussjoni internazzjonali dwar l-IA ċċentrata fuq il-bniedem.”", "L-intelliġenza artifiċjali (IA) tista' tkun ta' benefiċċju għal firxa wiesgħa ta' setturi, bħall-kura tas-saħħa, il-konsum tal-enerġija, is-sikurezza tal-karozzi, il-biedja, it-tibdil fil-klima u l-ġestjoni tar-riskju finanzjarju.", "L-IA tista' tgħin ukoll biex jiġu identifikati theddidiet ta' frodi u ta' ċibersigurtà, u tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiġġieldu l-kriminalità b'mod aktar effiċjenti.", "Madankollu, l-IA ġġib ukoll sfidi ġodda għall-futur tax-xogħol, u tqajjem mistoqsijiet legali u etiċi.", "Il-Kummissjoni qed tieħu approċċ ta' tliet stadji: l-iffissar ta' rekwiżiti ewlenin għal IA affidabbli, it-tnedija ta' proċess pilota fuq skala kbira għall-feedback mill-partijiet ikkonċernati, u l-ħidma għall-iżvilupp ta' kunsens internazzjonali favur IA ċċentrata fuq il-bniedem.", "1.", "Seba' affarijiet essenzjali għall-kisba ta' IA affidabbli", "Biex tkun affidabbli, jenħtieġ li l-IA tirrispetta l-liġijiet u r-regolamenti kollha applikabbli, kif ukoll serje ta' rekwiżiti; il-listi tal-valutazzjoni speċifiċi għandhom l-għan li jgħinu jivverifikaw l-applikazzjoni ta' kull wieħed mir-rekwiżiti ewlenin:", "2.", "Proġett pilota fuq skala kbira mas-sħab", "Fis-sajf tal-2019, il-Kummissjoni se tniedi fażi pilota li tinvolvi firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati.", "Illum, il-kumpaniji, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet diġà jistgħu jaderixxu mal-Alleanza Ewropea għall-IA u jirċievu notifika meta tibda l-fażi pilota.", "Barra minn hekk, membri tal-grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar l-IA se jgħinu jippreżentaw u jispjegaw il-linji gwida lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-Istati Membri.", "3.", "Żvilupp ta' kunsens internazzjonali għal IA ċċentrata fuq il-bniedem", "Il-Kummissjoni trid iġġib dan l-approċċ lejn l-etika fl-IA għal-livell dinji għaliex it-teknoloġiji, id-data u l-algoritmi ma jafu l-ebda fruntiera.", "Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma' sħab li jaqsmu l-istess ħsieb bħall-Ġappun, il-Kanada jew Singapor u se tkompli jkollha rwol attiv f'diskussjonijiet u inizjattivi internazzjonali, inklużi l-G7 u l-G20.", "Il-fażi pilota se tinvolvi wkoll kumpaniji minn pajjiżi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Passi li jmiss", "Il-membri tal-grupp ta' esperti tal-IA se jippreżentaw il-ħidma tagħhom fid-dettall waqt it-tielet ,Jum Diġitali fi Brussell fid-9 ta' April.", "Wara l-fażi pilota, fil-bidu tal-2020, il-grupp ta' esperti tal-IA se jirrevedi l-listi ta' valutazzjoni għar-rekwiżiti ewlenin, filwaqt li jibni fuq ir-rispons li jkun irċeva.", "Fuq il-bażi ta' din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni se tevalwa r-riżultat u tipproponi l-passi li jmiss.", "Barra minn hekk, sabiex tiżgura l-iżvilupp etiku tal-IA, sal-ħarifa tal-2019, il-Kummissjoni se: tniedi sett ta' netwerks ta' ċentri ta' eċċellenza fir-riċerka dwar l-IA; tibda twaqqaf netwerks ta' ċentri ta' innovazzjoni diġitali; u flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati, se tniedi diskussjonijiet biex jiġi żviluppat u implimentat mudell għall-kondiviżjoni tad-data u jsir l-aħjar użu tal-ispazji komuni tad-data.", "Kuntest Il-Kummissjoni qed tiffaċilita u ttejjeb il-kooperazzjoni fil-qasam tal-IA fl-UE kollha biex issaħħaħ il-kompetittività tagħha u biex tiżgura l-fiduċja bbażata fuq il-valuri tal-UE.", "Wara l-istrateġija Ewropea dwar l-IA tagħha, ippubblikata f'April 2018, il-Kummissjoni waqqfet il-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-IA, li jikkonsisti minn 52 espert indipendenti li jirrappreżentaw l-akkademiċi, l-industrija u s-soċjetà ċivili.", "Dawn ippubblikaw l-ewwel abbozz tal-linji gwida dwar l-etika f'Diċembru 2018, segwit minn konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u laqgħat ma' rappreżentanti mill-Istati Membri biex jiġbru l-feedback.", "Dan isegwi l-pjan ikkoordinat mal-Istati Membri biex jitħeġġu l-iżvilupp u l-użu tal-IA fl-Ewropa, li kien ippreżentat ukoll f'Diċembru 2018.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni: “Il-bini tal-fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem”", "Il-linji gwida dwar l-etika tal-IA", "Skeda informattiva dwar l-intelliġenza artifiċjali", "Il-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-IA", "Alleanza Ewropea għall-IA", "Intelliġenza Artifiċjali: Perspettiva Ewropea", "AI Watch"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_3603", "title": "L-Unjoni Ewropea minn ta' quddiem fl-azzjonijiet globali favur governanza aħjar tal-oċeani", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,EEAS,DEVEL,MARAFFISH", "date": "Thu, 05 Oct 2017 22:00:00 GMT", "text": ["F'konferenza ospitata mill-Unjoni Ewropea f'Malta, ġew impenjati aktar minn sitt biljun ewro minn atturi pubbliċi u privati għat-titjib fil-ġestjoni tal-oċeani tagħna.", "Waqt il-Konferenza “Our Ocean 2017” f'Malta, ospitata minn Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-UE, u minn Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret inizjattivi ffinanzjati mill-UE li jammontaw għal aktar minn €550 miljun, sabiex jaffrontaw l-isfidi tal-oċeani dinjija.", "L-impenji mħabbra f'Malta, meħuda mill-Kummissjoni u minn atturi pubbliċi u privati oħra minn 112-il pajjiż madwar id-dinja, laħqu 'l fuq minn €6 biljun.", "Dawn ir-riżorsi se jiġu investiti biex jintensifikaw il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar, biex jitkabbru ż-żoni protetti, biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-oċeani, biex jitrawmu inizjattivi tal-ekonomija blu u tas-sajd sostenibbli, u biex jitkattru l-isforzi tal-UE kontra t-tibdil fil-klima, bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-qafas tal-Aġenda 2030.", "Il-parteċipanti ħabbru wkoll il-ħolqien ta' Żoni Protetti tal-Baħar ġodda li jkopru iktar minn 2.5 miljun km2, jew iktar minn nofs id-daqs tal-Unjoni Ewropea kollha.", "Il-lista sħiħa ta' aktar minn 400 impenn (36 mill-UE, aktar minn 200 mill-gvernijiet ta' pajjiżi terzi, aktar minn 100 minn negozji, u oħrajn minn NGOs, minn fondazzjonijiet, minn istituti tar-riċerka u minn organizzazzjonijiet internazzjonali) hija disponibbli fuq l-internet.", "Frans Timmermans, l-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, stqarr: “B'wegħdiet konkreti, il-Kummissjoni Ewropea wriet l-impenn qawwi tagħha favur is-sostenibbiltà, is-sigurtà u l-prosperità tal-oċeani tagħna.", "Jekk l-oċeani jinsabu f'periklu, ifisser li aħna ninsabu f'periklu wkoll.", "L-oċeani jgħajxu l-pjaneta u l-popli tagħna, u jikkollegawna ma' sħabna mad-dinja kollha.”", "Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-UE, qalet: “Il-baħar huwa ġid komuni globali.", "Nistgħu ngħidu “Our Ocean” għaliex jappartjeni għall-umanità, għal kull bniedem.", "Aħna għandna r-responsabbiltà li nikkonservaw il-ġid komuni – nikkonservawh bħal teżor u nevitaw li jinbidel f'theddida.", "L-Unjoni Ewropea temmen li dinja globalizzata teħtieġ governanza dinjija iktar kooperattiva.", "Aħna nemmnu fis-setgħa tad-diplomazija u ninvestu fiha, nemmnu u ninvestu fis-setgħa ta' regoli komuni u ta' istituzzjonijiet internazzjonali.", "U huwa diffiċli, effettivament impossibbli, nimmaġinaw governanza dinjija mingħajr governanza kooperattiva tal-oċeani.", "Il-Kummissarju Karmenu Vella stqarr: “Tliet snin ilu, il-President Juncker talabni niddefinixxi r-rwol globali tal-UE fir-rigward tal-oċeani.", "Naħseb li ksibna flimkien ir-riżultati mixtieqa.", "Il-politiki tagħna fuq l-art, bħall-impenn tagħna favur l-ekonomija ċirkolari u t-tnaqqis tal-iskart tal-plastik; kif ukoll fuq il-baħar, kontra t-tniġġis tal-baħar, favur iż-żoni protetti, u l-isfruttar tal-enerġija nadifa mill-oċeani huma turija ċara tas-suċċess tagħna.", "L-Unjoni Ewropea qiegħda tikseb ir-rispett u qiegħda tnebbaħ l-azzjoni mal-pjaneta kollha.”", "Il-Kummissarju Neven Mimica stqarr: “Dawn il-jumejn taw ir-riżultati mixtieqa rigward l-impenji tagħna fir-rigward tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli għall-oċeani.", "Is-sajjieda fuq skala żgħira mad-dinja kollha għandhom opportunitajiet aħjar biex jistadu b'mod sikur, legali u sostenibbli.", "Il-ktajjen alimentari huma aktar siguri.", "Iż-żoni kostali huma aktar protetti.", "Qegħdin nieħdu azzjoni fuq l-isfida tat-tibdil fil-klima.", "Għal ħafna mill-pajjiżi sħabna f'fażi ta' żvilupp, il-governanza sostenibbli tal-oċeani hija kwistjoni ta' sopravvivenza.", "Fadlilna x'naqdfu, iżda qed inbaħħru fid-direzzjoni t-tajba.”", "Il-Konferenza “Our Ocean” laqqgħet atturi pubbliċi u privati minn sitt kontinenti, li impenjaw ruħhom kollettivament fuq it-titjib tal-governanza tal-oċeani u l-użu sostenibbli tal-oċeani.", "L-impenji meħuda mill-UE jmorru ħafna lil hinn mir-reġjun ġeografiku tagħha, sabiex jappoġġjaw l-użu internazzjonali sostenibbli tal-oċeani fid-dinja kollha, b'enfasi partikulari fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.", "Għall-ewwel darba, il-Konferenza ġabret impenji sinifikanti mis-settur privat, inkluż minn Airbus, Unilever, Procter & Gamble, PepsiCo, Marks & Spencer, Carrefour, Royal Caribbean Cruises, AXA u Sky fost l-oħrajn.", "L-impenji se jiġu ttraċċjati, u se jiġu rappurtati fil-Konferenza “Our Ocean” li jmiss, li se tittella' fl-Indoneżja fl-2018.", "Kuntest", "Il-konferenzi “Our Ocean” preċedenti, ospitati mill-gvernijiet tal-Istati Uniti (2014, 2016) u taċ-Ċilì (2015), raw firxa wiesgħa ta' impenji u biljuni ta' ewro mwiegħda.", "Il-Konferenza “Our Ocean 2017” ittrattat it-temi taż-żoni protetti tal-baħar, is-sajd sostenibbli, it-tniġġis tal-baħar, u t-tibdil fil-klima.", "Din is-sena, il-Kummissjoni daħħlet it-temi tal-ekonomija blu u tas-sigurtà marittima.", "Il-konferenza “Our Ocean” wasslet biex parteċipanti mid-dinja kollha ħadu impenji sinifikanti.", "B'enfasi fuq impenn, sħubija u azzjoni ta' livell għoli, l-UE tkompli tmexxi sforzi internazzjonali oħra, fosthom l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-qafas tal-Aġenda 2030.", "Il-konferenza tikkomplementa wkoll l-inizjattiva tal-UE għall-governanza internazzjonali tal-oċeani, li fasslet aġenda għall-ġejjieni tal-oċeani madwar id-dinja, bil-proposta ta' 50 azzjoni konkreta.", "Għal aktar tagħrif", "Is-sit web ta' Our Ocean 2017", "Skeda informattiva: L-UE minn ta' quddiem b'azzjoni ambizzjuża għal ibħra aktar nodfa u aktar sikuri", "MEMO: L-Unjoni Ewropea tiġġenera azzjoni globali għall-oċeani tagħna"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_3604", "title": "L-Unjoni Ewropea tiġġenera azzjoni globali għall-oċeani tagħna", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,EEAS,DEVEL,MARAFFISH", "date": "Thu, 05 Oct 2017 22:00:00 GMT", "text": ["F'konferenza ospitata mill-UE f'Malta, tħabbar l-impenn ta' aktar minn sitt biljun ewro minn atturi pubbliċi u privati sabiex ikun hemm ġestjoni aħjar ta' 70 % tal-pjaneta – l-oċeani tagħna.", "L-oċeani jkopru iktar minn 70 % tal-pjaneta.", "Jipproduċu l-biċċa l-kbira mill-ossiġnu li minnu niġbdu n-nifs, u jassorbu 30 % mill-karbonju li nemettu.", "Fid-dinja kollha, tliet biljun ruħ jiddependu fuq l-oċeani għall-għajxien tagħhom.", "Biljun ruħ iserrħu fuq l-ikel mill-baħar bħala s-sors ewlieni tagħhom ta' proteina tal-annimali.", "Iżda hemm għad ta' theddidiet għall-oċeani, fosthom it-tniġġis, it-tibdil fil-klima, is-sajd eċċessiv, u l-attivitajiet kriminali fuq il-baħar.", "Il-konferenzi “Our Ocean” huma tweġiba għal dawn l-isfidi li kulma jmur qed jikbru.", "Bi tħejjija għall-konferenza ta' din is-sena, l-UE ilha taħdem b'suċċess mal-gvernijiet, ma' kumpaniji privati u ma' organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ minn firxa wiesgħa ta' setturi, bil-għan li tħeġġeġ impenji ambizzjużi ta' azzjoni u li jistgħu jitkejlu, u li jvarjaw minn approċċi żgħar iżda innovattivi u bi potenzjal kbir, għal proġetti globali fuq skala industrijali.", "Eżempji ta' impenji", "It-tniġġis tal-baħar huwa problema kolossali, b'iktar minn 10 miljun tunnellata skart jispiċċa fil-baħar kull sena.", "Hemm ċans li qabel l-2050, l-oċeani jkun fihom aktar plastik milli ħut.", "Fost il-ħafna inizjattivi proposti fil-konferenza ospitata mill-UE, kien hemm dawn li ġejjin:", "Il-ħarsien tal-baħar - Bħalissa inqas minn 5 % taż-żoni marini u kostali fid-dinja jinsabu protetti bil-liġi, u saħansitra għal dawk il-5 % il-liġi mhux dejjem tiġi infurzata.", "Madankollu, ir-4a' konferenza “Our Ocean” ħolqot ritmu tajjeb u progress importanti lejn il-mira tan-NU li sal-2020 ikunu protetti 10 % mill-oċeani dinjija.", "Is-sigurtà marittima hija s-sies tal-kummerċ u tal-prosperità globali, iżda tinsab mhedda – mid-diżastri naturali, mill-piraterija, mit-traffikar u mill-kunflitt armat.", "Il-konferenza mmexxija mill-UE meddet pass sinifikanti 'l quddiem lejn ibħra inqas perikolużi.", "Huwa mistenni li l-ekonomija blu sostenibbli tirdoppja sal-2030, mill-istima ta' €1.3 triljun tal-lum.", "L-UE żiedet din it-tema mal-edizzjoni ta' din is-sena tal-konferenza “Our Ocean”, bil-għan li tħeġġeġ sinerġiji iktar qawwijin bejn soluzzjonijiet sostenibbli u ċirkolari għall-oċeani, tkabbir ekonomiku u impjieg, inkluż f'komunitajiet kostali f'fażi ta' żvilupp.", "Is-sajd sostenibbli huwa prerekwiżit għall-aċċess kontinwu għal ikel mill-baħar suffiċjenti u bnin għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "It-tibdil fil-klima għandu konsegwenzi diretti għall-aħħar għall-oċeani, fost l-iktar allarmanti minnhom il-livelli tal-baħar dejjem telgħin u l-aċidifikazzjoni li kulma jmur qed tiżdied.", "L-impenji kollha f'din il-lista huma biss eżempji.", "Il-lista sħiħa tal-impenji li saru matul il-konferenza “Our Ocean” tal-2017 tinsab hawn.", "Kuntest", "Mill-2014 'il quddiem, parteċipanti ta' livell għoli ta' aktar minn [100] pajjiż attendew il-konferenzi “Our Ocean” (ospitati mill-Gvernijiet tal-Istati Uniti fl-2014 u fl-2016, taċ-Ċilì fl-2015, u din is-sena mill-Unjoni Ewropea f'Malta), fosthom Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern u ministri, u kumpaniji li jvarjaw mill-industrija l-kbira tas-sajd sas-settur tas-sajd tradizzjonali, kif ukoll kumpaniji teknoloġiċi minn Silicon Valley, NGOs u organizzazzjonijiet filantropiċi.", "Dawn il-parteċipanti ħabbru 'l fuq minn 700 impenn konkret u li jista' jitkejjel u jiġi ttraċċjat.", "Il-konferenza tas-sena d-dieħla se tkun ospitata mill-Indoneżja, u dik tal-2019 min-Norveġja.", "Għal aktar tagħrif", "Is-sit web u xandira diretta ta' Our Ocean 2017", "L-impenji ta' Our Ocean 2017", "Iċ-ċentru tal-midja ta' Our Ocean 2017 (eż. b'infografiki dwar it-temi kollha ta' “Our Ocean”).", "Skeda informattiva: L-UE minn ta' quddiem b'azzjoni ambizzjuża għal ibħra aktar nodfa u aktar sikuri"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_3585", "title": "Il-Kummissjoni tadotta inizjattiva li tagħtu spinta lill-apprendistati fl-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=EURSO,JOBGIC,ESAI", "date": "Wed, 04 Oct 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tadotta inizjattiva li tagħtu spinta lill-apprendistati fl-Ewropa", "Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Qafas Ewropew għal Apprendistati Effettivi u ta' Kwalità.", "Din l-inizjattiva, fil-forma ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, hija parti mill-Aġenda l-Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, imnedija f'Ġunju 2016.", "Torbot ukoll mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jipprevedi d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja inklużivi u ta' kwalità.", "Abbażi ta' konsultazzjoni wiesgħa, Ir-rakkomandazzjoni tidentifika 14-il kriterju ewlieni li l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għandhom jużaw biex jiżviluppaw apprendistati effettivi u ta' kwalità.", "Din l-inizjattiva se tikkontribwixxi sabiex iżżid l-impjegabbiltà u l-iżvilupp personali tal-apprendisti u b'hekk se tikkontribwixxi għal forza tax-xogħol b'ħiliet speċjalizzati u kwalifikati reattivi għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President għall-Euro u d-Djalogu Soċjali, responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali: \"L-apprendistat huwa ta' spiss meħtieġ għal persuna żagħżugħa biex tingħata spinta lejn il-karriera tagħha.", "Illum qed noħorġu bi proposti biex inkomplu ntejbu din esperjenza ta' taħriġ ta' valur, u b'hekk jibbenefikaw minnha kemm l-istudenti kif ukoll l-impjegaturi.", "Filwaqt li nirrispettaw id-diversità tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Istati Membri, l-għan aħħari tagħna huwa li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.”", "Jyrki Katainen, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Bil-provvediment ta' ħolqiet diretti bejn it-teorija u l-prattika, bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, l-apprendistati effettivi u ta' kwalità huma modi konkreti kif ngħinu liż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jkunu sodi f'ħajjithom, filwaqt li jissaħħaħ il-kapital uman tal-Ewropa.", "Dan min-naħa tiegħu huwa kruċjali biex tingħata spinta lill-kompetittività tas-soċjetajiet u lill-ekonomiji tagħna.”", "Marianne Thyssen, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, qalet: “Irridu niżguraw li ż-żgħażagħ jitgħallmu l-ħiliet li jeħtieġu biex jaħdmu.", "L-apprendistati huma l-‘Gold Standard' fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.", "Tnejn minn tliet apprendisti jiġu impjegati direttament wara li jispiċċaw l-edukazzjoni tagħhom.", "Bil-qafas il-ġdid tal-lum, qed niddefinixxu dak li permezz tiegħu l-apprendistati jibbrillaw.", "Ladarba jiġi adottat, il-qafas se jiżgura li kemm l-istudenti kif ukoll min iħaddem jibbenefikaw minn apprendistati ta' kwalità.”", "Li jevalwa l-kwalità u l-effikaċja ta' apprendistat, settijiet ta' Qafas propost mis-seba' kriterji tat-tagħlim u l-kundizzjonijiet tax-xogħol:", "(1) Kuntratt bil-miktub; (2) Riżultati tat-tagħlim; (3) Appoġġ pedagoġiku; (4) Komponent tal-post tax-xogħol; (5) Ħlas u/jew kumpens; (6) Protezzjoni soċjali; (7) Kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza.", "Il-Qafas jipproponi wkoll seba' kriterji għall-kundizzjonijiet ta' qafas:", "(8) Qafas regolatorju; (9) Involviment tas-sħab soċjali; (10) Appoġġ għall-kumpaniji; (11) Mogħdijiet flessibbli u mobilità; (12) Gwida u sensibilizzazzjoni dwar il-karrieri; (13) Trasparenza; (14) Assigurazzjoni tal-kwalità u traċċar tal-lawreati.", "Il-Kummissjoni tappoġġa l-implimentazzjoni ta' dawn il-kriterji permezz ta' finanzjament rilevanti tal-UE.", "Il-Fond Soċjali Ewropew waħdu jikkontribwixxi sa EUR 27 biljun għall-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-UE tappoġġa wkoll l-apprendistati permezz ta' diversi strumenti oħra.", "L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati s'issa mmobilizzat aktar minn 750,000 post għaż-żgħażagħ.", "Skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ diġà ġew offruti mill-inqas 390,000 apprendistat, peress li l-apprendistat huwa wieħed mill-erba' għażliet li huma offruti liż-żgħażagħ wara erba' xhur qiegħda.", "Erasmus+ jappoġġa l-mobilità tal-apprendisti, inkluża inizjattiiva ġdida ta' ErasmusPro mmirata biex tappoġġa 50,000 kollokament ta' studenti vokazzjonali f'kumpaniji barra minn pajjiżhom għall-perjodu 2018-2020.", "Hekk kif l-isforzi qed iħallu l-frott tagħhom bl-espansjoni tal-provvista tal-apprendistati, huwa importanti ferm li wieħed ikun jaf x'inhuma l-kriterji ta' suċċess.", "Dan huwa dak li jipprovdi l-Qafas il-ġdid.", "Il-passi li jmiss", "Il-proposta se tiġi diskussa mill-Istati Membri, bil-ħsieb li tiġi adottata mill-Kunsill.", "Il-Kummissjoni qed tħejji sett ġdid ta' servizzi ta' appoġġ biex jgħinu lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati jimplimentaw dan il-Qafas permezz ta' attivitajiet qsim ta' għarfien, netwerking u tagħlim bejn il-pari.", "Din l-inizjattiva se tiġi promossa wkoll permezz tal-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati u l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni bħall-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali, li se tittella' għat-tieni sena bejn l-20 u l-24 ta' Novembru 2017.", "Kuntest", "L-apprendistati, li huma taħlita ta' tagħlim fl-iskola u taħriġ fuq il-post tax-xogħol, jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol.", "Illum, hemm madwar 3.7 miljun apprendistat fl-Ewropa.", "Dan jitqabbel ma' madwar 20 miljun student universitarju.", "Xi Stati Membri għandhom tradizzjoni twila ħafna u effettiva tal-apprendistati.", "Oħrajn għadhom qegħdin fil-proċess li jistabbilixxu jew isaħħu s-sistemi tal-apprendistati tagħhom.", "B'mod ġenerali, bejn 60 u 70% tal-apprendisti jidħlu f'impjieg direttament wara l-apprendistat tagħhom, u f'xi każijiet din iċ-ċifra titla' għal 90%.", "Il-proposta għal Qafas Ewropew għal Apprendistati Effettivi u ta' Kwalità tikkontribwixxi għall-prijorità tal-UE dwar l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment u tirrispetta d-diversità tas-sistemi nazzjonali.", "Hija tagħmel parti mill-Aġenda l-Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u l-ambizzjoni tagħha li ttejjeb il-kwalità u r-relevanza tat-tiswir tal-ħiliet.", "Waħda mill-prijoritajiet hija li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jsiru l-ewwel għażla ġenwina għal aktar nies.", "Qed titpoġġa enfasi partikolari fuq l-adozzjoni mill-SMEs, li f'ħafna pajjiżi rriżultaw bħala fattur ewlieni ta' suċċess.", "Din il-proposta qed issir fil-kuntest tal-politika tad-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017, fejn il-mexxejja Ewropej wiegħdu li jaħdmu lejn “Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aqwa edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjiegi mal-kontinent kollu”.", "L-inizjattiva tikkontribwixxi wkoll għat-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li bħala l-ewwel prinċipju tiegħu jiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja inklużivi u ta' kwalità.", "L-inizjattiva proposta hi wkoll segwitu għall-Komunikazzjoni tal-2016 Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa, li fiha l-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi dan il-Qafas għall-Apprendistati.", "Barra minn hekk, din l-inizjattiva qed tkompli tibni fuq il-kontributi importanti tas-Sħab Soċjali Ewropej.", "Din l-inizjattiva tikkomplementa l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV), jiġifieri l-Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships eżistenti.", "Matul dawn l-aħħar tliet snin, il-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas b'rata aktar mgħaġġla mir-rata ġenerali tal-qgħad minn 21.4% fl-2014 għal 16.7%, iżda din xorta għadha ferm ogħla mill-medja tal-UE (7.6% f'Awwissu 2017).", "Aktar informazzjoni", "Inizjattiva li tagħtu spinta lill-apprendistati fl-Ewropa", "MEMO/17/3586: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Abbona għall-bulettin dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea mibgħut b'xejn bil-posta elettronika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_17_3588", "title": "L-UE minn ta' quddiem b'azzjoni ambizzjuża għal ibħra aktar nodfa u aktar sikuri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,EEAS,DEVEL,MARAFFISH", "date": "Wed, 04 Oct 2017 22:00:00 GMT", "text": ["L-UE minn ta' quddiem b'azzjoni ambizzjuża għal ibħra aktar nodfa u aktar sikuri", "Fil-konferenza “Our Ocean” li għaddejja bħalissa f'Malta (il-5 u s-6 t'Ottubru), l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha fuq 36 azzjoni tanġibbli favur ibħra aktar f'saħħithom, aktar nodfa, aktar sikuri u aktar siguri.", "L-impenji mħabbra mill-UE, li jammontaw għal aktar minn €550 miljun u li jinvolvu attivitajiet mad-dinja kollha, jissottolinjaw id-determinazzjoni tal-UE biex ittejjeb is-sitwazzjoni tal-ibħra, kif ukoll biex tibgħat sinjal pożittiv ta' inkoraġġiment lill-atturi tal-bqija tad-dinja – kemm il-gvernijiet u kemm is-settur privat – sabiex jieħdu passi biex jaffrontaw l-isfidi tal-oċeani li kulma jmur qed jikbru, fosthom it-tniġġis bil-plastik, il-protezzjoni tal-flora u l-fawna tal-baħar, l-impatt tat-tibdil fil-klima, u l-attivitajiet kriminali fuq il-baħar.", "Is-36 impenn tal-UE huma deskritti fid-dettall hawn isfel.", "Is-sigurtà marittima hija s-sies tal-kummerċ u tal-prosperità globali, iżda tinsab mhedda – mid-diżastri naturali, mill-piraterija, mit-traffikar u mill-kunflitti armati.", "Biex l-oċeani tagħna jkunu aktar sikuri u aktar siguri, l-Unjoni Ewropea ħabbret:", "It-tniġġis tal-baħar huwa problema kolossali, b'iktar minn 10 miljun tunnellata skart jispiċċa fil-baħar kull sena.", "Hemm ċans li qabel l-2050, l-oċeani jkun fihom aktar plastik milli ħut.", "Biex taffronta dawn l-isfidi, l-UE ħabbret:", "Huwa mistenni li l-ekonomija blu sostenibbli tirdoppja sal-2030, mill-istima ta' €1.3 triljun tal-lum.", "L-UE żiedet din it-tema mal-edizzjoni ta' din is-sena tal-konferenza “Our Ocean”, bil-għan li tħeġġeġ sinerġiji iktar qawwijin bejn soluzzjonijiet sostenibbli għall-oċeani, tkabbir ekonomiku, u l-ħolqien ta' impjiegi fil-komunitajiet kostali tad-dinja kollha.", "Għal dan il-għan, l-UE ħabbret:", "It-tibdil fil-klima għandu konsegwenzi diretti għall-aħħar għall-oċeani, fost l-iktar allarmanti minnhom il-livelli tal-baħar dejjem telgħin u l-aċidifikazzjoni li kulma jmur qed tiżdied.", "Għal dawn ir-raġunijiet, l-Unjoni Ewropea ħabbret:", "Il-ħarsien tal-baħar: Illum inqas minn 5 % taż-żoni tal-baħar u kostali fid-dinja jinsabu protetti bil-liġi, u xorta waħda, għal dawk il-5 % il-liġi mhux dejjem tiġi infurzata – u dan minkejja l-mira tan-Nazzjonijiet Uniti ta' protezzjoni ta' 10 % sal-2020.", "Għal dawn ir-raġunijiet, l-Unjoni Ewropea ħabbret:", "Is-sajd sostenibbli huwa prerekwiżit għall-aċċess kontinwu għal ikel mill-baħar suffiċjenti u bnin għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.", "Sabiex tiżgura sajd sostenibbli madwar id-dinja, l-UE ħabbret:", "Għal aktar tagħrif", "Is-sit web tal-Konferenza “Our Ocean”", "Ara x-xandira diretta tal-konferenza “Our Ocean” (disponibbli b'dawn il-lingwi: EN, FR, ES, CN, RU, AR)", "Ara x-xandira diretta tal-konferenza stampa tal-UE minn Malta (il-Ġimgħa 6 t'Ottubru, fis-13:00 CET)", "* Aġġornat fis-6.10.2017, fis-13:00 bl-impenn preċiż"]}