{"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_11_53", "title": "Stqarrija ta' John Dalli, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur dwar id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-Kura Transkonfinali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Tue, 18 Jan 2011 23:00:00 GMT", "text": ["IP/11/53", "Brussell, 19 ta' Jannar 2011", "Stqarrija ta' John Dalli, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur dwar id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti fil-Kura Transkonfinali", "Il-Parlament Ewropew illum ivvota favur id-Direttiva tal-UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura transkonfinali.", "John Dalli stqarr: \"Il-votazzjoni tal-lum tirrappreżenta pass importanti 'l quddiem għad-drittijiet tal-pazjent fl-Ewropa.", "Jien nifraħ lill-Parlament Ewropew u nirringrazzjah, u b'mod speċjali lis-Sinjura Grossetete, ir-Rapporteur, għall-impenn fit-titjib tad-drittijiet tal-pazjenti u tal-kundizzjonijiet għaċ-ċittadini Ewropej li jkollhom bżonn ta' kura fi Stat Membru ieħor.", "Id-Direttiva tiċċara d-drittijiet taċ-ċittadini li jieħdu kura sikura u ta' kwalità tajba fi kwalunkwe pajjiż tal-UE u li l-flus li jkunu nefqu jitraddu lura lilhom.", "L-Ewropej jippreferu jieħdu l-kura qrib darhom stess: ħadd ma jieħu gost isiefer bla bżonn meta jkun ma jiflaħx.", "B'danakollu, kultant iċ-ċittadini jkollhom bżonn isiefru għaliex f'pajjiżhom ma jsibux it-tip ta' kura speċjalizzata li jkunu jeħtieġu.", "Jew anki sempliċiment għar-raġuni li l-iżjed sptar viċin ikun in-naħa l-oħra tal-fruntiera.", "Din id-Direttiva għandha tkun ta' għajnuna għall-pazjenti li jkunu jeħtieġu kura speċjalizzata, pereżempju dawk li jkollhom bżonn dijanjożi jew kura għal xi marda rari.", "Hija se twassal għal kooperazzjoni akbar bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa, pereżempju bir-rikonoxximent reċiproku tar-riċetti tat-tobba.", "L-esperti dwar is-saħħa fl-Ewropa kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skambji dwar l-aħjar prattiċi u jibbenefikaw mill-innovazzjonijiet f'sistemi teknoloġiċi marbutin mas-saħħa u mis-servizzi elettroniċi fil-qasam tas-saħħa.", "Inħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw din id-Direttiva mill-aktar fis.\""]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_15_5420", "title": "Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa: Il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi lest biex jiftaħ fil-ħarifa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 21 Jul 2015 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea ffinalizzat l-aħħar stadji biex jinbeda l-investiment fl-ekonomija reali.", "Illum intlaħaq ftehim dwar pakkett ta’ miżuri li għandu jiżgura li l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) jibda jitħaddem sa kmieni fil-ħarifa tal-2015, skont l-iskeda ta’ żmien ambizzjuża stabbilita mill-President Jean-Claude Juncker biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa.", "Il-Kummissjoni għadha kif ippubblikat Komunikazzjoni dwar ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) b'appoġġ għall-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: \"Il-Banek Promozzjonali Nazzjonali għandhom rwol importanti x'jaqdu għas-suċċess tal-Pjan ta' Investiment.", "Disa’ Stati Membri diġà ressqu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Pjan ta’ Investiment permezz tal-banek promozzjonali tagħhom, li għandhom għarfien espert u lokali imprezzabbli.", "Il-Bank Ewropew tal-Investiment diġà qed jaħdem mill-qrib ma’ dawk il-Banek Promozzjonali Nazzjonali, u nittamaw li ħafna aktar se jiġu ispirati biex iżidu l-isforzi tagħhom.”", "Il-Kummissarju Pierre Moscovici, responsabbli mill-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: \"Is-sinerġija bejn l-għodod Ewropej u dawk nazzjonali se tkun vitali biex infittxu nimlew il-lakuni fl-investiment li qed jiffaċċjaw l-ekonomiji tagħna.", "Sabiex dan ikun jista’ jseħħ, ninsabu konvinti li netwerk ta' banek promozzjonali nazzjonali strutturat tajjeb jista' jaqdi rwol importanti u jikkomplimenta l-Bank Ewropew tal-Investiment.\"", "Il-Komunikazzjoni tispjega r-rwol importanti li l-banek promozzjonali nazzjonali (NPBs) jista’ jkollhom biex iħeġġu lill-Ewropa tinvesti mill-ġdid billi tipparteċipa f’investimenti tal-FEIS.", "Il-Komunikazzjoni toffri gwida ċara u prattika dwar kif jitwaqqaf NPB ġdid, it-trattament statistiku tal-koinvestimenti tal-NPB fir-rigward tad-defiċit tal-gvern u d-dejn skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, it-trattament tal-għajnuna tal-UE lill-Istat għall-kofinanzjament ta' proġetti nazzjonali, u kif l-NPBs minn Stati Membri differenti jistgħu jingħaqdu u jaħdmu flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex jistabbilixxu pjattaformi ta’ investiment.", "Din il-gwida kruċjali se tgħin kumpaniji madwar l-Ewropa jiksbu aċċess għall-finanzjament permezz tal-FEIS, il-pedament tal-Pjan ta’ Investiment ta’ EUR 315 biljun.", "Deċiżjonijiet oħra li ttieħdu llum mill-Kulleġġ tal-Kummissarji jinkludu:", "Sfond", "Il-kriżi ekonomika wasslet għal tnaqqis qawwi fl-investiment madwar l-Ewropa.", "Din hija r-raġuni għala hemm il-ħtieġa ta' sforzi kollettivi u kkoordinati fil-livell Ewropew biex ireġġgħu lura din it-tendenza 'l isfel u jpoġġu lill-Ewropa fit-triq lejn l-irkupru ekonomiku.", "Il-Kummissjoni tistabbilixxi approċċ ibbażat fuq tliet pilastri: riformi strutturali biex ipoġġu lill-Ewropa fuq triq ġdida ta’ tkabbir; responsabbiltà fiskali biex tirrestawra s-solidità tal-finanzi pubbliċi u ssaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja; u investiment biex jagħti spinta lit-tkabbir u biex dan jiġi sostnut maż-żmien.", "Il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa huwa fil-qalba ta’ din l-istrateġija.", "Fit-28 ta’ Mejju 2015, erba’ xhur u nofs biss wara t-13 ta’ Jannar meta l-Kummissjoni adottat il-proposta leġiżlattiva, il-leġiżlaturi tal-UE laħqu ftehim politiku dwar ir-Regolament għall-Istabbiliment ta’ Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS).", "Fl-10 ta’ Marzu, l-Istati Membri approvawh unanimament u l-Parlament Ewropew ivvota favur ir-Regolament fis-sessjoni plenarja tiegħu fl-24 ta’ Ġunju, u b'hekk l-FEIS se jibda jopera sa kmieni fil-ħarifa kif ippjanat.", "Fi Frar, il-Ġermanja ħabbret li se tikkontribwixxi EUR 8 biljun għall-Pjan ta’ Investiment permezz tal-KfW.", "Fi Frar ukoll, Spanja ħabbret kontribuzzjoni ta' EUR 1.5 biljun permezz tal-Instituto de Crédito Oficial (ICO).", "F’Marzu, Franza ħabbret għotja ta' EUR 8 biljun f’impenji permezz ta' Caisse des Dépôts (CDC) u Bpifrance (BPI) u l-Italja ħabbret li se tikkontribwixxi EUR 8 biljun permezz tal-Cassa Depositi e Prestiti (CDP).", "F’April il-Lussemburgu ħabbar li se jikkontribwixxi EUR 80 miljun permezz tas-Société Nationale de Crédit et d’Investissement (SNCI), u l-Polonja ħabbret li se tikkontribwixxi EUR 8 biljun permezz tal-Bank Gospodarstwa Krajowego (BGK).", "F’Ġunju, is-Slovakkja ħabbret kontribuzzjoni ta’ EUR 400 miljun permezz tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali tagħha Slovenský Investičný Holding u Slovenská Záručná a Rozvojová Banka, u l-Bulgarija ħabbret kontribuzzjoni ta’ EUR 100 miljun permezz tal-Bank Bulgaru għall-Iżvilupp.", "Fis-16 ta’ Lulju, ir-Renju Unit ħabbar li se jikkontribwixxi £6 biljun (madwar EUR 8.5 biljun) għal proġetti li jibbenefikaw minn finanzjament tal-FEIS.", "Aktar informazzjoni dwar il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa:", "Q&A dwar il-Pjan ta’ Investiment", "ls-sit web tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa", "Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS)", "LinkedIn", "Twitter"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1983", "title": "Il-Kummissjoni tvara għodda interattiva biex timmonitorja u tantiċipa t-tibdil demografiku fl-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PR-DEMOC", "date": "Wed, 28 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni varat “Atlas tad-Demografija” tal-UE – għodda interattiva online għall-viżwalizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-antiċipazzjoni tal-bidla demografika fl-Unjoni Ewropea, li ġiet żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni.", "L-atlas jipprovdi aċċess rapidu u faċli għal korp komprensiv ta' data demografika u għarfien, miġbura fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.", "Fih statistika u projezzjonijiet uffiċjali mill-Eurostat, data ġdida b'riżoluzzjoni spazjali għolja, prodotta mill-JRC, kif ukoll stejjer tematiċi, li jorbtu x-xejriet demografiċi ma' oqsma speċifiċi tal-politika.", "L-atlas se jgħin biex jitjieb il-fehim tat-tibdil demografiku u jiġu antiċipati d-dinamiċi demografiċi.", "Huwa “għodda” ħajja li jista' jiġi adattat u estiż skont il-ħtiġijiet ta' politiki differenti, u jista' jappoġġa t-tfassil tal-politiki li jippromwovu l-koeżjoni soċjali u jwasslu għal benefiċċji għaċ-ċittadini kollha tal-UE.", "Billi tifhem aħjar id-demografija fl-UE, il-Kummissjoni tista' ttejjeb il-politiki tagħha.", "Il-Viċi President għad-Demokrazija u d-Demografija, Dubravka Šuica, qalet: “L-Atlas tad-Demografija se jtejjeb il-fehim tagħna dwar kif qed iseħħ it-tibdil demografiku.", "Din l-għodda innovattiva se tgħinna niżguraw li l-politiki tal-UE jikkorrispondu aktar mill-qrib mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħna biex jiġi żgurat li ħadd ma jħossu mwarrab.", "Dan l-Atlas se jappoġġa l-inizjattivi kollha tagħna b'data demografika f'waqtha, robusta u komparabbli.”", "Il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel, qalet: “L-Atlas tad-Demografija huwa għodda eċċellenti.", "Eżempju tajjeb tal-użu ta' data ta' kwalità għolja.", "Nista' nimmaġina ħafna applikazzjonijiet, inkluż fl-iskejjel tagħna għaż-żgħażagħ tagħna biex jitgħallmu aktar dwar ir-reġjun tagħhom kif ukoll dwar l-Ewropa u jkunu parti mit-tiswir tagħha.”", "L-“Atlas tad-Demografija” huwa disponibbli għall-pubbliku u jista' jappoġġa attivitajiet għal varjetà ta' oqsma tal-politika, inkluż is-saħħa, l-impjiegi, l-edukazzjoni, l-aċċess għas-servizzi, kif ukoll il-politiki territorjali u ta' koeżjoni.", "Sfond", "It-tibdil demografiku huwa wieħed mill-proċessi ewlenin li jsawru l-ġejjieni tal-Ewropa.", "Il-popolazzjoni tal-Ewropa qed tixjieħ u l-popolazzjoni fl-età tax-xogħol qed tonqos.", "Il-mobbiltà taż-żgħażagħ, xprunata l-aktar minn opportunitajiet ta' xogħol u studju, tirrappreżenta kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi għall-bliet u ż-żoni rurali Ewropej.", "Rapport riċenti mill-JRC juri li bejn l-2015 u l-2019, 22.9 miljun żagħżugħ u żagħżugħ Ewropej saru parti mill-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, filwaqt li fl-istess perjodu, 26.6 miljun ħaddiem laħqu l-età tal-irtirar: dan jindika lakuna possibbli ta' madwar 3.8 miljun ħaddiem.", "Filwaqt li l-azzjonijiet politiċi jistgħu jaffettwaw biss parzjalment ix-xejriet demografiċi, jistgħu jgħinuna niżguraw li t-tibdil demografiku ma jkollux riperkussjonijiet negattivi fuq l-ekonomija, il-produttività, il-koeżjoni soċjali jew il-ħajja demokratika.", "F'Ġunju 2020, il-Kummissjoni tat bidu għall-ħidma tagħha f'dan il-qasam bir-Rapport dwar l-Impatt tat-Tibdil Demografiku.", "L-Atlas tad-Demografija ppreżentat illum, jappoġġa dawn l-isforzi billi jgħammar lill-Kummissjoni b'evidenza oġġettiva, li talimenta tliet inizjattivi politiċi ewlenin: il-Green Paper dwar it-Tixjiħ, il-Viżjoni fit-Tul għaż-Żoni Rurali u l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal.", "Ir-rilaxxi futuri tal-għodda se jintegraw l-informazzjoni dwar id-determinanti demografiċi bħall-fertilità, il-mortalità, il-migrazzjoni netta, u l-aħħar projezzjonijiet tal-Eurostat lil hinn mill-UE, bl-għan li jipprovdu kopertura globali fl-2022.", "Aqsam il-fehmiet u l-ideat tiegħek dwar id-demografija fl-UE permezz tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.", "Għal aktar informazzjoni", "L-Atlas tad-Demografija", "L-impatt tat-tibdil demografiku fl-Ewropa", "Iċ-Ċentru ta' Għarfien dwar il-Migrazzjoni u d-Demografija", "Ir-Rapport tal-Kummissjoni ta' Ġunju 2020 dwar l-Impatt tat-Tibdil Demografiku"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1901", "title": "Regolamentazzjoni Aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet tal-UE aħjar u nħejju għall-ġejjieni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO,PR-EUWORLD", "date": "Wed, 28 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar, li tipproponi bosta titjib fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE.", "Sabiex jitrawwem l-irkupru tal-Ewropa, huwa iktar importanti minn qatt qabel li l-leġiżlazzjoni titfassal bl-iktar mod effiċjenti possibbli, filwaqt li l-liġijiet tal-UE jsiru iktar adattati għall-ħtiġijiet tal-ġejjieni.", "Maroš Šefčovič, il-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva, stqarr: “Il-Kummissjoni diġà għandha waħda mill-aqwa sistemi ta' Regolamentazzjoni Aħjar fid-dinja iżda xorta waħda jeħtieġ li nagħmlu iktar.", "Għalhekk, qed nintensifikaw l-isforzi biex nissimplifikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE u nnaqqsu l-piż tagħha, filwaqt li nagħmlu użu aħjar mill-prospettiva strateġika u nappoġġaw is-sostenibbiltà u d-diġitalizzazzjoni.", "Madankollu, biex jirnexxu, il-partijiet ikkonċernati kollha jridu jaħdmu flimkien fir-rigward tat-tfassil ta' politika tal-UE ta' kwalità għolja li ssarraf f'Ewropa iktar b'saħħitha u iktar reżiljenti.”", "Il-kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet tal-UE, mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, inkluż is-sħab soċjali, in-negozji u s-soċjetà ċivika, hija kruċjali.", "Sabiex tgħin biex jiġu ffaċċjati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni, il-Kummissjoni pproponiet l-azzjonijiet li ġejjin:", "Il-passi li jmiss", "Ir-Regolamentazzjoni Aħjar hija objettiv u responsabbiltà kondiviżi tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE.", "Aħna se nikkollaboraw mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill fir-rigward tal-isforzi tagħhom biex jivvalutaw u jimmonitorjaw l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-programmi ta' nfiq tal-UE.", "Barra minn hekk, se nikkooperaw iktar mill-qrib mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, u mas-sħab soċjali fit-tfassil tal-politika tal-UE.", "Uħud mill-elementi l-ġodda ta' din il-Komunikazzjoni diġà bdew fil-prattika, bħall-ħidma tal-Pjattaforma Fit for Future, li tagħti pariri dwar modi kif nistgħu niffaċilitaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, u kif tista' tkun iktar effiċjenti u iktar adattata għall-ġejjieni.", "Oħrajn se jiġu implimentati fix-xhur li ġejjin.", "Fost affarijiet oħra, din is-sena se jkun hemm:", "Sfond", "Il-Kummissjoni fasslet rendikont tal-aġenda tagħha għal regolamentazzjoni aħjar fl-2019, li jikkonferma li b'mod ġenerali s-sistema qed tiffunzjona tajjeb, filwaqt li huwa meħtieġ titjib biex l-esperjenza tiġi riflessa.", "L-UE għandha storja twila fit-tfassil tal-politika abbażi tal-evidenza, inkluż it-tnaqqis tal-piżijiet regolatorji, li bdiet fl-2002.", "Tinkludi evalwazzjonijiet regolari tal-liġijiet eżistenti, sistema avvanzata ħafna ta' valutazzjoni tal-impatt, approċċ ta' konsultazzjoni tal-iprem livell mal-partijiet ikkonċernati u programm komprensiv għat-tnaqqis tal-piżijiet (REFIT).", "Għal iktar informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar tal-2021", "Mistoqsijiet u Tweġibiet rigward il-Komunikazzjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar tal-2021", "L-eżerċizzju ta' rendikont tal-2019", "L-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar", "Il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet fl-UE", "Il-portal Semma' leħnek", "Il-pjattaforma Fit for Future", "REFIT – jagħmel il-liġi tal-UE aktar sempliċi u irħas"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1985", "title": "Bijoteknoloġiji: Il-Kummissjoni tixtieq li jkun hemm dibattitu miftuħ dwar it-Tekniki Ġenomiċi Ġodda minħabba li studju juri potenzjal għal agrikoltura sostenibbli u l-ħtieġa għal politika ġdida", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FOODSAF", "date": "Wed, 28 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat, fuq talba tal-Kunsill, studju dwar Tekniki Ġenomiċi Ġodda (New Genomic Techniques, NGTs).", "L-istudju juri li l-NGTs, li huma tekniki li jbiddlu l-ġenoma ta' organiżmu, għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għal sistema tal-ikel aktar sostenibbli bħala parti mill-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”.", "Fl-istess ħin, l-istudju jsib li l-leġiżlazzjoni attwali dwar il-GMOs, adottata fl-2001, mhijiex adatta għal dawn it-teknoloġiji innovattivi.", "Issa l-Kummissjoni se tibda proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa u miftuħa biex jiġi diskuss id-disinn ta' qafas legali ġdid għal dawn il-bijoteknoloġiji.", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides, qalet: “L-istudju li ppubblikajna llum jikkonkludi li t-Tekniki Ġenomiċi Ġodda jistgħu jippromwovu s-sostenibbiltà tal-produzzjoni agrikola, f'konformità mal-objettivi tal-Istrateġija tagħna “Mill-Għalqa sal-Platt”.", "Bis-sikurezza tal-konsumaturi u tal-ambjent bħala l-prinċipju ewlieni, issa huwa l-mument biex ikollna djalogu miftuħ maċ-ċittadini, mal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew biex niddeċiedu flimkien it-triq li trid tittieħed għall-użu ta' dawn il-bijoteknoloġiji fl-UE.”", "L-NGTs qed jiżviluppaw b'mod rapidu f'ħafna partijiet tad-dinja", "L-NGTs, li jistgħu jiġu definiti bħala t-tekniki kollha li jbiddlu l-ġenoma ta' organiżmu żviluppat wara l-2001 (meta ġiet adottata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-GMOs), żviluppaw b'mod rapidu f'dawn l-aħħar għoxrin sena f'ħafna partijiet tad-dinja, u diġà hemm xi applikazzjonijiet fis-suq ta' xi sħab kummerċjali tal-UE.", "Is-sejbiet ewlenin tal-istudju huma dawn li ġejjin:", "Il-Passi li Jmiss", "L-istudju se jiġi diskuss mal-ministri tal-UE fil-Kunsill Agrikoltura u Sajd f'Mejju.", "Il-Kummissjoni se tiddiskuti wkoll is-sejbiet tagħha mal-Parlament Ewropew u mal-partijiet ikkonċernati interessati kollha.", "Fix-xhur li ġejjin, se titwettaq valutazzjoni tal-impatt, flimkien ma' konsultazzjoni pubblika, biex jiġu eżaminati l-għażliet politiċi għar-regolamentazzjoni tal-pjanti derivati minn ċerti NGTs.", "Kuntest", "L-istudju tħejja wara talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li, fit-8 ta' Novembru 2019, talab lill-Kummissjoni biex twettaq “studju fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-528/16 rigward l-istatus ta' tekniċi ġenomiċi ġodda skont il-liġi tal-Unjoni.”", "L-istudju twettaq mill-Kummissjoni u ġie infurmat minn opinjonijiet tal-esperti u kontributi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati fil-livell tal-UE permezz ta' konsultazzjonijiet immirati.", "Kienet involuta firxa wiesgħa ta' parteċipanti fil-konsultazzjoni, li twettqet qabel it-tħejjija tar-rapport.", "Il-kontributi kollha huma ppubblikati.", "Aktar informazzjoni", "L-istudju sħiħ, l-ittra li bagħtet il-Kummissjoni lill-Kunsill biex tissottomettilu l-istudju u li tiddeskrivi s-segwitu tal-politika, kif ukoll lista ta' Mistoqsijiet u Tweġibiet huma disponibbli hawn."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1550", "title": "L-Ewrobarometru: Iċ-ċittadini tal-UE jappoġġaw bis-sħiħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab u maż-żgħażagħ biex jonqos il-faqar", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL,HREXTRELS,PR-EUWORLD", "date": "Wed, 28 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["L-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp juri li kważi disa' minn kull għaxar ċittadini tal-UE jistqarru li huwa importanti li jkun hemm sħubijiet ma' pajjiżi barra mill-UE biex jonqos il-faqar.", "Il-pandemija dinjija ma taffietx l-appoġġ taċ-ċittadini għall-ħidma li l-UE twettaq fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali u r-riżultati jikkonfermaw tendenza stabbilita sew fis-snin reċenti, jiġifieri l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab tibqa' waħda mill-politiki tal-UE l-aktar perċepita b'mod pożittiv.", "Il-Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali, Jutta Urpilainen, ikkummentat hekk dwar ir-riżultati: “Il-COVID-19, bħar-raġġi X, kixfet dgħufijiet bħalma huma l-inugwaljanzi, u fl-istess ħin reġgħet uriet kemm hija effettiva l-kooperazzjoni multilaterali biex jiġu indirizzati l-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità.", "Jiena kuntenta b'dawn ir-riżultati ferm pożittivi li jirriflettu l-aqwa valuri Ewropej: l-ispirtu ta' solidarjetà dinjija anki meta għaddejjin minn żminijiet diffiċli.", "Kuntenta wkoll li n-nies jifhmu kemm għall-UE hija importanti Afrika li tkun prosperuża, paċifika u reżiljenti, u li ż-żgħażagħ huma l-aġenti tal-bidla u s-sħab essenzjali tagħna.”", "Is-saħħa tieħu l-ewwel post fil-lista tal-isfidi l-aktar urġenti", "Wieħed mir-riżultati prinċipali tal-istħarriġ juri li żdied it-tħassib dwar is-saħħa, fejn 36 % identifikawha bħala l-iktar sfida urġenti għall-futur tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, ħames punti aktar mill-2019.", "F'kuntest fejn it-tħassib pubbliku dwar il-COVID-19 dejjem qed jiżdied, l-UE attwalment qed tiffoka fuq it-tilqim taċ-ċittadini tagħha u fuq l-isforzi internazzjonali għat-tilqim fid-dinja billi kkontribwiet b'mod sostanzjali għall-COVAX u ffinanzjat minn qabel il-produzzjoni tal-vaċċini li qed jiġu esportati lejn 34 pajjiż.", "L-UE qed issaħħaħ ukoll is-sistemi tas-saħħa filwaqt li tkompli tibni fuq il-pakkett ta' rispons dinji ta' Tim Ewropa li jammonta għal €40 biljun biex tappoġġa lill-pajjiżi sħab milquta mill-pandemija.", "It-tieni sfida l-iktar urġenti msemmija tinkludi l-edukazzjoni (35 %), il-paċi u s-sigurtà (32 %) u t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi (29 %).", "Madwar kwart ta' dawk li rrispondew semmew l-ilma u l-miżuri sanitarji (27 %), id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem (26 %), u s-sigurtà tal-ikel u l-agrikoltura (24 %).", "Fil-biċċa l-kbira ċ-ċittadini tal-UE jaqblu (88 %) li l-UE għandha tindirizza t-tibdil fil-klima u l-effetti tat-tibdil fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li 77 % ferm jaqblu li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-UE għandha tkun il-ġlieda kontra l-faqar, u 61 % huma tal-fehma li l-politika ta' żvilupp tal-UE għandha tiffoka wkoll fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-pajjiżi li qed jiviluppaw.", "Madwar terz ta' dawk li rrispondew (34 %) jaħsbu li l-politika ta' żvilupp tal-UE għandha tiffoka biss fuq għajnuna biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw isaħħu l-ekonomiji tagħhom.", "Appoġġ konkret għar-relazzjonijiet mal-Afrika", "Dwar ir-relazzjonijiet mal-Afrika, aktar minn erbgħa minn kull ħames ċittadini tal-UE (81 %) jgħidu li l-UE għandha ssaħħaħ is-sħubijiet tagħha mal-Pajjiżi Afrikani biex toħloq l-impjiegi u tiżgura żvilupp sostenibbli fiż-żewġ kontinenti.", "Dan ir-riżultat jimxi id f'id mal-komunikazzjoni konġunta tal-UE “Lejn Strateġija Komprensiva mal-Afrika”, u mal-ħames sħubijiet li l-UE pproponiet.", "Iż-żgħażagħ għandhom rwol importanti x'jaqdu", "L-istħarriġ ta' din is-sena ffoka speċifikament fuq l-opinjonijiet li jirrigwardaw iż-żgħażagħ fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġu indirizzati: i) l-isfidi ambjentali u, ii) l-isfidi ekonomiċi u soċjali.", "L-istħarriġ ta' din is-sena staqsa lir-rispondenti jekk jaħsbux li ż-żgħażagħ fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhomx sehem importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali f'dawn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "Ir-riżultati juru li disgħa minn kull għaxar ċittadini tal-UE (90 %) jaqblu li ż-żgħażagħ huma importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali fil-pajjiżi li qed jiżvilupaw, u 91 % jaħsbu li ż-żgħażagħ huma kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomici u soċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "Għal aktar informazzjoni", "Hawnhekk għandek issib, għall-Istati Membri kollha tal-UE, l-iskedi informattivi speċifiċi għall-pajjiżi bil-lingwa nazzjonali tagħhom kif ukoll l-iskedi informattivi dwar ir-riżultati ġenerali tal-UE u dwar iż-żgħażagħ bħala grupp speċifiku."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1990", "title": "Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Il-Ġermanja u l-Greċja jissottomettu l-pjanijiet uffiċjali għall-irkupru u r-reżiljenza", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RECOVERY", "date": "Tue, 27 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni rċeviet il-pjanijiet uffiċjali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ġermanja u tal-Greċja.", "Il-pjanijiet jistabbilixxu r-riformi u l-proġetti ta' investiment pubbliku li kull Stat Membru qed jippjana li jimplimenta bl-appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Recovery and Resilience Facility, RRF).", "L-RRF hija strument ewlieni li jinsab fil-qalba ta' NextGenerationEU, il-pjan tal-UE biex noħorġu aktar b'saħħitna mill-pandemija tal-COVID-19.", "Se tipprovdi sa €672.5 biljun f'appoġġ għall-investimenti u għar-riformi (fi prezzijiet tal-2018).", "Dan jinqasam f'għotjiet b'valur totali ta' €312.5-il biljun u €360 biljun f'self.", "L-RRF se jkollha rwol kruċjali biex tgħin lill-Ewropa toħroġ aktar b'saħħitha mill-kriżi, waqt li tiżgura t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.", "Il-preżentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet issegwi djalogu intensiv bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ta' dawn l-Istati Membri matul dawn l-aħħar xhur.", "Il-pjan tal-Ġermanja għall-irkupru u r-reżiljenza", "Il-pjan tal-Ġermanja għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludi miżuri għal ammont kumplessiv ta' €27.9 biljun.", "Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima f'għotjiet disponibbli għall-Ġermanja skont ir-Regolament tammonta għal €25.6 biljun.", "Peress li l-ispiża stmata tal-pjan Ġermaniż hija ogħla mill-allokazzjoni tal-Ġermanja, l-ammonti addizzjonali se jkunu koperti mill-Ġermanja.", "Il-pjan Ġermaniż huwa strutturat fuq sitt prijoritajiet ta' politika.", "Dawn jinkludu miżuri ta' riforma u investiment relatati mal-azzjoni klimatika u mat-tranżizzjoni enerġitika, mad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, mal-infrastruttura u l-edukazzjoni, mal-parteċipazzjoni soċjali, mat-tisħiħ ta' sistema tas-saħħa reżiljenti għall-pandemiji, mal-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika u mat-tnaqqis tal-ostakli għall-investiment.", "Il-proġetti fil-pjan ikopru l-ħajja kollha tal-RRF sal-2026.", "Il-pjan jipproponi proġetti fis-seba' oqsma ewlenin Ewropej kollha.", "Il-pjan jinkludi wkoll tliet Proġetti Importanti ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEIs) fl-oqsma tal-idroġenu, tal-infrastruttura u tas-servizzi tal-cloud, u tal-mikroelettronika.", "Il-pjan tal-Greċja għall-irkupru u r-reżiljenza", "Il-Greċja talbet total ta' €30.5 biljun f'appoġġ taħt l-RRF, €17.8-il biljun f'għotjiet u €12.7-il biljun f'self.", "Il-pjan Grieg huwa strutturat fuq erba' pilastri: l-ekoloġika, id-diġitali, l-impjiegi, il-ħiliet u l-koeżjoni soċjali, u l-investiment privat u t-trasformazzjoni ekonomika u istituzzjonali.", "Il-pjan jipproponi investimenti u riformi relatati mas-seba' oqsma ewlenin Ewropej kollha.", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni se tivvaluta l-pjanijiet fix-xahrejn li ġejjin abbażi tal-ħdax-il kriterju stabbiliti fir-Regolament u se ssarraf il-kontenut tiegħu f'atti legalment vinkolanti.", "B'mod speċjali, din il-valutazzjoni se tinkludi rieżami ta' jekk il-pjan jikkontribwixxix biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha, jew subsett sinifikanti minnhom, identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.", "Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll jekk il-pjanijiet jiddedikwax mill-inqas 37 % tan-nefqa għal investimenti u riformi li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi, u 20 % għat-tranżizzjoni diġitali.", "Fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, bħala regola l-Kunsill se jkollu erba' ġimgħat biex jadotta l-proposta tal-Kummissjoni.", "L-approvazzjoni tal-pjan mill-Kunsill twitti t-triq għall-iżborżar ta' prefinanzjament ta' 13 % lil kull Stat Membru.", "Dan huwa soġġett għad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, li l-ewwel trid tiġi approvata mill-Istati Membri kollha.", "Il-Kummissjoni issa rċeviet b'kollox tliet pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Ġermanja, mill-Greċja u mill-Portugall.", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem b'mod intensiv mal-Istati Membri li fadal biex tgħinhom jissottomettu pjanijiet ta' kwalità għolja.", "Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "L-iskeda informattiva dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza", "Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Allokazzjoni tal-għotjiet", "Ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza", "Is-sit web għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza", "Is-sit web tat-tim RECOVER"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_21_1932", "title": "L-Istrateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni: Mistoqsijiet u tweġibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MIGR", "date": "Mon, 26 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["X'qed tippreżenta l-Kummissjoni llum?", "Il-Kummissjoni qed tadotta l-ewwel Strateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni biex tmexxi 'l quddiem ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni bħala parti integrali ta' sistema komuni tal-UE għar-ritorni u biex tittejjeb l-effettività kumplessiva tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-UE, li huma objettivi ewlenin skont il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil il-ġdid.", "L-Istrateġija tidentifika l-isfidi li jeħtieġ li jiġu indirizzati u tipproponi miżuri prattiċi, abbażi ta' seba' pilastri, biex issaħħaħ il-qafas legali u operattiv għar-ritorni volontarji mill-Ewropa u mill-pajjiżi ta' tranżitu, ittejjeb il-kwalità tal-programmi ta' ritorn u riintegrazzjoni, tistabbilixxi rabtiet aħjar ma' inizjattivi ta' żvilupp u ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab.", "L-Istrateġija tibni wkoll fuq inizjattivi mnedija fis-snin preċedenti u fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali u konġunti ta' ritorn volontarju u ta' riintegrazzjoni kif ukoll fuq inizjattivi ffinanzjati mill-UE f'pajjiżi li mhumiex fl-UE.", "X'qed tagħmel l-UE biex iżżid ir-ritorn u ttejjeb ir-riintegrazzjoni?", "Ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni sostenibbli huma elementi essenzjali tal-approċċ komprensiv u bbilanċjat stabbilit fil-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.", "Skont il-Patt, il-Kummissjoni pproponiet sistema komuni ta' ritorn tal-UE bbażata fuq l-emendi proposti għad-Direttiva dwar ir-Ritorn, proċedura ġdida fil-fruntieri b'ritorni rapidi u l-kunċett ta' sponsorizzazzjoni tar-ritorn biex tippermetti kooperazzjoni Ewropea aktar mill-qrib b'mod partikolari f'sitwazzjoni ta' pressjoni fuq is-sistemi nazzjonali.", "Il-Kummissjoni se taħtar ukoll Koordinatur tar-Ritorn, appoġġat minn Netwerk ta' Livell Għoli ġdid għar-Ritorn magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri.", "L-UE qed taħdem ukoll biex toħloq sħubiji ta' benefiċċju reċiproku ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE bl-użu tal-istrumenti ta' politika kollha meħtieġa disponibbli, inkluż dwar kwistjonijiet ta' ritorn u ta' riammissjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi dwar il-Viżi l-ġdid.", "L-Istrateġija l-ġdida tibni fuq inizjattivi preċedenti u fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali u konġunti ta' ritorn volontarju u ta' riintegrazzjoni kif ukoll fuq inizjattivi ffinanzjati mill-UE f'pajjiżi sħab.", "In-Netwerk Ewropew ta' Ritorn u ta' Riintegrazzjoni ffinanzjat mill-UE jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-migrazzjoni, u ilu jappoġġa r-ritorn u r-riintegrazzjoni ta' kważi 25,000 persuna lejn pajjiżhom sa minn nofs l-2018.", "Il-Kummissjoni żviluppat qafas tal-UE dwar il-counselling fil-qasam tar-ritorn biex tipprovdi gwida lill-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri fl-istabbiliment, il-ġestjoni u l-iżvilupp ta' strutturi ta' counselling fl-Istati Membri tal-UE u bħalissa qed tiżviluppa kurrikulu komuni għall-counsellors fil-qasam tar-ritorn, li jiffoka fuq il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġu l-counsellors.", "Abbażi tal-mandat imsaħħaħ tagħha, il-Frontex qed tappoġġa lill-Istati Membri fir-ritorni volontarji b'madwar 18 % tal-operazzjonijiet ta' ritorn fl-2020 ikunu ritorni volontarji, u l-għan huwa li dan is-sehem jiżdied.", "X'inhu r-ritorn volontarju?", "Ir-ritorn volontarju huwa r-ritorn assistit jew indipendenti ta' persuna li ma jkollhiex id-dritt li toqgħod fl-UE lejn il-pajjiż ta' oriġini jew ta' tranżitu tagħha, abbażi tar-rieda ħielsa tagħha.", "Sabiex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw ir-ritorn volontarju, l-Istati Membri jistgħu joffru li jassistu lill-persuna li tirritorna, pereżempju billi jkoprulhom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u jipprovdulhom għajnuna, fi flus kontanti jew in natura, għal perjodu qasir mal-wasla.", "L-UE tappoġġa wkoll ir-ritorn volontarju minn pajjiżi sħab, pereżempju fil-qafas tal-Inizjattiva Konġunta fl-Afrika ta' bejn l-UE u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u għal persuni rimpatrijati mill-Afganistan u l-Bangladesh.", "X'inhi r-riintegrazzjoni sostenibbli?", "L-integrazzjoni tkun sostenibbli jekk tqis l-aspetti soċjali, psikosoċjali u ekonomiċi tar-ritorn tal-persuna lejn il-komunità tal-oriġini.", "Ir-riintegrazzjoni sostenibbli għandha l-għan li tappoġġja mhux biss lill-individwi, iżda wkoll lill-istrutturi u s-servizzi li jagħmlu r-riintegrazzjoni possibbli, bħat-tfittix ta' impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-appoġġ lill-intraprenditorija, jew lill-istrutturi amministrattivi.", "Dan min-naħa tiegħu ikun ta' benefiċċju għall-komunità kollha, u jista' jgħin biex jiġu indirizzati r-raġunijiet li huma stess ikunu wasslu biex l-migranti jitilqu minn pajjiżhom.", "Għaliex ir-ritorni volontarji huma aktar effettivi?", "Ir-ritorni volontarji jistgħu jkunu jinvolvu anqas spejjeż [ara l-Q+A hawn taħt], u huma aktar effettivi milli huma r-ritorni furzati.", "Ir-ritorni volontarji jqisu l-ħtiġijiet, l-aspettattivi u l-prospetti individwali tal-persuna rimpatrijata darba tkun lura fil-pajjiż ta' ritorn.", "L-appoġġ għar-riintegrazzjoni jgħin lill-persuni rimpatrijati jilħqu l-indipendenza ekonomika u jintegraw mill-ġdid b'suċċess fil-komunità.", "Bħala parti minn sħubija komprensiva dwar il-migrazzjoni, l-Istrateġija tal-lum tgħin ukoll biex il-pajjiżi tar-ritorn jiżdidulhom il-parteċipazzjoni u s-sjieda fil-proċess.", "Kif jaħdem fil-prattika r-ritorn volontarju?", "Il-persuni mingħajr dritt li joqogħdu fl-UE ġeneralment jingħataw perjodu biex jitilqu b'mod volontarju li matulu ikunu mitluba jirritornaw volontarjament f'konformità ma' deċiżjoni ta' ritorn.", "Dan il-perjodu normalment ivarja bejn seba' u 30 jum.", "Matul dan il-perjodu, l-awtoritajiet ma jistgħux jinfurzaw id-deċiżjoni sakemm ma jidentifikawx xi riskju ta' ħarba jew riskji għas-sigurtà.", "Il-persuni rimpatrijati jiġu assistiti matul il-proċess minn counsellors professjonali fil-qasam tar-ritorn li jiddiskutu opzjonijiet differenti u l-konsegwenzi tagħhom u jesploraw appoġġ possibbli għar-ritorn u r-riintegrazzjoni ma' persuni li jkunu ddeċidew li jirritornaw.", "Kemm jiġi jiswa r-ritorn volontarju?", "Ir-ritorn volontarju huwa ġeneralment meqjus bħala aktar kosteffettiv mir-ritorn furzat.", "L-ispiża tar-ritorn volontarju tiddependi fuq kull sitwazzjoni individwali.", "L-ispejjeż jinkludu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-assistenza fi flus u in natura pprovduta lill-persuna rimpatrijata u, fejn rilevanti, il-pakkett ta' riintegrazzjoni.", "Ir-ritorn furzat, b'kuntrast, jinvolvi wkoll spejjeż addizzjonali bħad-detenzjoni ta' qabel it-tneħħija, l-iskorti tar-ritorn sfurzat, u arranġamenti speċjali oħra qabel, matul u wara li jkun seħħ ir-ritorn.", "Is-Servizz ta' Riċerka Parlamentari Ewropew jistima li ritorn forzat jiġi jiswa EUR 3 414, imqabbel ma' EUR 560 għal ritorn volontarju.", "L-ispiża medja indikattiva tar-ritorni mill-pajjiżi ta' tranżitu hija stmata li tkun ta' madwar EUR 2 500 kull persuna.", "Għaliex ir-rata ta' ritorn mill-UE hija daqshekk baxxa?", "Ir-rata baxxa ta' ritorn mill-UE hija riżultat ta' diversi fatturi inklużi proċeduri frammentati u ineffiċjenti fi ħdan l-UE kif ukoll livelli baxxi ta' kooperazzjoni ta' pajjiżi barra mill-UE dwar l-identifikazzjoni u r-riammissjoni ta' persuni rimpatrijati.", "Din il-mistoqsija ġiet esplorata fid-dettall fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposti għal Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Asil il-ġdid (b'mod partikolari t-taqsima 3).", "Il-proposta tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva dwar ir-Ritorn riformulata, il-proposta emendata ta' Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil u l-proposta għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni għandhom l-għan li jtejbu l-proċeduri fl-UE, inkluż billi jitnaqqsu d-distakki bejn l-ażil u r-ritorn.", "L-Istrateġija dwar ir-ritorni volontarji u r-riintegrazzjoni għandha l-għan li tindirizza n-nuqqasijiet fuq in-naħa tar-ritorn volontarju, li jistgħu jikkontribwixxu biex jiżdiedu r-rati ta' ritorn permezz ta' koordinazzjoni aktar effettiva u involviment aktar b'saħħtu mal-pajjiżi sħab dwar ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni u dan bħala parti mis-sħubijiet usa' ta' benefiċċju reċiproku dwar il-migrazzjoni li għandha l-UE ma' pajjiżi mhux tal-UE.", "Din l-Istrateġija kif torbot ma' proposti oħra taħt il-Patt?", "L-Istrateġija tappoġġa l-implimentazzjoni b'suċċess tal-objettivi ewlenin tal-Patt il-Ġdid, jiġifieri l-proċedura tal-fruntieri u l-isponsorizzazzjoni tar-ritorn, u hija parti mis-sħubiji komprensivi tal-migrazzjoni ma' pajjiżi sħab.", "Azzjoni aktar koordinata dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni se tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proċedura l-ġdida tar-ritorn fuq il-fruntiera kif ukoll it-twettiq tal-miżura l-ġdida ta' solidarjetà fil-forma ta' sponsorizzazzjoni tar-ritorn.", "Hija tipproponi wkoll approċċ li jrawwem azzjoni koerenti, joħloq rabtiet aktar mill-qrib ma' inizjattivi ta' żvilupp u ma' strateġiji nazzjonali f'pajjiżi mhux tal-UE u jrawwem il-kapaċità u s-sjieda tagħhom fuq ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni taċ-ċittadini tagħhom.", "X'għodod għandha l-Kummissjoni għad-dispożizzjoni tagħha biex tgħin lill-pajjiżi tal-oriġini fil-kapaċitajiet tagħhom fejn jidħlu ritorn, riammissjoni u riintegrazzjoni taċ-ċittadini tagħhom?", "Il-bini tal-kapaċità għal pajjiżi terzi bħat-taħriġ, it-tagħlim bejn il-pari u l-iskambju tal-aħjar prattiki huma għodod siewja li ntużaw fil-kuntest ta' diversi inizjattivi ffinanzjati mill-UE u fi djalogi multilaterali ma' pajjiżi sħab ta' oriġini.", "Skont il-mandat imsaħħaħ tagħha, il-Frontex tista' tipprovdi appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet lill-pajjiżi sħab.", "Il-finanzjament tal-UE jappoġġa wkoll pajjiżi barra mill-UE fl-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali u proċeduri operattivi standard għar-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni.", "Fl-aħħar nett, jistgħu jintużaw proġetti pilota b'kamp ta' applikazzjoni limitat biex tiġi ttestjata l-kapaċità reali u jiġi appoġġat l-istabbiliment ta' servizzi ta' riintegrazzjoni f'pajjiżi terzi, bil-għan li gradwalment tiżdied is-sjieda tal-pajjiż terz tal-proċess ta' riintegrazzjoni.", "X'salvagwardji hemm biex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' non-refoulement jiġi rispettat?", "Il-prinċipju ta' non-refoulement, kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi rrispettat mill-Istati Membri kollha meta japplikaw id-dritt tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar ir-Ritorn.", "B'mod aktar speċifiku, id-Direttiva dwar ir-Ritorn tipprovdi protezzjoni kontra r-refoulement fl-istadji kollha tal-proċedura ta' ritorn, pereżempju billi titlob li ssir valutazzjoni tal-prinċipju matul il-proċedura u billi tinkludi n-non-refoulement bħala raġuni obbligatorja għall-posponiment ta' tneħħija.", "L-Artikolu 5 jiddikjara b'mod espliċitu li meta jimplimentaw id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut tal-prinċipju ta' non-refoulement.", "Ma' liema pajjiżi l-UE għandha ftehimiet u arranġamenti ta' riammissjoni?", "Il-lista hija disponibbli hawnhekk.", "X'se jagħmel il-Koordinatur tar-Ritorn?", "Il-Koordinatur tar-Ritorn u n-Netwerk ta' Livell Għoli għar-Ritorn, li jinkludi rappreżentanti mill-Istati Membri, se jipprovdu appoġġ tekniku lill-Istati Membri biex jiksbu aktar koerenza bejn il-politiki differenti li jaffettwaw l-effettività tal-politiki ta' ritorn, imsejjes fuq l-esperjenzi pożittivi tal-Istati Membri fil-ġestjoni tar-ritorni.", "Fil-qasam tar-ritorn volontarju u tar-riintegrazzjoni, il-Koordinatur tar-Ritorn se jiffoka wkoll fuq l-assistenza għar-riintegrazzjoni f'pajjiżi sħab speċifiċi, b'mod partikolari billi jiżgura li l-partijiet ikkonċernati differenti jaħdmu flimkien biex jużaw l-appoġġ disponibbli b'mod sħiħ.", "Il-ħidma kemm tal-Koordinatur kif ukoll tan-Netwerk ta' Livell Għoli se tifforma parti integrali mill-qafas ta' governanza stabbilit mill-proposta ta' Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni.", "X'inhuma l-għodod li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija?", "Għodod dedikati tal-UE jinkludu:", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa: Il-ġestjoni ta' l-immigrazzjoni: Strateġija ġdida tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni:", "Komunikazzjoni: L-Istrateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni:", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Il-qafas tal-UE dwar il-counselling fil-qasam tar-ritorn u l-Għodda ta' Assistenza għar-Riintegrazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1931", "title": "Il-ġestjoni tal-migrazzjoni: Strateġija ġdida tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MIGR", "date": "Mon, 26 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni qed tadotta l-ewwel Strateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni.", "L-Istrateġija tippromwovi r-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni bħala parti integrali minn sistema komuni tal-UE għar-ritorni, li huwa objettiv ċentrali skont il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil il-ġdid.", "Hija tistabbilixxi miżuri prattiċi biex jissaħħaħ il-qafas legali u operazzjonali għar-ritorni volontarji mill-Ewropa u mill-pajjiżi ta' tranżitu, tittejjeb il-kwalità tal-programmi ta' ritorn u tar-riintegrazzjoni, jiġu stabbiliti rabtiet aħjar ma' inizjattivi ta' żvilupp u tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab.", "Il-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta' Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas, qal: “L-UE qiegħda ssawwar ekosistema ġdida fejn jidħlu r-ritorni – qiegħda tagħti attenzjoni biex ikun hemm żieda fil-kooperazzjoni fejn tidħol ir-riammissjoni, it-titjib tal-qafas ta' governanza, li tgħammar lil Frontex b'mandat operattiv ġdid fejn jidħlu r-ritorni u li taħtar uffiċjal tal-UE bħala Koordinatur tar-Ritorni.", "L-Istrateġija tal-lum dwar ir-ritorni volontarji u r-riintegrazzjoni hija biċċa oħra minn dik l-istampa.", "Ir-ritorni huwa aktar effettivi meta jsiru b'mod volontarju u meta jkunu akkumpanjati minn opzjonijiet ġenwini ta' riintegrazzjoni għal dawk li jirritornaw lejn pajjiżhom, u din l-Istrateġija se tiżviluppa approċċ aktar uniformi u kkoordinat fost l-Istati Membri sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom.”", "Il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni, Ylva Johansson, qalet: “Madwar terz biss ta' persuni mingħajr dritt li jibqgħu fl-UE jirritornaw lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom u fost dawk li jagħmlu dan, inqas minn 30 % jagħmlu dan b'mod volontarju.", "Ir-ritorn volontarju huwa dejjem l-aħjar għażla: huma ċċentrati fuq l-individwu, huma aktar effettivi u jiswew anqas.", "L-ewwel strateġija li qatt kellna dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni se tgħin lill-persuni rimpatrijati kemm mill-UE kif ukoll pajjiżi terzi jaħtfu l-opportunitajiet f'pajjiżhom, jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-komunità u jibnu l-fiduċja fis-sistema tal-migrazzjoni tagħna biex jagħmluha aktar effettiva.”", "Qafas legali u operattiv effettiv", "Il-lakuni bejn il-proċeduri tal-ażil u tar-ritorn, l-isfidi fil-prevenzjoni tal-ħarbiet, riżorsi insuffiċjenti, nuqqas ta' data , frammentazzjoni ġenerali u kapaċità amministrattiva limitata li jingħata segwitu għad-deċiżjonijiet ta' ritorn: dawn kollha jikkontribwixxu biex ikun hemm adozzjoni baxxa ta' programmi ta' ritorn volontarju assistit.", "Permezz tal-proposta tad-Direttiva dwar ir-Ritorn riformulata , il-proposta emendata għal Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil, ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni, u r-Regolament Eurodac rivedut, il-Kummissjoni se tkompli tistabbilixxi proċeduri u regoli komuni rapidi u ġusti dwar l-ażil u r-ritorn, tissorvelja l-għoti ta' assistenza għar-ritorn u r-riintegrazzjoni u tnaqqas ir-riskju ta' movimenti mhux awtorizzati.", "Permezz tal-mandat imsaħħaħ tagħha, il-Frontex tista' tappoġġa lill-Istati Membri fl-istadji kollha tal-proċess ta' ritorn volontarju u ta' riintegrazzjoni, inkluż dwar il-konsulenza ta' qabel ir-ritorn, l-appoġġ wara l-wasla u l-monitoraġġ tal-effettività tal-assistenza għar-riintegrazzjoni.", "Il-Koordinatur tar-Ritorn u n-Netwerk ta' Livell Għoli għar-Ritorn ser jipprovdu appoġġ tekniku ulterjuri lill-Istati Membri biex ilaqqgħu flimkien linji differenti tal-politika ta' ritorn tal-UE.", "Kwalità mtejba ta' programmi ta' ritorn volontarju assistit", "Il-provvediment ta' konsulenza bikrija, imfassla apposta u effettiva dwar ir-ritorn li tieħu f'kunsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi individwali, il-ħtiġijiet tat-tfal u l-gruppi vulnerabbli, kif ukoll l-appoġġ wara r-ritorn, itejjeb il-possibbiltajiet tagħhom ta' riintegrazzjoni b'suċċess u sostenibbli fil-komunitajiet tal-oriġini tagħhom.", "Il-Kummissjoni se taħdem mal-Frontex biex tiżviluppa kurrikulu komuni għall-konsulenti tar-ritorn li jikkomplementa l-appoġġ eżistenti mill-Aġenzija u jagħmel użu aħjar mill-għodod ibbażati fuq l-internet bħall-Inventarju ta' Assistenza għar-Ritorn u r-Riintegrazzjoni u l-Għodda ta' Assistenza għar-Riintegrazzjoni.", "Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Frontex u n-Netwerk Ewropew tar-Ritorn u r-Riintegrazzjoni, se tiżviluppa wkoll qafas ta' kwalità għall-fornituri ta' servizzi ta' riintegrazzjoni bbażat fuq standards komuni għall-ġestjoni ta' proġetti, appoġġati mill-finanzjament tal-UE.", "Tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab", "Il-kooperazzjoni dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni hija aspett ewlieni fis-sħubijiet tal-migrazzjoni li l-UE se ssaħħaħ skont il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.", "L-UE ser tappoġġa s-sjieda tal-proċessi ta' riintegrazzjoni fil-pajjiżi sħab b'bini ta' kapaċitajiet, tipprovdi lill-persunal bil-ħiliet meħtieġa, jew tappoġġa strutturi ta' governanza biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u psikosoċjali speċifiċi tal-persuni rimpatrijati.", "L-UE ser tkompli wkoll tipprovdi assistenza għar-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni tal-migranti maqbuda f'pajjiżi oħra, inkluż permezz tal-esplorazzjoni ta' sħubiji ġodda.", "Fl-aħħar nett, l-UE se ssaħħaħ ir-rabtiet bejn il-programmi ta' riintegrazzjoni u inizjattivi ta' żvilupp rilevanti oħra f'pajjiżi sħab.", "Il-Kummissjoni se tara li jkun hemm użu aktar ikkoordinat tar-riżorsi finanzjarji li se jkunu disponibbli taħt fondi differenti tal-UE biex jappoġġaw il-proċess kollu tar-ritorn volontarju u tar-riintegrazzjoni.", "L-Isfond", "L-Istrateġija tal-lum hija parti mill-ħidma tal-UE li ssawwar sistema komuni tal-UE għar-ritorni skont il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil il-ġdid.", "L-Istrateġija hija bbażata fuq ir-riżultati u l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali u inizjattivi ffinanzjati mill-UE f'pajjiżi sħab, inkluż il-ħidma li saret min-Netwerk Ewropew tar-Ritorn u r-Riintegrazzjoni, il-Frontex u l-Inizjattiva Konġunta dwar il-Protezzjoni u r-Riintegrazzjoni ta' bejn l-UE u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni.", "Għal aktar informazzjoni", "Komunikazzjoni: L-Istrateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Il-qafas tal-UE dwar il-konsulenza dwar ir-ritorn u l-Għodda ta' Assistenza għar-Riintegrazzjoni", "Q&A: L-Istrateġija tal-UE dwar ir-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1435", "title": "L-Unjoni tas-Swieq Kapitali: il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim dwar ir-regoli tal-UE rigward il-bonds koperti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Mon, 25 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim politiku milħuq illum mill-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri dwar regoli ġodda biex jippromwovu s-suq tal-bonds koperti tal-UE.", "Ir-regoli l-ġodda, li huma element importanti tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK) se jipprovdu sors ta' finanzjament fit-tul għall-banek b'appoġġ għall-ekonomija reali.", "Ir-regoli li ntlaħaq qbil dwarhom għandhom l-għan li jkattru l-iżvilupp tal-bonds koperti, li huma strumenti finanzjarji maħruġa mill-banek biex jiffinanzjaw l-ekonomija, fl-UE kollha, b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri fejn għadhom ma żviluppawx swieq bħal dawn.", "Se joħolqu qafas armonizzat tal-UE mingħajr ma joħolqu xkiel għal swieq nazzjonali diġà stabbiliti u li jaħdmu sew.", "Dawn ir-regoli, bis-saħħa ta' implimentazzjoni ta' sors ta' finanzjament fuq terminu twil u kosteffettiv, se jgħinu lill-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari lill-banek, biex jiffinanzjaw l-ekonomija reali fl-UE kollha.", "Dawn il-miżuri se jżidu wkoll il-flussi ta' kapital u ta' investimenti b'mod transfruntiera u se jippromwovu regoli prudenzjali armonizzati għal dawk l-istrumenti, u b'hekk jikkontribwixxu għall-istabbiltà finanzjarja.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis, responsabbli għall-Ewro u għad-Djalogu Soċjali, kif ukoll inkarigat mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, stqarr: “Dan il-ftehim huwa pass importanti fid-direzzjoni tal-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "L-USK għandha l-għan li timmobilizza u tidderieġi l-kapital lejn in-negozji kollha tal-UE li jeħtieġu r-riżorsi biex jespandu u jirnexxu.", "Irridu nagħmluha aktar faċli u orħos għall-banek biex jiffinanzjaw kumpaniji u unitajiet domestiċi.", "L-Unjoni Ewropea, permezz ta' dan il-qbil tagħha tal-lum dwar il-proposta, qed twettaq l-impenn tagħha li tistabbilixxi s-sisien tal-USK”.", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Il-ftehim tal-lum huwa parti mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-istrateġija tagħna biex insaħħu s-swieq tal-kapital u nħeġġu l-investiment u l-għoti ta' self fl-UE.", "Ir-regoli l-ġodda se jagħtu spinta lill-iżvilupp fl-UE kollha ta' bonds koperti u l-użu tagħhom bħala sors stabbli u kosteffettiv ta' finanzjament għall-banek Ewropej.", "Din l-espansjoni tas-sorsi ta' finanzjament u ta' investiment għall-banek għandha twassal għal iffrankar kumplessiv fil-kostijiet tas-self għan-negozji u għall-klijenti konsumaturi”.", "Il-Passi li Jmiss", "Wara dan il-ftehim politiku se jkun hemm aktar ħidma teknika sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jadottaw formalment it-testi finali taħt din il-leġiżlatura.", "Sfond", "Il-bonds koperti huma bonds garantiti minn ġabra separata ta' assi bi pretensjoni preferenzjali għall-investituri f'każ ta' falliment tal-emittent.", "Il-ġabra tal-assi, normalment, tkun tikkonsisti minn assi ta' kwalità għolja, bħal ipoteki residenzjali u kummerċjali jew dejn pubbliku.", "Jekk l-assi fil-ġabra koperta ta' assi jonqsu milli jiġġeneraw biżżejjed flussi ta' flus għall-ħlas lura lill-investituri, l-emittenti jkunu għalkollox responsabbli vis-à-vis l-investituri bil-kapital tagħhom.", "B'hekk il-bonds koperti jkunu sikuri għall-investituri.", "Il-ħruġ ta' bonds koperti jippermetti lill-banek tal-UE jiksbu finanzjament kosteffettiv, li jista' jintuża, pereżempju, biex jingħata self ipotekarju għall-proprjetà residenzjali u nonresidenzjali, kif ukoll biex jiffinanzja d-dejn pubbliku, il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru.", "Il-bonds koperti mxew tajjeb matul il-kriżi finanzjarja u wrew li kienu affidabbli u stabbli fi żmien meta mezzi oħra ta' finanzjament spiċċaw fix-xejn.", "Madankollu, regoli differenti minn xulxin fost l-Istati Membri jaffettwaw is-saħħa tal-kreditu ta' dawk l-istrumenti.", "Barra minn hekk, is-swieq tal-bonds koperti ma żviluppawx bl-istess mod fis-Suq Uniku kollu.", "Filwaqt li f'xi Stati Membri huma importanti ferm, f'oħrajn huma inqas żviluppati.", "Il-Kummissjoni adottat proposta għall-abilitazzjoni ta' qafas tal-UE dwar il-bonds koperti fit-12 ta' Marzu 2018 fil-kuntest tal-pakkett tal-USK usa':", "Direttiva li tipprovdi definizzjoni komuni ta' bonds koperti, tiddefinixxi l-karatteristiċi strutturali tal-istrument u tidentifika dawk l-assi ta' kwalità għolja li jistgħu jitqiesu eliġibbli fil-ġabra ta' assi ta' garanzija għall-obbligi ta' dejn.", "Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll superviżjoni pubblika speċjali u soda għall-bonds koperti u tistabbilixxi r-regoli li jippermettu l-użu tat-tikketta “Bonds Koperti Ewropej”.", "Regolament li jemenda r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (CRR) bl-għan li jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' trattament preferenzjali tal-kapital għall-bonds koperti permezz taż-żieda ta' rekwiżiti ulterjuri.", "Aktar informazzjoni", "Bonds koperti"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1436", "title": "L-Unjoni tas-Swieq Kapitali: il-Ftehim jissimplifika r-regoli biex id-ditti tal-investiment jappoġġaw swieq kapitali miftuħa u dinamiċi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Mon, 25 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim politiku li ntlaħaq illum mill-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri dwar regoli prudenzjali aktar proporzjonati u effettivi għad-ditti tal-investiment (IFR, rules for investment firms).", "Dan se jgħin biex il-flussi tal-investiment fl-UE jitjiebu u jagħtu protezzjoni aħjar lill-investituri.", "Element ewlieni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-UE (CMU, Capital Markets Union) hija l-leġiżlazzjoni riveduta li se tiżgura regoli aktar proporzjonati kif ukoll superviżjoni aħjar għad-ditti tal-investiment kollha fir-rigward ta' kapital, likwidità u rekwiżiti oħra għall-ġestjoni tar-riskju.", "Għandha tiżgura wkoll kundizzjonijiet ekwi bejn istituzzjonijiet finanzjarji kbar u sistemiċi: id-ditti tal-investiment li jwettqu attivitajiet simili għal dawk tal-banek u li joħolqu riskji simili għall-banek se jkunu soġġetti għall-istess regoli u superviżjoni bħal dawk tal-banek.", "Min-naħa l-oħra, kumpaniji aktar sempliċi u inqas riskjużi se jibbenefikaw minn ġabra ta' regoli riveduti b'mod sħiħ li jkunu aktar adattati għall-mudelli kummerċjali tagħhom.", "Bħala parti mill-qafas il-ġdid, ir-regoli ta' ekwivalenza għall-għoti ta' servizzi ta' investiment minn ditti ta' pajjiżi terzi wkoll se jiġu msaħħa u ċċarati.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis, responsabbli għall-Ewro u għad-Djalogu Soċjali, kif ukoll inkarigat mill-Istabbiltà Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Il-ftehim tal-lum, li se jgħin lid-ditti tal-investiment, se jiffaċilita l-flussi tal-kapital madwar l-UE, filwaqt li se jagħti lill-investituri tal-UE aċċess għal aktar għażla u għal servizzi mtejba.", "L-UE qed tistabbilixxi Aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali li tagħmel enfasi fuq il-proporzjonalità, mingħajr ma qatt tipperikola l-istabbiltà”.", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Dan il-ftehim huwa pass importanti fl-istrateġija tagħna biex nibnu swieq kapitali b'saħħithom fl-UE (l-Unjoni tas-Swieq Kapitali).", "Joħloq kundizzjonijiet ekwi bejn l-akbar ditti tal-investiment u l-akbar banek; dawn se jsegwu l-istess regoli, u se tiġi stabbilita sistema prudenzjali aktar proporzjonata għal dawk iżgħar.", "Din hija kisba kbira li se twassal ġabra ta' regoli xierqa għad-ditti tal-investiment tal-UE u għall-għoti ta' servizzi lil klijenti tal-UE minn ditti li mhumiex fl-Unjoni”.", "Ir-rieżami tad-ditti tal-investiment jikklassifikahom fi tliet kategoriji:", "id-ditti l-kbar se jibqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli prudenzjali eżistenti, u dawk l-aktar sistemiċi issa se jinġiebu taħt l-istess sistema superviżorja bħal dik ta' istituzzjonijiet ta' kreditu sinifikanti;", "id-ditti l-oħra kollha se jitqiegħdu f'żewġ gruppi b'ġabra ta' regoli riveduti, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tagħhom.", "L-iżgħar kumpaniji se jibbenefikaw minn rekwiżiti aktar sempliċi u eħfef.", "Ġew introdotti wkoll bidliet immirati li skonthom il-fornituri bbażati f'pajjiżi mhux tal-UE jistgħu joffru s-servizzi tagħhom lil kumpaniji u klijenti tal-UE.", "Il-leġiżlazzjoni riveduta se tissimplifika l-konformità għad-ditti tal-investiment tal-Ewropa, u tappoġġahom fil-medjazzjoni ta' flussi ta' investiment bejn dawk li jfaddlu u atturi ekonomiċi.", "Dan għandu jgħin biex l-iffrankar jiġi indirizzat lejn is-swieq tal-kapital u jkun ta' benefiċċju għall-investiment u għat-tkabbir fl-UE.", "Ir-regoli se jgħinu wkoll biex is-superviżuri Ewropej iwettqu sorveljanza fuq l-attivitajiet u r-riskji li d-ditti tal-investiment joħolqu.", "Fl-aħħar nett, dan se jiżgura li l-klijenti tal-UE jistgħu jkomplu jibbenefikaw mill-għażliet ta' investiment u minn servizzi pprovduti minn ditti bbażati f'pajjiżi barra l-UE, b'salvagwardji adegwati biex jiġu protetti l-investituri u l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni.", "Il-Passi li Jmiss", "Wara dan il-ftehim politiku se ssegwi ħidma teknika sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jadottaw formalment it-testi finali f'din il-leġiżlatura.", "Il-kuntest", "Id-ditti tal-investiment u s-servizzi li jagħtu huma vitali biex l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tiffunzjona sew (CMU).", "Flimkien mal-banek, is-swieq tal-kapital tal-UE jiddependu fuq diversi eluf ta' ditti tal-investiment żgħar u kbar li jagħtu konsulenza lill-klijenti, jgħinu lill-kumpaniji jisfruttaw is-swieq tal-kapital, jiġġestixxu l-assi, u jipprovdu likwidità fis-suq, biex b'hekk jiġi ffaċilitat l-investiment fl-UE kollha kemm hi.", "L-UE teħtieġ swieq tal-kapital aktar b'saħħithom sabiex tippromwovi l-investiment, tillibera sorsi ġodda ta' finanzjament għall-kumpanji, toffri opportunitajiet aħjar lill-unitajiet domestiċi u ssaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.", "Il-proposta tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2017 għal regoli għad-ditti tal-investiment (IFR) hija parti mill-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) ta' Settembru 2015.", "Ir-regoli għad-ditti tal-investiment jappoġġaw l-għan tas-CMU sabiex jiġu promossi aktar l-attivitajiet ta' ditti li jgħinu fil-fluss tal-investiment mingħand atturi li jfaddlu fl-Ewropa għal negozji Ewropej, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni r-riskji għalihom.", "Għal aktar informazzjoni", "Rieżami tal-qafas prudenzjali għad-ditti tal-investiment"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1388", "title": "Is-Summit tal-UE – Lega tal-Istati Għarab: Nixprunaw is-sħubija Ewro-Għarbija u nindirizzaw il-problemi globali flimkien", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HREXTRELS", "date": "Sun, 24 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["L-ewwel Summit tal-Unjoni Ewropea - Lega tal-Istati Għarab (League of Arab State, LAS) li qatt sar, li ġab flimkien 49 pajjiż, mil-Lega tal-Istati Għarab u mill-UE, seħħ fl-24-25 ta' Frar f'Sharm El-Sheikh.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, irrappreżenta lill-Unjoni Ewropea waqt is-Summit, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, li ppreseda wkoll flimkien mal-President Eġizzjan Abdel Fattah Al Sisi.", "Kienu mistiedna wkoll il-Mexxejja mit-28 Stat Membru tal-UE, u mill-21 pajjiż tal-Lega tal-Istati Għarab, kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-LAS.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, ipparteċipaw ukoll waqt is-Summit.", "“Nixtieq li aħna, flimkien, niddefendu l-valuri fundamentali tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u t-tolleranza.", "L-istorja komuni tagħna u l-qrubija ġeografika tagħna jitolbu li aħna naħdmu flimkien” qal il-President Jean-Claude Juncker waqt is-sessjoni tal-ftuħ tas-Summit.", "“Flimkien, l-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab u l-Unjoni Ewropea jammontaw għal 12% tal-popolazzjoni tad-dinja.", "Dak li nistgħu nagħmlu flimkien, biex niżguraw l-istabbiltà tar-reġjuni tagħna u lil hinn minnhom, huwa ta' piż ħafna ikbar mill-piż demografiku tagħna.”", "Il-kummenti kollha tal-President Juncker waqt is-sessjoni tal-ftuħ tas-Summit UE-LA u waqt il-konferenza stampa huma disponibbli online.", "Il-Mexxejja qablu wkoll dwar dikjarazzjoni konġunta li tiġbor fil-qosor il-firxa wiesgħa ta' oqsma diskussi.", "Kooperazzjoni Ewro-Għarbija", "Fid-diskussjonijiet tagħhom, l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab affermaw mill-ġdid li huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni reġjonali aktar b'saħħitha sabiex jinstabu soluzzjonijiet komuni għal problemi komuni.", "Ġeddew l-impenn tagħhom li joħolqu opportunitajiet ġodda permezz ta' approċċ kollaborattiv, billi n-nies, b'mod partikulari n-nisa u ż-żgħażagħ, jitpoġġew fil-qalba ta' ħidma konġunta.", "Il-Mexxejja rrikonoxxew ir-rwol importanti tas-soċjetà ċivili.", "Iż-żewġ naħat qablu wkoll li jsaħħu l-kooperazzjoni ekonomika u impenjaw ruħhom li jiżviluppaw aġenda konkreta, speċjalment fl-oqsma tal-kummerċ, tal-enerġija, tax-xjenza, tar-riċerka, tat-teknoloġija, tat-turiżmu, tal-agrikoltura u oqsma oħra ta' benefiċċju reċiproku.", "Problemi globali", "Il-Mexxejja tal-UE u tal-Istati Għarab esprimew l-impenn tagħhom għall-multilateraliżmu u għal sistema internazzjonali bbażata fuq id-dritt internazzjonali.", "Sabiex jiġu indirizzati l-problemi globali, huwa kruċjali li jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-UE, il-Lega tal-Istati Għarab, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana.", "Huma tennew l-impenn sħiħ tagħhom għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli universali.", "Dawn il-prinċipji għandhom jiggwidaw il-ħidma biex jiġu indirizzati problemi komuni bħalma huma t-tibdil fil-klima, iż-żamma tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-migrazzjoni irregolari, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' bnedmin, il-protezzjoni u l-appoġġ għar-refuġjati u l-ġlieda kontra l-mibegħda u l-intolleranza.", "Il-Mexxejja skambjaw ukoll tħassib dwar theddid għall-paċi u għas-sigurtà bħalma huma t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni.", "Dawn il-problemi globali kollha jirrikjedu ħidma miftiehma skont id-dritt internazzjonali.", "Kwistjonijiet reġjonali", "Kif enfasizzat ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Mogherini, il-Mexxejja kellhom diskussjonijiet kostruttivi, serji u dettaljati dwar kwistjonijiet reġjonali bħalma huma l-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, żviluppi riċenti fis-Sirja, fil-Libja u fil-Jemen u affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-proċessi mmexxija min-NU u l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-Mibgħuta Speċjali/Rappreżentanti tan-NU.", "Huma affermaw mill-ġdid il-pożizzjonijiet komuni tagħhom dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani u tennew l-impenn biex tinstab soluzzjoni bejn iż-żewġ Stati billi huwa l-uniku mod realistiku biex ikun hemm paċi ġusta, dejjiema u komprensiva.", "Affermaw mill-ġdid ukoll il-ħtieġa li jingħata appoġġ lill-UNRWA u talbu għal bidla fundamentali għall-aħjar fl-Istrixxa ta' Gaża.", "Rigward is-Sirja, huma fakkru li l-unika soluzzjoni sostenibbli hija tranżizzjoni politika ġenwina li tkun konformi mal-Komunikat ta' Ġinevra tal-2012 u qablu li l-politika rispettiva tagħhom rigward is-Sirja titwettaq flimkien ma' progress tanġibbli lejn soluzzjoni politika paċifika.", "Rigward il-Libja, huma esprimew l-appoġġ tagħhom għall-isforzi tan-NU u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku Libjan tal-2015 u talbu lil-Libjani kollha biex jinvolvu ruħhom in bona fede fl-isforzi mmexxija min-NU.", "Rigward il-Jemen, il-Mexxejja laqgħu l-Ftehim ta' Stokkolma u b'mod partikulari l-waqfien mill-ġlied f'Hodeidah u talbu għal twassil sigur, rapidu u mingħajr xkiel ta' għajnuna umanitarja.", "Aktar informazzjoni:", "Dikjarazzjoni tas-summit ta' Sharm El-Sheikh", "Intervention du Président Jean-Claude Juncker à la séance d'ouverture du sommet Union européenne-Ligue des États arabes", "Kummenti mingħand il-President Jean-Claude Juncker waqt il-konferenza stampa tal-UE-Lega tal-Istati Għarab", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab", "*Il-link ġie kkoreġut"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1418", "title": "Il-finanzjament sostenibbli: Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim dwar ġenerazzjoni ġdida ta' parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Sun, 24 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim politiku li ntlaħaq illum bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri dwar ġenerazzjoni ġdida ta' parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju meħtieġa biex jgħinu biex tingħata spinta lill-investiment fi proġetti u assi sostenibbli.", "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għad iridu japprovaw ir-regoli b'mod formali.", "Dan il-ftehim joħloq żewġ kategoriji ġodda ta' parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju: parametru referenzjarju ta' tranżizzjoni klimatika u parametru referenzjarju speċjalizzat li jġib il-portafolli tal-investimenti konformi mal-għan tal-Ftehim ta' Pariġi biex tiġi llimitata ż-żieda fit-temperatura globali għal 1.5˚C aktar mil-livelli preindustrijali.", "Proposti mill-Kummissjoni għall-ewwel darba f'Mejju 2018, ir-regoli li dwarhom illum intlaħaq qbil jappoġġaw l-għanijiet tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (Capital Market Union - CMU) biex il-finanzjament jiġi konness mal-ħtiġijiet tal-ekonomija u mal-agenda tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli għall-Euro u d-Djalogu Soċjali, inkarigat ukoll mill-Istabbiltà Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “B'dan il-ftehim, l-investituri se jibbenefikaw minn żewġ parametri referenzjarji affidabbli biex iwettqu l-istrateġiji klimatiċi ambizzjużi tagħhom.", "Dan huwa stadju importanti tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tat-tkabbir sostenibbli, li jieħu sehem biex il-flussi tal-kapital jiġu riorjentati lejn l-investiment sostenibbli”.", "Jyrki Katainen, il-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Nilqa' bi pjaċir il-ftehim li ntlaħaq illejla li juri li l-aġenda tagħna dwar il-Finanzi Sostenibbli u l-għanijiet biex tinbena Unjoni tas-Swieq Kapitali aktar b'saħħitha jistgħu jaħdmu id f'id.", "L-UE qed iżżomm mal-ambizzjonijiet tagħha li tagħmel lill-Ewropa post aktar attraenti għall-investituri billi tistabbilixxi standards għoljin ta' divulgazzjoni u twitti t-triq għal politiki ta' investiment sostenibbli fit-tul”.", "Il-parametri referenzjarji għandhom impatt importanti fuq il-flussi tal-investiment.", "Ħafna investituri jiddependu minnhom għall-ħolqien ta' prodotti ta' investiment, għall-kejl tal-prestazzjoni ta' prodotti ta' investiment u għall-istrateġiji ta' allokazzjoni ta' assi.", "Iż-żewġ kategoriji l-ġodda huma tikketti volontarji mfassla biex jorjentaw l-għażla ta' investituri li jixtiequ jadottaw strateġija ta' investiment konxja mill-klima.", "Il-parametru referenzjarju tat-tranżizzjoni klimatika se joffri alternattiva b'livell baxx ta' karbonju għal parametri referenzjarji komunement użati.", "Il-parametru referenzjarju allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi se jinkludi biss kumpaniji li jistgħu juru li huma allinjati ma' mira ta' 1.5˚C. It-tikketti l-ġodda huma mfassla biex jagħtu assigurazzjonijiet addizzjonali biex jevitaw il-“greenwashing”, jiġifieri li l-investituri jiġu żgwidati b'dikjarazzjonijiet qarrieqa jew mhux sostanzjati dwar il-benefiċċji ambjentali ta' parametru referenzjarju.", "Grupp ta' esperti tekniċi issa se jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar kif għandhom jintgħażlu l-kumpaniji eliġibbli għall-inklużjoni fil-parametri referenzjarji l-ġodda.", "Il-grupp ta' esperti se jagħti pariri wkoll dwar jekk għandhomx jiġu esklużi ċerti setturi ta' attività ekonomika mill-parametru referenzjarju speċjalizzat allinjat skont il-Ftehim ta' Pariġi.", "Ladarba l-grupp ta' esperti jagħti l-parir tiegħu, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi regoli delegati li jkopru l-kompożizzjoni taż-żewġ parametri referenzjarji f'aktar dettall.", "Fi żvilupp ieħor separat, l-istituzzjonijiet tal-UE qablu wkoll li jagħtu lill-fornituri ta' “parametri referenzjarji ta' importanza kritika” — rati tal-imgħax bħall-Euribor jew l-EONIA — sentejn oħra sal-31 ta' Diċembru 2021 biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda tar-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji.", "Minħabba l-importanza kruċjali tal-parametri referenzjarji ta' pajjiżi terzi għall-kumpaniji tal-UE, ġew introdotti wkoll is-sentejn oħra għall-parametri referenzjarji prodotti barra mill-UE biex jipprovdu żmien addizzjonali għal xogħol ma' regolaturi mhux tal-UE dwar kif dawn il-parametri referenzjarji jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti jew approvati mod ieħor għall-użu fl-UE.", "Il-Passi li Jmiss", "Aktar taħditiet tekniċi se jsegwu l-ftehim politiku tal-lum biex jiġi ffinalizzat it-test.", "Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER) tal-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew se jkollhom jadottaw formalment ir-regoli l-ġodda qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ.", "Sfond", "B'azzjoni pijuniera permezz tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-UE għandha l-għan li tmexxi b'mod globali l-bidla u żżid l-investiment privat lejn il-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.", "Fl-24 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat serje ta' miżuri leġiżlattivi li jsegwu l-ewwel Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, li se jippermetti lis-settur finanzjarju jappoġġa bis-sħiħ il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Minbarra l-proposta li jiġu rregolati l-parametri referenzjarji għal strateġiji ta' investiment b'livell baxx ta' karbonjul- – maqbula proviżorjament illum, dawn il-miżuri kienu jinkludu wkoll:", "Proposta biex tiġi stabbilita sistema unifikata ta' klassifikazzjoni tal-UE (“tassonomija”) ta' attivitajiet ekonomiċi sostenibbli,", "Proposta biex jittejbu r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni relatati mar-riskji u l-opportunitajiet ta' sostenibbiltà.", "Il-Kummissjoni qed taħdem mal-koleġiżlaturi bl-għan li jintlaħaq ftehim dwar iż-żewġ proposti li fadal qabel tmiem dan il-mandat."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1332", "title": "Regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni żżid l-appoġġ nazzjonali lill-bdiewa sa €25,000", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Thu, 21 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-limitu għall-appoġġ nazzjonali lill-bdiewa se jiżdied ġmielu, u b'hekk se jiżdiedu wkoll il-flessibbiltà u l-effiċjenza, l-aktar fiż-żminijiet ta' kriżi u meta jkun hemm bżonn rispons rapidu min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi.", "Illum il-Kummissjoni adottat regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu (l-hekk imsejħa għajnuna de minimis), u b'hekk żdied l-ammont massimu li jistgħu jużaw l-awtoritajiet nazzjonali biex jappoġġaw lill-bdiewa mingħajr il-bżonn tal-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.", "B'din id-deċiżjoni, il-pajjiżi tal-UE se jkunu jistgħu jżidu l-appoġġ lill-bdiewa mingħajr ma jxekklu s-suq, u filwaqt li se jonqos il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan qal: \"Il-proposta tal-Kummissjoni għal regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għas-settur agrikolu tirrifletti l-valur ta' din l-għamla ta' appoġġ fiż-żminijiet ta' kriżi.", "Jekk inżidu l-ammont massimu tal-għajnuna lill-bdiewa, l-awtoritajiet nazzjonali jkollhom aktar flessibbiltà u jkunu jistgħu jirreaġixxu aktar malajr u b'mod aktar effettiv biex jappoġġaw lil bdiewa vulnerabbli.”", "Xi drabi, l-ammont ta' għajnuna mill-Istat li jista' jingħata lil bdiewa individwali se jiżdied b'66 %.", "Dawn ir-regoli ġodda qed jakkumpanjaw il-bqija tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat notifikata, u għalhekk l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikawhom.”", "L-ammont massimu tal-għajnuna li jista' jitqassam għal kull azjenda agrikola fuq medda ta' tliet snin se jiżdied minn €15,000 għal €20,000.", "Biex tiġi evitata xi distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni, kull pajjiż tal-UE għandu ammont massimu nazzjonali li ma jistax jaqbżu.", "Dawn il-limiti nazzjonali tal-għajnuna se jiżdiedu minn 1 % bir-regoli attwali għal 1.25 % tal-produzzjoni agrikola annwali tal-pajjiż tul l-istess perjodu ta' tliet snin.", "Dan ifisser żieda fil-limitu nazzjonali ta' 25 %.", "Jekk xi pajjiż ma jonfoqx iżjed minn 50 % tal-pakkett totali tal-għajnuna nazzjonali tiegħu fuq xi settur agrikolu partikolari, dan se jkun jista' jkompli jżid din l-għajnuna de minimis għal kull azjenda agrikola għal €25,000, u l-ammont massimu nazzjonali għal 1.5 % tal-produzzjoni annwali.", "Dan ifsser żieda ta' 66 % fl-ammont massimu għal kull bidwi u żieda ta' 50 % fil-limitu nazzjonali.", "Għall-pajjiżi li jagħżlu dak il-limitu massimu, ir-regoli l-ġodda jeżiġu l-ħolqien ta' reġistri ċentrali obbligatorji fil-livell nazzjonali.", "B'hekk ikun jista' jinżamm rendikont tal-għajnuniet mogħtija u għalhekk jeħfiefu u jitjiebu t-twassil u l-monitoraġġ tal-għajnuna de minimis.", "Diversi Stati Membri diġà qed iżommu reġistri bħal dawn, u b'hekk ikunu jistgħu japplikaw dawn il-limiti ogħla minn issa stess.", "Il-limiti miżjuda jidħlu fis-seħħ fl-14 ta' Marzu u jistgħu japplikaw b'mod retroattiv għall-għajnuniet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha.", "Il-kuntest", "Skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, il-pajjiżi tal-UE għandhom jinnotifikaw l-għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni u ma jimplimentawx il-miżura tal-għajnuna qabel ikollhom l-awtorizzazzjoni tall-Kummissjoni.", "Iżda meta l-ammonti tal-għajnuna jkunu żgħar biżżejjed, bħalma hu l-każ għall-għajnuna de minimis, il-pajjiżi tal-UE ma għandhomx għalfejn jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew jiksbu l-awtorizzazzjoni tagħha.", "Minħabba d-daqs tagħha, l-għajnuna ma tkunx thedded il-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern.", "Tipikament, l-għajnuna de minimis tintuża mill-Istati Membri meta jkollhom bżonn jaġixxu malajr mingħajr ma jwaqqfu xi skema skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, speċjalment fiż-żminijiet ta' kriżi.", "Barra minn hekk, din tintuża sikwit għal xi skop speċifiku ħafna, eżempju biex tgħin fil-prevenzjoni jew fil-qerda tal-mard tal-annimali meta sseħħ xi tifqigħa, jew biex tikkumpensa lill-bdiewa għal xi ħsarat ikkawżati mill-annimali li mhumiex protetti bil-liġi tal-UE jew bil-liġi nazzjonali, bħaċ-ċingjali selvaġġi.", "Il-ħsarat li jikkawżaw l-ispeċijiet tal-annimali protetti (bħall-ilpup, il-linċi, l-orsijiet, u l-bqija) jistgħu jiġu kkumpensati skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat notifikata.", "Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri u lill-partijiet konċernati biex jagħtu l-kontribut tagħhom dwar ir-reviżjoni tar-regoli de minimis, u dan il-kontribut ġie kkunsidrat meta kienu qed jiġu ffinalizzati l-emendi.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija u fiż-żoni rurali", "Konsultazzjoni dwar ir-Regolament de minimis"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_15_5807", "title": "Q & A dwar “Kummerċ għal kulħadd” l-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ u l-investiment", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 13 Oct 2015 22:00:00 GMT", "text": ["1.", "Liema huma l-inizjattivi ewlenin fl-istrateġija l-ġdida?", "Il-komunikazzjoni tħabbar firxa ta’ inizjattivi taħt l-intestaturi ta’ effikaċja, trasparenza, valuri, u l-programm tal-UE ta’ negozjati.", "It-12-il prijorità ewlenija huma kif ġej:", "Politika aktar effettiva li tittratta r-realtajiet ekonomiċi ġodda u żżomm il-wegħdi tagħha billi:", "Politika ta' kummerċ u ta' investiment aktar trasparenti billi:", "Politika tal-kummerċ u l-investiment ibbażat fuq valuri billi:", "Programm ta’ negozjati sabiex jaffettwa l-globalizzazzjoni billi:", "2.", "Xi tfisser “Kummerċ għal Kulħadd”?", "L-istrateġija kummerċjali l-ġdida tiffoka fuq li tiżgura li kemm jista’ jkun nies ikollhom aċċess għall-benefiċċji tal-kummerċ.", "Il-konsumaturi:", "Il-Ħaddiema:", "Iċ-ċittadini:", "Impriżi żgħar u ta’ daqs medju:", "In-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw:", "3.", "Għaliex l-UE għandha taġġorna l-istrateġija tal-kummerċ tagħha issa?", "Għal diversi raġunijiet:", "Id-dibattitu dwar il-kummerċ: Id-diskussjonijiet pubbliċi attwali dwar il-kummerċ - b’mod partikolari iżda mhux esklussivament dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP) — juru li ħafna nies huma mħassba dwar l-impatt potenzjali tal-politika kummerċjali fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum.", "Huma jridu wkoll li jiġi assigurati li l-prodotti li jixtru minn barra jkunu magħmula taħt kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent.", "Ħafna jistaqsu, \"Għal min hi l-politika tal-kummerċ?\"", "L-UE trid tweġiba ċara - strateġija li sservi l-interessi u l-valuri wiesgħa tan-nies tal-kontinent tagħna.", "Il-Katini ta’ valur globali: Il-kummerċ u l-investiment diġà jaħdmu għall-Ewropa, u jipprovdu wieħed minn seba’ impjiegi fl-UE, flimkien ma’ prezzijiet aktar baxxi, aktar għażla u innovazzjoni.", "Imma l-kummerċ huwa fiċ-ċentru ta’ bidla kbira fil-mod kif isiru l-prodotti.", "L-oġġetti u s-servizzi ħafna drabi jinħolqu permezz ta’ katini ta’ valur globali li jaqsmu ħafna fruntieri, u jiġu ffaċilitati permezz ta’ konnessjonijiet diġitali u l-ivvjaġġar minn esperti, maniġers anzjani jew fornituri ta’ servizzi.", "Dan ifisser li l-kummerċ issa huwa fil-qalba tal-ekonomija tagħna, mhux biss mod għall-esportazzjoni ta’ prodotti lesti.", "U dan ifisser li l-politika kummerċjali teħtieġ perspettiva ġdida u għodod ġodda.", "Għandna bżonn niftħu s-swieq u jeħtieġ li naħsbu b’mod aktar wiesa’ milli ostakoli tradizzjonali għall-kummerċ fuq il-fruntiera.", "Għandna wkoll nintegraw l-aspettattivi tal-konsumatur għal immaniġġjar aktar responsabbli tal-katini ta’ provvista.", "L-immirar tas-swieq tal-lum u ta’ għada: L-UE teħtieġ timpenja ruħha f’negozjati mal-ekonomiji l-iktar importanti tad-dinja sabiex tkun tista’ timmassimizza l-opportunitajiet mill-kummerċ.", "Dan ifisser l-aġġornament tal-ħidma tagħna fi u madwar id-WTO, fi ftehimiet bilaterali ta’ kummerċ ħieles u fi ftehimiet speċifiċi dwar l-investiment.", "Dan ifisser ukoll it-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ minn setturi ferm innovattivi bħalma huma l-enerġija rinnovabbli u teknoloġiji ambjentali oħrajn.", "L-ilħuq ta' ftehim dwar prodotti u servizzi ambjentali fid-WTO se jagħti spinta lil settur li qed jikber b’rati ta' żewġ ċifri u li qed iżid fl-impjiegi ġodda.", "L-isfruttar bis-sħiħ ta’ ftehimiet kummerċjali eżistenti:Il-ftehimiet kummerċjali jiffunzjonaw — kif juri s-suċċess tal-FTA bejn l-UE u l-Korea — iżda għadna mhux qed nisfruttaw l-opportunitajiet kollha li dawn joħolqu, inkluż għall-SMEs.", "Minkejja r-riżultati ġenerali eċċellenti tiegħu, il-kumpaniji mhux qed jieħdu vantaġġ sħiħ tat-tariffi mnaqqsa li dan il-ftehim jipprovdi.", "Fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tiegħu, 60 % tal-esportazzjonijiet tal-UE kienu għadhom suġġetti għal dazji mhux meħtieġa.", "L-użu effettiv ta’ dawk il-preferenzi issa ttejjeb biex ikopri żewġ terzi tal-esportazzjonijiet tal-UE iżda għad hemm firxa wiesgħa ta’ rati ta’ utilizzazzjoni madwar l-Istati Membri, li jindika li għad hemm aktar x’jista’ jsir biex titjieb l-implimentazzjoni effettiva tiegħu.", "4.", "Kif nafu li ftehimiet dwar il-kummerċ jistgħu jaħdmu biex jinkisbu riżultati ekonomiċi?", "L-FTA bejn l-UE u l-Korea t'Isfel huwa l-ewwel wieħed minn ġenerazzjoni ġdida ta’ FTAs innegozjati mill-UE.", "Dan daħal fis-seħħ fl-2011 u jipprovdi wieħed mill-aħjar eżempji tal-benefiċċji ta’ ftehimiet ta’ kummerċ tal-UE.", "F’erba’ snin, l-esportazzjonijiet ta’ prodotti ġejjin mill-UE żdiedu b’55 % b’mod ġenerali u b’59 % fuq prodotti li fuqhom tnaqqsu t-tariffi minn meta daħal fis-seħħ il-ftehim.", "Din iġġenera EUR 4.7 biljun f’esportazzjonijiet ekstra fl-ewwel tliet snin.", "L-esportazzjonijiet tal-vetturi żdiedu b'aktar mid-doppju.", "Id-defiċit tal-kummerċ tal-UE li kien ilu jeżisti issa nbidel f’eċċess.", "Barra minn hekk, is-sehem tal-UE ta’ importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel żdied minn 9% għal 13%, filwaqt li l-Istati Uniti baqgħet stabbli u l-Ġappun tilef 2%.", "Ftehimiet oħra kienu ġew negozjati fuq l-istess linji (mal-Kanada, Singapor u aktar reċentement mal-Vjetnam) u huma mistennija li jkollhom l-istess riżultati.", "5.", "X’għamlet il-Kummissjoni biex ħejjiet din l-istrateġija l-ġdida?", "Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni wiesgħa mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili fit-tħejjijiet tagħha għall-istrateġija l-ġdida.", "L-Istati Membri:", "Il-Parlament Ewropew", "Partijiet interessati", "6.", "X'inhuma l-passi li jmiss għall-istrateġija l-ġdida?", "Il-Kummissarju Malmström se titkellem fil-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Ottubru 2015.", "Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin x'aktarx li ser jadotta l-konklużjonijiet fis-27 ta’ Novembru.", "Il-Kummissarju se tipparteċipa wkoll fi Djalogu mas-Soċjetà Ċivili fl-20 ta’ Ottubru.", "Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa mistenni wkoll li jagħti opinjoni dwar l-istrateġija.", "Fuq il-bażi ta’ dawn id-diskussjonijiet, il-Kummissjoni ser tivvaluta kif l-implimentazzjoni għandha tipproċedi matul il-mandat attwali.", "Xi azzjonijiet — bħal dawk dwar it-trasparenza — jistgħu jimxu ‘l quddiem mingħajr dewmien.", "Oħrajn se jieħdu forma ta’ proposti tal-Kummissjoni u għalhekk ikunu suġġetti għal proċeduri normali ta’ konsultazzjoni u ta' teħid ta’ deċiżjonijiet.", "Il-komunikazzjoni hija disponibbli hawn", "L-istqarrija għall-Istampa dwar il-Komunikazzjoni hija disponibbli hawn", "Aktar informazzjoni hija disponibbli hawn"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_15_5804", "title": "\"Enjoy, it’s from Europe\": Aktar minn EUR 100 miljun għall-promozzjoni tal-agrikultura Ewropea fl-2016", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Mon, 12 Oct 2015 22:00:00 GMT", "text": ["Fl-2016 il-produtturi Ewropej se jibbenefikaw minn programmi li jiswew EUR 111-il miljun biex isibu swieq ġodda u jippromwovu l-konsum ’il barra mill-UE u fiha.", "Il-promozzjoni hija parti ewlenija mill-miżuri ppreżentati mill-Kummissjoni biex jiġu appoġġati il-bdiewa.", "\"Enjoy, it's from Europe\": il-politika l-ġdida ta’ promozzjoni, adottata llum mill-Kummissjoni Ewropea, se tgħin lill-professjonisti tas-settur jippenetraw fi swieq internazzjonali jew jikkonsolidawhom u tagħmel lill-konsumaturi Ewropej aktar konxji tal-isforzi li jagħmlu l-bdiewa Ewropej.", "Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni se tipprovdi aktar riżorsi, se żżid ir-rata ta’ kofinanzjament u se tnaqqas il-burokrazija għall-approvazzjoni tal-proġetti.", "Din hija parti minn sforz biex jiżdied b’mod progressiv il-baġit disponibbli tal-UE għall-promozzjoni, minn EUR 61 miljun fl-2013 (meta ġew proposti r-regoli l-ġodda) għal EUR 200 miljun fl-2019.", "Skont ir-regoli l-ġodda, ir-rati ta’ kofinanzjament tal-UE ser jiżdiedu minn 50 % għal 70-80 % (sa 85 % għall-Greċja u Ċipru).", "Fl-istess ħin, il-kofinanzjament nazzjonali jisparixxi biex b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri.", "Il-burokrazija żejda se titnaqqas b’mod sinifikanti fil-proċess tal-għażla tal-proġetti biex b’hekk jitħaffef il-proċess tal-applikazzjoni.", "Il-programm 2016 jimmira għal lista magħżula ta’ pajjiżi terzi (il-lista sħiħa tinsab fl-anness) fejn hemm l-ogħla potenzjal għat-tkabbir, b’mod partikolari fis-setturi li qed jesperjenzaw sitwazzjoni tas-suq partikolarment diffiċli, bħall-prodotti tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal.", "L-ammont totali, EUR 30 miljun ġew allokati speċifikament f’pakkett ta’ appoġġ imniedi mill-Kummissarju Hogan kmieni f’Settembru biex jappoġġa l-miżuri ta’ promozzjoni f’dawn iż-żewġ setturi.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan stqarr illum: “Fis-suq globali, ma hemmx aqwa mill-prodotti agroalimentari tal-Ewropa.", "Is-suq tal-esportazzjoni tal-UE ta’ EUR 110 biljun joħloq impjiegi u tkabbir fiż-żoni rurali fl-Ewropa kollha.", "Biex tkompli din il-mewġa ta’ esportazzjoni, għandi l-pjaċir li nippreżenta dan ir-reġim ġdid ta’ promozzjoni li se jixpruna EUR 111-il miljun ta’ opportunitajiet addizzjonali għall-prodotti agroalimentari fi swieq ġodda, kif ukoll se żżid il-preżenza tagħna fi swieq eżistenti.", "Bi pjaċir partikolari qed inħabbar id-delimitazzjoni ta’ EUR 30 miljun għas-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal li jinsabu f’diffikultà bħala parti mill-pakkett ta’ EUR 500 miljun għas-swieq agrikoli, li ġie mħabbar reċentement.", "Inħares ’il quddiem għat-tnedija ta’ kampanja diplomatika fix-xhur li ġejjin, filwaqt li mmexxi missjonijiet kummerċjali biex jinfetħu aktar opportunitajiet għall-produtturi tal-UE fid-dinja kollha.”", "Sfond:", "L-elementi prinċipali proposti f’din ir-riforma huma:", "Il-Kummissjoni adottat Regolamenti ta’ Delega u ta’ Implimentazzjoni biex jiġi implimentat dan l-att bażiku b’mod sħiħ.", "L-atti ġuridiċi rilevanti ġew ippubblikati llum fil-Ġurnal Uffiċjali.", "Element ewlieni ta’ din il-politika l-ġdida ta’ promozzjoni huwa l-istabbiliment ta’ programm ta’ ħidma annwali (Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni), li jistabbilixxi prijoritajiet strateġiċi għall-miżuri ta’ promozzjoni f’termini ta’ prodotti, skemi u swieq li jkunu fil-mira, u l-baġits korrispondenti allokati.", "L-objettiv huwa li jkun hemm politika dinamika u proattiva, adattata kull sena għall-opportunitajiet li jinqalgħu fis-suq u l-ħtiġijiet tas-settur.", "Għal aktar informazzjoni dwar il-politika ta’ promozzjoni agrikola, ara hawn.", "Anness", "Tqassim tal-baġits għal kull prijorità għall-programmi kofinanzjati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali 2016", "L-ammont previst", "Programmi sempliċi — Suq intern", "EUR 26 miljun", "Azzjoni 1*- Programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni bil-għan li jkabbru l-kuxjenza u r-rikonoxximent tal-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 5(4)a, b u c tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014", "EUR 10 miljun", "Azzjoni 2*- Programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni bil-għan li juru biċ-ċar il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u alimentari Ewropej", "EUR 7 miljuni", "Azzjoni 3- Programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni dwar il-ħalib/il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti tal-laħam tal-majjal jew taħlita ta’ dawn it-tnejn", "EUR 9 miljuni", "Programmi sempliċi — f’pajjiżi Terzi", "EUR 68 miljun", "Azzjoni 4*- Programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni li jimmiraw iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel u t-territorju doganali tat-Tajwan", "EUR 12-il miljun", "Azzjoni 5*-Programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni li jimmiraw l-Istati Uniti tal-Amerika u/jew il-Kanada", "EUR 12-il miljun", "Azzjoni 6* -L-Amerika Ċentrali u l-Amerika ta’ Isfel u l-Karibew", "EUR 7 miljuni", "Azzjoni 7* - Ix-Xlokk tal-Asja, jiġifieri l-Brunej, il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malażja, il-Mjanmar, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja,Timor Leste u l-Vjetnam", "EUR 7 miljuni", "Azzjoni 8*- L-Afrika u l-Lvant Nofsani", "EUE 4,5 miljun", "Azzjoni 9*- żoni ġeografiċi oħra", "EUE 4,5 miljun", "Azzjoni 10 - Programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni dwar il-ħalib/il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti tal-laħam tal-majjal jew taħlita ta’ dawn it-tnejn li jimmiraw kwalunkwe pajjiż terz", "EUR 21 miljun", "Programmi multipli", "EUR 14-il miljun", "Programmi sempliċi — f’każ ta’ tfixkil serju fis-suq", "EUR 3 miljuni", "*Dawn il-programmi mhux ser ikopru l-ħalib/il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti tal-laħam tal-majjal jew taħlita ta’ dawn it-tnejn.", "Madankollu, dawn jistgħu jkopru l-ħalib/il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti tal-laħam tal-majjal jew taħlita ta’ dawn it-tnejn jekk ikunu assoċjati ma’ prodotti oħrajn.", "Total ta’ EUR 111-il miljun", "N.B", "Programm sempliċi huwa programm ta’ promozzjoni ppreżentat minn organizzazzjoni proponenti waħda jew aktar mill-istess Stat Membru.", "Programm multiplu huwa programm ippreżentat minn tal-anqas żewġ organizzazzjonijiet proponenti minn tal-anqas żewġ Stati Membri, jew minn organizzazzjoni Ewropea waħda jew aktar."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_15_5802", "title": "Mistoqsijiet u tweġibiet dwar is-'Siġill ta’ Eċċellenza'", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RESINSC,REGIONAL", "date": "Sun, 11 Oct 2015 22:00:00 GMT", "text": ["Is-'Siġill ta’ Eċċellenza' huwa tikketta ta’ kwalità, mogħtija lil proposti ta’ proġetti ppreżentati għal finanzjament taħt Orizzont 2020", "X’inhu 'Siġill ta’ Eċċellenza'?", "Is-'Siġill ta’ Eċċellenza' huwa tikketta ta’ kwalità, mogħtija lil proposti ta’ proġetti ppreżentati għal finanzjament taħt Orizzont 2020 il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.", "Dan jingħata lil dawk il-proġetti li rnexxielhom jgħaddu l-kriterji stretti kollha tal-għażla u tal-għoti fl-evalwazzjoni ta’ Orizzont 2020, iżda li ma setgħux jiġu ffinanzjati taħt is-Sejħa tal-Baġit disponibbli.", "Is-'Siġill' jidentifika proposti ta’ proġetti promettenti li jimmeritaw finanzjament minn sorsi alternattivi (pubbliċi jew privati), jiġifieri nazzjonali, reġjonali, Ewropej jew internazzjonali.", "Għala 'Siġill ta’ Eċċellenza'?", "Fi żmien ta’ riżorsi skarsi, l-impatt fuq il-kompetittività u t-tkabbir tal-investimenti tagħna fir-Riċerka u l-Innovazzjoni jeħtieġ li jiġu massimizzati: il-ħolqien ta’ sinerġiji bejn Orizzont 2020 u sorsi oħra ta’ finanzjament bħal, iżda mhux esklussivament, il-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (ESIF) huw mezz biex jinkiseb dan.", "Din kien ukoll mandat ċar mill-President Juncker lill-Kummissarji Moedas u Creţu.", "Min se jibbenefika mis-'Siġill ta’ Eċċellenza'?", "Kull sena, eluf ta’ organizzazzjonijiet Ewropej japplikaw għall-programm Orizzont 2020.", "Il-Kummissjoni Ewropea tmexxi waħda mill-aktar sistemi dinjija kompleti ta’ valutazzjoni, bl-użu ta’ bordijiet internazzjoni ta’ esperti indipendenti.", "L-evalwazzjoni tikkumpara l-proposti fuq tliet kriterji definiti (eċċellenza, impatt u kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni) u tidentifika dawk il-proposti li mhumiex maturi biżżejjed biex jirċievu fondi (taħt il-limitu ta’ kwalità) u dawk li huma meqjusa li jistħoqqilhom finanzjament ('il fuq mil-limitu).", "Xi wħud biss mill-proposti li huma 'l fuq mil-limitu jirċievu finanzjament skont il-baġit disponibbli tal-Orizzont 2020.", "Iċ-ċertifikat tas-'Siġill ta’ Eċċellenza' se jingħata lil dawk l-applikanti li l-proposti tagħhom huma evalwati bħala ‘l fuq mil-limitu iżda li ma jirċivux finanzjament.", "Detentur taċ-ċertifikat jista’ mbagħad javviċina sorsi ta’ finanzjament alternattivi u jippreżenta ċertifikat bħala prova ta’ proposta ta’ proġett ta’ kwalità għoli.", "Madankollu, dan mhux se jiggarantixxi appoġġ għal dawn il-proposti.", "F’din il-fażi 'pilota' inizjali tal-azzjoni, dawk il-proposti biss li japplikaw għall-istrument tal-SME għandhom jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari dawk il-proposti kollha ta' strumenti għall-SMEs proposti evalwati li huma 'l fuq mil-limitu tal-kwalità imma li mhux jirċievu finanzjament mill-programm Orizzont 2020.", "Aktar tard jista’ jiġi estiż biex ikopri oqsma oħra ta’ Orizzont 2020.", "Opportunità għal reġjuni/Stati Membri u l-partijiet interessati tagħhom", "Is-'Siġill ta’ Eċċellenza' joffri opportunità unika għar-reġjuni u l-Istati Membri biex jisfruttaw bis-sħiħ il-kwalità għolja fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ Orizzont 2020: biex jiġu identifikati faċilment u possibbilment appoġġjati proposti ta' kwalità li ġejjin minn kumpaniji innovattivi promettenti, b’ambizzjoni li jikbru u jikkompetu fuq livell internazzjonali.", "Dan se jgħinhom biex jintrebaħ iż-żmien u l-flus; tiżdied il-prestazzjoni tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni, u jkun hemm impatt lokali fir-reġjuni tagħhom.", "'L-istrument tal-SMEs' Orizzont 2020 ġie magħżul għall-introduzzjoni ta’ 'Siġill ta’ Eċċellenza' minħabba r-rilevanza tiegħu għall-iżvilupp reġjonali u nazzjonali, u minħabba li l-proposti tal-proġett huma l-aktar azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni fuq skala żgħira, qrib is-suq, b’impatt ċar lokali peress li dawn huma mmexxija minn SME waħda.", "Ir-Reġjuni/Stati Membri interessati fil-finanzjament ta’ dawn it-tipi ta’ proposti jistgħu jużaw ir-riżorsi tal-ESIF (f’konformità ma’ strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom, objettivi speċifiċi tal-programmi tagħhom u f’konformità mal-liġi nazzjonali u r-regoli rilevanti tal-UE, eż. dwar l-għajnuna mill-Istat) fl-għoti ta’ finanzjament mingħajr evalwazzjoni addizzjonali tal-kwalità ta’ proposta.", "Din il-possibbiltà ma hijiex limitata għall-ESIF, sorsi oħra ta’ finanzjament (pubbliċi jew privati) huma wkoll milqugħa.", "L-istrument tal-SME u s-'Siġill ta’ Eċċellenza'", "Is-Sejħiet għall-Proposti tal-'Istrument tal-SME' Orizzont 2020 huma miftuħin għal negozji żgħar u ta’ daqs medju fl-Istati Membri kollha tal-UE u pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont 2020 u joffru appoġġ għal attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-fattibbiltà (Fażi I) u attivitajiet ta' żvilupp u dimostrazzjoni (Fażi II).", "Bis-saħħa tas-'Siġill', proposti ta’ kwalità għolja minn SMEs innovattivi se jkollhom aktar opportunitajiet biex jiġu ffinanzjati.", "Il-ħin u l-isforz prezzjużi li l-SMEs investew fil-proposta u l-iżvilupp tal-idea għalhekk mhux se jiġu moħlija.", "Għadd ta’ Applikanti tal-SMEs għall-istrument tal-SMEs diġà qed jibbenefikaw minn tip ta' approċċ tas-'Siġill ta’ Eċċellenza' implimentat minn xi Stati Membri u reġjuni permezz ta’ finanzjament nazzjonali jew reġjonali tagħhom stess.", "Huma jirrikonoxxu l-validità tal-eżitu tal-evalwazzjoni ta’ Orizzont 2020 bħala bażi għall-għoti ta’ finanzjament alternattiv lil dawk l-SMEs fil-livell lokali.", "Anke pajjiżi assoċjati ma' Orizzont 2020 jistgħu jużaw il-fondi nazzjonali proprji tagħhom biex jappoġġjaw dawn it-tip ta’ proposti (l-ESIF ikopri biss Stati Membri tal-UE).", "Ħarsa ’l quddiem", "Fil-futur qrib, huwa previst li s-Siġill ta’ Eċċellenza jiġi applikat għal oqsma magħżula oħra ta' Orizzont 2020, pereżempju billi wieħed jibda mill- fellowships Marie Skłodowska-Curie, proġetti tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) u partijiet tal-programm oħra prinċipalment b'benefiċjarju wieħed ta’ Orizzont 2020, skont ir-riżultat tal-proġett pilota u r-reazzjonijiet tal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni tal-ESIF u/jew korpi oħra ta’ finanzjament u l-benefiċjarji finali.", "Is-'Siġill ta’ Eċċellenza' kif se jkun implimentat?", "Huwa f’idejn l-SMEs li rċevew is-'Siġill ta’ Eċċellenza' biex javviċinaw korpi ta' finanzjament nazzjonali, reġjonali, pubbliċi jew privati u jitolbu għal finanzjament alternattiv.", "Ma hemm l-ebda obbligu għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju biex jagħmlu dan, u lanqas ma hemm trasferiment awtomatiku ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' Orizzont 2020 jew xi dritt awtomatiku li jirċievu finanzjament minn sorsi alternattivi.", "Dawk l-Istati Membri jew ir-reġjuni li jixtiequ jipprovdu lill-SMEs tagħhom b'tali sors alternattiv ta’ finanzjament, jeħtieġ li jistabbilixxu skemi ta’ finanzjament li jew huma speċifikament dedikati għal dawn it-tipi ta’ proposti jew jippermettu l-forniment ta’ finanzjament għat-tip ta’ proġetti tal-Istrument tal-SMEs bħala parti minn skemi ta’ għajnuna usa’, f’konformità mar-regoli nazzjonali u tal-UE.", "Huma ser iwettqu verifiki addizzjonali limitati tal-proposti b’mod partikolari relatati mal-lokalizzazzjoni tagħhom, konformità ma’ prijoritajiet ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u regoli oħra nazzjonali/reġjonali.", "Aġġustamenti tal-istruttura finanzjarja tal-proġetti tista’ tkun meħtieġa.", "Għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri u reġjuni diġà qegħdin jistudjaw l-aħjar għażliet għall-implimentazzjoni.", "Sabiex tippermetti l-iskambju ta’ għarfien, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet ‘Komunità ta’ Prattika’ biex jiġu esplorati l-aħjar modi biex jiġu implimentati skemi ta’ finanzjament b’appoġġ għal proġetti ta’ kwalità għolja b’'Siġill ta’ Eċċellenza' permezz tal-ESIF jew sorsi oħra.", "Il-'Komunità ta’ Prattika' hija riżervata għal awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali li jkollhom poter ta’ finanzjament għal azzjonijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni.", "Hija miftuħa wkoll għal Aġenziji oħra ta’ Finanzjament għall-Innovazzjoni tal-SMEs (li jinkludu banek privati u investituri).", "L-organizzazzjonijiet interessati li jkunu parti mill- ‘Komunità ta’ Prattika’ madwar l-Ewropa, jistgħu jibagħtu espressjoni ta’ interess permezz ta’ e-mail lil: RTD-seal-of-excellence@ec.europa.eu", "Kif tista’ SME tkun taf jekk hemmx xi programmi tal-ESIF li jistgħu jipprovdu appoġġ għall-innovazzjoni tal-SMEs u lil min għandha tikkuntattja?", "Fi kważi t-territorju kollu tal-UE wieħed jew aktar mill-Fondi tal-ESI alloka baġit għall-innovazzjoni tal-SMEs, iżda l-kundizzjonijiet u l-volumi tal-baġit se jvarjaw skont it-tip ta’ reġjun, l-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u objettivi speċifiċi.", "Il-kuntatti għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni rilevanti li jistgħu jipprovdu dettalji dwar kundizzjonijiet ta’ finanzjament lokali u sejħiet futuri jistgħu jinstabu faċilment fuq il-websajt INFOREGIO (għall-Fond Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali - FEŻR) u fuq il-websajt tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali — FAEŻR).", "Informazzjoni dwar l-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti rilevanti għal pajjiż jew reġjun tista’ tinstab fuq il-websajt tal-PjattaformaS3.", "Il-websajt tas-siġill ta' eċċellenza se turi wkoll każijiet konkreti tal-iskemi ta’ finanzjament eżistenti.", "L-SMEs li rċevew finanzjament tal-FEŻR alternattiv minħabba s-Siġill ta’ Eċċellenza se jitqiesu fil-fażijiet ulterjuri tal-'Istrument tal-SMEs' b’kundizzjonijiet indaqs għal dawk l-SMEs li bbenefikaw direttament mill-appoġġ ta' Orizzont 2020?", "Kull SME tista' tapplika għall-Fażi 2 tal-Istrument tal-SMEs.", "L-aċċess għall-fażi 2 tal-finanzjament ma jiddependix fuq li tkun għaddejt b'suċċess mill-ewwel fażi u mill-ħidma ta’ fattibbiltà tagħha.", "Is-servizzi ta' appoġġ tal-fażi 3 se jiġu introdotti biss mill-[2016] għall-SMEs li jirċievu għotjiet tal-Istrument tal-SMEs tal-fażi 1 u 2.", "Il-Kummissjoni se taħdem ma’ reġjuni li jipparteċipaw fis-Siġill ta’ Eċċellenza biex tivvaluta d-domanda għal dawn is-servizzi ta’ appoġġ għall-SMEs li jibbenefikaw mis-siġill ta’ eċċellenza u kif dawn jistgħu jkunu disponibbli.", "Aktar tagħrif", "It-tikketta ta’ Eċċellenza", "Gwida dwar is-sinerġiji bejn id-diversi programmi tal-UE relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni", "L-istrument tal-SMEs Orizzont 2020", "Appoġġ tal-ESIF għar-riċerka u l-innovazzjoni", "Il-proġett pilota Skala għall-Eċċellenza", "IP/15/5801"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1737", "title": "Il-valutazzjoni tar-riskju l-ġdida taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard turi l-ħtieġa li jiżdied ir-rispons għall-coronavirus fl-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19", "date": "Thu, 24 Sep 2020 06:01:27 GMT", "text": ["Illum, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) ippubblika l-valutazzjoni tar-riskju aġġornata tiegħu dwar il-pandemija tal-COVID-19, flimkien ma' sett ta' linji gwida għal interventi mhux farmaċewtiċi (bħall-iġjene tal-idejn, it-tbegħid fiżiku, it-tindif u l-ventilazzjoni).", "Il-valutazzjoni tar-riskju aġġornata turi li r-rati ta' notifika żdiedu b'mod kostanti madwar l-UE u r-Renju Unit minn Awwissu, u li l-miżuri meħuda mhux dejjem kienu biżżejjed biex inaqqsu jew jikkontrollaw l-esponiment.", "Għalhekk, huwa kruċjali li l-Istati Membri jintroduċu l-miżuri kollha meħtieġa mal-ewwel sinjal ta' tifqigħat ġodda.", "Dan jinkludi li jissaħħaħ l-ittestjar u t-traċċar tal-kuntatti, li titjieb is-sorveljanza tal-kura tas-saħħa pubblika, li jiġi żgurat aċċess aħjar għal tagħmir ta' protezzjoni personali u għall-mediċini u li tiġi żgurata kapaċità tas-saħħa suffiċjenti, f'konformità mal-azzjonijiet ippreżentati mill-Kummissjoni f'Lulju.", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, stqarret: “Il-valutazzjoni tar-riskju l-ġdida tal-ECDC tal-lum turina b'mod ċar li ma nistgħux innaqqsu l-viġilanza tagħna.", "Billi wħud mill-Istati Membri qed jesperjenzaw għadd akbar ta' każijiet milli kellhom matul il-quċċata f'Marzu, huwa ċar ħafna li din il-kriżi għadna ma rajniex tmiemha.", "Ninsabu f'mument deċiżiv, fejn kulħadd irid jaġixxi b'mod deċiżiv u juża l-għodod li għandna.", "Dan ifisser li l-Istati Membri kollha jridu jkunu lesti li jintroduċu miżuri ta' kontroll b'mod immedjat u fil-ħin xieraq, mal-ewwel sinjal ta' tifqigħat ġodda potenzjali.", "Dan jista' jkun l-aħħar ċans tagħna biex nevitaw ripetizzjoni ta' dak li ġara fir-rebbiegħa li għaddiet.”", "Andrea Ammon, Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, qalet: “Bħalissa qed naraw żieda inkwetanti fl-għadd ta' każijiet tal-COVID-19 misjuba fl-Ewropa.", "Sakemm ma jkun hemm tilqima sikura u effettiva disponibbli, l-identifikazzjoni rapida, l-ittestjar, u l-kwarantina tal-kuntatti ta' riskju għoli huma wħud mill-aktar miżuri effettivi biex titnaqqas it-trażmissjoni.", "Hija wkoll ir-responsabbiltà tagħna lkoll li nżommu l-miżuri protettivi personali meħtieġa bħat-tbegħid fiżiku, l-iġjene tal-idejn u li noqogħdu d-dar meta nħossuna morda.", "Il-pandemija għad fadlilha biex tispiċċa u m'għandniex innaqqsu l-viġilanza tagħna.”", "Il-valutazzjoni tar-riskju tal-ECDC issib li interventi mhux farmaċewtiċi bħat-tbegħid fiżiku, l-iġjene u l-użu tal-maskri tal-wiċċ urew li mhumiex biżżejjed biex inaqqsu jew jikkontrollaw l-esponiment.", "Fl-istess ħin, l-impatt tar-rati miżjuda jvarja minn pajjiż għal ieħor.", "Filwaqt li f'xi pajjiżi, iż-żieda taffettwa l-aktar lil persuni aktar żgħażagħ (minn 15 sa 49 sena) li tirriżulta prinċipalment f'każijiet ħfief u asintomatiċi, f'pajjiżi oħra ż-żieda qed twassal għal aktar imwiet fost l-anzjani.", "Is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali toħloq riskju dejjem jikber għall-gruppi ta' riskju u l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u titlob azzjoni immedjata mmirata lejn is-saħħa pubblika.", "Fil-valutazzjoni tar-riskju tiegħu, l-ECDC jidentifika diversi għażliet ta' rispons bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-kura tas-saħħa u l-immirar tal-azzjonijiet tas-saħħa pubblika fuq individwi u ħaddiema tal-kura tas-saħħa vulnerabbli.", "Jappella sabiex ikun hemm interventi mhux farmaċewtiċi, strateġiji ta' ttestjar, miżuri ta' kwarantina, komunikazzjoni adegwata tar-riskju u miżuri li jipproteġu s-saħħa mentali.", "Fil-linji gwida tiegħu dwar l-interventi mhux farmaċewtiċi kontra l-COVID-19, l-ECDC jippreżenta l-għażliet disponibbli għal interventi bħal dawn f'diversi xenarji epidemjoloġiċi.", "Il-linji gwida jivvalutaw l-evidenza għall-effettività ta' dawn l-interventi u jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' implimentazzjoni, inkluż l-ostakli u l-faċilitaturi potenzjali.", "Sfond", "L-ECDC jaqdi rwol ewlieni fil-valutazzjoni tat-theddida minn perspettiva xjentifika.", "Jipproduċi valutazzjonijiet tar-riskju rapidi u jipprovdi aġġornamenti epidemjoloġiċi u appoġġ tekniku frekwenti billi joħroġ gwida dwar kif l-aħjar nirrispondu għat-tifqigħa.", "Din il-gwida tinkludi s-sorveljanza tat-tifqigħa, l-ippjanar tat-tħejjija u r-rispons u l-appoġġ tal-laboratorju, iżda mhijiex limitata għal dawn biss.", "Fil-15 ta' Lulju, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar l-istat ta' tħejjija tal-UE fuq medda qasira ta' żmien fil-qasam tas-saħħa għal tifqigħat tal-COVID-19.", "Il-Kummissjoni tenfasizza li l-UE trid tkun lesta għal żidiet ġodda possibbli tal-każijiet tal-COVID-19.", "L-indirizzar ta' tifqigħat ġodda b'mod effiċjenti se jkun jeħtieġ azzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir u fit-tul li jkunu kkoordinati mill-qrib sabiex jissaħħaħ l-istat tat-tħejjija u r-rispons fl-Istati Membri kollha.", "Għal Aktar Informazzjoni:", "Il-valutazzjoni tar-riskju rapida tal-ECDC: Increased transmission of COVID-19 in the EU/EEA and the UK – twelfth update", "Il-linji gwida tal-ECDC: Guidelines for the implementation of nonpharmaceutical interventions against COVID-19", "Mistoqsijiet u Tweġibiet: Il-Coronavirus u l-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_20_1662", "title": "Mistoqsijiet u Tweġibiet: Il-Coronavirus u l-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19", "date": "Wed, 23 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Fis-17 ta' Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Strateġija Ewropea biex taċċellera l-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta' vaċċini kontra l-COVID-19.", "L-istrateġija tal-UE għall-Vaċċini għandha l-għanijiet li tiżgura l-produzzjoni fl-Ewropa ta' vaċċini kwalitattivi, sikuri u effikaċi, u li tiżgura l-aċċess rapidu għalihom għall-Istati Membri u l-popolazzjonijiet tagħhom.", "Barra minn hekk, l-Istrateġija tirrifletti l-isforz globali ta' solidarjetà u tiżgura l-aċċess ekwu għal vaċċin affordabbli kmieni kemm jista' jkun.", "L-azzjoni konġunta fil-livell tal-UE hija l-mod l-aktar garantit, rapidu u effiċjenti biex jintlaħqu dawn l-objettivi.", "L-ebda Stat Membru waħdu ma għandu l-kapaċità li jiżgura l-investiment fl-iżvilupp u fil-produzzjoni ta' ammont suffiċjenti ta' vaċċini.", "Huwa biss permezz ta' azzjoni rapida u unifikata mill-UE u mill-Istati Membri tagħha li jistgħu jiġu żgurati provvisti suffiċjenti u rapidi ta' vaċċin sikur u effettiv.", "Strateġija komuni tippermetti l-attenwazzjoni u l-kondiviżjoni aħjar tar-riskji, kif ukoll il-ġbir ta' investimenti biex jinkisbu ekonomiji ta' skala, jikber l-ambitu u tiżdied ir-rapidità.", "Il-Kummissjoni ffirmat żewġ kuntratti inizjali, ma' AstraZeneca u ma' Sanofi-GSK, biex tippermetti x-xiri ta' vaċċin ladarba jiġi ppruvat li huwa sikur u effiċjenti.", "Ġew konklużi taħditiet esploratorji b'suċċess ma' Johnson & Johnson fit-13 ta' Awwissu, ma' CureVac fit-18 ta' Awwissu, ma' Moderna fl-24 ta' Awwissu u ma' BioNTech fid-9 ta' Settembru.*", "PROĊESS TAN-NEGOZJATI", "L-Istati Membri kollha huma rappreżentati fil-Kumitat ta' Tmexxija u fit-Tim tan-Negozjati?", "L-Istati Membri kollha approvaw l-approċċ stabbilit mill-Istrateġija għall-Vaċċini u ffirmaw ftehim għall-implimentazzjoni tagħha.", "B'konsegwenza ta' dan, l-Istati Membri kollha huma rappreżentati fil-Kumitat ta' Tmexxija li jiddiskuti u jirrieżamina l-aspetti kollha tal-kuntratti ta' Ftehim ta' Xiri bil-Quddiem (APA) qabel l-iffirmar Il-Kumitat jaħtar il-membri tat-Tim Konġunt tan-Negozjati, li jinnegozja l-APAs mal-iżviluppaturi tal-vaċċini u jirrapporta lill-Kumitat.", "Il-parteċipanti kollha f'dawn l-istanzi ġew maħtura mill-Gvernijiet tagħhom u ffirmaw dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess u ta' kunfidenzjalità.", "X'inhi d-differenza bejn il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Xiri bil-Quddiem (APA) u l-iffirmar ta' kuntratt ma' kumpanija farmaċewtika?", "Qabel ma jiġi nnegozjat Ftehim ta' Xiri bil-Quddiem (APA), it-Tim tan-Negozjati jagħmel taħditiet esploratorji mal-kumpanija biex isir jaf jekk ikunx raġonevoli li jipproċedi għal negozjati kuntrattwali dettaljati.", "Jekk dan ikun il-każ u jintlaħaq fehim komuni dwar lista ta' kondizzjonijiet, tintbagħat stedina għall-offerti lill-kumpanija, li mbagħad ikollha tipproponi offerta.", "APA jiġi konkluż meta ż-żewġ naħat ikunu ffinalizzaw ix-xogħol kuntrattwali.", "Dan jiġi diskuss u maqbul mal-Kumitat ta' Tmexxija.", "Il-konklużjoni ta' APA teħtieġ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.", "Jekk l-APA jipprevedi obbligu għall-Istati Membri biex jixtru dożi tal-vaċċin (anki jekk fl-APA jista' jkun hemm ukoll dożi opzjonali oħra), l-Istati Membri għandhom ħamest ijiem tax-xogħol biex jinnotifikaw li ma jixtiequx jieħdu l-opzjoni.", "Il-kuntratt jiġi ffirmat biss jekk mill-inqas erba' Stati Membri jkunu lesti li jintrabtu bih.", "Jekk l-APA jipprevedi biss opzjoni għall-Istati Membri biex jixtru dożi tal-vaċċin f'data aktar tard, il-Kummissjoni tista' tapprova u tiffirma l-APA direttament mal-kumpanija kkonċernata.", "L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu aktar tard jekk jeżerċitawx din l-opzjoni.", "Huma l-Istati Membri li huma responsabbli għax-xiri tal-vaċċini meta dawn isiru disponibbli.", "Il-Kummissjoni se tippubblika l-kuntratti ffirmati ma' kumpaniji farmaċewtiċi?", "L-enfasi għall-Kummissjoni hija l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u l-iżgurar tal-aħjar ftehimiet possibbli mal-kumpaniji sabiex il-vaċċini jkunu affordabbli, sikuri u effikaċi.", "Il-kuntratti huma protetti għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, li hija ġġustifikata min-natura kompetittiva ħafna ta' dan is-suq globali.", "Dan sabiex jiġu protetti n-negozjati sensittivi kif ukoll tal-informazzjoni relatata man-negozju, bħall-informazzjoni finanzjarja u l-pjanijiet ta' żvilupp u ta' produzzjoni.", "L-iżvelar ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva jimmina wkoll il-proċess tal-offerti u jkollu konsegwenzi potenzjalment estensivi għall-kapaċità tal-Kummissjoni li twettaq il-kompiti tagħha kif stabbilit fl-istrumenti legali li jiffurmaw il-bażi tan-negozjati.", "Il-kumpaniji kollha jeħtieġu li tali informazzjoni kummerċjali sensittiva tibqa' kunfidenzjali bejn il-firmatarji tal-kuntratt.", "Għalhekk, il-Kummissjoni trid tirrispetta l-kuntratti li tikkonkludi mal-kumpaniji.", "Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija responsabbli fir-rigward tal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra u fir-rigward taċ-ċittadini Ewropej.", "Il-Kummissjoni qed taġixxi f'konformità sħiħa mar-regoli applikabbli kollha fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja, li tista' tkun soġġetta għal awditjar fi stadju aktar tard.", "RESPONSABBILTÀ U INDENNIZZ", "Il-Kummissjoni għamlet konċessjonijiet dwar ir-responsabbiltà lill-industrija, b'mod partikolari dwar l-indennizz għal ċerti responsabbiltajiet?", "Il-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe ftehim li jsir biex jiġu żgurati l-vaċċini permezz tal-Istrateġija għall-Vaċċini se jkun kompletament konformi mad-dritt tal-UE.", "Il-kuntratti li l-Kummissjoni qed tinnegozja jirrispettaw u jipproteġu bis-sħiħ id-drittijiet taċ-ċittadini, f'konformità mad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti.", "F'konformità mar-regoli tal-UE dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti, ir-responsabbiltà tibqa' tal-kumpanija.", "Madankollu, sabiex jikkumpensaw għar-riskji potenzjali meħuda mill-manifatturi minħabba l-perjodu ta' żmien iqsar mhux tas-soltu għall-iżvilupp tal-vaċċini, l-APAs jipprevedu li l-Istati Membri jindennizzaw lill-manifattur għar-responsabbiltajiet possibbli mġarrba biss taħt kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-APAs", "Matul l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Vaċċini, il-Kummissjoni għamlitha ċara li mhijiex lesta li tagħmel kompromessi dwar l-applikazzjoni tar-regoli eżistenti li japplikaw għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti farmaċewtiċi.", "Dawn il-prinċipji huma ugwalment validi għal kwalunkwe klawżola ta' indennizz li l-Kummissjoni tinnegozja.", "Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà u l-indennizz bl-ebda mod ma jbiddlu l-oneru regolatorju tal-prova li għandhom il-kumpaniji biex juru s-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti tagħhom.", "Kwalunkwe vaċċin mqiegħed fis-suq irid jissodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza meħtieġa u jiġi soġġett għall-valutazzjoni xjentifika indipendenti li ssir mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini bħala parti mill-proċedura tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-UE.", "L-UE u l-Istati Membri se jkomplu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu liċ-ċittadini, filwaqt li jiżguraw li:", "PROĊESS TAL-AWTORIZZAZZJONI", "Kif jista' jiġi żviluppat u awtorizzat vaċċin kontra l-COVID-19 fi żmien ta' bejn 12 u 18-il xahar meta l-proċess normali jieħu madwar 10 snin?", "X'inhuma r-rwoli tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u tal-Kummissjoni Ewropea f'dan il-kuntest, u kif jista' jitħaffef il-proċess tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza?", "Bħalissa ninsabu f'nofs l-aktar kriżi serja tas-saħħa pubblika li qatt seħħet fi żminijiet moderni.", "Is-sejba ta' vaċċin sikur u effettiv se tkun element ewlieni tal-istrateġija tal-ħruġ mill-pandemija.", "L-Ewropa u d-dinja jeħtieġ li jaġixxu malajr u diversi timijiet madwar id-dinja qed jaħdmu bl-għan li jipprovdu vaċċin effettiv fi żmien ta' bejn 12 u 18-il xahar.", "Madankollu, il-forniment ta' vaċċin effettiv f'perjodu ta' żmien iqsar ma jfissirx li jsir xi kompromess fuq is-sikurezza; għall-kuntrarju, is-sikurezza u l-effettività tal-vaċċini mhumiex negozjabbli u huma rekwiżit fundamentali biex kwalunkwe vaċċin jiddaħħal fis-suq tal-UE u fi swieq oħra.", "Huwa minnu li l-iżvilupp tal-vaċċin jista' jieħu ż-żmien u huwa għalhekk li ħloqna l-Istrateġija tagħna għall-Vaċċini biex ningħaqdu flimkien u naħdmu fuq il-fronti kollha, il-ħin kollu, mal-Istati Membri kollha, mas-sħab globali, mar-riċerkaturi u max-xjenzati biex niżviluppaw vaċċin sikur u effikaċi fi żmien qasir.", "Il-perjodu ta' żmien ta' 10 snin, ta' spiss ikkwotat, jirreferi għaż-żmien li jgħaddi bejn il-konċezzjoni u l-awtorizzazzjoni, inkluż il-ġbir tal-evidenza meħtieġa permezz ta' provi kliniċi.", "It-tnaqqis ta' din l-iskeda ta' żmien għal bejn 12 u 18-il xahar ifisser li jridu jiġu aċċellerati kemm l-iskeda ta' żmien għall-iżvilupp u l-manifattura kif ukoll dik għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.", "Il-proċessi regolatorji se jkunu flessibbli iżda se jibqgħu rigorużi bħal dejjem.", "Flimkien mal-Istati Membri u mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-Kummissjoni se tuża l-flessibbiltà li teżisti fil-qafas regolatorju tal-UE biex taċċellera l-awtorizzazzjoni u d-disponibbiltà ta' vaċċini effettivi kontra l-COVID-19, filwaqt li jinżammu l-istandards tal-kwalità, tas-sikurezza u tal-effikaċja tal-vaċċini.", "Il-proċess tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq", "Il-produtturi tal-vaċċin jiddeċiedu jekk u meta jissottomettu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal vaċċin.", "Ir-rwol tal-EMA f'dan il-kuntest huwa li twettaq valutazzjoni xjentifika indipendenti tal-applikazzjoni u tippreżenta l-opinjoni xjentifika tagħha lill-Kummissjoni Ewropea li hija responsabbli mill-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li tkun valida għall-UE kollha.", "L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tingħata biss jekk il-bilanċ bejn il-benefiċċji u r-riskji jirriżulta pożittiv wara valutazzjoni tal-kwalità, tas-sikurezza u tal-effikaċja tal-prodott.", "Varjazzjonijiet mill-pjanijiet ta' żvilupp tas-soltu huma possibbli fil-kuntest ta' emerġenza u l-iżviluppaturi jistgħu jnaqqsu l-iskedi ta' żmien, pereżempju, billi jwettqu xi studji b'mod parallel, minflok ma jwettquhom b'mod sekwenzjali, u billi jużaw varjetà ta' tipi ta' provi u punti tat-tmiem biex jiddeterminaw l-effikaċja.", "L-iżviluppaturi huma mħeġġa jiddiskutu l-pjanijiet ta' żvilupp mar-regolaturi biex jiġu ċċarati r-rekwiżiti tal-approvazzjoni għat-tqegħid fis-suq.", "Il-provi kliniċi għall-vaċċini kontra l-COVID-19 qed jitwettqu aktar malajr mis-soltu minħabba li l-isforz li qed isir fl-organizzazzjoni u t-twettiq tagħhom żdied b'mod sinifikanti min-naħa tal-promoturi, tar-riċerkaturi u tar-regolaturi.", "In-natura mifruxa tal-pandemija tfisser li fi żmien relattivament qasir jista' jiġi reklutat għadd kbir ta' parteċipanti fil-provi, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-provi nfushom.", "Is-sistema regolatorja tal-UE qed tiddedika riżorsi sinifikanti biex tappoġġa l-iżvilupp u l-awtorizzazzjoni rapidi ta' vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu sikuri, effettivi u ta' kwalità għolja.", "It-Task Force tal-EMA għall-pandemija (COVID-ETF), li tlaqqa' fi grupp wieħed l-aqwa esperti xjentifiċi min-netwerk regolatorju tal-UE, se taħdem mill-qrib mal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) tal-EMA biex tinkiseb koordinazzjoni ottimali u rapida fl-attivitajiet relatati mal-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni u l-monitoraġġ tas-sikurezza tal-vaċċini kontra l-COVID-19.", "Jista' vaċċin jiġi approvat qabel titlesta l-fażi 3 tal-provi kliniċi?", "Objettiv ewlieni tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, permezz tal-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini, huwa li jiġu żgurati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-vaċċini.", "Bħala tali, kwalunkwe vaċċin jista' jingħata biss awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-UE wara li ssirlu evalwazzjoni bir-reqqa.", "Biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni ta' vaċċin, l-EMA jrid ikollha biżżejjed informazzjoni dwar is-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità farmaċewtika tiegħu.", "L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tingħata biss meta l-evidenza turi li l-benefiċċji tal-vaċċin huma akbar minn kwalunkwe riskju.", "Fil-prinċipju,biex tiġi appoġġata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vaċċin kontra l-COVID-19, fil-Fażi 3 se jkunu meħtieġa provi fuq skala kbira għall-effikaċja li jinvolvu eluf ta' parteċipanti.", "Dawn il-provi għandhom ikunu mfassla biex ikejlu l-effikaċja tal-vaċċin fil-protezzjoni kontra l-COVID-19 (punti tat-tmiem li juru l-effikaċja) u s-sikurezza tiegħu.", "Dan għaliex ma hemm l-ebda indikatur magħruf (bħal-livelli ta' antikorpi fid-demm) li jista' jipprevedi l-livell ta' protezzjoni u li jista' jintuża minflok il-punti tat-tmiem li juru l-effikaċja.", "Barra minn hekk, bħalissa ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-virus qed jiċċirkola, li jagħmilha fattibbli li l-effikaċja ta' vaċċin tiġi stabbilita permezz ta' provi kliniċi fuq skala kbira.", "Il-protokolli ta' tali provi kliniċi, inkluż kwalunkwe pjan għal analiżi interim, huma soġġetti għall-approvazzjoni regolatorja.", "Fiex tikkonsisti l-valutazzjoni xjentifika mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini?", "X'inhu l-proċess tal-approvazzjoni?", "Biex jikseb approvazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vaċċin fl-UE, l-iżviluppatur tal-vaċċin jeħtieġ li jissottometti r-riżultati tal-ittestjar / tal-investigazzjonijiet kollha lill-awtoritajiet regolatorji tal-mediċini fl-Ewropa bħala parti minn applikazzjoni għal “awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq”.", "L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq sottomessi lill-EMA ssirilhom valutazzjoni xjentifika komprensiva u indipendenti mwettqa mill-kumitati ta' esperti xjentifiċi tal-EMA dwar il-mediċini għall-użu mill-bniedem u dwar is-sikurezza (is-“CHMP” u l-“PRAC”), magħmula minn esperti li jaħdmu fl-aġenziji regolatorji nazzjonali tal-mediċini.", "Bħal fil-każ tal-mediċini kollha, il-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikjedi li l-evalwazzjonijiet inizjali jitwettqu separatament minn żewġ timijiet ta' valutazzjoni differenti (immexxija mill-hekk imsejħa Relatur u Korelatur) u jiġu rieżaminati f'daqqa mill-Kumitat.", "Għall-COVID-19, l-EMA stabbiliet proċeduri rapidi ta' rieżami biex jitwettqu valutazzjonijiet tal-applikazzjonijiet malajr filwaqt li jiġu żgurati opinjonijiet xjentifiċi robusti.", "Il-qofol ta' dan it-tqassir tal-perjodi ta' żmien huma r-“rieżamijiet kontinwi”.", "F'każijiet ta' emerġenza tas-saħħa pubblika, l-EMA tivvaluta d-data għal mediċini jew vaċċini promettenti hekk kif issir disponibbli.", "Għalhekk, permezz ta' dawn ir-rieżamijiet kontinwi, l-EMA tkun tista' tibda tevalwa d-data waqt li l-iżvilupp ikun għadu għaddej.", "Meta l-iżvilupp tal-mediċina jkun avvanza biżżejjed biex issir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, il-proċedura ta' valutazzjoni formali tista' ssir f'perjodu ta' żmien iqsar mis-soltu, minħabba li d-data tkun diġà ġiet skrutinizzata waqt ir-rieżami kontinwu.", "Is-CHMP, ladarba jkun ikkonkluda l-evalwazzjoni xjentifika tiegħu tad-data u wara li jivvaluta l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott mediċinali inkwistjoni, jagħmel rakkomandazzjoni dwar jekk il-mediċina għandhiex tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-UE.", "Madankollu, jekk fiż-żmien tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma tkunx disponibbli data komprensiva, is-sistema regolatorja tal-UE hija mfassla biex tindirizza sitwazzjoni ta' dan it-tip billi tipprevedi sistema ta' awtorizzazzjoni kondizzjonali.", "Dan ifisser li l-awtorizzazzjoni inizjali (“kondizzjonali”) mogħtija mill-Kummissjoni tkun ibbażata fuq data inqas komprensiva mis-soltu (iżda xorta waħda b'bilanċ pożittiv bejn il-benefiċċji u r-riskji), u b'obbligi fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li d-data sħiħa tingħata wara u tiġi sottomessa għall-valutazzjoni.", "L-awtorizzazzjonijiet kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq huma mmonitorjati mill-qrib u soġġetti għal rieżami annwali.", "Il-Kummissjoni Ewropea tieħu deċiżjoni dwar jekk toħroġx jew le l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq abbażi tar-rakkomandazzjoni mill-EMA.", "Il-perjodu ta' żmien għat-teħid tad-deċiżjonijiet se jitnaqqas ukoll billi jitqassar il-perjodu għall-konsultazzjoni tal-Istati Membri, u billi t-traduzzjoni tad-dokumenti għas-sett kollu ta' lingwi tiġi permessa li ssir wara l-awtorizzazzjoni, minflok qabel.", "Liema rekwiżiti ta' sikurezza jeħtieġ li jiġu ssodisfati?", "Sabiex tawtorizza kwalunkwe prodott mediċinali, l-EMA jeħtieġ li jkollha u tivvaluta informazzjoni robusta dwar is-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità farmaċewtika tiegħu, fejn is-sikurezza tkun l-aktar importanti.", "Ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-vaċċini kontra l-COVID-19 jibqgħu għoljin daqs għal kwalunkwe vaċċin ieħor fl-UE, u l-kuntest ta' pandemija mhux se jbiddel dan.", "Qabel ma vaċċin jiġi approvat għall-użu, il-parti l-kbira tal-evidenza dwar is-sikurezza u l-effikaċja tiegħu tiġi mir-riżultati tal-provi kliniċi, fejn il-parteċipanti jintgħażlu bir-reqqa u jiġu segwiti f'kondizzjonijiet ikkontrollati.", "Barra minn hekk, wara l-awtorizzazzjoni, id-dritt tal-Unjoni jirrikjedi li s-sikurezza tal-vaċċin – kif inhu r-rekwiżit għall-prodotti mediċinali kollha – tiġi mmonitorjata waqt l-użu.", "Minbarra s-sikurezza, l-effettività tal-vaċċin għandha tiġi mmonitorjata wkoll.", "Bħala parti minn dan il-monitoraġġ, l-istudji jitwettqu wara t-tqegħid fis-suq.", "Uħud minn dawn l-istudji jistgħu jiġu imposti fuq il-kumpaniji bħala parti mill-kondizzjonijiet biex iżommu l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tagħhom; se jsiru studji oħra mill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-programmi tal-vaċċinazzjoni.", "L-UE għandha sistema komprensiva ta' monitoraġġ tas-sikurezza (farmakoviġilanza) li tippermetti li jiġu stabbiliti miżuri biex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju, biex jiġi żgurat ir-rappurtar ta' effetti sekondarji suspettati, biex jiġi identifikat kwalunkwe effett avvers potenzjali, u biex tiġi introdotta kwalunkwe azzjoni ta' mitigazzjoni meħtieġa minn kmieni.", "B'mod partikolari fir-rigward tal-vaċċini kontra l-COVID-19, l-EMA, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Istati Membri u mas-Sħab Ewropej u internazzjonali, qed tistabbilixxi attivitajiet imtejba ta' monitoraġġ tas-sikurezza.", "Dawn l-attivitajiet għandhom l-għan li jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni ġdida miġbura wara t-tqegħid fis-suq tiġi identifikata u evalwata malajr kemm jista' jkun, u li jittieħdu azzjonijiet regolatorji xierqa f'waqthom biex jipproteġu lill-pazjenti u jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika.", "Dawn l-attivitajiet jinkludu l-ġbir ta' data dwar l-esponiment, it-titjib fid-detezzjoni u l-ġestjoni tas-sinjali tas-sikurezza, it-titjib tat-trasparenza u l-istabbiliment ta' infrastruttura Ewropea għall-monitoraġġ tal-vaċċini, inklużi studji ta' osservazzjoni f'diversi ċentri dwar il-pazjenti tal-COVID-19.", "Se tiġi żgurata l-komunikazzjoni ċara u fil-pront tar-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet.", "LADARBA VAĊĊIN IKUN DISPONIBBLI", "X'jiġri fil-fatt, meta l-vaċċin ikun disponibbli?", "Vaċċin isir disponibbli biss wara li jkun issodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza stabbiliti, fejn qabel ikun ġie soġġett għall-valutazzjoni xjentifika robusta li ssir mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u għadda mill-proċedura tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-UE.", "L-Istati Membri mbagħad ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawk id-dożi billi jixtruhom, skont l-APA konkluż.", "Fejn se jinħażnu d-dożi?", "Kull Stat Membru se jiddeċiedi hu dwar l-aħjar mod kif jaħżen il-vaċċini.", "Il-kondizzjonijiet tekniċi tal-ħżin jiġu definiti minn kull manifattur abbażi tar-rekwiżiti speċifiċi ta' kull tip ta' vaċċin biex tiġi żgurata l-kwalità tagħhom.", "Min se jirċievi l-ewwel dożi?", "L-Istati Membri kollha se jkollhom aċċess ugwali għad-dożi disponibbli.", "L-Istati Membri mbagħad jiddeċiedu lil min joffru l-vaċċini minn fost il-popolazzjoni tagħhom.", "FAĊILITÀ TAL-AĊĊESS GLOBALI GĦAL VAĊĊINI KONTRA L-COVID-19 (COVAX)", "X'inhu l-involviment tal-Kummissjoni mal-COVAX?", "Il-Faċilità COVAX, immexxija b'mod konġunt mill-Alleanza GAVI (alleanza għall-vaċċini), mill-Koalizzjoni għall-Innovazzjonijiet fit-Tħejjija għall-Epidemiji (CEPI) u mid-WHO, għandha l-għan li taċċellera l-iżvilupp u l-manifattura ta' vaċċini kontra l-COVID-19 u li tiżgura aċċess ġust u ekwu għal kull pajjiż fid-dinja.", "L-appoġġ għall-aċċess ugwali u globali għal vaċċin sikur u effiċjenti għad-dinja kollha huwa prijorità tal-Kummissjoni.", "L-ebda reġjun tad-dinja mhu sikur qabel ma nkunu sikuri lkoll kemm aħna.", "Huwa għalhekk li, fil-31 ta' Awwissu, il-Kummissjoni esprimiet l-interess tagħha li tipparteċipa fil-COVAX.", "It-tħabbira tal-31 ta' Awwissu kienet tinkludi appoġġ ta' €400 miljun f'garanziji għall-Faċilità COVAX.", "Il-vaċċini mixtrija f'dan il-kuntest huma għall-Pajjiżi b'Introjtu Baxx u Medju.", "Il-Kummissjoni u l-Istati Membri li ngħaqdu mal-Faċilità COVAX jaffermaw mill-ġdid li qed jappoġġaw l-objettivi u l-interessi tal-COVAX bħala grupp, sabiex l-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini u l-Faċilità COVAX isiru komplementari u b'hekk ikunu qed isaħħu lil xulxin.", "Il-Kummissjoni u l-Istati Membri bħalissa qed isegwu approċċ konġunt għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-COVAX, u l-espressjoni ta' interess tal-31 ta' Awwissu hija parti minn dan il-proċess.", "Bħalissa għaddejjin taħditiet mal-GAVI u mas-CEPI biex f'Settembru jintlaħaq ftehim dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-UE fil-Faċilità COVAX. .", "Il-Kummissjoni se takkwista vaċċini permezz tal-faċilità COVAX?", "Il-Kummissjoni qed tixtri biss vaċċini f'isem l-Istati Membri tal-UE permezz tal-mekkaniżmu stabbilit fl-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini u qed tiffinanzjah permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza (ESI).", "Il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-COVAX tappoġġa sforz globali għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' vaċċini lil dawk kollha fil-bżonn, b'mod partikolari għall-pajjiżi b'introjtu baxx u medju.", "It-termini u l-kondizzjonijiet dettaljati għall-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tal-UE u tal-Istati Membri qed jiġu diskussi u se jiġu deċiżi fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.", "L-Istati Membri jistgħu jixtru l-vaċċini permezz tal-COVAX?", "L-Istati Membri impenjaw ruħhom, bħala parti mill-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini, li ma jidħlux f'negozjati paralleli mal-istess manifatturi tal-vaċċini li magħhom għaddejjin taħditiet fil-livell tal-UE.", "Dan ma jeskludix il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni f'negozjati ma' kumpaniji oħra tal-vaċċini permezz tal-COVAX.", "Għal xiex se jintużaw il-garanziji u għaliex ma jingħatawx flus kontanti?", "Il-Kummissjoni qed tipprovdi garanziji finanzjarji li jappoġġaw in-negozjati tal-COVAX dwar ftehimiet ta' xiri bil-quddiem ta' vaċċini.", "Dawn il-garanziji jippermettu lill-COVAX tnaqqas ir-riskju u tikkonkludi ftehimiet ta' xiri bil-quddiem ma' għadd akbar ta' produtturi tal-vaċċini.", "Il-kuntratti li qed jiġu nnegozjati mill-COVAX jeħtieġu appoġġ finanzjarju b'saħħtu li se jiġi pprovdut mill-garanziji tal-UE.", "Il-Kummissjoni, kif tiżgura l-komplementarjetà bejn l-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini u l-COVAX?", "L-istrateġija tal-UE għall-Vaċċini timxi id f'id mal-impenn tal-UE għas-solidarjetà globali.", "Dan japplika f'livelli differenti: l-appoġġ lill-kumpaniji fl-espansjoni tal-kapaċità tagħhom, l-avvanz tar-riċerka u l-appoġġ għall-iżvilupp għall-benefiċċju tal-popolazzjoni dinjija.", "Investiment bil-quddiem fl-iżvilupp u l-manifattura aċċellerati tal-vaċċini għall-benefiċċju tal-bqija tad-dinja.", "Billi tipprovdi riżorsi finanzjarji lill-istituzzjonijiet internazzjonali, bħad-WHO, is-CEPI u l-GAVI, l-UE qed tappoġġa wkoll l-aċċess għall-vaċċini għad-dinja kollha.", "Il-manifatturi li l-UE tinnegozja magħhom huma impenjati wkoll li fil-futur ifornu d-dożi lil pajjiżi oħra fid-dinja; ma hemm l-ebda esklussività ta' forniment lejn l-Ewropa biss u l-ebda restrizzjoni fuq l-esportazzjoni.", "Dak li qed tagħmel l-Ewropa hu li tagħmel investimenti importanti u riskjużi biex flimkien mal-proċeduri regolatorji tal-awtorizzazzjoni li għandna fis-seħħ, naċċelleraw l-iżvilupp ta' vaċċini sikuri u effikaċi, li se jkun ukoll ta' benefiċċju għall-bqija tad-dinja.", "L-azzjoni tagħna fl-Ewropa hija kumplimentari u ta' rinforz reċiproku mal-azzjoni tagħna għas-solidarjetà globali.", "Din hija wkoll ir-raġuni għaliex il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE ddeċidew li jingħaqdu mal-faċilità COVAX.", "*Ikkoreġut fl-24/09/2020, fis-13:20."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1677", "title": "Unjoni tas-Swieq Kapitali: Il-Kummissjoni se tagħti spinta lis-swieq kapitali tal-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB,ECOMONAFF,GROWTH", "date": "Wed, 23 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat Pjan ta' Azzjoni ġdid u ambizzjuż biex tagħti spinta lill-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) tal-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin.", "Il-prijorità ewlenija tal-UE llum hija li tiżgura li l-Ewropa tirkupra mill-kriżi ekonomika bla preċedent ikkawżata mill-coronavirus.", "L-iżvilupp tas-swieq kapitali tal-UE, u l-iżgurar tal-aċċess għall-finanzjament tas-suq, se jkunu essenzjali f'dan il-kompitu.", "Swieq kapitali kbar u integrati jiffaċilitaw l-irkupru tal-UE, filwaqt li jiżguraw li n-negozji – b'mod partikolari n-negozji żgħar u ta' daqs medju – ikollhom aċċess għal sorsi ta' finanzjament u li l-Ewropej li jfaddlu jkollhom il-fiduċja biex jinvestu fil-futur tagħhom.", "Swieq kapitali vibranti se jappoġġaw ukoll it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-Ewropa, kif ukoll jgħinu biex tinħoloq ekonomija aktar inklużiva u reżiljenti.", "L-Unjoni tas-Swieq Kapitali hija kruċjali wkoll biex tagħti spinta lir-rwol internazzjonali tal-euro.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ekonomija li taħdem għan-Nies qal: “Il-kriżi tal-coronavirus tat urġenza reali lill-ħidma tagħna biex noħolqu Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku tagħna se tiddependi b'mod kruċjali fuq kemm jiffunzjonaw tajjeb is-swieq kapitali tagħna u jekk in-nies u n-negozji jistgħux jaċċessaw l-opportunitajiet ta' investiment u l-finanzjament tas-suq li jeħtieġu.", "Jeħtieġ li niġġeneraw investimenti massivi biex l-ekonomija tal-UE ssir aktar sostenibbli, diġitali, inklużiva u reżiljenti.", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-lum għandu l-għan li jindirizza b'mod dirett uħud mill-ostakli li fadal għal suq uniku għall-kapital.”", "Il-Pjan ta' Azzjoni ta' llum għandu tliet objettivi ewlenin:", "Biex tagħmel dan, illum il-Kummissjoni qed tippreżenta sittax-il miżura mmirata biex isir progress reali sabiex titlesta s-CMU.", "Fost il-miżuri mħabbra llum, l-UE se:", "Dawn il-miżuri jibnu fuq il-progress li sar fil-Pjan ta' Azzjoni tas-CMU tal-2015 u r-Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-2017, u jsegwu sejħiet mill-Parlament Ewropew (abbozz ta' rapport fuq inizjattiva proprja (INI), Ġunju 2020) u mill-Kunsill (Konklużjonijiet tal-Kunsill, il-5 ta' Diċembru 2019).", "Hhuma infurmati wkoll minn diskussjonijiet dettaljati mal-partijiet ikkonċernati u mir-rakkomandazzjonijiet tal-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "Is-CMU mhijiex għan fiha nnifisha, iżda hija essenzjali biex jintlaħqu objettivi ewlenin tal-politika ekonomika: l-irkupru wara l-coronavirus, ekonomija inklużiva u reżiljenti li taħdem għal kulħadd, it-tranżizzjoni doppja lejn ekonomija diġitali u sostenibbli, u l-awtonomija strateġika miftuħa f'dinja ta' wara l-Brexit u dejjem aktar kumplessa.", "L-ilħuq ta' dawn l-objettivi jirrikjedi investimenti massivi li ma jistgħux jiġu pprovduti mill-fondi pubbliċi u l-finanzjament tradizzjonali permezz ta' self mill-banek waħedhom.", "Huma biss swieq kapitali kbar li jiffunzjonaw tajjeb u integrati li jistgħu jipprovdu l-iskala ta' appoġġ meħtieġ għall-irkupru mill-kriżi tal-coronavirus.", "Hija biss Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona tajjeb li tista' timmobilizza u tidderieġi l-investiment enormi meħtieġ biex jiġu indirizzati l-isfidi klimatiċi u ambjentali li qed niffaċċjaw u tappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-kumpaniji tagħna, sabiex dawn jibqgħu kompetittivi globalment.", "L-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandha tagħti valur lill-Ewropej kollha, kull fejn jgħixu u jaħdmu.", "Il-konsumaturi għandu jkollhom aktar għażla fir-rigward tat-tfaddil u l-investimenti tagħhom, u għandhom ikunu infurmati tajjeb u protetti kif xieraq kull fejn ikunu.", "In-negozji, inklużi dawk żgħar u ta' daqs medju, għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw il-finanzjament madwar l-UE u l-investituri għandhom ikunu jistgħu jinvestu fi proġetti madwar l-UE.", "Pjan ta' Azzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skeda informattiva", "Aktar informazzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1684", "title": "Pakkett dwar il-Finanzi Diġitali: Il-Kummissjoni tistabbilixxi approċċ ġdid u ambizzjuż biex tħeġġeġ l-innovazzjoni responsabbli għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozji", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB,PR-DIGITAL", "date": "Wed, 23 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat Pakkett ġdid dwar il-Finanzi Diġitali, li jinkludi Strateġiji dwar il-Finanzi Diġitali u l-Pagamenti bl-Imnut u proposti leġiżlattivi dwar il-kriptoassi u r-reżiljenza diġitali.", "Il-pakkett tal-lum se jagħti spinta lill-kompetittività u lill-innovazzjoni tal-Ewropa fis-settur finanzjarju, u b'hekk iwitti t-triq biex l-Ewropa ssir entità li tistabbilixxi l-istandards dinjin.", "Dan se jagħti lill-konsumaturi aktar għażla u opportunitajiet fis-servizzi finanzjarji u fil-pagamenti moderni, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura l-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbiltà finanzjarja.", "Il-miżuri tal-lum se jkunu kruċjali biex jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku tal-UE peress li se jiftħu modi ġodda ta' kif il-finanzjament jiġi dirett lejn in-negozji tal-Ewropa, filwaqt li se jkollhom ukoll rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u fl-Istrateġija Industrijali ġdida għall-Ewropa.", "Billi tagħmel ir-regoli aktar sikuri u aktar diġitali għall-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha l-għan li tagħti spinta lill-innovazzjoni responsabbli fis-settur finanzjarju tal-UE, speċjalment għal negozji ġodda diġitali innovattivi ħafna, filwaqt li tnaqqas kwalunkwe riskju potenzjali, b'rabta mal-protezzjoni tal-investitur, tal-ħasil tal-flus u taċ-ċiberkriminalità.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ekonomija għas-servizz tan-Nies, qal: “Il-futur tal-finanzi huwa diġitali.", "Matul il-lockdown rajna kif in-nies kellhom aċċess għas-servizzi finanzjarji bis-saħħa tat-teknoloġiji diġitali bħas-servizzi bankarji online.", "It-teknoloġija għandha ħafna aktar x'toffri lill-konsumaturi u lin-negozji u għandna nħaddnu t-trasformazzjoni diġitali b'mod proattiv, filwaqt li nimmitigaw kwalunkwe riskju potenzjali.", "Il-pakkett tal-lum għandu l-għan li jagħmel hekk.", "Suq uniku diġitali innovattiv għall-finanzi se jkun ta' benefiċċju għall-Ewropej u se jkun kruċjali għall-irkupru ekonomiku tal-Ewropa billi joffri prodotti finanzjarji aħjar għall-konsumaturi u jiftaħ kanali ġodda ta' finanzjament għall-kumpaniji.”", "Il-Pakkett dwar il-Finanzi Diġitali tal-lum jikkonsisti minn Strateġija dwar il-Finanzi Diġitali, Strateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut, proposti leġiżlattivi għal qafas regolatorju tal-UE dwar il-kriptoassi, u proposti għal qafas regolatorju tal-UE dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali.", "Pakkett dwar il-Finanzi Diġitali: Lejn spazju Ewropew tad-data finanzjarja — modi ġodda ta' kif il-finanzjament jiġi dirett lejn l-SMEs — prodotti finanzjarji aħjar għall-konsumaturi", "L-għan tal-Istrateġija dwar il-Finanzi Diġitali tal-lum huwa li s-servizzi finanzjarji tal-Ewropa jsiru aktar diġitali u li jiġu stimulati l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni responsabbli fost il-fornituri tas-servizzi finanzjarji fl-UE.", "Dan se jnaqqas il-frammentazzjoni fis-suq uniku diġitali, sabiex il-konsumaturi jkun jista' jkollhom aċċess għal prodotti finanzjarji bejn il-fruntieri u biex in-negozji ġodda tal-Fintech jespandu u jikbru.", "Se jiżgura li r-regoli tas-servizzi finanzjarji tal-UE jkunu adattati għall-era diġitali, għal applikazzjonijiet bħall-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain.", "Fil-qalba tal-istrateġija tal-lum hemm ukoll il-ġestjoni tad-data.", "F'konformità mal-Istrateġija usa' tal-Kummissjoni għad-Data, l-għan tal-miżuri tal-lum huwa li jippromwovi l-kondiviżjoni tad-data u l-finanzi miftuħa, filwaqt li jinżammu l-istandards għoljin ħafna tal-UE dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data.", "Fl-aħħar, l-istrateġija għandha l-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fost il-fornituri tas-servizzi finanzjarji, kemm jekk ikunu banek tradizzjonali jew kumpaniji tat-teknoloġija: l-istess attività, l-istess riskji, l-istess regoli.", "Srateġija dwar il-Pgamenti bl-Imnut: pagamenti moderni u kosteffettivi", "L-istrateġija tal-lum għandha l-għan li twassal għal servizzi ta' pagamenti sikuri, rapidi u affidabbli għaċ-ċittadini u għan-negozji Ewropej.", "Se tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi biex iħallsu fil-ħwienet u jagħmlu tranżazzjonijiet marbuta mal-kummerċ elettroniku b'mod sikur u konvenjenti.", "Se taħdem biex toħloq fl-UE sistema ta' pagamenti bl-imnut kompletament integrata, inklużi soluzzjonijiet ta' pagamenti transfruntiera istantanji.", "Dan se jiffaċilita l-pagamenti fl-euro bejn l-UE u ġurisdizzjonijiet oħra.", "Se jippromwovi l-ħolqien ta' soluzzjonijiet lokali u pan-Ewropej għall-pagamenti.", "Proposti leġiżlattivi dwar il-kriptoassi: naħtfu l-opportunitajiet u nimmitigaw ir-riskji", "Illum il-Kummissjoni pproponiet għall-ewwel darba leġiżlazzjoni ġdida dwar il-kriptoassi (rappreżentazzjoni diġitali ta' valuri jew drittijiet li jistgħu jinħażnu u jiġu nnegozjati elettronikament).", "Ir-“Regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi” (MiCA) se jagħti spinta lill-innovazzjoni filwaqt li jippreserva l-istabbiltà finanzjarja u jipproteġi lill-investituri mir-riskji.", "Dan se jipprovdi ċarezza u ċertezza legali għall-emittenti u l-fornituri tal-kriptoassi.", "Ir-regoli l-ġodda se jippermettu lill-operaturi awtorizzati f'wieħed mill-Istati Membri jipprovdu s-servizzi tagħhom madwar l-UE kollha (“passaportar”).", "Is-salvagwardji jinkludu rekwiżiti kapitali, kustodja tal-assi, proċedura obbligatorja għall-ilmenti tad-detenturi disponibbli għall-investituri, u drittijiet tal-investitur kontra l-emittenti.", "L-emittenti ta' kriptoassi sinifikanti garantiti b'assi (l-hekk imsejħa “stablecoins” globali) ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti (pereż. f'termini ta' kapital, drittijiet tal-investituri u superviżjoni).", "Illum il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq li jixtiequ jippruvaw jinnegozjaw u jsaldu tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji f'forma ta' kriptoassi.", "Ir-reġim pilota jirrappreżenta l-hekk imsejjaħ approċċ “sandbox” — jew ambjent ikkontrollat — li jippermetti derogi temporanji mir-regoli eżistenti sabiex ir-regolaturi jkunu jistgħu jiksbu l-esperjenza dwar l-użu tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit fl-infrastrutturi tas-suq, filwaqt li jiġi żgurat li jkunu jistgħu jittrattaw mar-riskji għall-protezzjoni tal-investituri, mal-integrità tas-suq u mal-istabbiltà finanzjarja.", "L-intenzjoni hija li l-kumpaniji jkunu jistgħu jittestjaw u jitgħallmu aktar dwar kif ir-regoli eżistenti japplikaw fil-prattika.", "Proposti leġiżlattivi dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali: inwaqqfu iċ-ċiberattakki u nsaħħu s-sorveljanza tas-servizzi esternalizzati", "Il-kumpaniji tat-teknoloġija qed isiru dejjem aktar importanti fil-qasam tal-finanzi, kemm bħala fornituri tal-IT għad-ditti finanzjarji, kif ukoll bħala fornituri huma stess ta' servizzi finanzjarji.", "L-“Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali” (DORA) propost illum għandu l-għan li jiżgura li l-parteċipanti kollha fis-sistema finanzjarja jkollhom is-salvagwardji meħtieġa fis-seħħ biex jimmitigaw l-attakki ċibernetiċi u riskji oħra.", "Il-leġiżlazzjoni proposta se tesiġi lill-kumpaniji kollha jiżguraw li jkunu jistgħu jifilħu għal kwalunkwe tip ta' interruzzjoni u theddida relatati mat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT).", "Il-proposta tal-lum tintroduċi wkoll qafas ta' sorveljanza għall-fornituri tal-ICT, bħal mhuma l-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing.", "Il-Pakkett dwar il-Finanzi Diġitali tal-lum jibni fuq il-ħidma mwettqa fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni tal-FinTech tal-2018 u l-ħidma tal-Parlament Ewropew, tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u esperti oħra.", "Waqt it-tħejjija tal-Pakkett dwar il-Finanzi Diġitali, il-Kummissjoni involviet ruħha mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku b'ħafna modi.", "Il-Kummissjoni organizzat avvenimenti ta' Sensibilizzazzjoni dwar il-Finanzi Diġitali, b'sensiela ta' avvenimenti mal-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri u fi Brussell fir-rebbiegħa tal-2020.", "Il-Kummissjoni organizzat ukoll tliet konsultazzjonijiet pubbliċi biex tiġbor feedback minn firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati[1].", "Fil-qasam tal-pagamenti bl-imnut, id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas 2 (PSD2) kienet diġà pass importanti fil-livell leġiżlattiv.", "Madankollu, il-PSD2 se tiġi rieżaminata fir-raba' kwart tal-2021, u se tiġi aġġustata fejn meħtieġ, sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-politiki tal-istrateġija dwar il-pagamenti bl-imnut.", "Il-Kummissjoni kienet ippubblikat ukoll konsultazzjoni pubblika għal Strateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut għall-UE fl-ewwel semestru tal-2020.", "Il-Kummissjoni qieset it-tweġibiet għall-konsultazzjoni meta fasslet l-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-pagamenti bl-imnut.", "Ħolqa għall-pakkett tal-lum", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skeda informattiva", "[1] https://ec.europa.eu/info/consultations/finance-2020-digital-finance-strategy_mt; https://ec.europa.eu/info/consultations/finance-2020-retail-payments-strategy_mt; https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/business_economy_euro/banking_and_finance/documents/2019-financial-services-digital-resilience-consultation-document_en.pdf"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1706", "title": "Bidu ġdid dwar il-migrazzjoni: Nibnu l-fiduċja u nsibu bilanċ ġdid bejn ir-responsabbiltà u s-solidarjetà", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MIGR", "date": "Tue, 22 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi Patt ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, li jkopri l-elementi differenti kollha meħtieġa għal approċċ Ewropew komprensiv għall-migrazzjoni.", "Dan jistabbilixxi proċeduri mtejba u aktar rapidi fis-sistema kollha tal-ażil u l-migrazzjoni.", "U jistabbilixxi bilanċ bejn il-prinċipji ta' kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà u s-solidarjetà.", "Dan huwa kruċjali għall-bini mill-ġdid tal-fiduċja bejn l-Istati Membri u għall-fiduċja fil-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li ġġestixxi l-migrazzjoni.", "Il-migrazzjoni hija kwistjoni kumplessa, b'ħafna aspetti li jeħtieġ li jitqiesu flimkien.", "Is-sikurezza tal-persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali jew ħajja aħjar, it-tħassib tal-pajjiżi fil-fruntieri esterni tal-UE, li jinkwetaw li l-pressjonijiet migratorji se jeċċedu l-kapaċitajiet tagħhom u li jeħtieġu solidarjetà minn oħrajn.", "Jew it-tħassib ta' Stati Membri oħra tal-UE, li jinsabu mħassba li, jekk il-proċeduri fil-fruntieri esterni ma jiġux rispettati, is-sistemi nazzjonali tagħhom stess għall-ażil, l-integrazzjoni jew ir-ritorn ma jkunux jistgħu jlaħħqu fil-każ ta' flussi kbar.", "Is-sistema attwali ma għadhiex taħdem.", "U f'dawn l-aħħar ħames snin, l-UE ma rnexxilhiex tirrimedjaha.", "L-UE trid tegħleb l-istaġnar attwali u tiffaċċja dan il-kompitu.", "Permezz tal-Patt ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil: il-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet Ewropej komuni għal sfida Ewropea.", "L-UE trid titbiegħed minn soluzzjonijiet ad hoc u tistabbilixxi sistema ta' ġestjoni tal-migrazzjoni prevedibbli u affidabbli.", "Wara konsultazzjonijiet estensivi u valutazzjoni onesta u olistika tas-sitwazzjoni, il-Kummissjoni qed tipproponi li ttejjeb is-sistema ġenerali.", "Dan jinkludi ħarsa lejn modi kif tista' tittejjeb il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, l-iżgurar ta' proċeduri effettivi, l-integrazzjoni b'suċċess tar-refuġjati u r-ritorn ta' dawk mingħajr dritt li jibqgħu.", "L-ebda soluzzjoni waħda dwar il-migrazzjoni ma tista' tissodisfa l-partijiet kollha, fl-aspetti kollha – iżda billi naħdmu flimkien, l-UE tista' ssib soluzzjoni komuni.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet: “Illum qed nipproponu soluzzjoni Ewropea, biex terġa' tinbena l-fiduċja bejn l-Istati Membri u biex terġa' tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fil-kapaċità tagħna li niġġestixxu l-migrazzjoni bħala Unjoni.", "F'oqsma oħra, l-UE diġà wriet li tista' tieħu passi straordinarji biex tirrikonċilja perspettivi diverġenti.", "Ħloqna suq intern kumpless, munita komuni u pjan għall-irkupru bla preċedent biex nerġgħu nibnu l-ekonomiji tagħna.", "Issa wasal iż-żmien li nindirizzaw l-isfida li l-migrazzjoni li niġġestixxu l-migrazzjoni b'mod konġunt, b'bilanċ tajjeb bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà.”", "Il-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta' Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas, qal hekk: “Moria hija tfakkira ċara li spiċċa ż-żmien fejn nistgħu ngħixu b'dar nofsha kompluta.", "Wasal iż-żmien li naslu għal politika Ewropea komuni dwar il-migrazzjoni.", "Il-Patt jipprovdi l-elementi neqsin ta' approċċ komprensiv għall-migrazzjoni.", "L-ebda Stat Membru ma jesperjenza l-migrazzjoni bl-istess mod u l-isfidi differenti u uniċi ffaċċjati minn kulħadd jistħoqqilhom li jiġu rikonoxxuti u indirizzati.”", "Il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni, Ylva Johansson, qalet: Il-migrazzjoni minn dejjem kienet u dejjem se tkun parti mis-soċjetajiet tagħna.", "Dak li qed nipproponu llum se jibni politika migratorja fit-tul biex il-valuri Ewropej ikunu jistgħu jissarrfu f'ġestjoni prattika.", "Dan is-sett ta' proposti se jfisser proċeduri fil-fruntieri ċari, ġusti u aktar rapidi, sabiex in-nies ma jkollhomx għalfejn jistennew bla ma jafu x'se jsir minnhom.", "Dan ifisser kooperazzjoni msaħħa ma' pajjiżi terzi għal ritorni rapidi, aktar mezzi legali u azzjonijiet b'saħħithom biex jiġġieldu kontra l-faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' bnedmin.", "Fundamentalment dan jipproteġi d-dritt għal tfittxija ta' ażil”.", "Fiduċja aktar b'saħħitha imrawma minn proċeduri aħjar u aktar effettivi", "L-ewwel pilastru tal-approċċ tal-Kummissjoni biex nibnu l-fiduċja jikkonsisti fi proċeduri aktar effiċjenti u aktar rapidi.", "B'mod partikolari, il-Kummissjoni qed tipproponi li tintroduċi proċedura integrata fuq il-fruntiera, li għall-ewwel darba tinkludi skrinjar ta' qabel il-dħul li jkopri l-identifikazzjoni tal-persuni kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE mingħajr permess, jew li jkunu ġew żbarkati wara operazzjoni ta' tiftix u salvataġġ.", "Dan se jinkludi wkoll kontroll tas-saħħa u tas-sigurtà, it-teħid tal-marki tas-swaba' u r-reġistrazzjoni fil-bażi tad-data tal-Eurodac.", "Wara l-iskrinjar, l-individwi jistgħu jiġu mgħoddija għall-proċedura t-tajba, kemm jekk fil-fruntiera għal ċerti kategoriji ta' applikanti kif ukoll jekk fi proċedura normali ta' ażil.", "Bħala parti minn din il-proċedura fuq il-fruntiera, se jittieħdu deċiżjonijiet rapidi dwar l-ażil jew ir-ritorn, li jipprovdu ċertezza rapida għal persuni li l-każ tagħhom jista' jiġi eżaminat malajr.", "Fl-istess ħin, proċeduri oħrajn se jittejbu u jkunu soġġetti għal monitoraġġ u appoġġ operazzjonali aktar b'saħħithom mill-aġenziji tal-UE.", "L-infrastruttura diġitali tal-UE għall-ġestjoni tal-migrazzjoni se tiġi modernizzata biex tirrifletti u tappoġġa dawn il-proċeduri.", "Kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà u s-solidarjetà", "It-tieni pilastru fil-qalba tal-Patt huwa l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà u s-solidarjetà.L-Istati Membri se jkunu marbuta li jaġixxu b'mod responsabbli u b'solidarjetà ma' xulxin.", "Kull Stat Membru, mingħajr ebda eċċezzjoni, għandu jikkontribwixxi f'solidarjetà fi żminijiet ta' stress, biex jgħin biex jistabbilizza s-sistema ġenerali, jappoġġa lill-Istati Membri taħt pressjoni u jiżgura li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi umanitarji tagħha.", "Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet differenti tal-Istati Membri u tal-pressjonijiet migratorji li jvarjaw, il-Kummissjoni tipproponi sistema ta' kontribuzzjonijiet flessibbli mill-Istati Membri.", "Dawn jistgħu jvarjaw mir-rilokazzjoni ta' persuni li jfittxu ażil mill-pajjiż li jkunu daħlu minnu l-ewwel sat-teħid tar-responsabbiltà, għar-ritorn ta' individwi mingħajr dritt li jibqgħu jew diversi forom ta' appoġġ operazzjonali.", "Filwaqt li s-sistema l-ġdida hija bbażata fuq il-kooperazzjoni u fuq forom flessibbli ta' appoġġ li jibdew fuq bażi volontarja, se jkunu meħtieġa kontribuzzjonijiet aktar stretti fi żminijiet ta' pressjoni fuq Stati Membri individwali, abbażi ta' xibka ta' sikurezza.", "Il-mekkaniżmu ta' solidarjetà se jkopri diversi sitwazzjonijiet – inkluż l-iżbark ta' persuni wara operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ, pressjoni, sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ċirkostanzi speċifiċi oħra.", "Bidla fil-paradigma f'kooperazzjoni ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE", "L-UE se tfittex li tippromwovi sħubiji mfassla apposta u li huma ta' benefiċċju reali ma' pajjiżi terzi.Dawn se jgħinu biex jiġu indirizzati sfidi komuni bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, se jgħinu biex jiġu żviluppati mezzi u se jindirizzaw l-implimentazzjoni effettiva tal-ftehimiet u l-arranġamenti ta' riammissjoni.", "L-UE u l-Istati Membri tagħha se jaġixxu f'unità bl-użu ta' firxa wiesgħa ta' għodod biex jappoġġaw il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar ir-riammissjoni.", "Approċċ komprensiv", "Il-pakkett tal-lum se jfittex ukoll li jagħti spinta lil sistema komuni tal-UE għar-ritorni, biex ir-regoli tal-UE dwar il-migrazzjoni jsiru aktar kredibbli.", "Dan se jinkludi qafas legali aktar effettiv, rwol aktar b'saħħtu tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u Koordinatur tar-Ritorn tal-UE, li għadu kif inħatar, flimkien ma'network ta' rappreżentanti nazzjonali biex tiġi żgurata l-konsistenza madwar l-UE.", "L-istruttura ta' governanza komuni għall-migrazzjoni se tfisser ippjanar strateġiku aħjar biex jiġi żgurat li l-politiki tal-UE u dawk nazzjonali jkunu allinjati, u jkun hemm monitoraġġ imsaħħaħ tal-ġestjoni tal-migrazzjoni fuq il-post biex tittejjeb il-fiduċja reċiproka.", "Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni se tittejjeb.", "Il-Korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, skedat għall-iskjerament mill-1 ta' Jannar 2021, se jipprovdi aktar appoġġ kull fejn ikun meħtieġ.", "Politika kredibbli dwar il-migrazzjoni legali u dwar l-integrazzjoni se tkun ta' benefiċċju għas-soċjetajiet u l-ekonomiji Ewropej.", "Il-Kummissjoni se tniedi Sħubijiet għall-Ġestjoni tat-Talenti ma' pajjiżi ewlenin li mhumiex fl-UE li se jwieġbu għall-ħtġijiet tas-suq tax-xogħol u tal-ħiliet tal-UE.", "Il-Patt se jsaħħaħ ir-risistemazzjoni u jippromwovi mezzi kumplimentari oħra, u jfittex li jiżviluppa mudell Ewropew ta' sponsorizzazzjoni komunitarja jew privata.", "Il-Kummissjoni se tadotta wkoll Pjan ta' Azzjoni ġdid u komprensiv dwar l-integrazzjoni u l-inklużjoni għall-2021-2024.", "Il-passi li jmiss", "Issa huwa f'idejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jeżaminaw u jadottaw is-sett sħiħ ta' leġiżlazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq politika verament komuni tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil.", "Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjonijiet lokali f'diversi Stati Membri, il-koleġiżlaturi huma mistiedna jilħqu ftehim politiku dwar il-prinċipji ewlenin tar-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni u jadottaw ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil kif ukoll ir-Regolament dwar Eurodac sa tmiem is-sena.", "Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika u d-Direttiva dwar ir-Ritorn jenħtieġ ukoll li jiġu adottati malajr u jibnu fuq il-progress li diġà sar mill-2016 'il hawn.", "Sfond", "Il-proposti tal-lum iwettqu l-impenn tal-President von der Leyen fil-Linji Gwida Politiċi tagħha li tippreżenta Patt ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.", "Il-Patt huwa bbażat fuq konsultazzjonijiet fil-fond mal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri kollha, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali u n-negozju, u jiggarantixxi bilanċ għaqli li jintegra l-perspettivi tagħhom.", "Għal aktar informazzjoni", "Dokumenti legali - Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil", "MEMO: Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil", "MEMO: Nibnu fuq il-progress li sar mill-2016 - Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil", "Sit web: Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil", "Statistika dwar il-migrazzjoni lejn l-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_20_1723", "title": "Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil - Bini fuq il-progress li sar mill-2016: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MIGR", "date": "Tue, 22 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Ir-riformi dwar l-ażil u r-ritorn proposti mill-Kummissjoni fl-2016 u l-2018 u li dwar ħafna minnhom il-koleġiżlaturi diġà laħqu qbil politiku iżda ma kkonkludewx in-negozjati huma parti mill-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (id-Direttiva dwar il-Kwalifika, id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil, il-Qafas tal-Unjoni dwar ir-Risistemazzjoni u d-Direttiva dwar ir-Ritorn).", "Filwaqt li jibni fuq il-progress li diġà sar mill-koleġiżlaturi, il-Patt jistabbilixxi t-triq 'il quddiem biex jiġu konklużi dawn in-negozjati, bil-ħsieb li l-proċeduri jsiru aktar effiċjenti u jingħataw garanziji aktar b'saħħithom lill-persuni affettwati.", "Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil jissostitwixxi r-riforma tar-regoli dwar l-ażil u r-ritorn proposti fl-2016 u l-2018?", "Il-Patt il-Ġdid ma jiħux post ir-riformi tal-2016 u l-2018, iżda jibni fuqhom billi jżid elementi addizzjonali biex jiżgura qafas ibbilanċjat u komuni li jiġbor flimkien l-aspetti kollha tal-politika dwar l-ażil u l-migrazzjoni.", "Dan jikkostitwixxi f'approċċ ferm usa' u aktar ibbilanċjat mis-settijiet ta' proposti tal-2016 u l-2018 li nkisbu waħedhom, kif ukoll titjib kbir fuq l-istatus quo.", "L-Istatus Quo", "Il-proposti tal-2016", "Il-Patt il-Ġdid", "Rilokazzjoni", "Rilokazzjoni ad hoc, mhux obbligatorja", "Rilokazzjoni obbligatorja biss fi żminijiet ta' kriżi (150 % ta' “sehem ġust”)", "Solidarjetà kostanti permezz ta' mekkaniżmi ta' solidarjetà inkorporati", "Tul tar-Responsabbiltà", "12-il xahar", "Għadd illimitat", "Tliet snin", "Il-moviment liberu tar-refuġjati", "Wara ħames snin", "Wara ħames snin", "Wara tliet snin", "Proċedura fuq il-fruntiera", "Fakultattiv", "Fakultattiv", "Obbligatorju għal ċerti kategoriji", "Il-Proċedura ta' Skrinjar", "Xejn", "Xejn", "Obbligatorju fil-fruntiera", "Miżuri dwar il-kriżi", "Xejn", "Xejn", "Strument ta' Kriżi Dedikat + Blueprint", "Solidarjetà għal każijiet ta' tiftix u salvataġġ", "Ad hoc, mhux obbligatorja", "Xejn", "Mekkaniżmu ta' solidarjetà dedikat", "Definizzjoni ta' membri tal-familja għar-riunifikazzjoni", "Familja nukleari biss (konjuġi u minuri)", "Familja nukleari biss (konjuġi u minuri)", "Familja nukleari u aħwa", "Il-Kummissjoni żżomm il-proposta tagħha u tappoġġa l-ftehimiet politiċi proviżorji li diġà ntlaħqu dwar ir-Regolament dwar il-Kwalifika, id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, ir-Regolament dwar il-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni u r-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil.", "Dawn jenħtieġ li jiġu adottati malajr kemm jista' jkun.", "In-negozjati dwar id-Direttiva dwar ir-Ritorn riformulata ukoll jenħtieġ li jiġu konklużi malajr.", "Il-Kummissjoni qed tirtira biss waħda mill-proposti tagħha tal-2016, ir-Regolament ta' Dublin, u qed tressaq proposta ġdida għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni.", "Il-Kummissjoni qed tipproponi emendi għall-proposta tagħha tal-2016 għal Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil u għar-Regolament Eurodac riformulat.", "Għall-Eurodac, il-proposta emendata tibni fuq il-ftehim proviżorju milħuq mill-koleġiżlaturi li l-Kummissjoni tappoġġa.", "X'tibdil se jġib ir-Regolament dwar il-Kwalifika riformat meta jiġi adottat?", "Il-Kummissjoni żżomm il-proposta tagħha għal Regolament dwar il-Kwalifiki riformat u tappella għall-adozzjoni rapida tiegħu, u tibni fuq il-ftehim politiku proviżorju li diġà ntlaħaq.", "Ir-Regolament il-Kwalifika propost se jiżgura konverġenza akbar fost ir-rati ta' rikonoxximent madwar l-UE, jiggarantixxi d-drittijiet ta' refuġjati rikonoxxuti u jiskoraġġixxi movimenti mhux awtorizzati fl-UE.", "Ir-Regolament dwar il-Kwalifika riformat se jġib miegħu:", "X'tibdil se ġġib id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza riformata meta tiġi adottata?", "Il-Kummissjoni żżomm il-proposta tagħha għad-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza riformata u tappella għall-adozzjoni rapida tagħha, u tibni fuq il-ftehim politiku proviżorju li diġà ntlaħaq.", "Id-Direttiva proposta dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza se tiżgura li l-applikanti għall-ażil jintlaqgħu skont kundizzjonijiet armonizzati u diċenti madwar l-UE kollha kemm hi.", "Se tgħin biex timpedixxi l-movimenti mhux awtorizzati fl-UE billi tiċċara d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għall-ażil", "Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza riformata se ġġib magħha:", "X'tibdil se ġġib l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil riformata meta tiġi adottata?", "Il-Kummissjoni żżomm il-proposta tagħha għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil riformata u tappella għall-adozzjoni rapida tagħha, u tibni fuq il-ftehim politiku proviżorju li diġà ntlaħaq.", "L-Aġenzija għall-Ażil imsaħħa ser tkun tista' tipprovdi servizz rapidu u sħiħ lill-Istati Membri fi żminijiet normali kif ukoll fi żminijiet ta' sfida, inkluż billi twettaq il-fażi amministrattiva kollha tal-proċedura tal-ażil jekk mitluba, bħala forma konkreta ta' solidarjetà Ewropea.", "L-aġenzija għall-Ażil imsaħħa tal-UE se tiżgura:", "X'tibdil se jġib ir-Regolament tal-Unjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni meta jiġi adottat?", "Il-Kummissjoni żżomm il-proposta tagħha għal Regolament tal-Unjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni u tappella għall-adozzjoni rapida tiegħu, u tibni fuq il-ftehim politiku proviżorju li diġà ntlaħaq.", "Ir-Regolament tal-Unjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni se jiżgura rotot sikuri u legali għal dawk li jeħtieġu protezzjoni u jipprovdi qafas stabbli tal-UE għall-kontribuzzjoni tal-UE għall-isforzi ta' risistemazzjoni globali.", "Dan se jieħu post l-iskemi ad hoc u ffissa pjanijiet ta' sentejn għal madwar l-UE kollha għar-risistemazzjoni tar-refuġjati ġenwini.", "Billi tikkontribwixxi kollettivament għall-isforzi ta' risistemazzjoni globali, l-UE se ssaħħaħ is-sħubija u s-solidarjetà tagħha mal-pajjiżi terzi li bħalissa qed jospitaw numri kbar ta' nies li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali.", "Ir-Regolament tal-Unjoni tal-Qafas ta' Risistemazzjoni se jiżgura:", "X'tibdil se ġġib id-Direttiva dwar ir-Ritorn riformata meta tiġi adottata?", "Il-Kummissjoni żżomm il-proposta tagħha għal Direttiva dwar ir-Ritorn riformata u tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jikkonkludu n-negozjati malajr.", "Ir-regoli riformati dwar ir-ritorn se jgħinu biex jitħaffu l-proċeduri ta' ritorn, jiġu prevenuti b'mod aħjar il-ħarbiet u l-movimenti sekondarji u jiżdiedu r-ritorni effettivi b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali.", "Id-Direttiva riformulata dwar ir-Ritorn se tiżgura:", "Ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn tal-2018 ipproponiet ukoll proċedura ġdida fuq il-fruntiera biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta' ritorn ikunu jistgħu jiġu adottati malajr u infurzati bis-sħiħ fil-fruntiera billi l-persuni li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil ikunu ġew irrifjutati matul il-proċeduri tal-fruntieri jiġu diretti lejn proċeduri ta' ritorn simplifikati u aċċellerati.", "Din il-proposta se tiġi integrata fil-proċedura usa' tal-fruntiera ppreżentata skont il-Patt il-Ġdid fil-proposta emendata li tirrevedi r-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil.", "X'inhuma l-bidliet fil-bażi tad-data tal-Eurodac?", "Il-Kummissjoni tippreżenta proposta emendata dwar il-bażi tad-data tal-Eurodac, li tibni fuq il-ftehim proviżorju milħuq mill-koleġiżlaturi, biex tappoġġa aħjar il-ħtiġijiet tad-data tal-qafas il-ġdid għall-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni tal-UE.", "Il-bidliet jinkludu l-għadd ta' applikanti individwali aktar milli l-applikazzjonijiet.", "Dan se jgħin biex jiġu applikati dispożizzjonijiet ġodda dwar it-trasferiment tar-responsabbiltà fl-UE, jiġu evitati movimenti mhux awtorizzati lejn Stati Membri oħra, tiġi ffaċilitata r-rilokazzjoni, u jiġi żgurat monitoraġġ aħjar tal-persuni rimpatrijati.", "Se ssegwi wkoll l-appoġġ għat-tluq volontarju u r-riintegrazzjoni.", "Il-Eurodac il-ġdida tkun kompletament interoperabbli mal-bażijiet tad-data tal-ġestjoni tal-fruntieri, bħala parti minn sistema integrata u komprensiva tal-migrazzjoni u tal-ġestjoni tal-fruntieri.", "Dan jiżdied mal-bidliet proposti fl-2016 li jiżguraw:", "X'bidliet qed jiġu proposti għar-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil u x'se jikseb ir-Regolament ladarba jiġi adottat?", "Il-Kummissjoni qed tipproponi emendi mmirati għall-proposta tagħha tal-2016 għar-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil.", "Dawn l-emendi għandhom l-għan li jintroduċu proċedura fuq il-fruntiera minn tarf sa tarf li tkopri l-ażil u fejn rilevanti r-ritorn, wara skrinjar ta' qabel id-dħul.", "Dan ifisser li talbiet ta' ażil b'ċansijiet baxxi li jiġu aċċettati jistgħu jiġu eżaminati malajr mingħajr il-ħtieġa ta' dħul fit-territorju tal-Istat Membru, filwaqt li l-proċedura normali tal-ażil tkun tapplika f'każijiet oħra, filwaqt li tikkontribwixxi għal ġestjoni aktar effettiva u umana tal-ażil u l-migrazzjoni u tiżgura li ħadd ma jitħalla f'inċertezza fit-tul filwaqt li l-istatus tiegħu jkun ċert.", "Se jiġu stabbiliti l-garanziji kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li kull persuna jkollha valutazzjoni individwali li tqis il-vulnerabbiltajiet ta' ċerti applikanti, b'rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż il-prinċipju ta' non-refoulement.", "Dan jiżdied mal-bidliet proposti fl-2016 li qed jiġu nnegozjati fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.", "Dawn il-bidliet għandhom l-għan li jissimplifikaw il-proċedura tal-ażil u jagħmluha aktar effiċjenti, li jippermettu proċeduri aktar rapidi biex jiġu identifikati dawk li jeħtieġu protezzjoni u dawk li mhumiex, u jiżguraw garanziji komuni għal dawk li jfittxu ażil – flimkien ma' regoli aktar stretti għall-prevenzjoni tal-abbuż.", "Dawn jinkludu:", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa – Bidu ġdid dwar il-migrazzjoni: Nibnu l-fiduċja u nsibu bilanċ ġdid bejn ir-responsabbiltà u s-solidarjetà", "MEMO: Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil", "Sit web tal-Kummissjoni - Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil", "Statistika dwar il-migrazzjoni lejn l-Ewropa", "- Dokumenti legali - Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1722", "title": "Il-Kummissjoni tniedi inizjattiva għal produzzjoni aktar sostenibbli tal-kawkaw", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 22 Sep 2020 06:47:55 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi inizjattiva biex ittejjeb is-sostenibbiltà fis-settur tal-kawkaw.", "Djalogu ġdid bejn diversi partijiet interessati jlaqqa' flimkien rappreżentanti tal-Kosta tal-Avorju u tal-Ghana – iż-żewġ pajjiżi ewlenin li jipproduċu l-kawkaw li jirrappreżentaw 70 % tal-produzzjoni globali tal-kawkaw – kif ukoll rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri tal-UE, dawk li jkabbru l-kawkaw u s-soċjetà ċivili.", "Id-djalogu għandu l-għan li jagħti rakkomandazzjonijiet konkreti biex tiġi avvanzata s-sostenibbiltà tul il-katina tal-provvista tal-kawkaw permezz ta' azzjoni kollettiva u sħubijiet.", "Id-djalogu l-ġdid se jkun appoġġjat minn assistenza teknika għall-pajjiżi li jipproduċu l-kawkaw.", "Il-Viċi President Eżekuttiv u l-aġent Kummissarju għall-Kummerċ Valdis Dombrovskis qal: “Is-settur tal-kawkaw huwa importanti għall-UE u l-imsieħba kummerċjali tagħna.", "It-tnedija tal-lum tad-djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati dwar il-kawkaw sostenibbli se tgħin biex tiggwida l-irkupru tas-settur mill-Covid-19, filwaqt li ssib ukoll soluzzjonijiet għall-isfidi eżistenti tas-sostenibbiltà.", "Qed nippjanaw li niżviluppaw rakkomandazzjonijiet konkreti dwar il-kawkaw sostenibbli peress li l-kummerċ mhuwiex biss dwar it-tkabbir u l-profitti, iżda wkoll l-impatt soċjali u ambjentali tal-politiki tagħna. ”", "“Meta nitkellmu dwar il-kawkaw, is-sostenibbiltà hija kruċjali,” qalet il-Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali Jutta Urpilainen.", "“It-tneħħija tat-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli f'daqqa – soċjali, ekonomika u ambjentali – hija possibbli.", "Ninsabu lesti li naġixxu bħala intermedjarju onest biex noħolqu s-sisien ta' qafas internazzjonali ġdid għall-kawkaw sostenibbli. ”", "Serje ta' gruppi tematiċi stabbiliti taħt id-djalogu bejn diversi partijiet interessati se jiltaqgħu bejn Ottubru 2020 u Lulju 2021 biex:", "Sessjoni plenarja fil-ħarifa tal-2021 ser tieħu kont tal-progress u rapport pubbliku ser janalizza l-progress dwar ir-rakkomandazzjonijiet u jistabbilixxi l-passi ulterjuri li għandhom jittieħdu.", "Id-djalogu jikkorrispondi għall-prijoritajiet politiċi tal-UE skont il-Patt Ekoloġiku u l-approċċ “tolleranza żero” tal-Kummissjoni għat-tħaddim tat-tfal.", "Hija tibni wkoll fuq l-inizjattiva konġunta tal-Kosta tal-Avorju u tal-Ghana ta' Ġunju 2019 dwar prezz minimu għall-kawkaw fis-suq dinji u d-Differenzjali tad-Dħul tal-Għajxien li huma stabbilixxew mar-rappreżentanti tal-industrija tal-kawkaw u ċ-ċikkulata biex jiġi żgurat dħul deċenti għall-bdiewa lokali.", "L-inizjattiva l-ġdida għall-kawkaw sostenibbli hija parti minn sett usa' ta' miżuri tal-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza kwistjonijiet ta' sostenibbiltà b'mod orizzontali u fi ħdan is-settur.", "Dawn jinkludu djalogu ta' politika mal-Kosta tal-Avorju u l-Ghana biex jiġi żgurat li ż-żieda fil-prezzijiet tkun marbuta ma' azzjonijiet li jwaqqfu d-deforestazzjoni u jeliminaw it-tħaddim tat-tfal fil-ktajjen tal-provvista tal-kawkaw.", "Kuntest", "Il-kosta tal-Avorju u l-Ghana huma l-akbar esportaturi fid-dinja tal-kawkaw nej, u jiġġeneraw madwar 60 % tal-esportazzjonijiet globali (ITC 2020).", "Il-kawkaw huwa kontributur ewlieni għad-dħul mill-esportazzjoni, kif ukoll is-sors ewlieni ta' għajxien għal massimu ta' sitt miljun bidwi fil-Kosta tal-Avorju u l-Ghana.", "Indirettament, il-kawkaw jikkontribwixxi għall-għajxien ta' 50 miljun ruħ oħra (UNCTAD 2016).", "Fl-istess ħin, il-produzzjoni tal-kawkaw tinvolvi riskji partikolari relatati mat-tħaddim tat-tfal, dħul baxx għall-bdiewa lokali, deforestazzjoni u degradazzjoni tal-foresti.", "L-Unjoni Ewropea hija l-akbar importatur dinji tal-kawkaw, u tirrappreżenta 60 % tal-importazzjonijiet dinjija (ITC 2020).", "Il-kosta tal-Avorju u l-Ghana huma fornituri ewlenin tal-kawkaw fis-suq tal-UE, li għalih għandhom aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti skont il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika rispettivi tagħhom.", "Għal aktar informazzjoni", "Inizjattiva tal-UE dwar il-kawkaw", "Nota kunċettwali ta' djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati", "Aġenda tal-avveniment ta' tnedija fit-22 ta' Settembru 2020"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1709", "title": "Il-Coronavirus: Erba' Stati Membri oħra jissieħbu fir-riżerva medika rescEU", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ICHACR,COVID-19", "date": "Mon, 21 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, id-Danimarka, il-Greċja, l-Ungerija u l-Iżvezja ngħaqdu mal-Ġermanja u r-Rumanija bħala stati ospitanti tar-riżerva għat-tagħmir mediku rescEU.", "B'appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni Ewropea issa b'kollox sitt Stat Membru tal-UE qed jibnu stokkijiet komuni Ewropej ta' tagħmir mediku protettiv u tagħmir mediku vitali ieħor li jsalva l-ħajja u li jistgħu jitqassmu madwar l-Ewropa fi żminijiet ta' emerġenza medika, pereżempju meta s-sistemi tas-saħħa nazzjonali ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-pazjenti bil-coronavirus.", "“Hekk kif ix-xitwa qed toqrob u l-każijiet tal-coronavirus qed jiżdiedu madwar l-Ewropa, huwa kruċjali li jinbnew stokkijiet ta' tagħmir mediku kritiku.", "Hekk kif l-istati ospitanti issa żdiedu, rescEU qed tħaffef il-pass.", "Se nkunu ħafna aktar b'saħħitna fil-ġlieda kontra l-pandemija billi naħdmu flimkien,” qal il-Kummissarju għall-Immaniġġjar tal-Kriżijiet Janez Lenarčič.", "L-istokkijiet mediċi ta' grad għoli issa jinkludu maskri FFP2 u FFP3, ingwanti tal-ġagagi protettivi, kif ukoll ventilaturi", "Kif taħdem ir-riżerva medika tar-rescEU", "Ir-riżerva tar-rescEU tista' tinkludi tipi differenti ta' tagħmir mediku, bħal maskri protettivi jew ventilaturi mediċi użati fil-kura intensiva, u tiġi rifornita b'mod kostanti.", "Ir-riżerva hija ospitata minn diversi Stati Membri li huma responsabbli għall-akkwist tat-tagħmir.", "Il-Kummissjoni Ewropea tiffinanzja 100 % tal-assi, inkluż il-ħżin u t-trasport.", "Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza mbagħad jieħu ħsieb id-distribuzzjoni tat-tagħmir biex jiżgura li jmur fejn ikun l-aktar meħtieġ, abbażi tal-ħtiġijiet espressi minn pajjiżi li jitolbu assistenza tal-UE taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.", "L-isfond", "Il-kapaċità medika strateġika hija parti mir-riżerva usa' ta' rescEU, li tinkludi kapaċitajiet oħra bħalma huma mezzi tat-tifi tan-nar mill-ajru u kapaċitajiet ta' evakwazzjoni medika.", "Ir-riżerva ta' rescEU tikkostitwixxi l-aħħar saff tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li jista' jiġi attivat għal kull tip ta' periklu naturali u kkawżat mill-bniedem.", "L-Istati Membri tal-UE, ir-Renju Unit (matul il-perjodu ta' tranżizzjoni), l-Iżlanda, in-Norveġja, is-Serbja, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro u t-Turkija jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: rescEU", "Skeda informattiva: Il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1691", "title": "Negħlbu l-kanċer: Ħarsien aħjar tal-ħaddiema kontra sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Mon, 21 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Kull sena fl-UE jkun hemm madwar 120,000 każ ta' kanċer relatat max-xogħol ikkaġunat mill-esponiment għall-karċinoġeni fuq ix-xogħol, li jwassal għal madwar 80,000 mewta fis-sena.", "Sabiex issaħħaħ il-ħarsien tal-ħaddiema kontra l-kanċer, illum il-Kummissjoni pproponiet li tkompli tillimita l-esponiment tagħhom għal sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer.", "Din ir-raba' reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni tistabbilixxi valuri ta' limitu ġodda jew riveduti għal tliet sustanzi importanti: l-akrilonitril, il-komposti tan-nikil u l-benżen.", "L-istimi juru li aktar minn 1.1 miljun ħaddiem f'firxa wiesgħa ta' setturi se jibbenefikaw minn ħarsien imsaħħaħ permezz ta' dawn ir-regoli l-ġodda.", "Il-proposta tal-lum hija l-ewwel inizjattiva tal-impenn tal-Kummissjoni biex tiġġieled kontra l-kanċer fil-qafas tal-Pjan Ewropew li jmiss biex Jingħeleb il-Kanċer.", "Nicolas Schmit, il-Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, stqarr: “Post tax-xogħol għandu jkun post sikur, madankollu l-kanċer huwa l-kawża ta' nofs l-imwiet marbuta max-xogħol.", "L-aġġornament tal-lum għad- Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni hu wieħed mill-ewwel passi fil-pjan ambizzjuż tagħna biex negħlbu l-kanċer.", "L-aġġornament juri li aħna determinati li naġixxu u li mhux se nikkompromettu s-saħħa tal-ħaddiema.", "Fil-kuntest tal-kriżi ewlenija tas-saħħa minħabba l-COVID-19, aħna se nirduppjaw l-isforzi tagħna biex niżguraw li l-ħaddiema fl-Ewropa jiġu mħarsa.", "Se neżaminaw il-mezzi konkreti dwar kif nistgħu niksbu dan permezz tal-qafas strateġiku futur dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.”", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, stqarret: “It-tnaqqis tat-tbatija kkaġunata mill-kanċer hi prijorità għalina, u l-prevenzjoni hi kruċjali sabiex nagħmlu dan.", "Illum qegħdin nieħdu pass importanti biex inħarsu lill-ħaddiema tagħna mill-esponiment għal sustanzi perikolużi fil-post tax-xogħol u biex nibdew xogħolna fil-qafas tal-Pjan Ewropew li jmiss biex Jingħeleb il-Kanċer.", "Permezz tal-Pjan, l-għan tagħna se jkun li nindirizzaw il-fatturi ta' riskju ewlenin tal-kanċer għal kulħadd iżda wkoll li niggwidaw lill-pazjenti ma' kull pass tal-vjaġġ tagħhom u nikkontribwixxu sabiex intejbu l-ħajja ta' dawk li huma affettwati minn din il-marda.”", "Tliet valuri ta' limitu ġodda jew riveduti", "Id-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni hi aġġornata regolarment f'konformità ma' evidenza xjentifika u data teknika ġdida.", "Tliet aġġornamenti preċedenti indirizzaw l-esponiment tal-ħaddiema għal 26 sustanza kimika.", "Il-proposta tal-lum iżżid limiti ta' esponiment ġodda jew riveduti għas-sustanzi li ġejjin:", "Il-benefiċċji għall-ħaddiema u għall-kumpaniji", "L-introduzzjoni ta' limiti ġodda jew riveduti ta' esponiment fuq ix-xogħol għall-akrilonitril, għall-komposti tan-nikil u għall-benżen se jkollha benefiċċji ċari għall-ħaddiema.", "Il-każi ta' kanċer u mard serju ieħor relatati max-xogħol se jiġu evitati, u se titjieb is-saħħa kif ukoll il-kwalità tal-ħajja.", "Din il-proposta se tkun ta' benefiċċju wkoll għall-kumpaniji billi tnaqqas il-kostijiet ikkawżati minn mard u kanċer relatat max-xogħol, bħall-assenteiżmu u l-pagamenti tal-assigurazzjoni.", "L-iżvilupp tal-proposta u l-passi li jmiss", "Din l-inizjattiva ġiet żviluppata f'kollaborazzjoni mill-qrib max-xjentisti, mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, mal-impjegaturi u mal-Istati Membri tal-UE.", "Is-sħab soċjali (trade unions u organizzazzjonijiet tal-impjegaturi) kienu involuti wkoll permezz ta' konsultazzjoni f'żewġ fażijiet.", "Il-proposta tal-Kummissjoni issa se tiġi nnegozjata mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.", "Din il-Kummissjoni ntrabtet li tintensifika l-ġlieda kontra l-kanċer, u qabel tmiem l-2020 se tippreżenta l-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer.", "Il-Pjan se jappoġġa lill-Istati Membri biex itejbu l-prevenzjoni, id-detezzjoni, it-trattament u l-ġestjoni tal-kanċer fl-UE filwaqt li jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa bejn l-Istati Membri kif ukoll fi ħdanhom.", "Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Ewropa Soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti”, il-Kummissjoni ntrabtet li tirrevedi l-istrateġija tas-saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol (OSH) biex tindirizza fost l-oħrajn l-esponiment għal sustanzi perikolużi, sabiex jinżammu l-istandards għoljin Ewropej tal-OSH.", "Dan huwa konformi mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir fis-17 ta' Novembru 2017, li jnaqqax id-dritt tal-ħaddiema għal ambjent tax-xogħol san, sikur u adattat b'mod tajjeb, inkluż il-protezzjoni mill-karċinoġeni.", "Huwa partikolarment importanti li nkomplu nsaħħu l-ħarsien tal-ħaddiema kontra l-kanċer fuq il-post tax-xogħol peress li skont il-EU-OSHA, il-kanċer huwa l-ewwel kawża tal-imwiet relatati mal-post tax-xogħol fl-UE; Fil-preżent, 52 % tal-imwiet annwali relatati mal-post tax-xogħol huma attribwiti lill-kanċers relatati mal-post tax-xogħol, meta mqabbla ma' 24 % tal-mard ċirkolatorju, 22 % ta' mard ieħor u 2 % tal-korrimenti.", "Din l-inizjattiva hi r-raba' reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni.", "Tul dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni pproponiet tliet inizjattivi li jemendaw din il-biċċa leġiżlazzjoni.", "Dawn it-tliet inizjattivi ġew adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'Diċembru 2017, f'Jannar 2018 u f'Ġunju 2019, u jindirizzaw 26 sustanza.", "Il-proposta tal-Kummissjoni għar-raba' reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet MEMO: Negħlbu l-kanċer: Il-Kummissjoni tipproponi ħarsien imsaħħaħ tal-ħaddiema", "Segwi lil Nicolas Schmit fuq Twitter", "Abbona ruħek biex tirċievi l-bullettin f'email bla ħlas tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1708", "title": "L-Ajru Uniku Ewropew: għal ġestjoni tat-traffiku tal-ajru aktar sostenibbli u reżiljenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRANSPORT", "date": "Mon, 21 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi aġġornament tal-qafas regolatorju tal-Ajru Uniku Ewropew li jsegwi l-Patt Ekoloġiku Ewropew.", "L-objettiv huwa li tiġi mmodernizzata l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew u li jiġu stabbiliti rotot tat-titjiriet aktar sostenibbli u effiċjenti.", "Dan jista' jnaqqas sa 10% tal-emissjonijiet tat-trasport bl-ajru.", "Il-proposta qed issir hekk kif it-tnaqqis qawwi fit-traffiku tal-ajru kkawżat mill-pandemija tal-coronavirus jitlob għal reżiljenza akbar tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tagħna, billi jagħmilha aktar faċli li l-kapaċitajiet tat-traffiku jiġu adattati għad-domanda.", "Il-Kummissarju għat-Trasport, Adina Vălean iddikjarat: “Xi drabi l-ajruplani jaqsmu b'mod ripetittiv minn blokka tal-ispazju tal-ajru għall-oħra u dan iżid id-dewmien u l-konsum tal-fjuwil.", "Sistema effiċjenti tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tfisser li jkun hemm rotot aktar diretti u inqas enerġija użata, u dan iwassal għal inqas emissjonijiet u inqas spejjeż għal-linji tal-ajru tagħna.", "Il-proposta tal-lum biex jiġi rivedut l-Ajru Uniku Ewropew mhux biss se tgħin biex jitnaqqsu sa 10% tal-emissjonijiet permezz ta' ġestjoni aħjar tar-rotot tat-titjiriet, iżda se tistimula wkoll l-innovazzjoni diġitali billi tiftaħ is-suq għas-servizzi tad-data fis-settur.", "Permezz tar-regoli l-ġodda proposti nkunu qed ngħinu lis-settur tal-avjazzjoni tagħna javvanza fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.”", "Jekk ma nadattawx il-kapaċitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, se jkollna aktar spejjeż, dewmien u emissjonijiet tas-CO2.", "Fl-2019, id-dewmien waħdu sewa lill-UE €6 biljun, u wassal għal 11.6 miljun tunnellata (Mt) emissjonijiet tas-CO2 żejda.", "Sadanittant, li l-bdoti jiġu obbligati jtiru fi spazju tal-ajru konġestjonat minflok jieħdu rotta tat-titjiriet diretta jwassal għal emissjonijiet tas-CO2 mhux meħtieġa, u l-istess jiġri meta l-linji tal-ajru jieħdu rotot itwal biex jevitaw iż-żoni tal-imposti b'rati ogħla.", "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll żviluppi teknoloġiċi ġodda bħall-użu usa' tad-droni, poġġew id-diġitalizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport fil-qalba tal-politika tal-avjazzjoni tal-UE.", "Madankollu, l-isfida ewlenija għall-avjazzjoni tibqa' li jitrażżnu l-emissjonijiet.", "Għalhekk, l-Ajru Uniku Ewropew iwitti t-triq għal spazju tal-ajru Ewropew li jintuża bl-aħjar mod u li jħaddan it-teknoloġiji moderni.", "Dan jiżgura l-ġestjoni kollaborattiva tan-network li tippermetti lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jtiru fuq l-aħjar rotot għall-ambjent.", "U dan se jippermetti servizzi diġitali li ma jeħtiġux neċessarjament il-preżenza ta' infrastruttura lokali.", "Sabiex jiġu żgurati servizzi ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru sikuri u kosteffettivi, il-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet bħal:", "Il-Passi li Jmiss", "Il-proposta attwali se tiġi ppreżentata lill-Kunsill u lill-Parlament għad-deliberazzjonijiet, li l-Kummissjoni tittama li jiġu konklużi mingħajr dewmien.", "Sussegwentement, wara l-adozzjoni finali tal-proposta, se jkollhom jitħejjew atti ta' implimentazzjoni u atti delegati li jindirizzaw kwistjonijiet aktar dettaljati u tekniċi.", "Sfond", "L-inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew tnediet fl-2004 biex titnaqqas il-frammentazzjoni tal-ispazju tal-ajru fl-Ewropa, u biex tiżdied il-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'termini tas-sikurezza, il-kapaċità, il-kosteffiċjenza u l-ambjent.", "Fl-2013, il-Kummissjoni ressqet proposta għal reviżjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (SES 2+), iżda n-negozjati ilhom wieqfa fil-Kunsill mill-2015.", "Fl-2019, twaqqaf Grupp ta' Persuni Għorrief, magħmul minn 15-il espert f'dan il-qasam, biex jivvaluta s-sitwazzjoni attwali u l-ħtiġijiet futuri għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-UE u dan wassal għal bosta rakkomandazzjonijiet.", "Imbagħad, il-Kummissjoni emendat it-test tagħha tal-2013, billi introduċiet miżuri ġodda, u abbozzat proposta separata biex jiġi emendat ir-Regolament Bażiku tal-EASA.", "Il-proposti l-ġodda huma akkumpanjati minn Dokument ta' Ħidma tal-Persunal, ippreżentat illum.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet: L-Ajru Uniku Ewropew: għal ġestjoni tat-traffiku tal-ajru effiċjenti u sostenibbli"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4261", "title": "L-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa: l-inugwaljanza għadha sfida", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 08 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["L-edizzjoni tal-2017 tal-Kummissjoni tal-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, li ġiet ippubblikata llum, turi li s-sistemi edukattivi nazzjonali qegħdin isiru iktar inklużivi u effettivi.", "Minkejja dan, tikkonferma wkoll li l-livell edukattiv milħuq mill-istudenti jiddependi ferm fuq l-isfondi soċjoekonomiċi tagħhom.", "Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżguraw li s-sistemi edukattivi tagħhom iwasslu għal riżultati tajbin – id-dejta miġbura fil-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ li jiġi ppubblikat kull sena hija parti importanti minn dan ix-xogħol.", "L-iktar edizzjoni reċenti turi li filwaqt li l-Istati Membri qed jagħmlu progress biex jilħqu l-biċċa l-kbira tal-miri ewlenin tal-UE fir-riforma u fl-immodernizzar tal-edukazzjoni, huma meħtieġa iżjed sforzi biex tinkiseb l-ekwità fl-edukazzjoni.", "Tibor Navracsics, il-Kummissarju tal-UE għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, stqarr: “L-inugwaljanza għadha ċċaħħad lil wisq Ewropej mill-opportunità li jilħqu l-milja ta' ħajjithom.", "Din hija ta' theddida wkoll għall-koeżjoni soċjali, għat-tkabbir ekonomiku fit-tul u għall-prosperità.", "Barra minn hekk, ħafna drabi s-sistemi edukattivi tagħna jipperpetwaw l-inugwaljanza – meta dawn ma jipprovdux għall-ħtiġijiet ta' persuni minn sfondi iżjed foqra; meta l-istatus soċjali tal-ġenituri jiddetermina l-livell edukattiv milħuq u jwassal biex il-faqar u t-tnaqqis ta' opportunitajiet fis-suq tax-xogħol jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra.", "Għandna nagħmlu iktar biex jingħelbu dawn l-inugwaljanzi.", "Is-sistemi edukattivi għandhom rwol speċjali x'jaqdu biex tinbena soċjetà iktar ġusta billi kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs”.", "Il-livell edukattiv milħuq huwa importanti biex jiġu ddeterminati l-eżiti soċjali.", "Il-persuni b'edukazzjoni bażika biss huma kważi tliet darbiet iktar suxxettibbli li jgħixu fil-faqar jew fl-esklużjoni soċjali minn dawk b'edukazzjoni terzjarja.", "L-iżjed dejta reċenti tal-Monitoraġġ turi wkoll li fl-2016, ġew impjegati 44 % biss taż-żgħażagħ bejn it-18-il sena u l-24 sena li temmew l-iskola sekondarja.", "Fil-popolazzjoni ġenerali ta' bejn il-15-il sena u l-64 sena, ir-rata tal-qgħad hija wkoll ħafna ogħla għal persuni b'edukazzjoni bażika biss milli għal dawk b'edukazzjoni terzjarja (16.6 % vs. 5.1 %).", "Fl-istess waqt, l-istatus soċjoekonomiku jiddetermina l-livell milħuq mill-istudenti: saħansitra 33.8 % tal-istudenti mill-iżjed sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġati jilħqu livell edukattiv baxx, meta mqabbla ma' 7.6 % biss fost l-istudenti tamparhom li jkunu l-iktar privileġġati.", "Waħda mill-miri tal-UE għall-2020 hija li il-persentaġġ ta' studenti ta' 15-il sena li ma jilħqux livell edukattiv aċċettabbli fil-qari bażiku, fil-matematika u fix-xjenza, jitnaqqas għal 15 %.", "Madankollu, b'mod ġenerali, l-UE fil-fatt qed titbiegħed minn dan l-objettiv, b'mod partikolari fix-xjenza, fejn il-persentaġġ ta' studenti li jilħqu livell edukattiv baxx żdied minn 16 % fl-2012 għal 20.6 % fl-2015.", "Il-persuni li jitwieldu f'pajjiżi li mhumiex parti mill-UE huma partikolarment vulnerabbli.", "Ta' sikwit, dawn il-persuni jkunu esposti għal diversi riskji u żvantaġġi, fosthom li jkollhom ġenituri bi ftit ħiliet jew b'ħiliet ta' livell baxx, li d-dar ma jitkellmux il-lingwa lokali, li jkollhom aċċess għal inqas riżorsi kulturali u li jbatu minn iżolament u minn nuqqas ta' netwerks soċjali fil-pajjiż tal-immigrazzjoni.", "Iż-żgħażagħ bi sfond ta' migrazzjoni jinsabu f'riskju ikbar li ma jmorrux tajjeb fl-iskola u li jirtiraw mill-iskola qabel iż-żmien.", "Fl-2016, sa 33.9 % tal-persuni bl-età ta' bejn it-30 u l-34 sena li jgħixu fl-UE iżda li twieldu f'pajjiż li mhux parti mill-UE kellhom livell baxx ta' ħiliet (kellhom livell ta' edukazzjoni tal-iskola sekondarja jew inqas), meta mqabbla ma' 14.8 % biss ta' persuni tamparhom li twieldu fl-UE.", "Fl-UE kollha, l-investiment fl-edukazzjoni rkupra mill-kriżi finanzjarja u żdied daqsxejn (b'1 % sena wara sena f'termini reali).", "Madwar żewġ terzi tal-Istati Membri rreġistraw żieda.", "Erba' pajjiżi żiedu l-investiment b'iżjed minn 5 %.", "Fis-17 ta' Novembru, f'Gothenburg, il-Mexxejja tal-UE se jiddiskutu dwar l-Edukazzjoni u l-Kultura bħala parti minn ħidmiethom biex “Nibnu l-ġejjieni tagħna flimkien”.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta d-dejta ta' din is-sena fir-rigward tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ.", "Id-diskussjoni f'Gothenburg se tagħti viżibbiltà lir-riforma tal-edukazzjoni u se tenfasizza is-sinifikat politiku tagħha.", "Fil-25 ta' Jannar 2018, il-Kummissarju Navracsics se jospita l-ewwel Summit dwar l-Edukazzjoni li qatt sar fl-UE, u fih se jiġu mistiedna rappreżentanti ta' livell għoli mill-Istati Membri kollha sabiex jiddiskutu kif is-sistemi edukattivi nazzjonali jistgħu jkunu iktar inklużivi u effettivi.", "Sfond", "Il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-Kummissjoni tal-2017 huwa s-sitt edizzjoni ta' dan ir-rapport annwali li juri kif qed jevolvu s-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tal-UE billi jiġbor flimkien firxa wiesgħa ta' evidenza.", "Dan ikejjel il-progress tal-UE fir-rigward tas-sitt miri tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ għall-2020: (1) Il-persentaġġ ta' dawk li jirtiraw kmieni mill-iskola (bl-età ta' bejn 18-il sena u 24 sena) għandu jkun inqas minn 10 %, (2) il-persentaġġ ta' dawk bl-età ta' bejn it-30 u l-34 sena li jilħqu livell edukattiv terzjarju għandu jkun minn tal-inqas 40 %, (3) minn tal-inqas 95 % tat-tfal bl-età ta' bejn erba' snin u l-età tal-bidu tal-edukazzjoni primarja għandhom jipparteċipaw fl-edukazzjoni, (4) il-persentaġġ ta' persuni bl-età ta' 15-il sena li ma jilħqux livell edukattiv aċċettabbli fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza għandu jkun inqas minn 15 %, (5) 82 % tal-gradwati reċenti mill-edukazzjoni postsekondarja sal-edukazzjoni terzjarja (bl-età ta' bejn l-20 u l-34 sena) li m'għadhomx jirċievu edukazzjoni jew taħriġ għandhom ikollhom impjieg, (6) minn tal-inqas 15 % tal-adulti (bl-età ta' bejn 25 u 64 sena) għandhom jipparteċipaw f'tagħlim formali jew mhux formali.", "Il-Monitoraġġ janalizza l-isfidi prinċipali li qed jiffaċċaw is-sistemi edukattivi Ewropej u jippreżenta politiki li bis-saħħa tagħhom dawn jistgħu jagħtu rispons aħjar għall-ħtiġijiet tas-soċjetà u tas-suq tax-xogħol.", "Ir-rapport fih paragun bejn il-pajjiżi, 28 rapport dettaljat tal-pajjiżi u paġna web apposta b'dejta u b'informazzjoni addizzjonali.", "Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, il-programm Erasmus+, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, inkluża l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà kif ukoll Orizzont 2020 u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jgħinu biex jiġi xprunat l-investiment u biex jiġu appoġġati l-prijoritajiet ta' politika fl-edukazzjoni.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2017", "Is-sit web tal-Monitoraġġ"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4362", "title": "Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2017: aktar tkabbir f'kuntest ta' politika li qed jinbidel", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Wed, 08 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2017: aktar tkabbir f'kuntest ta' politika li qed jinbidel", "L-ekonomija taż-żona tal-ewro tinsab fit-triq it-tajba biex din is-sena tikber bl-aktar pass mgħaġġel tagħha f'dawn l-aħħar għaxar snin, bit-tbassir tat-tkabbir reali tal-PDG ikun ta' 2.2 %.", "Dan huwa sostanzjalment ogħla milli kien mistenni fir-Rebbiegħa (1.7 %).", "L-ekonomija tal-UE kollha kemm hi hija prevista ukoll li taqbeż l-aspettattivi bi tkabbir qawwi ta' 2.3 % din is-sena (li huwa aktar mill-1.9 % tar-Rebbiegħa).", "Skont it-Tbassir tal-Ħarifa li ħareġ illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tistenna li t-tkabbir ikompli kemm fiż-żona tal-ewro kif ukoll fl-UE b'2.1 % fl-2018 u 1.9 % fl-2019 (fit-Tbassir tar-Rebbiegħa: 2018: 1.8 % fiż-żona tal-ewro, 1.9 % fl-UE­).", "Il-Viċi President għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali, Valdis Dombrovskis, responsabbli wkoll mill-Istabbiltà Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Kumplessivament l-ekonomija tal-UE qed taħdem tajjeb.", "It-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi huma robusti, l-investiment qed jerġa' jqum fuq saqajh u d-defiċit u d-dejn tal-gvern qed jonqsu gradwalment.", "Hemm ukoll sinjali li l-proċess ta' konverġenza fid-dħul reali qed jirpillja.", "Madankollu, hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri, fejn is-suq tax-xogħol ta' xi wħud minnhom għadu mhux sod biżżejjed.", "Jeħtieġ li l-politiki tagħna jibqgħu ffukati b'mod sod fuq li t-tkabbir ekonomiku jkun sostenibbli u inklużiv.", "Dan ifisser politiki makroekonomiċi orjentati lejn l-istabbiltà kif ukoll riformi biex tiżdied il-produttività, l-adattabilità għall-bidla u biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tat-tkabbir ikunu mifruxin b'mod wiesa' fis-soċjetajiet tagħna.”", "Il-Kummissarju għalld-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, Pierre Moscovici, qal: “Wara ħames snin ta' rkupru moderat, it-tkabbir Ewropew issa aċċellerat.", "Qed ikollna aħbarijiet tajbin minn diversi bnadi, b'aktar ħolqien ta' xogħol, aktar investiment u finanzi pubbliċi li qed jissaħħu.", "Madankollu fadal sfidi li ġejjin minn livelli għoljin ta' dejn u żiedet fil-pagi kajmani.", "Hemm bżonn ta' sforz determinat mill-Istati Membri biex jiġi żgurat li din l-espansjoni tkompli u li r-riżultati tagħha jinqasmu bejn kulħadd.", "Barra minn dan, huma meħtieġa konverġenza strutturali u tisħiħ taż-żona tal-ewro biex jagħmluha aktar reżiljanti għall-iskozzi tal-futur u biex jittrasformawha f'mutur ta' prosperità kondiviża.", "Il-ġimgħat li ġejjin se jkunu deċiżivi fuq dan il-front.”", "It-tkabbir qabeż l-aspettattivi, iżda huwa mistenni li jonqos xi ftit", "L-ekonomija Ewropea, li din is-sena kellha prestazzjoni ferm aħjar milli kien mistenni, kienet xprunata minn konsum privat reżiljenti, tkabbir aktar b'saħħtu madwar id-dinja u rata ta' qgħad li naqqset.", "L-investiment qed jirpilja wkoll fil-kuntest ta' kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli u sentiment ekonomiku konsiderevolment aktar ottimist hekk kif l-inċertezza naqqset.", "L-ekonomiji tal-Istati Membri kollha qed jespandu u s-swieq tax-xogħol tagħhom jitjiebu, iżda l-pagi qed jiżdiedu bil-mod wisq.", "Kuntest ta' politika li qed jinbidel", "Għalkemm l-irkupru ċikliku issa ilu għaddej mingħajr interruzzjoni għal 18-il trimestru, għadu ma lestiex, u pereżempju għad hemm debbolezzi sinifikanti fis-suq tax-xogħol u żieda baxxa u mhux normali fil-pagi.", "It-tkabbir tal-PDG u l-inflazzjoni għadhom għalhekk dipendenti fuq is-sostenn politiku.", "Il-Bank Ċentrali Ewropew żamm politika monetarja akkomodanti ħafna minkejja li xi banek ċentrali oħra madwar id-dinja bdew jgħollu r-rati tal-imgħax.", "Għadd ta' Stati Membri taż-żona tal-ewro huma mistennija jadottaw politiki fiskali espansjonarji fl-2018 iżda l-pożizzjoni fiskali ġenerali taż-żona tal-ewro hija mistennija li tibqa' pjuttost newtrali.", "Il-qgħad kompla jonqos iżda s-suq tax-xogħol għadu mhux sod biżżejjed", "Il-ħolqien tal-impjiegi kien sostenut u l-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol huma mistennija li jibbenefikaw mill-espansjoni xprunata mid-domanda domestika, minn żieda moderata fis-salarji u minn riformi strutturali implimentati f'xi Stati Membri.", "Il-qgħad fiż-żona tal-ewro huwa mistenni li jilħaq medja ta' 9.1 % din is-sena, l-aktar livell baxx mill-2009, peress li l-għadd totali ta' nies impjegati se jitla' għal livell rekord.", "Matul is-sentejn li ġejjin, il-qgħad mistenni jonqos aktar għal 8.5 % fl-2018 u 7.9 % fl-2019.", "Fl-UE, ir-rata tal-qgħad hija projjettata għal 7.8 % din is-sena, 7.3 % fl-2018 u 7.0 % fl-2019.", "Il-ħolqien tax-xogħol huwa mistenni li jkun moderat, hekk kif f'xi pajjiżi l-inċentivi fiskali temporanji jgħibu u jfeġġu nuqqasijiet ta' ħiliet f'xi pajjiżi oħrajn.", "Il-prospetti tal-inflazzjoni huma baxxi fi sfond ta' żieda fil-pagi dgħajfa", "Ir-rata nominali tal-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur varjat matul l-ewwel disa' xhur tas-sena taħt l-influwenza tal-effetti bażi tal-enerġija.", "L-inflazzjoni prinċipali, li teskludi l-prezzijiet tal-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat, b'kuntrast, kienet qed tiżdied iżda għadha baxxa u dan jirrifletti l-impatt ta' perjodu mtawwal ta' inflazzjoni baxxa, tkabbir dgħajjef tal-pagi kif ukoll li fadal problemi fis-suq tax-xogħol.", "Kollox ma' kollox, l-inflazzjoni mistennija tilħaq medja ta' 1.5 % fiż-żona tal-ewro din is-sena u mistennija tinżel għal 1.4 % fl-2018 qabel ma titla' għal 1.6 % fl-2019.", "Il-finanzi pubbliċi jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ċikliċi aħjar", "Il-finanzi pubbliċi fiż-żona tal-ewro huma previsti li jittejbu aktar milli kien mistenni fir-Rebbiegħa, l-aktar minħabba li t-tkabbir reġa' qabad ir-ritmu.", "Il-bilanċ nominali tal-gvern mistenni jitjieb fi kważi l-Istati Membri kollha.", "Jekk wieħed jassumi li ma jkun hemm l-ebda bidla fil-politika, il-proporzjon id-defiċit mal-PDG tal-amministrazzjoni pubblika mistenni jinżel għal 0.8 % fl-2019 (1.1 % fl-2017 u 0.9 % fl-2018), filwaqt li l-proporzjon tad-dejn mal-PDG huwa previst li jinżel għal 85.2 % (89.3 % fl-2017 u 87.2 % fl-2018).", "Ir-riskji huma ftit jew wisq bilanċjati", "Ir-riskji li l-iżviluppi ekonomiċi jistgħu jkunu aħjar jew agħar minn dawk imbassra huma pjuttost bilanċjati.", "Ir-riskji prinċipali huma esterni u huma marbuta mat-tensjonijiet ġeopolitiċi elevati (pereż. fil-peniżola Koreana), possibbilment kundizzjonijiet finanzjarji globali aktar stretti (pereż. minħabba żieda fl-averżjoni mir-riskji), l-aġġustament ekonomiku fiċ-Ċina jew l-estensjoni ta' politiki protezzjonisti.", "Fl-Unjoni Ewropea r-riskji negattivi huma marbuta mal-eżitu tan-negozjati tal-Brexit, apprezzament aktar b'saħħitu tal-ewro, u rati ogħla tal-imgħax fuq perjodu twil.", "Min-naħa l-oħra, tnaqqas fl-inċertezza u sentiment li qed jitjieb fl-Ewropa jistgħu jwasslu għal tkabbir aktar b'saħħtu milli mbassar u l-istess jistgħu jagħmlu fil-bqija tad-dinja.", "Għar-Renju Unit, suppożizzjoni purament teknika għall-2019", "Minħabba n-negozjati li għaddejjin dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-UE, il-projjettazzjonijiet tagħna għall-2019 huma bbażati fuq suppożizzjoni purament teknika li t-termini tar-relazzjonijiet kummerċjali mar-Renju Unit jibqgħu l-istess.", "Dan huwa għal raġunijiet ta' tbassir biss u ma għandu l-ebda influwenza fuq it-taħtidiet li għaddejjin fil-kuntest tal-proċess tal-Artikolu 50.", "Kuntest", "Dan it-tbassir huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw ir-rati tal-kambju, ir-rati tal-imgħax u l-prezzijiet tal-komoditajiet b'data limitu tat-23 ta' Ottubru 2017.", "Rigward id-dejta kollha l-oħra li dieħla, inklużi s-suppożizzjonijiet dwar il-politiki tal-gvern, dan it-tbassir iqis l-informazzjoni sa, u li tinkludi, it-23 ta' Ottubru 2017.", "Sakemm ma jiġux imħabbra politiki b'mod kredibbli u speċifikati fid-dettall, it-tbassir jassumi li ma jkun hemm l-ebda bidla fil-politika.", "Mill-2018, il-Kummissjoni Ewropea se terġa' tibda tippubblika żewġ previżjonijiet komprensivi (fir-Rebbiegħa u fil-Ħarifa) u żewġ previżjonijiet interim (fix-Xitwa u fis-Sajf) kull sena, minflok it-tliet previżjonijiet komprensivi fix-Xitwa, fir-Rebbiegħa u fil-Ħarifa li kienet qed toħroġ kull sena sa mill-2012.", "Il-previżjonijiet interim se jkopru l-PDG annwali u ta' kull tliet xhur u l-inflazzjoni għas-sena attwali u s-snin ta' wara għal kull Stat Membru u għaż-żona tal-ewro, kif ukoll l-aggregati tal-UE.", "Ir-ritorn lejn il-mudell ta' tbassir preċedenti jġib lura l-iskeda tal-previżjonijiet tal-Kummissjoni f'konformità ma' dawk ta' istituzzjonijiet oħrajn (pereż. il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp).", "Għal aktar tagħrif", "Id-dokument sħiħ: Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2017:", "Segwi lill-Viċi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Segwi lill-Kummissarju Moscovici fuq Twitter: @pierremoscovici", "Segwi DĠ ECFIN fuq Twitter: @ecfin", "Stqarrija għall-istampa: Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa 2017: imbassar tkabbir stabbli", "Id-dokument sħiħ: It-Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa 2017"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4486", "title": "Rapport: Ftehimiet kummerċjali tal-UE fis-seħħ qed jagħtu benefiċċji tanġibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Wed, 08 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Rapport ġdid tal-Kummissjoni jenfasizza r-riżultati pożittivi tal-ftehimiet kummerċjali eżistenti tal-UE u jidentifika oqsma għal titjib.", "L-UE llum ippubblikat rapport li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali eżistenti tagħha.", "Dan ir-rapport orizzontali huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu u jitfa' dawl fuq x'jiġri wara li jiġu nnegozjati ftehimiet ta' kummerċ u jkunu daħlu fis-seħħ.", "Il-pubblikazzjoni hija pass ieħor lejn politika kummerċjali trasparenti u inklużiva b'mod sħiħ, skont l-impenji meħuda mill-Kummissjoni stabbiliti fl-istrateġija tal-UE tal-2015 “Kummerċ għal Kulħadd”.", "F'kummenti dwar ir-rapport, il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-UE Cecilia Malmström qalet: “Is-suċċess ta' politika kummerċjali tal-UE jitkejjel mhux biss permezz ta' ftehimiet kummerċjali ġodda, iżda wkoll billi jiġi żgurat li l-ftehimiet eżistenti tagħna jagħtu riżultati.", "Ir-rapport li ġie ppubblikat illum jikkonferma li l-ftehimiet kummerċjali tagħna jagħtu spinta lill-ekonomija Ewropea: dawn fissru żidiet sinifikanti fl-esportazzjonijiet, li minnhom ibbenefikaw il-kumpaniji tal-UE u l-impjegati tagħhom.", "Ninsabu wkoll fit-triq it-tajba f'dak li għandu x'jaqsam mal-impenn konkret mas-sħab tagħna fejn jidħlu l-istandards tax-xogħol u tal-ambjent.", "Barra minn hekk, dan ir-rapport għandu lezzjonijiet siewja dwar x'nistgħu nagħmlu aħjar meta nistabbilixxu ftehimiet ġodda.”", "B'mod ġenerali, il-ftehimiet tal-UE jidhru li jwasslu għal aktar esportazzjonijiet mill-UE u tkabbir, b'żidiet ewlenin fl-esportazzjoni lejnl, pereżempju:", "Ir-rapport juri li ħafna drabi huma s-setturi agrikoli u tal-vetturi bil-mutur tal-UE li jibbenefikaw l-aktar.", "Pereżempju, l-esportazzjonijiet tal-karozzi lejn il-Korea t'Isfel żdiedu b'244 % mill-2011 'l hawn, u fil-każ tal-ftehim mal-Kolombja u l-Perù kien hemm żieda ta' 92 % u 73 %, rispettivament, fl-esportazzjonijiet ta' prodotti agrikoli mill-UE.", "Ir-rapport jinvestiga wkoll l-impatt tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-kapitoli “Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli”, li jkopru l-protezzjoni tal-ambjent u d-drittijiet tax-xogħol, preżenti fil-ftehimiet iktar ġodda.", "Filwaqt li għadu kmieni wisq biex wieħed jiġbed konklużjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli inklużi fil-ftehmiet kummerċjali tal-UE, minħabba li din hija prattika relattivament riċenti, diġà hemm għadd kbir ta' eżempji ta' kollaborazzjoni pożittiva dwar kwistjonijiet li jmorru lil hinn mil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ li saru possibbli grazzi għal dawn il-ftehimiet.", "L-UE tista' pereżempju tinvolvi ruħha fi kwistjonijiet bħal-libertà ta' assoċjazzjoni, il-vjolenza kontra membri ta' trade unions, it-tħaddim tat-tfal, l-ispezzjonijiet tax-xogħol, in-negozjar kollettiv, il-konsultazzjoni tripartitika, u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "L-ewwel lezzjonijiet enfasizzati fir-rapport fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kapitoli relatati mal-iżvilupp sostenibbli se jidħlu fid-dibattitu usa' tal-Kummissjoni dwar kif tista' tittejjeb l-effikaċja tar-regoli tal-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet kummerċjali tagħna, ġew imnedija b'dokument ta' diskussjoni f'Lulju ta' din is-sena.", "Ir-rapport jidentifika wkoll oqsma għat-titjib sabiex jiżdiedu l-benefiċċji tal-ftehimiet eżistenti.", "Minkejja l-impatt pożittiv ġenerali tal-ftehimiet kummerċjali għall-esportazzjonijiet tal-UE, il-kumpaniji tal-UE ma jiħdux vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet offruti.", "Pereżempju, il-punt sa fejn in-negozji tal-UE qed jużaw tnaqqis tariffarju huwa aktar baxx fuq in-naħa tal-UE minn dik tas-sħab tagħna.", "Għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn hemm fis-seħħ ftehimiet kummerċjali ġodda, il-kumpaniji tal-UE jagħmlu użu minn tnaqqis tad-dazju disponibbli għal madwar 70 % tal-esportazzjonijiet eleġibbli tagħhom, filwaqt li s-sħab tagħna jużaw dak it-tnaqqis tad-dazju f'madwar 90 % tal-każijiet.", "Barra minn hekk, għal xi prodotti sensittivi, minflok il-liberalizzazzjoni sħiħa, l-UE u s-sħab tagħha jaqblu dwar ftuħ limitat tas-suq permezz ta' kwoti mingħajr tariffi, magħrufa bħala Kwoti Tariffarji (Tariff Rate Quotas, TRQs).", "Ir-rapport juri li dawn il-possibilitajiet ta' spiss ma jintużawx biżżejjed mill-esportaturi tal-UE: għall-ġobon, intużaw biss 4.3 % mill-kwota totali għall-esportazzjonijiet lejn il-Perù, 7.9 % għall-Kolombja u 44 % għall-Amerika Ċentrali.", "L-istess jgħodd għall-użu ta' xi TRQs konċessi mill-UE fuq xi prodotti sensittivi, minkejja li dawn il-kwistjonijiet huma fost l-aktar kontroversjali matul in-negozjati.", "Ir-rapport jenfasizza aktar il-bżonn ta' sensibilizzazzjoni fost il-kumpaniji tal-UE — b'mod partikolari dawk żgħar u ta' daqs medju — dwar l-opportunitajiet li dawn il-ftehimiet joffru, biex jespandu l-esportazzjonijiet tagħhom u jkabbru n-negozji tagħhom.", "Ir-rapport issa se jkun soġġett għal diskussjoni mal-Membri tal-Parlament Ewropew u mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill.", "Il-Kummissarju Malmström se tippreżenta r-rapport lill-Ministri tal-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kunsill nhar il-Ġimgħa, 10 ta' Novembru.", "Dan se jkun ukoll il-bażi għal diskussjoni mas-soċjetà ċivili, bl-okkażjoni li jmiss se tkun Jum il-Politika Kummerċjali tal-UE fil-5 ta' Diċembru fi Brussell.", "Aktar informazzjoni", "Ir-rapport sħiħ", "Skeda informattiva", "Blog tal-Kummissarju Malmström: Rieżami tal-ftehimiet kummerċjali tagħna", "Ftehimiet kummerċjali tal-UE", "Trasparenza tal-politika kummerċjali fil-prattika", "Jum il-Politika Kummerċjali tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4242", "title": "L-Unjoni tal-Enerġija: Il-Kummissjoni tieħu azzjoni biex issaħħaħ ir-rwol mexxej globali tal-UE fil-qasam tal-vetturi li ma jniġġsux", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERU,ENERGY,TRANSPORT,PRENER", "date": "Tue, 07 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tipproponi miri ġodda għall-emissjonijiet medji ta' CO 2 tal-flotta tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vannijiet ġodda fl-UE sabiex tgħin biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn vetturi b'livell baxx ta' emissjonijiet u b'żero emissjonijiet.", "Illum il-Kummissjoni għamlet pass deċiżiv 'il quddiem fl-implimentazzjoni tal-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi għal tnaqqis domestiku vinkolanti ta' CO2 ta' mill-inqas 40 % sal-2030.", "Fl-istess waqt li qed isseħħ il-konferenza internazzjonali dwar il-klima f'Bonn, il-Kummissjoni qed turi li l-UE qed taqdi r-rwol mexxej tagħha billi tkun ta' eżempju.", "Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fid-diskors ta' Settembru dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea stqarr: “Irrid li l-Ewropa jkollha f'idejha t-tmun tat-taqtigħa kontra t-tibdil fil-klima.", "Is-sena li għaddiet, konna aħna li stabbilejna r-regoli tal-logħba permezz tal-Ftehim ta' Pariġi, irratifikat hawnhekk, proprju f'din il-Kamra.", "B'determinazzjoni kontra n-nuqqas, f'daqqa waħda, ta' ambizzjoni fl-Istati Uniti, l-Ewropa trid tiżgura li lill-pjaneta tagħna nroddulha lura l-kobor tagħha.", "Hija wirt kondiviż tal-umanità kollha.”", "Bid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Pariġi, il-komunità internazzjonali ħadet l-impenn li timxi lejn ekonomija moderna b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li l-industrija tal-karozzi għaddejja minn trasformazzjoni profonda.", "L-UE trid taħtaf din l-opportunità u tassumi rwol mexxej globali, filwaqt li pajjiżi bħall-Istati Uniti u ċ-Ċina qed jimxu 'l quddiem malajr ħafna.", "Bħala eżempju: Illum il-ġurnata l-bejgħ ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-UE mqabbel mal-bejgħ globali naqas minn 34 % qabel il-kriżi finanzjarja (2008/2009) għal 20 %.", "Sabiex inżommu l-ishma mis-suq u sabiex inħaffu t-tranżizzjoni lejn vetturi b'livell baxx ta' emissjonijiet u b'żero emissjonijiet, il-Kummissjoni llum ipproponiet miri ġodda għall-emissjonijiet medji ta' CO2 tal-flotta tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vannijiet ġodda fl-UE li se japplikaw mill-2025 u mill-2030, rispettivament.", "Il-proposti tal-lum jistabbilixxu regoli ambizzjużi, realistiċi u li jistgħu jiġu infurzati sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-atturi operattivi fl-industrija tal-Ewropa.", "Il-pakkett se jservi wkoll ta' boxxla fit-triq lejn il-ksib tal-impenji li l-UE qablet li tieħu skont il-Ftehim ta' Pariġi u se jixpruna l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u fil-mudelli kummerċjali l-ġodda, kif ukoll użu iżjed effiċjenti tal-modalitajiet kollha għat-trasport tal-oġġetti.", "Dawn il-proposti se jingħataw spinta permezz ta' strumenti finanzjarji mmirati biex jiġi żgurat li jintużaw malajr.", "Il-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 li l-Kummissjoni qed tipproponi llum huma bbażati fuq analiżi soda u fuq involviment wiesa' tal-partijiet ikkonċernati, mill-NGOs sal-industrija.", "Kemm għall-karozzi ġodda kif ukoll għall-vannijiet ġodda, l-emissjonijiet medji ta' CO2 se jkollhom ikunu 30 % inqas fl-2030 meta mqabbla mal-2021.", "Il-Viċi President responsabbli għall-Unjoni tal-Enerġija, Maroš Sefčovič stqarr: “Dħalna f'era ta' trasformazzjoni ekonomika li ma tagħmilx ħsara lill-klima.", "Is-sett ta' proposti tal-lum qed jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-manifatturi Ewropej biex ikollhom rwol mexxej fit-tranżizzjoni globali tal-enerġija iktar milli jsegwu lill-oħrajn.", "Se jħeġġiġhom biex jimmanifatturaw karozzi li jkunu l-aqwa, l-inqas li jniġġsu u l-iżjed kompetittivi, u b'hekk jerġgħu jiksbu l-fiduċja tal-konsumaturi.", "Din hija qabża kbira fid-direzzjoni t-tajba: ekonomija Ewropea moderna u sostenibbli b'arja iktar nadifa fil-bliet tagħna u b'integrazzjoni aħjar ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-sistemi tal-enerġija preżenti u tal-ġejjieni.”", "Il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, Miguel Arias Cañete sostna: “It-taqtigħa globali biex jiġu żviluppati karozzi li ma jniġġsux għaddejja bħalissa.", "Hija xejra irriversibbli.", "Iżda l-Ewropa trid issib tarf il-problemi tagħha f'dan il-qasam biex tieħu t-tmun f'idejha u tmexxi din il-bidla globali.", "Jeħtieġ li jkollna l-miri u l-inċentivi x-xierqa.", "Dawn se niksbuhom permezz ta' dawn il-miżuri fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u għall-vannijiet.", "Il-miri tagħna huma ambizzjużi, kosteffettivi u inforzabbli.", "Bis-saħħa tal-miri intermedjarji għall-2025, minn issa stess se nixprunaw l-investimenti.", "Bil-miri għall-2030, qed nagħtu stabbiltà u direzzjoni biex dawn l-investimenti jinżammu.", "Illum qed ninvestu fl-Ewropa u qed niġġieldu t-tniġġis sabiex inżommu mal-wegħda tagħna fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi li naqtgħu l-emissjonijiet tagħna b'minn tal-inqas 40 % sal-2030.”", "Il-Kummissarju għat-Trasport, Violeta Bulc stqarret: “Il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni bla preċedent bħala rispons għal sfida li kulma tmur qiegħda tikber: ir-rikonċiljazzjoni tal-ħtiġijiet ta' mobbiltà tal-Ewropej mal-protezzjoni ta' saħħithom u tal-pjaneta tagħna.", "Id-dimensjonijiet kollha tal-isfida qegħdin jiġu indirizzati.", "Aħna qegħdin nippromwovu vetturi li jniġġsu inqas, naraw li l-enerġija alternattiva tkun iktar aċċessibbli u ntejbu l-organizzazzjoni tas-sistema tat-trasport tagħna.", "B'hekk l-Ewropa u l-Ewropej ikunu attivi b'mod li jniġġes inqas.”", "Il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Imprenditorija u l-SMEs, Elżbieta Bieńkowska qalet: “L-industrija tal-karozzi tagħna qiegħda f'mument deċiżiv.", "Sabiex iżżomm ir-rwol mexxej globali tagħha, u għall-ġid tal-ambjent u tas-saħħa pubblika tagħna, jeħtieġ li l-industrija tal-karozzi tinvesti f'teknoloġiji ġodda u nodfa.", "Se nħeġġu d-dħul fis-suq ta' karozzi b'żero emissjonijiet b'infrastruttura ta' ċċarġjar mingħajr intoppi u ta' batteriji ta' kwalità għolja prodotti fl-Ewropa.”", "Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà Nadifa jinkludi d-dokumenti li ġejjin:", "- Standards ġodda fir-rigward tas-CO2 biex jgħinu lill-manifatturi jħaddnu l-innovazzjoni u jipprovdu lis-suq b'vetturi b'livell baxx ta' emissjonijiet.", "Il-proposta tinkludi wkoll miri kemm għall-2025 u kemm għall-2030.", "Il-mira intermedjarja għall-2025 tiżgura li minn issa stess jiġu xprunati l-investimenti.", "Il-mira għall-2030 tagħti stabbiltà u direzzjoni fit-tul biex dawn l-investimenti jinżammu.", "Dawn il-miri jgħinu biex tingħata spinta lit-tranżizzjoni minn vetturi b'magni konvenzjonali li jaħdmu bil-kombustjoni għal vetturi li ma jniġġsux.", "- Id-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa biex jiġu promossi soluzzjonijiet ta' mobbiltà nadifa fis-sejħiet għal offerti tal-akkwist pubbliku u b'hekk id-domanda u l-iżvilupp ulterjuri ta' soluzzjonijiet ta' mobbiltà nadifa jingħataw spinta konkreta.", "- Pjan ta' azzjoni u soluzzjonijiet ta' investiment għall-iżvilupp trans-Ewropew ta' infrastruttura għall-fjuwils alternattivi.", "L-għan huwa li jiżdied il-livell ta' ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali, li jiżdied l-investiment, u li titjieb l-aċċettazzjoni mill-konsumaturi.", "- Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat, li tippromwovi l-użu kkombinat ta' modalitajiet differenti għat-trasport tal-merkanzija (eż. trakkijiet u ferroviji) se tagħmilha iktar faċli għall-kumpaniji li jagħmlu użu mill-inċentivi u għaldaqstant se tixpruna l-użu kkombinat tat-trakkijiet u tal-ferroviji, tal-braken jew tal-vapuri għat-trasport tal-oġġetti.", "- Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Kowċis tal-Passiġġieri se tagħti kontribut biex ikomplu jonqsu l-emissjonijiet tat-trasport u l-konġestjoni fit-toroq, biex jiġi xprunat l-iżvilupp ta' konnessjonijiet tal-karozzi tal-linja fuq distanzi twal fl-Ewropa kollha u biex jiġu offruti għażliet alternattivi għall-użu tal-karozzi privati.", "B'hekk se jiġu offruti għażliet addizzjonali ta' kwalità aħjar u li huma iktar għall-but ta' kulħadd, b'mod partikolari għall-persuni bi dħul baxx.", "- L-inizjattiva tal-batteriji għandha importanza strateġika għall-politika industrijali integrata tal-UE biex il-vetturi u soluzzjonijiet oħra ta' mobbiltà fil-ġejjieni kif ukoll il-komponenti tagħhom jiġu vvintati u prodotti fl-UE.", "Il-passi li jmiss:", "Issa l-proposti dwar il-Mobbiltà Nadifa se jintbagħtu lill-koleġiżlaturi u l-Kummissjoni tappella biex il-partijiet ikkonċernati kollha jaħdmu mill-qrib ma' xulxin biex jiġi żgurat li dawn il-proposti u l-miżuri differenti jiġu adottati u implimentati malajr, biex b'hekk il-benefiċċji għall-industrija, għan-negozji, għall-ħaddiema u għaċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jiġu mmassimizzati u ġġenerati mill-iktar fis possibbli.", "Sfond:", "Il-pakkett tal-lum huwa parti minn kuntest politiku usa' biex l-industrija Ewropea ssir waħda aktar qawwija u aktar kompetittiva.", "Kif imħabbar fl-Istrateġija Mġedda għall-Politika Industrijali tal-UE li ġiet ippreżentata f'Settembru 2017, l-ambizzjoni tal-Kummissjoni hi li tgħin lill-industriji tagħna biex jibqa' jkollhom rwol mexxej dinji jew jibda jkollhom dan ir-rwol fl-innovazzjoni, fid-diġitalizzazzjoni u fid-dekarbonizzazzjoni.", "Il-pakkett tal-lum huwa t-tieni pakkett dwar il-mobbiltà li l-Kummissjoni ppreżentat din is-sena.", "Il-pakkett “L-Ewropa Attiva” ġie ppreżentat f'Mejju 2017.", "Kien jinkludi sett wiesa' ta' inizjattivi li kellhom l-għan li jżidu s-sikurezza fit-traffiku; iħeġġu l-adozzjoni ta' sistemi intelliġenti ta' tariffi għall-użu tat-triq; inaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2, it-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni; inaqqsu l-burokrazija għan-negozji; jgħinu fil-ġlieda kontra l-impjieg illeċitu u jiżguraw kundizzjonijiet u ħinijiet ta' mistrieħ xierqa għall-ħaddiema.", "Wara l-Ftehim ta' Pariġi d-dinja ħadet l-impenn li timxi lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.", "Issa bosta pajjiżi qegħdin jimplimentaw politiki biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomiji aktar nodfa.", "Il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi f'Marzu 2016, segwita minn Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi f'Ġunju 2016.", "L-istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi ddeskriviet azzjonijiet konkreti li hemm bżonn li jittieħdu biex l-Ewropa tibqa' kompetittiva u tkun kapaċi twieġeb għall-ħtiġijiet ta' mobbiltà tal-persuni u tal-oġġetti li kulma jmur qegħdin jiżdiedu.", "L-istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi, filwaqt li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, tistabbilixxi prinċipji ċari u ġusti ta' gwida biex l-Istati Membri jħejju għall-ġejjieni.", "Il-proposti tal-lum huma l-iżjed passi reċenti biex dawn il-prinċipji jissarrfu f'azzjoni konkreta.", "Għal iktar informazzjoni:", "MEMO: L-ixprunar ta' Mobbiltà Nadifa: Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar l-inizjattivi li jipproteġu lid-dinja, jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi u jiddefendu lill-industrija u lill-ħaddiema", "Id-DĠ Mobbiltà u Trasport: Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà Nadifa, inklużi dokumenti adottati mill-Kummissjoni", "Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea: L-Unjoni tal-Enerġija u l-Klima", "Id-DĠ Azzjoni Klimatika: Proposta għal miri fir-rigward tas-CO2 għall-karozzi u għall-vannijiet għal wara l-2020", "Id-DĠ Suq Intern, Industrija, Imprenditorija u SMEs: Il-Politika Industrijali", "Skeda informattiva: L-ixprunar ta' Mobbiltà Nadifa: Il-protezzjoni tal-Pjaneta", "Skeda informattiva: L-ixprunar ta' Mobbiltà Nadifa: Ewropa li tiddefendi lill-industrija u lill-ħaddiema tagħha", "Skeda informattiva: L-ixprunar ta' Mobbiltà Nadifa: Għaċ-Ċittadini tagħna, għall-Pjaneta u għall-Industrija Ewropea", "Skeda informattiva: L-ixprunar ta' Mobbiltà Nadifa: Ewropa li tagħti s-setgħa liċ-Ċittadini tagħha"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4284", "title": "Il-Kummissjoni tipproponi l-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2018", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=MARAFFISH", "date": "Mon, 06 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Qabel il-laqgħa ta' Diċembru tal-Kunsill tas-Sajd, li matulha l-Istati Membri se jaqblu fuq il-kwoti tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għas-sena d-dieħla, il-Kummissjoni qed tippreżenta l-proposta tagħha għas-sajd sostenibbli minn din l-industrija.", "Illum il-Kummissjoni qed tippreżenta l-proposta tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2018.", "Il-Kummissjoni qed tipproponi l-kwoti għal 76 stokk*: għal 53 minnhom qed tipproponi li l-kwota tas-sajd tiżdied jew tibqa' l-istess, filwaqt li għal 23 stokk* qed tipproponi li titnaqqas.", "L-opportunitajiet tas-sajd, jew il-qabdiet totali permissibbli (it-TACs), huma kwoti stabbiliti għall-biċċa l-kbira mill-istokkijiet tal-ħut kummerċjali li jżommu lil dawn l-istokkijiet b'saħħithom, filwaqt li jippermettu lill-industrija tas-sajd tibbenefika mis-sajd għall-ikbar ammont ta' ħut possibbli.", "Minħabba li għal ċerti stokkijiet ewlenin tal-ħut, l-istokkijiet qed jiżdiedu, l-iktar fil-każ tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana u tal-merluzz tat-Tramuntana u tas-sawrell tan-Nofsinhar, il-profittabilità tas-settur tas-sajd qiegħda tiżdied ukoll, u fl-2017, ġie stmat li kien hemm qligħ ta' EUR 1.5 biljun f'dan is-settur.", "Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: “Il-flotta tagħna qed tagħmel iktar qligħ u dan qed iseħħ minħabba li ċerti stokkijiet ewlenin tal-ħut tal-UE huma iktar b'saħħithom u saru iktar abbundanti.", "Il-perseveranza tas-sajjieda u d-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni responsabbli tas-sajd juru li s-sostenibbiltà u l-profitabbiltà jistgħu jimxu id f'id.", "Madankollu, dan mhuwiex il-waqt li nieqfu b'ħidmietna.", "Irridu nkomplu bl-isforzi konġunti tagħna sabiex namministraw l-ibħra u l-oċeani tagħna b'tali mod li jiffavorixxi lill-ambjent, lill-ekonomija u lill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.”", "L-UE għamlet progress sinifikanti f'dawn l-aħħar snin, u 44 stokk issa qed jiġu mistada fil-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli (l-MSY), meta mqabbel mal-2009 meta kienu biss 5 l-istokkijiet mistada f'dawn il-livelli.", "Skont il-Politika Komuni tas-Sajd, l-għan huwa li, sal-2020, l-istokkijiet kollha jibdew jiġu mistada f'livelli sostenibbli.", "Il-proċess biex jintlaħaq dan il-għan iqis il-fatturi ambjentali u soċjoekonomiċi.", "Hekk kif qed toqrob l-iskadenza legalment vinkolanti tal-mira tal-2020, il-marġni biex jiġu stabbiliti kwoti li mhumiex sostenibbli qed jonqos.", "Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tappoġġa lis-sajjieda f'din it-tranżizzjoni.", "Il-proposta tal-lum se titressaq lill-Istati Membri waqt il-laqgħa ta' Diċembru tal-Kunsill tas-Sajd (li se ssir fil-11 u fit-12 ta' Diċembru fi Brussell), biex dawn jiddiskutuha u jiddeċiedu dwarha, u mbagħad din id-deċiżjoni tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.", "Dettalji tal-proposta", "Il-Kummissjoni tipproponi l-kwoti tas-sajd abbażi tal-pariri xjentifiċi indipendenti li jaslulha mingħand il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES).", "Din il-proposta tkopri l-istokkijiet amministrati mill-UE waħedha u l-istokkijiet li hija tamministra flimkien ma' pajjiżi terzi bħan-Norveġja jew permezz tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (l-RFMOs).", "In-negozjati internazzjonali għal ħafna mill-istokkijiet ikkonċernati għadhom għaddejjin u għal ċerti stokkijiet oħrajn għad irid jasal il-parir xjentifiku.", "Iċ-ċifri għal dawn l-istokkijiet se jiddaħħlu f'data aktar tard.", "Iktar tard din il-Ħarifa, il-Kummissjoni se tipproponi kwoti addizzjonali, imsejħin “żidiet fil-kwoti”, għas-sajd għal ħut li fl-2018 jaqa' taħt l-obbligu tal-ħatt l-art, li jeżiġi li l-qabdiet kollha tal-ispeċijiet kummerċjali tal-ħut irregolati abbord jinħattu l-art u jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwota.", "B'hekk, il-kwota permessa tiżdied biex it-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida tal-ebda qbid skartat issir iktar faċli.", "Iż-żidiet eżatti fil-kwoti għal kull tip ta' sajd se jiġu stabbiliti abbażi tal-pariri xjentifiċi.", "Il-proposta ma tqisx iż-żidiet li jmiss fit-TACs.", "Għal aktar informazzjoni", "Ara t-tabelli t'hawn taħt għad-dettalji dwar il-proposti tal-lum għall-Atlantiku u għall-Baħar tat-Tramuntana.", "It-TACs u l-kwoti", "Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2018", "Il-parir xjentifiku: it-TACs proposti jqisu kif xieraq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) u tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.", "Ġew ikkonsultati wkoll il-partijiet ikkonċernati, abbażi tad-dokument ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni", "Il-pjanijiet pluriennali ta' ġestjoni", "Mappa taż-żoni tas-sajd", "Nota: it-tabelli t'hawn taħt jelenkaw biss l-istokkijiet tal-UE li mhumiex kondiviżi ma' pajjiżi terzi.", "Tabella 1: L-istokkijiet li għalihom qed jiġu proposti żidiet fit-TAC", "Isem komuni", "Isem xjentifiku", "Unità tat-TAC", "It-TAC finali fl-2017, inklużi ż-żidiet fil-kwoti", "It-TAC għall-2018 (il-proposta għall-2018, minbarra ż-żidiet fil-kwoti)", "Il-bidla fit-TAC bejn l-2017 u l-2018 (il-proposta għall-2018)", "Bakkaljaw", "Gadus morhua", "7a", "146", "292", "100 %", "Lingwata komuni", "Solea solea", "7d", "2724", "2933", "8 %", "Lingwata komuni", "Solea solea", "8ab", "3420", "3621", "6 %", "Lingwata komuni", "Solea solea", "7e", "1178", "1202", "2 %", "Lingwata komuni", "Solea solea", "7fg", "845", "901", "7 %", "Arġentina silus", "Argentina silus", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 3 u 4", "1028", "1234", "20 %", "Arġentina silus", "Argentina silus", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6 u 7", "3884", "4661", "20 %", "Merluzz tal-linja sewda", "Melanogrammus", "7a", "2615", "2796", "7 %", "Aringa", "Clupea", "7a", "4127", "7016", "70 %", "Sawrell", "Trachurus", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 4a, 6, 7a sa c, 7e sa k u 8abde; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14", "83829", "101070", "21 %", "Sawrell", "Trachurus", "8c", "13271", "16000", "21 %", "Megrims", "Lepidorhombus", "8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF", "1159", "1387", "20 %", "Skampu", "Nephrops", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "20034", "20851", "4 %", "Barbun tat-tbajja'", "Pleuronectes", "7a", "1098", "1793", "63 %", "Barbun tat-tbajja'", "Pleuronectes", "7de", "10022", "10360", "3 %", "Barbun tat-tbajja'", "Pleuronectes", "7fg", "405", "511", "26 %", "Tusk", "Brosme brosme", "Is-sottodiviżjonijiet minn 22 sa 32 taż-żona 3a", "29", "31", "7 %", "Tusk", "Brosme brosme", "4", "235", "251", "7 %", "Tusk", "Brosme brosme", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6 u 7", "3860", "4130", "7 %", "Tabella 2: L-istokkijiet li għalihom ma nbidlux it-TACs[1]", "Isem komuni", "Isem xjentifiku", "Unità tat-TAC", "It-TAC finali fl-2017, inklużi ż-żidiet fil-kwoti", "It-TAC għall-2018 (il-proposta għall-2018, minbarra ż-żidiet fil-kwoti)", "Il-bidla fit-TAC bejn l-2017 u l-2018 (il-proposta għall-2018)", "Bakkaljaw", "Gadus morhua", "Il-Kattegat", "525", "525", "0 %", "Bakkaljaw", "Gadus morhua", "6a; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b li jinsabu fil-Lvant ta' 12º 00' W", "0", "0", "0 %", "Lingwata komuni", "Solea solea", "7a", "40", "40", "0 %", "Ħalibatt tal-Groenlandja", "Reinhardtius hippoglossoides", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4 u dawk internazzjonali taż-żoni 5b u 6", "2500", "2500", "0 %", "Aringa", "Clupea harengus", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6b u 6aN", "4170", "4170", "0 %", "Aringa", "Clupea", "6a (S), 7b u 7c", "1630", "1630", "0 %", "Lingwata ta' ħalq żgħir u barbun ilsien il-kelb", "Microstomus kitt u Glyptocephalus cynoglossus", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "6391", "6391", "0 %", "Lipp", "Molva molva", "4 (tal-UE)", "3494", "3494", "0 %", "Lipp", "Molva molva", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14", "20396", "20396", "0 %", "Skampu", "Nephrops", "8c", "0", "0", "0 %", "Mazzola griża", "Squalus", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 5, 6, 7, 8, 12 u 14", "270", "270", "0 %", "Pollakkju", "Pollachius pollachius", "7", "12146", "12141", "0 %", "Pollakkju", "Pollachius pollachius", "8abde", "1482", "1482", "0 %", "Merlangu", "Merlangius", "8", "2540", "2540", "0 %", "Tabella 3: L-istokkijiet li għalihom qed jiġi propost tnaqqis fit-TAC*", "Isem komuni", "Isem xjentifiku", "Unità tat-TAC", "It-TAC finali fl-2017, inklużi ż-żidiet fil-kwoti", "It-TAC għall-2018 (il-proposta għall-2018, minbarra ż-żidiet fil-kwoti)", "Il-bidla fit-TAC bejn l-2017 u l-2018 (il-proposta għall-2018)", "Petriċa", "Lophius", "7", "33516", "29534", "-12 %", "Petriċa", "Lophius", "8abde", "8980", "7914", "-12 %", "Petriċa", "Lophius", "8c, 9 u 10 u ż-żona 34.1.1 tas-CECAF", "3955", "3879", "-2 %", "Linarda", "Molva dypterigia", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7", "11314", "10763", "-5 %", "Linarda", "Molva dypterigia", "L-ilmijiet internazzjonali taż-żona 12", "357", "286", "-20 %", "Minfaħ", "Caproidae", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6, 7 u 8", "27288", "20380", "-25 %", "Lingwata komuni", "Solea solea", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "16123", "14027", "-13 %", "Lingwata komuni**", "Solea solea", "3 a; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottodiviżjonijiet minn 22 sa 32", "551", "336", "-39 %", "Merluzz tal-linja sewda", "Melanogrammus aeglefinus", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6b, 12 u 14", "4690", "4202", "-10 %", "Merluzz (TAC globali għat-Tramuntana)**", "Merluccius", "TACs globali għat-Tramuntana (3a/2a u 4/5b, 6, 7, 12 u 14/8abde)", "119765", "97581", "-19 %", "Merluzz", "Merluccius", "8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF", "10520", "7366", "-30 %", "Aringa", "Clupea", "7ghjk", "14467", "5445", "-62 %", "Sawrell", "Trachurus", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 4b, 4c u 7d", "18247", "15179", "-17 %", "Sawrell", "Trachurus", "9", "73349", "55555", "-24 %", "Megrims", "Lepidorhombus", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "2639", "2526", "-4 %", "Megrims", "Lepidorhombus", "8abde", "1352", "1218", "-10 %", "Megrims", "Lepidorhombus", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; 6;", "5682", "4691", "-17 %", "Megrims", "Lepidorhombus", "7", "13691", "12310", "-10 %", "Skampu", "Nephrops", "3 a; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottodiviżjonijiet minn 22 sa 32", "12715", "11738", "-8 %", "Barbun tat-tbajja'", "Pleuronectes", "7hjk", "128", "0", "-100 %", "Barbun tat-tbajja'", "Pleuronectes platessa", "Il-Kattegat", "2343", "1467", "-37 %", "Laċċa kaħla", "Sprattus", "7de", "4120", "3296", "-20 %", "Merlangu", "Merlangius", "6; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14", "213", "0", "-100 %", "Tabella 4: L-istokkijiet li huma suġġetti għal parir li se jingħata iktar tard jew li dwarhom in-negozjati għadhom għaddejjin[2]*", "Isem komuni", "Isem xjentifiku", "Unità tat-TAC", "It-TAC finali fl-2017", "Inċova", "Engraulis", "8", "33000", "Inċova*", "Engraulis", "9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF", "12500", "Petriċa", "Lophiidae", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "13521", "Petriċa", "Lophius", "6; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 12 u 14", "7650", "Linarda", "Molva dypterigia", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7", "11314", "Bakkaljaw", "Gadus morhua", "7b, 7c, 7e sa k, 8, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tas-CECAF", "2830", "Merluzz tal-linja sewda", "Melanogrammus", "5b; 6a", "3697", "Merluzz tal-linja sewda", "Melanogrammus", "7b sa k, 8, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF", "7751", "Skampu", "Nephrops", "6; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 5b", "16407", "Skampu", "Nephrops", "7", "25356", "Skampu", "Nephrops", "7 - Kundizzjoni speċjali għaż-żona msejħa “Porcupine Bank”", "3100", "Skampu", "Nephrops", "8abde", "4160", "Skampu", "Nephrops", "9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF", "336", "Merluzz tan-Norveġja", "Trisopterus esmarkii", "3a; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "176250", "Mazzola griża", "Squalus", "L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 1, 5, 6, 7, 8, 12 u 14", "270", "Ċiċċirell", "Ammodytes", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4", "486.115", "Rebekkini u raj", "Rajidae", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "1378", "Rebekkini u raj", "Rajidae", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a", "47", "Rebekkini u raj", "Rajidae", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 6ab, 7a sa c u 7e sa k", "8434", "Rebekkini u raj", "Rajidae", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 8 u 9", "3762", "Rebekkini u raj", "Rajidae", "7d", "1063", "Laċċa kaħla", "Sprattus sprattus", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "176411", "Barbun imperjali u barbun lixx", "Psetta maxima u Scopthalmus rhombus", "L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a u 4", "4937", "Merlangu*", "Merlangius", "7a", "80", "Merlangu", "Merlangius", "7b sa k", "27500", "Tabella 5: L-istokkijiet li d-deċiżjonijiet dwar it-TAC tagħhom huma ddelegati lil Stati Membri individwali", "Isem komuni", "Isem xjentifiku", "Unità tat-TAC", "Pajjiż li lilu ġiet iddelegata d-deċiżjoni", "Aringa", "Clupea", "Iż-żona VI ta' Clyde(1)", "Ir-Renju Unit", "Sawrell", "Trachurus", "Iż-żoni tas-CECAF (fil-Gżejjer Kanarji)", "Spanja", "Sawrell", "Trachurus", "Iż-żoni tas-CECAF (fil-Madeira)", "Il-Portugall", "Sawrell", "Trachurus", "Iż-żona X u ż-żoni tas-CECAF (fl-Azores)", "Il-Portugall", "Gambli “penaeus”", "Penaeus", "Il-Guyana Franċiża", "Franza", "[1]Din it-tabella [it-Tabella 2] ma tinkludix l-għoxrin stokk li huma inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-istokkijiet stabbli (ara d-dokument tal-Kunsill bir-referenza PECHE 491, 15502/15 REV1).", "[2]Iċ-ċifri finali tat-TACs għall-2017 jinkludu t-trasferimenti u jirriflettu t-TAC totali li l-UE stabbiliet għal stokk partikulari.", "*Emenda tad-9 ta' Novembru 2017: F'dan l-istadju, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludix il-qabdiet totali permissibbli għall-inċova (fl-unità tat-TAC li ġejja: iż-żoni 9 u 10 u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF) u għall-merlangu (fl-unità tat-TAC li ġejja: iż-żona 7a).", "It-tabelli tranġaw sabiex dawn iż-żewġ stokkijiet tneħħew mit-Tabella 3, imsejħa “L-istokkijiet li għalihom qed jiġi propost tnaqqis fit-TAC”, u ddaħħlu fit-Tabella 4, imsejħa “L-istokkijiet li huma suġġetti għal parir li se jingħata iktar tard jew li dwarhom in-negozjati għadhom għaddejjin”.", "**Korrezzjoni tal-5 ta' Diċembru 2017: Il-Kummissjoni qed tipproponi qabdiet totali permissibbli għal-lingwata komuni (fl-unità tat-TAC li ġejja: iż-żona 3a u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottodiviżjonijiet minn 22 sa 32) ta' 336 tunnellata minflok ta' 436 tunnellata (li tfisser bidla fit-TAC ta' -39 % mill-2017 għall-2018 minflok bidla ta' -21 %).", "Barra minn hekk, hija qed tipproponi qabdiet totali permissibbli għall-merluzz (fl-unità tat-TAC li ġejja: it-TACs globali għat-Tramuntana (3a/2a u 4/5b, 6, 7, 12 u 14/8abde)) ta' 97581 tunnellata minflok ta' 104060 tunnellata (li tfisser bidla fit-TAC ta' -19 % mill-2017 għall-2018 minflok bidla ta' -13 %)."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_4342", "title": "Il-Ġejjieni tal-Ewropa: Il-Kummissjoni tlaqqa' flimkien mexxejja reliġjużi sabiex jiddiskutu Unjoni effettiva u bbażata fuq il-valuri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Mon, 06 Nov 2017 23:00:00 GMT", "text": ["L-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans, fil-preżenza tal-Viċi President tal-Parlament Ewropew Mairead McGuinness, illum ospita laqgħa ta' livell għoli ma' mexxejja reliġjużi minn madwar l-Ewropa.", "Din it-13-il laqgħa annwali ta' livell għoli seħħet fil-kuntest tad-dibattitu li għaddej bħalissa dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, varat mill-President Juncker bil-White Paper tal-Kummissjoni fl-1 ta' Marzu.", "L-Ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: “Il-ġejjieni tal-Ewropa jinsab f'idejn iċ-ċittadini tagħha.", "Għandna responsabbiltà kollettiva li nsawru dan il-ġejjieni, filwaqt li niġu ggwidati mill-valuri kondiviżi tagħna.", "Id-djalogu regolari ma' organizzazzjonijiet konfessjonali, bħal dak mal-organizzazzjonijiet mhux konfessjonali, jippermettilna nindirizzaw il-kwistjoni tal-ġejjieni komuni tagħna minn perspettivi differenti.", "Huwa permezz tad-djalogu inklużiv li nistgħu nippjanaw l-aħjar triq għall-ġejjieni komuni tagħna.”", "Il-laqgħa ta' livell għoli tal-lum, parti mid-djalogu mal-knejjes, il-komunitajiet reliġjużi, l-organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali previst mill-Artikolu 17 tat-Trattat ta' Lisbona, ipprovdiet okkażjoni għal diskussjonijiet profondi dwar mistoqsijiet li jindirizzaw kwistjonijiet ta' valuri u ta' governanza.", "Id-diskussjoni attwali dwar il-ġejjieni tal-Ewropa hija dwar li nagħmlu l-Ewropa iktar magħquda, b'saħħitha u demokratika.", "Il-parteċipanti taw ħarsa wkoll lejn id-dimensjoni umana tal-Ewropa, b'mod partikolari d-dimensjonijiet soċjali u ambjentali tagħha u kif l-Ewropa tista' tinbena fuq prinċipji ta' solidarjetà, ġustizzja soċjali u sostenibbiltà.", "Il-mexxejja preżenti ġew mistiedna jaħdmu mal-Kummissjoni matul il-proċess ta' riflessjoni dwar il-futur tal-Ewropa.", "Intlaħaq qbil li d-djalogu dwar il-kwistjonijiet diskussi llum jenħtieġ li jkompli.", "Kuntest", "Isiru laqgħat ta' livell għoli u diskussjonijiet regolarment bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-knejjes u l-assoċjazzjonijiet u l-komunitajiet reliġjużi kif ukoll l-organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali.", "Il-laqgħa ta' livell għoli tal-lum ma' mexxejja reliġjużi hija t-13-il laqgħa annwali ta' livell għoli organizzata mill-Kummissjoni.", "Mill-2009, id-djalogu mal-knejjes, mal-komunitajiet reliġjużi u mal-organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali huwa minqux fit-Trattat ta' Lisbona (Art 17 TFUE).", "Id-djalogu huwa r-responsabbiltà tal-Ewwel Viċi President Timmermans.", "Il-Kummissjoni organizzat il-laqgħa annwali tagħha mal-organizzazzjonijiet mhux konfessjonali fid-19 ta' Ġunju 2017 fuq l-istess suġġett tal-Ġejjieni tal-Ewropa (ara l-istqarrija għall-istampa).", "F'Marzu, il-Kummissjoni ppreżentat il-White Paper li bdiet proċess ta' riflessjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.", "Il-Kummissjoni dak iż-żmien impenjat ruħha li twettaq djalogi madwar l-ibliet u r-reġjuni Ewropej ma' gruppi differenti biex tinkoraġġixxi d-dibattitu fuq il-perspettiva għall-Ewropa fl-2025.", "Fid-diskors tiegħu tal-2017 dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Juncker ta iktar dettall dwar il-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni tal-Ewropa, waqt li enfasizza li l-Ewropa hija l-ewwel u qabel kollox Unjoni ta' valuri.", "Il-President Juncker stabbilixxa wkoll pjan direzzjonali għal Unjoni iktar magħquda, b'saħħitha u demokratika.", "Għal Aktar Informazzjoni", "L-Istat tal-Unjoni 2017", "White paper dar il-Ġejjieni tal-Ewropa u t-triq ‘il quddiem", "Id-djalogu tal-Kummissjoni Ewropea mal-knejjes, mal-komunitajiet reliġjużi u mal-organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali", "Lista ta' Partecipanti", "*Aġġornata fid-09/11/2017"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/CJE_11_106", "title": "Dħul fil-kariga ta' Mħallef ġdid fil-Qorti tal-Ġustizzja u tiġdid parzjali tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Wed, 05 Oct 2011 22:00:00 GMT", "text": ["Stampa u Informazzjoni", "Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 106/11", "il-Lussemburgu, 6 ta' Ottubru 2011", "Udjenza solenni tal-Qorti tal-Ġustizzja", "Dħul fil-kariga ta' Mħallef ġdid fil-Qorti tal-Ġustizzja u tiġdid parzjali tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku", "Udjenza solenni tas-6 ta' Ottubru 2011", "Wara r-riżenja ta' Pernilla LINDH, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea nnominaw, permezz ta' deċiżjoni tat-8 ta' Settembru 2011, lil Carl Gustav FERNLUND bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sabiex isservi l-bqija tal-mandat ta' P. LINDH, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2012.", "Wara li skadew il-mandati ta' Stephane GERVASONI, ta' Paul J. MAHONEY u ta' Haris TAGARAS, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nnomina, b'deċiżjoni tat-18 ta' Lulju 2011, bħala Mħallfin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2011 sat-30 ta' Settembru 2017, lil:", "- René BARENTS ;", "- Kieran BRADLEY ;", "- Ezio PERILLO.", "Fl-okkażjoni tal-ġurament tal-ħatra u tad-dħul fil-kariga tal-Imħallfin il-ġodda, illum inżammet udjenza solenni fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja.", "Curricula vitae tal-Imħallfin il-ġodda", "Carl Gustav FERNLUND", "Imwieled fl-1950; Gradwat fil-liġi mill-Università ta' Lund (1975); Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Landskrona (1976-1978); Assessur fil-Qorti Amministrattiva tal-Appell (1978-1982); Imħallef supplenti fil-Qorti Amministrattiva tal-Appell (1982); Konsulent Legali fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kostituzzjoni tal-Parlament Svediż (1983-1985); Konsulent Legali fil-Ministeru tal-Finanzi (1985-1990); Direttur tad-Diviżjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Individwi fil-Ministeru tal-Finanzi (1990-1996); Direttur tad-Diviżjoni tat-Taxxi tas-SISA fil-Ministeru tal-Finanzi (1996-1998); Konsulent Legali għar-Rappreżentanza Permanenti tal-Isvezja fl-Unjoni Ewropea (1998-2000); Direttur ġenerali għall-affarijiet legali fid-Dipartiment tat-Taxxi u tad-Dwana fil-Ministeru tal-Finanzi (2000-2005); Imħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema (2005-2009); President tal-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta' Göteborg (2009-2011); Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-6 ta' Ottubru 2011.", "René BARENTS", "Imwieled fl-1951; Lawreat fil-liġi, lawrja speċjali fl-ekonomija (Università Érasme Rotterdam, 1973); Duttur tal-Liġi (Università ta' Utrecht, 1981); riċerkatur fid-Dritt Ewropew u fid-Dritt Ekonomiku Internazzjonali (1973-1974) u lettur fid-Dritt Ewropew u fid-Dritt Ekonomiku fl-Institut Europa tal-Università ta' Utrecht (1974-1979) u fl-Università ta' Leyde (1979-1981); Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (1981-1986), wara Kap tal-Unità tad-Drittijiet Statutorji fil-Qorti tal-Ġustizzja (1986-1987); Membru tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1987-1991); Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja (1991-2000); Kap ta' Diviżjoni (2000-2009), wara Direttur tad-Direttorat “Riċerka u Dokumentazzjoni” tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2009-2011); Professur Titolari (1988-2003) u Professur Onorarju (mill-2003) fid-Dritt Ewropew fl-Università ta' Maastricht; Konsulent fil-Qorti tal-Appell ta' ‘s-Hertogenbosch (1993-2011); Membru tal-Akkademja Rjali tax-Xjenza fil-Pajjiżi l-Baxxi (mill-1993); diversi pubblikazzjonijiet dwar id-Dritt Ewropew; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta' Ottubru 2011.", "Kieran BRADLEY", "Imwieled fl-1957; Lawreat fil-liġi (Trinity College, Dublin, 1975-1979); Assistent fir-Riċerka ta' Mary Robinson, Senatriċi (1978-79 u 1980); Borża ta' Studju “Pádraig Pearse” fil-Collège d'Europe (Bruges, 1979); studji post universitarji fid-Dritt Ewropew fil-Collège d'Europe (1979-1980); Masters fid-dritt fl-Università ta' Cambridge (1980-1981); Staġaire fil-Parlament Ewropew (il-Lussemburgu, 1981); Amministratur fis-Segretarjat tal-Kummissjoni Legali tal-Parlament Ewropew (il-Lussemburgu, 1981-1988); Membru tas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (Brussell, 1988-1995); Référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja (1995-2000); Lettur fid-Dritt Ewropew fil-Harvard Law School (2000); Membru tas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew (2000-2011), wara Direttur (2011); Awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta' Ottubru 2011.", "Ezio PERILLO", "Imwieled fl-1950; Duttur tal-Liġi u Avukat fil-Kamra tal-Avukati ta' Padova; Assistent, u wara Riċerkatur ikkonfermat fid-Dritt Ċivili fil-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Padova (1977-1982); Responsabbli mill-Kors fid-Dritt Komunitarju fil-Kulleġġ Ewropew ta' Parma (1990-1998), u fil-Fakultajiet tad-Dritt tal-Università ta' Padova (1985-1987), ta' Macerata (1991-1994), ta' Napoli (1995) u fl-Università tal-Istudji ta' Milano (2000-2001); Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-“Master in European integration” fl-Università ta' Padova; Uffiċjali fil-Qorti tal-Ġustizzja, Direttorat tal-Bibljoteka, Riċerka u Dokumentazzjoni (1982-1984); Référendaire tal-Avukat Ġenerali Mancini (1984-1988); Konsulent Legali tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Enrico Vinci (1988-1993); ukoll, fi ħdan din l-istess istituzzjoni: Kap ta' Diviżjoni fis-Servizz Legali (1995 - 1999); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi u tal-konċiljazzjonijiet, tar-relazzjonijiet interistituzzjonali u tar-relazzjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali (1999-2004); Direttur tar-relazzjonijiet esterni (2004-2006); Direttur tal-affarijiet leġiżlattivi fis-servizz legali (2006-2011); Awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet fid-dritt ċivili Taljan u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea; Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mis-6 ta' Ottubru 2011.", "Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.", "Kuntatt għall-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355", "Ritratti tal-udjenza solenni jkunu disponibbli fuq \" Europe by Satellite \" (+32) 2 2964106"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/CJE_11_102", "title": "Sistema ta' liċenzjar għar-ritrażmizzjoni ta' logħob tal-futbol, li tagħti lix-xandara esklużività territorjali għal Stat Membru u li tibbrojbixxi lit-telespettaturi milli jaraw dawn it-trażmissjonjiet b'kard ta' dekodifikazzjoni fl-Istati Membri l-oħra, tmur kontra d-dritt tal-Unjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Mon, 03 Oct 2011 22:00:00 GMT", "text": ["Stampa u Informazzjoni", "Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 102/11", "il-Lussemburgu, 4 ta' Ottubru 2011", "Sentenza fil-Kawżi C-403/08 u C-429/08", "Football Association Premier League et vs QC Leisure et", "Karen Murphy vs Media Protection Services Ltd", "Sistema ta' liċenzjar għar-ritrażmizzjoni ta' logħob tal-futbol, li tagħti lix-xandara esklużività territorjali għal Stat Membru u li tibbrojbixxi lit-telespettaturi milli jaraw dawn it-trażmissjonjiet b'kard ta' dekodifikazzjoni fl-Istati Membri l-oħra, tmur kontra d-dritt tal-Unjoni", "Il-wiri tat-trażmissjonijiet tal-logħob tal-futbol li jinkludu xogħlijiet protetti f'kafeterija-ristorant jirrikjedi l-awtorizzazzjoni tal-awtur ta' dawn ix-xogħlijiet", "Il-Football Association Premier League (“FAPL”) tamministra l-Premier League, il-kampjonat ewlieni tal-futbol professjonali fl-Ingilterra, u tikkummerċjalizza d-drittijiet ta' xandir televiżiv tal-logħob ta' dan il-kampjonat.", "Hija tagħti lix-xandara, permezz ta' proċedura ta' kompetizzjoni miftuħa, dritt esklużiv ta' xandir dirett ta' partiti tal-Premier League fuq bażi territorjali.", "Peress li l-bażi territorjali tikkorrispondi normalment għal Stat Membru wieħed, it-telespettaturi jistgħu jaraw biss il-partiti mxandra mix-xandara stabbiliti fl-Istat Membru fejn jirresjedu.", "Sabiex din l-esklużività territorjali tkun protetta, u sabiex il-pubbliku jkun prekluż milli jirċievi trażmissjonijiet barra mill-Istat Membru kkonċernat, kull xandar jintrabat, fil-kuntratt ta' liċenzjar konkluż mal-FAPL, li jikkowdja s-sinjal bis-satellita tiegħu u jittrażmettih, hekk ikkowdjat, bis-satellita biss lill-abbonati tat-territorju mogħti lilu.", "Konsegwentement, il-kuntratt ta' liċenzjar jipprojbixxi lix-xandara milli jipprovdu kards ta' dekodifikazzjoni lill-persuni li jkunu jixtiequ jaraw it-trażmissjonijiet tagħhom barra mill-Istat Membru li għalih huma ngħataw il-liċenzja.", "Il-kwistjonijiet li wasslu għal dawn il-kawżi jirrigwardaw tentattivi sabiex din l-esklużività tiġi evitata.", "Fil-fatt, ċerti kafeteriji-ristoranti bdew, fir-Renju Unit, jużaw kards ta' dekodifikazzjoni barranin, mogħtija minn xandar Grieg lill-abbonati residenti fil-Greċja, sabiex jaċċedu għal-logħob tal-Premier League.", "Huma jixtru kards u kaxxa ta' dekodifikazzjoni minn distributur bi prezzijiet vantaġġużi meta mqabbla ma' dawk mitluba minn Sky, il-proprjetarju tad-drittijiet ta' ritrażmissjoni fir-Renju Unit.", "Peress li qieset li dawn l-attivitajiet jippreġudikaw l-eslużività tad-drittijiet ta' xandir televiżiv u l-valur ta' dawn id-drittijiet, il-FAPL ipprovat twaqqafhom permezz ta' proċeduri ġudizzjarji.", "L-ewwel kawża (C-403/08) tikkonċerna azzjoni ċivili tal-FAPL kontra l-kafeteriji-ristoranti li wrew logħob tal-Premier League bl-użu ta' kards ta' dekodifikazzjoni Griegi u kontra l-fornituri ta' dawn il-kards ta' dekodifikazzjoni, lil dawn il-kafeteriji-ristoranti.", "It-tieni kawża (C-429/08) toriġina minn proċedura kriminali kontra Karen Murphy, il-proprjetarja ta' pub li wriet partiti tal-Premier League bl-użu ta' kard ta' dekodifikazzjoni Griega.", "F'dawn iż-żewġ kawżi, il-High Court (Renju Unit) adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja b'diversi domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.", "Permezz tas-sentenza tagħha tal-lum, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-importazzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta' kards ta' dekodifikazzjoni barranin tmur kontra l-libertà li jiġu pprovduti servizzi u ma tistax tiġi ġġustifikata la fid-dawl tal-għan ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u lanqas permezz tal-għan li tiġi inkoraġġita l-preżenza tal-pubbliku fl-istedjums tal-futbol.", "Fir-rigward tal-possibbiltà li din ir-restrizzjoni tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-għan ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-Qorti tal-Ġustizzja tirrileva li l-FAPL ma tistax tinvoka drittijiet tal-awtur fuq il-logħob tal-Premier League, peress li dan il-logħob sportiv ma jistax jitqies li huwa kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess u, għaldaqstant, bħala “xogħlijiet” fis-sens tad-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni.", "Imbagħad, anki jekk jitqies li d-dritt nazzjonali jagħti protezzjoni paragunabbli għal-logħob sportiv – li jkun, bħala regola ġenerali, kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni – projbizzjoni tal-użu tal-kards ta' dekodifikazzjoni barranin tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata remunerazzjoni xierqa lill-proprjetarji tad-drittijiet ikkonċernati.", "F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tirrileva, minn naħa, li, għall-kalkolu ta' din ir-remunerazzjoni xierqa, huwa possibbli li tittieħed inkunsiderazzjoni l-udjenza attwali u dik potenzjali kemm fl-Istat Membru tat-trażmissjoni kif ukoll f'kull Stat Membru ieħor li fih it-trażmissjonijiet jiġu rċevuti u li għalhekk ma huwiex neċessarju li l-moviment liberu tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni jiġi limitat.", "Min-naħa l-oħra, il-ħlas ta' ammont supplementari mill-kanali televiżivi sabiex ikollhom esklużività territorjali assoluta jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex il-proprjetarji jiġu żgurati remunerazzjoni xierqa, peress li din il-prattika tista' twassal għal differenzi artifiċjali fil-prezzijiet bejn is-swieq nazzjonali maqsuma f'kompartimenti.", "Issa, tali qsim u tali differenza artifiċjali fil-prezzijiet huma irrikonċiljabbli mal-għan essenzjali tat-Trattat, li huwa r-realizzazzjoni tas-suq intern.", "Għal raġunijiet simili, sistema ta' liċenzji esklużivi tmur ukoll kontra d-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jekk il-kuntratti ta' liċenzjar jipprojbixxu li jiġu pprovduti kards ta' dekodifikazzjoni barranin lit-telespettaturi li jixtiequ jaraw it-trażmissjonijiet barra mill-Istat Membru li għalih tingħata l-liċenzja.", "Ċertament, id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ma jipprekludix, bħala regola ġenerali, li proprjetarju ta' dritt ikun jista' jagħti lil liċenzjat wieħed id-dritt esklużiv li jxandar bis-satellita, matul perijodu determinat, oġġett protett minn Stat Membru tat-trażmissjoni wieħed jew minn diversi Stati Membri tat-trażmissjoni.", "Madankollu, il-kuntratti ta' liċenzjar ma għandhomx jipprekludu lix-xandara minn kull provvista transkonfinali ta' servizzi marbuta mal-logħob sportiv ikkonċernat, peress li tali kuntratt jippermetti li kull xandar jingħata esklużività territorjali assoluta fiż-żona koperta mil-liċenzja tiegħu, jelimina għalhekk kull kompetizzjoni bejn id-diversi xandara fil-qasam ta' dawn is-servizzi u jaqsam b'dan il-mod is-swieq nazzjonali skont il-fruntieri nazzjonali.", "Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-domandi mressqa dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur1 il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza b'mod preliminari li huma biss is-sekwenza vidjo tal-ftuħ, l-innu tal-Premier League, il-filmati rrekordjati minn qabel li juru l-aħajr mumenti tal-logħbiet reċenti tal-Premier League, kif ukoll ċerti xogħlijiet ta' grafika li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala “xogħlijiet” u huma għalhekk protetti mid-drittijiet tal-awtur.", "Min-naħa l-oħra, il-logħbiet infushom ma humiex xogħlijiet li jibbenefikaw minn tali protezzjoni.", "Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li t-trażmissjoni f'kafeterija-ristorant ta' trażmissjonijiet li jinkludu dawn ix-xogħlijiet protetti, bħalma huma s-sekwenza vidjo tal-ftuħ jew l-innu tal-Premier League, jikkostitwixxu “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur, li għaliha hija neċessarja l-awtorizzazzjoni tal-awtur tax-xogħlijiet.", "Fil-fatt, meta kafeterija-ristorant juri dawn ix-xogħlijiet lill-klijenti li jkunu jinsabu fil-post, ix-xogħlijiet jiġu trażmessi lil pubbliku supplementari li ma jkunx ittieħed inkunsiderazzjoni mill-awturi meta awtorizzaw ix-xandir tax-xogħlijiet tagħhom.", "NOTA: Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jippermetti lill-qrati tal-Istati Membri, fil-kuntest ta' kawża li biha jkunu ġew aditi, li jagħmlu domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew dwar il-validità ta' att tal-Unjoni.", "Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix il-kawża nazzjonali.", "Huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li ssolvi l-kawża b'mod konformi mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.", "Din id-deċiżjoni torbot, bl-istess mod, lill-qrati nazzjonali l-oħra li jkunu aditi bi problema simili.", "1Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol.", "1, p. 230)", "Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.", "It-test sħiħ tas-sentenza jinsab fuq is-sit CURIA mill-jum li fiha tingħata s-sentenza", "Kuntatt għall-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355", "Stampi tal-għoti tas-sentenza jinsabu fuq “ Europe by Satellite ” (+32) 2 2964106"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2910", "title": "Madwar l-UE kollha issa japplikaw regoli u garanziji ġodda fil-proċedimenti kriminali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CRIMLAW", "date": "Mon, 10 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, tibda tapplika d-direttiva dwar is-salvagwardji speċjali għat-tfal.", "Din hija l-aħħar waħda minn sett ta' sitt direttivi tal-UE li jiggarantixxu d-drittijiet proċedurali għall-persuni madwar l-UE, li jikkompletaw is-sett sħiħ tad-drittijiet.", "Minbarra dawn id-drittijiet ġodda għat-tfal, id-direttiva li tiggarantixxi l-aċċess għall-għajnuna legali bdiet tapplika fl-5 ta' Mejju.", "Dan il-pakkett ta' regoli tal-UE jiżgura li d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE għal trattament ġust u ugwali jiġu rispettati fil-proċedimenti kriminali u li jiġu applikati b'mod simili fl-Istati Membri kollha.", "Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President inkarigat mill-Istat tad-Dritt u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, qal: “Kull sena, 9 miljun ruħ ikunu involuti fi proċedimenti kriminali fl-Ewropa.", "Stat tad-dritt li jiffunzjona tajjeb irid jiżgura li kull Ewropew ikun jista' jiddependi fuq li jirċievi trattament ġust u ugwali quddiem il-liġi.", "Jeħtieġ li nkomplu niddefendu u nrawmu l-istat tad-dritt tagħna sabiex titrawwem il-fiduċja soda fis-sistemi tal-ġustizzja tagħna u l-kapaċità tagħhom li jipproteġu liċ-ċittadini u lis-soċjetajiet tagħna kollha tagħna.”", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, żiedet tgħid: “It-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċjali fi proċedimenti kriminali.", "Bir-regoli l-ġodda aħna niżguraw li l-privatezza tagħhom tiġi rispettata jew li jinżammu separati mill-adulti.", "Barra minn hekk, kulħadd fl-UE issa jista' jkun żgur li jkollu aċċess għal għajnuna legali jekk ikollu bżonnha.", "Filwaqt li l-ġustizzja trid issir, irridu niżguraw ukoll li tkun qed issir b'rispett sħiħ lejn id-drittijiet u l-valuri fundamentali tagħna.”", "Issa japplikaw id-drittijiet li ġejjin:", "Ir-regoli tal-UE jiddefinixxu kriterji ċari biex tingħata l-għajnuna legali.", "Id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-għajnuna legali jridu jittieħdu f'waqthom u b'mod diliġenti, u n-nies iridu jiġu infurmati bil-miktub jekk l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda kompletament jew parzjalment.", "Dawn id-drittijiet jikkomplementaw id-drittijiet l-oħra li diġà japplikaw fl-UE:", "Il-passi li jmiss", "L-Istati Membri li għadhom ma implimentawx ir-regoli iridu jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżgura li r-regoli jiġu applikati b'mod korrett għall-benefiċċju taċ-ċittadini.", "Dan jista' jsir anke permezz ta' sessjonijiet ta' ħidma u laqgħat ta' esperti.", "Sfond", "L-Artikoli 47–49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jipproteġu d-drittijiet li ġejjin:", "Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet l-aktar tlieta reċenti minn dawn id-Direttivi dwar id-drittijiet proċedurali għall-persuni suspettati u akkużati f'Novembru 2013.", "Iż-żewġ direttivi dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni u dwar id-dritt għall-informazzjoni japplikaw għall-Istati Membri kollha, ħlief għad-Danimarka.", "L-erba' direttivi l-oħra (l-aċċess għas-servizzi ta' avukat, il-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt għall-għajnuna legali, u s-salvagwardji għat-tfal) japplikaw għall-Istati Membri kollha, minbarra l-Irlanda, ir-Renju Unit u d-Danimarka.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Skeda informattiva - id-drittijiet tiegħek jekk ġejt akkużat jew issuspettat b'reati kriminali fl-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1522", "title": "L-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA): Il-Kummissjoni Ewropea tniedi konsultazzjoni pubblika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19,VACC", "date": "Mon, 05 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Fil-31 ta' Marzu, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika online dwar l-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA).", "Bħala parti mir-reazzjoni tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 u għal Unjoni tas-Saħħa tal-UE b'saħħitha, l-HERA għandha l-għan li ttejjeb il-kapaċità u t-tħejjija tal-Ewropa biex tirrispondi għal theddid u emerġenzi transfruntieri għas-saħħa.", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, stqarret: “Il-COVID-19 kixfet lakuni fil-kapaċitajiet kollettivi ta' tħejjija u ta' rispons tagħna.", "L-HERA tal-UE, l-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa, hija parti fundamentali mis-soluzzjoni li neħtieġu għall-kriżi tas-saħħa li jmiss sabiex inkunu nistgħu nħejju ruħna aħjar u nirrispondu aktar malajr, flimkien.", "L-HERA se ssaħħaħ il-previżjoni, it-tħejjija, l-antiċipazzjoni u r-rispons tagħna.", "Biex niżguraw li din tissodisfa l-isfidi attwali u futuri malajr kemm jista' jkun, se nagħtu attenzjoni kbira lill-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati.", "Se nħejju wkoll proposta ambizzjuża li se tittrasforma l-HERA f'pilastru b'saħħtu tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa.”", "Fil-31 ta' Marzu infetħet konsultazzjoni pubblika li se ddum sitt ġimgħat, u li se tiffoka fuq mistoqsijiet dwar:", "Sfond", "Kif ħabbret il-President von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni ta' Settembru 2020, l-HERA hija parti mill-Unjoni Ewropea tas-Saħħa.", "Se tipprovdi struttura ddedikata għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta' kontromiżuri mediċi waqt kriżijiet tas-saħħa ta' oriġini naturali jew intenzjonati.", "L-HERA tista' tagħmel użu minn previżjoni, sorveljanza u intelliġenza dwar is-suq għall-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' kontromiżuri mediċi.", "Bi tħejjija għall-Awtorità l-ġdida għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa, fis-17 ta' Frar il-Kummissjoni nediet il-pjan Ewropew il-ġdid ta' tħejjija għall-bijodifiża kontra l-varjanti tal-COVID-19 imsejjaħ “l-Inkubatur HERA”.", "L-HERA se tibni fuq l-azzjonijiet imnedija permezz tal-Inkubatur u se tipprovdi struttura permanenti għall-immudellar tar-riskju, is-sorveljanza globali, it-trasferimenti tat-teknoloġija, il-kapaċità tal-manifattura, l-immappjar tar-riskju tal-katina tal-provvista, il-kapaċità flessibbli tal-manifattura u r-riċerka u l-iżvilupp tal-vaċċini u tal-mediċina.", "Il-passi li jmiss", "Il-konsultazzjoni se tibqa' għaddejja għal 6 ġimgħat, sat-12 ta' Mejju 2021.", "B'mod parallel mal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni se jkollha wkoll taħditiet mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati.", "Il-mandat eżatt tal-HERA se jiġi ppreżentat fi proposta leġiżlattiva aktar tard din is-sena.", "Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-kontributi li tirċievi qabel tiffinalizza l-proposta leġiżlattiva.", "Għal Aktar Tagħrif", "Konsultazzjoni pubblika miftuħa", "L-Unjoni tas-Saħħa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_2993", "title": "Il-Kummissjoni se tinvesti €14.7 biljun minn Orizzont Ewropa għal Ewropa aktar b'saħħitha, aktar ekoloġika u aktar diġitali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RESINSC,PR-DIGITAL", "date": "Tue, 15 Jun 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni adottat il-programm ta' ħidma ewlieni ta' Orizzont Ewropa għall-perjodu 2021-2022, li jiddeskrivi l-objettivi u l-oqsma tematiċi speċifiċi li se jirċievu total ta' €14.7 biljun f'finanzjament.", "Dawn l-investimenti se jgħinu biex jaċċelleraw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u se jikkontribwixxu għall-irkupru sostenibbli mill-pandemija tal-coronavirus u għar-reżiljenza tal-UE għal kriżijiet futuri.", "Se jappoġġaw lir-riċerkaturi Ewropej permezz ta' fellowships, taħriġ u skambji, jibnu ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropej aktar konnessi u effiċjenti u joħolqu infrastrutturi tar-riċerka ta' klassi dinjija.", "Barra minn hekk, se jħeġġu l-parteċipazzjoni madwar l-Ewropa u minn madwar id-dinja, filwaqt li fl-istess ħin isaħħu ż-Żona Ewropea tar-Riċerka.", "Il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, Margrethe Vestager, qalet hekk: “Dan il-programm ta' ħidma ta' Orizzont Ewropa se jappoġġa lir-riċerkaturi Ewropej biex jipprovdi riċerka u innovazzjoni eċċellenti tal-ogħla kwalità għall-benefiċċju tagħna lkoll.", "Peress li jkopri ċ-ċiklu sħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni, mil-laboratorju sas-suq, se jqarreb lir-riċerkaturi u lill-innovaturi mid-dinja kollha aktar lejn xulxin, biex jindirizzaw il-kwistjonijiet li qed niffaċċjaw.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, qalet: “B'40 % tal-baġit tiegħu ddedikat biex l-Ewropa ssir aktar sostenibbli, dan il-programm ta' ħidma ta' Orizzont Ewropa se jagħmel l-Ewropa aktar ekoloġika u aktar lesta għat-trasformazzjoni diġitali.", "Orizzont Ewropa issa huwa kompletament miftuħ għan-negozju: Nixtieq inħeġġeġ lir-riċerkaturi u lill-innovaturi minn madwar l-UE kollha biex japplikaw u jsibu soluzzjonijiet biex intejbu l-ħajja tagħna ta' kuljum.”", "Aktar minn erbgħa minn kull għaxar ewro - madwar €5.8 biljun b'kollox - se jiġu investiti fir-riċerka u l-innovazzjoni b'appoġġ għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u għall-impenn tal-Unjoni li tagħmel l-UE l-ewwel kontinent tad-dinja newtrali għall-klima sal-2050.", "Il-fondi se jappoġġaw proġetti li javvanzaw ix-xjenza tat-tibdil fil-klima, u li jiżviluppaw soluzzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u biex jadattaw għat-tibdil fil-klima.", "Pereżempju, l-attivitajiet se jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u l-mobbiltà b'mod sostenibbli u ġust, jgħinu biex jadattaw is-sistemi tal-ikel u jappoġġaw l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija, iżommu u jsaħħu l-bjar tal-karbonju naturali fl-ekosistemi, u jrawmu l-adattament għat-tibdil fil-klima.", "L-objettivi ewlenin tal-programm huma wkoll li dan id-deċennju jsir id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa u li l-pedamenti għal intrapriżi diġitali ġodda jitqiegħdu saħansitra aktar fil-futur, u dan għandu jiżgura żieda sostanzjali ta' investiment f'dan il-qasam.", "Pereżempju, se jgħin biex jiġi massimizzat il-potenzjal sħiħ tal-għodod diġitali u tar-riċerka u l-innovazzjoni bbażati fuq id-data fil-kura tas-saħħa, il-midja, il-patrimonju kulturali u l-ekonomija kreattiva, l-enerġija, il-mobbiltà u l-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jappoġġa l-modernizzazzjoni ta' mudelli industrijali u jrawwem it-tmexxija industrijali Ewropea.", "L-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali ewlenin se jiġi appoġġat b'madwar €4 biljun matul il-perjodu 2021-2022.", "Fl-aħħar nett, dan il-programm ta' ħidma se jidderieġi investimenti ta' madwar €1.9 biljun b'kollox biex jgħin fit-tiswija tal-ħsara ekonomika u soċjali immedjata kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus.", "F'konformità ma' NextGenerationEU, il-finanzjament se jikkontribwixxi għall-bini ta' Ewropa ta' wara l-coronavirus li mhux biss tkun aktar ekoloġika u aktar diġitali iżda wkoll aktar reżiljenti għall-isfidi attwali u futuri.", "Dan jinkludi suġġetti li għandhom l-għan li jimmodernizzaw is-sistemi tas-saħħa u jikkontribwixxu għall-kapaċitajiet tar-riċerka, b'mod partikolari għall-iżvilupp tal-vaċċini.", "Il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi globali u biex l-Ewropa tkun tista' taċċessa r-riżorsi, l-għarfien espert, l-eċċellenza xjentifika, il-ktajjen tal-valur u s-swieq li qed jiżviluppaw f'partijiet oħra tad-dinja.", "F'Mejju 2021, il-Kummissjoni ppreżentat Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f'dinja li qed tinbidel.", "B'dan, l-UE għandha l-għan li tipprovdi soluzzjonijiet u tiffaċilita r-rispons globali għall-isfidi globali, abbażi tal-multilateraliżmu, il-ftuħ u r-reċiproċità.", "Il-programm ta' ħidma ta' Orizzont Ewropa għall-perjodu 2021-2022 jinkludi azzjonijiet dedikati biex jappoġġaw u jsaħħu l-kooperazzjoni permezz ta' inizjattivi multilaterali f'oqsma bħall-bijodiversità u l-protezzjoni tal-klima, l-osservazzjonijiet ambjentali, ir-riċerka dwar l-oċeani jew is-saħħa globali.", "Dan jinkludi wkoll azzjonijiet immirati ma' sħab ewlenin mhux tal-UE, inkluż l-ewwel \"Inizjattiva tal-Afrika\" ambizzjuża u komprensiva.", "Orizzont Ewropa huwa awtomatikament miftuħ għad-dinja.", "L-assoċjazzjoni ta' pajjiżi mhux tal-UE ma' Orizzont Ewropa se tkabbar l-ambitu ġeografiku tal-programm ġenerali u se toffri opportunitajiet addizzjonali għar-riċerkaturi, għax-xjenzati, għall-kumpaniji, għall-istituzzjonijiet jew għal stabbilimenti interessati oħra biex jipparteċipaw, fil-biċċa l-kbira bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-Istati Membri.", "Sabiex jiġu salvagwardjati l-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-UE, u f'konformità mal-Artikolu 22.5 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, il-programm se jillimita l-parteċipazzjoni għal għadd żgħir ħafna ta' azzjonijiet.", "Din il-limitazzjoni se tkun eċċezzjonali u debitament ġustifikata, bi qbil mal-Istati Membri u b'rispett sħiħ tal-impenji tal-UE skont ftehimiet bilaterali.", "L-ewwel sejħiet għal proposti se jiftħu fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti tal-Kummissjoni fit-22 ta' Ġunju.", "Il-Jiem Ewropej tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fit-23 u l-24 ta' Ġunju jimmarkaw l-okkażjoni fejn jista' jiġi diskuss Orizzont Ewropa minn dawk li jfasslu l-politika, mir-riċerkaturi, mill-innovaturi u miċ-ċittadini.", "Bejn it-28 ta' Ġunju u d-9 ta' Lulju se jsiru l-Jiem ta' Informazzjoni dwar Orizzont Ewropa li se jkunu mmirati lejn applikanti potenzjali.", "Orizzont Ewropa huwa l-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE, b'€95.5 biljun għall-perjodu 2021-2027 u s-suċċessur ta' Orizzont 2020.", "Il-programm ta' ħidma tal-lum ta' Orizzont Ewropa huwa bbażat fuq il-Pjan Strateġiku ta' Orizzont Ewropa, li ġie adottat f'Marzu 2021 biex jistabbilixxi l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE għall-perjodu 2021-2024.", "Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament huwa allokat abbażi ta' sejħiet kompetittivi għal proposti, stabbiliti fil-programmi ta' ħidma.", "L-opportunitajiet ġodda ta' finanzjament diġà ilhom jinfetħu sa mill-bidu tal-2021: fi Frar, il-Kummissjoni nediet l-ewwel sejħiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka taħt Orizzont Ewropa u f'Marzu nediet il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni l-ġdid.", "Barra minn hekk, f'April, hija mmobilizzat €123 miljun malajr għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-varjanti tal-coronavirus.", "Video ta' Orizzont Ewropa", "Skedi informattivi ta' Orizzont Ewropa", "Orizzont Ewropa", "Pjan Strateġiku ta' Orizzont Ewropa (2021-2024)", "Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_3001", "title": "L-UE u l-Istati Uniti jieħdu pass deċiżiv biex itemmu t-tilwima dwar l-inġenji tal-ajru", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,PR-EUWORLD", "date": "Tue, 15 Jun 2021 06:15:11 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis u r-Rappreżentanta tal-Istati Uniti għall-Kummerċ Katherine Tai laħqu arranġament relatat mal-inġenji tal-ajru ċivili kbar, u ttrasformaw kważi 17-il sena ta' tilwim fi pjattaforma kollaborattiva li tħares 'il quddiem biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bilaterali kif ukoll sfidi globali.", "Iż-żewġ naħat issa se jfittxu li jegħlbu diverġenzi li ilhom jeżistu sabiex jevitaw litigazzjoni futura u jippreservaw kundizzjonijiet ekwi bejn il-manifatturi tal-inġenji tal-ajru tagħna u se jaħdmu wkoll biex ma jħallux li jinħolqu diverġenzi ġodda.", "L-UE u l-Istati Uniti qablu wkoll li jissospendu l-applikazzjoni ta' tariffi dannużi li jiswew USD 11.5-il biljun għal perjodu ta' ħames snin li jagħmlu ħsara lill-kumpaniji u lin-nies fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.", "Iż-żewġ naħat se jikkollaboraw biex flimkien janalizzaw u jindirizzaw il-prattiki mhux ibbażati fuq is-suq ta' partijiet terzi li jistgħu jagħmlu ħsara lis-setturi tal-inġenji tal-ajru ċivili kbar tagħna.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet: “Illum, bil-ftehim dwar Boeing-Airbus, ħadna pass kbir biex insolvu l-itwal tilwima kummerċjali fl-istorja tad-WTO.", "Ninsab kuntenta li wara ħidma intensiva bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, is-sħubija transatlantika tagħna tinsab fi triqitha biex tilħaq veloċità kostanti.", "Dan huwa xhieda tal-ispirtu ġdid ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti u li nistgħu nsolvu l-kwistjonijiet l-oħra għall-benefiċċju reċiproku tagħna.", "Flimkien nistgħu niksbu riżultati għaċ-ċittadini u l-impriżi tagħna.”", "Il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis qal: “B'dan l-arranġament, qed intemmu t-tilwima Airbus-Boeing.", "Dan juri li r-relazzjoni transatlantika issa miexja lejn il-livell li jmiss, u li nistgħu naħdmu mal-Istati Uniti biex nittrattaw it-tilwim li ilu għaddej.", "Issa għandna ż-żmien u l-ispazju biex insibu soluzzjoni dejjiema permezz tal-Grupp ta' Ħidma l-ġdid dwar l-Inġenji tal-Ajru, filwaqt li niffrankaw biljuni ta' euro f'dazji għall-importaturi fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.”", "Skont l-Arranġament dwar qafas kooperattiv għal Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar, iż-żewġ naħat esprimew l-intenzjoni tagħhom li:", "It-tilwima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar (Large Civil Aircraft, LCA; magħrufa wkoll bħala t-tilwima Airbus-Boeing) hija l-itwal tilwima fl-istorja tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO).", "Din bdiet fl-2004, meta l-Istati Uniti ressqu każ quddiem id-WTO kontra l-UE, fejn argumentaw li l-blokk kien qiegħed illegalment jissussidja lill-manifattur Ewropew tal-Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar (LCA) Airbus.", "L-UE ressqet ukoll ilment kontra l-Istati Uniti f'Mejju 2005, għas-sostenn illegali tagħhom lil Boeing.", "Wara d-deċiżjonijiet tad-WTO, kemm l-Istati Uniti (f'Ottubru 2019) kif ukoll l-UE (f'Novembru 2020) imponew tariffi punittivi fuq l-esportazzjonijiet ta' xulxin, li b'kollox affettwaw valur totali ta' USD 11.5-il biljun f'kummerċ bejn iż-żewġ naħat.", "B'riżultat ta' dan, l-impriżi tal-UE u tal-Istati Uniti kellhom iħallsu aktar minn USD 3.3 biljun f'dazji.", "Il-passi li jmiss", "Iż-żewġ naħat se jkomplu jiddiskutu biex jikkonkretizzaw l-intenzjonijiet tagħhom rigward l-iffinanzjar, il-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll is-sostenn speċifiku tal-inġenji tal-ajru ċivili kbar.", "It-tilwima bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-inġenji tal-ajru f'ċifri", "Il-kontromiżuri tal-Istati Uniti fil-każ tal-Airbus affettwaw 19-il kategorija ta' prodotti differenti, inklużi inġenji tal-ajru, inbejjed u spirti, prodotti tal-ħalib u ġobon jew makkinarju, f'valur ta' USD 7.5 biljun.", "It-tariffi kienu 15 % fuq l-inġenji tal-ajru u 25 % fuq prodotti mhux inġenji tal-ajru, u wasslu għal madwar USD 2.2 biljun f'dazji mħallsa mill-importaturi tal-Istati Uniti.", "Il-kontromiżuri tal-UE fil-każ tal-Boeing affettwaw 130 kategorija ta' prodotti differenti, inklużi inġenji tal-ajru, ġewż, tabakk, spirti, basktijiet tal-idejn jew tratturi, f'valur ta' USD 4 biljun.", "It-tariffi kienu 15 % fuq l-inġenji tal-ajru u 25 % fuq prodotti mhux inġenji tal-ajru, u wasslu għal madwar USD 1.1 biljun f'dazji mħallsa mill-importaturi tal-UE.", "L-istorja reċenti tat-tilwima bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-Inġenji tal-Ajru", "F'Mejju 2018, l-ogħla istanza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tad-WTO, il-Korp tal-Appell sab li l-UE u l-Istati Membri tagħha ma kinux ikkonformaw għalkollox mad-deċiżjonijiet preċedenti tad-WTO.", "B'riżultat ta' dan, id-WTO ppermettiet li jittieħdu kontromiżuri mill-Istati Uniti kontra esportazzjonijiet Ewropej li jammontaw għal USD 7.5 biljun.", "L-Istati Uniti imponew dawn il-miżuri f'Ottubru 2019.", "F'Marzu 2019, il-Korp tal-Appell tad-WTO kkonferma li l-Istati Uniti komplew bis-sostenn illegali tagħhom lill-manifattur tal-inġenji tal-ajru Boeing għad-detriment tal-Airbus, l-industrija ajruspazjali Ewropea u l-ħafna ħaddiema tagħha.", "Wara l-awtorizzazzjoni mid-WTO, l-UE imponiet kontromiżuri fuq l-esportazzjonijiet mill-Istati Uniti lejn l-UE b'valur ta' USD 4 biljun (f'Novembru 2020).", "F'Lulju 2020, Airbus u ċerti Stati Membri ħabbru passi deċiżivi biex jiżguraw il-konformità sħiħa tagħhom mal-obbligi internazzjonali tagħhom li jirriżultaw mid-deċiżjoni tad-WTO kontra l-UE, u appellaw lill-Istati Uniti biex ineħħu l-kontromiżuri tagħhom kontra l-UE.", "Fil-5 ta' Marzu 2021, l-UE u l-Istati Uniti qablu li jissospendu t-tariffi ritaljatorji kollha fuq l-esportazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Uniti imposti fit-tilwim tal-Airbus u tal-Boeing għal perjodu ta' erba' xhur.", "Is-sospensjoni ppermettiet li ż-żewġ naħat jiffokaw fuq is-soluzzjoni ta' dan it-tilwim li ilu għaddej.", "Għal aktar informazzjoni", "Arranġament dwar qafas kooperattiv għal Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar", "Skeda informattiva", "Id-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO dwar is-sussidji tal-Istati Uniti lill-Boeing", "Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-lista preliminari ta' prodotti fil-każ tal-Boeing", "Il-lista preliminari ta' prodotti", "L-istorja tal-każ tal-Boeing", "L-istorja tal-każ tal-Airbus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_2982", "title": "NextGenerationEU: Il-Kummissjoni Ewropea tiġbor EUR 20 biljun fl-ewwel tranżazzjoni biex tappoġġa l-irkupru tal-Ewropa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG,NGEU", "date": "Mon, 14 Jun 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum, fl-ewwel tranżazzjoni NextGenerationEU tagħha, ġanret EUR 20 biljun permezz ta' bond ta' għaxar snin li jagħlaq fl-4 ta' Lulju 2031 biex jiġi ffinanzjat l-irkupru tal-Ewropra mill-kriżi tal-coronavirus u mill-konsegwenzi tagħha.", "Din hija l-akbar ħarġa istituzjonali ta' bonds li qatt kien hemm fl-Ewropa, l-akbar tranżazzjoni istituzzjonali b'segment wieħed u l-akbar ammont li l-UE qatt ġabret fi tranżazzjoni waħda.", "Il-bond attira interess qawwi ħafna mill-investituri madwar l-Ewropa u d-dinja, li bis-saħħa tiegħu l-Kummissjoni kisbet kundizzjonijiet ta' pprezzar favorevoli ħafna, b'mod simili għall-ħruġ ripetut ta' suċċess taħt il-programm SURE", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet: “Illum huwa tassew jum storiku għall-Unjoni Ewropea tagħna.", "Wettaqna b'suċċess l-ewwel operazzjoni ta' finanzjament għal NextGenerationEU.", "Bħala Unjoni qawwija, qegħdin niġbru flimkien il-flus fuq is-swieq u ninvestu f'irkupru komuni minn din il-kriżi.", "Huwa investiment fis-suq uniku tagħna.", "U, anki aktar importanti, dan huwa investiment fil-futur tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin tal-Ewropa hekk kif dawn jiffaċċjaw l-isfidi tad-diġitizzazzjoni u t-tibdil fil-klima.", "Issa jibda ġej il-flus biex jgħin fit-tiswir mill-ġdid tal-kontinent tagħna, biex nibnu Ewropa aktar ekoloġika, diġitali u reżiljenti.", "Jiena issa se nżur kull Stat Membru biex nara l-impatt ta' NextGenerationEU fil-konkret.”", "Il-Kummissarju tal-UE Johannes Hahn inkarigat mill-Baġit u l-Amministrazzjoni qal: “Illum ilħaqna pass importanti fl-implimentazzjoni ta' NextGenerationEU.", "Wara li qiegħdna l-pedament kollu b'veloċità li qatt ma rajna bħalha, illum wettaqna b'suċċess l-ewwel operazzjoni ta' teħid b'self taħt il-Pjan ta' Rkupru.", "Dan huwa biss l-ewwel pass ta' vjaġġ twil, li jġib aktar minn EUR 800 biljun, fi prezzijiet preżenti, lejn l-ekonomija tal-UE.", "NextGenerationEU issa saret realtà u hija mistennija li tixpruna l-irkupru kollettiv tagħna mill-pandemija, u b'hekk tpoġġi lill-Ewropa fit-triq ekoloġika, diġitali u reżiljenti.”", "Il-fondi issa se jintużaw għall-ewwel pagamenti skont in-NextGenerationEU, skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u diversi programmi tal-baġit tal-UE.", "Sa tmiem l-2021, il-Kummissjoni tistenna li tiġbor madwar EUR 80 biljun f'bonds, li għandhom jiġu kkomplementati minn Abbozzi tal-UE għal żmien qasir, skont il-pjan ta' finanzjament ippubblikat f'Ġunju 2021.", "L-ammont eżatt tal-Bonds tal-UE u tal-Kambjali tal-UE se jiddependi fuq il-ħtiġijiet preċiżi ta' finanzjament, u l-Kummissjoni se tirrevedi l-valutazzjoni inizjali tagħha fil-ħarifa.", "B'dan il-mod, il-Kummissjoni se tkun tista' tiffinanzja, matul it-tieni nofs tas-sena, l-għotjiet u s-self ippjanati kollha lill-Istati Membri permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll tkopri l-ħtiġijiet tal-politiki tal-UE li jirċievu finanzjament min-NextGenerationEU.", "Sfond", "NextGenerationEU huwa strument ta' rkupru temporanju ta' madwar EUR 800 biljun fi prezzijiet attwali biex jappoġġa l-irkupru tal-Ewropa mill-pandemija tal-coronavirus u jgħin biex tinbena Ewropa aktar ekoloġika, aktar diġitali u aktar reżiljenti.", "Sabiex tiffinanzja lil NextGenerationEU, il-Kummissjoni Ewropea - f'isem l-UE - se tiġbor sa madwar EUR 800 biljun mis-swieq kapitali bejn issa u tmiem l-2026.", "EUR 407.5 biljun disponibbli għall-għotjiet (skont programmi tal-EEF u oħrajn tal-baġit tal-UE); EUR 386 biljun għas-self.", "Dan se jissarraf f'volumi ta' self ta' medja ta' bejn wieħed u ieħor EUR150 biljun fis-sena.", "Meta jitqiesu l-volumi, il-frekwenza u l-kumplessità tal-operazzjonijiet ta' teħid ta' self li ġejjin, il-Kummissjoni se ssegwi l-aħjar prattiki użati minn emittenti kbar u frekwenti, u se timplimenta strateġija ta' finanzjament diversifikata.", "Din l-istrateġija tippreżenta firxa ddiversifikata ta' strumenti u tekniċi, li tmur lil hinn mill-approċċ back-to-back li l-Kummissjoni użat sa issa biex tissellef mis-swieq, inkluż fil-qafas tal-programm SURE.", "F'dawn l-aħħar 40 sena, il-Kummissjoni Ewropea mexxiet diversi programmi ta' għoti ta' self biex tappoġġa lill-Istati Membri tal-UE u lil pajjiżi terzi.", "Dawn l-operazzjonijiet kollha ta' għoti ta' self kienu ffinanzjati fuq bażi back-to-back, l-aktar permezz ta' ħruġ ta' bonds sindakati.", "Parti teknika", "Il-bond il-ġdid ta' 10 snin iġorr kupun ta' 0 % u ġie b'rendiment ta' offerta mill-ġdid ta' 0.086 % li jipprovdi spread ta' -2 bps għall-mid-swaps, li huwa ekwivalenti għal 32,3 bps fuq il-0.00 % ta' Bund li jagħlaq 02/2031.", "Il-ktieb tal-ordnijiet finali kien ta' aktar minn EUR 142 biljun, li jfisser li l-bond kien sottoskritt iżżejjed b'aktar minn seba' darbiet.", "Il-maniġers ewlenin konġunti kienu BNP Paribas, DZ BANK, HSBC, IMI-Intesa Sanpaolo u Morgan Stanley.", "Ko-mexxejja kienu Danske Bank u Santander.", "Id-domanda kienet dominata minn mangers tal-fondi (37%) u mit-teżoreriji tal-banek (25%), u warajhom kien hemm il-banek ċentrali/l-istituzzjonijiet uffiċjali (23%).", "Bħala reġjun, 87% mill-patt kien distribwit lil investituri Ewropej, 10% lil investituri mill-Asja u 3% investituri mill-kontinent Amerikan, il-Lvant Nofsanu u l-Afrika.", "Sommarju tad-distribuzzjoni:", "Biż-żona", "Il-Ġermanja", "13%", "Franza", "10 %", "Ir-Renju Unit", "24 %", "Il-Benelux", "15 %", "Pajjiżi Nordiċi", "10 %", "L-Italja", "5 %", "Pajjiżi Ewropej oħra", "10 %", "L-Ażja", "10 %", "Kontinent Amerikan", "3 %", "Total", "100 %", "Skont it-tip ta' investitur", "Bank Ċentrali/Istituzzjonijiet uffiċjali", "23.0 %", "Manaġers tal-Fondi", "37.0 %", "Assikurazzjoni u Fondi tal-Pensjoni", "12.0 %", "Teżoreriji tal-Bank", "25.0 %", "Banek", "2.0 %", "Hedge Funds", "1.0 %", "Total", "100 %", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa dwar l-ewwel pjan ta' finanzjament tal-Kummissjoni", "Mistoqsija u tweġiba dwar l-ewwel pjan ta' finanzjament tal-Kummissjoni", "Mistoqsija u tweġiba dwar l-istrateġija ta' finanzjament iddiversifikata", "Skenda informattiva - NextGenerationEU - Strateġija ta' finanzjament", "Website dwar it-teħid ta' self mill-UE (The EU as a borrower)", "Network ta' Negozjanti Primarji", "Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_2944", "title": "Nipproteġu lin-nies li jaħdmu permezz tal-pjattaformi diġitali: Il-Kummissjoni tniedi t-tieni fażi ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,ESAI,PR-DIGITAL", "date": "Mon, 14 Jun 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni qed tniedi t-tieni fażi ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali Ewropej dwar kif jistgħu jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għan-nies li jaħdmu permezz ta' pjattaformi diġitali tax-xogħol.", "Dan isegwi l-ewwel fażi ta' konsultazzjoni, li kienet miftuħa mill-24 ta' Frar sas-7 ta' April 2021, li għaliha l-Kummissjoni rċeviet tweġibiet minn 14-il sieħeb soċjali fl-UE kollha.", "Abbażi tat-tweġibiet li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm ħtieġa għal azzjoni ulterjuri mill-UE biex jiġu żgurati standards u drittijiet bażiċi tax-xogħol għan-nies li jaħdmu permezz tal-pjattaformi diġitali.", "Fil-Linji Gwida politiċi tagħha, il-President von der Leyen ħabbret il-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali.", "Din il-ħtieġa ġiet enfasizzata aktar mill-kriżi tal-COVID-19 u l-adozzjoni aċċellerata tal-mudelli kummerċjali tal-pjattaformi.", "Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet: “Il-pjattaformi diġitali tax-xogħol għandhom rwol ewlieni fit-tranżizzjoni diġitali tal-ekonomija Ewropea.", "Kemm online kif ukoll offline, in-nies għandhom ikunu protetti u jitħallew jaħdmu b'mod sikur u dinjituż.", "Issa se niksbu l-fehmiet tas-sħab soċjali dwar kif jista' jiġi żgurat li x-xogħol permezz tal-pjattaformi diġitali jsir f'kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, filwaqt li jiġi appoġġat it-tkabbir sostenibbli tal-pjattaformi diġitali tax-xogħol fl-UE.”", "Nicolas Schmit, il-Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, qal: “Il-pjattaformi online jġibu magħhom l-innovazzjoni u servizzi ġodda lill-konsumaturi.", "Iżda jridu joffru wkoll lil dawk in-nies li jaħdmu permezz tagħhom il-livell għoli ta' standards soċjali li nistennew.", "Aħna nkomplu l-konsultazzjoni tagħna mas-sħab soċjali biex insibu approċċ intelliġenti u bbilanċjat li jipprovdi ċertezza u standards komuni lill-pjattaformi u lil dawk li jaħdmu permezz tagħhom.", "B'hekk niżguraw li t-tranżizzjoni diġitali tkun ġusta u sostenibbli.”", "Il-pjattaformi diġitali tax-xogħol għandhom rwol ewlieni fit-tranżizzjoni diġitali tal-ekonomija Ewropea u huma fenomenu li qed jikber.", "Id-daqs tal-ekonomija tal-pjattaformi diġitali tax-xogħol fl-UE kiber bi kważi ħames darbiet minn madwar EUR 3 biljun fl-2016 sa madwar EUR 14-il biljun fl-2020.", "Il-pjattaformi diġitali tax-xogħol iġibu l-innovazzjoni, joħolqu l-impjiegi u jsaħħu l-kompetittività tal-UE.", "Jipprovdu dħul addizzjonali lin-nies, inkluż lil dawk li l-aċċess tagħhom għas-swieq tax-xogħol jista' jkun aktar diffiċli.", "Madankollu, ix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali jista' jirriżulta wkoll f'kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u aċċess inadegwat għall-protezzjoni soċjali għal ħafna nies li jaħdmu permezz tal-pjattaformi.", "L-isfida ewlenija fix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali hija relatata mal-istatus professjonali.", "Hija fattur determinanti ewlieni tal-aċċess tan-nies li jaħdmu permezz tal-pjattaformi diġitali għad-drittijiet tax-xogħol u għall-protezzjoni eżistenti.", "Barra minn hekk, in-nies li jaħdmu permezz tal-pjattaformi diġitali jistgħu jkunu soġġetti għal deċiżjonijiet awtomatizzati meħuda minn algoritmi mingħajr il-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni u jfittxu rimedju.", "Spiss ikollhom aċċess limitat għar-rappreżentanza kollettiva u għan-negozjar.", "Fl-aħħar nett hemm ukoll sfidi relatati man-natura transfruntiera tax-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali u mal-possibbiltà biex jiġi traċċat f'liema pajjiż ikun qed jitwettaq ix-xogħol.", "Fid-dawl ta' dawn l-isfidi, l-għan tat-tieni fażi ta' konsultazzjoni huwa li jinkisbu l-fehmiet tas-sħab soċjali dwar kif jista' jiġi żgurat li n-nies li jaħdmu permezz tal-pjattaformi diġitali jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, filwaqt li jiġi appoġġat it-tkabbir sostenibbli tal-pjattaformi diġitali tax-xogħol fl-UE.", "Is-sħab soċjali se jiġu kkonsultati dwar kontenut possibbli tal-inizjattiva fil-livell tal-UE, f'oqsma bħal pereżempju:", "Il-konsultazzjoni titlob ukoll il-fehmiet tas-sħab soċjali dwar strumenti possibbli għal azzjoni tal-UE.", "Il-Kummissjoni qed tikkunsidra kemm strumenti leġiżlattivi kif ukoll strumenti mhux leġiżlattivi.", "Is-sħab soċjali huma mistiedna li jwieġbu l-mistoqsijiet fil-konsultazzjoni sal-15 ta' Settembru 2021.", "Il-pass li jmiss għal din it-tieni fażi ta' konsultazzjoni huwa jew negozjati bejn is-sħab soċjali bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim skont l-Artikolu 155 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) jew il-preżentazzjoni ta' proposta mill-Kummissjoni Ewropea sa tmiem l-2021.", "Inizjattiva possibbli tal-UE tkun imfassla b'rispett sħiħ għall-kompetenza nazzjonali, għad-diversità tat-tradizzjonijiet tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri u għall-awtonomija tas-sħab soċjali.", "Kwalunkwe inizjattiva dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali għandha tirrispetta d-definizzjonijiet nazzjonali ta' “ħaddiem”.", "Barra minn hekk, m'hemm l-ebda intenzjoni li jinħoloq it-“tielet” status professjonali, (la ħaddiem għal rasu u lanqas ħaddiem), fil-livell tal-UE, filwaqt li tiġi rrispettata l-għażla li għamlu xi Stati Membri li jintroduċuh fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.", "Fil-Linji Gwida Politiċi tagħha, il-President von der Leyen enfasizzat li “t-trasformazzjoni diġitali ġġib magħha bidla mgħaġġla li taffettwa s-swieq tax-xogħol tagħna”.", "Hija impenjat ruħha li “teżamina l-modi kif jistgħu jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi”.", "Il-Komunikazzjoni Ewropa Soċjali b'Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti nnutat li għat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija tal-pjattaformi, jeħtieġ li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' min jaħdem minn fuqhom.", "Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 ħabbar inizjattiva leġiżlattiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi sa tmiem l-2021.", "Din l-inizjattiva se tappoġġa l-implimentazzjoni tal-prinċipji li jinsabu fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.", "L-impenn mis-sħab kollha għal Ewropa soċjali b'saħħitha ġġedded fis-Summit Soċjali ta' Porto bejn is-7 u t-8 ta' Mejju 2021.", "L-ewwel fażi ta' konsultazzjoni mas-sħab soċjali tal-Kummissjoni dwar kif jistgħu jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għan-nies li jaħdmu permezz tal-pjattaformi diġitali tax-xogħol kienet miftuħa mill-24 ta' Frar sas-7 ta' April 2021.", "Wara li kkunsidrat it-tweġibiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm bżonn ta' azzjoni mill-UE.", "Għalhekk, il-Kummissjoni issa qed tniedi t-tieni fażi ta' konsultazzjoni tas-sħab soċjali, li jirrappreżentaw it-trade unions u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi fil-livell tal-UE, f'konformità mal-Artikolu 154(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).", "Din il-konsultazzjoni ma tindirizzax il-kwistjoni ta' applikabbiltà tal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni għan-negozjar kollettiv mill-persuni li jaħdmu għal rashom.", "Din il-kwistjoni hija indirizzata permezz ta' inizjattiva separata iżda komplementari, li għaliha l-Konsultazzjoni Pubblika Miftuħa għalqet fil-31 ta' Mejju 2021.", "L-iskop ta' din tal-aħħar huwa li jiġi żgurat li l-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni ma tostakolax il-ftehimiet kollettivi li għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawk li jaħdmu għal rashom f'pożizzjoni dgħajfa, filwaqt li jiġi garantit li l-konsumaturi u l-SMEs ikomplu jibbenefikaw minn prezzijiet kompetittivi u minn mudelli ta' negozju innovattivi, inkluż fl-ekonomija diġitali.", "It-tieni fażi tal-konsultazzjoni mas-sħab soċjali dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol minn fuq il-pjattaformi diġitali", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja d-dokument ta' konsultazzjoni", "L-ewwel fażi tal-konsultazzjoni mas-sħab soċjali dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol minn fuq il-pjattaformi diġitali", "L-aħħar informazzjoni fuq il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_2989", "title": "Noħorġu mill-pandemija aktar b'saħħitna: naġixxu fuq it-tagħlimiet bikrija li nkisbu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19,VACC", "date": "Mon, 14 Jun 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tippreżenta Komunikazzjoni dwar it-tagħlimiet bikrija meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 matul dawn l-aħħar 18-il xahar u qed tibni fuqhom biex ittejjeb l-azzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.", "Dan se jgħin biex jiġu antiċipati aħjar ir-riskji għas-saħħa pubblika u jissaħħaħ l-ippjanar ta' kontinġenza li jwassal għal risponsi konġunti aktar rapidi u aktar effettivi fil-livelli kollha.", "Għaxar tagħlimiet jiffukaw fuq dak li għandu jittejjeb u x'jista' jsir aħjar fil-futur.", "L-għaxar tagħlimiet mhumiex eżawrjenti, iżda jipprovdu l-ewwel stampa ta' dak li jeħtieġ li tittieħed azzjoni dwaru issa, għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha:", "Il-passi li jmiss", "Dan ir-rapport dwar it-tagħlimiet bikrija mill-pandemija tal-COVID-19 ser jikkontribwixxi għad-diskussjoni tal-Mexxejja fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.", "Dan se jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni se ssegwi b'riżultati konkreti fit-tieni nofs tal-2021.", "Il-Membri tal-Kulleġġ qalu:", "Fi kliem il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen: “Ir-rispons komprensiv tal-UE għall-pandemija kien bla preċedent u wasal fi żmien rekord, li jikkonferma l-importanza li naħdmu flimkien fl-Ewropa.", "Flimkien, ksibna dak li l-ebda Stat Membru tal-UE ma seta' jagħmel waħdu.", "Iżda fhimna wkoll x'ħadem tajjeb u x'nistgħu ntejbu għal pandemiji futuri.", "Issa jeħtieġ li nbiddlu dawn it-tagħlimiet f'tibdiliet.”", "Fi kliem il-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta' Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas: “Minkejja l-fatt li l-politika tas-saħħa fil-livell Ewropew għadha fl-ewwel snin tagħha, ir-rispons tal-UE għall-pandemija kien kbir, u inkluda firxa wiesgħa ta' inizjattivi mingħajr preċedent li tfasslu u twasslu fi żmien rekord.", "Aġixxejna b'ħeffa, b'ambizzjoni u b'koerenza.", "Dan inkiseb ukoll bis-saħħa tas-solidarjetà bla preċedent li ntweriet fost l-istituzzjonijiet tal-UE u li żgurat li jkun hemm għaqda fir-rispons tal-UE.", "Din hija waħda mit-tagħlimiet il-kbar u rridu nkomplu nibnu fuqha.", "Iżda la hemm ħin u lanqas lok għall-kompjaċenza.", "Illum, qed nidentifikaw oqsma speċifiċi fejn diġà nafu li nistgħu u għandna nagħmlu aktar biex niżguraw rispons tas-saħħa aktar effettiv fil-futur.", "Din il-kriżi tista' tkun katalista biex tiżdied l-integrazzjoni Ewropea fl-oqsma fejn hija l-aktar meħtieġa.”", "Fi kliem il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Stella Kyriakides: “Jeħtieġ li nibdlu kriżi tas-saħħa pubblika mingħajr preċedent, f'opportunità biex nissawru mill-ġdid b'saħħitna aktar minn qatt qabel.", "It-tagħlima ewlenija mill-kriżi tal-COVID-19 hija l-ħtieġa li s-soluzzjonijiet ad hoc li ntużaw biex tiġi indirizzata l-kriżi, jinbidlu fi strutturi permanenti li jippermettulna nkunu preparati aħjar fil-futur.", "Jeħtieġ li jkollna fis-seħħ Unjoni Ewropea tas-Saħħa b'saħħitha mill-aktar fis possibbli.", "Meta nkunu wiċċ imb wiċċ ma' theddida għas-saħħa pubblika jew ma' pandemija oħra, ma jistax jintilef ħin.", "L-azzjoni tal-emerġenza għandha ssir kapaċità strutturali.", "Is-solidarjetà, ir-responsabbiltà u l-isforz komuni fil-livell Ewropew għat-theddid li jolqotna lkoll bl-istess mod huwa dak li se jsostnina matul din il-kriżi u li jmiss.”", "Kuntest", "Hekk kif il-kriżi bdiet tfeġġ, l-UE żviluppat firxa wiesgħa ta' risponsi tal-politika tas-saħħa, kif muri fl-approċċ komuni għall-vaċċini permezz tal-Istrateġija tal-UE għall-vaċċini u tal-inizjattivi f'firxa ta' politiki oħra.", "L-inizjattiva tal-Korsiji l-Ħodor żammet l-ikel u l-mediċini jiċċirkolaw fis-Suq Uniku kollu.", "L-ittestjar u l-kwarantina saru ħafna aktar konsistenti permezz tal-approċċ komuni għall-valutazzjoni tar-rati ta' infezzjoni f'reġjuni differenti.", "U aktar reċentament, kien hemm qbil dwar iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE li ġew implimentati fi żmien rekord, biex iwettqu t-triq għat-tkomplija sikura tat-turiżmu u tal-ivvjaġġar dan is-sajf u lil hinn.", "Fl-istess ħin, l-UE ħadet azzjoni deċiżiva biex tindirizza l-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija.", "Il-parti l-kbira tagħha kienet ibbażata fuq l-esperjenza u l-arranġamenti mfassla biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-kriżijiet fil-qasam ekonomiku u finanzjarju.", "Madankollu, dawn is-suċċessi ma jgħattux id-diffikultajiet li nqalgħu, partikolarment fiż-żieda tal-kapaċitajiet tal-manifattura u tal-produzzjoni, parzjalment minħabba n-nuqqas ta' approċċ integrat b'mod permanenti għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-produzzjoni, li naqqas ir-ritmu tad-disponibbiltà tal-vaċċini.", "Filwaqt li minn dakinhar din ġiet indirizzata, jeħtieġ li jkun hemm soluzzjonijiet fuq perjodu itwal għall-mitigazzjoni ta' avvenimenti jew kriżijiet tas-saħħa detrimentali futuri.", "Għal aktar informazzjoni", "Komunikazzjoni dwar it-teħid ta' tagħlimiet bikrija mill-pandemija tal-COVID-19", "Il-paġna web tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rispons għall-coronavirus", "Vaċċini sikuri u effettivi fl-UE", "Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_2990", "title": "Tnedija ta' Kunsill għall-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti biex imexxi t-trasformazzjoni diġitali globali bbażata fuq il-valuri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL,PR-EUWORLD", "date": "Mon, 14 Jun 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President Joe Biden tal-Istati Uniti nedew Kunsill għall-Kummerċ u t-Teknoloġija (KKT) bejn l-UE u l-Istati Uniti waqt is-Summit bejn l-Istati Uniti u l-UE fi Brussell fil-15 ta' Ġunju 2021.", "Il-KKT se jservi bħala forum għall-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biex jikkoordinaw l-approċċi għal kwistjonijiet kummerċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi globali ewlenin u biex japprofondixxi r-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi trans-Atlantiċi bbażati fuq valuri demokratiċi kondiviżi.", "Dan il-Kunsill il-ġdid se jiltaqa' perjodikament fil-livell politiku biex imexxi l-kooperazzjoni.", "Se jkollu presidenza konġunta bejn il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju għall-Kompetizzjoni tal-UE, Margrethe Vestager; il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju għall-Kummerċ tal-UE, Valdis Dombrovskis; is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, Antony Blinken; is-Segretarja tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, Gina Raimondo; u r-Rappreżentanta tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, Katherine Tai.", "Membri oħra tal-Kulleġġ u tad-Dipartimenti tal-Istati Uniti se jiġu mistiedna kif xieraq, biex b'hekk jiġu żgurati diskussjonijiet iffukati fuq kwistjonijiet speċifiċi f'approċċ ta' gvern sħiħ.", "Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, qalet: “Għandna valuri demokratiċi komuni u rridu nsarrfuhom f'azzjoni tanġibbli fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.", "Biex naħdmu għal diġitalizzazzjoni ċċentrata fuq il-bniedem u swieq miftuħa u kompetittivi.", "Jiena ħerqana ħafna biex dan iseħħ.", "Dan huwa pass kbir għas-sħubija mġedda tagħna.”", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju għall-Kummerċ tal-UE, qal: “Il-Kunsill għall-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti se jiftaħ toroq ġodda ta' kooperazzjoni trans-Atlantika.", "Se naħdmu flimkien biex niżguraw li l-kummerċ u t-teknoloġija jservu lis-soċjetajiet u lill-ekonomiji tagħna, filwaqt li nħarsu l-valuri komuni tagħna.", "Il-KKT huwa impenn konġunt biex insaħħu t-tmexxija teknoloġika u industrijali tagħna u nespandu l-kummerċ u l-investiment bilaterali.", "Itina wkoll għodod biex nindirizzaw theddid bħal kompetizzjoni inġusta u l-użu ħażin ta' teknoloġiji ġodda.", "Din hija prijorità ewlenija għall-UE, u kuntenti ħafna bil-fatt li issa tinsab ukoll fil-quċċata tal-aġenda kummerċjali trans-Atlantika.”", "Għanijiet ewlenin tal-KKT:", "Gruppi ta' ħidma", "Għall-bidu l-KKT se jinkludi l-gruppi ta' ħidma li ġejjin, li se jimplimentaw id-deċiżjonijiet politiċi u jibdluhom f'riżultati tanġibbli, jikkordinaw il-ħidma teknika u jirrapportaw fil-livell politiku:", "Fl-istess ħin, l-UE u l-Istati Uniti waqqfu Djalogu Konġunt dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni li se jiffoka fuq l-iżvilupp ta' approċċ komuni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni u l-infurzar fis-setturi tat-teknoloġija."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_21_2965", "title": "L-UE twitti t-triq għaċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,JFRC,BORDSECU", "date": "Sun, 13 Jun 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Illum, il-Presidenti tat-tliet istituzzjonijiet tal-UE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea attendew iċ-ċerimonja uffiċjali tal-iffirmar għar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE, li jimmarka t-tmiem tal-proċess leġiżlattiv.", "F'din l-okkażjoni, il-Presidenti David Sassoli u Ursula von der Leyen u l-Prim Ministru António Costa qalu:", "“Iċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE huwa simbolu ta' dak li tirrappreżenta l-Ewropa.", "Ta' Ewropa li ma ċċedix meta tiġi ttestjata.", "Ewropa li tgħaqqad u tikber meta tħabbat wiċċha ma' sfidi.", "L-Unjoni tagħna wriet mill-ġdid li naħdmu l-aħjar meta naħdmu flimkien.", "Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE ġie miftiehem bejn l-istituzzjonijiet tagħna fi żmien rekord ta' 62 jum.", "Filwaqt li ħdimna permezz tal-proċess leġiżlattiv, bnejna wkoll il-bażi teknika tas-sistema, il-gateway tal-UE, li ilu jiffunzjona mill-1 ta' Ġunju.", "U nistgħu nkunu kburin b'dak li ksibna.", "L-Ewropa li aħna lkoll nafu u li lkoll irridu lura hija Ewropa mingħajr ostakli.", "Iċ-Ċertifikat tal-UE se jerġa' jippermetti liċ-ċittadini jgawdu minn dan id-dritt l-aktar tanġibbli u għażiż fost id-drittijiet tal-UE — id-dritt għall-moviment liberu.", "Iffirmat f'liġi llum, iċ-Ċertifikat se jippermettilna nivvjaġġaw b'mod aktar sikur dan is-sajf.", "Illum naffermaw mill-ġdid flimkien li teżisti Ewropa miftuħa.”", "Iċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE:", "Iċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE għandu l-għan li jiffaċilita l-moviment liberu fl-UE, matul il-pandemija tal-COVID-19.", "L-Ewropej kollha għandhom id-dritt għal moviment liberu, anki mingħajr iċ-ċertifikat, iżda ċ-ċertifikat se jiffaċilita l-ivvjaġġar, filwaqt li jeżenta lid-detenturi minn restrizzjonijiet bħall-kwarantina.", "Iċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE se jkun aċċessibbli għal kulħadd u se:", "L-Istati Membri għandhom jevitaw li jimponu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-ivvjaġġar lid-detenturi ta' Ċertifikat Diġitali tal-COVID tal-UE, sakemm dan ma jkunx meħtieġ u proporzjonat għall-ħarsien tas-saħħa pubblika.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni impenjat ruħha li timmobilizza EUR 100 miljun permezz tal-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex tappoġġa lill-Istati Membri biex jipprovdu testijiet affordabbli.", "Ir-Regolament se japplika għal 12-il xahar mill-1 ta' Lulju 2021.", "Kuntest", "Fis-17 ta' Marzu 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta biex jinħoloq Ċertifikat tal-COVID tal-UE biex jiffaċilita l-moviment liberu sikur taċ-ċittadini fl-UE matul il-pandemija.", "Fl-20 ta' Mejju, il-koleġiżlaturi għamlu ftehim proviżorju.", "Fl-1 ta' Ġunju, il-bażi teknika tas-sistemi, il-gateway tal-UE, bdiet tiffunzjona.", "Il-gateway jippermetti l-verifika tal-karatteristiċi tas-sigurtà li jinsabu fil-kodiċijiet QR.", "Wara l-firma uffiċjali llum, ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju, b'perjodu ta' dħul gradwali fuq sitt ġimgħat għall-ħruġ taċ-ċertifikati għal dawk l-Istati Membri li jeħtieġu aktar żmien.", "Tlettax-il Stat Membru diġà bdew joħorġu ċ-Ċertifikati Diġitali tal-COVID tal-UE.", "Għal aktar informazzjoni", "Sit web", "Skeda informattiva", "Mistoqsijiet u Tweġibiet (aġġornament)", "Għadd ta' videos ġodda", "Video dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE", "Niftaħ mill-ġdid l-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_2943", "title": "Il-Kummissjoni u l-industrija jinvestu €22 biljun fi Sħubijiet Ewropej ġodda biex jipprovdu soluzzjonijiet għal sfidi soċjetali ewlenin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH,RESINSC,PR-GREENDEAL", "date": "Sun, 13 Jun 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni nediet ħdax-il Sħubija Ewropea ġdida flimkien mal-industrija, biex issaħħaħ l-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u biex tegħleb l-isfidi ewlenin tal-klima u tas-sostenibbiltà, biex tagħmel lill-Ewropa l-ewwel ekonomija newtrali għall-klima u biex twettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew.", "F'konformità mal-għanijiet tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, is-Sħubijiet se jwettqu wkoll l-ambizzjonijiet diġitali tal-UE għad-deċennju li jmiss, id-Deċennju Diġitali Ewropew.", "Dawn se jirċievu aktar minn €8 biljun minn Orizzont Ewropa, il-programm il-ġdid tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-2021–2027.", "L-impenji totali, inkluż dawk mis-sħab privati u mill-Istati Membri, jammontaw għal madwar €22 biljun.", "Il-massa kritika tal-finanzjament tippermetti lis-Sħubijiet isegwu soluzzjonijiet innovattivi fuq skala kbira, pereżempju biex jindirizzaw l-emissjonijiet minn industriji intensivi fl-enerġija u setturi li diffiċli biex jiġu dekarbonizzati, bħat-trasport marittimu u l-produzzjoni tal-azzar, kif ukoll jiżviluppaw u jużaw batteriji ta' prestazzjoni għolja, karburanti sostenibbli, għodod ta' intelliġenza artifiċjali, teknoloġiji tad-data, robotika u ħafna aktar.", "Il-ġbir flimkien tal-isforzi, ir-riżorsi u l-investimenti b'mod konġunt u fuq skala kbira taħt is-Sħubijiet se jiġġenera wkoll impatti pożittivi fit-tul, jagħti spinta lill-kompetittività Ewropea u lis-sovranità teknoloġika u joħloq l-impjiegi u t-tkabbir.", "Il-ħdax-il Sħubija Ewropea huma:", "Illum il-Kummissjoni adottat Memoranda ta' Qbil biex tniedi s-Sħubijiet, li se jibdew l-operazzjonijiet tagħhom minnufih.", "Iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-Memoranda ta' Qbil se ssir fil-Jiem Ewropej tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fit-23 ta' Ġunju.", "Il-Membri tal-Kulleġġ qalu:", "Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet: “Il-kooperazzjoni hija ta' importanza kruċjali biex jingħelbu l-isfidi fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-Ewropa.", "U t-teknoloġiji diġitali qed imexxu din it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, ċirkolari u aktar reżiljenti.", "Il-ħdax-il sħubija, li l-Kummissjoni u l-industrija pproponew flimkien illum, se jimmobilizzaw riżorsi sinifikanti, madwar €22 biljun, sabiex inkunu nistgħu nidentifikaw b'mod konġunt l-intelliġenza artifiċjali affidabbli, id-data, ir-robotika u bosta aktar għodod teknoloġiċi biex nilħqu l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tagħna, għal futur aktar nadif u aktar b'saħħtu.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, qalet: “Dawn is-Sħubijiet ilkoll jittrattaw il-ġbir flimkien tar-riżorsi tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-iżgurar li r-riżultati tar-riċerka jinbidlu f'innovazzjonijiet utli għaċ-ċittadini.", "B'Orizzont Ewropa aħna impenjati li noħorġu mill-kriżi klimatika, nipprovdu soluzzjonijiet sostenibbli għall-isfidi ambjentali ewlenin u naċċelleraw l-irkupru sostenibbli.", "Dan se jibbenifika lill-Ewropej kollha.”", "Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal: “Bis-sħubijiet il-ġodda l-Ewropa se tkun fuq quddiem nett tal-iżviluppi teknoloġiċi globali, il-bini ta' kapaċitajiet industrijali ewlenin u l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni doppja ekoloġiċi u diġitali tagħha.", "Dan se jgħin biex l-Ewropa titqiegħed fit-triq lejn in-newtralità klimatika sal-2050 u lejn ekonomija ċirkolari.", "Permezz tal-ħidma tagħhom, is-Sħubijiet se jpoġġu wkoll enfasi fuq l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali meħtieġa għall-appoġġ tat-tmexxija industrijali tal-Ewropa.”", "Kuntest", "Il-ħdax-il Sħubija li għalihom ġew adottati Memoranda ta' Qbil illum huma l-hekk imsejħa Sħubijiet Ewropej “koprogrammati” — sħubijiet bejn il-Kummissjoni u fil-biċċa l-kbira sħab privati, iżda xi drabi wkoll sħab pubbliċi.", "Dawn se jibdew mill-2021 u jibqgħu għaddejjin sal-2030, biex b'hekk jagħtu kontribut lill-aħħar sejħiet ta' Orizzont Ewropa u jlestu l-attivitajiet finali tagħhom wara.", "Il-Memorandum ta' Qbil huwa l-bażi għall-kooperazzjoni fi sħubija, peress li jispeċifika l-objettivi tagħha, l-impenji miż-żewġ naħat u l-istruttura ta' governanza.", "Is-Sħubijiet jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'kontribut dwar suġġetti rilevanti li jridu jiġu inklużi fil-Programmi ta' Ħidma ta' Orizzont Ewropa.", "L-implimentazzjoni ssir l-ewwel u qabel kollox permezz tal-Programmi ta' Ħidma ta' Orizzont Ewropa u s-sejħiet għal proposti tagħhom.", "Is-sħab privati jiżviluppaw attivitajiet addizzjonali, li mhumiex iffinanzjati permezz ta' Orizzont Ewropa, iżda li huma inklużi fl-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka u Innovazzjoni tas-Sħubija u jiffukaw fuq kwistjonijiet bħad-diffużjoni fis-suq, l-iżvilupp tal-ħiliet jew l-aspetti regolatorji.", "Dawn is-Sħubijiet Ewropej “koprogrammati” huma differenti, iżda wkoll komplementari għall-hekk imsejħa Sħubijiet Ewropej “istituzzjonalizzati” aktar kumplessi, li huma bbażati fuq proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni u li għandhom “Struttura ta' Implimentazzjoni Ddedikata”.", "Aktar kmieni din is-sena, fi Frar, il-Kummissjoni pproponiet li twaqqaf 10 Sħubijiet Ewropej “istituzzjonalizzati” ġodda bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u/jew l-industrija.", "B'investiment ta' kważi €10 biljun, li flimkien miegħu s-sħab se jipprovdu mill-inqas ammont ekwivalenti, dawn għandhom l-għan li jħaffu t-tranżizzjoni lejn Ewropa ekoloġika, newtrali għall-klima u diġitali, u li jagħmlu l-industrija Ewropea aktar reżiljenti u kompetittiva.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Is-Sħubijiet Ewropej", "Mistoqsijiet Frekwenti — Sħubijiet Ewropej", "Skeda informattiva", "Infografika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_2970", "title": "Il-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp 2021 it-tmexxija tad-dibattitu globali dwar l-azzjoni ekoloġika qabel is-Summits ta' Kunming u Glasgow", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DEVEL,HREXTRELS,PR-EUWORLD", "date": "Sun, 13 Jun 2021 22:00:00 GMT", "text": ["L-Erbatax-il Jum Ewropew tal-Iżvilupp (EDD), forum globali ewlieni dwar is-sħubijiet u l-kooperazzjoni internazzjonali, se jibda għada biex jirrifletti fuq it-triq lejn il-Konferenza tan-NU dwar il-Bijodiversità (CBD) COP15 f'Kunming f'Ottubru u l-COP26 fi Glasgow f'Novembru 2021.", "Aktar minn 1,000 organizzazzjoni minn aktar minn 160 pajjiż se jiddibattu żewġ suġġetti ewlenin fil-15 u s-16 ta' Ġunju: Ekonomija ekoloġika għan-nies u għan-natura, u l-protezzjoni tal-bijodiversità u tan-nies.", "L-edizzjoni ta' din is-sena se tpoġġi enfasi speċjali fuq il-fehmiet tal-mexxejja żgħażagħ u se tinkludi avvenimenti speċjali dwar l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.", "Villaġġ Globali tal-EDD se jippreżenta proġetti innovattivi u rapporti rivoluzzjonarji dwar soluzzjonijiet ta' żvilupp sostenibbli minn aktar minn 150 organizzazzjoni minn madwar id-dinja kollha.", "Qabel l-avveniment, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet: “Il-pandemija tal-COVID-19 heżżet id-dinja.", "Madankollu, il-klima u l-ambjent ma jistgħux jistennew aktar fit-tul.", "Jeħtieġ li nibnu aktar favur l-ambjent issa.", "Wasal iż-żmien għal ambizzjoni globali ġdida għall-bijodiversità.", "Minħabba li aħna lkoll affettwati mill-konsegwenzi negattivi, ilkoll għandna interess qawwi li nikkontribwixxu għas-saħħa tal-pjaneta.", "Il-jiem Ewropej tal-Iżvilupp ta' din is-sena jipprovdu opportunità kbira biex jinqasmu l-esperjenzi, soluzzjonijiet innovattivi u biex jitrawmu sħubijiet.”", "Il-Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali, Jutta Urpilainen, enfassizzat dan li ġej: “Il-jiem Ewropej tal-Iżvilupp huma mument ewlieni fl-aġenda tal-kooperazzjoni internazzjonali.", "Aktar minn 8,400 parteċipant irreġistrat se jixprunaw id-dibattitu globali dwar l-imperattiv ta' pjaneta aktar ekoloġika u aktar ġusta.", "Ninsab kuntenta ħafna li ż-żgħażagħ se jkunu fil-qalba ta' kull diskussjoni ewlenija li ssawwar il-futur tagħhom permezz ta' din il-pjattaforma unika għal dibattitu globali.”", "Parteċipanti ta' livell għoli", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen se tiftaħ il-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp.", "Kelliema u parteċipanti oħra ta' livell għoli jinkludu lil Jutta Urpilainen, il-Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali; Virginijus Sinkevičius, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd; kif ukoll Amina Mohammed, Viċi Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti; Henrietta Fore, Direttur Eżekuttiv tal-UNICEF; l-Altezza Rjali Tagħha l-Prinċipessa Laurentien tan-Netherlands, President tal-Fawna u l-Flora Internazzjonali; Maimunah Mohd Sharif, Direttur Eżekuttiv tal-UN-Habitat; Ben Affleck, Kofundatur u President tal-Inizjattiva tal-Kongo tal-Lvant; Idris Elba, Ambaxxatur ta' Rieda Tajba għall-Fond Internazzjonali għall-Iżvilupp Agrikolu.", "Christian Samper, President u Uffiċjal Kap Eżekuttiv tas-Soċjetà għall-Konservazzjoni tal-Organiżmi Selvaġġi; L-Eċċellenza Tiegħu Jakaya Kikwete, li kien President tat-Tanzanija u Emmanuel de Merode, Direttur tal-Park Nazzjonali tal-Virunga.", "Mexxejja żgħażagħ", "Sbatax-il żagħżugħ u żagħżugħa ta' ispirazzjoni, ta' bejn il-21 u s-26 sena, minn madwar id-dinja se jkollhom rwol ċentrali matul il-Jiem Ewropej kollha tal-Iżvilupp.", "Dawn il-mexxejja żgħażagħ intgħażlu minn 202 applikanti minn 79 pajjiż għall-ħiliet eċċezzjonali, l-għarfien espert u l-kontribuzzjonijiet attivi tagħhom biex isibu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima.", "Kuntest", "L-avveniment se jipprovdi mument deċiżiv għall-analiżi u r-riflessjoni fuq it-triq lejn is-CBD COP15 f'Kunming f'Ottubru u l-COP26 fi Glasgow f'Novembru.", "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa pjan ta' azzjoni biex tingħata spinta lill-użu effiċjenti tar-riżorsi billi nimxu lejn ekonomija nadifa u ċirkolari, nirrestawraw il-bijodiversità u nnaqqsu t-tniġġis.", "Dan se jirrikjedi azzjoni mis-setturi kollha tal-ekonomija, inkluż l-investiment f'teknoloġiji li jirrispettaw l-ambjent, l-introduzzjoni ta' forom ta' trasport privat u pubbliku aktar nodfa, orħos u aktar b'saħħithom jew id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija.", "Fil-qafas tal-NDICI-Ewropa Globali, il-baġit għall-azzjoni esterna tal-UE stabbilit għal EUR 79,5 biljun għall-perjodu 2021-2027, l-UE għandha mira ta' nfiq ta' 30 % biex iżżid l-isforzi dwar it-tibdil fil-klima.", "Dan se jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika sinifikanti lill-pajjiżi sħab biex jgħinu lil dawk li huma l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima u lil dawk li qed jirrikorru għal ekonomija ekoloġika.", "Kif issegwi", "L-avveniment se jkun diġitali, bla ħlas u aċċessibbli għal kull min hu rreġistrat.", "Faċilitajiet u opportunitajiet speċifiċi tal-media huma offruti lill-istampa internazzjonali bħal żewġ swali tal-konferenzi stampa virtwali u rokna tal-media aġġornata regolarment (aktar informazzjoni hawnhekk).", "Dawk li jixtiequ jipparteċipaw jew isegwu kull sessjoni jistgħu jirreġistraw fuq https://www.eudevdays.eu/", "Ingħaqad u involvi ruħek"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2914", "title": "Ewropa li tipproteġi: L-UE tirrapporta dwar il-progress fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,DISINFO", "date": "Thu, 13 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Illum il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jirrapportaw dwar il-progress miksub fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u dwar it-tagħlimiet ewlenin misluta mill-elezzjonijiet Ewropej, bħala kontribut għad-diskussjonijiet tal-mexxejja tal-UE l-ġimgħa d-dieħla.", "Il-protezzjoni tal-proċessi u l-istituzzjonijiet demokratiċi mid-diżinformazzjoni hija sfida ewlenija għas-soċjetajiet madwar id-dinja kollha.", "Biex tindirizza dan, l-UE wriet il-kapaċità tagħha ta' tmexxija u daħħlet fis-seħħ qafas b'saħħtu għall-azzjoni kkoordinata, b'ħarsien sħiħ tal-valuri u d-drittijiet fundamentali Ewropej.", "Il-Komunikazzjoni konġunta tal-lum tistabbilixxi kif il-Pjan ta' Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni u l-Pakkett għall-Elezzjonijiet għenu fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u biex jippreservaw l-integrità tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE u l-Viċi President Federica Mogherini, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali Andrus Ansip, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà Julian King u l-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, Mariya Gabriel qalu fi stqarrija konġunta:", "“Il-parteċipazzjoni għolja rekord fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew issottolinjat l-interess imsaħħaħ taċ-ċittadini fid-demokrazija Ewropea.", "L-azzjonijiet tagħna, inkluż it-twaqqif ta' netwerks elettorali fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew, għenu biex nipproteġu d-demokrazija tagħna mit-tentattivi ta' manipulazzjoni.", "Ninsabu fiduċjużi li l-isforzi tagħna kkontribwew biex jiġi limitat l-impatt tal-operazzjonijiet ta' diżinformazzjoni, inkluż minn atturi barranin, permezz tal-koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Membri.", "Madankollu, fadal ħafna xi jsir.", "Fil-verità l-elezzjonijiet Ewropej ma kinux għalkollox liberi mid-diżinformazzjoni; dan m'għandniex naċċettawh bħala norma ġdida.", "Imħuħ malizzjużi jbiddlu l-istrateġiji tagħhom b'mod kostanti.", "Irridu nagħmlu ħilitna biex inkunu pass qabilhom.", "Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni hija sfida komuni u fit-tul għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-Istati Membri.", "Qabel l-elezzjonijiet kellna evidenza ta' mġiba malizzjuża u koordinata li t-tir tagħha kien li xxerred materjal diviżiv fuq il-pjattaformi online, inkluż permezz ta' bots u accounts foloz.", "Għaldaqstant il-pjattaformi online għandhom responsabbiltà partikolari biex jindirizzaw id-diżinformazzjoni.", "Bl-appoġġ attiv tagħna, Facebook, Google u Twitter għamlu ċertu progress bis-saħħa tal-Kodiċi ta' Prattika dwar id-diżinformazzjoni.", "L-aħħar rapporti ta' kull xahar, li qed nippubblikaw illum, jikkonfermaw din ix-xejra.", "Issa qed nistennew li l-pjattaformi online jżommu l-momentum u jżidu l-isforzi tagħhom, u jimplimentaw l-impenji kollha skont il-Kodiċi.”", "Filwaqt li għadu kmieni wisq biex wieħed jasal għall-konklużjonijiet finali dwar il-livell u l-impatt tad-diżinformazzjoni fl-elezzjonijiet reċenti tal-Parlament Ewropew, huwa ċar li l-azzjonijiet meħuda mill-UE — flimkien ma' bosta ġurnalisti, verifikaturi tal-fatti, pjattaformi, awtoritajiet nazzjonali, riċerkaturi u s-soċjetà ċivili — għenu biex jiskoraġġixxu l-attakki u jesponu t-tentattivi ta' interferenzi fil-proċessi demokratiċi tagħna.", "Iż-żieda fl-għarfien pubbliku għamlitha aktar diffiċli għall-atturi bi skopijiet malizzjużi biex jimmanipulaw id-dibattitu pubbliku.", "B'mod partikolari, l-azzjoni tal-UE ffukat fuq erba' aspetti komplementari:", "Iżda għad fadal aktar xi jsir biex jiġu protetti l-proċessi u l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-UE.", "Id-diżinformazzjoni hija theddida li qed tevolvi malajr.", "It-tattiki użati minn atturi interni u esterni, b'mod partikolari dawk li għandhom rabtiet ma' sorsi Russi, qed jevolvu malajr daqs il-miżuri adottati mill-istati u mill-pjattaformi online.", "Jinħtieġu riċerka kontinwa u riżorsi umani adegwati sabiex jiġu miġġielda xejriet u prattiki ġodda, biex jiġu identifikati u esposti aħjar il-kampanji tad-diżinformazzjoni, u biex tiżdied it-tħejjija fil-livell tal-UE kif ukoll nazzjonali.", "Aġġornament permezz ta' pjattaformi online skont il-Kodiċi ta' Prattika", "Il-pjattaformi online għandhom responsabbiltà partikolari biex jindirizzaw id-diżinformazzjoni.", "Illum il-Kummissjoni qed tippubblika wkoll l-aħħar rapporti ta' kull xahar minn Google, Twitter u Facebook skont il-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni li huwa awtoregolatorju.", "Ir-rapporti ta' Mejju jikkonfermaw ix-xejra fl-evalwazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.", "Minn Jannar 'il hawn, il-pjattaformi kollha għamlu progress rigward it-trasparenza tar-reklamar politiku u rigward l-iżvelar pubbliku ta' dawn ir-reklami fil-libreriji li jipprovdu għodod utli għall-analiżi tal-infiq fuq ir-reklami minn atturi politiċi fl-UE kollha.", "Filwaqt li Facebook ħa l-passi biex jiżgura t-trasparenza tar-reklamar ibbażat fuq kwistjonijiet, Google u Twitter għad iridu jistinkaw biex ilaħħqu miegħu f'dan ir-rigward.", "L-isforzi biex tiġi żgurata l-integrità tas-servizzi għenu biex ċekknu l-ambitu tat- tentattivi ta' manipulazzjoni mmirata lejn l-elezzjonijiet tal-UE, iżda jeħtieġ li l-pjattaformi jispjegaw aħjar kif l-eliminazzjoni ta' bots u ta' profili foloz illimita t-tixrid tad-diżinformazzjoni fl-UE.", "Google, Facebook u Twitter irrappurtaw titjib fl-iskrutinju tar-reklami pubbliċitarji biex jillimitaw il-prattiki malizzjużi tal-lixkar u biex inaqqsu d-dħul mir-reklamar għal dawk li jissupplixxu d-diżinformazzjoni.", "Madankollu, ma sarx biżżejjed progress fl-iżvilupp ta' għodod biex jiżdiedu t-trasparenza u l-affidabbiltà tas-siti web li jospitaw ir-reklami.", "Minkejja l-kisbiet, għad fadal xi jsir: jeħtieġ li l-pjattaformi online kollha jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata li tippermetti li jiġu identifikati l-imħuħ malizzjużi involuti u l-Istati Membri mmirati.", "Dawn imisshom ukoll jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom mal-verifikaturi tal-fatti u jagħtu s-setgħa lill-utenti biex jidentifikaw id-diżinformazzjoni b'mod aħjar.", "Fl-aħħar nett, jeħtieġ li l-pjattaformi jagħtu lill-komunità ta' riċerka aċċess effettiv għad-data, f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data personali.", "F'dan ir-rigward, l-inizjattiva reċenti meħuda minn Twitter biex jiġu rilaxxati settijiet ta' data rilevanti għal skopijiet ta' riċerka tiftaħ triq li tippermetti riċerka indipendenti dwar l-operazzjonijiet ta' diżinformazzjoni minn atturi bi skopijiet malizzjużi.", "Il-Kummissjoni tistieden lill-pjattaformi japplikaw ukoll il-politiki tat-trasparenza għar-reklamar politiku tagħhom fl-elezzjonijiet nazzjonali li jmiss.", "Il-passi li jmiss", "Kif deskritt fil-konklużjonijiet tiegħu f'Marzu, il-Kunsill Ewropew se jerġa' jqajjem il-kwistjoni tal-protezzjoni tal-elezzjonijiet u tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni fis-Summit ta' Ġunju.", "Ir-rapport tal-lum se jikkontribwixxi għal dan id-dibattitu tal-mexxejja tal-UE li se jfasslu l-perkors favur azzjoni politika msaħħa.", "Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli għadhom impenjati li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jipproteġu d-demokrazija tal-UE mid-diżinformazzjoni u mill-manipulazzjoni.", "Din is-sena wkoll, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett għall-elezzjonijiet u se tivvaluta l-effettività tal-Kodiċi ta' Prattika.", "Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra aktar azzjonijiet biex tiżgura u ttejjeb ir-rispons tal-UE għat-theddida.", "Kuntest", "L-Unjoni Ewropea ilha tindirizza d-diżinformazzjoni b'mod attiv mill-2015.", "Wara deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew f'Marzu 2015, ġie mwaqqaf it-Task Force East StratCom tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), bħala sfida għall-kampanji għaddejjin tar-Russja għad-diżinformazzjoni.", "Fl-2016, ġie adottat il-Qafas Konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu, segwit fl-2018 mill-Komunikazzjoni Konġunta dwar iż-żieda tar-reżiljenza u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet li jindirizzaw theddid ibridu.", "F'April 2018, il-Kummissjoni tat spjega ġenerali ta' approċċ Ewropew u tal-għodod awtoregolatorji li jindirizzaw id-diżinformazzjoni online.", "F'Ottubru 2018, il-Kodiċi ta' Prattika ġie ffirmat minn Facebook, Google, Twitter u Mozilla kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali li jirrappreżentaw il-pjattaformi online, l-industrija tar-reklamar, u dawk li jirreklamaw.", "Barra minn hekk, Facebook, Google u Twitter impenjaw ruħhom li jirrapportaw kull xahar dwar il-miżuri li ttieħdu qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) immonitorjat il-progress mill-qrib u ppubblikat valutazzjonijiet ta' kull xahar flimkien mar-rapporti ppreżentati.", "Barra minn hekk, fit-22 ta' Mejju Microsoft issieħbet mal-Kodiċi ta' Prattika u impenjat ruħha li tirrispetta l-impenji kollha tagħha.", "Il-Kodiċi ta' Prattika jmur id f'id mar-Rakkomandazzjoni inkluża fil-pakkett għall-elezzjonijiet imħabbar mill-President Juncker fid-Diskors tiegħu tal-2018 dwar l-Istat tal-Unjoni biex jiġu żgurati elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew liberi, ġusti u siguri.", "Il-miżuri jinkludu iktar trasparenza fir-reklamar politiku online u l-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet għall-użu illegali tad-data personali biex jiġi influwenzat ir-riżultat tal-elezzjonijiet Ewropej.", "Ġie rrakkomandat ukoll li l-Istati Membri jwaqqfu netwerks nazzjonali ta' kooperazzjoni fi kwistjonijiet elettorali u li jipparteċipaw f'netwerk elettorali Ewropew.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Skeda informattiva: Pjan ta' Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni — Aġġornament dwar l-implimentazzjoni", "Rapport konġunt dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni", "Pjan ta' Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni", "Pakkett għall-iżgurar ta' elezzjonijiet Ewropej liberi u ġusti", "Ir-rapporti ta' Mejju dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika", "Kodiċi ta' Prattika — Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Paġna tal-elezzjonijiet Ewropej fuq is-sit web EUvsDisinfo", "Segwina fuq Twitter: @FedericaMog, @Ansip_EU, @VeraJourova, @JKingEU, @GabrielMariya", "@EUvsDisinfo", "@EU_MediaLit"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2837", "title": "Mobbiltà Nadifa: Il-Kummissjoni tressaq proposta dwar l-ittestjar tal-emissjonijiet tal-karozzi f'kundizzjonijiet tas-sewqan reali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Thu, 13 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, bi tweġiba għal deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni tipproponi li terġa' ddaħħal ċerti aspetti tal-ittestjar tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE) f'leġiżlazzjoni li għandha tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Il-Kummissjoni Ewropea ilha attiva ħafna biex tippromwovi l-kwalità tal-arja, biex tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima u biex tappoġġa l-mixja lejn mobbiltà nadifa.", "L-azzjonijiet jinkludu testijiet ġodda u aktar affidabbli tal-emissjonijiet f'kundizzjonijiet tas-sewqan reali kif ukoll test tal-laboratorju mtejjeb.", "Dawn l-isforzi diġà qed jagħtu r-riżultati.", "Tipi ġodda ta' vetturi diżil ittestjati kemm fil-laboratorju kif ukoll fit-triq f'kundizzjonijiet tad-dinja reali u li tqiegħdu fis-suq minn Settembru 2017 jemettu b'mod sinifikanti inqas minn tipi eqdem ta' vetturi diżil.", "F'Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali annullat xi dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ittestjar tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali.", "Il-Qorti qieset li l-hekk imsejħa “fatturi ta' konformità” ma kellhomx jiġu adottati permezz tal-proċedura tal-komitoloġija, iżda permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.", "L-annullament huwa ta' natura parzjali u ma jaffettwax il-proċedura tat-test RDE attwali, li tibqa' fis-seħħ u trid tibqa' titwettaq fl-approvazzjoni tat-tip.", "Il-Qorti pposponiet l-effetti tal-annullament parzjali għal Frar 2020 biex tagħti żmien lill-Kummissjoni timplimenta s-sentenza.", "Biex tiġi evitata l-inċertezza legali dwar l-approvazzjonijiet tat-tip li ngħataw minn Settembru 2017 — meta l-proċedura tat-test RDE saret obbligatorja — il-Kummissjoni llum qed tipproponi li jerġgħu jiddaħħlu l-istess fatturi ta' konformità fit-test legali.", "Il-Kummissjoni qed tressaq il-proposta legali permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kif mitlub mill-Qorti Ġenerali.", "Il-Kummissjoni b'hekk taġixxi biex tiżgura ċ-ċertezza legali meħtieġa għall-awtoritajiet nazzjonali, għall-industrija u għall-konsumaturi.", "Ladarba jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, ir-Regolament se jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha u se jsir obbligatorju tliet ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.", "Kuntest", "Il-qafas legali għall-RDE ġie żviluppat bil-proċedura tal-komitoloġija, billi l-Kummissjoni tagħmel proposta lill-esperti nazzjonali, li jistgħu jemendaw il-proposta qabel ma ssir il-votazzjoni.", "Imbagħad, it-test jitressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fejn jiġi approvat inkella rifjutat.", "Din kienet il-proċedura segwita għall-adozzjoni tal-Att 2 tal-RDE (Regolament 2016/646), meta l-kompromess li nstab mill-esperti tal-Istati Membri fit-28 ta' Ottubru 2015 sussegwentement ġie approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "F'Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali annullat xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-Att 2 tal-RDE, jiġifieri l-hekk imsejħa “fatturi ta' konformità”.", "Il-fatturi ta' konformità jistabbilixxu d-diskrepanza permessa bejn il-limitu regolatorju tal-emissjonijiet li jiġi ttestjat f'kundizzjonijiet tal-laboratorju u l-valuri tal-proċedura tal-RDE meta l-karozza tkun misjuqa minn sewwieq reali fi triq reali, bil-għan li din id-diskrepanza titnaqqas b'mod progressiv.", "Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-ħtieġa teknika tal-fatturi ta' konformità, iżda qieset li l-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha meta stabbiliet il-fatturi ta' konformità tal-RDE permezz tal-komitoloġija minflok bil-leġiżlazzjoni ta' kodeċiżjoni (jiġifieri l-proċedura leġiżlattiva ordinarja).", "Fi Frar 2019 il-Kummissjoni ressqet appell kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fuq il-bażi li hija ma taqbilx mal-evalwazzjoni legali tal-Qorti li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha.", "Għal Aktar Informazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_3003", "title": "L-Unjoni tas-Sigurtà: L-UE ssaħħaħ ir-regoli dwar l-isplussivi magħmula fid-djar u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Thu, 13 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kunsill adotta żewġ fajls ta' prijorità importanti taħt l-Unjoni tas-Sigurtà li jsaħħu r-regoli tal-UE dwar il-prekursuri tal-isplussivi u jiffaċilitaw l-aċċess għall-infurzar tal-liġi għall-informazzjoni finanzjarja.", "Ir-regoli msaħħa dwar il-prekursuri tal-isplussivi se jiżguraw salvagwardji u kontrolli aktar b'saħħithom, inkluż online, fuq il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi, li ntużaw biex jipproduċu splussivi “magħmulin id-dar” f'diversi attakki terroristiċi fl-Ewropa.", "Il-miżuri l-ġodda dwar l-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja se jippermettu l-infurzar tal-liġi biex jiksbu informazzjoni finanzjarja importanti bejn il-fruntieri malajr, u jgħinuhom jiġġieldu l-kriminalità serja u t-terroriżmu b'mod aktar effettiv.", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: “It-terroristi u l-kriminali se jsibuha ferm aktar diffiċli li jiksbu sustanzi kimiċi perikolużi biex jipproduċu bombi magħmula d-dar jew jiksbu flus biex iwettqu reati.", "Ninsab kuntent li l-Unjoni tas-Sigurtà li bnejna tul dawn l-aħħar ħames snin qed tagħmel progress b'mod stabbli u li qed nagħlqu l-lakuni l-aktar rilevanti tas-sigurtà.", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Věra Jourová qalet: “L-insegwiment tat-traċċi tal-flus huwa wieħed mill-aktar modi effettivi għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu.", "L-awtoritajiet tagħna tal-infurzar tal-liġi jiggwadanjaw għodda importanti biex jiksbu informazzjoni finanzjarja malajr biex itejbu s-sigurtà taċ-ċittadini tagħna u jservu l-ġustizzja.", "Il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà Julian King qal: “L-adozzjoni ta' dawn iż-żewġ miżuri tirrappreżenta pass importanti ‘l quddiem biex jingħalaq l-ispazju li fih joperaw it-terroristi — u b'hekk isir aktar diffiċli għalihom biex jiksbu s-sustanzi kimiċi meħtieġa biex l-isplussivi jsiru fid-djar, filwaqt li jsir aktar faċli għall-infurzar tal-liġi biex jiġi indirizzat il-finanzjament tat-terroriżmu.", "Huwa importanti li l-Istati Membri issa jimplimentaw bis-sħiħ dawn il-miżuri malajr kemm jista' jkun.", "L-UE diġà għandha fis-seħħ regoli stretti dwar l-aċċess għal sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw biex jipproduċu splussivi mid-dar, madankollu r-Regolament il-ġdid se:", "Il-miżuri l-ġodda għall-aċċess transfruntier għall-informazzjoni finanzjarja mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi se jikkomplementaw il-qafas tal-UE Kontra l-Ħasil tal-Flus filwaqt li jiżguraw:", "Il-Passi li Jmiss", "Iż-żewġ testi issa jridu jiġu ffirmati mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill, li mbagħad jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ 20 jum wara u fir-rigward tal-prekursuri tal-isplussivi, se jibdew japplikaw madwar l-UE fi żmien 18-il´ xahar.", "L-Istati Membri se jkollhom sentejn biex jittrasponu l-miżuri l-ġodda li jiffaċilitaw l-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja fil-liġijiet nazzjonali tagħhom.", "Kuntest", "Il-Kummissjoni Juncker ipprijoritizzat is-sigurtà mill-ewwel ġurnata.", "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tiggwida x-xogħol li tagħmel il-Kummissjoni f'dan il-qasam, billi tistabbilixxi l-azzjonijiet ewlenin biex ikun żgurat rispons effettiv tal-UE għat-theddidiet mit-terroriżmu u għas-sigurtà.", "Mill-adozzjoni tal-Aġenda 'l hawn, sar progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tagħha li witta t-triq lejn Unjoni tas-Sigurtà effikaċi u ġenwina.", "Fl-2013, l-UE daħlet fis-seħħ regoli li jirrestrinġu l-aċċess għall-prekursuri tal-isplussivi li jistgħu jintużaw biex jinħolqu splussivi magħmulin id-dar.", "Madankollu, it-theddida għas-sigurtà evolviet kostantement bit-terroristi jużaw tattiċi ġodda, u jiżviluppaw riċetti u tekniki ġodda biex jagħmlu l-bombi.", "Huwa għalhekk li f'April 2018, il-Kummissjoni pproponiet li dawn ir-regoli jsiru iktar stretti bħala parti minn sett usa' ta' miżuri ta' sigurtà biex it-terroristi jkunu mċaħħda mill-mezzi biex jaġixxu.", "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposta tal-Kummissjoni fl-4 ta' Frar.", "Il-gruppi kriminali u t-terroristi qegħdin dejjem aktar joperaw fuq livell transfruntier, bl-assi tagħhom ikunu kemm fit-territorju tal-UE kif ukoll barra minnu.", "Filwaqt li jeżisti qafas tal-UE kontra l-Ħasil tal-Flus b'saħħtu, ir-regoli attwali ma jistabbilixxux il-kundizzjonijiet preċiżi li taħthom l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw l-informazzjoni finanzjarja għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali.", "B'segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni stabbilit fi Frar 2016, f'April 2018 il-Kummissjoni pproponiet li jsir aktar faċli l-użu tal-informazzjoni finanzjarja u ta' informazzjoni oħra, sabiex reati serji, bħall-finanzjament tat-terroriżmu, jiġu evitati u miġġielda b'mod aktar effettiv.", "Il-miżuri li qablu dwarhom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-12 ta' Frar se jsaħħu l-qafas eżistenti tal-UE kontra l-ħasil tal-flus kif ukoll il-kapaċità tal-Istati Membri biex jiġġieldu l-kriminalità serja.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa - L-Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni tilqa' l-adozzjoni ta' miżuri ġodda li jċaħħdu lit-terroristi u lill-kriminali l-mezzi u l-ispazju biex jaġixxu", "Stqarrija għall-istampa - L-Unjoni tas-Sigurtà: il-Kummissjoni esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ftehim dwar regoli mtejba biex jiġi miġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_2968", "title": "L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol lesta biex tibda l-attivitajiet tagħha f'Ottubru wara li ttieħdet id-deċiżjoni dwar is-sede l-ġdida", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Wed, 12 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, eżatt qabel il-laqgħa tal-Kunsill dwar l-Impjieg, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Konsumaturi li fiha l-Ministri għandhom jadottaw formalment ir-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-Istati Membri ddeċidew li Bratislava se tospita s-sede tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen, laqgħet id-deċiżjoni:", "“Nifraħ lill-belt ta' Bratislava u lill-gvern tas-Slovakkja li ntgħażlu biex jospitaw is-sede tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.", "Mill-bidu tal-mandat tiegħi, tajt prijorità lill-mobbilità ekwa tax-xogħol.", "Il-moviment liberu jsaħħaħ lit-tkabbir, jgħin lin-negozji jsibu l-ħiliet li għandhom bżonn u jagħti lil kulħadd l-opportunità biex juża bl-aħjar mod it-talenti tiegħu – iżda jrid jiġi ġestit sew.", "Dan jirrikjedi regoli li huma ġusti, ċari u infurzati b'mod effettiv.", "L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol hija l-ġojjell fil-kuruna ta' din il-ħidma.", "Se tappoġġa l-mobbiltà tax-xogħol u tagħti lill-Istati Membri l-għodda li għandhom bżonn biex jikkooperaw b'mod aktar effettiv u jiġġieldu kontra l-abbuż.", "Ir-Regolament dwar l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ġie adottat fi żmien rekord u ninsab fiduċjuża li t-trasferiment tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol lejn Bratislava se jseħħ ugwalment mingħajr xkiel u rapidu.", "L-Awtorità se tibda topera minn Brussell minn Ottubru sakemm tiġi trasferita fil-belt ospitanti tagħha.", "Ninsab ħerqana li nara l-Awtorità ttemm it-trasferiment tagħha u tibda taħdem minn Bratislava mill-aktar fis possibbli.”", "Kuntest", "Il-President Juncker ħabbar l-idea ta' Awtorità Ewropea tax-Xogħol għall-ewwel darba fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2017.", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha biex tiġi stabbilita Awtorità tax-Xogħol f'Marzu 2018, u fi Frar 2019, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju.", "Wara l-Parlament Ewropew, illum il-Kunsill ukoll adotta formalment ir-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li se jidħol fis-seħħ fil-jiem li ġejjin wara l-firma u l-pubblikazzjoni tiegħu.", "Din l-Awtorità l-ġdida se tiżgura li r-regoli tal-Unjoni dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol jiġu infurzati b'mod ġust, sempliċi u effettiv.", "Wara l-adozzjoni finali tal-lum tar-Regolament ta' twaqqif, l-Awtorità se tibda l-attivitajiet tagħha fl-2019 u sal-2024 issir operattiva b'mod sħiħ.", "Fis-16 ta' Ottubru 2019, se jiġu ppreżentati l-għażla tal-Bord Maniġerjali u l-programm ta' ħidma tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.", "L-għażla tas-sede tal-Awtorità saret bi qbil komuni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, wara proċedura u kriterji approvati mill-Istati Membri stess.", "Skont din il-proċedura, l-Istati Membri interessati kienu meħtieġa li jippreżentaw offerta biex jospitaw l-Awtorità sas-6 ta' Mejju 2019, filwaqt li jindikaw fid-dettall kif huma indirizzati l-kriterji u jispeċifikaw il-kundizzjonijiet offruti.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija: Mobbiltà ġusta għall-forza tax-xogħol: Il-Kummissjoni tesprimi s-sodisfazzjon tagħha bil-ftehim li sar dwar l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol", "MEMO: Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (wara l-ftehim proviżorju tal-5 ta' Frar 2019)", "Skeda informattiva: Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali: Lejn mobilità ġusta tal-forza tax-xogħol: It-twaqqif ta' Awtorità Ewropea tax-Xogħol", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u fuq Twitter", "Inkiteb biex tirċievi bl-email u bla ħlas il-bullettin tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Impjiegi, l-Affarijiet soċjali u l-Inklużjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2952", "title": "Il-Baġit tal-UE 2021-2027: Il-Kummissjoni tappella lill-mexxejja biex jistabbilixxu pjan direzzjonali biex jintlaħaq ftehim fil-ħarifa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG,BUDGET", "date": "Wed, 12 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fl-20 u l-21 ta' Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea qed issejjaħ lill-mexxejja biex jagħmlu pressjoni biex imexxu ‘l quddiem in-negozjati dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE 2021–2027 biex ikun jista' jintlaħaq ftehim sal-ħarifa.", "Il-ftehim huwa fil-qrib, iżda għad fadal ħafna xogħol xi jsir, peress li hemm ħafna x'nitilfu.", "F'Komunikazzjoni ppubblikata llum, il-Kummissjoni tħares lejn dak li nkiseb s'issa u tidentifika l-kwistjonijiet pendenti ewlenin li jeħtieġ li jiġu indirizzati, u twitti t-triq għal ftehim malajr.", "Iż-żmien għaddej u d-dewmien għall-baġit tal-futur tal-UE jiswa ħafna flus.", "Jekk ma jkunx hemm ftehim fil-ħin, dan jaffettwa lill-istudenti, il-bdiewa u r-riċerkaturi, kif ukoll lil ħaddieħor li jibbenefika mill-baġit tal-UE.", "Il-baġit fit-tul attwali tal-UE 2014–2020 ġie adottat sitt xhur tard b'konsegwenzi negattivi għal kull ċittadin, fl-Istati Membri tagħna u lil hinn (ara l-Anness).", "Biex jiġi evitat xenarju simili, illum il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill Ewropew jistabbilixxi pjan direzzjonali biex jintlaħaq ftehim dwar il-baġit fit-tul tal-UE fil-ħarifa u tistieden lill-Kunsill biex imexxi l-ħidma ‘l quddiem bħala kwistjoni ta' prijorità.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: “Diġà sar ħafna xogħol biex titressaq il-proposta tal-Kummissjoni għall-baġit fit-tul tal-UE tal-ġejjieni.", "Jiena nifraħ lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri fil-Kunsill għall-ħidma u l-impenn tagħhom.", "Issa huwa ż-żmien li ningranaw.", "Bl-ogħla rata ta' parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej fl-aħħar 20 sena u b'kampanja aktar iffokata fuq kwistjonijiet Ewropej minn qatt qabel, l-2019 hija sena ta' tiġdid għall-Unjoni tagħna.", "Ftehim dwar il-baġit futur tagħna mhuwiex biss li l-kontijiet ikun jaqblu iżda jinvolvi li nqabblu l-ambizzjonijiet u l-prijoritajiet tagħna mal-mezzi baġitarji t-tajba.", "Ir-riskji huma kbar iżda b'kuraġġ u rieda politika, hemm ċans li jintlaħaq ftehim sal-ħarifa.”", "Il-Kummissarju Ewropew inkarigat mill-Baġit u r-Riżorsi Umani, Günther H. Oettinger, qal: “Bis-saħħa tal-ħidma tajba ta' tliet Presidenzi konsekuttivi tal-Kunsill, diġà ilħaqna ftehim parzjali dwar 12-il fajl settorjali, filwaqt li n-negozjati jistgħu jibdew wara l-16.", "B'mod speċjali huwa meħtieġ ftehim dwar il-qafas ġenerali.", "Jeħtieġ li dan jintlaħaq malajr kemm jista' jkun – f'isem l-istudenti, il-bdiewa u r-riċerkaturi tagħna, fost ħafna oħrajn li jiddependu fuq il-baġit tal-UE .”", "F'Mejju u Ġunju 2018, il-Kummissjoni ressqet proposta għal baġit fit-tul ġdid u modern, strettament immirat lejn il-prijoritajiet tal-Unjoni, inklużi l-proposti leġiżlattivi għat-37-il programm settorjali.", "Fuq din il-bażi, diġà sar ħafna xogħol kemm fil-Parlament Ewropew kif ukoll fil-Kunsill.", "Sar progress dwar il-qafas ġenerali; ħafna mill-proposti settorjali ġew tal-inqas parzjalment magħluqa.", "Matul in-negozjati, ħafna mill-elementi li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet inizjalment kienu diġà rċevew appoġġ wiesa' mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Dawn jinkludu:", "Qed isir ukoll progress fid-diskussjonijiet dwar il-proposti li ġejjin:", "Fl-istess ħin, kwistjonijiet politiċi ewlenin, b'mod partikolari l-aspetti finanzjarji, għadhom qed jiġu diskussi.", "Issa wasal iż-żmien li jiġu indirizzati.", "Il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju għandu jniedi fażi ġdida ta' negozjati politiċi b'enfasi dejjem akbar fuq kwistjonijiet finanzjarji u kwistjonijiet strateġiċi oħra.", "Dan huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat li jintlaħaq ftehim f'waqtu u li l-programmi l-ġodda jibdew joperaw sal-1 ta' Jannar 2021.", "It-twassil fil-ħin tal-baġit futur ifisser riżultati konkreti għall-Ewropej kollha: Dan joħloq għexieren ta' eluf ta' impjiegi fir-riċerka fl-2021 diġà u ħafna iktar fl-ekonomija usa'.", "Dan ikun jiżgura li iktar minn 100,000 proġett ta' Politika ta' Koeżjoni jibdew fil-ħin, jippermetti li 1,000,000 żagħżugħ u żagħżugħa jibbenefikaw minn skambju tal-Erasmus u jippermetti li 40,000 żagħżugħ u żagħżugħa jieħdu sehem f'azzjoni ta' solidarjetà madwar l-Ewropa fl-2021.", "Dan jappoġġa n-negozji l-ġodda u l-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju biex iwettqu l-investimenti tagħhom, iżid sostanzjalment l-investimenti u l-kapaċitajiet fid-difiża u jgħin biex jipproteġi l-fruntieri tal-Unjoni mit-traffikar, il-kuntrabandu u l-frodi.", "It-tlestija tal-ħidma dwar il-qafas futur u l-programmi ta' nfiq fil-ħin biex ikunu jistgħu jiġu implimentati b'mod sħiħ sal-1 ta' Jannar 2021 se tkun ta' sfida, iżda tista' ssir, bil-kundizzjoni li l-Kunsill Ewropew ikun fuq quddiem.", "Informazzjoni ġenerali", "Fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ressqet proposta għal baġit modern, ibbilanċjat u ġust biex jinkisbu l-prijoritajiet tal-Ewropa kif stabbiliti mill-Mexxejja fi Bratislava fl-2016 u f'Ruma fl-2017.", "Il-proposta ġiet segwita mill-ewwel minn proposti leġiżlattivi għal 37 programm settorjali li jagħmlu parti mill-baġit fit-tul tal-ġejjieni.", "Fuq din il-bażi soda, il-Kummissjoni ħadmet id f'id mal-Presidenza Bulgara, dik Awstrijaka u dik Rumena biex in-negozjati jimxu ‘l quddiem.", "Fir-rigward taż-żmien, mill-bidu nett, il-Kummissjoni kienet favur skeda ta' żmien ambizzjuża.", "Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2018, il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal ftehim fil-Kunsill Ewropew fil-ħarifa tal-2019.", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib ħafna mal-Presidenzi attwali u futuri, u b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, biex jinkiseb dan l-objettiv.", "Għal Aktar Informazzjoni", "-Skeda informattiva (it-13 ta' Ġunju 2019)", "-il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “ Pjan direzzjonali għal ftehim dwar il-baġit fit-tul tal-Unjoni għall-2021–2027” (it-13 ta' Ġunju 2019)", "- Stqarrija għall-istampa dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għall-baġit fit-tul li jmiss tal-Ewropa", "- Il-baġit tal-UE għall-futur", "ANNESS ta'IP/19/2952, 13/06/2019", "Kull dewmien fl-adozzjoni tal-baġit tal-UE se jkollu konsegwenzi għaċ-ċittadini u għan-negozji."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2932", "title": "L-Unjoni Bankarja: is-self improduttiv fl-UE jkompli jonqos", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Tue, 11 Jun 2019 22:00:00 GMT", "text": ["L-isforzi biex jitnaqqsu r-riskji fis-settur bankarju tal-UE qed iħallu l-frott, skont ċifri ġodda li nħarġu llum mill-Kummissjoni Ewropea.", "Fir-raba' rapport ta' progress dwar it-tnaqqis tas-self improduttiv (NPLs), illum il-Kummissjoni tikkonferma li l-livelli tas-self improduttiv qed ikomplu l-perkors ta' tnaqqis tagħhom lejn livelli ta' qabel il-kriżi.", "Il-proporzjon ta' NPLs fil-banek tal-UE naqas b'aktar minn nofs mill-2014, u naqas għal 3.3 % fit-tielet kwart tal-2018 u niżel b' 1.1 punti perċentwali minn sena għal sena.", "Filwaqt li jibni fuq il-konklużjonijiet tas-Summit tal-Euro ta' Diċembru 2018, ir-rapport tal-lum se jinforma d-diskussjonijiet dwar it-tlestija tal-Unjoni Bankarja fil-laqgħa li jmiss tal-Ministri tal-Finanzi tal-UE fl-14 ta' Ġunju, mhux l-inqas dwar il-passi li jeħtieġ li jittieħdu lejn Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS).", "Il-Viċi President Valdis Dombrovskis, responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “L-eliminazzjoni tal-istokkijiet ta' self improduttiv li fadal tagħmel parti mill-isforzi kontinwi tagħna biex nagħmlu s-settur bankarju aktar b'saħħtu.", "Il-banek tagħna issa huma kapitalizzati aħjar u mħejjija aħjar biex jifilħu għax-xokkijiet ekonomiċi.", "Riċentement, qbilna fuq qafas aktar b'saħħtu biex jirregola u jissorvelja l-banek.", "Minħabba dan il-progress fit-tnaqqis tar-riskji, nistieden lill-Ministri tal-Finanzi tal-UE jadottaw miżuri oħrajn biex titlesta l-Unjoni Bankarja.”", "Fil-Komunikazzjoni dwar l-Approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja li ġiet ippubblikata llum, il-Kummissjoni tistieden lill-mexxejja tal-UE jiffinalizzaw il-bidliet għat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà u biex jagħmlu sforz imġedded biex navvanzaw lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja.", "Flimkien mat-tlestija tal-Unjoni Bankarja, dan huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u għat-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro.", "Minkejja titjib ċar, il-proporzjonijiet kbar ta' self improduttiv jibqgħu sfida f'xi Stati Membri u għandhom ikomplu jingħataw attenzjoni.", "Il-Komunikazzjoni ta' llum tistieden lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew jaċċelleraw il-ħidma fuq il-proposti pendenti biex tiġi kkomplementata l-azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni.", "Diġà saru passi sinifikanti lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex jiġu indirizzati l-istokkijiet kbar ta' self improduttiv.", "Madankollu, il-Kummissjoni tistieden lill-koleġiżlaturi biex jaslu għal ftehim malajr dwar il-miżuri proposti rigward il-valutazzjoni komparattiva tal-oqfsa nazzjonali tal-infurzar u l-insolvenza u biex ipoġġu enfasi akbar fuq l-insolvenza fil-proċess tas-Semestru Ewropew.", "Informazzjoni ġenerali", "Flimkien, l-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (Link għall-iskeda informattiva) jippromwovu sistema finanzjarja tal-UE aktar integrata u stabbli.", "Dawn iżidu r-reżiljenza tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja kontra xokkijiet negattivi billi jiffaċilitaw sostanzjalment il-kondiviżjoni privata tar-riskji bejn pajjiżi differenti, waqt fl-istess ħin jitnaqqas ir-riskju għall-kondiviżjoni pubblika tar-riskji.", "Wieħed mill-oqsma ewlenin għat-tnaqqis tas-settur bankarju Ewropew huwa t-tnaqqis ulterjuri fis-self improduttiv.", "Il-kriżi finanzjarja u r-reċessjonijiet sussegwenti kkaġunaw inabbiltà aktar mifruxa fost il-mutwatarji biex iħallsu lura s-self tagħhom, peress li aktar persuni u kumpaniji komplew jiffaċċjaw diffikultajiet fil-pagamenti jew saħansitra fallimenti.", "Dan kien partikolarment il-każ fl-Istati Membri li għaddew minn reċessjonijiet twal u profondi.", "Konsegwentement, fil-kotba ta' bosta banek kien hemm akkumulazzjoni ta' self improduttiv.", "Il-proporzjonijiet għoljin tas-self improduttiv jibqgħu sfida importanti f'xi banek b'mod partikolari u jistgħu jkunu ta' piż kbir fuq il-prestazzjoni tagħhom.", "Il-Kummissjoni qed taħdem flimkien mal-Istati Membri kkonċernati biex tindirizza l-livell għoli ta' self improduttiv, inkluż permezz tas-Semestru Ewropew u permezz tat-twaqqif ta' miżuri ad hoc u fis-sistema kollha dwar l-assi danneġġati, kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.", "Is-superviżuri u l-banek tal-Istati Membri stess għamlu progress konsiderevoli fit-tiswija tal-karti tal-bilanċ tal-banek mill-kriżi 'l hawn.", "F'Marzu 2018, il-Kummissjoni ressqet pakkett komprensiv ta' miżuri bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex jiġi indirizzat is-self improduttiv.", "Il-pakkett jinkludi azzjonijiet ta' politika f'erba' oqsma: (i) is-superviżjoni u r-regolamentazzjoni bankarja, (ii) aktar riformi fl-istrutturar mill-ġdid, l-insolvenza u l-oqfsa ta' rkupru tad-dejn nazzjonali, (iii) l-iżvilupp tas-swieq sekondarji għall-assi f'diffikultà, u (iv) it-trawwim, kif xieraq u meħtieġ, tal-istrutturar mill-ġdid tal-banek.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tagħmel possibbli soluzzjonijiet speċifiċi għal kull każ għall-banek fil-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-UE u tar-regoli bankarji, b'objettiv ċar li jiġu limitati l-ispejjeż għall-kontribwenti filwaqt li jiġi żgurat li d-depożitanti jibqgħu protetti b'mod sħiħ f'kull ħin.", "Dan ippermetta tranżazzjonijiet li neħħew madwar €112 biljun ta' self improduttiv gross mill-karti tal-bilanċ tal-banek matul l-aħħar tliet snin (madwar €82 biljun fl-Italja; madwar €24 biljun fil-Portugall; madwar €6 biljun f'Ċipru).", "Ir-raba' rapport ta' progress tal-lum iwieġeb għad-direzzjoni tal-Kunsill biex ikompli jittieħed rendikont regolari tas-self improduttiv fl-UE.", "Aktar informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni “L-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa: Is-sitwazzjoni attwali erba' snin wara r-Rapport tal-Ħames Presidenti” – Ġunju 2019", "Il-Komunikazzjoni “Ir-4 Rapport ta' Progress dwar it-tnaqqis ta' self improduttiv u t-tnaqqis tar-riskju fl-Unjoni Bankarja” – Ġunju 2019", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal “Insaħħu r-Rwol Internazzjonali tal-Euro: Riżultati tal-Konsultazzjonijiet\" – Ġunju 2019", "Stqarrija għall-istampa: L-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa: Il-Kummissjoni tqis il-progress erba' snin wara r-Rapport tal-Ħames Presidenti", "L-Iskeda Informattiva “L-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa: Evalwazzjoni tal-progress erba' snin wara r-Rapport tal-Ħames Presidenti” – Ġunju 2019", "L-Iskeda Informattiva “Ir-rwol internazzjonali tal-euro” – Ġunju 2019", "L-Iskeda Informattiva “Il-benefiċċji tal-euro” – Ġunju 2019", "L-Iskeda informattiva “Skeda ta' żmien tal-azzjonijiet tal-UE sa mill-bidu tal-kriżi” – Ġunju 2019", "L-Iskeda informattiva “L-Unjoni tas-Swieq Kapitali: Spinta lill-investimenti u l-aċċess għall-finanzi” – Ġunju 2019", "L-Iskeda informattiva “L-Unjoni Bankarja: Tnaqqis ulterjuri tar-riskji fis-sistema finanzjarja” – Ġunju 2019", "Il-Kummissjoni tistabbilixxi pjan direzzjonali għall-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa – Diċembru 2017", "Dokument ta' Riflessjoni dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja – Mejju 2017", "Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti: It-Tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa – Ġunju 2015"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4265", "title": "Niċċelebraw l-Unjoni Doganali: l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja jagħlaq 50 sena", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Fri, 29 Jun 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Fl-1 ta' Lulju l-Unjoni Doganali tal-UE, waħda mill-akbar kisbiet tal-Unjoni Ewropea, tiċċelebra l-50 anniversarju tagħha.", "Bħala riżultat tal-ftehimiet storiċi ta' wara l-gwerra li wittew it-triq għall-integrazzjoni Ewropea, fl-1968 bdiet taħdem l-Unjoni Doganali.", "Bl-eliminazzjoni tat-tariffi doganali għall-kummerċ ta' merkanzija f'dik li issa hi l-UE, l-Unjoni Doganali kienet l-ewwel pass deċiżiv biex l-UE ssir l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja, fejn it-28 amministrazzjoni doganali tal-UE jaġixxu daqslikieku huma entità waħda.", "Matul dawn l-aħħar 50 sena l-Unjoni Doganali żviluppat f'element fundamentali tas-Suq Uniku tagħna, billi tħares il-fruntieri tal-UE u ċ-ċittadini tagħna minn merkanzija pprojbita u perikoluża, bħall-armi u d-drogi.", "Din tiffaċilita wkoll porzjon dejjem akbar ta' kummerċ globali: fl-2017 id-dwana tal-UE ħadet ħsieb 16 % tal-kummerċ dinji.", "Fl-1 ta' Lulju 2018, eżattament 50 sena wara li ġiet stabbilita l-Unjoni Doganali, il-Kummissjoni qed torganizza avvenimenti fl-ajruporti u fl-iskejjel madwar l-UE biex toħloq sensibilizzazzjoni dwar din il-kisba straordinarja.", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “L-Unjoni Doganali hija kisba unika u importanti ħafna.", "Bis-saħħa tagħha l-Ewropej jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-benefiċċji kollha tas-suq intern, u fl-istess ħin jibqa' għaddej il-fluss kummerċjali u jitħarsu l-konsumaturi.", "Nirringrazzja lill-eluf ta' persuni li taw sehemhom għal din il-kisba Ewropea matul l-aħħar 50 sena u li qed ikomplu jagħmlu dan.”", "Kif taħdem l-Unjoni Doganali?", "L-Unjoni Doganali tal-UE kienet prevista għall-ewwel darba fit-Trattat ta' Ruma u fl-1968 eliminat id-dazji doganali imposti fil-fruntieri bejn il-membri tal-Komunità Ewropea.", "Illum il-ġurnata din hija żona kummerċjali unika fejn il-merkanzija kollha tista' tiċċirkola b'mod ħieles, kemm jekk tkun prodotta fl-UE u kemm jekk tkun ġejja minn barra l-fruntieri tagħha.", "Id-dazju fuq il-merkanzija li tiġi minn barra l-UE jitħallas ġeneralment meta din tidħol l-ewwel darba fl-UE.", "B'hekk, id-dwana tiżgura li jitħallsu dawk id-dazji u li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.", "Id-dwana tiżgura wkoll li ma jidħlux prodotti li jkunu ta' riskju għas-sikurezza jew għas-saħħa taċ-ċittadini tal-UE; twaqqaf il-merkanzija li tkun traffikata u mdaħħla b'kuntrabandu jew li tkun ta' periklu għall-ambjent u l-wirt kulturali Ewropew, jew il-merkanzija li ddgħajjef l-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Istati Membri tagħha.", "Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel taż-żona doganali unika, l-Istati Membri tal-UE jużaw sett komuni ta' regoli, ibbażat fuq l-hekk imsejjaħ Kodiċi Doganali tal-Unjoni.", "B'dan il-Kodiċi li ġie aġġornat fl-2013 u li ilu japplika mill-2016, il-pajjiżi tal-UE jistrieħu fuq l-istess regoli u proċeduri biex jittrattaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu tal-merkanzija.", "Dan jistimula l-kompetizzjoni u l-kummerċ, itejjeb l-effiċjenza, iżid il-kwalità u jnaqqas il-prezzijiet għall-konsumaturi.", "L-awtoritajiet doganali nazzjonali fil-pajjiżi kollha tal-UE huma primarjament responsabbli mill-operat estensiv ta' kuljum tal-Unjoni Doganali u għaldaqstant jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni.", "Fl-istess ħin, il-kooperazzjoni internazzjonali usa' hija kruċjali biex jitħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej u tan-negozji Ewropej madwar id-dinja.", "F'dan ir-rigward, l-UE ffirmat aktar minn 50 ftehim internazzjonali li jipprevedu kooperazzjoni doganali u assistenza amministrattiva reċiproka ma' 80 pajjiż barra mill-UE biex jappoġġaw il-kontrolli u l-infurzar u jissimplifikaw u jarmonizzaw il-proċeduri doganali, li min-naħa tagħhom inaqqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-kumpaniji Ewropej.", "Dan l-aħħar il-Kummissjoni pproponiet li fil-baġit tal-UE li jmiss jitkompla l-impenn finanzjarju ta' EUR 950 miljun għall-programmi doganali.", "Dawn il-flus għandhom jgħinu biex jizdiedu l-kooperazzjoni u l-iskambju tad-data bejn l-awtoritajiet doganali u biex l-uffiċjali doganali jingħataw appoġġ u taħriġ fil-ħidma tagħhom.", "Fil-pjanijiet tal-baġit tal-UE ġie inkluż ukoll fond ġdid ta' EUR 1.3 biljun biex jgħin lill-Istati Membri jixtru, iżommu u jibdlu tagħmir doganali tal-ogħla livell.", "Għal aktar informazzjoni", "Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-Kampanja li tiċċelebra l-50 sena tal-Unjoni Doganali hawnhekk", "Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-kummerċ internazzjonali hawnhekk", "Is-sit web tal-Kummissarju Pierre Moscovici", "Segwi lill-Kummissarju Moscovici fuq Twitter"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4293", "title": "Regoli ġodda tal-UE jiżguraw protezzjoni aħjar għal 120 miljun turist dan is-sajf", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CONSUMPOL,JFRC", "date": "Thu, 28 Jun 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Minn nhar il-Ħadd, l-1 ta' Lulju, vjaġġaturi li jibbukkjaw vaganzi kollox kompriż se jkollhom drittijiet tal-konsumatur aktar b'saħħithom.", "Ir-regoli l-ġodda mhumiex se jkopru biss il-vaganzi kollox kompriż tradizzjonali, imma se jipproteġu wkoll lill-konsumaturi li jibbukkjaw forom oħra ta' vjaġġi kkombinati, inkluż pakketti ppersonalizzati minnhom stess, fejn il-vjaġġatur jagħżel l-elementi differenti minn punt uniku ta' bejgħ online jew offline.", "Ir-regoli l-ġodda se jintroduċu wkoll protezzjoni għal “arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta” fejn il-vjaġġatur jixtri servizzi tal-ivvjaġġar f'punt ta' bejgħ, iżda permezz ta' proċessi ta' prenotazzjoni separata, jew, wara li jkun ibbukkja servizz wieħed tal-ivvjaġġar fuq sit web wieħed, jiġi mistieden biex jibbukkja servizz ieħor fuq sit web differenti.", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi qalet: “Li tibbukkja l-vaganzi tiegħek online huwa faċli, iżda jekk xi ħaġa tmur ħażin, trid tkun żgur li tkun kompletament protett.", "Ir-regoli l-ġodda dwar il-vjaġġi kollox kompriż issa huma addattati għall-era diġitali u għall-modi l-ġodda ta' kif wieħed jibbukkja l-vaganzi.", "Il-vjaġġaturi se jgawdu wkoll minn drittijiet ġodda u se jkunu protetti sew f'każ li l-operatur ifalli.", "Ir-regoli l-ġodda se jagħmluha eħfef għal negozji tal-ivvjaġġar li joffru s-servizzi tagħhom fuq livell transfruntier.”", "Ir-regoli l-ġodda se jkunu ta' benefiċċju saħansitra akbar għall-konsumaturi b'dawn li ġejjin:", "Ir-regoli l-ġodda se jibbenefikaw ukoll lill-intrapriżi, b':", "Il-passi li jmiss", "L-Istati Membri kellhom sal-1 ta' Jannar 2018 biex jimplimentaw ir-regoli fil-liġi nazzjonali.", "Imbagħad, kien hemm perjodu ta' tranżizzjoni ta' sitt xhur, sal-1 ta' Lulju, li hija d-data meta l-miżuri nazzjonali li jittrasponu id-Direttiva se jibdew japplikaw.", "Il-Kummissjoni se teżamina kif ir-regoli ġew trasposti u kif qed jiġu applikati fl-Istati Membri.", "Hija se tieħu miżuri ta' segwitu xierqa, kif meħtieġ.", "Il-kuntest", "Sabiex testendi l-protezzjoni offruta mid-Direttiva tal-UE tal-1990 dwar il-Vjaġġi Kollox Inkluż, il-Kummissjoni għamlet proposta f'Lulju 2013, li ġiet adottata formalment mill-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri f'Novembru 2015.", "Dawn ir-regoli l-ġodda kellhom jiġu trasposti mill-Istati Membri sal-1 ta' Jannar 2018.", "Mill-1 ta' Lulju, dawn ir-regoli huma applikabbli fl-Istati Membri.", "Ir-regoli l-ġodda japplikaw għal kombinazzjonijiet ta' mill-inqas żewġ tipi ta' servizzi tal-ivvjaġġar (trasport, akkomodazzjoni, kiri ta' karozzi jew servizzi oħra, pereżempju żjarat bil-gwida) inkluż:", "Aktar informazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_4294", "title": "DiscoverEU: 15,000 żagħżugħ u żagħżugħa jistgħu jħejju għall-vjaġġi tagħhom madwar l-UE dan is-sajf", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Wed, 27 Jun 2018 22:00:00 GMT", "text": ["15,000 żagħżugħ u żagħżugħa ta' 18-il sena ġew magħżula minn aktar minn 100,000 applikazzjoni għal pass tal-ivvjaġġar.", "F'din l-ewwel sensiela tal-inizjattiva DiscoverEU, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea, applikaw iktar minn 100,000 żgħażagħ mill-Istati Membri kollha matul perjodu ta' ta' ġimagħtejn li għalaq fis-26 ta' Ġunju fin-12:00 p.m. Il-lista finali tar-rebbieħa ġiet ikkonfermata lbieraħ (is-27 ta' Ġunju) b'konformità mal-kriterji tal-għotja mħabbra.", "Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport, Tibor Navracsics, qal: “Ninsab kuntent li llum 15,000 żagħżugħ u żagħżugħa dalwaqt se jirċievu l-aħbar sabiħa dwar il-parteċipazzjoni b'suċċess tagħhom għal pass tal-ivvjaġġar ta' DiscoverEU.", "Jiena ċert li l-esperjenzi tagħhom dan is-sajf se jagħtuhom bidla pożittiva f'ħajjithom.", "L-interess f'din l-inizjattiva minn fost iż-żagħżagħ madwar l-Ewropa kien enormi, u nispera li ħafna iktar minnhom se jagħmlu użu minn din l-opportunità tal-ivvjaġġar iktar tard din is-sena u lil hinn.”", "Issa se jsir kuntatt mal-15,000 rebbieħ sabiex ikunu jistgħu jippjanaw il-vjaġġi tagħhom.", "Huma se jivvjaġġaw, waħidhom jew fi gruppi ta' ħames persuni massimu, għal perjodu sa 30 jum, u se jżuru sa erba' destinazzjonijiet Ewropej 'l barra minn pajjiżhom.", "Il-vjaġġi kollha se jibdew bejn id-9 ta' Lulju u t-30 ta' Settembru 2018.", "Bħala regola ġenerali ż-żgħażagħ se jivvjaġġaw bil-ferrovija, u jintużaw modi alternattivi ta' trasport f'każijiet eċċezzjonali.", "Iż-żgħażagħ se jirċievu l-biljetti tal-ivvjaġġar tagħhom skont il-kwota stabbilita għal kull Stat Membru tal-UE.", "L-allokazzjoni tal-biljetti tal-ivvjaġġar hija bbażata fuq is-sehem tal-popolazzjoni tal-Istati Membri meta mqabbel mal-popolazzjoni ġenerali tal-Unjoni Ewropea.", "Għal din is-sensiela, il-kwota tal-passes tal-ivvjaġġar għal kull Stat Membru ntlaħqet fil-pajjiżi kollha.", "Minħabba l-fatt li l-2018 hija s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw se jkollhom l-opportunità jipparteċipaw fl-avvenimenti li qed jiġu organizzati fil-qafas ta' dik is-Sena matul is-sajf.", "Qabel ma jibdew il-vjaġġi tagħhom, huma se jirċievu links għal informazzjoni utli dwar kif iħejju l-vjaġġi tagħhom u kif jagħmlu l-aħjar użu minnhom.", "Dan se jinkludi pereżempju pariri dwar l-itinerarji, dwar l-użu intelliġenti tal-baġit disponibbli għall-vjaġġi tagħhom u dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.", "Kuntest", "B'baġit ta' EUR 12-il miljun fl-2018, din is-sena DiscoverEU hija mistennija tagħti l-opportunità lil madwar 25,000 żagħżugħ u żagħżugħa biex jivvjaġġaw madwar l-Ewropa.", "It-tieni sensiela ta' applikazzjonijiet b'madwar 10,000 biljett se ssir fil-ħarifa tal-2018.", "Il-Kummissjoni Ewropea biħsiebha tiżviluppa l-inizjattiva u għalhekk inkludietha fil-proposta tagħha għall-Programm Erasmus li jmiss.", "Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu mal-proposta, matul il-perjodu finanzjarju l-ġdid huwa mistenni li se jkunu jistgħu jivvjaġġaw 1.5 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ieħor/oħra ta' 18-il sena, appoġġati minn baġit ta' EUR 700 miljun.", "DiscoverEU hija inizjattiva tal-UE bbażata fuq proposta tal-Parlament Ewropew, li assigurat il-finanzjament tagħha għall-2018 permezz ta' Azzjoni Preparatorja.", "L-inizjattiva tiffoka fuq żgħażagħ li se jagħlqu t-18-il sena, għaliex din l-età timmarka pass importanti lejn il-ħajja adulta.", "Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tisma' mingħand il-vjaġġaturi żgħażagħ u se tinkuraġġihom jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.", "Il-parteċipanti se jiġu mistiedna jirrapportaw dwar l-esperjenzi tal-ivvjaġġar tagħhom, pereżempju permezz tal-midja soċjali, jew billi jagħtu preżentazzjoni fl-iskola jew fil-komunità lokali tagħhom.", "B'hekk se jsiru parti mill-komunità ta' DiscoverEU u jsiru ambaxxaturi tal-inizjattiva.", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa: DiscoverEU — Tnedija tal-ewwel sensiela ta' applikazzjonijiet", "Mistoqsijiet u Tweġibiet: DiscoverEU — Tnedija tal-ewwel sensiela ta' applikazzjonijiet", "Portal Ewropew taż-Żgħażagħ - DiscoverEU"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_18_4024", "title": "Insaħħu l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kummissarji Navracsics, Oettinger u Thyssen", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY,ESAI,BUDGET", "date": "Tue, 26 Jun 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex sal-2020 il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jingħata baġit u qafas ġuridiku speċifiċi għalih.", "Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Tibor Navracsics, il-Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani Günther H. Oettinger, u il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbiltà tal-Ħaddiema Marianne Thyssen, laqgħu tajjeb il-ftehim bid-dikjarazzjoni li ġejja:", "“Ninsabu kuntenti ħafna li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar il-qafas ġuridiku għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà; hija wieħed mill-valuri fundamentali tagħna li jgħaqqad liċ-ċittadini Ewropej.", "Il-Korp ta' Solidarjetà huwa parti importanti mill-isforzi tagħna biex nagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ u ngħinuhom isiru membri tas-soċjetà impenjati u li jimpurtahom, biex jagħtu sehemhom għall-bini ta' Ewropa reżiljenti u koeżiva għall-ġejjieni.", "Mit-tnedija tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'Diċembru 2016, rajna kemm iż-żgħażagħ huma interessati jipparteċipaw f'attivitajiet ta' solidarjetà.", "Sa issa, applikaw kważi 67,000 żagħżugħ u żagħżugħa, u eluf bdew il-volontarjat, it-taħriġ jew jaħdmu biex jappoġġaw persuni u komunitajiet fil-bżonn.", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà diġà qed jagħmel id-differenza.", "Fl-2017 u l-2018 fl-Italja ċentrali, pereżempju, għadd ta' voluntiera minn madwar l-Ewropa kollha kienu qed jipparteċipaw fi proġetti biex jgħinu fir-restawr tal-wirt kulturali f'reġjuni milquta minn terremoti devastanti fl-2016.", "Issa li sal-2020 il-Korp se jkollu l-qafas ġuridiku u l-baġit għalih ta' EUR375.6 miljun, nistgħu nżommu l-wegħda tagħna li jkollna 100,000 żagħżugħ u żagħżugħa f'kollokamenti sa tmiem l-2020.", "Barra minn hekk, il-ftehim tal-lum se jippermettilna nżidu l-opportunitajiet disponibbli u nipprovdu iktar għajnuna mal-Ewropa kollha.", "Se jwitti wkoll it-triq għat-350,000 kollokament li nixtiequ noffru permezz tal-proposta għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE.", "Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Presidenza Maltija, dik Estonjana u dik Bulgara kif ukoll lill-Kumitati tal-Parlament Ewropew għall-Kultura u l-Edukazzjoni u għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, għax-xogħol iebes u l-impenn tagħhom.", "Nixtiequ nirringrazzjaw ukoll lir-relaturi, is-Sinjura Helga Trüpel u s-Sur Brando Benifei.", "Nittamaw li l-Parlament u l-Kunsill jadottaw it-test finali li jirrifletti dan il-ftehim malajr, sabiex inkunu nistgħu nieħdu l-pass li jmiss biex il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà nagħmluh aktar ta' suċċess u rilevanti fil-prattika.”", "Il-passi li jmiss", "Ladarba l-Parlament Ewropew jivvota dwar il-ftehim u l-Kunsill jadotta t-test formalment, il-Kummissjoni tista' tibda tagħti l-proġetti b'rabta mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "Jistgħu jittieħdu passi ta' tħejjija minn qabel, u l-ewwel sejħa għall-finanzjament hija mistennija din is-sena.", "Il-kuntest", "Fit-30 ta' Mejju 2017, wara konsultazzjonijiet immirati mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni ressqet proposta biex il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jingħata bażi ġuridika unika, b'mekkaniżmu ta' finanzjament speċifiku għalih, u b'sett usa' ta' attivitajiet ta' solidarjetà.", "Dan se jgħin biex jiżdiedu aktar il-koerenza, l-impatt u l-kosteffettività tiegħu.", "Fil-11 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni se tressaq il-proposta tagħha għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà lil hinn mill-2020, billi talloka EUR1.26 biljun li jippermettu lil madwar 350,000 żagħżugħ u żagħżugħa jagħmlu kollokament ta' solidarjetà.", "Għal iktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa: Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà - bażi ġuridika u baġit apposta (Mejju 2017)", "Mistoqsijiet u Tweġibiet: Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà - bażi ġuridika u baġit apposta (Mejju 2017)", "Skeda informattiva: Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fl-Azzjoni", "Stqarrija għall-istampa: Baġit tal-UE: Il-Kummissjoni tipproponi EUR1.26 biljun biex issaħħaħ il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3834", "title": "Tassazzjoni Ġusta: Il-Kummissjoni tipproponi miżuri tekniċi finali biex tinħoloq sistema tal-VAT tal-UE reżistenti għall-frodi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Thu, 24 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni pproponiet aġġornamenti tekniċi għar-regoli tal-UE dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), li jissupplimentaw ir-riforma tagħna proposta reċentement biex is-sistema ssir aktar reżistenti għall-frodi.", "Il-pakkett ta' miżuri tal-lum jibdel sostanzjalment ir-regoli eżistenti dwar il-VAT, u għandu jħaffef il-ħajja għall-kumpaniji madwar l-UE billi jġib fi tmiemhom 25 sena ta' reġim “tranżitorju” tal-VAT fis-Suq Uniku.", "F'Ottubru li għadda, il-Kummissjoni pproponiet il-prinċipji ewlenin għall-ħolqien ta' żona unika tal-VAT tal-UE bil-għan li twaqqaf għalkollox madwar EUR 50 biljun fi frodi li bħalissa qed jaffettwaw il-baġits nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE.", "B'dawn il-miżuri tekniċi, il-Kummissjoni tittama li l-Istati Membri jagħtu bidu għal diskussjonijiet dwar il-prinċipji jew il-“pilastri” aktar ġenerali għal sistema tal-VAT tal-UE li tkun definittiva, reżiljenti u iktar sempliċi biex isir il-kummerċ tal-merkanzija fi ħdan l-UE.", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Il-proposti li qed nippreżentaw illum jirrappreżentaw l-elementi finali għal din ir-riforma fis-sistema tal-VAT tal-UE.", "Dawn se jwittu t-triq għal regoli aktar sempliċi, inqas burokrazija u sistema iktar faċli biex tintuża, bis-saħħa ta' one stop shop online għan-negozjanti.", "Wasal iż-żmien biex l-Istati Membri tagħna jafdaw lil xulxin f'dak li jirrigwarda l-ġbir tal-VAT fuq tranżazzjonijiet intra-UE.", "L-istima tagħna hija li r-riforma proposta tista' tnaqqas it-telfa kull sena ta' EUR 50 biljun fi frodi tal-VAT transfruntiera bi 80 %.", "Nittama li l-Istati Membri issa jaħtfu din l-opportunità biex idaħħlu fis-seħħ sistema tal-VAT ta' kwalità għall-UE.”", "L-elementi ewlenin tal-proposta", "It-tqegħid tal-pilastri għal sistema tal-VAT definittiva biex din tibda topera jagħti lok għal bidliet importanti fid-Direttiva tal-VAT.", "Mill-408 artikoli legali fid-Direttiva tal-VAT, 200 minnhom iridu jiġu adattati sabiex iwasslu l-benefiċċji li ġejjin għan-negozji u l-baġits nazzjonali:", "Simplifikazzjoni ta' kif jiġu intaxxati l-prodotti", "Fis-sistema attwali tal-VAT, il-kummerċ ta' prodotti bejn in-negozji huwa maqsum f'żewġ tranżazzjonijiet: bejgħ b'eżenzjoni mill-VAT fl-Istat Membru ta' oriġini u intaxxar tal-akkwist fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.", "Il-proposta tal-lum ittemm din il-qasma artifiċjali ta' tranżazzjoni kummerċjali waħda.", "Ladarba jkun hemm qbil dwarhom, l-emendi inklużi fir-regoli tal-VAT se jiddefinixxu l-kummerċ transfruntier tal-merkanzija bħala “provvista taxxabbli waħda”, u dan se jiżgura li l-merkanzija tiġi intaxxata fl-Istat Membru fejn jieqaf it-trasport tal-merkanzija – kif għandu jkun.", "B'hekk il-frodi tal-VAT għandha titnaqqas ferm.", "Portal online wieħed (“One Stop Shop”) għan-negozjanti", "Sabiex il-bidla fir-regoli tal-VAT tkun kemm jista' jkun mingħajr intoppi għan-negozji, l-emendi tal-lum se jintroduċu d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi stabbilit portal online jew “One Stop Shop” għan-negozjanti tal-UE li joperaw ma' negozji oħra (B2B) biex jieħdu ħsieb il-VAT tagħhom, kif imħabbar fil-proposti ta' riforma tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2017.", "Din is-sistema se tkun disponibbli wkoll għal kumpaniji barra l-UE li jixtiequ jbigħu lil negozji oħra fi ħdan l-Unjoni u li, kieku ma jkunx hekk, ikollhom jirreġistraw għall-VAT f'kull Stat Membru.", "Ladarba jkunu daħlu fis-seħħ, dawn in-negozji jkollhom sempliċement jaħtru intermedjarju wieħed fl-UE biex joħdilhom ħsieb il-VAT.", "Inqas burokrazija:", "Il-bidliet jagħtu bidu ġdid lin-natura awtoregolamentattiva tal-VAT u se jnaqqsu l-ammont ta' passi amministrattivi għan-negozji meta dawn ibigħu lil kumpaniji oħrajn fi Stati Membri oħra.", "L-obbligi ta' rappurtar speċifiku marbuta mar-reġim tranżitorju tal-VAT mhux se jkun hemm iktar bżonnhom għall-kummerċ tal-merkanzija.", "Il-ħruġ ta' rċevuti ulterjuri b'rabta mal-kummerċ fl-UE se jkun immexxi mir-regoli tal-Istati Membru tal-bejjiegħ, u dan għandu jkun ta' piż eħfef għalih.", "Il-bejjiegħ huwa normalment responsabbli għall-ġbir tal-VAT", "It-tħabbira tal-lum tikkjarifika li huwa l-bejjiegħ li għandu jitlob il-ħlas tal-VAT dovut fuq il-bejgħ tal-merkanzija lill-klijent tiegħu f'pajjiż ieħor tal-UE, bir-rata li tapplika fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.", "Huwa biss meta l-klijent ikun Persuna Taxxabbli Ċertifikata (jiġifieri, persuna affidabbli li tħallas it-taxxa, rikonoxxuta bħala tali mill-amministrazzjoni tat-taxxa) li x-xerrej tal-merkanzija jkun suġġett għall-VAT.", "Kuntest", "Is-sistema komuni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) għandha rwol importanti fis-Suq Uniku tal-Ewropa.", "Issostitwiet it-taxxi fuq il-qligħ li kienu jfixklu l-kompetizzjoni u jostakolaw il-moviment ħieles tal-prodotti, u sussegwentement ġiet emendata biex tippermetti t-tneħħija ta' kontrolli u formalitajiet fuq prodotti li jiġu ttrasportati bejn l-Istati Membri.", "Din is-sistema hija sors ta' dħul ewlieni u li qed jikber għall-Istati Membri tal-UE, u ġabret aktar minn EUR 1 triljun fl-2015, li jikkorrispondi għal 7 % tal-PDG tal-UE.", "Waħda mir-riżorsi proprji tal-UE hija wkoll ibbażata fuq il-VAT.", "Bħala taxxa fuq il-konsum, hija waħda mill-aktar forom ta' tassazzjoni li tiffavorixxi t-tkabbir.", "Il-Kummissjoni għamlet pressjoni b'mod konsistenti għal riforma fis-sistema tal-VAT.", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-VAT fl-2016 ħabbar l-intenzjoni tagħha li tipproponi sistema definittiva tal-VAT fl-UE.", "Minn dak iż-żmien, sar progress dwar regoli ġodda dwar il-VAT fuq il-bejgħ online, u l-Kummissjoni diġà ressqet il-proposti tagħha dwar il-prinċipji ewlenin fir-rigward ta' żona tal-VAT definittiva tal-UE għall-futur u fir-rigward ta' riforma maġġuri fil-mod kif ir-rati tal-VAT jiġu stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE.", "Il-proposta tal-lum issegwi lil dawn il-passi preċedenti.", "Smajna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u t-tnejn li huma ssuġġerew li kull sistema futura tal-VAT għandha tiġi bbażata fuq il-prinċipju ta' tassazzjoni fid-destinazzjoni, jiġifieri fejn il-prodotti jew is-servizzi jiġu kkunsmati.", "Għal aktar informazzjoni", "Proposta għal miżuri tekniċi finali biex tinħoloq sistema tal-VAT tal-UE reżistenti għall-frodi", "Stqarrija għall-istampa dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT", "Stqarrija għall-istampa dwar il-pilastri ta' żona unika ġdida u definittiva tal-VAT fl-UE", "Komunikazzjoni dwar il-pilastri ta' żona unika ġdida u definittiva tal-VAT fl-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3835", "title": "Ix-xorb alkoħoliku: Il-Kummissjoni tressaq emendi għar-regoli dwar id-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Thu, 24 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni pproponiet li tagħti xejra ġdida lir-regoli dwar id-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol fl-UE, u b'hekk twitti t-triq għal ambjent tan-negozju aħjar u kostijiet imnaqqsa għan-negozji żgħar li jipproduċu l-alkoħol kif ukoll protezzjoni aħjar għas-saħħa tal-konsumatur.", "L-aħbar tal-lum tfisser li l-intrapriżi ż-żgħar u artiġjanali li jipproduċu l-alkoħol (inkluż, għall-ewwel darba, il-produtturi indipendenti tas-sidru fuq skala żgħira) se jkollhom aċċess għal sistema ġdida ta' ċertifikazzjoni għall-UE kollha li tikkonferma l-aċċess tagħhom għal rati aktar baxxi ta' dazju madwar l-Unjoni.", "Is-saħħa tal-konsumaturi wkoll se tibbenefika mill-miżuri kontra l-użu illegali ta' alkoħol denaturat bla dazju li jintuża fil-produzzjoni tax-xorb falz.", "Se jkun hemm ukoll żieda fil-limitu għall-birra inqas qawwija li għaliha jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta' dazju.", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: \"Ir-regoli komuni tal-UE dwar l-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku għandhom aktar minn 25 sena u jeħtieġu aġġornament mingħajr telf ta' żmien biex jibqgħu kurrenti għall-isfidi u l-opportunitajiet li jġibu magħhom it-teknoloġija l-ġdida u l-iżviluppi tal-kummerċ, filwaqt li jħarsu s-saħħa pubblika.", "Inħeġġeġ lill-Istati Membri biex din ir-reviżjoni jagħmluha mingħajr dewmien u b'mod deċiżiv.”", "B'mod konkret, il-proposta tal-lum sejra:", "Tistabbilixxi sistema ta' ċertifikazzjoni uniformi, rikonoxxibbli fil-pajjiżi kollha tal-UE, li tikkonferma l-istatus ta' produtturi indipendenti fuq skala żgħira madwar l-Unjoni.", "Dan se jnaqqas il-kostijiet amministrattivi u ta' konformità għall-produtturi fuq skala żgħira li għandhom jibbenefikaw minn rati mnaqqsa tad-dazju tas-sisa jekk jintlaħqu ċerti kondizzjonijiet.", "Tiżgura klassifikazzjoni preċiża u konsistenti tas-sidru madwar l-UE, li n-nuqqas attwali tiegħu bħalissa huwa ostaklu kbir għall-produtturi tas-sidru fuq skala żgħira, li m'għandhomx aċċess għar-rati mnaqqsa li jgawdu minnhom il-produtturi tal-birra u tal-ispirti fuq skala żgħira.", "Tiċċara u tikkoreġi l-proċessi u l-kundizzjonijiet tal-manifattura għall-alkoħol denaturat fl-UE.", "Dan it-tip ta' alkoħol jintuża fil-manifattura ta' prodotti bħalma huma l-prodotti tat-tindif, il-likwidu tal-windskrins, il-fwieħa u l-likwidu tat-tberrid tal-magni, u huwa eżentat mid-dazju tas-sisa.", "Din l-eżenzjoni tista' tiġi sfruttata minn produtturi bla skrupli li jużaw l-alkoħol denaturat biex jipproduċu u jbigħu xarbiet foloz potenzjalment perikolużi mingħajr ma jħallsu t-taxxa u, agħar minn hekk, jipperikolaw is-saħħa tal-konsumaturi.", "Il-proposta tal-lum se tistabbilixxi sistema moderna għar-rappurtar tal-użu ħażin ta' ċerti formulazzjonijiet ta' alkoħol biex ma jkunux jistgħu jibqgħu jintużaw bħala denaturanti.", "Sistemi tal-IT aġġornati: ir-regoli l-ġodda se jissostitwixxu l-proċeduri skaduti abbażi tal-karta, li jintużaw biex jiġi ntraċċat iċ-ċaqliq ta' ċertu alkoħol denaturat u li se jirriżultaw fl-użu mandatorju tas-Sistema Kompjuterizzata tal-Movimenti u tal-Kontrolli Intrakomunitarji ta' Prodotti Soġġetti għas-Sisa (EMCS) B'hekk isir eħfef li jiġu segwiti l-movimenti ta' dawn il-prodotti b'riskju għoli fil-ħin reali, biex jitnaqqas l-użu frodulenti ta' din l-eżenzjoni u jiġu mħarsa l-konsumaturi.", "Żieda fil-limitu tal-kontenut tal-alkoħol minn 2.8% għal 3.5% għall-birra inqas qawwija, li tista' tibbenefika minn rati mnaqqsa biex ikun hemm inċentiv għall-birreriji biex ikunu innovattivi u joħolqu prodotti ġodda.", "Dan għandu jinkoraġixxi lill-konsumaturi biex jagħżlu xarbiet alkoħoliċi inqas qawwija, u b'hekk jitnaqqas l-alkoħol li jikkunsmaw.", "Il-proposti tal-lum jinkludu wkoll miżuri marbuta mar-regoli ġenerali tad-dazji tas-sisa biex jitnaqqsu l-ostakli għall-SMEs Jippermettulhom jużaw sistemi moderni tal-IT meta jixtiequ jagħmlu dan, filwaqt li jneħħulhom l-obbligu attwali biex jimpjegaw rappreżentanti tat-taxxa.", "L-Istati Membri bħalissa jistgħu jinsistu li l-bejjiegħa mill-bogħod tal-merkanzija soġġetta għas-sisa jimpjegaw rappreżentanti tat-taxxa, u minħabba f'hekk il-kummerċ leġittimu jista' jkun finanzjament mhux vijabbli.", "Sfond", "Id-dazji tas-sisa huma taxxi indiretti fuq il-bejgħ jew l-użu ta' prodotti speċifiċi, bħalma huma l-alkoħol, u s-soltu jiġu applikati bħala ammont għal kwantità tal-prodott eż. għal kull 1,000 litru.", "Id-dħul kollu mid-dazji tas-sisa jmur għall-baġits nazzjonali u jammontaw għal madwar 5-18% tad-dħul mit-taxxa jew 2 sa 5% tal-PDG tal-Istati Membri.", "L-Istati Membri tal-UE huma ħielsa biex jistabbilixxu r-rati nazzjonali kif jidhrilhom, bil-kundizzjoni li jirrispettaw il-livelli minimi ta' limitu stabbiliti għall-UE kollha kemm hi.", "Ir-regoli eżistenti tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u fuq ix-xorb alkoħoliku ġew stabbiliti fl-1992 (id-Direttiva 92/83/KEE).", "Dawn identifikaw definizzjonijiet komuni għall-prodotti alkoħoliċi li huma soġġetti għad-dazju u li jiżguraw li l-Istati Membri kollha jittrattaw l-istess prodotti bl-istess mod.", "Jispeċifikaw ukoll il-metodu biex jiġi kkalkulat id-dazju fuq il-prodotti alkoħoliċi kif ukoll il-kriterji biex il-prodotti jibbenefikaw minn rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet.", "Leġiżlazzjoni oħra f'dan il-qasam, u li llum ġiet proposta għar-riformulazzjoni (id-Direttiva 2008/118/KE) tistipula d-dispożizzjonijiet komuni li japplikaw għall-prodotti kollha soġġetti għad-dazji tas-sisa (l-alkoħol, it-tabakk u l-enerġija).", "Ir-reviżjoni taż-żewġ Direttivi hija parti mill-programm REFIT tal-Kummissjoni.", "Il-Kunsill talab ukoll lill-Kummissjoni biex tagħmel l-istudji u l-konsultazzjonijiet meħtieġa ħalli tressaq proposta għar-reviżjoni taż-żewġ Direttivi.", "Bħala parti minn din il-ħidma, fl-2017 ġew varati konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa.", "Ir-rispondenti ħadu nota tal-valur miżjud li jġib miegħu l-iċċarar tar-regoli attwali, u laqgħu it-tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi u ta' konformità.", "Il-proposti leġiżlattivi issa se jkunu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-konsultazzjoni u mgħoddija lill-Kunsill għall-adozzjoni.", "Għal aktar informazzjoni", "Sit tad-DG TAXUD dwar id-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3725", "title": "Unjoni Finanzjarja: Il-Kummissjoni tniedi proposta ta' tnaqqis tar-riskju biex tippermetti titoli koperti minn bonds tal-gvern", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 23 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni pproponiet regoli ġodda li se jippermettu soluzzjonijiet immexxija mis-suq li jappoġġaw integrazzjoni u diversifikazzjoni ulterjuri fis-settur finanzjarju tal-Ewropa, li jwassal għal Unjoni Ekonomika u Monetarja iktar b'saħħitha u reżiljenti.", "Il-proposta tal-lum se tneħħi ostakli regolatorji żejda għall-iżvilupp immexxi mis-suq ta' titoli koperti minn bonds tal-gvern (SBBS).", "Dawn it-titoli jinħarġu minn istituzzjonijiet privati bħala pretensjonijiet fuq portafoll ta' bond tal-gvern taż-żona tal-euro.", "L-SBBS ma jkunux jinvolvu mutwalizzazzjoni tar-riskji u t-telf fost l-Istati Membri taż-żona tal-euro.", "Ir-riskju u t-telf possibbli jinqasam biss bejn investituri privati.", "L-investiment f'dan it-tip ta' strumenti ġodda jgħin lill-investituri bħall-fondi ta' investiment, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, jew il-banek jiddiversifikaw il-portafolli sovrani tagħhom, li jwassal għal swieq finanzjarji iktar integrati.", "Dan jikkontribwixxi wkoll għat-tidgħif tar-rabta bejn il-banek u pajjiżhom, li — minkejja progress reċenti — għadu qawwi f'ċerti każijiet.", "L-SBBS ma jolqtux negattivament is-swieq tal-bonds nazzjonali eżistenti.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovkis, responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \"L-iżvilupp tal-SBBS immexxi mis-suq se jgħin lill-investituri jiddiversifikaw l-esponimenti sovrani tagħhom u l-promozzjoni tal-integrazzjoni finanzjarja.", "Din hija proposta prammatika li se tqawwi l-assorbiment tar-riskju privat pemezz ta' swieq finanzjarji integrati u tnaqqas ir-riskju fis-settur bankarju, mingħajr il-ħtieġa ta' mutwalizzazzjoni tar-riskji.\"", "Bil-proposta tal-lum, il-Kummissjoni qed twettaq dak li ħabbret fid-dokument ta' riflessjoni tal-UEM ta' Mejju 2017 - parti importanti ta' xogħolha biex titlesta l-Unjoni Bankarja.", "Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jaħdmu mill-qrib flimkien biex ikunu żgurati adozzjoni u implimentazzjoni malajr.", "Il-proposta se tkun ta' benefiċċju wkoll għall-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali billi tikkontribwixxi għal swieq finanzjarji iktar integrati u diversifikati fid-dejn sovran.", "Kif jaħdmu l-SBBS", "L-SBBS huma ġabra diversifikata ta' bonds tal-gvern miż-żona tal-euro li jinkludu bonds tal-gvern mill-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro skont il-piż ekonomiku tagħhom.", "Meta jixtru SBBS koperti minn dik il-ġabra, l-investituri jistgħu jagħżlu t-titoli bl-ogħla jew bl-inqas riskju, skont kemm ikunu lesti jirriskjaw.", "It-titoli bl-ogħla riskju jkunu l-ewwel li jġarrbu t-telf fuq il-ġabra sottostanti jekk ikun hemm, imma mill-banda l-oħra jagħtu lill-investituri redditu ogħla.", "Minħabba f'hekk it-titoli privileġġati, illi kieku jġarrbu t-telf biss wara li t-titoli bl-ogħla riskju jkunu ġew eżawriti, ikunu b'riskju baxx.", "Il-proposta telimina ostakli regolatorji eżistenti billi tagħti lill-SBBS l-istess trattament regolatorju ta' bonds tal-gvern nazzjonali taż-żona tal-euro ddenominati f'euro (f'termini, pereżempju, ta' rekwiżiti ta' kapital).", "Il-banek u operaturi finanzjarji oħrajn li investew f'titoli tal-SBBS jiksbu diversifikazzjoni ikbar u inqas riskju għall-portafolji tal-bonds tal-gvern tagħhom, b'impatt pożittiv fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi.", "Madankollu, l-SBBS ma jkunu jinvolvu l-ebda mutwalizzazzjoni tar-riskji u t-telf fost l-Istati Membri taż-żona tal-euro.", "L-SBBS jinġabru minn entitajiet privati maħluqa unikament biex joħorġu u jiġġestixxu dawn l-istrumenti.", "Il-proposta tal-lum tistabbilixxi kriterji ta' eliġibbiltà preċiżi għall-SBBS biex jibbenefikaw mit-trattament regolatorju previst.", "Din l-istandardizzazzjoni se ssaħħaħ il-likwidità tal-SBBS u tagħmilhom attraenti għal għadd kbir ta' investituri.", "Il-proposta temenda wkoll għadd ta' atti leġiżlattivi li jiffissaw it-trattament regolatorju tal-SBBS miżmum mill-banek u operaturi finanzjarji oħrajn.", "Sfond", "Task force interistituzzjonali ta' livell għoli taħt il-patroċinju tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku studjat il-merti u l-fattibbiltà tal-SBBS.", "Hija ppubblikat rapport komprensiv f'Jannar.", "Dik l-analiżi u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta turi li l-SBBS setgħu jnaqqsu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.", "Dan jista' jinkiseb billi tiġi ffaċilitata d-diversifikazzjoni tal-portafolji sovrani tal-banek u ta' istituzzjonijiet oħrajn.", "L-Ittra ta' Intenzjoni tal-President Juncker fl-Istat tal-Unjoni ta' Settembru 2017 u l-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni Bankarja ta' Ottubru 2017 ħabbru li l-Kummissjoni kienet se tipproponi qafas ta' abilitazzjoni għall-SBBS fir-rebbiegħa 2018.", "Il-qafas ippreżentat illum għalhekk itejjeb l-istabbiltà taż-żona tal-euro billi jiffaċilita żvilupp immexxi mis-settur privat ta' suq għal SBBS.", "Il-kunċett tal-SBBS kien inizjalment propost minn grupp ta' akkademiċi f'pubblikazzjoni dwar il-politika ekonomika (ara\"ESBies: Safety in the Tranches\" u r-referenzi li fih).", "Għal aktar tagħrif", "MEMO", "Skeda informattiva", "Iktar informazzjoni dwar il-proposta tal-lum"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3729", "title": "Finanzjament Sostenibbli: Nagħmlu s-settur finanzjarju protagonist f'saħħtu fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 23 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum qed twettaq l-ewwel azzjonijiet konkreti li jippermettu lis-settur finanzjarju tal-UE biex iwittu t-triq lejn ekonomija aktar ekoloġika u nadifa.", "Il-proposti tal-lum jikkonfermaw l-impenn tal-Ewropa biex tkun il-mexxej globali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi.", "L-involviment tas-settur finanzjarju se jagħti spinta lill-isforzi biex titnaqqas l-impronta ambjentali tagħna filwaqt li tissaħħaħ is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE.", "Wara l-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar il-Finanzi Sostenibbli, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, il-proposti se jippermettu lis-settur finanzjarju li jitfa' s-saħħa kollha tiegħu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.Hemm argumenti interessanti favur li s-settur finanzjarju ikollu rwol fis-servizz tal-pjaneta tagħna: l-ewwel nett, l-impatt tat-tibdil fil-klima diġà qed jhedded l-istabbiltà finanzjarja u jwassal għal telf ekonomiku kbir minħabba l-għargħar, l-erożjoni tal-art jew in-nixfa.", "Is-sena li għaddiet, l-ammont ta' telf marbut mal-katastrofi kopert mill-assigurazzjoni laħaq l-ogħla livell li qatt kellu – EUR 110 biljuni.", "It-tieni, jekk aħna nistembħu tard wisq għar-realtà tat-tisħin globali, ħafna mill-investimenti tal-lum jistgħu isiru suf.", "Fl-istess ħin, għandna nagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet il-ġodda ta' negozju ta' attivitajiet ekonomiċi sostenibbli.", "Is-settur finanzjarju tal-UE għandu l-potenzjal li jkattar il-finanzi sostenibbli u jsir mexxej globali f'dan il-qasam.", "Dan għandu jkollu wkoll effett pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.", "Jappoġġja l-għanijiet tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) biex jiġu kkollegati l-finanzi mal-ħtiġijiet tal-ekonomija Ewropea u l-Aġenda tal-UE favur l-iżvilupp sostenibbli.", "Il-Viċi President inkarigat mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali Valdis Dombrovskis, qal: “Għandna nibdew inpoġġu flus fi proġetti li jkunu kompatibbli mal-objettivi tagħna ta' dekarbonizzazzjoni u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Dan huwa importanti għall-ambjent u l-ekonomija, iżda wkoll għall-istabbiltà finanzjarja.", "Bejn l-2007 u l-2016, it-telf ekonomiku minn diżastri estremi tat-temp żdiedu bi 86 %.", "Il-proposti ppreżentati llum juru li l-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura li l-investimenti tagħna jmorru fid-direzzjoni t-tajba.”", "“Huma dwar l-isfruttament tal-enerġija vasta tas-swieq kapitali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-promozzjoni ta' sostenibbiltà.", "Il-Viċi President inkarigat mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività Jyrki Katainen, qal: “Biex jintlaħqu l-miri tal-UE dwar il-klima tal-2030, għandna bżonn madwar EUR 180 biljun kull sena addizzjonali f'investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli.", "Hija essenzjali l-mobilizzazzjoni tal-kapital privat biex jiffinanzja l-investiment sostenibbli.", "Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) diġà qiegħed jattira l-investimenti privati biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.", "Il-proposti tal-lum se jżidu t-trasparenza dwar il-finanzi sostenibbli u l-opportunitajiet ta' investiment li joffru, b'tali mod li l-investituri jkollhom informazzjoni affidabbli disponibbli biex tkun possibbli t-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari. \"", "Se jiġu allokati iktar investimenti f'attivitajiet sostenibbli grazzi għal regoli ġodda li jiddefinixxu l-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk l-attività ekonomika tkunx ambjentalment sostenibbli.", "Din is-sistema ta' klassifikazzjoni armonizzata mifruxa madwar l-UE kollha - jew ‘tassonomija' - se tgħin b'mod partikolari, lill-investituri li ta' spiss ma jkollhomx biżżejjed informazzjoni dwar x'inhu tajjeb għall-ambjent u x'mhuwiex.", "L-entitajiet finanzjarji kollha li jiġġestixxu l-investimenti f'isem il-klijenti jew il-benefiċjarji tagħhom issa jridu jiġu infurmati dwar kif l-attivitajiet tagħhom qed iħallu impatt fuq il-pjaneta jew l-ambjent lokali tagħhom.", "B'dan il-mod, dawn ir-regoli se jagħtu aktar għażla lill-investituri li jixtiequ jinvestu fil-ġejjieni tal-pjaneta filwaqt li jkollhom dħul.", "Karatteristiċi prinċipali tal-miżuri", "3.", "Limiti baxxi tal-karbonju Ir-regoli proposti se joħlqu kategorija ġdida ta' limiti, li tinkludi l-limitu ta' karbonju baxx jew il-verżjoni “dekarbonizzata” tal-indiċijiet standard, u l-limiti pożittivi tal-impatt tal-karbonju.", "Dan l-istandard ġdid tas-suq għandu jirrifletti l-impronta tal-karbonju tal-kumpaniji u jagħti lill-investituri aktar informazzjoni dwar l-impronta tal-karbonju tal-portafoll ta' investiment.", "Filwaqt li l-limitu baxx tal-karbonju jkun ibbażat fuq limitu standard ta' ‘dekarbonizzazzjoni', l-impatt pożittiv tal-limitu tal-karbonju jippermetti li l-portafoll ta' investiment jkun allinjat aħjar mal-għan tal-Ftehim ta' Pariġi li jillimita t-tisħin globali għal inqas minn 2° C.", "4.", "Aħjar li wieħed jagħti pariri lill-klijenti dwar is-sostenibbiltà: Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni sabiex tivvaluta kif l-aħjar li tinkludi kunsiderazzjonijiet ESG fil-pariri li d-ditti ta' investiment u d-distributuri tal-assigurazzjoni joffru lil klijenti individwali.", "L-għan huwa li jiġi emendati l-Atti Delegati skont id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID II) u d-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni.", "Waqt li jivvalutaw jekk prodott ta' investiment jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom, id-ditti għandhom jikkunsidraw ukoll is-sostenibbiltà tal-preferenzi ta' kull klijent, skont ir-regoli proposti.", "Dan għandu jgħin firxa usa' ta' investituri biex ikollhom aċċess għal investimenti sostenibbli.", "Kuntest", "L-UE u l-gvernijiet madwar id-dinja impenjaw ruħhom għall-objettiv ta' ekonomija u soċjetà aktar sostenibbli meta adottaw il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli.", "L-UE diġà qed tagħmel differenza bis-saħħa tal-Qafas tal-Enerġija u tal-Klima tal-UE għall-2030, l-Unjoni tal-Enerġija, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ekonomija Ċirkolari, u l-implimentazzjoni tal-UE tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.", "Dan il-ħsieb huwa fil-qalba tal-proġett tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "Il-livelli ta' investiment fil-preżent mhumiex suffiċjenti biex jappoġġjaw sistema ekonomika ambjentalment sostenibbli li tiġġieled it-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riżorsi.", "Hemm bżonn li aktar flussi ta' kapital privat ikunu orjentati lejn investimenti sostenibbli biex jingħalaq id-distakk ta' EUR 180 biljun ta' investimenti addizzjonali meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-istrateġija UE 2030 tal-Ftehim ta' Pariġi.", "L-ewwel pass tal-Kummissjoni kien il-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Tkabbir Sostenibbli tat-8 ta' Marzu 2018.", "Il-Pjan ta' Azzjoni ġie infurmat bir-rapport finali f'Jannar 2018 ta' Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-finanzjament sostenibbli stabbilit mill-Kummissjoni fl-2016.", "Il-Kummissjoni wettqet ukoll konsultazzjoni pubblika dwar id-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi fir-rigward tas-sostenibbiltà.", "Fit-22 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni organizzat konferenza ta' livell għoli li ddiskutiet dwar kif l-aħjar tiġi stabbilita l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar finanzi sostenibbli fil-prattika.", "Il-Konferenza kkonfermat l-appoġġ u l-impenn tal-mexxejja tal-UE u l-atturi privati ewlenin li hemm bżonn għall-bidliet meħtieġa fis-sistema finanzjarja u l-ekonomija.", "Għal aktar tagħrif", "Stqarrija għall-istampa", "MEMORANDUM", "Skeda informattiva", "Aktar tagħrif dwar it-tkabbir sostenibbli"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_18_3889", "title": "Dikjarazzjoni mill-Viċi President Ansip u l-Kummissjarju Jourová qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGSIN,JFRC,DATAPR", "date": "Wed, 23 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Minn għada, il-25 ta' Mejju, se japplikaw regoli ġodda tal-protezzjoni tad-data fl-UE kollha.", "Andrus Ansip, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali, qal: “Minn għada, ir-regoli l-ġodda tal-protezzjoni tad-data se jsiru realtà.", "Il-privatezza tal-Ewropej se tiġi protetta aħjar u l-kumpaniji se jgawdu minn sett uniku ta' regoli għall-UE kollha.", "Jeħtieġ regoli b'saħħithom tal-protezzjoni tad-data sabiex is-Suq Uniku Diġitali jiffunzjona u biex l-ekonomija onlajn timxi ‘l quddiem.", "Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jafdaw fil-mod kif tintuża d-data tagħhom u li l-UE tkun tista' tagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet tal-ekonomija tad-data.", "Ir-regoli l-ġodda tagħna tal-protezzjoni tad-data ġew miftiehma għal raġuni: Żewġ terzi tal-Ewropej huma mħassba dwar il-mod ta' kif id-data tagħhom kienet qed tiġi trattata, filwaqt li jħossu li ma għandhom l-ebda kontroll fuq l-informazzjoni li jipprovdu onlajn.", "Il-kumpaniji jeħtieġu ċarezza biex ikunu jistgħu jestendu l-operazzjonijiet tagħhom b'mod sikur madwar l-UE.", "L-iskandli riċenti tad-data kkonfermaw li b'regoli ta' protezzjoni tad-data aktar stretti u aktar ċari, qed nagħmlu l-aħjar ħaġa fl-Ewropa.”", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, żiedet:", "“Id-data personali hija d-deheb tas-Seklu 21.", "U aħna nħallu d-data tagħna bażikament f'kull pass li nieħdu, speċjalment fid-dinja diġitali.", "F'dak li jirrigwarda d-data personali, illum in-nies jinsabu esposti daqs li kieku qegħdin f'akkwarju.", "Il-protezzjoni tad-data hija dritt fundamentali fl-UE.", "Ir-regoli l-ġodda se jippermettu lill-Ewropej jakkwistaw mill-ġdid il-kontroll tad-data tagħhom.", "Issa għandna l-għażla u nistgħu niddeċiedu x'jiġri u min għandu x'tip ta' data.", "Inti tista' ssaqsi u l-kumpaniji għandhom jgħidulek.", "Inti tista' tirkupra wkoll id-data tiegħek jekk titlaq jew tibdel is-servizz.", "Il-kumpaniji se jibbenefikaw ukoll mir-regoli l-ġodda, għax se jkunu l-istess kullimkien u l-kumpaniji se jkollhom biss awtorità waħda li jinteraġixxu magħha.", "Dan jagħmilha aktar faċli li wieħed jespandi attività ta' negozju għal Stat Membru ieħor.", "Ir-regoli huma bbażati fuq approċċ bbażat fuq ir-riskju.", "Il-kumpaniji li kienu qed jagħmlu l-flus mid-data tagħna għandhom aktar responsabbiltajiet.", "Jinħtieġ li huma jagħtu wkoll xi ħaġa lura lill-konsumaturi; tal-anqas is-sigurtà tad-data tagħhom.", "Il-kumpaniji li ma jipproċessawx id-data bħala l-attività ewlenija tan-negozju tagħhom għandhom anqas obbligi u prinċipalment għandhom jiżguraw li d-data li jipproċessaw tkun sikura u użata legalment.", "Ir-regoli se jkunu partikolarment rigorużi.", "Kulħadd, speċjalment dawk il-kumpaniji li jimmonetizzaw id-data personali tagħna, se jkollhom interess li jsegwu r-regoli.", "Permezz tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Ewropa tasserixxi s-sovranità diġitali tagħha u tlesti ruħha għall-era diġitali.", "Lil hinn minn dan, ir-regoli l-ġodda qed jibdew jistabbilixxu standard globali għall-privatezza.", "Huma se jgħinu biex nerġgħu niksbu l-fiduċja li neħtieġu biex nirnexxu f'ekonomija diġitali.”", "Sfond", "Fis-6 ta' April 2016, l-UE qablet dwar riforma kbira tal-qafas tagħha tal-protezzjoni tad-data, permezz tal-adozzjoni tal-pakkett ta' riforma tal-protezzjoni tad-data, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), li jissostitwixxi d-Direttiva li ilha fis-seħħ 20 sena.", "Fil-25 ta' Mejju 2018, jibdew japplikaw ir-regoli ġodda ta' protezzjoni tad-data madwar l-UE kollha, sentejn wara l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tagħha.", "Fil-Jum Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta' din is-sena, il-Kummissjoni ppubblikat gwida biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni diretta u bla xkiel tar-regoli l-ġodda tal-protezzjoni tad-data madwar l-UE mill-25 ta' Mejju.", "Il-Kummissjoni nediet ukoll għodda ġdida onlajn li hija ddedikata lill-SMEs (ara l-istqarrija għall-istampa).", "Il-passi li jmiss:", "Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa b'mod attiv lill-Istati Membri, lill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data u lin-negozji biex tiżgura li r-regoli jiġu applikati b'mod effettiv.", "Il-Kummissjoni allokat EUR 1,7 miljun biex tikkofinanzja t-taħriġ tal-professjonisti tal-protezzjoni tad-data.", "Maż-EUR 2 miljun oħra ġew allokati biex jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data biex jilħqu lin-negozji, b'mod partikolari lill-SMEs, u lill-individwi.", "Mill-lum, il-Kummissjoni se timmonitorja kif l-Istati Membri japplikaw ir-regoli l-ġodda u se tieħu azzjoni xierqa jekk ikun meħtieġ.", "Sena wara li r-Regolament jibda jiġi applikat (2019), il-Kummissjoni se torganizza avveniment biex jittieħed kont tal-esperjenzi tal-partijiet ikkonċernati differenti fl-implimentazzjoni tar-Regolament.", "Dan l-eżerċizzju mbagħad jintuża fir-rapport li l-Kummissjoni hija meħtieġa tipproduċi sa Mejju 2020 dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami tar-Regolament.", "Għal iktar informazzjoni", "Tliet skedi informattivi dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE għal-laqgħa tal-Mexxejja tal-UE: Benefiċċji għaċ-cittadini, Benefiċċji għan-negozji, X'se jinbidel wara l-25 ta' Mejju", "MuT", "Għodda onlajn - sit web tal-protezzjoni tad-data, inklużi skedi informattivi", "Seba' passi għan-negozji", "Infografika: Xi trid tagħmel il-kumpanija tiegħek", "Barra minn dan, illum l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), il-Kunsill tal-Ewropa u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qed jippubblikaw manwal għal sensibilizzazzjoni u biex jagħti għarfien dwar ir-regoli l-ġodda għall-protezzjoni tad-data fl-Istati Membri tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa u kif qed jiġu applikati fil-prattika."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3921", "title": "Antitrust: Il-Kummissjoni timponi obbligi vinkolanti fuq Gazprom sabiex tiffaċilità l-fluss ħieles tal-gass bi prezzijiet kompetittivi fis-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,ANTITRUST,ENERGY", "date": "Wed, 23 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea adottat deċiżjoni li timponi sett ta' obbligi fuq Gazprom li jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni tagħha u li jiffaċilitaw il-fluss ħieles tal-gass bi prezzijiet kompetittivi fis-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozji Ewropej.", "Il-Kummissarju inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni, Margrethe Vestager, qalet: “Il-kumpaniji kollha li joperaw fl-Ewropa jridu jirrispettaw ir-regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni, irrispettivament mill-provenjenza tagħhom.", "Id-deċiżjoni tal-lum tneħħi l-ostakli maħluqa minn Gazprom, li huma ta' xkiel għall-fluss ħieles tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.", "Iżda aktar minn hekk - id-deċiżjoni tagħna tipprovdi ġabra ta' regoli mfassla apposta għall-imġiba futura ta' Gazprom.", "Hija tobbliga lil Gazprom biex jieħu passi pożittivi biex ikompli jintegra s-swieq tal-gass fir-reġjun u biex jgħin fit-twettiq ta' suq intern reali għall-enerġija fl-Ewropa.", "U tagħti lill-konsumaturi rilevanti ta' Gazprom fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għodda effettiva sabiex jiġi żgurat li l-prezz li jħallsu huwa kompetittiv.", "Bħal dejjem, dan il-każ ma jirrigwardax in-nazzjonalità tal-kumpanija - huwa dwar il-kisba tal-aħjar riżultat għall-konsumaturi u n-negozji Ewropej.", "U l-każ ma jieqafx hawn bid-deċiżjoni tal-lum - anzi hija l-eżekuzzjoni tal-obbligi ta' Gazprom li tibda llum.“", "Gazprom hija l-fornitur ewlieni tal-gass f'numru ta' pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.", "F'April 2015, il-Kummissjoni bagħtet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lil Gazprom.", "Permezz tagħha l-Kummissjoni esprimiet il-fehma preliminari tagħha fejn qalet li l-kumpanija kisret ir-regoli tal-antitrust tal-UE minħabba strateġija globali ta' diviżjoni tas-swieq tal-gass mal-fruntieri nazzjonali fi tmien Stati Membri (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja).", "Din l-istrateġija setgħet għenet lil Gazprom sabiex iżżomm prezzijiet ogħla għall-gass f'ħamsa minn dawn l-Istati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja).", "Illum id-deċiżjoni tal-Kummissjoni iġġib fi tmiemu l-aġir ta' Gazprom.", "Barra minn hekk, hija timponi sett dettaljat ta' regoli fuq Gazprom li se jbiddlu b'mod sinifikanti l-mod li bih topera Gazprom fis-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant:", "Flimkien, dawn l-obbligi jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni tal-Kummissjoni u jissodisfaw l-għanijiet tagħha li jippermettu l-fluss ħieles tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant bi prezzijiet kompetittivi.", "Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn l-obbligi (imsejjħa \"impenji\") jorbtu legalment lil Gazprom (skont l-Artikolu 9 tar- Regolament 1/2003) tal-UE dwar l-antitrust.", "Jekk kumpanija tikser wieħed minn dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista' timponi multa sa massimu ta' 10% tal-fatturat dinji tal-kumpanija, mingħajr ma jkollha għalfejn turi li kien hemm ksur tar-regoli tal-antitrust tal-UE.", "B'mod aktar ġenerali, il-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ma tiddependix biss mill-eżekuzzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-UE iżda wkoll mill-investiment fid-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass, leġiżlazzjoni dwar l-enerġija nazzjonali u Ewropea mmirata tajjeb u l-implimentazzjoni xierqa tagħhom.", "Din hija r-raġuni għalfejn hija prijorità ewlenija tal-Kummissjoni li tibni Unjoni tal-Enerġija Ewropea.", "Dettalji dwar l-obbligi ta' Gazprom", "Sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, Gazprom trid tosserva numru ta' obbligi li għandhom l-għan li jiżguraw il-fluss ħieles tal-gass bi prezzijiet kompetittivi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.", "Dawn l-obbligi fuq Gazprom se jibqgħu fis-seħħ għal tmien snin.", "Huma jirriflettu t-tweġibiet mill-partijiet ikkonċernati f'test tas-suq, li tnieda f'Marzu 2017 mill-Kummissjoni abbażi ta' verżjoni preċedenti tal-proposta.", "Dan it-test tas-suq irriżulta f'numru sinifikanti ta' tweġibiet minn firxa vasta ta' partijiet ikkonċernati, inkluż gvernijiet, awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, bejjiegħa bl-ingrossa tal-gass, assoċjazzjonijiet tal-industrija u akkademiċi, li għenu ħafna sabiex l-obbligi finali jkunu ċari u tiġi żgurata l-effettività tagħhom.", "1) Gazprom trid tneħħi l-ostakli fuq il-fluss ħieles tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant", "Il-Kummissjoni hija mħassba li Gazprom stabbilixxiet restrizzjonijiet territorjali fuq il-ftehimiet ta' forniment tagħha ma' bejjiegħa bl-ingrossa u xi klijenti industrijali fit-tmien Stati Membri kollha (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja).", "Dawn ir-restrizzjonijiet jinkludu restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet u klawżoli li jitolbu li l-gass mixtri jintuża f'territorju speċifiku (klawżoli ta' destinazzjoni) u miżuri oħra li jipprevjenu l-fluss transfruntier tal-gass.", "B'rispons għal dan, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tobbliga lil Gazprom sabiex tneħħi l-ostakli kuntrattwali kollha għall-fluss ħieles tal-gass fis-swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, kemm jekk kawża tagħhom il-bejgħ transfruntier isir impossibbli kif ukoll sempliċement inqas attraenti finanzjarjament.", "Gazprom ma għandhiex terġa' ddaħħal dawn il-klawżoli f'kuntratti fil-futur.", "Barra minn hekk, Gazprom trid tadatta dispożizzjonijiet fil-kuntratti tagħha rigward il-monitoraġġ u l-kejl tal-konsum tal-gass fil-Bulgarija, li iżolaw is-suq tal-gass tal-Bulgarija mis-swieq tal-gass tal-viċinat tal-UE.", "B'hekk il-kontroll tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-gass jiġi trasferit minn Gazprom għand l-operatur Bulgaru.", "Wara t-test tas-suq, Gazprom ikkjarifikat numru ta' elementi tekniċi sabiex tiżgura li l-obbligu jkun kompletament effettiv.", "Dawn l-obbligi jneħħu kull ostaklu kuntrattwali maħluq minn Gazprom, li huma ta' xkiel għall-fluss ħieles tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.", "2) Gazprom trid tieħu passi pożittivi biex tintegra s-swieq tal-gass fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant", "Sabiex il-gass ikun jista' verament jiċċaqlaq b'mod ħieles fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, irid ikun hemm infrastruttura għat-trasport tiegħu, jiġifieri interkonnetturi li jorbtu s-swieq tal-gass nazzjonali ma' xulxin.", "Din l-infrastruttura diġà teżisti fir-Repubblika Ċeka, fl-Ungerija, fil-Polonja u s-Slovakkja.", "Madankollu, l-infrastruttura li tgħaqqad lill-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja mas-swieq tal-gass tal-viċinat tal-UE għadha mhix disponibbli biżżejjed.", "Dan jillimita l-kapaċità tal-klijenti ta' Gazprom li jerġgħu jbiegħu l-gass tagħhom lil u minn dawn il-pajjiżi, anki jekk ikollhom skorta addizzjonali.", "Gazprom issa se “tissostitwixxi” n-nuqqas ta' interkonnessjoni billi toffri l-possibbiltà lill-klijenti rilevanti li jwasslu l-gass lejn u minn dawn il-pajjiżi.", "B'mod partikolari, il-klijenti li jkunu xtraw il-gass, oriġinarjament għall-konsenja lill-Ungerija, l-Polonja jew is-Slovakkja, jistgħu jagħżlu minflok li Gazprom tikkonsenja l-gass kollu jew parti minnu lill-Bulgarija u/jew l-Istati Baltiċi (u viċe versa):", "Dan il-mekkaniżmu jippermetti lill-gass li jiċċaqlaq lejn u mill-Baltiċi u l-Bulgarija, daqs li kieku l-interkonnetturi tal-gass mal-ġirien tal-UE kienu diġà jeżistu.", "Il-klijenti ta' Gazprom se jkunu jistgħu ifittxu opportunitajiet ġodda ta' negozju anke qabel ma jsiru disponibbli l-interkonnetturi, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozji fl-Istati Baltiċi u l-Bulgarija.", "3) Gazprom tat kelmitha għal proċess strutturat sabiex tiżgura prezzijiet tal-gass kompetittivi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-futur", "Il-Kummissjoni hija mħassba li Gazprom setgħet żammet prezzijiet ogħla f'ħames Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja).", "B'rispons għal dan, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tagħti lill-klijenti ta' Gazprom b'kuntratti fit-tul f'dawn il-pajjiżi għodda effettiva sabiex jiżguraw li l-prezz tal-gass li jħallsu fil-futur ikun kompetittiv:", "Dan jiżgura prezzijiet tal-gass kompetittivi f'dawn ir-reġjuni u jevita li l-prezzijiet tal-gass skont il-kuntratti fit-tul b'indiċjar taż-żejt jkunu differenti ħafna mill-valuri referenzjarji tal-prezzijiet fil-futur.", "L-obbligu japplika għall-kuntratti kollha b'durata ta' tliet snin jew aktar għaliex it-tħassib dwar il-prezzijiet f'dan il-każ huwa rilevanti biss għal kuntratti fit-tul fejn żviluppi ġodda maż-żmien jistgħu jwasslu għal devjazzjoni sinifikanti mill-valuri referenzjarji kompetittivi.", "4) It-tneħħija ta' talbiet miksuba minħabba tisħiħ tal-pożizzjoni fis-suq", "Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija mħassba li Gazprom saħħet il-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq tal-forniment tal-gass biex tikseb vantaġġi fir-rigward tal-aċċess għal jew il-kontroll fuq l-infrastruttura tal-gass.", "Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet qajjmet tħassib b'rabta mal-proġett South Stream fil-Bulgarija u l-pipeline ta' Yamal fil-Polonja.", "Fl-aħħar nett, biex tkun tista' titratta aħjar ftehimiet intergovernattivi fil-futur, il-Kummissjoni qiegħda tressaq proposta leġislattiva sabiex tissoġġetta l-ftehimiet intergovernattivi dwar il-gass u ż-żejt għall-iskrutinju minn qabel tal-Kummissjoni.", "Din il-proposta daħħlet fis-seħħ fl-2017.", "Aktar informazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-lum se tkun disponibbli fuq is-sit elettroniku dwar il- kompetizzjoni tal-Kummissjoni fir- reġistru pubbliku tal-każijiet bin-numru tal-każ AT.39816"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3826", "title": "Il-Kummissjoni tirrilaxxa r-Rapport dwar il-Konverġenza tal-2018: Rieżami tal-progress tal-Istati Membri lejn l-adeżjoni maż-Żona tal-Ewro", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 22 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Ir-Rapport dwar il-Konverġenza tal-2018 jivvaluta l-progress tal-Istati Membri lejn l-adeżjoni maż-Żona tal-Ewro.", "Ir-rapport ikopri seba' Stati Membri li mhumiex fiż-Żona tal-Ewro li huma impenjati legalment biex jadottaw l-ewro: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, u l-Iżvezja.", "Huwa jqis li dawn l-Istati Membri ġeneralment juru ammont konsiderevoli ta' konverġenza nominali, iżda l-ebda wieħed ma jissodisfa l-kundizzjonijiet formali kollha biex jingħaqad maż-Żona tal-Ewro.", "Tnejn minn dawn l-Istati Membri, il-Bulgarija u l-Kroazja, jissodisfaw il-kriterji ta' konverġenza kollha, minbarra l-kriterju tar-rata tal-kambju minħabba li mhumiex membri fil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (Exchange Rate Mechanism, ERM II).", "Il-Viċi President għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali, li huwa responsabbli wkoll mill-Istabbiltà Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, Valdis Dombrovskis, qal: “L-Ewro nħolqot bħala l-munita unika għall-UE kollha kemm hi.", "Għaldaqstant l-adeżjoni mal-Ewro hija miftuħa għal kull pajjiż li jaħdem għal dan il-għan.", "Huwa veru li t-triq lejn l-adeżjoni maż-Żona tal-Ewro tista' tidher twila u kultant diffiċli.", "Il-Kummissjoni tinsab lesta biex taħdem flimkien ma' dawk l-Istati Membri li impenjaw ruħhom biex iħejju għal sħubija fiż-Żona tal-Ewro b'suċċess permezz tat-tisħiħ tas-sistemi ekonomiċi u finanzjarji tagħhom.", "Pereżempju, ir-rapport ta' konverġenza tagħna juri li l-Bulgarija diġà tissodisfa l-kriterji ta' Maastricht nominali marbutin mal-istabbiltà tal-prezzijiet, il-finanzi pubbliċi u l-konverġenza tar-rati tal-imgħax fit-tul.", "Nilqgħu l-ħidma tal-awtoritajiet Bulgari li qed issir bħalissa lejn il-parteċipazzjoni tal-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II) biex jiġu ssodisfati wkoll il-kriterji tal-istabbiltà tar-rata tal-kambju.", "Il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, Pierre Moscovici qal: “Ir-rapport tal-lum jagħti ħarsa lejn il-progress li qed isir fl-ambitu tal-kriterji ta' konverġenza - l-eżami tad-dħul għall-adeżjoni maż-Żona tal-Ewro.", "L-ebda wieħed mis-seba' Stati Membri li qed jiġu vvalutati bħalissa ma jissodisfa l-kundizzjonijiet legali għall-adeżjoni.", "Fl-istess ħin, waħda mit-tagħlimiet ewlenin ta' dawn l-aħħar żewġ deċennji hija li biex il-pajjiżi jikbru fiż-Żona tal-Ewro, il-konverġenza ekonomika reali hija importanti daqs il-konverġenza nominali.", "Għalhekk huwa importanti li l-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu maż-Żona tal-Ewro jaħdmu bis-sħiħ biex isaħħu l-produttività, iżidu l-investiment, itejbu s-sitwazzjoni tal-impjiegi u jindirizzaw l-inugwaljanzi.", "Il-Kummissjoni tinsab lesta biex tgħin, inkluż permezz tal-istrument baġitarju l-ġdid li se jiġi ppreżentat il-ġimgħa d-dieħla.”", "Id-dħul fiż-Żona tal-Ewro huwa proċess miftuħ u bbażat fuq ir-regoli.", "Ir-rapport huwa bbażat fuq il-kriterji ta' konverġenza, xi drabi msemmija bħala l-\"kriterji ta' Maastricht\", stabbiliti fl-Artikolu 140(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).", "Il-kriterji ta' konverġenza jinkludu stabbiltà fil-prezzijiet, finanzi pubbliċi sodi, stabbiltà tar-rata tal-kambju u konverġenza fir-rati tal-imgħax fit-tul.", "Tiġi vvalutata wkoll il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mar-regoli tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM).", "Ir-rapport jikkonkludi li:", "Minbarra l-valutazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet formali għall-adeżjoni maż-Żona tal-Ewro, ir-rapport jidentifika li l-leġiżlazzjoni mhijiex kompletament kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-ebda wieħed mill-Istati Membri, għajr il-Kroazja.", "Il-Kummissjoni ħarset ukoll lejn fatturi oħrajn imsemmija fit-Trattat li jinħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ta' konverġenza, u sabet li l-Istati Membri li mhumiex fiż-Żona tal-Ewro huma b'mod ġenerali integrati sew ekonomikament u finanzjarjament fl-UE.", "Madankollu, xi wħud minnhom għadhom jesperjenzaw vulnerabbiltajiet makroekonomiċi u / jew jiffaċċjaw sfidi marbutin mal-ambjent tan-negozju tagħhom u l-qafas istituzzjonali li jistgħu jwasslu għal riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-proċess ta' konverġenza.", "Il-kisba ta' konverġenza u l-bini ta' strutturi ekonomiċi b'saħħithom huma kruċjali għall-prosperità tal-UE kollha kemm hi kif ukoll għat-tħaddim tajjeb tal-ewro.", "Il-Kummissjoni hija impenjata biex tappoġġa lill-Istati Membri li mhumiex fiż-Żona tal-Ewro jħejju għall-adeżjoni maż-Żona tal-Ewro.", "Is-Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali (Structural Reform Support Service, SRSS) jassisti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi speċifiċi u fit-tisħiħ tal-kapaċità ta' riforma ġenerali tal-Istati Membri.", "Bħala parti mill-proposti tagħha biex tapprofondixxi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Kummissjoni pproponiet li jitwaqqaf fluss ta' ħidma apposta fl-ambitu tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (Structural Reform Support Programme, SRSP) eżistenti biex jagħti appoġġ tekniku fuq talba lill-Istati Membri li qed iwittu t-triq biex jissieħbu fiż-Żona tal-Ewro.", "Fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) propost għall-perjodu wara l-2020 tagħha, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi Faċilità dedikata ta' Konverġenza għal Stati Membri li mhumiex fiż-Żona tal-Ewro u li jixtiequ jingħaqdu magħha.", "Din il-Faċilità ta' Konverġenza se tkun volontarja u se toffri kemm appoġġ tekniku kif ukoll finanzjarju.", "Skont stħarriġ ġdid tal-Ewrobarometru li ġie ppubblikat illum, l-appoġġ għall-adeżjoni maż-Żona tal-Ewro fl-Istati Membri terzi koperti mir-Rapport ta' Konverġenza huwa 51%, erba' punti perċentwali aktar mis-sena preċedenti.", "Din isegwi l-pubblikazzjoni ta' stħarriġ tal-Ewrobarometru f'Diċembru 2017, li wera li l-appoġġ għall-Ewro fost iċ-ċittadini fiż-Żona tal-Ewro huwa fl-ogħla livell tiegħu mill-2004 ‘l hawn.", "Il-kuntest", "Ir-Rapport dwar il-Konverġenza jifforma l-bażi tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar jekk Stat Membru jissodisfax il-kundizzjonijiet biex jingħaqad maż-Żona tal-Ewro.", "Ir-Rapport dwar il-Konverġenza mill-Kummissjoni Ewropea jiġi ppubblikat flimkien mar-Rapport dwar il-Konverġenza tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).", "Ir-Rapporti dwar il-Konverġenza jinħarġu kull sentejn, jew meta jkun hemm talba speċifika minn Stat Membru biex jivvaluta jekk huwiex lest li jingħaqad maż-Żona tal-Ewro, pereżempju, il-Latvja fl-2013.", "L-Istati Membri kollha, minbarra r-Renju Unit u d-Danimarka, jenħtieġ li jissieħbu fiż-Żona tal-Ewro.", "Għaldaqstant ir-Renju Unit u d-Danimarka mhumiex koperti minn dan ir-rapport.", "Għal aktar informazzjoni", "Ir-Rapport dwar il-Konverġenza tal-2018: Valutazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tal-Ewro – Memo", "Rapport dwar il-Konverġenza tal-2018", "Rapport dwar il-Konverġenza tal-2018 tal-BĊE", "Ewrobarometru Flash 465: L-introduzzjoni tal-Ewro fl-Istati Membri li għadhom ma adottawx il-munita komuni", "Ewrobarometru Standard 88: L-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea", "Rapport dwar il-Konverġenza Preċedenti", "L-Ewro", "Unjoni Ekonomika u Monetarja"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3845", "title": "Il-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew 2018: Il-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri biex jiksbu tkabbir sostenibbli, inklussiv u fit-tul", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 22 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (country-specific recommendations - CSRs) għall-2018, li fihom il-gwida ta' politika ekonomika tagħha għall-Istati Membri individwali għall-perjodu li ġej ta' bejn 12 u 18-il xahar.", "L-ekonomija tal-Ewropa qed tikber bl-aktar pass mgħaġġel f'10 snin, b'livelli rekord ta' impjieg, investiment li qed jirkupra u finanzi pubbliċi msaħħa.", "Skont it-tbassir tar-Rebbiegħa tal-2018 tal-Kummissjoni, it-tkabbir fis-sentejn li jmiss se jissokta b'pass sod iżda kemxejn aktar kajman.", "Il-kundizzjonijiet favorevoli attwali għandhom jiġu użati biex isaħħu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Ewropa u jagħmluhom iktar reżiljenti.", "Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż proposti llum jibnu fuq il-progress li diġà sar fi snin riċenti u għandhom l-għan li jikkapitalizzaw fuq il-perspettiva ekonomika pożittiva biex jiggwidaw lill-Istati Membri jieħdu iktar azzjoni.", "Il-Viċi President għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali responsabbli wkoll mill-Istabbiltà Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, Valdis Dombrovskis qal: “L-Ewropa qed tesperjenza l-iktar tkabbir b'saħħtu f'10 snin u dan se jkompli dis-sena u ta' wara.", "Madankollu, qed jitfaċċaw riskji ġodda bħall-volatilità fi swieq globali finanzjarji u protezzjoniżmu kummerċjali.", "Għandna nużaw iż-żminijiet tajba attwali biex insaħħu r-reżiljenza tal-ekonomiji tagħna.", "Dan iffisser li għandna nibnu buffers fiskali, li jagħtu iktar spazju għall-manuvrar lill-pajjiżi ġaladarba jerġa' jonqos ir-ritmu ekonomiku.", "Dan ifisser ukoll il-ħtieġa għal riformi strutturali li jippromwovu l-produttività, l-investiment, l-innovazzjoni u t-tkabbir inklużiv.”", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbiltà tal-Ħaddiema, Marianna Thyssen qalet: “Ir-rakkomandazzjonijiet ta' din is-sena enfasizzaw ħafna iktar minn qabel fuq kwistjonijiet soċjali, tal-impjiegi, u tal-edukazzjoni.", "Dan juri d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fl-Istati Membri kollha u fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħajja għaċ-ċittadini Ewropej kollha.”", "Il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, Pierre Moscovici qal: “Illum nersqu pass eqreb lejn li nħallu warajna il-legat tal-kriżi, hekk kif Franza toħroġ mill-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv wara disa' snin.", "Għall-ewwel darba mill-ħolqien tal-munita unika, il-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro se jkollhom defiċit taħt it-3 % tal-PDG fl-2018.", "Kienu snin ta' politiki fiskali risponsabbli li wasslu lill-pajjiżi tal-UE sa dan il-punt, u għandna niżguraw li r-risponsabbiltà tibqa' l-punt kruċjali fil-futur ukoll.", "Huwa għalhekk li aħna nibagħtu messaġġ qawwi lill-Ungerija u r-Rumanija li għandhom jieħdu azzjoni dis-sena u d-dieħla biex jirranġaw devjazzjoni sinjifikanti mill-miri fiskali tagħhom.", "Il-prevenzjoni hija aħjar mill-kura, u ż-żmien li nipprevjenu problemi serji milli jitfaċċaw huwa issa li l-ekonomija hija b'saħħitha.”", "Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2018", "Ir-rakkomandazzjonijiet jiffukaw fuq it-tisħiħ tal-pedamenti għal tkabbir sostennibbli u inklużivi fuq medda twila.", "Jibnu fuq l-analiżi komprensiva li twettqet mill-Kummissjoni fl-aħħar Rapporti tal-Pajjiż li enfasizzaw kwistjonijiet ta' legat f'xi Stati Membri li jirriżultaw mill-kriżi u l-isfidi finanzjarji għall-futur.", "Il-kuntest ekonomiku mtejjeb jippermetti enfasi fuq sett imġedded ta' prijoritajiet, u din it-tieqa ta' opportunità għandha tintuża biex isir dak li hu meħtieġ f'kuntest domestiku, filwaqt li titqies l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-UE, b'mod notevoli dawk fiż-żona tal-euro.", "B'mod partikulari, il-Kummissjoni ssejjaħ lill-Istati Membri biex isegwu riformi strutturali li jtejbu l-ambjent tan-negozju u l-kundizzjonijiet għall-investiment, speċjalment permezz ta' riformi tas-suq tal-prodotti u tas-servizzi, b'appoġġ lill-innovazzjoni, it-titjib tal-aċċess ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għal finanzjament u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.", "Stati Membri għandhom ukoll isaħħu wkoll ir-reżiljenza ekonomika fil-kuntest ta' sfidi fuq medda twila ta' żmien, bħalma huma xejriet demografiċi, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima.", "Ekonomiji reżiljenti biss jistgħu jiżguraw konverġenza ekonomika fit-tul u t-tnaqqis ta' differenzi.", "Din is-sena, ir-rakkomandazzjonijiet jiddedikaw attenzjoni speċjali lil sfidi soċjali, iggwidati mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li ġie pproklamat f'Novembru 2017.", "Hemm enfasi partikolari fuq li jiġi żgurat il-forniment ta' ħiliet adegwati, l-effettività u l-adegwatezza tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u t-titjib tad-djalogu soċjali.", "Irrakkomandaw li l-pajjiżi għandhom iwettqu riformi li jippreparaw il-forzi tax-xogħol tagħhom għall-futur, inklużi forom futuri tax-xogħol u diġitalizzazzjoni li qed tiżdied; inaqqsu inugwaljanzi fid-dħul; u joħolqu opportunitajiet ta' impjieg, b'mod partikulari għaż-żgħażagħ.", "Progress li sar fl-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet", "Sa mill-bidu tas-Semestru Ewropew fl-2011, l-Istati Membri implimentaw bis-sħiħ jew għamlu xi progress jew inkella progress sostanzjali fuq iktar minn żewġ terzi tar-rakkomandazzjoni speċifiċi għall-pajjiż.", "L-iktar li avvanzaw huwa fir-rigward ta' servizzi finanzjarji, u dan jirrifletti l-prijorità mogħtija lill-istabbilizzazzjoni tas-settur finanzjarju b'rispons għall-kriżi ekonomika u finanzjarja.", "Kien hemm ukoll rata għolja ta' implimentazzjoni ta' riformi biex jiġi promoss il-ħolqien ta' impjiegi b'kuntratti permanenti u jindirizzaw is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol.", "Mill-banda l-oħra, ir-rakkomandazzjonijiet fil-qasam tas-saħħa u l-kura fit-tul u twessigħ tal-bażi tat-taxxa għadhom ma ġewx ittrattati bl-istess mod.", "Jenħtieġu wkoll aktar sforzi biex titjieb l-inklużjoni u l-kwalità tal-edukazzjoni.", "Skont il-mandat ta' din il-Kummissjoni, is-Semestru Ewropew sar iktar simplifikat u inklużiv, iżda r-rekord tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet xorta ma jilħaqx l-aspettattivi.", "Biex tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' riformi maqbula, il-Kummissjoni qed tipproponi set imsaħħaħ ta' għodda baġitarja.", "L-iżbilanċi makroekonomiċi jkomplu jiġu kkoreġuti", "Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi qed tkompli, iżda xi sorsi ta' żbilanċi għadhom mhux indirizzati u tfaċċaw riskji ġodda.", "Filwaqt li defiċits fil-kont kurrenti ġew ikkoreġuti f'diversi pajjiżi, bilanċi favorevoli persistenti fi Stati Membri ġeneralment baqgħu l-istess.", "Id-diżingranaġġ qed iseħħ b'pass irregolari, b'livelli tad-dejn privat, pubbliku u estern li għadu għoli f'xi Stati Membri.", "It-tnaqqis konsistenti tad-dejn huwa kruċjali biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet f'dawn il-pajjiżi.", "F'għadd jikber ta' Stati Membri, l-isfidi marbuta ma' żidiet qawwija fil-prezzijiet tad-djar jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib.", "F'Marzu 2018, il-Kummissjoni kkonkludiet li tmien Stati Membri kienu qed jesperjenzaw żbilanċi (il-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, in-Netherlands, il-Portugall u l-Iżvezja) u li tliet pajjiżi kienu qed jesperjenzaw żbilanċi eċċessivi (il-Kroazja, l-Italja u Ċipru).", "Bħal fi snin preċedenti, monitoraġġ speċifiku se jsir għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri.", "Dan se jippermetti lill-Kummissjoni sabiex issegwi l-azzjoni politika mill-qrib fil-kuntest tal-Proċedura ta' Żbilanċi Makroekonomiċi, bl-intensità ta' dan il-proċess ta' monitoraġġ tirrifletti l-iskala tal-isfidi u s-severità tal-iżbilanċi.", "Analiżi tal-flessibbiltà skont regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir", "Fl-2015, il-Kummissjoni ħarġet gwida dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà skont ir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.", "Abbażi ta' din il-gwida, Pożizzjoni Miftehma b'mod Komuni dwar il-Flessibbiltà kienet approvata mill-Kunsill tal-ECOFIN fl-2016.", "Dan ħtieġ lill-Kummissjoni li tanalizza l-applikazzjoni tal-hekk imsejħa “klawżola ta' riforma strutturali” u “klawżola ta' investiment” sal-aħħar ta' Ġunju 2018.", "L-analiżi kkonkludiet li l-għanijiet ewlenin tal-gwida tal-Kummissjoni u tal-Pożizzjoni Miftehma b'mod Komuni dwar il-Flessibbilità b'mod ġenerali intlaħqu.", "L-esperjenza turi li l-prattika ta' din il-flessibbiltà ppermettiet li jintlaħaq il-bilanċ ġust bejn l-iżgurar ta' politika fiskali prudenti u l-istabilizzazzjoni tal-ekonomija.", "Il-livell aggregat ta' defiċit fiż-żona tal-euro se jaqa' għal 0.7 % tal-PDG din is-sena, minn quċċata ta' 6.3 % tal-PDG fl-2009.", "Il-proporzjoni bejn id-dejn u l-PDG huwa mistenni li jonqos minn 94.2 % fl-2014 għal 86.5 % fl-2018.", "Għall-ġejjieni, dan l-approċċ jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jżidu l-isforz fiskali tagħhom fi żminijiet tajba biex jagħmlu l-ekonomiji tal-UE iktar reżiljenti.", "Bl-espansjoni ekonomika tal-Ewropa fil-ħames sena tagħha, iż-żmien huwa ideali biex jinbnew il-buffers fiskali.", "Gwida u deċiżjonijiet skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir", "Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programmi ta' Stabbiltà u Konverġenza tal-2018, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jipprovdu gwida ta' politika fiskali għal Stati Membri fl-2019.", "Il-Kummissjoni ħadet ukoll għadd ta' passi skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.", "Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv tingħalaq għal Franza.", "Dan iħalli biss Stati Membri wieħed (Spanja) fil-parti korrettiva tal-Patt, tnaqqis minn 24 pajjiż fl-2011.", "Il-Kummissjoni adottat ukoll rapporti għall-Belġju u l-Italja skont l-Artikolu 126(3) TFUE li fihom tanalizza l-konformità tagħhom mal-kriterju tad-dejn tat-Trattat.", "Fil-każ tal-Italja, l-analiżi tissuġġerixxi li l-kriterju tad-dejn għandu jiġi kkunsidrat kif inhu konformi miegħu attwalment, speċjalment peress li l-Italja nstabet b'mod ġenerali f'konformità mal-parti preventiva tal-Patt fl-2017.", "Għall-Belġju, peress li m'hemmx evidenza suffiċjentament b'saħħitha li tikkonkludi li l-Belġju ma kkonformax mar-rekwiżiti tal-parti preventiva, ir-rapport ma setax jikkonkludi b'mod sħiħ jekk hemm konformità mal-kriterju tad-dejn jew le.", "Is-sena d-dieħla l-Kummissjoni se terġa' tivvaluta l-konformità taż-żewġ pajjiżi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir abbażi tad-data ex-post għall-2018, biex tiġi notifikata fir-Rebbiegħa 2019.", "Il-Kummissjoni bagħtet twissija lill-Ungerija u lir-Rumanija dwar l-eżistenza ta' devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta' aġġustament lejn l-objettiv baġitarju ta' terminu medju (OTM) fl-2017.", "Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta rakkomandazzjoni għar-Rumanija biex fl-2018 tieħu l-miżuri xierqa bl-għan li tikkoreġi din id-devjazzjoni sinifikanti.", "Għar-Rumanija, li diġà tinsab soġġetta għal proċedura ta' devjazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill joħroġ deċiżjoni dwar azzjoni mhux effettiva u rakkomandazzjoni biex tieħu miżuri fl-2018 u fl-2019 biex tiġi kkoreġuta d-devjazzjoni sinifikanti.", "Illum il-Kummissjoni qed tippubblika wkoll l-Opinjoni tagħha tal-Abbozz ta' Pjan Baġitarju (APB) aġġornat għal Spanja, billi dak li ġie ppreżentat f'Ottubru li għadda kien ibbażat fuq xenarju ta' “ebda bidla fil-politika”.", "Il-Kummissjoni tqis li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju aġġornat mar-rekwiżiti skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, peress li t-tbassir tar-Rebbiegħa tal-Kummissjoni tal-2018 jbassar li d-defiċit nominali ta' Spanja se jkun taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG fl-2018.", "Minkejja dan, l-Opinjoni tinnota li la l-mira tad-defiċit nominali u lanqas l-isforz fiskali li ntalbu fin-notifika tal-Kunsill tal-2016 ma huma mbassra li jintlaħqu din is-sena.", "Il-kuntest", "Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż lill-Istati Membri huma aġġustati kull sena, biex jirriflettu l-progress li jkun sar u l-ambjent li qed jinbidel.", "Il-kontenut tagħhom jirrifletti l-prijoritajiet usa' deskritti fid-Diskors tal-President dwar l-Istat tal-Unjoni u fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir.", "Għal Stati Membri fiż-żona tal-euro, jirriflettu wkoll ir-rakkomandazzjoni għall-politika ekonomika fiż-żona tal-euro.", "L-analiżi u l-gwida skont is-Semestru Ewropew huma koerenti mal-viżjoni fit-tul tal-istrateġija Ewropa 2020.", "F'Marzu tal-2018, il-Kummissjoni ppreżentat l-analiżi dettaljata tagħha dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' kull Stat Membru, fil-forma ta' Rapport tal-Pajjiż, bħala parti mill-Pakkett tax-Xitwa tas-Semestru Ewropew 2018.", "Il-Kummissjoni daħlet fi djalogu intensiv mal-Istati Membri kemm f'livell tekniku kif ukoll politiku biex tibni fehma kondiviża dwar is-sejbiet fir-rapporti.", "F'April, l-Istati Membri ppreżentaw il-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom, kif ukoll aġġornament tal-istrateġiji fiskali tagħhom fil-forma ta' Programmi ta' Stabbiltà (għal Stati Membri fiż-żona tal-euro) jew Programmi ta' Konverġenza (għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro).", "Ir-rakkomandazzjonijiet tal-lum huma bbażati fuq id-djalogi mal-Istati Membri, il-programmi ppreżentati x-xahar li għadda, l-informazzjoni mill-Eurostat u t-Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa 2018 tal-Kummissjoni, li għadu kif ġie ppubblikat.", "Illum il-Kummissjoni ppubblikat ukoll ir-Rapport ta' Konverġenza għall-2018 li jevalwa l-progress tal-Istati Membri lejn l-aċċessjoni għaż-żona tal-euro u tkopri is-seba' pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro li huma legalment marbuta li jadottaw l-euro: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Iżvezja.", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni tappella lill-Kunsill biex jadotta r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, u lill-Istati Membri biex jimplimentawhom kompletament u tempestivament.", "Il-ministri tal-UE jkunu mistennija li jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi qabel ma l-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvern tal-UE jkunu mistennija li japprovawhom.", "Imbagħad ikun f'idejn l-Istati Membri li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet billi jindirizzawhom permezz tal-politiki ekonomiċi u baġitarji nazzjonali tagħhom matul l-2018-2019.", "Aktar informazzjoni", "Memo dwar il-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew 2018", "Komunikazzjoni Introduttorja għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2018", "Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2018", "Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv għal Franza", "Proċedura ta' Devjazzjoni Sinjifikanti għall-Ungerija", "Proċedura ta' Devjazzjoni Sinjifikanti għar-Rumanija", "Rapport tal-Artikolu 126.3 għall-Belġju", "Rapport tal-Artikolu 126.3 għall-Italja", "Opinjoni dwar l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju aġġornat għal Spanja", "Skeda informattiva dwar ċifri ewlenin soċjali u ta' impjieg", "Stqarrija għall-istampa dwar ir-Rapport ta' Konverġenza 2018", "It-Tbassir Ekonomiku Ewropej tar-Rebbiegħa 2018", "Kalendarju tas-Semestru Ewropew", "Rakkomandazzjoni għaż-Żona tal-Euro 2018", "Il-Pakkett tax-Xitwa tas-Semestru Ewropew 2018", "Kommunikazzjoni dwar ir-Rapporti tal-Pajjiż 2018", "Rapporti tal-Pajjiż 2018", "Il-Pakkett tal-Ħarifa tas-Semestru Ewropew 2017: Naħdmu għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv", "Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2018", "L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2018", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali", "Il-governanza ekonomika tal-UE spjegata", "Segwi lill-Viċi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Segwi lill-Kummissarju Thyssen fuq Twitter: @mariannethyssen", "Segwi lill-Kummissarju Moscovici fuq Twitter: @Pierremoscovici", "Segwi lil DĠ ECFIN fuq Twitter: @ecfin"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3862", "title": "Il-Kummissjoni tipproponi regoli ġodda għall-OLAF bħala sieħeb mill-qrib tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG", "date": "Tue, 22 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-ħolqien ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jirrappreżenta l-bidu ta' fażi ġdida fil-ġlieda kontra l-frodi li tolqot il-baġit tal-UE.", "F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea llum qed tipproponi li temenda r-Regolament (UE), Euratom 883/2013 f'dak li jirrigwarda l-investigazzjonijiet li jmexxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) L-emenda tfittex li tiggarantixxi li l-OLAF ikun mgħammar biex jaħdem mill-qrib mal-UPPE sabiex jidentifika u jinvestiga l-fordi madwar l-UE.", "It-tibdiliet li qed jiġu proposti se jiddefinixxu wkoll l-għodod tal-OLAF biex imexxi investigazzjonijiet amministrattivi bil-għan li tiġi ggarantita l-effikaċja tagħhom.", "Dan jirrigwarda b'mod partikolari l-kontrolli u l-ispezzjonijiet, l-aċċess għal informazzjoni dwar kontijiet bankarji, kif ukoll l-għodod biex jikkumbattu l-frodi tal-VAT.", "“Il-baġit verament jirrigwarda l-valur miżjud tal-UE.", "Irridu nkunu żguri li kull ċenteżmu jintefaq għall-ġid taċ-ċittadini tagħna.", "Dan ifisser li l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni trid issir b'aktar enerġija minn qatt qabel.", "Irridu niggarantixxu li l-OLAF ikun adatt għall-iskop tiegħu u li jaħdem flimkien mal-UPPE b'mod fluwidu u effiċjenti.", "Hemm bżonn li jkollna OLAF b'saħħtu li jikkomplementa l-approċċ tal-UPPE fil-liġi kriminali permezz ta' investigazzjonijiet amministrattivi robusti,” qal Günther H. Oettinger, il-Kummissarju Ewropew għall-Baġit u r-Riżorsi Umani.", "L-UPPE se jkollu s-saħħa jinvestiga u jipproċessa dawk il-kawżi kriminali li jolqtu l-baġit tal-UE, bħall-korruzzjoni jew il-frodi bil-fondi tal-UE, jew il-frodi transfruntiera tal-VAT.", "Il-proposta tal-lum biex jiġi emendat ir-Regolament 883/2013 għandha l-għan li tiggarantixxi li l-OLAF isir sieħeb mill-qrib u affidabbli tal-UPPE, kif ukoll li jkompli jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi biex jikkomplementaw ix-xogħol tal-UPPE.", "Għaldaqstant, l-OLAF se jkompli jkollu rwol essenzjali fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.", "L-UPPE u l-OLAF se jaħdmu fi sħubija mill-qrib sabiex jiżguraw – permezz tal-mandati distinti iżda kumplimentari tagħhom – li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli fil-ġlieda kontra l-frodi u għall-ħarsien ta' flus il-kontribwenti.", "Fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-UPPE, l-investigazzjonijiet tal-OLAF se jiffukaw, permezz ta' miżuri amministrattivi, fuq l-iffaċilitar tal-ikurpru amministrattiv u fuq il-prevenzjoni milli ssir aktar ħsara lill-finanzi tal-UE.", "Dan se jissupplementa l-approċċ tal-UPPE għal-liġi kriminali, fejn xieraq f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE.", "Meta l-OLAF jiskopri l-possibbiltà ta' reati kriminali, se jirrapportahom mingħajr dewmien lill-UPPE, u se jagħti appoġġ lill-investigazzjonijiet tal-UPPE meta dan jitolbu.", "L-OLAF se jkompli jinvestiga wkoll l-irregolaritajiet mhux frawdolenti (li fir-rigward tagħhom l-UPPE mhux se jkollu l-kompetenza) fl-Istati Membri kollha.", "Fl-2016, dawn kienu jirrappreżentaw 93 % tal-irregolaritajiet kollha rrappurtati, b'impatt finanzjarju ta' madwar EUE 2.58 biljun [1].", "Barra minn hekk, l-OLAF se jkompli jinvestiga l-frodi u l-korruzzjoni fl-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-UPPE.", "Għal dan il-għan, il-proposta tintroduċi d-dispożizzjonijiet meħtieġa fil-qafas legali tal-OLAF li jirregolaw l-iskambju ta' informazzjoni mal-UPPE, jagħtu appoġġ lill-investigazzjonijiet tal-UPPE, jiżguraw li jkun hemm kumplimentarjetà ta' azzjoni u li ma jkunx hemm xogħol doppju ta' investigazzjoni.", "Barra minn hekk, l-emenda tipprevedi għadd ta' kjarifiki limitati iżda importanti li se jsaħħu l-effikaċja tal-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni li għamlet il-Kummissjoni dan l-aħħar.", "L-attenzjoni hija fuq oqsma konkreti fejn, illum, in-nuqqas ta' ċarezza fir-Regolament attwali joħloq ostakli li ma jippermettux li l-investigazzjonijiet tal-OLAF ikunu effikaċi.", "L-emenda tinkludi regoli sabiex isir titjib fil-mod kif isiru l-kontrolli u l-ispezzjonijiet fil-post, li huma fil-qalba tal-poteri tal-OLAF u ta' importanza kbira sabiex tinkixef l-evidenza meħtieġa biex tiġi kkonfermata jew le l-kondotta illegali sospetta.", "L-emenda tipprevedi li l-OLAF jingħata aċċess għal informazzjoni dwar kontijiet bankarji sabiex ikun jista' jidentifika l-flussi tal-flus fil-forom ta' frodi li dejjem qed isiru aktar sofistikati, u sabiex l-OLAF jingħata l-għodod meħtieġa biex iwettaq il-mandat tiegħu fil-qasam tal-VAT.", "Sfond", "Il-proposta tal-lum hija pass ieħor fl-isforzi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, wara li fl-2017 ġew adottati żewġ Atti leġiżlattivi importanti ħafna – ir-Regolament li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)[2] u d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali[3].", "[1]Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Il-ġlieda kontra l-frodi, Rapport Annwali 2016, COM(2017)383 tal-20.07.2017.", "[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1–71).", "[3] Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29–41)."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3867", "title": "L-Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim dwar il-proposta tagħha biex jiġu indirizzati l-flussi illegali tal-flus", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Tue, 22 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni hija sodisfatta bil-ftehim li ntlaħaq illum mill-Istati Membri tal-UE u mill-Parlament Ewropew dwar miżuri ewlenin għall-kontroll tal-flussi illegali tal-flus ġewwa u barra l-UE.", "Ir-regoli rinfurzati jikkumplementaw ir-regoli tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u huma parti mill-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà u jiġġieldu kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.", "Id-deċiżjoni tal-lum ittieħdet wara l-aħħar ċiklu ta' negozjati llejla fi Brussell.", "Kontrolli aktar stretti fuq flussi ta' flus kbar isaħħu l-kapaċità tal-UE biex tindirizza l-ħasil tal-flus, tiġġieled kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u jagħmluha aktar diffiċli għat-terroristi u l-kriminali biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom.", "It-twaqqif tas-sorsi ta' finanzjament huwa wieħed mill-aktar mezzi effettivi biex jitwaqqfu l-attakki terroristiċi u l-attivitajiet kriminali potenzjali fl-UE u fid-dinja kollha.", "Filwaqt li jilqa' l-ftehim politiku, Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Qed immorru lil hinn minn qatt qabel fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u t-terroriżmu, bl-għan li niżguraw soċjetà aktar sikura.", "Qed nirreaġixxu għall-aspettattivi taċ-ċittadini tagħna, li bir-raġun huma irrabjati minħabba l-kriminali u l-attività terroristika f'artna.", "Nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi bil-ftehim tagħna tal-lum biex titrażżan iċ-ċirkomvenzjoni tal-kontrolli tal-flus fil-fruntieri esterni tal-UE.”", "Filwaqt li l-miżuri miftiehma llum se jgħinu biex jiġi żgurat li l-flussi illegali tal-flus ma jkunux jistgħu jaslu f'idejn il-kriminali li joperaw fl-UE, ma jimponux restrizzjonijiet fuq il-livelli tal-pagamenti fi flus kontanti fl-Istati Membri.", "L-elementi ewlenin tar-regoli l-ġodda se:", "Il-kuntest", "Ir-regoli attwali dwar il-moviment tal-flus kontanti ġewwa l-UE u 'l barra mill-UE, magħrufa bħala “ir-Regolament dwar il-Kontrolli fuq Flus Kontanti”, ilhom japplikaw mill-2007 u huma parti integrali tal-qafas tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (ĠĦF) u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (FT).", "Taħt din il-leġiżlazzjoni, il-vjaġġaturi li jidħlu fl-UE jew joħorġu mill-UE huma legalment obbligati jiddikjaraw l-ammonti ta' flus kontanti ta' €10,000 jew aktar (jew l-ekwivalenti ta' dan f'muniti oħra jew strumenti negozjabbli għall-portatur) lill-awtoritajiet doganali.", "Il-ftehim tal-lum jestendi dan l-obbligu għall-komoditajiet bħad-deheb u għall-kards bi ħlas antiċipat.", "L-avvenimenti reċenti wrew li t-terroristi irnexxielhom isibu modi biex jevitaw ir-regoli dwar l-kontrolli tal-flus kontanti.", "L-organizzazzjonijiet kriminali li l-attivitajiet illegali tagħhom jiġġeneraw volumi kbar ta' flus kontanti m'għandhomx ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ mil-lakuni fis-sistema attwali biex jiċċaqilqu u jaħslu flushom.", "Il-passi li jmiss", "Issa l-ftehim proviżorju irid jiġi approvat b'mod formali mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE.", "Wara l-approvazzjoni, ir-regolament jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u jidħol fis-seħħ 20 jum wara.", "Għal aktar informazzjoni", "SKEDA INFORMATTIVA: L-Unjoni tas-Sigurtà – Ewropa li tipproteġi", "MEMO dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu aġġornati r-regoli tal-UE dwar il-kontrolli tal-flus kontanti (Diċembru 2016)", "Il-paġna web tal-Kummissjoni dwar il-kontrolli tal-flus kontanti"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3870", "title": "Baġit tal-UE għall-2019: Il-Kummissjoni tipproponi baġit iffukat fuq il-kontinwità u t-twettiq – għat-tkabbir, is-solidarjetà, is-sigurtà", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG", "date": "Tue, 22 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum ipproponiet l-abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2019 b'EUR 166 biljun f'impenji, li jikkorrispondi għal żieda ta' 3 % fuq l-2018, li jinvesti f'ekonomija Ewropea aktar b'saħħitha u aktar reżiljenti u jippromwovi s-solidarjetà u s-sigurtà fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri tal-UE.", "Dan il-baġit huwa s-sitt wieħed taħt il-baġit attwali fit-tul tal-UE 2014-2020 u jopera fil-limitazzjonijiet stipulati fih.", "Huwa mfassal biex jottimizza l-finanzjament għall-programmi eżistenti kif ukoll l-inizjattivi l-ġodda u biex tingħata spinta lill-valur miżjud Ewropew f'konformità mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker.", "Il-Kummissarju Günther H. Oettinger, inkarigat mill-Baġit u mir-Riżorsi Umani, qal: “Aħna qed nipproponu baġit ambizzjuż li jkompli jappoġġa l-prijoritajiet tagħna, b'mod partikolari fuq l-investiment, l-impjiegi, iż-żgħażagħ, il-migrazzjoni, is-solidarjetà u s-sigurtà, u li jwassal għal Valur Miżjud Ewropew għaċ-ċittadini tagħna.Għandna bżonn l-istabbiltà għall-UE u ninsab ħerqan li jintlaħaq ftehim mal-Parlament u l-Kunsill malajr kemm jista' jkun.”", "Il-proposta hija bbażata fuq il-premessa li r-Renju Unit, wara joħroġ mill-UE fit-30 ta' Marzu 2019, se jkompli jikkontribwixxi u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE sa tmiem l-2020 bħala Stat Membru.", "Il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea issa se jiddiskutu flimkien din il-proposta.", "Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għal approċċ prammatiku u modern fit-tul tal-baġit għall-perjodu 2021-2027.", "Spinta lill-ekonomija Ewropea", "Il-flus bħala appoġġ speċifiku għat-tkabbir ekonomiku se jilħqu total ta' kważi EUR 80 biljun f'impenji fl-2019.", "Dan jinkludi żidiet f'numru ta' programmi ewlenin:", "EUR 12.5 biljun (+8.4 % fuq l-2018) għar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' Orizzont 2020, inklużi EUR 194 miljun għal Impriża Konġunta Ewropea ġdida tal-Informatika ta' Prestazzjoni Għolja;", "EUR 2.6 biljun għall-edukazzjoni permezz ta' Erasmus+ (+10.4 % fuq l-2018);", "EUR 3.8 biljun għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) (+36,4 % fuq l-2018) għal netwerks tal-infrastruttura;", "ammont ulterjuri ta' EUR 233.3 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ biex jiġi mwieżna n-nies li jgħixu f'reġjuni fejn il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa għoli, li għandha tiġi ppareġġata b'fondi mill-Fond Soċjali Ewropew;", "Il-Kummissjoni tistenna l-programmi tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020 biex jilħqu veloċità kostanti fl-2019 wara sinjali inkoraġġanti fi tmiem is-sena li għaddiet ta' EUR 57 biljun (+ 2.8 % meta mqabbel mal-2018) u l-finanzjament għall-politika agrikola li jibqa' stabbli fil-livell ta' madwar EUR 60 biljun (+1.2 % meta mqabbel mal-2018).", "Is-sigurtà fi ħdan il-fruntieri tal-UE u lil hinn minnhom", "Minkejja l-limitazzjonijiet tal-baġit fit-tul tal-UE 2014-2020, il-Kummissjoni qed tuża kull flessibilità fil-baġit biex tiżgura li l-migrazzjoni u l-kwistjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri jirċievu attenzjoni speċifika għal darb'oħra din is-sena:", "ir-riforma tas-sistema Ewropea komuni tal-ażil biex tiġi żgurata politika tal-ażil aktar effiċjenti, ġusta u umana;", "Sistema ġdida ta' Dħul u Ħruġ sabiex tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri,", "it-tisħiħ tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil, u l-aġenziji l-oħra li jaħdmu fuq kwistjonijiet ta' fruntieri u viża;", "EUR 1.5 biljun addizzjonali għall-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija biex ikomplu jiġu pprovduti l-ikel, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni għal dawk li qed jaħarbu l-gwerer fis-Sirja u bnadi oħra (EUR 500 miljun oħra se jiġu pprovduti diġà mill-baġit attwali tal-2018, u għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li temenda dan tal-aħħar);", "l-implimentazzjoni ta' żewġ inizjattivi ewlenin: il-Qafas ta' Sħubija ma' pajjiżi terzi bl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) biex jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni.", "Nappoġġaw inizjattivi ġodda", "Minbarra li nikkonsolidaw l-isforzi tal-passat, dan l-abbozz tal-baġit jinkludi wkoll appoġġ għal inizjattivi ġodda:", "EUR 103 miljun għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, biex joħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu volontarjat jew xogħol fi proġetti f'pajjiżhom stess jew barra minn pajjiżhom;", "EUR 11-il miljun għall-ħolqien ta' Awtorità Ewropea dwar ix-Xogħol, li se tgħin biex tiżgura mobilità ġusta tal-forza tax-xogħol fis-suq intern, u tissimplifika l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali;", "EUR 40 miljun għall-estensjoni tal-Programm ta' Appoġġ għal Riforma Strutturali li jiffoka fuq l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fl-Istati Membri;", "EUR 245 miljun għat-twaqqif ta' Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża li jappoġġa l-industrija tad-difiża tal-Ewropa u tersaq lejn Unjoni tad-Difiża Ewropea;", "EUR 150 miljun biex tissaħħaħ ir-reazzjoni għat-terremoti, in-nirien u diżastri oħra fl-Ewropa permezz ta' riżerva tal-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili fil-livell tal-UE, inkluż tagħmir u timijiet “rescEU”;", "EUR 5 miljun huma ddedikati għall-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew il-ġdid li jipprosegwixxi kriminalità transfruntiera, inklużi l-frodi, il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni.", "Se jittieħdu aktar passi sabiex jiġu protetti individwi u kumpaniji kontra l-attakki ċibernetiċi.", "Il-kuntest", "L-abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2019 jinkludi żewġ ammonti għal kull programm li għandu jiġi ffinanzjat — l-impenji u l-pagamenti.", "“L-impenji” jirreferu għall-finanzjament li jista' jkun hemm qbil dwaru permezz ta' kuntratti f'sena speċifika; \"il-pagamenti\" jirreferu għall-flus li effettivament jitħallsu.", "L-abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2019 propost jammonta għal EUR 166 biljun f'impenji (+3 % meta mqabbel mal-2018) u EUR 149 biljun f'pagamenti (+3 % fuq l-2018).", "B'mod ġenerali, il-baġit tal-UE huwa primarjament baġit ta' investiment.", "Dan jammonta għal madwar 1 % tal-ING tal-UE u jirrappreżenta madwar 2 % tan-nefqa pubblika kollha tal-UE, u għandu l-għan li jikkomplementa l-baġits nazzjonali u l-prijoritajiet tal-implimentazzjoni li l-membri kollha tal-UE jkunu qablu fuqhom.", "L-artikoli tal-abbozz tal-Ftehim tal-Irtirar miftehma bejn in-negozjaturi tar-Renju Unit u tal-Unjoni dwar is-saldu finanzjarju jipprevedu li r-Renju Unit se jkompli “jikkontribwixxi u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-baġits tal-Unjoni” daqslikieku kien membru sħiħ matul il-perjodu tranżitorju[1].", "Għalhekk, l-abbozz tal-baġit tal-UE tal-2019 huwa ppreżentat fuq il-bażi ta' dan.", "Għal aktar tagħrif", "Abbozz tal-Baġit tal-UE għall-2019 – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "L-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2019 dokumenti", "Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3/2018", "[1] Abbozz ta' Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, TF50 (2018) 35, 19 ta' Marzu 2018"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3704", "title": "Nibnu Ewropa aktar b'saħħitha: inizjattivi ġodda biex ikompli jissaħħaħ ir-rwol tal-politiki taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u l-kultura", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Mon, 21 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qed tavvanza x-xogħol biex tibni Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, tirrinforza d-dimensjoni kulturali tal-Unjoni Ewropea u ssaħħaħ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, b'sett ġdid ta' miżuri, inklużi Strateġija għaż-Żgħażagħ ġdida u Aġenda ġdida għall-Kultura.", "L-inizjattivi għandhom l-għan li jsaħħu l-mobbiltà fl-apprendiment u l-opportunitajiet edukattivi fl-UE, jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ, b'mod partikolari billi jħeġġuhom jieħdu sehem fil-ħajja ċivika u demokratika, u jisfruttaw il-potenzjal tal-kultura għall-progress soċjali u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa.", "Il-Viċi President għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, Jyrki Katainen stqarr: “Illum qed nieħdu aktar passi biex jissaħħu l-politiki taż-żgħażagħ, il-kultura u l-edukazzjoni fl-UE.", "Wara l-laqgħa tal-Mexxejja tas-sena li għaddiet dwar l-edukazzjoni u l-kultura fis-Summit Soċjali ta' Gothenburg u l-Kunsill Ewropew ta' Diċembru, ippreżentajna malajr l-ewwel sett ta' inizjattivi kemm biex nindirizzaw il-kompetenzi ewlenin għall-apprendiment tul il-ħajja, il-ħiliet diġitali kif ukoll biex inrawmu valuri komuni u edukazzjoni inklużiva.", "It-tieni sett ta' inizjattivi li qed nippreżentaw illum imorru pass aktar minn hekk, billi jiffokaw fuq l-apprendiment għall-mobbiltà, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, l-apprendiment ta' lingwi barranin u l-kultura – li huma kollha elementi importanti għall-futur tal-Ewropa.”", "Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, Tibor Navracsics, qal: “L-edukazzjoni, il-kultura u l-politika taż-żgħażagħ għandhom rwol ċentrali fil-bini ta' Ewropa reżiljenti, kompetittiva u koeżiva għall-futur.", "Flimkien mal-ewwel pakkett adottat f'Jannar, il-proposti li qed inressqu llum juru li l-Kummissjoni qed taħdem bla heda biex tikseb sett ta' miri ambizzjużi flimkien mal-Istati Membri.", "Dawn l-azzjonijiet se jgħinu biex iwittu t-triq lejn Żona Ewropea għall-Edukazzjoni filwaqt li tissaħħaħ identità Ewropea u l-għoti tas-setgħa lin-nies, speċjalment iż-żgħażagħ.”", "Għandha tingħata aktar attenzjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-kultura fil-livell tal-UE biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.", "L-investiment fil-ħiliet, il-kompetenzi u l-għarfien iwasslu għall-innovazzjoni, il-kompetittività u r-reżiljenza.", "L-inizjattivi ppreżentati llum se jgħinu sabiex żgħażagħ minn kull sfond jingħataw aktar prospetti promettenti u se jgħinuhom jieħdu rwol aktar attiv fis-soċjetà.", "Il-Kummissjoni llum qed tippreżenta pakkett li jinkludi:", "Bħala parti mill-inizjattivi mħabbrin illum, qed ikompli x-xogħol fuq aspetti oħra tal-iżvilupp taż-Żona Ewropea għall-Edukazzjoni sal-2025.", "Il-Komunikazzjoni li tħaddan kollox dwar “Bini ta' Ewropa aktar b'Saħħitha” tiddeskrivi pjanijiet għal Kard Ewropea tal-Istudenti mfassla biex tingħata spinta lill-mobbiltà tal-apprendiment billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż għall-istudenti u l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ.", "Il-Kummissjoni qed tippjana biex timplimentaha sal-2021 bħala simbolu ċar tal-identità għall-istudenti Ewropej.", "Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll il-ħidma li qed titwettaq mal-Istati Membri u s-settur edukattiv biex jiġu żviluppati l-Universitajiet Ewropej.", "Dawn l-Universitajiet Ewropej li jikkonsistu f'netwerks ikkaratterizzati minn approċċ minn isfel għal fuq ta' universitajiet eżistenti se jsaħħu l-kooperazzjoni transfruntiera permezz ta' strateġiji istituzzjonali fit-tul.", "Huma se jippromwovu l-innovazzjoni u l-eċċellenza, ikabbru l-mobbiltà tal-istudenti u l-għalliema u jiffaċilitaw l-apprendiment tal-lingwi.", "Dan għandu jgħin ukoll biex l-edukazzjoni għolja Ewropea ssir aktar kompetittiva.", "Il-Kummissjoni għandha l-għan li tniedi proġetti pilota fl-2019 u fl-2020 taħt il-programm Erasmus+ qabel l-implimentazzjoni sħiħa tal-inizjattiva fl-2021.", "Se jiġu żviluppati wkoll azzjonijiet oħra sabiex jiġu appoġġjati l-apprendiment tul il-ħajja u l-approċċ immexxi mill-innovazzjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ.", "Pereżempju l-Kummissjoni se tipproponi biex tappoġġja t-twaqqif ta' Ċentri ta' Eċċellenza tal-Edukazzjoni u tat-Taħriġ Vokazzjonali li se jippromwovu rwol attiv għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-iżvilupp ekonomiku lokali u reġjonali.", "L-ewwel riżultati tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru juru l-opinjonijiet tal-Ewropej dwar inizjattivi ewlenin maħsubin biex tinbena Żona Ewropea ta' Taħriġ.", "Dan juri li aktar minn disa' persuni minn kull għaxra li wieġbu fil-pajjiżi kollha jaħsbu li jkun utli li tingħata l-opportunità lill-istudenti li jaħdmu ma' nies minn pajjiżi oħrajn fuq proġetti innovattivi, f'netwerks ta' universitajiet Ewropej.", "Dan juri wkoll li 84% taż-żgħażagħ mistħarrġa jixtiequ jtejbu l-għarfien ta' lingwa li digà tgħallmuha, u li minn dawn 77% jixtiequ jitgħallmu lingwa ġdida.", "Kuntest", "Fl-2016, il-mexxejja tal-UE appoġġjaw il-bżonn għal azzjoni b'appoġġ għaż-żgħażagħ.", "Fil-pjan ta' direzzjoni ta' Bratislava, huma impenjaw ruħhom li joħolqu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ, bħal pereżempju l-Inizjattiva għaż-Żgħażagħ, inkluż il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "Il-Kummissjoni issa qed tipproponi biex iġġedded l-Istrateġija għaż-Żgħażagħ biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ jistgħu jaqdu dmirhom fil-bini tal-futur tal-Ewropa.", "Il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern iddiskutew l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kultura f'Gothenburg f'Novembru 2017, is-Summit Soċjali ggwidat mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura,” li tistabbilixxi viżjoni ta' Żona Ewropea ta' Taħriġ u t-tħabbir ta' Aġenda Ġdida għall-Kultura.", "Dan wassal għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2017, li jitlob lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jmexxu 'l quddiem l-aġenda diskussa f'Gothenburg.", "Il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 bħala opportunità biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza soċjali u ekonomika tal-kultura u l-patrimonju.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Edukazzjoni (inkluża skeda informattiva)", "Kultura (inkluża skeda informattiva)", "Żgħażagħ (inkluża skeda informattiva)", "L-Ewrobarometru dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3881", "title": "Il-Kummissjoni tilqa' l-awtorizzazzjoni biex jinbdew negozjati dwar il-kummerċ mal-Awstralja u n-New Zealand", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Mon, 21 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tilqa' l-adozzjoni tal-lum mill-Kunsill tad-direttivi ta' negozjar għal ftehimiet ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja u man-New Zealand.", "It-tħejjijiet – li kienu jinkludu valutazzjoni tal-impatt għaż-żewġ ftehimiet – issa tlestew u jistgħu jibdew in-negozjati formali.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker qal: “Dawn il-ftehimiet se jibnu fuq il-ftehimiet ta' suċċess reċenti mal-Kanada, mal-Ġappun, ma' Singapor, mal-Vietnam, kif ukoll mal-Messiku fost l-oħrajn, u jespandu l-alleanza ta' sħab impenjati favur kummerċ globali miftuħ u bbażat fuq ir-regoli.", "Kummerċ miftuħ għandu jimxi id f'id ma' tiswir tal-politika miftuħ u inklużiv.", "Huwa għalhekk li l-Kummissjoni ppubblikat l-abbozzi ta' mandati ta' negozjati mal-Awstralja u man-New Zealand meta pproponiet lill-Kunsill biex tiftaħ dawn in-negozjati.", "Dawn il-ftehimiet se jkunu nnegozjati bl-akbar trasparenza u nistennew li l-Istati Membri jżommu dan il-livell għoli ta' trasparenza.”", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ, Cecilia Malmström, qalet: “Din hija aħbar tajba ħafna.", "Aħna ħerqana li nżidu lill-Awstralja u lin-New Zealand maċ-ċirku li dejjem qed jikber ta' sħab kummerċjali b'relazzjonijiet mill-qrib mal-UE.", "Aħna diġà qegħdin qrib xulxin f'termini tal-valuri komuni u tal-perspettiva miftuħa, globali tagħna.", "Flimkien, aħna issa se ninnegozjaw ftehimiet kummerċjali fejn jirbaħ kulħadd li joħolqu opportunitajiet ġodda għan-negozji tagħna, filwaqt li jissalvagwardjaw standards għolja f'oqsma ewlenin bħall-iżvilupp sostenibbli.", "Ninsab ħerqan li nżur Canberra u Wellington fil-ġimgħat li ġejjin biex inniedi b'mod uffiċjali n-negozjati tagħna.", "Il-bidu ta' dawn it-taħdidiet bejn sħab tal-istess fehma jibgħat sinjal qawwi fi żmien meta ħafna qed jieħdu t-triq il-faċli tal-protezzjoniżmu.”", "L-Awstralja u n-New Zealand huma alleati importanti u dawn il-ftehimiet se joffru gwadann ekonomiku sinifikanti billi jneħħu l-ostakli u jkomplu jsaħħu l-kummerċ.", "Minkejja d-distanza, il-kummerċ bejn l-UE u dawn iż-żewġ pajjiżi diġà huwa bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak mal-Messiku jew mal-Kanada.", "Li jkollna ftehimiet kummerċjali mal-Awstralja u man-New Zealand se jipprovdi lin-negozji tal-UE b'punt tad-dħul importanti fir-reġjun usa' tal-Asja-Paċifiku.", "Huma se jpoġġu wkoll lill-kumpaniji Ewropej fuq bażi ugwali ma' dawk minn pajjiżi oħra fiż-żona li ffirmaw il-Ftehim Komprensiv u Progressiv għal Sħubija Trans-Paċifika (Comprehensive and Progressive Agreement for Trans-Pacific Partnership, CPTPP) jew li diġà jgawdu minn aċċess aħjar għall-Awstralja u għan-New Zealand permezz ta' ftehimiet kummerċjali preferenzjali oħra.", "Il-Kummissarju Malmström se tivvjaġġa lejn l-Awstralja u n-New Zealand f'Ġunju biex tiftaħ in-negozjati fil-livell politiku.", "Imbagħad, l-ewwel sensiliet ta' negozjati bejn it-timijiet ta' negozjaturi huma mistennija li jsiru fi Brussell f'Lulju.", "Għal aktar tagħrif", "Abbozz ta' mandat għal negozjati mal-Awstralja u abbozz ta' mandat għal negozjati ma' New Zealand kif propost mill-Kummissjoni f'Settembru 2017", "Skeda informattiva dwar in-negozjati futuri mal-Awstralja u n-New Zealand", "Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt u s-sommarju eżekuttiv tiegħu għall-ftehim mal-Awstralja", "Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt u s-sommarju eżekuttiv tiegħu għall-ftehim man-New Zealand", "Aktar informazzjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Awstralja u dawk bejn l-UE u n-New-Zealand"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_6267", "title": "Rapport: Il-ftehimiet kummerċjali tal-UE joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi u jappoġġaw l-iżvilupp sostenibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 30 Oct 2018 23:00:00 GMT", "text": ["L-aċċess aħjar għas-swieq barranin innegozjat mill-UE jibbenefika lill-kumpaniji, lill-ħaddiema u lill-konsumaturi Ewropej.", "Skont it-tieni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali maħruġa llum, dawn il-ftehimiet – li jkopru kważi 70 suq madwar id-dinja – qed ikunu effettivi biex jeliminaw l-ostakli għall-kummerċ u biex jippromwovu standards għoljin ta' protezzjoni tax-xogħol u tal-ambjent.", "Madankollu, l-esportaturi Ewropej jistgħu jiksbu vantaġġ akbar mill-possibbiltajiet offruti mill-ftehimiet fis-seħħ.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström qalet: “Matul is-snin, l-UE investiet bil-kbir fl-iżvilupp tal-akbar netwerk ta' ftehimiet kummerċjali fid-dinja.", "L-aħħar fatti u ċifri juri li dan l-approċċ qed jagħti l-frott.", "Dawn il-ftehimiet jgħinu biex isaħħu l-ekonomija Ewropea billi jiffaċilitaw l-iskambji kummerċjali mad-dinja kollha, filwaqt li jappoġġaw l-impjiegi fl-UE.", "Il-lista dejjem tikber ta' ftehimiet strateġiċi li għamilna tiftaħ il-bibien u tagħti vantaġġ kompetittiv lill-kumpaniji Ewropej fis-swieq ewlenin.", "Hija tgħin ukoll biex tavvanza r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, u l-istandards ambjentali.", "Aħna rridu nkomplu niffokaw fuq ħidma ta' segwitu biex niżguraw li r-regoli fis-seħħ jiġu segwiti, u li n-negozji jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minn dawn il-ftehimiet.”", "Ir-rapport tal-lum ikopri l-iżviluppi fl-2017 u juri li l-kummerċ bil-ftehimiet kummerċjali tal-UE eżistenti qed ikompli jikber.", "Biex nagħtu xi ftit eżempji, l-esportazzjonijiet lejn il-Korea t'Isfel żdiedu b'aktar minn 12 % fis-sena li għaddiet, l-esportazzjonijiet lejn il-Kolombja b'aktar minn 10 %, u l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Kanada żdiedu b'7 % fid-disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim bejn l-UE u l-Kanada.", "Il-produtturi agroalimentari tal-UE huma fost il-benefiċjarji ewlenin tad-dazji doganali mneħħija, b'żidiet qawwija fl-esportazzjoni fis-sena l-oħra speċjalment lejn l-Ekwador (+34 %), iċ-Ċilì (+29 %), is-Serbja (+23 %), it-Turkija u l-Costa Rica (it-tnejn li huma +14 %).", "Fir-rigward tal-ostakli regolatorji għall-kummerċ, il-ftehimiet kummerċjali tas-sena l-oħra ppermettew li jinfetaħ suq Messikan għal prodotti tas-saħħa Ewropej, filwaqt li fetħu wkoll is-swieq Ċileni u Peruvjani għal xi esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE, u wittew it-triq għall-kumpaniji tal-UE li jippreżentaw offerti f'sejħiet għal offerti pubbliċi fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna.", "Meta niġu għall-promozzjoni tal-istandards tal-UE u tal-iżvilupp sostenibbli, bis-saħħa ta' dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE, sħab bħall-Kanada u l-Messiku fis-sena l-oħra rratifikaw il-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, li joffru protezzjoni akbar lill-ħaddiema.", "Minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi, xorta jista' jinkiseb aktar jekk il-kumpaniji tal-UE jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-ftehimiet fis-seħħ.", "Għal din ir-raġuni, flimkien mal-Istati Membri u n-netwerks kummerċjali, il-Kummissjoni qed issaħħaħ l-isforzi tagħha biex tinforma u tgħin lill-kumpaniji tal-UE, speċjalment dawk iżgħar, biex jibbenefikaw mill-ftehimiet kummerċjali.", "L-inizjattivi jinkludu t-titjib tal-istrumenti online bħal Market Access Database (bażi tad-data dwar l-aċċess għas-swieq) u Trade Helpdesk (servizz ta' għajnuna għall-kummerċ), u l-provvista ta' gwida dettaljata għan-negozji li jridu jisfruttaw bl-aħjar mod il-ftehmiet kummerċjali l-aktar riċenti tal-UE mal-Kanada u l-Ġappun.", "Sfond u passi li jmiss", "Ir-rapport tal-lum dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE huwa t-tieni rapport annwali ta' dan it-tip, li jkopri s-sena 2017.", "Ir-rapport jelenka l-iżviluppi fir-rigward ta' 35 ftehim kummerċjali tal-UE (minn total ta' 39).", "Dawn jinkludu:", "Il-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ Cecilia Malmström se tiddiskuti l-kontenuti tar-rapport mal-Ministri tal-Kummerċ tal-UE fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill fid-9 ta' Novembru.", "Se jsegwu wkoll diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew.", "Għal aktar informazzjoni", "Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE", "Anness tar-rapport: Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni", "Skeda informattiva", "Ftehimiet kummerċjali tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_6242", "title": "Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali fil-qalba tal-Ewropa: It-tnedija tat-tielet Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Tue, 30 Oct 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Mill-5 sad-9 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni Ewropea, b'kooperazzjoni mal-Presidenza Awstrijaka, se torganizza t-tielet Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali fi Vjenna, b'segwitu tas-suċċess tal-ewwel żewġ edizzjonijiet.", "Taħt il-motto “Skopri it-Talent Tiegħek”, eluf ta' żgħażagħ fl-Ewropa kollha se jkunu jistgħu jitgħallmu dwar l-opportunitajiet ta' taħriġ u ta' karriera bis-saħħa tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'aktar minn 1,000 avveniment li qed iseħħu fl-Ewropa kollha sa Diċembru 2018.", "L-inizjattiva tiġbor flimkien il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tan-negozju, it-trejdjunjins u l-pubbliku ġenerali biex tqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV).", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbiltà tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen, stqarret: “Ninsabu kuntenti li qegħdin hawn għat-tielet sena konsekuttiva biex nuru li l-ETV iwasslu għal karrieri eċċitanti u ta' sodisfazzjon f'kull qasam tal-ħajja - piloti, persuni li jagħmlu l-films, teknixins tal-ajruplani u kulma jiġi f'moħħok!", "Barra minn hekk, l-ETV u l-apprendistati jagħtu lin-nies il-ħiliet it-tajbin biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fis-seklu 21, u għalhekk ninsab kuntenta ħafna li qed nerġgħu nieħdu l-ħin u l-opportunità, fl-Ewropa kollha, biex nuru dawn il-benefiċċji.”", "Heinz Faßmann, il-Ministru Federali tal-Awstrija għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u r-Riċerka, stqarr: “Il-Presidenza Awstrijaka għandha l-pjaċir li tospita t-tielet edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali, li se sseħħ għall-ewwel darba barra Brussell.", "Permezz tal-għażla li għandhom dawk li qed jitgħallmu bejn skema ta' apprendistat doppju u sistema full-time bbażata fi skola, l-ETV huma parti ferm apprezzata u mitluba ħafna tal-edukazzjoni u t-taħriġ Awstrijaċi.", "Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali tipprovdi opportunità unika biex tissaħħaħ aktar l-attrattività tal-ETV”.", "“Sistema tal-ETV stabbilita sew u li tiffunzjona sew hija fattur importanti għall-iżvilupp ekonomiku.", "Iżda l-ETV joffru wkoll liż-żgħażagħ bażi stabbli għal karrieri ta' suċċess.", "Għalhekk, l-ETV iridu jiġu promossi u l-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali hija għodda potenti ħafna għal dan l-għan.", "Għalhekk il-Presidenza Awstrijaka hija kburija li tinsab fiċ-ċentru tal-politika Ewropea tal-ETV għal ġimgħa sħiħa!” stqarret Margarete Schramböck, il-Ministru Federali tal-Awstrija għall-Affarijiet Diġitali u Ekonomiċi.", "Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali: għażla intelliġenti għall-ġejjieni", "L-għan tal-Ġimgħa huwa li turi li l-ETV huma għażla intelliġenti, għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-adulti, li jwasslu għall-eċċellenza fl-edukazzjoni, f'impjiegi ta' kwalità għolja u f'aktar impjegabbiltà.", "B'hekk, il-Ġimgħa tikkontribwixxi għall-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa u għall-introduzzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.", "Permezz tal-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea trid tqajjem kuxjenza dwar il-firxa wiesgħa ta' opportunitajiet disponibbli permezz tal-ETV, u tħeġġeġ aktar nies biex jipparteċipaw u jitgħallmu dwar x'għandha x'toffri din is-sistema.", "Din is-sena, il-ġejjieni tal-ETV huwa wkoll fokus importanti tal-Ġimgħa, u se jiġu indirizzati suġġetti bħad-diġitalizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-ETV.", "Matul din il-Ġimgħa, bħala parti mill-kampanja, qed jiġu ospitati avvenimenti tal-inawgurazzjoni u Ġranet għall-Impjegaturi f'bosta Stati Membri, 26 Ambaxxatur nazzjonali u pan-UE ġew maħtura biex iqajmu kuxjenza dwar l-inizjattiva, u se jingħataw premjijiet biex tiġi ċċelebrata l-eċċellenza tal-ETV.", "Din il-ġimgħa ġiet organizzata bl-involviment u bl-appoġġ qawwi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ.", "Kuntest", "Ċifri ewlenin dwar l-edukazzjoni vokazzjonali fl-Ewropa (sors: Eurostat)", "Dwar il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali:", "L-ewwel edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali saret fl-2016.", "Fl-2017, saret it-tieni edizzjoni b'aktar minn 1,585 attività organizzati fl-Ewropa kollha b'miljun persuna.", "L-avvenimenti għat-tielet edizzjoni għal kull pajjiż jistgħu jinsabu hawn.", "Dwar il-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2018:", "Wara l-presidenzi tagħha fl-1998 u fl-2006, l-Awstrija bdiet it-tielet presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2018.", "Għal aktar informazzjoni", "Sit web u mappa tal-avvenimenti tal-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali", "Paġna tal-Avvenimenti fuq il-Facebook: Il-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali 2018", "Sit web tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2018", "Aħbar tal-Eurostat bi statistika dwar l-edukazzjoni vokazzjonali fl-UE kollha (disponibbli mill-5 ta' Novembru)", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq il-Facebook u Twitter, #EUVocationalSkills #DiscoverYourTalent", "[1] Età ta' bejn il-15 u l-34 sena, Eurostat", "[2] Edukazzjoni inqas minn primarja, edukazzjoni primarja u edukazzjoni sekondarja inferjuri, Eurostat"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_14_167", "title": "Il-politika esterna tal-UE dwar il-migrazzjoni: approċċ aktar konfidenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 20 Feb 2014 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea", "Stqarrijiet għall-istampa", "Brussell, il-21 ta' Frar 2014", "Il-politika esterna tal-UE dwar il-migrazzjoni: approċċ aktar konfidenti", "Liema progress sar biex ikun hemm amministrazzjoni aħjar tal-flussi tal-migrazzjoni u għall-promozzjoni tal-mobilità f'ambjent sikur.", "F'rapport adotta llum mill-Kummissjoni jħares lejn l-iżviluppi ewlenin fil-politika estera tal-UE dwar il-migrazzjoni fl-2012 u l-2013.", "Sentejn wara t-tnedija tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (GAMM) il-ġdida qed jiġu rrapportati kisbiet importanti fit-tisħiħ tad-djalogu u tal-kooperazzjoni, filwaqt li jiġi rikonoxxut li għandha ssir aktar ħidma biex ikun hemm aktar progress.", "L-isforzi biex jiġu indirizzati r-realtajiet ta' mobililtà internazzjonali li qed tiżdied iridu jaqblu mal-ħtiġijiet u mal-prijoritajiet tal-entitajiet interessati kollha.", "Dan jeħtieġ użu aħjar tal-għodda eżistenti, bħas-Sħubijiet tal-Mobilità u regoli tal-viża komuni.", "Hemm ukoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fejn possibbli meta jimplimentaw il-politiki tal-UE.", "\"Migrazzjoni amministrata tajjeb tista' tkun verament ta' benefiċċju għal dawk kollha involuti, migranti u pajjiżi bl-istess mod.", "Is-suċċess tagħna jiddependi l-aktar fuq id-djalogu u l-kooperazzjoni tagħna mal-pajjiżi mhux membri tal-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Is-Sħubijiet għall-Mobililtà, l-iffaċilitar għall-viża flimkien mal-ftehim ta' riammissjoni u r-regoli tal-viża komuni jibqgħu għodda ta' politika importanti.", "Imma rridu naħdmu aktar biex niżguraw tkabbir ekonomiku u kompetittività fl-Ewropa u biex nindirizzaw flimkien mal-pajjiżi mhux membri tal-UE n-nuqqasijiet tal-migrazzjoni, bħat-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-migranti,\" qalet il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmström.", "Is-Sħubijiet għall-Mobililtà kienu għodda importanti biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni u tal-ażil b'mod ta' benefiċċju reċiproku.", "Din tistabbilixxi sett ta' għanijiet politiċi u tipprovdi struttura għal diskussjonijiet u kooperazzjoni.", "Sa issa, is-Sħubijiet għall-Mobililtà ġew konklużi ma' sitt pajjiżi: il-Moldova (2008), il-Kap Verde (2008), il-Ġeorġa (2009), l-Armenja (2011), il-Marokk (2013) u l-Azerbajġan (2013).", "Id-diskussjonijiet dwar Sħubija għall-Mobililtà mat-Tuneżija ġew konklużi (Novembru 2013) u l-iffirmar huwa imminenti.", "Barra minn hekk, id-diskussjonijiet bdew mal-Ġordan (Diċembru 2013).", "Kollox flimkien, fil-perjodu 2012-2013, il-Kummissjoni sostniet aktar minn 90 proġett relatat mal-migrazzjoni b'aktar minn EUR 200 miljun fir-reġjuni kollha tad-dinja żviluppata.", "Barra minn hekk, l-Istati Membri tal-UE investew aktar riżorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-GAMM.", "Għandu jsir ukoll aktar xogħol rigward il-ħarsien tar-refuġjati u d-drittijiet tal-bniedem.", "Pereżempju, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO) jista' jkollu rwol akbar fit-titjib tal-kapaċitajiet dwar l-ażil u l-akkoljenza fil-pajjiżi mhux membri tal-UE, inkluż fil-qafas tas-Sħubijiet għall-Mobililtà.", "Hemm ukoll spazju biex jittejjeb l-użu tal-Programmi ta' Protezzjoni Reġjonali, b'mod partikolari permezz ta' parteċipazzjoni itwal u finanzjament.", "Koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet ta' risistemazzjoni mill-ġdid fuq il-livell tal-UE u fost l-Istati Membri tal-UE tippermetti għal reazzjoni aktar effiċjenti u aktar ta' malajr f'każ ta' kriżi.", "Finanzjament miżjud tal-UE għandu jkun disponibbli wkoll biex isostni aktar risistemazzjoni/postijiet ta' ammissjoni umanitarji bil-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (2014-2020).", "Il-pass li jmiss għall-GAMM", "Il-politika esterna u l-għodda eżistenti dwar il-migrazzjoni u l-ażil madankollu jistgħu jintużaw aħjar, inkluż biex jissaħħaħ il-faxxinu tal-UE u biex tissaħħaħ l-ekonomija tagħha.", "Il-kwistjoni tal-migrazzjoni għax-xogħol se tkun aktar ċentrali fis-snin li ġejjin u r-rwol tas-Sħubijiet għall-Mobililtà jista' jiġi enfasizzat dwar dan (pereż. billi jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-istudenti jew tal-professjonisti, jissaħħu l-kapaċitajiet għall-amministrazzjoni tal-migrazzjoni f'pajjiżi mhux membri tal-UE, jiġu introdotti programmi ta' migrazzjoni ċirkolari, tissaħħaħ il-protezzjoni soċjali tal-migranti legali, tiġi indirizzata fejn xieraq il-portabbiltà tad-drittijiet soċjali, eċċ.).", "L-iffaċilitar tal-għoti ta' viżi għal perjodu qasir jista' jipproduċi effetti pożittivi għall-iżvilupp fil-pajjiżi mhux membri tal-UE bħat-titjib tal-opportunitajiet u tar-rabtiet kummerċjali mal-UE, u t-tisħiħ tal-kuntatti bejn il-persuni.", "Barra minn hekk, il-potenzjal offrut mill-politika tal-UE dwar il-viża għandu jintuża sal-massimu tiegħu biex jittrawwmu tkabbir ekonomiku u skambji kulturali.", "Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kummissjoni se tipproponi emendi għall-Kodiċi tal-Viża biex jiġi ffaċilitat aktar l-ivvjaġġar lejn l-UE tal-vjaġġaturi leġittimi filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà tal-UE.", "Il-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari saret aktar profonda fis-snin li għaddew.", "Id-djalogi, l-iskambju ta' tagħrif u azzjonijiet konġunti biex jiġu miġġielda t-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tal-migranti bdew u ġew implimentati.", "Huma mbassra aktar inizjattivi kif diġà mħabbar fir-rapport tat-Task Force Mediterranean.", "Kuntest", "L-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (GAMM), sa mill-2005, huwa l-qafas ġenerali tal-politika esterna tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil u jiddefenixxi kif l-UE twettaq id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni operattiva tagħha mal-pajjiżi mhux membri tal-UE.", "Huwa bbażat fuq prijoritajiet definiti b'mod ċar li jirriflettu l-għanijiet strateġiċi tal-UE, u huwa parti integrali tal-politika barranija ġenerali tal-UE, inkluża l-kooperazzjoni għall-iżvilupp.", "Il-GAMM għandu l-għan li jrawwem id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab li mhumiex parti mill-UE f'erba' oqsma: organizzazzjoni aħjar tal-migrazzjoni legali u t-trawwim ta' mobililtà amministrata tajjeb; il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-qerda tat-traffikar tal-bnedmin; l-immassimizzar tal-impatt ta' żvilupp tal-migrazzjoni; u l-promozzjoni tal-protezzjoni internazzjonali u t-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tal-ażil.", "Il-GAMM jiġi implimentat permezz ta' djalogi ta' politika reġjonali u bilaterali (b'għodda politika bħas-Sħubijiet għall-Mobililtà); għodda legali bħall-iffaċilitar tal-viża u ftehim ta' riammissjoni; sostenn operattiv u bini tal-kapaċità; kif ukoll firxa wiesgħa ta' sostenn tal-programm u tal-proġett (disponibbli għal bosta entitajiet interessati, inklużi soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet tal-migranti u organizzazzjonijiet internazzjonali).", "Links Utli", "Is-sit elettroniku ta' Cecilia Malmström", "Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter", "Is-sit elettroniku tad-DĠ dwar l-Affarijiet Interni", "Segwi lid-DĠ dwar l-Affarijiet Interni fuq Twitter", "Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-GAMM 2012-2013:", "Kuntatti:", "Michele Cercone (+32 2 298 09 63)", "Tove Ernst (+32 2 298 67 64)", "Għall-pubbliku: Europe Direct bit-telefown 00 800 6 7 8 9 10 11 jew b'e­mail"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2130", "title": "L-Unjoni tas-Swieq Kapitali: Il-Parlament Ewropew jappoġġa l-miżuri ewlenin biex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 17 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tilqa' l-votazzjonijiet finali tal-Parlament Ewropew dwar il-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-elementi kostitwenti ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU).", "Din l-adozzjoni ta' għadd sostanzjali ta' proposti tikkostitwixxi pass ieħor 'il quddiem fit-tlestija tas-CMU, waħda mill-ogħla prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Juncker.", "Il-proġett tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali kien fil-qalba ta' din l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tagħti spinta lit-tkabbir fl-Ewropa, tinvesti fl-innovazzjoni u tippromwovi l-kompetittività globali tal-UE.", "Issa li ntlaħaq ftehim fuq 11 minn 13-il proposta, is-CMU se ssir mutur reali ta' investiment fis-Suq Uniku, u se tipprovdi sorsi addizzjonali ta' finanzjament lill-kumpaniji tal-UE u opportunitajiet għaċ-ċittadini biex jiffrankaw għall-futur tagħhom.", "Is-CMU talloka l-investiment għal proġetti li jirrispettaw l-ambjent, u b'hekk tikkontribwixxi għall-aġenda sostenibbli u newtrali għall-karbonju tal-UE.", "CMU b'saħħitha hija wkoll meħtieġa biex tikkumplimenta l-Unjoni Bankarja sabiex issaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u r-rwol internazzjonali tal-ewro.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis, li huwa responsabbli għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “L-Unjoni tas-Swieq Kapitali se tippermetti lill-kumpaniji jsibu aktar opportunitajiet ta' finanzjament kemm lokalment kif ukoll madwar l-Unjoni u jipprovdu lill-konsumaturi b'aktar għażliet biex jiffrankaw għall-futur tagħhom.", "Is-sorsi alternattivi ta' finanzjament ibbażati fuq is-suq huma partikolarment importanti għall-finanzjament tal-innovazzjoni, l-intraprenditorija u n-negozji ġodda, li huma l-muturi ewlenin tal-ħolqien tal-impjiegi.", "Filwaqt li l-proġett se jkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha, se jsaħħaħ ukoll b'mod partikolari l-Unjoni Ekonomika u Monetarja billi jippromwovi l-kondiviżjoni tar-riskju privat.”", "Jyrki Katainen, il-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “Il-Kummissjoni wettqet l-impenn tagħha li tistabbilixxi s-sisien ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali sal-2019.", "Is-CMU tikkontribwixxi direttament għall-impenn tal-Kummissjoni Juncker biex tingħata spinta lill-investiment, l-impjiegi u t-tkabbir billi jiġi ddiversifikat il-finanzjament ibbażat fuq is-suq għall-kumpaniji Ewropej.", "Aħna poġġejna l-pedamenti għas-CMU u l-isforzi għandhom ikomplu fil-mandat li jmiss sabiex in-negozji kbar u żgħar, l-investituri u dawk li jfaddlu jkunu jistgħu jkomplu jgawdu mill-benefiċċji.”", "B'mod ġenerali, il-proposti kollha adottati se jikkontribwixxu biex jespandu l-objettivi tas-CMU ta' finanzjament innovattiv u joħolqu aktar opportunitajiet ta' investiment mil-livell lokali għal dak Ewropew.", "Kull waħda minnhom tkopri ambitu speċifiku ta' azzjoni:", "Fondi ta' Investiment Kollettiv: Bit-tneħħija tal-ostakli regolatorji għall-fondi ta' investiment u r-regoli nazzjonali diverġenti, din il-proposta se żżid il-kompetizzjoni u tiffaċilita d-distribuzzjoni fl-UE tal-fondi ta' investiment, li se jagħti lill-investituri aktar għażla, valur aħjar u aktar protezzjoni.", "Rieżami tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE): Dan ir-rieżami se jagħmel is-sistema Ewropea ta' superviżjoni finanzjarja aktar effettiva u effiċjenti.", "Fost bosta objettivi, ir-riforma se tiggarantixxi wkoll li s-superviżjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus fis-settur finanzjarju tkun proattiva u rapida.", "Hija se tiżgura li r-regoli jkunu infurzati b'mod ugwali madwar l-UE u se tagħti lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) rwol ta' koordinazzjoni fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.", "Rieżami tad-ditti tal-investiment: Din il-leġiżlazzjoni riveduta se tiżgura regoli aktar proporzjonati u superviżjoni aħjar għad-ditti tal-investiment kollha fuq il-kapital, il-likwidità u rekwiżiti oħra tal-immaniġġjar tar-riskji, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali bejn istituzzjonijiet finanzjarji kbar u sistemiċi.", "Se ssaħħaħ u tiċċara wkoll ir-regoli ta' ekwivalenza għall-forniment ta' servizzi ta' investiment minn ditti ta' pajjiżi terzi.", "Bonds koperti: Din il-leġiżlazzjoni se trawwem l-iżvilupp ta' strumenti finanzjarji maħruġa mill-banek biex jiffinanzjaw l-ekonomija madwar l-UE, grazzi għal qafas armonizzat tal-UE.", "Swieq tat-tkabbir ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs): Ir-regoli adottati se jagħmluha irħas u aktar sempliċi għall-SMEs biex jaċċessaw is-swieq pubbliċi permezz ta' kategorija ġdida ta' ċentri tan-negozjar iddedikati għall-emittenti żgħar.", "Rekwiżiti ta' żvelar dwar investimenti sostenibbli: Bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, dawn ir-regoli se jsaħħu u jtejbu l-iżvelar tal-informazzjoni “ħadra” mill-manifatturi ta' prodotti finanzjarji u konsulenti finanzjarji lejn l-investituri finali.", "Regolamentazzjoni dwar l-infrastruttura tas-suq Ewropew (EMIR) 2.2: Din il-leġiżlazzjoni se tiżgura superviżjoni aktar robusta u effettiva tal-kontropartijiet ċentrali (CCPs) li joffru servizzi lill-UE.", "Finalment, dan se jikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fl-UE.", "REFIT tal-EMIR: Din ir-riforma se tipprovdi regoli aktar sempliċi u proporzjonati għal derivattivi over-the-counter, u se tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet regolatorji għall-parteċipanti tas-suq mingħajr ma tikkomprometti l-istabbiltà finanzjarja."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_2149", "title": "Il-Baġit tal-UE 2021-2027: Il-Kummissjoni tilqa' l-approvazzjoni ekoloġika tal-Parlament dwar InvestEU", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Wed, 17 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-vot tal-lum fil-Parlament Ewropew dwar InvestEU, il-programm li jagħti spinta lill-investiment fl-Ewropa fil-baġit fit-tul tal-UE li jmiss. Din il-votazzjoni ġġib l-InvestEU pass eqreb lejn il-ħolqien tiegħu.", "InvestEU se jissimplifika l-aċċess għall-finanzjament tal-UE għal proġetti ta' investiment filwaqt li jagħmlu aktar effiċjenti. Filwaqt li jibni fuq is-suċċess tal-Pjan Juncker, se jiġbor flimkien taħt saqaf wieħed u b'marka unika l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u 13-il strument finanzjarju ieħor tal-UE li bħalissa qed jappoġġaw l-investiment fl-UE.", "Il-President Jean-Claude Juncker qal: “Il-Pjan ta' Investiment qiegħed lill-Ewropa lura fin-negozju u ta riżultati konkreti fir-rigward ta' din il-prijorità ewlenija: il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir. Iżda nistgħu nagħmlu aktar u dan huwa dak li jinvolvi InvestEU. Billi jagħmel użu intelliġenti mill-baġit tal-UE, InvestEU se jgħin lill-Ewropa tibqa' post attraenti għall-investituri madwar id-dinja. Matul l-għaxar snin li ġejjin, il-programm se jillibera mill-inqas EUR 650 biljun għall-Ewropa biex tinvesti fil-futur tagħha, fl-ekonomija tagħha u fil-poplu tagħha.”", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “L-iġġenerar li jmiss ta' appoġġ għall-investiment fl-UE huwa kważi lest. Dalwaqt, in-negozji u l-intraprendituri se jkollhom aċċess aktar faċli għall-finanzjament tal-UE biex idawru l-ideat tagħhom fi proġetti konkreti. Dan se jgħin biex l-UE tibqa' fuq quddiem fl-innovazzjoni u l-azzjoni klimatika, filwaqt li jinħolqu l-impjiegi u jiġi żgurat mudell ta' tkabbir li jkun soċjalment, ambjentalment u ekonomikament sostenibbli.”", "InvestEU se jżomm l-approċċ innovattiv tal-Pjan Juncker għall-investiment, billi juża ammonti limitati ta' riżorsi pubbliċi b'garanzija tal-baġit tal-UE biex jimmobilizza fondi privati u pubbliċi sostanzjali. Il-garanzija ta' EUR 38 biljun se timmira lejn investimenti f'erba' oqsma ewlenin: infrastruttura sostenibbli; ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; negozji żgħar u ta' daqs medju u investiment u ħiliet soċjali.", "Jenħtieġ li tiġġenera mill-inqas EUR 650 biljun f'investiment addizzjonali fl-Ewropa.", "Simili għall-Pjan Juncker, il-Fond InvestEU se jkun akkumpanjat miċ-Ċentru tal-Konsulenza tal-InvestEU – appoġġ imfassal apposta għall-promoturi tal-proġetti – u l-Portal InvestEU – riżerva faċilment aċċessibbli ta' proġetti maturi għall-investituri potenzjali.", "B'mod ieħor simili għall-Pjan Juncker, il-Fond InvestEU se jkun parti mit-taħlita ta' politiki ekonomiċi tal-Kummissjoni ta' investiment, riformi strutturali u responsabbiltà fiskali, biex jassiguraw li l-Ewropa tibqa' attraenti biex jiġu stabbiliti u jirnexxu n-negozji.", "InvestEU huwa sħubija mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI), il-Bank tal-UE, u se jkun miftuħ għal sħab ta' implimentazzjoni oħrajn ukoll.", "L-aspetti baġitarji ta' InvestEU għadhom suġġetti għall-ftehim kumplessiv dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, propost mill-Kummissjoni f'Mejju tal-2018.", "L-aħħar ċifri mill-Bank Ewropew tal-Investiment, is-sieħeb strateġiku tal-Kummissjoni dwar il-Pjan Juncker, juru li sa April 2019, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (il-FEIS) immobilizza kważi EUR 393 biljun f'investimenti.", "S'issa l-operazzjonijiet approvati taħt il-FEIS jirrappreżentaw volum ta' finanzjament totali ta' EUR 72,8 biljun fit-28 Stat Membru.", "Il-BEI approva 524 proġett infrastrutturali appoġġat mill-FEIS għal EUR 53,8 biljun, filwaqt li l-Fond Ewropew tal-Investiment approva 554 ftehim ta' finanzjament għal negozji żgħar u ta' daqs medju b'valur ta' EUR 19-il biljun, li minnhom għandhom jibbenefikaw 945 000 kumpanija.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-Memo: Il-Programm InvestEU - mistoqsijiet u tweġibiet", "Skeda informattiva: X'inhu InvestEU?", "Skeda informattiva: InvestEU - x'se jkun qed jiffinanzja?", "Stqarrija għall-istampa dwar il-proposta InvestEU (is-6 ta' Ġunju 2018): Il-Programm InvestEU għall-appoġġ tal-impjiegi, it-tkabbir u l-innovazzjoni fl-Ewropa", "Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (is-6 ta' Ġunju 2018)", "Il-baġit tal-UE għall-futur", "Il-President Juncker fuq Twitter: @JunckerEU", "Il-Viċi President Katainen fuq Twitter: @jyrkikatainen", "#InvestEU"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_2160", "title": "Is-Suq Uniku Diġitali: Il-Kummissjoni tilqa' l-vot tal-Parlament Ewropew dwar regoli ġodda biex jitjieb l-użu ġust u trasparenti tal-pjattaformi online", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Tue, 16 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Parlament Ewropew approva r-Regolament il-ġdid dwar prattiki kummerċjali bejn il-pjattaformi u n-negozji li għandu l-għan li jistabbilixxi ambjent ġust, fdat u ggwidat mill-innovazzjoni għan-negozji u n-negozjanti meta jużaw il-pjattaformi online.", "Il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali, Andrus Ansip, il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Elżbieta Bieńkowska, u l-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, Mariya Gabriel, esprimew sodisfazzjon bir-riżultat tal-votazzjoni fi stqarrija konġunta:", "“Aħna kuntenti bl-appoġġ kbir għar-regoli l-ġodda dwar il-prattiki kummerċjali tal-pjattaformi online fost il-membri tal-Parlament Ewropew.", "Peress li dan huwa l-ewwel regolament fid-dinja li jindirizza l-isfidi tar-relazzjonijiet kummerċjali fi ħdan l-ekonomija tal-pjattaformi online, huwa pass importanti tas-Suq Uniku Diġitali u jwitti t-triq għal żviluppi futuri.", "Dan mhux biss se jtejjeb il-fiduċja, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali, se joffri wkoll għażliet ġodda u aċċessibbli għar-rimedju u r-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn in-negozji u l-pjattaformi.", "Ir-Regolament tfassal bil-ħsieb li l-miljuni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ma jkollhomx għalfejn iħabbtu wiċċhom iktar ma' sospensjonijiet tal-kontijiet bla spjegazzjoni, klassifikazzjonijiet opaki fir-riżultati tat-tiftix, riżoluzzjonijiet tat-tilwim li jiswew ħafna flus u ħafna prattiki inġusti oħra.", "Se jkun ukoll ta' benefiċċju kbir għall-konsumaturi billi se jinċentiva lin-negozji jsiru attivi fuq il-pjattaformi online u b'dan il-mod iwassal għal għażla akbar ta' oġġetti u servizzi, ta' kwalità aħjar u bi prezzijiet aktar baxxi.", "Aħna grati lill-partijiet kollha involuti, lill-Istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri, għall-isforzi kbar tagħhom biex jilħqu kompromess tajjeb f'perjodu ta' żmien qasir ħafna.", "Dan huwa żvilupp pożittiv ieħor qabel l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin.”", "Passi li jmiss", "It-test adottat illum mill-Parlament Ewropew għad irid jiġi approvat formalment mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "Ladarba jiġi approvat, ir-Regolament jidħol fis-seħħ 12-il xahar wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.", "L-UE stabbilixxiet ukoll Osservatorju tal-Pjattaformi Online apposta biex jimmonitorja l-evoluzzjoni tas-suq u l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli.", "L-Osservatorju diġà beda l-ħidma tiegħu u se jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa għal aktar azzjoni.", "Kuntest", "Il-pjattaformi joffru opportunitajiet għal aċċess rapidu u effiċjenti għas-swieq internazzjonali online tal-konsumaturi, u għalhekk saru jintużaw minn miljuni ta' negozji ta' suċċess.", "Madankollu, tqies li huwa importanti li jiġu indirizzati xi kwistjonijiet strutturali u li jiġu evitati l-prattiki kummerċjali inġusti.", "Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjattaformi Online ta' Mejju 2016 tidentifika ċerti oqsma fejn hemm bżonn isiru aktar sforzi ħalli tkun żgurata ekosistema ta' fiduċja, legali u ggwidata mill-innovazzjoni fl-UE.", "B'riżultat ta' dan, f'April 2018 il-Kummissjoni ressqet proposta għal Regolament tal-UE dwar il-korrettezza u t-trasparenza fin-negozjar fuq il-pjattaformi online kif ukoll ħolqot l-Osservatorju dwar l-ekonomija tal-pjattaformi online.", "Din l-inizjattiva twettaq l-impenn meħud fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 tal-President Juncker biex jiġi salvagwardjat ambjent kummerċjali ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fl-ekonomija online.Hija wkoll parti mill-kisbiet tas-Suq Uniku Diġitali (li huma dettaljati f'din is-serje ta' entrati fil-blog tal-Viċi President Andrus Ansip).", "Ir-regoli l-ġodda huma mirfuda b'valutazzjoni tal-impatt li tinkludi evidenza u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati li nġabru waqt eżerċizzju ta' ġbir tal-informazzjoni mifrux fuq sentejn.", "Għal aktar tagħrif", "Stqarrija għall-istampa: In-negozjaturi tal-UE jaqblu li joħolqu regoli Ewropej ġodda biex titjieb il-ġustizzja tal-prattiki kummerċjali tal-pjattaformi online", "MEMO – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Skeda informattiva: Il-pjattaformi online – regoli ġodda biex jiżdiedu t-trasparenza u l-korrettezza"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_778", "title": "Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: il-Kummissjoni tipproponi €279 miljun għall-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=REGIONAL", "date": "Wed, 29 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi €279 miljun f'appoġġ finanzjarju għall-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija, biex tappoġġa l-popolazzjoni ta' diversi reġjuni f'dawn l-erba' pajjiżi li fl-2019 intlaqtu minn diżastri naturali.", "Dawn il-fondi huma apparti t-€800 miljun disponibbli għall-2020 fil-qafas tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE.", "Il-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira, qalet: “Bħalissa għaddejjin minn żmien fejn is-solidarjetà Ewropea hija iktar importanti minn qatt qabel.", "Il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE huwa espressjoni konkreta ħafna ta' din is-solidarjetà Ewropea.", "Filwaqt li bħalissa l-fokus tagħna huwa li negħlbu bl-iktar mod sigur possibbli l-pandemija tal-coronavirus, għadna nuru solidarjetà ma' dawk li ntlaqtu minn diżastri oħra, bħad-diżastri naturali li seħħew is-sena li għaddiet.", "Il-pakkett tal-lum se jipprovdi l-fondi ferm meħtieġa għar-reġjuni milquta.”", "Il-pakkett tal-għajnuna jinqasam hekk:", "Il-passi li jmiss", "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jridu japprovaw il-proposta tal-lum biex tingħata assistenza mill-Fond ta' Solidarjetà tal-UE lill-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Awstrija.", "Ladarba tiġi approvata l-proposta tal-Kummissjoni tkun tista' titħallas l-għajnuna finanzjarja.", "Sfond", "Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) inħoloq wara l-għargħar gravi fl-Ewropa Ċentrali fis-sajf tal-2002.", "Minn dak iż-żmien huwa ġie mobilizzat wara 88 diżastru ta' natura differenti — inklużi għargħar, nirien fil-foresti, terremoti, maltempati u nixfa.", "Sa issa ngħataw għajnuna 24 pajjiż Ewropew differenti, b'ammont totali ta' iktar minn €5.5 biljun.", "Minbarra l-intervent wara diżastri naturali, fl-1 ta' April 2020 l-ambitu tal-Fond ġie estiż bħala parti mill-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus, biex jinkludi wkoll appoġġ fil-każ ta' emerġenzi tas-saħħa pubblika, bħat-tifqigħa attwali tal-coronavirus.", "L-Istati Membri milquta minn diżastru naturali jistgħu jitolbu tipi differenti ta' appoġġ għal żmien qasir u twil mill-UE.", "Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jista' jiġi attivat minn Stat Membru matul kriżi.", "Sabiex issaħħaħ ir-rispons tagħha għall-kriżijiet fuq żmien qasir, f'Marzu 2019 l-UE adottat sistema ġdida msejħa rescEU.", "RescEU tistabbilixxi riżerva Ewropea ġdida ta' kapaċitajiet, li tinkludi wkoll ajruplani tat-tifi tan-nar u ħelikopters.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Sit elettroniku dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea", "Lista ta' interventi tal-FSUE (sal-aħħar tal-2019)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_777", "title": "Il-laqgħa tal-mexxejja tal-Balkani tal-Punent: l-UE ssaħħaħ l-appoġġ biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19 u tiddeskrivi fil-qosor il-proposta għall-irkupru ta' wara l-pandemija", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENLNEIG,NEIGHB,COVID-19", "date": "Tue, 28 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tħabbar aktar minn EUR 3.3 biljun f'appoġġ finanzjarju tal-UE mobilizzat b'mod konġunt mal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent.", "Dan il-pakkett għandu l-għan li jindirizza l-ħtiġijiet immedjati sanitarji u umanitarji li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll li jgħin fl-irkupru soċjali u ekonomiku.", "Minbarra l-appoġġ imsaħħaħ, il-Kummissjoni, fil-kontribut tagħha qabel il-laqgħa tal-mexxejja tal-UE u tal-Balkani tal-Punent tas-6 ta' Mejju 2020, qed tiddeskrivi wkoll il-parametri ġenerali ta' appoġġ fit-tul li għandhom jiġu ppreżentati aktar tard din is-sena fil-forma ta' Pjan ta' Ekonomiku u ta' Investiment għar-reġjun.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet: “Għandna responsabbiltà speċjali biex f'din il-pandemija ngħinu lis-sħab tagħna fil-Balkani tal-Punent, minħabba li huwa ċar li l-futur tagħhom jinsab fl-Unjoni Ewropea.", "L-UE qed timmobilizza pakkett finanzjarju sostanzjali, li jikkonferma din is-solidarjetà qawwija.", "Flimkien se negħlbu din il-kriżi u nirkupraw.", "U lil hinn minn dan, se nkomplu nappoġġaw lir-reġjun, inkluż bir-riformi meħtieġa fil-perkors tagħhom lejn l-UE, peress li l-irkupru jaħdem b'mod effettiv biss jekk il-pajjiżi jibqgħu jwettqu l-impenji tagħhom.”", "Il-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir Olivér Várhelyi qal: “L-Unjoni Ewropea aġixxiet malajr u b'mod komprensiv biex tappoġġa lill-Balkani tal-Punent ħalli jindirizzaw il-pandemija tal-COVID-19, b'assistenza finanzjarja mingħajr preċedent kif ukoll aċċess għal ħafna mill-inizjattivi tal-UE.", "U l-ħidma tagħna se tkompli waqt li nħejju Pjan Ekonomiku u ta' Investiment għar-reġjun, biex nindirizzaw l-impatt soċjoekonomiku qawwi tal-kriżi, biex jiġu mmodernizzati l-ekonomiji fir-reġjun, biex jingħata appoġġ lir-riformi u biex jibda jingħalaq id-distakk fl-iżvilupp, biex b'hekk inwasslu benefiċċji konkreti lin-nies aktar malajr.”", "Appoġġ tal-UE lill-Balkani tal-Punent biex jindirizzaw il-coronavirus", "Il-pakkett ta' appoġġ finanzjarju tal-UE ta' aktar minn EUR 3.3 biljun jinkludi riallokazzjonijiet mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni ta' EUR 38 miljun f'sostenn immedjat għas-settur tas-saħħa, b'mod partikolari billi nfornu provvisti essenzjali biex insalvaw il-ħajja tan-nies, bħal tagħmir protettiv personali, maskri u ventilaturi; EUR 389 miljun biex jindirizzaw il-bżonnijiet ta' rkupru soċjali u ekonomiku kif ukoll pakkett għar-riattivazzjoni ekonomika ta' EUR 455 miljun, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali.", "Jinkludi wkoll proposta għal EUR 750 miljun f'Assistenza Makrofinanzjarja u pakkett ta' EUR 1.7 biljun f'assistenza mill-Bank Ewropew tal-Investiment.", "L-UE qed tipprovdi wkoll assistenza umanitarja immedjata lir-refuġjati u l-migranti vulnerabbli li tammonta għal EUR 4.5 miljun u EUR 8 miljun biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti fil-kampijiet tal-migranti fir-reġjun kollu.", "B'riżultat tal-pandemija tal-coronavirus, il-Balkani tal-Punent attivaw ukoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) u diġà bdew jirċievu assistenza permezz ta' tagħmir u r-ripatrijazzjoni ta' ċittadini mill-Istati Membri tal-UCPM u mill-Istati Parteċipanti.", "Barra minn hekk, minħabba l-perspettiva Ewropea tagħhom, l-UE qed tittratta lill-Balkani tal-Punent bħala sħab privileġġjati billi tagħtihom aċċess għal ħafna inizjattivi u strumenti li huma riservati għall-Istati Membri tal-UE.", "Dan jinkludi, pereżempju, l-akkwist konġunt ta' tagħmir mediku, l-eżenzjoni tar-reġjun mill-iskema ta' awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni tal-UE għal tagħmir protettiv personali, il-garanzija ta' passaġġ rapidu tal-oġġetti essenzjali fil-punti ta' qsim tal-fruntieri permezz ta' “korsiji ħodor”, u l-forniment mill-UE ta' materjal ta' ttestjar biex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tat-testijiet tal-coronavirus fil-Balkani tal-Punent.", "Ir-reġjun huwa wkoll assoċjat mal-ħidma tal-korpi tas-saħħa rilevanti.", "Inħarsu 'l quddiem - pjan ekonomiku u ta' investiment għall-irkupru", "Il-Balkani tal-Punent se jkollhom bżonn appoġġ kontinwu biex jiġi indirizzat l-impatt tal-pandemija ladarba tintemm il-kriżi immedjata.", "Aktar tard din is-sena, il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta Pjan Ekonomiku u ta' Investiment għar-reġjun, bil-għan li jistimula l-irkupru fit-tul, jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u jsostni r-riformi meħtieġa biex isir progress fil-perkors lejn l-adeżjoni mal-UE.", "Il-Pjan se jinkludi wkoll pakkett ta' investiment sostanzjali għar-reġjun.", "Għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet pakkett totali għall-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni III ta' EUR 14.5-il biljun, li minnhom il-biċċa l-kbira huma destinati għall-Balkani tal-Punent.", "Il-Kummissjoni tipprevedi li tirdoppja l-konċessjoni ta' sovvenzjonijiet permezz tal-Qafas ta' Investiment tal-Balkani tal-Punent u żżid b'mod sostanzjali l-garanziji finanzjarji biex jappoġġaw l-investiment pubbliku u privat fir-reġjun permezz ta' Strument ta' Garanzija ddedikat skont il-Qafas ta' Investiment tal-Balkani tal-Punent.", "It-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali se jkollhom rwol ċentrali fit-tnedija mill-ġdid u l-immodernizzar tal-ekonomiji tal-Balkani tal-Punent.", "L-investiment f'teknoloġiji u kapaċitajiet nodfa u diġitali, flimkien ma' ekonomija ċirkolari, se jgħinu biex jinħolqu l-impjiegi u t-tkabbir.", "Se jingħata wkoll appoġġ biex tittejjeb il-kompetittività tal-ekonomiji tal-Balkani tal-Punent, biex ikunu kollegati aħjar fir-reġjun u mal-UE, u biex lill-Balkani tal-Punent ikunu adatti għall-era diġitali.", "Se ssir enfasi qawwija fuq il-konnessjonijiet tat-trasport u tal-enerġija, li huma kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku kemm tar-reġjun kif ukoll tal-UE.", "Nindirizzaw ir-riformi fundamentali", "L-irkupru mill-kriżi attwali se jaħdem biss jekk is-sħab ikomplu jwettqu l-impenji tagħhom ta' riforma u jipproduċu riżultati tanġibbli fl-implimentazzjoni tagħhom.", "Dan huwa wkoll kruċjali biex titwettaq il-perspettiva Ewropea tagħhom.", "Minbarra r-riformi ekonomiċi kontinwi, dan jirrikjedi enfasi aktar qawwija fuq l-istat tad-dritt, il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-amministrazzjoni pubblika.", "Il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-UE u dawk tal-Balkani tal-Punent se jiltaqgħu fis-6 ta' Mejju 2020 għal laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u tal-Balkani tal-Punent biex jittrattaw l-isfidi komuni.", "Oriġinarjament prevista bħala summit f'Zagreb, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 il-laqgħa issa se ssir permezz ta' vidjokonferenza.", "Il-proposti tal-lum huma l-kontribut tal-Kummissjoni qabel din il-laqgħa.", "Ir-rispons globali tal-UE għall-pandemija tal-coronavirus isegwi l-approċċ “Team Europe”; dan billi jgħaqqad ir-riżorsi mill-UE, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha, b'mod partikolari l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.", "Flimkien mas-sħab tagħna, qed niggarantixxu li l-finanzjament sostanzjali tal-UE li diġà ġie allokat lill-Balkani tal-Punent jiġi mmirat biex jgħinhom jindirizzaw l-impatt tal-pandemija.", "B'mod parallel, xi Stati Membri tal-UE qed jipprovdu wkoll appoġġ bilaterali, kemm finanzjarju kif ukoll fil-forma ta' donazzjonijiet materjali.", "Link għall-Komunikazzjoni", "Skeda informattiva dwar ir-rispons tal-UE għall-pandemija tal-coronavirus fil-Balkani tal-Punent", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent", "Infografiċi għas-sħab:", "L-Albanija", "Il-Bożnija-Ħerzegovina", "Il-Kosovo", "Il-Montenegro", "Il-Maċedonja ta' Fuq", "Is-Serbja"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_759", "title": "Il-Coronavirus: Il-Kummissjoni toħroġ gwida biex ittaffi t-tfixkil tal-provi kliniċi fl-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19", "date": "Mon, 27 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni ppubblikat gwida biex tiżgura li l-provi kliniċi jistgħu jibqgħu jsiru fl-UE waqt il-pandemija tal-COVID-19.", "L-għan hu li jittaffa t-tfixkil tar-riċerka klinika fl-Ewropa, u b'hekk jittaffew l-effetti negattivi tal-pandemija mingħajr ma jiġu kompromessi l-kwalità u s-sikurezza.", "Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma parti importanti tal-istrateġija sħiħa biex jinsabu t-trattamenti u tilqima li jipproteġu lin-nies kontra l-coronavirus.", "Fil-bażi tad-data tal-UE (EudraCT), issa hemm iżjed minn 200 prova klinika għall-coronavirus irreġistrata, u l-Gwida toffri r-rakkomandazzjonijiet ta' miżuri sempliċi u flessibbli biex nirreaġixxu għas-sitwazzjoni tal-lum, u biex niżguraw li l-pazjenti li jieħdu sehem fil-provi kliniċi madwar l-UE jkunu jistgħu jibqgħu jingħataw il-mediċini li għandhom bżonn.", "Il-Kummissarju Stella Kyriakides, li hi inkarigata mis-saħħa u mis-Sikurezza Alimentari, qalet: “Ninsabu maqbudin fl-agħar pandemija fl-istorja mfakkra riċenti, u huwa assolutament kruċjali li nkunu flessibbli bir-regoli tagħna biex tkompli għaddejja r-riċerka dwar trattamenti kritiċi, fosthom għall-mard kroniku u rari, permezz tal-provi kliniċi.", "Mingħajr dubju, l-iżvilupp u l-użu ta' dijanjostika, trattamenti u tilqim effikaċi se jkunu l-aqwa skoperti biex jitwaqqaf il-coronavirus.", "Fl-4 ta' Mejju il-konferenza internazzjonali b'appell għal wegħdiet ta' donazzjonijiet se tagħti bidu għall-kooperazzjoni u l-appoġġ globali għal din il-ħidma, bl-għan li jinġabar finanzjament ta' EUR 7.5 biljun għall-benefiċċju tal-komunità dinjija.", "B'solidarjetà ma' xulxin, kollha flimkien, nirbħu żgur.”", "Ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-gwida jinkludu:", "Dawn il-miżuri se jintużaw biss waqt il-pandemija tal-coronavirus, u ladarba l-kriżi tas-saħħa tal-lum tintgħeleb fl-UE u fiż-Żona Ekonomika Ewropea, se jiġu revokati.", "Kuntest", "L-ewwel dokument ta' gwida, li tfassal fid-dettall taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni Ewropea, ġie ppubblikat lejn l-aħħar ta' Marzu mill-Grupp ta' Esperti dwar il-Provi Kliniċi tal-Kummissjoni Ewropea bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, tal-Grupp għall-Faċilitazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Provi Kliniċi, tal-Kapijiet tal-Aġenzija għall-Mediċini u tal-Ispetturi tal-prattika klinika t-tajba tal-Grupp ta' Ħidma tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.", "L-għan tad-dokument huwa li jipprovdi sett ta' rakkomandazzjonijiet armonizzati, biex jiżgura l-akbar sikurezza u benessri tal-parteċipanti fil-provi kliniċi madwar l-UE filwaqt li tinżamm il-kwalità għolja tad-data li tirriżulta mill-provi kliniċi.", "Il-gwida għandha l-għan ukoll li tiżgura li l-provi kliniċi għal trattamenti li m'għandhomx rabta mal-coronavirus, b'mod speċjali dawk li jirrigwardaw il-mard rari u l-kundizzjonijiet mediċi serji jew li huma theddida għall-ħajja u li ma jeżistix trattament tajjeb għalihom, ma jitfixklux minħabba l-kriżi attwali.", "Għal aktar informazzjoni", "Gwida", "Il-paġna web tal-Kummissjoni ddedikata għar-rispons għall-coronavirus", "Konferenza b'appell għal wegħdiet ta' donazzjonijiet b'Rispons Globali għall-Coronavirus", "Is-sit web tal-Kummissjoni", "L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_740", "title": "Rispons għall-Coronavirus: Il-Kummissjoni tadotta pakkett bankarju biex jiffaċilita s-self lill-familji u lin-negozji fl-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PR-ECOM,COVID-19", "date": "Mon, 27 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Il-Kummissjoni llum adottat pakkett bankarju biex jgħin jiffaċilita s-self mill-banek lill-familji u lin-negozji fl-Unjoni Ewropea.", "L-għan ta' dan il-pakkett huwa li jiżgura li l-banek jistgħu jkomplu jsellfu l-flus biex jappoġġjaw l-ekonomija u jgħinu biex jittaffa l-impatt ekonomiku sinifikanti tal-Coronavirus.", "Dan jinkludi Komunikazzjoni Interpretattiva dwar l-oqfsa prudenzjali u kontabilistiċi tal-UE, kif ukoll emendi “soluzzjoni ta' malajr” mmirati għar-regoli bankarji tal-UE.", "Ir-regoli stabbiliti wara l-kriżi finanzjarja żguraw li l-banek fl-UE issa huma aktar reżiljenti u ppreparati aħjar biex jilqgħu għal xokkijiet fl-ekonomija.", "Il-Komunikazzjoni tal-lum tfakkar li r-regoli tal-UE jippermettu lill-banek u lis-superviżuri tagħhom jaġixxu b'mod flessibbli, iżda responsabbli, matul kriżijiet ekonomiċi biex jappoġġjaw liċ-ċittadini u l-kumpaniji, b'mod partikulari kumpaniji żgħar u ta' daqs medju.", "Ir-Regolament tal-lum jimplimenta wkoll xi bidliet immirati biex tiġi mmassimizzata l-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu biex isellfu u biex jassorbu t-telf relatat mal-pandemija tal-Coronavirus, filwaqt li xorta waħda jiżgura r-reżiljenza kontinwa tagħhom.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ekonomija għas-Servizz tan-Nies, qal: “Aħna qed nappoġġjaw lid-djar u lin-negozji kemm nistgħu biex jindirizzaw il-konsegwenzi ekonomiċi tal-Coronavirus.", "Is-settur bankarju jista' jagħmel ħafna biex jgħin hawnhekk.", "Aħna qed nużaw il-flessibbiltà sħiħa tar-regoli bankarji tal-UE u qed nipproponu bidliet leġiżlattivi mmirati li jippermettu lill-banek iżommu l-likwidità għaddejja, biex il-familji u l-kumpaniji jkunu jistgħu jiksbu l-finanzjament li jeħtieġu.", "Dalwaqt se nniedi wkoll diskussjonijiet madwar mejda li jġibu flimkien gruppi ta' konsumaturi u negozji mas-settur finanzjarju sabiex inkunu nistgħu nindirizzaw il-ħtiġijiet l-aktar urġenti taċ-ċittadini u l-kumpaniji tagħna.”", "Il-Kummissjoni se timpenja ruħha mas-settur finanzjarju Ewropew biex tesplora kif tista' tiżviluppa l-aħjar prattiki li jistgħu jappoġġjaw aktar liċ-ċittadini u n-negozji.", "Ir-rispons tal-UE għal din il-kriżi jrid jiġi kkoordinat sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni nazzjonali u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi.", "Emendi mmirati għar-regoli bankarji", "Illum il-Kummissjoni pproponiet xi emendi “soluzzjoni ta' malajr” mmirati għar-regoli prudenzjali bankarji tal-UE (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali) sabiex tiġi mmassimizzata l-kapaċità tal-banek li jsellfu u jassorbu t-telf relatat mal-Coronavirus.", "Il-Kummissjoni tipproponi miżuri temporanji eċċezzjonali biex ittaffi l-impatt immedjat ta' żviluppi relatati mal-Coronavirus, billi tadatta l-kronoloġija tal-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà fuq il-kapital tal-banek, billi tittratta b'mod aktar favorevoli l-garanziji pubbliċi mogħtija waqt din il-kriżi, billi tipposponi d-data ta' applikazzjoni tar-riżerva ta' proporzjon tal-lieva finanzjarja u billi timmodifika l-mod ta' kif jiġu esklużi ċerti skoperturi mill-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ.", "Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tavvanza d-data ta' applikazzjoni ta' diversi miżuri miftiehma li jagħtu inċentiv lill-banek biex jiffinanzjaw impjegati, SMEs u proġetti ta' infrastruttura.", "Komunikazzjoni Interpretattiva", "Il-Komunikazzjoni tal-lum tikkonferma d-dikjarazzjonijiet reċenti dwar l-użu tal-flessibbiltà fir-regoli prudenzjali u tal-kontabbiltà, bħal dawk magħmula mill-Kumitat ta' Basel tas-Superviżjoni Bankarja, mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)u l-Bank Ċentrali Ewropew, fost oħrajn.", "Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-banek u lill-awtoritajiet superviżorji biex jagħmlu użu mill-flessibbiltà fl-oqfsa tal-kontabbiltà u prudenzjali tal-UE.", "Pereżempju, il-Komunikazzjoni tikkonferma – u tilqa' – il-flessibilità disponibbli fir-regoli tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' moratorji pubbliċi u privati fuq ħlasijiet lura ta' self (linji gwida tal-ABE tal-2 ta' April).", "Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll oqsma fejn il-banek huma mistiedna jaġixxu b'mod responsabbli, pereżempju billi joqogħdu lura milli jagħmlu distribuzzjonijiet ta' dividendi lill-azzjonisti jew billi jadottaw approċċ konservattiv għall-ħlas ta' remunerazzjoni varjabbli.", "Il-Komunikazzjoni tal-lum tfakkar ukoll kif il-banek jistgħu jgħinu lin-negozji u liċ-ċittadini permezz ta' servizzi diġitali, inklużi pagamenti mingħajr kuntatt u diġitali.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-oqfsa prudenzjali u kontabilistiċi biex jiġi ffaċilitat l-għoti ta' self mill-banek tal-UE (Appoġġ għan-negozji u għall-familji waqt il-COVID-19)", "Proposta għal emenda tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment", "Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 Test b'rilevanza għaż-ŻEE", "Mistoqsijiet u tweġibiet: Rispons għall-Coronavirus: Pakkett Bankarju biex jiffaċilita s-self mill-banek - Appoġġ lill-familji u lin-negozji fl-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_756", "title": "L-UE u l-Messiku jikkonkludu negozjati għal ftehim kummerċjali ġdid", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Mon, 27 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["L-Unjoni Ewropea u l-Messiku llum ikkonkludew l-aħħar element pendenti tan-negozjati tal-ftehim kummerċjali l-ġdid tagħhom.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Phil Hogan u l-Ministru Messikan tal-Ekonomija Graciela Márquez Colín – f'telefonata llum – qablu dwar l-ambitu preċiż tal-ftuħ reċiproku tas-swieq tal-akkwist pubbliku u livell għoli ta' prevedibbiltà u trasparenza fil-proċessi tal-akkwist pubbliku.", "B'dan, l-UE u l-Messiku jistgħu javvanzaw għall-iffirmar u għar-ratifika ta' dan il-ftehim f'konformità mar-regoli u mal-proċeduri rispettivi tagħhom.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Phil Hogan qal: “Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-isforzi tagħna kienet iffokata dan l-aħħar fuq l-indirizzar tal-kriżi tal-koronavirus, aħna konna qed naħdmu wkoll sabiex navvanzaw l-aġenda tagħna dwar il-kummerċ miftuħ u ġust li tkompli tkun importanti ferm.", "Il-ftuħ, is-sħubiji u l-kooperazzjoni se jkunu saħansitra aktar essenzjali hekk kif nerġgħu nibnu l-ekonomiji tagħna wara din il-pandemija.", "Għalhekk, ninsab kuntent ħafna, li flimkien mas-sħab Messikani tagħna, aħna nikkondividu fehmiet simili u li l-ħidma kontinwa tagħna issa tista' twassal għal riżultati pożittivi.", "Il-ftehim tal-lum huwa evidenza ċara tal-impenn komuni tagħna li navvanzaw l-aġenda tagħna ta' sħubija u kooperazzjoni.", "Dan il-ftehim – ladarba jkun fis-seħħ – se jgħin kemm lill-UE kif ukoll lill-Messiku biex jappoġġja l-ekonomiji rispettivi tagħna u jagħti spinta lill-impjiegi.”", "Skont il-ftehim il-ġdid bejn l-UE u l-Messiku, prattikament il-kummerċ kollu ta' merkanzija bejn l-UE u l-Messiku se jkun bla dazju.", "Il-ftehim issa jinkludi wkoll regoli progressivi dwar l-iżvilupp sostenibbli, bħal impenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.", "Hija wkoll l-ewwel darba li l-UE taqbel ma' pajjiż tal-Amerika Latina dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ħarsien tal-investiment.", "Proċeduri doganali aktar sempliċi se jkomplu jgħinu biex tingħata spinta lill-esportazzjonijiet.", "Il-Ftehim Globali usa', li l-ftehim kummerċjali huwa parti integrali minnu, ikopri wkoll il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll kapitli dwar il-kooperazzjoni politika u dik dwar l-iżvilupp.", "Se jkun ukoll l-ewwel ftehim kummerċjali tal-UE li jinkludi dispożizzjonijiet biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, b'miżuri li jservu ta' azzjoni kontra t-tixħim u l-ħasil tal-flus.", "Il-Messiku huwa l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Amerika Latina b'kummerċ bilaterali ta' prodotti ta' EUR 66 biljun u kummerċ f'servizzi b'valur ieħor ta' EUR 19-il biljun (data tal-2019 u l-2018 rispettivament).", "L-esportazzjonijiet ta' prodotti tal-UE jaqbżu l-EUR 39 biljun fis-sena.", "Il-kummerċ ta' prodotti bejn l-UE u l-Messiku aktar milli ttrippla minn meta daħal fis-seħħ il-ftehim oriġinali fl-2001.", "Il-ftehim kummerċjali modernizzat se jgħin biex tingħata spinta lil dan it-tkabbir storiku b'saħħtu.", "Il-Passi li Jmiss", "Ir-reviżjoni legali tal-ftehim issa qed tiġi ffinalizzata.", "Ladarba jiġi konkluż il-proċess, il-ftehim jiġi tradott fil-lingwi kollha tal-UE.", "Wara t-traduzzjonijiet, il-proposta tal-Kummissjoni se tintbagħat għall-iffirmar u għall-konklużjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.", "Sfond Il-ftehim kummerċjali huwa parti mill-Ftehim Globali, li huwa usa' u li jistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni tal-UE mal-Messiku u li jkopri kwistjonijiet ta' interess kondiviż usa' li jmorru lil hinn mill-kummerċ, fosthom kwistjonijiet politiċi, it-tibdil fil-klima, u d-drittijiet tal-bniedem.", "Fl-1997, il-Messiku kien l-ewwel pajjiż tal-Amerika Latina li ffirma Ftehim Globali mal-UE.", "L-UE u l-Messiku bdew in-negozjati għal dan il-ftehim il-ġdid u mmodernizzat f'Mejju 2016.", "Huma laħqu ftehim fil-prinċipju sentejn wara, f'April 2018, li ħalla spazju għal aktar diskussjoni dwar xi kwistjonijiet tekniċi pendenti.", "Issa hemm qbil sħiħ dwarhom.", "Għal iktar informazzjoni MEMORANDUM Sit web speċifiku Skedi informattivi Stejjer tal-esportaturi Il-ftehim kummerċjali spjegat (Domandi u Risposti) Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Messiku Ftehim fil-Prinċipju"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_753", "title": "Il-coronavirus: Il-Kummissjoni tirċievi l-ewwel applikazzjoni preliminari għall-għajnuna mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal emerġenza tas-saħħa mill-Italja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=REGIONAL,COVID-19", "date": "Sun, 26 Apr 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet l-ewwel applikazzjoni preliminari tagħha mill-Italja għal għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tindirizza t-tifqigħa tal-coronavirus u l-effetti tagħha.", "L-Italja hija mistennija tissottometti iktar dettalji fil-ġimgħat li ġejjin.", "Mill-1 ta' April 2020, wara l-proposta tal-Kummissjoni għal Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus, l-Istati Membri tal-UE jistgħu japplikaw għal għajnuna mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal raġunijiet ta' emerġenzi tas-saħħa.", "Il-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira, qalet: “L-Italja bħalissa hija l-Istat Membru l-aktar milqut mill-kriżi tal-coronavirus, u hija l-ewwel pajjiż li qiegħed japplika għall-għajnuna mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea f'dan il-kuntest.", "Grazzi għall-iskop estiż tiegħu, li issa jinkludi wkoll l-emerġenzi fis-saħħa pubblika, il-Fond huwa parti mill-għodda li l-Kummissjoni varat malajr sabiex ittaffi l-piż fuq il-baġits tal-Istati Membri, bħala turija konkreta tas-solidarjetà Ewropea f'dawn iż-żminijiet diffiċli.”", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni Ewropea se tiġbor l-applikazzjonijiet kollha marbuta mal-coronavirus sal-24 ta' Ġunju 2020 u mbagħad tevalwahom f'pakkett sabiex tiżgura trattament ġust tal-każijiet kollha.", "Imbagħad se tippreżenta proposta għal għajnuna finanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.", "Il-Kummissjoni se taħdem fuq l-applikazzjonijiet kollha f'pakkett wieħed, mhux min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.", "Dan jiżgura li r-riżorsi disponibbli jiġu mqassma b'mod ġust u ekwitabbli fost l-Istati Membri kollha li jkunu l-agħar milquta minn din l-emerġenza tas-saħħa.", "Sfond", "Bħala parti mill-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus, fit-13 ta' Marzu il-Kummissjoni pproponiet l-estensjoni tal-iskop tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, sabiex il-Fond ikun jista' mhux biss jipprovdi għajnuna finanzjarja wara diżastri naturali, iżda wkoll f'każ ta' emerġenzi kbar tas-saħħa.", "Din il-proposta ġiet approvata f'ħin rekord mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2020.", "Għall-2020, il-Fond għandu EUR 800 miljun disponibbli f'għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi tal-UE l-agħar milquta minn din il-kriżi.", "L-għajnuna finanzjarja għandha l-għan li ttaffi l-piż finanzjarju tal-miżuri ta' rispons immedjat, bħal provvista ta' assistenza medika u l-akkwist ta' tagħmir mediku, għajnuna lill-gruppi vulnerabbli, miżuri ta' konteniment tal-firxa tal-marda, it-tisħiħ fit-tħejjija, u oħrajn.", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa: COVID-19: Il-Kummissjoni tistabbilixxi rispons ikkoordinat Ewropew biex tagħmel tajjeb għall-impatt ekonomiku tal-coronavirus", "MEMO: Rispons Ikkoordinat Ewropew dwar il-Coronavirus: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Sit elettroniku dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_15_5180", "title": "Rapport dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENERU,ENERGY", "date": "Mon, 15 Jun 2015 22:00:00 GMT", "text": ["Kif wera r-Rapport tal-2015 dwar il-Progress fl-Enerġija Rinnovabbli ppreżentat mill-Kummissjoni, l-UE qiegħda fit-triq biex il-miri tagħha għall-2020 ta' 20% ta' enerġija rinnovabbli, tilħaqhom.", "L-UE u l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri", "Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-rapport dwar il-progress fil-miri tal-enerġija rinnovabbli għall-2020, u dan juri li l-UE qiegħda fit-triq biex il-miri tagħha ta' 20% ta' enerġija rinnovabbli, tilħaqhom.", "L-UE u l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri qed javvanzaw tajjeb, b'sehem projettat ta’ 15.3 % ta’ enerġija rinnovabbli għall-2014 f’termini ta’ konsum gross finali ta’ enerġija.", "25 Stat Membru mistennija jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom għall-2013/2014.", "Dawn ir-riżultati ġew ippubblikati fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-2015 dwar il-progress li sar fil-ksib tal-mira legalment vinkolanti tal-UE għal sehem ta’ 20 % ta’ enerġija rinnovabbli, tal-mira ta’ 10 % għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport, u tal-miri nazzjonali vinkolanti sal-2020.", "“Ir-rapport juri li, għal darb’oħra, l-Ewropa tajba fl-enerġija rinnovabbli, u l-enerġija rinnovabbli tajba għall-Ewropa.", "Fl-Ewropa għandna tliet darbiet aktar enerġija rinnovabbli per capita mill-bqija tad-dinja.", "Għandna aktar minn miljun ruħ jaħdmu fis-settur tal-enerġija rinnovabbli u dan is-settur jiswa aktar minn EUR 130 biljun fis-sena.", "Nesportaw valur ta' EUR 35 biljun f’enerġija rinnovabbli fis-sena,\" qal Miguel Arias Cañete, il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija.", "Il-projezzjoni tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport għall-2014 hija ta’ 5.7 %, u għalhekk, il-mira ta’ 10 % hija diffiċli iżda mhux impossibbli u xi Stati Membri għamlu progess tajjeb.", "25 Stat Membru mistennija jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom għall-2013/2014 f'dak li għandu x'jaqsam mal-enerġija rinnovabbli.", "26 Stat Membru laħqu l-miri tagħhom għall-2011/2012.", "Peress li l-miri interim se jsiru aktar ambizzjużi fis-snin li ġejjin, biex jibqgħu jagħmlu progress, xi Stati Membri jista’ jkollhom bżonn iżidu l-isforzi tagħhom, fost l-oħrajn billi possibbilment jużaw il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra.", "Id-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli qed taħdem", "Ir-rapport juri li d-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli qed taħdem: l-użu tal-enerġija rinnovabbli rriżulta", "Barra minn hekk, għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-UE:", "Barra minn hekk, ir-rapport sab li l-enerġija rinnovabbli kulma jmur qed issir sors tal-enerġija aċċettata u integrata, u l-miri tal-2020 huma xprun importanti għall-investiment globali mmexxi mill-Ewropa fil-qasam tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għal politiki tal-enerġija ta' sostenn, lil hinn mill-fruntieri tal-Ewropa.", "Sfond", "Għall-2020 jonqos ħames snin u, għalhekk, ir-rapport dwar il-progress fl-Enerġija Rinnovabbli huwa valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-progress li sar fl-ilħiq tal-miri tal-2020 għall-enerġija rinnovabbli.", "Kull sentejn, dan ir-rapport isegwi l-progress tal-UE u tal-Istati Membri fit-triq lejn il-miri għall-enerġija rinnovabbli legalment vinkolanti stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, li kienet adottata bħala parti minn pakkett dwar il-politika tal-Klima u tal-Enerġija tal-UE fl-2009.", "Jinkludi wkoll valutazzjoni dwar il-fattibilità tal-mira ta’ 10 % għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport u dwar is-sostenibbiltà tal-użu tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi.", "Il-leġiżlazzjoni tal-UE li tippromwovi l-użu tal-enerġija rinnovabbli ilha fis-seħħ mill-2001, meta ġiet adottata l-ewwel Direttiva dwar il-promozzjoni u l-użu tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, segwita mid-Direttiva tal-2003 dwar l-użu tal-bijokarburanti u energija rinnovabbli oħra fis-settur tat-trasport.", "Aktar tagħrif", "Skeda Informattiva - Rapport dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli", "Rapport dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli 2015", "Il-politika tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli u rapporti preċedenti:", "Anness", "Ħarsa ġenerali lejn il-progress tal-Istati Membri fi triqithom lejn il-miri tal-2020 fl-enerġija rinnovabbli (%)", "Sehem tas-SER 2012", "Sehem tas-SER 2011/2012", "(medja)", "Trajettorja RES", "2011/2012", "Sehem tas-SER 2013", "Trajettorja tas-SER 2013/2014", "Il-mira tas-SER 2020", "Il-Belġju", "7.4", "6.8", "4.4", "7.9", "5.4", "13.0", "Il-Bulgarija", "16.0", "15.1", "10.7", "19.0", "11.4", "16.0", "Ir-Repubblika Ċeka", "11.4", "10.5", "7.5", "12.4", "8.2", "13.0", "Id-Danimarka", "25.6", "24.5", "19.6", "27.2", "20.9", "30.0", "Il-Ġermanja", "12.1", "11.7", "8.2", "12.4", "9.5", "18.0", "L-Estonja", "25.8", "25.7", "19.4", "25.6", "20.1", "25.0", "L-Irlanda", "7.3", "7.0", "5.7", "7.8", "7.0", "16.0", "Il-Greċja", "13.4", "12.1", "9.1", "15.0", "10.2", "18.0", "Spanja", "14.3", "13.8", "11.0", "15.4", "12.1", "20.0", "Franza", "13.6", "12.4", "12.8", "14.2", "14.1", "23.0", "Il-Kroazja", "16.8", "16.1", "14.1", "18.0", "14.8", "20.0", "L-Italja", "15.4", "13.8", "7.6", "16.7", "8.7", "17.0", "Ċipru", "6.8", "6.4", "4.9", "8.1", "5.9", "13.0", "Il-Latvja", "35.8", "34.7", "34.1", "37.1", "34.8", "40.0", "Il-Litwanja", "21.7", "21.0", "16.6", "23.0", "17.4", "23.0", "Il-Lussemburgu", "3.1", "3.0", "3.6", "3.6", "3.9", "11.0", "L-Ungerija", "9.5", "9.3", "6.0", "9.8", "6.9", "13.0", "Malta", "2.7", "2.0", "2.0", "3.8", "3.0", "10.0", "In-Netherlands", "4.5", "4.4", "4.7", "4.5", "5.9", "14.0", "L-Ungerija", "32.1", "31.5", "25.4", "32.6", "26.5", "34.0", "Il-Polonja", "10.9", "10.6", "8.8", "11.3", "9.5", "15.0", "Il-Portugall", "25.0", "24.8", "22.6", "25.7", "23.7", "31.0", "Ir-Rumanija", "22.8", "22.1", "19.0", "23.9", "19.7", "24.0", "Is-Slovenja", "20.2", "19.8", "17.8", "21.5", "18.7", "25.0", "Is-Slovakkja", "10.4", "10.3", "8.2", "9.8", "8.9", "14.0", "Il-Finlandja", "34.5", "33.7", "30.4", "36.8", "31.4", "38.0", "L-Iżvezja", "51.1", "50.0", "41.6", "52.1", "42.6", "49.0", "Ir-Renju Unit", "4.2", "4.0", "4.0", "5.1", "5.4", "15.0", "L-Unjoni Ewropea", "14.3", "13.6", "m.a.", "15.0", "m.a.", "20.0", "Sors: Eurostat għall-2012, 2013"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_763", "title": "Proġetti pan-Ewropej ġodda tar-riċerka mill-Fond Ewropew għad-Difiża", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Thu, 15 Feb 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Fond Ewropew għad-Difiża jkompli jagħti l-frott b'sett ġdid ta' proġetti tar-riċerka dwar id-difiża, iffinanzjati mill-UE.", "Imniedi mill-President Juncker f'Ġunju 2017, il-Fond huwa katalizzatur għall-ħolqien ta' industrija tad-difiża tal-UE b'saħħitha.", "Ikattar il-kapaċitajiet ta' difiża tal-UE filwaqt li jibni sħubijiet ġodda li jaqsmu l-fruntieri.", "Elżbieta Bieńkowska, il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, stqarret: “Il-Fond Ewropew għad-Difiża huwa kruċjali biex joħloq aktar kooperazzjoni bejn l-impriżi tad-difiża u l-armata fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll biex iseddaq l-awtonomija strateġika tal-Ewropa.", "Il-proġetti pan-Ewropej ta' riċerka kollaborattiva fid-difiża appoġġati mill-Fond huma maħsubin biex jiżguraw ir-rwol mexxej tat-teknoloġija Ewropea fis-settur, biex iqiegħdu s-sisien għall-kapaċitajiet futuri tad-difiża, u biex jirfdu industrija Ewropea tad-difiża li tkun aktar innovattiva u kompetittiva.”", "Il-proġett Ocean2020 jappoġġa s-sorveljanza u l-missjonijiet ta' interdizzjoni fuq il-baħar, u għal dan il-għan se jintegra d-droni u s-submarini mingħajr ekwipaġġ fl-operazzjonijiet tal-flotta.", "It-tagħrif miksub se jiġi kkombinat ma' sistemi konvenzjonali sabiex tiġi kkompilata perspettiva komprensiva tas-sitwazzjonijiet li qegħdin jiżviluppaw għall-kmandati militari.", "Il-proġett se jitwettaq minn konsorzju mmexxi minn Leonardo S.p.A, u li jlaqqa' flimkien 42 impriża msieħba minn 15-il pajjiż tal-UE.", "Se jirċievi għotja ta' madwar €35 miljun.", "Fl-2019, il-proġett se jtella' żewġ demostrazzjonijiet fil-ħajja reali: waħda fil-Baltiċi, immexxija mill-flotta navali Żvediża, u l-oħra fil-Mediterran, immexxija mill-flotta navali Taljana.", "Tliet proġetti oħra bil-għan li jtejbu t-tagħmir tas-suldati rċevew għotjiet ta' bejn miljun u tliet miljun ewro:", "Il-ftehimiet ta' għotja għal dawn il-proġetti se jiġu ffirmati fil-ġimgħat li ġejjin.", "It-tħabbira tal-lum dwar l-appoġġ għal dawn il-proġetti tar-riċerka fid-difiża tasal fl-okkażjoni tal-ewwel ġurnata tal-Konferenza annwali ta' Munich dwar is-Sigurtà, fejn il-President Juncker se jippreżenta l-passi li jmiss fil-promozzjoni ta' Ewropa aktar f'saħħitha fl-oqsma tas-sigurtà u tad-difiża.", "Il-President se jkun akkumpanjat mill-Viċi President Frans Timmermans, u l-Kummissarji Johannes Hahn, Elżbieta Bieńkowska u Julian King.", "Kuntest", "Taħt il-fergħa tar-riċerka tal-Fond Ewropew għad-Difiża, €90 miljun se jiġu allokati għal għotjiet ta' riċerka fid-difiża, iffinanzjati bis-sħiħ u direttament mill-baġit tal-UE (2017-2019).", "Il-proġetti li se jiġu ffinanzjati ntgħażlu wara l-ewwel sejħa għal proposti ta' riċerka fid-difiża fl-2017.", "F'Diċembru 2017 ġie ffirmat l-ewwel ftehim ta' għotja mal-konsorzju PYTHIA.", "Dan il-proġett għandu l-għan li jidentifika x-xejriet ewlenin fid-dinja tat-teknoloġiji tad-difiża innovattivi, settur li jevolvi b'ritmu mgħaġġel.", "Il-Kummissjoni dalwaqt se tadotta wkoll il-programm ta' ħidma tar-riċerka fid-difiża għall-2018, u se titlob lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tiftaħ is-sejħiet għal proposti l-ġodda ta' riċerka fid-difiża għal din is-sena.", "Dawn is-sejħiet għal proposti se jiffukaw fuq it-teknoloġiji tad-disinn elettroniku għall-użu fid-difiża, kif ukoll fuq tagħmir tal-laser b'qawwa għolja.", "Il-lott li jmiss ta' għotjiet għar-riċerka fid-difiża se jiġi ffirmat sa tmiem l-2018.", "Kif ħabbret f'Ġunju 2017, il-Kummissjoni se tressaq proposta biex tistabbilixxi, mill-2020 'il quddiem, Fond Ewropew għad-Difiża ta' €1.5 biljun fis-sena sabiex jirfed il-kapaċitajiet ta' difiża, li minnhom huwa stmat li baġit annwali ta' €500 miljun se jiġi ddedikat lir-riċerka fid-difiża, b'mod li l-UE ssir wieħed mill-ikbar investituri fir-riċerka fid-difiża fl-Ewropa.", "Aktar tagħrif dwar il-proġetti", "Ocean2020: dan il-proġett għandu l-għan li jtejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni f'ambjent marittimu bl-użu ta' sistemi bl-ekwipaġġ u mingħajru, u billi tiġi kkompilata perspettiva sħiħa abbażi ta' ħafna inputs differenti.", "F'dan jinsabu involuti l-Ministeri tad-Difiża tal-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.", "Is-sħab industrijali huma: Indra, Safran, Saab, MBDA, PGZ/CTM Hensoldt, Intracom-IDE, Fincantieri u Qinetiq.", "Iċ-ċentri tar-riċerka jinkludu Fraunhofer, Nederlandse Organisatie voor Toegepast Natuurwetenschappelijk Onderzoek (TNO), iċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Isperimentazzjoni Marittima tan-NATO (CMRE NATO), u l-Istituto Affari Internazionali (IAI) tal-Italja.", "ACAMSII: dan il-proġett se jiżviluppa kamuflaġ adattiv li jipproteġi lis-suldati mis-sensuri li joperaw f'għadd ta' meded tal-frekwenza.", "Jinsabu involuti sħab minn Franza, il-Ġermanja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Portugall u l-Iżvezja.", "Il-kumpaniji parteċipanti ġejjin mis-settur tat-tessuti, mis-settur ajruspazjali, u minn dak tal-integraturi tas-sistemi tad-difiża: CITEVE, Damel u Safran.", "Iċ-ċentri tar-riċerka huma Totalförsvarets forskningsinstitut (FOI) tal-Iżvezja, Fraunhofer, u Nederlandse Organisatie voor Toegepast Natuurwetenschappelijk Onderzoek (TNO).", "GOSSRA: dan il-proġett għandu l-għan li jiżgura li l-elementi tas-sistemi kumplessi li jilbsu s-suldati jaħdmu tajjeb flimkien.", "Is-suldati jkunu mgħammra b'firxa ta' tagħmir differenti li jridu jaħdmu flimkien.", "Il-proġett jimmira li joħloq metodoloġija li tispeċifika kif il-komponenti jitqabbdu ma' xulxin, u b'hekk tiffaċilita l-iżvilupp ta' tagħmir ġdid li jista' jaħdem mat-tagħmir diġà eżistenti.", "Il-proġett se jitmexxa minn sħab mill-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, Spanja u l-Iżvezja.", "L-impriżi involuti huma Rheinmetall, Indra, GMV aerospace and defence, Leonardo, Larimart u Saab; SMEs Tekever u iTTi, u l-istitut tar-riċerka Nederlandse Organisatie voor Toegepast Natuurwetenschappelijk Onderzoek (TNO).", "Vestlife: dan il-proġett għandu l-għan li joħloq ilbies protettiv għas-suldati.", "Se jiżviluppa lbies li jkun effettiv għall-finijiet tad-difiża, iżda li fl-istess ħin ikun eħfef, aktar flessibbli u aktar komdu.", "Jinsabu involuti sħab mill-Finlandja, l-Italja, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja, flimkien mal-impriżi CITEVE u FY-composites, u l-istituti tar-riċerka AITEX u TECNALIA.", "F'dan il-proġett jieħdu sehem ukoll żewġ impriżi żgħar u medji (SMEs): BRAPA u Petroceramics."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_761", "title": "Hemm bżonn li l-kumpaniji tal-midja soċjali jagħmlu aktar sforz biex ikunu kompletament konformi mar-regoli tal-konsumatur tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC", "date": "Wed, 14 Feb 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Hemm bżonn li l-kumpaniji tal-midja soċjali jagħmlu aktar sforz biex iwieġbu għat-talbiet, li saru f'Marzu li għadda mill-Kummissjoni Ewropea u mill-awtoritajiet tal-konsumatur tal-Istati Membri, biex ikunu konformi mar-regoli tal-konsumaturi tal-UE.", "Il-bidliet li saru minn Facebook, Twitter u Google+ biex jallinjaw it-termini tas-servizzi tagħhom mar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur tal-UE ġew ippubblikati illum.", "Dawn il-bidliet diġà se jibbenefikaw aktar minn kwart ta' biljun konsumatur tal-UE li jużaw il-midja soċjali: Il-konsumaturi tal-UE mhux se jiġu mġiegħla jċedu d-drittijiet obbligatorji tal-konsumatur tal-UE, bħad-dritt tagħhom li jirtiraw minn xiri online; huma se jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom fl-Ewropa, minflok f'California; u l-pjattaformi se jieħdu s-sehem ġust tagħhom ta' responsabbiltajiet lejn il-konsumaturi tal-UE, b'mod simili bħal fornituri ta' servizzi offline.", "Madankollu, il-bidliet jissodisfaw biss parzjalment ir-rekwiżiti skont il-liġi tal-UE dwar il-konsumatur.", "Věra Jourová, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, qalet: “Peress li n-netwerks tal-midja soċjali jintużaw bħala pjattaformi pubbliċitarji u kummerċjali, huma għandhom jirrispettaw bis-sħiħ il-regoli tal-konsumatur.", "Jiena sodisfatta li l-infurzar tar-regoli tal-UE biex jipproteġu lill-konsumaturi mill-awtoritajiet nazzjonali qed jagħti l-frott, peress li xi kumpaniji issa qed jagħmlu l-pjattaformi tagħhom aktar sikuri għall-konsumaturi; madankollu, mhuwiex aċċettabbli li dan għadu mhuwiex komplut u li qed jieħdu daqstant żmien.", "Dan jikkonferma li neħtieġu “Ftehim Ġdid għall-Konsumaturi”: ir-regoli tal-konsumatur tal-UE għandhom jiġu rispettati u jekk il-kumpaniji ma jikkonformawx, huma għandhom jiffaċċjaw sanzjonijiet.”", "Filwaqt li jidher li l-aktar proposti riċenti ta' Google huma konformi mat-talbiet magħmula mill-awtoritajiet tal-konsumatur, Facebook u, b'mod aktar sinifikanti, Twitter indirizzaw biss parzjalment kwistjonijiet importanti dwar ir-responsabbiltà tagħhom u dwar kif l-utenti jiġu informati dwar it-tneħħija possibbli ta' kontenut jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.", "F'dak li jirrigwarda l-“proċedura ta' avviż u azzjoni” użata mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur biex jirrappurtaw u jitolbu t-tneħħija ta' kontenut illegali, il-bidliet li saru minn xi kumpaniji mhumiex suffiċjenti.", "Filwaqt li Google+ stabbilixxa protokoll, kif ukoll skadenzi biex jindirizza t-talbiet, Facebook u Twitter qablu biss li jipprovdu indirizz tal-email apposta li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw biex jinnotifikaw il-ksur, mingħajr ma kkommettew ruħhom li jindirizzaw talbiet bħal dawn f'perjodi ta' żmien speċifiċi.", "Wara diversi lmenti mill-konsumaturi, li kienu fil-mira ta' frodi jew ingann meta għamlu użu minn dawn is-siti web, kif ukoll kienu soġġetti għal termini ta' servizzi li ma jirrispettawx il-liġi tal-UE dwar il-konsumatur, ġiet imnedija azzjoni ta' infurzar f'Novembru 2016.", "Minn dan iż-żmien, l-operaturi tal-midja soċjali qablu speċifikament li jemendaw:", "Il-kumpaniji impenjaw ruħhom li jimplimentaw il-bidliet fit-termini tagħhom fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha fl-ewwel kwart tal-2018.", "Il-passi li jmiss", "Kif diġà ġie ddikjarat fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-indirizzar tal-kontenut illegali online ppubblikata f'Settembru 2017, il-Kummissjoni tistenna li pjattaformi online b'mod rapidu u proattiv jidentifikaw, ineħħu u jevitaw li jidher mill-ġdid kontenut illegali online.", "Attwalment, il-Kummissjoni qed taħdem fuq azzjonijiet ta' segwitu għal din il-Komunikazzjoni.", "L-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur u l-Kummissjoni se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-bidliet li twiegħdu u se jużaw b'mod proattiv il-proċedura ta' avviż u azzjoni pprovduta mill-kumpaniji.", "Huma se jiffokaw fuq kontenut kummerċjali illegali li jikkonċerna abbonamenti mhux mixtieqa u inganni oħrajn.", "Barra minn hekk, l-awtoritajiet jistgħu jieħdu azzjoni, inklużi miżuri ta' infurzar, meta jkun meħtieġ.", "F'April, il-Kummissjoni se tippreżenta “Ftehim Ġdid għall-Konsumaturi”.", "Din ir-riforma se tipproponi li timmodernizza l-liġi tal-konsumatur eżistenti u tiżgura li tiġi infurzata b'mod xieraq.", "Sfond", "Fis-16 ta' Marzu 2017, l-awtoritajiet tal-konsumatur tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea ltaqgħu mal-kumpaniji biex jisimgħu u jiddiskutu s-soluzzjonijiet proposti minnhom.", "Wara din il-laqgħa, il-kumpaniji għamlu ċerti bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.", "Madankollu, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-konsumatur jikkunsidraw li jridu jsiru bidliet ulterjuri b'mod urġenti (ara l-istqarrija għall-istampa).", "L-awtoritajiet tal-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi, taħt it-tmexxija tad-Direttorat Ġenerali Franċiż għall-Politika tal-Kompetizzjoni, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Kontroll tal-Frodi (DGCRF), bagħtu pożizzjoni komuni lil Facebook, Twitter u Google+ f'Novembru 2016 fejn talbuhom itejbu għadd ta' termini tal-kuntratt u jistabbilixxu sistema li tindirizza l-kontenut kummerċjali online wara notifika[1].", "Ir-Regolament tal-UE dwar il-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (KPK) jgħaqqdu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur f'netwerk pan-Ewropew tal-infurzar.", "Bis-saħħa ta' dan il-qafas, awtorità nazzjonali f'pajjiż wieħed tal-UE tista' titlob lill-kontroparti tagħha f'pajjiż ieħor tal-UE biex tintervjeni f'każ ta' ksur transfruntier tar-regoli tal-konsumatur tal-UE.", "Il-kooperazzjoni hija komuni għal diversi leġiżlazzjonijiet relatati mal-konsumatur, bħad-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerjċli Żleali, id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur jew id-Direttiva dwar Termini Kuntrattwali Inġusti.", "Fl-ambitu tal-qafas tas-CPC, l-awtoritajiet iwettqu rieżami regolari ta' kwistjonijiet ta' tħassib komuni għall-protezzjoni tal-konsumatur fis-Suq Uniku u jikkoordinaw is-sorveljanza tas-suq tagħhom u l-azzjonijiet potenzjali ta' infurzar.", "Il-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet u l-koordinazzjoni tagħhom.", "Jeħtieġ li pjattaformi online jassumu aktar responsabbiltà fil-governanza tal-kontenut.", "Il-Komunikazzjoni tipprovdi strumenti komuni li jidentifikaw, ineħħu u jevitaw li jerġa' jidher kontenut illegali online.", "Għal aktar tagħrif", "Tabella bil-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet", "[1] Innota li kwalunkwe valutazzjoni magħmula f'din l-azzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni futura ta' konformità tat-termini tal-kuntratt mill-awtoritajiet tas-CPC jew fi proċedimenti ġuridiċi."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_743", "title": "Ewropa li tagħti riżultati: Il-Kummissjoni tippreżenta ideat għal Unjoni Ewropea iktar effiċjenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO", "date": "Tue, 13 Feb 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Qabel il-laqgħa informali bejn il-Mexxejja tat-23 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni Ewropea llum qed tippreżenta għadd ta' passi prattiċi li jistgħu jagħmlu x-xogħol tal-Unjoni Ewropea iktar effiċjenti, u li jtejbu l-konnessjoni bejn il-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini tal-Ewropa.", "Illum il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker qal : “Bil-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava, bid-Dikjarazzjoni ta' Ruma, u issa bl-Aġenda tal-Mexxejja, l-Ewropa qed tiffoka, kif inhu xieraq, li toħloq Unjoni li ġġib riżultati konkreti u tanġibbli għaċ-ċittadini tagħha dwar il-kwistjonijiet li jimpurtahom dwarhom.", "Irridu nibqgħu sejrin f'din it-triq.", "Jien minn dejjem għedt li l-forma għandha ssegwi l-funzjoni – dan mhuwiex iż-żmien għal diskussjonijiet twal dwar ir-riforma istituzzjonali jew bidliet fit-Trattati.", "Madankollu, hemm għadd ta' passi li nistgħu nieħdu biex nagħmlu x-xogħol tagħna aħna u naħdmu biex inwettqu l-prijoritajiet ewlenin tagħna iktar effiċjenti.", "Hemm ħafna għażliet, iżda l-għan għandu jibqa' wieħed: li noħolqu Ewropa li ġġib ir-riżultati.”", "Kandidati prinċipali: Nibnu fuq l-esperjenza tal-“iSpitzenkandidaten” tal-2014.", "Il-proċess tal-elezzjoni tal-2014 saħħaħ ir-relazzjoni bejn it-tliet istituzzjonijiet tal-UE u tejjeb l-effiċjenza ta' xogħolhom.", "Għenhom jallinjaw lilhom infushom madwar programm ta' ħidma komuni għall-mandat ta' ħames snin.", "Huwa dan li ppermetta lill-Kummissjoni Juncker taħdem b'mod iktar politiku u tikkonċentra fuq fejn l-Unjoni ġġib l-aqwa riżultati, bil-bqija jiġi mħolli f'idejn l-Istati Membri.", "Fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni għall-2017, il-President Juncker qal li l-esperiment tal-“kandidat prinċipali” tal-2014 għandu jkompli.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tippreżenta kif il-proċess jista' jiġi mtejjeb abbażi tat-Trattati attwali filwaqt li jiġi rrispettat il-bilanċ bejn l-Istituzzjonijijet tal-UE u fost l-Istati Membri Dan jinkludi li l-partiti politiċi jintalbu jagħmlu għażla iktar bikrija tal-kandidati prinċipali tagħhom, qabel tmiem l-2018, u għal bidu iktar bikri tal-kampanja.", "Dan jagħti lill-votanti iktar opportunità li jidentifikaw mal-kandidati u l-programmi politiċi li jipproponu.", "Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li r-rabta bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti Ewropej issir iktar viżibbli.", "Il-partiti politiċi fil-livell nazzjonali għandhom ikunu iktar trasparenti dwar il-partiti Ewropej li jkunu affiljati magħhom, pereżempju billi jużaw l-emblemi tagħhom fil-materjal tal-kampanji u fil-vot tagħhom.", "Hemm bżonn ukoll li jieħdu pożizzjonijiet iktar ċari dwar kwistjonijiet Ewropej importanti u jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jipparteċipaw fi gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, u li jesprimu l-għażla tagħhom għal President tal-Kummissjoni.", "Kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea", "Il-mexxejja fil-Kunsill Ewropew iridu jiddeċiedu – abbażi ta' proposta mill-Parlament Ewropew – dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għall-mandat tal-2019 sal-2024 u x'għandu jsir bis-siġġijiet li r-Renju Unit se jħalli battala.", "Għażla waħda tista' tkun li jinżammu xi siġġijiet minn dawn għal kostitwenza transnazzjonali.", "Filwaqt li f'Riżoluzzjoni reċenti (mis-7 ta' Frar) il-Parlament Ewropew ivvota li ma jintalabx li tinħoloq kostitwenza transnazzjonali, xorta ħalla l-bieb miftuħ għal dibattiti futuri.", "Reċentement, għadd ta' Stati Membri esprimew l-appoġġ tagħhom għal din l-idea, filwaqt li oħrajn esprimew in-nuqqas ta' qbil tagħhom li din titwettaq.", "Kostitwenza transnazzjonali tkun tista' ssaħħaħ id-dimensjoni Ewroepa tal-elezzjoni billi tagħti lill-kandidati l-possibbiltà li jilħqu iktar ċittadini madwar l-Ewropa kollha.", "Min-naħa l-oħra, il-membri parlamentari normalment jirrappreżentaw u jikkomunikaw mill-qrib mal-votanti li eleġġewhom fuq livell lokali jew nazzjonali, kemm għal raġunijiet ta' akkontabilità pubblika, kif ukoll sabiex ikunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni lejn it-tħassib tal-kostitwenti tagħhom.", "Il-Kummissjoni hija simpatetika għall-idea ta' listi transnazzjonali, iżda din se tkun teħtieġ qbil unanimu mill-Kunsill, u bidliet għal-liġi elettorali fis-27 Stat Membru fis-sena li ġejja biex tiġi applikata għall-elezzjonijiet tal-2019.", "Il-Kulleġġ tal-Kummissarji bħalissa fih 28 membru , wieħed minn kull Stat Membru – f'konformità ma' Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2013.", "Qabel ma tinħatar il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, il-mexxejja jridu jiddeċiedu jżommux il-prinċipju ta' Membru wieħed minn kull Stat Membru, jew inkella tiċċekkinx il-Kummissjoni.", "Eżekuttiv iċken, fit-teorija, ikun iktar effiċjenti fl-operat tiegħu, iktar faċli li jiġi mmaniġjat u jkunu jippermetti distribuzzjoni iktar ibbilanċjata tal-portafolli.", "Iżda Kummissjoni iżgħar tkun tfisser ukoll li xi Stati Membri ma jkunux irrappreżentati fil-livell politiku tal-istituzzjoni, u jitilfu l-vantaġġ li jkollhom kanal ta' komunikazzjoni dirett miftuħ maċ-ċittadini u l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.", "President b'Żewġt Ikpiepel għall-Kummissjoni u l-Kunsill", "Kien fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017, li l-President Juncker issuġġerixxa l-idea ta' President b'żewġ rwoli.", "Persuna waħda li jkollha l-karigi ta' President tal-Kunsill Ewropew u ta' President tal-Kummissjoni Ewropea tista' tagħmel l-istruttura tal-Unjoni iktar effiċjenti.", "Dan huwa possibbli bit-trattati preżenti.", "Ħatra doppja ma tkunx teħtieġ li ż-żewġ istituzzjonijiet jingħaqdu.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea diġà huwa Membru tal-Kunsill Ewropew, u l-ebda wieħed miż-żewġ Presidenti ma jivvota fil-Kunsill Ewropew; ir-rwol tagħhom huwa li jagħtu pariri, jagħtu kontribut mill-ħidma tas-servizzi tagħhom, jgħinu biex joħolqu l-pontijiet u jsibu pożizzjonijiet komuni.", "Djalogi taċ-Ċittadini", "Il-Kummissjoni regolarment torganizza Djalogi taċ-Ċittadini ma' Membri tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet lokali u reġjonali, u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.", "Mill-2012 'l hawn ġew organizzati kważi 500 minn dawn id-dibattiti pubbliċi interattivi f'160 post, u l-Kummissjoni se żżid il-frekwenza tagħhom minn issa sal-elezzjonijiet Ewropej f'Mejju 2019, bil-mira li jsiru madwar 500 attività oħra.", "Il-Kummissjoni tilqa' wkoll l-inizjattivi ta' Stati Membri individwali biex jorganizzaw id-diskursati nazzjonali tagħhom maċ-ċittadini dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, u hija lesta li tgħin fejn tista', pereżempju billi tikkollega dan il-proċess mal-konsultazzjoni online dwar il-ġejjieni tal-Ewropea li jista' jibqa' miftuħ sad-9 ta' Mejju 2019.", "Il-Kummissjoni se taqsam il-frott tal-esperjenza tagħha mal-Istati Membri.", "Sfond", "L-ideat u l-għażliet proposti llum huma segwitu dirett tar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea (tat-8 ta' Mejju 2015) fuq l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2014 li fih wegħdet li tidentifika mezzi biex id-dimensjoni Ewropea u l-leġittimità demokratika tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE jissaħħu iktar, u li teżamina iktar, u tfittex li tindirizza, ir-raġunijiet għall-konkorrenza persistentement baxxa f'xi Stati Membri.", "Għal iktar informazzjoni", "Komunikazzjoni: Ewropa li tagħti riżultati: Għażliet istituzzjonali biex nagħmlu l-ħidma tal-Unjoni Ewropea aktar effiċjenti", "Rakkkomandazzjoni: rigward it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 tal-Parlament Ewropew", "Rapport tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2014", "Rapport tal-2018 dwar l-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali", "Skedi informattivi:"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_745", "title": "Baġit fit-tul tal-UE wara l-2020: Il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi għażliet - u l-konsegwenzi tagħhom", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDGET", "date": "Tue, 13 Feb 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Qabel il-laqgħa informali tal-Mexxejja fit-23 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni Ewropea llum qed tistabbilixxi diversi għażliet - u l-konsegwenzi finanzjarji tagħhom - għal baġit ġdid u modern fit-tul tal-UE li jwassal b'mod effiċjenti il-prijoritajiet tagħha wara l-2020.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: “Il-baġits mhumiex eżerċizzju ta' kontabbiltà - huma dwar prijoritajiet u ambizzjoni.", "Huma jinterpretaw li-futur tagħna f'figuri.", "Għalhekk ejjew l-ewwel niddiskutu dwar l-Ewropa li rridu.", "Imbagħad, l-Istati Membri jridu jiġġustifikaw l-ambizzjoni tagħhom bi flus li jaqblu magħha.", "U filwaqt li lkoll irridu nifhmu li għal din id-diskussjoni li ġejja mhuwiex il-każ li nibqgħu għaddejjin kif aħna, jiena nemmen li nistgħu nagħmlu sforz u naqblu fuq baġit fejn kulħadd ikun benefiċjarju ewlieni”.", "Fil-laqgħa informali tagħhom fit-23 ta' Frar, il-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea se jiddiskutu dwar kif jiżguraw li l-prijoritajiet li stabbilew għall-Unjoni - fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava u fil-25 ta' Marzu 2017 fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma - ikollhom biżżejjed fondi u għalhekk isiru realtà.", "Iż-żewġ elementi - it-twaqqif ta' prijoritajiet komuni u l-kapaċità tal-Unjoni li timplimentahom — huma inseparabbli.", "Il-Kummissjoni qed tikkontribwixxi għal din id-diskussjoni importanti bi tliet modi: L-ewwel nett, billi tipprovdi l-fatti neċessarji dwar il-baġit tal-UE, il-benefiċċji tiegħu, il-kisbiet u l-valur miżjud.", "It-tieni nett, billi tfassal xenarji li juru l-impatt finanzjarju ta' diversi għażliet potenzjali ta' politika.", "U t-tielet nett, billi turi l-konsegwenzi għall-istudenti, ir-riċerkaturi, il-proġetti ta' infrastruttura u ħafna oħrajn f'każ li jkun hemm xi dewmien fl-adozzjoni tal-baġit il-ġdid tal-UE.", "Għażliet għall-baġit futur tal-UE", "Meta wieħed jiddiskuti dwar il-livell ta' ambizzjoni tal-azzjoni tal-UE f'oqsma bħall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, l-appoġġ għal Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina, l-ixprunar tat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa jew it-tkattir fl-effiċjenza tal-politiki ta' koeżjoni u tal-agrikoltura tal-UE, huwa importanti għall-Mexxejja li jaraw xi jsarrfu l-għażliet tagħhom b'mod konkret f'termini ta' finanzjament fil-livell tal-UE.", "Il-kontribuzzjoni tal-lum mill-Kummissjoni tfittex li tagħmel preċiżament hekk - billi tikkwantifika l-impatt finanzjarju ta' diversi għażliet potenzjali ta' politika.", "Dawk mhumiex il-proposti tal-Kummissjoni stess, iżda eżempji bbażati fuq ideat frekwentement imressqa f'dibattitu pubbliku.", "L-għan tagħhom huwa li n-nies jiffukaw, tiġi stimulata d-diskussjoni u jipprovdu bażi fattwali soda biex isiru l-għażliet importanti li ġejjin dalwaqt.", "Pereżempju, jekk il-Mexxejja jaqblu li jirrispettaw l-impenn frekwenti li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, dan jiġi jiswa EUR 20 sa 25 biljun fuq seba' snin, u sa massimu ta' EUR 150 biljun għal sistema sħiħa ta' gestjoni tal-fruntieri tal-UE.", "Tabilħaqq, kull prijorità politika - l-Unjoni Ewropea tad-Difiża, kull prijorità li tagħti appoġġ għall-mobilità taż-żagħżagħ, li tixpruna t-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa, li tkattar ir-riċerka u l-innovazzjoni jew li hija l-bażi ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina - se jkollha bżonn fondi adegwati biex issir realtà.", "L-immodernizzar u l-iffinanzjar tal-baġit tal-UE", "Il-Kummissjoni qiegħda tistabbilixxi wkoll modi biex jiġi mmodernizzat il-baġit tal-UE, inkluż billi ssaħħaħ ir-rabta bejn l-għanijiet tal-baġit tal-UE u l-mod li bih jiġi ffinanzjat.", "Barra minn hekk, hija tistabbilixxi possibiltajiet dwar kif għandha tissaħħaħ ir-rabta - ta' spiss magħrufa bħala “kundizzjonalità”- bejn il-finanzjament mill-UE u r-rispett għall-valuri fundamentali tal-UE.", "It-twaqqit huwa importanti - għaċ-ċittadini u n-negozji", "Ftehim politiku bla dewmien dwar baġit tal-UE modern u ġdid se jkun essenzjali biex juri li l-Unjoni hija lesta li twettaq l-aġenda politika pożittiva li stabbiliet fi Bratislava u Ruma.", "Il-Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, Günther H. Oettinger qal: “Ma rridux nirrepetu l-esperjenza sfortunata tal-2013 meta kien seħħ dewmien konsiderevoli fil-qbil dwar il-baġit attwali tal-UE.", "Jekk dan id-dewmien kellu jerġa' jseħħ, aktar minn 100 000 proġett iffinanzjat mill-UE - f'oqsma ewlenin bħal -għajnuna għan-negozji, l-effiċjenza fl-enerġija, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali - ma jkunux jistgħu jibdew fil-ħin, u mijiet ta' eluf ta' żagħżagħ ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn skambju tal-Erasmus+ fl-2021”.", "Lil hinn milli sempliċement mixtieq fuq livell politiku, ftehim bikri huwa mportanti wkoll mil-lat prattiku.", "L-isħab u l-benefiċjarji tal-fondi tal-UE - minn studenti u riċerkaturi għal infrastruttura, kura tas-saħħa jew proġetti tal-enerġija - kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ħaqqhom u għandhom bżonn ċertezza kemm legali kif ukoll finanzjarja.", "Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni tal-Mexxejja lejn eżempji konkreti tal-impatt detrimentali li d-dewmien jista' jkollu fuq iċ-ċittadini u n-negozji kollha madwar l-UE.", "Il-Kummissjoni temmen li l-esperjenza sfortunata tal-adozzjoni tardiva tal-baġit attwali tal-UE — b'dewmien sinifikanti fit-tnedija tal-programmi l-ġodda u b'hekk, biex jinkisbu l-prijoritajiet ta' finanzjament — ma għandhiex tiġi ripetuta.", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta l-proposta formali tagħha għall-baġit fit-tul tal-UE li jmiss fix-xhur li ġejjin, l-aktar tard fil-bidu ta' Mejju 2018.", "Sadanittant, il-Kummissjoni se tkompli tisma' lill-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-prijoritajiet tal-UE li kienu mnedija f'Jannar 2018.", "Għal Aktar Informazzjoni:", "-Komunikazzjoni \"Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal UE li taħdem b'mod effiċjenti fuq il-prijoritajiet tagħha wara l-2020\"", "-Skedi informattivi", "-Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE", "- Konsultazzjonijiet pubbliċi: Il-futur tal-finanzi tal-UE - esprimi l-fehma tiegħek dwar il-baġit tal-UE wara l-2020"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_721", "title": "Rapport tal-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjiegi fl-UE tkompli titjieb", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI", "date": "Sun, 11 Feb 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Sostnut minn tkabbir ekonomiku b'saħħtu, is-settur tal-impjiegi fl-UE kompla jissaħħaħ ferm aktar milli mistenni fit-tielet kwart tal-2017, filwaqt li, skont l-aħħar Rieżami Trimestrali dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa, iċ-ċifri tal-qgħad komplew jonqsu.", "Marianne Thyssen, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, osservat: \"Fl-Ewropa reġa' qed jidher it-tkabbir.", "L-impjiegi fl-UE laħqu l-ogħla livell li qatt ġie rreġistrat, b'aktar minn 236 miljun ruħ jaħdmu.", "Filwaqt li l-qgħad qed jonqos b'mod stabbli.", "Għandna napprofittaw minn dan il-momentum ekonomiku pożittiv u nagħtu liċ-ċittadini d-drittijiet ġodda u aktar effettivi li konna stabbilixxejna fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali: kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol u protezzjoni soċjali deċenti.", "Issa huwa l-waqt li niżguraw li ċ-ċittadini u l-ħaddiema kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-iżviluppi pożittivi fis-suq tax-xogħol.\"", "Meta mqabbla mas-sena ta' qabel, l-impjiegi fl-UE żdiedu b'1.7 %.", "Dan ifisser żieda ta' 4 miljun ruħ impjegati, li 2.7 miljuni minnhom jaħdmu fiż-żona tal-euro.", "L-impjiegi permanenti u x-xogħol full-time kienu l-kontributuri ewlenin għal din l-espansjoni.", "Bejn it-tielet kwart tal-2016 u l-2017, l-għadd ta' impjegati b'kuntratti permanenti żdied bi 2.8 miljuni.", "Din iż-żieda hija tliet darbiet akbar miż-żieda reġistrata f'kuntratti temporanji (900,000).", "L-għadd ta' ħaddiema full-time żdied b'madwar 3 miljuni, għal 181 miljun, filwaqt li l-ħaddiema part-time żdiedu b'madwar 300,000 għal 42.7 miljuni.", "Ir-rata ta' impjieg fl-UE ta' ħaddiema bejn l-20 u l-64 sena żdiedet b'mod kostanti matul dawn l-aħħar tliet snin, u fit-tielet kwart tal-2017 kienet 72.3 %, l-ogħla rata qatt milħuqa.", "Madankollu, għad hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri.", "Ir-rati ta' impjieg nazzjonali jvarjaw minn 58 % fil-Greċja għal 82 % fl-Iżvezja.", "Ir-rapport juri wkoll li l-qgħad fl-UE qed joqrob b'ritmu kostanti lejn il-livelli ta' qabel il-kriżi.", "Il-qgħad naqas b'madwar 8.6 miljun ruħ minn meta kien laħaq il-massimu tiegħu rreġistrat f'April 2013 u f'Diċembru 2017 kien għadu taħt it-18-il miljun ruħ, l-iktar livell baxx minn Novembru 2008.", "Ċifri oħra dwar is-suq tax-xogħol li joħorġu mir-Rieżami Trimestrali jikkonfermaw ukoll it-titjib fis-saħħa tal-ekonomija tal-UE:", "Sfond", "Ir-Reviżjoni Trimestrali dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-aħħar żviluppi soċjali u tas-suq tax-xogħol fl-UE.", "Din tagħti ħarsa lejn il-bidliet fuq terminu qasir fil-PDG u fix-xejriet fl-impjiegi.", "Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni pproklamaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jistabbilixxi 20 prinċipju u dritt ewlenin b'appoġġ għal swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jiffunzjonaw tajjeb.", "Il-Kummissjoni diġà qed tagħmel il-parti tagħha biex tittrasforma l-Pilastru f'azzjonijiet konkreti, pereżempju permezz tal-inizjattiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-proposta għal Direttiva dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea, jew il-Pakkett dwar il-Ġustizzja Soċjali imminenti.", "Strument ewlieni biex jiggwida l-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali kull sena huwa s-Semestru Ewropew.", "Il-prinċipji u l-prijoritajiet tal-Pilastru ġew allinjati fid-dokumenti ewlenin tas-Semestri kollha, bl-ewwel wieħed ikun dak taċ-ċiklu tal-2017/18.", "B'mod partikolari, l-Abbozz ta' Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi jinkludi t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali l-ġdida biex jiġu mmonitorjati l-prestazzjonijiet fl-oqsma ewlenin koperti mill-Pilastru, bħas-sehem tal-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ jew l-impatt tat-trasferimenti soċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Reviżjoni Trimestrali dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa – Frar 2018", "Sit web dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali", "Impjiegi u analiżi soċjali mid-DĠ EMPL", "[1] Ir-rata ta' postijiet tax-xogħol battala hija l-perċentwal tal-postijiet tax-xogħol battala mqabbla mal-għadd totali ta' postijiet tax-xogħol battala u okkupati.", "[2] L-indikatur tan-nuqqas ta' ħaddiema huwa s-sehem ta' ditti li jindikaw li n-nuqqas ta' ħaddiema huwa fattur li jillimita l-produzzjoni tagħhom.", "[3] L-indikatur tar-reklutaġġ huwa s-sehem ta' ħaddiema li bdew jaħdmu mal-impjegatur fl-aħħar 3 xhur.", "[4] Ir-rata ta' tluq mis-servizz hija s-sehem ta' impjegati li telqu minn mal-impjegatur f'perjodu partikolari.", "[5] Ir-rata ta' kollokament hija s-sehem ta' persuni mingħajr impjieg li jsibu x-xogħol f'perjodu partikolari."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3706", "title": "12-il mistoqsija għall-futur tal-Ewropa: Il-Kummissjoni Tvara il-Konsulatzzjoni taċ-Ċittadini Onlajn", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,PRESIDENCY", "date": "Tue, 08 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, f'Jum l-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea qed tvara konsultazzjoni pubblika onlajn indirizzata lejn l-Ewropej kollha, fejn tistaqsihom liema direzzjoni jixtiequ li taqbad l-Unjoni Ewropea fil-futur.", "Din il-konsultazzjoni unika, parti mid-dibattitu usa' dwar il-Futur tal-Ewropa varat permezz tal-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017, tħejjiet minn bord ta' 96 ċittadin minn 27 Stat Membru, li ngħaqdu biex jiddeċiedu liema mistoqsijiet għandhom jagħmlu lill-koċittadini Ewropej tagħhom.", "Illum il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker qal : “Bl-elezzjonijiet Ewropej li jinsabu wara l-kantuniera, wasal iż-żmien li niddeċiedu x'għandha tkun l-Unjoni Ewropea b'27.", "Jiġri x'jiġri, trid tkun Ewropa mibnija mill-Ewropej.", "L-istħarriġ li qed invaraw illum jagħmel din il-mistoqsija lill-Ewropej kollha: X'ġejjieni rridu għalina, għal uliedna u għall-Unjoni tagħna?", "Issa wasal iż-żmien biex l-Ewropej isemmgħu leħehnom, sod u ċar, dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernawhom u x'jixtiequ li l-mexxejja tagħhom jagħmlu dwarhom.”", "Għall-ewwel darba, il-Kummissjoni laqqgħet Bord taċ-Ċittadini fil-5 u fis-6 ta' Mejju biex jabbozza konsultazzjoni pubblika.", "Ospitat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, grupp ta' 96 Ewropew ġew Brussell u ħadmu flimkien biex jabbozzaw stħarriġ onlajn ta' 12-il mistoqsija.", "Dan l-eżerċizzju uniku ta' demokrazija parteċipattiva jfisser li ċ-ċittadini qegħdin fil-qalba tal-konverżazzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa.", "Din hija parti mid-dibattitu li jinsab għaddej dwar il-futur tal-UE b'27, varat permezz tal-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017.", "Min irid diġà jista' jissottometti l-opinjonijiet tiegħu onlajn - il-konsultazzjoni tal-lum se tikkumplementah ulterjorment.", "Il-konsultazzjoni onlajn se tibqa' għaddejja wkoll b'mod parallel mad-Djalogi taċ-Ċittadini li jinsabu għaddejjin, li qed ikunu organizzati mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri.", "Mill-2012 'l hawn ġew organizzati kważi 700 minn dawn id-dibattiti pubbliċi interattivi f'160 belt, u l-Kummissjoni se żżid il-frekwenza tagħhom minn issa sal-elezzjonijiet Ewropej f'Mejju 2019, bil-mira li torganizza 500 attività oħra.", "Barra mix-xogħol tal-Kummissjoni Ewropea, qed ikunu organizzati Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini mill-gvernijiet nazzjonali fl-Istati Membri kollha, wara inizjattiva minn Franza li għandha l-appoġġ tal-Kapijiet kollha tal-Istat jew tal-Gvern ta' dawk li se jkunu l-UE27.", "Il-Kummissjoni qed tikkondividi l-frott tal-esperjenza tagħha mal-Istati Membri.", "Il-kosultazzjoni se tibqa' għaddejja sas-summit ta' Sibiu fid-9 ta' Mejju 2019.", "Il-Kummissjoni se tippreżenta rapport interim lill-Istati Membri dwar il-proċess tal-White Paper fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2018.", "Rapport finali, imbagħad, se jkun preżentat fl-ewwel Summit tal-UE27 f'Sibiu, ir-Rumanija, fid-9 ta' Mejju 2019, ftit ġimgħat qabel l-elezzjonijiet Ewropej.", "Sfond", "F'Marzu tal-2017, il-Kummissjoni varat dibattitu ġdid dwar il-futur tal-UE b'27 permezz tal-pubblikazzjoni tal-”White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa” Membri tal-Kummissjoni kienu qed jivvjaġġaw madwar l-Ewropa jagħtu widen għall-opinjonijiet taċ-ċittadini dwar ix-xenarji differenti ppreżentati, biex b'hekk jagħtu ċans lil kulħadd biex jikkontribwixxi fit-tiswir tal-Unjoni.", "Għal iktar informazzjoni", "Onlajn: Konsutazzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa", "Skeda informattiva: Djalogu maċ-ċittadini qabel l-elezzjonijiet Ewropej", "Fuljett: Djalogi taċ-Ċittadini dwar il-Futur tal-Ewropa", "White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3707", "title": "Il-Kummissjoni Ewropea u l-BEI jkomplu jiċċaraw it-trattament statistiku ta' Kuntratti għall-Prestazzjoni Enerġetika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,PRENER", "date": "Mon, 07 May 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Eurostat, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) illum qed iniedu Gwida tal-Prattikanti ġdida dwar it-Trattament Statistiku tal-Kuntratti għall-Prestazzjoni Enerġetika.", "Il-Gwida l-ġdida ssegwi n-Nota ta' Gwida tal-Eurostat dwar it-trattament rivedut ta' Kuntratti għall-Prestazzjoni Enerġetika fil-kontijiet tal-gvern, maħruġa f'Settembru 2017, u tispjega l-applikazzjoni prattika tagħha, bl-użu ta' riżorsi ta' assistenza teknika miċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH).", "Il-gwida hija disponibbli hawnhekk.", "Marianne Thyssen, il-Kummissarju responsabbli mill-Eurostat qalet: “Ninsab kuntenta ħafna li llum qed inniedu gwida ġdida li tiċċara kif l-investimenti f'infrastruttura effiċjenti fl-enerġija għandhom ikunu trattati statistikament.", "Din se tgħin lill-partijiet ikkonċernati involuti fil-kummissjoni, fil-finanzjament u fit-twettiq ta' kuntratti għall-prestazzjoni enerġetika.", "Din hija sitwazzjoni fejn jirbaħ kulħadd għall-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati privati, b'fehim ċar tal-impatt fuq il-baġit nazzjonali.", "Ninsab fiduċjuża li din il-gwida l-ġdida se tinkoraġġixxi kemm il-promoturi ta' proġetti privati kif ukoll pubbliċi biex iżidu l-investimenti fi proġetti tal-effiċjenza enerġetika.”", "Il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, Miguel Arias Cañete, żied jgħid: “Bis-saħħa ta' din il-gwida, se jkun eħfef għall-iskejjel, l-isptarijiet, u binjiet pubbliċi oħra - li flimkien jagħmlu iktar minn 10% tal-istokk globali ta' bini tal-UE - biex jinvestu fl-għan li jtejbu l-effiċjenza enerġetika.", "Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika huma mezz importanti wkoll biex nikkumbattu l-faqar, li din il-Kummissjoni qed timmira li tindirizza mill-għeruq.”", "Andrew McDowell, Viċi President tal-BEI, b'sorveljanza għall-Enerġija, qal: “Il-maniġers tal-binjiet pubbliċi – bħal skejjel, sptarijiet u aġenziji pubbliċi oħrajn – ħafna drabi ma jkollhomx il-baġit u l-għarfien espert tekniku biex ifasslu u jipprovdu l-finanzi għal proġetti li jiffrankaw l-enerġija li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju, jiffrankaw il-flus tal-kontribwenti u jagħmlu l-binjiet aktar komdi għall-persunal u l-utenti tas-servizz pubbliku.", "Din il-Gwida ġdida għandha l-għan li tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi biex iħejju u jiffinanzjaw proġetti, billi jiġu mobilizzati l-kapital u l-għarfien espert privati għall-benefiċċju tas-settur pubbliku taħt il-Kuntratti għall-Prestazzjoni tal-Enerġija.", "Dan hu wieħed mill-passi li l-BEI qed jieħu permezz tal-inizjattiva konġunta tagħna “Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti” mal-Kummissjoni Ewropea biex isiru aktar investimenti fl-effiċjenza enerġetika f'binjiet pubbliċi u privati.”", "Il-Gwida tispjega fid-dettall kif jaħdmu l-Kuntratti għall-Prestazzjoni Enerġetika u tagħti idea ġenerali ċara tal-impatt potenzjali fuq il-finanzi tal-gvern.", "Din se tgħin lill-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħrajn biex jifhmu aħjar l-impatt li għandhom l-aspetti differenti ta' dawn il-kuntratti fuq il-klassifikazzjoni tal-investiment li jsir, kemm dak li jidher kif ukoll dak li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ tal-gvernijiet, u se tassisti lill-awtoritajiet pubbliċi biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar meta jkunu qed iħejju u jakkwistaw il-KPE tagħhom.", "Din il-gwida hija wkoll għodda utli li tipprovdi ċarezza għall-promoturi pubbliċi u privati fil-kuntest tal-Pjan ta' Investiment u tegħleb dawk il-problemi li l-investituri jistgħu jarawhom bħala ostakoli għall-investiment.", "Il-kuntest", "L-investiment huwa prijorità ewlenija tal-Ewropa.", "Hu għalhekk li, flimkien mas-sieħeb strateġiku tagħha, il-BEI, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa f'Novembru 2014.", "Il-Pjan ta' Investiment – il-Pjan Juncker – jiffoka fuq iż-żieda tal-investimenti biex jiġu ġġenerati l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku billi jsir użu iktar intelliġenti tar-riżorsi finanzjarji eżistenti, jitneħħew l-ostakoli għall-investiment u billi l-proġetti tal-invesimenti jingħatawlhom il-viżibbiltà u l-assistenza teknika.", "Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) huwa pilastru ewlieni tal-Pjan Juncker u jipprovdi garanziji kontra l-ewwel telf, li jippermettu lill-BEI jinvesti f'aktar proġetti li ta' sikwit jiġu b'riskji akbar.", "Prijorità ewlenija oħra hija l-effiċjenza enerġetika bħala parti minn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju.", "F'dan ir-rigward, l-hekk imsejħa Kuntratti għall-Prestazzjoni Enerġetika, jew il-KPE għall-qasir, jistgħu jgħinu biex jiġi mmobilizzat l-investiment u l-għarfien espert privati fl-effiċjenza enerġetika fil-bini tas-settur pubbliku.", "Il-Prestazzjoni Enerġetika fil-bini hija parti mill-pakkett leġiżlattiv “Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha” – element ewlieni għall-kisba ta' Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b'politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares 'il quddiem.", "Iżda d-deċiżjoni tas-settur pubbliku li jakkwista proġetti għall-effiċjenza enerġetika bħala KPE xi drabi hi influwenzata mill-aspettattivi fir-rigward tat-trattament statistiku tagħhom (jiġifieri l-impatt fuq id-dejn pubbliku u fuq iċ-ċifri tad-defiċit).", "Għalhekk l-inċertezza dwar kif għandu jiġi evalwat it-trattament statistiku tal-KPE tista' toħloq id-diffikultajiet u d-dewmien fl-istadji differenti tat-tħejjija u tal-implimentazzjoni tal-proġetti ta' investiment.", "Il-Eurostat huwa d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea li jagħti l-informazzjoni statistika lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) u li jippromwovi l-armonizzazzjoni tal-metodi statistiċi madwar l-Istati Membri.", "L-organizzazzjonijiet fil-pajjiżi differenti li jikkooperaw b'mod attiv mal-Eurostat huma miġbura kollettivament fil-qafas tas-Sistema Statistika Ewropea.", "Il-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) huwa l-istituzzjoni ta' kreditu fit-tul tal-Unjoni Ewropea u huwa l-proprjetà tal-Istati Membri tagħha stess.", "Huwa joffri finanzjament fuq żmien twil għal investiment b'saħħtu sabiex jikkontribwixxi għall-għanijiet politiċi tal-UE.", "Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) huwa punt uniku ta' aċċess għal firxa wiesgħa ta' servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika.", "Iċ-ċentru huwa inizjattiva konġunta bejn il-Kummissjoni u l-BEI, li jipprovdi assistenza teknika u pariri mfassla apposta lil promoturi privati u pubbliċi ta' proġetti.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Il-MEMO: L-Eurostat jiċċara kif il-kuntratti għall-prestazzjoni enerġetika għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet nazzjonali – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Il-Gwida tal-Prattikant dwar it-Trattament Statistiku tal-Kuntratti għall-Prestazzjoni Enerġetika", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter", "Segwi lil Miguel Arias Cañete fuq Twitter", "Segwi lill-Viċi President tal-BEI Andrew McDowell fuq Twitter", "Kuntatti għall-istampa:"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_151", "title": "Id-WTO taqtagħha favur l-UE fit-tilwima dwar id-dazji Russi fuq il-vetturi kummerċjali ħfief", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Thu, 26 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Panel tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) illum iddikjara li d-dazji antidumping Russi li jxekklu l-esportazzjonijiet ta' vetturi kummerċjali ħfief Taljani u Ġermaniżi huma illegali.", "Il-panel qatagħha li r-Russja naqset milli tosserva għadd ta' regoli tad-WTO meta daħħlet id-dazji antidumping fl-2013, li jmorru minn 23% sa kważi 30% u li jaffettwaw l-esportazzjonijiet ta' vetturi Taljani u Ġermaniżi.", "Dan huwa biss eżempju wieħed ta' bosta miżuri li r-Russja ħadet fl-aħħar snin kontra l-esportazzjonijiet mill-UE.", "Il-kostatazzjonijiet tal-panel ifakkru lir-Russja li l-obbligi internazzjonali tagħha ma jistgħux jiġu injorati.", "“Kuntenta li qed nara deċiżjoni vera ċara mid-WTO kontra waħda mill-miżuri inġusti, protezzjonisti u antikompetittivi li qed naraw fir-Russja.", "Dawn id-dazji fuq il-vetturi kummerċjali ħfief ma jimxux mal-impenji li ħadet ir-Russja meta ngħaqdet fid-WTO.", "Dawn il-miżuri issa jridu jitneħħew.", "Nittama li nara lir-Russja tonora l-obbligi internazzjonali tagħha u tirrispetta din id-deċiżjoni mingħajr dewmien”, qalet Cecilia Malmström, il-Kummissarju għall-Kummerċ.", "Il-panel qabel mal-UE dwar l-allegazzjonijiet proċedurali kollha u għarfet li kien hemm bosta problemi fl-analiżi Russa li wasslet għall-introduzzjoni tad-dazji.", "Billi eskludew ċerti produtturi domestiċi mill-kalkoli tagħhom, l-awtoritajiet Russi sejsu l-analiżi tagħhom tad-dannu allegatament ikkawżat lill-industrija domestika fuq ċifri li ma kinux realistiċi.", "Meta vvalutaw l-effetti tad-dumping allegat, l-awtoritajiet injoraw fattur ieħor: il-kapaċità żejda fis-settur tal-vetturi kummerċjali ħfief Russu, li dak iż-żmien kienet seba' darbiet ikbar minn dak li fil-fatt jinbiegħ fis-suq Russu.", "Il-partijiet għandhom 60 jum biex jappellaw id-deċiżjoni.", "Inkella, ir-Russja tkun mistennija tneħħi d-dazji antidumping tagħha fuq il-vetturi kummerċjali ħfief importati mill-UE.", "Sfond", "Id-dazji antidumping fuq il-vetturi kummerċjali ħfief, introdotti f'Mejju tal-2013, jolqtu l-importazzjonijiet mill-Ġermanja, l-Italja, u t-Turkija.", "Il-miżuri jikkonċernaw vetturi kummerċjali ħfief li jiżnu bejn 2.8 tunnellati u 3.5 tunnellati, b'bodies tat-tip ta' vann u magni diesel b'ċilindrata li ma teċċedix 3 000 cm3, iddiżinjati biex iġorru tagħbija li tiżen sa żewġ tunnellati jew għat-trasport ikkombinat tal-merkanzija u l-passiġġieri.", "Dawn il-miżuri ġew adottati mill-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika, u bħalissa japplikaw għall-importazzjonijiet fil-pajjiżi tagħha kollha, jiġifieri l-Armenja, il-Belarussja, il-Każakistan, il-Kirgiżistan, u r-Russja.", "Jekk jitneħħew, ma jkun hemm l-ebda dazji antidumping bħal dawn fuq l-importazzjonijiet minn dawn l-Istati Membri tal-UE fil-membri kollha tal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika.", "Dan il-każ jikkonċerna lir-Russja speċifikament, minħabba li fiż-żmien li l-UE ressqet il-każ lid-WTO fl-2014, ir-Russja kienet l-uniku membru tal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika marbut bir-regoli tad-WTO.", "Din hija waħda minn erba' tilwimiet tad-WTO li l-UE kellha tressaq kontra r-Russja mindu daħlet fid-WTO.", "Il-każijiet l-oħra jirrigwardaw projbizzjoni tal-importazzjoni tal-majjali u l-prodotti tal-majjal, tariffi eċċessivi fuq l-importazzjonijiet ta' karta u prodotti oħrajn, u tariffa ta' riċiklaġġ fuq il-karozzi.", "Fil-każ tat-tariffi eċċessivi u l-projbizzjoni tal-majjal, żewġ panels tad-WTO sabu fl-2016 li l-miżuri Russi kienu qed imorru kontra r-regoli tad-WTO.", "Aktar informazzjoni", "Talba tal-UE għal-konsultazzjonijiet mad-WTO", "Talba tal-UE għal panel tad-WTO", "Is-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO, fil-qosor", "Il-każ WTO dwar Dazji Antidumping Russi fuq Vetturi Kummerċjali Ħfief mill-Ġermanja u l-Italja"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1334", "title": "Politika Ewropea tal-Viċinat Riveduta: l-appoġġ għall-istabbiltà, għar-reżiljenza, għas-sigurtà", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENLNEIG", "date": "Wed, 17 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Il-politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) ġiet rieżaminata fl-2015 biex tirreaġixxi għall-isfidi l-ġodda ta' viċinat li dejjem qed jevolvi.", "Ir-rapport tal-lum juri riżultati wara approċċ ġdid ibbażat fuq id-diffrenzjar, ir-responsabbiltà konġunta u l-flessibbiltà.", "Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) riveduta tat nifs ġdid lir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-ġirien tagħha fil-Lvant u fin-Nofsinhar, b'enfasi akbar fuq l-istabbiltà, ir-reżiljenza u s-sigurtà.", "Ir-Rapport Konġunt tal-lum dwar il-viċinat kollu marbut mal-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat juri li l-approċċ tal-politika l-ġdida jiżgura responsabbiltà konġunta aktar b'saħħitha u aktar flessibbli għax jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet differenti u d-diversità ta' kull sieħeb.", "Dan ir-rapport huwa s-segwitu għar-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li ġiet adottata f'Novembru 2015.", "“L-Unjoni Ewropea ilha tinvesti ħafna fl-iżvilupp ekonomiku, fir-reżiljenza, fis-sigurtà, fid-demokrazija u fl-istat tad-dritt tal-ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħna.", "Sena u nofs wara r-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, irnexxielna nibnu - f'kooperazzjoni u sħubija sħiħa - strateġija mfassla apposta ma' kull wieħed mill-pajjiżi, sabiex jiġi żgurat li din tindirizza l-bżonnijiet u l-interessi reali, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħna kollha.” qalet Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, hekk kif ġie ppubblikat ir-rapport konġunt.", "“Aħna kkonsultajna fuq firxa wiesgħa qabel ma aġġornajna l-Politika tal-Viċinat - u dan ir-rapport juri kif qed inpoġġu fil-prattika r-riżultati ta' din il-konsultazzjoni: niffukaw aktar fuq l-interessi reċiproċi, differenzjar akbar sabiex tintwera d-diversità tas-sħab tagħna, sens akbar ta' responsabbiltà kondiviża tal-politika u aktar flessibbiltà fil-mod kif tiġi implimentata,” żied jgħid Johannes Hahn, il-Kummissarju tal-UE għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir.", "L-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata", "Il-kriżijiet fit-tul u r-relevanza ġeopolitika tal-viċinat tal-UE juru kemm huwa importanti li jkun hemm fis-seħħ qafas politiku sod li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi mal-pajjiżi ġirien tal-UE.", "Ir-rapport konġunt tal-lum, tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli, dwar l-implimentazzjoni tar-rieżami tal-PEV jikkonferma r-rwol ċentrali tal-PEV għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-viċinat tal-UE, li r-rieżami identifika bħala prijorità ewlenija.", "Ir-rieżami ta direzzjoni ġdida lill-PEV sabiex jiġi żgurat approċċ differenzjat mas-sħab, jiġu rikonoxxuti l-aspirazzzjonijiet differenti ta' kull pajjiż, ir-responsabbiltà kondiviża, ibbażata kemm fuq il-ħtiġijiet tas-sħab kif ukoll fuq l-interessi tal-UE, u aktar flessibilità fl-użu tal-istrumenti tal-UE.", "L-approċċ il-ġdid kien kruċjali biex jitfa' enerġija ġdida fir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi sħab tal-PEV, inkluż permezz tan-negozjar u l-adozzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija l-ġodda u l-aġġornament kontinwu ta' Aġendi ta' Assoċjazzjoni, u f'kull każ terġa' tintefa' l-attenzjoni, tar-relazzjonijiet għas-snin li ġejjin, fuq l-oqsma ta' interess reċiproku li hemm ftehim dwarhom.", "Fil-qafas politiku l-ġdid, l-UE qed taġixxi b'aktar flessibbiltà u sensittività mas-sħab tagħha, u qed tuża r-riżorsi tagħha b'aktar impatt f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ewlenin.", "Permezz tal-użu tal-Fondi Fiduċjarji żdiedet il-flessibilità fl-użu tal-fondi mill-UE (permezz tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat) sabiex jiġi żgurat it-twassil rapidu tal-assistenza finanzjarja permezz ta' użu akbar ta' finanzjament imħallat u ta' pprogrammar konġunt imtejjeb mal-Istati Membri.", "Fl-aħħar nett, permezz ukoll ta' koordinazzjoni mtejba ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali u l-ħolqien ta' riżerva ġdida ta' flessibbiltà li tippermetti rispons rapidu f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u f'ċirkostanzi li jinbidlu.", "Il-progress fl-oqsma ta' prijorità", "Il-PEV rieżaminata ġabet appoġġ sinifikanti għal riformi f'erba' oqsma ta' prijorità: il-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; l-iżvilupp ekonomiku għall-istabbiltà; is-sigurtà; il-migrazzjoni u l-mobilità.", "Xi pajjiżi sħab, bl-appoġġ tal-UE, ħadu passi importanti biex imexxu 'l quddiem riformi dwar il-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittjiet tal-bniedem permezz ta' programmi estensivi dwar ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, dwar it-tisħiħ tal-ġudikatura u l-appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll dwar it-trawwim ta' soċjetà ċivili aktar b'saħħitha.", "Fil-qalba tal-kontribut tal-UE għall-istabbiltà tal-viċinat hija l-ispinta lill-iżvilupp ekonomiku sostenibbli li hija essenzjali għall-iżvilupp tar-reżiljenza tas-sħab.", "Sa mir-rieżami, l-UE investiet f'riformi strutturali biex ittejjeb il-kompetittività u l-ambjent tan-negozju, tagħti spinta lill-kummerċ, tappoġġa lill-SMEs u biex l-edukazzjoni u l-ħiliet jitfasslu fuq il-ħtiġijiet tal-ekonomija reali.", "Ir-rieżami tal-PEV żied b'mod sinifikanti l-attenzjoni tal-politika fuq il-kwistjonijiet ta' sigurtà, u adotta approċċ komprensiv quddiem l-isfidi tas-sigurtà fil-viċinat tagħha.", "L-UE żviluppat programmi dwar ir-Riformi fis-Settur tas-Sigurtà kemm fil-Lvant kif ukoll fin-Nofsinhar, u mexxiet 'il quddiem bħala prijorità ħidma importanti dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti, filwaqt li saħħet l-isforzi biex tiddestabbilizza l-kriminalità organizzata u ssaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK).", "L-isfidi tal-kriżi tar-refuġjati u tal-migrazzjoni irregolari għadhom prijorità fuq l-aġenda politika, u fil-ħidma tal-UE mal-pajjiżi ġirien tagħha huma aspett importanti.", "L-approċċ komprensiv stabbilit mill-UE jinkludi sforzi biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni sabiex titnaqqas il-migrazzjoni irregolari, titmexxa 'l quddiem il-migrazzjoni legali u l-mobilità, u biex b'mod effettiv jiġu ġestiti l-fruntieri filwaqt li jiġi ssalvagwardjat id-dritt taċ-ċittadini tal-UE għall-moviment liberu fl-UE.", "Il-kuntest", "Il-politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) ġiet rieżaminata fl-2015 biex tirreaġixxi għall-isfidi l-ġodda ta' viċinat li dejjem qed jevolvi.", "Ir-rieżami - propost mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fl-2014 u milqugħ tajjeb mill-Istati Membri tal-UE - kien suġġett għal konsultazzjoni pubblika wiesgħa qabel ma ġie ppubblikat f'Novembru 2015.", "Ir-riżultat tar-rieżami kien il-politika riveduta bbażata fuq il-prinċipji ta' differenzjar, flessibbiltà u responsabbiltà li jaqgħu taħt l-objettiv prinċipali ta' stabbiltà.", "Ir-Rapport Konġunt adottat illum huwa l-ewwel rapport dwar il-viċinat kollu li ġie ppubblikat mill-UE bħala dokument awtonomu, mingħajr il-ġabra tar-rapporti individwali tal-pajjiżi.", "L-għan ta' dan l-istil ġdid ta' rapport huwa li tingħata ħarsa ġenerali wiesgħa dwar l-iżviluppi u x-xejriet fil-viċinat.", "Ir-rapporti speċifiċi għall-pajjiż issa jiġu adottati u ppubblikati separatament: dawn isiru f'ċertu żmien biex jipprovdu s-sisien għall-iskambji politiċi bi tħejjija għal-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew għall-attivitajiet ta' livell għoli organizzati mas-sħab rispettivi.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Aqra r-Rapport", "Is-sit web tal-PEV tal-Kummmissjoni Ewropea", "Stqarrija għall-istampa: Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV): sħubijiet aktar qawwija għal viċinat aktar qawwi"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1336", "title": "Ir-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE fl-2016.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,JFRC,HUMRIGHTS", "date": "Wed, 17 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.", "Ir-rapport jiddeskrivi l-inizjattivi li ttieħdu fl-2016 mill-UE biex issaħħaħ id-drittijiet fundamentali.", "Huwa jagħti ħarsa wkoll lejn kif dawn id-drittijiet ġew applikati madwar firxa ta' politiki tal-UE u fl-Istati Membri fl-2016.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: “L-Unjoni Ewropea mhijiex biss suq jew munita, hija l-ewwel u qabelkollox Unjoni ta' valuri.", "Bħala gwardjan tat-trattati l-Kummissjoni Ewropea għandha dover speċjali biex tiddefendi d-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt madwar din l-Unjoni, responsabbiltà li aħna nikkondividu mal-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri.”", "Věra Jourová, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, żiedet: “Il-Kummissjoni Ewropea ilha taħdem f'kull qasam tad-dritt tal-UE dwar is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali madwar l-Ewropa.", "Dan jinkludi l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal, it-tisħiħ tad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali, it-titjib tad-drittijiet tal-konsumaturi u l-garanzija ta' kundizzjonijiet bażiċi saħansitra għal persuni li jfittxu l-ażil jew migranti.", "Aħna għandha nkomplu niżguraw li d-drittijiet jkunu realtà għal kulħadd fl-Ewropa.", "Id-drittijiet fundamentali huma għal kulħadd.”", "Ir-Rapport ta' din is-sena jikkonkludi li żviluppi riċenti huma ta' theddida serja għad-drittijiet fundamentali.", "Il-Kummissjoni se tiżgura li l-proposti leġislattivi kollha tal-UE u l-korpijiet kollha li huma marbuta bil-Karta jkomplu josservawha.", "Aħna se nagħtu attenzjoni partikolari għas-sistema importanti ta' ekwilibriju ta' setgħat, b'mod partikolari r-rwol ewlieni tal-qrati supremi u l-qrati kostituzzjonali fid-difiża tal-valuri komuni tal-UE.", "Rigward iż-żviluppi leġiżlattivi speċifiċi, ir-rapport jinnota li fl-2016 l-UE: għamlet passi importanti biex tiżgura l-protezzjoni tat-tfal f'tilwim transfruntier dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri (ir-Regolament Brussell IIa) u biex tgħin lil koppji internazzjonali biex jiġu ċċarati r-regoli applikabbli għal reġimi ta' proprjetà; varat Pjattaforma għas-Soluzzjoni Online għat-Tilwim biex tgħin li tiġi msaħħa l-protezzjoni tal-konsumatur; qablet ma' Kodiċi ta' Kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors tal-mibegħda illegali permezz ta' Facebook, Twitter, YouTube u Microsoft; u żammet djalogu importanti mal-Istati Membri dwar l-istat tad-dritt.", "L-adozzjoni finali tar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta f'April 2016 stabbilixxiet sett uniku ta' regoli li jagħtu lin-nies aċċess eħfef għad-dejta personali tagħhom, dritt għall-portabbiltà tad-dejta, dritt ikkjarifikat “li jkun minsi/minsija”, u ċerti drittijiet f'każ ta' ksur tad-dejta.", "Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li t-Tarka tal-Privatezza bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-Ftehim Komprensiv biex jiġu protetti aħjar id-dejta personali tal-Ewropej meta din tiġi ttrasferita lejn l-Istati Uniti.", "Id-dritt għal proċess ġust kien ingħata ukoll effett konkret fl-2016 permezz tal-adozzjoni ta' sett ta' direttivi dwar il-preżunzjoni ta' innoċenza u d-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess; dwar l-għajnuna legali; u dwar id-drittijiet proċedurali għat-tfal (ara d-dettalji hawnhekk).", "Jinħtieġ li d-demokraziji bbażati fuq l-istat tad-dritt iħarsu d-drittijiet fundamentali tal-minoritajiet u ta' dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "L-istituzzjonijiet Ewropej iridu wkoll jikkonformaw mal-Karta fl-azzjonijiet kollha tagħhom.", "Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija eżempju tajjeb fejn diversi drittijiet fundamentali ġew ikkunsidrati waqt il-fażi ta' abbozzar u ta' negozjar.", "Il-Kollokju Annwali dwar id-Drittijiet Fundamentali", "Il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja huma pedamenti indispensabbli ta' demokraziji b'saħħithom.", "Il-Kummissjoni organizzat Kollokju dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-UE tal-2016 dwar ir-rwol tal-midja għad-difiża tad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt.", "Il-konklużjonijiet tal-Kollokju jidentifikaw azzjonijiet konkreti biex titrawwem il-libertà tal-midja u jiżguraw l-indipendenza minn pressjonijiet politiċi u finanzjarji, biex jagħtu s-setgħa u jipproteġu l-ġurnalisti, u jippromwovu diversità ta' vuċijiet fis-soċjetà.", "Il-Kollokju tal-2017 dwar id-Drittijiet Fundamentali se jiffoka dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "F'kuntest fejn l-intolleranza qed tiżdied, huwa importanti li l-UE tafferma mill-ġdid u tippromwovi bis-saħħa l-istess drittijiet għal kulħadd.", "Din se tkun opportunità sabiex jiġu indirizzati t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika u politika tan-nisa, id-drittijiet tan-nisa fl-isferi tal-ħajja pubblika u privata kif ukoll il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fil-forom kollha tagħha, u din tal-aħħar matul l-2017 se tkun ukoll is-suġġett ta' azzjonijiet iffukati.", "L-Isfond", "Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea saret legalment vinkolanti.", "Id-dispożizzjonijiet tal-Karta huma primarjament indirizzati lejn l-istituzzjonijiet tal-UE u mbagħad lejn l-awtoritajiet nazzjonali meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-UE biss.", "Il-Kummissjoni qed taħdem mal-awtoritajiet rilevanti fil-livell nazzjonali u lokali, kif ukoll fil-livell tal-UE biex tinforma aħjar lin-nies dwar id-drittijiet fundamentali tagħhom u dwar fejn jistgħu jsibu għajnuna jekk id-drittijiet tagħhom ikunu nkisru.", "Il-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni prattika dwar l-infurzar tad-drittijiet personali permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika u stabbilixxiet djalogu dwar it-trattatament ta' lmenti dwar id-drittijiet fundamentali ma' ombudsmen, korpi tal-ugwaljanza u istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.", "Għal aktar tagħrif", "Ir-Rapport tal-2016 u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE", "Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1345", "title": "L-UE tipproteġi liċ-ċittadini mill-merkurju tossiku u twitti t-triq għal azzjoni globali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO", "date": "Wed, 17 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Illum fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York l-Unjoni Ewropea tat bidu għad-dħul fis-seħħ tat-trattat globali li għandu l-għan li jnaqqas l-esponiment għall-merkurju.", "Ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju, tikkonferma r-rwol ewlieni tal-Ewropa rigward il-protezzjoni tas-saħħa taċ-ċittadini u tal-ambjent madwar id-dinja.", "It-trattat globali l-ġdid dwar il-merkurju, il-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju, ġie nnegozjat u konkluż fl-2013 fuq l-inizjattiva tal-UE.", "L-Unjoni għandha waħda mill-aktar politiki ambizzjużi għall-protezzjoni kontra l-merkurju.", "Madankollu, minn 40 sa 80 % tal-merkurju akkumulat fl-Ewropa jiġi minn emissjonijiet tal-merkurju f'partijiet oħra tad-dinja, għaldaqstant hemm bżonn ta' azzjoni internazzjonali b'saħħitha li tipproteġi s-saħħa taċ-ċittadini tagħna.", "Karmenu Vella, il-Kummissarju tal-UE għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd qal: “It-trattat globali l-ġdid dwar il-merkurju se jgħin biex miljuni ta' persuni madwar id-dinja kollha jiġu protetti mill-esponiment għal dan il-metall tqil tossiku.", "Permezz tar-ratifika l-UE tat il-kontribut deċiżiv tagħha u tat bidu għad-dħul fis-seħħ tiegħu.", "Dan huwa suċċess kbir għad-diplomazija ekoloġika tal-UE.", "Dan jenfasizza l-impenn tal-Ewropa għal azzjoni internazzjonali qawwija u miftiehma.\"", "Il-Konvenzjoni ta' Minamata, li hija msemmija għall-post li fih seħħ l-agħar każ ta' tniġġis tal-merkurju fl-istorja, mhux biss se ssaħħaħ l-istandards ambjentali madwar id-dinja kollha, iżda se tgħin ukoll biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi hekk kif l-ekonomiji ewlenin kollha se japplikaw rekwiżiti simili għal dawk li diġà jinsabu fis-seħħ fl-UE.", "In-nisa tqal, it-trabi u t-tfal huma f'riskju partikolari minħabba l-merkurju fil-katina alimentari, u tul iż-żmien il-Konvenzjoni se tkun qed tgħin biex dawn ikunu esposti għalih dejjem inqas.", "Pereżempju, billi tipprojbixxi l-użu tal-amalgama dentali għal dawn il-kategoriji vulnerabbli.", "Minħabba r-rwol strumentali tal-UE fin-negozjati dwar il-Konvenzjoni ta' Minamata, fil-biċċa l-kbira l-kontenut tagħha huwa ispirat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.", "Ir-Regolament dwar il-Merkurju jistabbilixxi wkoll regoli li jpoġġu lill-UE fit-triq it-tajba biex issir l-ewwel ekonomija mingħajr merkurju.", "Dan jinkludi t-tmiem tal-użi kollha tal-merkurju fil-proċessi industrijali u l-projbizzjoni ta' kull użu ġdid tal-merkurju fil-prodotti u fl-industrija, sakemm ma jiġix ippruvat li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent.", "L-ewwel laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju se ssir bejn l-24 u d-29 ta' Settembru 2017 f'Ġinevra, l-Iżvizzera.", "Is-Segment ta' Livell Għoli tat-28 u d-29 ta' Settembru se jiċċelebra l-impenn tal-komunità internazzjonali għall-Konvenzjoni ta' Minamata.", "Sfond", "Il-merkurju huwa sustanza kimika b'effetti newrotossiċi, użata fil-proċessi industrijali u f'varjetà ta' prodotti bħall-batteriji jew it-termometri.", "Il-merkurju meta jiġi rilaxxat fl-ambjent jidħol fil-katina alimentari fejn jakkumula l-aktar fil-ħut.", "L-esponiment għal livelli għoljin ta' merkurju jista' jikkawża ħsara fil-moħħ, fil-pulmun, fil-kliewi u fis-sistema immunitarja.", "Matul l-aħħar għoxrin sena l-UE żviluppat korp komprensiv ta' leġiżlazzjoni li jkopri l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-merkurju, mill-estrazzjoni primarja sar-rimi tal-iskart, inklużi miżuri dwar il-kummerċ, il-prodotti li fihom merkurju u t-tniġġis tal-merkurju.", "Aktar informazzjoni:", "Mistoqsijiet u Tweġibiet relatati mal-Politika tal-UE dwar il-Merkurju u l-Konvenzjoni ta' Minamata", "It-test tal-Konvenzjoni ta' Minamata u l-istatus tar-ratifiki", "Politika tal-UE dwar il-Merkurju"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1341", "title": "Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tissimplifika r-regoli għall-investiment pubbliku fil-portijiet u fl-ajruporti, fil-kultura u fir-reġjuni ultraperiferiċi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,STATAID", "date": "Tue, 16 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea approvat regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat li jeżentaw ċerti miżuri ta' sostenn pubbliku għall-portijiet u l-ajruporti minn skrutinju minn qabel mill-Kummissjoni.", "L-objettiv huwa li jkun iffaċilitat l-investiment pubbliku li jista' joħloq l-impjiegi u t-tkabbir waqt li jippreserva l-kompetizzjoni.", "Il-Kummissarju Margrethe Vestager, responsabbli mill-politika tal-kompetizzjoni, qalet: “Irridu niżguraw li l-kumpaniji jkunu jistgħu jikkompetu f'kundizzjonijiet ugwali fis-Suq Uniku — u dan irridu nagħmluh bl-aktar mod effiċjenti.", "Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huma l-istess għall-Istati Membri kollha.", "Il-bidliet tal-lum se jiffrankaw ħin u problemi meta jsir investiment f'portijiet u ajruporti, fil-kultura u fir-reġjuni ultraperifiċi tal-UE, waqt li tkun imħarsa l-kompetizzjoni.", "Dawn jippermettu wkoll li l-Kummissjoni tiffoka l-attenzjoni fuq miżuri ta' sostenn pubbliku li għandhom l-ikbar impatt fuq il-kompetizzjoni fis-Suq Uniku, biex inkunu “kbar fil-kwistjonijiet il-kbar u żgħar f'dawk żgħar” għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej kollha.", "Fl-2014 “Ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa” ippermetta lill-Istati Membri li jimplimentaw firxa wiesgħa ta' miżuri ta' għajnuna mill-Istat mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni minn-qabel għax qajla jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni.", "B'riżultat ta' dan, madwar 95% tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat implimentati mill-Istati Membri (b'nefqa annwali kkumbinata ta' madwar EUR 28 biljun) issa huma eżentati.", "Pereżempju, fil-qasam tar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni l-għadd ta' notifiki ta' għajnuna mill-Istat naqas bin-nofs mill-2014 (ara it-Tabella ta' valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat 2016).", "Il-Kummissjoni issa estendiet il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-portijiet u għall-ajruporti wara żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi.", "Fir-rigward tal-ajruporti l-Istati Membri issa jistgħu jagħmlu investimenti pubbliċi fl-ajruporti reġjonali li minnhom jgħaddu sa 3 miljun passiġġier fis-sena b'ċertezza legali sħiħa u mingħajr kontroll minn-qabel tal-Kummissjoni.", "Dan se jiffaċilita l-investiment pubbliku f'aktar minn 420 ajruport madwar l-UE (li minnhom jgħaddi madwar 13 % tat-traffiku tal-ajru).", "Ir-Regolament jippermetti wkoll li l-awtoritajiet pubbliċi jkopru l-kostijiet operatorji ta' ajruporti żgħar li minnhom jgħaddu 200 000 passiġġier fis-sena.", "Dawn l-ajruporti ż-żgħar jammontaw għal kważi nofs l-ajruporti kollha fl-UE iżda għandhom biss 0.75 % biss tat-traffiku tal-ajru.", "Dawn l-ajruporti żgħar jistgħu jagħtu kontribut importanti għall-konnettività ta' reġjun iżda qajla jistgħu joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni tas-Suq Intern tal-UE.", "Fir-rigward tal-portijiet, l-Istati Membri issa jistgħu jagħmlu investimenti pubbliċi ta' mhux aktar minn EUR 150 miljun fil-portijiet marittimi u sa EUR 50 miljun fil-portijiet interni b'ċertezza legali sħiħa u mingħajr kontroll minn-qabel tal-Kummissjoni.", "Ir-Regolament jippermetti li l-awtoritajiet pubbliċi jkopru l-kostijiet fil-portijiet u fil-passaġġi ta' aċċess fl-ilma.", "Barra minn hekk, ir-Regolament jinkludi għadd ta' simplifikazzjonijiet ġodda f'oqsma oħra.", "Partikolarment, il-Kummissjoni se tħares biss lejn każijiet akbar ta' għajnuna mill-Istat li jinvolvu ammont ogħla ta' għajnuna għal proġetti ta' kultura (u biss jekk dawn il-miżuri attwalment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, li bosta drabi mhux il-każ) u għall- areni sportivi multifunzjonali.", "Il-Kummissjoni għamlitha aktar faċli għall-awtoritajiet pubbliċ biex jikkumpensaw kumpaniji għall-kostijiet addizzjonali li jiffaċċaw meta joperaw fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE waqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi li dawn il-kumpaniji jiffaċċaw.", "L-inizjattiva għandha l-għan li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi u partijiet ikkonċernati oħra fil-kuntest tal-aġenda tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni tal-Leġiżlazzjoni tal-UE (REFIT).", "Hija tifforma parti mill-isforz tal-Kummissjoni biex tiffoka l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fuq każijiet akbar li għandhom impatta sinifikanti fuq il-kompetizzjoni fis-Suq Uniku, għall-akbar benefiċċju tal-konsumaturi.", "Hija tikkomplementa bosta inizjattivi li l-Kummissjoni ħadet matul l-aħħar sentejn biex timmodernizza l-eżekuzzjoni tal-Għajnuna mill-Istat.", "L-għan ta' dawn l-inizjattivi huwa li jiġi ffaċilitat aktar l-investiment pubbliku b'appoġġ għall-miri komuni tagħna dwar l-impjiegi u t-tkabbir, il-klima, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali.", "Ir-Regolament aġġornat huwa stadju importanti addizzjonali għall-ħidma konsistenti tal-Kummissjoni Juncker biex tiżgura li r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat huma applikati bl-aktar mod effikaċji u effiċjenti possibbli.", "Inizjattivi komplementari", "Barra mir-reviżjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-Avviz dwar il-Kunċett ta' Għajnuna adottat f'Mejju tal-2016 jiċċara liema miżuri ta' sostenn pubbliku jaqgħu lil hinn mill-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-UE, pereżempju għax ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-Suq Uniku.", "Huwa jgħin lill-Istati Membri jfasslu miżuri ta' sostenn pubbliku li jistgħu jkunu implimentati mingħajr skrutinju minn qabel mill-Kummissjoni.", "Pereżempju, huwa jikkonferma li l-investiment pubbliku fit-toroq, il-passaġġ fuq l-ilma intern, in-netwerk ta' distribuzzjoni tal-ferrovija u tal-ilma jistgħu tipikament isiru mingħajr skrutinju minn qabel mill-Kummissjoni.", "Barra minn hekk, f'Settembru 2016, il-Kummissjoni ħadet serje ta' deċiżjonijiet ta' għajnuna mill-Istat (ara wkoll il-pakkett preċedenti ta' Mejju 2015), li jiċċaraw x'inhuma l-miżuri ta' sostenn pubbliku li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimplimentaw mingħajr skrutinju minn qabel mill-Kummissjoni, għax ma jaffettwawx il-kummerċ bejn l-Istati Membri.", "Flimkien, dawn l-inizjattivi jgħinu biex jistimulaw l-investiment billi jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-kumpaniji, waqt li jżidu ċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji u għall kompetituri.", "Huma jippermettu wkoll li l-Istati Membri jieħdu r-responsabbiltà għall-għażliet politiċi tagħhom dwar miżuri lokali ta' għajnuna mill-Istat u li l-Kummissjoni tiffoka riżorsi fuq l-investigazzjoni ta' miżuri ta' għajnuna mill-Istat li x'aktarx ikollhom l-ikbar impatt fuq il-kompetizzjoni fis-Suq Uniku.", "Id-Direttiva l-ġdida se tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Ir-Regolament Emendatorju, flimkien man-nota ta' spjega, huma disponibbli hawn:", "Għal aktar tagħrif", "Skeda informattiva: Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa - mistoqsijiet frekwenti"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_3984", "title": "Il-Fond Soċjali Ewropew għen kważi 10 miljun Ewropej isibu impjieg bejn l-2007 u l-2014", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=EURSO,ESAI", "date": "Wed, 04 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport ta' evalwazzjoni ta' investimenti taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) waqt il-perjodu 2007-2013, b'rapporti speċifiċi għal kull Stat Membru.", "Ir-rapport juri li sal-aħħar tal-2014, mill-anqas 9.4 miljun residenti Ewropej se jkunu sabu impjieg b'għajnuna mill-Fond.", "8.7 miljun kisbu kwalifika jew ċertifikat.", "Riżultati pożittivi oħrajn, bħal żieda fil-livelli tal-ħiliet, kienu rrapportati minn 13.7 miljun parteċipanti.", "Skont l-evalwazzjoni, bejn l-2007 u l-2014, il-Fond Soċjali Ewropew ipprovda appoġġ essenzjali għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali u tal-UE għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, inkluż il-miri tal-Ewropa 2020 u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-qafas tas-Semestru Ewropew.", "Valdis Dombrovskis, Viċi-President għall-Euro u d-Djalogu Soċjali, qal: \"Ir-rapport tal-lum juri li l-Fond Soċjali Ewropew, f'7 snin, għen miljuni ta' Ewropej isibu xogħol, jiksbu aktar ħiliet u kwalifiki.", "Il-Fond Soċjali Ewropew kellu rwol essenzjali fil-funzjonament tas-swieq tax-xogħol fl-Istati Membri kollha.", "Dan għen fil-modernizzazzjoni tas-servizzi tax-xogħol, appoġġja s-sistemi tal-edukazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika ġenerali, u għen lil dawk li huma l-aktar żvantaġġjati fis-soċjetà.", "Issa jeħtieġ li nibnu fuq din l-esperjenza sabiex ninvestu fil-kapital uman tal-Ewropa - ħaddiema, żgħażagħ u dawk kollha li qed ifittxu xogħol.\"", "Marianne Thyssen, Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, ikkummentat: \"L-evalwazzjoni tal-lum turi li l-Fond Soċjali Ewropew jagħmel differenza ta' vera fil-ħajjiet tal-Ewropej.", "Dan huwa l-istrument ewlieni tagħna sabiex ninvestu fil-kapital uman.", "Grazzi għall-appoġġ Ewropew, miljuni ta' nies sabu impjieg, tejbu l-ħiliet tagħhom jew ħarġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali.", "Dan huwa s-solidarjetà fl-aħjar tagħha.\"", "Il-parteċipanti fl-azzjonijiet tal-FSE huma mqassma b'mod ugwali bejn l-inattivi (36%), dawk impjegati (33%) u dawk qiegħda (30%).", "Gruppi fil-mira ewlenin inkludew dawk ta' ħiliet baxxi (40%), żgħażagħ (30%) u dawk żvantaġġati (mill-anqas 21%).", "In-nisa kienu jikkonsistu f'51.2 miljun mill-parteċipanti.", "L-Istati Membri bbenefikaw minn riżorsi finanzjarji addizzjonali sinifikanti pprovduti permezz tal-FSE sabiex jindirizzaw sfidi soċjali u ta' impjiegi, sabiex jilħqu lin-nies u jistabbilixxu politiki li kieku kien ikollhom diffikultà sabiex isibu appoġġ finanzjarju.", "L-FSE pprovda, pereżempju, aktar minn 70% tar-riżorsi għal politika attiva tas-suq tax-xogħol fil-Bulgarija, fl-Estonja, fil-Greċja, fil-Latvja, fil-Litwanja, f'Malta, fir-Rumanija u fis-Slovakkja u aktar minn 5% tan-nefqa fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-Portugall u fir-Repubblika Ċeka.", "L-FSE ta bidu għal modi ġodda ta' ħidma bejn il-partijiet interessati u appoġġja innovazzjonijiet lokali u reġjonali li imbagħad kienu integrati fuq livell nazzjonali.", "L-FSE kellu rwol essenzjali fl-appoġġ tal-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u istituzzjonijiet oħrajn responsabbli għal azzjonijiet attivi tas-suq tax-xogħol.", "F'reġjuni inqas żviluppati l-FSE appoġġja riformi fl-edukazzjoni, fil-ġudikatura u fl-amministrazzjoni pubblika ġenerali.", "B'dan il-mod, ta spinta pożittiva lill-ambjent kummerċjali u ħoloq soċjetajiet aktar inklussivi.", "L-FSE kellu wkoll impatt pożittiv fuq il-PDG tal-UE28 (żieda ta' 0.25%) u l-produttività, skont simulazzjonijiet makroekonomiċi.", "Finalment, ir-rapport jenfasizza r-rwol tal-FSE fit-tnaqqis tal-effetti negattivi tal-kriżi.", "Grazzi għall-flessibilità tiegħu, dan jista' jirrispondi malajr għal sfidi li qed jiffaċċjaw, permezz tal-iffukar mill-ġdid tal-azzjonijiet fuq dawk l-aktar affettwati mill-kriżi.", "Informazzjoni Ġenerali", "Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa l-aktar fond antik tal-UE, maħluq mit-Trattat ta' Ruma fl-1957, u huwa l-għodda ewlenija tal-Ewropa għall-investiment fil-kapital uman, permezz tal-promozzjoni tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali.", "Li jgħin lin-nies isibu xogħol (jew xogħol aħjar), li jintegra nies żvantaġġati fis-soċjetà u li jiżgura opportunitajiet tal-ħajja aktar ġusti għal kulħadd, huma l-prijoritajiet taħt il-Fond.", "Fil-perjodu ta' pprogrammar 2007-2013 l-FSE kien operazzjonali f'kull wieħed mit-28 Stat Membru, permezz ta' 117-il Programm Operazzjonali (OPs).", "Dawn il-programmi jirrispondu għal għanijiet differenti: 59 taħt l-għan ta' kompetittività reġjonali u impjiegi, 42 taħt l-għan ta' konverġenza u 16-il programm b'aktar minn għan wieħed.", "Skont il-prinċipju ta' ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżviluppaw flimkien il-prijoritajiet u l-għanijiet tal-Programmi, u wara l-Istat Membru jista' jagħżel u jiżviluppa l-proġetti konkreti skont il-Programm, bl-aħjar mod possibbli sabiex jaqdi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tiegħu.", "L-allokazzjoni totali għall-FSE 2007-2013 kienet ta' €115.6 biljun, li minnhom €76.8 biljun ġew mill-baġit tal-UE, €35.1 biljun minn kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali u €3.7 biljun minn fondi privati.", "Twettqu ħidmiet bejn Jannar 2007 u Diċembru 2015.", "Ġew introdotti għadd ta' bidliet ewlenin meta mqabbel mal-perjodu ta' pprogrammar ta' qabel, b'mod partikolari rabtiet aktar mill-qrib mal-politiki u l-għanijiet tal-impjiegi tal-UE u rakkomandazzjonijiet relevanti speċifiċi għall-pajjiż u flessibbiltà akbar għad-deċiżjoni dwar kif għandhom jintlaħqu għanijiet komuni.", "Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza, l-evalwazzjoni saret minn esperti esterni dwar l-evalwazzjoni.", "Din kienet magħmula minn studju preparatorju, ħames studji tematiċi li jkopru l-firxa sħiħa tal-interventi tal-FSE u rapport ta' sinteżi.", "Din ibbenefikat ukoll mir-riżultati ta' konsultazzjoni miftuħa għall-pubbliku.", "Aktar tagħrif", "Memo: Mistoqsijiet u Tweġibiet: Evalwazzjoni tal-2007-2013 tal-Fond Soċjali Ewropew", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal: Evalwazzjoni tal-2007-2013 tal-Fond Soċjali Ewropew", "Rapporti ta' evalwazzjoni tematika, rapporti ta' sinteżi u ta' pajjiżi", "Aktar informazzjoni dwar proġetti fl-Istat Membru tiegħek"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_4494", "title": "Il-Kummissjoni tilqa' d-dħul fis-seħħ ta' regoli ġodda dwar it-trasparenza fid-deċiżjonijiet tat-taxxa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Mon, 02 Jan 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni laqgħet id-dħul fis-seħħ ta' regoli ġodda biex tiżgura illi l-Istat Membri jkollhom l-informazzjoni kollha li jeħtieġu dwar deċiżjonijiet tat-taxxa mogħtija kontra kumpaniji multinazzjonali f'pajjiżi oħra tal-UE.", "Mill-1 ta' Jannar 2017, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiskambjaw awtomatikament informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet transfruntiera ġodda kollha tat-taxxa li jagħtu.", "Dan iseħħ permezz ta' depożitorju ċentrali, aċċessibbli għall-pajjiżi kollha tal-UE.", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Huwa dmir tagħna illi naraw li t-tassazzjoni korporattiva tkun iktar ġusta u trasparenti, u biex nużaw kull mezz possibbli biex inwaqqfu l-abbuż tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitt.", "Id-dħul fis-seħħ tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fuq id-deċiżjonijiet tat-taxxa transfruntiera fl-1 ta' Jannar huwa pass kbir il-quddiem.", "Huwa jipprovdi lill-Istati Membri u lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa tagħhom bl-informazzjoni li għandhom bżonn biex jikxfu ċerti prattiċi tat-taxxa abbużivi u biex jieħdu l-miżuri neċessarji b'rispons għalihom”.", "Kull sitt xhur l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jridu jibagħtu rapport lid-depożitorju, fejn jelenkaw id-deċiżjonijiet transfruntiera tat-taxxa kollha li jkunu ħarġu.", "Imbagħad l-Istati Membri l-oħra jkunu jistgħu jivverifikaw dawk il-listi u jistaqsu lill-Istat Membru emittenti għal aktar informazzjoni dettaljata dwar xi deċiżjoni partikolari.", "L-ewwel skambju għandu jseħħ l-aktar tard sal-1 ta' Settembru 2017.", "Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll l-istess informazzjoni għad-deċiżjonijiet transfruntiera kollha maħruġa mill-bidu tal-2012.", "Għal aktar tagħrif:", "Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_6762", "title": "It-tneħħija tat-tariffi tar-roaming: L-Ewropej igawdu bl-aqwa mod mill-komunikazzjonijiet mobbli tagħhom meta jivvjaġġaw *", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Thu, 13 Dec 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Skont rapport li ppubblikat illum il-Kummissjoni, fl-ewwel sena u nofs mindu tneħħew it-tariffi fuq ir-roaming kien hemm żieda minnufih sinifikanti fit-telefonati u fl-użu tad- data miċ-ċittadini Ewropej li vvjaġġaw fl-UE.", "Skont ir-rapport ta' nofs it-terminu ppubblikat illum tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-effetti fuq ir-roaming mindu tneħħew it-tariffi fuqu fil-15 ta' Ġunju tal-2017, l-Ewropej għarfu jutilizzaw bl-aħjar mod id-drittijiet diġitali ġodda tagħhom huma u jivvjaġġaw madwar l-UE u fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).", "Bħala medja, l-użu tad-data mobbli żdied ħames darbiet meta mqabbel mal-livelli ta' qabel Ġunju tal-2017.", "It-telefonati li jagħmlu l-vjaġġaturi bejn wieħed u ieħor irduppjaw meta mqabbel ma' qabel.", "Andrus Ansip, il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali, qal: “It-tariffi fuq ir-roaming għal min jivvjaġġa fl-UE waqfu sena u nofs ilu.", "Flimkien ma' drittijiet diġitali oħrajn, bħat-tmiem tal-imblukkar ġeografiku inġustifikabbli, u l-possibbiltà li l-kontenut jinġarr mal-utent, dan huwa eżempju tajjeb ta' kif l-UE tista' tirrendi l-benefiċċji liċ-ċittadini tagħha fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Jeħtieġ li nkomplu ngħarrfu lill-Ewropej dwar id-drittijiet diġitali tagħhom biex ikunu jistgħu verament jutilizzaw għalkollox il-possibbiltajiet ġodda.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, żiedet: “lIlum qegħdin naraw ir-riżultati tanġibbli wara li tneħħew it-tariffi fuq ir-roaming fl-UE.", "Is-suċċess jidher mill-fatt li l-Ewropa issa saret realtà għan-nies li huma liberi li jużaw il-mowbajls meta jkunu qed jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom.", "Niżżi ħajr lill-operaturi li jirnexxilhom idawru d-domanda dejjem tikber għad-data u għat-telefonati f'opportunitajiet ġodda.”", "Jidher li hemm tendenza li se tkompli tikber id-domanda wara li tneħħew it-tariffi fuq ir-roaming.", "Skont stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru, jidher ċar li d-drawwiet inbidlu: pereżempju, illum il-ġurnata 34 % tal-vjaġġaturi ma jiddejqu xejn li jużaw l-internet daqskemm jużawh f'pajjiżhom meta jkunu qed jivvjaġġaw, imqabbel ma' 15 % biss qabel Ġunju tal-2017.", "B'kuntrast ma' dan, il-proporzjon ta' dawk li qatt ma jużaw id-data mobbli barra mill-pajjiż niżel għal 19 % meta mqabbel ma' 42 % qabel ma tneħħew it-tariffi tar-roaming.", "Iżda fl-istess ħin, hemm ħafna konsumaturi li jafu bit-tneħħija tat-tariffi: 62% tal-Ewropej jafu li tneħħew it-tariffi fuq ir-roaming fl-UE u fiż-ŻEE, u 69% huma tal-fehma li jew huma jew nies li jafu jibbenefikaw minn dan, jew se jibbenefikaw.", "L-operaturi tal-mowbajl fil-biċċa l-kbira tagħhom qegħdin jirrispettaw ir-regoli l-ġodda, b'riżultat tal-monitoraġġ viġilanti min-naħa tar-regolaturi nazzjonali u tal-Kummissjoni.", "Is-salvagwardji previsti fir-Regolament dwar ir-Roaming sabiex jiġi evitat it-tfixkil fis-swieq domestiċi, jiġifieri d-deroga ta' sostenibbiltà u l-politika ta' użu ġust, ħadmu tajjeb u fejn kellhom bżonn li jaħdmu.", "Il-Kummissjoni tibqa' twettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni", "Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mar-regolaturi nazzjonali, li huma direttament responsabbli biex jaċċertaw l-implimentazzjoni, se tibqa' ssegwi l-iżviluppi fis-swieq tal-mowbajls fl-Istati Membri biex tqis li l-operaturi jibqgħu jimxu mar-regoli l-ġodda u li l-konsumaturi jibbenefikaw mit-tmiem tat-tariffi tar-roaming.", "Skont il-mandat li ngħatat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE, il-Kummissjoni se tippubblika rapport komprensiv dwar ir-rieżami tar-regoli tar-“roaming daqslikieku f'pajjiżek” f'Diċembru tal-2019.", "Kuntest", "Mill-15 ta' Ġunju tal-2017 u bħala effett dirett tas-Suq Uniku Diġitali, l-Ewropej jistgħu jużaw il-mowbajls tagħhom (telefonati, SMS u data) meta jivvjaġġaw fl-UE bla ma jħallsu tariffi addizzjonali għar-roaming.", "Dan ifisser li meta jsiefru l-vjaġġaturi jistgħu jużaw il-mowbajl tagħhom bl-istess mod li jużawh f'pajjiżhom, mingħajr ma joqogħdu jibżgħu li se jirċievu xi kontijiet għoljin.", "Qabel dik id-data, il-Kummissjoni kienet ilha tistinka għal għaxar snin biex tnaqqas u eventwalment telimina t-tariffi addizzjonali tar-roaming li l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet kienu jimponu fuq il-klijenti tagħhom għall-użu tal-apparat mobbli kull darba li jaqsmu fruntiera waqt btala jew vjaġġi ta' negozju.", "Bejn l-2007 u l-2016, il-prezzijiet tar-roaming naqsu b'aktar minn 90 %, u l-prezzijiet naqsu għall-aħħar darba f'April tal-2016.", "Fl-2015, fuq proposta tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jtemmu t-tariffi tar-roaming għall-persuni li jivvjaġġaw fl-UE.", "Biex dan iseħħ, b'mandat li ngħatat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, f'Diċembru tal-2016 il-Kummissjoni Ewropea adottat politika dwar l-użu ġust u mekkaniżmu ta' sostenibbiltà, u ressqet proposti għal rieżami tas-suq tal-ingrossa li wasslu għal prezzijiet ġodda tal-ingrossa għar-roaming, li finalment ġew adottati mill-koleġiżlaturi f'Mejju tal-2017.", "Għal aktar informazzjoni", "Ir-Rapport ta' nofs it-terminu dwar l-effetti li kellha t-tneħħija tat-tariffi fil-15 ta' Ġunju 2017", "Skeda informattiva ġenerali dwar it-tmiem tat-tariffi tar-roaming: Il-mod kif l-Ewropej saru jużaw il-komunikazzjonijiet mobbli meta jivvjaġġaw", "Ir-roaming online", "Stqarrija konġunta minn 3 istituzzjonijiet tal-UE", "Mistoqsijiet Frekwenti", "Skeda informattiva ġenerali dwar it-tmiem tat-tariffi tar-roaming", "Skeda informattiva dettaljata: Kif taħdem?", "#Ir-roaming", "* Version updated on 15/12/2018"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_6541", "title": "Is-Suq Uniku Diġitali: In-negozjaturi tal-UE jaqblu li jiffaċilitaw l-aċċess għall-kontenut tat-televiżjoni u tar-radju online bejn il-fruntieri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Wed, 12 Dec 2018 23:00:00 GMT", "text": ["In-negozjaturi tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill illum għamlu avvanz importanti fir-rigward ta' ftehim politiku dwar il-leġiżlazzjoni proposta dwar id-drittijiet tal-awtur tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju.", "Ir-regoli l-ġodda se jagħmluha aktar faċli għax-xandara Ewropej li ċerti programmi jagħmluhom disponibbli bi trażmissjoni diretta fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni tagħhom jew permezz ta' servizzi ta' ripetizzjoni online, u se jissimplifikaw id-distribuzzjoni ta' aktar stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju permezz tal-operaturi tat-trażmissjoni mill-ġdid.", "Dan il-ftehim huwa pass importanti lejn Suq Uniku Diġitali li jiffunzjona tajjeb.", "Il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali Andrus Ansip qal: “Ninsab tassew kuntent li lħaqna ftehim ieħor li jqarribna iktar lejn Suq Uniku Diġitali li jiffunzjona.", "L-aġġornament tar-regoli tax-xandir huma parti kbira minn dak li għandu jsir.", "Dan ir-Regolament għandu l-potenzjal li jillibera ammont kbir ta' kontenut ta' xandir minn naħa tal-fruntiera għall-oħra, biex jibbenefikaw 41% tal-Ewropej li jaraw it-televiżjoni online u anke 20 miljun ċittadin tal-UE li twieldu f'pajjiż tal-UE differenti minn dak fejn jgħixu”.", "Il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, Mariya Gabriel, żiedet: “Il-ftehim tal-lum huwa rebħa doppja għad-diversità kulturali Ewropea: iċ-ċittadini se jkollhom aċċess aħjar għall-kontenut għani tal-Ewropa, u l-awturi u l-artisti se jingħataw kumpens adegwat għall-użu tal-kontenut tagħhom.”", "Filwaqt li 41% tal-Ewropej jaraw it-televiżjoni online, l-għadd huwa ogħla fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa b'50% tal-Ewropej bejn il-15 u l-24 sena li jagħmlu dan mill-inqas darba fil-ġimgħa.", "U fost l-Ewropej ta' bejn il-15 u l-45 sena, 19% jużaw servizzi ta' xandir online biex jaraw il-films u s-sensiliet televiżivi.", "X'se tibdel id-direttiva f'dak li hu relatat mad-distribuzzjoni tal-programmi televiżivi u tar-radju?", "Il-Passi li Jmiss", "Il-ftehim politiku tal-lum jeħtieġ li jiġi kkonfermat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE fil-ġimgħat li ġejjin.", "Sfond", "F'Settembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Regolament biex tiffaċilita l-liċenzja ta' dritt għal ċerti trażmissjonijiet online tax-xandara u għat-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju.", "Din il-proposta hija parti minn inizjattiva usa' biex ir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur jiġu adattati għall-era diġitali.", "Illum ix-xandara qegħdin dejjem aktar joffru x-xandiriet tagħhom online.", "Madankollu, il-programmi online tagħhom spiss ma jkunux disponibbli fi Stati Membri oħra għajr fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom, anke jekk jista' jkun hemm interess potenzjali kbir fihom (pereżempju minħabba l-lingwa).", "Minħabba l-kumplessità attwali fl-ikklerjar tad-drittijiet (jiġifieri l-ksib tal-awtorizzazzjonijiet mid-detenturi tad-drittijiet), huwa diffiċli li dawn is-servizzi jiżviluppaw minn naħa għall-oħra tal-fruntieri.", "Id-Direttiva maqbula llum tikkumplimenta d-Direttiva eżistenti dwar is-Servizzi bil-Kejbil u bis-Satellita, li diġà tiffaċilita x-xandir transfruntier bis-satellita u t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra.", "Bis-saħħa tad-Direttiva dwar is-Servizzi bis-Satellita u bil-Kejbil, numru kbir ta' stazzjonijiet televiżivi huma disponibbli fi Stati Membri oħra apparti fl-Istat Membru tal-oriġini.", "Dan kien ta' benefiċċju għat-tisħiħ tad-diversità kulturali Ewropea u għall-Ewropej li jgħixu fi Stat Membru ieħor.", "Għal aktar informazzjoni:", "Skeda informattiva: It-titjib tal-aċċess għall-programmi awdjoviżivi madwar l-Unjoni Ewropea: fatti u figuri", "Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi regoli moderni tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur biex il-kultura Ewropea toktor u tinxtered"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_6766", "title": "rescEU: Commission welcomes provisional agreement to strengthen EU civil protection*", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ICHACR", "date": "Tue, 11 Dec 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħadu passi importanti lejn ftehim politiku dwar rescEU, il-pjan biex jissaħħaħ ir-rispons tal-protezzjoni ċivili tal-UE għad-diżastri.", "Id-diżastri naturali multipli affettwaw il-partijiet kollha tal-UE f'dawn l-aħħar snin, u kkawżaw mijiet ta' vittmi u għamlu biljuni ta' ewro fi ħsara lill-infrastruttura.", "Biex iċ-ċittadini jkunu protetti aħjar, rescEU se jsaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili eżistenti.", "B'mod partikolari, se tiġi stabbilita riżerva Ewropea ġdida ta' kapaċitajiet, inklużi ajruplani tat-tifi tan-nar fil-foresti, pompi tal-ilma speċjali, tiftix u salvataġġ urban u sptarijiet fuq il-post u timijiet mediċi ta' emerġenza.", "F'din l-okkażjoni, il-President Jean-Claude Juncker qal: “Ewropa li tipproteġi liċ-ċittadini għandha tkun disponibbli fil-bżonn.", "Meta jkun hemm nirien ta' foresti perikolużi jew għargħar li jegħleb ir-rispons nazzjonali, iċ-ċittadini tagħna jridu azzjoni u mhux kliem. rescEU se tiżgura solidarjetà konkreta mal-Istati Membri tagħna milquta minn diżastri.”", "Il-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet Christos Stylianides qal: “Id-diżastri naturali ma jagħrfux fruntieri u t-tibdil fil-klima qed iżid ir-riskju u l-impatt tagħhom.", "B'rescEU l-Mekkaniżmu attwali għall-Protezzjoni Ċivili se jittieħed għal-livell li jmiss.", "L-iżvilupp pożittiv tal-lum juri li meta jkun hemm ir-rieda, tinstab is-soluzzjoni.", "Nirringrazzja lill-Parlament Ewropew, b'mod partikolari lir-rapporteur Elisabetta Gardini MEP u Jose-Manuel Fernandes MEP li fassal l-abbozz tal-baġit kif ukoll lill-Presidenza Awstrijaka għalt-tmexxija tagħha.", "Permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili mtejjeb se jkun hemm aktar kapaċitajiet, koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u fuq kollox solidarjetà aktar effettiva għaċ-ċittadini tagħna.", "Din hija soluzzjoni Ewropea għal sfida Ewropea.”", "It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni Ewropej", "L-UE se ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' reazzjoni tagħha permezz tal-miżuri li ġejjin:", "Jiġu intensifikati l-prevenzjoni u t-tħejjija għad-diżastri", "L-UE se żżid l-appoġġ tagħha għall-Istati Membri biex itejbu l-ġestjoni tar-riskju ta' diżastru tagħhom:", "Il-passi li jmiss: Wara l-ftehim politiku tal-lum, jenħteiġ li rescEU tiġi approvata formalment mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-UE.", "Sfond", "Għaliex neħtieġu rescEU?", "Il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE bħalissa huwa bbażat fuq sistema volontarja, li permezz tagħha l-UE tikkoordina l-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Istati parteċipanti lil pajjiż li jkun talab l-assistenza.", "L-offerti ta' assistenza huma kkoordinati fiċ-Ċentru Ewropew ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta' Emerġenza, ibbażat fi Brussell.", "F'dawn l-aħħar snin, kundizzjonijiet estremi tat-temp u fenomeni oħra kienu ta' sfida kbira għall-kapaċità tal-Istati Membri biex jgħinu lil xulxin, speċjalment meta diversi Stati Membri kellhom jiffaċċjaw l-istess tip ta' diżastru fl-istess ħin.", "F'tali każijiet fejn hemm ftit jew ma hemm l-ebda disponibbiltà ta' assi, l-UE ma għandhiex kapaċità biex tassisti lill-Istati Membri f'diffikultà.", "Barra minn hekk, ix-xenarju tar-riskji emerġenti joħloq il-ħtieġa li wieħed jirrifletti b'mod kollettiv fuq il-kapaċitajiet meħtieġa biex jiġu ffaċċjati r-riskji ta' probabbiltà baxxa iżda b'impatt għoli, li bħalissa huwa nieqes fl-Istati Membri.", "L-Unjoni Ewropea ffaċċjat għadd kbir ta' diżastri bit-telf ta' ħajjiet u konsegwenzi oħrajn ta' ħsara għaċ-ċittadini, in-negozji, il-komunitajiet u l-ambjent.", "Fl-2017 biss, fl-Ewropa tilfu ħajjithom 200 ruħ kawża ta' diżastri naturali.", "L-ispejjeż ekonomiċi huma enormi wkoll: fl-2016 ġew irreġistrati kważi EUR 10 biljun f'danni fil-kontinent Ewropew.", "* Updated on 12/12/2018 at 18:10"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_4281", "title": "Ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar permezz tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Wed, 07 Dec 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum qed tirrapporta dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija u dwar skemi ta' rilokazzjoni u ta' risistemazzjoni.", "Illum, il-Kummissjoni adottat ukoll ir-raba' Rakkomandazzjoni li tqis il-progress li sar mill-Greċja biex tpoġġi fis-seħħ sistema ta' ażil li tiffunzjona b'mod sħiħ, u tistabbilixxi proċess għat-tkomplija gradwali tat-trasferimenti lejn il-Greċja skont ir-Regolament ta' Dublin.", "L-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans, qal: \"L-approċċ Ewropew komprensiv dwar il-migrazzjoni qed juri riżultati pożittivi.", "Dan nistgħu narawh fl-implimentazzjoni kontinwa tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija u t-tnaqqis drammatiku fl-għadd ta' migranti irregolari li waslu l-Greċja.", "Narawh ukoll fil-progress li għamlu l-awtoritajiet Griegi biex isewwu n-nuqqasijiet fis-sistema tal-ażil tal-pajjiż, u dan ippermettielna nirrakkomandaw it-tkomplija gradwali tat-trasferimenti lejn il-Greċja skont ir-Regolament ta' Dublin mill-15 ta' Marzu 2017.", "Dan se jipprovdi aktar diżinċentivi kontra d-dħul illegali u l-movimenti sekondarji, u huwa pass importanti għar-ritorn lejn sistema ta' Dublin u ta' Schengen li jiffunzjonaw b'mod normali.\"", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos, qal: \"Kemm l-Italja kif ukoll il-Greċja għamlu sforzi kbar f'dawn l-aħħar xhur biex jimmaniġġaw il-kriżi tar-refuġjati.", "Il-fatt li llum nagħlqu l-każijiet ta' ksur dwar it-teħid tal-marki tas-swaba' u r-reġistrazzjoni tal-migranti huwa prova ta' dan.", "Novembru ta' din is-sena kien xahar rekord għar-rilokazzjoni b'aktar minn 1,400 persuna trasferiti, u l-Istati Membri jibnu fuq dan il-progress billi jkomplu jintensifikaw u jsostnu dawn l-isforzi.", "L-għan tagħna huwa li sas-sena d-dieħla nirrilokaw lil dawk kollha fl-Italja u fil-Greċja li huma eliġibbli għar-rilokazzjoni.", "Dawn l-isforzi, flimkien ma' tnaqqis kontinwu fil-wasliet mit-Turkija bis-saħħa tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, huma elementi kostitwenti meħtieġa għal ritorn gradwali lejn is-sistema ta' Dublin għall-Greċja.\"", "Progress kostanti fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija", "L-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija kkonfermat it-tendenza ta' ksib kostanti ta' riżultati tajbin, għalkemm dan isir fid-dawl ta' bosta sfidi.", "L-għadd ta' qsim irregolari tal-Baħar Eġew matul il-perjodu ta' rappurtar baqa' sostanzjalment aktar baxx minn dak ta' qabel id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija.", "Minn Marzu, kien hemm medja ta' 92 wasla kuljum, meta mqabbel ma' 10,000 f'ġurnata waħda f'Ottubru s-sena l-oħra.", "Komplew jitwettqu operazzjonijiet ta' ritorn b'żieda ta' 170-il persuna rritornati mit-Tielet Rapport 'l hawn, u b'hekk l-għadd totali ta' persuni rritornati skont id-Dikjarazzjoni jew il-protokoll bilaterali bejn il-Greċja u t-Turkija dwar ir-riammissjoni laħaq l-1,187.", "Madankollu, għad hemm nuqqasijiet importanti, b'mod partikolari fir-rigward tar-ritmu tar-ritorni mill-Greċja lejn it-Turkija li għadu kajman wisq u li wassal għal pressjoni addizzjonali fuq il-gżejjer Griegi.", "Is-sitwazzjoni jistħoqqilha mhux biss monitoraġġ bir-reqqa iżda, aktar importanti minn hekk, aktar sforzi biex titjieb is-sitwazzjoni fil-gżejjer Griegi.", "Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi li jiżguraw l-ipproċessar effettiv tal-applikazzjonijiet għall-ażil u li l-Istati Membri jirrispondu b'mod sħiħ għas-sejħiet mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil.", "Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet tal-UE skont id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija u sabiex tittaffa l-pressjoni minn fuq il-gżejjer, il-Koordinatur tal-UE Maarten Verwey illum ippubblika Pjan ta' Azzjoni Konġunt elaborat mal-awtoritajiet Griegi.", "Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Liberalizzazzjoni tal-Viża, it-Turkija għadha trid tissodisfa seba' punti ta' riferiment.", "Il-Kummissjoni tħeġġeġ l-isforzi tat-Turkija biex tissodisfa l-punti ta' riferiment pendenti kollha mill-aktar fis possibbli.", "Il-Kummissjoni u t-Turkija komplew bid-djalogu tagħhom biex isibu soluzzjonijiet, inkluż dwar il-bidliet leġiżlattivi jew proċedurali meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-punti ta' riferiment kollha li għadhom pendenti.", "Il-Kummissjoni kompliet tħaffef l-għoti ta' fondi permezz tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, wara li diġà kienet allokat l-ammont totali ta' €2.2 biljun mit-€3 biljun previsti għall-perjodu mill-2016 sal-2017 sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tar-refuġjati u tal-komunitajiet ospitanti fit-Turkija.", "L-ammonti mogħtija b'kuntratt żdiedu għal €1.3 biljun.", "Il-Kummissjoni qed tagħmel l-isforzi kollha meħtieġa sabiex tħaffef l-iżborżi permezz tal-Faċilità, li s-somma tagħhom issa laħqet €677 miljun.", "It-trasferimenti ta' Dublin lejn il-Greċja għandhom gradwalment jerġgħu jibdew", "Illum, il-Kummissjoni adottat ir-Raba' Rakkomandazzjoni tagħha dwar it-tkomplija tat-trasferimenti lejn il-Greċja bħala pass lejn il-funzjonament normali tar-regoli tas-sistema ta' Dublin.", "Il-Kummissjoni ssib li l-Greċja għamlet progress sinifikanti biex tpoġġi fis-seħħ l-istrutturi istituzzjonali u legali essenzjali ta' sistema ta' ażil li taħdem sew.", "Madankollu, il-bidu mill-ġdid irid jagħti kas tal-fatt li l-Greċja għadha qed tiffaċċja pressjoni migratorja għolja u li għad hemm nuqqasijiet fis-sistema ta' ażil Griega, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, tat-trattament ta' applikanti vulnerabbli u tal-ħeffa li bihom l-applikazzjonijiet tal-ażil jiġu rreġistrati, ippreżentati u eżaminati.", "Għaldaqstant, il-Kummissjoni tirrakkomanda li t-trasferimenti lejn il-Greċja għandhom jerġgħu jibdew gradwalment, fuq il-bażi ta' assigurazzjonijiet individwali mill-awtoritajiet Griegi għal kull persuna rimpatrijata, li jiggarantixxu li dawn se jintlaqgħu b'dinjità.", "Sabiex jiġi evitat li jitpoġġa piż insostenibbli fuq il-Greċja, it-tkomplija ta' trasferimenti mhux se tkun applikata b'mod retroattiv u li se tikkonċerna biss lill-applikanti għal ażil li jkunu daħlu l-Greċja b'mod irregolari mill-15 ta' Marzu 2017 'il quddiem jew li l-Greċja tkun responsabbli għalihom mill-15 ta' Marzu 2017 skont kriterji oħrajn ta' Dublin.", "Sabiex tappoġġa l-isforzi tal-Greċja, il-Kummissjoni tappella li l-Istati Membri kollha jikkonformaw b'mod sħiħ mal-obbligi ta' rilokazzjoni tagħhom u biex jiżguraw il-mobilizzazzjoni ta' esperti dwar l-ażil lejn il-Greċja.", "Jenħtieġ li l-applikanti jiġu trasferiti biss jekk l-awtoritajiet Griegi jagħtu garanziji individwali f'kull każ li l-applikant jiġi trattat skont id-dritt tal-UE.", "L-applikanti għall-ażil vulnerabbli, inklużi vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati, ma għandhomx jiġu trasferiti lejn il-Greċja għalissa.", "Jenħtieġ li jitwaqqaf tim ta' esperti tal-EASO mill-Istati Membri biex jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u biex jirrapporta dwar jekk il-persuni trasferiti lura lejn il-Greċja humiex trattati skont il-garanziji mogħtija mill-awtoritajiet Griegi.", "Il-Kummissjoni se tirrapporta regolarment dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni u taġġorna r-rakkomandazzjonijiet tagħha jekk dan ikun meħtieġ.", "Progress dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni", "F'Novembru kien hemm 1,406-il rilokazzjoni, l-ogħla numru għal xahar partikulari s'issa, u dan jikkonferma tendenza pożittiva, bi stabbilizzazzjoni tar-rilokazzjonijiet mill-Greċja għal madwar 1,000 fix-xahar u b'żieda sinifikanti fir-rilokazzjonijiet mill-Italja.", "B'kollox, 8,162 persuna ġew rilokati s'issa, 6,212 mill-Greċja u 1,950 mill-Italja.", "Il-Kummissjoni tqis li issa għandu jkun fattibbli li l-applikanti kollha eliġibbli għal rilokazzjoni fil-Greċja u fl-Italja jiġu trasferiti lejn Stati Membri oħra sa Settembru 2017.", "Sabiex jintlaħaq dan l-għan, minn issa 'l quddiem l-Istati Membri għandhom iwettqu mill-inqas 2,000 rilokazzjoni fix-xahar mill-Greċja u 1,000 mill-Italja.", "Minn April 2017, l-għadd ta' rilokazzjonijiet fix-xahar mill-Greċja għandu jkun mill-inqas 3,000 u 1,500 mill-Italja.", "Il-Kummissjoni kompliet taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet Griegi u Taljani kif ukoll mal-Istati Membri biex tneħħi l-ostakli biex tħaffef ir-rilokazzjonijiet fil-post.", "Illum, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċeduri ta' ksur kontra l-Italja u l-Greċja talli ma implimentawx ir-Regolament Eurodac minħabba li fiż-żewġ Stati Membri issa hemm rata ta' teħid ta' marki tas-swaba' ta' kważi 100 % taċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jeħdulhom il-marki tas-swaba' u li jkunu daħlu fl-UE b'mod irregolari mal-fruntieri esterni.", "L-Istati Membri komplew iżidu wkoll l-isforzi tagħhom dwar ir-risistemazzjoni – billi joffru rotot legali u sikuri lil 13,887 persuna s'issa mit-22,504 li kien hemm ftehim dwarhom skont l-iskema ta' Lulju 2015.", "Sa mir-rapport preċedenti ġie risistemat għadd rekord ta' 2,035 persuna fix-xahar, prinċipalment mit-Turkija, mill-Ġordan u mil-Libanu.", "Ġew risistemati 544 refuġjat Sirjan mit-Turkija, u dan ġab l-għadd totali ta' risistemazzjonijiet mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija għal 2,761.", "Għal aktar informazzjoni", "Komunikazzjoni: Ir-Tmien Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni", "Anness 1: Rilokazzjonijiet mill-Greċja", "Anness 2: Rilokazzjonijiet mill-Italja", "Anness 3: Is-sitwazzjoni attwali tar-Risistemazzjoni", "SKEDA INFORMATTIVA: Ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni", "SKEDA INFORMATTIVA: Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: Appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Greċja", "Mistoqsijiet frekwenti: L-istabbiliment ta' Qafas tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni", "L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni", "Komunikazzjoni: Ir-Raba' Rapport dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija", "Anness 1", "Anness 2", "SKEDA INFORMATTIVA: Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija", "Ir-Raba' Rakkomandazzjoni dwar miżuri urġenti li għandhom jittieħdu mill-Greċja fid-dawl tat-tkomplija tat-trasferimenti lejn il-Greċja skont ir-Regolament ta' Dublin"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_4264", "title": "Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni tippreżenta Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tar-reazzjoni Ewropea kontra l-frodi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=SECUUNION", "date": "Wed, 07 Dec 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni li jistabbilixxi miżuri konkreti biex itejjeb is-sigurtà ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar “It-tisħiħ tas-sigurtà f'dinja ta' mobbiltà” adottata fl-okkażjoni tad-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 tal-President Juncker.", "Il-Pjan ta' Azzjoni jipprovdi rakkomandazzjonijiet ċari għall-Istati Membri sabiex jiġi indirizzat il-fenomenu ta' frodi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u jfassal sett komprensiv ta' azzjonijiet għall-Kummissjoni.", "Is-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar huwa fattur importanti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u tikkontribwixxi għat-titjib tal-protezzjoni tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, u twitti t-triq lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina.", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos qal: “Li niżguraw is-sigurtà tal-ivvjaġġar u tad-dokument tal-identità huwa fattur importanti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-lum jipproponi miżuri operazzjonali konkreti li se jippermettu lill-Istati Membri jiġġieldu aħjar kontra l-frodi tad-dokumenti, jikkontribwixxu għat-titjib tal-protezzjoni tal-fruntieri, għall-iżgurar tas-sigurtà interna tagħna u għall-ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni.”", "Il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà, Julian King qal: “Nafu li kien hemm terroristi li użaw dokumenti tal-ivvjaġġar iffalsifikati sabiex jivjaġġaw mingħajr ma jiġu identifikati madwar l-UE.", "Tabilħaqq, ħafna mill-miżura ta' sigurtà tagħna jiddependu fuq dokumenti tal-ivvjaġġar u tal-identità siguri – bħalma huma l-verfiki fil-fruntiera esterna skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jew wara l-fruntiera fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen.", "Dan huwa għala l-Istati Membri u l-Aġenziji tal-UE għandhom jaħdmu flimkien sabiex itejbu s-sigurtà tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-identifikazzjoni ta' frodi tad-dokument tal-ivvjaġġar.", "Meqjusa flimkien, dawn il-miżuri se jgħinu sabiex jingħalqu l-lakuni eżistenti fis-sigurtà.”", "Il-Pjan ta' Azzjoni huwa mmirat lejn dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa minn Stati Membri tal-UE lil ċittadini tal-UE u ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma użati għall-identifikazzjoni u għall-qsim ta' fruntieri.", "L-Istati Membri jżommu r-responsabbiltà sħiħa għall-ħruġ tad-dokumenti li huma użati biex tiġi stabbilita l-identità ta' persuna (l-hekk imsejħa dokumenti oriġinaturi bħal ċertifikati tat-twelid, taż-żwieġ u tal-mewt) qabel ma joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll għall-produzzjoni u l-ħruġ attwali ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.", "Madankollu, l-istandards ta' sigurtà għad-dokument tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri kif ukoll ir-rekwiżiti ta' kontroll fil-fruntieri huma stabbiliti fil-livell tal-UE.", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-lum jindirizza l-aspetti kollha tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u għandu l-għan li jagħlaq lakuni potenzjali, f'kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u bl-appoġġ tal-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE.", "B'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u t-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-Pjan ta' Azzjoni jidentifika miżuri f'erba' oqsma ewlenin:", "Il-Kummissjoni se tivvaluta l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni u se tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa tmiem l-ewwel kwart tal-2018 dwar il-progress miksub.", "Sfond", "Is-sigurtà kienet tema kostanti sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker – mil-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-aħħar Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016.", "Il-Kummissjoni Ewropea adottat l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà fit-28 ta' April 2015, filwaqt li stabbilixxiet l-azzjonijiet prinċipali biex tiżgura risposta tal-UE effettiva għat-theddidiet tat-terroriżmu u s-sigurtà fl-Unjoni Ewropea matul il-perjodu 2015-2020.", "Sa mill-adozzjoni tal-Aġenda, sar progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tagħha li jwitti t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina.", "Il-ħolqien mill-President Juncker ta' portafoll ta' Kummissarju speċifiku għall-Unjoni tas-Sigurtà f'Awwissu 2016 juri l-importanza li l-Kummissjoni qed tagħti lit-tisħiħ tar-reazzjoni tagħha kontra t-theddida tat-terroristi.", "Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 dwar Sistemi ta' Informazzjoni Aktar B'Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà sabiex tittejjeb is-sigurtà u jissaħħu l-fruntieri tagħna, lil hinn minn sistemi li jaħdmu sew, hemm bżonn li d-dokumenti tal-ivvjaġġar u tal-identità jkunu awtentikati b'mod faċli u sigur.", "Il-problema dejjem aktar sinifikanti ta' frodi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar ġiet fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-kuntest l-attakki terroristiċi reċenti fl-Ewropa u tal-flussi attwali tal-migrazzjoni.", "Il-frodi tad-dokumenti sar xprunatur tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u huwa marbut mat-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali.", "F'dan il-kuntest, huwa kruċjali li l-UE u b'mod speċjali l-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom sabiex itejbu s-sigurtà ta' dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil ċittadini tal-UE u ta' pajjiżi terzi.", "Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ħabbret li se tippreżenta miżuri biex tiġġieled kontra frodi tad-dokumenti.", "Sabiex jinbeda l-proċess lejn l-interoperabilità tas-sistemi ta' informazzjoni fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqaf Grupp ta' Esperti dwar is-Sistemi ta' Informazzjoni u l-Interoperabilità f'livell għoli mal-Aġenziji tal-UE, esperti nazzjonali u partijiet interessati istituzzjonali sabiex jibda l-proċess.", "F'Settembru, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tas-sigurtà f'dinja ta' mobbiltà, li fiha impenjat ruħha li tadotta Pjan ta' Azzjoni fuq sigurtà tad-dokument tal-ivvjaġġar sa Diċembru 2016.", "Għal iktar informazzjoni:", "Pjan ta' azzjoni għat-tisħiħ tar-reazzjoni Ewropea kontra l-frodi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar", "Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tas-sigurtà f'dinja ta' mobbiltà", "Kommunikazzjoni dwar it-twittija tat-triq lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina", "Skeda informattiva: Unjoni tas-Sigurtà"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_16_4168", "title": "Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY,ESAI,ICHACR,BUDGET,PRJOB", "date": "Tue, 06 Dec 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum qegħda tniedi l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "Ara IP/16/4165 u MEMO/16/4166", "X'inhu l-ħsieb wara l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà?", "L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà: solidarjetà bejn iċ-ċittadini tagħha, solidarjetà lil hinn mill-fruntieri bejn l-Istati Membri tagħha, u solidarjetà fl-azzjoni tagħha ġewwa u barra l-Unjoni.", "Is-solidarjetà hija valur kondiviż li jinħass bil-qawwa madwar is-soċjetà Ewropea.", "Kif qal il-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016, meta ħabbar il-ħolqien ta' dan il-korp: \"Ta' spiss nuru solidarjetà iktar faċilment meta ffaċċjati b'emerġenzi.", "Meta l-għoljiet Portugiżi kienu qed jaqbdu, kienu ajruplani Taljani li tfew in-nirien.", "Meta għargħar qatgħu l-provvista tad-dawl fir-Rumanija, kienu ġeneraturi Żvediżi li reġgħu xegħlu d-dawl.", "Meta eluf ta' refuġjati waslu fuq ix-xtut Griegi, kienu tined Slovakki li pprovdew kenn.", "Fl-istess spirtu, il-Kummissjoni illum qed tipproponi li twaqqaf Korp ta' Solidarjetà Ewropea.\"", "L-għan tal-Korp ta' Solidarjetà Ewropew huwa dak li tingħata l-opportunità liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem f'firxa ta' attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' sfida madwar l-UE.", "Il-parteċipazzjoni se tkun ta' benefiċċju mhux biss għaż-żgħażagħ, iżda wkoll se tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali, lil organizzazzjonijiet mhux governattivi u lil kumpaniji fl-isforzi tagħhom biex ilaħħqu mad-diversi sfidi u kriżijiet.", "X'inhu l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà?", "Filwaqt li huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni, organizzazzjonijiet li jaħdmu f'attivitajiet relatati mas-solidarjetà, kemm jekk ikunu xi awtorità lokali, jew xi organizzazzjoni mhux governattiva jew kumpanija, se jkunu jistgħu jingaġġaw żgħażagħ bħala voluntiera jew inkella jdaħħluhom magħhom għal post ta' impjieg, internship, taħriġ jew apprendistat, sakemm ikunu jissodisfaw il-kriterji biex isiru organizzazzjoni ospitanti u japprovaw il-Karta tal-Korp ta' Solidarjetà Ewropew.", "Il-Kummissjoni qiegħda tistabbilixxi żewġ tipi ta' pjazzament għaż-żgħażagħ bħala parti mill-Korp ta' Solidarjetà.", "Żgħażagħ bejn l-etajiet ta' 18 u 30 sena jistgħu jieħdu sehem għal perjodu ta' minn xahrejn sa tnax-il xahar f'wieħed minn dawn iż-żewġ pjazzamenti:", "X'tip ta' attivitajiet huma koperti minn dan il-Korp?", "Il-parteċipant fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jkollhom l-opportunità li jimpenjaw ruħhom f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet bħall-edukazzjoni, is-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-għajnuna fil-provvediment ta' ikel, il-konstruzzjoni ta' postijiet ta' kenn, l-akkoljenza, l-appoġġ u l-integrazzjoni tal-migranti u r-refuġjati, il-protezzjoni ambjentali jew il-prevenzjoni ta' diżastri naturali (iżda bl-esklużjoni ta' reazzjoni immedjata għad-diżastri li teħtieġ aktar ħiliet speċjalizzati u t-taħriġ).", "Il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jitlaqqgħu ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), ma' awtoritajiet lokali u nazzjonali jew kumpaniji privati li jkunu qegħdin ifittxu appoġġ għall-attivitajiet tagħhom.", "Parteċipant jista' jiġi ingaġġat sabiex jitqiegħed ma' proġett jew bħala voluntier (il-linja ta' volontarjat) – jew għal kors ta' taħriġ, apprendistat jew impjieg (il-linja okkupazzjonali).", "Fi kwalunkwe każ, il-perjodu jkun ta' bejn xahrejn u 12-il xahar.", "Min jista' jirreġistra għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà?", "Kull min għandu bejn 17 u 30 sena u li jkun ċittadin tal-UE jew li jgħix legalment fl-UE jista' jirreġistra mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "L-età minima għall-parteċipazzjoni fi proġetti ta' solidarjetà hija ta' 18.", "Taħt il-linja okkupazzjonali, iż-żgħażagħ interessati jridu jkunu ċittadini tal-UE jew tan-Norveġja jew l-Iżlanda.", "Permezz tal-linja ta' volontarjat, f'din l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, iż-żgħażagħ jistgħu jirreġistraw jekk ikunu residenti legalment fl-UE jew fl-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, it-Turkija jew l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jew jekk ikollhom in-nazzjonalità ta' dawn il-pajjiżi.", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa miftuħ għaż-zgħażagħ kollha, kemm jekk ikunu attwalment f'xi kors ta' edukazzjoni jew taħriġ, kemm jekk impjegati kif ukoll qiegħda.", "Dak li huwa kruċjali huwa l-motivazzjoni.", "Iż-żgħażagħ li jirreġistraw mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jeħtieġ li japprovaw id-Dikjarazzjoni ta' Missjoni u l-Prinċipji tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "Dawn huma bbażati fuq il-valuri fil-qalba tal-UE bħas-solidarjetà, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem, u l-promozzjoni ta' soċjetà ġusta u ugwali li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza.", "Il-parteċipanti se jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-solidarjetà bejn in-nies, fir-rispett tal-kulturi u tat-tradizzjonijiet tagħhom.", "Kif jaħdem?", "Ir-reġistrazzjoni hija faċli u tista' jsir permezz tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ fuq: www.europa.eu/solidarity-corps", "Meta jkunu qegħdin jirreġistraw, il-parteċipanti jintalbu jipprovdu dejta personali, biex jispeċifikaw l-oqsma ta' interess, u biex jagħżlu jekk ikunux qegħdin jidħlu għall-volontarjat, għal attivitajiet okkupazzjonali, jew għat-tnejn li huma.", "Ir-reġistrazzjoni tiggarantixxi post ma' xi proġett?", "Le, il-fatt li tirreġistra mhux garanzija ta' post ma' xi proġett, peress li dan inevitabbilment ser ikun jiddependi fuq id-disponibbiltà tal-proġetti u fuq x'jinteressa lill-kandidati.", "Bħala prinċipju ġenerali, aktar ma n-nies ikunu miftuħa għal tipi differenti ta' attività u għażla ta' pajjiżi, akbar iċ-ċans li jinkiseb post.", "Ċittadini mhux tal-UE – għalkemm eliġibbli biex jirreġistraw taħt il-linja tal-volontarjat – mhux neċessarjament ikollhom id-drittijiet jew il-permessi kollha li huma meħtieġa biex jirresjedu f'pajjiż ieħor tal-UE jekk jiksbu post. Hija r-responsabbiltà tal-organizzazzjoni parteċipanti biex jiżguraw li jkunu fis-seħħ tali drittijiet u permessi għal kwalunkwe persuna li jkunu jixtiequ jingaġġjaw għal post ma' xi proġett.", "Jistgħu l-parteċipanti jagħżlu għal-liema organizzazzjoni jaħdmu?", "Ladarba jkunu rreġistrati, l-organizzazzjonijiet se jkunu jistgħu jsibu l-profil tagħhom waqt li jfittxu kandidati għal proġetti ta' solidarjetà.", "Il-parteċipanti jkunu liberi li jirrifjutaw kwalunkwe offerta li ssirilhom minn xi organizzazzjoni.", "L-organizzazzjonijiet jistgħu jitolbu l-flus mingħand il-parteċipanti biex dawn jingaġġjawhom ma' proġett?", "Le.", "La l-organizzazzjonijiet parteċipanti u lanqas l-organizzazzjonijiet intermedjarji ma jistgħu jitolbu jew jesiġu xi kontribuzzjoni finanzjarja jew miżata marbuta mal-parteċipazzjoni fil-proġett innifsu mill-membru tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "Liema spejjeż jiġu koperti?", "Fil-każ ta' post ta' volontarjat, l-ispejjeż tal-għajxien bħal ikel, akkomodazzjoni u flus fil-but, kif ukoll l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar ikunu normalment koperti.", "Fil-każ ta' attivitajiet okkupazzjonali (impjieg, kors ta' taħriġ jew apprendistat) ikun hemm kuntratt ta' impjieg u appoġġ finanzjarju għall-ivvjaġġar (l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni biex wieħed imur jagħmel intervista, benefiċċju ta' rilokazzjoni u benefiċċju għal vjaġġ ta' ritorn).", "Barra minn dan, tkun tista' tingħata kontribuzzjoni għall-ispejjeż involuti fl-għarfien tal-kwalifiki, fejn ikun meħtieġ, biex wieħed jieħu impjieg f'pajjiż ieħor.", "Il-kopertura attwali tal-ispejjeż jista' jvarja minn każ għal każ.", "Fil-każ ta' impjieg, il-kundizzjonijiet tal-pagi jiġi stabbiliti skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-ftehimiet kollettivi li jkunu fis-seħħ fil-pajjiż fejn ikun jinsab l-impjieg.", "Fil-każ ta' korsijiet ta' taħriġ u tal-apprendistati, ikun hemm benefiċċju ta' sussistenza.", "Fil-każ ta' kollokamenti koperti minn kuntratt ta' impjieg, il-parteċipant se jkun kopert mill-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika tal-pajjiż fejn ikun l-impjieg.", "Xi ngħidu dwar is-sigurtà soċjali u l-assigurazzjoni tal-parteċipanti?", "Fil-każ ta' attività okkupazzjonali (impjieg, apprendistat jew skema ta' taħriġ), ikun hemm kuntratt ta' impjieg u, għalhekk, ikunu japplikaw il-liġijiet tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali nazzjonali u dawn jiżguraw l-aċċess għal assigurazzjoni nazzjonali tas-saħħa pubblika.", "Assigurazzjoni addizzjonali eż. biex tkun koperta r-responsabbiltà lejn partijiet terzi, u l-aċċidenti, tkun responsabbiltà tal-parteċipant.", "Fil-każ ta' attività ta' volontarjat, il-parteċipanti jkunu pprovduti b'assigurazzjoni li tkopri l-ispejjeż mediċi, il-ħajja, l-evakwazzjoni u r-ripatrijazzjoni, ir-responsabbiltà lejn partijiet terzi, it-telf/is-serq ta' dokumenti, u l-biljetti tal-ivvjaġġar.", "Liema tip ta' attivitajiet se jkunu involuti fihom il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà?", "Il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jistgħu jiġu offruti postijiet biex jikkontribwixxu għal firxa wiesgħa ta' attivitajiet.", "Dawn jistgħu jkunu marbuta ma' servizzi ta' interess ġenerali, u li jistgħu jkopru oqsma bħal:", "Ir-rispons immedjat għad-diżastri, bħal pereżempju t-tifi tan-nar fil-foresti jew it-tfittxija u s-salvataġġ urban, huwa eskluż peress li dawn l-attivitajiet jeħtieġu speċjalisti mħarrġa sew.", "Madankollu, pereżempju, jekk komunità rurali tkun trid li jiġi minimizzat ir-riskju ta' nirien fil-foresti billi jitneħħa l-ħaxix ħażin, il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu jistgħu jagħmlu kontribut siewi.", "Il-membri tal-Korp ta' Solidarjetà Ewropew fejn jistgħu jiġu jintbagħtu?", "Huwa possibbli li jintbagħtu fit-28 Stat Membru kollha tal-UE, u skont liema programm tal-UE jkun qiegħed jiffinanzja xi proġett partikolari, jistgħu jidħlu wkoll pajjiżi oħra (pereżempju l-Iżlanda, in-Norveġja, it-Turkija, il-Liechtenstein jew l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja).", "X'ċertifikat sejrin toħorġu?", "Il-parteċipanti fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jkunu intitolati li jirċievu ċ-ċertifikat tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà hekk kif ikunu temmew il-pjazzament tagħhom.", "Dan iservi ta' prova tal-impenn tagħhom f'ħidma mifruxa madwar l-Ewropea biex jiġu indirizzati sfidi fis-soċjetà u tal-impen tagħhom biex jagħmlu bidla.", "Dan l-impenn, il-ftuħ lejn nies u kulturi oħra u l-ħiliet li jinkisbu waqt l-attivitajiet tal-Korp ta' Solidarjetà Ewropew se jiġbed ukoll l-attenzjoni ta' min iħaddem li jkun qiegħed ifittex żgħażagħ li jkollhom it-tali profil.", "Liema organizzazzjonijiet jistgħu jieħdu sehem?", "Għadd kbir ta' organizzazzjonijiet bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jistgħu jkunu organizzazzjoni parteċipanti.", "L-organizzazzjonijiet kollha se jkollhom jikkonformaw ma' standards ta' kwalità għolja u jiffirmaw il-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "L-organizzazzjonijiet li diġà huma rreġistrati mas-Servizz Volontarju Ewropew fil-prinċipju ikunu awtomatikament akkreditati.", "Taħt il-linja okkupazzjonali, l-organizzazzjonijiet u l-kumpaniji jistgħu jagħżlu li jgħaddu minn intermedjarju, bħal xi servizz pubbliku tal-impjiegi.", "Wara li tkun ġiet awtorizzata f'konformità ma' kull programm ta' finanzjament tal-UE, l-organizzazzjoni parteċipanti tkun tista' tibda tfittex impjegati potenzjali, persuni f'taħriġ, apprendisti jew voluntiera għal attivitajiet ta' solidarjetà tagħhom.", "Kull organizzazzjoni parteċipanti se jkollha turi li tapprova d-Dikjarazzjoni tal-Missjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u tal-Prinċipji tiegħu, u li tapprova l-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bid-drittijiet u r-responsabbiltajiet kollha tagħha matul l-istadjii kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà.", "Kif se jiġi ffinanzjat il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà?", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkun iffinanzjat permezz tal-programmi ta' ffinanzjar eżistenti tal-UE permezz ta' sejħiet għal proposti, bl-użu ta' riżorsi finanzjarji eżistenti mill-programm Erasmus+, il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali Fond (EaSI), il-programm LIFE, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, il-programm tas-Saħħa, il-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali.", "L-organizzazzjonijiet parteċipanti se jkunu jistgħu japplikaw għal finanzjament mill-programmi; l-għoti ta' għotjiet se jseħħ f'konformità mar-regoli ta' evalwazzjoni ta' kull programm.", "Meta se jkun implimentat il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u x'riżultati huma mistennija?", "Fis-7 ta' Diċembru 2016 infetħet ir-reġistrazzjoni għal żgħażagħ interessati fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ: www.europa.eu/solidarity-corps", "It-tqabbil bejn il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti għall-pjazzamenti huwa mistenni li jibda fir-rebbiegħa tal-2017, u l-ewwel pjazzamenti sa Ġunju 2017.", "L-għan huwa li jkun hemm 100,000 żagħżugħ u żagħżugħa li jingħaqqdu mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sa tmiem l-2020."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_4165", "title": "Ninvestu fiż-żgħażagħ tal-Ewropa: Il-Kummissjoni tvara l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY,ESAI,ICHACR,BUDGET,PRJOB", "date": "Tue, 06 Dec 2016 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum qegħda tvara l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "Il-Kummissjoni Ewropea llum qegħda tvar l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, xahrejn biss wara li l-President Juncker ħabbru u bħala l-ewwel riżultat tal-prijoritajiet għal azzjoni identifikati fil-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava.", "Mil-lum, żgħażagħ bejn l-etajiet ta' 18 u 30-il sena jistgħu jinkitbu għal opportunitajiet ġodda li jagħtu kontribut importanti lis-soċjetà madwar l-UE, u sabiex jiggwadanjaw esperjenza u jakkwistaw ħiliet prezzjużi fil-bidu tal-karriera tagħhom.", "Il-Kummissjoni qed tippreżenta wkoll serje ta' miżuri biex tagħti spinta lill-impjieg taż-żgħażagħ, ittejjeb u timmodernizza l-edukazzjoni, tinvesti iktar fil-ħiliet taż-żgħażagħ, u toffrilhom opportunitajiet aħjar biex jitgħallmu u jistudjaw barra minn pajjiżhom.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: “Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se joħloq opportunitajiet għal żgħażagħ li lesti jagħmlu kontribut siewi lis-soċjetà u jgħinu juru solidarjetà – xi ħaġa li d-dinja u l-Unjoni Ewropea tagħna jeħtieġu iktar.", "Għalija, dan dejjem kien il-qofol essenzjali tal-eżistenza tal-Unjoni Ewropea.", "Mhumiex it-Trattati jew l-interessi ekonomiċi jew industrijali li jorbtuna flimkien, iżda l-valuri tagħna.", "U dawk li jaħdmu bħala voluntiera qed jgħixu l-valuri Ewropej kuljum.”", "Għall-ewwel darba l-proposti tal-lum jressqu flimkien fil-livell tal-UE tipi differenti ta' azzjoni b'għan wieħed: sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ:", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "Bil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà l-ġdid, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jitqiegħdu ma' proġett jew b'volontarjat jew inkella għal taħriġ professjonali, apprendistat, jew impjieg għal perjodu ta' bejn xahrejn u 12-il xahar.", "Il-parteċipanti se jkunu jistgħu jimpenjaw ruħhom f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet bħall-edukazzjoni, is-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, assistenza fil-provvediment ta' ikel, bini ta' alloġġi, ilqugħ, appoġġ u integrazzjoni ta' migranti u refuġjati, protezzjoni ambjentali u prevenzjoni ta' diżastri.", "Żgħażagħ li jirreġistraw għal korp Ewropew ta' Solidarjetà jeħtieġ li jaderixxu mad-Dikjarazzjoni tal-Missjoni u l-Prinċipji tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.", "L-Organizzazzjoni parteċipanti kollha jridu jaderixxu mal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li tistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà.", "Mil-lum, żgħażagħ interessati bejn is-17 u t-30 sena jistgħu jinkitbu mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà mis-sit http://europa.eu/solidarity-corps.", "L-età minima għall-parteċipazzjoni fil-proġett hija 18-il sena.", "L-għan huwa li jkun hemm 100,000 żagħżugħ u żagħżugħa jingħaqdu fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sa tmiem l-2020.", "Garanzija għaż-Żgħażagħ", "Il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ hija prijorità ewlenija għall-UE.", "Il-promozzjoni tal-impjiegi hija kwistjoni ta' interess komuni, kondiviż mill-Istati Membri kollha, u l-Kummissjoni tappoġġa l-isforz tagħhom permezz ta' firxa ta' politiki u azzjonijiet.", "Għal dan l-għan, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġew varati tliet snin ilu.", "Mill-2013 sa llum l-għadd ta' żgħażagħ qiegħda fl-UE naqas b'1.6 miljuni u b'900,000 għaż-żgħażagħ li ma għandhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ.", "Dawn ix-xejriet jissuġġerixxu li fil-prattika l-Garanzija għaż-Żgħażagħ bl-għajnuna tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għamlu differenza.", "Madwar 9 miljun żagħżugħ u żagħżugħa ħadu offerta, li l-maġġoranza tagħhom kienu offerti ta' impjieg.", "Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u sostenibbli tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tintroduċiha fir-reġjuni li jeħtiġuha l-aktar, il-Kummissjoni riċentament ipproponiet li żżid €2 biljuni oħra sabiex tkompli tintroduċi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ madwar l-Ewropa u tappoġġa miljun żagħżugħ u żagħżugħa addizzjonali sal-2020.", "Mobbiltà tal-Apprendistati", "Neħtieġu wkoll li nsaħħu l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ.", "It-tagħlim u l-istudju f'pajjiż ieħor wera li huwa ta' valur miżjud kbir għaż-żgħażagħ biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, itejbu l-opportunitajiet tal-karriera tagħhom u jsaħħu ċ-ċittadinanza Ewropea.", "Iktar żgħażagħ, mis-saffi kollha tas-soċjetà, għandhom jibbenefikaw minn dawn l-opportunitajiet.", "Għaldaqstant il-Kummissjoni se tvara “ErasmusPro”, attività dedikata ġdida tal-programm Erasmus + biex tappoġġa kollokamenti b'perjodu twil ta' apprendisti barra minn pajjiżhom.", "Il-Kummissjoni se tipproponi wkoll Qafas ta' Kwalità għall-Apprentistati li jistipula prinċipji ewlenin għat-tfassil u t-twettiq tal-apprendistati fil-livelli kollha.", "Servizz ta' appoġġ għall-apprendistati mmexxi mid-domanda se jiġi stabbilit fl-2017, sabiex jappoġġa lil pajjiżi li qed jintroduċu jew jirriformaw sistemi tal-apprendistat.", "Niżguraw edukazzjoni ta' kwalità għolja", "Bħala parti mill-miżuri tal-lum, il-Kummissjoni qed tippreżenta serje ta' azzjonijiet biex tgħin lil Stati Membri jipprovdu edukazzjoni ta' kwalità għolja liż-żgħażagħ kollha, sabiex jakkwistat l-għarfien u l-ħiliet biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u biex jirrispondu għal opportunitajiet u sfidi ġdid li jinfetħu mill-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika.", "Sfond", "Waqt id-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Juncker ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jintensifika l-isforzi b'appoġġ għaż-żgħażagħ.", "Notevolment, ħabbar il-ħolqien ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħala parti minn aġenda politika usa' mmirata lejn l-inklużjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà, u qal “Ma nistax u m'iniex se naċċetta li l-Ewropa hija u tibqa' l-kontinent tal-qgħad fost iż-żgħażagħ.", "Ma nistax u m'iniex se naċċetta li l-millenials, il-Ġenerazzjoni Y, se jkunu l-ewwel ġenerazzjoni f'70 sena li se jkunu ifqar mill-ġenituri tagħhom.[…] Aħna se nkomplu nintroduċu l-Garanzija għaż-Żgħażagħ madwar l-Ewropa, b'titjib tal-ħiliet tal-Ewropej u bi sforz biex nilħqu dawk ir-reġjuni u żgħażagħ li l-aktar għandhom bżonn.”", "Fis-Summit ta' Bratislava fis-16 ta' Settembru 2016, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern ta' 27 Stat Membru tal-UE kkonfermaw ukoll l-impenn tagħhom lejn il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-ħolqien ta' aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ.", "L-hekk imsejjaħ “Pjan Direzzjonali” tistabbilixxi riżultati konkreti u skadenzi fid-dawl ta' “jinħoloq futur ekonomiku promettenti għal kulħadd, jiġi ssalvagwardjat l-istil tal-ħajja tagħna u jiġu pprovduti opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ”.", "Fost dawn ir-riżultati, il-Kunsill impenja ruħu li jieħu “deċiżjonijiet dwar appoġġ mill-UE lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-qagħad fost iż-żgħażagħ u dwar programmi tal-UE msaħħa ddedikati liż-żgħażagħ” qabel tmiem is-sena.", "Fl-4 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni rrapportat dwar il-kisbiet ewlenin tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (Youth Employment Initiative, YEI) eżistenti sa mit-tnedija tagħhom fl-2013.http://europa.eu/rapid/press-release_IP-16-3216_en.htm", "Aktar informazzjoni", "MEMO/16/4166: Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar l-Investiment fiż-żgħażagħ tal-Ewropa", "MEMO/16/4168: Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "Paġna web dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "Stockshots European Voluntary Service *", "Communication 'Investing in Europe's Youth' *", "Communication 'Improving and Modernising Education' *", "Communication 'A European Solidarity Corps' *", "* [updated : 9/12 at 11.00]"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/CJE_11_100", "title": "Ġurament solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' żewġ Membri ġodda tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Sun, 25 Sep 2011 22:00:00 GMT", "text": ["Stampa u Informazioni", "Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 100/11", "il-Lussemburgu, 26 ta' Settembru 2011", "Udjenza solenni tal-Qorti tal-Ġustizzja", "Ġurament solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' żewġ Membri ġodda tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri", "Udjenza solenni tas-26 ta' Settembru 2011", "Wara r-riżenja ta' Hubert WEBER mill-kariga tiegħu ta' Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, b'deċiżjoni tal-21 ta' Marzu 2011, konformement mat Trattati u wara li kkonsulta mal-Parlament Ewropew, iddeċieda li jinnomina lil Harald WÖGERBAUER bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta' April 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013.", "Wara r-riżenja ta' Lars HEIKENSTEN mill-kariga tiegħu ta' Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, b'deċiżjoni tal-10 ta' Ġunju 2011, konformement mat Trattati u wara li kkonsulta mal-Parlament Ewropew, iddeċieda li jinnomina lil H.G. WESSBERG bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri għat-tul tal-kumplament tal-mandat ta' L. HEIKENSTEN, jiġifieri sat-28 ta' Frar 2012.", "Il-Qorti tal-Ġustizzja żammet illum, fl-12:00, udjenza solenni li matulha l-Membri l-ġodda tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ħadu ġurament solenni skont it-Trattati.", "Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.", "Kuntatt għall-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355", "Ritratti tal-udjenza solenni jkunu disponibbli fuq \" Europe by Satellite \"(+32) 2 2964106"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_16_2461", "title": "Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta l-Ħarsien tal-Privatezza (Privacy Shield) bejn l-Istati Uniti u l-UE: ħarsien aktar b’saħħtu għal flussi ta’ dejta transatlantiċi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,DATAPR", "date": "Mon, 11 Jul 2016 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Ħarsien tal-Privatezza ( Privacy Shield) bejn l-UE u l-Istati Uniti.", "Dan il-qafas ġdid jipproteġi d-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd fl-UE li d-dejta personali tagħhom tiġi trasferita lejn l-Istati Uniti tal-Amerika u ġġib ċarezza legali għan-negozji li jiddependu fuq it-trasferimenti transatlantiċi tad-dejta.", "Il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali, Andrus Ansip, qal: \"Illum approvajna l-Ħarsien tal-Privatezza (Privacy Shield) il-ġdid bejn l-UE u l-Istati Uniti.", "Dan se jipproteġi d-dejta personali tan-nies tagħna u tiġi pprovduta ċarezza għan-negozji.", "Ħdimna ħafna mas-sħab kollha tagħna fl-Ewropa u fl-Istati Uniti biex naslu għal ftehim tajjeb u biex dan isir malajr kemm jista’ jkun.", "Il-flussi tad-dejta bejn iż-żewġ kontinenti tagħna huma essenzjali biex is-soċjetà u l-ekonomija tagħna - issa għandna qafas b’saħħtu li jiżgura dawn it-trasferimenti jsiru fl-aħjar kundizzjonijiet u b'mod sikur.”", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Věra Jourová, qalet: “Il-Ħarisen tal-Privatezza (Privacy Shield) bejn l-UE u l-Istati Uniti hija sistema ġdida u soda biex titħares id-dejta personali tal-Ewropej u tkun żgurata ċ-ċertezza legali għan-negozji.", "Dan iġib miegħu standards ta’ protezzjoni tad-dejta iktar b’saħħithom li jiġu infurzati aħjar, salvagwardji dwar l-aċċess tal-gvernijiet, u rimedju aktar faċli għall-individwi f’każ ta’ lmenti.", "Il-qafas il-ġdid se jerġa’ jikseb lura l-fiduċja tal-konsumaturi meta d-dejta tagħhom tiġi ttrasferita in-naħa l-oħra tal-Atlantiku.", "Ħdimna flimkien mal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-kontropartijiet Amerikani biex nistabbilixxu arranġament bl-ogħla standards ta' protezzjoni tad-dejta personali għaċ-ċittadini Ewropej.”", "Il-Ħarsien tal-Privatezza (Privacy Shield) bejn l-UE u l-Istati Uniti hija bbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:", "Mindu ġie ppreżentat fi Frar l-abbozz tal-Ħarsien tal-Privatezza (Privacy Shield), il-Kummissjoni qagħdet fuq l-opinjonijiet tal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta (il-grupp ta' ħidma dwar l-Artikolu 29) u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, bl-iskop li jiġu introdotti għadd ta’ titjib u kjarifiki addizzjonali.", "Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Uniti qablu dwar kjarifiki addizzjonali, notevolment fuq il-ġbir enormi ta’ data, it-tisħiħ l-Ombudsman u iktar espliċita ta’ obbligi fuq il-kumpaniji fir-rigward ta’ limiti dwar iż-żamma u t-trasferimenti ulterjuri.", "Il-passi li jmiss: Id-“deċiżjoni ta’ adegwatezza” tiġu notifikata lill-Istati Membri llum u b’hekk tidħol fis-seħħ minnufih.", "Min-naħa tal-Istati Uniti, il-qafas tal-Ħarsien tal-Privatezza (Privacy Shield) jiġi ppubblikat fir-Reġistru Federali Amerikan, ekwivalenti għall-Ġurnal Uffiċjali tagħna.", "Id-Dipartiment tal-Kummerċ Amerikan jibda jħaddem il-Ħarsien tal-Privatezza (Privacy Shield).", "Ladarba l-kumpaniji jkollhom l-opportunità li jirrevedu l-qafas u jaġġornaw il-konformità tagħhom, il-kumpaniji jkunu jistgħu jiċċertifikaw mad-Dipartiment tal-Kummerċ sa mill-1 ta' Awwissu.", "B’mod parallel, il-Kummissjoni tippubblika gwida qasira għaċ-ċittadini li tispjega r-rimedji disponibbli f'każ li individwu jqis li d-dejta personali tiegħu tkun ġiet użata mingħajr ma ttieħed kont tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta.", "Sfond", "Fit-2 ta’ Frar 2016 il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Amerikan għamlu ftehim politiku dwar qafas ġdid għal skambji transatlantiċi tad-dejta personali għal skopijiet kummerċjali: il-Ħarsien tal-Privatezza (Privacy Shield) bejn l-UE u l-Istati Uniti (IP/16/216).", "Il-Kummissjoni ppreżentat it-testi tall-abbozz tad-deċiżjoni fid-29 ta’ Frar 2016.", "Wara l-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Artikolu 29 (l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta) tat-13 ta’ April u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Mejju, il-Kummissjoni temmet il-proċedura ta’ adozzjoni fit-12 ta’ Lulju 2016.", "Il-Ħarsien tal-Privatezza (Privacy Shield) bejn l-UE u l-Istati Uniti jirrifletti r-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-6 ta' Ottubru 2015, li tiddikjara bħala invalidu l-qafas l-antik tal-Isfera ta' Sikurezza (Safe Harbour).", "Għal aktar tagħrif", "Deċiżjoni ta’ adegwatezza", "Annessi", "Mistosqija u Tweġiba", "Skeda informattiva", "Communication: Flussi ta’ Dejta Transatlantiċi: Il-Kisba Lura tal-Fiduċja permezz ta’ Salvagwardji b'Saħħithom"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5285", "title": "Il-Kummissjoni tipproponi li ttejjeb it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-kundizzjonijiet tax-xogħol", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=EURSO,ESAI", "date": "Wed, 20 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tipproponi li ttejjeb it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-kundizzjonijiet tax-xogħol", "Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Direttiva ġdida għal kundizzjonijiet tax-xogħol iktar trasparenti u prevedibbli madwar l-UE, bħala parti mis-segwitu tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.", "Il-proposta tal-Kummissjoni tikkumplimenta u timmodernizza l-obbligi eżistenti biex tinforma lill-ħaddiema kollha dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Barra minn hekk, il-proposta toħloq standards minimi ġodda li jiżguraw li l-ħaddiema kollha, anki dawk b'kuntratti atipiċi, jibbenefikaw minn aktar prevedibbiltà u ċarezza fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali, l-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, stqarr: “Il-konsultazzjonijiet mas-sħab soċjali kkonfermaw il-ħtieġa għal kundizzjonijiet tax-xogħol aktar trasparenti u prevedibbli fl-UE.", "Din il-proposta tirrispetta l-kompromess ta' impjiegi aktar siguri fit-tipi ta' arranġamenti tax-xogħol kurrenti u dawk futuri, filwaqt li tippermetti ċerta flessibbiltà, u tiżgura kundizzjonijiet ekwi.", "Din il-proposta tirrispetta bis-sħiħ il-prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali, billi tippermetti li s-sħab soċjali jimplimentaw ir-rekwiżiti minimi l-ġodda relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz ta' ftehimiet kollettivi.”", "Marianne Thyssen, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, żiedet tgħid: “Bil-proposta tal-lum qed nieħdu azzjoni biex intejbu t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.", "Id-dinja tax-xogħol qed tinbidel b'mod mgħaġġel, b'għadd dejjem jikber ta' impjiegi u kuntratti mhux standard.", "Dan ifisser li aktar u aktar nies jinsabu f'riskju li ma jibqgħux koperti mid-drittijiet bażiċi, ibda mid-dritt li jkunu jafu l-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom.", "Iktar trasparenza u prevedibbiltà se jkunu ta' benefiċċju kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-negozji.”", "Il-Kummissjoni tistma li, meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni eżistenti, il-proposta se tkopri u tipproteġi bejn 2 u 3 miljun ħaddiem addizzjonali b'kuntratti atipiċi.", "Fl-istess ħin, il-proposta tistabbilixxi wkoll miżuri sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv fuq l-impjegaturi, pereżempju billi jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-informazzjoni mitluba elettronikament.", "Ir-regoli l-ġodda se joħolqu wkoll kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji, b'tali mod li l-impjegaturi se jibbenefikaw minn kompetizzjoni aktar ġusta fis-suq intern, b'inqas lakuni.", "Kundizzjonijiet tax-xogħol aktar trasparenti u prevedibbli huma importanti wkoll biex il-forza tax-xogħol tkun iktar motivata u produttiva.", "B'mod aktar konkret, il-Kummissjoni timmira li tnaqqas ir-riskju ta' nuqqas ta' protezzjoni tal-ħaddiema:", "Id-Direttiva proposta tkun teħtieġ li tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u tiġi implimentata mill-Istati Membri permezz ta' leġiżlazzjoni jew permezz ta' ftehimiet kollettivi bejn is-sħab soċjali.", "Filwaqt li jagħrfu bis-sħiħ l-importanza tad-djalogu soċjali, is-sħab soċjali jkunu jistgħu jimmodulaw id-drittijiet minimi proposti mid-Direttiva diment li l-livell ta' protezzjoni ġenerali tagħhom ikun rispettat.", "Din l-inizjattiva hija waħda mill-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li kien ipproklamat waqt is-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017.", "B'mod aktar speċifiku, id-Direttiva tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju 5 dwar l-“Impjieg sigur u adattabbli” u tal-Prinċipju 7 dwar l-“Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f'każ ta' sensja”.", "Kuntest", "Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar “Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli” taġġorna u tissostitwixxi d-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub tal-1991 (91/533/KEE), li tagħti lill-impjegati li jkunu qed jibdew impjieg ġdid id-dritt li jiġu nnotifikati bil-miktub dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom.", "Wara aktar minn 25 sena, din id-Direttiva ma baqgħetx tirrifletti r-realtajiet tas-suq tax-xogħol li qed jinbidlu, b'mod partikolari l-forom il-ġodda ta' impjieg li żviluppaw tul l-aħħar snin.", "Iż-żieda fil-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol u ż-żieda fid-diversità tal-forom tax-xogħol ħolqu impjiegi ġodda u ppermettew li aktar nies isiru attivi professjonalment.", "Iżda dawn iż-żidiet kixfu wkoll xi nuqqasijiet fil-protezzjoni tal-ħaddiema u, f'xi każijiet nuqqasijiet li jinvolvu ħaddiema vulnerabbli, ikkontribwixxew għal forom ġodda ta' prekarjetà.", "L-inizjattiva tħabbret f'April 2017 flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.", "Hija parti mill-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2018 u segwiet konsultazzjoni f'żewġ stadji tas-sħab soċjali.", "Is-sħab soċjali ma daħlux f'negozjati biex jipproponu l-ftehim tagħhom stess.", "Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu azzjoni f'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "L-inizjattiva twieġeb ukoll għar-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jitolbu Direttiva qafas dwar kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti f'kull forma ta' impjieg, u tal-4 ta' Lulju 2017 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju, filwaqt li appellat għal reviżjoni tad-Direttiva tal-1991 biex jitqiesu l-forom il-ġodda ta' impjieg.", "Il-Kunsill Ewropew tal-14-15 ta' Diċembru talab lil-leġiżlatur Ewropew biex isir progress malajr fuq fajls soċjali pendenti fil-livell tal-UE li jirreferu wkoll għall-inizjattivi mħabbra mill-Kummissjoni fil-Programm ta' Ħidma tagħha, li jinkludi din id-Direttiva.", "Id-Direttiva proposta tħejjiet abbażi ta' konsultazzjoni pubblika apposta u valutazzjoni estensiva tal-leġiżlazzjoni eżistenti, li r-riżultati tagħhom huma miġbura fil-qosor fil-valutazzjoni tal-impatt.", "Il-passi li jmiss", "F'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, din il-proposta issa se tiġi eżaminata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Għal aktar tagħrif", "Ara l-MEMO: Il-proposta tal-Kummissjoni biex tiżdied it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-kundizzjonijiet tax-xogħol - Mistoqsijiet u Tweġibiet", "L-aħbar b'links għal dokumenti legali fuq is-sit web tad-DĠ Impjiegi", "Segwi lil Marianne Thyssen fuq Twitter u Facebook", "Segwi lill-Viċi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Abbona għall-bulettin dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea mibgħut b'xejn bil-posta elettronika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5403", "title": "MiFID II: il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni dwar l-ekwivalenza rigward iċ-ċentri tan-negozjar tal-ishma Żvizzeri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 20 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea adottat deċiżjoni biex tirrikonoxxi ċ-ċentri tan-negozjar fl-Iżvizzera bħala eleġibbli għal konformità mal-obbligu tan-negozjar għal ishma stabbiliti fid-Direttiva u fir-Regolament dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID II/MiFIR), li se japplikaw fl-UE mit-3 ta' Jannar 2018.", "Id-deċiżjoni tal-lum tiżgura li n-negozji u s-swieq jistgħu jkomplu joperaw bla xkiel u mingħajr tfixkil fis-suq wara t-3 ta' Jannar 2018.", "‘Il quddiem, il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-impatt tad-deċiżjoni tal-lum u tqis il-kuntest politiku usa', speċjalment il-progress fin-negozjar tal-ftehim istituzzjonali mal-Iżvizzera.", "Id-deċiżjoni hija limitata għal sena, sal-31 ta' Diċembru 2018.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovkis, responsabbli għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Bid-deċiżjoni tal-lum, qed niżguraw il-kontinwità għan-negozji u għas-swieq.", "Anke wara t-3 ta' Jannar, l-operaturi Żvizzeri se jkomplu jgawdu minn aċċess għas-suq tal-UE, u d-ditti tal-investiment tal-UE se jkunu jistgħu jinnegozjaw ishma fl-Iżvizzera.", "Din l-ekwivalenza hija limitata għal sena, u tista' tiġi estiża jekk isir biżżejjed progress fuq qafas istituzzjonali komuni.", "Se nkunu qed nivvalutaw dan il-progress sa tmiem is-sena d-dieħla.”", "Is-sistema ta' ekwivalenza tal-UE fil-qasam tal-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji tħeġġeġ konverġenza regolatorja internazzjonali u tiffaċilita flussi ta' servizzi finanzjarji bejn l-UE u pajjiżi terzi.", "Id-deċiżjonijiet ta' ekwivalenza huma dejjem ibbażati fuq ċirkustanzi speċifiċi tal-pajjiż ikkonċernat u ma hemm l-ebda dritt awtomatiku għal ekwivalenza.", "L-Iżvizzera hija differenti minn ġuriżdizzjonijiet oħra li dan l-aħħar ingħataw ekwivalenza b'diversi modi.", "L-ambitu tad-deċiżjoni Żvizzera huwa ħafna usa', billi n-negozjar tal-ishma Żvizzeri fl-UE – u viċi versa – huwa aktar mifrux milli mal-ġuriżdizzjonijiet l-oħra – l-Istati Uniti, Hong Kong u l-Awstralja – li ġew rikonoxxuti dan l-aħħar.", "Pereżempju, kull sehem fl-indiċi Żvediż tal-aqwa 20 huwa nnegozjat fl-UE.", "Għaldaqstant, in-negozjar fl-Iżvizzera se jkollu impatt ikbar u aktar immedjat fuq l-integrità tas-swieq finanzjarji tal-UE, anke fil-każ tal-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq.", "Hemm ukoll rabtiet kummerċjali ħafna eqreb li jorbtu lill-UE u lill-Iżvizzera, li jirrikjedu qafas speċjali.", "Id-deċiżjoni tal-lum tieħu f'kunsiderazzjoni l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali ta' Frar 2014 u, aktar riċenti, il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Frar 2017, li ddikjaraw li l-Iżvizzera ma għandha tingħata l-ebda aċċess għas-suq ulterjuri sa ma jidħol fis-seħħ il-ftehim istituzzjonali.", "Hija konformi wkoll mal-intenzjonijiet tal-Gvern Federali Żvizzeru, li skontu l-ftehim istituzzjonali għandu jiġi konkluż sa tmiem l-2018.", "Sfond", "Id-deċiżjoni tal-lum tieħu l-forma ta' Att ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.", "Ġiet approvata minn 27 Stat Membru tal-UE f'konsultazzjoni fl-20 ta' Diċembru.", "Se tiġi ppubblikata fil‑Ġurnal Uffiċjali tat‑23 ta' Diċembru 2017.", "L-UE stabbiliet sett komprensiv ta' regoli dwar is-servizzi u attivitajiet ta' investiment.", "Id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji jew MiFID II (applikabbli mit-3 ta' Jannar 2018) għandha l-għan li ssaħħaħ ir-regoli Ewropej attwali dwar is-swieq tat-titoli billi:", "Fl-għażla taċ-ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn deċiżjoni dwar l-ekwivalenza, il-Kummissjoni ffukat fuq jekk in-negozjar tal-UE fl-ishma ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati tal-pajjiż terz rilevanti huwiex ta' biżżejjed importanza fl-UE li l-obbligu ta' negozjar fl-UE jiġi skattat fir-rigward ta' ishma ammessi fuq skambju fil-pajjiż terz.", "Dan huwa l-każ għal ishma ammessi fiż-żewġ skambji Żvizzeri u, sa ċertu punt, għal ishma ammessi fl-Istati Uniti, Hong Kong u l-Awstralja, li ġew adottati deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza għalihom fit-13 ta' Diċembru 2017.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Att ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5304", "title": "L-Unjoni tas-Swieq Kapitali: regoli aktar proporzjonati u sensittivi għar-riskju għal ditti tal-investiment aktar b'saħħithom", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Tue, 19 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Is-swieq tal-kapital tal-Ewropa se jkunu aktar effiċjenti u se ssirilhom superviżjoni aħjar bis-saħħa tat-tiġdid fir-regoli għad-ditti tal-investiment.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi riforma doppja li tissimplifika l-ħajja tad-ditti tal-investiment li huma iżgħar, filwaqt li l-akbar ditti tal-investiment, li għandhom importanza sistemika, jiġu soġġetti għall-istess reġim bħall-banek Ewropej.", "Id-ditti tal-investiment u s-servizzi pprovduti minnhom huma vitali għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU - Capital Markets Union).", "Flimkien mal-banek, is-swieq tal-kapital tal-UE jiddependu fuq diversi eluf ta' ditti tal-investiment żgħar u kbar li jagħtu konsulenza lill-klijenti, jgħinu lill-kumpaniji jisfruttaw is-swieq tal-kapital, iġestixxu l-assi, u jipprovdu likwidità fis-suq, filwaqt li b'hekk jiġi ffaċilitat l-investiment fl-UE kollha.", "L-UE teħtieġ swieq tal-kapital aktar b'saħħithom sabiex tippromwovi l-investiment, tillibera sorsi ġodda ta' finanzjament għall-kumpanji, toffri opportunitajiet aħjar lill-unitajiet domestiċi u ssaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja.", "Skont il-proposti tal-lum, il-maġġoranza kbira ta' ditti tal-investiment fl-UE ma jibqgħux soġġetti għar-regoli li ġew imfassla oriġinarjament għall-banek.", "Dan se jnaqqas il-piż amministrattiv, isaħħaħ il-kompetizzjoni u jżid il-flussi tal-investiment, li huma kollha prijoritajiet tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, mingħajr ma jikkomprometti l-istabbiltà finanzjarja.", "Fl-istess ħin, l-akbar ditti tal-investiment u dawk bl-akbar importanza sistemika se jiġu soġġetti għall-istess regoli u għal superviżjoni bħall-banek.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovkis, responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, stqarr: “Ir-regoli tagħna jridu jkunu proporzjonati u sensittivi għar-riskju.", "Ditti tal-investiment iżgħar se jibbenefikaw minn rekwiżiti aktar sempliċi li jkunu aktar konformi mar-riskji tagħhom.", "Fl-istess ħin, jinħtieġ li ditti akbar b'riskji simili għal dawk tal-banek jiġu rregolati bħall-banek u jiġu sottoposti għall-istess superviżjoni.", "Dan it-tiġdid se jgħin lid-ditti tal-investiment kollha jikkollegaw it-tfaddil mill-konsumaturi u mill-investituri mal-kumpaniji.", "Ir-regoli l-ġodda se jappoġġaw il-funzjonament tas-swieq tal-kapital, filwaqt li jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja.”", "Jyrki Katainen, il-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, stqarr: “L-għan tagħna huwa li nnaqqsu l-ispejjeż marbuta mal-konformità mal-liġijiet tal-UE.", "Il-proposta tal-lum biex jiġu simplifikati u razzjonalizzati r-regoli prudenzjali għal ditti tal-investiment hija parti minn dan l-isforz.", "Hemm bżonn li l-ġabra tar-regoli tagħna tappoġġa r-rwol ewlieni li għandhom dawn id-ditti fl-iggwidar tal-fluss tal-investiment fis-swieq kapitali, filwaqt li tiżgura li r-riskji fl-attivitajiet tagħhom jiġu koperti b'mod xieraq.", "Iż-żieda fil-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-investituri huma żewġ naħat tal-istess munita, li jżidu l-fiduċja fis-suq u jappoġġaw it-tkabbir.”", "L-elementi ewlenin tal-proposta", "Id-ditti tal-investiment għandhom rwol importanti biex jiffaċilitaw it-tfaddil u l-flussi tal-investiment fl-UE kollha.", "Huma jipprovdu firxa ta' servizzi li jagħtu lill-investituri aċċess għal titoli u għal swieq tad-derivattivi.", "Dawn is-servizzi jinkludu konsulenza dwar l-investiment, ġestjoni tal-portafolli, eżekuzzjoni tal-ordnijiet għall-klijenti, negozjar fi strumenti finanzjarji u għajnuna lill-kumpaniji biex jiġbru fondi fuq swieq kapitali.", "Il-proposta tinkludi:", "Ir-regoli l-ġodda jaqsmu d-ditti tal-investiment li ma għandhomx importanza sistemika f'żewġ gruppi.", "Ir-rekwiżiti ta' kapital għad-ditti li huma iżgħar u b'inqas riskji se jiġu stabbiliti b'mod aktar faċli.", "Ir-regoli se jkunu komprensivi u robusti biżżejjed biex jirriflettu r-riskji tad-ditti tal-investiment, iżda flessibbli biżżejjed biex jinkludu d-diversi mudelli kummerċjali u jiżguraw li dawn id-ditti jistgħu jibqgħu kummerċjalment vijabbli.", "Dawn id-ditti mhux se jkunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali dwar il-governanza korporattiva jew ir-remunerazzjoni.", "Għal ditti akbar, ir-regoli jintroduċu mod ġdid ta' kif jitkejlu r-riskji tagħhom fuq il-bażi tal-mudelli kummerċjali tagħhom.", "Għad-ditti li jinnegozjaw l-istrumenti finanzjarji, dawn se jiġu kkombinati ma' verżjoni simplifikata tar-regoli eżistenti.", "Il-proposta tiddefinixxi wkoll bħala istituzzjonijiet ta' kreditu dawk id-ditti tal-investiment ta' importanza sistemika li jwettqu ċerti attivitajiet simili għal dawk tal-banek (jiġifieri s-sottoskrizzjoni u n-negozjar f'isimhom stess) u li jkollhom assi ta' aktar minn EUR 30 biljun.", "Dawn id-ditti sistemiċi se jkunu kompletament soġġetti għall-istess trattament bħall-banek.", "Kif imħabbar fir-rieżami tal-Kummissjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), dan ifisser li l-operazzjonijiet tagħhom fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja se jkunu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-BĊE fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku.", "Sfond", "Bħala parti mill-ħidma tagħha biex issaħħaħ is-swieq tal-kapital, fir-Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali l-Kummissjoni ħabbret li se tipproponi qafas prudenzjali u superviżorju aktar effettiv għal ditti tal-investiment.", "Hemm diversi eluf ta' ditti tal-investiment fl-Istati Membri kollha fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).", "Il-maġġorparti ta' dawn id-ditti huma żgħar u ta' daqs medju u jiffokaw fuq li joffru konsulenza ta' investiment, fuq li jirċievu, jittrażmettu u jeżegwixxu l-ordnijiet u jġestixxu l-portafolli.", "Kuntrarju għal istituzzjonijiet ta' kreditu, id-ditti tal-investiment ma jaċċettawx depożiti jew jagħmlu self.", "Dan ifisser li huma ferm inqas esposti għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju ta' depożitanti li jirtiraw il-flus tagħhom fi żmien qasir.", "Ir-rieżami tal-lum hu parti mill-programm REFIT tal-Kummissjoni u hu konformi mal-mandat tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (Capital Requirements Regulation, CRR).", "L-għan tiegħu huwa li jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' kapital, likwidità u rekwiżiti prudenzjali ewlenin oħrajn għad-ditti tal-investiment jiġu stabbiliti b'mod xieraq.", "Ir-rekwiżiti tas-CRR huma ffokati ħafna fuq il-banek u ma humiex perfettament adatti għad-ditti kollha tal-investiment.", "Ir-rieżami huwa bbażat fuq il-parir politiku ta' Settembru 2017 mill-ABE u ġie mħabbar ukoll fil-Komunikazzjoni dwar it-tlestija tal-Unjoni Bankarja ta' Ottubru 2017.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Regoli prudenzjali dwar ditti tal-investiment", "MEMO", "Skeda informattiva"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5313", "title": "Liberalizzazzjoni tal-viża: Rapporti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' parametri referenzjarji għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u tas-Sħubija tal-Lvant", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 19 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni qed tirrapporta dwar l-issodisfar kontinwu tal-parametri referenzjarji tal-liberalizzazzjoni tal-viża mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja) kif ukoll mill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (il-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna).", "Ir-rapport juri li, filwaqt li r-rekwiżiti tal-liberalizzazzjoni tal-viża għall-pajjiżi kkonċernati jkomplu jiġu ssodisfati, jenħtieġ azzjoni f'għadd ta' oqsma speċifiċi biex tiġi ppreżervata l-implimentazzjoni sostenibbli tagħhom.", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos, qal: \"Aħna impenjati bis-sħiħ biex nissalvagwardjaw l-ivvjaġġar ħieles mill-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u tas-Sħubija tal-Lvant u qed naħdmu flimkien mal-gvernijiet tagħhom biex nilħqu dan l-għan.", "Iżda dan l-iżgurar iġib miegħu responsabbiltajiet, kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-awtoritajiet rilevanti.", "Filwaqt li nirrikonoxxu l-isforzi ta' dawn il-pajjiżi biex jiżguraw li jinżamm il-progress li sar u li r-riformi jkomplu jwasslu riżultati konkreti, jenħtieġ li jsir aktar xogħol.", "Nistennew li l-pajjiżi kollha jżidu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-migrazzjoni irregolari u jiġġieldu kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni b'mod partikulari.”", "Ir-rapport tal-lum huwa l-ewwel valutazzjoni taħt il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ il-ġdid għat-tmien pajjiżi li jkunu kkonkludew djalogi dwar liberalizzazzjoni tal-viża mal-UE.", "Il-valutazzjoni turi li t-tmien pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u tas-Sħubija tal-Lvant urew impenn b'saħħtu biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti meħtieġa u għamlu sforzi importanti biex jimplementaw għadd ta' riformi estensivi stabbiliti skont il-proċess ta' liberalizzazzjoni tal-viża.", "Issa huwa importanti li jinżammu dawn ir-riformi u li l-pajjiżi ma jmorrux lura wara s-suċċessi li kellhom.", "Ir-rapport tal-lum jiffoka fuq l-oqsma li jeħtieġu aktar azzjoni, b'mod partikulari l-migrazzjoni irregolari u r-riammissjoni, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus kif ukoll l-ordni pubbliku u s-sigurtà.", "L-isforzi biex titnaqqas il-migrazzjoni irregolari qed iħallu riżultati", "Il-miżuri li t-tmien pajjiżi komplew jieħdu biex jindirizzaw il-migrazzjoni irregolari qed iħallu riżultati.", "Dawn l-isforzi rriżultaw fi tnaqqis ġenerali konsiderevoli fl-għadd ta' applikazzjonijiet għall-ażil li saru fi Stati Membri tal-UE minn ċittadini tal-pajjiżi kkonċernati.", "Madankollu, għad hemm sfidi, b'mod partikulari fl-Albanija, il-pajjiż bl-ogħla għadd ta' applikazzjonijiet infondati għall-ażil fost l-Istati eżenti mill-obbligu ta' viża.", "L-awtoritajiet Albaniżi kienu attivi biex jissaħħu l-miżuri biex jindirizzaw il-migrazzjoni irregolari u jtejbu l-kooperazzjoni mal-Istati Membri l-aktar affettwati.", "Dawn il-miżuri diġà qed iħallu riżultati iżda jenħtieġ li l-isforzi jiġu ssostanzjati biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tkompli mingħajr waqfien.", "Minħabba li l-għadd ta' rifjuti ta' dħul u ta' soġġorn irregolari dejjem ivarja, il-Kummissjoni titlob lill-pajjiżi kkonċernati biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi, li jvarjaw minn tisħiħ tal-kontrolli fuq il-fruntieri għal organizzazzjoni tal-kampanji ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar ħieles mill-viża.", "Il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni tkompli bla xkiel għall-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent u tas-Sħubija tal-Lvant b'rati ta' ritorn għolja b'mod ġenerali.", "Sabiex tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni dwar ir-ritorn, il-Kummissjoni titlob lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex ikomplu l-implimentazzjoni effettiva tal-ftehimiet ta' riammissjoni u, jekk meħtieġ, jikkonkludu l-protokolli ta' implimentazzjoni ma' Stati Membri addizzjonali.", "Jenħtieġ li jkun hemm aktar ħidma biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata", "Minkejja sforzi addizzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-gruppi ta' kriminalità mill-pajjiżi kkonċenati eżenti mill-obbligu ta' viża għadhom attivi f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet kriminali fl-UE, inkluż it-traffikar ta' bnedmin u oġġetti illeċiti, id-delitti kontra l-proprjetà, il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali u ċ-ċiberkriminalità.", "Jenħtieġ li t-tmien pajjiżi jżidu l-azzjonijiet tagħhom biex ikomplu jindirizzaw il-kwistjoni tal-kriminalità organizzata.", "Fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, jenħtieġ li l-Moldova b'mod partikulari tieħu azzjoni immedjata biex tiżgura l-implimentazzjoni kontinwa tal-parametru referenzjarju tal-liberalizzazzjoni tal-viża u s-sostenibbiltà tar-riformi li twettqu s'issa.", "Fid-dawl ta' żviluppi riċenti, jenħtieġ li anke l-Ukrajna tieħu azzjoni immedjata biex tissalvagwardja l-miżuri ta' antikorruzzjoni introdotti b'riformi preċedenti u tippermetti li jkompli jsir il-progress.", "Il-Kummissjoni se terġa' tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-issodsfar kontinwu tar-rekwiżiti tal-liberalizzazzjoni tal-viża fl-2018.", "Sfond", "Ir-rapport tal-lum isegwi l-obbligu ġuridiku tal-Kummissjoni skont il-mekkaniżmu msaħħaħ tas-sospensjoni tal-viża, adottat f'Marzu 2017, biex tissorvelja l-issodisfar kontinwu tar-rekwiżiti tal-liberalizzazzjoni tal-viża mill-pajjiżi li mhumiex fl-UE u biex tirrapporta dwar dawn il-kwistjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas darba fis-sena.", "Il-valutazzjoni tal-parametri referenzjarji tapplika għall-pajjiżi li kkonkludew b'suċċess id-djalogi tal-liberalizzazzjoni tal-viża skont il-pjanijiet ta' azzjoni u l-pjanijiet direzzjonali rilevanti, jiġifieri l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u tas-Sħubija tal-Lvant.", "Għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, ir-rapport il-ġdid jissostitwixxi r-rapporti ta' monitoraġġ preċedenti ta' wara l-liberalizzazzjoni tal-viża u jkopri l-perjodu mill-aħħar rapport ta' din ix-xorta minn Frar 2015.", "Għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, ir-rapport ikopri l-perjodu mir-Rapporti ta' progress finali dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża adottati f'Diċembru 2013 għall-Moldova u f'Diċembru 2015 għall-Georgia u l-Ukrajna.", "Iċ-ċittadini tal-Montenegro, tas-Serbja u tal-Eks Repubblika tal-Maċedonja jistgħu jivvjaġġaw lejn l-UE mingħajr viża minn Diċembru 2009.", "Għaċ-ċittadini tal-Albanija u tal-Bożnija-Ħerzegovina, dan sar possibbli mill-aħħar tal-2010.", "Għar-Repubblika tal-Moldova l-ivvjaġġar ħieles mill-viża daħal fis-seħħ f'April 2014, għall-Georgia f'Marzu 2017 u għall-Ukrajna f'Ġunju 2017.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Ir-Rapport dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "L-Ewwel Rapport taħt il-Mekkaniżmu ta' Sospensjoni tal-Viża", "Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Ewwel Rapport taħt il-Mekkaniżmu tas-Sospensjoni tal-Viża"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5314", "title": "Reċiproċità tal-viża: L-isforzi politiċi u diplomatiċi jkomplu jagħtu l-frott", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 19 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea illum qed tirrapporta dwar il-progress li sar biex tinkiseb reċiproċità sħiħa tal-viża mal-Kanada u mal-Istati Uniti, kif ukoll qed tevalwa l-iżviluppi li saru tul l-aħħar seba' xhur filwaqt li tipprovdi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effettività tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità.", "Fl-aħħar sentejn u nofs l-għadd ta' każijiet ta' nonreċiproċità tnaqqas sew.", "Riċentement, inkisbet reċiproċità sħiħa tal-viża mal-Kanada wara li neħħiet ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini Rumeni u Bulgari mill-1 ta' Diċembru 2017.", "Riżultati simili nkisbu mal-Awstralja, mal-Brunei u mal-Ġappun u dan ifisser li l-Istati Uniti huma l-uniku pajjiż mhux tal-UE fuq il-lista ta' pajjiżi eżenti mill-obbligu ta' viża tal-UE li ma jagħtix aċċess mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-UE.", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: “Il-kisba ta' reċiproċità sħiħa tal-viża mal-Kanada turi li l-isforzi diplomatiċi u l-impenn kontinwu tagħna qed iħallu l-frott.", "Flimkien mal-ħames Stati Membri kkonċernati se nkomplu naħdmu wkoll bl-istess mod mal-Istati Uniti u ninsabu determinati li nagħmlu dak kollu li nistgħu biex niksbu vjaġġar eżenti mill-viża għaċ-ċittadini kollha tal-UE.", "Hemm bżonn isir progress immedjatament u nippretendu li s-sħab tagħna tal-Istati Uniti jaħdmu magħna biex nixprunaw il-progress.”", "Il-kisba ta' reċiproċità sħiħa tal-viża mal-Kanada", "Mill-1 ta' Diċembru 2017, inkisbet reċiproċità sħiħa mal-Kanada wara li tneħew ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini Bulgari u Rumeni.", "Id-deċiżjoni tal-Kanada waslet wara sforzi diplomatiċi intensivi u impenn kontinwu fil-livelli politiċi u tekniċi bejn l-UE, il-Kanada u ż-żewġ Stati Membri kkonċernati.", "Il-Kanada diġa' neħħiet parzjalment ir-rekwiżiti tal-viża għal xi ċittadini Bulgari u Rumeni f'Mejju 2017 u impenjat ruħha li tneħħi kompletament ir-rekwiżiti mill-1 ta' Diċembru 2017.", "Impenn kontinwu mal-Istati Uniti", "Matul l-aħħar seba' xhur, il-kuntatti mal-Istati Uniti fil-livell politiku u tekniku ġew intensifikati.", "Il-Kummissjoni qed tmexxi proċess orjentat lejn ir-riżultati li jdaħħal lill-ħames Stati Membri tal-UE kkonċernati (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Polonja u r-Rumanija) fil-Programm tal-Eżenzjoni mill-Viża.", "Għalissa l-Kummissjoni mhix qed tqis l-adozzjoni ta' att delegat li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini tal-Istati Uniti, peress li dan ikun kontroproduttiv, iżda din il-pożizzjoni tista' tiġi riveduta fid-dawl ta' żviluppi futuri.", "F'Ġunju, il-Kummissarju Avramopoulos u Elaine C. Duke, Viċi Segretarju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti ħarġu Dikjarazzjoni Konġunta li fiha ż-żewġ naħat impenjaw li jżidu l-isforzi lejn il-kisba tar-reċiproċità sħiħa tal-viża bejn l-UE u l-Istati Uniti.", "Matul il-Laqgħa Ministerjali tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bejn l-UE u l-Istati Uniti fis-17 ta' Novembru, iż-żewġ naħat innutaw li sar progress f'diskussjonijiet kooperattivi u impenjaw ruħhom biex ikomplu l-involviment tagħhom.", "F'Settembru, saru taħditiet tekniċi bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Uniti u l-ħames Stati Membri kkonċernati biex jirrevedu s-sitwazzjoni attwali tal-kumplament tar-rekwiżiti tal-Programm tal-Eżenzjoni mill-Viża.", "Fix-xhur li ġejjin, bl-ewwel darba tkun il-laqgħa tal-Uffiċjali Għolja bejn l-UE u l-Istati Uniti fi Frar, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-ħames Stati Membri, se tkompli dan l-impenn mal-Istati Uniti fil-livelli kollha.", "Dan għandu jwassal għal azzjoni intensifikata u konkreta min-naħat kollha.", "Il-mekkaniżmu ta' reċiproċità qed iħalli l-frott", "Ir-rapport tal-lum iqis ukoll l-effettività tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità tal-viża b'mod ġenerali, u din hija valutazzjoni li l-Kummissjoni kellha tippreżenta lill-Parlament Ewropew sal-10 ta' Jannar 2018.", "L-għadd ta' każijijet ta' nonreċiproċità tnaqqas sew fl-aħħar sentejn u nofs, u l-Istati Uniti baqgħu l-unika pajjiż terz fil-lista ta' pajjiżi eżenti mill-obbligu ta' viża tal-UE li ma jagħtix aċċess eżenti mill-viża liċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha.", "Il-mekkaniżmu ta' reċiproċità tal-viża għalhekk wera li huwa għodda effettiva li tikkontribwixxi biex isir progress fil-kisba ta' reċiproċità sħiħa tal-viża ma' pajjiżi terzi għaċ-ċittadini kollha tal-UE.", "Għalhekk, il-Kummissjoni bħalissa mhijiex qed tqis proposta leġislattiva għar-reviżjoni tal-mekkaniżmu.", "Minflok, hija se tkompli ssegwi l-approċċ diplomatiku tagħha biex tikseb reċiproċità sħiħa tal-viża għall-Istati Membri kollha.", "Il-Passi li jmiss", "Il-Kummissjoni tibqa' impenjata li taħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill dwar it-triq' il quddiem.", "Il-Kummissjoni se tissokta taħdem mal-Istati Uniti u mal-Istati Membri kkonċernati biex tikseb reċiproċità sħiħa fl-eżenzjoni mill-viża.", "Il-Laqgħa tal-Uffiċjali Għolja tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bejn is-27 u t-28 ta' Frar 2018 u l-Laqgħa Ministerjali tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bejn l-UE u l-Istati Uniti f'Mejju 2018 se jipprovdu okkażjoni biex ikompli jiżdied il-progress.", "Il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar żviluppi ulterjuri sa mhux aktar tard mill-ħarifa tal-2018.", "Sfond", "Prinċipju fundamentali tal-politika dwar il-viżi tal-UE hija li jkun żgurat li pajjiżi terzi fuq il-lista eżenti mill-obbligu ta' viża jagħtu eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża reċiproka liċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE kollha.", "Biex jiġi appoġġat dan l-għan, twaqqaf mekkaniżmu ta' reċiproċità tal-viża.", "Fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità, li jeħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-konsegwenzi tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mir-rekwiżit ta' viża għar-relazzjonijiet esterni tal-UE u l-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni diġà adottat tliet rapporti li jivvalutaw is-sitwazzjoni: fl-10 ta' Ottubru 2014, fit-22 ta' April 2015 u fil-5 ta' Novembru 2015, kif ukoll żewġ Komunikazzjonijiet f'April, f'Lulju u f'Diċembru 2016, Mejju2017 u Diċembru 2017.", "Skont l-Artikolu 1b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001, sal-10 ta' Jannar 2018 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività tal-mekkaniżmu ta' reċiproċità u jekk ikun meħtieġ tippreżenta proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Mistoqsijiet Frekwenti: Il-mekkaniżmu ta' reċiproċità tal-viża tal-UE", "Komunikazzjoni adottata fl-20 ta' Diċembru 2017", "Komunikazzjoni adottata fit-2 ta' Mejju 2017", "Komunikazzjoni adottata fil-21 ta' Diċembru 2016", "Komunikazzjoni adottata fit-13 ta' Lulju 2016", "Komunikazzjoni adottata fit-12 ta' April 2016", "5 ta' Novembru 2015 – Rapport tal-Kummissjoni li jevalwa s-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' reċiproċità ma' ċerti pajjiżi terzi fil-qasam tal-politika dwar il-viżi", "22 ta' April 2015 – Rapport tal-Kummissjoni li jevalwa s-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' reċiproċità ma' ċerti pajjiżi terzi fil-qasam tal-politika dwar il-viżi", "10 ta' Ottubru 2014 – Rapport tal-Kummissjoni li jevalwa s-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' reċiproċità ma' ċerti pajjiżi terzi fil-qasam tal-politika dwar il-viżi", "Ir-Regolament tal-Kunsill li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001)", "Ir-Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ir-Regolament (UE) Nru 1289/2013)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5346", "title": "L-UE tistabbilixxi regoli ġodda ta' difiża tal-kummerċ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 19 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE għad-difiża tal-kummerċ, parti integrali mill-aġenda tal-President Juncker dwar Ewropa li Tipproteġi.", "Se tbiddel il-mod kif l-UE titratta importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi b'distorsjonijiet sinifikanti fis-suq ikkawżati mill-istat.", "Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll fl-ewwel rapport tagħha tal-pajjiż dwar tali distorsjonijiet fis-suq ikkawżati mill-istat.", "Wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE, il-leġiżlazzjoni riveduta tidħol fis-seħħ ftit iktar minn sena wara li ġiet proposta mill-Kummissjoni.", "Tintroduċi mod ġdid ta' kalkolu ta' jekk seħħx dumping f'importazzjonijiet fl-UE minn pajjiżi fejn l-ekonomija hija distorta minħabba interferenza tal-istat.", "L-għan ta' din il-leġiżlazzjoni l-ġdida hija biex jiġi żgurat li l-Ewropa għandha strument għad-difiża tal-kummerċ li jistgħu jindirizzaw ir-realtajiet attwali - b'mod partikolari distorsjonijiet ikkawżati mill-istat li spiss wisq iwasslu għal kapaċità żejda - fl-ambjent kummerċjali internazzjonali, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali tal-UE fil-qafas legali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).", "Il-President Jean-Claude Juncker qal: “L-UE hija u se tibqa' waħda mill-aktar swieq miftuħa fid-dinja.", "Aħna minn ta' quddiem nett u se nibqgħu minn ta' quddiem nett fid-difiża tal-kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli.", "Madankollu, dan m'għandux ikun imfixkel bħala l-inġenwità.", "Il-konvinzjoni soda tagħna u bbażata fuq il-fatti li l-kummerċ iġib il-prosperità mhijiex se twaqqafna milli niddefendu l-ħaddiema tagħna u l-kumpaniji bil-mezzi leġittimi kollha meta nies oħrajn ma jirrispettawx ir-regoli.", "Permezz ta' din il-leġiżlazzjoni l-ġdida u sett ġdid ta' għodod modernizzati li dalwaqt se jkunu fis-seħħ, l-Ewropa se tkun tista' iżżomm kurrenti u tittratta b'mod iktar effettiv ir-realtajiet li qed jinbidlu marbutin mal-kummerċ internazzjonali.”", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ, Cecilia Malmström qalet: “Illum nilqgħu d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni l-ġdida antidumping u antiussidju tal-UE.", "Dan huwa żmien importanti fil-politika ta' difiża tal-kummerċ tagħna.", "Din turi l-impenn tal-UE għal strumenti għad-difiża tal-kummerċ b'saħħithom u effettivi.", "L-UE hija miftuħa għan-negozju.", "Iżda jeħtieġ li nipproteġu wkoll l-industrija tagħna minn kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet, b'mod partikolari minn pajjiżi li l-ekonomiji tagħhom huma distorti b'mod sinifikanti minħabba interferenza mill-istat.", "Il-pubblikazzjoni ta' rapporti tal-pajjiżi se tgħin biex timplimenta fil-prattika l-metodoloġija l-ġdida.", "Se tagħti wkoll lill-industrija tal-UE bażi li fuqha tkun tista' tippreżenta l-każ fir-rigward ta' pajjiżi fejn jeżistu d-distorsjonijiet.”", "Il-metodu standard għall-kalkolu ta' dumping huwa li jiġu mqabbla prezzijiet tal-esportazzjoni ma' prezzijiet tal-importazzjoni jew spejjeż fil-pajjiż tal-esportazzjoni.", "Jekk, minħabba l-intervent tal-istat fl-ekonomija, il-prezzijiet domestiċi jew spejjeż huma distorti, il-Kummissjoni ma tikkunsidrahomx meta tkun qed tikkalkola l-valur domestiku.", "Minflok, tuża valuri referenzjarji oħra li jirriflettu l-ispejjeż mhux distorti ta' produzzjoni u bejgħ.", "Il-metodoloġija l-ġdida tista' tapplika għal kwalunkwe membru tad-WTO.", "Qabel ma tkun applikata l-metodoloġija l-ġdida, se jkun neċessarju li jintwera li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tal-pajjiż tal-esportazzjoni bħala riżultat tal-interferenza tal-istat.", "Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni se teżamina l-evidenza kollha ppreżentata matul l-investigazzjoni, inkluż mill-industrija tal-UE.", "Il-Kummissjoni tista' tħejji wkoll rapporti li jiddeskrivu l-ekonomiji ta' ċerti pajjiżi jew setturi f'dan il-kuntest.", "B'mod parallel mal-pubblikazzjoni ta' tibdil fil-leġiżlazzjoni antidumping tal-UE, illum il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel rapport tal-pajjiż previst mil-leġiżlazzjoni l-ġdida.", "Il-Kummissjoni għażlet liċ-Ċina għall-ewwel rapport minħabba li l-parti l-kbira tal-attività antidumping tal-UE tirrigwarda importazzjonijiet minn dan il-pajjiż.", "Ir-rapport li ġie ppubblikat illum jiddeskrivi ċerti aspetti tal-ekonomija Ċiniża fattwalment filwaqt li jiffoka fuq il-makroekonomija tal-pajjiż; il-fatturi ewlenin ta' produzzjoni li jintużaw fil-proċessi kollha ta' produzzjoni (pereż. il-manodopera, l-enerġija); u ċerti setturi tal-ekonomija, inkluż l-azzar u ċ-ċeramika.", "Se jitħejjew rapporti oħra abbażi tal-istess kriterji: l-importanza relattiva tagħhom fl-attività antidumping tal-UE, kif ukoll fuq indikazzjonijiet li jista' jkun hemm distorsjonijiet relatati mal-interventi tal-gvern fl-ekonomija.", "Ir-rapport tal-pajjiż li jmiss se jirrigwarda r-Russja.", "L-industrija tal-UE tista' tiddependi fuq ir-rapporti tal-pajjiżi bħala evidenza biex titlob l-użu tal-metodoloġija l-ġdida fl-investigazzjonijiet antidumping.", "Matul kull investigazzjoni, il-Kummissjoni se teżamina jekk l-użu tal-metodoloġija l-ġdida għandhux ikun applikat fuq il-bażi tal-evidenza kollha li tinsab fil-fajl.", "Il-partijiet kollha kkonċernati minn investigazzjoni, inkluż il-gvern tal-pajjiż ikkonċernat kif ukoll il-produtturi esportaturi, se jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar u jikkontestaw kwalunkwe sejbiet li saru fir-rapporti matul l-investigazzjonijiet relevanti.", "L-istandards soċjali u ambjentali jista' jkollhom rwol skont il-metodoloġija l-ġdida.", "Meta jintgħażel il-pajjiż terz rappreżentattiv xieraq sabiex jissostitwixxi l-ispejjeż, minbarra d-dħul gross nazzjonali per capita jew indikaturi ekonomiċi rilevanti oħra, il-Kummissjoni se tqis ukoll il-livell ta' protezzjoni soċjali u ambjentali fil-pajjiż sors rappreżentattiv.", "Il-metodoloġija l-ġdida se ssaħħaħ ukoll il-leġiżlazzjoni tal-UE kontra s-sussidji ħalli f'każijiet futuri, kull sussidju ġdid li jinkixef matul investigazzjoni jkun jista' jiġi investigat u inkluż fid-dazji finali imposti.", "Sfond", "Fid-9 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal metodu ġdid li jikkalkola d-dumping fuq importazzjonijiet minn pajjiżi fejn hemm distorsjonijiet sinifikanti tas-suq.", "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim mal-proposta tal-Kummissjoni wara negozjati tripartiti fit-3 ta' Ottubru 2017.", "Għal Aktar Informazzjoni", "MEMO/17/5377", "Regolament", "Ir-rapport", "Il-linji gwida dwar il-proċeduri għal kumpaniji"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5352", "title": "L-integrazzjoni tar-refuġjati: Il-Kummissjoni tingħaqad mal-imsieħba soċjali u ekonomiċi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,HOMEAFF", "date": "Tue, 19 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["L-integrazzjoni tar-refuġjati: Il-Kummissjoni tingħaqad mal-imsieħba soċjali u ekonomiċi", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea u l-imsieħba Soċjali u Ekonomiċi tal-UE[1] ser jiffirmaw “Sħubija Ewropea għall-Integrazzjoni”, li tistabbilixxi l-prinċipji u l-impenji ewlenin sabiex tappoġġa u ssaħħaħ l-opportunitajiet għar-refuġjati u għall-migranti li jgħixu legalment fl-UE biex jintegraw fis-suq tax-xogħol Ewropew.", "Qabel iċ-ċerimonja tal-iffirmar, il-Kummissarju Avramopoulos iddikjara: “Il-parteċipazzjoni bikrija fis-suq tax-xogħol hija kruċjali sabiex l-integrazzjoni ta' ħaddiema ġodda, u b'mod partikolari tar-refuġjati, tirnexxi.", "Jeħtieġ li l-atturi kollha - pubbliċi u privati - jagħmlu l-parti tagħhom biex ir-refuġjati jiġu integrati b'suċċess, u huwa għalhekk li rridu ningħaqdu.", "Illum qed nimpenjaw ruħna li naħdmu flimkien mal-Imsieħba Soċjali u Ekonomiċi biex noħolqu dan il-mudell, li ma jkunx biss fil-livell Ewropew iżda anke fil-livell nazzjonali.", "Dan huwa l-uniku mod possibbli kif il-migrazzjoni ssir opportunità reali għal kulħadd, kemm għar-refuġjati kif ukoll għas-soċjetajiet tagħna.\"", "Il-Kummissarju Thyssen żiedet tgħid: “L-aħjar triq li twassal għall-integrazzjoni soċjali hija permezz tas-suq tax-xogħol.", "Huwa għalhekk li din it-triq għandha tkun l-iqsar u l-aktar sikura possibbli.", "Illum qed nagħmlu pass ieħor f'din id-direzzjoni hekk kif ningħaqdu mal-Imsieħba Soċjali u Ekonomiċi sabiex nindirizzaw l-isfidi u naħtfu l-opportunitajiet ta' integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol.", "Dan se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' swieq tax-xogħol u ta' soċjetajiet aktar inklużivi u biex jinkisbu riżultati aħjar u aktar sostenibbli għal kulħadd, b'mod konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.”", "Luca Visentini, is-Segretarju Ġenerali tal-ETUC, qal: “Il-Konfederazzjoni ETUC hija kuntenta ħafna li qed tingħaqad ma' din is-sħubija biex tippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għar-refuġjati u għall-persuni li jfittxu l-asil.", "Din hija kisba importanti.", "Fil-fehma tagħna, din għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-impenn tal-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet pubbliċi li jsaħħu l-opportunitajiet ta' impjieg għall-migranti u t-trattament ugwali tagħhom fl-Ewropa kollha.", "Nittamaw li s-sħubija tixpruna azzjonijiet effettivi u tipproduċi appoġġ prattiku.", "Hija meħtieġa wkoll bidla fil-politika dwar l-asil tal-UE, fejn l-enfasi, minn fuq is-sigurtà u l-kontroll tal-fruntieri biss tinbidel għal waħda aktar favur is-solidarjetà u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.”", "Markus J. Beyrer, id-Direttur Ġenerali tal-BusinessEurope, qal: “F'dawn l-aħħar snin ħafna refuġjati ngħataw id-dritt li jibqgħu fl-Ewropa.", "Dawn għandhom jingħataw appoġġ fl-isforzi tagħhom biex isiru attivi fis-swieq tax-xogħol malajr kemm jista' jkun.", "Il-ksib ta' riżultati huwa l-aħjar mod li bih l-Ewropa u l-Istati Membri tagħha jistgħu jwettqu l-impenn tagħna favur il-valuri soċjali.", "Il-pragmatiżmu huwa element li għandu jieħu preċedenza fit-tfassil tal-oqfsa legali li jħeġġu lill-impjegaturi biex jimpjegaw ir-refuġjati.”", "Veronique Willems, is-Segretarju Ġenerali tal-UEAPME, qalet: “Il-migrazzjoni fl-Ewropa hija fatt. L-integrazzjoni hija meħtieġa għas-soċjetà u l-ekonomija.", "Din hija responsabbiltà kondivża bejn diversi atturi.", "L-SMEs u l-organizzazzjonijiet tagħhom diġà jikkontribwixxu ħafna għall-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol, iżda dawn jeħtieġu aktar appoġġ.", "It-triq it-tajba hija dik li naħdmu flimkien aktar mill-qrib fil-livelli kollha”.", "Valeria Ronzitti, is-Segretarju Ġenerali tas-CEEP (Ċentru Ewropew għal Min Iħaddem u għall-Intrapriżi li jipprovdu Servizzi Pubbliċi u Servizzi ta' interess ġenerali), qalet: “L-impjegaturi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi għandhom rwol ewlieni x'jaqdu fl-appoġġ għall-integrazzjoni tal-migranti u r-refuġjati fl-Ewropa.", "Huma jaġixxu kemm bħala dawk li jagħtu l-ewwel rispons billi jipprovdu servizzi essenzjali u, aktar tard fil-proċess, bħala l-impjegaturi.", "Li jkunu parti mis-Sħubija Ewropea għall-Integrazzjoni se jgħin lill-membri tagħna fit-twettiq ta' din il-missjoni doppja, b'appoġġ u rikonoxximent aħjar tar-responsabbiltà kondiviża tagħna.”", "René Branders, il-President tal-Federazzjoni Belġjana tal-Kmamar tal-Kummerċ u rappreżentant tal-Eurochambres, qal: “L-istorja turi li ċ-ċivilizzazzjonijiet li jiftħu l-bibien tagħhom għall-immigrazzjoni, bħala konsegwenza, kibru u ffjorixxew.", "Sabiex l-Ewropa tibbenifika bl-istess mod, jeħtieġ li nintegraw il-migranti soċjalment u ekonomikament.", "Din mhijiex biss kwistjoni ta' solidarjetà jew ta' moralità: hija kwistjoni ta' evoluzzjoni f'dinja li qed tinbidel.", "Dan jeħtieġ approċċ ikkoordinat fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti, u huwa għalhekk li din is-Sħubija għandha rwol importanti x'taqdi.”", "L-integrazzjoni tista' tkun effettiva biss jekk l-atturi rilevanti kollha jwettqu r-rwol tagħhom: l-Istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali, l-imsieħba Soċjali u Ekonomiċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.", "Is-Sħubija għall-Integrazzjoni tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin għall-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol, inkluż l-għoti ta' appoġġ minn kmieni kemm jista' jkun, sabiex jiġi żgurat li mill-integrazzjoni jibbenifikaw kemm ir-refuġjati kif ukoll l-ekonomija u s-soċjetà inġenerali u jiġi żgurat ukoll approċċ li jinvolvi diversi partijiet ikkonċernati.", "Fost l-impenji li ħadu l-Imsieħba Soċjali u Ekonomiċi nsibu l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għall-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol, pereżempju l-organizzazzjoni ta' programmi ta' mentoring biex dawn jiġu integrati fuq il-post tax-xogħol jew l-iffaċilitar tal-identifikazzjoni, valutazzjoni u dokumentazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom.", "L-imsieħba impenjaw ruħhom ukoll li jippromwovu s-Sħubija fost il-membri tagħhom, u li jsaħħu l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli xierqa kollha.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tagħmel minn kollox biex, fost affarijiet oħra, tippromwovi s-sinerġiji ma' fondi tal-UE, tiżgura s-sinerġiji ma' inizjattivi oħra relatati fuq livell Ewropew u tkompli taħdem mal-korpi, gruppi, kumitati u netwerks rilevanti tal-UE kif ukoll mal-imsieħba Soċjali u Ekonomiċi sabiex jingħata appoġġ għall-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol.", "Is-sħubija se tiġi ffirmata minn Dimitris Avramopoulos, il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, u Marianne Thyssen, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema f'isem il-Kummissjoni.", "Sfond", "Fid-dawl tan-nuqqasijiet attwali u futuri ta' ħiliet u tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, jekk ma nilliberawx il-potenzjal tar-refuġjati fl-UE, din tkun ħela konsiderevoli ta' riżorsi, kemm għall-individwi kkonċernati kif ukoll għall-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm hi.", "Filwaqt li l-investimenti maħsuba għat-taħriġ u l-użu sħiħ tal-forza tax-xogħol eżistenti għandhom jibqgħu, ir-refuġjati — jekk ikunu integrati sew — jistgħu jikkontribwixxu daqstant ieħor għas-swieq tax-xogħol tal-UE u jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi.", "Skont xi studji, ir-refuġjati jiffaċċjaw ostakli sinifikanti biex jaċċessaw l-impjiegi u huma wieħed mill-aktar gruppi vulnerabbli ta' ċittadini mhux mill-UE fis-suq tax-xogħol.", "Fl-2014 ir-rata tal-impjiegi tar-refuġjati kienet ta' bejn 15 u 20 % inqas mil-livell ta' persuni nattivi, fejn in-nisa kellhom rati tal-impjiegi partikolarment baxxi.", "Barra minn hekk, ir-refuġjati spiss ikunu kwalifikati żżejjed għax-xogħlijiet li jagħmlu, li huwa parzjalment dovut għall-ħiliet baxxi tagħhom tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti, u parzjalment dovut għan-nuqqas ta' rikonoxximent uffiċjali jew mill-impjegatur tal-kwalifiki tagħhom.", "B'appoġġ għall-isforzi ta' Integrazzjoni mill-Istati Membri, fis-7 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.", "L-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, adottata mill-Kummissjoni fl-10 ta' Ġunju 2016, nediet 10 azzjonijiet biex it-taħriġ, il-ħiliet u l-appoġġ xierqa ikunu disponibbli għaċ-ċittadini fl-UE, fosthom il-valutazzjoni tal-profil tal-migranti u r-refuġjati sabiex dawn jtejbu l-ħiliet tagħhom.", "B'mod partikolari, l-Għodda tal-UE għall-Profili tal-Ħiliet ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi mnedija f'Novembru ta' din is-sena hija maħsuba biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, bħas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jew iċ-ċentri tal-integrazzjoni, joħolqu l-profil tal-ħiliet u l-esperjenza tax-xogħol ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u b'hekk jiffaċilitaw aċċess aktar malajr għall-impjiegi jew għat-taħriġ.", "F'xi każijiet, ir-refuġjati jkunu jistgħu jmorru lura lejn pajjiżhom, fejn jistgħu jaqdu rwol importanti fl-iżvilupp jew fil-bini mill-ġdid ta' pajjiżhom permezz tal-ħiliet li jkunu akkwistaw fl-UE.", "L-imsieħba Soċjali u Ekonomiċi għandhom l-impenn li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol.", "Waqt is-Summit Soċjali Tripartitiku tas-16 ta' Marzu 2016 ġiet ippreżentata dikjarazzjoni konġunta tal-Imsieħba Ekonomiċi u Soċjali Ewropej dwar il-kriżi tar-refuġjati.", "Fit-23 ta' Mejju 2017, waqt it-tieni Djalogu Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Migrazzjoni, l-impjegaturi u r-rappreżentanti tal-imsieħba Soċjali u Ekonomiċi ddiskutew l-isfidi u l-benefiċċji tal-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fis-suq tax-xogħol u tal-iskambju ta' prattiki tajbin.", "Dakinhar stess ġiet imnedija l-inizjattiva “L-impjegaturi flimkien għall-integrazzjoni”.", "Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa l-istrument ewlieni ta' finanzjament li jappoġġa l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol, inkluża l-integrazzjoni tal-migranti.", "Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) jista' wkoll jipprovdi finanzjament għal miżuri preparatorji għall-aċċess għas-suq tax-xogħol.", "F'Novembru 2017 (bi skadenza fl-1 ta' Marzu 2018) tnediet sejħa għal proposti taħt l-AMIF biex tappoġġa l-inizjattivi tal-impjegaturi u tal-imsieħba Soċjali u Ekonomiċi favur il-promozzjoni tal-integrazzjoni tar-refuġjati u ta' migranti oħra fis-suq tax-xogħol.", "Għal Aktar Informazzjoni", "It-test sħiħ tas-Sħubija Ewropea għall-Integrazzjoni", "Irreġistra għall-“Impjegaturi flimkien għall-Integrazzjoni”", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi", "Is-Sit Web Ewropew dwar l-Integrazzjoni", "Prattiki promettenti li jirrigwardaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali ta' persuni li jfittxu asil u tar-refuġjati fl-Istati Membri kollha tal-UE:", "L-Għodda tal-UE għall-Profili tal-Ħiliet ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi", "L-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati", "L-impjiegi u l-Iżvilupp Soċjali fl-Ewropa 2016, il-Kapitolu 3", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali", "[1]ETUC, BusinessEurope, UAPME, CEEP u Eurochambers"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5301", "title": "Prodotti sikuri fis-Suq Uniku tal-UE: il-Kummissjoni taġixxi biex issaħħaħ il-fiduċja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Mon, 18 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qiegħda tressaq żewġ proposti leġiżlattivi biex ikun aktar faċli għall-impriżi, fuq kollox l-SMEs, li jbigħu l-prodotti tagħhom madwar l-Ewropa, u biex jissaħħew il-kontrolli mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-uffiċjali tad-dwana sabiex jiġi evitat il-bejgħ ta' prodotti mhux sikuri lill-konsumaturi Ewropej.", "Il-Viċi-President Jyrki Katainen, responsabbli għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, sostna: “Is-Suq Uniku ta' 500 miljun konsumatur huwa storja kbira ta' suċċess tal-UE.", "Illum qegħdin inneħħu aktar xkiel, insaħħu l-fiduċja, u nagħmlu mezz biex in-negozji u l-konsumaturi Ewropej ikunu jistgħu jisiltu l-aqwa frott minnu.”", "Il-Kummissarju għas-Suq Intern, Elżbieta Bieńkowska, żiedet tgħid: “Is-Suq Uniku huwa mibni fuq il-fiduċja.", "Il-konsumaturi jridu jkunu kapaċi jafdaw li l-prodotti li jużaw ikunu tal-istess standards, jiġu minn fejn jiġu; u l-awtoritajiet pubbliċi jridu jkunu kapaċi jafdaw li l-prodotti fis-swieq nazzjonali tagħhom huma sikuri għaċ-ċittadini.", "L-iskandli tal-impjanti tas-sider u tal-każ ‘Dieselgate' naqqru din il-fiduċja, u rridu nerġgħu nibnuha b'kontrolli aktar stretti f'kull qasam.", "Ma hemm l-ebda post għall-prodotti difettużi fl-UE.”", "L-inizjattivi tal-lum huma ddisinjati biex itejbu żewġ aspetti taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija fl-UE:", "Il-prinċipju tar-”rikonoxximent reċiproku” jiżgura li l-prodotti li mhumiex soġġetti għal regolamentazzjoni li tkopri l-UE kollha, fil-prinċipju, jistgħu jiċċirkolaw b'mod ħieles fis-Suq Uniku, dejjem jekk jiġu kkummerċjalizzati skont il-liġi fi Stat Membru.", "Dan il-prinċipju għandu jippermetti lill-manifatturi jbigħu l-prodotti tagħhom mal-Ewropa kollha, mingħajr rekwiżiti addizzjonali.", "Iżda dan mhux dejjem jaħdem kif suppost.", "Fil-prattika, l-impriżi li jkunu jixtiequ jbigħu prodotti bħal żraben, pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda jew għamara fi Stat Membru ieħor ta' sikwit iħabbtu wiċċhom ma' xkiel, dewmien u spejjeż żejda.", "Biex il-prinċipju jsir aktar rapidu, aktar sempliċi u aktar ċar fil-prattika, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi Regolament ġdid dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Merkanzija.", "L-impriżi jkunu jafu jekk il-prodotti tagħhom jistgħux jinbigħu f'pajjiż ieħor tal-UE fi żmien xahrejn, flok jistennew is-snin.", "Barra minn hekk ikunu jistgħu jużaw dikjarazzjoni volontarja biex juru li l-prodotti tagħhom jilħqu r-rekwiżiti kollha rilevanti f'pajjiżhom.", "Dan għandu jgħin lill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra jevalwaw jekk ir-rikonoxximent reċiproku għandux japplika.", "B'mod simili, mekkaniżmu għas-soluzzjoni tal-problemi se jagħti lok għal riżoluzzjoni aktar malajr tat-tilwim bejn l-impriżi u l-awtoritajiet nazzjonali.", "It-taħriġ u l-iskambji bejn l-uffiċjali se jkomplu jtejbu wkoll il-kollaborazzjoni u l-fiduċja fost l-awtoritajiet nazzjonali.", "Dan mhux se jwaqqaf lill-awtoritajiet nazzjonali milli jqisu tħassib leġittimu ta' politika pubblika.", "Għad hemm wisq prodotti għall-bejgħ fis-suq tal-UE li mhumiex sikuri u mhumiex konformi: sa 32 % tal-ġugarelli, 58 % tal-elettroniċi, 47 % tal-prodotti tal-kostruzzjoni jew 40 % tat-tagħmir ta' protezzjoni personali li ġew spezzjonati ma jilħqux ir-rekwiżiti tas-sikurezza jew tal-informazzjoni għall-konsumatur kif previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE.", "Dan jipperikola lill-konsumaturi, u jqiegħed lin-negozji konformi f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ kompetittiv.", "L-abbozz tar-Regolament dwar il-Konformità u l-Infurzar se jgħin biex jinħoloq suq intern aktar ġust għall-merkanzija, billi titrawwem aktar kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq.", "Dan se jinkludi l-qsim ta' informazzjoni dwar il-prodotti illegali u dwar l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva kontra prodotti mhux konformi.", "Ir-Regolament se jgħin ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali jtejbu l-verifiki tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE.", "Billi 30 % tal-merkanzija fl-UE hija importata, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jissaħħu l-ispezzjonijiet fil-portijiet u fil-fruntieri esterni.", "Il-passi li jmiss", "L-abbozzi tar-Regolamenti issa se jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni.", "Ladarba jiġu adottati, se jkunu applikabbli direttament.", "Kuntest", "Is-Suq Uniku, li fl-2018 se jfakkar il-25 anniversarju tiegħu, huwa waħda mill-akbar kisbiet tal-UE, iddisinjat biex jippermetti ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni.", "Joffri għażla usa' u prezzijiet iktar baxxi għall-konsumaturi, kif ukoll opportunitajiet għall-professjonisti u għan-negozji.", "Bis-saħħa tiegħu, il-persuni jistgħu jivvjaġġaw, jgħixu, jaħdmu u jistudjaw kull fejn jixtiequ.", "Iżda dawn l-opportunitajiet mhux dejjem jissarrfu f'benefiċċji reali, għax ir-regoli tas-Suq Uniku ma jkunux magħrufa, ma jiġux implimentati jew sempliċiment jiġu mhedda minn xkiel mhux ġustifikat.", "Huwa għalhekk li fl-2015, il-Kummissjoni ppreżentat l-Istrateġija tas-Suq Uniku tagħha – pjan direzzjonali li għandu jwassal għar-riżultati mistennija mill-impenn politiku tal-President Juncker, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku, u biex dan isir il-punt tat-tluq biex l-impriżi Ewropej jistagħnew fl-ekonomija globali.", "Il-kummerċ fil-merkanzija jirrappreżenta 75 % tal-kummerċ intra-UE, u madwar 25 % tal-PDG tal-UE.", "Ir-regoli għall-prodotti tal-UE jkopru l-biċċa l-kbira sew tal-prodotti manifatturati fl-UE.", "Jammontaw għal valur ta' €2,400 biljun, u jiġu prodotti jew distribwiti minn madwar 5 miljun negozju.", "Ir-regoli tal-UE jippermettu lill-prodotti jiċċirkolaw b'mod ħieles mal-Unjoni kollha, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza.", "Pereżempju, il-leġiżlazzjoni tal-UE f'oqsma bħall-ġugarelli u l-kimiki huma fost l-aktar stretti fid-dinja.", "Il-proposti tal-lum jikkomplementaw inizjattivi oħra li diġà tressqu biex iwasslu riżultati tal-Istrateġija tas-Suq Uniku tal-2015: miżuri għall-protezzjoni mtejba tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, proposti dwar il-kummerċ-e, linji gwida dwar l-ekonomija kollaborattiva, passi lejn il-modernizzazzjoni tal-politika ta' standardizzazzjoni tal-UE, l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu, miżuri biex jagħtu spinta ġdida lis-settur tas-servizzi, u passi biex jissaħħu l-konformità u l-funzjonament fil-prattika tas-Suq Uniku tal-UE.", "Għal aktar tagħrif", "Mistoqsijiet Frekwenti", "Skeda informattiva – Is-Suq Uniku: il-kummerċ tal-merkanzija madwar l-Ewropa", "Proposta għal Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Merkanzija", "Proposta għal Regolament dwar il-Konformità u l-Infurzar", "Komunikazzjoni: Il-Pakkett dwar il-Merkanzija: Insaħħu l-fiduċja fis-Suq Uniku", "Rapport dwar l-operat tad-Direttiva dwar it-Trasparenza tas-Suq Uniku (id-Direttiva 2015/1535)", "Rapport dwar l-akkreditazzjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5312", "title": "L-Ewrobarometru Standard tal-Ħarifa 2017: Naħtfu l-opportunità la r-riħ in poppa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO", "date": "Mon, 18 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Skont l-Ewrobarometru l-ġdid ippubblikat illum, il-maġġoranza tal-Ewropej jaħsbu li l-qagħda tal-ekonomija hija tajba.", "Fiż-żona tal-euro l-appoġġ għall-euro huwa fl-ogħla livell tiegħu mill-2004 u l-ottimiżmu dwar il-ġejjieni tal-UE jegħleb il-pessimiżmu.", "Barra minn hekk, il-maġġoranza tal-Ewropej iqisu lill-UE bħala post ta' stabbiltà f'dinja mimlija problemi.", "Dawn huma wħud mir-riżultati ewlenin li ħarġu mill-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru Standard ippubblikat illum, flimkien mal-istħarriġ tal-Ewrobarometru Speċjali “Ġejjieni tal-Ewropa”.", "1.", "Qed jiżdiedu l-ottimiżmu dwar l-istat tal-ekonomija u l-appoġġ għall-euro", "Għall-ewwel darba mill-bidu tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fl-2007, l-Ewropej għandhom opinjoni aktar pożittiva dwar il-qagħda attwali tal-ekonomija Ewropea (48 %, żieda ta' 6 punti perċentwali mir-rebbiegħa tal-2017) milli waħda negattiva (39 %, tnaqqis ta' 7 punti perċentwali).", "Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu jiddikjaraw li l-qagħda attwali tal-ekonomija Ewropea hija tajba fi 23 Stat Membru (żieda mill-21 Stat Membru tar-rebbiegħa tal-2017).", "Mir-rebbiegħa tal-2017 'l hawn, żdiedu l-perċezzjonijiet pożittivi fi 23 Stat Membru, b'żidiet sostanzjali fi Spanja (39 %, żieda ta' 12-il punt perċentwali), il-Portugall (58 %, żieda ta' 11-il punt perċentwali) u l-Awstrija (63 %, żieda ta' 10 punti perċentwali).", "48 % tal-Ewropej iqisu li l-qagħda attwali tal-ekonomija nazzjonali tagħhom hija tajba (żieda ta' 2 punti perċentwali).", "Dan il-perċentwal huwa l-ogħla livell qatt irreġistrat mill-ħarifa tal-2007.", "Mir-rebbiegħa tal-2017, il-perċezzjoni pożittiva tal-qagħda ekonomika nazzjonali żdiedet f'19-il Stat Membru, l-aktar fil-Finlandja (71 %, żieda ta' 12-il punt perċentwali), fis-Slovenja (46 %, żieda ta' 12-il punt perċentwali), fl-Awstrija (77 %, żieda ta' 9 punti perċentwali) u fl-Ungerija (50 %, żieda ta' 9 punti perċentwali).", "Madankollu, il-perċezzjonijiet fost l-Istati Membri jvarjaw ħafna, pereżempju fin-Netherlands u fil-Ġermanja 91 % jqisu l-qagħda tal-ekonomija nazzjonali tagħhom bħala tajba filwaqt li fil-Greċja, 2 % biss huma tal-istess fehma.", "Fiż-żona tal-euro, tliet kwarti ta' dawk li wieġbu jappoġġaw l-euro (74 %, żieda ta' punt perċentwali), li huwa rekord ġdid għal dan il-perċentwal mill-2004 'l hawn.", "L-euro jgwadi mill-appoġġ ta' mill-inqas 80 % taċ-ċittadini f'seba' pajjiżi: is-Slovakkja, il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, l-Estonja, l-Irlanda u s-Slovenja.", "2.", "Il-livell ta' fiduċja fl-Unjoni Ewropea għadu għoli", "40 % tal-Ewropej għandhom immaġni pożittiva tal-UE; 37 % għandhom immaġni newtrali, filwaqt li l-proporzjon tal-Ewropej li għandhom immaġni negattiva tal-UE jibqa' f'livell baxx ta' 21 %.", "Dawn ir-riżultati baqgħu stabbli meta mqabbla mar-rebbiegħa tal-2017 u jikkonfermaw ix-xejra pożittiva rreġistrata mill-2016 'l hawn.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu għandhom immaġni pożittiva tal-UE f'14-il pajjiż, bl-ogħla perċentwali jkunu fl-Irlanda (59 %), fil-Bulgarija u fil-Lussemburgu (it-tnejn li huma b'57 %).", "Il-fiduċja fl-UE tammonta għal 41 % (tnaqqis ta' punt perċentwali).", "Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu għandhom fiduċja fl-UE fi 18-il Stat Membru (meta mqabbla mal-15-il pajjiż biss tar-rebbiegħa).", "L-aktar pajjiżi li għandhom fiduċja fl-UE huma l-Litwanja (64 %), il-Bulgarija (57 %) u l-Lussemburgu (56 %).", "Mill-2017 'l hawn, il-fiduċja fl-UE żdiedet f'għaxar pajjiżi, b'mod partikolari fil-Belġju (53 %, żieda ta' 7 punti perċentwali), fis-Slovakkja (48 %, żieda ta' 5 punti perċentwali) u fir-Repubblika Ċeka (35 %, żieda ta' 5 punti perċentwali).", "Min-naħa l-oħra, il-fiduċja fl-UE naqset fi 17-il Stat Membru.", "Il-biċċa l-kbira tal-Ewropej huma ottimisti dwar il-ġejjieni tal-UE (57 %, żieda ta' punt perċentwali).", "Dan huwa minnu għall-pajjiżi kollha, għajr għal 2 Stati Membri (żieda mill-24 tar-rebbiegħa tal-2017): il-Greċja (60 % “pessimisti” kontra 37 % “ottimisti”) u r-Renju Unit (48 % kontra 44 %).", "L-aktar pajjiżi ottimisti dwar il-ġejjieni tal-UE huma l-Irlanda (80 %), il-Lussemburgu (72 %) u Malta (70 %).", "Min-naħa l-oħra, l-inqas pajjiżi ottimisti huma Franza (49 %) u l-Italja (50 %).", "Il-fatt li 44 % tal-Ewropej jaqblu li “leħinhom jgħodd fl-UE”, huwa rekord ġdid għal dan l-indikatur mill-ħarifa tal-2004 'l hawn.", "Ma ninsewx ukoll li 70 % tal-Ewropej iħossuhom ċittadini tal-UE.", "“Il-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi fl-UE” u “l-paċi bejn l-Istati Membri tal-UE” jitqiesu bħala l-aktar żewġ kisbiet pożittivi tal-UE minn 57 % u 56 % tal-Ewropej, rispettivament.", "3.", "Il-migrazzjoni, segwita mit-terroriżmu jinsabu fil-quċċata tat-tħassib tal-Ewropej", "L-immigrazzjoni hija l-isfida ewlenija li qed taffaċċja bħalissa l-UE (39 %, żieda ta' punt perċentwali).", "Wara dan jiġi t-terroriżmu (38 %, tnaqqis ta' 6 punti perċentwali), li jinsab ferm qabel il-qagħda ekonomika (17 %, tnaqqis ta' punt perċentwali), l-istat tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri (16 %, tnaqqis ta' punt perċentwali) u l-qgħad (13 %, tnaqqis ta' 2 punti perċentwali).", "Fil-livell nazzjonali, it-tħassib ewlieni jibqa' l-qgħad (25 %, tnaqqis ta' 4 punti perċentwali) u l-immigrazzjoni (22 %, li baqa' l-istess).", "4.", "L-istħarriġ “Ġejjieni tal-Ewropa”", "75 % tal-Ewropej għandhom impressjoni pożittiva tal-Unjoni Ewropea bl-ogħla riżultati fil-Litwanja (91 %), fid-Danimarka (89 %) u fin-Netherlands (87 %).71 % tal-Ewropej jaħsbu li l-UE hija “post ta' stabbiltà f'dinja mimlija problemi” (żieda ta' 5 punti perċentwali mill-2016 'l hawn).", "Sfond", "L-“Ewrobarometru Standard tal-Ħarifa 2017” (EB 88) sar permezz ta' intervisti wiċċ imb wiċċ bejn il-5 u d-19 ta' Novembru 2017.", "Ġew intervistati 33,193 persuna mill-Istati Membri tal-UE u mill-pajjiżi kandidati[1].", "L-Ewrobarometru Speċjali 467 “Ġejjieni tal-Ewropa” sar permezz ta' intervisti bit-telefon bejn it-23 ta' Settembru u t-2 ta' Ottubru 2017.", "Ġew intervistati 27,881 persuna mill-Istati Membri tal-UE.", "Għal Aktar Informazzjoni", "- Ewrobarometru Standard 88", "- Ir-rapport għall-istħarriġ tal-Ewrobarometru Speċjali 467 “Ġejjieni tal-Ewropa”", "[1] It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (l-UE), ħames pajjiżi kandidati (l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija) u l-Komunità Ċiprijotta Torka fil-parti tal-pajjiż li mhix ikkontrollata mill-gvern tar-Repubblika ta' Ċipru."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_5361", "title": "Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tapprova l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ta' Malta suġġett għal impenji", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY", "date": "Mon, 18 Dec 2017 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea approvat kundizzjonalment l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ ta' Malta għal perjodu ta' 10 snin, skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.", "L-iskema se tiżgura kundizzjonijiet indaqs bejn kumpaniji tat-tbaħħir Maltin u Ewropej oħrajn, u se tinkoraġġixxi r-reġistrazzjoni tal-bastimenti fl-Ewropa.", "Il-Kummissarju Margrethe Vestager, inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni, qalet “Is-sistemi tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ huma maħsubin biex jippromwovu l-kompetittività tal-industrija tat-tbaħħir tal-UE f'suq globali mingħajr ma jfixklu bla bżonn il-kompetizzjoni.", "Jien kuntenta li Malta impenjat ruħha li tadatta s-sistema tat-taxxa ta' tunnellaġġ tagħha biex tikseb dan.", "Barra minn hekk, filwaqt li tħeġġeġ ir-reġistrazzjoni ta' bastimenti fl-UE, din l-iskema se tippermetti lill-industrija Ewropea tat-tbaħħir biex iżżomm l-istandards soċjali u ambjentali għoljin tagħha”.", "Fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni fil-fond fl-iskema tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ta' Malta sabiex teżamina l-kompatibilità tagħha mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.", "Bid-deċiżjoni tal-lum, il-Kummissjoni tapprova l-iskema Maltija, soġġett għall-emendi introdotti minn Malta.", "L-investigazzjoni fil-fond tal-Kummissjoni sabet li ċerti karatteristiċi tal-iskema oriġinali, bħall-eżenzjonijiet mit-taxxa applikati għar-residenti Maltin u l-kamp wiesa' ta' applikazzjoni li testendi għal bastimenti li ma jwettqux attivitajiet marittimi ta' trasport, kienu qed jiksru r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.", "B'riżultat ta' dan, Malta ħadet l-impenn biex tintroduċi għadd ta' bidliet fl-iskema tagħha biex tipprevjeni kull diskriminazzjoni bejn il-kumpaniji tat-tbaħħir u biex jiġu evitati distorsjonijiet żejda fil-kompetizzjoni.", "B'mod partikolari, Malta qablet li tirrestrinġi l-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema għat-trasport marittimu u li tneħħi dawk l-eżenzjonijiet fuq it-taxxa għal azzjonisti, li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.", "Skont l-iskema Maltija, kumpanija tat-tbaħħir hija intaxxata abbażi tat-tunnellaġġ nett tal-bastiment (jiġifieri skont il-volum tiegħu) minflok fuq il-profitti reali tal-kumpanija.", "B'mod partikolari, it-taxxa fuq it-tunellaġġ se tiġi applikata għal:", "· dħul ewlieni tal-kumpanija tat-tbaħħir minn attivitajiet ta' tbaħħir, bħall-merkanzija u t-trasport tal-passiġġieri;", "· ċerti dħul anċillari tal-kumpanija tat-tbaħħir li huma marbuta mill-qrib ma' attivitajiet ta' tbaħħir (li iżda, huma limitati għal massimu ta' 50% tad-dħul mill-operat tal-bastiment); kif ukoll", "· dħul tal-kumpanija tat-tbaħħir mill-irmonk u t-tħammil, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.", "Jekk kumpanija tat-tbaħħir trid tibbenefika mill-iskema, parti sinifikanti tal-flotta tagħha għandha ttajjar il-bandiera ta' Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).", "Barra minn hekk, kull parteċipant ġdid fl-iskema għandu jkollu ta' mill-inqas 25% tal-flotta tiegħu soġġett għat-taxxa tat-tunnellaġġ b'bandiera taż-ŻEE.", "Il-Kummissjoni vvalutat il-miżuri emendati skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari l-Linji Gwida tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu.", "Ikkonkludiet li l-iskema Maltija emendata hija konformi mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li l-ħelsien mit-taxxa mogħti huwa strument xieraq biex tiġi indirizzata l-kompetizzjoni globali u se tipprovdi l-inċentivi tajbin biex iżżomm l-impjiegi marittimi fl-UE filwaqt li tippreserva l-kompetizzjoni fi ħdan is-Suq Uniku tal-UE.", "Kuntest", "Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta' bdil tal-istat tal-bandiera u r-rilokazzjoni ta' kumpaniji tat-tbaħħir lejn pajjiżi b'taxxa baxxa 'l barra mill-UE, il-Linji Gwida tal-2004 tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu jippermettu lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri li jtejbu l-klima fiskali għall-kumpaniji tat-tbaħħir.", "Wieħed mill-iktar miżuri importanti hija t-taxxa fuq it-tunnellaġġ fejn il-kumpaniji tat-tbaħħir jistgħu japplikaw biex jiġu intaxxati abbażi ta' profitt teoretiku jew fuq it-tunnellaġġ li joperaw, minflok ma jiġu taxxati skont is-sistema normali korporattiva tat-taxxa.", "Kumpaniji li huma attivi biss fit-trasport marittimu huma eliġibbli għal tali miżuri skont il-Linji Gwida Marittimi.", "Azzjonisti f'kumpaniji tat-tbaħħir huma esklużi minn trattament fiskali preferenzjali.", "Mill-2004, il-prattika tat-teħid ta' deċiżjoniiet tal-Kummissjoni skont il-Linji Gwida Marittimi ikkjarifikat iktar l-attivitajiet eliġibbli ta' trasport u l-kundizzjonijiet ta' kumpattibilità biex tiżgura li l-objettivi ewlenin tal-Linji Gwida Marittima jiġu sodisfati.", "Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jkunx hemm riperkussjonijiet mit-trattament favorevoli tat-taxxa tal-kumpaniji tat-tbaħħir għal setturi oħra mhux relatati tat-trasport marittimu u li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fuq reġistri u bnadar oħrajn tal-Istati taż-ŻEE.", "Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni se tkun disponibbli taħt in-numru tal-każ SA.33829 fir-Reġistru tal-Għajnuna mill-Istat u fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni ladarba jkunu riżolti xi kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità li jista' jkun hemm.", "Pubblikazzjonijiet ġodda dwar id-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fuq l-internet u fil-Ġurnal Uffiċjali huma elenkati fuq State Aid Weekly e-News."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_15_4729", "title": "Nagħtu Vuċi liċ-Ċittadini: Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Mon, 30 Mar 2015 22:00:00 GMT", "text": ["F’dawn l-aħħar tliet snin, madwar sitt miljun Ewropew appoġġaw l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) u użaw il-vuċi tagħhom biex iressqu kawżi importanti direttament għall-attenzjoni ta’ dawk li jfasslu l-politika Ewropea.", "Illum il-Kummissjoni Ewropea tippubblika Rapport li jħares lejn l-applikazzjoni ta’ din l-għodda l-ġdida sa mid-dħul fis-seħħ tagħha fl-1 ta’ April 2012.", "Il-fatt li żewġ Inizjattivi taċ-Ċittadini għaddew mill-proċess sħiħ juri li r-Regolament li jistabbilixxi l-ECI ġie implimentat fl-intier tiegħu.", "Madankollu, ir-rapport jirrikonoxxi li għad hemm lok biex jittejjeb il-proċess u jidentifika numru ta’ kwistjonijiet possibbli għal aktar dibattitu mal-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: \"L-ECI hija waħda mill-elementi fundamentali għat-tisħiħ tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej u għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika Ewropea.", "Għandna nfittxu modi innovattivi biex inħeġġu użu aktar u effettiv tal-għodda.", "Dan huwa strument importanti, u aħna rridu niżguraw li din tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha.”", "Skont ir-regoli stabbiliti fit-Trattat ta’ Lisbona, jekk l-Inizjattiva taċ-Ċittadini tiġbor aktar minn miljun dikjarazzjoni ta’ appoġġ (firem), f’qasam fejn il-Kummissjoni Ewropea għanda l-kompetenza li tipproponi liġi, imbagħad il-Kummissjoni jeħtiġilha formalment li tiddiskuti l-kwistjoni u tippubblika tweġiba f’forma ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni.", "Ir-Rapport juri li, f’dawn l-aħħar tliet snin, il-Kummissjoni waslulha 51 talba biex titnieda inizjattiva.", "Minn dawn il-51 talba, 31 kienu f’oqsma ta’ kompetenza tal-Kummissjoni u ġew irreġistrati; s’issa tlieta minnhom laħqu l-limitu ta’ miljun firma; tnax minnhom waslu fi tmiem il-perjodu tal-ġbir tagħhom mingħajr ma laħqu l-livell limitu; tlieta minnhom għadhom qed jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ; u għaxra minnhom ġew irtirati mill-organizzaturi.", "Id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ ġew riċevuti minn ċittadini f’kull wieħed mit-28 Stat Membru tal-UE.", "Madankollu, hemm sitwazzjonijiet fejn xi ċittadini ma kinux kapaċi jappoġġaw l-Inizjattivi minħabba rekwiżiti diverġenti tal-Istati Membri.", "Il-Kummissjoni hija involuta f’diskussjonijiet kostruttivi mal-Istati Membri kkonċernati biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u jiġu adottati miżuri llum biex jiffaċilitaw riżoluzzjoni.", "Il-ħolqien ta’ sistemi ta’ ġbir onlajn għall-firem wera wkoll li kien diffiċli għall-organizzaturi u f’xi każijiet kellu impatt fuq il-ħin disponibbli biex jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ.", "Il-Kummissjoni offriet li tospita soluzzjonijiet temporanji għall-organizzaturi u riċentement ikkummissjonat studju dwar l-impatti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni fuq l-ECI biex tinstab soluzzjoni sostenibbli.", "Sfond", "L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ġiet introdotta permezz tat-Trattat ta’ Lisbona.", "Ir-regoli u l-proċeduri huma stabbiliti f’Regolament adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fis-16 ta’ Frar 2011.", "Ir-Regolament beda japplika fl-1 ta’ April 2012.", "Ir-Regolament jipprevedi li sal-1 ta’ April 2015 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tiegħu.", "Għal iktar informazzjoni:", "Ir-Rapport dwar l-ECI", "Ir-Regolament tal-ECI - il-verżjoni konsolidata", "Websajt tal-ECI", "Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ECI Right2Water", "Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ECI One of US"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1496", "title": "L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni: L-UE teħtieġ li ssostni l-progress li sar matul dawn l-aħħar erba' snin", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 05 Mar 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Qabel il-Kunsill Ewropew ta' Marzu, il-Kummissjoni llum qed tieħu kont tal-progress li sar matul dawn l-aħħar erba' snin u tistabbilixxi l-miżuri li għadhom meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi immedjati u futuri tal-migrazzjoni.", "Milquta bl-aktar kriżi serja tar-refuġjati li d-dinja qatt rat mit-Tieni Gwerra Dinjija, l-UE rnexxielha twassal għal bidla fil-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-protezzjoni tal-fruntieri.", "L-UE offriet protezzjoni u appoġġ lil miljuni ta' persuni, ħarset il-ħajjiet, żmantellat in-netwerks ta' kuntrabandu u ġabet il-wasliet irregolari fl-Ewropa fl-aktar livell baxx irreġistrat f'ħames snin.", "Madankollu, aktar ħidma hija meħtieġa biex il-politika tal-migrazzjoni tal-UE ssir verament valida għall-futur fid-dawl ta' kuntest ġeopolitiku li qed jevolvi b'mod kostanti u ta' żieda fil-pressjoni migratorja fuq skala globali (ara l-Iskeda Informattiva).", "L-Ewwel Viċi President, Frans Timmermans, qal: “Tul l-erba' snin li għaddew, l-UE għamlet progress sinifikanti b'riżultati tanġibbli fl-indirizzar tal-isfida tal-migrazzjoni.", "F'ċirkustanzi diffiċli ħafna, aħna aġixxejna flimkien.", "L-Ewropa m'għadhiex tesperjenza l-kriżi tal-migrazzjoni li għaddejna minnha fl-2015, iżda għad hemm problemi strutturali.", "L-Istati Membri għandhom id-dmir li jipproteġu u jħarsu lil dawk li joffru kenn.", "Li nkomplu naħdmu flimkien permezz ta' approċċ komprensiv, f'solidarjetà, u b'kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, hija l-unika triq 'il quddiem biex l-UE tkun lesta għall-isfida tal-migrazzjoni.”", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE u l-Viċi President Federica Mogherini qalet: “Il-ħidma tagħna mal-Unjoni Afrikana u n-Nazzjonijiet Uniti qed twassal għal riżultati.", "Aħna qed ngħinu lil eluf ta' nies li tħallew l-art, biex ngħinu lil ħafna minnhom biex imorru lura d-dar biex jibdew attività, u b'hekk insalvaw il-ħajjiet, niġġieldu kontra t-traffikanti.", "Il-flussi naqsu, iżda xorta waħda għadhom wisq li jpoġġu ħajjithom f'riskju u kull ħajja unika li ma tiġix salvata hija waħda wisq.", "Huwa għalhekk li ser inkomplu nikkooperaw mas-sħab internazzjonali tagħna u mal-pajjiżi kkonċernati dwar l-għoti ta' protezzjoni lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn, li nindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, li nżarmaw ix-xbieki ta' traffikanti, li nistabbilixxu toroq għal migrazzjoni sikura, ordnata u legali.", "Il-migrazzjoni tibqa' bħala sfida globali li tista' tiġi indirizzata, kif għażilna li nagħmlu bħala UE, b'ħidma konġunta u sħubiji b'saħħithom.”", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: “Ir-riżultati tal-approċċ Ewropew komuni tagħna dwar il-migrazzjoni huma ċari: il-wasliet irregolari issa huma aktar baxxi minn qabel il-kriżi, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ġabet protezzjoni konġunta tal-fruntieri tal-UE għal livell ġdid u flimkien mal-imsieħba tagħna aħna qed naħdmu biex niżguraw toroq legali filwaqt li nintensifikaw ir-ritorni.", "Meta nħarsu ‘'l quddiem, huwa essenzjali li nsegwu l-approċċ komuni tagħna iżda wkoll li titlesta r-riforma kontinwa tas-sistema tal-ażil tal-UE.", "Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti temporanji dwar l-iżbark bħala prijorità.”", "Għal tliet snin konsekuttivi, iċ-ċifri tal-wasliet naqsu b'mod kostanti, u l-livelli attwali huma biss 10 % ta' dak li kienu fil-quċċata tagħhom fl-2015.", "Fl-2018, madwar 150 000 qsim irregolari kienu identifikati bejn il-fruntieri esterni tal-UE.", "Izda l-fatt li l-għadd ta' wasliet irregolari ġie mnaqqas mhuwiex garanzija għall-futur, jekk titqies il-kontinwazzjoni probabbli tal-pressjoni migratorja.", "Għalhekk huwa essenzjali li jiġi segwit approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-protezzjoni tal-fruntieri.", "Miżuri immedjati meħtieġa", "L-aktar kwistjonijiet urġenti li jeħtieġu aktar ħidma huma:", "Fir-rigward tal-migrazzjoni, approċċ komprensiv huwa indispensabbli – li jħaddan azzjoni ma' sħab barra l-UE, fil-fruntiera esterna, u ġewwa l-UE.", "Mhuwiex biżżejjed li wieħed jikkonċentra biss fuq l-aktar kwistjonijiet urġenti.", "Is-sitwazzjoni teħtieġ azzjoni kontinwa u determinata fil-firxa sħiħa tal-approċċ komprensiv tul kull wieħed mill-erba' pilastri tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni:", "1.", "It-teħid ta' azzjoni fil-konfront tas-sewwieqa tal-migrazzjoni irregolari: Fuq l-erba' snin li għaddew, il-migrazzjoni saret integrata sew fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet esterni tal-UE:", "2.", "Ġestjoni Aktar b'Saħħitha tal-Fruntieri: Stabbilita fl-2016, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta hija llum fiċ-ċentru tal-ħidma tal-UE biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-protezzjoni tal-fruntieri esterni.", "F'Settembru 2018, il-Kummissjoni pproponiet li tkompli ssaħħaħ il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li tgħammar lill-Aġenzija b'korp permanenti ta' 10 000 gwardja tal-fruntiera biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu dejjem fuq appoġġ operattiv sħiħ mill-UE.", "Il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri biex jadottaw ir-riforma qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.", "Sabiex jevitaw il-lakuni, l-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll użu suffiċjenti ta' esperti u tagħmir għall-Aġenzija.", "3.", "Protezzjoni u ażil: L-UE se tkompli tipprovdi appoġġ lir-refuġjati u lill-persuni spostati f'pajjiżi terzi, inkluż fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, kif ukoll toffri kenn għal persuni fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali.", "Aktar minn 50 000 persuna risistemata ġew risistemati skont skemi tal-UE sa mill-2015.", "Lezzjoni ewlenija li tgħallimna mill-kriżi tal-migrazzjoni hija l-bżonn ta' tiġdid tar-regoli tal-ażil tal-UE u li tiġi stabbilita sistema li tkun ġusta u adattata għall-iskop tagħha u li tkun tista' tiġġestixxi kull żieda futura fil-pressjoni migratorja.", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti kollha meħtieġa u tappoġġa b'mod qawwi approċċ pass pass biex kull proposta titressaq 'il quddiem.", "Dawn il-proposti li dalwaqt jiġu ffinalizzati jenħtieġ li jiġu adottati qabel l-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej.", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem kemm mal-Parlament Ewropew kif ukoll mal-Kunsill biex tagħmel progress lejn il-linja ta' tlestija.", "4.", "Il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni:it-toroq tal-migrazzjoni legali jservu ta' diżinċentiv għat-tluq irregolari u huma element importanti biex il-migrazzjoni ordnata u bbażata fuq il-ħtiġijiet issir il-mod prinċipali ta' dħul fl-UE.", "Il-Kummissjoni dalwaqt se tippreżenta evalwazzjoni komprensiva tal-qafas tal-migrazzjoni legali tal-UE.", "B'mod parallel, jenħtieġ li l-Istati Membri jintensifikaw l-użu ta' proġetti pilota volontarji u legali tal-migrazzjoni.", "L-integrazzjoni b'suċċess ta' persuni li għandhom dritt ta' soġġorn hija kruċjali biex il-migrazzjoni tkun tista' tirnexxi u l-baġit tal-UE investa aktar minn EUR 140 miljun f'miżuri ta' integrazzjoni fis-snin 2015-17.", "Għal aktar informazzjoni", "Komunikazzjoni — Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni", "Skeda informattiva: Bidla sinifikanti fil-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà tal-fruntieri: skeda ta' żmien", "Skeda informattiva: Il-fatti għandhom importanza: it-twarrib ta' miti dwar il-migrazzjoni", "Skeda informattiva: Il-migrazzjoni: Miżuri immedjati meħtieġa", "Skeda informattiva — Azzjonijiet tal-UE tul ir-Rotta tal-Punent tal-Mediterran", "Skeda informattiva — Azzjonijiet tal-UE tul ir-Rotta taċ-Ċentru tal-Mediterran"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1568", "title": "L-Unjoni tas-Swieq Kapitali: Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim dwar regoli ġodda għal titjib ulterjuri fl-aċċess għas-swieq kapitali għal negozji iżgħar*", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Tue, 05 Mar 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim politiku li ntlaħaq illum bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri dwar regoli ġodda li se jkomplu jgħinu lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) biex jiffinanzjaw it-tkabbir tagħhom, jinnovaw u joħolqu l-impjiegi.", "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għad iridu japprovaw ir-regoli b'mod formali.", "Ir-regoli l-ġodda, li huma element essenzjali tal-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK), se jiżguraw li n-negozji iktar żgħar fl-UE jkollhom aċċess għal sorsi diversifikati ta' finanzjament f'kull stadju tal-iżvilupp tagħhom.", "B'mod partikolari, ir-regoli riveduti se jagħmlu l-aċċess għas-swieq pubbliċi irħas u eħfef għall-SMEs permezz tal-hekk imsejħa “Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs”, kategorija ġdida ta' post tan-negozjar iddedikata għal emittenti żgħar.Il-kwotazzonijiet fil-borża jistgħu jagħtu spinta sinifikanti lill-intrapriżi żgħar u medji, inkluż inqas dipendenza fuq il-finanzjament mill-banek, bażi ta' investituri iktar wiesgħa, aċċess eħfef għal kapital ta' ekwità addizzjonali u finanzjament tad-dejn, u profil pubbliku ogħla u iktar rikonoxximent tal-marka.", "Il-Viċi President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis, li huwa responsabbli għall-Euro u d-Djalogu Soċjali, u inkarigat ukoll mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: \"Fid-dawl tal-importanza tagħhom għall-ekonomija tal-UE, irridu niżguraw li l-SMEs igawdu mill-aħjar kundizzjonijiet ta' finanzjament possibbli biex jikbru u jinnovaw.", "Il-ftehim politiku tal-lum huwa pass importanti biex ir-regoli dwar l-aċċess għas-swieq tal-kapital mill-SMEs ikunu idonei għal dak l-għan.", "Dawn il-miżuri se jippermettu lill-SMEs jiżviluppaw u jipprosperixxu mingħajr ma jkunu mxekkla minn spejjeż u burokrazija żejda, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' integrità tas-suq u protezzjoni tal-investituri.\"", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, li huwa responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: \"Nixtieq nirringrazzja lill-Parlament u lill-Kunsill talli aġixxew malajr biex jintlaħaq ftehim li juri kemm huma importanti l-SMEs għall-Unjoni tas-Swieq Kapitali.", "Il-miżuri maqbula se jgħinu biex jgħaddi iktar investiment lill-SMEs tal-Ewropa, u b'hekk jitrawmu l-innovazzjoni, l-impjiegi u t-tkabbir.\"", "Il-proposta tipprevedi emendi mmirati lejn żewġ biċċiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji, jiġifieri r-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq (MAR) u r-Regolament dwar il-Prospett.", "L-emendi għar-regoli dwar l-abbuż tas-suq biex jinstab bilanċ għandhom l-għan li jnaqqsu l-burokrazija għan-negozji ż-żgħar filwaqt li jissalvagwardjaw l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur.", "Il-qafas rivedut joħloq ukoll sett komuni ta' regoli dwar il-kuntratti ta' likwidità għas-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs fl-Istati Membri kollha filwaqt li lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jagħtihom flessibilità biżżejjed biex ifasslu l-prattiki tas-suq għall-kundizzjonijiet lokali.", "Dan se jiżgura likwidità minima u jnaqqas il-volatilità tal-ishma tal-SMEs.", "Il-bidliet proposti għar-Regolament dwar il-Prospett se jippermettu lill-emittenti fis-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs jipproduċu prospett eħfef meta jittrasferixxu lejn suq regolat (jiġifieri borża ewlenija), li jistgħu jissarrfu fi ffrankar sinifikanti fl-ispejjeż għall-SMEs li jkunu qed jikbru.", "Il-Passi li Jmiss", "Wara dan il-ftehim politiku se jkun hemm aktar ħidma teknika sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jadottaw formalment it-testi finali.", "Sfond", "F'Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li jiġu adottati regoli iktar proporzjonati biex tkun appoġġata l-kwotazzjoni tal-SMEs filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-protezzjoni tal-investituri u l-integrità tas-suq.", "L-inizjattiva tiffoka fuq \"is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs\", kategorija ġdida ta' faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali maħluqa mid-Direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID II) minn Jannar 2018 biex tiffaċilita l-aċċess għall-kapital għall-SMEs, jiġifieri kumpaniji li għandhom kapitalizzazzjoni tas-suq medja ta' inqas minn €200 miljun.", "Dan huwa parti minn sett ta' miżuri usa' mħabbar fl-2017 fil-kuntest tar-Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-USK, u li għandu l-għan li jagħmilha eħfef biex SMEs bi tkabbir għoli jaċċessaw is-swieq kapitali pubbliċi (il-Pakkett tal-Kwotazzjoni tal-SMEs).", "L-inizjattiva tinkludi żewġ testi:", "* [Aġġornatat fis-14:25 tas-06/03/2019]"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1532", "title": "L-Iskrinjar tal-Investiment Barrani: il-qafas Ewropew il-ġdid se jidħol fis-seħħ f'April 2019", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Mon, 04 Mar 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kunsill tal-UE llum approva qafas ġdid biex iwettaq skrinjar tal-investimenti diretti barranin li jidħlu fl-Unjoni Ewropea, u b'hekk ikkonkluda l-proċess leġiżlattiv dwar din il-proposta.", "Dan ifisser li l-qafas il-ġdid se jidħol fis-seħħ f'April ta' din is-sena.", "Abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni ppreżentata mill-President Juncker fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017, il-qafas il-ġdid se jgħin biex jissalvagwardja s-sigurtà, l-ordni pubbliku u l-interessi strateġiċi tal-Ewropa f'dak li jirrigwarda l-investimenti barranin fl-Unjoni tagħna.", "B'reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Kunsill, il-President Jean-Claude Juncker qal: “Id-deċiżjoni tal-lum hija prova li l-UE kapaċi taġixxi f'qasir żmien meta l-interessi strateġiċi taċ-ċittadini u tal-ekonomija tagħna jkunu f'riskju.", "Bis-saħħa tal-qafas il-ġdid għall-iskrinjar tal-investimenti, bħalissa ninsabu ferm aktar attrezzati biex naċċertaw li l-investimenti minn pajjiżi barra mill-UE jkunu fil-fatt ta' ġid għall-interessi tagħna.", "Jien ħadt impenn li naħdem għal Ewropa li tipproteġi, fil-kummerċ kif ukoll f'oqsma oħra; bis-saħħa tad-dħul fis-seħħ ta' din il-leġiżlazzjoni, aħna qed inwettqu parti kruċjali mill-wegħda tagħna.”", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Cecilia Malmström stqarret: \"Jiena tassew kuntenta bid-deċiżjoni meħuda llum mill-Kunsill.", "L-UE tiggwadanja ferm mill-investiment barrani u dan għandu rwol fundamentali fl-ekonomiji tagħna.", "Madankollu, rajna żieda riċenti fl-investiment fis-setturi strateġiċi tagħna u dan wassal għal dibattitu pubbliku san dwar din il-kwistjoni.", "Bis-saħħa ta' dan il-qafas ġdid, ninsabu f'pożizzjoni ferm aħjar biex inwettqu monitoraġġ tal-investimenti barranin u nissalvagwardjaw l-interessi tagħna.", "Issa ninsab ħerqana li naħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex din il-leġiżlazzjoni l-ġdida tiġi implimentata b'mod effettiv.”", "Il-qafas il-ġdid se:", "Wara l-approvazzjoni tal-lum mill-Istati Membri fil-Kunsill u l-vot pożittiv mill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Frar, il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE li tistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti fl-UE kollha issa mistennija tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin, 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.", "Sussegwentement, l-Istati Membri u l-Kummissjoni se jkollhom 18-il xahar biex jimplimentaw l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu l-ġdid.", "Diġà jinsabu għaddejjin tħejjijiet inkluż skambju regolari ta' informazzjoni u tal-aħjar prassi mal-Istati Membri fil-grupp ta' esperti apposta li twaqqaf fl-2017.", "Sfond", "Bħalissa hemm 14-il Stat Membru li għandhom mekkaniżmi nazzjonali ta' skrinjar fis-seħħ.", "Għalkemm dawn huma differenti fit-tfassil u fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, għandhom l-istess għan li jippreservaw is-sigurtà u l-ordni pubbliku fil-livell nazzjonali.", "Diversi Stati Membri jinsabu fil-proċess li jirriformaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom jew li jadottaw oħrajn ġodda.", "L-UE għandha wieħed mill-aktar reġimi ta' investiment miftuħa fid-dinja, kif irrikonoxxut mill-OECD fl-indiċi tagħha għar-restrizzjoni tal-investiment.", "L-UE hija d-destinazzjoni ewlenija tal-investiment dirett barrani fid-dinja: l-istokks tal-investiment dirett barrani li għandhom investituri minn pajjiżi terzi fl-UE kienu jammontaw għal EUR 6 295 biljun fi tmiem l-2017.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva li tippreżenta l-qafas il-ġdid", "It-test tar-Regolament il-ġdid tal-UE", "Il-politika tal-investiment barrani tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1480", "title": "Sabiex nagħlqu ċ-ċiklu: il-Kummissjoni twettaq il-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO,RULELAW,JOBGIC", "date": "Sun, 03 Mar 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Kull waħda mill-54 azzjoni skont il-pjan imniedi fl-2015 issa ġew konklużi jew qed jiġu implimentati.", "Dan se jikkontribwixxi biex jagħti spinta lill-kompetittività tal-Ewropa, jimmodernizza l-ekonomija u l-industrija tagħha biex jinħolqu l-impjiegi, jiġi mħares l-ambjent u jiġi ġġenerat tkabbir sostenibbli.", "Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari li adottat f'Diċembru 2015.", "Ir-rapport jippreżenta r-riżultati ewlenin tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u jfassal sfidi miftuħa biex titwitta t-triq lejn ekonomija ċirkolari kompetittiva u newtrali mil-lat tal-klima, fejn il-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali u tal-ilma ħelu kif ukoll l-ekosistemi tiġi minimizzata.", "Is-sejbiet tar-rapport se jiġu diskussi waqt il-Konferenza tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari annwali li se ssir fi Brussell fis-6 u s-7 ta' Marzu.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans, responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli, stqarr: “L-ekonomija ċirkolari hija kruċjali biex inpoġġu l-ekonomija tagħna fuq triq sostenibbli u nwettqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli globali.", "Dan ir-rapport juri li l-Ewropa hija minn ta' quddiem bħala pijunier għall-bqija tad-dinja.", "Fl-istess ħin għad fadal ħafna xi jsir biex niżguraw li nżidu l-prosperità tagħna fil-limiti tal-pjaneta tagħna u nagħlqu ċ-ċirku sabiex ma jkunx hemm ħela tar-riżorsi prezzjużi tagħna.”", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli għall-impjiegi, it-tkabbir, l-investiment u l-kompetittività, qal: “Dan ir-rapport huwa inkoraġġanti ħafna.", "Dan juri li l-Ewropa tinsab fit-triq it-tajba biex toħloq investiment, impjiegi u negozji ġodda.", "Il-potenzjal futur għal tkabbir sostenibbli huwa enormi u l-Ewropa hija tabilħaqq l-aħjar post għal industrija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent biex tikber.", "Dan is-suċċess huwa r-riżultat tal-fatt li l-partijiet ikkonċernati Ewropej u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jaġixxu flimkien.”", "Ċaqliq minn ekonomija lineari għal waħda ċirkolari", "Tliet snin wara l-adozzjoni, il-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari jista' jitqies komplut għalkollox.", "L-54 azzjoni tiegħu issa ġew ikkonsenjati jew qed jiġu implimentati.", "Skont is-sejbiet tar-rapport, l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Ekonomija Ċirkolari aċċelerat it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Ewropa, li min-naħa tagħha għenet biex l-UE terġa' taqbad it-triq tal-ħolqien tal-impjiegi.", "Fl-2016, is-setturi rilevanti għall-ekonomija ċirkolari impjegaw aktar minn erba' miljun ħaddiem, jiġifieri żieda ta' 6 % meta mqabbel mal-2012.", "Iċ-ċirkolarità tat ukoll opportunitajiet ta' negozju ġodda, wasslet għal mudelli ta' negozju ġodda u żviluppat swieq ġodda, kemm domestikament, kif ukoll barra mill-UE.", "Fl-2016, l-attivitajiet ċirkolari bħat-tiswija, l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ iġġeneraw kważi EUR 147 biljun f'valur miżjud, waqt li kienu jgħoddu madwar EUR 17.5-il biljun f'investimenti.", "L-Istrateġija tal-UE għall-Plastik", "L-Istrateġija tal-UE għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari hija l-ewwel qafas ta' politika mal-UE kollha li tadotta approċċ ta' ċiklu tal-ħajja speċifiku għall-materjali biex id-disinn ċirkolari, l-użu, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ jiġu integrati fil-katini ta' valur tal-plastik.", "L-istrateġija tistabbilixxi viżjoni ċara b'objettivi kkwantifikati fil-livell tal-UE, biex fost l-oħrajn, sal-2030, l-imballaġġi tal-plastik kollha mqiegħda fis-suq tal-UE jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid jew ikunu riċiklabbli.", "Biex tagħti spinta lis-suq għal plastik riċiklat, il-Kummissjoni nediet kampanja ta' wegħdiet volontarja dwar il-plastik riċiklat.", "70 kumpanija diġà għamlu wegħdiet, li se jżidu s-suq għall-plastik riċiklat b'mill-inqas 60 % sal-2025.", "Madankollu, għad hemm distakk bejn il-provvista u d-domanda għal plastik riċiklat.", "Biex tagħlaq dan id-distakk, il-Kummissjoni nediet l-Alleanza Ċirkolari l-Alleanza dwar il-Plastik ta' partijiet ikkonċernati ewlenin tal-industrija li jfornu u jużaw il-plastik riċiklat.", "Ir-regoli dwar oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd, li jindirizzaw l-għaxar oġġetti l-aktar misjuba fuq il-bajjiet tal-UE jpoġġu lill-UE fuq quddiem nett fil-ġlieda globali kontra l-iskart fil-baħar.", "Il-miżuri jinkludu projbizzjoni ta' ċerti prodotti li jintużaw darba biss magħmula mill-plastik (bħal straws u pożati) meta hemm alternattivi disponibbli u ta' plastik ossodegradabbli, u jipproponu azzjonijiet għal aspetti oħrajn bħal miri ta' tnaqqis tal-konsum, rekwiżiti tad-disinn tal-prodott u skemi ta' Responsabbiltà Estiża tal-Produtturi.", "Innovazzjoni u Investimenti", "Sabiex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, huwa essenzjali li jsir investiment fl-innovazzjoni u li jiġi pprovdut appoġġ għall-adattament tal-bażi industrijali tal-Ewropa.", "Matul il-perjodu bejn l-2016 u l-2020, il-Kummissjoni saħħet l-isforzi tagħha fiż-żewġ direzzjonijiet b'total ta' aktar minn EUR 10 biljun f'finanzjament pubbliku għat-tranżizzjoni.", "Sabiex tistimola investimenti ulterjuri, il-Pjattaforma ta' Appoġġ għall-Finanzjament tal-Ekonomija Ċirkolari fasslet rakkomandazzjonijiet biex ittejjeb il-bankabbiltà tal-proġetti ta' ekonomija ċirkolari, tikkoordina attivitajiet ta' finanzjament u taqsam prattiki tajba.", "Il-pjattaforma se taħdem mal-Bank Ewropew tal-Investiment biex tipprovdi assistenza finanzjarja u tisfrutta sinerġiji bil-pjan ta' azzjoni dwar il-finanzjament ta' tkabbir sostenibbli.", "Il-Bdil tal-Iskart f'Riżorsi", "Sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart tajbin u effiċjenti huma element kostitwenti essenzjali għal ekonomija ċirkolari.", "Biex jiġu modernizzati s-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart fl-Unjoni, f'Lulju 2018 daħal fis-seħħ qafas leġiżlattiv rivedut dwar l-iskart.", "Dan jinkludi, fost l-oħrajn, rati ġodda ambizzjużi ta' riċiklaġġ, status legali kjarifikat ta' materjali riċiklati u miżuri msaħħa ta' prevenzjoni tal-iskart u l-ġestjoni tal-iskart, inkluż għall-iskart marittimu, il-ħela tal-ikel, u prodotti li fihom materja prima kritika.", "Id-Disinn Ċirkolari u l-Proċessi tal-Produzzjoni", "Id-disinn intelliġenti fil-bidu taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott huwa essenzjali biex tiġi żgurata ċ-ċirkolarità.", "Bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016–2019, il-Kummissjoni kompliet tippromwovi d-disinn ċirkolari tal-prodotti, flimkien mal-objettivi tal-effiċjenza fl-enerġija.", "Il-miżuri tal-Ekodisinn u tat-Tikkettar tal-Enerġija għal diversi prodotti issa jinkludu regoli dwar rekwiżiti tal-effiċjenza materjali bħad-disponibbiltà ta' spare parts, il-faċilità tat-tiswija, u l-iffaċilitar tat-trattament tat-tmiem tal-ħajja.", "Il-Kummissjoni analizzat ukoll, f'Dokument ta' Ħidma tal-Persunal dedikat, il-politiki tagħha għall-prodotti, bl-intenzjoni li tappoġġa prodotti ċirkolari u sostenibbli.", "L-Għoti tas-Setgħa lill-Konsumaturi", "It-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari tirrikjedi l-involviment attiv taċ-ċittadini fit-tibdil tax-xejriet tal-konsum.", "Il-metodi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEF, Product Environmental Footprint) u tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEF, Organisation Environmental Footprint) żviluppati mill-Kummissjoni, jistgħu jippermettu lill-kumpaniji jagħmlu asserzjonijiet ambjentali li huma affidabbli u komparabbli u bihom il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet informati.", "Involviment b'Saħħtu tal-Partijiet Ikkonċernati", "L-involviment tal-partijiet ikkonċernati huwa vitali għat-tranżizzjoni.", "L-approċċ sistemiku tal-pjan ta' azzjoni ta lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-atturi ekonomiċi u soċjali u lis-soċjetà ċivili qafas li jistgħu jirreplikaw ħalli jrawmu s-sħubiji bejn is-setturi u tul il-katini ta' valur.", "Ir-rwol tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni mħaffa tat-tranżizzjoni u fil-quċċata tal-isforzi internazzjonali għaċ-ċirkolarità kien rikonoxxut ukoll fil-Forum Ekonomiku Dinji 2019 fejn il-Kummissjoni rċeviet il-Premju għaċ-Ċirkolarità fil-Kategorija tas-Settur Pubbliku.", "Sfidi Miftuħa", "L-ekonomija ċirkolari issa hija tendenza irriversibbli u globali.", "Madankollu, għad hemm ħafna xi jsir biex tiżdied l-azzjoni fil-livell tal-UE u globali, tiġi eliminata kompletament id-diskrepanza u jiġi żgurat il-vantaġġ kompetittiv li din iġġib magħha lin-negozji tal-UE.", "Se jkunu meħtieġa aktar sforzi biex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni riveduta dwar l-iskart u biex jiġu żviluppati s-swieq għall-materja prima sekondarja.", "Ukoll, ix-xogħol li beda fuq livell tal-UE fuq ċerti kwistjonijiet (bħal fir-rigward tal-kimiċi, l-ambjent mhux tossiku, l-ekotikkettar u l-ekoinnovazzjoni, il-materja prima kritika u l-fertilizzanti) jeħtieġ li jiġi aċċellerat jekk l-Ewropa trid tisfrutta l-benefiċċji kollha ta' tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.", "L-interazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tissuġġerixxi li xi oqsma għadhom mhumiex koperti mill-pjan ta' azzjoni, jistgħu jiġu investigati sabiex titlesta l-aġenda ċirkolari.", "Filwaqt li jibnu fuq l-eżempju tal-Istrateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari, ħafna setturi oħra b'impatt ambjentali għoli u b'potenzjal kbir għaċ-ċirkolarità, bħall-IT, l-elettronika, il-mobbiltà, l-ambjent mibni, il-minjieri, l-għamara, l-ikel u x-xorb jew it-tessuti, jistgħu jibbenefikaw minn approċċ olistiku simili biex isiru aktar ċirkolari.", "Sfond", "Fl-2015, il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni ġdid u ambizzjuż tal-Ekonomija Ċirkolari biex tistimula t-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija ċirkolari ħalli tixpruna l-kompetittività globali, trawwem it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u toħloq impjiegi ġodda.", "Kien previst li l-azzjonijiet proposti jikkontribwixxu biex “jagħlqu ċ-ċiklu” taċ-ċikli tal-ħajja tal-prodotti permezz ta' aktar riċiklaġġ u użu mill-ġdid, u jġibu benefiċċji kemm għall-ambjent kif ukoll għall-ekonomija.", "Il-pjanijiet għandhom jgħinu biex jiġu estratti l-valur u l-użu massimu mill-materja prima, mill-prodotti u mill-iskart kollha, jitrawmu l-iffrankar tal-enerġija u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jkunu appoġġati finanzjarjament mill-finanzjament tal-FSIE, mill-Orizzont 2020, mill-fondi strutturali tal-UE u mill-investimenti fl-ekonomija ċirkolari fil-livell nazzjonali.", "Deskrizzjoni sħiħa tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni hija ppreżentata fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal (SWD) ta' akkumpanjament.", "Għal Aktar Informazzjoni", "MEMO: Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari", "Dokument ta' ħidma tal-persunal b'dettalji u referenzi għall-54 azzjoni li ġew elenkati fil-pjan ta' azzjoni", "Dokument ta' ħidma tal-persunal dwar Prodotti Sostenibbli f'Ekonomija Ċirkolari", "Dokument ta' ħidma tal-persunal dwar il-Valutazzjoni tal-wegħdiet volontarji skont l-Anness III tal-Istrateġija dwar il-Plastik", "Stqarrija għall-istampa tal-Eurostat dwar il-progress fil-qafas ta' monitoraġġ"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_5527", "title": "L-UE minn ta' quddiem fil-kummerċ agroalimentari", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Wed, 04 Sep 2019 22:00:00 GMT", "text": ["F'rapport ippubblikat illum, l-UE kkonfermat għal sena oħra l-pożizzjoni tagħha bħala l-akbar esportatur globali ta' prodotti agroalimentari, bl-esportazzjonijiet tal-UE jilħqu €138 biljun fl-2018.", "Il-prodotti agrikoli jirrappreżentaw sehem ta' 7 % tal-valur tal-merkanzija totali tal-UE esportata fl-2018, li jpoġġihom fir-raba' post wara l-makkinarju, is-sustanzi kimiċi u merkanzija mmanifatturata oħra.", "L-industriji u s-servizzi marbuta mal-agrikoltura u mal-ikel jipprovdu flimkien kważi 44 miljun impjieg fl-UE.", "Il-katina tal-produzzjoni u tal-ipproċessar tal-ikel tipprovdi 7.5 % tal-impjiegi u 3.7 % tal-valur miżjud kollu fl-UE.", "Phil Hogan, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, qal: “Il-Politika Agrikola Komuni, li qed issir dejjem aktar orjentata lejn is-suq, tat kontribut deċiżiv għas-suċċess tal-UE fil-kummerċ agrikolu.", "Ir-reputazzjoni tal-UE li tipproduċi prodotti sikuri, nutrittivi u ta' kwalità magħmula b'mod sostenibbli hija metodu li jaħdem fis-suq globali.", "Il-Kummissjoni qiegħda hawn biex tgħin lill-produtturi jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet madwar id-dinja, filwaqt li dejjem tiżgura li s-setturi l-aktar sensittivi tagħna jingħataw biżżejjed salvagwardji.”", "L-ewwel ħames destinazzjonijiet għall-prodotti agroalimentari tal-UE għadhom l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Iżvizzera, il-Ġappun u r-Russja, li flimkien jammontaw għal 40 % tal-esportazzjonijiet tal-UE.", "Minbarra li tinnegozja ftehimiet kummerċjali li jipprovdu aktar opportunitajiet għall-bdiewa tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tgħin lill-esportaturi tal-UE jidħlu fi swieq ġodda u jibbenefikaw minn possibbiltajiet tan-negozju permezz ta' attivitajiet ta' promozzjoni, inklużi missjonijiet ta' livell għoli mmexxija mill-Kummissarju Hogan.", "Fl-2018 u fl-2019, il-Kummissarju Hogan, akkumpanjat mill-produtturi tal-UE, ivvjaġġa lejn iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Emirati Għarab Magħquda.", "L-inbejjed u l-vermut għadhom jiddominaw il-basket tal-prodotti esportati, bl-ispirti u l-likuri fit-tieni post. Warajhom hemm l-ikel tat-trabi u preparazzjonijiet varji tal-ikel, iċ-ċikkulata, l-għaġin u l-prodotti tal-għaġina.", "Fir-rigward tal-importazzjonijiet, ir-rapport jikkonkludi li l-UE saret it-tieni l-akbar importatur tal-prodotti agroalimentari b'valur ta' importazzjonijiet ta' €116-il biljun.", "Dan iġib il-bilanċ kummerċjali tal-UE f'dan is-settur għal bilanċ pożittiv nett ta' €22 biljun.", "L-UE takkwista prinċipalment tliet tipi ta' prodotti: prodotti li ma jiġux prodotti fl-UE, jew li jiġu prodotti sa ċertu punt biss, bħall-frott tropikali, il-kafè u l-frott frisk jew imnixxef (li kienu jirrappreżentaw 23.4 % tal-importazzjonijiet fl-2018); prodotti li huma maħsuba għall-għalf tal-annimali (inkluż il-pasta taż-żrieragħ żejtnin u l-fażola tas-sojja – li flimkien jammontaw għal 10.8% tal-importazzjonijiet); u prodotti użati bħala ingredjenti għall-ipproċessar ulterjuri (bħaż-żejt tal-palm).", "L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti huma dawk li kibru l-aktar malajr fl-2018, b'żieda ta' 10%, u b'hekk dan il-pajjiż sar il-fornitur ewlieni tal-UE għall-prodott agroalimentari.", "Ir-rapport sħiħ jagħti wkoll ħarsa ġenerali lejn il-prestazzjoni kummerċjali tas-sħab ewlenin tal-UE (l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Brażil, il-Ġappun, u r-Russja) u l-flussi kummerċjali tagħhom mal-UE, u fih ukoll kapitlu dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni mal-Inqas Pajjiżi Żviluppati (LDCs - Least Developed Countries).", "Għal Aktar Informazzjoni", "Il-Monitoraġġ tal-Politika tal-Agrikummerċjali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_5516", "title": "L-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej: Il-Kummissjoni tirreġistra tliet inizjattivi ġodda u tqis waħda inammissibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Tue, 03 Sep 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tirreġistra tliet inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej ġodda: “Neqirdu l-korruzzjoni fl-Ewropa mill-għeruq, billi naqtgħu il-fondi lill-pajjiżi b'ġudikatura ineffiċjenti wara l-iskadenza”, “Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika” u “Insalvaw in-naħal u l-bdiewa!", "Għal agrikoltura favur in-naħal għal ambjent san.”", "Il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li ma tirreġistrax inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej imsejħa “Niżguraw il-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u l-konformità mad-dritt internazzjonali” għax l-azzjonijiet mitluba huma għalkollox barra mill-setgħet tal-Kummissjoni biex taġixxi skont it-Trattati tal-UE.", "F'dan l-istadju tal-proċess il-Kummissjoni ma analizzatx is-sustanza tal-inizjattivi, iżda l-ammissibbiltà legali tagħhom biss.", "Jekk xi waħda mit-tliet inizjattivi rreġistrati tirċievi miljun dikjarazzjoni ta' appoġġ fi żmien sena mingħand tal-inqas seba' Stati Membri differenti, il-Kummissjoni tanalizzaha u tirreaġixxi għall-inizjattiva.", "Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ssegwi din it-talba jew le, u tagħżel x'tagħżel trid tispjega r-raġunament tagħha.", "1.", "“Neqirdu l-korruzzjoni fl-Ewropa mill-għeruq, billi naqtgħu il-fondi lill-pajjiżi b'ġudikatura ineffiċjenti wara l-iskadenza”", "L-organizzaturi tal-inizjattiva jappellaw lill-Kummissjoni biex tagħti “mandat ta' skadenza sod ta' għaxar snin wara l-adeżjoni għal moratorju awtomatiku dwar ħlasijiet ta' fondi strutturali u ta' koeżjoni għal pajjiż li ssieħeb dan l-aħħar, sakemm il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ jitneħħa mill-ġudikatura tagħhom.”", "Dawn iddikjaraw li “l-kodiċi legali preżenti tal-UE jippermetti interpretazzjoni mhux dovuta.", "F'ċerti kundizzjonijiet, il-korruzzjoni fost l-eliti politiċi f'pajjiżi li ssieħbu dan l-aħħar tista' tkun ta' benefiċċju għal pajjiżi oħra fl-Unjoni, u l-kunċett relattiv “temporanju” jiġi mġebbed b'mod indefinit.", "L-Istabbiliment ta' perjodu strett jevita motivazzjoni diretta u indiretta għall-korruzzjoni fl-Istati Membri tal-UE. […]”", "Skont it-Trattati tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu azzjoni legali fejn jidħlu r-regoli finanzjarji dwar il-baġit tal-UE.", "Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-inizjattiva hi legalment ammissibbli u ddeċidiet li tirreġistraha.", "Ir-reġistrazzjoni ta' din l-inizjattiva se ssir fit-12 ta' Settembru 2019, u b'hekk jinbeda l-proċess ta' sena għall-ġbir tal-firem ta' appoġġ mill-organizzaturi tagħha.", "2.", "“Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika”", "L-organizzaturi tal-inizjattiva jappellaw lill-Kummissjoni “biex issaħħaħ l-azzjoni dwar l-emerġenza klimatika b'konformità mal-limitu ta' 1.5° ta' tisħin.", "Dan ifisser għanijiet klimatiċi aktar ambizzjużi u appoġġ finanzjarju għall-azzjoni klimatika.”", "B'mod partikolari, l-inizjattiva tiffoka fuq il-bżonn li l-UE “taġġusta l-għanijiet tagħha (NDC) skont il-Ftehim ta' Pariġi għal tnaqqis ta' 80 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 biex jintlaħaq iż-0-nett sal-2035 u biex tiġi aġġustata kif xieraq il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-klima.”L-inizjattiva tirreferi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri tal-UE, tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma' pajjiżi sħab ibbażati fuq Tracker tal-Azzjoni Klimatika u materjali edukattivi mingħajr ħlas dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima.", "Skont it-Trattati tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu azzjoni legali biex tippreżerva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif ukoll fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni.", "Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-inizjattiva hi legalment ammissibbli u ddeċidiet li tirreġistraha.", "Ir-reġistrazzjoni ta' din l-inizjattiva se ssir fit-23 ta' Settembru 2019, u b'hekk jinbeda l-proċess ta' sena għall-ġbir tal-firem ta' appoġġ mill-organizzaturi tagħha.", "3.", "“Insalvaw in-naħal u l-bdiewa!", "Għal agrikoltura favur in-naħal għal ambjent san.”", "L-organizzaturi ta' din l-inizjattiva jappellaw lill-Kummissjoni biex “tipproponi atti legali biex sal-2035 jitneħħew ftit ftit il-pestiċidi sintetiċi, ħalli titreġġa lura l-bijodiversità u jingħata appoġġ lill-bdiewa fit-tranżizzjoni.”", "B'mod aktar speċifiku, l-organizzaturi jridu “jeliminaw ftit ftit il-pestiċidi sintetiċi fl-agrikoltura tal-UE bi 80 % sal-2030, u jibdew mill-aktar perikolużi, biex jinħelsu mis-sintetiċi sal-2035; ireġġgħu lura l-ekosistemi naturali fiż-żoni agrikoli biex il-biedja ssir mezz għall-irkupru tal-bijodiversità; jirriformaw l-agrikoltura billi tingħata prijorità lill-biedja fuq skala żgħira, diversa u sostenibbli, b'appoġġ għal żieda malajr fil-prattika agroekoloġika u organika, u li tippermetti taħriġ u riċerka indipendenti mill-bdiewa fuq il-biedja tal-pestiċidji u mingħajr OMĠ.”", "Skont it-Trattati tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu azzjoni legali fil-qasam tal-politika agrikola komuni u s-suq intern kif ukoll miżuri fl-oqsma veterinarji u fitosanitarji.", "Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-inizjattiva hi legalment ammissibbli u ddeċidiet li tirreġistraha.", "Ir-reġistrazzjoni ta' din l-inizjattiva se ssir fit-30 ta' Settembru 2019, u b'hekk jinbeda l-proċess ta' sena għall-ġbir tal-firem ta' appoġġ mill-organizzaturi tagħha.", "4.", "“Niżguraw il-Konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u l-konformità mal-liġi internazzjonali”", "Illum il-Kummissjoni kkonkludiet li l-inizjattiva: “Niżguraw il-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u l-konformità mal-liġi internazzjonali” hi inammissibbli legalment għax il-Kummissjoni m'għandhiex is-setgħat li taġixxi, kif stabbilit fit-Trattati tal-UE.", "L-inizjattiva tirreferi għar-“regolamentazzjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali bl-entitajiet tal-Okkupanti bbażati jew li joperaw f'territorji okkupati li jżommu lill-prodotti li joriġinaw minn hemm milli jidħlu fis-suq tal-UE.”", "L-organizzaturi jappellaw lill-Kummissjoni biex “tipproponi atti legali biex tipprevjeni milli entitajiet legali tal-UE jimpurtaw prodotti li joriġinaw f'insedjamenti illegali f'territorji okkupati u l-esportazzjoni lejn territorji bħal dawn, biex tinżamm l-integrità tas-suq intern u biex ma tiġix aġevolata ż-żamma ta' sitwazzjonijiet illegali bħal dawn.”", "Att legali dwar dan is-suġġett jista' jiġi adottat biss abbażi tal-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, rigward il-miżuri restrittivi.", "Imma qabel ma jkun jista' jiġi adottat att legali ta' dan it-tip mill-Kunsill, jeħtieġ tittieħed deċiżjoni skont il-Politika Estera u tas-Sigurtà Komuni tal-UE li tippermetti l-interruzzjoni jew it-tnaqqis tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' pajjiż terz.", "Il-Kummissjoni m'għandhiex is-setgħa legali li toħloq proposta għal Deċiżjoni bħal din.", "Din l-inizjattiva ma tissodisfax il-kundizzjonijiet legali għall-ammissibbiltà, u għalhekk il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li ma tistax tirreġistraha.", "Skont ir-Regolament, Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej ma tistax tiġi rreġistrata jekk tkun għalkollox barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali.", "Kuntest", "L-Inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej ġew introdotti fit-Trattat ta' Lisbona, u ġew varati f'April 2012, mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattati.", "Fl-2017, bħala parti mid-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti għal riforma tal-Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej biex din issir aktar faċli għal min jużaha.", "F'Diċembru 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar ir-riforma u r-regoli riveduti se jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020.", "Sadanittant, il-proċess ġie ssimplifikat u qed titħaddem pjattaforma kollaborattiva li toffri appoġġ lill-organizzaturi.", "Dan kollu għen biex l-Inizjattivi taċ-ċittadini rreġistrati jiżdiedu b'41 % (41 reġistrazzjoni fi żmien il-Kummissjoni Juncker meta mqabbel mad-29 tul ta' qabilha) u ġew rifjutati 70 % inqas (sitt inizjattivi taċ-ċittadini biss ma ġewx irreġistrati tul din il-Kummissjoni meta mqabbel mal-20 tul il-Kummissjoni ta' qabilha).", "Meta Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej tiġi rreġistrata formalment, miljun ċittadin minn mill-inqas seba' Stati Membri tal-UE jkunu jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi att legali f'oqsma li l-Kummissjoni għandha s-setgħa tagħmel dan.", "Il-kundizzjonijiet tal-ammissibbiltà huma li l-azzjoni proposta ma tkunx barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali, li ma tkunx abbużiva, frivola jew vessatorja u li ma tmurx kontra l-valuri tal-Unjoni.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Ara t-test sħiħ tal-Inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej proposti:", "· Neqirdu l-korruzzjoni fl-Ewropa mill-għeruq, billi naqtgħu il-fondi lill-pajjiżi b'ġudikatura ineffiċjenti wara l-iskadenza (disponibbli mit-12 ta' Settembru 2019)", "· Azzjonijiet dwar l-Emerġenza Klimatika (disponibbli mit-23 ta' Settembru 2019)* www.fridaysforfuture.org/ECI", "· Insalvaw in-naħal u l-bdiewa!", "Għal agrikoltura favur in-naħal għal ambjent san.” (disponibbli mit-30 ta' Settembru 2019) www.savebeesandfarmers.eu", "· “Niżguraw il-Konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u l-konformità mal-liġi internazzjonali” *", "L-ECIs li bħalissa qed jiġbru l-firem", "Is-sit web tal-ECI", "Ir-Regolament tal-ECI", "* Aġġornata fl-4 ta' Settembru 2019 [17:38]"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_5509", "title": "Tħejjija għall-“ebda ftehim” dwar il-Brexit: L-aħħar appell mill-Kummissjoni liċ-ċittadini u n-negozji kollha tal-UE biex iħejju ruħhom għall-ħruġ tar-Renju Unit fil-31 ta' Ottubru 2019", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BREXIT", "date": "Tue, 03 Sep 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Tmien ġimgħat qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta' Ottubru 2019, illum, il-Kummissjoni - fis-Sitt Komunikazzjoni tagħha dwar it-tħejjija għall-Brexit - tenniet l-appell tagħha lill-partijiet ikkonċernati kollha fl-UE27 biex iħejju għal xenarju ta' “ebda ftehim”.", "Fid-dawl tal-inċertezza kontinwa fir-Renju Unit rigward ir-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ – kif miftiehem mal-Gvern tar-Renju Unit f'Novembru 2018 – u s-sitwazzjoni politika domestika ġenerali, ix-xenarju ta' “ebda ftehim” fl-1 ta' Novembru 2019 jibqa' possibbli, għalkemm dan l-eżitu mhux mixtieq.", "Huwa f'dan l-ispirtu li l-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat lista dettaljati ta' kontroll biex tgħin lin-negozju li jagħmlu kummerċ mar-Renju Unit biex iwettqu l-aħħar preparamenti tagħhom.", "Sabiex ikun minimizzat it-tfixkil għall-kummerċ, il-partijiet kollha involuti f'katini ta' provvista mar-Renju Unit - huma fejn huma bbażati - għandhom ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tagħhom u mill-formalitajiet neċessarji fil-kummerċ transfruntier.", "Dan jibni fuq Komunikazzjonijiet preċedenti u 100 avviż lill-partijiet konċernati, li jkopru firxa wiesgħa ta' setturi.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jagħmlu aġġustamenti tekniċi mmirati għad-durata tal-miżuri ta' kontinġenza tal-UE f'każ ta' “ebda ftehim” fil-qasam tat-trasport.", "Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li, għas-sena 2020, jiġu ripetuti l-arranġamenti ta' kontinġenza eżistenti fl-2019 għas-settur tas-sajd u għall- parteċipazzjoni potenzjali tar-Renju Unit fil-baġit tal-UE għall-2020.", "Dawn il-miżuri huma neċessarji fid-dawl tad-deċiżjoni li l-perjodu tal-Artikolu 50 ikun estiż sal-31 ta' Ottubru 2019.", "Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni pproponiet li l-Fond Ewropew ta' Solidarjetà u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jkunu disponibbli biex jappoġġaw negozji, ħaddiema u Stati Membri l-aktar affettwati minn xenarju ta' “ebda ftehim”.", "Dawn il-proposti jeħtieġ li jkunu maqbula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Il-Kummissjoni tfakkar li hija r-responsabbiltà tal-partijiet ikkonċernati kollha li jkunu mħejjija għax-xenarji kollha.", "Fid-dawl li xenarju ta' “ebda ftehim” għadu eżitu possibbli, il-Kummissjoni tħeġġeġ bis-sħiħ lill-partijiet konċernati kollha biex jużaw iż-żmien addizzjonali provdut permezz tal-estensjoni tal-perjodu tal-Artikolu 50 biex jiżguraw li huma ħadu l-miżuri kollha neċessarji biex jippreparaw għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.", "Aġġustament tekniku ta' miżuri ta' kontinġenza speċifiċi biex titqies id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit fil-31 ta' Ottubru 2019", "Fil-11 ta' April 2019, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) estenda l-perjodu tal-Artikolu 50 sal-31 ta' Ottubru 2019.", "Dan sar fuq talba tar-Renju Unit u bi qbil miegħu.", "Fid-dawl ta' din l-estensjoni, il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri ta' tħejjija u ta' kontinġenza kollha tal-UE biex tiżgura li dawn għadhom adattati għall-iskop tagħhom.", "Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-miżuri għadhom qegħdin jilħqu l-objettivi tagħhom u għalhekk ma hemmx bżonn li tiġi emendata s-sustanza tagħhom.", "Madankollu, illum il-Kummissjoni pproponiet li tagħmel xi aġġustamenti tekniċi għal miżuri ta' kontinġenza speċifiċi sabiex titqies l-iskeda l-ġdida tal-Artikolu 50.", "Dawn l-aġġustamenti huma fi tliet oqsma ewlenin:", "1.", "It-Trasport", "2.", "L-attivitajiet tas-sajd", "3.", "Il-Baġit tal-UE", "L-għoti ta' appoġġ finanzjarju tal-UE lil dawk l-aktar affettwati minn Brexit ta' “ebda ftehim”", "Il-Kummissjoni, fir-raba' komunikazzjoni tagħha dwar it-Tħejjija għall-Brexit tal-10 ta' April 2019, ħabbret li l-assistenza teknika u finanzjarja mill-UE tista' ssir disponibbli f'ċerti oqsma biex tappoġġja lil dawk l-aktar milquta minn xenarju “ta' ebda ftehim”.", "Minbarra l-programmi u l-istrumenti eżistenti, il-Kummissjoni llum:", "Fis-settur tal-agrikoltura, l-ispettru sħiħ ta' strumenti eżistenti għall-appoġġ tas-suq u għall-appoġġ finanzjarju dirett għall-bdiewa se jkun disponibbli biex jittaffa l-agħar impatt fuq is-swieq agroalimentari.", "Għal appoġġ aktar immedjat, pereżempju kumpaniji iżgħar b'espożizzjoni kbira għar-Renju Unit, ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-UE joffru soluzzjonijiet flessibbli għal miżuri ta' appoġġ nazzjonali.", "L-Irlanda", "Il-Kummissjoni u l-Irlanda jkomplu jaħdmu flimkien, fil-kuntest tas-sitwazzjoni unika fuq il-gżira tal-Irlanda u ż-żewġ objettivi tagħhom li jipproteġu l-integrità tas-suq intern waqt li jevitaw fruntiera fiżika, biex jidentifikaw arranġamenti kemm għal soluzzjonijiet ta' kontinġenza għall-konsegwenzi immedjati ta' ħruġ mingħajr ftehim u għal soluzzjonijiet aktar stabbli għall-perjodu segwenti.", "Is-soluzzjoni ta' kontinġenza prevista mill-Ftehim dwar il-ħruġ hija l-unika soluzzjoni identifikata għas-salvagwardja tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, tiżgura konformità ma' obbligi tad-dritt internazzjonali u tippriserva l-integrità tas-suq intern.", "Tħejjija għal xenarju “ta' ebda ftehim”", "F'xenarju ta' “ebda ftehim”, ir-Renju Unit isir pajjiż terz mingħajr l-ebda arranġament tranżizzjonali.", "Il-liġi primarja u sekondarja kollha tal-UE tieqaf tapplika għar-Renju Unit minn dan il-waqt 'il quddiem.", "Ma jkun hemm l-ebda perjodu ta' tranżizzjoni kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.", "Dan ovvjament jikkawża tfixkil sinifikanti għaċ-ċittadini u n-negozji u jkollu impatt ekonomiku negattiv serju, li jkun proporzjonalment ħafna akbar fir-Renju Unit milli fl-Istati Membri tal-UE-27.", "Il-Kummissjoni Ewropea ilha minn Diċembru 2017 tħejji għal xenarju ta' “ebda ftehim”.", "Sal-lum, il-Kummissjoni ppreżentat 19-il proposta leġiżlattiva, li issa ġew kollha adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Il-Kummissjoni adottat ukoll 63 att mhux leġiżlattiv u ppubblikat 100 avviż ta' tħejjija.", "Il-Kummissjoni mhi qed tippjana l-ebda miżura ġdida qabel id-data l-ġdida ta' ħruġ.", "Kif deskritt mill-President Juncker fil-Parlament Ewropew fit-3 ta' April 2019, f'każ ta' xenarju ta' “ebda ftehim”, ir-Renju Unit ikun mistenni li jindirizza tliet kwistjonijiet ewlenin marbutin mas-separazzjoni, bħala prekundizzjoni qabel mal-UE tikkunsidra li tidħol f'diskussjonijiet dwar ir-relazzjoni futura.", "Dawn huma: (1) il-protezzjoni u ż-żamma tad-drittijiet taċ-ċittadini li użaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu qabel il-Brexit, (2) li jiġu onorati l-obbligi finanzjarji li r-Renju Unit għamel bħala Stat Membru u (3) li jiġu ppreservati l-kelma u l-ispirtu tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u l-paċi fil-gżira tal-Irlanda, kif ukoll l-integrità tas-suq intern.", "Kull negozju waħdieni li jagħmel kummerċ mar-Renju Unit, kemm f'oġġetti kif ukoll f'servizzi, se jiġi affettwat minn xenarju ta' “ebda ftehim”.", "Il-Kummissjoni llum ippubblikat “Lista ta' Kontroll tat-Tħejjija għall-Brexit”, li n-negozji rilevanti kollha għandhom jeżaminaw bir-reqqa.", "In-negozji issa għandhom ikunu lesti biex jissodisfaw il-formalitajiet kollha meħtieġa.", "Il-Komunikazzjoni tal-lum tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ix-xogħol ta' tħejjija f'dawk l-oqsma fejn tkun meħtieġa viġilanza kontinwa u partikolari.", "Dawn jinkludu d-drittijiet taċ-ċittadini, il-formalitajiet tal-fruntieri u l-kummerċ, il-prodotti mediċinali, it-tagħmir mediku u s-sustanzi kimiċi, is-servizzi finanzjarji u s-sajd.", "Għal aktar informazzjoni: x'għandi nagħmel f'xenarju ta' “ebda ftehim”?", "Għall-perjodu immedjatament wara ħruġ mingħajr ftehim, il-Kummissjoni waqqfet ċentru telefoniku għall-użu tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, li jagħtihom aċċess rapidu għall-għarfien espert tas-servizzi tal-Kummissjoni billi jistabbilixxi kanal ta' komunikazzjoni dirett, anke għall-finijiet li tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni meħtieġa bejn l-awtoritajiet nazzjonali.", "Biex ikunu jafu aktar dwar kif iħejju għal xenarju ta' “ebda ftehim”, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jikkuntattjaw lil Europe Direct għal kull mistoqsija.", "Ċempel bla ħlas in-numru 00 800 6 7 8 9 10 11 minn kwalunkwe post fl-UE u bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.", "Links utli oħra:", "Ċittadini tal-UE", "- Il-Komunikazzjoni tal-lum", "- Lista ta' kontroll għan-negozji", "- Il-website tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tħejjija", "- Ħarsa ġenerali lejn id-drittijiet ta' residenza f'kull Stat Membru tal-UE-27", "- Il-websites nazzjonali tal-Istati Membri dwar xenarju ta' “ebda ftehim”", "- Avviż dwar l-ivvjaġġar", "- Skedi informattivi dwar l-ivvjaġġar, id-drittijiet taċ-ċittadini, l-istudju, u d-drittijiet tal-konsumatur", "- Mistoqsijiet u tweġibiet dwar Erasmus", "- Mistoqsijiet u tweġibiet f'każ ta' xenarju ta' “ebda ftehim”", "- Informazzjoni għal ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit", "Negozji tal-UE", "- Firxa ta' informazzjoni dwar id-dwana u t-tassazzjoni indiretta (inkluża lista sempliċi ta' kontroll b'ħames passi) għan-negozji", "- Informazzjoni relatata mal-Agrikoltura", "Seba' affarijiet li n-negozji fl-UE-27 jeħtieġ li jkunu jafu bihom biex jitħejjew għall-Brexit"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_5501", "title": "Grazzi għal programm tal-UE, jitqassam il-ħalib, il-frott u l-ħaxix lit-tfal tal-iskola", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL", "date": "Sun, 01 Sep 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Mal-bidu ta' sena skolastika ġdida, l-iskema tal-UE tal-frott, il-ħaxix u l-ħalib għall-iskejjel se tkompli fil-pajjiżi parteċipanti tal-UE għall-2019-2020.", "L-iskema tal-iskejjel tal-UE għandha l-għan li tippromwovi ikel tajjeb għas-saħħa u dieti bbilanċjati permezz tat-tqassim ta' frott, ħaxix u prodotti tal-ħalib filwaqt li tipproponi wkoll programmi edukattivi dwar l-agrikoltura u n-nutrizzjoni tajba.", "Aktar minn 20 miljun tifel u tifla bbenefikaw minn dan il-programm matul is-sena skolastika 2017–2018, li jirrappreżentaw 20% tat-tfal fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, Phil Hogan, stqarr: “Huwa importanti li sa minn età żgħira nadottaw drawwiet tal-ikel tajbin għal saħħitna.", "Bis-saħħa tal-iskema tal-iskejjel tal-UE, iż-żgħar tagħna mhux biss se jgawdu minn prodotti Ewropej ta' kwalità iżda se jitgħallmu wkoll dwar in-nutrizzjoni, il-biedja, il-produzzjoni tal-ikel u x-xogħol iebes li dan kollu jġib miegħu.”", "Kull sena skolastika, jiġi allokat total ta' EUR250 miljun għall-iskema.", "Għas-sena skolastika 2019-2020 twarrbu EUR145 miljun għall-frott u l-ħaxix u EUR105 miljuni għall-ħalib u għal prodotti tal-ħalib oħrajn.", "Għalkemm il-parteċipazzjoni fl-iskema hija volontarja, l-Istati Membri kollha tal-UE għażlu li jipparteċipaw, min f'parti mill-iskema u min fl-iskema kollha.", "L-allokazzjonijiet nazzjonali għall-pajjiżi tal-UE li jieħdu sehem fl-iskema għal din is-sena skolastika ġew approvati u adottati mill-Kummissjoni Ewropea f'Marzu 2019.", "Il-pajjiżi jistgħu wkoll iżidu mal-għajnuna tal-UE b'fondi nazzjonali.", "L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar kif jimplimentaw l-iskema.", "Dan jinkludi t-tip ta' prodotti li jirċievu t-tfal jew it-tema tal-miżuri edukattivi li jiġu implimentati.", "Madankollu, l-għażla tal-prodotti mqassma trid tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet dwar is-saħħa u l-ambjent, l-istaġjonalità, id-disponibbiltà u l-varjetà.", "Għal aktar informazzjoni", "L-iskema tal-frott, il-ħaxix u l-ħalib għall-Iskejjel tal-UE", "Fatti u ċifri ewlenin għall-iskema tal-Iskejjel tal-UE għall-2017–2018", "Pakkett tar-Riżorsi tal-Għalliema"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_15_5039", "title": "Il-Kummissjoni Ewropea tagħmel progress fuq l-Aġenda dwar il-Migrazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 26 May 2015 22:00:00 GMT", "text": ["Ġimagħtejn wara li preżentat l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni llum qed tadotta l-ewwel proposti tal-approċċ komprensiv tagħha biex ittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni.", "Wara t-telf terribbli tal-ħajjiet fil-Mediterran ix-xahar li għadda, il-mexxejja Ewropej ħadu impenn sod għal solidarjetà fost l-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji komuni.", "Bil-proposti tal-lum, il-Kummissjoni qed issarraf il-kliem f’azzjoni u qed tippreżenta tweġibiet immedjati u fit-tul għall-isfidi tal-migrazzjoni li qed tiffaċċja l-Ewropa.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: \"Illum il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni fuq dak li tkellmet fuqu.", "Is-solidarjetà timxi id f’id mar-responsabbiltà.", "Din hija r-raġuni għaliex il-proposti tagħna jinkludu r-rekwiżit importanti li r-regoli tal-ażil jiġu applikati sewwa, u li l-Istati Membri jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jevitaw l-abbuż.", "Kull persuna li teħtieġ il-kenn għandha ssibu fl-Ewropa.", "Iżda dawk li m’għandhom l-ebda raġuni ġustifikata għandhom jiġu identifikati malajr u mibgħuta lura lejn pajjiżhom.", "Dan huwa essenzjali sabiex il-politiki dwar il-migrazzjoni jkunu aċċettati sew fis-soċjetà.”", "Ir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President Federica Mogherini qalet: \"Xahrejn wara li adottajna l-Aġenda tagħna, illum qed nippreżentaw proposti konkreti għall-implimentazzjoni tagħha, b'għan wieħed ewlieni: li malajr insalvaw il-ħajjiet u nipprovdu protezzjoni fl-UE għall-persuni fil-bżonn, kemm jekk fuq il-baħar, fl-UE jew f’pajjiżi terzi.", "Għal din ir-raġuni, qegħdin nintensifikaw il-kooperazzjoni tagħna mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu u ma’ pajjiżi li jilqgħu r-refuġjati, mhux biss biex nappoġġaw il-kapaċitajiet tal-ażil u tal-migrazzjoni, iżda wkoll biex nindirizzaw il-kawżi li minħabba fihom in-nies ikunu mġiegħla jaħarbu u jemigraw: il-faqar, il-gwerer, il-persekuzzjonijiet, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-diżastri naturali.", "Jiena ddiskutejt dawn l-objettivi lbieraħ mal-Ministri għall-Iżvilupp, fil-kuntest tar-riflessjoni tagħna dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp sostenibbli l-ġodda, u għal darba oħra skambjajt l-opinjonijiet mas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki Moon dwar passi komprensivi li nixtiequ nieħdu.”", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: \"Illum, il-Kummissjoni wriet li tista' taġixxi malajr u b'mod deċiżiv biex timmaniġġja aħjar il-migrazzjoni.", "L-iskemi ta’ rilokazzjoni u ta’ risistemazzjoni, flimkien mat-tisħiħ ta’ Triton u Poseidon u l-Pjan ta’ Azzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikanti, jwieġbu għall-isfidi l-aktar urġenti li qed niffaċċjaw.", "Fl-istess ħin, qed inniedu konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Karta Blu, konsultazzjoni li nittamaw se twassal għal kontribut siewi biex dan l-istrument jinbidel f’karta tan-negozju reali għall-Unjoni Ewropea fil-kompetizzjoni globali għat-talent u l-ħiliet.”", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tippreżenta diversi miżuri differenti u konkreti biex twieġeb għall-isfidi attwali tal-migrazzjoni:", "Il-Kummissjoni tieħu nota wkoll ta' Pjan Operazzjonali ġdid għall-Operazzjoni Triton.", "Il-Pjan Operazzjonali ġdid għall-Operazzjoni Konġunta Triton rinfurzata, jistabbilixxi numru ġdid ta’ assi: 10 marittimi, 33 tal-art u 8 assi tal-ajru, u 121 riżorsi umani.", "Il-Pjan Operazzjonali jestendi wkoll iż-żona ġeografika ta’ Triton lejn in-Nofsinhar għall-fruntieri taż-żona ta’ tfittxija u salvataġġ ta' Malta, sabiex ikopri ż-żona li qabel kienet koperta mill-operazzjoni Taljana Mare Nostrum.", "Sfond", "Fit-23 ta’ April 2014, f’Malta, Jean-Claude Juncker ippreżenta pjan b’ħames punti dwar l-immigrazzjoni, li jitlob għal aktar solidarjetà fi ħdan il-politika tal-migrazzjoni tal-UE bħala parti mill-kampanja biex isir il-President tal-Kummissjoni Ewropea.", "Minn meta beda l-mandat tiegħu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker ħatar Kummissarju b'responsabbiltà speċjali għall-Migrazzjoni biex jaħdem, b'koordinazzjoni mal-Ewwel Viċi President Timmermans, fuq politika ġdida dwar il-migrazzjoni bħala waħda mill-10 prijoritajiet tal-Linji Gwidi Politiċi, il-programm politiku li abbażi tiegħu l-Parlament Ewropew eleġġa l-Kummissjoni.", "Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni Ewropea, f’dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ April 2015, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni rapida biex isalvaw il-ħajjiet u biex issaħħu l-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni.", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew saret ftit jiem wara.", "Fit-13 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni tagħha, li tistipula strateġija komprensiva li se ttejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni fl-aspetti kollha tagħha.", "Għal iktar informazzjoni:", "Mistoqsijiet dettaljati & tweġibiet dwar il-proposti tal-lum", "Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta’ rilokazzjoni għall-Italja u l-Greċja + Annex", "Rakkomandazzjoni dwar Skema Ewropea ta’ Risistemazzjoni", "Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti", "Linji gwida dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-obbligu li jittieħdu l-marki tas-swaba’", "Konsultazzjoni pubblika dwar il-Karta Blu tal-UE", "Il-pakkett komplut għall-ġurnalisti dwar l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tat-13 ta’ Mejju 2015", "Is-Sit Elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni", "Is-Sit Elettroniku tal-Ewwel Viċi President Frans Timmermans", "Is-Sit Elettroniku tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President Federica Mogherini", "Il-Websajt tal-Kummissarju Dimitris Avramopoulos", "ANNESS 1: Rilokazzjoni Tabella ta' distribuzzjoni għall-Italja", "Overall key", "Allocation per Member State (24 000 applicants relocated)", "Austria", "3,03%", "728", "Belgium", "3,41%", "818", "Bulgaria", "1,43%", "343", "Croatia", "1,87%", "448", "Cyprus", "0,43%", "104", "Czech Republic", "3,32%", "797", "Estonia", "1,85%", "443", "Finland", "1,98%", "475", "France", "16,88%", "4 051", "Germany", "21,91%", "5 258", "Hungary", "2,07%", "496", "Latvia", "1,29%", "310", "Lithuania", "1,26%", "302", "Luxembourg", "0,92%", "221", "Malta", "0,73%", "175", "Netherlands", "5,12%", "1 228", "Poland", "6,65%", "1 595", "Portugal", "4,25%", "1 021", "Romania", "4,26%", "1 023", "Slovakia", "1,96%", "471", "Slovenia", "1,24%", "297", "Spain", "10,72%", "2 573", "Sweden", "3,42%", "821", "Anness 2: Rilokazzjoni Distribuzzjoni għall-Greċja", "Overall key", "Allocation per Member State (16 000 applicants relocated)", "Austria", "3,03%", "485", "Belgium", "3,41%", "546", "Bulgaria", "1,43%", "229", "Croatia", "1,87%", "299", "Cyprus", "0,43%", "69", "Czech Republic", "3,32%", "531", "Estonia", "1,85%", "295", "Finland", "1,98%", "317", "France", "16,88%", "2 701", "Germany", "21,91%", "3 505", "Hungary", "2,07%", "331", "Latvia", "1,29%", "207", "Lithuania", "1,26%", "201", "Luxembourg", "0,92%", "147", "Malta", "0,73%", "117", "Netherlands", "5,12%", "819", "Poland", "6,65%", "1 064", "Portugal", "4,25%", "680", "Romania", "4,26%", "682", "Slovakia", "1,96%", "314", "Slovenia", "1,24%", "198", "Spain", "10,72%", "1 715", "Sweden", "3,42%", "548", "Anness 3: Risistemazzjoni Tabella tad-distribuzzjoni", "Overall Key", "Allocation per Member State (20 000 applicants resettled)", "Austria", "2,22%", "444", "Belgium", "2,45%", "490", "Bulgaria", "1,08%", "216", "Croatia", "1,58%", "315", "Cyprus", "0,34%", "69", "Czech Republic", "2,63%", "525", "Denmark", "1,73%", "345", "Estonia", "1,63%", "326", "Finland", "1,46%", "293", "France", "11,87%", "2 375", "Germany", "15,43%", "3 086", "Greece", "1,61%", "323", "Hungary", "1,53%", "307", "Ireland", "1,36%", "272", "Italy", "9,94%", "1 989", "Latvia", "1,10%", "220", "Lithuania", "1,03%", "207", "Luxembourg", "0,74%", "147", "Malta", "0,60%", "121", "Netherlands", "3,66%", "732", "Poland", "4,81%", "962", "Portugal", "3,52%", "704", "Romania", "3,29%", "657", "Slovakia", "1,60%", "319", "Slovenia", "1,03%", "207", "Spain", "7,75%", "1 549", "Sweden", "2,46%", "491", "United Kingdom", "11,54%", "2 309"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1427", "title": "Il-Kummissjoni tiddiskuti l-ġejjieni tad-difiża Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=EEAS,HREXTRELS", "date": "Tue, 23 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Sabiex tkompli d-diskussjoni dwar id-direzzjoni tal-ġejjieni tal-UE b'27, illum il-Kummissjoni organizzat dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-ġejjieni tad-difiża Ewropea.", "Fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża, il-prijorità tal-Kummissjoni ta' Juncker, sa minn meta bdiet il-ħidma tagħha, kienet Ewropa aktar b'saħħitha.", "Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016, il-President Juncker ħabbar il-ħolqien ta' Fond Ewropew għad-Difiża, u qal: “L-Ewropa ma tistax tkompli tvinċi fuq is-saħħa militari tal-oħrajn. (…) \"Biex id-difiża Ewropea tkun b'saħħitha, jeħtieġ li l-industrija tad-difiża Ewropea tkun innovattiva.”", "Meta jitqies li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-viċinat tal-Ewropa qed tiggrava u r-raġunijiet ekonomiċi qawwija jwasslu għal aktar kooperazzjoni fl-infiq għad-difiża fost il-pajjiżi tal-UE, il-Kummissjoni temmen li issa huwa ż-żmien biex isiru passi 'l quddiem lejn Unjoni ta' Sigurtà u Difiża.", "Ir-Rappreżentant Għoli u l-Viċi President, Federica Mogherini, qalet: “Is-sigurtà u d-difiża huma prijoritajiet għall-Unjoni Ewropea minħabba li dawn huma prijoritajiet għaċ-ċittadini kollha tagħna.", "Mis-sena l-oħra ‘l hawn, qed intejbu d-difiża Ewropea tagħna biex tkun aktar u aktar effettiva bħala fornitur tas-sigurtà kemm fil-fruntieri tagħna kif ukoll lil hinn minnhom, billi ninvestu aktar riżorsi, nibnu kooperazzjoni fost l-Istati Membri u nsaħħu l-kooperazzjoni mill-qrib man-NATO.", "Id-dinja ta' madwarna qed tinbidel b'rata mgħaġġla, għaldaqstant irridu nindirizzaw sfidi ġodda kuljum: bħala l-Unjoni Ewropea, ħadna r-responsabilità biex nindirizzaw dawn l-isfidi.”", "Il-Viċi President għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, Jyrki Katainen, żied jgħid: “It-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa jirrikjedi li l-baġit tad-difiża disponibbli jintuża b'mod aktar effiċjenti.", "“Id-deċiżjonijiet rigward l-investiment għall-kapaċitajiet tad-difiża jibqgħu f'idejn l-Istati Membri, u rigward id-difiża, il-baġit tal-UE ma jistax jissostitwixxi dak tal-Istati Membri.", "Madankollu, hemm raġunijiet ekonomiċi u industrijali sinifikanti għal aktar kooperazzjoni, pereżempju fil-qasam tar-riċerka u l-akkwist tad-difiża.", "Minħabba li l-pressjoni fuq il-baġit nazzjonali tibqa' għolja, neħtieġu nfiq aktar effiċjenti u użu aħjar tal-kapaċitajiet tad-difiża.”", "Id-dibattitu ta' orjentazzjoni tal-lum se jgħin biex jiggwida l-ħidma tal-Kummissjoni fil-ġimgħat li ġejjin.", "Qabel il-konferenza Ewropea ta' livell għoli dwar id-difiża u s-sigurtà, li se ssir fis-7 ta' Ġunju fi Praga, il-Kummissjoni se tniedi l-Fond Ewropew għad-Difiża, li kien tħabbar f'Novembru 2016 fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża.", "Fl-istess ħin, se tippreżenta dokument ta' riflessjoni ta' terminu itwal li fih se tistabbilixxi x-xenarji possibbli għall-ġejjieni fil-qasam tal-Politika Ewropea tad-difiża.", "Dan jifforma parti mid-diskussjoni dwar il-ġejjieni tal-UE b'27 imnedija permezz tal-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa fl-1 ta' Marzu 2017.http://europa.eu/rapid/press-release_IP-16-4088_mt.htm", "Hemm raġunijiet validi għal aktar kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża fl-UE.", "It-theddid li l-UE qed tiffaċċja ma jirrispettax il-fruntieri nazzjonali.", "Barra minn hekk, dan qed jiżdied.", "Għalhekk dan it-theddid jiġi ttrattat l-aħjar billi naħdmu flimkien.", "Difiża Ewropea b'saħħitha teħtieġ industrija tad-difiża Ewropea b'saħħitha.", "Hekk kif l-Istati Membri jibdew iżidu l-baġit tagħhom għad-difiża, l-UE tista' tgħinhom biex jonfqu dawn il-fondi b'mod aktar effiċjenti.", "In-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tad-difiża u tas-sigurtà huwa stmat li jiswa bejn EUR 25 biljun u EUR 100 biljun fis-sena.", "Mat-80 % tal-akkwist pubbliku u aktar minn 90 % tar-Riċerka u t-Teknoloġija jitmexxew fuq bażi nazzjonali.", "Permezz tal-akkomunament tal-akkwist tal-beni, jistgħu jiġu ffrankati sa 30 % tal-infiq annwali fuq id-difiża (ara l-Iskeda Informattiva dwar ir-raġunijiet għal aktar kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża).", "Sfond", "Fil-linji gwida politiċi tiegħu ta' Ġunju 2014, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker stqarr: \"Jeħtieġ li naħdmu biex l-Ewropa tkun aktar b'saħħitha fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża.", "Tabilħaqq, l-Ewropa hija prinċipalment “setgħa ta' persważjoni”.", "Iżda fit-tul, anki l-akbar setgħa ta' persważjoni teħtieġ mill-anqas xi kapaċitajiet integrati ta' difiża.", "Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016, il-President Juncker ħabbar il-ħolqien ta' Fond Ewropew għad-Difiża, u f'Settembru 2016, waqt is-Summit ta' Bratislava, il-mexxejja ta' 27 Stat Membru kkonkludew li: “Għandna bżonn lill-UE mhux biss biex tiggarantixxi l-paċi u d-demokrazija iżda wkoll is-sigurtà tal-poplu tagħna.\"", "F'ambjent ġeopolitiku mimli sfidi, qablu fuq il-ħtieġa li jsaħħu l-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà esterna u d-difiża.", "B'mod konkret, il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2016, kellu “jiddeċiedi dwar pjan ta' implimentazzjoni konkret dwar is-sigurtà u d-difiża u dwar kif isir użu aħjar mill-għażliet fit-Trattati, speċjalment rigward il-kapaċitajiet.”", "F'Novembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan ta' Azzjoni tal-Fond Ewropew għad-Difiża, li jsemmi kif Fond Ewropew għad-Difiża u azzjonijiet oħra jistgħu jgħinu biex l-infiq tal-Istati Membri jsir aktar effiċjenti fil-kapaċitajiet ta' difiża konġunti, biex tissaħħaħ is-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej u tiġi promossa bażi industrijali kompetittiva u innovattiva.", "L-inizjattiva ntlaqgħet tajjeb mill-mexxejja tal-UE waqt il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2016 u Marzu 2017, u l-Kummissjoni rċeviet mandat biex tippreżenta proposti qabel is-sajf tal-2017.", "Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża huwa parti minn pakkett usa' għad-Difiża li kien hemm qbil dwaru mill-UE27 fi Bratislava.", "Dan jikkumplimenta żewġ fergħat oħrajn ta' ħidma, jiġifieri l-Pjan għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali fil-qasam tas-Sigurtà u d-Difiża, li jistabbilixxi livell ġdid ta' ambizzjoni għall-Unjoni u jidentifika l-azzjonijiet għat-twettiq tiegħu, kif ukoll l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-NATO ffirmata mill-President tal-Kunsill Ewropew, mill-President tal-Kummissjoni u mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.", "Qed jiġi implimentat sett komuni ta' 42 proposta fis-seba' oqsma identifikati fid-Dikjarazzjoni ta' Varsavja.", "Dan jinkludi t-theddid ibridu, li huwa marbut ukoll mal-Qafas Konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu ta' April 2016, li jibni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà adottata mill-Kummissjoni f'April 2015.", "Il-progress fuq dawn iż-żewġ aspetti qed tipproċedi b'pass mgħaġġel.", "Kien biss il-ġimgħa li għaddiet, li l-ministri tad-difiża tal-UE adottaw għadd ta' konklużjonijiet, li se jmexxu l-ħidma 'l quddiem fit-tħejjija għall-Kunsill Ewropew f'Ġunju.", "Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma, adottata mill-mexxejja tal-UE fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja tal-UE impenjaw ruħhom biex joħolqu UE27, li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' industrija tad-difiża aktar kompetittiva u integrata, u ssaħħaħ is-sigurtà u d-difiża komuni tagħha, f'kooperazzjoni u komplementarjetà man-NATO.", "Il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, ippreżentata fl-1 ta' Marzu 2017, stabbiliet l-isfidi u l-opportunitajiet ewlenin għall-Ewropa fl-għaxar snin li ġejjin.", "Il-White Paper timmarka l-bidu ta' proċess għall-UE27 biex tiddeċiedi dwar il-ġejjieni tal-Unjoni.", "Sabiex jiġi xprunat dan id-dibattitu, il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Parlament Ewropew u Stati Membri interessati, se jlaqqgħu għadd ta' “Dibattiti dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa” madwar l-ibliet u r-reġjuni tal-Ewropa.", "Il-White Paper hija kkumplimentata minn għadd ta' dokumenti ta' riflessjoni dwar:", "Għal aktar tagħrif", "Skeda informattiva: Id-difiża tal-Ewropa: Ir-raġunijiet għal aktar kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_17_1436", "title": "Dikjarazzjoni mill-Viċi President Andrus Ansip u l-Kummissarju Věra Jourová, sena qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGSIN,JFRC,DATAPR", "date": "Tue, 23 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["“Standards ġodda ta' protezzjoni tad-dejta fl-UE kollha ġew adottati mill-UE s-sena l-oħra.", "Is-suċċess tagħhom jiddependi mhux biss fuq li l-Istati Membri jadattaw il-liġijiet nazzjonali għar-regoli l-ġodda, iżda wkoll fuq l-għarfien taċ-ċittadini dwar id-drittijiet ġodda tagħhom, u fuq li n-negozji fl-UE jkunu lesti meta r-regoli l-ġodda jidħlu fis-seħħ.", "Għandna sena waħda biex naħdmu mal-Istati Membri kollha u biex naħdmu flimkien mal-impriżi biex naraw li dan iseħħ.", "Din il-ħidma għandha tiġi intensifikata u msaħħa biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni u tiġi evitata l-frammentazzjoni fl-implimentazzjoni.", "Din is-sena stess se nniedu wkoll kampanja madwar l-UE biex inżidu l-għarfien sabiex l-Ewropej ikunu konxji dwar id-drittijiet tagħhom.", "Sena mil-lum, l-Unjoni Ewropea se tibda tibbenefika mill-istandards il-ġodda tal-protezzjoni tad-dejta.", "Sa minn Mejju tal-2018, ir-regoli l-ġodda tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta se jidħlu fis-seħħ u se jagħtu bażi soda għall-prosperità tas-Suq Uniku Diġitali.", "Ir-regoli l-ġodda se jipproteġu d-dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-UE għall-protezzjoni tad-dejta personali.", "Kulħadd se jibbenefika minn drittijiet ġodda u ċċarati.", "Pereżempju, ikollok id-dritt li tkun taf mill-aktar fis possibbli jekk d-dejta tiegħek tinsteraq jew tiġi żvelata.", "Se jkun ukoll aktar faċli għaċ-ċittadini li jilmentaw u jiksbu kumpens jekk jaħsbu li d-drittijiet tagħhom ma jkunux ġew rispettati.", "Irrispettivament minn fejn tkun maħżuna d-dejta tiegħek, għandek bżonn biss li tikkuntattja lill-eqreb awtorità tal-protezzjoni tad-dejta.", "B'sanzjonijiet sa erba' fil-mija tal-fatturat annwali, l-awtoritajiet se jkunu wkoll f'pożizzjoni li jinfurzaw ir-regoli l-ġodda.", "In-negozji se jibbenefikaw minn aktar ċertezza legali, b'sett wieħed ta' regoli madwar l-UE.", "Il-kumpaniji se jkollhom għalfejn ikollhom x'jaqsmu biss ma' awtorità superviżorja waħda, minflok ma' 28, bħalma hu l-każ issa.", "Dan se jagħmel l-affarijiet mhux biss aktar sempliċi, iżda wkoll irħas.", "L-SMEs jibbenefikaw minn eżenzjonijiet biex jiġi żgurat li r-regoli jkunu adattati għall-bżonnijiet u l-kapaċità ta' kumpaniji żgħar.", "B'mod aktar ġenerali, l-ekonomija tad-dejta tista' tippermetti t-tkabbir tan-negozju, timmodernizza s-servizzi pubbliċi u tagħti s-setgħa liċ-ċittadini.", "L-ekonomija tad-dejta tappoġġa t-tkabbir, tgħin biex jiġu mmodernizzati s-servizzi pubbliċi u tagħti s-setgħa liċ-ċittadini.", "Billi d-dejta mhux personali ma taqax taħt ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, il-moviment liberu ta' tali dejta jista' jkun limitat f'livell nazzjonali jew reġjonali.", "Il-Kummissjoni se toħroġ bi proposta leġiżlattiva biex tiggarantixxi l-fluss liberu tad-dejta aktar tard fl-2017 u proposta oħra li tippromwovi l-aċċessibbiltà u l-użu mill-ġdid tad-dejta pubblika.", "Fl-2018, l-istandards għoljin ta' protezzjoni tad-dejta tal-Ewropa fl-aħħar se jsiru realtà.", "Huwa kruċjali li nagħmluhom jiffunzjonaw fil-prattika.”", "Sfond:", "Il-pakkett tar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE daħal fis-seħħ f'Mejju 2016 u se jibda japplika minn Mejju 2018.", "Huwa jinkludi r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għall-pulizija u s-settur tal-ġustizzja kriminali.", "Għal aktar informazzjoni:", "Mistoqsijiet u Tweġibiet - Pakkett ta' riforma tal-protezzjoni tad-dejta", "Mistoqsijiet u Tweġibiet - dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali tal-2015", "Ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_17_1446", "title": "Dikjarazzjoni mill-Kummissarju Crețu dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex tiffinanzja kompletament l-operazzjonijiet ta' rikostruzzjoni wara diżastri naturali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=REGIONAL", "date": "Tue, 23 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim dwar il-proposta tagħna biex jiġu ffinanzjati kompletament l-operazzjonijiet ta' rikostruzzjoni wara diżastri naturali mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.", "Dan il-kompromess jipprevedi rata ta' kofinanzjament eċċezzjonali ta' 95 %.", "Jiddispjaċini li ma ntlaqgħetx il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni ta' rata ta' kofinanzjament ta' 100 % għal dawn l-operazzjonijiet.", "Fl-istess ħin, il-kompromess issa se jippermetti l-finanzjament tant meħtieġ biex jasal minnufih fiż-żoni affettwati minn diżastri naturali.", "Naħseb fl-Italja, fejn ir-reġjuni tagħha ntlaqtu ripetutament mitnn terremoti terribbli matul is-sena li għaddiet u mill-ġdid f'Jannar.", "F'diversi okkażjonijiet, il-President Juncker esprima l-ammirazzjoni tiegħu għall-poplu Taljan, li wera kuraġġ straordinarjiu fis-sigħat l-aktar koroh, u d-determinazzjoni tal-UE sabiex tappoġġa rikostruzzjoni sħiħa.", "Il-kompromess tal-lum juri li l-UE tkun lesta li tieqaf maċ-ċittadini tagħna meta l-aktar għandhom bżonn l-appoġġ.", "Id-diżastri naturali jistgħu jiġru kullimkien, u kull mument.", "Għalhekk huwa importanti li niżguraw li dan l-appoġġ speċjali tal-UE jista' jiġi attivat mill-ewwel jum, biex jissupplimenta l-assistenza mill-Fond ta' Solidarjetà tal-UE.", "Iż-żieda tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għax-xogħlijiet ta' rikostruzzjoni, se sservi wkoll biex jiġu ffrankati r-riżorsi nazzjonali.", "Il-proposta tagħna hija espressjoni bil-fatti ta' solidarjetà Ewropea.", "Iffaċċjati minn diffikultà kbira, l-Istati Membri m'għandu jkollhom l-ebda dubju li l-UE tieħu ħsieb u hija lesta li tuża r-riżorsi kollha disponibbli biex jipprovdu għajnuna immedjata u biex terġa' tinbena, flimkien."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1386", "title": "Djalogu Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Migrazzjoni: L-impjegaturi u l-Kummissjoni flimkien għall-integrazzjoni tal-migranti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Mon, 22 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos, u l-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen qed jospitaw it-tieni laqgħa tad-.Djalogu Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Migrazzjoni, fis-Summit Ewropew dwar in-Negozju.", "Il-Kummissarji nedew uffiċjalment l-inizjattiva \"L-impjegaturi flimkien għall-integrazzjoni\" fil-preżenza ta' CEOs u ta' rappreżentanti għolja oħra ta' diversi kumpaniji impenjati biex titrawwem l-integrazzjoni tal-migranti bħall-IKEA, Deutsche Telekom, NCC, Accenture, B-post, Scandic hotels, ADECCO u Microsoft kif ukoll rappreżentanti tal-imsieħba soċjali u ekonomiċi.", "L-għan tal-inizjattiva huwa li tippromwovi l-isforzi tal-impjegaturi fl-UE biex jappoġġaw l-integrazzjoni tar-refuġjati u ta' migranti oħra fis-suq tax-xogħol u lil hinn.", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos, qal: \"Li noħolqu integrazzjoni li tiffunzjona mhuwiex biss imperattiv soċjali iżda imperattiv ekonomiku.", "Integrazzjoni b'suċċess tal-migranti kollha fl-UE tippermetti li nibdlu l-migrazzjoni f'opportunità, kemm għalihom kif ukoll għas-soċjetà Ewropea u għall-ekonomija tagħna.", "Ir-rwol u l-involviment tal-impjegaturi huwa essenzjali għal dan.", "Jien nilqa' l-ħafna sforzi eżistenti madwar l-Ewropa kollha u nistieden aktar impjegaturi biex ikunu ta' eżempju u jingħaqdu mal-inizjattiva \"Impjegaturi flimkien għall-integrazzjoni”, li tnediet illum.”", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal- Ħaddiema, Marianna Thyssen, qalet: \"Il-forum tal-lum huwa sinjal ta' impenn biex ngħaqdu l-forzi tagħna flimkien ma dawk tal-impjegaturi.", "Il-kompitu ewlieni tagħna bħalissa huwa li nindirizzaw l-isfidi u li naħtfu l-opportunitajiet biex nintegraw ir-refuġjati u l-persuni li qed ifittxu l-ażil fis-suq tax-xogħol.", "Dan jista' u għandu jkun ta' vantaġġ għal kulħadd.”", "Is-CEO ta' NCC, Peter Wågström, qal: “Illum NCC qed imexxi għadd ta' proġetti promettenti li jippromwovu l-integrazzjoni u d-diversità.", "Aħna nagħmlu dan l-ewwel u qabel kollox għax neħtieġu aktar nies bil-ħiliet xierqa u nemmnu li d-diversità tista' toħloq riżultati aħjar fin-negozju.", "Fl-istess ħin, irridu li jkollna rwol fil-bini ta' soċjetà aktar inklużiva.”", "Is-CEO ta' Bpost, Koen Van Gerven, qal: “Bpost hija impjegatur imdaqqas fil-Belġju li tixtieq tagħti lil kulħadd l-opportunità li jaħdem magħha inklużi r-refuġjati, dawk qiegħda għal żmien twil u persuni b'livell baxx ta' ħiliet.", "Għalhekk aħna żviluppajna approċċ prammatiku u politika dwar l-impjiegi soċjalment responsabbli, flimkien ma' diversi msieħba, biex tinkiseb din l-ambizzjoni ta' integrazzjoni soċjali.”", "L-Uffiċjal Kap Operattiv u Kap Eżekuttiv ta' Europe Accenture, Jo Deblaere, qal: “L-impjieg huwa assolutament kruċjali biex tingħata s-setgħa lir-refuġjati, iżda anki dawk b'esperjenza ta' xogħol professjonali u edukazzjoni avvanzata bosta drabi jbatu biex jiksbu l-awtonomija.", "F'Accenture, l-għan tagħna hu li ngħinu biex ir-refuġjati jerġgħu jidħlu fil-forza tax-xogħol f'impjiegi li jaqblu mal-ħiliet tagħhom, u aħna kburin li nappoġġaw l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tgħinhom jerġgħu jiksbu l-għajxien u l-indipendenza tagħhom.”", "Il-Viċi President ta' Livell Għoli tal-Grupp tar-Responsabbiltà Korporattiv tal-Kumpanija Deutsche Telekom AG, Klesper, qalet: “L-aktar ħtieġa indispensabbli għal integrazzjoni ta' suċċess fis-soċjetà hija l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol.", "Element ewlieni biex din il-ħtieġa tintlaħaq huwa approċċ li jinvolvi diversi partijiet interessati madwar l-Ewropa kollha.", "Jekk naġixxu lkoll flimkien – il-politika, il-persuni li jfasslu l-politika, is-soċjetà ċivili u n-negozju – sfida kbira tinbidel f' opportunità kbira.”", "Sfond", "Id-Djalogu Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Migrazzjoni tnieda fl-2016 biex irawwem l-iskambji bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari l-impjegaturi, dwar kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni tax-xogħol.", "Fit-tieni edizzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2017, id-Djalogu jiffoka fuq l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tar-refuġjati u persuni oħra migranti li jirrisjedu b'mod legali.", "Ir-riċerka turi li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għadhom qegħdin jiffaċċjaw ostakli biex ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol.", "Fl-2016, ir-rata tal-impjiegi taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kienet ta' 15.2 punti perċentwali inqas minn dik taċ-ċittadini tal-UE, bin-nisa jkollhom rati ta' impjiegi partikolarment baxxi.", "Il-migranti minn pajjiżi terzi ta' spiss ma jsibux impjieg adattat għall-kapaċitajiet tagħhom, anki meta jkollhom diploma universitarja[1].", "Jekk nonqsu milli nilliberaw il-potenzjali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-UE dan ikun ifisser ħela enormi ta' riżorsi, kemm għall-individwi kkonċernati nfushom kif ukoll b'mod aktar ġenerali għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna.", "Il-migranti — jekk ikunu integrati tajjeb — jistgħu jgħinu biex tittejjeb il-prestazzjoni globali tas-suq tax-xogħol, kif ukoll is-sostenibbiltà fiskali fit-tul.[2]", "Hija għal din ir-raġuni li fis-7 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi biex jappoġġa l-isforzi tal-integrazzjoni tal-Istati Membri.", "L-integrazzjoni tista' tkun effettiva biss jekk l-atturi rilevanti kollha jwettqu r-rwol tagħhom: l-Istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.", "Rigward l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, ir-rwol tal-imsieħba soċjali u ekonomiċi, u b'mod partikolari tal-impjegaturi, huwa kruċjali.", "Ittieħdu bosta inizjattivi fil-livell nazzjonali mill-impjegaturi, it-trejdjunjins u l-Kmamar tal-Kummerċ.", "Il-Kummissjoni, permezz tat-tieni edizzjoni tad-Djalogu Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Migrazzjoni, trid tippermetti lill-impjegaturi individwali u lil imsieħba ekonomiċi u soċjali oħra biex jaqsmu l-inizjattivi eżistenti u futuri tagħhom f'dan il-qasam.", "Permezz tal-inizjattiva \"Impjegaturi flimkien għall-integrazzjoni\", il-Kummissjoni trid tagħti viżibbiltà għall-impenn ta' impjegaturi individwali biex jappoġġaw l-integrazzjoni u tinkoraġġixxi lill-oħrajn biex jissieħbu.", "Mil-lum, l-impjegaturi interessati jistgħu jissieħbu fl-inizjattiva fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni Ewropea.", "Barra minn hekk, b'segwitu għal L-Aġenda l-Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, il-Kummissjoni qed taħdem ukoll lejn aktar trasparenza ta' kwalifiki ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, it-titjib tal-ħiliet ta' persuni bi kwalifiki baxxi fl-Ewropa u rikonoxximent aktar faċli tal-kwalifiki.", "Għodda li tappoġġa r-rikonoxximent tal-ħiliet ta' migranti minn pajjiżi terzi se titnieda dalwaqt.", "Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa l-istrument ewlieni ta' finanzjament li jappoġġa l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol, inkluża l-integrazzjoni tal-migranti.", "Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum Migration and Integration Fund, AMIF) jista' wkoll jipprovdi finanzjament għal miżuri preparatorji għall-aċċess għas-suq tax-xogħol.", "Se titnieda sejħa għal proposti taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni fit-tieni parti tal-2017 biex tappoġġa l-inizjattivi tal-impjegaturi u tal-imsieħba soċjali fil-promozzjoni tal-integrazzjoni tar-refuġjati u ta' migranti oħra fis-suq tax-xogħol.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Il-Websajttad-Djalogu Ewropew dwar il-Ħiliet u l-Migrazzjoni", "Irreġistra għall-Inizjattiva “Impjegaturi flimkien għall-Integrazzjoni”", "Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi", "Il-Websajt Ewropew dwar l-Integrazzjoni", "Repożitorju ta' prattiki promettenti li jirrigwardaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali ta' persuni li jfittxu ażil u tar-refuġjati fl-Istati Membri kollha tal-UE:", "[1]Stħarriġ tal-Eurostat dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE", "[2] An Economic Take on the Refugee Crisis, dokument istituzzjonali tad-DĠ ECFIN, Lulju 2016 https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/ip033_en_2.pdf"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1438", "title": "Illum aktar minn qatt qabel, jeżistu siti tal-għawm Ewropej bi standard ta' kwalità tal-ilma eċċellenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO", "date": "Mon, 22 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Skont ir-rapport annwali dwar il-kwalità tal-ilma tal-għawm li ġie ppubblikat illum, aktar minn 85 fil-mija tas-siti tal-għawm li ġew issorveljati fl-Ewropa fl-2016 laħqu l-iktar standards stretti, bi kwalità tal-ilma “eċċellenti” - dan ifisser li kienu kważi kompletament ħielsa minn sustanzi niġġiesa li jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent.", "Aktar minn 96 fil-mija tas-siti tal-għawm laħqu r-rekwiżiti minimi tal-kwalità stipulati fir-regoli tal-Unjoni Ewropea.", "Ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA) u tal-Kummissjoni Ewropea jikkonferma li fil-bajjiet u fil-postijiet tal-għawm fl-Ewropa hemm xejra pożittiva, li ilha tul dawn l-aħħar 40 sena, ta' ilma li kull ma jmur qiegħed jindaf.", "Għall-evalwazzjoni nġabru l-analiżijiet ta' kampjuni ta' ilma li ttieħdu minn aktar minn 21 000 sit tal-għawm kostali u interni, u dan jagħti indikazzjoni tajba għal dan is-sajf, ta' fejn qegħdin l-aqwa siti bl-ogħla kwalità ta' ilma.", "Jittieħdu kampjuni mill-ilma fis-siti tal-għawm u b'hekk l-ilma jiġi ssorveljat għal xi tniġġis fekali ġej minn xi dranaġġ jew minn xi bhejjem.", "Bħalma rriżulta f'dawn l-aħħar snin, il-maġġoranza l-kbira tal-postijiet tal-għawm fl-Ewropa għandhom kwalità tajba ta' ilma.", "Fl-2016, 96.3% tas-siti laħqu r-rekwiżiti minimi ta' kwalità “suffiċjenti” stipulati fid-Direttiva dwar l-Ilma tal-Għawm tal-UE.", "Dan huwa kemmxejn ogħla mis-96.1% tal-2015.", "Aktar minn 85% (jiġifieri 85.5) tas-siti tal-għawm laħqu l-istandards l-aktar stretti tad-Direttiva biex l-ilma jiġi kklassifikat li jkun ta' kwalità “eċċellenti”, li hija żieda fuq ir-riżultat ta' 84.4% tal-2015.", "Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: “Il-kwalità eċċellenti tal-ilma fis-siti tal-għawm Ewropej ma ġietx b'kumbinazzjoni.", "Hija r-riżultat tax-xogħol bieżel ta' professjonisti dedikati.", "Dan juri kemm hu importanti li nrawmu l-politika tal-UE li tippromwovi l-impjiegi ekoloġiċi.", "Din is-sena, il-Ġimgħa Ekoloġika Ewropea, bejn id-29 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju, se tiċċelebra dan l-investiment.", "Il-professjonisti tekniċi tal-ilma, dawk li jilqgħu għall-għargħar, ix-xjenzjati tal-kimika ambjentali, il-maniġers tal-ilma użat, kollha kemm huma għandhom rwol essenzjali fiż-żamma ta' standard għoli tal-ilma tal-għawm.”", "Id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA Hans Bruyninckx qal: “Huwa ta' inkoraġġiment kbir li naraw li qegħdin dejjem jiżdiedu s-siti tal-għawm fl-Ewropa li jilħqu l-ogħla standards ta' kwalità.", "Dan huwa ta' għajnuna għall-Ewropej biex ikollhom l-informazzjoni biex jagħmlu l-għażliet tagħhom u jippjanaw liema siti tal-għawm se jżuru das-sajf.", "Juri wkoll l-effikaċja tal-politiki ambjentali tagħna, u l-vantaġġi prattiċi għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u għall-ħajja tagħna ta' kuljum, meta jkun hemm ġbir u analiżi eċċellenti tad-dejta.”", "Ir-rapport jittratta siti tal-għawm fl-UE, fl-Albanija u fl-Iżvizzera.", "L-ilma fis-siti tal-għawm Ewropej huwa ħafna aktar nadif milli kien erbgħin sena ilu, meta kien hemm kwantitajiet kbar ta' ilma tad-dranaġġ muniċipali u industrijali mhux ittrattat jew ittrattat biss parzjalment li kienu jintremew fil-korpi tal-ilma naturali.", "Flimkien mar-rapport, l-EEA ippublikat mappa interattiva aġġornata li turi l-progress ta' kull sit tal-għawm.", "Fis-siti dwar l-ilma tal-għawm tal-EEA u tal-Kummissjoni Ewropea jinsabu r-rapporti aġġornati dwar kull pajjiż u informazzjoni dwar id-Direttiva.", "Sejbiet ewlenin oħra:", "Kuntest", "It-tniġġis fekali tal-ilma għadu riskju għas-saħħa tal-bniedem, speċjalment meta jkun fis-siti tal-għawm.", "L-għawm f'bajjiet jew f'lagi mniġġsa jista' jikkawża l-mard.", "L-akbar sorsi tat-tniġġis huma d-dranaġġ u l-ilma li jiskula mill-irziezet u mill-art tal-biedja.", "Dan it-tniġġis jiżdied bix-xita qawwija u bl-għargħar minħabba t-tifwir tad-dranaġġ u l-ilma tad-dranaġġ imniġġes li jgħaddi għal ġox-xmajjar u l-baħar.", "L-Istati Membri tal-UE kollha u l-Albanija u l-Iżvizzera jissorveljaw is-siti tal-għawm tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Ilma tal-Għawm riveduta.", "Il-leġiżlazzjoni tispeċifika kif għandha tiġi kklassifikata l-kwalità tal-ilma bħala “eċċellenti”, “tajba”, “suffiċjenti” jew “inferjuri” skont il-livelli tal-batterji fekali li jinsabu fih.", "Fejn l-ilma jiġi kklassifikat ta' kwalità “inferjuri” l-Istati Membri għandhom iwettqu għadd ta' miżuri bħall-projbizzjoni tal-għawm jew itellgħu l-avviżi bil-parir li n-nies m'għandhomx jgħumu f'dak il-post, jipprovdu l-informazzjoni lill-pubbliku, u għandhom ukoll iwettqu l-miżuri korrettivi addattati.", "Għal aktar tagħrif dwar il-Ġimgħa Ekoloġika Ewropea 2017 mur fuq: www.eugreenweek.eu"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1388", "title": "Mil-lum l-“Ordni Ewropea ta' Investigazzjoni” se jgħin lill-awtoritajiet biex jiġġieldu kontra l-kriminalità u t-terroriżmu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CRIMLAW", "date": "Sun, 21 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, l-“Ordni Ewropea ta' Investigazzjoni” jidħol fis-seħħ.", "Huwa jissimplifika x-xogħol tal-awtoritajiet ġudizzjarji meta dawn jitolbu evidenza li jinsab f'pajjiż ieħor tal-UE", "Pereżempju, jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi jkunu qed jintraċċaw terroristi moħbija fil-Belġju, huma jistgħu jitolbu mill-kontrapartijiet Belġjani tagħhom biex jinterrogaw lix-xhieda jew jagħmlu tfittxijiet fid-djar hemmhekk f'isimhom.", "Din l-għodda l-ġdida se tissimplifika u tħaffef investigazzjonijiet kriminali transfruntiera.", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, Věra Jourová qalet: “Il-kriminali u t-terroristi ma għandhomx fruntieri.", "L-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea se jgħin lill-awtoritajiet ġudizzjarji biex jikkooperaw biex jiġġieldu b'mod effettiv il-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, it-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni.", "Huwa se jagħti lill-awtoritajiet ġudizzjarji aċċess għall-evidenza malajr kull fejn tkun fl-UE.", "Nistieden lill-Istati Membri kollha biex jimplimentaw kemm jista' jkun malajr biex titjieb il-ġlieda komuni tagħna kontra l-kriminalità u t-terroriżmu.", "F'Ġunju se niddiskutu wkoll soluzzjonijiet mal-Istati Membri biex ikun iffaċilitat il-ġbir u l-iskambju ta' evidenza elettronika.", "Wasal iż-żmien biex ikunu modernizzati l-għodod disponibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjonijiet. \"", "L-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea huwa bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku, li jfisser li kull pajjiż tal-UE huwa obbligat li jirrikonoxxi u jwettaq it-talba tal-pajjiż l-ieħor, bl-istess mod kif kieku kien jipproċedi f'deċiżjoni li saret mill-awtoritajiet tiegħu stess.", "L-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea se jwassal għal dawn il-vantaġġi li ġejjin:", "B'mod partikolari, l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea jippermetti:", "L-għodda tradizzjoni tal-investigazzjoni mhux dejjem ikunu adatti għad-dinja diġitali li qed ngħixu fiha.", "L-awtoritajiet ġudizzjarji jeħtieġu mezzi biex jaċċessaw evidenza fil-cloud u li tkun illokalizzata x'imkien ieħor fid-dinja.", "Il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq soluzzjonijiet biex tattrezza lill-awtoritajiet ġudizzjarji b'għodod moderni ta' investigazzjoni biex ikun simplifikat l-aċċess tagħhom għall-evidenza elettronika.", "Il-passi li jmiss", "L-Istati Membri kellhom ż-żmien biex jimplimentaw l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea fil-leġiżlazzjoni nazzjonali sa llum, it-22 ta' Mejju 2017.", "Il-Kummissjoni Ewropea issa se tanalizza l-istat tal-implimentazzjoni u tipproċedi kontra dawk l-Istati Membri li ma ħadux il-miżuri neċessarji sa issa.", "Fil-Kunsill tal-Ġustizzja fit-8 ta' Ġunju, il-Kummissjoni se tippreżenta soluzzjonijiet biex jitjieb l-aċċess transfruntiera għall-evidenza elettronika.", "Sfond", "Id-Direttiva hija bbażata fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba ta' provi għall-użu fi proċedimenti kriminali.", "Din id-direttiva tapplika għall-pajjiżi kollha tal-UE ħlief għad-Danimarka u l-Irlanda, li mhumiex qegħdin jipparteċipaw.", "Ir-Renju Unit iddeċieda li jipparteċipa fid-Direttiva proposta.", "Hija tieħu post l-iskemi tal-assistenza legali reċiproka eżistenti tal-UE għall-ġbir tal-provi, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tal-UE tal-2000 dwar Assistenza Legali Reċiproka u d-Deċiżjoni Qafas 2003/577/JHA dwar l-iffriżar ta' evidenza.", "Fl-21 ta' Mejju 2010, seba' Stati Membri tal-UE (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, l-Estonja, is-Slovenja, Spanja u l-Isvezja) ppreżentaw inizjattiva għal Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea.", "Id-Direttiva ġiet adottata fl-2014 b'mod konġunt mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.", "Għal aktar tagħrif", "Id-Direttiva 2014/41/UE dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea f'materji kriminali", "Ġustizzja penali — rikonoxximent ta' provi", "Unjoni tas-Sigurtà: Sentejn wara"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_17_1405", "title": "Il-Kummissjoni Ewropea tirċievi l-mandat biex tibda n-negozjati mar-Renju Unit", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BREXIT", "date": "Sun, 21 May 2017 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea tilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit u tinnomina lill-Kummissjoni bħala n-negozjatur tal-Unjoni.", "Il-Kummissjoni tilqa' wkoll l-adozzjoni tal-ewwel sett ta' direttivi ta' negozjati.", "Flimkien mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew li kien hemm qbil dwarhom mill-mexxejja tal-UE27 fid-29 ta' April 2017, dawn id-direttivi ta' negozjati jiddeskrivu l-prijoritajiet għall-ewwel fażi tan-negozjati.", "Iż-żewġ testi jipprovdu lill-Kummissjoni Ewropea, bħala n-negozjatur tal-Unjoni, il-mandat politiku u legali meħtieġ biex tinnegozja mar-Renju Unit f'isem fl-UE27.", "F'Diċembru, il-Kunsill Ewropew laqa' l-ħatra ta' Michel Barnier, mill-Kummissjoni, bħala l-Kap Negozjatur.", "L-ewwel fażi tan-negozjati se tittratta tliet oqsma ewlenin: jiġu salvagwardjati l-istatus u d-drittijiet taċ-ċittadini, kemm iċ-ċittadini tal-UE27 fir-Renju Unit kif ukoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit fl-UE27 u l-familji tagħhom; jintlaħaq ftehim dwar il-prinċipji tas-saldu finanzjarju tal-obbligi tar-Renju Unit bħala Membru tal-UE; jiġu indirizzati l-fruntieri esterni l-ġodda tal-UE, inkluża l-protezzjoni tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, u jinstabu soluzzjonijiet immaġinattivi sabiex tiġi evitata fruntiera fiżika tal-gżira tal-Irlanda.", "Kwistjonijiet oħrajn jinkludu arranġamenti fir-rigward tas-soluzzjoni tat-tilwim u l-governanza tal-ftehim tal-irtirar.", "Barra minn hekk, illum il-Kummissjoni ppubblikat l-politika ta' trasparenza tagħha għan-negozjati, li l-għan tagħha huwa li tiġi żgurata trasparenza sħiħa matul il-proċess kollu tan-negozjati.", "Id-dokumenti ta' negozjati tal-Kummissjoni li huma kondiviżi mal-Istati Membri tal-UE, il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-parlamenti nazzjonali, u r-Renju Unit se jiġu rilaxxati lill-pubbliku u se jiġu ppubblikati hawnhekk.", "Dawn id-dokumenti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:", "Il-Kap Negozjatur tal-Kummissjoni għan-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit, Michel Barnier, qal: “Ninsabu lesti biex niltaqgħu madwar il-mejda tan-negozjati mar-Renju Unit.", "L-objettiv tagħna huwa li jintlaħaq ftehim malajr dwar il-kwistjonijiet iippreżentati mill-Kunsill illum.”", "Il-passi li jmiss", "In-negozjati formali se jibdew hekk kif ir-Renju Unit ikun lest.", "Bi tħejjija għall-ewwel laqgħa bejn in-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit, il-Kummissjoni se taqsam abbozz tad-dokumenti ta' negozjati mal-Istati Membri tal-UE27.", "Dawn id-dokumenti se jkopru l-oqsma li ġejjin: id-drittijiet taċ-ċittadini, l-Euratom, il-kwistjonijiet marbutin ma' merkanzija mqiegħda fis-suq qabel il-ħruġ tar-Renju Unit, il-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi li jinsabu għaddejjin, il-governanza tal-ftehim tal-Artikolu 50, u s-saldu finanzjarju.", "Id-dokumenti kollha se jiġu ppubblikati u se jkunu fuq is-sit web tal-TF50.", "Sfond:", "Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea.", "Il-Kunsill Ewropew adotta l-linji gwida politiċi tiegħu fid-29 ta' April 2017.", "Fit-3 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea adottat u ppubblikat ir-rakkomandazzjoni tagħha biex jinfetħu n-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit.", "Din kienet tinkludi abbozz tad-direttivi ta' negozjati u kienet ibbażata fuq il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta' April 2017.", "Fit-22 ta' Mejju 2017, il-Kunsill adotta r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.", "In-negozjati se jitmexxew f'kull ħin fid-dawl tal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew u f'konformità mad-direttivi ta' negozjar tal-Kunsill u b'kunsiderazzjoni xierqa għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017.", "Għal Aktar Informazzjoni", "It-test tad-direttivi ta' negozjati", "Informazzjoni dwar il-politika ta' trasparenza tal-Kummissjoni", "Il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew", "Mistoqsijiet u tweġibiet dwar id-direttivi tan-negozjati", "Mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea", "Paġna Web dwar it-Task Force dwar in-negozjati tal-Artikolu 50 mar-Renju Unit (TF50)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_799", "title": "Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2020: reċessjoni profonda u mhux omoġenja, irkupru inċert", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=PR-ECOM", "date": "Tue, 05 May 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-pandemija tal-coronavirus tirrappreżenta xokk qawwi għall-ekonomiji globali u tal-UE, b'konsegwenzi soċjoekonomiċi serji ħafna.", "Minkejja r-rispons politiku rapidu u komprensiv fuq livell tal-UE kif ukoll nazzjonali, l-ekonomija tal-UE se tesperjenza reċessjoni ta' dimensjoni storika din is-sena.", "Skont it-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2020, l-ekonomija taż-żona tal-euro se tiċkien b'rekord ta' 7¾% fl-2020 u se tikber b'6¼% fl-2021.", "Skont it-tbassir, l-ekonomija tal-UE se tiċkien b'7½% fl-2020 u se tikber b'6 % fl-2021.", "Il-projezzjonijiet tat-tkabbir għall-UE u għaż-żona tal-euro ġew riveduti 'l isfel b'madwar 9 punti perċentwali meta mqabbla mat-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2019.", "Ix-xokk għall-ekonomija tal-UE huwa simetriku, fis-sens li l-pandemija laqtet lill-Istati Membri kollha, imma kemm it-tnaqqis fl-output fl-2020 (minn -4¼% fil-Polonja sa -9¾% fil-Greċja) u l-qawwa tal-effett rebound fl-2021 huma mistennija jkunu differenti b'mod sinifikanti.", "L-irkupru ekonomiku ta' kull Stat Membru se jiddependi mhux biss fuq l-evoluzzjoni tal-pandemija f'dak il-pajjiż, imma anke fuq l-istruttura tal-ekonomija tiegħu u l-kapaċità li jirrispondi b'politiki ta' stabbilizzazzjoni.", "Minħabba l-interdipendenza tal-ekonomiji tal-UE, id-dinamiċi tal-irkupru f'kull Stat Membru se jaffettwaw ukoll il-qawwa tal-irkupru fl-Istati Membri l-oħra.", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ekonomija għas-Servizz tan-Nies, qal: “F'dan l-istadju nistgħu biss nidentifikaw b'mod approssimattiv l-iskala u l-gravità tax-xokk tal-coronavirus għall-ekonomiji tagħna.", "Filwaqt li r-riperkussjonijiet immedjati se jkunu ħafna iktar serji għall-ekonomija globali milli l-kriżi finanzjarja, il-gravità tal-impatt se tiddependi fuq l-evoluzzjoni tal-pandemija, l-abbiltà tagħna li nerġgħu nagħtu bidu għall-attività ekonomika b'mod sikur u li wara jkollna effett rebound.", "Dan huwa xokk simetriku: il-pajjiżi kollha tal-UE huma milquta u kollha mistennija jkollhom reċessjoni din is-sena.", "L-UE u l-Istati Membri diġà qablu dwar miżuri straordinarji għall-mitigazzjoni tal-impatt.", "L-irkupru kollettiv tagħna se jiddependi fuq risponsi kostanti li huma b'saħħithom u kkoordinati fuq livell tal-UE u dak nazzjonali.", "Flimkien iktar b'saħħitna.”", "Paolo Gentiloni, il-Kummissarju Ewropew għall-Ekonomija, qal: “L-Ewropa qed tesperjenza xokk ekonomiku mingħajr preċedent mid-Depressjoni l-Kbira 'l hawn.", "Kemm il-gravità tar-reċessjoni kif ukoll il-qawwa tal-irkupru mhux se jkunu l-istess, u se jiddependu minn kemm il-lockdowns jistgħu jitneħħew malajr, mill-importanza ta' servizzi bħat-turiżmu f'kull ekonomija u mir-riżorsi finanzjarji ta' kull pajjiż.", "Tali diverġenza tirrappreżenta theddida għas-suq uniku u għaż-żona tal-euro — imma tista' tiġi mitigata permezz ta' azzjoni deċiżiva u konġunta fuq livell Ewropew.", "Din l-isfida rridu niffaċċjawha flimkien.”", "Daqqa kbira għat-tkabbir segwita b'irkupru inkomplet", "Il-pandemija tal-coronavirus laqtet b'mod serju l-infiq tal-konsumaturi, l-output industrijali, l-investiment, il-kummerċ, il-flussi tal-kapital u l-katini tal-provvista.", "It-tnaqqis progressiv mistenni tal-miżuri ta' konteniment għandu jkun il-bażi għall-irkupru.", "Madankollu, l-ekonomija tal-UE mhijiex mistennija li tkun kompletament irkuprat it-telf ta' din is-sena sal-aħħar tal-2021.", "L-investiment se jibqa' mrażżan u s-suq tax-xogħol mhux se jkun irkupra kompletament.", "L-effikaċja kostanti tal-miżuri politiċi nazzjonali u tal-UE f'rispons għall-kriżi se tkun kruċjali biex tiġi limitata l-ħsara ekonomika u jiġi faċilitat irkupru rapidu u solidu biex l-ekonomiji jerġgħu jkunu fit-triq tat-tkabbir sostenibbli u inklussiv.", "Il-qgħad mistenni jiżdied, għalkemm il-miżuri politiċi għandhom jillimitaw iż-żieda", "Filwaqt li l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, is-sussidji tal-pagi u l-għajnuna għan-negozji għandhom jillimitaw it-telf ta' impjiegi, il-pandemija tal-coronavirus se jkollha impatt qawwi fuq is-suq tax-xogħol.", "Ir-rata tal-qgħad fiż-żona tal-euro hija mbassra li tiżdied minn 7.5 % fl-2019 għal 9½ % fl-2020 qabel terġa' tinżel għal 8½ % fl-2021.", "Fl-UE r-rata tal-qgħad hija mbassra li tiżdied minn 6.7 % fl-2019 għal 9 % fl-2020 u mbagħad tinżel għal madwar 8 % fl-2021.", "Xi Stati Membri se jaraw żidiet iktar sinifikanti fil-qgħad minn oħrajn.", "Dawk li għandhom proporzjon għoli ta' ħaddiema fuq kuntratti qosra u dawk fejn proporzjon kbir tal-forza tax-xogħol jiddependi fuq it-turiżmu huma partikolarment vulnerabbli.", "Anke ż-żgħażagħ li qed jidħlu fis-suq tax-xogħol f'dan iż-żmien se jsibuha iktar diffiċli biex jiksbu l-ewwel impjieg tagħhom.", "Tnaqqis qawwi fl-inflazzjoni", "Il-prezzijiet għall-konsumaturi mistennija jonqsu b'mod sinifikanti din is-sena minħabba t-tnaqqis fid-domanda u l-waqgħa kbira fil-prezzijiet taż-żejt; dawn iż-żewġ fatturi mistennija jagħmlu iktar milli jpattu għal żidiet iżolati fil-prezzijiet ikkawżati mit-tfixkil fil-provvista dovut għall-pandemija.", "L-inflazzjoni fiż-żona tal-euro, kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP), issa prevista li tkun 0.2 % fl-2020 u 1.1 % fl-2021.", "Fl-UE, l-inflazzjoni hija mbassra tkun 0.6 % fl-2020 u 1.3 % fl-2021.", "Id-defiċits u d-djun pubbliċi se jiżdiedu minħabba miżuri politiċi deċiżivi", "L-Istati Membri rreaġixxew b'mod deċiżiv b'miżuri fiskali biex jillimitaw il-ħsara ekonomika kkawżata mill-pandemija.", "L-“istabbilizzaturi awtomatiċi”, bħall-pagamenti tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, flimkien ma' miżuri diskrezzjonali fiskali huma mistennija li jikkawżaw żieda fl-infiq.", "B'riżultat ta' dan, id-defiċit tal-gvern aggregat taż-żona tal-euro u tal-UE mistenni li jiżdied minn 0.6 % tal-PDG fl-2019 għal madwar 8½% fl-2020, qabel jerġa' jinżel għal madwar 3½% fl-2021.", "Wara t-tendenza ta' tnaqqis irreġistrata mill-2014, il-proporzjon tad-dejn pubbliku għall-PDG huwa wkoll mistenni li jiżdied.", "Fiż-żona tal-euro huwa mbassar li jiżdied minn 86 % fl-2019 għal 102¾ % fl-2020 u mbagħad jinżel għal 98¾ % fl-2021.", "Fl-UE hu mbassar li jiżdied minn 79.4 % fl-2019 għal madwar 95 % din is-sena qabel jinżel għal 92 % s-sena d-dieħla.", "Inċertezza eċċezzjonalment għolja u riskji li jxaqilbu lejn in-negattiv", "It-Tbassir tar-Rebbiegħa huwa mċajpar b'livell ogħla mis-soltu ta' inċertezza.", "Huwa bbażat fuq sett ta' suppożizzjonijiet dwar l-evoluzzjoni tal-pandemija tal-coronavirus u l-miżuri ta' konteniment assoċjati.", "Ix-xenarju ta' referenza mbassar jassumi li l-lockdowns se jibdew jiġu revokati bil-mod minn Mejju 'l quddiem.", "Ir-riskji marbuta ma' dan it-tbassir huma wkoll eċċezzjonalment kbar u huma orjentati 'l isfel.", "Pandemija iktar serja u itwal milli qed jiġi previst bħalissa tista' tikkawża waqgħa ħafna ikbar fil-PDG milli preżunt fix-xenarju ta' referenza ta' dan it-tbassir.", "Jekk fuq livell tal-UE ma jkunx hemm strateġija komuni b'saħħitha u f'waqtha dwar l-irkupru, hemm ir-riskju li l-kriżi tista' twassal għal distorsjonijiet serji fis-suq uniku u għal diverġenzi ekonomiċi, finanzjarji u soċjali profondi bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro.", "Hemm ukoll ir-riskju li l-pandemija twassal għal bidliet aktar drastiċi u permanenti fl-attitudnijiet lejn il-katini ta' valur mondjali u l-kooperazzjoni internazzjonali, u dan ikun piż fuq l-ekonomija Ewropea ferm miftuħa u interkonnessa.", "Il-pandemija tista' tħalli wkoll ċikatriċi permanenti minħabba fallimenti u ħsara fit-tul għas-suq tax-xogħol.", "It-theddida tat-tariffi wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit tista' wkoll tnaqqas it-tkabbir, għalkemm f'livell inqas fl-UE milli fir-Renju Unit.", "Għar-Renju Unit, suppożizzjoni purament teknika", "Meta wieħed iqis li r-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit għadhom mhumiex ċari, it-tbassir għall-2021 huwa bbażat fuq suppożizzjoni purament teknika tal-qagħda attwali tar-relazzjonijiet kummerċjali bejniethom.", "Dan isir purament għal raġunijiet ta' previżjoni u ma jirrifletti l-ebda antiċipazzjoni jew tbassir fir-rigward tal-eżitu tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit dwar ir-relazzjoni futura tagħhom.", "Sfond", "Din il-previżjoni hija bbażata fuq ġabra ta' suppożizzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw ir-rati tal-kambju, ir-rati tal-imgħax u l-prezzijiet tal-komoditajiet, bit-23 ta' April tkun id-data tal-għeluq.", "Rigward id-data kollha l-oħra li dieħla, inklużi s-suppożizzjonijiet dwar il-politiki governattivi, dan it-tbassir iqis l-informazzjoni sat-22 ta' April u b'mod li tinkludi din id-data.", "Dment li ma jiġux imħabbra politiki b'mod kredibbli u speċifikati fid-dettall, il-projezzjonijiet mhuma jassumu l-ebda tibdil fil-politika.", "Il-Kummissjoni Ewropea tippubblika żewġ tbassiriet komprensivi (fir-rebbiegħa u fil-ħarifa) u żewġ tbassiriet interim (fix-xitwa u fis-sajf) kull sena.", "It-tbassiriet interim ikopru l-PDG annwali u trimestrali u l-inflazzjoni għas-sena attwali u ta' wara għall-Istati Membri kollha, kif ukoll l-aggregati għaż-żona tal-euro u għall-UE kollha kemm hi.", "It-tbassir ekonomiku li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea se jkun it-Tbassir Ekonomiku Interim tas-Sajf 2020, li mistenni jiġi ppubblikat f'Lulju 2020.", "Dan se jkopri biss it-tkabbir tal-PDG u l-inflazzjoni.", "It-tbassir sħiħ li jmiss se jkun f'Novembru 2020.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Id-dokument sħiħ: Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2020", "Segwi lill-Viċi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Segwi lill-Kummissarju Gentiloni fuq Twitter: @PaoloGentiloni", "Segwi lid-DĠ ECFIN fuq Twitter: @ecfin"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_816", "title": "Nitgħallmu dwar l-Unjoni Ewropea – 22 skola jingħataw il-Premju Jan Amos Comenius", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Mon, 04 May 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum f'lejliet Jum l-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea qed tagħti l-Premju Jan Amos Comenius għal tagħlim ta' kwalità għolja dwar l-Unjoni Ewropea.Il-premju se jingħata lil 22 skola sekondarja madwar l-Ewropa li jużaw il-kreattività biex jgħallmu dwar l-Unjoni Ewropea.", "Dan jisħaq fuq l-importanza li t-tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea jsir b'mod li jkun ta' ispirazzjoni.", "Il-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta' Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas qal: “Dan l-ewwel għoti tiegħi tal-Premju ta' Jan Amos Comenius lill-iskejjel u lill-għalliema għall-isforzi kreattivi tagħhom fit-tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea u l-valuri tagħha hu att simboliku ħafna.", "Lejliet is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman li firxet is-sisien ta' proġett ta' paċi msejjes qabelxejn fuq is-solidarjetà Ewropea, l-iskejjel u l-istudenti madwar l-Ewropa kollha qed iġarrbu sitwazzjoni unika mill-gwerra 'l hawn li qalbitilhom ħajjithom.", "Sebgħin sena wara, qed nagħrfu li bis-solidarjetà u bi sforzi kreattivi bħal dawn biss se nkunu kapaċi negħlbu din il-kriżi u nerġgħu lura fuq saqajna aktar b'saħħitna minn qabel.”", "Il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel qal: “It-tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea fl-iskejjel mhuwiex kapriċċ, iżda neċessità.", "Jeħtieġ intejbu l-għarfien u l-formazzjoni taċ-ċittadini dwar l-Unjoni Ewropea sa mill-edukazzjoni bikrija.", "L-iskejjel tagħna jistgħu jrawmu għarfien kritiku dwar l-Unjoni Ewropea u sens ta' appartenenza għaliha b'mod li jkun jispirahom.Tassew kuntent li dan il-premju qed jagħti rikonoxximent u viżibbiltà lil din il-ħidma sfiqa.”", "Kull skola rebbieħa se tirċievi premju ta' €8,000 u trofew.", "Kuntest", "Il-Premju Jan Amos Comenius għal tagħlim ta' kwalità għolja dwar l-Unjoni Ewropea hu kompetizzjoni għall-iskejjel sekondarji madwar l-Unjoni Ewropea.", "Din il-kompetizzjoni għall-UE kollha kienet fetħet fis-6 ta' Novembru u applikaw skejjel minn 24 Stat Membru.", "Kull applikazzjoni assessjawha evalwaturi indipendenti esterni.", "L-evalwaturi identifikaw 22 rebbieħ (ara l-Anness).", "Dan il-premju hu proġett pilota li ppropona l-Parlament Ewropew u implimentatu l-Kummissjoni Ewropea.", "L-iskejjel rebbieħa jħaddmu firxa wiesgħa ta' metodi ta' involviment fit-tagħlim tagħhom dwar l-Unjoni Ewropea.", "Fl-2018, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim identifikat it-tagħlim dwar l-oriġini, il-valuri u l-funzjonament tal-UE bħala prijorità politika.", "Il-premju għandu l-għan li jippreżenta prattika tajba fit-tagħlim orjentat lejn l-objettivi tar-Rakkomandazzjoni.", "Jan Amos Comenius (biċ-Ċek: Jan Amos Komenský) kien filosfu, pedagogu u teologu Ċek li nqisuh missier l-edukazzjoni moderna.", "Kien l-aħħar isqof tal-hekk imsejħa “Unità ta' Brethren” qabel sar refuġjat reliġjuż u wieħed mill-aktar prijunieri bikrija tal-edukazzjoni universali, kunċett li eventwalment ġie ppreżentat fil-ktieb tiegħu Didactica Magna.", "Bħala edukatur u teologu, mexxa diversi skejjel u kien jagħti l-pariri lil bosta gvernijiet madwar l-Ewropa Protestanta f'nofs is-seklu sbatax.", "Għal aktar informazzjoni", "Ara l-filmat tal-premjazzjoni u l-messaġġ tal-Kummissarju Gabriel hawnhekk.", "List of prize-winning schools", "Member State", "Prize-winning school", "Austria", "Bundesrealgymnasium und Bundesoberstufenrealgymnasium Wien 15", "Belgium", "“Le Verseau”, Bierges", "Bulgaria", "Професионална гимназия по туризъм \"Доктор Васил Берон\" -", "The Vocational School in Tourism “Dr. Vasil Beron” in Veliko Tarnovo", "Croatia", "GimnazijaPula", "Cyprus", "Περιφερειακό Γυμνάσιο-Λύκειο Λευκάρων - The Regional Secondary School of Léfkara", "Czechia", "Střední odborná škola podnikání a obchodu, Prostejov", "Denmark", "Rejsby Europæiske Efterskole, Skærbæk", "Finland", "Otaniemen lukio, Espoo", "France", "Lycée Gustave Eiffel d'Armentières", "Germany", "Ignaz-Taschner-Gymnasium, Dachau", "Greece", "ΔεύτεροΓενικόΛύκειοΓέρακα, Παλλήνη, Second Senior High School of Gerakas, Attica", "Ireland", "Saint Columba's College, Stranorlar", "Italy", "Liceo classico, musicale e delle scienze umane“Chris Cappell College”, Anzio", "Lithuania", "Telšių Vincento Borisevičiaus gimnazija -", "Malta", "St Martin's College, Swatar", "Netherlands", "Christelijke Scholen Gemeenschap “Het Streek”, Ede", "Poland", "LXIII Liceum Ogólnokształcące im.", "Lajosa Kossutha", "Portugal", "Escola Básica de São Bruno in Caxias", "Romania", "COLEGIUL NAȚIONAL “CALISTRAT HOGAȘ”, Piatra-Neamț", "Slovakia", "Obchodná akadémia, Dolný Kubín", "Slovenia", "Srednja zdravstvena in kozmetična šola Maribor - High school for nursing and cosmetics, Maribor", "Spain", "Instituto de Educación Secundaria MANUEL DE FALLA, Coslada"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_780", "title": "Rapport dwar id-difiża tal-kummerċ: nirrestawraw kundizzjonijiet ekwi għall-produtturi Ewropej", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Sun, 03 May 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-miżuri ta' difiża kummerċjali tal-UE huma effettivi biex inaqqsu l-prattiki kummerċjali internazzjonali inġusti, skont rapport annwali ppubblikat illum mill-Kummissjoni Ewropea.", "Id-dazji ta' kontra d-dumping u ta' kontra s-sussidji imposti mill-Kummissjoni jwasslu għal tnaqqis medju ta' 80 % f'importazzjonijiet inġusti, u b'hekk ma jiġux affettwati provvisti barranin oħra.", "Il-miżuri tal-UE issa jipproteġu wkoll 23,000 impjieg aktar minn sena qabel.", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ Phil Hogan qal: “Id-difiża b'saħħitha u effettiva hija ta' importanza ewlenija biex jiġu protetti l-kumpaniji tagħna minn prattiki kummerċjali inġusti u biex tiġi żgurata d-diversità tal-provvista.", "L-iżgurar li l-kumpaniji tagħna joperaw f'kundizzjonijiet ġusti tas-suq se jkun saħansitra aktar kruċjali fi żmien ta' wara l-irkupru mill-kriżi.", "Filwaqt li l-importazzjonijiet joffru aktar għażla bi prezz kompetittiv għall-konsumaturi u n-negozji tagħna, jeħtieġ li niżguraw li dawn jiġu lejn l-Ewropa b'termini ġusti, ma jkunux oġġett ta' dumping jew issussidjati, u li ma jagħmluniex dipendenti żżejjed fuqhom.", "Għalhekk ninsab kuntent li qed nara li s-sistema li għandna fis-seħħ taħdem u li r-riformi ta' dawn l-aħħar snin qed iħallu l-frott.”", "Ir-rapport jenfasizza b'mod partikolari:", "Livell għoli u kontinwu ta' attività ta' difiża kummerċjali tal-UE: Fl-2019, il-Kummissjoni nediet 16-il investigazzjoni (kontra 10 fl-2018) u imponiet 12-il miżura ġdida (kontra 6 fl-2018).", "Attività intensiva fir-reviżjoni ta' miżuri eżistenti wasslet għall-konklużjoni ta' 18-il reviżjoni ta' skadenza, 11 aktar milli fl-2018.", "Fi tmiem l-2019, l-UE kellha fis-seħħ 140 miżura ta' difiża kummerċjali, 5 % aktar meta mqabbla mas-sena ta' qabel.", "Dawn kienu jinkludu 121 miżura kontra dumping, 16 kontra s-sussidji u tlieta ta' salvagwardja.", "L-ogħla numru ta' miżuri ta' difiża kummerċjali tal-UE jikkonċerna importazzjonijiet minn pajjiżi bħaċ-Ċina (93 mill-miżuri eżistenti kontra d-dumping u kontra s-sussidji), ir-Russja (10 miżuri), l-Indja (7 miżuri) u l-Istati Uniti (6 miżuri).", "Żieda fl-għadd ta' impjiegi fl-UE li huma protetti: Il-miżura imposta fl-2019 żiedet l-għadd ta' impjiegi li bbenefikaw mid-difiża tal-kummerċ tal-UE bi 23,000, u b'hekk l-għadd totali ta' impjiegi diretti tal-UE ġie protett għal 343,000.", "Effettività sostnuta ta' miżuri ta' difiża kummerċjali tal-UE fit-tnaqqis ta' importazzjonijiet inġusti: Bis-saħħa ta' tnaqqis medju ta' 80 % f'importazzjonijiet dannużi minħabba miżuri ta' difiża kummerċjali tal-UE, il-produtturi tal-UE jistgħu jżommu l-attività tagħhom u l-utenti tal-UE tal-prodotti kkonċernati jkomplu jgawdu minn sorsi diversifikati ta' provvista.", "Azzjoni riżoluta biex tissalvagwardja lill-produtturi tal-azzar tal-UE: B'segwitu tad-dazju fuq l-importazzjoni tal-2018 mill-Istati Uniti fuq l-azzar, kmieni fl-2019 il-Kummissjoni adottat miżuri ta' salvagwardja definittivi għal firxa ta' prodotti ta' l-azzar ta' kull oriġini.", "Dan kien meħtieġ biex tiġi evitata żieda qawwija ta' importazzjonijiet li heddew li jaggravaw il-kundizzjoni ekonomika diġà fraġli tal-produtturi tal-azzar tal-UE.", "Il-miżuri ġew sussegwentement riveduti biex jinżammu l-flussi kummerċjali tradizzjonali u d-diversità tas-sorsi tal-provvista.", "Nofs l-investigazzjonijiet il-ġodda ta' kontra d-dumping u kontra s-sussidji fl-2019 kienu jikkonċernaw ukoll il-prodotti tal-ħadid u tal-azzar.", "Enfasi qawwija fuq l-infurzar u l-ġlieda kontra ċ-ċirkomvenzjoni: Fl-2019 kien hemm żieda ta' każijiet immirati biex wieħed jevita d-dazji fis-seħħ, pereżempju billi jgħaddi minn esportaturi oħra jew permezz ta' pajjiżi oħra.", "Il-Kummissjoni nediet numru rekord ta' erba' investigazzjonijiet kontra ċ-ċirkomvenzjoni fuq inizjattiva tagħha stess, inkluż l-akbar investigazzjoni bħal din sal-lum dwar oġġetti ta' fuq il-mejda u oġġetti tal-kċina miċ-Ċina, li estendew id-dazji għal 30 kumpanija oħra.", "Rikors ġdid għal miżuri ta' salvagwardja: Minbarra l-miżuri ta' salvagwardja dwar l-azzar, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll miżuri ta' salvagwardja għar-ross Indica mill-Kambodja u mill-Myanmar.", "Il-miżuri meħuda skont ir-regoli tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi segwew talbiet indirizzati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri tal-UE li jipproduċu r-ross.", "Dawk huma l-ewwel miżuri ta' salvagwardja skattati mill-UE fi żmien twil.", "Difiża b'saħħitha tal-esportaturi tal-UE fil-mira ta' investigazzjonijiet ta' difiża kummerċjali barranija: Fl-2019 il-miżuri meħuda minn pajjiżi oħra kontra l-importazzjonijiet mill-UE għal darb'oħra kienu 175 li hu livell għoli.", "Livell għoli bħal dan huwa mistenni li jibqa' l-istess fil-futur, minħabba għadd kbir ta' każijiet mibdija fl-2019.", "Il-Kummissjoni kienet soda ħafna biex tintervjeni f'investigazzjonijiet barranin li jimmiraw lejn l-esportazzjonijiet tal-UE b'mod inġust.", "F'żewġ każijiet notevoli – il-miżuri kontra s-sussidju imposti mill-Istati Uniti fuq iż-żebbuġ tal-mejda minn Spanja u l-miżuri dwar iċ-ċips tal-friża - il-Kummissjoni tat bidu għal riżoluzzjoni ta' tilwim kummerċjali fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.", "Għal aktar informazzjoni", "Rapport dwar id-difiża tal-kummerċ tal-UE 2019", "Suppliment tar-rapport (Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni)", "Aktar informazzjoni dwar il-proċeduri ta' difiża kummerċjali tal-UE u l-każijiet eżistenti"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_788", "title": "Coronavirus: il-Kummissjoni tadotta pakkett ta' miżuri biex tkompli tappoġġa s-settur agroalimentari", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,COVID-19", "date": "Sun, 03 May 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum ippubblikat l-aktar pakkett reċenti ta' miżuri eċċezzjonali biex tkompli tappoġġa s-setturi agrikoli u alimentari l-aktar milquta mill-kriżi tal-coronavirus.", "Il-miżuri eċċezzjonali (li tħabbru fit-22 ta' April) jinkludu għajnuna għall-ħżin privat għas-setturi tal-ħalib u tal-laħam, l-awtorizzazzjoni temporanja ta' miżuri ta' awtoorganizzazzjoni tas-suq mill-operaturi fis-setturi milquta ħażin, u l-flessibbiltà fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' appoġġ għas-suq.", "Minbarra dawn il-miżuri tas-suq, il-Kummissjoni pproponiet li tippermetti lill-Istati Membri jużaw il-fondi għall-iżvilupp rurali biex il-bdiewa u n-negozji agroalimentari ż-żgħar jiġu kkumpensati b'ammont massimu ta' EUR 5,000 u EUR 50,000 rispettivament.", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali Janusz Wojciechowski stqarr: “Ħadna azzjoni rapida biex il-miżuri kollha meħtieġa jkunu disponibbli malajr kemm jista' jkun bħala appoġġ għall-bdiewa u għal dawk fil-bżonn.", "Għadd ta' swieq agrikoli u tal-ikel intlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi.", "Madankollu, jien kunfidenti li l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri se tipprovdi appoġġ tanġibbli, se tagħti s-sinjal it-tajjeb lis-swieq, u se tiżgura dalwaqt ċertu livell ta' stabbiltà.", "Dan il-pakkett u l-miżuri ta' appoġġ preċedenti juru li l-Kummissjoni tinsab lesta u li se taġixxi hekk kif titlob is-sitwazzjoni.", "Se nkomplu nimmonitorjaw is-sitwazzjoni f'kuntatt mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati, mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri.”", "Fost il-miżuri eċċezzjonali tas-suq li ġew proposti fit-22 ta' April u li issa ġew adottati u ppubblikati bis-sħiħ insibu:", "Flimkien ma' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Istati Membri li fadlilhom fondi għall-iżvilupp rurali jkunu jistgħu jużaw dawn il-flus biex jipprovdu appoġġ lill-bdiewa u lin-negozji agroalimentari ż-żgħar fl-2020.", "Dan għandu jipprovdi għajnuna immedjata lil dawk l-aktar milquta mill-kriżi.", "L-Istati Membri jistgħu joffru appoġġ b'ammont massimu ta' EUR 5,000 għal kull bidwi u ta' EUR 50,000 għal kull impriża żgħira.", "Dan jiżdied mal-għajnuna de minimis għas-settur agrikolu u jikkomplementa ż-żieda tal-limitu massimu tal-għajnuna mill-Istat li ġiet adottata qabel.", "Din il-proposta trid tiġi ppreżentata lill-Kunsill u lill-Parlament għall-approvazzjoni.", "Dawn il-miżuri jsegwu pakkett wiesa' ta' miżuri li ġew adottati qabel mill-Kummissjoni.", "Dawn il-miżuri pprovdew appoġġ għas-settur agroalimentari f'dawn iż-żminijiet ta' sfida fil-forma ta' ammonti akbar ta' għajnuna mill-Istat, ħlasijiet bil-quddiem ogħla, u skadenzi estiżi għall-preżentazzjoni ta' talbiet għall-ħlas.", "Iż-żieda fil-flessibilità fir-rigward tar-regoli dwar il-Politika Agrikola Komuni għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv minn fuq il-bdiewa u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.", "Għal aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "L-appoġġ għas-settur agroalimentari waqt il-kriżi tal-coronavirus", "Ir-rispons tal-UE għall-coronavirus", "Il-miżuri tas-suq tal-Politika Agrikola Komuni", "Settur", "Kontenut", "Effett mixtieq", "Bażi ġuridika", "Ħalib u prodotti tal-ħalib", "L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u korpi oħra rikonoxxuti jitħallew jiġġestixxu l-provvista.", "Tul ta' żmien ta' 6 xhur.", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 222 tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Patata pproċessata", "L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u korpi oħra rikonoxxuti jitħallew jiġġestixxu l-provvista.", "Tul ta' żmien ta' 6 xhur.", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 222 tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Fjuri, basal tal-fjuri, eċċ.", "L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u korpi oħra rikonoxxuti jitħallew jiġġestixxu l-provvista.", "Tul ta' żmien ta' 6 xhur.", "riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 222 tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Frott u Ħxejjex, inbid", "Aktar flessibbiltà għall-ġestjoni tal-programmi settorjali (baġits nazzjonali ġestiti mill-Istati Membri)", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikoli 37, 53, 173 flimkien mal-Artikolu 227 tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq) [Adottat illum, b'pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'data aktar tard]", "Frott u Ħxejjex, inbid", "Żieda fil-flessibbiltà finanzjarja fil-programmi settorjali Komunitarji għall-irtirar ta' prodotti mis-suq (qerda, distillazzjoni, ħażna jew ħsad bikri)", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 219 flimkien mal-Artikolu 228 tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Frott u ħxejjex, inbid, apikultura u l-iskema għall-iskejjel", "Flessibbiltà akbar għal skemi ta' appoġġ differenti għall-programmi settorjali", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19, u li tiġi permessa flessibbiltà fir-rigward tal-programmi li għaddejjin bħalissa", "L-Artikolu 25 [l-iskema tal-iskejjel], l-Artikolu 38 [il-frott u l-ħxejjex], l-Artikolu 54 [l-inbid], l-Artikolu 57 [l-apikultura], l-Artikolu 70(a) u l-Artikolu 219 flimkien mal-Artikolu 228 tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)*", "Żebbuġ tal-mejda u żejt taż-żebbuġa", "Flessibbiltà akbar għal skemi ta' appoġġ differenti għall-programmi settorjali.", "Li tiġi permessa flessibbiltà fir-rigward tal-programmi li għaddejjin bħalissa, b'mod partikolari meta jkunu milquta mill-kriżi", "L-Artikolu 31 (iż-żebbuġ tal-mejda u ż-żejt taż-żebbuġa) tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Nagħaġ u mogħoż", "Il-ħżin privat", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 223(3)(c) tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Inbid", "Flessibbiltà akbar fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet għat-tħawwil", "Aktar żmien biex il-produtturi jikkonformaw mal-obbligi", "L-Artikolu 221(1) tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Ċanga", "Il-ħżin privat", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 223(3)(c) tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Ġobon", "Il-ħżin privat", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Trab tal-Ħalib Xkumat", "Il-ħżin privat", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 223(3)(c) tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Butir", "Il-ħżin privat", "Riekwilibriju tal-provvista biex tiġi aġġustata għall-bidla fid-domanda tal-konsumaturi waqt il-konfinament minħabba l-COVID-19", "L-Artikolu 18(2) tar-Regolament 1308/2013 (l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq)", "Żvilupp Rurali", "Miżura temporanja ġdida", "Appoġġ lill-bdiewa u lill-SMEs milquta mill-kriżi", "Proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-FAEŻR), li trid tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill", "* Żball tipografiku kkoreġut fis-19:51 tal-4 ta' Mejju 2020"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_785", "title": "Il-coronavirus: jingħataw maskri ta' rescEU lil Spanja, l-Italja u l-Kroazja", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ICHACR,COVID-19", "date": "Fri, 01 May 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Wara l-kunsinna li ntbagħtet il-ġimgħa li għaddiet lejn l-Italja, f'dan it-tmiem il-ġimgħa qegħdin jiġu distribwiti aktar lottijiet ta' maskri protettivi tal-FFP2 lejn Spanja, l-Italja u l-Kroazja mir-rescEU - l-ewwel riżerva Ewropea komuni ta' tagħmir mediku li qatt ġiet stabbilita, ix-xahar li għadda, biex tingħata għajnuna lill-pajjiżi affettwati mit-tifqigħa tal-coronavirus.", "“Aħna ħdimna lejn u nhar biex niġbru r-riżerva ta' rescEU ta' tagħmir mediku.", "Diġà ħloqna riżerva ta' maskri.", "Spanja, l-Italja u l-Kroazja ser ikunu l-ewwel li jirċievu tagħmir, iżda mbagħad se jkun hemm kunsinni oħra.", "Nirringrazzja lir-Rumanija u lill-Ġermanja talli kienu l-ewwel Stati Membri li ospitaw tagħmir ta' rescEU,” qal il-Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżi, Janez Lenarčič.", "L-appoġġ tal-lum huwa b'żieda mat-Timijiet Mediċi tal-UE,il-maskri u d-diżinfettanti diġà mobilizzati permezz tal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE kif ukoll offerti bilaterali mill-Istati Membri.", "Ir-Rumanija u l-Ġermanja huma l-ewwel Stati Membri li ospitaw ir-riżerva ta' rescEU u għalhekk huma responsabbli mill-akkwist tat-tagħmir, filwaqt li l-Kummissjoni tiffinanzja 100 % tal-assi bħal ma huwa t-tagħmir ta' protezzjoni personali.", "F'dawn l-ewwel kunsinni diġà sa issa ġew ikkonsenjati 330,000 maskra lill-Italja, Spanja u l-Kroazja.", "Se jkun hemm aktar kunsinni 'l quddiem.", "Sfond", "Kif taħdem il-kapaċità ta' rescEU", "Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza jamministra d-distribuzzjoni tat-tagħmir biex jiġi żgurat li dan imur fejn l-aktar ikun hemm bżonnu.", "F'dan il-każ, Spanja, l-Italja u l-Kroazja ntgħażlu abbażi tal-ħtiġijiet espressi minn dawn il-pajjiżi fit-talbiet tagħhom għal assistenza skont il-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili.", "Il-kapaċità medika strateġika hija parti mir-riżerva usa' ta' rescEU, li tinkludi kapaċitajiet oħra bħal huma mezzi tat-tifi tan-nar mill-ajru u kapaċitajiet ta' evakwazzjoni medika.", "Ir-riżerva ta' rescEU tikkostitwixxi l-aħħar saff tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li jista' jiġi attivat għal kull tip ta' periklu naturali u kkawżat mill-bniedem.", "L-Istati Membri tal-UE, ir-Renju Unit (matul il-perjodu ta' tranżizzjoni), l-Iżlanda, in-Norveġja, is-Serbja, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro u t-Turkija jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: Il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_782", "title": "L-UE u l-Messiku jilħqu ftehim ġdid dwar il-kummerċ", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Fri, 20 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["L-Unjoni Ewropea u l-Messiku llum laħqu ftehim ġdid dwar il-kummerċ, li jifforma parti minn Ftehim Globali bejn l-UE u l-Messiku mmodernizzat u usa'.", "Prattikament il-kummerċ kollu ta' merkanzija bejn l-UE u l-Messiku se jkun bla dazju, inkluż fis-settur agrikolu.", "Proċeduri doganali iktar sempliċi se jibbenefikaw ulterjorment lill-industrija tal-UE, inkluż f'setturi bħal tal-farmaċewtika, tal-makkinarju, u tat-tagħmir tat-trasport.", "Il-ftehim jistipula wkoll regoli progressivi dwar l-iżvilupp sostenibbli.", "Fost affarijiet oħrajn, l-UE u l-Messiku impenjaw irwieħhom li jimplimentaw effettivament l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.", "Se jkun ukoll l-ewwel ftehim kummerċjali tal-UE li jindirizza l-korruzzjoni fis-settur privat u f'dak pubbliku.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal: “Il-kummerċ jista' u għandu jkun proċess li l-partijiet kollha joħorġu rebbiħin fih, u dan il-ftehim juri proprju dan.", "Il-Messiku u l-UE ħadmu flimkien u waslu għal riżultat li jgawdu minnu t-tnejn.", "Għamilna dan bħala sħab li għandhom ir-rieda li jiddiskutu, li jiddefendu l-interessi tagħhom waqt li fl-istess ħin ikunu lesti li jilħqu kompromess biex jissodisfaw l-aspettattivi ta' xulxin.", "B'dan il-ftehim, il-Messiku jingħaqad mal-Kanada, il-Ġappun u Singapore fil-lista dejjem ikbar ta' sħab li huma lesti jaħdmu mal-UE biex jiddefendu l-kummerċ miftuħ, ġust, u bbażat fuq ir-regoli.”", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ, Cecilia Malmström, żiedet: “F'inqas minn sentejn l-UE u l-Messiku ħarġu bi ftehim adattat għall-isfidi ekonomiċi u politiċi tas-Seklu 21.", "Issa qed niftħu kapitlu ġdid fir-relazzjoni twila u produttiva tagħna, li bih se nagħtu spinta lill-kummerċ u noħolqu l-impjiegi.", "Il-ftehim tal-lum se jibgħat ukoll messaġġ b'saħħtu lil sħab oħrajn li huwa possibbli li r-relazzjonijiet kummerċjali eżistenti jiġu mmodernizzati meta ż-żewġ sħab ikunu jaqsmu twemmin ċar fil-merti tal-ftuħ, u tal-kummerċ liberu u ġust.”", "Il-Kummissarju għall-Agrikoltura, Phil Hogan, qal: “Dan il-ftehim juri għal darba oħra l-valur li l-UE tkun fuq quddiem nett fid-dinja biex tippromwovi l-kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli.", "L-impenn tagħna huwa li nagħtu benefiċċji liċ-ċittadini tagħna permezz ta' kooperazzjoni iktar mill-qrib mas-sħab barranin tagħna.", "Il-ftehim huwa pożittiv ħafna għas-settur agro-alimentari tagħna, għax joħloq opportunitajiet ta' esportazzjoni ġodda għall-prodotti tal-ikel u xorb ta' kwalità għolja tagħna, li min-naħa tagħhom se joħolqu iktar xogħol u tkabbir, l-iktar fiż-żoni rurali.”", "Il-ftehim tal-lum — ladarba jiġi ffinalizzat u approvat — se jgawdu minnu kemm il-kumpaniji kif ukoll il-konsumaturi madwar l-Ewropa, u se jġib 'il quddiem l-aġenda ta' politika kummerċjali bbażata fuq il-valuri tal-UE.", "Il-ftehim fil-prinċipju miftiehem illum idaħħal ir-relazzjoni kummerċjali tal-UE mal-Messiku fl-era moderna, billi jneħħi l-biċċa l-kbira tal-ostakli għall-kummerċ li fadal.", "Mindu daħal fis-seħħ il-ftehim kummerċjali preċedenti bejn l-UE u l-Messiku fl-2000, il-kummerċ bejn l-UE u l-Messiku żdied b'rata ta' madwar 8 % fis-sena, li rriżulta f'żieda kumplessiva ta' 148 % fil-kummerċ ta' merkanzija tul il-perjodu.", "Minkejja dawn ir-riżultati pożittivi, xorta kien hemm marġni wiesa' biex tittejjeb ir-relazzjoni kummerċjali, u l-ftehim il-ġdid qed jindirizzah, billi jagħmel il-kummerċ tal-merkanzija kollu prattikament mingħajr dazju.", "L-elementi ewlenin tal-ftehim", "1) L-iktar li se jgawdu huma l-esportazzjonijiet agrikoli mill-UE, bħall-pollam, il-ġobon, iċ-ċikkulata, l-għaġin u l-majjal.", "B'mod partikolari, dan il-ftehim:", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri doganali, il-ftehim il-ġdid se jdaħħal regoli ġodda biex jissimplifikaw u jħaffu l-burokrazija u l-kontrolli fiżiċi fid-dwana Messikana.", "2) Il-ftehim jinkludi kapitlu komprensiv dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li jistipula l-ogħla standards għax-xogħol, is-sikurezza, u l-protezzjoni ambjentali u tal-konsumatur; jintroduċi djalogu ġdid mas-soċjetà ċivili fl-oqsma kollha tal-ftehim, isaħħaħ l-azzjonijiet tal-UE u l-Messiku fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari l-obbligi li ż-żewġ naħat daħlu għalihom skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; u jżomm kif ukoll iħares għalkollox il-jedd tal-Istati Membri li jorganizzaw is-servizzi pubbliċi kif jagħżlu huma.", "Il-Ftehim jinkludi wkoll referenza espliċita għall-prinċipju ta' prekawzjoni li diġà huwa mnaqqax fit-Trattati tal-UE u li jippermetti lill-UE li żżomm ċerti prodotti barra mis-suq jekk ma jkunx hemm ċertezza xjentifika li dawn huma siguri.", "Se jkun ukoll l-ewwel ftehim kummerċjali tal-UE li jinkludi dispożizzjonijiet biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, b'miżuri biex issir azzjoni kontra t-tixħim u l-ħasil tal-flus.", "Il-Ftehim Globali, li huwa usa', u li l-ftehim kummerċjali huwa parti integrali minnu, ikopri wkoll il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll kapitli dwar il-kooperazzjoni politika u dwar l-iżvilupp.", "3) Il-ftehim huwa pass kbir 'il quddiem biex jagħti lill-kumpaniji aċċess reċiproku għall-kuntratti tal-gvern kemm fis-swieq tal-akkwist pubbliku tal-UE kif ukoll tal-Messiku.", "Il-kumpaniji mill-UE u l-Messiku se jiġu ttrattati ndaqs, irrispettivament minn jekk jippreżentawx offerta fil-Messiku jew fl-UE.", "Il-Messiku impenja ruħu wkoll li jidħol f'negozjati mal-Istati Messikani biex jippermettu lill-kumpaniji mill-UE jagħmlu offerti għal kuntratti fil-livell ta' Stat sa meta jiġi ffirmat il-ftehim.", "4) Dan il-ftuħ imur id f'id mal-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni: qbilna dwar livell għoli ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.Dan iħares ir-riċerka u żvilupp tal-UE, u jiggarantixxi ħlas ġust lill-artisti tal-UE, kif ukoll it-340 prodott tradizzjonali tal-UE li diġà ġew imsemmija.", "5) Il-ftehim il-ġdid jiftaħ il-kummerċ fis-servizzi, bħas-servizzi finanzjarji, it-trasport, il-kummerċ elettroniku, u t-telekomunikazzjoni.", "Il-ftehim se jgħin ukoll biex jiżviluppa ambjent li jiffavorixxi ekonomija bbażata fuq l-għarfien, b'kapitlu ġdid dwar il-kummerċ diġitali.", "Dan se jneħħi ostakli bla bżonn għall-kummerċ onlajn, bħall-impożizzjoni ta' dazji doganali meta jitniżżel app, u se jistipula regoli ċari biex il-konsumaturi jiġu protetti online.", "6) Dwar il-protezzjoni tal-investiment, il-ftehim itejjeb il-kundizzjonijiet tal-investiment u jinkludi s-sistema l-ġdida tal-UE ta' Qorti tal-Investiment, li tiżgura t-trasparenza u d-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku, u se jiżgura wkoll li l-Messiku u l-UE jaħdmu biex iwaqqfu Qorti tal-Investiment Multilaterali.", "Kollox ma' kollox, dan il-ftehim se jsaħħaħ it-tmexxija tal-Ewropa fit-tiswir tal-globalizzazzjoni billi jistipula regoli tal-kummerċ li jimxu mal-valuri fundamentali tal-UE u li jissalvagwardjaw l-interessi u s-sensittivitajiet tal-UE.", "B'dan il-mod, il-ftehim jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati wħud mill-isfidi identifikati fid-dokument ta' riflessjoni dwar l-Isfruttar tal-Globalizzazzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni bħala parti mill-proċess tal-White Paper.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-ftehim fil-prinċipju tal-lum jinkludi l-elementi l-iktar importanti tal-ftehim.", "F'xi kapitli, għad fadal xi dettalji tekniċi x'jiġu ffinalizzati.", "Abbażi tal-ftehim fil-prinċipju tal-lum, in-negozjaturi miż-żewġ naħat se jkomplu l-ħidma tagħhom biex isolvu l-kwistjonijiet tekniċi li għad fadal u jiffinalizzaw it-test legali sħiħ sa tmiem is-sena.", "Il-Kummissjoni mbagħad se tgħaddi għall-verifika legali u għat-traduzzjoni tal-ftehim fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, u sussegwentement tippreżentah għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.", "Sfond", "In-negozjati għall-ftehim il-ġdid mal-Messiku nbdew f'Mejju 2016 fuq il-bażi ta' direttivi ta' negozjati mill-Kunsill.", "Dawn saru skont l-istandards ta' trasparenza għoljin li għandha l-Kummissjoni.", "Barra mill-iskrutinju mill-qrib min-naħa tal-Parlament Ewropew u tal-Istati Membri, il-Kummissjoni żgurat l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-progress fin-negozjati billi ppubblikat rapporti regolari miċ-ċikli ta' negozjati, kif ukoll proposti għal negozjati.", "Il-pilastru tal-kummerċ huwa parti mill-Ftehim Globali, li huwa usa' u li jistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni tal-UE mal-Messiku u li jkopri kwistjonijiet ta' interess kondiviż usa' li jmorru lil hinn mill-kummerċ, fosthom kwistjonijiet politiċi, it-tibdil fil-klima, u d-drittijiet tal-bniedem.", "Fl-1997, il-Messiku kien l-ewwel pajjiż tal-Amerika Latina li ffirma Ftehim Globali mal-UE.", "Dan daħal fis-seħħ fl-2000 u se jiġi sostitwit bil-ftehim il-ġdid ladarba dan jiġi ratifikat.", "Għal iktar informazzjoni", "Qbil fil-Prinċipju", "MEMO", "Dikjarazzjoni konġunta", "Paġna apposta (focus) b'ritratti u filmati", "Paġna web dedikata", "Skedi informattivi", "L-istejjer tal-esportaturi", "Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Messiku"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/MEMO_18_1447", "title": "Karatteristiċi ewlenin tal-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Messiku", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=AGRURAL,PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Fri, 20 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Fil-21 ta' April 2018, l-Unjoni Ewropea u l-Messiku qablu dwar ftehim kummerċjali ġdid.", "Dan se jkun parti minn Ftehim Globali bejn l-UE u l-Messiku, aktar wiesa' u mmodernizzat, u se japprofondixxi u jwessa' l-ambitu tal-ftehim kummerċjali eżistenti, iffirmat fl-1997.", "Il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat il-ftehim abbażi ta' mandat approvat b'mod unanimu mill-gvernijiet tal-UE.", "Matul in-negozjati, il-Kummissjoni poġġiet it-trasparenza fl-ewwel post. Abbażi tal-ftehim li hemm bħalissa fil-prinċipju, in-negozjaturi taż-żewġ naħat se jkomplu l-ħidma tagħhom biex jindirizzaw il-kwistjonijiet tekniċi li jifdal u biex ifasslu t-test finali tal-ftehim, Il-Kummissjoni mbagħad se tivverfika t-test tal-ftehim minn perspettiva legali, tittraduċih fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u tippreżenta l-ftehim għall-approvazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.", "L-UE hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali għall-Messiku, u l-Messiku, b'128 miljun ruħ, huwa t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali għall-UE fl-Amerika Latina, wara l-Brażil.", "Il-kummerċ totali bejn l-UE u l-Messiku jwassal sa EUR 62 biljun fi prodotti (2017) u EUR 15-il biljun f'servizzi (2016).", "L-esportazzjoni mill-UE ta' prodotti lejn il-Messiku għandha valur ta' EUR 38 biljun (2017), b'kemm jiswew EUR 10 biljun ta' esportazzjoni ta' servizzi (2016).", "400 000 impjieg fl-UE huma marbuta b'xi mod jew ieħor mal-esportazzjoni tal-UE lejn il-Messiku.", "Bil-ftehim, il-kummerċ u l-investiment mal-Messiku se jsiru aktar faċli, u għalhekk hu mistenni li din iċ-ċifra togħla.", "Kull EUR 1 biljun ta' esportazzjonijiet tal-UE jsostnu madwar 14 000 impjieg fl-Ewropa, u għalhekk iktar ma l-Ewropa tesporta, aktar tista' tissalvagwardja u toħloq impjiegi.", "Darba li jkun fis-seħħ, il-ftehim se:", "Dan se jinkiseb billi:", "1.", "Jitneħħew id-dazji doganali li fadal", "Il-ftehim tal-1997 bejn l-UE u l-Messiku ma kienx fih bosta mid-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ fil-prodotti li minn dak iż-żmien saru standard fil-ftehimiet kummerċjali.", "Lanqas ma kien kopra għadd ta' kategoriji ta' prodotti, speċjalment fejn jidħlu l-agrikoltura u s-sajd.", "Il-ftehim il-ġdid jagħlaq dawn il-lakuni.", "Il-ftehim il-ġdid se jkun ifisser li jkun jista' jsir il-kummerċ ta' 99% tal-prodotti bejn l-UE u l-Messiku mingħajr dazji.", "Fil-każ ta' 98% tal-prodotti mhux se jkun hemm dazji mill-mument li l-ftehim jidħol fis-seħħ.", "Fil-każ ta' dak li jifdal, id-dazji doganali jitneħħew ftit ftit fuq perjodu ta' żmien, jew għal xi ammont limitat, iddefinit bħala kwota.", "Dan jinkludi l-esportazzjoni ta' prodotti tal-ħalib u tal-laħam kemm mill-UE kif ukoll mill-Messiku.", "Bil-ftehim kummerċjali se jkun ħafna eħfef li l-esportaturi tal-UE jbigħu l-prodotti tagħhom fil-Messiku u jiffrankaw sa EUR 100 miljun fis-sena f'dazji doganali.", "Il-Messiku se jneħħi t-tariffi għolja tiegħu li jimponi fuq prodotti tal-ikel ta' importanza, bħal ma huma l-għaġin (li fuqu hemm bħalissa tariffa sa 20%), iċ-ċikkulata u l-ħelu (b'tariffi li jaqbżu l-20%), il-ġobon tal-moffa (sa 20%), it-tuffieħ u l-ħawħ tal-bott (sa 20%), pratikament il-prodotti kollha tal-majjal (sa 45%) kif ukoll prodotti mit-tjur ekonomikament relevanti (sa 100%).", "Fil-każ ta' prodotti oħra, il-ftehim se jġib aċċess sinifikanti ġdid fis-suq fi ħdan ammonti annwali, pereżempju fil-każ tat-trab tal-ħalib (li fuqu sa issa kien hemm taxxa li kienet titla' sa 50%) se jkun hemm kwota annwali ta' 50 000 tunnellata, fil-każ ta' ġobon frisk u pproċessat (bħalissa hemm taxxa sa 45%) kwota ta' 5 000 tunnellata u fil-każ ta' ġobon ieħor (it-tariffa bħalissa titla' sa 45%) se jkun hemm kwota ta' 20 000 tunnellata.", "Se jkun ukoll aktar faċli għal kummerċ tal-inbid u l-ispirti, li l-esportazzjonijiet tagħhom huma importanti kemm għall-UE kif ukoll għall-Messiku.", "2.", "Tiġi ggarantita s-sostenibbiltà u tiġi miġġielda l-korruzzjoni", "Il-ftehim jenfasizza b'azzjoni reali l-aġenda politika kummerċjali tal-UE bbażata fuq il-valuri.", "L-UE u l-Messiku jistabbilixxu aspirazzjonijiet u miri komuni għal kummerċ miftuħ u ġust ibbażat fuq taħlita ta' valuri ta' żvilupp sostenibbli u l-mutur ekonomiku tal-kummerċ.", "Il-ftehim fih impenji vinkolanti dwar:", "B'referenza għall-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, il-ftehim isostni:", "L-UE u l-Messiku jaqblu wkoll li jippromwovu prattiki ta' responsabbiltà soċjali korporattiva f'konformità ma' standards miftiehma internazzjonalment.", "Il-ftehim jinkludi wkoll miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, pereżempju:", "Kwalunkwe nuqqas ta' qbil dwar dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu solvuti permezz ta' konsultazzjonijiet mal-gvern jew minn Panel ta' Esperti u l-pubblikazzjoni ta' rapport.", "Il-Ftehim jinkludi impenji dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u s-sajd.", "3.", "Jinżammu standards għolja ta' saħħa u ta' iġjene għall-prodotti tal-ikel", "Il-Ftehim jippermetti li jitħaffef il-kummerċ u fl-istess waqt jinżamm sikur.", "Kemm l-UE kif ukoll il-Messiku jżommu d-dritt tagħhom li jistabbilixxu l-livell ta' protezzjoni li huma jqisu xieraq.", "Il-ftehim fih ukoll referenza espliċita għall-prinċipju prekawzjonarju li jirregola l-approċċ tal-partijiet lejn it-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Dan ifisser li, kif diġà huwa mnaqqax fit-trattati tal-UE, l-UE tista' tkompli żżomm milli jidħlu fis-suq tagħha ċerti prodotti sakemm ma jkunx hemm ċertezza xjentifika totali li ma jkunux ta' periklu.", "Il-Ftehim jipprovdi għal:", "Il-Messiku se ukoll jittratta lill-UE bħala entità waħda u mhux se jimponi proċeduri separati fuq kull Stat Membru.", "4.", "Jitnaqqsu l-formalitajiet għall-kummerċ fi prodotti industrijali", "It-tariffi doganali għal prodotti industrijali diġà tneħħew.", "L-esportaturi ta' dawn il-prodotti madankollu se jibbenefikaw mill-ftehim bis-saħħa ta' titjib marbut ma' rekwiżiti tekniċi u formalitajiet anqas.", "Il-Ftehim għandu l-għan li jżid l-użu tal-istandards internazzjonali filwaqt li jiġu salvagwardjati l-livelli ta' protezzjoni li kull parti jidhrilha xierqa.", "Dan ifisser li l-esportaturi tal-UE ma jkunux obbligati li jistabbilixxu linji ta' produzzjoni separati għal oġġetti li huma jesportaw lejn il-Messiku.", "Skont dan il-ftehim il-Messiku se jirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti li tinħareġ fl-UE.", "Dan se jagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji tal-UE li jġibu prova ta' konformità mal-istandards u r-regolamenti Messikani.", "U naturalment l-esportazzjonijiet mill-Messiku se jkollhom ikunu konformi mal-istandards u regolamenti stretti tal-UE, bħal ma jagħmlu llum.", "Barra minn dan, bis-saħħa tal-ftehim:", "II-ftehim fih ukoll dispożizzjonijiet dwar it-tariffi u l-formalitajiet, u l-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni.", "Bis-saħħa tiegħu pereżempju se jkun aktar faċli li jintbagħtu oġġetti għat-tiswija bejn il-Messiku u l-UE u lura.", "5.", "Il-proċeduri doganali jsiru eħfef", "It-taqsima dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ għandha l-għan li ssaħħaħ il-kummerċ bejn l-UE u l-Messiku billi tistabbilixxi regoli ġodda għal proċeduri doganali aħjar:", "6.", "Il-kuntratti pubbliċi tal-Messiku jinfetħu lil kumpaniji tal-UE", "Skont il-ftehim il-ġdid, il-Messiku se jiftaħ is-suq tal-akkwist pubbliku tiegħu għall-kumpaniji tal-UE aktar milli qatt fetħu għal sħab kummerċjali oħra tiegħu.", "Il-kumpaniji tal-UE se jkunu jistgħu jitfgħu offerti biex jipprovdu prodotti u servizzi lil entitajiet pubbliċi tal-Messiku li qatt qabel ma kienu jippermettu li ditti mhux Messikani jagħmlu offerti għall-kuntratti.", "Il-Messiku impenja ruħu wkoll li jidħol f'negozjati mal-Istati Messikani biex jippermettu lill-kumpaniji mill-UE jagħmlu offerti għal kuntratti fil-livell ta' Stat bil-lest għal meta jiġi ffirmat il-ftehim.", "Din se tkun l-ewwel darba li l-Messiku jkun fetaħ l-akkwist pubbliku tiegħu għal kumpaniji mhux Messikani fil-livell ta' Stat.", "Fl-2015 l-akkwist pubbliku fil-Messiku rrappreżenta 5 % tal-produzzjoni tal-pajjiż u 21 % tal-infiq totali tal-gvern.", "Is-suq tal-akkwist tal-gvern federali għandu valur ta' madwar EUR 30 biljun kull sena.", "7.", "Jiġi inkoraġġut l-investiment u tiġi żgurata soluzzjoni trasparenti tat-tilwim, li dwarha jkun jista' jingħata sodisfazzjoni sħiħ, permezz ta' Sistema ta' Qorti tal-Investiment", "Il-ftehim jiftaħ il-bibien għall-Investiment Dirett Barrani u jipproteġi l-investimenti bejn l-UE u l-Messiku kemm fis-settur tas-servizzi kif ukoll f'setturi mhux tas-servizzi.", "Id-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tal-investimenti jipprovdu garanziji bażiċi bħal:", "Il-ftehim jimplimenta bis-sħiħ l-approċċ il-ġdid tal-UE lejn il-protezzjoni tal-investiment u s-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-investiment billi jissostitwixxi s-sistema ISDS (Investor-to-State Dispute Settlement) b'Sistema ta' Qorti tal-Investiment, ġdida, li tiggarantixxi t-trasparenza u d-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbiku.", "Dan isegwi l-istess approċċ li adottat l-UE fil-ftehimiet reċenti tagħha mal-Kanada (CETA), Singapore u l-Vjetnam.", "L-inklużjoni tal-approċċ il-ġdid tal-UE f'dan il-qasam fi ftehim kummerċjali ieħor tal-UE se jkompli jappoġġja l-għan tal-UE li titwaqqaf Qorti Multilaterali tal-Investiment biex tittratta tilwim bħal dawn.", "8.", "Jiġu offruti opportunitajiet ġodda fis-settur tas-servizzi", "L-UE tesporta madwar EUR 10 biljun ta' servizzi lejn il-Messiku kull sena.", "Il-ftehim se jagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji tal-UE biex jipprovdu servizzi fis-suq Messikan, li qiegħed jikber b'ħeffa, filwaqt li jafferma mill-ġdid id-dritt tal-UE u tal-Messiku li jirregolaw.", "Skont il-ftehim kemm l-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll tal-Messiku jistgħu:", "9.", "Jiġu stabbiliti regoli għall-kummerċ diġitali", "Il-ftehim jistabbilixxi regoli orizzontali dwar kwalunkwe negozju magħmul permezz ta' mezzi elettroniċi.", "Bħala tali, ir-regoli jmorru lil hinn mill-kummerċ fis-servizzi biss.", "Id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li:", "10.", "Ikun hemm protezzjoni aħjar għall-innovazzjonijiet u x-xogħlijiet kreattivi", "Il-ftehim jinkludi kapitolu komprensiv dwar id-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali ewlenin kollha.", "Huwa jiżgura li jkun hemm standards għolja ta' protezzjoni għall-proprjetà intellettwali u l-infurzar tagħhom lil hinn minn dawk stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), tad-WHO.", "Il-Ftehim hu ta' ġid għall-industrija tal-Ewropa li hija intensiva fl-IPR u għas-sidien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.", "Id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jkopru d-drittijiet kollha protetti mil-liġi tal-UE, inkluż id-drittijiet ta' bejgħ mill-ġdid, u jirriflettu l-istandard għoli tal-UE rigward it-terminu ta' protezzjoni.", "Fejn jidħlu d-disinji, il-ftehim:", "Fil-każ ta' brevetti farmaċewtiċi u tal-protezzjoni tal-pjanti, il-ftehim jippermetti kumpens fil-każ ta' dewmien mhux raġjonevoli fil-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.", "Il-ftehim jinkludi wkoll l-aktar partijiet sinifikanti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u r-regoli ta' proċedura rilevanti.", "11.", "Il-prodotti tal-ikel tradizzjonali jitħarsu kontra l-imitazzjonijiet", "L-UE hija produttur ewlieni ta' prodotti tal-ikel u xorb b'distinzjoni reġjonali.", "Dawn il-prodotti jgawdu minn status speċjali magħrufa bħala “Indikazzjoni Ġeografika”.", "Skont il-ftehim il-ġdid, il-Messiku qabel li jestendi l-protezzjoni għal 340 Indikazzjoni Ġeografika Ewropea oħra ta' inbejjed u ikel sabiex fil-Messiku jkunu jistgħu jinbigħu biss prodotti oriġinali mill-UE taħt l-istess isem korrispondenti.", "Skont il-Ftehim attwali l-Messiku diġà jipproteġi 80 spirtu b'indikazzjoni ġeografika.", "B'dan ikun illegali li fil-Messiku jinbiegħu imitazzjonijiet ta' prodotti bħal ma hu l-ġobon Comté minn Franza, jew dak Queijo São Jorge mill-Portugall, is-Szegedi szalámi mill-Ungerija, u l-għanbaqar Magiun de prune Topoloveni mir-Rumanija. .", "Dan se jkun ukoll ta' għajnuna lill-esportaturi Ewropej u se jassigura lill-konsumaturi Messikani li jkunu qegħdin jixtru prodott Ewropew ġenwini.", "12.", "Jiġi ggarantit kummerċ u kundizzjonijiet tan-negozju ġusti", "Il-ftehim jistabbilixxi regoli dwar rimedji ta' kummerċ, jiġifieri proċeduri użati fil-ġlieda kontra prattiċi kummerċjali inġusti, bħal ma huma dawk kontra d-dumping, kontra s-sussidjar, kif ukoll salvagwardji globali u bilaterali.", "L-UE u l-Messiku jikkonfermaw ukoll id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ u jaqblu li jkunu aktar trasparenti u jagħmlu konsultazzjonijiet addizzjonali.", "Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li ċerti tipi ta' sussidji jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni u l-kummerċ.", "Huwa jipprojbixxi s-sussidji u fih regoli biex jiġu limitati l-effetti negattivi potenzjali ta' sussidji oħra.", "B'mod speċifiku:", "Il-ftehim jistipula li l-kumpaniji li joperaw fil-Messiku jridu jirrispettaw l-istess prinċipji bażiċi ta' kompetizzjoni bħal fl-Ewropa:", "Il-ftehim jiżgura lill-kumpaniji Messikani u tal-UE li:", "Għar-rigward tal-impriżi proprjetà tal-Istat, l-UE u l-Messiku qablu dwar regoli li jiżguraw li kumpaniji privati jkunu jistgħu jikkompetu fuq l-istess livell ma' intrapriżi pubbliċi.", "Fl-istess ħin, il-ftehim sejjer:", "13.", "Tingħata attenzjoni lill-ħtiġijiet ta' negozji iżgħar", "Il-ftehim jitlob lill-Messiku jiftaħ sit web li jkun fih l-informazzjoni li n-negozji żgħar u medji tal-UE jkunu jeħtieġu biex jidħlu fis-suq Messikan, u viċi versa.", "Punti ta' Kuntatt fl-UE u l-Messiku se jaħdmu flimkien biex iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tan-negozji iżgħar u jidentifikaw modi kif dawn jistgħu jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ġodda f'dawn iż-żewġ is-swieq.", "14.", "Ir-regoli jkunu infurzabbli permezz ta' mekkaniżmu ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn stat u stat", "Il-ftehim jistipula proċeduri għas-soluzzjoni ta' kwalunkwe tilwima potenzjali bejn l-UE u l-Messiku dwar kif jinterpretaw jew japplikaw il-parti li tittratta il-kummerċ.", "Il-mekkaniżmu jiġi attivat meta waħda mill-partijiet tqis li l-parti l-oħra naqset milli tikkonforma mal-obbligi skont il-ftehim.", "Jekk jiġri dan, l-UE u l-Messiku se jistabbilixxu bord tal-aġġudikazzjoni.", "Il-proċeduri tas-soluzzjoni tat-tilwim huma bbażati fuq proċess ġust u fuq il-prinċipji tat-trasparenza, li jippermetti lill-partijiet interessati jattendu seduti u li jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom lill-bord.", "Aktar tagħrif:", "Ftehim fil-Prinċipju", "Stqarrija għall-istampa", "Dikjarazzjoni konġunta", "Paġna b'materjal fotografiku u filmati", "Sit web iddedikat", "Skedi informattivi", "Jirrakkuntaw l-esportaturi", "Ir-relazzjoni kummerċjali bejn l-UE u l-Messiku"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3377", "title": "Insaħħu l-kompetittività fis-settur Ewropew tal-bejgħ bl-imnut", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GROWTH", "date": "Wed, 18 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Ilum il-Kummissjoni qed tippubblika sett tal-aħjar prattiki biex tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex joħolqu settur tal-bejgħ bl-imnut aktar miftuħ, integrat u kompetittiv.", "Is-settur tal-bejgħ bl-imnut huwa wieħed mill-akbar setturi tal-ekonomija tal-UE, bi kważi waħda minn kull għaxar persuni jaħdmu f'aktar minn 3.6 miljun kumpanija tal-bejgħ bl-imnut.", "Is-settur qed jinbidel malajr bl-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku u bil-bejgħ bl-imnut multikanali, u għandu l-potenzjal li jaħdem aħjar.", "Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni qed tgħin lill-Istati Membri u lill-operaturi biex jegħlbu l-isfidi attwali billi jindirizzaw l-akkumulazzjoni ta' restrizzjonijiet fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.", "Jyrki Katainen, il-Viċi President għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal \"Il-Kummissjoni identifikat prattiki konkreti u effettivi ħafna biex jorjentaw l-isforzi tal-Istati Membri biex iżidu l-innovazzjoni, il-produttività u l-kompetittività tas-settur tal-bejgħ bl-imnut tagħna.", "Dan se jgħin lill-bejjiegħa bl-imnut Ewropej biex isaħħu l-preżenza dinjija tagħhom u jgħin lil ħafna SMEs tagħna li huma bejjiegħa bl-imnut – li ta' spiss ikunu negozji tal-familja – fl-isforzi tagħhom biex iħaddnu l-bidla teknoloġika.", "Dan kollu se jgħin biex jinħolqu l-impjegi u tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku.\"", "Elżbieta Bieńkowska, il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, qalet: \"Il-ġejjieni tas-settur tal-bejgħ bl-imnut Ewropew – u tal-ekonomija tagħna inġenerali – jiddependi fuq il-kapaċità li jiġu żviluppati mudelli tan-negozju innovattivi u li jiġu mmassimizzati opportunitajiet ġodda bħalma hu l-kummerċ elettroniku.", "Dan jirrikjedi ambjent tan-negozju favorevoli.", "Għal din ir-raġuni qed nagħtu parir lill-Istati Membri dwar kif l-aħjar japplikaw ir-regoli tal-UE u jsegwu l-eżempju tar-riformi li diġà ġew ippruvati u ttestjati f'pajjiżi oħra tal-UE.\"", "X'inhuma l-oqsma ewlenin fejn l-Istati Membri jistgħu jagħmlu aktar progress?", "L-iffaċilitar tal-ftuħ ta' ħwienet tal-bejgħ bl-imnut ġodda: Huwa kruċjali li ħanut ġdid ikun jista' jinfetaħ malajr, b'mod li l-bejjiegħa bl-imnut ikunu jistgħu jiksbu aċċess għas-suq, u b'hekk jitrawmu l-produttività u l-innovazzjoni.", "Billi jtejbu l-konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi, l-Istati Membri jistgħu jissemplifikaw il-ftuħ ta' ħwienet ġodda mingħajr ma jpoġġu f'riskju l-interessi tal-politika pubblika, bħalma huma l-ippjanar urban u rurali, il-ħarsien tal-ambjent u tal-konsumaturi.", "L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali huma mħeġġa jnaqqsu l-piżijiet bla bżonn jew sproporzjonati, filwaqt li jagħmlu l-proċeduri għall-ftuħ ta' ħwienet ġodda tal-bejgħ bl-imnut aktar sempliċi, iqsar u aktar trasparenti.", "It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet għall-operat ta' kuljum tal-ħwienet: Dawn jistgħu joħolqu piż sinifikanti għan-negozji u jaffettwaw il-produttività tagħhom, u din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni identifikat l-aħjar prattiki fejn għandhom x'jaqsmu l-promozzjonijiet tal-bejgħ u l-iskontijiet, il-kanali speċifiċi tal-bejgħ, il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet, it-taxxi speċifiċi għall-bejgħ bl-imnut, ix-xiri ta' prodotti fi Stati Membri oħra u l-prattiki kuntrattwali tal-bejgħ bl-imnut modern.", "L-għan huwa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-settur tal-bejgħ bl-imnut kif ukoll ktajjen tal-provvista ġusti u effiċjenti, filwaqt li ma jkunx hemm restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu segwiti objettivi ġustifikati ta' politika pubblika.", "L-adozzjoni ta' approċċi ġodda biex tiġi promossa l-vitalità taċ-ċentri tal-bliet: Illum il-Kummissjoni ppubblikat ukoll gwida dwar kif jistgħu jitrawmu r-rivitalizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-settur tan-negozji żgħar tal-bejgħ bl-imnut.", "Il-gwida tagħti lill-awtoritajiet pubbliċi suġġerimenti prattiċi dwar kif jistgħu jgħinu lin-negozjanti ż-żgħar iħaddnu l-bidla teknoloġika u jilqgħu l-isfidi tal-ġejjieni.", "Kull soluzzjoni hija mirfuda minn eżempji prattiċi mill-ħajja reali, miġbura mill-eżempji tal-aħjar prattiki mill-UE kollha, li jistgħu jiġu ttrasferiti fil-kuntesti lokali.", "Il-gwida tidentifika stejjer ta' suċċess li minnhom l-Istati Membri jistgħu jieħdu ispirazzjoni, pereżempju dwar kif jibnu komunitajiet ta' bejjiegħa bl-imnut bil-għan li jiġbdu lill-konsumaturi lejn iċ-ċentri tal-bliet.", "Barra minn dan, l-Indikatur tar-Restrizzjonijiet fuq il-Bejgħ bl-Imnut (Retail Restrictiveness Indicator - RRI) jipprovdi ħarsa ġenerali utli lejn l-istat attwali tal-bejgħ bl-imnut fl-Istati Membri.", "Dan jgħin sabiex jiġu identifikatati l-aħjar prattiki kif ukoll oqsma possibbli fejn jistgħu jsiru riformi.", "L-RRI huwa wkoll għodda dinamika ta' monitoraġġ li tkejjel l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu r-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ bl-imnut u l-impatt ta' dawn ir-riformi fuq il-prestazzjoni tas-suq, inkluż il-produttività, il-prezzijiet u l-innovazzjoni, kif ukoll l-effetti sekondarji fuq setturi oħra.", "Barra mill-gwida tal-lum għar-riformi tal-Istati Membri u għall-iffissar tal-prijoritajiet għall-politika tal-infurzar fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-evoluzzjoni tal-oqfsa regolatorji rilevanti u tax-xejriet ekonomiċi.", "Sfond", "Il-bejgħ bl-imnut huwa t-tieni l-akbar settur tas-servizzi fl-UE, wara s-servizzi finanzjarji, jiġġenera 4.5 % tal-valur miżjud fl-ekonomija tal-UE u joħloq 8.6 % tal-impjiegi kollha fl-UE.", "L-unitajiet domestiċi fl-UE jonfqu sa terz tal-baġits tagħhom fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut.", "Il-bejgħ bl-imnut huwa wkoll mutur ewlieni għall-innovazzjoni u l-produttività.", "Permezz tal-interazzjonijiet tiegħu ma' setturi ekonomiċi oħra, settur tal-bejgħ bl-imnut aħjar jista' jwassal għal effetti sekondarji pożittivi għall-ekonomija kollha kemm hi.", "Inqas restrizzjonijiet fuq il-bejgħ bl-imnut isarrfu fi produttività ogħla fil-manifattura.", "Settur tal-bejgħ bl-imnut aktar effiċjenti jista' joffri lill-konsumaturi prezzijiet aktar baxxi u dan joħloq aktar domanda u jħajjar il-produzzjoni ta' aktar prodotti innovattivi.", "Fl-Istrateġija tas-Suq Uniku tal-2015, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tindirizza r-restrizzjonijiet eċċessivi fuq il-ftuħ ta' ħwienet ġodda u fuq l-operat ta' kuljum tal-ħwienet.", "Il-Komunikazzjoni tal-lum dwar il-bejgħ bl-imnut hija l-aħħar strument tal-Istrateġija tas-Suq Uniku.", "Din tikkomplementa inizjattivi oħra bħalma huma l-proposti għall-iffaċilitar għall-kumpaniji li jbigħu l-prodotti fl-UE kollha, l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu, il-miżuri biex tingħata spinta ġdida lis-settur tas-servizzi, il-miżuri għal akkwist pubbliku effiċjenti u professjonali u l-protezzjoni tal-għarfien espert u tal-pożizzjoni minn ta' quddiem fl-innovazzjoni tal-Ewropa, il-passi biex jissaħħu l-konformità u l-funzjonament prattiku tas-Suq Uniku tal-UE u l-kummerċ ta' prodotti sikuri fl-Ewropa kollha.", "Din tmur ukoll id f'id mal-isforzi tal-Kummissjoni biex toħloq Suq Uniku Diġitali tal-UE, b'mod partikolari mal-inizjattivi dwar l-imblukkar ġeografiku, is-servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera, il-modernizzazzjoni tal-VAT u r-regoli tal-kuntratti diġitali.", "Għal aktar informazzjoni", "Komunikazzjoni dwar settur Ewropew tal-bejgħ bl-imnut adattat għas-seklu 21", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal", "Gwida għall-Bejjiegħa bl-Imnut Żgħar", "FAQs"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_18_3429", "title": "Dikjarazzjoni Mill-Ewwel Viċi President Timmermans, il-Viċi President Dombrovskis, il-Kummissarju Jourovà fuq l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew tal-5 Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,EURSO,JFRC,CRIMLAW", "date": "Wed, 18 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["“Aħna nilqgħu l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew tal-5 Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus.", "Dawn ir-regoli l-ġodda se jġibu aktar trasparenza biex titjieb il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea kollha.", "Nixtiequ nirringrazzjaw iż-żewġ korelaturi, is-Sur Kariņš u s-Sa Sargentini, u x-shadow rapporteurs għall-appoġġ qawwi u l-għarfien espert ta' valur tagħhom, li taw kontribut enormi għal dan ir-riżultat.", "Permezz tal-vot tiegħu, il-Parlament jikkonkludi serje ta' negozjati ambizzjużi li bdew sentejn ilu.", "F'Lulju 2016, wara l-attakki terroristiċi terribbli li laqtu l-UE kif ukoll in-negozji finanzjarji kbar li ġew skoperti bil-“Panama Papers”, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu kontromiżuri urġenti.", "Id-Direttiva riveduta hija parti minn dak il-pjan ta' azzjoni.", "Nistgħu nkunu kburin b'dawn il-miżuri l-ġodda, li se jtejbu b'mod sostanzjali r-regoli eżistenti.", "Illum aħna qed nagħmlu pass importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.", "Iżda xogħlna għadu mhuwiex lest.", "Il-ġlieda effettiva kontra l-kriminalità finanzjarja teħtieġ l-implimentazzjoni korretta ta' dawn ir-regoli fost l-awtoritajiet differenti.", "Aħna se nimpenjaw ruħna biex ngħinu lill-Istati Membri kollha biex jimplimentawhom u biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tagħhom.", "Irridu li l-Istati Membri kollha tal-UE jżommu standards għoljin fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu madwar l-UE.\"", "Sfond", "Il-proposta ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni f'Lulju 2016 fid-dawl tal-attakki terroristiċi u r-rivelazzjonijiet tal-iskandlu tal-Panama Papers, u hija parti mill-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni ta' Frar 2016 għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.", "Il-proposta tistabbilixxi sensiela ta' miżuri biex ikun miġġieled aħjar il-finanzjament tat-terroriżmu u biex tkun żgurata trasparenza miżjuda tat-tranżazzjonijiet finanzjarji.", "Il-5 Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus se:", "Għal iktar informazzjoni", "Skeda informattiva dwar il-bidliet ewlenin tal-5 Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus", "Id-Direttiva dwar l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3321", "title": "L-integrazzjoni tal-migranti: il-Kummissjoni u l-OECD ippubblikaw lista ta' kontroll bħala appoġġ lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,REGIONAL", "date": "Tue, 17 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea u l-OECD qed jippubblikaw rapport li jidentifika l-isfidi ewlenin għall-integrazzjoni tal-migranti u b'reazzjoni għal dan jistipula rakkomandazzjonijiet ta' politika konkreti.", "Bil-ġbir tal-aħjar prattiki minn bliet kbar Ewropej inklużi Amsterdam, Ateni, Berlin, Pariġi u Ruma, ir-rapport jenfasizza 12-il punt ewlieni għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali, reġjonali u lokali u lill-prattikanti biex jitqiesu huma u jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta' integrazzjoni lokali.", "Ir-rakkomandazzjonijiet jikkonċentraw fuq setturi ta' politika bħas-saħħa, ix-xogħol, id-djar u l-edukazzjoni, u jvarjaw minn tqabbil aħjar tal-ħiliet tal-migranti mal-bżonnijiet tas-swieq tax-xogħol lokali biex jinħolqu spazji komuni għall-komunitajiet biex jiltaqgħu u jsiru jafu lil xulxin aħjar.", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: “Wara ż-żieda qawwija riċenti fl-għadd ta' wasliet ta' refuġjati fl-Ewropa fl-2015 u fl-2016 u l-isforzi b'suċċess għat-tnaqqis ta' wasliet irregolari, wasal iż-żmien li jkun hemm tibdil fl-attenzjoni kollettiva tagħna lejn integrazzjoni effettiva ta' dawk li rċevew protezzjoni fis-soċjetajiet tagħna.", "Huwa fl-interess ta' kulħadd li dawk li għandhom id-dritt li jibqgħu jiġu appoġġjati biex jintegraw.", "Dan se jkun ta' benefiċċju kemm għall-koeżjoni soċjali kif ukoll għall-kompetittività ekonomika.", "Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali Corina Crețu kkummentat: “Il-migrazzjoni hija fil-biċċa l-kbira tagħha realtà lokali u urbana.", "Dan huwa rapport ta' kontroll reali għal azzjoni pubblika; huwa maħsub biex jgħin lill-awtoritajiet lokali jwittu t-triq għal suċċess tfl-integrazzjoni tal-migranti, bl-appoġġ tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni.", "Nistenna li l-politika ta' koeżjoni jkollha rwol aktar importanti f'dan ir-rigward fil-futur.”", "Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-OECD, Mari Kiviniemi qalet: “L-isforzi biex jiġu integrati l-migranti jeħtieġ li jibdew hekk kif jaslu u jitkomplew maż-żmien.", "Il-mexxejja lokali jafu fejn jinsabu l-aħjar opportunitajiet għall-persuni l-ġodda, u jafu kif il-migranti jistgħu jikkontribwixxu, minn mili tan-nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol sa ħolqien ta' kultura aktar diversifikata li jibbenefikaw minnha r-residenti kollha.", "Il-gvernijiet nazzjonali jeħtieġ li jaħdmu ma' mexxejja lokali mill-ewwel ġurnata biex jiġi żgurat suċċess fl-integrazzjoni tal-migranti.”", "Ir-rapport janalizza s-sitwazzjoni tal-migranti fil-pajjiżi tal-OECD; fejn stabbilew ruħhom, l-effettività tal-proċess tagħhom għall-integrazzjoni u l-isfidi li ħabbtu wiċċhom magħhom, biex ikollhom aċċess għal swieq tax-xogħol lokali, pereżempju.", "Jipproponi wkoll soluzzjonijiet biex tiġi miġġielda l-frammentazzjoni f'politiki nazzjonali tal-integrazzjoni u għat-trawwim ta' iżjed koordinazzjoni fil-livelli kollha nazzjonali, reġjonali u lokali.", "Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi ta' monitoraġġ aħjar u jikkonkludi li l-aħjar mod kif dan jista' jintlaħaq huwa billi jiġu involuti NGOs, sħab fin-negozju u l-migranti nfushom permezz ta' valutazzjonijiet parteċipatorji u stħarriġ.", "Fl-aħħar nett, ir-rapport jiddeskrivi titjib għal aċċess aħjar ta' riżorsi finanzjarji, bħal fondi tal-UE, għall-iżvilupp ta' programmi ta' integrazzjoni.", "L-isfond", "Aktar minn ħames miljun persuna emigraw b'mod permanenti f'pajjiżi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) fl-2016.", "Għalkemm l-integrazzjoni tal-migranti tibqa' primarjament responsabbiltà nazzjonali, fid-deċennji li ġejjin, ser tkun waħda mill-isfidi ewlenin li ser ikollna nindirizzaw bħala Unjoni.", "Il-bliet Ewropej ser jaqdu rwol kruċjali sabiex l-integrazzjoni tkun suċċess fuq il-post.", "Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikat f'April 2018, 69 % tal-Ewropej jemmnu li l-miżuri ta' integrazzjoni huma investiment neċessarju fuq perjodu twil u proporzjon simili jqis l-integrazzjoni bħala proċess minn żewġ naħat kemm għall-migranti kif ukoll għas-soċjetajiet ospitanti.", "Dan ir-rapport, li ġie kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea, hu parti minn sforz usa' biex jiġu appoġġati l-inklużjoni soċjali u professjonali tal-migranti fis-soċjetajiet tal-UE.", "Disat ibliet Ewropej kbar (Amsterdam, Ateni, Barċellona, Berlin, Glasgow, Gothenburg, Pariġi, Ruma u Vjenna) u l-belt iżgħar ta' Altena fil-Ġermanja ġew studjati mill-OECD biex jiġi vvalutat kemm fil-fatt ittrattataw dik l-isfida — x'sar, x'ħadem u x'seta' sar aħjar.", "L-OECD stħarġġet 61 belt oħra, kif ukoll assoċjazzjonijiet ta' bliet bħal Eurocities, u stabbiliet bażi tad-dejta dwar il-karatteristiċi ta' migrazzjoni riċenti fil-pajjiżi tal-OECD, fil-livell subnazzjonali.", "Il-Komunikazzjoni tal-2015 dwar Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea enfasizzat li l-politika ta' migrazzjoni se tirnexxi biss jekk tkun sostnuta minn politika effettiva ta' integrazzjoni.", "Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni tal-2016 l-UE stabbiliet miżuri biex jingħataw inċentivi u appoġġ lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz.", "Dan jinkludi finanzjament u strumenti ddedikati li jindirizzaw il-koeżjoni soċjali u ekonomika fl-Istati Membri.", "Dan l-aħħar il-Kummissjoni ppreżentat sett ta' għodod biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jidentifikaw ir-riżorsi disponibbli tal-UE u jfasslu strateġiji u proġetti għall-integrazzjoni ta' migranti.", "Aktar informazzjoni:", "Naħdmu flimkien għal integrazzjoni lokali ta' migranti u refuġjati — ir-rapport tal-OECD", "Skeda informattiva dwar ir-rapport", "@CorinaCretuEU@EU_Regional", "@Avramopoulos @EUHomeAffairs", "@OECD"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3325", "title": "Kummerċ: Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehimiet bejn il-Ġappun u Singapore", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JOBGIC,PRESIDENCY,TRADEPOL", "date": "Tue, 17 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum ippreżentat l-eżitu tan-negozjati għall-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-Ġappun u l-ftehimiet ta' kummerċ u investiment ma' Singapore lill-Kunsill.", "Dan hu l-ewwel pass lejn l-iffirmar u l-konklużjoni ta' dawn il-ftehimiet.", "Il-konklużjoni malajr u l-implimentazzjoni rapida tal-iktar ftehim kummerċjali importanti li qatt innegozjat l-UE kienu impenn personali li ħadu l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe.", "Waqt Summit bilaterali u fil-marġini ta' Summit tal-G7, iż-żewġ mexxejja pprovdew tmexxija politika fl-ogħla livell sabiex in-negozjati jkunu aċċellerati u ffinalizzati fl-2017.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker qal: \"Il-pass li qed nieħdu llum iwitti t-triq għall-kumpaniji u ċ-ċittadini tagħna biex mis-sena d-dieħla jibdew igawdu diġà l-potenzjal sħiħ tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-Ġappun.", "L-Ewropa temmen f'kummerċ ħieles u ġust, ibbażat fuq regoli globali.", "L-ekonomija tagħna tiddependi fuqu, il-kumpaniji tagħna jirnexxu bis-saħħa tiegħu u l-konsumaturi tagħna jistennew li jkun hemm.", "Flimkien ma' sħabna minn madwar id-dinja li jaħsbuha bħalna, dan jgħinna noħolqu l-impjiegi u niffissaw standards kemm f'artna u kemm barra minnha.", "Illum nagħmlu pass 'il quddiem lejn il-konklużjoni ta' ftehimiet ma' tnejn mill-eqreb sħab Asjatiċi tagħna, il-Ġappun u Singapore.", "L-impatt ta' dawn il-ftehimiet se jmur sew lil hinn mix-xtut rispettivi tagħna - dan jibgħat messaġġ ċar u anambigwu li aħna magħqudin flimkien kontra l-protezzjoniżmu u favur il-multilateraliżmu.", "Dan att ma kien iktar importanti mil-lum.\"", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: \"L-UE hija favur ordni kummerċjali miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli.", "Il-Ġappun u Singapore huma sħab ekonomiċi kruċjali li jaħsbuha bħalna.", "L-iffirmar ta' ftehimiet kummerċjali approfonditi u komprensivi magħhom se jkun ta' benefiċċju għall-esportaturi, il-ħaddiema u l-konsumaturi tagħna — billi pereżempju jiġu eliminati dazji li jiswew €1 biljun fis-sena fuq l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Ġappun kull sena.", "Dan hu pass konkret ukoll lejn ordni kummerċjali globali aħjar, ibbażat fuq valuri u regoli kondiviżi.", "Issa nittamaw li jkollna konklużjoni rapida u bla intoppi għal dawn il-ftehimiet li se jippermettu li l-kumpaniji, il-ħaddiema, il-bdiewa u l-konsumaturi tal-UE jgawdu l-benefiċċji ta' dawn il-ftehimiet malajr kemm jista' jkun.\"", "Il-Kummissarju għall-Kummerċ, Cecilia Malmström, qalet: \"Flimkien mal-Ġappun u Singapore qed nagħmlu dikjarazzjoni qawwija favur il-kummerċ miftuħ u ġust ibbażat fuq ir-regoli.", "Dawn il-ftehimiet, li l-partijiet kollha jgawdu minnhom, se joħolqu wkoll opportunitajiet kbar għan-negozji u ċ-ċittadini Ewropej.", "Is-sħubija ekonomika mal-Ġappun se tkopri żona b'600 miljun konsumatur u terz tal-PDG globali.", "Il-potenzjal ekonomiku tagħha huwa kjarament bla preċedenti.", "Għall-Ewropa, Singapore huwa diġà bieb għax-Xlokk tal-Asja, u bil-ftehimiet il-ġodda tagħna għandna l-għan li nagħtu spinta qawwija lill-kummerċ tagħna mar-reġjun.", "Kemm il-Ġappun u kemm Singapore huma sħab importanti għalina biex niddefendu l-multilateraliżmu u biex niżguraw li jkun hemm organizzazzjonijiet internazzjonali b'saħħithom.\"", "Il-ftehim mal-Ġappun huwa l-ikbar sħubija kummerċjali bilaterali li qatt ġiet innegozjata mill-Unjoni Ewropea.", "Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika se jiftaħ opportunitajiet tas-suq kbar għaż-żewġ naħat, se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Ewropa u l-Ġappun f'firxa ta' oqsma, se jafferma mill-ġdid l-impenn komuni tagħhom favur l-iżvilupp sostenibbli, u se jinkludi għall-ewwel darba impenn speċifiku dwar il-ftehim ta' Pariġi dwar il-klima.", "Dan se jneħħi l-maġġoranza vasta ta' dazji doganali li jiswew €1 biljun fis-sena lill-kumpaniji li jesportaw lejn il-Ġappun.", "Il-ftehim se jelimina għadd ta' ostakli regolatorji li ilhom jeżistu, bħal ittestjar doppju u burokrazija doppja.", "Huwa se jiftaħ is-suq Ġappuniż ta' 127 miljun konsumatur għall-esportazzjonijiet agrikoli ewlenin tal-UE, iħares 'il fuq minn 200 prodott tal-ikel u tax-xorb reġjonali tradizzjonali Ewropew fil-Ġappun (l-hekk imsejħa Indikazzjonijiet Ġeografiċi) u jżid l-opportunitajiet ta' esportazzjoni għall-UE f'firxa ta' setturi oħrajn, inkluża l-kapaċità li kumpaniji Ewropej jagħmlu offerti għal kuntratti pubbliċi f'ħafna bliet Ġappuniżi.", "L-UE u l-Ġappun jinsabu wkoll fl-aħħar stadji tan-negozjati ta' Ftehim ta' Sħubija Strateġika.", "Malli jidħol fis-seħħ, dan se jtejjeb ir-relazzjonijiet politiċi bejn iż-żewġ naħat billi jsaħħaħ id-djalogu politiku, jafferma l-valuri kondiviżi u l-prinċipji komuni, u jippermetti kooperazzjoni aktar mill-qrib biex jiġu ttrattati l-isfidi komuni, bilateralment jew f'fora multilaterali.", "Il-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment ma' Singapore huma l-ewwel ftehimiet bilaterali kompluti mill-UE ma' membru tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN).", "Fl-ASEAN, Singapore huwa bil-qabda l-ikbar sieħeb tal-UE b'total ta' kummerċ bilaterali fi prodotti ta' €53.3 biljun (2017) u f'servizzi ta' €44.4 biljun (2016).", "Aktar minn 10 000 kumpanija tal-UE huma stabbiliti f'Singapore u jużawh bħala ċentru li minnu jservu r-reġjun kollu tal-Paċifiku.", "B'dawn il-ftehimiet, l-UE għamlet pass importanti lejn l-iffissar ta' standards għoljin u regoli għar-reġjun importanti u li qed jikber malajr tax-Xlokk tal-Asja.", "Il-ftehimiet jirrappreżentaw ukoll l-ewwel element kostitwenti ta' ftehim kummerċjali u ta' investiment bejn reġjun u ieħor futur bejn l-UE u l-ASEAN.", "Singapore huwa diġa l-post numru wieħed għall-investiment Ewropew fl-Asja, bl-investiment bejn it-tnejn jikber malajr fis-snin reċenti.", "It-titoli ta' investiment bilaterali laħqu €256 biljun fl-2016.", "Minbarra li joffru opportunitajiet ekonomiċi enormi, il-ftehimiet kummerċjali jinkludu wkoll kapitli komprensivi dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; l-iffissar tal-ogħla standards tax-xogħol, tas-sigurtà, tal-ħarsien ambjentali u tal-konsumatur; kif ukoll it-tisħiħ tal-azzjonijiet konġunti dwar l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima u s-salvagwardjar bis-sħiħ tas-servizzi pubbliċi.", "Il-passi li jmiss", "Ladarba l-Kunsill japprovahom, il-ftehimiet jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, bil-mira li ftehimiet kummerċjali mal-Ġappun u Singapore jidħlu fis-seħħ qabel tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni Ewropea fl-2019; il-ftehim ta' protezzjoni tal-investiment ma' Singapore jsegwi l-proċedura ta' ratifika tiegħu fil-livell tal-Istati Membri wkoll.", "Fl-istess ħin, qed ikomplu n-negozjati mal-Ġappun dwar l-istandards tal-protezzjoni tal-investiment u dwar is-soluzzjoni tat-tilwim tal-protezzjoni tal-investiment.", "L-impenn sod fuq iż-żewġ naħat huwa li jmorru għal ftehim fin-negozjati dwar il-protezzjoni tal-investiment mill-aktar fis possibbli, fid-dawl tal-impenn kondiviż favur ambjent tal-investiment stabbli u sikur fl-Ewropa u fil-Ġappun.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Il-paġna web tal-ftehim bejn l-UE u l-Ġappun", "MEMO: Elementi ewlenin tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun", "Il-paġna web tal-ftehimiet bejn l-UE u Singapore", "MEMO: L-elementi ewlenin tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u Singapore"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_18_3424", "title": "Stqarrija tal-Kummissarju Oettinger dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Politika tal-Integrità tal-Kummissjoni Ewropea", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=INTRELADM", "date": "Tue, 17 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Parlament ivvota fuq Riżoluzzjoni dwar il-ħatra tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni.", "Mindu saret il-ħatra, il-Parlament Ewropew għamel bosta dikjarazzjonijiet u saru ħafna mistoqsijiet.", "Il-Kummissjoni kkooperat b'mod sħiħ u wieġbet kull mistoqsija li għamlilha l-Kumitat dwar il-Kontroll tal-Baġit estensivament u komprensivament, kemm fis-seduta ta' smigħ kif ukoll bil-miktub.", "Illum, wasalna għall-mument li fih irridu nħarsu lejn dan kollu b'mod spassjonat, oġġettiv, u b'moħħ ċar.", "Fil-ħatra tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tagħha, il-Kummissjoni mxiet mar-regoli kollha, fl-ispirtu u sal-inqas punt u virgola, kif stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal li japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha.", "Il-Kummissjoni ma ddevjatx mill-qafas legali u r-Regoli ta' Proċedura interni tagħha, u lanqas ma marret kontra l-prassi eżistenti li ġiet segwita tul bosta snin.", "It-tliet Segretarji Ġenerali preċedenti nħatru bi preċiżament l-istess proċedura.", "Bl-istess mod, l-idoneità u l-kredenzjali tal-uffiċjal li nħatar fil-kariga ta' Segretarju Ġenerali ma jistgħux jitqiegħdu f'dubju.", "Abbażi tal-proposta mill-President, il-Kulleġġ tal-Kummissarji ħa din id-deċiżjoni b'mod unanimu fil-21 ta' Frar.", "Il-Kummissjoni tilqa' l-fatt li r-Riżoluzzjoni tagħraf li — skont it-Trattati — l-Istituzzjonijiet tal-UE kollha huma awtonomi f'dak li għandu x'jaqsam mal-organizzazzjoni u mal-politika tal-persunal tagħhom.", "Barra minn hekk, ir-Riżoluzzjoni ġustament tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taħtar is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tagħha ma tistax tiġi rrevokata u m'aħniex se nirrevokawha, għax nirrispettaw ir-Regolamenti tal-Persunal.", "Il-Kummissjoni hija miftuħa għad-diskussjoni kostruttiva.", "Huwa għalhekk li aħna lesti li nirrievalwaw, flimkien mal-Parlament u l-Istituzzjonijiet l-oħrajn, kif l-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri attwali tista' tittejjeb fil-ġejjieni.", "Għal dak il-għan, nedejt proposta biex tiġi organizzata diskussjoni interistituzzjonali madwar mejda malajr kemm jista' jkun.", "Dawn it-taħditiet għandhom jippermettulna niggarantixxu l-eċċellenza u l-indipendenza taċ-ċivil tal-UE, li jaħdem għall-benefiċċju u għall-interess komuni taċ-ċittadini tagħna.", "Il-ħatriet tal-maniġment superjuri taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom isiru s-suġġett ta' negozjati bejn l-Istati Membri u l-partiti politiċi.", "L-Istituzzjonijiet tal-UE kollha għandhom responsabbiltà komuni biex jiżguraw dan."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3301", "title": "L-Unjoni tas-Sigurtà: il-Kummissjoni tippreżenta miżuri ġodda biex it-terroristi u l-kriminali jiġu rrifjutati l-mezzi u l-ispazju biex jaġixxu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=SECUUNION", "date": "Mon, 16 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu passi addizzjonali biex tkompli tnaqqas l-ispazju li fih joperaw it-terroristi u l-kriminali - dawn il-passi jneħħulhom il-mezzi meħtieġa biex jippjanaw, jiffinanzjaw u jwettqu reati.", "Sitt xhur wara l-pakkett kontra t-terroriżmu ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni qed tipproponi miżuri biex: Iżżid is-sigurtà tal-karti tal-identità u tnaqqas il-frodi tad-dokumenti; tagħti aċċess lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għal evidenza elettronika u informazzjoni finanzjarja; tkompli tnaqqas l-aċċess lit-terroristi għall-prekursuri tal-isplussivi; u ssaħħaħ il-kontrolli dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-armi tan-nar.", "Il-Kummissjoni llum qed tirrapporta wkoll dwar il-progress li sar fuq inizjattivi oħra ta' prijorità li se jwittu t-triq għal Unjoni tas-Sigurtà ġenwina u effettiva.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: \"Is-sigurtà ilha prijorità ewlenija ta' din il-Kummissjoni sa mill-bidu nett.", "Inkomplu nappoġġjaw l-isforzi tal-Istati Membri biex nipproteġu aħjar liċ-ċittadini tagħna u nissalvagwardjaw il-libertajiet tagħhom.", "U llum, qed inżidu l-azzjonijiet tagħna biex inċaħħdu lill-kriminali u lit-terroristi mill-għodod u r-riżorsi li jeħtieġu biex iwettqu r-reati tagħhom - b'hekk qed nissodisfaw l-impenn tagħna għal Unjoni li tipproteġi.”", "Il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: \"Illum nieħdu azzjoni biex nirrestrinġu l-prekursuri tal-isplussivi u l-armi tan-nar, biex inżidu s-sigurtà tal-karti tal-identità, u nintroduċu miżuri biex ngħinu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jaċċessaw informazzjoni li jeħtieġu biex jiġġieldu kontra l-kriminalità u t-terroriżmu Qed nibnu l-qafas ta' sigurtà tagħna fuq miżuri ta' sigurtà prinċipali, iżda anke ġestjoni tal-fruntieri aktar b'saħħitha, u kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi aktar effiċjenti.", "B'hekk nersqu eqreb lejn Unjoni tas-Sigurtà ġenwina u effettiva.\"", "Il-Kummissarju għall-Unjoni tas-Sigurtà, Julian King qal: \"Billi nagħtu aċċess lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal biċċiet ta' informazzjoni finanzjarja kruċjali, qed nagħlqu lakuna oħra li qed tiġi sfruttata mit-terroristi, u nolqtuhom fejn iweġġgħu - fil-finanzi tagħhom.", "U flimkien ma' faċilitazzjoni ta' ġbir aktar faċli ta' evidenza elettronika, restrizzjoni fil-kontrolli fuq l-armi tan-nar u prekursuri tal-isplussivi u tisħiħ fis-sigurtà tal-karti tal-identità, qed inkomplu nċekknu l-ispazju li fih joperaw it-terroristi.”", "Protezzjoni aħjar taċ-ċittadini Ewropej hija prijorità ewlenija kollettiva maqbula fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-2019.", "Is-sett ta' miżuri ppreżentati llum huma inklużi wkoll fid-Dikjarazzjoni Konġunta u se jkomplu jħaffu l-isforzi li għaddejjin fil-livell tal-UE biex tittejjeb is-sigurtà interna u jingħalqu l-lakuni identifikati.", "Il-proposti tal-lum għandhom jiġu adottati miż-żewġ koleġiżlaturi bħala kwistjoni ta' urġenza biex tkompli tittejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE.", "Titjib fl-elementi ta' sigurtà tal-karti tal-identità biex titrażżan il-frodi tad-dokumenti", "Illum il-Kummissjoni qed tipproponi li ttejjeb l-elementi ta' sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-UE u l-karti ta' residenza tal-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-UE.", "B'madwar 80 miljun Ewropew li bħalissa għandhom karti tal-identità li ma jinqrawx mill-magni u li m'għandhomx elementi bijometriċi, l-għan huwa li jitrażżan l-użu ta' dokumenti frodulenti li jistgħu jintużaw ukoll mit-terroristi u mill-kriminali biex jidħlu fl-UE minn pajjiżi li mhumiex fl-UE, permezz ta':", "Twaqqif ta' standards komuni ta' sigurtà madwar l-UE f'konformità mal-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti mill-ICAO;", "Dejta bijometrika obbligatorja għal dawk il-pajjiżi li għandhom karti tal-identità: il-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-UE (li għandhom aktar minn 12-il sena) u l-karti ta' residenza tal-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-UE issa se jinkludu dejta bijometrika, jiġifieri marki tas-swaba' u immaġnijiet tal-wiċċ, maħżuna f'ċippa fil-karti.", "Dan se jkun akkumpanjat minn salvagwardji aktar b'saħħithom dwar min jista' jaċċessa l-elementi bijometriċi;", "Twettiq ta' proċess ambizzjuż ta' eliminazzjoni gradwali: ir-regoli ġodda jipprevedu eliminazzjoni relattivament malajr iżda gradwali ta' karti li ma jkunux konformi malli jiskadu jew f'mhux aktar tard minn ħames snin u għal karti anqas siguri (jiġifieri dawk li ma jinqrawx mill-magni) fi żmien sentejn.", "Ir-Regolament propost ma jintroduċix karti tal-identità obbligatorji madwar l-UE iżda jaġġorna l-elementi ta' sigurtà ta' dawk eżistenti, filwaqt li jħalli aspetti oħra relatati mad-disinn tal-karti tal-identità nazzjonali kompletament f'idejn l-Istati Membri individwali.", "Billi tintroduċi dawn l-istandards aġġornati, il-proposta ssegwi approċċ simili għal dak diġà meħud mill-UE għall-elementi ta' sigurtà tal-passaporti.", "Tneħħija tal-finanzjament tat-terroriżmu", "Sabiex l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jingħataw aċċess fil-ħin għall-informazzjoni finanzjarja meħtieġa għal investigazzjonijiet ta' reati serji (inkluża informazzjoni dwar kontijiet tal-bank u analiżi finanzjarja), il-Kummissjoni qed tipproponi Direttiva ġdida li tipprevedi:", "Aċċess dirett għall-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank: l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi se jkollhom aċċess dirett fuq bażi ta' każ b'każ għall-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank miżmuma f'reġistri nazzjonali u ċentralizzati li tippermetti li l-awtoritajiet jidentifikaw f'liema banek persuna suspettata jkollha l-kontijiet.", "Is-salvagwardi tal-protezzjoni tad-dejta jiżguraw li l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jingħataw aċċess għal informazzjoni limitata biss dwar l-identità tad-detentur tal-kont tal-bank u f'każijiet speċifiċi ta' reat serju jew terroriżmu.", "Kooperazzjoni aħjar: id-Direttiva tipprevedi kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) nazzjonali kif ukoll bejn l-Istati Membri.", "Dan jinkludi l-possibbiltà li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jitolbu informazzjoni finanzjarja jew analiżi mill-UIF - inkluż dejta dwar tranżazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll il-possibbiltà li l-UIF jitolbu informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom.", "Ħruxija tar-regoli dwar prekursuri tal-isplussivi u importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta' armi tan-nar", "Splussivi maħdumin id-dar intużaw minn terroristi f'ħafna attakki fl-Ewropa matul dawn l-aħħar snin.", "Sabiex tagħlaq din il-lakuna fis-sigurtà, il-Kummissjoni qed tipproponi li ssaħħaħ ir-regoli attwali dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi permezz ta':", "Projbizzjoni ta' prodotti kimiċi addizzjonali: il-Kummissjoni pproponiet li żżid prodotti kimiċi ġodda mal-lista ta' sustanzi pprojbiti li jistgħu jintużaw biex isiru splussivi maħdumin id-dar.", "Billi l-isplussivi jistgħu jinkisbu kemm minn ħwienet tradizzjonali kif ukoll minn bejjiegħa onlajn u swieq onlajn, ir-regoli l-ġodda se japplikaw ukoll kompletament għall-bejgħ onlajn;", "Tmiem tas-sistemi attwali ta' reġistrazzjoni: ir-regoli l-ġodda jtemmu s-sistemi ta' reġistrazzjoni li xi Stati Membri attwalment għandhom fis-seħħ.", "Dawn is-sistemi, meqjusa dgħajfa minn perspettiva ta' sigurtà, jippermettu li l-membri tal-pubbliku ġenerali jirreġistraw xiri ta' sustanzi ristretti billi sempliċiment jippreżentaw karta tal-identità;", "Ħruġ ta' liċenzji u skrinjar bir-reqqa: l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jkollhom sistema ta' ħruġ ta' liċenzji għax-xiri ta' numru limitat ta' sustanzi ristretti li jista' jkollhom użu leġittimu.", "Qabel ma tinħareġ liċenzja lil membru tal-pubbliku ġenerali, kull Stat Membru se jkollu jivverifika l-leġittimità ta' din it-talba u jwettaq investigazzjoni ta' sigurtà bir-reqqa, inkluż kontroll tar-rekord kriminali;", "Qsim ta' informazzjoni aktar malajr u aħjar: ir-regoli l-ġodda jintroduċu obbligu li n-negozji jirrappurtaw tranżazzjoni suspettuża lill-awtoritajiet responsabbli fi żmien 24 siegħa.", "Il-miżuri l-ġodda jipprevedu wkoll aktar kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn il-kumpaniji, inklużi negozji onlajn, u sensibilizzazzjoni tul il-katina ta' provvista.", "It-traffikar ta' armi tan-nar għadu problema serja għas-sigurtà tal-Ewropa.", "Minħabba f'hekk il-Kummissjoni qed taġġorna r-regoli tal-UE dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-armi tan-nar b'użu ċivili biex tinkludi:", "Titjib tal-proċeduri ta' kontroll: l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki sistematiċi tal-preċedenti personali fuq l-individwi kollha li japplikaw għal liċenzji tal-esportazzjoni b'mod partikulari billi jużaw is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) biex jivverifikaw jekk il-persuna kellhiex xi rekords kriminali preċedenti u jivverifikaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM), li tinkludi notifiki ta' rifjut li tinħareġ liċenzja tal-esportazzjoni,", "Titjib tal-iskambju ta' informazzjoni: l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu aktar sistematiku u aħjar tal-informazzjoni, fosthom billi jdaħħlu informazzjoni fis-sistema COARM u jżommu bażi tad-dejta nazzjonali waħda ta' ħruġ ta' liċenzji u rifjuti.", "Għandhom ukoll jipprovdu statistika dettaljata relatata mal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' armi tan-nar lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju ta' kull sena.", "Illum ukoll, il-Kummissjoni pproponiet għodod ġodda biex tiġbor evidenza elettronika minn naħa għall-oħra tal-fruntiera waqt proċedimenti kriminali (ara l-istqarrija għall-istampa).", "Kuntest", "Is-sigurtà kienet prijorità politika sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni ta' Juncker – mil-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-aħħar Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta' Settembru 2017.", "Fl-14 ta' Diċembru 2017, il-presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea ffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-19 fejn enfasizzaw l-importanza ċentrali li jipproteġu aħjar is-sigurtà taċ-ċittadini billi jqegħduha fil-qalba tal-ħidma leġiżlattiva tal-Unjoni.", "Ingħatat prijorità lil dawk l-inizjattivi mfassla biex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jafu min qed jaqsam il-fruntieri esterni komuni tal-UE, biex jiġu stabbiliti sistemi ta' informazzjoni interoperabbli tal-UE għall-ġestjoni tas-sigurtà, il-fruntieri u l-migrazzjoni, u biex jissaħħu l-istrumenti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ħasil tal-flus.", "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tiggwida x-xogħol li tagħmel il-Kummissjoni f'dan il-qasam, billi tistabbilixxi l-azzjonijiet ewlenin biex ikun żgurat reazzjoni effettiva tal-UE għat-theddidiet mit-terroriżmu u għas-sigurtà, fosthom il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, l-ixprunar taċ-ċibersigurtà, it-twaqqif tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll it-titjib fl-iskambju tal-informazzjoni.", "Sa mill-adozzjoni tal-Aġenda, sar progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tagħha li jwitti t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina.", "Dan il-progress huwa rifless fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, ippubblikati fuq bażi regolari.", "Għal aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet Frekwenti – It-terroristi jiġu rrifjutati l-mezzi biex jaġixxu", "Skeda Informattiva – Unjoni ta' Sigurtà — Ewropa li tipproteġi", "Skeda Informativa – Unjoni ta' Sigurtà - It-terroristi jiġu rrifjutati l-mezzi biex jaġixxu", "Rapport – L-erbatax-il rapport ta' progress lejn unjoni ta' sigurtà effettiva u ġenwina", "Id-Direttiva dwar l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali", "Ir-Regolament dwar it-titjib tal-karti tal-identità u d-dokumenti ta' residenza ta' ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom", "Il-Valutazzjoni tal-impatt għall-proposta biex tittejjeb is-sigurtà tal-karti tal-identità u d-dokumenti ta' residenza ta' ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom", "Ir-Regolament dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi", "L-Annessi tal-proposta għal Regolament dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi", "Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar passi immedjati biex jittejbu s-sigurtà tal-esportazzjoni, tal-importazzjoni u l-miżuri ta' tranżitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali u l-munizzjon tagħhom", "L-Unjoni tas-Sigurtà: il-Kummissjoni tippreżenta regoli ġodda tal-UE għal aċċess għal evidenza elettronika", "Skeda informattiva - Unjoni ta' Sigurtà - Faċilitazzjoni tal-Aċċess għal evidenza elettronika"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3376", "title": "Riforma tas-sistema ta' finanzjament tal-partiti politiċi: Il-Kummissjoni tilqa' ftehim malajr mil-leġiżlaturi tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Mon, 16 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar vot mill-Parlament Ewropew rigward il-proposti tagħha, wara l-indirizz dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017, għal riforma tar-regoli dwar il-Partiti u l-FondazzjonijietPolitiċi Ewropej.", "Dawn it-tibdiliet se jżidu t-trasparenza, b'mod li n-nies ikunu jafu dwar xiex ikunu qegħdin jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej, itejbu l-leġittimità demokratika tal-finanzjament b'mod li jkun jirrifletti aħjar l-għażliet mill-elettorat, u jsaħħu l-infurzar tal-liġi sabiex l-abbużi mill-fondi pubbliċi jkunu jistgħu jiġu ttrattati aħjar u jinġabru lura l-fondi.", "Kif qal il-President Jean-Claude Juncker fl-Indirizz tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fl-13 ta' Settembru 2017, \"Hemm bżonn li l-Unjoni tagħmel pass demokratiku 'l quddiem.", "Ta' spiss, l-elezzjonijiet fl-Ewropa ġew ridotti f'xejn anqas mir-riżultat ta' kampanji nazzjonali.", "Id-demokrazija Ewropea ħaqqha aħjar.", "Għandna nipprovdu l-mezzi lill-partiti Ewropej biex jorganizzaw lilhom infushom aħjar.”", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans, wara l-vot tal-lum, qal: “Din hija riforma importanti u ninsab kuntent li qed titlesta fi żmien daqshekk qasir.", "Il-partiti politiċi Ewropej għandhom rwol ċentrali u dejjem jikber fil-ħolqien ta' rabta diretta bejn iċ-ċittadini Ewropej u s-sistema politika Ewropea.", "Iċ-ċittadini għandhom ikunu jafu għal min ikunu qed jivvutaw meta jitfgħu l-vot tagħhom fl-elezzjonijiet Ewropej tas-sena d-dieħla, u għaldaqstant huwa tajjeb li dawn il-bidliet se jagħmlu r-rabta bejn il-partiti nazzjonali u dawk Ewropej aktar ċara.", "Huma se jiżguraw ukoll li l-fondi pubbliċi mogħtija lill-partiti jirriflettu aħjar il-voti li jkunu kisbu l-kandidati tagħhom, u b'hekk dan jgħinna niksbu lura xi fondi li jkunu ntużaw ħażin.”", "Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Partiti Politiċi u l-Fondazzjonijiet Ewropej se tagħlaq il-lakuni li fil-passat wasslu biex isir abbuż minn flus il-kontribwenti Ewropej.", "F'xi każijiet, membri individwali tal-istess partit nazzjonali sponsorjaw il-ħolqien ta' partiti Ewropej differenti.", "Barra minn hekk, il-metodu ta' distribuzzjoni li jeżisti bħalissa għall-finanzjament mill-UE għall-partiti politiċi Ewropej ma jirriflettix biżżejjed ir-riżultati tel-elezzjonijiet Ewropej.", "Fl-aħħar nett, il-partiti jsibuha bi tqila li jissodisfaw ir-rekwiżit biex jiksbu finanzjament bħal dan.", "Il-bidliet adottati se jistabbilixxu rabta eqreb bejn l-ammont ta' voti u l-finanzjament permezz ta' żieda perċentwali tat-total tal-fondi li jkunu allokati abbażi tar-riżultati tal-elezzjoni għal 90% mir-rata attwali ta' 85 %.", "Skont is-sistema attwali, 15% tal-finanzjament kien jinqasam bejn il-partiti kollha, irrispettivament mill-għadd ta' votanti li jirrappreżentaw.", "L-emendi se jipprovdu wkoll trasparenza akbar għaċ-ċittadini Ewropej rigward ir-rabtiet bejn il-partiti Ewropej u nazzjonali, billi jobbligaw lill-partiti nazzjonali juru fuq is-siti web tagħhom b'mod ċar il-logo u l-programm politiku tal-partit Ewropew li huma affiljati miegħu.", "Il-partiti nazzjonali huma mħeġġa wkoll biex jinkludu informazzjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi tal-Membri tal-partit fil-Parlament Ewropew.", "Fl-aħħar nett, sabiex ikun aċċertat li flus il-kontribwenti jiġu ġestiti aħjar, ir-riforma proposta se tagħlaq il-lakuni li kienu jwasslu biex il-partiti jabbużaw mis-sistema billi jistabbilixxu diversi partiti Ewropej li kull wieħed minnhom ikun eliġibbli għal finanzjament addizzjonali.", "Ir-rwol tal-Partiti Politiċi Ewropej huwa stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jistipula li “l-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”.", "Ir-Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej introdott fl-2014 iżid l-viżibilità, ir-rikonoxximent, l-effettività, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-partit politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi affiljati tagħhom.", "Il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi li jissodisfaw għadd ta' kundizzjonijiet jingħataw l-opportunità li jsiru entitajiet ġuridiċi Ewropej u jkollhom aċċess għal sostenn finanzjarju.", "Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu rappreżentanza f'għadd kbir biżżejjed ta' Stati Membri tal-UE u r-rispett, kemm fil-programm tagħhom kif ukoll fl-attivitajiet, tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE.", "Għal aktar informazzjoni:", "http://europa.eu/rapid/press-release_IP-17-3187_en.htm", "http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-17-3168_en.htm"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3342", "title": "Pakkett ta' Tkabbir: Il-Kummissjoni tippubblika rapporti dwar il-pajjiżi sħab fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENLNEIG,HREXTRELS", "date": "Mon, 16 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Pakkett ta' Tkabbir annwali tagħha, li jinkludi seba' rapporti individwali, li jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-politika tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea li hija bbażata fuq kriterji stabbiliti u kondizzjonalità ġusta u rigoruża.", "Il-progress fit-triq Ewropea huwa proċess objettiv u bbażat fuq il-meritu li jiddependi fuq riżultati konkreti miksuba minn kull pajjiż individwali, bl-istat tad-dritt, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali li huma prijorità assoluta.", "Perspettiva ta' tkabbir kredibbli teħtieġ sforzi sostnuti u irriversibbli tar-riformi.", "It-tkabbir tal-UE huwa investiment fil-paċi, is-sigurtà u l-istabbilità fl-Ewropa: il-possibiltà tas-sħubija fl-UE għandha effett trasformattiv qawwi fuq il-pajjiżi sħab fil-proċess, fejn il-bidla pożittiva demokratika, politika, ekonomika u soċjali tpoġġi l-għeruq.", "Illum il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Kunsill jiddeċiedi li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Albanija, fid-dawl tal-progress miksub, sabiex jinżamm u jitwessa' il-momentum attwali tar-riforma.", "B'mod iktar speċifiku, l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li twassal fuq prijoritajiet urġenti ta' riforma se jkun deċisiv għall-progress futur tal-pajjiż.", "Għall-Albanija, il-progress se jkun kruċjali fil-qasam ewlieni tal-istat tad-dritt, b'mod partikolari madwar il-ħames prijoritajiet ewlenin tar-riforma, u tkompli twassal riżultati konkreti u tanġibbli, fil-valutazzjoni mill-ġdid tal-imħallfin u l-prosekuturi (skrutinju).", "Biex tappoġġa dan, il-Kummissjoni tapplika approċċ imsaħħaħ għal kapitoli ta' negozjati dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u l-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà.", "Dan il-pass' il quddiem fi proċess twil huwa bbażat fuq approċċ meritokratiku u l-kundizzjonalità stretta, reċentement ikkonfermata mill-istrateġija tal-Balkani tal-Punent.", "Kif iddikjarat fl-Istrateġija għall-Balkani tal-Punent, l-UE stess teħtieġ li tkun lesta għal membri ġodda — ladarba jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet — inkluż minn perspettiva istituzzjonali u finanzjarja.", "L-Unjoni għandha tkun aktar b'saħħitha, iktar solida u iktar effiċjenti qabel ma tkun tista' tkun ikbar.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, Federica Mogherini, qalet: “Pass ‘'i quddiem illum għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Albanija huwa pass' il quddiem għar-reġjun kollu.", "L-attenzjoni u impenn strateġiku tagħna qed iwettqu progress u benefiċċji prattiċi għan-nies tar-reġjun Il-ħidma fuq riformi u modernizzazzjoni madankollu jenħtieġ li jkomplu, fl-interess tas-sħab u tal-Unjoni Ewropea.”", "Johannes Hahn, il-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, qal: “Il-politika tat-tkabbir tagħna tkompli tkun mutur ewleni tar-riformi fil-Balkani tal-Punent.", "Qed timmodernizza l-ekonomiji u s-soċjetajiet tar-reġjun, u tagħmlu bil-mod 'il mod post iktar prosperuż u stabbli li huwa wkoll fl-interess ġenwin tal-UE.", "Ir-rakkomandazzjonijiet għall-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Albanija li ħriġna llum jirrikonoxxu l-progress li sar.", "Huwa pass importanti 'l quddiem, iżda huwa ċar - u dan jgħodd għall-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent: ma hemm l-ebda triq iqsar għat-triq lejn l-UE.", "Għad fadal diskrepanzi importanti.", "Hemm bżonn naraw li r-riformi, b'mod speċjali fl-istat tad-dritt, jiġu implimentati b'mod iktar vigoruż u jipproduċu riżultati sostenibbli.", "Dawn ir-riformi mhumiex “għal Brussell” — ġudikatura effettiva, ġlieda effettiva kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, amministrazzjoni pubblika effiċjenti, ekonomija aktar b'saħħitha — dan kollu se jkun ta' benefiċċju għar-reġjun u ċ-ċittadini tiegħu, kif ukoll għall-Ewropa kollha.”", "Il-valutazzjoni tal-progress li nkiseb kif ukoll l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet jipprovdu inċentivi u gwida għall-pajjiżi biex isegwu r-riformi estensivi meħtieġa.", "Sabiex il-perspettiva ta' adeżjoni ssir realtà, il-pajjiżi għandhom jagħtu prijorità lir-riformi fl-oqsma fundamentali tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività, kollha oqsma fejn in-nuqqasijiet strutturali għadhom jippersistu.", "Il-pajjiżi għandhom jiżguraw li r-riformi jiġu implimentati sew u li juru rekord ta' riżultati konkreti.", "Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa dawn l-isforzi ta' riforma permezz ta' appoġġ ta' politika u għajnuna finanzjarja ffokata.", "Programmi ta' Riforma Ekonomika", "Għall-ewwel darba flimkien mal-Pakkett ta' Tkabbir, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll il-valutazzjonijiet annwali tagħha dwar il-Programmi ta' Riforma Ekonomika għall-Balkani tal-Punent u t-Turkija.", "Il-valutazzjonijiet annwali tal-Programmi ta' Riforma Ekonomika [żid link għall-iskeda informattiva] għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija juru tkabbir ekonomiku sostnut u sforzi biex tissaħħaħ l-istabbiltà makroekonomika u fiskali fid-dawl ta' vulnerabbiltajiet attwali.", "Għandhom jinżammu u jissaħħu politiki sodi u r-riformi għandhom iżidu l-momentum biex jitnaqqsu r-riskji makroekonomiċi li għadhom qed jippersistu, u biex jingħata aċċess għas-sorsi għal tkabbir sostenibbli kif ukoll biex tiżdied il-konverġenza mal-UE.", "Il-Programmi ta' Riforma Ekonomika (ERPs) għandhom rwol ewlieni fit-titjib tal-ippjanar u l-iggwidar ta' politika ekonomika mmirata għal żieda fil-kompetittività u t-titjib tal-kundizzjonijiet għal tkabbir u ħolqien tal-impjiegi.", "Dawn jgħinu lill-pajjiżi sħab jilħqu l-kriterji ekonomiċi għall-adeżjoni u jħejju ruħhom għall-parteċipazzjoni fis-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomiċi fl-UE wara l-adeżjoni.", "Għall-ewwel darba din is-sena ż-żewġ pakketti ġew sinkronizzati, li jenfasizza l-importanza ta' ekonomija li tiffunzjona sabiex tavvanza fit-triq lejn l-UE.", "SFOND", "Proċess ta' Tkabbir", "L-aġenda attwali tat-tkabbir tkopri s-sħab tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija.", "Negozjati tal-adeżjoni nfetħu mal-pajjiżi kandidati: il-Montenegro (2012), is-Serbja (2014), it-Turkija (2005).", "L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huwa pajjiż kandidat mill-2005 u l-Albanija kisbet stat kandidat fl-2014.", "Il-Bożnija-Ħerzegovina (applikazzjoni biex tissieħeb mal-UE ppreżentata fi Frar 2016) u l-Kosovo (Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li daħal fis-seħħ f'April 2016) huma kandidati potenzjali.", "Għal sejbiet u rakkomandazzjonijiet dettaljati dwar kull pajjiż ara:", "Dokument ta' Strateġija: https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/sites/near/files/20180417_strategy_paper_en.pdf", "Il-Montenegro: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-18-3409_en.htm", "Is-Serbja: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-18-3406_en.htm", "It-Turkija: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-18-3407_en.htm", "L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-18-3405_en.htm", "L-Albanija: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-18-3403_en.htm", "Il-Bożnija-Ħerzegovina: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-18-3408_en.htm", "Il-Kosovo: http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-18-3404_en.htm"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_3343", "title": "Unjoni tas-Sigurtà: Il-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għall-evidenza elettronika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CRIMLAW,SECUUNION", "date": "Mon, 16 Apr 2018 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi regoli ġodda li bihom l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji jkunu jistgħu jakkwistaw l-evidenza elettronika, bħal ma huma posta elettronika jew dokumenti li jkunu maħżuna fl-internet, li jkollhom bżonn biex jinvestigaw, itellgħu il-qorti u jikkundannaw lil kriminali u terroristi.", "Ir-regoli l-ġodda se jippermettu li l-forzi tal-infurzar fl-Istati Membri tal-UE jkunu jistgħu jintraċċaw aħjar indizji fuq l-internet u lil hinn mill-fruntiera nazzjonali, filwaqt li jkun hemm salvagwardji biżżejjed għad-drittijiet u l-libertajiet ta' dawk kollha kkonċernati.", "L-Ewwel Viċi President Frans Timmermans, qal: “Aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-evidenza elettronika qiegħda ssir dejjem aktar importanti fil-proċedimenti kontra l-kriminali.", "Ma nistgħux inħallu lill-kriminali u lit-terroristi jisfruttaw it-teknoloġiji moderni u elettroniċi biex jostru l-azzjonijiet kriminali tagħhom u jiżgiċċaw mill-ġustizzja.", "Ma għandu jkun hemm l-ebda moħba għall-kriminali u t-terroristi fl-Ewropa, la fuq l-internet u lanqas barra minnu.", "Il-proposti tal-lum se jistabbilixxu strumenti li qatt ma kien hawn bħalhom biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu mhux biss jiġbru evidenza elettronika malajr u b'mod effiċjenti lil hinn mill-fruntiera nazzjonali, iżda wkoll li jaraw li jkun hemm salvagwardji qawwija għad-drittijiet u l-libertajiet ta' dawk kollha milquta.”", "“Věra Jourová, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, żiedet tgħid: “Filwaqt li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għadhom jaħdmu b'metodi kkumplikati, il-kriminali jużaw l-aktar teknoloġija avvanzata u rapida biex joperaw.", "Hemm bżonn li lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ntuhom metodi tas-seklu 21 fil-ġlieda kontra l-kriminalità, hekk kif il-kriminali jużaw metodi tas-seklu 21 biex iwettqu atti kriminali.”", "Il-kriminali u t-terroristi kollha jużaw messaġġi testwali, emails u apps biex jikkomunikaw.", "Aktar minn nofs l-investigazzjonijiet kriminali kollha llum ikunu jinkludu xi talba transfruntiera għal evidenza elettronika miżmuma mill-fornituri tas-servizzi bbażat f'xi Stat Membru ieħor, jew barra l-UE.", "Sabiex tinkiseb tali dejta, hija meħtieġa kooperazzjoni ġudizzjarja u assistenza legali reċiproka, madankollu, bħalissa l-proċess huwa wisq kajman u kkumplikat.", "Illum, kważi żewġ terzi tar-reati li fihom l-evidenza elettronika tkun miżmuma f'pajjiż ieħor ma jkunux jistgħu jiġu investigati jew miġjuba quddiem qorti kif imiss, l-aktar minħabba ż-żmien meħtieġ biex tinġabar tali evidenza jew minħabba l-frammentazzjoni tal-qafas legali.", "Il-proposti tal-lum se jkunu ta' għajnuna biex tingħalaq din il-lakuna billi jġibu l-proċess tal-kisba tal-evidenza elettronika aktar rapidu u aktar effiċjenti.", "Il-proposti sejrin:", "Il-kuntest", "Is-sigurtà ilha prijorità politika sa mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni Juncker — mil-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker ta' Lulju 2014, sal-aħħar Indirizz dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta' Settembru 2017.", "Fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà ta' April 2015, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrevedi l-ostakli quddiem l-investigazzjonijiet kriminali.", "Wara l-avvenimenti traġiċi fi Brussell fit-22 ta' Marzu 2016, il-Ministri tal-UE għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni poġġew prijorità fuq li jgħaddu miżuri għas-sigurtà u l-kisba ta' evidenza diġitali b'mod aktar effiċjenti u effettiv.", "Minn dak iż-żmien lil hawn il-kwistjoni ġiet diskussa diversi drabi bejn il-Ministri u kompliet tiġi esplorata mill-mexxejja Ewropej fil-Konklużjonijiet dwar it-titjib tal-ġustizzja kriminali fiċ-ċiberspazju ta' Ġunju 2016..", "Il-proposta ppreżentata llum hija ta' kontribut għall-isforzi tal-Kummissjoni biex tikseb riżultati fl-impenn magħmul taħt id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2019-2018, għal protezzjoni aħjar taċ-ċittadini Ewropej.", "Għal aktar tagħrif"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1682", "title": "Ewropa Lesta għall-Era Diġitali: Il-Kummissjoni tipproponi regoli u azzjonijiet ġodda għal eċċellenza u fiduċja fl-Intelliġenza Artifiċjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,PR-DIGITAL", "date": "Tue, 20 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni qed tipproponi regoli u azzjonijiet ġodda li għandhom l-għan jibdlu l-Ewropa f'ċentru dinji għall-Intelliġenza Artifiċjali (AI) affidabbli.", "Il-kombinament tal-ewwel qafas legali li qatt sar dwar l-AI u ta' Pjan Ikkoordinat ġdid mal-Istati Membri se jiżgura s-sikurezza u d-drittijiet fundamentali tal-persuni u tan-negozji, filwaqt li jsaħħaħ l-adozzjoni, l-investiment u l-innovazzjoni tal-AI madwar l-UE.", "Ir-regoli l-ġodda dwar il-prodotti tal-makkinarju se jikkumplimentaw dan l-approċċ billi jadattaw ir-regoli tas-sikurezza għall-industrija ħalli tiżdied il-fiduċja tal-utenti fil-ġenerazzjoni l-ġdida u versatili tal-prodotti.", "Il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, Margrethe Vestager,qalet: “Meta nitkellmu dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, il-fiduċja hija element essenzjali u mhux sempliċiment vantaġġ.", "B'dawn ir-regoli importanti, l-UE qed tmexxi l-iżvilupp ta' normi dinjin ġodda biex tiżgura li l-AI tkun tista' tiġi fdata.", "Billi nistabbilixxu l-istandards, nistgħu nwittu t-triq għal teknoloġija etika madwar id-dinja u niżguraw li l-UE tibqa' kompetittiva tul it-triq.", "Ir-regoli tagħna, validi għall-futur u favur l-innovazzjoni, se jintervjenu biss meta jkun strettament meħtieġ: meta s-sikurezza u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE jkunu fil-periklu.”", "Il-Kummissarju għas-Suq Intern, Thierry Breton stqarr: “L-AI hija mezz, mhijiex għan.", "Ilha teżisti għal għexieren ta' snin iżda issa laħqet kapaċitajiet ġodda xprunati mill-qawwa tal-informatika.", "Dan joffri potenzjal qawwi f'oqsma differenti bħas-saħħa, it-trasport, l-enerġija, l-agrikoltura, it-turiżmu jew iċ-ċibersigurtà.", "Iżda jippreżenta wkoll għadd ta' riskji.", "Il-proposti tal-lum għandhom l-għan li jsaħħu l-pożizzjoni tal-Ewropa bħala ċentru dinji ta' eċċellenza fl-AI mil-laboratorju sas-suq, jiżguraw li l-AI fl-Ewropa tirrispetta l-valuri u r-regoli tagħna, u jisfruttaw il-potenzjal tal-AI għall-użu industrijali.”", "Ir-Regolament il-ġdid dwar l-AI se jiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jafdaw dak li l-AI għandha x'toffri.", "Jinkludi regoli proporzjonati u flessibbli biex jindirizza r-riskji speċifiċi ppreżentati mis-sistemi tal-AI u jistabbilixxi l-ogħla standard madwar id-dinja.", "Il-Pjan Ikkoordinat jiddeskrivi l-bidliet meħtieġa fil-politika u l-investiment fil-livell tal-Istati Membri biex tissaħħaħ il-pożizzjoni ewlenija tal-Ewropa fl-iżvilupp ta' AI iċċentrata fuq il-bniedem, sostenibbli, sigura, inklużiva u affidabbli.", "Ir-regoli l-ġodda se jiġu applikati direttament u bl-istess mod fl-Istati Membri kollha abbażi ta' definizzjoni tal-AI li tibqa' valida għall-futur.", "Isegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju:", "Riskju mhux aċċettabbli: Is-sistemi tal-AI li jitqiesu bħala theddida ċara għas-sikurezza, l-għajxien u d-drittijiet tan-nies se jiġu pprojbiti.", "Dawn jinkludu sistemi jew applikazzjonijiet tal-AI li jimmanipulaw il-komportamenti tal-bniedem biex jevitaw ir-rieda libera tal-utenti (eż. ġugarelli li jużaw l-assistenza bil-vuċi biex iħeġġu komportamenti perikolużi tal-minorenni) u sistemi li jippermettu “punteġġ soċjali” mill-gvernijiet.", "Riskju kbir: Is-sistemi tal-AI identifikati bħala ta' riskju kbir jinkludu t-teknoloġija tal-AI użata fi:", "Is-sistemi tal-AI b'riskju kbir se jkunu soġġetti għal obbligi stretti qabel ma jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq:", "B'mod partikolari, is-sistemi kollha tal-identifikazzjoni bijometrika remota jitqiesu li għandhom riskju kbir u huma soġġetti għal rekwiżiti stretti.", "Fil-prinċipju hu pprojbit l-użu tagħhom f'ħin reali fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi.", "Hemm xi eċċezzjonijiet definiti u regolati b'mod strett (bħal meta meħtieġ strettament għal tiftix ta' tfal nieqsa, għal prevenzjoni ta' theddida terroristika speċifika u imminenti, u għal sejbien, lokalizzazzjoni, identifikazzjoni u prosekuzzjoni ta' awtur jew suspettat ta' reat kriminali serju).", "Dan l-użu hu soġġett għall-awtorizzazzjoni ta' korp ġudizzjarju jew korp indipendenti ieħor u għal limiti xierqa taż-żmien, tal-firxa ġeografika u tal-bażijiet tad-data mfittxija.", "Riskju limitat, jiġifieri s-sistemi tal-AI b'obbligi speċifiċi ta' trasparenza: Meta jużaw sistemi tal-AI bħaċ-chatbots, l-utenti għandhom ikunu konxji li qed jinteraġixxu ma' magna biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata jekk ikomplux jew jiħdux pass lura.", "Riskju minimu: Il-proposta legali tippermetti l-użu ħieles ta' ċerti applikazzjonijiet, fosthom il-logħob tal-kompjuter jew il-filtri tal-ispam abilitati bl-AI.", "Il-biċċa l-kbira tas-sistemi tal-AI jaqgħu f'din il-kategorija.", "L-abbozz tar-Regolament ma jintervenix f'dawn il-każijiet għax is-sistemi tal-AI ikunu jirrappreżentaw biss riskju minimu jew ma jirrappreżentaw l-ebda riskju għad-drittijiet u s-sikurezza taċ-ċittadini.", "Mil-lat ta' governanza, il-Kummissjoni tipproponi li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq iwettqu superviżjoni tar-regoli l-ġodda, filwaqt li t-twaqqif ta' Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali se jiffaċilita l-implimentazzjoni tagħhom u jixpruna l-iżvilupp ta' standards għall-AI.", "Barra minn hekk, għall-AI li mhix ta' riskju kbir qed jiġu proposti kodiċijiet ta' kondotta volontarji, u sandboxes regolatorji biex tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni responsabbli.", "Il-koordinazzjoni se ssaħħaħ il-pożizzjoni ewlenija tal-Ewropa f'AI iċċentrata fuq il-bniedem, sostenibbli, sigura, inklużiva u affidabbli.", "Biex tibqa' kompetittiva fix-xenarju dinji, il-Kummissjoni hi impenjata li trawwem l-innovazzjoni fl-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija tal-AI fl-industriji kollha madwar l-Istati Membri kollha.", "Il-Pjan Ikkoordinat dwar l-AI, li ġie ppubblikat l-ewwel darba fl-2018 biex jiddefinixxi l-azzjonijiet u l-istrumenti ta' finanzjament għall-iżvilupp u l-użu tal-AI, wassal għal firxa vibranti ta' strateġiji nazzjonali u finanzjament tal-UE għal sħubijiet pubbliċi privati u għal networks tar-riċerka u l-innovazzjoni.", "L-aġġornament komprensiv tal-Pjan Ikkoordinat jipproponi azzjonijiet konġunti konkreti għal kollaborazzjoni li tiżgura li l-isforzi kollha jkunu allinjati mal-Istrateġija Ewropea dwar l-AI u mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-isfidi l-ġodda li ħolqot il-pandemija tal-coronavirus.", "Dan jippreżenta viżjoni biex jitħaffu l-investimenti fl-AI, li jistgħu jikkontribwixxu għall-irkupru.", "Għandu l-għan ukoll li jagħti spinta l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali dwar l-AI, ineħħi l-frammentazzjoni u jindirizza għadd ta' sfidi dinjin.", "Il-Pjan Ikkoordinat aġġornat se juża l-fondi allokati permezz tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa, kif ukoll mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li tipprevedi mira ta' nefqa diġitali ta' 20 %, u mill-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni biex:", "Il-prodotti tal-makkinarju jkopru firxa estensiva ta' prodotti tal-konsumaturi u professjonali, minn robots sa magni tal-ħsad, printers 3D, magni tal-kostruzzjoni, u linji tal-produzzjoni industrijali.", "Id-Direttiva dwar il-Makkinarju, li ġiet sostitwita bir-Regolament il-ġdid dwar il-Makkinarju, tiddefinixxi r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza għall-makkinarju.", "Dan ir-Regolament il-ġdid dwar il-Makkinarju se jiżgura li l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-makkinarju tkun tiggarantixxi s-sikurezza tal-utenti u tal-konsumaturi, u tħeġġeġ l-innovazzjoni.", "Filwaqt li r-Regolament dwar l-AI se jindirizza r-riskji tas-sikurezza tas-sistemi tal-AI, ir-Regolament il-ġdid dwar il-Makkinarju se jiżgura l-integrazzjoni sikura tas-sistema tal-AI fil-makkinarju b'mod ġenerali.", "In-negozji se jkollhom iwettqu valutazzjoni tal-konformità waħda biss.", "Barra minn hekk, ir-Regolament il-ġdid dwar il-Makkinarju se jindirizza l-ħtiġijiet tas-suq billi jagħti aktar ċarezza legali lid-dispożizzjonijiet attwali, itaffi l-piż u l-ispejjeż amministrattivi għall-kumpaniji billi jippermetti formati diġitali għad-dokumentazzjoni, u jadatta l-miżati tal-SMEs għall-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jiżgura koerenza mal-qafas leġiżlattiv tal-UE għall-prodotti.", "Il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri jeħtieġ jadottaw il-proposti tal-Kummissjoni dwar approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali u dwar il-Prodotti tal-Makkinarju fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja.", "Ladarba jiġu adottati, ir-Regolamenti finali se japplikaw direttament fl-UE kollha.", "Fl-istess waqt, il-Kummissjoni se tibqa' tikkollabora mal-Istati Membri biex timplimenta l-azzjonijiet imħabbra fil-Pjan Ikkoordinat.", "Għal snin sħaħ, il-Kummissjoni ffaċilitat u tejbet il-kooperazzjoni fil-qasam tal-AI madwar l-UE kollha biex tixpruna l-kompetittività tagħha u tiżgura fiduċja skont il-valuri tal-UE.", "Wara l-pubblikazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-AI fl-2018 u wara konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati, il-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (HLEG) żviluppa Linji Gwida għal AI Affidabbli fl-2019, u Lista ta' Valutazzjoni għal AI Affidabbli fl-2020.", "Fl-istess waqt, l-ewwel Pjan Ikkoordinat dwar l-AI ġie ppubblikat f'Diċembru 2018 bħala impenn konġunt mal-Istati Membri.", "Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-AI, ippubblikata fl-2020, stabbiliet viżjoni ċara għall-AI fl-Ewropa: ekosistema ta' eċċellenza u fiduċja, li twitti t-triq għall-proposta tal-lum.", "Il-konsultazzjoni pubblika fuq il-White Paper dwar l-AI rċeviet parteċipazzjoni wiesgħa minn madwar id-dinja.", "Mal-White Paper inhemeż “Rapport dwar l-implikazzjonijiet tas-sikurezza u tar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-Internet tal-Oġġetti u r-Robotika” li kkonkluda li l-leġiżlazzjoni attwali dwar is-sikurezza tal-prodotti fiha għadd ta' lakuni li jeħtieġ jiġu indirizzati, b'mod partikolari fid-Direttiva dwar il-Makkinarju.", "Regoli ġodda dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Regoli ġodda dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Paġna informattiva", "Komunikazzjoni dwar it-trawwim ta' approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali", "Regolament dwar approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali", "Pjan Ikkoordinat ġdid dwar l-Intelliġenza Artifiċjali", "Regolament dwar il-Prodotti tal-Makkinarju", "Proġetti tal-AI iffinanzjati mill-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_21_1683", "title": "Regoli ġodda dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Mistoqsijiet u Tweġibiet", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG,PR-DIGITAL", "date": "Tue, 20 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Għalfejn għandna bżonn nirregolaw l-użu tat-teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali?", "Il-benefiċċji potenzjali tal-AI għas-soċjetajiet tagħna huma diversi, fosthom titjib fil-kura medika u fl-edukazzjoni.", "Affaċċjata bi żvilupp teknoloġiku rapidu fl-AI, l-UE jeħtieġ tiġbed ħabel wieħed biex taħtaf dawn l-opportunitajiet.", "Filwaqt li ħafna mis-sistemi tal-AI għandhom riskju żgħir jew m'għandhom l-ebda riskju, jeħtieġ nindirizzaw ir-riskji li joħolqu wħud minnhom ħalli nevitaw konsegwenzi mhux mixtieqa.", "Pereżempju, l-opaċità ta' ħafna algoritmi tista' toħloq inċertezza u tfixkel l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-sikurezza u d-drittijiet fundamentali.", "Dawn l-isfidi nistgħu negħlbuhom b'azzjoni leġiżlattiva li tiżgura suq intern li jiffunzjona tajjeb għas-sistemi tal-AI, li jisfrutta l-benefiċċji u li jindirizza r-riskji kif xieraq.", "Dawn jinkludu applikazzjonijiet bħalma huma s-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota jew ċerti deċiżjonijiet dwar l-AI li jolqtu interessi personali importanti, bħal fl-oqsma tar-reklutaġġ, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa jew l-infurzar tal-liġi.", "Il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas regolatorju dwar l-AI għandha l-għan li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tas-sikurezza tal-utenti, kif ukoll fiduċja fl-iżvilupp u fl-użu tal-AI.", "Liema riskji se jindirizzaw ir-regoli l-ġodda dwar l-AI?", "L-użu tas-sistemi tal-AI għandu potenzjal qawwi li jġib benefiċċji soċjali u tkabbir ekonomiku, u jsaħħaħ l-innovazzjoni tal-UE u l-kompetittività tagħha madwar id-dinja.", "Madankollu, f'ċerti każijiet, il-karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti sistemi tal-AI jistgħu joħolqu riskji ġodda relatati mas-sikurezza u d-drittijiet fundamentali tal-utenti.", "Dan iwassal għal inċertezza legali għall-kumpaniji u potenzjalment adozzjoni aktar bil-mod tat-teknoloġiji tal-AI min-negozji u miċ-ċittadini, minħabba n-nuqqas ta' fiduċja.", "Ir-risponsi regolatorji differenti mill-awtoritajiet nazzjonali għandhom ir-riskju li jifframmentaw is-suq intern.", "Għal min tapplika l-proposta?", "Il-qafas legali se japplika għall-atturi pubbliċi u privati fl-UE u barra mill-UE, diment li s-sistema tal-AI titqiegħed fis-suq tal-Unjoni jew li l-użu tagħha jkun jaffettwa lil nies li jinsabu fl-UE.", "Dan jista' jikkonċerna lill-fornituri (eż. l-iżviluppaturi ta' għodod għall-iskrinjar tas-CVs tal-kandidati), u lill-utenti tas-sistemi tal-AI b'riskju kbir (eż. il-banek li jixtru dawk l-għodod għall-iskrinjar tas-CVs tal-kandidati).", "Dan ma japplikax għal użi privati u mhux professjonali.", "X'inhuma l-kategoriji tar-riskju?", "Il-Kummissjoni tipproponi approċċ ibbażat fuq ir-riskju, b'erba' livelli tar-riskju:", "Riskju mhux aċċettabbli: Se jkun hemm projbizzjoni fuq sett limitat ta' użi tal-AI li huma partikolarment ta' ħsara u li jiksru d-drittijiet fundamentali (eż. l-għoti ta' punteġġi soċjali mill-gvernijiet, l-isfruttament tal-vulnerabbiltajiet tat-tfal, l-użu ta' tekniki subliminali, u – għajr f'ċerti eċċezzjonijiet – l-użu ta' ċerti sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota f'ħin reali fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi).", "Riskju kbir: Hemm għadd limitat ta' sistemi tal-AI definiti fil-proposta, li jaffettwaw ħażin is-sikurezza tan-nies jew id-drittijiet fundamentali tagħhom (kif imħarsa mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE) u li huma meqjusa ta' riskju kbir.", "Ma din il-proposta hemm mehmuża lista ta' sistemi tal-AI b'riskju kbir li tista tiġi rieżaminata biex timxi mal-evoluzzjoni tal-każijiet ta' użu tal-AI u tibqa' valida għall-futur.", "Dawn is-sistemi jinkludu l-komponenti tas-sikurezza ta' prodotti koperti minn leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni.", "Dawn dejjem se jkunu ta' riskju kbir meta jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità minn parti terza skont dik il-leġiżlazzjoni settorjali.", "Biex jiġu żgurati l-fiduċja u livell konsistenti u għoli ta' protezzjoni tas-sikurezza u tad-drittijiet fundamentali, qed jiġu proposti rekwiżiti obbligatorji għas-sistemi kollha tal-AI b'riskju kbir.", "Dawk ir-rekwiżiti jkopru l-kwalità tas-settijiet tad-data użati, id-dokumentazzjoni teknika u ż-żamma tar-rekords, it-trasparenza u l-għoti ta' informazzjoni lill-utenti, is-sorveljanza umana, u r-robustezza, l-eżattezza u ċ-ċibersigurtà.", "F'każ ta' ksur, ir-rekwiżiti se jagħtu aċċess lill-awtoritajiet nazzjonali għall-informazzjoni meħtieġa biex jinvestigaw jekk l-użu tas-sistemi tal-AI kienx konformi mal-liġi.", "Il-qafas propost hu konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jaqbel mal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni.", "Riskju limitat: Ġew imposti obbligi speċifiċi ta' trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI, bħal pereżempju meta jkun hemm riskju ċar ta' manipulazzjoni (eż. bl-użu ta' chatbots).", "L-utenti jeħtieġ ikunu konxji li qed jinteraġġixxu ma' magna.", "Riskju minimu: Il-bqija tas-sistemi kollha tal-AI jistgħu jiġu żviluppati u jintużaw skont il-leġiżlazzjoni eżistenti mingħajr obbligi legali addizzjonali.", "Il-biċċa l-kbira tas-sistemi tal-AI li qed jintużaw bħalissa fl-UE jaqgħu f'din il-kategorija.", "Volontarjament, il-fornituri ta' dawk is-sistemi jistgħu jagħżlu li japplikaw ir-rekwiżiti għal AI affidabbli u jimxu skont kodiċijiet ta' kondotta volontarji.", "Kif intgħażlet il-lista tas-sistemi awtonomi tal-AI b'riskju kbir (li mhumiex inkorporati f'xi prodott)?", "Se tiġi aġġornata?", "Flimkien ma' definizzjoni ċara ta' x'inhu “riskju kbir”, il-Kummissjoni qed tressaq metodoloġija soda biex tgħin fl-identifikazzjoni ta' sistemi tal-AI b'riskju kbir skont il-qafas legali.", "Dan biex tagħti ċ-ċertezza legali lin-negozji u lil operaturi oħra.", "Il-klassifikazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq l-iskop maħsub tas-sistema tal-AI, bi qbil mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti.", "Dan ifisser li l-klassifikazzjoni tar-riskju tiddependi fuq il-funzjoni mwettqa mis-sistema tal-AI u fuq l-iskop speċifiku u l-modalitajiet li għalihom tintuża dik is-sistema.", "Il-kriterji għal din il-klassifikazzjoni jinkludu l-firxa tal-użu tal-applikazzjoni tal-AI u l-iskop maħsub tagħha, l-għadd ta' persuni potenzjalment affettwati, id-dipendenza fuq l-eżitu u l-irriversibbiltà tad-danni, kif ukoll il-punt sa fejn il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni tipprevedi miżuri effettivi għal prevenzjoni jew tnaqqis sostanzjali ta' dawk ir-riskji.", "Lista ta' ċerti oqsma kritiċi tgħin biex il-klassifikazzjoni ssir aktar ċara billi tidentifika dawn l-applikazzjonijiet fl-oqsma tal-identifikazzjoni bijometrika u l-kategorizzazzjoni, l-infrastruttura kritika, l-edukazzjoni, ir-reklutaġġ u l-impjiegi, il-forniment ta' servizzi pubbliċi u privati importanti, kif ukoll l-infurzar tal-liġi, l-ażil u l-migrazzjoni, u l-ġustizzja.", "Mehmuża mal-proposta hemm lista ta' każijiet ta' użu li l-Kummissjoni bħalissa tqis li għandhom riskju kbir.", "Il-Kummissjoni se tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata u rilevanti, abbażi tal-kriterji msemmija hawn fuq u tal-evidenza u tal-fehmiet esperti b'konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati.", "Il-proposta kif tindirizza l-identifikazzjoni bijometrika remota?", "Skont ir-regoli l-ġodda, is-sistemi kollha tal-AI maħsuba biex jintużaw għall-identifikazzjoni bijometrika remota tan-nies se jitqiesu li għandhom riskju kbir u jkunu soġġetti għal valutazzjonijiet tal-konformità ta' parti terza ex ante, inkluż għal rekwiżiti ta' dokumentazzjoni u ta' sorveljanza umana, mid-disinn.", "B'settijiet tad-data u bi ttestjar ta' kwalità għolja jista' jiġi żgurat li dawn is-sistemi jkunu eżatti u li ma jħallu l-ebda impatt diskriminatorju fuq il-popolazzjoni affettwata.", "L-użu ta' sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika remota f'ħin reali fi spazji aċċessibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi joħloq riskji partikolari għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali u n-nondiskriminazzjoni.", "Għalhekk, fil-prinċipju, dan hu pprojbit għajr għal xi eċċezzjonijiet ristretti li huma strettament definiti, limitati u regolati.", "Dawn jinkludu l-użu għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi għal tiftix immirat għal vittmi potenzjali speċifiċi ta' reati kriminali, inkluż it-tfal nieqsa; ir-rispons għat-theddid imminenti ta' attakki terroristiċi; jew għas-sejbien u l-identifikazzjoni ta' awturi ta' reati serji.", "Fl-aħħar nett, is-sistemi kollha ta' rikonoxximent tal-emozzjoni u ta' kategorizzazzjoni bijometrika, dejjem se jkunu soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta' trasparenza.", "Dawn se jitqiesu wkoll bħala applikazzjonijiet b'riskju kbir jekk ikunu jaqgħu taħt il-każijiet ta' użu identifikati bħala ta' riskju kbir, fosthom dawk fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni, l-infurzar tal-liġi, il-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri.", "Għalfejn hemm bżonn regoli partikolari għall-identifikazzjoni bijometrika remota?", "L-identifikazzjoni bijometrika jista' jkollha għamliet differenti.", "Din tista' tintuża għall-awtentikazzjoni tal-utenti, jiġifieri biex jinkiseb aċċess għal smartphone, jew għall-verifika/l-awtentikazzjoni ta' identità ta' persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom (tqabbil “one-to-one”).", "L-identifikazzjoni bijometrika tista' tintuża b'mod remot ukoll għall-identifikazzjoni ta' persuni f'folla, meta pereżempju jitqabbel immaġni ta' persuna ma' immaġnijiet f'bażi tad-data (tqabbil “one-to-many”).", "L-eżattezza tas-sistemi għar-rikonoxximent tal-wiċċ tista' tvarja ġmielu għax tiddependi minn firxa wiesgħa ta' fatturi, fosthom il-kwalità tal-kamera, id-dawl, id-distanza, il-bażi tad-data, l-algoritmu, u l-etniċità, l-età jew il-ġeneru tas-suġġett.", "L-istess japplika għar-rikonoxximent tal-mixja u tal-vuċi u għal sistemi bijometriċi oħra.", "Kulma jmur, is-sistemi avvanzati ħafna qed inaqqsu r-rati ta' aċċettazzjonijiet foloz tagħhom.", "Għalkemm rata ta' eżattezza ta' 99 % tista' tinstema' tajba b'mod ġenerali, din għandha riskju konsiderevoli jekk ir-riżultat iwassal għas-suspett ta' persuna innoċenti.", "Anki rata ta' errur ta' 0.1 % hi ħafna jekk tkun tikkonċerna lil għexieren ta' eluf ta' persuni.", "X'inhuma l-obbligi għall-fornituri tas-sistemi tal-AI b'riskju kbir?", "Qabel ma jqiegħdu sistema tal-AI b'riskju kbir fis-suq tal-UE jew qabel ma jdaħħluha fis-servizz, il-fornituri jridu jagħmlulha valutazzjoni tal-konformità.", "Matulha jkunu jistgħu juru li s-sistema tagħhom tikkonforma mar-rekwiżiti obbligatorji għal AI affidabbli (eż. il-kwalità tad-data, id-dokumentazzjoni u t-traċċabbiltà, it-trasparenza, is-sorveljanza umana, l-eżattezza u r-robustezza).", "Jekk is-sistema nnifisha jew l-iskop tagħha jitbiddlu sostanzjalment, il-valutazzjoni tkun trid terġa' ssir.", "Għal ċerti sistemi tal-AI, f'dan il-proċess irid jiġi involut korp notifikat indipendenti.", "Is-sistemi tal-AI li jkunu komponenti tas-sikurezza ta' prodotti koperti minn leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dejjem se jitqiesu li għandhom riskju kbir meta jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità minn parti terza skont dik il-leġiżlazzjoni settorjali.", "Barra minn hekk, is-sistemi tal-identifikazzjoni bijometrika, dejjem ikollhom bżonn valutazzjoni tal-konformità minn parti terza.", "Il-fornituri tas-sistemi tal-AI b'riskju kbir se jkollhom jimplimentaw ukoll sistemi ta' kwalità u ta' ġestjoni tar-riskju biex jiżguraw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti l-ġodda u jnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji lill-utenti u lill-persuni affettwati, anki wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq.", "L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq se jappoġġaw il-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq permezz ta' awditi u billi joffru l-possibbiltà lill-fornituri li jirrappurtaw dwar inċidenti serji jew ksur tal-obbligi tad-drittijiet fundamentali li jkunu saru jafu bihom.", "Kif se tiġi infurzata l-konformità?", "L-Istati Membri jaqdu rwol ewlieni fl-applikazzjoni u fl-infurzar ta' dan ir-Regolament.", "F'dan ir-rigward, kull Stat Membru jrid jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar biex jissorveljaw l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni, u biex iwettqu attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq.", "Biex tiżdied l-effiċjenza u jitwaqqaf punt ta' kuntatt uffiċjali mal-pubbliku u ma' kontropartijiet oħra, kull Stat Membru jrid jaħtar awtorità superviżorja nazzjonali waħda, li se tirrappreżenta wkoll lill-pajjiż fil-Bord Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali.", "X'inhuma l-penali għal ksur tar-regoli? *", "X'inhu l-Bord Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali?", "Il-Bord Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali jinkludi rappreżentanti ta' livell għoli tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u tal-Kummissjoni.", "Ir-rwol tiegħu se jkun li jiffaċilita implimentazzjoni bla xkiel, effettiva u armonizzata tar-Regolament il-ġdid dwar l-AI.", "Il-Bord se joħroġ rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-sistemi tal-AI b'riskju kbir u dwar aspetti oħra rilevanti għall-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli l-ġodda.", "Se jgħin ukoll fil-ħolqien tal-għarfien espert u jaġixxi bħala ċentru ta' kompetenza li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jikkonsultaw.", "Fl-aħħar nett, se jappoġġa wkoll attivitajiet tal-istandardizzazzjoni f'dan il-qasam.", "Ir-regoli kif jipproteġu d-drittijiet fundamentali?", "Diġà hemm fis-seħħ protezzjoni soda tad-drittijiet fundamentali u tan-nondiskriminazzjoni fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, iżda l-kumplessità u l-opaċità ta' ċerti applikazzjonijiet tal-AI (“il-kaxxi suwed”) joħolqu problema.", "Approċċ għall-AI li jpoġġi l-bniedem fiċ-ċentru hu wieħed li jiżgura li l-applikazzjonijiet tal-AI ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali.", "Ir-rekwiżiti ta' akkontabbiltà u ta' trasparenza għall-użu tas-sistemi tal-AI b'riskju kbir, flimkien ma' titjib fil-kapaċitajiet tal-infurzar, se jiżguraw li l-konformità legali tiġi kkunsidrata fl-istadju tal-iżvilupp.", "F'każ ta' ksur, dawk ir-rekwiżiti se jagħtu aċċess lill-awtoritajiet nazzjonali għall-informazzjoni meħtieġa biex jinvestigaw jekk l-użu tal-AI kienx konformi mal-liġi tal-UE.", "Dan ir-Regolament kif jindirizza l-preġudizzji abbażi tar-razza u tal-ġeneru fl-AI? *", "Is-sistema tal-konformità qabel u wara t-tqegħid fis-suq trid tiżgura li dawn is-sistemi jiġu monitorjati regolarment u r-riskji potenzjali jiġu indirizzati minnufih.", "X'inhuma l-kodiċijiet ta' kondotta volontarji?", "Il-fornituri tal-applikazzjonijiet li m'għandhomx riskju kbir jistgħu jiżguraw li s-sistema tal-AI tagħhom tkun affidabbli billi jiżviluppaw kodiċijiet ta' kondotta volontarji tagħhom stess jew billi jimxu ma' kodiċi ta' kondotta adottat minn assoċjazzjonijiet rappreżentattivi oħra.", "Dawn se japplikaw simultanjament mal-obbligi ta' trasparenza għal ċerti sistemi tal-AI.", "Il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija u lil organizzazzjonijiet rappreżentattivi oħra biex jadottaw kodiċijiet ta' kondotta volontarji.", "L-importazzjonijiet tas-sistemi u tal-applikazzjonijiet tal-AI iridu jikkonformaw mal-qafas?", "Iva.", "L-importaturi tas-sistemi tal-AI iridu jiżguraw li l-fornitur barrani jkun diġà wettaq il-proċedura xierqa ta' valutazzjoni tal-konformità u jkollu d-dokumentazzjoni teknika li jeżiġi r-Regolament.", "Barra minn hekk, l-importaturi jridu jiżguraw li s-sistema tagħhom ikollha l-immarkar tal-konformità Ewropea CE, u d-dokumentazzjoni u l-istruzzjonijiet tal-użu meħtieġa.", "Ir-regoli l-ġodda kif jistgħu jappoġġaw l-innovazzjoni?", "Il-qafas regolatorju jista' jtejjeb l-użu tal-AI b'żewġ modi.", "Minn naħa, iż-żieda fil-fiduċja tal-utenti se żżid id-domanda għall-AI użata mill-kumpaniji u mill-awtoritajiet pubbliċi.", "U min-naħa l-oħra, b'aktar ċertezza legali u armonizzazzjoni tar-regoli, il-fornituri tal-AI jaċċessaw swieq akbar, bi prodotti li l-utenti u l-konsumaturi japprezzaw u jixtru.", "Ir-regoli se japplikaw biss meta jkun meħtieġ strettament u b'mod li jnaqqas il-piż kemm jista' jkun għall-operaturi ekonomiċi, bi struttura ta' governanza ħafifa.", "Barra minn hekk, ekosistema ta' eċċellenza, inkluż is-sandboxes regolatorji li jistabbilixxu ambjent ikkontrollat għall-ittestjar ta' teknoloġiji innovattivi għal żmien limitat, u li jipprovdu aċċess għal Ċentri ta' Innovazzjoni Diġitali u aċċess għal Faċilitajiet tal-Ittestjar u tal-Esperimentazzjoni, se jgħinu lill-kumpaniji innovattivi, lill-SMEs u lin-negozji ġodda biex jibqgħu jinnovaw bi qbil mar-regoli l-ġodda dwar l-AI u mal-liġijiet applikabbli l-oħra.", "Dawn, flimkien ma' miżuri oħra bħan-Networks addizzjoni ta' Ċentri ta' Eċċellenza fl-AI u s-Sħubijiet Pubbiċi Privati dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, id-Data u r-Robotika se jgħinu biex jinħolqu l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa għall-kumpanija biex jiżviluppaw u jużaw l-AI.", "X'inhi d-dimensjoni internazzjonali tal-approċċ tal-UE?", "Il-proposta għal qafas regolatorju u l-Pjan Ikkoordinat dwar l-AI huma parti mill-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tkun mexxej dinji fil-promozzjoni ta' AI affidabbli fil-livell internazzjonali.", "L-AI saret qasam ta' importanza strateġika f'salib it-toroq mal-ġeopolitika, l-interessi kummerċjali u t-tħassib dwar is-sigurtà.", "Il-pajjiżi madwar id-dinja qed jagħżlu li jużaw l-AI bħala mod kif juru x-xewqat tagħhom għal avvanz tekniku minħabba l-utilità u l-potenzjal tagħha.", "Ir-regolamentazzjoni dwar l-AI għadha fil-bidu tagħha u l-UE se tieħu azzjonijiet biex tistabbilixxi standards dinjin għall-AI b'kollaborazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali skont is-sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli u l-valuri li tiddefendi.", "L-UE beħsiebha ssaħħaħ is-sħubijiet, il-koalizzjonijiet u l-alleanzi mas-sħab tal-UE (eż. mal-Ġappun, mal-Istati Uniti jew mal-Indja) kif ukoll ma' organizzazzjoni multilaterali (eż. mal-OECD u mal-G20) u reġjonali (eż. il-Kunsill tal-Ewropa).", "X'hemm ġdid meta mqabbel mal-Pjan Ikkoordinat tal-2018?", "Il-Pjan Ikkoordinat tal-2018 stabbilixxa l-pedament għall-koordinazzjoni tal-politika dwar l-AI u ħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali.", "Iżda fil-frattemp, il-kuntest teknoloġiku, ekonomiku u ta' politika dwar l-AI evolva b'mod konsiderevoli.", "Għaldaqstant, biex tiżgura li jibqa' aġili u adattat għall-iskop tiegħu, il-Kummissjoni qed tippreżenta r-rieżami tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat.", "Biex jiżgura rabta aktar b'saħħitha mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, mal-iżvilupp tas-swieq u bħala rispons għall-pandemija tal-coronavirus, il-pjan aġġornat isaħħaħ l-azzjonijiet proposti tiegħu fejn jidħlu l-ambjent u s-saħħa.", "X'inhu l-objettiv tal-Pjan Ikkoordinat?", "Il-Pjan Ikkoordinat jippreżenta sett konkret ta' azzjonijiet konġunti għall-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri dwar kif tinħoloq tmexxija dinjija tal-UE f'AI affidabbli.", "L-azzjonijiet ewlenin proposti jirriflettu l-viżjoni li biex jirnexxew, il-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Istati Membri u l-atturi privati jeħtieġ: iħaffu l-investimenti fit-teknoloġiji tal-AI biex jixprunaw irkupru ekonomiku u soċjali reżiljenti, li jkun iffaċilitat bl-adozzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali “ġodda”; jaġixxu fuq l-istrateġiji u l-programmi tal-AI billi jimplimentawhom għalkollox u fil-ħin ħalli jkun żgurat li l-UE tibbenefika bis-sħiħ mill-vantaġġi ta' min jadotta l-ewwel; u jallinjaw il-politika tal-AI biex tixxejjen il-frammentazzjoni u jiġu indirizzati l-isfidi dinjin.", "Kemm hemm Stati Membri li implimentaw strateġija nazzjonali dwar l-AI?", "B'kollox hemm 19-il Stat Membru (il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja, l-Iżvezja, u aktar riċenti Spanja u l-Polonja f'Diċembru 2020), flimkien man-Norveġja li adottaw strateġiji nazzjonali dwar l-AI.", "L-UE kif se tixpruna l-eċċellenza mil-laboratorju sas-suq?", "Il-Pjan Ikkoordinat rivedut jistabbilixxi l-viżjoni għal kofinanzjament tal-Faċilitajiet tal-Ittestjar u tal-Esperimentazzjoni (TEFs), li jistgħu jsiru riżorsa komuni u speċjalizzata ħafna fil-livell tal-UE li tħeġġeġ skjerament malajr u aktar użu tal-AI.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi wkoll network ta' Ċentri Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali (DIHs) bħala “one-stop shops” biex jgħinu lill-SMEs u l-amministrazzjonijiet pubbliċi jsiru aktar kompetittivi f'dan il-qasam.", "Is-Sħubija Pubblika Privata dwar l-AI, id-Data u r-Robotika tgħinna wkoll nikkonsolidaw l-isforzi tagħna biex nagħtu spinta lir-riżorsi biex b'hekk joħolqu u jwettqu aġenda strateġika għar-riċerka, għall-innovazzjoni u għall-iskjerament, u ekosistema tal-innovazzjoni dinamika tal-AI madwar l-UE kollha.", "Il-finanzjament disponibbli mill-Fond ta' Investiment dwar l-AI u l-Blockchain u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni wera li kien suċċess u għandu jissaħħaħ, inkluż permezz ta' InvestEU u bl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mill-Istati Membri.", "L-UE kif se tibni tmexxija strateġika f'setturi b'impatt kbir?", "Biex ikun allinjat mal-iżviluppi tas-suq u mal-azzjonijiet li qed jieħdu l-Istati Membri, u jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fix-xena dinjija, il-Pjan Ikkoordinat jippreżenta seba' oqsma ta' azzjoni settorjali ġodda.", "L-azzjonijiet konġunti dwar l-ambjent u s-saħħa huma meħtieġa biex jimmobilizzaw ir-riżorsi ħalli jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u jiġi implimentat b'mod effettiv ir-rispons għall-pandemija tal-coronavirus.", "Il-Kummissjoni tipproponi u tappella wkoll għal azzjonijiet konkreti bl-appoġġ ta' strumenti tal-finanzjament dwar il-koordinazzjoni u l-ġbir tar-riżorsi f'ħames oqsma oħra: is-settur pubbliku, ir-robotika, il-mobbiltà, l-affarijiet interni u l-agrikoltura.", "L-Istati Membri kif se jinvestu fl-AI?", "Komponent vitali u kritiku tal-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-AI hu li jiġu massimizzati r-riżorsi u kkoordinati l-investimenti.", "Permezz tal-programm Ewropa Diġitali, l-ewwel strument finanzjarju tal-UE ffoka fuq it-teknoloġija diġitali, u l-programm Orizzont Ewropa, il-Kummissjoni qed tippjana li tinvesti €1 biljun kull sena fl-AI.", "L-għan hu li jiġu mobilizzati investimenti addizzjonali mis-settur privat u mill-Istati Membri biex jintlaħaq volum ta' investiment annwali ta' €20 biljun tul dan id-deċennju.", "Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li għadha kif ġiet adottata – l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt ġie ffinanzjat mill-baġit tal-UE – talloka €134 biljun għall-qasam diġitali.", "Din se twassal għal bidla radikali li tippermetti lill-Ewropa żżid l-ambizzjonijiet tagħha u ssir mexxej dinji fl-iżvilupp ta' AI affidabbli mill-aktar avvanzata.", "Is-soluzzjonijiet tal-AI iffinanzjati mill-UE, kif se jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku?", "Il-Kummissjoni se tibqa' tixpruna r-riċerka f'dan il-qasam billi tikkontribwixxi għal AI sostenibbli (eż. bl-iżvilupp ta' mudelli tal-AI li jużaw inqas data u li jikkunsmaw inqas enerġija).", "Qed isiru wkoll sejħiet speċifiċi għal proposti permezz ta' Orizzont Ewropa dwar l-AI, id-Data u r-Robotika li jservu l-Patt Ekoloġiku, u għal AI aktar ekoloġika.", "Kif tħabbar fl-istrateġija tad-data tal-UE, il-programm Ewropa Diġitali se jippermetti lill-Kummissjoni tinvesti f'AI li hi favur l-ambjent billi tistabbilixxi spazji tad-data li jkopru oqsma bħall-ambjent, l-enerġija u l-agrikoltura ħalli tiżgura d-disponibbiltà ta' aktar data biex tintuża fl-ekonomija u għas-soċjetà.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tinvesti f'Faċilitajiet tal-Ittestjar u tal-Esperimentazzjoni b'fokus speċifiku fuq l-ambjent u l-klima (eż. l-agrikoltura, il-manifattura, u l-bliet u l-komunitajiet intelliġenti) biex dawn jikkontribwixxu għall-ambjent u għall-klima permezz tad-dimensjoni ekoloġika tagħhom.", "Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza toffri opportunità unika għal azzjonijiet nazzjonali li jappoġġaw it-tranżizzjonijiet diġitali (inkluż l-AI) u ekoloġiċi.", "Ir-Regolament dwar il-Makkinarju kif inhu relatat mal-AI?", "Ir-Regolament dwar il-Makkinarju jiżgura li l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-prodotti tal-makkinarju tiggarantixxi s-sikurezza lill-utenti u lill-konsumaturi, u tħeġġeġ l-innovazzjoni.", "Il-prodotti tal-makkinarju jkopru firxa estensiva ta' prodotti tal-konsumaturi u professjonali, mir-robots (robots tat-tindif, robots tal-kura personali, robots kollaborattivi, robots industrijali) sa magni tal-qtugħ tal-ħaxix, printers 3D, magni tal-kostruzzjoni, u linji tal-produzzjoni industrijali.", "Kif jaqbel mal-qafas regolatorju dwar l-AI?", "Dawn jikkumplimentaw lil xulxin.", "Ir-Regolament dwar l-AI se jindirizza r-riskji tas-sikurezza tas-sistemi tal-AI u jiżgura li l-makkinarju jkollu l-funzjonijiet tas-sikurezza, filwaqt li r-Regolament dwar il-Makkinarju se jiżgura, meta applikabbli, l-integrazzjoni sikura tas-sistema tal-AI fil-makkinarju ġenerali ħalli ma tiġix kompromessa s-sikurezza tal-makkinarju kollu kemm hu.", "Ir-Regolament il-ġdid kif se jiżgura livell għoli ta' sikurezza?", "Ir-Regolament dwar il-Makkinarju se jadatta ċerti dispożizzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni, fid-definizzjonijiet u fir-rekwiżiti tas-sikurezza biex iġib aktar ċarezza legali u jinkludi l-karatteristiċi l-ġodda tal-prodotti tal-makkinarju.", "Barra minn hekk, iddaħħlu xi elementi oħra biex jiżguraw livell għoli ta' sikurezza billi jistabbilixxu regoli ta' klassifikazzjoni għall-makkinarju b'riskju kbir u valutazzjoni tal-konformità għall-prodotti tal-makkinarju li jkunu ġew modifikati b'mod sostanzjali.", "X'inhuma l-benefiċċji għan-negozji, b'mod partikolari għall-SMEs?", "In-negozji se jkollhom bżonn jagħmlu biss valutazzjoni tal-konformità waħda għaż-żewġ Regolamenti (dwar l-AI u dwar il-Makkinarju).", "Il-leġiżlazzjoni l-ġdida se tnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju lill-manifatturi billi tippermetti formati diġitali għall-istruzzjonijiet u d-dikjarazzjoni tal-konformità, u billi titlob adattament tat-tariffi għall-SMEs meta jkun hemm bżonn xi parti terza għall-valutazzjoni tal-konformità tal-makkinarju.", "Il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri jeħtieġ jadottaw il-proposti tal-Kummissjoni dwar approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali u dwar il-Prodotti tal-Makkinarju fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja.", "Ladarba jiġu adottati, ir-Regolamenti finali se japplikaw direttament fl-UE kollha.", "Fl-istess waqt, il-Kummissjoni se tibqa' tikkollabora mal-Istati Membri biex timplimenta l-azzjonijiet imħabbra fil-Pjan Ikkoordinat.", "*Aġġornata nhar is-26/04/2021 fis-14:00"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1804", "title": "Finanzi Sostenibbli u Tassonomija tal-UE: il-Kummissjoni tieħu aktar passi biex tidderieġi l-flus lejn attivitajiet sostenibbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB,PR-ECOM", "date": "Tue, 20 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ambizzjuż u komprensiv ta' miżuri biex tgħin fit-titjib tal-fluss tal-flus lejn attivitajiet sostenibbli fl-Unjoni Ewropea.", "Billi l-investituri se jkunu jistgħu jorjentaw mill-ġdid l-investimenti lejn teknoloġiji u negozji aktar sostenibbli, il-miżuri tal-lum se jkunu strumentali biex l-Ewropa ssir newtrali għall-klima sal-2050.", "Dawn se jagħmlu lill-UE mexxejja globali fit-twaqqif ta' standards għal finanzi sostenibbli.", "Il-pakkett jinkludi:", "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa l-istrateġija tal-Ewropa għat-tkabbir li għandha l-għan li ttejjeb il-benesseri u s-saħħa taċ-ċittadini, tagħmel l-Ewropa newtrali għall-klima sal-2050 u tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali u l-bijodiversità tal-UE.", "Bħala parti minn dak l-isforz, il-kumpaniji jeħtieġu qafas komprensiv ta' sostenibbiltà biex ibiddlu l-mudelli tan-negozju tagħhom kif xieraq.", "Biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni fil-finanzi u jiġi evitat il-greenwashing, l-elementi kollha tal-pakkett tal-lum se jsaħħu l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà.", "Dan se jqiegħed is-settur finanzjarju Ewropew fil-qalba ta' rkupru ekonomiku sostenibbli u inklużiv mill-pandemija tal-COVID-19 u tal-iżvilupp ekonomiku sostenibbli fit-tul tal-Ewropa.", "L-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima", "It-Tassonomija tal-UE hija għodda ta' trasparenza robusta u bbażata fuq ix-xjenza għall-kumpaniji u l-investituri.", "Din toħloq lingwaġġ komuni li l-investituri jistgħu jużaw meta jinvestu fi proġetti u attivitajiet ekonomiċi li għandhom impatt pożittiv sostanzjali fuq il-klima u l-ambjent.", "Se tintroduċi wkoll obbligi ta' divulgazzjoni fuq il-kumpaniji u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.", "L-Att Delegat tal-lum, li llum intlaħaq qbil politiku dwaru mill-Kulleġġ tal-Kummissarji, jintroduċi l-ewwel sett ta' kriterji ta' skrinjar tekniku biex jiġi definit liema attivitajiet jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal tnejn mill-objettivi ambjentali skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija: l-adattament għat-tibdil fil-klima [1] u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima [2].", "Dawn il-kriterji huma bbażati fuq parir xjentifiku mill-Grupp ta' Esperti Tekniċi (TEG, Technical Expert Group) dwar il-finanzi sostenibbli.", "Dan isegwi feedback estensiv mill-partijiet ikkonċernati, kif ukoll diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.", "Dan l-Att Delegat ikopri l-attivitajiet ekonomiċi ta' madwar 40 % tal-kumpaniji elenkati, f'setturi li huma responsabbli għal kważi 80 % tal-emissjonijiet diretti ta' gassijiet serra fl-Ewropa.", "Jinkludi setturi bħall-enerġija, il-forestrija, il-manifattura, it-trasport u l-bini.", "L-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE huwa dokument ħaj, u se jkompli jevolvi maż-żmien, fid-dawl tal-iżviluppi u l-progress teknoloġiku.", "Il-kriterji se jkunu soġġetti għal rieżami regolari.", "Dan se jiżgura li setturi u attivitajiet ġodda, inkluż attivitajiet tranżizzjonali u attivitajiet oħra ta' faċilitazzjoni, jistgħu jiżdiedu mal-kamp ta' applikazzjoni maż-żmien.", "Direttiva ġdida dwar ir-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà Korporattiva", "Il-proposta tal-lum tirrevedi u ssaħħaħ ir-regoli eżistenti introdotti mid-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (NFRD, Non-Financial Reporting Directive).", "Din għandha l-għan li toħloq sett ta' regoli li – maż-żmien – se jġibu r-rappurtar dwar is-sostenibbiltà fuq l-istess livell tar-rappurtar finanzjarju.", "Se testendi l-obbligi ta' rappurtar tal-UE dwar is-sostenibbiltà għall-kumpaniji kbar kollha u għall-kumpaniji kollha elenkati.", "Dan ifisser li jenħtieġ li kważi 50,000 kumpanija fl-UE jibdew isegwu standards tal-UE għar-rappurtar dettaljat dwar is-sostenibbiltà, u din hija żieda mill-11,000 kumpanija li huma soġġetti għar-rekwiżiti eżistenti.", "Il-Kummissjoni tipproponi l-iżvilupp ta' standards għal kumpaniji kbar u standards separati u proporzjonati għall-SMEs, li l-SMEs mhux elenkati jistgħu jużaw b'mod volontarju.", "B'mod ġenerali, il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-kumpaniji jirrappurtaw informazzjoni affidabbli u paragunabbli dwar is-sostenibbiltà meħtieġa mill-investituri u minn partijiet ikkonċernati oħra.", "Dan se jiżgura fluss konsistenti ta' informazzjoni dwar is-sostenibbiltà permezz tas-sistema finanzjarja.", "Il-kumpaniji se jkollhom jirrappurtaw dwar kif kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà, bħat-tibdil fil-klima, jaffettwaw in-negozji tagħhom u l-impatt tal-attivitajiet tagħhom fuq in-nies u l-ambjent.", "Il-proposta se tissimplifika wkoll il-proċess ta' rappurtar għall-kumpaniji.", "Ħafna kumpaniji bħalissa jinsabu taħt pressjoni biex jużaw firxa ta' standards u oqfsa differenti ta' rappurtar dwar is-sostenibbiltà.", "L-istandards tal-UE għar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà li huma proposti għandhom ikunu “punt uniku ta' servizz” li jipprovdi lill-kumpaniji b'soluzzjoni unika li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-informazzjoni tal-investituri u ta' partijiet ikkonċernati oħra.", "Emendi tal-Atti Delegati dwar il-pariri dwar l-investiment u l-assigurazzjoni, id-dmirijiet fiduċjarji, u s-sorveljanza u l-governanza tal-prodotti", "Is-sitt emendi tal-lum iħeġġu s-sistema finanzjarja biex tappoġġa lin-negozji fit-triq tagħhom lejn is-sostenibbiltà, kif ukoll jappoġġaw lin-negozji sostenibbli eżistenti.", "Dawn se jsaħħu wkoll il-ġlieda tal-UE kontra l-greenwashing.", "Il-Membri tal-Kulleġġ qalu:", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ekonomija għas-Servizz tan-Nies, qal: “L-Ewropa kienet mexxejja bikrija fir-riforma tas-sistema finanzjarja biex din tappoġġa l-investimenti għat-tibdil fil-klima.", "Illum qed nagħmlu qabża 'l quddiem bl-ewwel tassonomija dwar il-klima li se tgħin lill-kumpaniji u lill-investituri jkunu jafu jekk l-investimenti u l-attivitajiet tagħhom humiex verament ekoloġiċi.", "Dan se jkun essenzjali jekk irridu nimmobilizzaw l-investiment privat f'attivitajiet sostenibbli u nagħmlu l-Ewropa newtrali għall-klima sal-2050.", "Dan huwa pass rivoluzzjonarju li dwaru kkonsultajna kemm flaħna.", "Għamilna dak kollu possibbli biex wasalna għal eżitu bbilanċjat u bbażat fuq ix-xjenza.", "Qed nipproponu wkoll titjib fir-regoli dwar ir-rappurtar mill-kumpaniji dwar is-sostenibbiltà.", "Bl-iżvilupp ta' standards Ewropej, se nibnu u nikkontribwixxu għal inizjattivi internazzjonali.”", "Mairead McGuinness, il-Kummissarju għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qalet: “Is-sistema finanzjarja għandha rwol kruċjali fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku tal-UE, u jenħtieġu investimenti sinifikanti biex l-ekonomija tagħna ssir waħda ekoloġika.", "Jenħtieġ li l-kumpaniji kollha jagħtu sehemhom, kemm dawk avvanzati fl-ekoloġizzazzjoni tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll dawk li jenħtieġ li jistinkaw iktar biex isiru sostenibbli.", "Ir-regoli l-ġodda tal-lum huma bidla radikali fil-finanzi.", "Qed inżidu l-ambizzjoni tagħna għal finanzi sostenibbli biex ngħinu lill-Ewropa ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050.", "Wasal iż-żmien li ngħaddu mill-kliem għall-fatti u ninvestu b'mod sostenibbli.”", "Sfond u passi li jmiss", "F'dawn l-aħħar snin l-UE ħadet passi kbar biex tibni sistema finanzjarja sostenibbli li tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn Ewropa newtrali għall-klima.", "Ir-Regolament tal-UE dwar it-Tassonomija, ir-Regolament dwar id-Divulgazzjoni ta' Finanzi Sostenibbli u r-Regolament dwar il-Parametri Referenzjarji jiffurmaw il-pedamenti għall-ħidma tal-UE biex iżżid it-trasparenza u tipprovdi l-għodod biex l-investituri jidentifikaw l-opportunitajiet ta' investiment sostenibbli.", "Ladarba jiġi adottat formalment, l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima jiġi skrutinizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (erba' xhur u jista' jiġi estiż darba b'xahrejn addizzjonali).", "Rigward il-Proposta CSRD, il-Kummissjoni se tinvolvi ruħha f'diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.", "Is-sitt emendi tal-Atti Delegati dwar il-pariri dwar l-investiment u l-assigurazzjoni, id-dmirijiet fiduċjarji u s-sorveljanza u l-governanza tal-prodotti se jiġu skrutinizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (perjodi ta' tliet xhur u jistgħu jiġu estiżi darba bi tliet xhur addizzjonali) u huma mistennija li japplikaw minn Ottubru 2022.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: It-Tassonomija tal-UE – ir-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà Korporattiva, il-Preferenzi tas-Sostenibbiltà u d-Dmirijiet Fiduċjarji", "L-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE", "Mistoqsijiet u Tweġibiet - l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima u Emendi tal-Atti Delegati dwar id-dmirijiet fiduċjarji u l-pariri dwar l-investiment u l-assigurazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet - il-proposta għal Direttiva dwar ir-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà Korporattiva", "Skeda informattiva – il-pakkett tal-finanzi sostenibbli ta' April 2021", "Is-sit web tad-DĠ FISMA dwar il-finanzi sostenibbli", "[1] Attività ekonomika li ssegwi dan l-objettiv għandha tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-tnaqqis jew il-prevenzjoni tal-impatt negattiv tal-klima attwali jew mistennija fil-futur, jew tar-riskji ta' dan l-impatt negattiv, kemm fuq dik l-attività nnifisha kif ukoll fuq in-nies, fuq in-natura jew fuq assi.", "[2] Attività ekonomika li ssegwi dan l-objettiv għandha tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-istabbilizzazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra billi tevitahom jew tnaqqashom jew billi ttejjeb l-assorbimenti ta' gassijiet serra.", "L-attività ekonomika għandha tkun konsistenti mal-mira fit-tul dwar it-temperatura, kif previst mill-Ftehim ta' Pariġi."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1828", "title": "Il-Kummissjoni tilqa' ftehim proviżorju dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CLIMACTION,PR-GREENDEAL", "date": "Tue, 20 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim proviżorju tal-lum bejn il-koleġiżlaturi dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima.", "Bħala wieħed mill-elementi ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tħaddan l-impenn tal-UE li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050 u l-mira intermedja li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-inqas 55 % sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.", "Il-ftehim dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima huwa pass ewlieni għall-Kummissjoni von der Leyen, u jwettaq wieħed mill-impenji mħabbra fil-Linji Gwida Politiċi tal-President f'Lulju 2019.", "Il-President Ursula von der Leyen qalet: “Ninsab kuntenta li lħaqna ftehim dwar dan l-element ewlieni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.", "L-impenn politiku tagħna li nsiru l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050 issa huwa impenn legali wkoll.", "Il-Liġi dwar il-Klima tqiegħed l-UE fit-triq ekoloġika għal ġenerazzjoni.", "Din hija l-wegħda vinkolanti tagħna lil uliedna u lin-neputijiet tagħna.”", "Il-Viċi President Eżekuttiv għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, Frans Timmermans, żied jgħid: “Dan huwa mument importanti għall-UE.", "Ilħaqna ftehim ambizzjuż li niktbu l-mira tan-newtralità klimatika tagħna f'leġiżlazzjoni vinkolanti, bħala gwida għall-politiki tagħna għat-30 sena li ġejjin.", "Il-Liġi dwar il-Klima se ssawwar l-irkupru ekoloġiku tal-UE u tiżgura tranżizzjoni ekoloġika soċjalment ġusta.", "Il-ftehim tal-lum isaħħaħ ukoll il-pożizzjoni dinjija tagħna bħala mexxej fl-indirizzar tal-kriżi klimatika.", "Meta l-mexxejja dinjija jiltaqgħu f'Jum id-Dinja, l-UE se tagħti din l-aħbar pożittiva, li nittamaw li se tispira lis-sħab internazzjonali tagħna.", "Dan huwa jum tajjeb għan-nies u l-pjaneta tagħna.”", "Minbarra l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050, il-patt tal-lum isaħħaħ il-qafas Ewropew għall-azzjoni klimatika billi jintroduċi l-elementi li ġejjin:", "Kuntest", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Liġi Ewropea dwar il-Klima fl-4 ta' Marzu 2020.", "Ladarba l-ftehim proviżorju tal-lum jiġi approvat formalment mill-Parlament u mill-Kunsill, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tidħol fis-seħħ.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Liġi Ewropea dwar il-Klima", "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1770", "title": "Ċentru tal-Għarfien tal-Kummissjoni ġdid dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja biex isaħħaħ aktar it-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RESINSC,PR-GREENDEAL,SPACE", "date": "Mon, 19 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni varat Ċentru tal-Għarfien dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja, biex timmassimizza l-użu tal-għarfien iġġenerat mill-Osservazzjoni tad-Dinja, b'mod partikolari mill-Programm Ewropew Copernicus, fit-tfassil tal-politika tal-UE.", "L-għan aħħari taċ-Ċentru huwa li jappoġġa l-implimentazzjoni effiċjenti tal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Aġenda Diġitali.", "Se jipprovdi monitoraġġ sistematiku tal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika għall-prodotti u s-servizzi ta' Copernicus u jittrasforma l-aħjar prattiki u x-xjenza tal-ogħla livell f'servizzi mfassla għall-politika.", "Iċ-Ċentru tal-Għarfien għandu wkoll l-għan li jiżgura li l-evoluzzjoni tal-programm Copernicus u investimenti oħra ta' Osservazzjoni tad-Dinja u tar-riċerka tal-Kummissjoni jibqgħu jadattaw għall-politika tal-UE.", "Il-Viċi President Eżekuttiv għall-Patt Ekoloġiku Ewropew Frans Timmermans qal: “L-Osservazzjoni tad-Dinja hija għodda b'saħħitha għall-monitoraġġ tas-saħħa tal-pjaneta tagħna.", "Il-kriżijiet tal-klima u tal-bijodiversità diġà bdew ibiddlu d-dehra tad-Dinja.", "Osservazzjoni mill-qrib tat-tendenzi u tax-xejriet ambjentali ġodda se tipprovdi d-data meħtieġa biex jitfasslu politiki bbażati fuq l-evidenza u jinkisbu riżultati li jipproteġu l-pjaneta tagħna, saħħitna u l-għajxien tagħna.”", "Il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel, qalet: “L-Osservazzjoni tad-Dinja toffri aktar minn sempliċiment għodda teknika effiċjenti.", "Tipprovdi perspettiva diretta u kważi emozzjonali dwar l-ambjent tagħna u kif għandna impatt fuqu.", "Din hija r-raġuni għaliex hija l-ambizzjoni tagħna li niżguraw li kwalunkwe politika Ewropea li tista' tibbenefika mill-applikazzjoni tad-data tal-Osservazzjoni tad-Dinja, tużaha tassew, u se jkun ir-rwol taċ-Ċentru tal-Għarfien li jagħmel dik id-data disponibbli.”", "Il-Kummissarju għas-Suq Intern, Thierry Breton, qal: “Dawk li jfasslu l-politika saru dejjem aktar konxji tas-setgħa tal-Osservazzjoni tad-Dinja bbażata fl-ispazju biex tappoġġa teħid ta' deċiżjonijiet aħjar ibbażat fuq l-evidenza.", "Wasal iż-żmien li nintroduċu għodda dedikata ġdida, iċ-Ċentru tal-Għarfien dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja, li tingħaqad ma' sforz dejjem aktar koordinat biex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida ta' Copernicus.", "Din l-għodda l-ġdida se tiżgura li Copernicus ikun jista' jagħti l-aħjar appoġġ ta' politika possibbli u l-aħjar redditu fuq l-investiment possibbli.”", "Copernicus huwa l-programm tal-UE ta' osservazzjoni tad-Dinja - Għajnejn l-Ewropa fuq id-Dinja.", "L-Osservazzjoni tad-Dinja tirreferi għall-ġbir u l-analiżi ta' data ġeoreferenzjata dwar l-istatus tad-Dinja li titkejjel mill-bogħod jew permezz ta' satelliti, jew fl-atmosfera (bl-ajruplani jew bid-droni) jew permezz ta' stazzjonijiet tal-kejl f'postijiet speċifiċi.", "Il-programm Copernicus jipprovdi informazzjoni ġeospazjali li tista' tippermetti l-kisba tal-għanijiet tal-politika, trawwem l-innovazzjoni u tgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-pjaneta tagħna.", "Diversi dipartimenti tal-Kummissjoni diġà qed jużaw id-data ta' Copernicus sa ċertu punt biex jappoġġaw it-tfassil tal-politika tagħhom.", "Pereżempju, l-Osservazzjoni tad-Dinja tintuża għall-monitoraġġ tal-art, għas-servizzi tat-tibdil fil-klima, għall-monitoraġġ tal-atmosfera, għas-servizz ta' emerġenza, għall-monitoraġġ tal-ambjent tal-baħar u għas-servizzi ta' sigurtà.", "L-evidenza bbażata fuq l-osservazzjoni tista' tgħin biex jinstabu sinerġiji bejn il-prijoritajiet tal-Kummissjoni, b'fokus fuq il-politiki tal-Patt Ekoloġiku u t-teknoloġiji diġitali li jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni tagħhom.", "Iċ-Ċentru tal-Għarfien dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja", "Il-Politika Spazjali tal-UE", "Il-Kummissjoni sodisfatta bil-ftehim politiku dwar il-Programm Spazjali Ewropew", "Il-Programm Copernicus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1826", "title": "Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awstrija jiżguraw il-vaċċini kontra l-COVID-19 għall-Balkani tal-Punent", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENLNEIG,NEIGHB,PR-EUWORLD,COVID-19", "date": "Mon, 19 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awstrija illum qed iħabbru l-konklużjoni ta' ftehimiet għat-twassil tal-vaċċini kontra l-COVID-19 għall-Balkani tal-Punent.", "Is-651,000 doża BioNTech/Pfizer huma ffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea u se jinqasmu mal-faċilitazzjoni tal-Awstrija.", "L-ewwel konsenja lill-partijiet kollha fir-reġjun hija mistennija f'Mejju, b'segmenti oħra regolari mistennija jkomplu sa Awwissu.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, stqarret: “Huwa kruċjali li jitħaffu l-kampanji tat-tilqim kullimkien.", "B'sodisfazzjoni inħabbar li żgurajna dożi biex ngħinu fit-tilqim tal-ħaddiema tal-qasam tas-saħħa u lil gruppi vulnerabbli oħra fil-Balkani tal-Punent.", "L-Unjoni Ewropea tappoġġa lis-sħab tagħna fir-reġjun li qed ifittxu l-appoġġ tagħna.", "Irrid nirringrazzja lill-Awstrija talli ffaċilitat dan it-trasferiment, u wriet l-impenn sod u s-solidarjetà tagħha mal-Balkani tal-Punent.”", "Il-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir, Olivér Várhelyi, żied: “Minkejja n-nuqqas globali attwali, l-UE se twassal vaċċini li jsalvaw il-ħajja għall-Balkani tal-Punent.", "Tajna appoġġ mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19: L-ewwel, b'tagħmir mediku ta' emerġenza bħal maskri, ventilaturi, unitajiet tal-kura intensiva u vetturi tal-ambulanza; it-tieni, billi saħħaħna r-reżiljenza.", "Issa, se ngħinu biex niżguraw it-tilqim tal-ħaddiema mediċi tal-ewwel linja tul ir-reġjun, kif ukoll ta' xi gruppi vulnerabbli mill-oħrajn.", "Jinteressana mill-Balkani tal-Punent li l-futur tagħhom jinsab f'idejn l-Unjoni Ewropea.”", "Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstrijak, Alexander Schallenberg saħaq: Din hija prijorità ewlenija li l-vaċċini tal-COVID-19 isiru disponibbli malajr u b'mod komprensiv għan-nies madwar l-Ewropa.", "F'dan l-isfond, l-appoġġ lill-Balkani tal-Punent biex jiksbu vaċċini huwa att ta' solidarjetà Ewropea kif ukoll investiment fis-saħħa u s-sigurtà tar-reġjun kollu.", "Wara kollox, postijiet vojta fuq il-mappa tat-tilqim, ikunu fejn ikunu, huma ta' periklu għalina lkoll.", "Ħadd ma huwa sikur sakemm kulħadd ikun sikur.”", "L-Awstrija ffaċilitat il-kondiviżjoni ta' dawn il-vaċċini permezz ta' arranġamenti legali mal-produttur u mas-sħab tal-Balkani tal-Punent.", "Id-dożi huma ffinanzjati mill-pakkett ta' EUR 70 miljun adottat mill-Kummissjoni f'Diċembru 2020 biex jgħin biex tiġi koperta l-ispiża tal-vaċċini, żgurati taħt il-ftehimiet ta' xiri bil-quddiem tal-UE għas-sħab tal-Balkani tal-Punent.", "Id-distribuzzjoni ġenerali bejn il-pajjiżi se tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet epidemjoloġiċi, bil-prijorità tingħata lill-ħaddiema mediċi u lil gruppi vulnerabbli oħra.", "Kuntest", "Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura li kull min jeħtieġ vaċċin jingħatalu, ikun fejn ikun madwar id-dinja.", "Din hi r-raġuni għalfejn mal-ewwel wieġbet għas-sejħa tad-WHO li ssir azzjoni, u mill-4 ta' Mejju 2020 sal-lum ġabret kważi €16-il biljun permezz tar-Rispons Globali għall-Coronavirus, l-azzjoni dinjija għal aċċess universali għal testijiet, trattamenti u vaċċini kontra l-coronavirus u għall-irkupru dinji.", "Il-Faċilità COVAX hija l-pilastru tat-tilqim tal-Aċċelleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-Covid-19, kollaborazzjoni globali biex jiġu aċċellerati l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-aċċess ekwu għat-testijiet, it-trattamenti u t-tilqim kontra l-COVID-19.", "S'issa, tħabbru €2.47 biljun mill-UE u mill-Istati Membri tal-UE għall-COVAX.", "Il-COVAX għandha l-għan li tixtri 2 biljun doża sa tmiem l-2021, inkluż aktar minn 1.3 biljun għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw.", "Barra minn hekk, l-Istrateġija tal-UE dwar it-Tilqim tikkontribwixxi għall-isforzi globali ta' solidarjetà.", "L-UE investiet kważi EUR 3 biljun biex tiffinanzja minn qabel il-produzzjoni tat-tilqim permezz tal-Ftehimiet ta' Xiri Avvanzati tagħha ma' kumpaniji farmaċewtiċi.", "Dawn il-ftehimiet joffru lill-Istati Membri tal-UE il-possibbiltà li jerġgħu jbigħu, jagħtu jew jittrasferixxu għażliet lil pajjiżi sħab.", "Il-Kummissjoni, fid-19 ta' Jannar, ipproponiet li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' kondiviżjoni ta' vaċċini li se jagħti attenzjoni partikolari lill-Balkani tal-Punent, lill-Viċinat tal-UE u lill-Afrika u se jkun ta' benefiċċju fuq kollox għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u għall-popolazzjonijiet vulnerabbli.", "L-UE aġixxiet malajr ħafna b'appoġġ għas-sħab tal-Balkani tal-Punent mill-bidu tal-kriżi u mmobilizzat pakkett sostanzjali ħafna ta' €3.3 biljun biex tgħin tindirizza l-kriżi immedjata tas-saħħa u ttaffi l-kriżi soċjoekonomika.", "Aktar reċentement f'Ottubru, il-Kummissjoni ressqet Pjan Ekonomiku u ta' Investiment sa €9 biljun biex tixpruna l-irkupru fit-tul tal-Balkani tal-Punent u l-konverġenza mal-UE.", "Għal aktar informazzjoni", "Rispons Globali għall-Coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1767", "title": "Is-sikurezza fit-toroq: 4,000 persuna inqas tilfu ħajjithom fit-toroq tal-UE fl-2020 hekk kif ir-rata ta' mortalità naqset għal-livell rekord", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRANSPORT", "date": "Mon, 19 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat iċ-ċifri preliminari dwar il-fatalitajiet fit-toroq għall-2020.", "Is-sena l-oħra huwa stmat li 18,800 persuna nqatlu f'inċident tat-traffiku, li hu tnaqqis annwali bla preċedent ta' 17 % mill-2019.", "Dan ifisser li fl-2020, fit-toroq tal-UE tilfu ħajjithom kważi 4,000 persuna inqas meta mqabbel mal-2019.", "Il-volumi baxxi tat-traffiku b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 kellhom impatt ċar fuq in-numru ta' fatalitajiet fit-toroq, għalkemm ma setax jitkejjel.", "Il-Kummissarju għat-Trasport, Adina Vălean stqarret: “Fl-2020, bi kważi 4,000 mewta inqas fit-toroq tal-UE meta mqabbel mal-2019, triqatna għadhom l-iktar sikuri fid-dinja.", "Madankollu għadna ma lħaqniex il-mira tagħna għad-deċennju li għadda u hija meħtieġa azzjoni konġunta biex nevitaw li nerġgħu lura għal-livelli ta' qabel il-COVID.", "Fl-Istrateġija tagħna għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti, tennejna l-impenn tagħna li nimplimentaw strateġija għas-sikurezza fit-toroq tal-UE u nnaqqsu r-rata ta' mortalità għall-mezzi kollha tat-trasport għal qrib iż-żero.”", "It-toroq tal-UE huma bla dubju l-iktar sikuri fid-dinja", "Tul id-deċennju preċedenti bejn l-2010 u l-2020, in-numru ta' mwiet fit-toroq naqas b'36 %.", "Dan ma laħaqx il-mira ta' 50 % inqas fl-imwiet li kienet ġiet stabbilita għal dak id-deċennju.", "Madankollu, bi 42 mewta fit-toroq għal kull miljun abitant, l-UE għadha l-kontinent bl-iktar toroq sikuri fid-dinja.", "Biex nagħmlu paragun, il-medja dinjija hija aktar minn 180.", "Abbażi taċ-ċifri preliminari, fl-2020, 18-il Stat Membru rreġistraw l-inqas numru ta' fatalitajiet fit-toroq li qatt kellhom.", "Fl-UE kollha, l-imwiet naqsu b'medja ta' 17 % meta mqabbla mal-2019, għalkemm it-tnaqqis ma kienx uniformi, bl-akbar tnaqqis (ta' 20 % jew aktar) ikun fil-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, l-Ungerija, Malta u s-Slovenja.", "Min-naħa l-oħra, ħames Stati Membri (l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Lussemburgu u l-Finlandja) irreġistraw żieda fil-fatalitajiet għalkemm in-numru f'pajjiżi żgħar għandu t-tendenza li jvarja minn sena għal sena.", "Tul perjodu itwal ta' żmien, in-numru ta' mwiet fit-toroq tal-Ewropa naqas b'36 % bejn l-2010 u l-2020, li huwa inqas mill-mira tal-UE ta' 50 %.", "Il-Greċja biss (54 %) qabżet il-mira, segwita bil-Kroazja (44 %), Spanja (44 %), il-Portugall (43 %), l-Italja (42 %) u s-Slovenja (42 %).", "B'kollox, disa' Stati Membri rreġistraw tnaqqis ta' 40 % jew aktar.", "Filwaqt li l-iżviluppi bla preċedent fl-2020 wasslu għal xi tibdil fil-klassifikazzjoni tar-rati ta' fatalità tal-pajjiżi, l-iktar toroq sikuri għadhom fl-Iżvezja (18/miljun), filwaqt li r-Rumanija (85/miljun) rrapportat l-għola rata fl-2020.", "Il-medja tal-UE kienet 42/miljun.", "L-impatt tal-pandemija diffiċli li jitkejjel", "Il-volumi baxxi tat-traffiku b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 kellhom impatt ċar fuq in-numru ta' fatalitajiet fit-toroq, għalkemm ma setax jitkejjel.", "Madankollu, data preliminari fl-Istati Uniti, pereżempju, turi li l-fatalitajiet żiedu fl-2020 minkejja l-volumi baxxi tat-traffiku.", "Fil-fatt, evidenza f'xi pajjiżi tal-UE tindika wkoll żieda fl-imġiba riskjuża, b'mod partikolari l-eċċess ta' veloċità waqt il-perjodi ta' lockdown.", "L-impatt fuq il-mobbiltà urbana b'riżultat tal-COVID-19", "Iċ-ċikliżmu żdied fil-popolarità b'mod sinifikanti u ħafna bliet madwar id-dinja (temporanjament) irriallokaw l-ispazju fit-toroq għaċ-ċiklisti u l-persuni bil-mixi.", "Dan l-iżvilupp inkoraġġanti jista' jkollu impatt pożittiv sinifikanti fuq il-kwalità tal-arja u t-tibdil fil-klima u fl-istess ħin joħloq sfidi ġodda għas-sikurezza fit-toroq.", "Fl-UE kollha, madwar 70 % tal-fatalitajiet fit-toroq fiż-żoni urbani jinvolvu utenti vulnerabbli tat-triq li jinkludu persuni bil-mixi, motoċiklisti u ċiklisti.", "L-indirizzar tas-sikurezza fit-toroq fl-ibliet huwa għalhekk qasam ewlieni ta' prijorità u l-Kummissjoni trid tiżgura li s-sikurezza fit-toroq titqies fl-istadji kollha tal-ippjanar tal-mobbiltà urbana.", "Is-sikurezza fit-toroq se tkun element importanti fl-Inizjattiva għall-Mobbiltà Urbana li se titressaq mill-Kummissjoni iktar tard din is-sena.", "F'dan ir-rigward, żewġ bliet kapitali Ewropej, Helsinki u Oslo, laħqu l-istadju importanti ta' ebda mewt ta' persuna bil-mixi jew ċiklist fl-2019, bit-tnaqqis fil-veloċità jitqies bħala essenzjali għall-progress.", "Sfond", "Dawn iċ-ċifri qed jinħarġu fl-okkażjoni tal-Konferenza dwar ir-Riżultati tas-Sikurezza fit-Toroq tal-UE, li tlaqqa' flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, lis-soċjetà ċivili u lil dawk li jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq biex jivvalutaw is-sitwazzjoni tas-sikurezza fit-toroq fl-UE u kif l-aħjar jittieħdu l-passi li jmiss lejn “Viżjoni Żero”.", "Id-Dikjarazzjoni ta' Stokkolma ta' Frar 2020 wittiet it-triq għal impenn politiku globali ulterjuri flimkien mar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sikurezza fit-toroq u pproklamat il-perjodu 2021-2030 bħala t-Tieni Deċennju ta' Azzjoni għas-Sikurezza fit-Toroq, filwaqt li inkludiet mira ġdida ta' tnaqqis għall-2030.", "F'dan ir-rigward, l-UE diġà kienet ħadet l-inizjattiva u stabbiliet mira ta' tnaqqis ġdida għaliha nnifisha ta' 50 % għall-imwiet, u għall-ewwel darba wkoll għall-korrimenti serji, sal-2030.", "Dan ġie stabbilit fil-Pjan ta' Azzjoni Strateġika dwar is-Sikurezza fit-Toroq tal-Kummissjoni u fil-qafas ta' politika tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq għall-2021-2030 fl-2018 u l-2019 li wkoll stabbilew pjanijiet ambizzjużi dwar is-sikurezza fit-toroq biex sal-2050 ma jkunx hemm imwiet fit-toroq (“Viżjoni Żero”).", "Dan jinkludi l-istabbiliment ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għal toroq u ġnub tat-toroq sikuri; vetturi sikuri; użu sikur tat-toroq, inkluż veloċità sikura, sewqan meta wieħed ma jkunx xurban, prevenzjoni tas-sewqan meta wieħed ikun distratt u użu ta' ċintorini tas-sikurezza u tagħmir protettiv; u kura rapida u effettiva wara ħabta.", "Għal Iktar Informazzjoni", "L-istatistika dwar is-sikurezza fit-toroq għall-2020: xi jfissru ċ-ċifri?", "Il-ħidma tal-Kummissjoni rigward is-sikurezza fit-toroq u l-istatistika tal-UE rigward is-sikurezza fit-toroq u l-analiżi", "Imwiet fit-toroq għal kull miljun abitant – data preliminari għall-2020", "2010", "2019", "2020", "Bidla fil-% fl-2019-2020", "Bidla fil-% fl-2010-2020", "EU-27", "67", "51", "42", "-17 %", "-36 %", "Il-Belġju", "78", "56", "44", "-22 %", "-40 %", "Il-Bulgarija", "105", "90", "67", "-26 %", "-40 %", "Iċ-Ċekja", "77", "58", "48", "-16 %", "-35 %", "Id-Danimarka", "46", "34", "27", "-22 %", "-39 %", "Il-Ġermanja", "45", "37", "33", "-11 %", "-25 %", "L-Estonja", "59", "39", "45", "15 %", "-24 %", "L-Irlanda", "47", "29", "30", "6 %", "-30 %", "Il-Greċja", "113", "64", "54", "-16 %", "-54 %", "Spanja", "53", "37", "29", "-21 %", "-44 %", "Franza", "64", "50", "39", "-21 %", "-36 %", "Il-Kroazja", "99", "73", "58", "-20 %", "-44 %", "L-Italja", "70", "53", "40", "-25 %", "-42 %", "Ċipru", "73", "59", "54", "-8 %", "-20 %", "Il-Latvja", "103", "69", "74", "7 %", "-35 %", "Il-Litwanja", "95", "67", "63", "-6 %", "-41 %", "Il-Lussemburgu", "64", "36", "42", "18 %", "-19 %", "L-Ungerija", "74", "62", "46", "-25 %", "-39 %", "Malta", "31", "32", "21", "-31 %", "-15 %", "In-Netherlands", "32", "34", "31", "-8 %", "1 %", "L-Awstrija", "66", "47", "38", "-19 %", "-39 %", "Il-Polonja", "103", "77", "65", "-15 %", "-37 %", "Il-Portugall", "80", "63", "52", "-18 %", "-43 %", "Ir-Rumanija", "117", "96", "85", "-12 %", "-31 %", "Is-Slovenja", "67", "49", "38", "-22 %", "-42 %", "Is-Slovakkja", "69", "50", "45", "-9 %", "-33 %", "Il-Finlandja", "51", "38", "40", "4 %", "-19 %", "L-Iżvezja", "28", "22", "18", "-14 %", "-29 %", "L-Iżvizzera", "42", "22", "26", "21 %", "-31 %", "In-Norveġja", "43", "20", "18", "-11 %", "-54 %", "L-Iżlanda", "25", "17", "22", "33 %", "0 %", "Fil-Liechtenstein, fl-2020 kien hemm fatalità waħda biss mentri fl-2010 u fl-2019 ma kienx hemm imwiet.", "Fil-15 ta' April, il-Komunità tat-Trasport ippubblikat data simili dwar il-fatalitajiet fl-2020 għall-parteċipanti reġjonali tal-Balkani tal-Punent (https://www.transport-community.org/wp-content/uploads/2021/04/Annual-Statistics-2020.pdf).", "Iċ-ċifri tal-2020 huma bbażati fuq id-data proviżorja għal xi pajjiżi u jistgħu jkunu soġġetti għal bidliet minuri meta d-data finali tiġi rilaxxata fil-ħarifa tal-2021.", "Il-bidliet fil-perċentwali tat-tabella huma bbażati fuq in-numru assolut ta' fatalitajiet, mhux fuq ir-rata għal kull miljun abitant."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1825", "title": "Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni tadotta Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=COMPETY,STATAID", "date": "Mon, 19 Apr 2021 08:29:37 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea adottat linji gwida tal-UE dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (il-”Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali”), li tistabbilixxi r-regoli biex l-Istati Membri jagħtu l-għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji skonthom biex jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni żvantaġġati fl-UE, filwaqt li jiżguraw kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.", "Il-Linji Gwida riveduti se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022.", "Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali huma l-ewwel sett ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li ġew riveduti wara t-tħabbir tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġiji Industrijali u Diġitali Ewropej.", "Il-Viċi President Eżekuttiv Margrethe Vestager, inkarigata mill-politika tal-kompetizzjoni, qalet “Il-Linji Gwida l-ġodda dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat adottati llum se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lill-iktar reġjuni Ewropej żvantaġġati biex ilaħħqu u jnaqqsu d-disparitajiet f'termini ta' benessri ekonomiku, introjtu u qgħad.", "Dawn l-objettivi ta' koeżjoni huma fil-qalba tal-Unjoni tagħna.", "Żidna wkoll il-possibbiltajiet għall-Istati Membri biex jappoġġaw lir-reġjuni li qed jiffaċċaw sfidi ta' tranżizzjoni jew strutturali bħad-depopolazzjoni, sabiex il-Linji Gwida jikkontribwixxu bis-sħiħ għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali filwaqt li jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.”", "L-għajnuna reġjonali hija strument importanti li l-Istati Membri jużawha biex isaħħu l-iżvilupp reġjonali.", "Il-Kummissjoni adottat il-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali wara evalwazzjoni tar-regoli attwali mwettqa fl-2019 u konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati kollha dwar l-abbozz tat-test, inklużi l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi, il-gruppi ta' interess, il-kumpaniji individwali, u ċ-ċittadini.", "Il-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali jinkludu għadd ta' aġġustamenti mmirati biex jissimplifikaw u jirriflettu l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-regoli preċedenti, kif ukoll biex jirriflettu prijoritajiet ta' politika ġodda relatati mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġiji Industrijali u Diġitali Ewropej.", "L-elementi ewlenin tal-Linji Gwida riveduti huma:", "Fl-istess ħin, il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali jżommu salvagwardji b'saħħithom biex jipprevjenu lill-Istati Membri milli jużaw il-flejjes pubbliċi biex jiskattaw ir-rilokazzjoni ta' impjiegi minn Stat Membru tal-UE għal ieħor, li huwa essenzjali għal kompetizzjoni ġusta fis-Suq Uniku.", "Il-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022, u se jagħtu biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex iħejju l-mapep tal-għajnuna reġjonali tagħhom.", "L-Istati Membri issa jistgħu jinnotifikaw il-mapep tal-għajnuna reġjonali futuri tagħhom lill-Kummissjoni, li se jkunu soġġetti għal deċiżjonijiet individwali.", "Sfond", "L-Ewropa dejjem ġiet ikkaratterizzata minn inugwaljanzi reġjonali sinifikanti f'termini tal-benessri ekonomiku, l-introjtu u l-qgħad.", "L-għajnuna reġjonali għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni żvantaġġati tal-Ewropa, filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.", "Fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-għajnuna reġjonali tista' titqies kompatibbli mas-suq intern u tistabbilixxi l-kriterji li bihom jiġu identifikati l-oqsma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iż-żoni a u c rispettivament).", "L-Annessi tal-Linji Gwida jidentifikaw l-aktar reġjuni żvantaġġati, l-hekk imsejħa “reġjuni a”, li jinkludu r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa inqas minn jew ugwali għal 75 % tal-medja tal-UE, u r- “reġjuni c predefiniti”, li jirrappreżentaw dawk li qabel kienu “żoni a” u żoni skarsament popolati.", "L-Istati Membri issa jistgħu jinnominaw l-hekk imsejħa “żoni c mhux predefiniti”, sa kopertura c massima mhux predefinita (li għaliha hemm ukoll ċifri disponibbli fl-Annessi I u II tal-Linji Gwida) u f'konformità ma' ċerti kriterji.", "L-Istati Membri jridu jinnotifikaw il-proposta tagħhom għal mappa ta' għajnuna reġjonali lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.", "Għaldaqstant, il-Linji Gwida fihom ukoll regoli li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistgħu jfasslu mapep tal-għajnuna reġjonali biex jidentifikaw f'liema żoni ġeografiċi l-kumpaniji jistgħu jirċievu għajnuna reġjonali mill-Istat (żoni assistiti) u f'liema livell (intensità tal-għajnuna).", "Bħala parti mir-rieżami kontinwu tar-regoli tal-kompetizzjoni mill-Kummissjoni biex tiżgura li huma adattati għall-ambjent tas-suq li qed jinbidel, l-evalwazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali tnediet f'Jannar 2019.", "Il-valutazzjoni saret fil-kuntest ta' “kontroll tal-idoneità” tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat adottati bħala parti mill-pakkett tal-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-2012, li għandu l-għan li jevalwa jekk ir-regoli attwali għadhomx adattati għall-iskop tagħhom.", "Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq analiżijiet interni mill-Kummissjoni u konsultazzjonijiet pubbliċi kif ukoll, f'xi każijiet, studji mħejjija minn konsulenti esterni jew konsultazzjonijiet immirati ma' partijiet ikkonċernati speċifiċi.", "Fit-30 ta' Ottubru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, li jiġbor fil-qosor ir-riżultati ta' dak l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni.", "L-evalwazzjoni kkonkludiet li, b'mod ġenerali, is-sistema u r-regoli ta' kontroll tal-għajnuna mill-Istat huma adattati għall-iskop tagħhom.", "Madankollu, regoli individwali, bħal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali, kienu jeħtieġu xi adattament, anke fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew reċenti u l-Istrateġiji Industrijali u Diġitali tal-UE.", "Billi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huma parti vitali mit-tranżizzjoni ekoloġika, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew u r-riżultati tal-kontroll tal-idoneità, il-Kummissjoni ħabbret li se tantiċipa r-rieżami tal-linji gwida rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat għal tmiem l-2021.", "Dawn jinkludu l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali, il-Komunikazzjoni tal-IPCEI, il-Qafas tar-RŻI, il-Linji Gwida dwar il-Finanzjament ta' Riskju, il-Linji Gwida dwar l-Ambjent u l-Enerġija u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-GBER.", "Ir-regoli l-oħrajn tal-għajnuna mill-Istat li kienu parti mill-kontroll tal-idoneità se jiġu riveduti fit-terminu medju."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_21_1765", "title": "MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET DWAR IL-PJATTAFORMA DIĠITALI MULTILINGWI GĦALL-KONFERENZA DWAR IL-FUTUR TAL-EWROPA", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=INTRELADM,PR-DEMOC,COFE", "date": "Sun, 18 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["X'inhu l-għan tal-pjattaforma diġitali multilingwi?", "Il-pjattaforma hija ċ-ċentru ewlieni ta' dan l-eżerċizzju demokratiku, u tippermetti liċ-ċittadini jmexxu huma, f'dibattitu dwar is-suġġetti importanti għalihom, fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Il-pjattaforma diġitali tiġbor, f'post wieħed, il-kontributi kollha miċ-ċittadini - kemm jekk ikunu kondiviżi online kif ukoll jekk f'avvenimenti.", "Il-kontribut mill-avvenimenti kollha tal-Konferenza jinġabar u jiġi ppubblikat matul il-Konferenza permezz tal-pjattaforma.", "L-għan huwa li tiġi mmassimizzata l-parteċipazzjoni, titrawwem id-diskussjoni bejn iċ-ċittadini, u jiġu żgurati kemm l-aċċessibbiltà kif ukoll it-trasparenza tal-Konferenza.", "Dan se jkun post għaċ-ċittadini madwar l-UE biex jinteraġixxu ma' xulxin, jaqsmu l-ideat tagħhom u jibagħtu sottomissjonijiet online.", "Il-pjattaforma hija kemm mezz biex jinġabru l-kontributi kif ukoll mezz biex iċ-ċittadini jiġu infurmati bl-istat tad-diskussjonijiet u s-segwitu tagħhom.", "Il-pjattaforma hija miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-UE, kif ukoll għall-Parlamenti, l-awtoritajiet lokali, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u s-soċjetà ċivili, sakemm ikunu jirrispettaw il-Karta dwar il-Konferenza.", "Imħeġġa jieħdu sehem gruppi ta' nies kemm jista' jkun differenti u numerużi.", "Kif se taħdem il-pjattaforma?", "Il-pjattaforma toffri tliet modi ewlenin ta' interazzjoni: in-nies jistgħu jesprimu fehmiethom dwar l-Ewropa u dwar il-bidliet li jemmnu li hemm bżonn - jew japprovaw u jikkummentaw dwar xi jkollhom x'jgħidu Ewropej oħrajn; jistgħu jsibu avvenimenti biex jattenduhom fil-post qrib tagħhom jew online; jew jorganizzaw l-avvenimenti tagħhom stess u jikkontribwixxu għall-progress u l-eżitu tal-Konferenza.", "Biex jgħidu tagħhom, l-utenti jagħżlu minn lista ta' suġġetti u jgħarrfu lill-UE bl-opinjoni tagħhom permezz tal-pjattaforma.", "Dawn l-ideat jinġabru, jiġu analizzati u jiġu ppubblikati fil-pjattaforma matul il-Konferenza.", "Imbagħad dawn jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet li jkunu qed isiru fil-panels taċ-Ċittadini Ewropej u fil-Plenarji tal-Konferenza.", "Qabel ma jirreġistraw biex jieħdu sehem, l-utenti tal-pjattaforma jistgħu jaċċessaw mappa tal-avvenimenti kollha li jkunu se jsiru dalwaqt u jiffiltrawhom permezz tas-suġġett/il-post/it-tip – pereż. attendenza fiżika, online, ibridu.", "Biex itellgħu avveniment ippjanat, l-organizzaturi tal-avvenimenti jiddeskrivu u jippubblikaw l-inizjattiva tagħhom fil-pjattaforma, biex nies oħrajn ikunu jistgħu jsibuh u jattendu.", "L-organizzaturi tal-avveniment jimpenjaw ruħhom li jtellgħu l-eżiti tad-diskussjonijiet tal-avveniment tagħhom, biex jiżguraw li l-ideat kollha jkunu riflessi fil-pjattaforma.", "Mekkaniżmu ta' feedback jiżgura li l-ideat espressi matul il-Konferenza jkunu ta' kontribut għall-ippjanar strateġiku tal-UE u jirriżultaw f'rakkomandazzjonijiet konkreti għal azzjoni tal-UE.", "L-awtoritajiet reġjonali, il-parlamenti nazzjonali, il-gvernijiet jew l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jtellgħu l-avvenimenti tagħhom fil-pjattaforma?", "Avvenimenti organizzati fi sħubija mal-Parlamenti nazzjonali u reġjonali se jgħinu biex jiġi żgurat li l-Konferenza tmur ferm lil hinn mill-bliet kapitali tal-Ewropa u tilħaq kull rokna tal-Unjoni.", "Il-pjattaforma se tiġbor l-informazzjoni kollha minn dawn l-“avvenimenti nazzjonali” u l-kwistjonijiet imqajma miċ-ċittadini hemmhekk.", "L-avvenimenti nazzjonali organizzati mill-Parlamenti, il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet tal-UE jiġu indikati b'mod ċar b'kodiċi tal-kuluri separat fuq il-mappa tal-avvenimenti.", "X'segwitu se jkun hemm għall-avvenimenti u l-ideat kollha rrappurtati fil-pjattaforma?", "Il-pjattaforma se tiġbor l-ideat kollha li jiġu direttament mingħand iċ-ċittadini u dawk li ġejjin mill-avvenimenti.", "L-avvenimenti kollha tal-Konferenza jridu jiġu rrappurtati fil-pjattaforma fil-forma ta' rapport marbut ma' proposti jew ideat konkreti.", "Bl-użu ta' kombinazzjoni ta' għodod diġitali u moderazzjoni umana, il-Pjattaforma se tiġġenera rapporti dwar l-input, l-analiżi tal-frekwenza, il-popolarità u l-prominenza tad-diversi kwistjonijiet imqajma.", "Dawn ir-rapporti jikkontribwixxu għall-panels taċ-Ċittadini Ewropej u l-Plenarji tal-Konferenza.", "Naturalment, din l-informazzjoni tkun viżibbli wkoll fil-Pjattaforma stess, u għalhekk tkun aċċessibbli għal kull min jinteraġixxi mal-Pjattaforma.", "L-eżitu finali tal-Konferenza jiġi ppreżentat mill-Bord Eżekuttiv f'rapport lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea.", "It-tliet istituzzjonijiet jeżaminaw malajr x'segwitu effettiv jistgħu jagħtu għal dan ir-rapport, b'kull waħda minnhom fl-isfera ta' kompetenza tagħha u f'konformità mat-Trattati.", "Kif se tkun immoderata l-pjattaforma?", "Il-pjattaforma diġitali multilingwi, u l-avvenimenti kollha relatati mal-Konferenza, jimpenjaw ruħhom li jqiegħdu liċ-ċittadini fiċ-ċentru, u jippermettulhom jesprimu l-vuċi tagħhom liberament.", "Fil-pjattaforma, kulħadd jista' jibbrawżja l-ideat ippreżentati u l-eżiti tal-avvenimenti fil-pjattaforma.", "Sabiex tkun tista' tikkontribwixxi, jeħtieġ li toħloq kont tal-EU login u tirreġistra jew tilloggja permezz tal-midja soċjali.", "Se jkun hemm tim ta' moderaturi dejjem attenti biex jissenjalaw u jsolvu l-problemi malajr.", "Din il-moderazzjoni se tkun kemm proattiva kif ukoll reattiva, u se tkun taħt is-superviżjoni tas-Segretarjat tal-Konferenza li jaġixxi f'isem il-Bord Eżekuttiv.", "Għaliex il-pjattaforma hija strutturata madwar suġġetti speċifiċi u mhux oħrajn?", "Iċ-ċittadini se jkunu liberi li jsemmu kull suġġett ieħor li jikkonċernahom, permezz ta' “kaxxa miftuħa” fil-pjattaforma diġitali multilingwi għal ideat trażversali jew suġġetti oħrajn li mhumiex elenkati fil-pjattaforma.", "Sabiex jiġu strutturati l-kontributi għall-pjattaforma, intgħażlet lista ta' suġġetti f'konformità mal-ambizzjonijiet il-kbar tal-UE, kif stabbilit fil-Prijoritajiet Politiċi tal-Kummissjoni u fl-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew, li jipprovdu qafas wiesa' biżżejjed biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiffokaw fuq dak li jqisuh importanti.", "Dawn is-suġġetti ġew stabbiliti u miftehma fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Konferenza, iffirmata mill-Presidenti tat-tliet istituzzjonijiet li kienu qed imexxu din l-inizjattiva, fl-10 ta' Marzu 2021.", "Dawn jinkludu t-tibdil fil-klima u l-ambjent; is-saħħa; ekonomija aktar b'saħħitha, ġustizzja soċjali u impjiegi; l-UE fid-dinja; valuri u drittijiet, stat tad-dritt, sigurtà; it-trasformazzjoni diġitali; id-demokrazija Ewropea; il-migrazzjoni; u l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-isport.", "Il-pjattaforma diġitali taċċetta kontributi f'lingwi oħra minbarra l-24 lingwa uffiċjali tal-UE?", "Il-pjattaforma se tkun fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE, u l-kontenut kollu se jiġi tradott minn kull lingwa għal kull lingwa biex kull utent ikun jista' jaqra l-ideat minn madwar l-UE kollha.", "It-traduzzjonijiet għal-lingwi mhux uffiċjali tal-UE (pereż. il-Katalan jew il-Lussemburgiż) jistgħu jiżdiedu fil-pjattaforma jekk jiġu pprovduti u ffinanzjati mill-Istat Membru kkonċernat.", "Kif se tiżgura li l-akbar għadd ta' ċittadini possibbli jużaw il-pjattaforma?", "L-iżgurar li l-Konferenza tilħaq kemm jista' jkun nies huwa wieħed mill-aktar indikaturi importanti li tkun irnexxiet.", "L-Ewropej kollha għandhom jingħataw opportunità indaqs biex jinvolvu ruħhom, kemm jekk għadhom ta' età żgħir kif ukoll ta' età avvanzata, kemm jekk jgħixu f'żoni urbani kif ukoll jekk f'żoni rurali, u kemm jekk jafu ħafna dwar l-UE kif ukoll jekk le.", "Il-pjattaforma multilingwi hija partikolarment utli fi żmien il-COVID-19 biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jinteraġixxu ma' xulxin u mal-Konferenza online, filwaqt li l-panels taċ-ċittadini Ewropej huma xpruni importanti biex jiġi żgurat li nies minn kull qasam tal-ħajja jkunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv għall-Konferenza.", "Il-Konferenza ma għandhiex tilħaq biss lil dawk iċ-ċittadini li huma favur l-UE, jew biss lil dawk li jipparteċipaw regolarment fid-diskussjonijiet dwar il-politika Ewropea.", "Hija għandha l-għan li tilħaq lill-“maġġoranza siekta”, li ma ssemmax leħinha fid-dibattiti tal-UE, jew issemmgħu fi żmien elezzjoni biss.", "Id-diversità tal-parteċipanti fil-panels taċ-ċittadini fil-livell tal-UE se tkun mod importanti biex nilħqu lil hinn miċ-ċirku ta' nies li diġà involuti f'dibattiti dwar l-Unjoni Ewropea.", "Kemm se ddum aċċessibbli l-pjattaforma?", "Il-Konferenza għandha tasal għall-konklużjonijiet sar-rebbiegħa tal-2022, sabiex tipprovdi rakkomandazzjonijiet u gwida lit-tliet istituzzjonijiet dwar il-futur tal-Ewropa.", "X'se jiġri issa?", "Wara t-tnedija tal-pjattaforma fid-19 ta' April, iċ-ċittadini jistgħu jibdew jikkontribwixxu l-ideat tagħhom u l-avvenimenti jistgħu jibdew.", "Fid-9 ta' Mejju se jiġi organizzat avveniment inawgurali fi Strasburgu – parzjalment jew kompletament online – skont ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19 u r-regolamenti dwar is-saħħa pubblika.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa", "Pjattaforma taċ-ċittadini għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_21_1764", "title": "Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: it-tnedija tal-pjattaforma diġitali multilingwi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=INTRELADM,PR-DEMOC,COFE", "date": "Sun, 18 Apr 2021 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, fosthom ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea, qiegħed iniedi l-pjattaforma diġitali multilingwi tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, u jistieden liċ-ċittadini kollha tal-UE jikkontribwixxu fit-tiswir tal-futur tagħhom u dak tal-Ewropa kollha kemm hi.", "Il-pjattaforma hija disponibbli f'24 lingwa u tippermetti liċ-ċittadini minn madwar l-Unjoni jaqsmu u jiskambjaw l-ideat u l-fehmiet tagħhom permezz ta' avvenimenti online.", "Il-Presidenza Konġunta tal-Konferenza wriet is-sodisfazzjon tagħha għat-tnedija tal-pjattaforma.", "Il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, qal: “Il-pjattaforma tirrappreżenta għodda ewlenija biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jieħdu sehem u jgħidu tagħhom dwar il-Futur tal-Ewropa.", "Irridu niżguraw li leħinhom jinstema' u li jkollhom rwol fit-teħid tad-deċiżjonijiet, irrispettivament mill-pandemija tal-COVID-19.", "Id-demokrazija Ewropea, tat-tip rappreżentattiv u parteċipattiv, se tkompli taħdem jiġri x'jiġri, għaliex il-futur kondiviż tagħna jitlob dan.”", "Il-Prim Ministru tal-Portugall António Costa, f'isem il-Presidenza tal-Kunsill, qal: “Wasal iż-żmien biex iċ-ċittadini tagħna jikkondividu l-akbar tħassib u l-ideat tagħhom b'mod attiv.", "Id-diskussjoni ma setgħetx issir fi żmien aħjar.", "Issa rridu nitħejjew biex noħorġu mill-kriżi akbar b'saħħitna minn qabel u ladarba negħlbu l-pandemija nkunu lesti għall-futur.", "Nittamaw li flimkien inkomplu nibnu l-Ewropa tal-futur, Ewropa aktar ġusta, aktar ekoloġika u aktar diġitali li tirrispondi għall-aspettattivi taċ-ċittadini tagħna.”", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, stqarret: “Is-saħħa, it-tibdil fil-klima u impjiegi tajbin u sostenibbli f'ekonomija dejjem aktar diġitali, l-istat tas-soċjetajiet demokratiċi tagħna: “Qegħdin nistiednu lill-Ewropej jgħidu tagħhom, biex jindirizzaw it-tħassib tagħhom u jgħidulna x'Ewropa jridu.", "B'din il-pjattaforma taċ-ċittadini, qed nagħtu l-opportunità lil kulħadd jikkontribwixxi għat-tiswir tal-futur tal-Ewropa u jinvolvi ruħu ma' nies oħra minn madwar l-Ewropa.", "Din hija opportunità kbira biex l-Ewropej jiltaqgħu virtwalment.", "Ingħaqad fid-dibattitu!", "Flimkien nistgħu nibnu l-futur li rridu għall-Unjoni tagħna.”", "Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija dibattitu bla preċedent u forma ta' demokrazija deliberattiva miftuħa u inklużiva.", "Hija tipprova tagħti leħen aktar qawwi lil persuni minn oqsma differenti tal-ħajja madwar l-Ewropa dwar x'jistennew mill-Unjoni Ewropea, li mbagħad irid jgħin fl-iggwidar tad-direzzjoni u tat-tfassil tal-politiki futuri tal-UE.", "Il-Presidenza Konġunta impenjat ruħha li ssegwi l-eżitu tal-Konferenza.", "Sfond", "Il-pjattaforma diġitali multilingwi hija totalment interattiva u multilingwi: il-persuni jistgħu jinvolvu ruħhom ma' xulxin u jiddiskutu l-proposti tagħhom maċ-ċittadini sħabhom mill-Istati Membri kollha, bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.", "Għadd ta' nies kbir kemm jista' jkun u minn oqsma differenti tal-ħajja huma mħeġġa jikkontribwixxu permezz tal-pjattaforma biex isawru l-futur tagħhom, iżda wkoll biex jippromwovuha fuq il-mezzi tal-media soċjali, bil-hashtag #TheFutureIsYours", "Il-pjattaforma se tiżgura trasparenza sħiħa – li huwa prinċipju ewlieni tal-Konferenza – hekk kif is-sottomissjonijiet u l-eżiti tal-avveniment jinġabru, jiġu analizzati, segwiti u jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.", "L-ideat u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li joħorġu mill-pjattaforma se jintużaw bħala l-input għall-panels taċ-ċittadini Ewropej u għall-Plenarji, fejn se jsir dibattitu dwarhom li jwassal għall-konklużjonijiet tal-Konferenza.", "L-avvenimenti kollha relatati mal-Konferenza li se jiġu rreġistrati fuq il-pjattaforma jiġu viżwalizzati fuq mappa interattiva u b'hekk iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbrawżjaw u jirreġistraw online.", "L-organizzaturi jistgħu jużaw l-għodda disponibbli fil-pjattaforma biex jgħinu fl-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-inizjattivi.", "Il-parteċipanti u l-avvenimenti kollha jridu jirrispettaw il-Karta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, li tistabbilixxi standards għal dibattitu pan-Ewropew b'rispett.", "Il-pjattaforma hija organizzata madwar suġġetti ewlenin: it-tibdil fil-klima u l-ambjent; is-saħħa; ekonomija aktar b'saħħitha u aktar ġusta; il-ġustizzja soċjali u l-impjiegi; l-UE fid-dinja; il-valuri u d-drittijiet, l-istat tad-dritt, is-sigurtà; it-trasformazzjoni diġitali; id-demokrazija Ewropea; il-migrazzjoni; u l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-isport.", "Dawn is-suġġetti huma kkomplementati b'“kaxxa miftuħa” għal suġġetti orizzontali u suġġetti oħra (“suġġetti oħra”), hekk kif iċ-ċittadini jkunu jistgħu jqajmu kwalunkwe kwistjoni għal qalbhom b'approċċ ġenwin minn isfel għal fuq.", "Il-pjattaforma tipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-istruttura u l-ħidma tal-Konferenza.", "Hija miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-UE, kif ukoll għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, għall-Parlamenti nazzjonali, għall-awtoritajiet nazzjonali u lokali u għas-soċjetà ċivili.", "Se tirrispetta bis-sħiħ il-privatezza tal-utenti u r-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-Pjattaforma Diġitali tal-Konferenza dwar il-Futur", "Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-pjattaforma diġitali multilingwi tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa", "Skedi informattivi dwar il-pjattaforma diġitali u l-bidu tal-Konferenza.", "Il-Karta tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_86", "title": "Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika (EGE) jitlob\nlill-Kummissjoni Ewropea biex tinkorpora prinċipji etiċi fil-politiki\nagrikoli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Tue, 20 Jan 2009 23:00:00 GMT", "text": ["IP/09/86", "Brussell, il-21 ta' Jannar 2009", "F'Diċembru, fuq talba mill-President Barroso, l-EGE adotta opinjoni dwar l-implikazzjonijiet etiċi tal-iżviluppi moderni fit-teknoloġiji agrikoli, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet ġodda li trid taffaċċa l-agrikoltura tal-UE iktar 'il quddiem.", "Il-Grupp iddeċieda li jiffoka primarjament fuq it-teknoloġiji u l-metodi agrikoli għall-produzzjoni ewlenija tal-ikel li joriġina mill-pjanti.", "F'din l-opinjoni l-EGE juri li huwa konxju tal-ħtieġa għall-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-agrikoltura sabiex tkun tista' titma' l-populazzjoni dinjija li dejjem qed tikber.", "Hu jżid li t-teknoloġiji waħedhom ma jistgħux jipprovdu s-soluzzjonijiet finali għall-isfidi li qed taffaċċa l-agrikoltura moderna fl-UE u madwar id-dinja.", "Il-Grupp jenfasizza l-ħtieġa għal perspettiva integrata u għal approċċ integrat dwar it-teknoloġija agrikola biex il-proċessi tal-produzzjoni, tal-ħażna u tad-distribuzzjoni jiġu kkunsidrati flimkien meta l-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe teknoloġija ġdida jkunu qed jiġu vvalutati b'mod etiku.", "L-għanijiet ta' (1) is-sigurtà tal-ikel, (2) is-sikurezza tal-ikel u (3) is-sostenibbiltà tal-ikel huma kkunsidrati bħala l-ogħla prijoritajiet u prinċipji ta' gwida li magħhom għandha timxi kwalunkwe teknoloġija fl-agrikoltura.", "Jekk jintuża dan il-qafas etiku bħala punt ta' tluq, l-EGE jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar għadd kbir ta' kwistjonijiet bħal ma huma: Ir-reviżjoni tal-valutazzjoni tal-impatt tat-teknoloġiji agrikoli tal-Politika Agrikola Komuni tal-UE; id-dritt għall-ikel; Is-sostenibbiltà tat-teknoloġiji agrikoli; Is-sikurezza tal-ikel; Il-bijodiversità agrikola; Il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma; Il-bijofjuwil; L-għelejjel immodifikati ġenetikament; Ir-riċerka fix-xjenzi agrikoli; It-tfassil tal-politika għall-agrikultura tal-uċuħ li jinħartu; Il-kummerċ globali fil-prodotti agrikoli; Is-sistema tad-Drittijiet ta' Proprjetà Intelletwali; Kompetizzjoni ġusta u \"monopolji vertikali\"; Il-prezzijiet tal-ikel; L-aspetti soċjali; Il-parteċipazzjoni pubblika; Ir-responsabbiltà taċ-ċittadini tal-UE; L-iskart tal-ikel, eċċ.", "L-isfond", "Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika (EGE) huwa korp indipendenti, pluralist u multidixxiplinarju, magħmul minn ħmistax-il espert maħtura mill-Kummissjoni sabiex jipprovdu fehmiet dwar kwistjonijiet etiċi.", "L-Opinjoni adottata, l-istqarrija għall-istampa sħiħa u l-lista tal-membri huma disponibbli mill-websajt tal-EGE:", "http://ec.europa.eu/european_group_ethics/index_en.htm"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_09_67", "title": "Previżjonijiet Interim\ngħall-2009-2010: l-ekonomija tkompli tmajna, imma qabel tmiem l-2009\njerġa' jibda t-tkabbir", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Sun, 18 Jan 2009 23:00:00 GMT", "text": ["IP/09/67", "Brussell, id-19 ta' Jannar 2009", "“Il-miżuri għall-istabilizzazzjoni tas-suq finanzjarju, it-taffija tal-politiki monetarji u l-pjanijiet ta' rkupru ekonomiku se jippermettulna nwaqqfu d-deterjorament tal-ekonomija din is-sena u noħolqu l-kundizzjonijiet għal ikrupru gradwali fit-tieni parti tas-sena.", "Il-prijorità ewlenija hija li nagħmlu mezz biex dawn il-miżuri jaħdmu b'mod effikaċi: intejbu l-flussi tal-kreditu bi prezzijiet raġonevoli u nimplimentaw il-pakketti katalitiċi fiskali malajr biex nistimulaw l-investiment u l-konsum privat.", "Biex intejbu l-fiduċja, huwa kruċjali wkoll li l-Istati Membri jintrabtu b'mod espliċitu li jreġġgħu lura d-deterjorament tal-finanzi pubbliċi, hekk kif nerġgħu lura għal żminijiet ekonomiċi normali, sabiex niżguraw is-sostenibbiltà fil-perjodu ta' żmien medju għal dak twil, tal-finanzi pubbliċi\", qal Joaquín Almunia, il-Kummissarju għall-affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.", "It-tkabbir ekonomiku huwa mistenni li jkun waqa' għal madwar 1 % fl-2008, kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-euro, minn ftit inqas minn 3 % fl-2007, skont il-previżjoni interim avvanzata li nħarġet illum[1].", "Fl-2009, il-PGD reali huwa mistenni jonqos ferm, b'1.8 % fl-UE u 1.9 % fiż-żona tal-euro, qabel ma jirkupra b'madwar 0.5 % fl-2010.", "Din is-sena ta' ekonomija globali f'riċessjoni", "L-attività ekonomika madwar id-dinja hija mistennija li tkun waqgħet ferm fl-aħħar kwart tal-2008.", "Tnaqqis fid-dejta tal-istħarriġ reċenti u l-ordnijiet deħlin, fost l-oħrajn, jindikaw li din id-dgħufija x'aktarx se tibqa' fil-medda l-qasira.", "It-taqliba ekonomika hija mistennija li tkun mifruxa sew u li jkollha effetti negattivi li jaffettwaw dejjem aktar l-ekonomiji tas-suq li għadhom qegħdin jistabbilixxu rwieħhom.", "Għall-2009 kumplessivament, it-tkabbir fil-PGD dinji huwa previst li jmajna għal 0.5 % (minn 3.3 % fl-2008 u l-medja eċċezzjonalment b'saħħitha ta' 5 % fl-2004-2007).", "Mit-tieni nofs tal-2009, it-tkabbir globali huwa mistenni jiżdied gradwalment, iżda b'rata moderata hekk kif titjieb il-qagħda fis-swieq finanzjarji u l-impatt tat-taffija fil-politika makroekonomika (partikolarment fl-Amerika) jibda jingrana.", "Kumplessivament, it-tkabbir fil-PGD huwa mistenni jkun ta' madwar 2.75 % fl-2010.", "L-ekonomija tal-UE wkoll intlaqtet fil-laħam il-ħaj", "Fit-tielet kwart tal-2008, il-PGD naqas b'0.2 % kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll fl-UE.", "Dan jimplika li ż-żona tal-euro daħlet fl-ewwel riċessjoni tagħha hekk kif il-PGD inxtorob għat-tieni kwart konsekuttiv.", "Wara li d-dejta tal-istħarriġ kompliet sejra lura fis-setturi u fil-pajjiżi kollha, u d-deterjorament qawwi f'indikaturi oħra ewlenin matul ir-raba' kwart, il-PGD huwa mistenni li jkompli jonqos matul l-ewwel nofs ta' din is-sena.", "Huwa mistenni li din ix-xejra negattiva tkun mifruxa sew mal-pajjiżi hekk kif il-kriżi finanzjarja, iċ-ċiklu globali u, f'ċerti Stati Membri, ċediment saħansitra fis-suq tad-djar, iħallu effett.", "It-tnaqqis kemm fid-domanda privata kif ukoll dik barranija netta huwa mistenni jxekkel ferm it-tkabbir tal-PGD, u huwa biss permezz tal-konsum mill-gvernijiet u l-investiment pubbliku li jista' jingħata ftit serħan.", "B'mod partikolari, l-investiment privat, li kien xprun ċentrali fit-tkabbir ekonomiku, qiegħed iħabbat wiċċu ma' tnaqqis f'daqqa minħabba tbaxxija sostanzjali fir-rati tal-użu tal-kapaċità, id-deterjorament fix-xejriet ekonomiċi għall-ġejjieni u kundizzjonijiet finanzjarji aktar stretti.", "Il-qgħad u ż-żieda fid-defiċits", "F'ħafna mill-Istati Membri l-qagħda fis-suq tax-xogħol bdiet sejra lura fl-2008.", "F'reazzjoni kemmxejn tardiva għat-tibdil fit-tkabbir tal-PGD, it-tkabbir fl-impjiegi huwa mistenni li jsir wieħed negattiv din is-sena, u fl-UE huwa mistenni li jonqsu madwar 3.5 miljun impjiegi.", "B'riżultat, ir-rata tal-qgħad hija mistennija tiżdied għal 8.75 % fl-UE fl-2009 u 9.25 % fiż-żona tal-euro), b'żieda ulterjuri fl-2010.", "Ix-xejra negattiva hija mistennija wkoll li jkollha effetti fuq il-finanzi pubbliċi, li se jbatu hekk kif ix-xejriet fid-dħul li kellhom fl-imgħoddi jinqalbu ta' taħt fuq, it-tkabbir ma jkunx jista' jistrieħ daqshekk fuq it-taxxi u wkoll fuq l-impatt ta' miżuri diskrezzjonali importanti adottati u/jew imħabbra mill-Istati Membri (li jammontaw għal madwar 1 % tal-PGD għall-2009 fl-UE fil-ħin tat-tlestija ta' din il-previżjoni).", "Id-defiċit nominali għalhekk huwa mistenni li jaqbeż id-doppju fl-UE għal 4.5 % fl-2009 (minn madwar 1.75 % sa 4 % fiż-żona tal-euro).", "L-inflazzjoni mistennija li taqa' b'rata mgħaġġla", "Il-pressjonijiet tal-inflazzjoni qegħdin jonqsu b'rata mgħaġġla.", "Iż-żieda agressiva fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi li wasslet biex l-inflazzjoni tilħaq quċċata fis-sajf tal-2008, minn dak iż-żmien treġġgħet lura f'daqqa, hekk kif il-prospetti tat-tkabbir għall-ekonomija tal-UE u dik globali ddgħajfu b'rata mgħaġġla u s-swieq tax-xogħol iddeterjoraw.", "Dawn l-elementi wittew it-triq għal reviżjoni ‘l isfel sinifikanti għall-previżjoni tal-inflazzjoni, meta mqabbla mal-previżjoni tal-ħarifa.", "L-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumaturi issa hija mistennija tonqos minn 3.7 % fl-2008 fl-UE (3.3 % fiż-żona tal-euro) għal 1.2 % fl-2009 (1.0 % fiż-żona tal-euro) sa ftit inqas minn 2 % fl-2010 fiż-żewġ reġjuni.", "Inċertezzi sostanzjali fil-qagħda attwali", "Din il-previżjoni hija kkaratterizzata minn inċertezza liema bħala hekk kif l-ekonomija dinjija tħabbat wiċċha mal-agħar kriżi mit-Tieni Gwerra 'l hawn.", "Ir-riskji għat-tkabbir fil-ġejjieni huma bbilanċjati.", "Fuq in-naħa negattiva hemm l-impatt tal-kriżi finanzjarja (inkluż is-settur tad-djar) u l-gravità tal-ċirku vizzjuż negattiv bejn is-setturi finanzjarji u dawk reali fl-ekonomija.", "Min-naħa l-oħra, it-tkabbir jista' jkun aktar b'saħħtu jekk inter alia l-pakketti fiskali jerġgħu jiġġeneraw il-fiduċja fost l-investituri u l-konsumaturi b'rata aktar mgħaġġla milli hu previst.", "Ir-riskji għall-inflazzjoni fil-ġejjieni wkoll jidhru li huma bbilanċjati, wara l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi u d-deterjorament tal-prospetti ekonomiċi globalment.", "Rapport aktar dettaljat jinsab fuq:", "http://ec.europa.eu/economy_finance/thematic_articles/article13727_en.htm", "Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED", "[1] Il-Kummissjoni s-soltu tippubblika l-previżjonijiet interim tagħha fi Frar, u dan tagħmlu biss għas-seba' l-akbar ekonomiji tal-UE, u għall-inflazzjoni u t-tkabbir fis-sena attwali.", "L-eżerċizzju attwali jqarreb aktar lejn il-previżjonijiet tar-rebbiegħa u tal-ħarifa u huwa ġġustifikat mid-deterjorament eċċezzjonalment mgħaġġel fil-qagħda ekonomika u l-possibbiltajiet għall-ġejjieni mill-ħarifa li għaddiet, u l-importanza li dan jiġi rifless fil-valutazzjoni annwali tal-Programmi tal-Istati Membri għall-Istabbiltà u l-Konverġenza."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/SPEECH_14_152", "title": "Reding dwar l-indipendenza Katalana", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Sat, 22 Feb 2014 23:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "IL-KUMMISSJONI EWROPEA", "[Iċċekkja mal-wasla tal-kunsinna]", "Viviane Reding", "Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza", "Reding dwar l-indipendenza Katalana", "Djalogu maċ-ċittadini", "Barċellona, 23 februāris 2014", "Ilni naf lill-Katalonja għal żmien twil Jiena waħda mill-ftit nies mhux mill-Katalonja li rċeviet il-Creu de St Jordi (Is-Salib ta' San Ġorġ mill-Muniċipalità tal-Katalonja) Jiena nħobb l-ilsien Katalan.", "L-Ewropa kellha bżonn Lussemburgiż li jħossu kburi bl-ilsien Lussemburgiż biex tifhem x'ifisser l-ilsien Katalan għaċ-ċittadini tiegħek.", "Forsi tiftakar id-\"dikjarazzjoni Reding\" tal-1990 li biha ħeġġejt l-istatus tal-ilsien Katalan fl-UE.", "U jiena nħobb l-inbid Katalan: Żort għelieqi bid-dwieli fil-Penedès u fil-madwar.", "Inħobb il-letteratura Katalana u nammira l-arkitettura Katalana – ħarsu biss lejn il-Pedrera jew xi tħossu meta tidħlu fil-Monasteru ta' Montserrat!", "Fi kliem ieħor: Jiena nħobb il-Katalonja!", "Naf li l-Katalani huma Ewropej akkaniti.", "Intom, min-naħa l-oħra, tafu s-sitwazzjoni legali.", "Id-diffikultà tiegħi llum hija li ngħaqqad dawn iż-żewġ kunċetti.", "Il-liġi tgħid li Katalonja indipendenti ma tkunx aktar parti mill-Unjoni.", "Katalonja indipendenti jkollha tapplika mill-ġdid għas-sħubija mal-UE.", "Fi ftit kliem: ftit sekondi wara vot għall-indipendenza, il-Katalonja tispiċċa barra mill-Unjoni.", "Tispiċċaw barra mis-sistema tal-ewro.", "Tispiċċaw barra miċ-ċittadinanza tal-UE.", "Fi kliem ieħor: Jiena se nitlifkom.", "Il-proċess biex terġa' tissieħeb mal-Unjoni ma jkunx wieħed ta'malajr.", "Iżda jkun wieħed twil.", "Ikun hemm il-ħtieġa ta' negozjati twal u l-approvazzjoni unanima tal-pajjiżi kollha tal-UE.", "Dan ikun proġett li jieħu tul ta' ġenerazzjoni.", "Nifhem li tixtiequ aktar awtonomija.", "Nirrispetta x-xewqa tagħkom għal indipendenza.", "Imma personalment naħseb li Ewropa mingħajr il-Katalonja huwa riżultat li jiddispjaċina.", "U l-Katalonja barra mill-Unjoni tagħna.", "Dan huwa kunċett li jiddispjaċini ħafna b'dan peress li l-unità Ewropea hija r-riċetta biex noħorġu mill-kriżi u għal Ewropa aktar b'saħħitha biex ikollha rwol ċentrali fid-dinja: Il-pajjiżi Ewropej jingħaqdu flimkien bħala familja biex jegħlbu d-diffikultajiet.", "Din hija l-istrateġija li għenet lill-Ewropa fit-triq ta' rkupru ekonomiku: L-Ewropej jaħdmu flimkien, il-Ġermanja u l-Greċja; Franza u Spanja; il-Portugall u Spanja; Ħarsu lejha mill-perspettiva esterna; is-setgħat dinjija bħall-Istati Uniti u ċ-Ċina s'issa raw biss frazzjoni ta' Ewropa magħquda li titqies bħala setgħa reali.", "U huma se jkejlu lilhom infushom biss ma' Ewropa b'saħħitha u magħquda.", "Issa huwa ż-żmien għas-solidarjetà u li naħdmu flimkien, mhux għas-separazzjoni jew id-diviżjoni.", "Katalonja barra l-Unjoni tagħna ddgħajjef l-Ewropa.", "Iddgħajjef lil Spanja wkoll.", "U ddgħajjef lill-Katalonja wkoll – b'mod ekonomiku u politiku.", "Barċellona u Madrid huma sħab.", "Nirrifjuta li nżomm ma' naħa jew oħra.", "Huwa ċar li f'perjodu medju ta' żmien irid jinstab ftehim ġdid.", "Ftehim ġdid li jakkomoda kemm il-ħtiġijiet tal-Katalonja u ċ-ċittadini tagħha kif ukoll dawk ta' Spanja fl-intier tagħha u ċ-ċittadini tagħha.", "Ħudu l-ħin li għandkom bżonn biex issibu dan il-ftehim.", "Mhuwiex se jsir illum jew għada.", "Għandha tkun soluzzjoni li għandkom taħdmu flimkien għaliha – kollha kemm intom flimkien – mingħajr interferenza barranija.", "Bħala ħabib kbir tal-Katalonja, naf li ħaġa waħda hija ċerta: l-interess, l-imħabba u l-passjoni taċ-ċittadini tagħha għall-Ewropa tibqa' b'saħħitha."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_5011", "title": "Dikjarazzjoni konġunta mill-Kummissarji Mimica, Thyssen, Navracsics u Gabriel fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ 2019", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECMY", "date": "Sun, 11 Aug 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tingħaqad fiċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ ta' din is-sena, bit-tema “Nittrasformaw l-Edukazzjoni”, li tenfasizza l-isforzi li qed isiru biex l-edukazzjoni ssir iktar inklużiva u aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha.", "Il-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Tibor Navracsics, u l-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, Mariya Gabriel stqarrew:", "“Illum qed niċċelebraw il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ.", "Din hija okkażjoni importanti biex nirriflettu dwar il-fatt li hemm wisq żgħażagħ jgħixu f'żoni ta' gwerra, li ma jmorrux l-iskola u li huma affettwati mill-faqar, mill-esklużjoni soċjali, minn kura tas-saħħa fqira, mill-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u mill-impatti tat-tibdil fil-klima.", "Fost il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea hemm il-provvista ta' soluzzjonijiet effettivi għal dawn l-isfidi, il-kisba ta' paċi sostenibbli u l-bini ta' soċjetajiet koeżivi u reżiljenti li fihom iż-żgħażagħ jistgħu jirnexxu.", "Għalhekk, l-UE hija impenjata biex timplimenta l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha fil-politiki kollha tagħha.", "Permezz ta' ħidma flimkien mal-Istati Membri u ma' ħafna partijiet ikkonċernati oħra, l-UE qed tagħti iktar setgħa lil miljuni ta' żgħażagħ, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha.", "L-Erasmus+ qed ilaqqa' flimkien liż-żgħażagħ, u qed jippermettilhom jitgħallmu u jinvolvu ruħhom fis-soċjetà, kif ukoll irawmu l-eċċellenza u l-innovazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni.", "Żewġ inizjattivi ġodda mnedija minn din il-Kummissjoni fetħu opportunitajiet ġodda: L-inizjattiva DiscoverEU tippermetti liż-żgħażagħ jivvjaġġaw u jesploraw il-wirt kulturali rikk tal-Ewropa, filwaqt li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħtihom l-opportunità jagħmlu volontarjat u jaħdmu fi proġetti li jappoġġaw il-komunitajiet u n-nies madwar l-Ewropa.", "Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li qed nibnu se tkompli ssaħħaħ l-eċċellenza u l-inklużjoni, se tkun ta' benefiċċju għaż-żgħażagħ Ewropej minn kull sfond, u se tqanqal sens ta' identità Ewropea kondiviża.", "Bl-istess mod, iż-żgħażagħ se jkunu fil-qalba ta' politiki tal-UE bħas-Suq Uniku Diġitali.", "Ħafna inizjattivi, bħall-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali, għenu biex jiżdied it-taħriġ fil-ħiliet diġitali u fl-istess ħin tiġi mmodernizzata l-edukazzjoni.", "Permezz tal-Istrateġija tagħna għal Internet Aħjar għat-Tfal, aħna qed nagħmlu l-benesseri tat-tfal fuq l-internet prijorità ewlenija, filwaqt li qed nistinkaw biex neliminaw ir-riskji fuq l-internet, bħall-bullying ċibernetiku, it-tħejjija għal abbuż sesswali fuq l-internet, it-tħassib dwar il-privatezza, id-diżinformazzjoni, u l-kontenut vjolenti jew inkwetanti.", "Dawn l-objettivi huma wkoll fil-qalba tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, li joffri sett ta' miżuri u ta' inizjattivi konkreti biex jgħinu lill-Istati Membri tal-UE jilqgħu għall-isfidi tal-edukazzjoni fl-era diġitali.", "Barra minn hekk, iż-żgħażagħ jinsabu fil-qalba tal-politiki tagħna, kemm fl-UE kif ukoll 'il barra mill-fruntieri tagħna.", "Fil-programmi ta' żvilupp tagħna, l-UE tiffoka fuq l-indirizzar tal-ħtiġijiet taż-żgħażagħ f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-ħolqien tal-impjiegi, bl-għan li tinvolvi liż-żgħażagħ f'aspetti usa' tas-soċjetà.", "Pereżempju, inizjattivi bħall-Programm tal-Mexxejja Żgħażagħ u l-Inizjattiva Youth Plug-in tal-UE u tal-UA jipprovdulhom l-opportunità li jieħdu sehem kif jistħoqqilhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Se nkomplu nappoġġaw ukoll liż-żgħażagħ bħala promoturi tat-tkattir tal-paċi u tal-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti fil-komunitajiet tagħhom, inkluż permezz tal-inizjattiva “One Young World Peace Ambassadors”.", "L-investiment fil-potenzjal taż-żgħażagħ huwa investiment fis-soċjetà tagħna.", "Il-fatt li m'aħniex nindirizzaw l-isfidi tagħhom waħidna, jagħtina t-tama; iżda rridu nkomplu u rridu nżidu l-isforzi tagħna.”", "Sfond", "It-12 ta' Awwissu ġie ddeżinjat bħala l-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ għall-ewwel darba mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1999, u jservi bħala ċelebrazzjoni annwali tar-rwol taż-żgħażagħ bħala sħab essenzjali fil-bidla, u bħala opportunità biex titqajjem kuxjenza dwar l-isfidi u l-problemi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ fid-dinja.", "It-tema ta' din is-sena “Nittrasformaw l-Edukazzjoni” tenfasizza l-isforzi li qed isiru biex l-edukazzjoni ssir iktar inklużiva u aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, inkluż l-isforzi taż-żgħażagħ infushom.", "L-UE tappoġġa l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni, sabiex b'hekk ikun iktar faċli għaż-żgħażagħ biex jibbenefikaw mill-mobbiltà, u għall-għalliema biex jiksbu l-esperjenza u jikkondividu l-għarfien billi jaħdmu madwar l-Ewropa.", "Fl-2017 l-UE investiet ammont rekord ta' €2.8 biljun fil-programm Erasmus+, li fih ipparteċipaw iktar minn 3.7 miljun persuna mill-2014 'l hawn.", "Il-Kummissjoni qed tipproponi li jkun hemm enfasi iktar b'saħħitha fuq iż-żgħażagħ fil-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-2021-2027, u qed tippjana li tirdoppja l-baġit għall-Erasmus+ għal €30 biljun.", "Erasmus+ huwa miftuħ għal ħafna individwi u organizzazzjonijiet, għalkemm l-eliġibbiltà tvarja minn azzjoni għall-oħra u minn pajjiż għall-ieħor.", "Il-pajjiżi (l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi li mhumiex Stati Membri) li jistgħu jieħdu sehem huma maqsuma f'pajjiżi tal-programm (li jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-programm Erasmus+) u f'pajjiżi sħab (li jistgħu jipparteċipaw f'ċerti azzjonijiet tal-programm, soġġetti għal kriterji jew kundizzjonijiet speċifiċi).", "Il-lista tal-pajjiżi kollha u l-Gwida tal-Programm Erasmus+, li fiha iktar informazzjoni dettaljata dwar il-pajjiżi eliġibbli, huma disponibbli online.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Erasmus+", "DiscoverEU", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà", "L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ", "Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni", "Is-Suq Uniku Diġitali", "L-Alleanza bejn l-Afrika u l-Ewropa", "L-Inizjattiva Youth Plug-in tal-UE u tal-UA", "One Young World Peace Ambassadors", "Il-Programm tal-Mexxejja Żgħażagħ"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/CJE_10_96", "title": "Kommemorazzjoni tal-5 snin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Thu, 30 Sep 2010 22:00:00 GMT", "text": ["Stampa u Informazzjoni", "It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea", "STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Nru 96/10", "il-Lussemburgu, 1 ta' Ottubru 2010", "Kommemorazzjoni tal-5 snin tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku", "Illum, fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu, inżammet konferenza biex jiġi ċċelebrat il-ħames anniversarju tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.", "Il-konferenza nfetħet bl-indirizzi ta' merħba minn Paul Mahoney, President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, minn Vassilios Skouris, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll minn Marc Jaeger, President tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.", "Fl-okkażjoni ta' din il-kommemorazzjoni, inżammu workshops bit-tema “It-trattazzjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Pubbliku : aspetti speċifiċi tal-proċedura” u “Il-ġurisprudenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku : kwistjonijiet bażiċi” bil-parteċipazzjoni ta' membri tal-ġudikatura, professuri u avukati speċjalizzati fil-qasam tas-servizzi pubbliku Ewropew u internazzjonali, uffiċjali għolja tal-istituzzjonijiet Ewropej u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet professjonali u sindakali.", "Dokument mhux uffiċjali għall-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni li ma jorbotx lill-Qorti tal-Ġustizzja.", "Kuntatt għall-istampa: Christopher Fretwell (+352) 4303 3355"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/QANDA_20_1562", "title": "Ilma urban mormi: L-għaxar Rapport dwar l-implementazzjoni", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO,PR-GREENDEAL", "date": "Wed, 09 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["It-trattament tal-ilma mormi, kif inhu relatat mal-irkupru tal-UE?", "Il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll il-ġlieda kontra t-tniġġis, huma prijoritajiet ewlenin li jiggwidaw il-ħidma tal-Kummissjoni lejn l-irkupru.", "Il-pandemija tal-COVID-19 żiedet aktar minn qatt qabel ir-rieda għall-ħidma favur is-saħħa u l-ambjent.", "It-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE fil-ġlieda kontra t-tniġġis huwa essenzjali biex tittejjeb ir-reżiljenza tal-ekosistemi u tal-bniedem u biex tingħata għajnuna biex jiġu żgurati arja, ilma, ħamrija u ikel nodfa kif ukoll prodotti tal-konsumatur sikuri f'kull ħin.", "Il-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru jipprovdu opportunità tajba biex il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi jsiru aħjar bħala parti mill-isforzi ta' rkupru għall-preservazzjoni tas-saħħa pubblika u tal-ambjent.", "Fir-Rapport tagħha, il-Kummissjoni tinnota li d-Direttiva mhijiex implimentata bis-sħiħ u li xi Stati Membri għadhom pjuttost lura fl-implimentazzjoni tagħha, fejn l-isfidi prinċipali huma l-finanzjament u l-ippjanar.", "Il-Kummissjoni, kif tiżgura li l-Istati Membri kollha jimplimentaw id-Direttiva b'mod sħiħ?", "L-għaxar rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD) juri li l-livelli ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri huma differenti ħafna.", "Għalhekk, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri rilevanti biex isir l-aħjar użu possibbli mill-opportunitajiet offruti mill-baġit il-ġdid tal-UE u mill-Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa, biex jiġu prijoritizzati t-trattament tal-ilma u l-protezzjoni tas-saħħa.", "Bis-saħħa tal-istudju reċenti tal-OECD dwar l-istima tal-ħtiġijiet ta' investiment u tal-kapaċitajiet ta' finanzjament għall-investiment relatat mal-ilma, għandna stampa aħjar tad-diskrepanzi fl-investiment fost l-Istati Membri tagħna.", "Filwaqt li l-appoġġ lill-Istati Membri permezz tal-finanzjament tal-UE se jkompli, jidher ċar li diversi opzjonijiet biex tittejjeb il-likwidità tal-baġits nazzjonali, bħal żieda fit-tariffi tal-ilma u/jew l-użu tar-responsabbiltà estiża tal-produttur biex tiġi żgurata applikazzjoni aħjar tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati u vvalutati bir-reqqa.", "Fir-Rapport, inti ssemmi li qed tikkunsidra azzjonijiet ulterjuri dwar kif tindirizza l-oqsma li jeħtieġu titjib.", "Tista' tipprovdi aktar dettalji?", "Id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi ġiet adottata 30 sena ilu biex tipproteġi l-ambjent mill-effetti negattivi tal-iskariki ta' ilma mormi mhux ittrattat.", "L-Evalwazzjoni REFIT tal-2019 sabet li d-Direttiva hija ġeneralment effettiva u effiċjenti, iżda għad hemm lok għal titjib.", "Dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw għadd ta' sorsi ta' tniġġis “li jifdal”, bħal: ilma tal-maltemp, fajd, skariki tal-ilma urbani, sistemi individwali u żoni residenzjali żgħar.", "Barra minn hekk, hemm bżonn li d-Direttiva tiġi mmodernizzata biex jiġi żgurat li tindirizza b'mod xieraq problemi bħall-kontaminanti li bdew iħassbuna iktar reċentement (eż. il-farmaċewtiċi u l-mikroplastik) u t-tibdil fil-klima, u li tiġi aġġustata għall-progress teknoloġiku l-aktar reċenti.", "Il-valutazzjoni tal-impatt se tanalizza kif l-aħjar jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati.", "X'inhuma l-azzjonijiet ewlenin tal-UE biex tittejjeb l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi?", "Fost id-diversi għodod disponibbli, l-aktar għodod rilevanti huma dawn li ġejjin:", "Ir-Rapport jgħid li l-implimentazzjoni mtejba tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi tgħin biex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.", "Dan kif jista' jiġi vverifikat?", "L-implimentazzjoni mtejba tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) bis-saħħa tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi tista' tintwera permezz tal-monitoraġġ, fuq perjodu ta' żmien, ta' parametri differenti fi xmajjar, lagi u korpi tal-ilma oħrajn.", "Wieħed minn dawn il-parametri huwa d-Domanda Bijoloġika ta' Ossiġenu (DBO), li huwa relatat direttament mat-tnaqqis tal-ossiġenu u mal-ewtrofikazzjoni.", "Ir-Rapport juri kemm materjal organiku minn ilma mormi trattat (imkejjel bħala DBO) ġie skarikat fix-xmajjar fid-disgħinijiet, kemm ġie skarikat f'dawn iż-żminijiet u kemm jiġi skarikat jekk id-Direttiva tiġi implimentata bis-sħiħ.", "Jirriżulta tnaqqis ċar tad-DBO u dan jindika kwalità aħjar tal-ilmijiet tal-UE matul dawn l-aħħar għoxrin sena.", "Tali titjib iwassal ukoll għal titjib fil-bijodiversità akkwatika, f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u mal-Istrateġija l-ġdida għall-Bijodiversità.", "Aktar rekwiżiti dwar it-trattament fl-ambitu tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi jwasslu għal aktar ħama mniġġes.", "Xi Stati Membri diġà bdew jipprojbixxu l-użu mill-ġdid tal-ħama fl-agrikoltura.", "Il-Kummissjoni, x'qed tippjana li tagħmel biex tittratta din il-problema u biex tallinja d-Direttiva mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari?", "Il-Kummissjoni hija konxja mill-problemi relatati mal-ħama u, f'konformità mal-ambizzjoni ta' Tniġġis Żero u kif imħabbar fil-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, se tiżviluppa Pjan Integrat għall-Ġestjoni tan-Nutrijenti biex tiżgura applikazzjoni aktar sostenibbli tan-nutrijenti u tinċentiva s-swieq tan-nutrijenti rkuprati.", "Biex tifhem il-konsegwenzi ambjentali u tas-saħħa dovuti għall-użu mill-ġdid tal-ħama fl-agrikoltura, il-Kummissjoni qed twettaq Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ b'mod parallel mal-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi.", "L-objettiv huwa li jiġi vvalutat kif ir-rieżami possibbli taż-żewġ Direttivi jista' jtejjeb l-użu sikur tal-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura, u b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”.", "Is-sorveljanza tal-ilma mormi hija utli biex tgħin fil-monitoraġġ tat-tixrid tal-COVID-19?", "Fil-bidu nett tal-pandemija tal-COVID-19, l-ilma mormi ġie investigat bħala indikatur tal-preżenza tal-virus fost il-popolazzjoni tal-UE u ta' lil hinn minnha.", "L-investigazzjonijiet urew li l-virus jidher fi żmien ftit sigħat fl-ippurgar uman f'każ ta' infezzjoni, indipendentement minn jekk il-pazjent jurix ftit jew ħafna sintomi tal-COVID-19, u anki jekk ma juri ebda sintomu.", "Konsegwentement, il-preżenza tal-virus instabet fi ftit faċilitajiet tat-trattament tal-ilma mormi qabel ma l-virus infirex fost il-popolazzjoni u qabel ma feġġew l-ewwel sintomi mediċi.", "Is-sejbiet urew li s-sistemi tad-drenaġġ u s-sorveljanza tagħhom huma għodda ideali, irħisa u affidabbli biex tinkiseb l-istampa kollha flimkien ma' swab tests, testijiet tad-demm u apps tat-traċċar.", "Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-istat ta' tħejjija tal-UE għas-saħħa fuq żmien qasir għal tifqigħat futuri tal-COVID-19[2], ta' Lulju 2020, identifikat is-sorveljanza tal-ilma mormi bħala qasam ta' azzjoni għas-sorveljanza tas-saħħa pubblika.", "Sa mill-bidu tal-pandemija, il-Kummissjoni Ewropea nediet inizjattiva, permezz tas-Servizz Xjentifiku tagħha, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, biex jiġu vvalutati b'mod konġunt kampjuni tal-ilma mormi u tinġabar data mill-Istati Membri, biex ikun hemm aktar standardizzazzjoni fil-kampjunar u fl-analiżi li ssir, biex jiġu ppubblikati l-ewwel riżultati u jiġu ffaċilitati l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki.", "Għal aktar informazzjoni", "IP/20/1563", "[1] Il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej https://cohesiondata.ec.europa.eu/EU-Level/ESIF-Categorisation-Intervention-Fields-with-filte/8m22-gy44", "[2] https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/communication_-_short-term_eu_health_preparedness.pdf"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1568", "title": "Id-diżinformazzjoni: L-UE tivvaluta l-Kodiċi ta' Prattika u tippubblika rapporti tal-pjattaforma dwar id-diżinformazzjoni relatata mal-coronavirus", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DISINFO", "date": "Wed, 09 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni u l-effettività tal-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni.", "Il-valutazzjoni turi li l-Kodiċi wera li huwa strument siewi ħafna, l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu madwar id-dinja, u pprovda qafas għal djalogu strutturat bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti biex tiġi żgurata trasparenza akbar tal-politiki tal-pjattaformi kontra d-diżinformazzjoni fi ħdan l-UE.", "Fl-istess ħin, il-valutazzjoni tenfasizza ċerti nuqqasijiet, prinċipalment minħabba n-natura awtoregolatorja tal-Kodiċi.", "Fi kliem Věra Jourová, il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza: “Il-Kodiċi ta' Prattika wera li l-pjattaformi online u s-settur tar-reklamar kapaċi jagħmlu l-almu tagħhom biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni meta jitqiegħdu taħt skrutinju pubbliku.", "Iżda l-pjattaformi jeħtieġ li jkunu aktar responsabbli u jagħtu kont ta' ħidmiethom; jeħtieġ li jsiru aktar trasparenti.", "Wasal iż-żmien li mmorru lil hinn mill-miżuri awtoregolatorji.", "L-Ewropa tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tkun minn ta' quddiem u tipproponi strumenti għal demokrazija aktar reżiljenti u ġusta f'dinja dejjem aktar diġitali.\"", "Fi kliem Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern: \"L-organizzazzjoni u s-sigurtà tal-ispazju tal-informazzjoni diġitali tagħna saru prijorità.", "Il-Kodiċi huwa eżempju ċar ta' kif l-istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu jaħdmu b'mod aktar effiċjenti ma' kumpaniji tat-teknoloġija biex iwasslu benefiċċji reali għas-soċjetà tagħna.", "Dan huwa għodda unika biex l-Ewropa tkun assertiva fid-difiża tal-interessi u l-valuri tagħha.", "Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni hija responsabbiltà kondiviża, li s-settur tat-teknoloġija u tar-reklamar irid jassumi bis-sħiħ.”", "Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA), qed taħdem ma' pjattaformi online u assoċjazzjonijiet tar-reklamar biex timmonitorja l-implimentazzjoni effettiva tal-impenji stabbiliti fil-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni.", "Il-valutazzjoni tal-Kodiċi tkopri l-ewwel 12-il xahar ta' operazzjoni tiegħu.", "Dan wassal għal riżultati pożittivi.", "B'mod partikolari, żied l-obbligu ta' rendikont u l-iskrutinju pubbliku tal-pjattaformi tal-miżuri meħuda mill-firmatarji biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni fi ħdan l-UE.", "Madankollu, il-kwalità tal-informazzjoni żvelata mill-firmatarji tal-Kodiċi għadha insuffiċjenti u n-nuqqasijiet jillimitaw l-effettività tal-Kodiċi.", "Il-valutazzjoni identifikat in-nuqqasijiet li ġejjin:", "Rapporti dwar azzjonijiet meħuda għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni relatata mal-coronavirus", "Mindu faqqgħet il-pandemija tal-coronavirus u l- “infodemika”, il-Kummissjoni stabbiliet approċċ Ewropew bilanċjat u komprensiv dwar id-diżinformazzjoni relatata mal-coronavirus fil-Komunikazzjoni Konġunta tal-10 ta' Ġunju 2020 u żammet kuntatt mill-qrib mal-pjattaformi li jaderixxu mal-Kodiċi ta' prattika biex tiżgura li s-salvagwardji tiegħu jiġu applikati b'mod effettiv.", "Il-pjattaformi wrew li jistgħu jkomplu jtejbu l-prestazzjoni tagħhom, meta mqabbla ma' dak li nkiseb qabel taħt il-Kodiċi.", "L-azzjonijiet li ttieħdu wasslu għal riżultati konkreti u li jistgħu jitkejlu, jiġifieri żieda fil-prominenza mogħtija lil sorsi awtorevoli ta' informazzjoni, u d-disponibbiltà ta' għodod ġodda għall-utenti biex jivvalutaw b'mod kritiku l-kontenut online u jirrappurtaw abbużi possibbli.", "Il-kriżi rriżultat ukoll f'żieda fil-kollaborazzjonijiet mar-riċerkaturi u l-verifikaturi tal-fatti u, f'ċerti każijiet, it-tniżżil 'l isfel fil-listi jew it-tneħħija ta' kontenut ivverifikat bħala falz jew qarrieqi u potenzjalment ta' ħsara għas-saħħa tan-nies.", "Għalhekk, flimkien mal-valutazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika, illum il-Kummissjoni qed tippubblika wkoll l-ewwel rapporti ta' bażi dwar l-azzjonijiet meħuda mill-firmatarji tal-Kodiċi għall-ġlieda kontra informazzjoni falza u qarrieqa relatata mal-coronavirus sal-31 ta' Lulju.", "Dan jinkludi inizjattivi biex:", "Il-Kummissjoni se tiġbor, fuq bażi ta' kull xahar, indikaturi speċifiċi mill-pjattaformi biex timmonitorja l-effettività u l-impatt tal-politiki tagħhom fit-trażżin tat-tixrid tad-diżinformazzjoni relatata mal-pandemija tal-coronavirus.", "Filwaqt li tibni fuq l-azzjonijiet elenkati fil-Komunikazzjoni konġunta, u tindirizza n-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-lum tal-Kodiċi, il-Kummissjoni, se twettaq l-approċċ komprensiv tagħha billi sal-aħħar tas-sena, se tippreżenta żewġ inizjattivi komplementari: pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Demokrazija u pakkett dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali.", "Dawn se jkomplu jsaħħu l-ħidma tal-UE biex tiġġieled id-diżinformazzjoni u biex tadatta għat-theddid u l-manipulazzjonijiet li qed jevolvu, tappoġġa l-midja ħielsa u indipendenti, tirregola aħjar l-ispazju tal-informazzjoni diġitali u taġġorna r-regoli bażiċi għas-servizzi kollha tal-internet.", "Konsultazzjoni pubblika dwar tal-ewwel għadha għaddejja sal-15 ta' Settembru filwaqt li l-konsultazzjoni dwar tal-aħħar intemmet aktar kmieni din il-ġimgħa.", "Il-kuntest", "Il-valutazzjoni ppubblikata llum twassal għal punt ta' azzjoni speċifiku tal-Pjan ta' Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni ta' Diċembru 2018, li inkariga lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni komprensiva tal-Kodiċi fil-konklużjoni tal-perjodu inizjali ta' applikazzjoni tiegħu ta' 12-il xahar.", "Il-firmatarji tal-pjattaformi online għall-Kodiċi (Google, Facebook, Twitter, Microsoft, Mozilla u, minn Ġunju 2020, TikTok) impenjaw ruħhom li jistabbilixxu politiki mmirati lejn:", "(1) it-tnaqqis tal-opportunitajiet għall-kollokamenti ta' reklamar u tal-inċentivi ekonomiċi għall-atturi li jxerrdu d-diżinformazzjoni online,", "(2) it-tisħiħ tat-trasparenza tar-reklamar politiku, billi jiġu ttikkettati reklami politiċi u billi jiġu pprovduti repożitorji li fihom jistgħu jsiru tfittxijiet għal dawn ir-reklami,", "(3) tittieħed azzjoni kontra, u tiġi żvelata informazzjoni dwar l-użu minn atturi malizzjużi ta' tekniki manipulattivi fuq is-servizzi tal-pjattaformi mfassla biex iżidu b'mod artifiċjali t-tixrid ta' informazzjoni online u jippermettu li ċerta narrattiva falza tinxtered b'mod virali,", "(4) l-istabbiliment ta' karatteristiċi teknoloġiċi li jagħtu prominenza lil informazzjoni affidabbli, sabiex l-utenti jkollhom aktar strumenti u għodod biex jivvalutaw b'mod kritiku l-kontenut li jaċċessaw online, u", "(5) l-involviment f'attivitajiet kollaborattivi mal-verifikaturi tal-fatti u l-komunità tar-riċerka, inklużi inizjattivi tal-litteriżmu medjatiku.", "Il-kodiċi talab lill-firmatarji, li jinkludu wkoll assoċjazzjonijiet kummerċjali li jirrappreżentaw l-industrija tar-reklamar, biex jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-impenji tagħhom, abbażi ta' rapporti annwali ta' awtovalutazzjoni, u biex jikkooperaw mal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-Kodiċi.", "Il-valutazzjoni ppubblikata llum tqis dawn ir-rapporti annwali ta' awtovalutazzjoni, studju mwettaq minn konsulenza indipendenti, Valdani, Vicari and Associates, rapport ta' monitoraġġ imwettaq mill-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA), u r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-elezzjonijiet tal-2019.", "Aktar informazzjoni", "Il-Kodiċi ta' Prattika kontra d-Diżinformazzjoni", "Il-Pjan ta' Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni tal-2018", "Il-Komunikazzjoni Konġunta – Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19: x'inhuma l-fatti", "Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni matul il-pandemija tal-coronavirus", "Skeda informattiva", "Is-sit web kontra d-diżinformazzjoni msejjaħ EU vs Disinfo – https://euvsdisinfo.eu/think-before-you-share/", "L-Osservatorju Ewropew tal-Midja Diġitali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1579", "title": "Id-diskrepanza tal-VAT: Il-pajjiżi tal-UE tilfu EUR 140 biljun fi dħul mill-VAT fl-2018, b'żieda potenzjali fl-2020 minħabba l-coronavirus", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Wed, 09 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Fl-2018, skont studju ġdid mill-Kummissjoni Ewropea, il-pajjiżi tal-UE tilfu total stmat ta' EUR 140 biljun fi dħul mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT).", "Għalkemm għadha estremament għolja, id-“Diskrepanza globali tal-VAT” ġenerali - jew id-differenza bejn id-dħul mistenni fl-Istati Membri tal-UE u d-dħul effettivament miġbur - tjiebet marġinalment f'dawn l-aħħar snin.", "Madankollu, iċ-ċifri għall-2020 jipprevedu treġġigħ lura ta' din ix-xejra, b'telf potenzjali ta' EUR 164 biljun fl-2020 minħabba l-effetti tal-pandemija tal-coronavirus fuq l-ekonomija.", "F'termini nominali, id-Diskrepanza globali tal-VAT tal-UE naqset ftit bi kważi EUR 1 biljun għal EUR 140.04 biljun fl-2018, tnaqqis li naqqas il-pass minn tnaqqis ta' EUR 2.9 biljun fl-2017.", "Din ix-xejra 'l isfel kienet mistennija tkompli għal sena oħra, għalkemm il-pandemija tal-coronavirus x'aktarx li treġġa' lura x-xejra pożittiva.", "Id-diskrepanza konsiderevoli tal-VAT tal-2018, flimkien mat-tbassir għall-2020 - li se jintlaqtu mill-pandemija tal-coronavirus - għal darb' oħra jenfasizzaw il-ħtieġa għal riforma komprensiva tar-regoli tal-VAT tal-UE biex tintemm il-frodi tal-VAT, u għal aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jiġi promoss il-ġbir tal-VAT filwaqt li jiġu protetti n-negozji leġittimi.", "Il-pakkett reċenti tal-Kummissjoni dwar it-Tassazzjoni Ġusta u Sempliċi (Lulju 2020) jagħti wkoll dettalji dwar għadd ta' miżuri li ġejjin f'dan il-qasam.", "Paolo Gentiloni, il-Kummissarju għall-Ekonomija, qal: “Iċ-ċifri tal-lum juru li l-isforzi biex jingħalqu l-opportunitajiet għall-frodi u l-evażjoni tal-VAT qed jagħmlu progress gradwali - iżda wkoll li hemm bżonn ta' ħafna aktar xogħol.", "Il-pandemija tal-coronavirus biddlet drastikament il-perspettiva ekonomika tal-UE u hija mistennija li tagħti daqqa tajba lid-dħul mill-VAT ukoll.", "F'dan iż-żmien aktar minn qatt qabel, il-pajjiżi tal-UE sempliċement ma jistgħux jaffordjaw telf bħal dan.", "Għalhekk jeħtieġ li nagħmlu aktar biex insaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT b'determinazzjoni mġedda, filwaqt li nissimplifikaw il-proċeduri u ntejbu l-kooperazzjoni transfruntiera.”", "Bħal fl-2017, ir-Rumanija rreġistrat l-ogħla Diskrepanza tal-VAT nazzjonali bi 33.8 % tad-dħul mill-VAT jonqos fl-2018, segwita mill-Greċja (30.1 %) u mil-Litwanja (25.9 %).", "L-iżgħar diskrepanzi kienu fl-Iżvezja (0.7 %), fil-Kroazja (3.5 %) u fil-Finlandja (3.6 %).", "F'termini assoluti, l-ogħla diskrepanzi tal-VAT ġew irreġistrati fl-Italja (EUR 35.4 biljun), fir-Renju Unit (EUR 23.5 biljun) u fil-Ġermanja (EUR 22 biljun).", "Stat Membru", "Id-diskrepanza tal-VAT f'%", "Diskrepanza tal-VAT (f'miljuni ta' EUR)", "Stat Membru", "Id-diskrepanza tal-VAT f'%", "Diskrepanza tal-VAT (f'miljuni ta' EUR)", "Il-Belġju", "10.4 %", "3,617", "Il-Litwanja", "25.9 %", "1,232", "Il-Bulgarija", "10.8 %", "614", "Il-Lussemburgu", "5.1 %", "199", "Iċ-Ċekja", "12.0 %", "2,187", "L-Ungerija", "8.4 %", "1190", "Id-Danimarka", "7.2 %", "2,248", "Malta", "15.1 %", "164", "Il-Ġermanja", "8.6 %", "22,077", "In-Netherlands", "4.2 %", "2,278", "L-Estonja", "5.2 %", "127", "L-Awstrija", "9.0 %", "2,908", "L-Irlanda", "10.6 %", "1,682", "Il-Polonja", "9.9 %", "4,451", "Il-Greċja", "30.1 %", "6570", "Il-Portugall", "9.6 %", "1,889", "Spanja", "6.0 %", "4,909", "Ir-Rumanija", "33.8 %", "6,595", "Franza", "7.1 %", "12,788", "Is-Slovenja", "3.8 %", "148", "Il-Kroazja", "3.5 %", "252", "Is-Slovakkja", "20.0 %", "1,579", "L-Italja", "24.5 %", "35,439", "Il-Finlandja", "3.6 %", "807", "Ċipru", "3.8 %", "77", "L-Iżvezja", "0.7 %", "306", "Il-Latvja", "9.5 %", "256", "Ir-Renju Unit", "12.2 %", "23,452", "Il-prestazzjonijiet individwali madwar l-Istati Membri għadhom ivarjaw b'mod sinifikanti.", "B'mod ġenerali, fl-2018 nofs l-Istati Membri tal-UE-28 irreġistraw distakk ogħla mill-kost unitarju ta' 9.2 %, għalkemm 21 pajjiż raw tnaqqis meta mqabbel mal-2017, l-aktar sinifikanti fl-Ungerija (-5.1 %), il-Latvja (-4.4 %) u l-Polonja (-4.3 %).", "L-akbar żieda dehret fil-Lussemburgu (+2.5 %), segwita minn żidiet marġinali fil-Litwanja (+0.8 %), u fl-Awstrija (+0.5 %).", "Ir-rapport annwali dwar id- “Diskrepanza tal-VAT” ikejjel l-effettività tal-infurzar tal-VAT u l-miżuri ta' konformità f'kull Stat Membru.", "Din tipprovdi stima ta' telf ta' dħul minħabba l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, fallimenti, insolvenzi finanzjarji kif ukoll kalkoli ħżiena.", "Id-diskrepanza tal-VAT hija rilevanti kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Membri peress li l-VAT jagħti kontribut importanti kemm għall-baġits tal-UE kif ukoll għal dawk nazzjonali.", "L-istudju japplika metodoloġija “minn fuq għal isfel” bl-użu ta' data mill-kontijiet nazzjonali biex jipproduċi stimi tad-Diskrepanzi tal-VAT.", "L-edizzjoni ta' din is-sena tinkludi żidiet notevoli, bħal eżerċizzju retrospettiv ta' 20 sena, analiżi ekonometrika mtejba tad-determinanti tad-diskrepanza tal-VAT u projezzjoni tal-impatt potenzjali tar-riċessjoni tal-coronavirus fuq l-evoluzzjoni tad-Diskrepanza tal-VAT.", "Għal aktar informazzjoni, ara l-iskeda informattiva u l-memo tagħna.", "Ir-rapport sħiħ b'informazzjoni dettaljata għal kull Stat Membru huwa disponibbli hawnhekk.", "Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li jappoġġja l-irkupru", "Il-proposti tal-Kummissjoni għal riforma estensiva fis-sistema tal-VAT tal-UE"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1563", "title": "Ilma urban mormi: it-titjib fil-ġbir u fit-trattament tal-ilma fl-UE jgħin biex jitnaqqas it-tniġġis fl-ambjent", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO,PR-GREENDEAL", "date": "Wed, 09 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni ppubblikat l-għaxar rapport ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD), li juri titjib ġenerali fil-ġbir u fit-trattament tal-ilma mormi fil-bliet u fl-irħula tal-Ewropa, iżda jindika li hemm livelli differenti ta' suċċess fost l-Istati Membri.", "Ir-rapport huwa parti mill-isforzi ta' tniġġis żero tal-Kummissjoni u qed isir qabel l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi li se tiġi adottata fil-ġimgħat li ġejjin.", "L-għaxar rapport ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD) juri li r-rati ta' konformità mar-regoli tal-UE għall-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi huma għoljin u li dawn żdiedu meta mqabbla mal-perjodu ta' rappurtar preċedenti.", "Dan jgħin biex jiġi evitat it-tniġġis tal-ambjent.", "Filwaqt li x-xejra baqgħet pożittiva, għadha ma ntlaħqitx konformità sħiħa mad-Direttiva.", "Il-finanzi u l-ippjanar jibqgħu l-isfidi ewlenin għas-settur tas-servizzi tal-ilma.", "Il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd, Virginijus Sinkevičius, stqarr: “Dan ir-rapport jikkonferma li l-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi qed jitjiebu fl-UE kollha.", "Ir-regoli tal-UE kellhom rwol kruċjali fit-titjib tal-kwalità tax-xmajjar, tal-lagi u tal-ibħra tal-kontinent tagħna, b'impatt ta' benefiċċju fuq is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej.", "Madankollu, il-progress ma kienx uniformi u f'xi Stati Membri tal-UE l-infrastruttura tal-ilma mormi għandha nuqqas ta' finanzi u ppjanar.", "Aħna se nagħmlu l-almu tagħna biex nixprunaw l-innovazzjoni u investimenti ġodda fl-infrastruttura ambjentali fl-Ewropa kollha.”", "Ir-rapport juri li 95% tal-ilma mormi fl-UE jinġabar u 88% jiġi trattat b'mod bijoloġiku.", "Filwaqt li x-xejra hija pożittiva, għad fadal x'isir — 1% tal-ilma mormi urban ma jinġabarx u aktar minn 6% tiegħu ma jiġix trattat tajjeb biżżejjed biex jissodisfa l-istandards tat-trattament bijoloġiku sekondarju.", "Il-livelli tal-investimenti attwali f'bosta Stati Membri għadu baxx wisq biex tintlaħaq u tinżamm il-konformità mad-Direttiva fit-tul, b'diversi bliet tal-UE għadhom iridu jibnu jew jimmodernizzaw l-infrastruttura tagħhom għall-ġbir tal-ilma mormi, kif ukoll għall-istabbiliment ta' impjanti tat-trattament moderni.", "Studju tal-OECD ippubblikat dan l-aħħar jipprovdi lill-Unjoni Ewropea bi stampa ċara tad-diskrepanzi fl-investiment.", "Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri rilevanti biex tagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet offruti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid u mill-Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa billi tinkludi t-trattament tal-ilma u s-sanitazzjoni bħala prijorità ewlenija.", "Ir-rapport ikopri aktar minn 23,500 belt fl-UE, li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva, fejn in-nies u l-industrija jiġġeneraw ilma mormi ta' aktar minn 610 miljun ekwivalent ta' popolazzjoni kull sena.", "Dan jikkorrispondi għal madwar 490 miljun banju ta' ilma mormi kuljum.", "Sfond", "Id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi tirrikjedi lill-Istati Membri jiżguraw li l-irħula, il-bliet u l-insedjamenti tagħhom jiġbru u jittrattaw l-ilma urban mormi b'mod xieraq.", "L-ilma mormi mhux ittrattat jista' jkun imniġġes minn kimiċi, batterji u viruses ta' ħsara, u għaldaqstant jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem.", "Barra minn hekk, l-ilma mormi mhux ittrattat iġorr nutrijenti bħan-nitroġenu u l-fosfru, li jistgħu jagħmlu l-ħsara lill-ilma ħelu u lill-ambjent tal-baħar billi jħeġġu t-tkabbir eċċessiv tal-alki, li min-naħa tagħhom jifgaw lil speċijiet oħra, proċess magħruf bħala ewtrofikazzjoni.", "Fl-2019, ġiet ippubblikata evalwazzjoni tad-Direttiva li kkonkludiet li, b'mod ġenerali, din hija adatta għall-iskop tagħha iżda hemm lok għal titjib.", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni nediet valutazzjoni tal-impatt biex tevalwa għażliet ta' politika differenti bl-għan li timmodernizza d-Direttiva.", "Dan jinkludi, fost l-oħrajn, li jinsabu modi kif jiġu indirizzati l-kontaminanti ta' tħassib emerġenti bħall-farmaċewtiċi u l-mikroplastiċi, u li jitqies jekk is-sorveljanza regolari tal-ilma mormi tistax tappoġġa l-istat tat-tħejjija tal-UE għall-ġestjoni tal-pandemija tal-COVID-19, jew ta' mard simili.", "Din il-valutazzjoni tal-impatt se tinvolvi ammont konsiderevoli ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar l-Ilma Urban Mormi: L-għaxar Rapport ta' Implimentazzjoni", "L-għaxar rapport ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD)", "It-trattament tal-ilma urban mormi — Indikaturi"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1586", "title": "Il-Kummissjoni tniedi l-ewwel Rapport ta' Prospettiva Strateġika tagħha: inwittu t-triq lejn Ewropa aktar reżiljenti", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=INTRELADM", "date": "Wed, 09 Sep 2020 07:38:09 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat l-ewwel Rapport ta' Prospettiva Strateġika tagħha, li għandu l-għan li jidentifika l-isfidi u l-opportunitajiet il-ġodda u li jagħti direzzjoni aħjar lill-għażliet strateġiċi tal-Unjoni Ewropea.", "Din il-prospettiva strateġika se tinforma inizjattivi ta' politika ewlenin.", "Hija se tappoġġja lill-Kummissjoni fit-tfassil ta' politiki li jibqgħu validi għall-futur u leġiżlazzjoni li sservi kemm għall-bżonnijiet preżenti kif ukoll għal aspirazzjonijiet fit-tul ta' ċittadini Ewropej.", "Ir-Rapport tal-2020 jippreżenta r-raġunament biex tintuża l-prospettiva fit-tfassil ta' politika tal-UE, u jintroduċi kunċett komprensiv ta' reżiljenza tal-UE.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea UrsulaVon der Leyen qalet: “F'dawn iż-żminijiet ta' sfida, il-mexxejja politiċi jrid ikollhom viżjoni wiesgħa u fit-tul.", "Dan ir-rapport juri l-importanza tar-reżiljenza għal irkupru bsaħħtu u li jdum.", "Għandna l-għan li mmexxu t-tranżizzjonijiet meħtieġa b'mod sostenibbli, ġust u demokratiku.”", "Il-Viċi President, Maroš Šefčovič, inkarigat mir-relazzjonijiet interistituzzjonali u mill-prospettiva, qal: “Il-pandemija mhux biss ġabet fid-deher il-vulnerabilitajiet tagħna, iżda ppreżentat opportunitajiet li l-UE ma tistax titlef.", "Affermat mill-ġdid ukoll il-bżonn li l-politiki tagħna jsiru bbażati fuq l-evidenza, jibqgħu validi għall-futur u jkunu ċċentrati fuq ir-reżiljenza.", "Ma nistgħux nistennew li l-futur isir inqas fixkiel - it-tendenzi u x-xokkijiet il-ġodda se jkomplu jaffettwaw ħajjitna.", "L-ewwel Rapport ta' Prospettiva Strateġika għalhekk jistabbilixxi kif nistgħu nagħmlu lill-Ewropa aktar reżiljenti, billi nsaħħu l-awtonomija miftuħa strateġika tagħna u nibnu futur aktar ġust, newtrali fuq il-klima u diġitalment sovran.”", "Fid-dawl tal-Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa ambizzjuż, ir-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-2020 jqis ir-reżiljenza tal-UE f'erba' dimensjonijiet: dik soċjali u ekonomika, ġeopolitika, ekoloġika u diġitali.", "Għal kull dimensjoni, ir-rapport jidentifika l-kapaċitajiet, il-vulnerabilitajiet u l-opportunitajiet li evidenzjat il-kriżi tal-coronavirus, li jeħtieġ li jiġu indirizzati f'terminu medju jew fit-tul.", "L-inklużjoni ta' Prospettiva Strateġika fit-tfassil tal-Politika tal-UE", "Prospettiva Strateġika tgħin fit-titjib tat-tfassil tal-politika, fl-iżvilupp ta' strateġiji li jibqgħu validi għall-futur u tiżgura li l-azzjonijiet fil-qosor ikunu koerenti mal-objettivi ta' terminu medju.", "Il-Kummissjoni ilha tiddependi fuq il-prospettiva għal ħafna snin; issa hija għandha l-għan li tinkludiha fl-oqsma ta' politika kollha tagħha, biex tisfrutta l-valur strateġiku tagħha.", "L-ewwel eżempju huwa l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Materja Prima Kritika riċenti, bi prospettiva li tgħin tagħti spinta lill-awtonomija miftuħa strateġika tal-UE.", "L-integrazzjoni tal-prospettiva se jinkiseb billi:", "Il-Monitoraġġ tar-Reżiljenza", "Ir-Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-2020 jipproponi prototip ta' tabella ta' indikaturi ta' reżiljenza biex jinbdew diskussjonijiet fost l-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra dwar kif l-aħjar tiġi mmonitorjata r-reżiljenza.", "Dawn id-diskussjonijiet jistgħu jgħinu jidentifikaw il-poteri u d-dgħufijiet tal-assi fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, b'ħarsa lejn tendenzi kbar ħafna ġodda u sfidi antiċipati.", "Dan jista' jgħin biex jitwieġbu d-domandi li jmiss: permezz tal-politiki tagħna u tal-istrateġija ta' rkupru, qed nagħmlu lill-UE aktar reżiljenti?", "Il-Passi li Jmiss:", "Għal Aktar Informazzjoni", "Mistoqsija u Tweġiba: L-ewwel Rapport ta' Prospettiva Strateġika annwali - lejn Ewropa aktar reżiljenti", "Sit Web dwar il-Prospettiva Strateġika", "Rapport ta' Prospettiva Strateġika tal-2020", "Sit Web tal-Kummissjoni dwar ir-rispons tal-Kummissjoni għall-coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1556", "title": "Il-Coronavirus: Il-Kummissjoni tiffinalizza l-portafoll tal-vaċċini wara taħdidiet mas-sitt manifattur", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19", "date": "Tue, 08 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet taħditiet esploratorji ma' BioNTech-Pfizer biex jinxtara vaċċin potenzjali kontra l-COVID-19.", "BioNTech-Pfizer hija s-sitt kumpanija li l-Kummissjoni kkonkludiet taħditiet magħha, wara Sanofi-GSK, Johnson & Johnson, CureVac u Moderna, li t-taħditiet magħhom ġew konklużi fil-31 ta' Lulju, fit-13 ta' Awwissu, fit-18 ta' Awwissu u fl-24 ta' Awwissu rispettivament.", "L-ewwel kuntratt, iffirmat ma' AstraZeneca, daħal fis-seħħ fis-27 ta' Awwissu.", "Bil-kuntratt previst ma' BioNTech-Pfizer, l-Istati Membri kollha tal-UE jkunu jistgħu jixtru l-vaċċin, kif ukoll jagħtuh b'donazzjoni lil pajjiżi b'introjtu aktar baxx u medju jew jiddiriġuh mill-ġdid lejn pajjiżi Ewropej.", "Hu antiċipat li l-Kummissjoni se jkollha stabbilit qafas kuntrattwali għax-xiri inizjali ta' 200 miljun doża f'isem l-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll l-għażla li tixtri 100 miljun doża oħra, li għandhom jiġu fornuti ladarba jkun hemm prova li l-vaċċin huwa sikur u effettiv kontra l-COVID-19.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet: “Kuntenta nħabbar li kkonkludejna taħditiet ma' BioNTech-Pfizer għal xiri inizjali ta' 200 miljun doża ta' vaċċini futuri tal-coronavirus.", "Din hija s-sitt kumpanija farmaċewtika li kkonkludejna taħditiet jew iffirmajna ftehim magħha għal vaċċini potenzjali.", "Dan sar fi żmien rekord.", "Il-possibbiltà li niżviluppaw u nimplimentaw vaċċin sikur u effettiv qatt ma kienet ogħla, kemm għall-Ewropej kontinentali, kif ukoll għall-bqija tad-dinja.", "Biex negħlbu l-coronavirus fi kwalunkwe post fid-dinja, irridu negħlbuh kullimkien.”", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, qalet: “It-taħditiet finali tal-lum ma' BioNTech-Pfizer huma pass importanti ieħor fl-isforzi tagħna biex nibnu portafoll sod u varjat ta' vaċċini kandidati.", "Dan kien l-objettiv tal-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini u dan qed inwettquh.", "Aħna ottimisti li fost dawn il-kandidati se jkun hemm vaċċin sikur u effettiv kontra l-COVID-19 li se jgħinna negħlbu din il-pandemija.”", "BioNTech hija kumpanija bbażata fil-Ġermanja li taħdem flimkien mal-kumpanija Pfizer li hija bbażata fl-Istati Uniti biex tiżviluppa vaċċin ġdid ibbażat fuq l-RNA messaġġier (mRNA).", "L-mRNA għandu rwol fundamentali fil-bijoloġija tal-bniedem, billi jittrasferixxi l-istruzzjonijiet li jidderieġu ċ-ċelloli fil-ġisem biex joħolqu proteini li jipprevjenu jew jiġġieldu l-mard.", "It-taħditiet esploratorji konklużi llum huma maħsuba li jwasslu għal Ftehim Antiċipat ta' Xiri ffinanzjat bl-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza, li jinkludi fondi apposta biex jinħoloq portafoll ta' vaċċini potenzjali bi profili differenti u magħmulin minn kumpaniji differenti.", "Kuntest", "Il-konklużjoni tal-lum tat-taħditiet esploratorji ma' BioNTech u Pfizer hi pass importanti lejn il-konklużjoni ta' Ftehim Antiċipat ta' Xiri, u speċjalment biex titwettaq l-Istrateġija Ewropea għall-Vaċċini, li l-Kummissjoni adottat fis-17 ta' Ġunju 2020.", "Din l-Istrateġija għandha l-għan li tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej kollha jkollhom vaċċini ta' kwalità għolja, sikuri, effettivi u affordabbli fi żmien 12 sa 18-il xahar.", "Biex tagħmel dan, u flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni qed tasal għal Ftehimiet ta' Xiri Antiċipat ma' produtturi tal-vaċċini li jirriżervaw jew jagħtu d-dritt lill-Istati Membri li jixtru numru speċifiku ta' dożi ta' vaċċini b'ċertu prezz, malli vaċċin isir disponibbli.", "Il-Kummissjoni Ewropea hi impenjata wkoll li tiżgura li kull min jeħtieġ vaċċin, ikollu aċċess għalih, ikun fejn ikun fid-dinja.", "Ħadd mhu sikur jekk ma jkunx sikur kulħadd.", "Huwa għalhekk li mill-4 ta' Mejju 2020 sal-lum ġabret madwar €16-il biljun permezz tar-Rispons Globali għall-Coronavirus, l-azzjoni dinjija għall-aċċess universali għal testijiet, trattamenti u vaċċini kontra l-coronavirus u għall-irkupru dinji.", "Għal aktar informazzjoni", "L-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini", "Ir-Rispons tal-UE għall-Coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1572", "title": "Il-Kummissjoni tadotta proposta biex il-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-tariffi jsir effettiv", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Tue, 08 Sep 2020 06:32:52 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat proposta għal regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew biex jitneħħew id-dazji fuq ċerti importazzjonijiet lejn l-UE.", "Min-naħa l-oħra, l-Istati Uniti se tnaqqas id-dazji tagħha fuq ċerti esportazzjonijiet tal-UE lejn is-suq tal-Istati Uniti.", "Dan se jdaħħal fis-seħħ il-ftehim imħabbar mill-UE u l-Istati Uniti fit-21 ta' Awwissu 2020.", "Dan it-tnaqqis fit-tariffi bejn l-UE u l-Istati Uniti se jżid l-aċċess kemm għas-suq tal-UE kif ukoll għal dak tal-Istati Uniti b'madwar EUR 200 miljun fis-sena.", "Il-Viċi President Eżekuttiv Dombrovskis qal: “L-UE u l-Istati Uniti jikkondividu l-aktar sħubija ekonomika importanti fid-dinja, b'kummerċ fi prodotti u servizzi li jiswa aktar minn EUR 1.3 triljun fis-sena.", "Dan il-ftehim jipprovdi liż-żewġ naħat b'eżitu li jgawdi minnu kulħadd, u jgħinna nsaħħu aktar is-sħubija tagħna.", "It-tnaqqis tat-tariffi miż-żewġ naħat itejjeb l-aċċess għall-esportaturi tagħna u jnaqqas l-ispiża tal-prodotti importati.", "Dawn it-tnejn huma fatturi kritikament importanti f'dan iż-żmien ta' kriżi ekonomika relatata mal-coronavirus.", "Min-naħa tal-UE, aħna nqisu dan il-ftehim bħala pass importanti lejn it-titjib tar-relazzjoni tagħna u r-riżoluzzjoni ta' tilwim pendenti.", "Aħna nibqgħu ħerqana li napprofondixxu l-kooperazzjoni transatlantika kull fejn possibbli peress li nemmnu bis-sħiħ li, f'dak li għandu x'jaqsam ma' sfidi verament globali, il-possibbiltajiet li jinkisbu riżultati globali ta' suċċess jittejbu jekk l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jaħdmu flimkien.”", "Ladarba jiġi approvat f'konformità mal-proċeduri rilevanti fuq kull naħa tal-Atlantiku, il-ftehim se jwassal għat-tnaqqis tat-tariffi tal-Istati Uniti fuq l-esportazzjonijiet tal-UE li jiswew madwar $160 miljun fis-sena.", "Dan jinkludi ikliet ippreparati, oġġetti tal-kristall, preparazzjonijiet tal-wiċċ, trabijiet propellanti, lajters u partijiet tal-lajters.", "Min-naħa tagħha, l-UE se telimina t-tariffi fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti mill-awwist ħaj u ffriżat mill-Istati Uniti.", "L-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti ta' dawn il-prodotti lejn l-UE għandhom valur ta' madwar $111 miljun.", "Iż-żewġ naħat se jeliminaw dawk it-tariffi fuq il-bażi tan-nazzjon l-aktar favorit (MFN), jiġifieri għal kwalunkwe sieħeb, f'konformità mal-impenji multilaterali eżistenti.", "Il-miżuri se japplikaw b'effett retroattiv mill-1 ta' Awwissu 2020.", "Għal aktar informazzjoni", "Proposta (anness)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1571", "title": "L-indirizzar tat-tniġġis u t-tibdil fil-klima fl-Ewropa se jtejjeb is-saħħa u l-benesseri, speċjalment għal dawk l-aktar vulnerabbli", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO,PR-GREENDEAL", "date": "Mon, 07 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["It-tniġġis tal-arja u akustiku, l-impatti tat-tibdil fil-klima bħal mewġ ta' sħana, u l-esponiment għal sustanzi kimiċi perikolużi jikkawżaw il-mard fl-Ewropa.", "Ambjenti ta' kwalità baxxa jikkontribwixxu għal 13 % tal-imwiet skont valutazzjoni ewlenija dwar is-saħħa u l-ambjent li nħarġet illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA).", "It-titjib tas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej huwa aktar importanti minn qatt qabel, bl-attenzjoni attwalment ffokata fuq l-indirizzar tal-pandemija tal-COVID-19.", "Il-pandemija tipprovdi eżempju ċar tar-rabtiet kumplessi bejn l-ambjent, is-sistemi soċjali tagħna, u saħħitna.", "Proporzjon sinifikanti tal-piż tal-mard fl-Ewropa għadu jiġi attribwit għat-tniġġis ambjentali li jirriżulta mill-attività tal-bniedem, skont ir-rapport tal-EEA “Healthy environment, healthy lives: how the environment influences health and well-being in Europe” (Ambjent b'saħħtu, ħajjiet b'saħħithom: kif l-ambjent jinfluwenza s-saħħa u l-benesseri fl-Ewropa.)", "Ir-rapport, li jagħmel użu estensiv mid-data tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kawżi tal-mewt u l-mard, jenfasizza kif il-kwalità tal-ambjent tal-Ewropa għandha rwol ewlieni fid-determinazzjoni tas-saħħa u l-benesseri tagħna.", "Dan juri kif il-privazzjoni soċjali, l-imġiba ta' ħsara għas-saħħa u t-tibdil demografiku fl-Ewropa jinfluwenzaw is-saħħa ambjentali, bl-aktar vulnerabbli l-agħar milquta.", "“Hemm rabta ċara bejn l-istat tal-ambjent u s-saħħa tal-popolazzjoni tagħna.", "Kulħadd irid jifhem li billi nieħdu ħsieb il-pjaneta tagħna, mhux biss nkunu qed insalvaw l-ekosistemi, iżda wkoll il-ħajjiet, speċjalment dawk li huma l-aktar vulnerabbli.", "L-Unjoni Ewropea hija ddedikata għal dan l-approċċ u bl-Istrateġija ġdida għall-Bijodiversità, il-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari u inizjattivi oħra li jmiss, qegħdin fit-triq biex nibnu Ewropa aktar reżiljenti u aktar b'saħħitha għaċ-ċittadini Ewropej u lil hinn,” qal Virginijus Sinkevičius, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd.", "“Il-COVID-19 kienet twissija oħra li għamlitna konxji ħafna tar-relazzjoni bejn l-ekosistemi u s-saħħa tagħna u l-ħtieġa li niffaċċjaw il-fatti — il-mod kif ngħixu, nikkonsmaw u nipproduċu huwa ta' detriment għall-klima u jħalli impatt negattiv fuq saħħitna.", "Mill-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal ikel sostenibbli u tajjeb għas-saħħa għall-Pjan futur Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Kanċer, għamilna impenn qawwi biex nipproteġu saħħet iċ-ċittadini u l-pjaneta tagħna,” qalet Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari.", "“Filwaqt li qed naraw titjib fl-ambjent fl-Ewropa u fokus ċar fuq futur sostenibbli fil-Patt Ekoloġiku, ir-rapport jindika li hija meħtieġa azzjoni qawwija biex jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, peress li l-faqar spiss jimxi id f'id ma' għajxien f'kundizzjonijiet ambjentali ħżiena u stat ta' saħħa batut.", "L-indirizzar ta' dawn il-konnessjonijiet għandu jkun parti minn approċċ integrat lejn Ewropa aktar inklużiva u sostenibbli,” qal Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA.", "Ir-rapport jenfasizza li huwa meħtieġ approċċ integrat għall-politiki dwar l-ambjent u s-saħħa biex jiġu indirizzati r-riskji ambjentali, jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli u jiġu rrealizzati bis-sħiħ il-benefiċċji li toffri n-natura b'appoġġ għas-saħħa u l-benesseri.", "Natura b'saħħitha hija mekkaniżmu ewlieni fit-twassil tas-saħħa pubblika, filwaqt li jitnaqqas il-mard u jitrawwmu saħħa tajba u benesseri.", "Is-soluzzjonijiet ekoloġiċi joffru rebħa tripla għas-saħħa, is-soċjetà u l-ambjent.", "Spazji ekoloġiċi u marittimi ta' kwalità f'żoni urbani jappoġġaw is-saħħa u l-benesseri, filwaqt li joffru postijiet għall-attività fiżika, għar-rilassament u għall-integrazzjoni soċjali, b'benefiċċji kbar għal komunitajiet fqar.", "Spazji ekoloġiċi u marittimi jnaqqsu s-sħana mill-ibliet matul mewġ ta' sħana, itaffu l-ilmijiet tal-għargħar, inaqqsu t-tniġġis akustiku u jappoġġaw il-bijodiversità urbana.", "Matul il-pandemija tal-COVID-19, ħafna kummentaturi nnotaw apprezzament imġedded tal-benefiċċji għas-saħħa mentali u l-benesseri mogħti minn aċċess għal spazju ekoloġiku u marittimu, speċjalment f'żoni urbani.", "Fl-UE, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirrappreżenta bidla kritika li tistabbilixxi direzzjoni għall-aġenda ta' politika Ewropea u jistabbilixxi strateġija sostenibbli u inklużiva biex jittejbu s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tan-nies, biex tieħu ħsieb in-natura, u biex ħadd ma jitħalla jibqa' lura."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1561", "title": "L-integrazzjoni tal-migranti u tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol: Il-Kummissjoni u s-sħab soċjali u ekonomiċi jerġgħu jikkooperaw mill-ġdid", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,HOMEAFF,PR-PROT,PR-ECOM", "date": "Sun, 06 Sep 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni, it-trade unions, il-kmamar tal-kummerċ u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi qed iġeddu l-kooperazzjoni tagħhom biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-migranti u tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol.", "Permezz ta' dikjarazzjoni konġunta maħruġa llum, huma jenfasizzaw fuq l-oqsma li għandhom jiffukaw fuqhom fil-futur, u jesprimu l-interess li jkomplu jikkooperaw fil-qasam tal-migrazzjoni tal-ħaddiema permezz tas-Sħubija Ewropea dwar l-Integrazzjoni li tnediet fl-2017.", "Il-firmatarji jaffermaw mill-ġdid l-importanza ta' approċċ b'diversi partijiet ikkonċernati għall-integrazzjoni bikrija fis-suq tax-xogħol li tkun ta' benefiċċju kemm għar-refuġjati kif ukoll għall-ekonomija u s-soċjetà inġenerali.", "Il-Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali, Nicolas Schmit, qal: “Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ma jagħmel l-ebda distinzjoni minn fejn jiġu n-nies.", "Irrispettivament mill-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, kulħadd għandu dritt għal trattament u għal opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-impjiegi.", "L-għajnuna lir-refuġjati biex jintegraw fis-suq tax-xogħol permezz tat-titjib tal-ħiliet u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità hija ferm importanti għad-dinjità tagħhom, u hija kruċjali għall-koeżjoni soċjali tal-Ewropa.”", "Il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni, Ylva Johansson, qalet: “L-użu aħjar tal-ħiliet u tal-potenzjal tar-refuġjati u tal-migranti jagħmel is-swieq tax-xogħol tagħna aktar inklużivi u jikkontribwixxi għall-prosperità u l-koeżjoni tas-soċjetà Ewropea.", "Ix-xhur li għaddew urew li l-ħaddiema migranti u l-imprendituri għandhom ħiliet u talenti u jikkontribwixxu għall-irkupru tal-ekonomija tal-Ewropa.", "Illum, qed inġeddu l-impenn tagħna biex nappoġġaw l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, it-trade unions u l-kmamar tal-kummerċ fl-involviment tagħhom mar-refuġjati, u aħna lesti nkomplu nifirxu l-kooperazzjoni tagħna, pereżempju rigward il-migrazzjoni tal-ħaddiema.”", "Sa mit-tnedija tliet snin ilu tas-Sħubija Ewropea għall-Integrazzjoni, il-Kummissjoni ffinanzjat proġetti implimentati minn organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali u ekonomiċi biex jippromwovu l-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol.", "Fost l-eżempji hemm il-proġett Labour-INT, li jappoġġja l-integrazzjoni tar-refuġjati mill-wasla tagħhom sa fuq il-post tax-xogħol, permezz ta' valutazzjoni tal-ħiliet, ta' taħriġ u ta' kollokament f'impjieg fl-Italja, il-Ġermanja u l-Belġju; jew l-Iskema ta' Azzjoni Ewropea għall-Integrazzjoni tar-Refuġjati li topera fil-Bulgarija, il-Greċja, l-Italja u Spanja.", "Is-sħab soċjali u ekonomiċi stabbilew ukoll inizjattivi f'20 Stat Membru, bħall-pjattaforma fachkraeftepotenzial imnedija mill-Kamra Ekonomika Federali Awstrijaka li tipprovdi informazzjoni lil kumpaniji li jixtiequ jimpjegaw lir-refuġjati.", "Il-firmatarji, filwaqt li komplew jibnu fuq dawn il-kisbiet, qablu li jiffukaw l-isforzi futuri fuq tliet oqsma: ir-rabta bejn il-partijiet ikkonċernati fl-ekonomija u fis-soċjetà għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol; l-appoġġ lill-intraprenditorija; u l-iffaċilitar tal-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-validazzjoni tal-ħiliet.", "B'mod parallel, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali u ekonomiċi għandhom l-għan li jesploraw kif jestendu d-djalogu u l-kooperazzjoni futura tagħhom għall-qasam tal-migrazzjoni tal-ħaddiema f'konformità mal-objettivi tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa u l-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li jmiss.", "Dan jista' jiffoka fuq kif jistgħu jittejbu l-kanali ta' migrazzjoni tal-ħaddiema biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet li qed jinbidlu tal-Ewropa.", "Il-kuntest", "Permezz tas-Sħubija Ewropea għall-Integrazzjoni ffirmata fl-20 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali u ekonomiċi ngħaqdu flimkien biex jippromwovu l-integrazzjoni tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol.", "L-objettivi tas-Sħubija huma li tissaħħaħ l-integrazzjoni bikrija tar-refuġjati fis-suq tax-xogħol, jiġi żgurat li l-integrazzjoni tkun ta' benefiċċju għar-refuġjati kif ukoll għall-ekonomija u s-soċjetà inġenerali, u jiġi promoss approċċ b'diversi partijiet ikkonċernati (li jinvolvi l-awtoritajiet pubbliċi, is-servizzi tal-impjiegi, is-sħab soċjali u ekonomiċi, l-organizzazzjonijiet tan-negozju, il-kmamar tal-kummerċ u tal-industrija, il-kmamar tas-snajja', il-kumpaniji u l-impjegati, l-impjegaturi tas-servizzi pubbliċi, il-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili).", "Għal aktar informazzjoni", "Dikjarazzjoni Konġunta", "Sħubija Ewropea għall-Integrazzjoni — is-sit web tal-Kummissjoni"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1328", "title": "Il-Baġit tal-UE għal bejn l-2021 u l-2027: Il-Kummissjoni tilqa' l-pożizzjoni tal-Istati Membri dwar il-Programm InvestEU", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Wed, 20 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-ftehim politiku fost l-Istati Membru dwar InvestEU, il-programm li ġie propost biex tingħata spinta lill-investiment privat u pubbliku fl-Ewropa fil-baġit fit-tul li jmiss tal-UE.", "B'dan il-Ftehim il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jibdew diskussjoni interistituzzjonali għall-adozzjoni tal-programm.", "InvestEU se jissimplifika l-aċċess għall-finanzjament tal-UE għal proġetti ta' investiment filwaqt li jagħmluh aktar effiċjenti.", "Dan il-programm se jiġbor flimkien taħt saqaf wieħed u b'marka waħda l-14-il strument finanzjarju tal-UE li bħalissa huma disponibbli biex isostnu l-investiment.", "Il-Viċi President Jyrki Katainen, responsabbli mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “InvestEU hija t-tweġiba tas-seklu 21 għall-ħtiġijiet ta' investiment tal-UE u dan il-ftehim bejn l-Istati Membri huwa pass importanti lejn il-ħolqien ta' dak il-programm.", "Bl-attivazzjoni ta' mill-anqas EUR 650 biljun f'investiment addizzjonali fl-UE, InvestEU se jqawwi l-kompetittività tagħna f'appoġġ għal ekonomija ċirkolari aktar intelliġenti, soċjetà aktar koeżiva u newtralità klimatika.”", "Permezz tal-għoti ta' garanzija baġitarja tal-UE ta' mill-anqas EUR 38 biljun, il-Fond InvestEU se jinkludi riżorsi pubbliċi u privati biex jiġu mmobilizzati investimenti f'erba' oqsma ewlenin: fl-infrastruttura sostenibbli; fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fid-diġitalizzazzjoni; għal intrapriżi zgħar u medji; u fl-investiment soċjali u l-ħiliet.", "Il-ħolqien tal-impjiegi, l-ixprunar tal-investiment u l-kisba ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli kienu l-prijoritajiet ewlenin tal-President Jean-Claude Juncker minn mindu l-Kummissjoni bdiet il-mandat tagħha f'Novembru 2014.", "Il-proposta tal-Kummissjoni dwar InvestEU tibni fuq is-suċċess tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa – il-Pjan Juncker – li diġà mmobilizza EUR 380 biljun ta' investimenti minn mindu tnieda u għen lil 842,000 intrapiża żgħira u medja fl-UE.", "L-aspetti baġitarji tal-InvestEU huma suġġetti għall-ftehim kumplessiv dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, propost mill-Kummissjoni f'Mejju tal-2018.", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa: Il-Programm InvestEU għall-appoġġ tal-impjiegi, it-tkabbir u l-innovazzjoni fl-Ewropa", "Memo: Il-Programm InvestEU - mistoqsijiet u tweġibiet", "Skeda informattiva: X'inhu InvestEU?", "Skeda informattiva: InvestEU - x'se jkun qed jiffinanzja?", "Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Programm InvestEU", "Il-baġit tal-UE għall-futur", "Segwi lill-Viċi President Katainen fuq Twitter: @jyrkikatainen", "#InvestEU"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_1329", "title": "Dikjarazzjoni mill-Kummissarju Jourová fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew għall-Vittmi tal-Kriminalità", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC,CRIMLAW", "date": "Wed, 20 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["“Illum ħsibijieti huma f'dawk it-tfal, in-nisa u l-irġiel kollha li xi darba sfaw vittmi tal-kriminalità.", "U f'dan il-jum għal darba oħra nsellem it-tifkira ta' Ján Kuciak, li nqatel sena ilu.", "Jeħtieġ li nipproteġu lill-ġurnalisti tagħna minn kull forma ta' intimidazzjoni u attakki.", "Kull wieħed u waħda minna jista' jisfa vittma tal-kriminalità.", "Madankollu, mhux il-vittmi kollha jirrappurtaw li jkunu sofrew minn reat: għal 25 miljun reat kriminali rrappurtati fl-UE, aħna nistmaw li 75 miljun oħra ma jiġux irrappurtati.", "Irridu ntemmu dan.", "Ħafna drabi l-vittmi ma jirrappurtawx lill-pulizija minħabba li jkunu jibżgħu mit-trażgressur jew milli jsofru l-konsegwenzi negattivi tal-proċedimenti kriminali.", "Illum il-vittmi kollha tal-kriminalità fl-UE jgawdu minn sett ta' drittijiet ċari, indipendentement minn fejn fl-Unjoni Ewropea jseħħ ir-reat.", "B'mod partikolari, id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, li daħlet fis-seħħ f'Novembru 2015, tipprovdi d-drittijiet li għandhom jiġu rikonoxxuti u trattati b'mod rispettuż, professjonali u mhux diskriminatorju.", "L-għan ewlieni ta' dawn l-istandards għoljin huwa li jiġi evitat li l-vittmi jsofru dannu addizzjonali matul il-proċedimenti kriminali.", "Tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni, xi Stati Membri għadhom ma ttrasponewx din ir-regola tal-UE.", "Il-Kummissjoni għamlet l-implimentazzjoni tad-Direttiva prijorità u hija determinata li tiżgura li taħdem sew fil-prattika.", "Se niżgura li dawn ir-regoli tal-UE jiġu applikati fl-Unjoni kollha.", "Se nieħu l-passi kollha meħtieġa, inklużi azzjonijiet legali.", "Irrispettivament minn fejn tgħix jew minn fejn tiġi, jekk tisfa vittma ta' delitt fl-Ewropa għandek dejjem tirċievi l-għajnuna u l-appoġġ li jissodisfaw il-ħtiġijiet tiegħek.”", "Sfond", "It-22 ta' Frar jfakkar il-Jum Ewropew għall-vittmi ta' reati.", "Il-Kummissjoni Ewropea ħadet għadd mifrux ta' azzjonijiet li jindirizzaw il-ġlieda kontra l-vjolenza u li jgħinu lill-vittmi tal-kriminalità:", "Għal Aktar Informazzjoni", "Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi", "Skeda informattiva dwar id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi", "Domandi u Risposti"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_721", "title": "Il-politika tal-UE dwar il-viżi: il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim biex jissaħħu r-regoli tal-viża tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF", "date": "Tue, 19 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["*", "Illum l-Istati Membri approvaw il-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni li tiġi modernizzata l-politika komuni tal-UE dwar il-viżi.", "B'hekk, ir-regoli għandhom jiġu adattati għat-theddid li qed jiżviluppa b'rabta mas-sigurtà, għall-isfidi marbuta mal-migrazzjoni u għall-opportunitajiet ġodda offruti mill-iżviluppi teknoloġiċi.", "Il-bidliet miftiehma se jagħmluha iktar faċli biex vjaġġaturi leġittimi jkunu jistgħu jiksbu viża biex jiġu l-Ewropa, u b'hekk se jiġi ffaċilitat it-turiżmu, il-kummerċ u n-negozju, filwaqt li se tissaħħaħ is-sigurtà u se jonqsu r-riskji tal-migrazzjoni irregolari.", "Filwaqt li laqa' l-approvazzjoni, il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni, u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos qal: “Nilqa' l-ftehim dwar dan id-dossier importanti.", "Ir-regoli l-ġodda tal-viża se jiffaċilitaw l-ivvjaġġar għall-miljuni ta' vjaġġaturi leġittimi li jżuru l-UE kull sena biex jibbenefikaw mill-industrija tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu tagħna.", "Barra minn hekk, fl-istess waqt se jtejbu u jsaħħu l-istandards ta' sigurtà tagħna b'detezzjoni ta' dawk li jirrappreżentaw theddida jew m'għandhomx dritt jidħlu fl-UE.", "Bir-regoli l-ġodda se nkunu nistgħu wkoll nużaw il-poter tal-politika dwar il-viżi tagħna fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi mhux tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mar-ripatrijazzjoni u mar-riammissjoni ta' migranti irregolari.”", "Ir-regoli l-ġodda jinkludu b'mod partikolari:", "Il-passi li jmiss", "Fid-29 ta' Jannar il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposta tal-Kummissjoni li tiġi modernizzata l-politika tal-UE dwar il-viżi.", "Illum il-ftehim ġie kkonfermat mill-Istati Membri u issa jrid jiġi approvat ukoll mill-Parlament Ewropew.", "Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill imbagħad iridu jadottaw ir-Regolament b'mod formali.", "It-test adottat se jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u r-regoli l-ġodda se jibdew japplikaw sitt xhur wara.", "B'mod parallel, bħalissa għaddejjin negozjati dwar il-proposta tal-Kummissjoni li tiġi aġġornata s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (il-bażi ta' data li fiha informazzjoni dwar persuni li japplikaw għal viżi ta' Schengen).", "Dan l-aġġornament huwa wkoll parti mir-riforma tal-politika komuni tal-UE dwar il-viżi u għandu l-għan li jiżgura aħjar il-fruntieri esterni tal-UE.", "Kuntest", "L-industrija tat-turiżmu u l-ivvjaġġar għandha rwol ewlieni fl-ekonomija Ewropea, u tirrappreżenta madwar 10 % tal-PDG tal-UE.", "Filwaqt li l-Istati Membri tal-UE huma fost id-destinazzjonijiet turistiċi l-iktar popolari tad-dinja, proċeduri twal u kkumplikati jistgħu jiskoraġġixxu lit-turisti milli jivvjaġġaw lejn l-Ewropa, bil-konsegwenza li l-investiment u l-infiq jiġu diretti lejn pajjiżi oħra u b'impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-UE.", "Fl-istess waqt, il-benefiċċji tal-ivvjaġġar bil-viża hemm bżonn li jiġu bbilanċjati b'miżuri li jipprovdu risposta adegwata għall-isfidi attwali u futuri marbutin mas-sigurtà u l-migrazzjoni.", "Il-politika komuni tal-UE dwar il-viżi tiffaċilita l-ivvjaġġar lejn l-UE għal finijiet ta' turiżmu u negozju, u tikkontribwixxi għall-ekonomija u t-tkabbir tal-UE, il-kuntatti bejn il-persuni, u l-iskambji kulturali.", "Fl-2017 biss inħarġu iktar minn 14-il miljun viża ta' Schengen għal żjarat ta' soġġorn qasir (ara l-aħħar statistika dwar il-viżi ta' Schengen).", "Ir-regoli attwali tal-viża huma stabbiliti fil-Kodiċi dwar il-Viżi u jmorru lura għall-2010.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-ambjent li fih topera l-politika dwar il-viżi nbidel drastikament.", "Matul l-aħħar snin l-UE ffaċċjat iktar tħassib dwar is-sigurtà u sfidi marbuta mal-migrazzjoni, filwaqt li opportunitajiet ġodda li jirriżultaw mill-iżviluppi teknoloġiċi jitolbu aġġornament tal-politika dwar il-viżi biex ikun żgurat li din tibqa' adattata għall-iskop tagħha.", "Għaldaqstant, f'Marzu 2018 il-Kummissjoni pproponiet li tiġi modernizzata l-politika komuni tal-UE dwar il-viżi u li jiġi rivedut il-Kodiċi dwar il-Viżi.", "Bħalissa hemm 105 pajjiżi mhux tal-UE u entitajiet li jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen (il-lista sħiħa hija disponibbli hawn).", "B'mod ġenerali, viża għal soġġorn qasir maħruġa minn wieħed mill-Istati ta' Schengen tintitola lid-detentur tagħha jivvjaġġa fis-26 Stat ta' Schengen għal perjodu ta' mhux iktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.", "Għal Iktar Informazzjoni", "Skeda informattiva: Politika tal-UE dwar il-viżi iktar b'saħħitha, effiċjenti u sigura"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1288", "title": "Ksur: il-Kummissjoni tadatta l-metodoloġija ta' kalkolu tagħha għas-sanzjonijiet finanzjarji", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=GENINFO", "date": "Tue, 19 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni stipulat kif se tadatta l-metodu ta' kalkolu tagħha meta tipproponi sanzjonijiet finanzjarji lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fi proċedimenti ta' ksur.", "L-infurzar tal-liġi tal-UE mill-Kummissjoni se jkompli jkun qawwi, ibbilanċjat u ġust għall-Istati Membri kollha.", "Meta l-Kummissjoni tirreferi Stat Membru lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE minħabba ksur tal-liġi tal-UE, il-Qorti tista', f'ċerti sitwazzjonijiet, timponi sanzjonijiet finanzjarji.", "Il-Kummissjoni tipproponi ammont lill-Qorti, li mbagħad tieħu d-deċiżjoni finali.", "Fil-kalkolu tas-sanzjoni finanzjarja proposta, flimkien mas-serjetà tal-ksur u t-tul tiegħu, il-Kummissjoni dejjem qieset kemm il-qagħda ekonomika tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-piż istituzzjonali tiegħu.", "Sabiex dawn iż-żewġ elementi jiġu tradotti f'ċifra, il-Kummissjoni s'issa ħarset lejn il-prodott domestiku gross (PDG) ta' Stat Membru u l-għadd ta' voti allokati lilu fil-Kunsill.", "F'sentenza reċenti, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li r-regoli tal-votazzjoni tal-Kunsill kif mibdula mit-Trattat ta' Lisbona ma setgħux jibqgħu jintużaw għal dan il-għan.", "Peress li l-Kummissjoni temmen li, minbarra li tiddependi fuq il-PDG tal-Istati Membri, jenħtieġ li tkompli tqis il-piż istituzzjonali, kien hemm bżonn ta' metodu ġdid li jirrifletti dan il-piż.", "Għal dan il-għan, fil-futur il-Kummissjoni se tuża l-għadd ta' siġġijiet għar-rappreżentanti fil-Parlament Ewropew allokati lil kull Stat Membru.", "Dan se jwassal għal ammonti li ma joħolqux differenzi mhux ġustifikati bejn l-Istati Membri u jibqgħu qrib kemm jista' jkun tal-ammonti li jirriżultaw mill-metodu ta' kalkolu attwali, li huma kemm proporzjonati kif ukoll deterrenti biżżejjed.", "Skont il-metodu l-ġdid, l-approċċ tal-Kummissjoni se jkompli jkun qawwi, ibbilanċjat u ġust għall-Istati Membri kollha.", "Xi jmiss?", "Il-Kummissjoni se tapplika l-metodu ta' kalkolu adattat mid-data li fiha se tiġi ppubblikata l-Komunikazzjoni tal-lum fil-Ġurnal Uffiċjali.", "Ladarba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jsir legalment effettiv, u irrispettivament minn jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ jidħolx fis-seħħ jew le, il-Kummissjoni terġa' tikkalkula l-medji rilevanti u se taġġusta ċ-ċifri stipulati f'din il-Komunikazzjoni skont dan.", "Sfond", "Skont it-Trattat tal-UE, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni legali – proċedura ta' ksur – kontra Stat Membru tal-UE li jonqos milli jimplimenta l-liġi tal-UE.", "Meta l-Kummissjoni tirreferi Stat Membru lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tista' timponi sanzjonijiet finanzjarji f'żewġ sitwazzjonijiet: l-ewwel, meta l-Qorti tkun iddeċidiet li Stat Membru li jkun qed jikser il-liġi tal-UE jkun għadu ma kkonformax ma' sentenza preċedenti li fiha jkun ġie stabbilit dan il-ksur (l-Artikolu 260(2) TFUE); it-tieni, meta Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu li jinnotifika l-miżuri li jittrasponu Direttiva adottata skont proċedura leġiżlattiva (l-Artikolu 260(3) TFUE).", "Fiż-żewġ każijiet, is-sanzjoni tkun tikkonsisti minn ħlas ta' ammont f'daqqa, li jippenalizza l-eżistenza tal-ksur innifsu, u pagament ta' penali ta' kuljum, li jippenalizza l-kontinwazzjoni tal-ksur wara s-sentenza tal-Qorti.", "Il-Kummissjoni tagħmel proposta lill-Qorti fir-rigward tas-sanzjonijiet finanzjarji, imbagħad il-Qorti tieħu d-deċiżjoni finali.", "Filwaqt li l-metodoloġija tista' twassal għal ammonti ta' penali finanzjarji aktar baxxi meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali, dawn huma eqreb lejn il-prattika tal-Qorti, li ġeneralment tistabbilixxi multi aktar baxxi minn dawk proposti mill-Kummissjoni.", "Għal aktar informazzjoni:", "- Komunikazzjoni dwar il-modifika tal-metodu ta' kalkolu għall-ħlasijiet ta' ammonti f'daqqa u ta' pagamenti ta' penali ta' kuljum (20 ta' Frar 2019)", "- Proċedura ta' ksur tal-UE", "Deċiżjonijiet tal-UE dwar ksur"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1173", "title": "Il-Politika ta' Koeżjoni wara l-2020: inħejju l-futur tal-investimenti tal-UE fis-saħħa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL", "date": "Mon, 18 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissarji Crețu u Andriukaitis laqqgħu flimkien lil professjonisti fil-kura medika biex iniedu r-riflessjoni dwar l-investimenti futuri tal-UE fis-saħħa taħt il-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2021–2027.", "Fil-kuntest tad-diskussjoni li saret illum fil-Kummissjoni mal-assoċjazzjonijiet tas-saħħa bħall-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Ġestjoni tas-Saħħa u l-EuroHealthNet, il-Kummissarji nedew proġett pilota biex itejbu s-servizzi ta' emerġenza transfruntiera fil-Pirinej bejn ir-reġjuni tal-fruntiera ta' Franza, Spanja u l-Prinċipat ta' Andorra.", "Huma ħabbru wkoll li s-saħħa se tkun il-kategorija l-ġdida ta' din is-sena għall-Premjijiet RegioStars.", "Il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis, qal: “Skont l-aktar stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru, kważi 70% tal-Ewropej iridu li l-UE tagħmel aktar fil-qasam tas-saħħa.", "Il-ħidma permezz tal-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni toffrilna l-possibbiltà li nagħmlu differenza fuq il-post fejn tkun meħtieġa u nuru li d-domandi espressi minn sħabna Ewropej instemgħu.", "Ninsab kuntent ukoll li s-saħħa saret kategorija ġdida għar-RegioStars.", "Dan juri għal darba oħra li rridu u nistgħu nimplementaw il-prinċipju tas-Saħħa fil-Politiki Kollha kif stabbilit fit-Trattat.”", "Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, Corina Crețu, qalet: “L-investimenti tal-Politika ta' Koeżjoni fis-saħħa, li jiswew aktar minn €4 biljun f'fondi tal-UE fil-baġit attwali, huma espressjonijiet attwali ta' Ewropa li tipproteġi.", "Il-kura tas-saħħa qed tevolvi u l-investimenti tal-UE jridu jevolvu magħha.", "Minħabba f'hekk, organizzajna din id-diskussjoni mal-professjonisti tas-saħħa.", "B'hekk, ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom jistgħu iservu biex jidderieġu l-ippjanar tal-investimenti tal-UE fis-saħħa matul l-għaxar snin li ġejjin.", "Id-diskussjoni kkonkludiet li s-sistemi tas-saħħa qed jevolvu lejn aktar edukazzjoni, promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard.", "Qed jitbiegħdu wkoll mill-kura ċċentrata fuq l-isptarijiet u l-istituzzjonijiet għal kura bbażata fil-komunità u lejn l-integrazzjoni tal-kura tas-saħħa u l-kura soċjali.", "B'objettivi politiċi ġodda li jippermettu investimenti integrati fis-saħħa, fl-inklużjoni soċjali u fl-edukazzjoni, il-proposta tal-Kummissjoni għall-Politika ta' Koeżjoni 2021–2027 tipprovdi l-kundizzjonijiet biex jiġi appoġġjat dan it-tibdil.", "L-evoluzzjonijiet fil-kura tas-saħħa jirrikjedu investimenti differenti fl-infrastruttura, kemm fil-faċilitajiet tal-kura primarja u fil-komunità kif ukoll fil-programmi ta' prevenzjoni, fil-kura integrata u fit-taħriġ tal-forza tax-xogħol.", "Il-Politika ta' Koeżjoni tista' tkun strumentali fl-appoġġ ta' dawn l-investimenti.", "Jenħtieġ li l-Istati Membri u r-reġjuni jfasslu strateġiji ta' investiment fit-tul, li jkopru l-infrastruttura, il-kapital uman, it-teknoloġiji innovattivi u mudelli ġodda tal-implimentazzjoni tal-kura.", "Biex jappoġġjaw dawn l-istrateġiji, il-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni jistgħu jingħaqdu ma' strumenti oħra tal-UE, bħall-InvestEU, jew ma' programmi nazzjonali.", "Il-Kummissjoni hija lesta tappoġġja lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jippjanaw dawn l-istrateġiji.", "It-tobba fir-reġjun tal-fruntiera ma jistgħux jattendu pazjenti li jeħtieġu attenzjoni medika urġenti minn naħa għall-oħra tal-fruntiera.", "Sabiex jegħlbu din is-sitwazzjoni, il-proġett “When medical emergency systems erase borders” għandu l-għan li jiżgura r-rikonoxximent reċiproku minn qabel tat-tobba fiż-żewġ naħat tal-fruntiera.", "It-tieni fażi tal-proġett pilota tnediet issa u hija mistennija li tiżgura ftehimiet bilaterali bejn l-Ordnijiet tat-Tobba tar-reġjuni tal-fruntiera Spanjoli u Franċiżi.", "B'riżultat ta' dan, 15-il miljun abitant fil-Pirinej se jibbenefikaw minn servizzi ta' emerġenza aħjar.", "Il-proġett huwa appoġġjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u se jitlesta f'nofs l-2019.", "Ir-riżultati ta' dan il-proġett se jservu ta' eżempju biex possibbilment jiġu replikati f'reġjuni transfruntiera oħrajn fil-futur.", "Il-Kummissjoni tappoġġja l-indirizzar tal-ostakli marbuta mal-governanza tal-kwistjonijiet transfruntiera u, fil-proposta leġiżlattiva tagħha għall-Politika ta' Koeżjoni 2021–2027, tissuġġerixxi li jitwarrbu 15% ta' kull programm ta' kooperazzjoni transfruntiera Interreg għal dan l-iskop.", "Kull sena r-RegioStars jippremjaw l-aħjar u l-aktar proġetti innovattivi tal-Politika ta' Koeżjoni fl-Ewropa f'ħames kategoriji tematiċi, inkluż suġġett tas-sena.", "L-edizzjoni ta' din is-sena se tfittex li tippremja proġetti tas-saħħa ta' kwalità biex tispira lill-Istati Membri u lir-reġjuni.", "Il-pjattaforma tal-applikazzjoni online hija miftuħa mil-lum sad-9 ta' Mejju 2019.", "Ġurija indipendenti se tivvaluta l-applikazzjonijiet u tippremja lir-rebbieħa waqt iċ-ċerimonja tal-premjijiet tar-RegioStars, li se ssir fi Brussell f'Ottubru 2019.", "Sfond", "Il-kura tas-saħħa hija preokkupazzjoni ewlenija għaċ-ċittadini tal-UE.", "Stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru wera li l-kura tas-saħħa ġiet identifikata bħala l-kwistjoni ewlenija li jħabbtu wiċċhom magħha r-reġjuni fil-futur, b'terz tal-persuni li pparteċipaw (34%) iqisuha bħala l-akbar kwistjoni.", "Il-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni jappoġġjaw il-proġetti li jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa u jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa, jirriformaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa, jiżviluppaw is-saħħa elettronika u s-soluzzjonijiet diġitali, kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni dwar is-saħħa, it-tixjiħ f'saħħtu, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.", "Fil-perjodu ta' programmar 2014-2020, hemm €8 biljun f'fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, inkluż €4 biljun b'kofinanzjament tal-UE, li ġew investiti fis-saħħa.", "Fl-UE, 44.5 miljun persuna għandhom jibbenefikaw minn titjib fis-servizzi tas-saħħa matul il-perjodu 2014-2020.", "Aktar informazzjoni", "Skeda informattiva – Investimenti tal-Politika ta' Koeżjoni fis-saħħa", "Studju ffinanzjat mill-programm tas-saħħa tal-UE - Fondi Strutturali Ewropej għas-Saħħa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_901", "title": "Tħejjija għall-Brexit: Il-Kummissjoni tintensifika l-ħidma ta' sensibilizzazzjoni doganali fil-każ ta' “ebda ftehim” għan-negozji tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Sun, 17 Feb 2019 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum intensifikat il-ħidma tagħha ta' sensibilizzazzjoni fil-każ ta' “ebda ftehim” għan-negozji tal-UE fil-qasam tad-dwana u tat-tassazzjoni indiretta bħall-VAT, minħabba r-riskju li fit-30 ta' Marzu ta' din is-sena, ir-Renju Unit jista' joħroġ mill-UE mingħajr ftehim (ix-xenarju ta' “ebda ftehim”).", "Il-ħidma ta' sensibilizzazzjoni mnedija llum hija parti mill-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tħejji għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) ta' Diċembru 2018, li jitlob għal ħidma ta' tħejjija intensifikata għax-xenarji kollha.", "Din il-kampanja għandha tgħin biex tinforma lin-negozji li jixtiequ jkomplu jinnegozjaw mar-Renju Unit wara t-30 ta' Marzu dwar x'għandhom jagħmlu biex jiżguraw tranżizzjoni kemm jista' jkun bla xkiel.", "It-tħejjija biex ir-Renju Unit isir pajjiż terz hija importanti ferm jekk irridu li nevitaw it-tfixkil għan-negozju tal-UE.", "Pierre Moscovici, il-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Minħabba li r-riskju ta' Brexit mingħajr “ebda ftehim” qed jiżdied hekk kif nersqu iktar lejn id-29 ta' Marzu, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet doganali nazzjonali qed jaħdmu bis-sħiħ biex ikunu lesti li jintroduċu verifiki u kontrolli fuq il-prodotti li jiċċirkolaw bejn l-UE u r-Renju Unit.", "Dan huwa essenzjali biex nipproteġu lill-konsumaturi tagħna u lis-suq intern tagħna.", "Ħafna jiddependi mill-kapaċità tan-negozji li jinnegozjaw mar-Renju Unit biex jilħqu jaġġornaw ruħhom mar-regoli doganali li se japplikaw fl-ewwel jum f'każ li ma jsir l-ebda ftehim.", "M'hemmx żmien x'jintilef u aħna qegħdin hawn biex ngħinu bil-kampanja ta' informazzjoni.”", "It-tnedija tal-lum għandha l-għan li tqajjem kuxjenza fost il-komunità kummerċjali tal-UE, speċjalment l-SMEs.", "Sabiex iħejju ruħhom għal xenarju ta' “ebda ftehim” u jkomplu jinnegozjaw mar-Renju Unit, dawn in-negozji għandhom:", "Illum tqiegħdet għad-dispożizzjoni tan-negozji firxa ta' materjal, inkluża lista sempliċi ta' kontroll b'5 stadji, li tipprovdi ħarsa ġenerali tal-passi li jridu jittieħdu.", "Il-materjal relatat mal-kampanja huwa disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.", "Filwaqt li l-impatt ġenerali ta' xenarju ta' “ebda ftehim” ma jistax jittaffa, jeħtieġ li l-kampanja tal-lum tikkumplimenta l-isforzi nazzjonali biex in-negozji tal-UE jiġu infurmati u tingħata għajnuna biex jintlaħqu n-negozji affettwati fl-Istati Membri tal-EU27.", "Bħalissa fl-Istati Membri qed issir ukoll ħidma ta' tħejjija, appoġġata mill-Kummissjoni, biex jiġi żgurat li l-infrastruttura u l-loġistika doganali nazzjonali jkunu lesti biex jittrattaw xenarju ta' “ebda ftehim”.", "Kuntest", "Ir-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tibqa' l-għan u l-prijorità tal-Kummissjoni.", "Madankollu, din ir-ratifika għadha inċerta.", "Minħabba r-riskju ta' xenarju ta' “ebda ftehim”, il-Kummissjoni ilha involuta f'ħidma intensiva ta' tħejjija minn Diċembru 2017.", "Hi talbet b'mod konsistenti liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-Istati Membri Ewropej biex iħejju ruħhom għal kull xenarju possibbli, jivvalutaw ir-riskji rilevanti u jippjanaw ir-rispons tagħhom għall-mitigazzjoni tagħhom.", "Kif enfasizzat fl-ewwel Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2018 dwar it-tħejjija għall-Brexit, irrispettivament mix-xenarju previst, l-għażla tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea se tikkawża tfixkil sinifikanti.", "Jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati, kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE, iħejju ruħhom għal żewġ xenarji prinċipali possibbli:", "Wara sejħiet mill-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) f'Novembru u f'Diċembru 2018 biex tiġi intensifikata l-ħidma ta' tħejjija fil-livelli kollha, fid-19 ta' Diċembru 2018 il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza u diversi miżuri leġiżlattivi, inkluż fil-qasam tad-dwana.", "Dan isegwi Komunikazzjonijiet preċedenti ppubblikati f'Novembru u f'Lulju 2018.", "F'xenarju ta' “ebda ftehim”, oġġetti li jkunu ġejjin mir-Renju Unit jew sejrin lejh jiġu ttrattati bħala importazzjonijiet minn u esportazzjonijiet lejn “pajjiż terz”.", "Dan ifisser li l-formalitajiet u l-kontrolli doganali se japplikaw għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni.", "Id-dazji doganali, il-VAT u d-dazji tas-sisa se jiġu imposti fuq l-importazzjoni, filwaqt li l-esportazzjonijiet lejn ir-Renju Unit se jiġu eżentati mill-VAT.", "Il-Kummissjoni ppubblikat sensiela ta' avviżi, disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE, li għandhom l-għan li jinfurmaw aħjar lill-partijiet ikkonċernati u lill-vjaġġaturi dwar il-konsegwenzi li xenarju ta' “ebda ftehim” jista' jkollu għan-negozji tagħhom fir-rigward tal-proċeduri doganali, it-tassazzjoni indiretta, bħall-VAT u d-dazji tas-sisa, ir-regoli preferenzjali tal-oriġini u l-liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni.", "L-azzjoni tal-Istati Membri hija essenzjali wkoll.", "L-awtoritajiet nazzjonali għandhom rwol ewlieni fil-monitoraġġ u l-iggwidar tat-tħejjijiet tal-industrija.", "Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kellha diskussjonijiet tekniċi mal-Istati Membri tal-EU27 kemm fuq kwistjonijiet ġenerali ta' tħejjija kif ukoll fuq passi ta' tħejjija settorjali, legali u amministrattivi.", "Bdew ukoll sensiela ta' żjarat fis-27 Stat Membru tal-UE biex jiġi żgurat li l-ippjanar ta' kontinġenza nazzjonali miexi sew u biex tingħata kull kjarifika neċessarja dwar il-proċess ta' tħejjija.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Il-paġna web tad-DĠ TAXUD dwar it-Tħejjija għall-Brexit għan-negozji", "Lista ta' kontroll għan-negozji li jridu jkomplu jew jibdew jinnegozjaw mar-Renju Unit wara t-30 ta' Marzu", "Ħarsa ġenerali lejn l-uffiċċji tal-Kummissjoni fl-Istati Membri", "Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-“Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza” tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2019", "Is-sit web dwar it-Tħejjija għall-Brexit tal-Kummissjoni Ewropea (inkluż “l-avviżi ta' tħejjija għall-Brexit”)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1867", "title": "Il-mekkaniżmu tal-iskrinjar tal-investiment barrani tal-UE jsir kompletament operattiv", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TRADEPOL", "date": "Fri, 09 Oct 2020 06:14:21 GMT", "text": ["Il-qafas tal-UE għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani (FDI - foreign direct investment) se jsir kompletament operattiv mill-11 ta' Ottubru 2020.", "F'dawn l-aħħar 18-il xahar wara l-adozzjoni tal-ewwel Regolament tal-UE dwar l-iskrinjar tal-investiment, il-Kummissjoni u l-Istati Membri implimentaw qafas effettiv ta' koordinazzjoni.", "Se jkun strumentali biex jiġu ppreservati l-interessi strateġiċi tal-Ewropa filwaqt li s-suq tal-UE jinżamm miftuħ għall-investiment.", "Il-Viċi President Eżekuttiv Valdis Dombrovskis qal: “L-UE hija u se tibqa' miftuħa għall-investiment barrani.", "Iżda dan il-ftuħ mhuwiex inkondizzjonat.", "Biex iwieġbu għall-isfidi ekonomiċi tal-preżent, jissalvagwardjaw l-assi Ewropej ewlenin u jipproteġu s-sigurtà kollettiva, jeħtieġ li l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni jkunu qed jaħdmu flimkien mill-qrib.", "Jekk irridu niksbu awtonomija strateġika miftuħa, huwa essenzjali li jkollna kooperazzjoni effiċjenti tal-UE kollha f'dak li jirrigwarda l-iskrinjar tal-investiment.", "Issa aħna attrezzati sew biex dan isir.”", "Ir-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-FDI adottat f'Marzu 2019 stabbilixxa qafas għall-UE kollha li fih il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jistgħu jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom dwar l-investimenti barranin.", "Wara d-dħul fis-seħħ formali tar-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-FDI f'April 2019, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rsistew biex jiġu implimentati r-rekwiżit operazzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni sħiħa tar-Regolament mill-11 ta' Ottubru 2020 'il quddiem.", "Dan kien jinkludi:", "Wara rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni fil-gwida ta' Marzu 2020, l-Istati Membri qablu wkoll li jikkooperaw b'mod informali dwar l-iskrinjar tal-FDI fil-każijiet fejn investiment barrani jista' jkollu effett fuq is-suq uniku tal-UE.", "Diversi Stati Membri jinsabu wkoll fil-proċess li jirriformaw il-mekkaniżmi ta' skrinjar tagħhom jew li jadottaw mekkaniżmi ġodda.", "Sfond", "L-UE hija waħda mill-aktar destinazzjonijiet ta' investiment miftuħa fid-dinja u d-destinazzjoni ewlenija tal-investiment dirett barrani fid-dinja: fi tmiem l-2017, l-istokks tal-FDI li huma ta' investituri minn barra l-UE kienu jammontaw għal EUR 6,441 biljun, u pprovdew 16-il miljun impjieg dirett għall-Ewropej.", "Sabiex jipproteġi l-interessi strateġiċi tal-UE relatati mal-investiment barrani, ir-Regolament tal-UE ta' Marzu 2019:", "Fil-25 ta' Marzu 2020, il-Kummissjoni ħarġet gwida lill-Istati Membri, li stiednet, fost l-oħrajn, lill-Istati Membri kollha biex jistabbilixxu mekkaniżmu tal-iskrinjar komplut, u jiġi żgurat approċċ qawwi fl-UE kollha fil-konfront tal-iskrinjar tal-investiment barrani fi żmien ta' kriżi tas-saħħa pubblika u l-vulnerabbiltà ekonomika relatata.", "Għal aktar informazzjoni", "Ir-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-FDI", "Mistoqsijiet frekwenti", "Skeda informattiva", "Gwida ta' Marzu 2020"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1859", "title": "Żjara fl-Etjopja mir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Josep Borrell u l-Kummissarju Janez Lenarčič biex tissaħħaħ is-Sħubija UE-Afrika", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ICHACR,HREXTRELS,PR-EUWORLD", "date": "Wed, 07 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Ir-rappreżentant Għoli/il-Viċi President Josep Borrell, u l-Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Janez Lenarčič, jinsabu fuq żjara uffiċjali f'Addis Ababa, l-Etjopja mit-8 sad-9 ta' Ottubru 2020.", "Il-missjoni għandha l-għan li żżomm il-momentum ta' sħubija msaħħa bejn l-UE u l-UA u tikkoinċidi ma' kunsenja ġdida ta' 7.5 tunnellata ta' kits tal-ittestjar għall-coronavirus mogħtija mill-Ġermanja bħala parti mill-isforzi tat-“Tim Ewropa” biex tgħin lis-sħab jindirizzaw il-pandemija.", "“L-Afrika hija sieħba naturali u l-ġar tagħna.", "Biex niffaċċjaw sfidi komuni, aħna neħtieġu Afrika b'saħħitha, u l-Afrika teħtieġ Ewropa b'saħħitha.", "Din iż-żjara hija opportunità għal skambji mal-Unjoni Afrikana u l-Gvern Etjopjan.", "F'dawn iż-żminijiet diffiċli mħabbtin mill-pandemija, l-UE, flimkien mal-Istati Membri tagħha, uriet solidarjetà billi mmobilizzat sforz ta' Tim Ewropa mingħajr preċedent mal-Afrika.", "Il-kunsenja ta' dawn il-kits tal-ittestjar juri għal darb'oħra li qed nieħdu ħsieb il-fronti kollha tal-pandemija,” qal Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.", "“Din l-aħħar kunsenja ta' tagħmir tal-ittestjar li jsalva l-ħajja lill-Unjoni Afrikana tagħlaq l-ewwel fażi tal-Pont Umanitarju bl-Ajru tal-UE, li pprovdiet appoġġ kruċjali f'dawn l-aħħar xhur lil pajjiżi vulnerabbli fost il-pandemija tal-coronavirus.", "Fl-2020, l-UE qed tipprovdi kważi EUR 47 miljun għal proġetti umanitarji fl-Etjopja, inkluża assistenza għal persuni spostati internament minn vjolenza jew diżastri naturali.", "Aħna nappoġġjaw lill-poplu Etjopjan u se nkomplu ngħinu lil dawk fil-bżonn,” qal Janez Lenarčič, il-Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet.", "Laqgħat ta' livell għoli", "Matul iż-żjara tagħhom, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarju se jkollhom għadd ta' skambji mal-kontropartijiet tagħhom mill-Unjoni Afrikana u l-Gvern Etjopjan.", "Ir-rappreżentant Għoli se tiddiskuti suġġetti bħat-tħejjija tas-Summit UE-Unjoni Afrikana fl-2021, il-kooperazzjoni għall-paċi u s-sigurtà, kif ukoll kwistjonijiet bilaterali fi ħdan is-sħubija strateġika UE-Etjopja.", "Barra minn hekk, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarju se jżuru diversi proġetti umanitarji appoġġati mill-UE: ċentru ta' tranżitu tal-migranti tal-IOM f'Addis Ababa, u diversi siti fl-Etjopja, inkluż kamp għall-persuni spostati internament.", "Il-Pont Umanitarju bl-Ajru tal-UE", "Dalgħodu, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarju pparteċipaw f'ċerimonja ta' trasferiment ta' 7.5 tunnellata ta' kits tal-ittestjar għall-coronavirus liċ-Ċentri Afrikani għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard.", "B'kollox, l-UE għamlet disponibbli kważi 1.4 miljun test għall-estrazzjoni u d-detezzjoni tal-virus għall-pajjiżi Afrikani.", "Il-Kuntest:", "Sħubija UE-Afrika", "L-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-ewwel sħab tal-Afrika fil-kooperazzjoni kummerċjali, ekonomika u għall-iżvilupp, u pprovdew EUR 25 biljun fl-2018, li jirrappreżentaw 58 % tat-total tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp lill-Afrika.", "Fl-2019, 30.7 % tal-kummerċ tal-oġġetti fl-Afrika seħħ mal-UE.", "Il-pandemija tal-coronavirus kompliet turi l-ħtieġa għal sħubija b'saħħitha bejn l-UE u l-Afrika biex jiġu indirizzati t-theddidiet globali li qed jiffaċċjaw iż-żewġ kontinenti tagħna.", "Fil-Komunikazzjoni Konġunta tat-9 ta' Marzu, Lejn Strateġija komprensiva mal-Afrika u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Afrika tal-30 ta' Ġunju, l-UE stabbilixxiet uħud mill-prijoritajiet u l-aspirazzjonijiet tagħha għall-futur tas-sħubija tagħna minn kontinent għal kontinent.", "Is-Summit li jmiss bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana, ippjanat għall-2021, se jkun pass importanti fit-triq lejn is-sħubija tagħna għal-livell li jmiss.", "Matul iż-żjara tiegħu, ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarju ser jiltaqgħu mal-Prim Ministru Abyi biex jiddiskutu l-ambitu tal-kooperazzjoni bilaterali tal-UE u l-Etjopja kif ukoll is-sitwazzjoni politika attwali tal-Etjopja.", "Huma se jiltaqgħu wkoll mal-President Sahle-Work u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Gedu.", "Appoġġ minn Tim Ewropa matul il-coronavirus", "Il-kits tat-testijiet imwassla mit-titjira tal-Pont Umanitarju bl-Ajru tal-UE huma parti minn pakkett ta' appoġġ immedjat ta' EUR 10 miljun lill-Unjoni Afrikana mill-Gvern Ġermaniż b'rispons għall-pandemija tal-coronavirus li għaddejja bħalissa.", "Il-kunsenja hija parti mill-appoġġ akbar tat-Tim Ewropa għar-rispons kontinentali Afrikan għall-coronavirus.", "Il-pakkett ta' rispons globali totali ta' Tim Ewropa huwa ta' EUR 36.5 biljun, li jikkombina riżorsi mill-UE, l-Istati Membri tagħha, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.", "Ir-rispons Globali tat-Tim Ewropa jappoġġa lill-pajjiżi Afrikani b'mill-inqas EUR 6.8 biljun.", "Barra minn hekk, parti konsiderevoli tal-garanziji ġenerali ta' Tim Ewropa ta' EUR 2.9 biljun se jkunu ta' benefiċċju wkoll għall-Afrika.", "Għal aktar informazzjoni", "Komunikazzjoni Konġunta tat-9 ta' Marzu, Lejn Strateġija komprensiva mal-Afrika", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Afrika tat-30 ta' Ġunju", "Skedi informattivi:", "Id-Delegazzjoni tal-UE għall-Etjopja", "Id-Delegazzjoni tal-UE għall-Unjoni Afrikana", "Il-Pont Umanitarju bl-Ajru tal-UE", "L-Għajnuna Umanitarja tal-UE fl-Etjopja"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1829", "title": "Il-Coronavirus: Il-Kummissjoni tapprova t-tielet kuntratt biex tiżgura l-aċċess għal vaċċin potenzjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19", "date": "Wed, 07 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea approvat it-tielet kuntratt ma' kumpanija farmaċewtika, Janssen Pharmaceutica NV, waħda mill-Kumpaniji Farmaċewtiċi Janssen ta' Johnson & Johnson.", "Ladarba jkun intwera li l-vaċċin huwa sikur u effettiv kontra l-COVID-19, il-kuntratt jippermetti lill-Istati Membri jixtru l-vaċċini għal 200 miljun persuna.", "Se jkollhom ukoll il-possibbiltà li jixtru l-vaċċini għal 200 miljun persuna oħra.", "L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħtu l-vaċċin lil pajjiżi bi dħul baxx u medju jew li joffruh ukoll lil pajjiżi Ewropej oħra.", "Il-Kummissjoni diġà ffirmat kuntratt ma' AstraZeneca u ma' Sanofi-GSK u kkonkludiet b'suċċess taħditiet esploratorji ma' CureVac, BioNTech-Pfizer u Moderna.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet: “Hekk kif il-coronavirus qed ikompli jinfirex b'mod inkwetanti fl-Ewropa, huwa kruċjali li jinstab vaċċin, u malajr.", "Ninsab kuntenta li rnexxielna nilħqu ftehim ma' Johnson & Johnson biex nixtru vaċċini għal 200 miljun persuna.", "Dan se jkun it-tielet kuntratt tagħna ma' kumpanija farmaċewtika.", "L-għan tagħna huwa li nipprovdu liċ-ċittadini tal-UE b'vaċċini sikuri u effettivi malli dawn jinstabu.”", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, qalet: “L-iżgurar ta' vaċċin sikur u effettiv huwa l-qofol tal-Istrateġija Ewropea għall-Vaċċini tagħna.", "Illum żgurajna t-tielet ftehim tagħna għal vaċċin, u b'hekk kabbarna l-portafoll tagħna ta' vaċċini kandidati u żidna l-opportunitajiet tagħna li nsibu rimedju effiċjenti kontra l-virus.", "Se nagħmlu aktar ftehimiet fil-futur, u nibqgħu determinati fit-tfittxija tagħna għal vaċċin effettiv u sikur biex niġġieldu din il-pandemija li qed twassal anki għall-imwiet.”", "Il-vaċċin kandidat kontra l-COVID-19 prodott minn Janssen jagħmel użu mill-pjattaforma tat-teknoloġija AdVac®, li ntużat ukoll għall-iżvilupp u l-manifattura tal-vaċċin kontra l-Ebola minn Janssen, li ġie approvat dan l-aħħar, u tal-vaċċini kandidati tagħha kontra z-Zika, l-RSV, u l-HIV.", "Il-vaċċin kandidat diġà jinsab fil-fażi III tal-provi kliniċi.", "Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tappoġġa dan il-vaċċin hija bbażata fuq valutazzjoni xjentifika soda, fuq it-teknoloġija użata, fuq l-esperjenza tal-kumpanija fl-iżvilupp ta' vaċċini u fuq il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha biex il-vaċċin jiġi pprovdut madwar l-UE kollha.", "Kuntest", "Fis-17 ta' Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija Ewropea biex taċċellera l-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta' vaċċini effettivi u sikuri kontra l-COVID-19.", "Biex tikkumpensa għad-dritt li tixtri għadd speċifiku ta' dożi ta' vaċċini f'perjodu ta' żmien partikolari, il-Kummissjoni tiffinanzja, bil-quddiem, parti mill-ispejjeż li jiffaċċaw il-produtturi tal-vaċċini fil-forma ta' Ftehimiet ta' Xiri bil-Quddiem.", "Il-finanzjament li tagħti jitqies bħala kapparra għall-vaċċini li mbagħad fil-fatt se jinxtraw mill-Istati Membri.", "Peress li l-prezz għoli u r-rata għolja ta' falliment ifissru li l-iżviluppaturi tal-vaċċini jkunu qed jieħdu riskju kbir meta jiddeċiedu li jinvestu f'vaċċin kontra l-COVID-19, dawn il-ftehimiet se jippermettu li jsiru investimenti li f'ċirkostanzi differenti aktarx ma kinux isiru.", "Il-Kummissjoni Ewropea hi impenjata wkoll li tiżgura li kull min jeħtieġ vaċċin, ikollu aċċess għalih, ikun fejn ikun fid-dinja.", "Ħadd mhu sikur jekk ma jkunx sikur kulħadd.", "Huwa għal din ir-raġuni li ġabret kważi EUR 16-il biljun mill-4 ta' Mejju 2020 mir-Rispons Globali għall-Coronavirus, l-azzjoni dinjija għall-aċċess universali għat-testijiet, għat-trattamenti u għall-vaċċini kontra l-coronavirus u għall-irkupru dinji, u kkonfermat l-interess tagħha li tipparteċipa fil-Faċilità COVAX għal aċċess ekwu u affordabbli għall-vaċċini kontra l-COVID-19 mad-dinja kollha.", "Bħala parti mill-isforz tat-Tim Ewropa, il-Kummissjoni ħabbret kontribuzzjoni ta' EUR 400 miljun f'garanziji biex tappoġġa lil COVAX u l-objettivi tagħha fil-kuntest tar-Rispons Globali għall-Coronavirus.", "Għal aktar informazzjoni", "L-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini", "Ir-Rispons tal-UE għall-Coronavirus"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1845", "title": "Il-coronavirus: il-Kummissjoni tiffirma kuntratt ta' akkwist konġunt ma' Gilead għall-provvista tar-Remdesivir", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HEALTHPOL,COVID-19", "date": "Wed, 07 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni ffirmat kuntratt qafas ta' akkwist konġunt mal-kumpanija tal-prodotti farmaċewtiċi Gilead għall-provvista ta' massimu ta' 500,000 kors tat-trattament Veklury, isem il-marka tar-Remdesivir, u l-opportunità li jżidu l-provvista għal iktar minn 500,000 kors tat-trattament.", "Hemm 36 firmatarju tal-Ftehim ta' Akkwist Konġunt li qed jipparteċipaw f'dan l-akkwist konġunt, inkluż il-pajjiżi kollha tal-UE, in-Norveġja u l-Iżlanda* li huma pajjiżi taż-ŻEE, ir-Renju Unit, kif ukoll sitt pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali (l-Albanija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo** u l-Bożnija-Ħerzegovina).", "Il-pajjiżi kollha li jipparteċipaw issa jistgħu jagħmlu l-ordnijiet tagħhom biex jakkwistaw il-korsijiet tat-trattament Veklury direttament.", "F'dan l-istadju, Veklury hija l-unika mediċina b'awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni kundizzjonali fl-UE għat-trattament tal-pazjenti bil-COVID-19 li jkunu jeħtieġu l-ossiġnu.", "Stella Kyriakides, il-Kummissarju għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, stqarret: “Ilum żgurajna l-aċċess għar-Remdesivir biex jiġu ttrattati sa 500,000 pazjent fil-bżonn.", "Qed naħdmu bla heda u nħabirku biex niżguraw li jkunu disponibbli terapiji sikuri u effiċjenti fir-rigward tal-COVID-19.", "Permezz tal-akkwisti konġunti tal-UE tagħna, qed nagħtu s-setgħa lill-pajjiżi fl-Ewropa kollha biex jiġbdu ħabel wieħed u jkollhom aċċess għat-tagħmir u għall-mediċini vitali.", "Aħna dejjem inkunu iktar b'saħħitna meta niġbdu ħabel wieħed flimkien, u din hija s-solidarjetà Ewropea fil-prattika fir-rigward tal-COVID-19.”", "L-iffirmar ta' dan il-kuntratt qafas ta' akkwist konġunt isegwi l-kuntratt tal-Kummissjoni ma' Gilead biex takkwista 33,380 kors tat-trattament Veklury li minn Awwissu 'l hawn ġew distribwiti madwar l-UE u r-Renju Unit.", "Dan il-kuntratt ġie ffinanzjat mill-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza (ESI) tal-Kummissjoni, li kellu valur totali ta' EUR 70 miljun.", "Il-korsijiet tat-trattament li nxtraw bil-finanzjament tal-ESI għenu biex jiġu koperti l-ħtiġijiet immedjati minn Awwissu sa Ottubru sabiex jiġi żgurat li l-pazjenti kritiċi jirċievu t-trattamenti.", "Il-medikazzjoni tqassmet f'diversi lottijiet.", "Issa l-kuntratt ta' akkwist konġunt se jiżgura li l-pajjiżi jibqa' jkollhom provvista tal-korsijiet tat-trattament Veklury mingħajr interruzzjoni jekk jiddeċiedu li jakkwistaw il-prodott.", "Sfond", "L-akkwist konġunt huwa strument li l-Kummissjoni Ewropea użat ukoll iktar kmieni din is-sena biex tiżgura li l-pajjiżi li pparteċipaw kellhom aċċess addizzjonali għat-tagħmir protettiv personali (PPE), għall-ventilaturi, għall-provvisti tal-ittestjar jew għall-mediċini għall-unità tal-kura intensiva.", "Attwalment din hija s-sitt proċedura ta' akkwist konġunt li ġiet implimentata b'suċċess.", "B'mod kumplessiv, l-Istati Membri setgħu jużaw l-istrument tal-akkwist konġunt tal-UE biex jagħmlu l-ordnijiet għal prodotti bħall-PPE minn April, u b'hekk seta' jkollhom aċċess għal suq skars ta' prodotti b'kundizzjonijiet aħjar.", "Il-kuntratti għat-tagħmir protettiv personali, għall-ventilaturi u għat-tagħmir tal-laboratorju jippermettu lill-Istati Membri jordnaw provvisti kritiċi għal 'il fuq minn EUR 3.3 biljun matul sena waħda.", "Qed jiġu ppreparati iktar proċeduri ta' akkwist konġunt:", "Fit-28 ta' Settembru ġiet varata proċedura ta' akkwist konġunt għall-provvista tat-tagħmir mediku għat-tilqim kontra l-COVID-19.", "Din tinkludi 27 tip ta' tagħmir raggruppati f'sitt kategoriji: kontenituri għat-trasport tal-vaċċini, kontenituri tal-iskart, apparati tal-injezzjoni, diżinfettanti, tagħmir protettiv personali u prodotti anestetiċi għall-konsum.", "Proċess ta' akkwist konġunt għall-mediċini essenzjali għall-unità tal-kura intensiva qiegħed fl-istadju ta' finalizzazzjoni u l-pajjiżi jistgħu jibdew jagħmlu l-ordnijiet fil-jiem li ġejjin.", "Il-proċess ikopri l-mediċini għall-kura intensiva f'sitt oqsma (l-analġeżiċi, l-antibijotiċi, ir-rilassanti muskolari, l-anestetiċi, ir-rianimazzjoni, oħrajn).", "Għal iktar informazzjoni", "Ir-Rispons tal-UE għall-Coronavirus", "L-EMA u r-Remdesivir", "Akkwist pubbliku ta' tagħmir mediku u ta' protezzjoni", "*Aġġornament fit-8 ta' Ottubru 2020 fl-12:05.", "** Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1813", "title": "Il-Kummissjoni tniedi pjan ġdid ta' 10 snin biex tappoġġa lir-Rom fl-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC", "date": "Tue, 06 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat pjan ġdid ta' 10 snin, inkluża proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, biex tappoġġa lir-Rom fl-UE.", "Hemm seba' oqsma ewlenin ta' attenzjoni: l-ugwaljanza, l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni, l-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, u l-akkomodazzjoni.", "Għal kull qasam, il-Kummissjoni ressqet miri u rakkomandazzjonijiet ġodda għall-Istati Membri dwar kif jistgħu jilħquhom, li t-tnejn li huma se jservu bħala għodod importanti għall-monitoraġġ tal-progress u biex jiġi żgurat li l-UE tagħmel aktar progress fl-għoti ta' appoġġ vitali li tant Rom li jgħixu fl-UE għad għandhom bżonn.", "Il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, Věra Jourová qalet: “Fi ftit kliem, matul dawn l-aħħar għaxar snin ma għamilniex biżżejjed biex nappoġġaw lill-popolazzjoni Rom fl-UE.", "Dan mhux skużabbli.", "Ħafna għadhom iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni u razziżmu.", "Din ma nistgħux naċċettawha.", "Illum qed inniedu mill-ġdid l-isforzi tagħna biex nikkoreġu din is-sitwazzjoni, b'miri ċari u impenn imġedded biex niksbu bidla reali matul l-għaxar snin li ġejjin.”", "Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, qalet: “Biex l-Unjoni Ewropea ssir Unjoni ta' Ugwaljanza vera jeħtieġ li niżguraw li miljuni ta' Rom jkunu ttrattati b'mod ugwali, soċjalment inklużi u kapaċi jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u politika mingħajr eċċezzjoni.", "Bil-miri li stabbilixxejna fil-Qafas Strateġiku llum, aħna nistennew li nagħmlu progress reali sal-2030 lejn Ewropa li fiha r-Rom huma ċċelebrati bħala parti mid-diversità tal-Unjoni tagħna, jieħdu sehem fis-soċjetajiet tagħna u jkollhom l-opportunitajiet kollha biex jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-ħajja politika, soċjali u ekonomika fl-UE u jibbenefikaw minnha.”", "Filwaqt li l-għan huwa ugwaljanza sħiħa, il-Kummissjoni pproponiet miri minimi għall-2030, li jibnu fuq il-progress li sar taħt il-qafas preċedenti.", "Dawn jinkludu:", "Biex jintlaħqu dawn il-miri, huwa kruċjali li l-Istati Membri jistabbilixxu l-politiki t-tajba.", "Il-Kummissjoni qed tipprovdi gwida għall-Istati Membri u stabbiliet lista ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri sabiex jitħaffef il-progress lejn l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom.", "Il-gwida u l-miżuri ivarjaw mill-iżvilupp ta' sistemi ta' appoġġ għall-vittmi Rom tad-diskriminazzjoni, sal-kampanji ta' sensibilizzazzjoni fl-iskejjel, l-appoġġ għal-litteriżmu finanzjarju, il-promozzjoni tal-impjieg tar-Rom fl-istituzzjonijiet pubbliċi, u t-titjib tal-aċċess għal eżamijiet mediċi ta' kwalità, l-iskrinjar, u l-ippjanar tal-familja għan-nisa Rom.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-Kummissjoni qed tappella lill-Istati Membri biex jissottomettu l-istrateġiji nazzjonali sa Settembru 2021 u jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom kull sentejn.", "Il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress lejn il-miri tal-2030, billi tuża input minn stħarriġ imwettaq mill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-kontribut mis-soċjetà ċivili.", "Se jkun hemm ukoll evalwazzjoni fil-fond ta' nofs it-terminu tal-pjan il-ġdid ta' 10 snin fl-intier tiegħu.", "Kuntest", "Għalkemm sar xi titjib fl-UE – l-aktar fil-qasam tal-edukazzjoni – l-Ewropa għad fadlilha triq twila biex tikseb ugwaljanza reali għar-Rom.", "Il-marġinalizzazzjoni tippersisti, u ħafna Rom għadhom qed jiffaċċjaw taħlita ta' diskriminazzjoni sproporzjonata, anti-Żingariżmu u esklużjoni soċjoekonomika fil-ħajja tagħhom ta' kuljum.", "Il-Qafas Strateġiku l-ġdid tal-UE dwar ir-Rom huwa l-ewwel kontribut dirett għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020-2025, u parti mill-impenn tal-President von der Leyen għal Unjoni ta' Ugwaljanza.", "Il-qafas Strateġiku l-ġdid tal-UE dwar ir-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni jibni fuq il-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020.", "Huwa jorbot mal-ħidma tal-Kummissjoni f'oqsma oħra, inkluż il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020-2025, l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, u l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi li ġie adottat dan l-aħħar.", "Ħafna mill-oqsma ta' politika marbuta mat-titjib tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom huma primarjament responsabbiltajiet nazzjonali.", "Madankollu, l-UE għandha rwol importanti fl-għoti ta' gwida politika, fil-koordinazzjoni tal-azzjonijiet mill-Istati Membri, fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-progress, fl-għoti ta' appoġġ permezz tal-fondi tal-UE, u fil-promozzjoni tal-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-Istati Membri.", "Aktar informazzjoni", "Skeda informattiva – qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom", "Unjoni ta' Ugwaljanza: Qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni", "Proposta tal-Kummissjoni għal abbozz ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom", "Il-linji gwida għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom", "Portafoll ta' indikaturi (indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress fil-kisba tal-objettivi u l-miri tal-politika stabbiliti fil-qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom)", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: dokument analitiku li jakkumpanja l-qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni", "L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali: Stħarriġ tal-2019 dwar ir-Rom u t-Travellers fil-Belġju, Franza, l-Irlanda, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit", "L-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali: Pandemija tal-Coronavirus – Impatt fuq ir-Rom u t-Travellers, Bullettin nru° 5"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1934", "title": "Ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali: Il-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri biex japplikaw aħjar ir-regoli ambjentali tal-UE biex jipproteġu ċ-ċittadini u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ENVIRO", "date": "Thu, 04 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Inizjattiva biex titjieb l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-ġestjoni tal-iskart, in-natura u l-bijodiversità, il-kwalità tal-arja, u l-kwalità u l-ġestjoni tal-ilma.", "Ilum, il-Kummissjoni ppubblikat it-tieni Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (Environmental Implementation Review, EIR), li hija parti mill-inizjattiva tagħha mnedija fl-2016 biex ittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali Ewropea u r-regoli li ntlaħaq qbil dwarhom b'mod komuni fl-Istati Membri kollha tal-UE.", "L-implimentazzjoni tal-politika u tal-liġi ambjentali tal-UE mhijiex biss essenzjali għal ambjent b'saħħtu, iżda tiftaħ ukoll opportunitajiet ġodda għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-kompetittività.", "L-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE tista' tiffranka lill-ekonomija tal-UE madwar €55 biljun kull sena fi spejjeż għas-saħħa u fi spejjeż diretti għall-ambjent.", "Karmenu Vella, il-Kummissarju għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qal: “Il-Kummissjoni Juncker hija impenjata li tibni Ewropa li tipproteġi.", "Il-prijorità tagħna hija li niżguraw li l-ġestjoni tal-arja, l-ilma u l-iskart li jgawdu ċ-ċittadini tagħna jkunu tal-aqwa kwalità u li l-kapital naturali tagħna jkun protett.", "Ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali qiegħed hemm biex jgħin lill-Istati Membri jagħmlu dan billi jipprovdilhom l-informazzjoni u l-għodod li jeħtieġu.”", "Ir-Rieżami jfassal is-sitwazzjoni tal-politiki ambjentali u l-implimentazzjoni tar-regoli f'kull pajjiż tal-UE u jidentifika l-kawżi tal-lakuni fl-implimentazzjoni.", "Dan jgħin biex jinstabu soluzzjonijiet qabel ma l-problemi jsiru urġenti u għandu l-għan li jgħin lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet nazzjonali billi jiddeskrivi l-prijoritajiet li jeħtieġu l-attenzjoni tagħhom.", "L-Istati Membri kollha għamlu użu mill-programm tal-EIR P2P Bejn il-Pari li ġie stabbilit fl-2017 li jiffaċilita t-tagħlim bejn l-awtoritajiet ambjentali.", "Il-pakkett jinkludi: 28 rapport tal-pajjiżi li juru s-sitwazzjoni attwali fl-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE, kif ukoll opportunitajiet għal titjib f'kull Stat Membru; u Komunikazzjoni li tiġbor il-konklużjonijiet u tiddefinixxi x-xejriet komuni fil-livell tal-UE, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għal titjib fl-Istati Membri kollha bl-azzjonijiet ta' prijorità ewlenin.", "Is-sitwazzjoni attwali fl-oqsma ta' politika ewlenin", "Ir-Rieżami juri li tmintax-il Stat Membru għadhom qed jissieltu ma' livelli għoljin ta' emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu (NOx) u ħmistax-il pajjiż jeħtieġu li jnaqqsu aktar l-emissjonijiet tal-materja partikulata (PM2.5 u PM10).", "Minħabba l-impatt tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa, u b'mod konformi mal-Komunikazzjoni ta' Mejju 2018 “Ewropa li tipproteġi: Arja nadifa għal kulħadd\", il-Kummissjoni involviet ruħha fi djalogi dwar l-arja nadifa ma' diversi pajjiżi tal-UE, flimkien ma' azzjonijiet ta' infurzar aktar immirati.", "Filwaqt li b'mod ġenerali l-qafas tal-politika għall-ekonomija ċirkolari ssaħħaħ, il-prevenzjoni tal-iskart għadha sfida importanti għall-Istati Membri kollha.", "Fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart, disa' pajjiżi jinsabu fit-triq it-tajba u ħamsa diġà laħqu l-miri tar-riċiklaġġ, iżda erbatax huma f'riskju li ma jilħqux il-mira tal-2020 għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali.", "Sistemi tal-ġestjoni tal-iskart tajbin u effiċjenti huma element kostitwenti essenzjali għall-ekonomija ċirkolari tagħna.", "Fejn jidħol l-ilma, għad fadal ħafna xi jsir biex jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet tad-direttivi dwar l-Ilma, u b'mod partikolari stat tajjeb għall-korpi tal-ilma tagħna sal-2027.", "L-ilma urban mormi għadu ma jiġix trattat kif suppost f'żewġ terzi tal-Istati Membri.", "Żieda fl-investimenti hija essenzjali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u l-fondi tal-UE se jkomplu jappoġġaw l-isforzi ta' implimentazzjoni.", "Fir-rigward tal-protezzjoni tan-natura u l-bijodiversità, in-netwerk Natura 2000 kompla jespandi fuq l-art u fil-baħar.", "L-UE diġà qabżet il-mira li tiddefinixxi 10% taż-żoni kostali u marini tagħha bħala Żoni Protetti tal-Baħar sal-2020 kif stabbilit mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.", "Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jeħtieġ li jħaffu l-isforzi tagħhom għat-tlestija u l-ġestjoni tan-netwerk Natura 2000.", "Fir-rigward tal-bidla fil-klima, l-Istati Membri għamlu progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-klima tal-UE u x'aktarx li l-miri tal-2020 se jintlaħqu.", "Madankollu, l-isforzi f'kull Stat Membru u fil-livell tal-UE jeħtiġilhom li jiġu intensifikati ħalli jsiru konformi mal-impenji internazzjonali tagħna skont il-Ftehim ta' Pariġi u jiġu evitati l-agħar konsegwenzi tal-bidla fil-klima.", "Ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali stabbilixxa għodda ġdida - il-programm Bejn il-Pari - biex jistimula l-awtoritajiet ambjentali minn Stati Membri differenti ħalli jitgħallmu mill-esperjenzi ta' xulxin bejn fruntiera u oħra.", "Mit-tnedija tiegħu, l-Istati Membri kollha kienu involuti f'tal-anqas avveniment wieħed li jkopri l-ekonomija ċirkolari, il-kwalità tal-arja, ir-regolamentazzjoni tal-provenjenza tal-injam, in-natura u l-bijodiversità, u s-suġġetti dwar il-kwalità tal-ilma.", "Ir-Rieżami jivvaluta wkoll xi fatturi li jistgħu jtejbu l-implimentazzjoni b'mod drastiku, bħal pereżempju l-governanza ambjentali.", "Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex itejbu l-integrazzjoni ta' għanijiet ambjentali ma' għanijiet oħra ta' politika, biex itejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika, u biex ikunu aktar trasparenti bl-informazzjoni ambjentalment rilevanti.", "Hemm ukoll lok biex l-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet ikkonċernati oħra jiġu involuti aktar fl-indirizzar tal-isfidi ewlenin tal-implimentazzjoni.", "Kuntest", "L-ewwel pakkett tal-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali ġie adottat fi Frar 2017.", "Ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali jaħdem skont il-politika tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, li tiffoka fuq it-titjib tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politiki eżistenti.", "Sa mill-adozzjoni tagħha, ħafna Stati Membri organizzaw djalogi ta' Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali nazzjonali fuq it-temi ta' prijorità identifikati fir-rapporti tagħhom.", "F'ħafna każijiet, kienu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati ewlenin.", "Meta r-regoli maqbula b'mod komuni ma jiġux implimentati kif suppost, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni legali.", "Sabiex tiġi evitata din ir-rotta, il-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex ikunu jistgħu japplikaw aħjar il-politiki u r-regoli ambjentali, permezz tal-proċess tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali", "Għal Aktar Informazzjoni", "Komunikazzjoni u Anness:", "28 Rapport tal-pajjiżi u Skedi Informattivi", "Dokument ta' Ħidma tal-Persunal ta' sfond ta' politika", "Is-sit web tar-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_1956", "title": "Il-Jum Internazzjonali tar-Rom: Stqarrija mill-Ewwel Viċi President Frans Timmermans u l-Kummissarji Johannes Hahn, Marianne Thyssen, Vĕra Jourová, Corina Creţu", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ESAI,ENLNEIG,JFRC,REGIONAL,DISCRIMINATION,RULELAW", "date": "Thu, 04 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom fit-8 ta' April, l-Ewwel Viċi President Frans Timmermans u l-Kummissarji Johannes Hahn, Marianne Thyssen, Vĕra Jourová, Corina Creţu stqarru:", "\"Illum niċċelebraw il-kultura tar-Rom u nfakkru l-istorja tagħhom li ilha parti mill-Ewropa għal sekli sħaħ.", "Minkejja li huma jifformaw l-akbar minoranza fl-Ewropa, il-komunitajiet tar-Rom għadhom qegħdin ibatu minn diskriminazzjoni u marġinalizzazzjoni mifruxa.", "Dan ma jħallihomx li jkollhom aċċess għal drittijiet fundamentali għall-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni deċenti jew servizzi bażiċi tas-saħħa.", "L-antiżingariżmu qiegħed jiżdied.", "Qegħdin nassistu għal diskorsi b'kontenut estrem, anki minn politiċi, u t-tixrid ta' diskors ta' mibgħeda, kif ukoll aħbarijiet foloż fuq l-internet.", "Il-kliem iwassal għall-mibgħeda, u l-mibgħeda twassal għall-vjolenza.", "Hemm bżonn li nkunu moħħna hemm biex naraw li r-Rom ma jerġgħux ikunu fil-mira ta' tfixkil u attakki.", "Hemm bżonn li nitgħallmu mill-istorja tagħna u hemm bżonn li ma nħallux llil min irewwaħ in-nirien ta' mibgħeda antika.", "Biex nagħmlu dan, hemm bżonn li nirriaffermaw il-valuri fundamentali tagħna.", "L-UE trid soċjetà fejn it-trattament ugwali tkun realtà għall-minoritajiet kollha, u fejn jiġu offruti l-istess drittijiet u opportunitajiet lill-komunitajiet tar-Rom, daqs kulħadd.", "Dan hu dak li aħna.", "Il-Jum Internazzjonali tar-Rom huwa opportunità biex inħarsu lejn dak li sar fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, u biex intejbu l-inklużjoni tar-Rom.", "Il-ħidma tal-Istati Membri ġiet iggwidata mill-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sa mill-2011, u hemm ukoll fondi mill-UE disponibbli f'sostenn għall-integrazzjoni tar-Rom.", "Din l-istrateġija qiegħda tħallli l-frott; qegħdin naraw titjib, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni.", "Iżda għad fadlilna triq twila quddiemna sabiex naraw li l-komunitajiet tar-Rom ikunu jistgħu jaslu sal-potenzjal sħiħ tagħhom.", "Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE, kif ukoll lis-sħab li għandhom perspettiva Ewropea biex iżommu mal-impenji li daħlu għalihom li tissaħħaħ il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u biex jappoġġaw il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tar-Rom fil-qasam politiku, fl-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna.", "Huma u aħna, xorta.", "Biex inġibu fi tmiemha marġinalizzazzjoni li ilha għaddejja s-sekli hemm bżonn ta' kooperazzjoni madwar l-Ewropa kollha.", "Il-politiċi kollha, sew fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak lokali, hemm bżonn li jkattru l-fiduċja bejn il-komunitajiet tar-Rom u dawk li mhux Rom, u li jaraw li r-Rom igawdu mill-istess drittijiet u opportunitajiet daqs Ewropej oħrajn.”", "Kuntest", "Ir-Rom huma l-akbar komunità minoritarja tal-Ewropa – b'sitt miljun Rom li jgħixu fl-UE u erba' miljun fil-pajjiżi involuti fit-tkabbir (il-Montenegro, is-Serbja, il-Maċedona ta' Fuq, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerżegovina, il-Kosovo u t-Turkija).", "Madankollu ilhom isofru minn nuqqas ta' ugwaljanza, esklużjoni soċjali, diskriminazzjoni u marġinalizzazzjoni.", "L-evalwazzjoni tal-Qafas tal-UE tal-2011 għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020, li għamlet il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar, evalwa kif ġew implimentati l-Istrateġiji għall-Integrazzjoni tar-Rom madwar l-UE.", "Ġie indikat xi titjib pożittiv mill-proġett pilota “Roma Civil Monitor” b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni, iżda irid isir aktar fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u ekonomika tal-komunitajiet tar-Rom.", "L-azzjoni tal-UE pprovdiet valur miżjud lill-politiki nazzjonali tar-Rom u lill-implimentazzjoni tagħhom permezz ta' dimensjonijiet politiċi, ta' governanza u finanzjarji.", "Il-Kummissjoni tappoġġja l-inklużjoni tal-komunitajiet tar-Rom permezz ta' proġetti u ffinanzjar differenti:", "- il-Politika ta' Koeżjoni: Objettiv speċifiku fil-proposta tal-Kummissjoni għall-Fond Soċjali Ewropew Plus il-ġdid għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027 se jkun iddedikat għall-avvanz tal-inklużjoni soċjali ta' gruppi marġinalizzati.", "Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali se jibqa' jappoġġa l-infrastruttura fil-kura tat-tfal, il-kura tas-saħħa, il-kura soċjali, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni.", "- Il-programm JUSTROM jagħti s-setgħa lil nisa Rom u jappoġġa l-vittmi tad-diskriminazzjoni;", "- Il-programm INSCHOOL jippromwovi l-edukazzjoni inklussiva u disegregazzjoni għat-tfal tar-Rom.", "- Il-programmi ROMACT u ROMACTED, inizjattivi stabbiliti fl-2013 u fl-2016 rispettivament, jgħinu wkoll lill-komunità tar-Rom billi jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali f'180 muniċipalità fl-UE u fil-pajjiżi involuti fit-tkabbir bit-tfassil, l-iffinanzjar u l-implimentazzjoni ta' politiki u ta' servizzi pubbliċi immirati lejn il-ħolqien ta' soċjetà aktar inklussiva għar-Rom.", "Dawn l-inizjattivi huma programmi konġunti bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ewropa.", "- Is-sitwazzjoni tal-minoranzi bħar-Rom tittieħed f'kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-kapaċità ta' kandidati potenzjali u pajjiżi kandidati biex isiru membri tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni tappoġġa l-gvernijiet u s-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija fil-livelli lokali, nazzjonali u reġjonali", "għall-implimentazzjoni ta' proġetti għall-integrazzjoni tar-Rom.", "Għall-perjodu 2021-2027, l-azzjonijiet se jkunu ffukati fuq l-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u d-dokumentazzjoni ċivili kif ukoll fuq kwistjonijiet trasversali li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza tal-ġeneru u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.", "Studju li jorjenta r-riċerka dwar it-tfal tar-Rom ġie ppreżentat fit-12-il Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal.", "Dan jagħmel rakkomandazzjonijiet lil dawk kollha involuti fl-integrazzjoni tar-Rom, inkluż l-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, l-NGOs u organizzazzjonijiet oħra kif ukoll lil donaturi.", "L-istudju sħiħ jista' jinstab hawn.", "Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Kummissjoni Ewropea se tingħaqad mal-inizjattiva tal-Parlament Ewropew, flimkien ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rappreżentattivi Ewropej, biex tospita sensiela ta' avvenimenti fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom.", "Aktar informazzjoni tista' tinkiseb hawn.", "Għal iktar informazzjoni", "Il-politika tal-UE dwar l-integrazzjoni tar-Rom", "Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Eworpew dwar il-ħtieġa ta' Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom għal wara l-2020 u t-twessiegħ tal-ġlieda kontra l-antiżingariżmu (Frar 2019)", "Ir-rapport tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali: Roma women in nine EU Member States (In-nisa Rom f'disa' Stati Membru tal-UE)", "L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali – Miżuri f'appoġġ għan-nisa Rom", "Ir-rapport tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali: A persisting concern: (Preokkupazzjoni li għadha teżisti:) antigypsyism as a barrier to Roma inclusion (l-antiżingariżmu bħala xkiel għall-inklużjoni tar-Rom)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1992", "title": "Nipproteġu lill-konsumaturi Ewropej: il-ġugarelli u l-karozzi minn ta' quddiem nett fil-lista ta' prodotti perikolużi", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=JFRC", "date": "Thu, 04 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet ir-rapport tagħha tal-2018 dwar is-Safety Gate għall-prodotti perikolużi, dik li qabel kienet imsejjħa s-Sistema ta' Twissija Rapida.", "Ir-rapport juri li l-awtoritajiet skambjaw 2,257 twissija dwar prodotti perikolużi.", "Il-kategorija tal-ġugarelli kienet l-aktar kategorija nnotifikata ta' prodotti (31%), segwita minn dik tal-“vetturi bil-mutur” (19 %) u “ħwejjeġ, tessili u prodotti tal-moda” (10%), filwaqt li r-riskji ewlenin indikati kienu riskji u l-korrimenti kimiċi (25% kull wieħed) segwiti mir-riskju ta' soffokazzjoni tat-tfal (18%).", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri Věra Jourová, qalet: “Is-Safety Gate hija l-għodda ewlenija li verament taħdem biex jiġu protetti l-Ewropej minn prodotti perikolużi.", "Ir-rapport juri l-infurzar effikaċi tar-regoli b'aktar minn 2,000 twissija u kważi d-doppju ta' prodotti li jinġabru lura u jitneħħew mis-suq.", "Se nkomplu naħdmu mal-awtoritajiet nazzjonali u l-pajjiżi terzi biex nipproteġu lill-konsumaturi Ewropej kollha.”", "Il-ġbir lura tal-prodotti mis-suq hija waħda mill-aktar miżuri komuni użati biex jitnaqqsu r-riskji li jippreżentaw prodotti perikolużi, madankollu l-proporzjon ta' prodotti li jiġu rkuprati b'suċċess mill-konsumaturi baqgħet ġeneralment baxxa.", "Ir-riżultati ta' stħarriġ ġdid fuq din il-kwistjoni juru li terz ta' dawk li wieġbu qalu li konxjament jibqgħu jużaw prodotti li jkunu se jinġabru lura, li jindika li l-avviżi ta' ġbir lura jista' ma jkollhomx effett kbir fuq il-konsumaturi u/jew li r-riskju mhux qed jiġi kkomunikat b'mod ċar biżżejjed.", "Aktar minn nofs il-prodotti perikolużi kollha identifikati ġejjin miċ-Ċina.", "Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet Ċiniżi fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti għadha prijorità, iżda r-riżultati huma mħalltin.", "Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi fuq dan l-aspett.", "Dan jinkludi s-sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli tas-sikurezza tal-prodotti li jridu jiġu ssodisfati meta jsir il-bejgħ lill-konsumaturi tal-UE.", "Il-kuntest", "Mill-2003, is-Sistema ta' Twissija Rapida tiżgura li l-informazzjoni dwar prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel li jiġu rtirati mis-suq u/jew jinġabru lura kullimkien fl-Ewropa, tiddawwar f'qasir żmien bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea.", "B'dan il-mod, tittieħed azzjoni ta' segwitu kif suppost (il-projbizzjoni/il-waqfien mill-bejgħ, l-irtirar, il-ġbir lura jew ir-rifjut tal-importazzjoni mill-Awtoritajiet Doganali) kullimkien fl-UE.", "Is-Sistema ta' Twissija Rapida ngħatat l-isem ġdid ta' Safety Gate mill-Kummissjoni Ewropea.", "Is-Safety Gate għandha sit web pubbliku dedikat li jagħti aċċess għal aġġornamenti ta' kull ġimgħa ta' twissijiet ippreżentati mill-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-sistema.", "Kull ġimgħa, jiġu rreġistrati u ppubblikati madwar 50 twissija fuq is-sit web.", "In-negozji jistgħu jużaw ukoll il- Portal tan-Negozju biex iwissu lill-awtoritajiet nazzjonali malajr u b'mod effiċjenti dwar prodott li jkunu qiegħdu fis-suq li jista' jkun perikoluż.", "Għal Aktar Informazzjoni", "Rapport u skeda informattiva annwali bi statistika nazzjonali", "Safety Gate", "Elenkar tat-twissijiet tas-Safety Gate", "Stħarriġ dwar l-effikaċja tal-ġbir lura", "Portal tan-Negozju", "Għodda ta' riċerka għall-informazzjoni ppubblikata tas-Sistema ta' Twissija Rapida", "Punti ta' kuntatt nazzjonali tas-Safety Gate", "L-għodda tal-istatistika tas-Safety Gate biex tipproduċi l-istatistika tiegħek stess"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1871", "title": "Karti tal-identità u dokumenti ta' residenza siguri: il-Kummissjoni tilqa' l-vot tal-Parlament", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=HOMEAFF,JFRC", "date": "Wed, 03 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Parlament Ewropew ivvota dwar Regolament ġdid, li se jsaħħaħ is-sigurtà tal-karti tal-identità u d-dokumenti ta' residenza fl-Unjoni Ewropea kollha.", "L-elementi ta' sigurtà dgħajfin tal-karti tal-identità f'xi Stati Membri, li għadhom joħorġu l-karti tal-identità tal-karti, jirrappreżentaw riskju serju għas-sigurtà, minħabba li jistgħu jiġu ffalsifikati faċilment u jintużaw mit-terroristi u kriminali oħrajn biex jidħlu fl-UE.", "Dan ir-Regolament se jintroduċi standards minimi tas-sigurtà komuni, biex jagħmel il-karti siguri u affidabbli.", "Huwa u jilqa' l-vot, il-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos, qal: “Fil-futur, il-karti tal-identità u d-dokumenti ta' residenza kollha maħruġin fl-UE għandu jkollhom l-istess standards minimi ta' sigurtà.", "Dan se jgħinna naqbdu u nżommu lit-terroristi u lill-kriminali milli jużaw karti tal-identità ffalsifikati u milli jaqsmu l-fruntieri tagħna, filwaqt li nissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini tagħna, inkluża l-mobilità tagħhom.”", "Il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Věra Jourová qalet: “Il-karti tal-identità b'element ta' sigurtà aktar b'saħħithom se jippermettu liċ-ċittadini jivvjaġġaw b'anqas xkiel madwar l-UE.", "Se jiggarantixxu wkoll li d-dokumenti tal-identità tal-pajjiżi kollha jkollhom l-istess elementi b'saħħithom ta' sigurtà, biex b'hekk tingħalaq kwalunkwe lakuna jew xi vulnerabbiltà li t-terroristi u l-kriminali jistgħu japprofittaw ruħhom minnha.”", "Issa l-elementi ta' sigurtà tal-karti tal-identità se jiġu allinjati ma' dawk tal-passaporti, minħabba li ż-żewġ tipi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar issa se jkun fihom ċippa mingħajr kuntatt b'sigurtà għolja, bi stampa u l-marki tas-swaba' tad-detentur.", "L-Istati Membri se jibdew joħorġu l-karti tal-identità l-ġodda fi żmien sentejn.", "Il-karti tal-identità li qegħdin fiċ-ċirkolazzjoni u li mhumiex konformi mal-istandards il-ġodda se jkollhom jiġu mibdula fi żmien 5 jew 10 snin, skont il-livell ta' sigurtà tagħhom.", "Se jkun hemm eċċezzjonijiet għal karti tal-identità ta' nies li għandhom aktar minn 70 sena.", "Ir-regoli l-ġodda ma jobbligawx lill-Istati Membri joħorġu karti tal-identità: se jkomplu jkunu huma li jiddeċiedu jagħmluhomx volontarji jew obbligatorji, jew li saħansitra ma joħorġuhomx.", "L-Istati Membri jistgħu jżommu l-elementi tad-disinn nazzjonali u s-servizzi elettroniċi tal-gvern tagħhom.", "Madankollu, il-karti tal-identità l-ġodda kollha se jkollhom jimxu mal-istandards il-ġodda tas-sigurtà.", "Il-passi li jmiss", "Il-proposta għad trid tiġi adottata finalment mill-Kunsill.", "Kuntest", "Fis-17 ta' April 2018, il-Kummissjoni pproponiet, bħala parti mill-azzjonijiet tagħha favur Unjoni tas-Sigurtà ġenwina u effettiva, biex ittejjeb l-elementi ta' sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-UE u tal-karti tar-residenza tal-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-UE.", "B'madwar 80 miljun Ewropew li bħalissa għandhom karti tal-identità li ma jinqrawx mill-magni u li ma għandhomx elementi bijometriċi, l-għan tal-proposta huwa li jitrażżan l-użu ta' dokumenti frodulenti li jistgħu jintużaw ukoll mit-terroristi u mill-kriminali biex jidħlu fl-UE minn pajjiżi li mhumiex fl-UE.", "Għal aktar informazzjoni", "Skeda informattiva", "Komunikazzjoni: Is-Sbatax-il Rapport ta' Progress għal Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina", "Mistoqsijiet Frekwenti – Niċħdu l-mezzi biex it-terroristi jaġixxu", "Il-Valutazzjoni tal-impatt għall-proposta biex tittejjeb is-sigurtà tal-karti tal-identità u d-dokumenti ta' residenza ta' ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom", "Stqarrija għall-istampa: L-Unjoni tas-Sigurtà: il-Kummissjoni tippreżenta miżuri ġodda biex it-terroristi u l-kriminali jiġu rrifjutati l-mezzi u l-ispazju biex jaġixxu"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/STATEMENT_19_1935", "title": "Is-Suq Uniku Diġitali: Il-Kummissjoni tilqa' l-vot tal-Parlament Ewropew dwar regoli ġodda għall-kondiviżjoni tad-data tas-settur pubbliku", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=DIGAG", "date": "Wed, 03 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Parlament Ewropew approva d-Direttiva dwar id-Data Miftuħa u l-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku li se ttejjeb b'mod sinifikanti d-disponibbiltà u l-użu innovattiv tad-data pubblika u ffinanzjata mill-pubbliku, biex b'hekk tgħin fit-tkabbir tal-iżvilupp ta' teknoloġiji intensivi fid-data bħall-intelliġenza artifiċjali.", "Il-Viċi President għas-Suq Uniku Diġitali Andrus Ansip u l-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali Mariya Gabriel esprimew is-sodisfazzjon tagħhom dwar dan il-vot f'dikjarazzjoni konġunta:", "“Kuntenti ħafna bl-appoġġ kbir li ngħata lid-Direttiva dwar id-Data Miftuħa mill-membri tal-Parlament Ewropew.", "Id-data hija assi ewlieni tal-ekonomija diġitali u parti kbira ta' dan l-assi hija ġġenerata mis-settur pubbliku.", "Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal innovattiv tiegħu, huwa essenzjali li d-data pubblika u ffinanzjata mill-pubbliku tkun faċilment disponibbli għaċ-ċittadini u għall-kumpaniji tal-UE.", "Dan huwa partikolarment minnu għat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li l-iżvilupp tagħhom jiddependi fuq l-aċċess għal ammonti enormi ta' data.", "It-tisħiħ tar-regoli tal-UE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku huwa meħtieġ biex dawn ikunu allinjati ma' teknoloġiji li qed jinbidlu b'mod rapidu u biex jiġu indirizzati l-ostakli li jipprevjenu lill-SMEs u lin-negozji ġodda milli jinnovaw fil-qasam tar-riżorsi tad-data pubblika.", "Bis-saħħa tad-Direttiva dwar id-Data Miftuħa adottata llum, id-data f'ħin reali tas-settur pubbliku kif ukoll id-data minn organizzazzjonijiet u impriżi pubbliċi li jwettqu r-riċerka se ssir disponibbli aktar faċilment u tkun tista' tintuża kemm mill-magni u kemm mill-bnedmin.", "Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Membri tal-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati involuti talli żguraw proċess leġiżlattiv kostruttiv u rapidu li wassal għall-vot importanti tal-lum.”", "Il-passi li jmiss", "It-test adottat illum mill-Parlament Ewropew irid jiġi formalment approvat mill-Kunsill tal-UE.", "L-Istati Membri mbagħad ikollhom jimplimentaw ir-regoli riveduti fi żmien sentejn qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ.", "Il-Kummissjoni se tibda taħdem mal-Istati Membri fuq l-identifikazzjoni tas-settijiet tad-data ta' valur għoli li se jkunu stipulati f'Att ta' Implimentazzjoni.", "Kuntest", "Ir-regoli l-ġodda huma s-suċċessuri tad-Direttiva dwar l-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (2003/98/KE, rieżaminata fl-2013) li tirregola l-użu mill-ġdid tad-data ġġenerata minn korpi tas-settur pubbliku (eż. fil-qasam legali, tat-traffiku, tas-servizzi meteoroloġiċi u dawk finanzjarji, eċċ.) għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.", "Fil-25 ta' April 2018, il-Kummissjoni adottat il-Pakkett tal-2018 dwar id-Data, li għall-ewwel darba indirizza t-tipi differenti ta' data (pubblika, privata, xjentifika) f'qafas politiku koerenti bl-użu ta' diversi strumenti politiċi.", "Kull użu mill-ġdid ta' data personali skont id-Direttiva dwar id-Data Miftuħa u l-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (PSI) irid jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli u l-obbligi li jinsabu fir-Regolament tal-UE dwar il-Protezzjoni Ġenerali tad-data.", "L-Att ta' Implimentazzjoni li jmiss se jagħżel is-settijiet ta' data ta' importanza soċjoekonomika partikolari (Settijiet tad-data ta' Valur Għoli) li se jkunu disponibbli b'xejn u b'mod miftuħ madwar l-UE, permezz ta' Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (APIs).", "Għal Aktar Informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa", "Skeda informattiva", "Studju dwar is-Suq tad-Data Ewropew"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1912", "title": "L-Istat tad-Dritt: Il-Kummissjoni tiftaħ dibattitu biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt fl-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Tue, 02 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum qed tniedi proċess ta' riflessjoni dwar l-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea li jistipula toroq possibbli għal azzjoni futura.", "Il-Komunikazzjoni ppreżentata llum tevalwa l-għodod disponibbli għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-protezzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni.", "Din tħares ukoll lejn l-esperjenza ta' dawn l-aħħar snin sabiex inkunu nistgħu nibdew dibattitu Ewropew usa' dwar kif l-istat tad-dritt jista' jissaħħaħ aktar.", "L-esperjenza tal-passat, b'mod partikolari, tindika l-ħtieġa ta' promozzjoni aħjar tal-istat tad-dritt, il-prevenzjoni bikrija tar-riskji u l-ksur tal-istat tad-dritt, u reazzjoni effettiva meta jinqalgħu problemi bħal dawn fl-Unjoni.", "L-Ewwel Viċi President, Frans Timmermans, qal: “Il-kapaċità tal-Unjoni li tirrispetta l-istat tad-dritt hija essenzjali, issa aktar minn qatt qabel.", "L-ewwel nett għaliex hija kwistjoni ta' valuri fundamentali, kwistjoni ta' “min aħna”.", "It-tieni, minħabba li l-funzjonament tal-UE inġenerali jiddependi fuq l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha.", "Issa huwa ż-żmien li nirriflettu flimkien mal-istituzzjonijiet kollha, l-Istati Membri, l-awtoritajiet differenti u l-partijiet interessati dwar kif wieħed għandu jiddefendi u jsaħħaħ l-istat tad-dritt fl-Unjoni.”", "F'dawn l-aħħar snin, l-istat tad-dritt fl-Ewropa ġie taħt pressjoni akbar.", "F'dibattiti fi ħdan l-Unjoni tqajmu preokkupazzjonijiet komuni u konkreti, f'livell internazzjonali u mis-soċjetà ċivili.", "Jidher ċar li jeħtieġ li jsir aktar biex jiġi żgurat li l-istat tad-dritt ikollu min jiddefendih u jiġi rispettat fl-Unjoni kollha.", "Filwaqt li tibni fuq id-dibattiti li għaddejjin bħalissa u l-esperjenzi tal-passat, il-Komunikazzjoni tal-lum għandha l-għan li tibda dan il-proċess billi tistabbilixxi toroq possibbli għal riflessjoni u azzjoni futura.", "Toroq possibbli għall-ġejjieni", "Hija responsabilità komuni tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri li jiddefendu, isaħħu, u jirrispettaw l-istat tad-dritt fl-Unjoni.", "Il-Kummissjoni diġà użat firxa wiesgħa ta' għodod biex timmonitorja, tivvaluta u tirrispondi għat-tħassib dwar l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, inkluż il-Qafas tal-Istat tad-Dritt, il-proċedura tal-Artikolu 7(1) tat-TUE, il-proċeduri ta' ksur, kif ukoll is-Semestru Ewropew, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE jew il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (CVM).", "Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza miġbura s'issa permezz tal-istrumenti kollha, il-Kummissjoni qiegħda llum tfisser tliet pilastri li jistgħu jikkontribwixxu għall-infurzar effettiv tal-istat tad-dritt fl-Unjoni:", "· Promozzjoni Aħjar: l-istandards u l-ġurisprudenza tal-istat tad-dritt mhumiex dejjem magħrufa biżżejjed fil-livell nazzjonali.", "Biex dan jiġi indirizzat, iż-żieda fl-isforzi għandha tkun immirata lejn il-promozzjoni aħjar tal-għarfien dwar l-istandards tal-istat tad-dritt u l-każistika fil-livell nazzjonali.", "Dan jista' jinkiseb, pereżempju, permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni għall-pubbliku, approċċi komuni tal-UE li jgħinu fil-promozzjoni ta' kultura tal-istat tad-dritt aktar b'saħħitha fost l-istituzzjonijiet u l-professjonijiet, impenn kontinwu mal-Kunsill tal-Ewropa, u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-livelli reġjonali u lokali.", "· Prevenzjoni Bikrija: Filwaqt li r-responsabbiltà ewlenija biex jiġi żgurat ir-rispett għall-istat tad-dritt fil-livell nazzjonali hija tal-Istati Membri, l-UE tista' toffri appoġġ importanti biex tinbena r-reżiljenza tas-sistemi u l-istituzzjonijiet ewlenin.", "Il-kooperazzjoni u d-djalogu regolari jistgħu jikkontribwixxu għal fehim aktar profond tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u tal-iżviluppi fl-Istati Membri u jistgħu jikkontribwixxu għas-soluzzjoni bikrija ta' kwalunkwe kwistjoni ta' stat tad-dritt.", "· Reazzjoni skont il-ħtieġa: Diversità ta' sfidi tal-istat tad-dritt tirrikjedi diversità ta' reazzjonijiet effettivi.", "Il-Kummissjoni se tkompli tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE permezz ta' proċeduri ta' ksur.", "Approċċi differenti jistgħu jkunu xierqa wkoll f'oqsma ta' politika speċifiċi bħall-proposta tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-UE.", "Barra minn hekk, jista' jiġi esplorat xi irfinar tal-Qafas tal-Istat tad-Dritt eżistenti, inklużi informazzjoni bikrija u appoġġ mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif ukoll skedi ta' żmien ċari ta' kemm jieħdu żmien id-djalogi.", "Il-Passi li Jmiss", "Il-Kummissjoni issa tistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, u lill-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet interessati rilevanti, inklużi n-netwerks ġudizzjarji u s-soċjetà ċivili, biex jirriflettu dwar il-kwistjonijiet ippreżentati fil-Komunikazzjoni tal-lum u jikkontribwixxu b'ideat konkreti dwar kif is-sett ta' għodod dwar l-istat tad-dritt jista' jittejjeb fil-futur.", "Filwaqt li tibni fuq dan il-proċess ta' riflessjoni u d-dibattitu li għaddej, il-Kummissjoni se terġa' lura għal din il-kwistjoni bil-konklużjonijiet u l-proposti tagħha f'Ġunju 2019.", "Il-kuntest", "L-Istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea u mħaddna mill-Istati Membri kollha.", "Huwa minqux bħala tali fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.", "Huwa essenzjali wkoll għall-funzjonament tal-UE kollha kemm hi, pereżempju fir-rigward tas-Suq Intern, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, u l-iżgurar li l-imħallfin nazzjonali li huma wkoll “imħallfin tal-UE” jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fl-iżgurar tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u jistgħu jinteraġixxu kif xieraq mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-kuntest ta' proċeduri ta' deċiżjoni preliminari.", "Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien ma' istituzzjonijiet oħra u l-Istati Membri, hija responsabbli skont it-Trattati, biex tiggarantixxi l-istat tad-dritt bħala valur fundamentali tal-Unjoni tagħna u tiżgura li l-liġi, il-valuri u l-prinċipji tal-UE jiġu rispettati.", "Il-Kummissjoni għandha firxa wiesgħa ta' għodod biex timmonitorja, tivvaluta, u tirrispondi għall-kwistjonijiet tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, fost oħrajn proċeduri ta' ksur, is-Semestru Ewropew, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE jew il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (CVM).", "Fil-11 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni Ewropea adottat Qafas ġdid biex tindirizza t-theddid sistemiku għall-Istat tad-Dritt fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-UE.", "Il-Qafas jistabbilixxi għodda li tippermetti li l-Kummissjoni tidħol fi djalogu strutturat ma' Stat Membru kkonċernat biex jipprevjenu ż-żieda ta' theddid sistemiku għall-istat tad-dritt.", "L-aktar għodda emblematika, iżda eċċezzjonali għad-difiża tal-Istat tad-Dritt hija l-proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE, li tippermetti lill-UE taġixxi f'każ ta' ksur serju tal-istat tad-dritt fi Stat Membru.", "Il-proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE skattat f'żewġ każijiet s'issa: f'Diċembru 2017 fil-każ tal-Polonja (mill-Kummissjoni) u f'Settembru 2018 fil-każ tal-Ungerija (mill-Parlament Ewropew).", "Illum il-Kummissjoni nediet ukoll proċedura ta' ksur billi bagħtet Avviż ta' Tqegħid fil-Mora lill-Polonja rigward ir-reġim dixxiplinari ġdid għall-imħallfin (stqarrija għall-istampa sħiħa hawnhekk)", "Għal Aktar Informazzjoni", "Komunikazzjoni: Tisħiħ ulterjuri tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni — Sitwazzjoni attwali u l-passi possibbli li jmiss", "Skeda informattiva: Kaxxa ta' l-għodda tal-UE dwar l-Istat tad-Dritt", "Stqarrija għall-istampa — L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: Il-Kummissjoni tirreġistra l-inizjattiva “Rispett għall-istat tad-dritt”", "Stqarrija għall-istampa – L-Istat tad-Dritt: Il-Kummissjoni Ewropea tniedi proċedura ta' ksur biex tipproteġi l-imħallfin fil-Polonja mill-kontroll politiku"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1937", "title": "Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: il-Kummissjoni tirreġistra l-inizjattiva “Respect for the rule of law”", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW", "date": "Tue, 02 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tirreġistra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata “Respect for the rule of law within the European Union” (“Il-ħarsien tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea”).", "L-għan tal-inizjattiva huwa li jinħoloq “mekkaniżmu ta' evalwazzjoni oġġettiv u imparzjali għall-verifika tal-applikazzjoni tal-valuri tal-Unjoni Ewropea mill-Istati Membri kollha”.", "Speċifikament, l-organizzaturi qegħdin jitolbu lill-Kummissjoni “tipprovdi leġiżlazzjoni ġenerali lill-Unjoni Ewropea […] għall-verifika tal-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-istat tad-dritt”.", "Barra minn hekk, l-organizzaturi għandhom l-għan li “jiffaċilitaw l-infurzar tal-liġijiet Ewropej dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali (eż. il-mandat ta' arrest Ewropew)” u li jsaħħu r-rwol tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.", "Id-deċiżjoni li tiġi rreġistrata l-inizjattiva “Respect for the rule of law” tikkoinċidi mat-tnedija tal-lum ta' proċess ta' riflessjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-passi possibbli li jmiss għat-tisħiħ ulterjuri tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea (materjal għall-istampa disponibbli hawnhekk), kif tħabbar fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2019.", "Il-Komunikazzjoni konsultattiva tal-lum se tiġi segwita f'Ġunju minn inizjattiva iktar orjentata lejn il-futur.", "Skont it-Trattati, il-Kummissjoni tista' tipproponi atti legali biex tevalwa l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-politika tal-Unjoni fl-oqsma tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja, u biex issaħħaħ l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.", "Il-Kummissjoni Ewropea għalhekk qieset li l-inizjattiva hija legalment ammissibbli u ddeċidiet li tirreġistraha.", "F'dan l-istadju tal-proċess il-Kummissjoni ma analizzatx is-sustanza tal-inizjattiva, iżda l-ammissibbiltà legali tagħha biss.", "Ir-reġistrazzjoni ta' din l-inizjattiva se ssir fit-8 ta' April 2019, u b'hekk jibda l-proċess ta' sena għall-ġbir tal-firem ta' appoġġ mill-organizzaturi tagħha.", "Jekk l-inizjattiva tirċievi miljun dikjarazzjoni ta' appoġġ fi żmien sena, u dawn jiġu minn mhux inqas minn 7 Stati Membri differenti, il-Kummissjoni tanalizzaha u tirreaġixxi fi żmien 3 xhur.", "Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi ssegwix din it-talba jew le, u tagħżel x'tagħżel ikollha tispjega l-għala.", "Sfond", "L-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ġew introdotti fit-Trattat ta' Lisbona, u ġew varati bħala għodda li tippermetti liċ-ċittadini jistabbilixxu l-aġenda huma stess f'April 2012, mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-Trattati.", "Fl-2017, bħala parti mid-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti għal riforma tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej biex issir iktar faċli għal min jużaha.", "F'Diċembru 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar ir-riforma u r-regoli riveduti se jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020.", "Ġaladarba tiġi rreġistrata formalment, Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermetti li miljun ċittadin minn mill-inqas kwart tal-Istati Membri tal-UE jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi att legali f'oqsma li l-Kummissjoni għandha s-setgħa biex tagħmel dan.", "Il-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà huma li l-azzjoni proposta ma tkunx taqa' manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni biex tressaq proposta għal att legali, li ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u li ma tmurx manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni.", "Għal Iktar Informazzjoni", "It-test sħiħ tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej proposta (disponibbli mit-8 ta' April 2019)", "ECIs li bħalissa qed jiġbru l-firem", "Is-sit tal-ECI", "Ir-Regolament dwar l-ECI"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1755", "title": "Patt Ġdid għall-Konsumaturi: Il-Kummissjoni Ewropea tilqa' l-ftehim proviżorju dwar it-tisħiħ tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=CONSUMPOL,JFRC,RULELAW", "date": "Mon, 01 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar regoli ta' protezzjoni tal-konsumatur aktar b'saħħithom u infurzati aħjar.", "It-titjib ewlieni se jwassal għal aktar trasparenza għall-konsumaturi meta jixtru online, pieni effettivi u regoli ċari biex jindirizzaw il-kwistjoni ta' kwalità doppja tal-prodotti fl-UE.", "Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet ir-regoli f'April tas-sena li għaddiet bħala parti mill-Patt Ġdid għall-Konsumaturi.", "L-ewwel Viċi President Timmermans qal: “Dan hu rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi permezz ta' aktar trasparenza, u infurzar robust jekk il-konsumaturi jiġu mqarrqa.", "B'dan il-Patt il-Ġdid, il-konsumaturi se jkunu jafu x'qed jixtru u mingħand min qed jixtru.”", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, żiedet tgħid: B'dan il-Patt, il-ġranet ta' standards doppji fis-Suq Uniku mhux se jkomplu għal ħafna iktar.", "Il-konsumaturi m'għandhomx ikunu aktar imqarrqa bi prodotti differenti ppreżentati bħala identiċi.", "Il-kummerċjanti li se jkomplu jqarrqu se jiffaċċjaw sanzjonijiet għolja.", "Il-Patt il-Ġdid se jsaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur fid-dinja online u jwassal biex ix-xiri online jsir aktar trasparenti.", "Il-miżuri adottati se jġibu benefiċċji tanġibbli għall-konsumaturi.", "Il-passi li jmiss", "Dan il-ftehim proviżorju issa jrid jiġi adottat formalment kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill.", "Sfond", "Il-pakkett dwar il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi se jimxi fuq il-passi ta' dak li diġà kisbet il-Kummissjoni Juncker sabiex ittejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi.", "Fl-ambitu tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni kisbet riżultati rigward diversi inizjattivi li jadattaw ir-regoli tal-konsumaturi għad-dinja online, pereżempju billi temmet it-tariffi tar-roaming jew l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat.", "Apparti minn hekk, ir-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi, adottat fl-2017, se jtejjeb l-infurzar pubbliku u l-kooperazzjoni transfruntiera tal-awtoritajiet tal-konsumaturi.", "Il-Patt il-Ġdid għall-Konsumaturi kien magħmul minn żewġ proposti għal Direttivi:", "Għal Aktar Informazzjoni", "Patt Ġdid għall-Konsumaturi"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_19_1872", "title": "Il-Kummissjoni tadotta pakkett ta' investiment ta' €4 biljun għal proġetti infrastrutturali f'10 Stati Membri", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=REGIONAL", "date": "Mon, 01 Apr 2019 22:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE qed tinvesti €4 biljun f'fondi tal-UE f'25 proġett infrastrutturali kbir f'10 Stati Membri.", "Dan il-pakkett ta' investiment jinvolvi l-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, u r-Rumanija.", "Il-proġetti jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma: is-saħħa, it-trasport, ir-riċerka, l-ambjent, u l-enerġija.", "Bil-kofinanzjament nazzjonali, l-investiment totali f'dawn il-proġetti jammonta għal €8 biljun.", "Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, Corina Crețu, qalet: “Kull wieħed minn dawn il-25 proġett huwa eżempju ta' kif l-UE qiegħda taħdem biex ittejjeb il-ħajja ta' kuljum għaċ-ċittadini tagħna, mill-ilma tax-xorb aħjar għal trasport ferrovjarju aktar mgħaġġel u sptarijiet moderni.", "Fil-perjodu tal-baġit attwali, adottajt 258 proġett infrastrutturali kbir, b'valur ta' €32 biljun ta' fondi tal-UE; f'ċertu sens, dawn huma ambaxxaturi tal-Politika ta' Koeżjoni, u kburija b'kull wieħed minnhom.”", "Mat-€33.1 miljun ta' fondi tal-UE se jiffinanzjaw il-bini ta' interkonnettur tal-gass transfruntier ta' 182km bejn Komotini fil-Greċja u Stara Zagora fil-Bulgarija.", "Dan il-pipeline huwa proġett Ewropew ta' interess komuni, li jikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija.", "Għall-ewwel darba, is-sistemi tal-gass taż-żewġ pajjiżi se jingħaqdu, u b'hekk is-sorsi tal-enerġija fir-reġjun se jiġu ddiversifikati filwaqt li tiżdied is-sigurtà tal-enerġija.", "B'aktar kompetizzjoni fis-suq tal-gass, il-konsumaturi se jgawdu minn prezzijiet orħos.", "L-ewwel nett, is-€76 miljun qed jiffinanzjaw it-titjib fuq il-linja ferrovjarja bejn Praga u Pilsen.", "Ix-xogħlijiet jinkludu linji ġodda u mibnijin mill-ġdid bejn Rokycany u Pilsen, biex jitqassar il-ħin bin-nofs bejn din is-sezzjoni u tissaħħaħ l-attraenza ta' Pilsen bħala ċentru ekonomiku reġjonali.", "Imbagħad, kważi €75 miljun qed jiġu investiti fi triq minn Nebory sa Bystřice, bħala parti minn konnessjoni ewlenija bejn l-awtostrada Ċeka D48 u l-awtostrada Slovakka D3.", "F'Jena, Thüringen, il-faċilitajiet tal-Università ta' Friedrich-Schiller se jingħataw bixra ġdida bi kważi €84 miljun f'fondi tal-UE.", "Il-proġett se jiffinanzja l-kostruzzjoni ta' żewġ binjiet: iċ-ċentru tad-data tal-università u l-fakultà tal-matematika u x-xjenza tal-IT, li se jibbenefikaw minnha 18,000 student.", "Kważi €135 miljun qed jiġu investiti fis-sistema ta' telekomunikazzjoni “Syzefxis II”, li eventwalment se tgħaqqad in-netwerk tal-amministrazzjoni pubblika Griega kollha kemm hi.", "Bis-saħħa ta' dan, 600,000 impjegat taċ-ċivil u 34,000 binja se jkunu konnessi mas-sistema, li se jwasslu għal ekonomiji ta' skala sinifikanti, u servizzi aħjar għall-popolazzjoni.", "Imbagħad, kważi €95 miljun se jiffinanzjaw il-kostruzzjoni ta' interkonnessjoni tal-elettriku bejn il-gżira ta' Kreta u l-peniżola ta' Peloponnese.", "Din tinkludi żewġ kejbils sottomarini ta' 135 km.", "Dan il-proġett se jbaxxi l-ispejjeż tal-elettriku fi Kreta billi minflok is-sistemi li jaħdmu biż-żejt u li jqumu ħafna flus, jintuża elettriku mill-Greċja kontinentali.", "Mal-€105.5 miljun se jiffinanzjaw titjib fit-taqsima tan-nofsinhar tar-ring road ta' Budapest, b'toroq mibnija mill-ġdid, pontijiet, u mogħdijiet ġodda għaċ-ċiklisti.", "Il-proġett se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar u jtejjeb is-sikurezza fit-toroq għad-90,000 vettura li ta' kuljum jiċċirkolaw fiż-żona.", "Barra minn hekk, dan se jnaqqas il-konġestjoni billi jiddevja t-traffiku lil hinn miċ-ċentru tal-belt.", "Aktar minn €358 miljun f'fondi tal-UE se jgħinu biex il-linja ferrovjarja Circumetnea li topera f'Katanja, fi Sqallija, tiġi estiża, bi tmien stazzjonijiet ġodda u vetturi ferrovjarji.", "Dan il-proġett se jgħin biex titnaqqas il-konġestjoni fin-netwerk tat-toroq u se jippromwovi mobilità nadifa fir-reġjun.", "Kważi €74 miljun se jipprovdu ilma tax-xorb aħjar, sikurezza tal-provvista tal-ilma msaħħa u ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma tal-pjan imtejba f'Malta, Għawdex u Kemmuna.", "Il-proġett se tgawdi minnu l-popolazzjoni sħiħa tal-pajjiż.", "Ix-xogħlijiet iffinanzjati mill-UE jinkludu mina taħt l-art u l-estensjoni tan-netwerks ta' distribuzzjoni tal-ilma u tal-ilma mormi.", "Fil-qasam tal-kura tas-saħħa, kważi €61 miljun f'fondi tal-UE se jgħinu fix-xiri ta' tagħmir ġdid għall-Isptar tal-Università ta' Krakovja, Małopolskie, għall-benefiċċju ta' aktar minn 3.3 miljun abitant.", "Imbagħad, €56 miljun se jgħinu fil-bini ta' kumpless tal-isptar ġdid għaċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa tat-Tfal f'Poznań, Wielkopolskie, li jiċċentralizza s-servizzi tas-saħħa, fl-estensjoni tal-faċilitajiet u x-xiri ta' apparat ġdid.", "Iċ-ċentru se jkun mgħammar b'dipartiment tal-kura ta' emerġenza għat-tfal u se jkabbar id-dipartimenti tal-ortopedija, tat-trawmatoloġija u tar-riabilitazzjoni tiegħu.", "Imbagħad, fil-qasam tat-trasport marittimu, €155 miljun se jżidu s-sikurezza tal-operazzjonijiet fil-Port ta' Gdańsk, Pomorskie, bi strutturi imsaħħin tal-breakwater.", "Kważi €65 miljun se jgħinu biex jinbnew jew jiġu mmodernizzati l-mollijiet u l-istrutturi tal-inġinerija idroteknika fil-Port ta' Gdynia, u b'hekk tiżdied is-sikurezza tat-traffiku.", "Fit-trasport ferrovjarju, €126 miljun se jgħinu biex jinbena l-metrò ta' Szczecin, li jgħaqqad l-ibliet ewlenin tal-Punent ta' Pomerania inklużi Stargard, Police u Gryfino, li se jgawdu minnu 687,000 abitant.", "Kważi €39 miljun se jgħinu biex jinxtraw 16-il karru ferrovjarju elettriku, li se joperaw fl-agglomerazzjoni ta' Varsavja.", "Kważi €58 miljun se jgħinu biex jiġu mmodernizzati 152 vaguni tal-passiġġieri u biex jinxtraw 20 lokomottiv tal-elettriku, li se jduru fir-rotot operati minn PKP Intercity fil-pajjiż.", "Finalment, fil-qasam tat-trasport bit-triq, il-Politika ta' Koeżjoni se tiffinanzja l-bini ta' taqsima tat-triq espressa S7 li tgħaqqad lil Varsavja ma' Grójec (€129 miljun), taqsima tal-awtostrada A2 bejn il-bypass tan-nofsinhar ta' Varsavja u Mińsk Mazowiecki (aktar minn €78 miljun), taqsima tat-triq espressa S3 lejn il-fruntiera Ċeka tas-Silesia ta' Isfel (€105 miljun) u taqsima tal-bypass ta' Olsztyn f'Warmińsko-Mazurskie (€87 miljun).", "Dawn il-proġetti, li kollha jagħmlu parti min-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport, se jżidu s-sikurezza fit-toroq, inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar u jsaħħu l-koeżjoni territorjali fil-pajjiż.", "It-taqsima Ovar-Gaia tal-linja ferrovjarja tat-tramuntana, parti min-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport, se tiġi mmodernizzata bis-saħħa ta' kważi €119-il miljun f'fondi tal-UE.", "Il-passiġġieri se jgawdu minn inqas ħin għall-ivvjaġġar, kundizzjonijiet aktar komdi u aktar sikurezza fuq din l-assi.", "Mal-€1 biljun se jgħinu biex jittejbu r-ring roads ta' Bucharest billi jiġu estiżi bosta partijiet minnha, billi jiġu rduppjati l-korsiji f'kull direzzjoni.", "Dan se jappoġġa wkoll il-kostruzzjoni ta' sezzjoni ta' 51 km tal-parti ta' isfel tal-Motorway Orbitali ġdida ta' Bucharest.", "Fil-kapitali Rumena wkoll, €97 miljun ta' fondi tal-UE se jiffinanzjaw xogħlijiet fuq il-linja ferrovjarja nru 2, b'binarji u vetturi ferrovjarji ġodda.", "Imbagħad, €603 miljun se jintużaw għall-protezzjoni u r-riabilitazzjoni taż-żona turistika tal-kosta tal-Baħar l-Iswed fil-Kontea ta' Constanța.", "Il-proġett jinkludi xogħlijiet ta' konsolidazzjoni tal-irdumijiet, il-mili mill-ġdid bir-ramel fil-bajjiet, miżuri ta' preservazzjoni tal-bijodiversità (skollijiet artifiċjali u ripopolazzjoni ta' speċijiet tal-baħar) kif ukoll tagħmir ta' monitoraġġ.", "Finalment, l-UE se tinvesti aktar minn €135 miljun f'sistemi aħjar għall-ilma tax-xorb u tal-ilma mormi fil-Kontea ta' Timiș.", "Bis-saħħa ta' dan, 15 000 abitant addizzjonali se jkunu konnessi man-netwerk tal-ilma tax-xorb u kważi 380 000 persuna se jgawdu minn ilma tax-xorb aħjar.", "Kuntest", "Proġetti maġġuri jinvolvu proġetti infrastrutturali kbar, li jiswew aktar minn €50 miljun ta' fondi tal-Politika ta' Koeżjoni (€75 miljun fil-każ ta' proġetti ta' trasport).", "Minħabba d-daqs tagħhom, dawn il-proġetti huma soġġetti għal valutazzjoni u deċiżjoni speċifika tal-Kummissjoni.", "Fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020, 258 proġett maġġuri rċevew finanzjament mill-UE.", "Il-kontribuzzjoni tal-UE għal dawn il-proġetti tammonta għal €32 biljun, li huwa nofs il-valur totali tagħhom.", "JASPERS (Assistenza konġunta ta'appoġġ għal proġetti fir-reġjuni Ewropej), il-grupp ta' esperti indipendenti li jgħinu lill-gvernijiet lokali, reġjonali, u nazzjonali iħejju proġetti infrastrutturali kbar iffinanzjati minll-fondi tal-UE, kellhom rwol importanti f'kull wieħed minn dawn il-proġetti, kemm permezz ta' pariri lill-Istati Membri u lill-benefiċjarji matul l-iżvilupp tal-proġett kif ukoll matul l-eżami tal-applikazzjoni għal finanzjament tal-għotjiet.", "Aktar informazzjoni", "DG REGIO: aktar informazzjoni dwar il-25 proġett", "DG REGIO: il-proġetti kollha infrastrutturali kbar"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_1403", "title": "FinTech: Il-Kummissjoni tieħu azzjoni għal suq finanzjarju aktar kompetittiv u innovattiv", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 07 Mar 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Illum il-Kummissjoni Ewropea nediet Pjan ta' Azzjoni dwar kif għandhom jintużaw l-opportunitajiet ippreżentati bit-teknoloġija l-innovazzjoni fis-servizzi finanzjarji (FinTech).", "L-Ewropa għandha ssir ċentru globali għall-FinTech, bin-negozji u l-investituri tal-UE jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu l-aħjar użu mill-vantaġġi offruti mis-Suq Uniku f'dan is-settur li qed jevolvi malajr.", "Bħala l-ewwel riżultat, il-Kummissjoni qed tippreżenta wkoll regoli ġodda li se jgħinu biex jikbru l-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv madwar is-suq uniku tal-UE.", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-lum jipprevedi li jpoġġi lis-settur finanzjarju f'pożizzjoni li juża l-avvanzi rapidi fit-teknoloġiji l-ġodda, bħall-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali u s-servizzi tal-cloud computing.", "Fl-istess ħin, ifittex li jagħmel is-swieq aktar sikuri u li jkollhom aċċess aktar faċli għal atturi ġodda.", "Dan se jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi, l-investituri, il-banek u l-atturi l-ġodda fis-suq bl-istess mod.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi tikketta pan-Ewropea għall-pjattaformi, sabiex pjattaforma liċenzjata f'pajjiż wieħed tkun tista' topera madwar l-UE.", "Il-Pjan ta' Azzjoni huwa parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tinbena Unjoni tas-Swieq Kapitali (Capital Markets Union, CMU) u suq uniku ta' veru għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur.", "Huwa wkoll parti mill-isforzi tagħha biex toħloq Suq Uniku Diġitali.", "Il-Kummissjoni għandha l-għan li tagħmel ir-regoli tal-UE iktar orjentati lejn il-futur u allineati mal-progress mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovkis, responsabbli mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Biex jikkompetu globalment, il-kumpaniji innovattivi Ewropej jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-kapital, l-ispazju biex jesperimentaw u l-iskala biex jikbru.", "Din hija l-premessa għal Pjan ta' Azzjoni għall-FinTech.", "Liċenzja tal-UE tal-iffinanzjar kollettiv tgħin lill-pjattaformi tal-iffinanzjar kollettiv biex jikbru fl-Ewropa.", "Se tgħinhom isiru robusti biżżejjed għall-investituri u l-kumpaniji minn madwar l-UE kollha, u tagħti lid-ditti u l-intraprendituri aktar opportunitajiet biex ibigħu l-ideat tagħhom lil bażi usa' ta' finanzjaturi.”", "Jyrki Katainen, il-Viċi President għall-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: “It-teknoloġiji l-ġodda qed jittrasformaw l-industrija finanzjarja billi jibdlu l-mod kif in-nies jaċċessaw is-servizzi finanzjarji.", "Sorsi alternattivi ta' finanzjament, bħall-finanzjament kollettiv jew is-self bejn il-pari, jgħaqqdu direttament it-tfaddil u l-investimenti.", "Huma jagħmlu s-suq aktar aċċessibbli għal intraprendituri innovattivi, impriżi ġodda u kumpaniji żgħar.", "Dan l-għan huwa fil-qalba tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, qalet: “It-teknoloġiji diġitali jħallu impatt fuq l-ekonomija kollha tagħna — kemm fuq iċ-ċittadini u bl-istess mod fuq in-negozji.", "It-teknoloġiji bħall-blockchain jistgħu jġibu bidla radikali għal servizzi finanzjarji u lil hinn.", "Jeħtieġ li nibnu qafas li jagħti s-setgħa lill-innovazzjoni biex tiffjorixxi, filwaqt li jiġu ġestiti r-riskji u jiġu protetti l-konsumaturi.”", "Il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-FinTech:", "Is-settur finanzjarju huwa l-akbar utent tat-teknoloġiji diġitali u l-mutur ewlieni fit-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija.", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-lum jistabbilixxi 19* pass biex il-mudelli kummerċjali innovattivi jkunu f'pożizzjoni li jikbru, biex jingħata l-appoġġ għall-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda, tiżdied iċ-ċibersigurtà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, fost affarijiet oħra:", "Il-Kummissjoni se tospita Laboratorju UE tal-FinTech fejn l-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali jimpenjaw ruħhom flimkien mal-fornituri tat-teknoloġija fi spazju newtrali u mhux kummerċjali;", "Il-Kummissjoni diġà ħolqot Osservatorju u Forum tal-UE dwar il-Blockchain.", "Se tirrapporta dwar l-isfidi u l-opportunitajiet tal-assi kripto aktar tard fl-2018 u qed taħdem fuq strateġija komprensiva fuq it-teknoloġija ta' reġistru distribwit u l-blockchain li tindirizza s-setturi kollha tal-ekonomija.", "Reġistru distribwit huwa bażi tad-data bl-informazzjoni li tkun kondiviża madwar netwerk.", "L-aktar tip magħruf ta' reġistru distribwit huwa l-blockchain.", "Il-Kummissjoni se tikkonsulta dwar kif l-aħjar tiġi promossa d-diġitalizzazzjoni tal-informazzjoni ppubblikata minn kumpaniji kkwotati fil-borża fl-Ewropa, inkluż bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi biex il-bażijiet tad-data nazzjonali jiġu interkonnessi.", "Dan se jagħti lill-investituri aċċess ferm aktar faċli għall-informazzjoni essenzjali sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment.", "Il-Kummissjoni se tmexxi workshops biex jitjieb l-iskambju tal-informazzjoni meta niġu għaċ-ċibersigurtà;", "Il-Kummissjoni se tippreżenta pjan bl-aqwa prattiki dwar sandboxes regolatorji, ibbażat fuq il-gwida tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.", "Sandbox regolatorja hija qafas stabbilit minn regolaturi li jippermetti lin-negozji l-ġodda tal-FinTech u l-innovaturi l-oħrajn biex iwettqu esperimenti ħajjin f'ambjent ikkontrollat, taħt is-superviżjoni tar-regolaturi.", "Oqfsa bħal dawn qed jiksbu aktar popolarità, l-aktar fi swieq finanzjarji żviluppati.", "Ir-Regolament dwar il-finanzjament kollettiv:", "Il-finanzjament kollettiv itejjeb l-aċċess għall-finanzjament b'mod partikolari għal intrapriżi ġodda u intrapriżi żgħar oħra.", "Intrapriża ġdida tista' tippreżenta l-proġett tagħha fuq pjattaforma onlajn u titlob għal appoġġ f'forma ta' self (“is-self bejn il-pari”) jew ekwità.", "L-investituri jirċievu r-ritorn finanzjarju għall-investiment tagħhom.", "Bħalissa huwa diffiċli għal ħafna pjattaformi li jespandu lejn pajjiżi oħra tal-UE.", "Din hija r-raġuni għaliex il-finanzjament kollettiv fl-UE huwa sottożviluppat meta mqabbel ma' ekonomiji dinjija kbar oħra u li s-suq tal-UE huwa frammentat.", "Wieħed mill-akbar ostakli huwa n-nuqqas ta' regoli komuni madwar l-UE.", "Dan iżid b'mod konsiderevoli l-ispejjeż tal-konformità u dawk operazzjonali u jipprevjeni l-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv milli jespandu lil hinn mill-fruntieri.", "Il-proposta tal-lum se tagħmilha aktar faċli għal dawn il-pjattaformi li joffru s-servizzi tagħhom fl-UE kollha u jitjieb l-aċċess għal din il-forma ta' finanzjament għan-negozji innovattivi li jeħtieġu finanzjament.", "Ladarba jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, ir-Regolament propost se jippermetti li l-pjattaformi japplikaw għal tikketta tal-UE bbażata fuq sett uniku ta' regoli.", "Dan se jippermettilhom li joffru s-servizzi tagħhom madwar l-UE.", "L-investituri fuq il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv se jkunu protetti minn regoli ċari dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni, regoli dwar il-governanza u l-ġestjoni tar-riskju u approċċ koerenti dwar is-superviżjoni.", "Kuntest", "Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Pjan ta' Azzjoni tas-CMU ta' Ġunju 2017 enfasizza l-potenzjal tal-FinTech li jittrasforma s-swieq tal-kapital billi jġib atturi ġodda tas-suq u soluzzjonijiet aktar effiċjenti, iżid il-kompetizzjoni, u jnaqqas l-ispejjeż għan-negozji u l-investituri.", "Ħabbar li l-Kummissjoni se tistabbilixxi approċċ komprensiv li jawtorizza lill-FinTech u japprofondixxi u jwessa' s-swieq kapitali tal-UE billi jintegra l-potenzjal tad-diġitizzazzjoni.", "Sabiex iħejju Pjan ta' Azzjoni tal-FinTech, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika f'Marzu tal-2017 biex tiġbor il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar l-impatt tat-teknoloġiji l-ġodda fuq is-servizzi finanzjarji.", "Bi tweġiba għall-konsultazzjoni pubblika, ħafna minn dawk li wieġbu enfasizzaw li l-FinTech, u l-innovazzjoni teknoloġika b'mod ġenerali, kienu l-muturi għall-iżvilupp tas-settur finanzjarju, b'opportunitajiet kbar f'termini ta' aċċess għal finanzi, l-effiċjenza operattiva, iffrankar tal-ispejjeż u għall-kompetizzjoni.", "Il-kontribut għall-proposta dwar il-finanzjament kollettiv inġabar matul il-ħidma preparatorja, inkluż b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tas-CMU ta' 2015, il-konsultazzjoni pubblika tar-rieżami ta' nofs it-terminu tas-CMU u l-konsultazzjoni tal-FinTech ta' Marzu 2017.", "*[Figure corrected 19/03/2018 at 16:45]"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_1404", "title": "Finanzi Sostenibbli: Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għal ekonomija aktar ekoloġika u aktar nadifa", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=FINSTAB", "date": "Wed, 07 Mar 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Illum, il-Kummissjoni Ewropea qed tiżvela l-istrateġija tagħha għal sistema finanzjarja li tappoġġa l-aġenda tal-UE għall-klima u għall-iżvilupp sostenibbli.", "Hekk kif il-pjaneta tagħna qed tiffaċċja dejjem aktar il-konsegwenzi imprevedibbli tat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riżorsi, jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti biex nadattaw għal mudell aktar sostenibbli.", "Madwar €180 biljun ta' investimenti addizzjonali fis-sena huma meħtieġa biex jinkisbu l-miri tal-UE sal-2030 li sar qbil dwarhom f'Pariġi, inkluż tnaqqis ta' 40 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra.", "Din hija r-raġuni għaliex, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti minn Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Finanzi Sostenibbli (HLEG), il-Kummissjoni llum qed tistabbilixxi pjan direzzjonali biex issaħħaħ ir-rwol tal-finanzi fil-kisba ta' ekonomija li tiffunzjona tajjeb li twettaq miri amjentali u wkoll soċjali.", "Il-Pjan ta' Azzjoni tal-lum dwar il-finanzi sostenibbli huwa parti mill-isforzi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK) biex torbot il-finanzi mal-ħtiġijiet speċifiċi tal-ekonomija Ewropea għall-benefiċċju tal-planeta u tas-soċjetà tagħna.", "Huwa wkoll wieħed mill-passi ewlenin lejn l-implimentazzjoni tal-Ftehim storiku ta' Pariġi u l-aġenda tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli.", "L-ewwel Viċi President Frans Timmermans qal: \"Li nimxu lejn ekonomija aktar ekoloġika u aktar sostenibbli huwa tajjeb għall-ħolqien tal-impjiegi, tajjeb għan-nies u tajjeb għall-pjaneta.", "Illum, qed niżguraw li s-sistema finanzjarja taħdem lejn din il-mira.", "Il-proposti tagħna se jippermettu lill-investituri u liċ-ċittadini individwali jagħmlu għażla pożittiva sabiex il-flus tagħhom jintużaw b'mod aktar responsabbli u għall-benefiċċju tas-sostenibbiltà.\"", "Valdis Dombrovskis, il-Viċi President inkarigat mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Ispirati mill-ħidma tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, illum qed nippreżentaw il-pjanijiet tagħna għal riforma komprensiva li tista' tistabbilixxi l-parametru referenzjarju globali għal finanzi sostenibbli.", "Huwa biss bl-għajnuna tas-settur finanzjarju li nistgħu nkopru l-ħtiġijiet ta' finanzjament ta' €180 biljun fis-sena sabiex nilħqu l-miri tagħna tal-klima u tal-enerġija.", "Dan se jgħin biex jappoġġja futur sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li jmiss.”", "Jyrki Katainen, il-Viċi President inkarigat mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività, qal: \"L-UE diġà tinsab fuq quddiem nett meta niġu għall-investiment fl-effiċjenza fir-riżorsi u fl-infrastruttura soċjali permezz tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi.", "Tal-anqas 40 % tal-investimenti fl-infrastruttura tal-FEIS se jiġu diretti lejn proġetti li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta' Pariġi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Fl-istess waqt, li jinħolqu kundizzjonijiet għall-investituri privati biex jinvestu b'mod sostenibbli huwa kruċjali sabiex tinkiseb tranżizzjoni fid-direzzjoni ta' ekonomija ċirkolari aktar nadifa u aktar effiċjenti fir-riżorsi.”", "Miguel Arias Cañete, il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija, qal: L-investimenti globali huma kruċjali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, fejn diġà ġew investiti triljuni f'soluzzjonijiet bħal enerġiji rinovabbli u effiċjenza enerġetika.", "Il-Ftehim ta' Pariġi huwa opportunità ta' investiment massiva.", "Kif nistgħu nisfruttawha?", "Illum, il-pjan ta' azzjoni se jgħin lis-settur finanzjarju tal-Ewropa jieħu pożizzjoni bħala destinazzjoni globali ewlenija għall-investimenti fit-teknoloġiji ekoloġiċi.”", "Karatteristiċi ewlenin tal-Pjan ta' Azzjoni", "Sena ilu, il-Kummissjoni ħatret Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-finanzi sostenibbli biex jelabora sett komprensiv ta' rakkomandazzjonijiet għas-settur finanzjarju biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.", "Ispirata mir-rapport finali tagħhom, il-Kummissjoni llum qed tipproponi strateġija tal-UE dwar finanzi sostenibbli li tistabbilixxi pjan direzzjonali għal ħidma ulterjuri u azzjonijiet futuri li jkopru kull attur rilevanti fis-sistema finanzjarja.", "Dawn jinkludu:", "Li tiġi stabbilita lingwa komuni għal finanzi sostenibbli, jiġifieri sistema ta' klassifikazzjoni tal-UE – jew tassonomija – biex tiddefinixxi x'inhu sostenibbli u tidentifika l-oqsma fejn l-investiment sostenibbli jista' jagħmel l-akbar impatt.", "Li jinħolqu tikketti tal-UE għal prodotti finanzjarji ekoloġiċi fuq il-bażi ta' din is-sistema ta' klassifikazzjoni tal-UE: dan se jippermetti li l-investimenti konformi mal-kriterji ekoloġiċi jew b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju jiġu identifikati faċilment.", "Li jiġi ċċarat l-obbligu tal-maniġers tal-assi u tal-investituri istituzzjonali li jikkunsidraw is-sostenibbiltà fil-proċess ta' investiment u li jtejbu r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni.", "Li d-ditti tal-assigurazzjoni u tal-investiment jiġu obbligati jagħtu pariri lil klijenti fuq il-bażi tal-preferenzi tagħhom dwar is-sostenibbiltà.", "Li tiġi inkorporata s-sostenibbiltà fir-rekwiżiti prudenzjali: il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni huma sors importanti ta' finanzi esterni għall-ekonomija Ewropea.", "Il-Kummissjoni se tesplora l-fattibbiltà tal-ikkalibrar mill-ġdid tar-rekwiżiti kapitali għall-banek (l-hekk magħruf fattur ta' sostenn ekoloġiku) għal investimenti sostenibbli, meta jkun iġġustifikat mill-perspettiva ta' riskju, filwaqt li jiġi żgurat li l-istabbiltà finanzjarja tiġi salvagwardjata.", "Li tittejjeb it-trasparenza fir-rapportar korporattiv: nipproponu li l-linji gwida dwar informazzjoni mhux finanzjarja jiġu riveduti biex inkomplu nallinjawhom mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (TCFD - Task Force on Climate-related Financial Disclosures).", "Kuntest", "L-UE u l-gvernijiet madwar id-dinja impenjaw ruħhom għall-objettiv ta' ekonomija u soċjetà aktar sostenibbli meta adottaw il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli.", "L-UE diġà qed tagħmel differenza grazzi għall-Qafas tal-Enerġija u tal-Klima tal-UE għall-2030, l-Unjoni tal-Enerġija, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Ekonomija Ċirkolari, u l-implimentazzjoni tal-UE tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.", "Sabiex jinkiseb aktar tkabbir sostenibbli, kulħadd fis-soċjetà irid jaqdi rwol.", "Is-sistema finanzjarja mhijiex eċċezzjoni.", "L-orjentazzjoni mill-ġdid tal-kapital privat lejn investimenti aktar sostenibbli teħtieġ reviżjoni komprensiva ta' kif taħdem is-sistema finanzjarja tagħna.", "Dan huwa meħtieġ jekk l-UE trid tiżviluppa tkabbir ekonomiku sostenibbli; tiżgura l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u trawwem aktar trasparenza u perspettiva għal żmien twil fl-ekonomija.", "Dan il-ħsieb huwa wkoll fil-qalba tal-proġett tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (USK) tal-Unjoni Ewropea.", "Il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-finanzi sostenibbli fl-2016.", "Dan kien magħmul minn 20 espert ta' livell għoli mis-soċjetà ċivili, mis-settur finanzjarju, mill-isfera akkademika u minn osservaturi mill-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali.", "Il-grupp ippubblika r-rapport finali tiegħu f'Jannar 2018.", "Huwa ppreżenta tmien azzjonijiet prijoritarji, li huwa kkunsidra li huma elementi meħtieġa għal kwalunkwe azzjoni sinifikanti li tirrigwarda l-finanzi sostenibbli.", "Il-pjan ta' azzjoni tal-lum jibbaża fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli.", "Il-ħidma fuq għadd ta' rakkomandazzjonijiet ewlenin li jinsabu fir-rapport ġiet diskussa fir-rapport interim tal-grupp tat-13 ta' Lulju 2017.", "B'reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni diġà pproponiet li fil-mandati tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jiddaħħlu l-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (il-fatturi ESG).", "Il-Kummissjoni wettqet ukoll konsultazzjoni pubblika dwar id-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi fir-rigward tas-sostenibbiltà.", "Il-Kummissjoni qed torganizza konferenza ta' livell għoli għat-22 ta' Marzu 2018 biex tiddiskuti l-Pjan ta' Azzjoni ppreżentat illum.", "Għal Aktar Tagħrif", "Stqarrija għall-istampa", "MEMORANDUM", "Skeda informattiva", "Aktar tagħrif dwar it-tkabbir sostenibbli"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_1451", "title": "Taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-jottijiet: Il-Kummissjoni tiftaħ proċeduri ta' ksur kontra Ċipru, il-Greċja u Malta", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=TAXCUAA", "date": "Wed, 07 Mar 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni llum iddeċidiet li tibgħat ittri ta' intimazzjoni lil Ċipru, il-Greċja u Malta billi dawn ma ġabrux l-ammont korrett ta' Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) fuq il-provvediment ta' jottijiet.", "Din il-kwistjoni tista' tiġġenera distorsjonijiet kbar tal-kompetizzjoni u dehret ħafna fil-kopertura tal-iżvelar tal-”Paradise Papers” tas-sena li għaddiet.", "Il-Paradise Papers żvelaw evażjoni mifruxa tal-VAT fis-settur tal-jottijiet, iffaċilitatata minn regoli nazzjonali li ma jikkonformawx mal-liġi tal-UE.", "Flimkien mal-proċeduri ta' ksur imnedija llum mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew reċentement indika li l-kumitat il-ġdid tiegħu biex isegwi l-Paradise Papers se jħares ukoll lejn din il-kwistjoni.", "Pierre Moscovici, Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Tassazzjoni u Unjoni Doganali, qal: \"Sabiex tinkiseb tassazzjoni ġusta għandna bżonn nieħdu azzjoni kull meta jkun meħtieġ biex tiġi miġġielda l-evażjoni tal-VAT.", "Ma nistgħux inħallu dan it-tip ta' trattament fiskali favorevoli mogħti lil dgħajjes privati, li jfixkel ukoll il-kompetizzjoni fis-settur marittimu.", "Prattiki bħal dawn jiksru l-liġi tal-UE u għandhom jintemmu. \"", "Sa mill-bidu tal-mandat tagħha, il-Kummissjoni Juncker kienet fuq quddiem fl-isforzi Ewropej u internazzjonali biex tiġġieled l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa.", "Fir-rigward tal-VAT, l-inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni jfittxu li jistabbilixxu żona unika tal-VAT fl-UE li hija inqas suxxettibbli għall-frodi u li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.", "Il-problema tal-frodi tal-VAT ma tafx fruntieri u tista' tiġi solvuta biss b'mod effettiv permezz ta' sforz konġunt miftiehem min-naħa tal-Istati Membri.", "Fid-dettall, il-proċeduri ta' ksur imnedija llum jikkonċernaw:", "Bażi tal-VAT imnaqqsa għall-kiri ta' jottijiet - skema tal-VAT ġenerali pprovduta minn Ċipru, mill-Greċja u minn Malta.", "Waqt li r-regoli kurrenti tal-VAT tal-UE jippermettu lill-Istati Membri li ma jimponux taxxa fuq il-provvista ta' servizz meta l-użu u t-tgawdija effettiva tal-prodott huma barra mill-UE, ma jippermettux tnaqqis ġenerali b'rata fissa mingħajr prova tal-post tal-użu attwali.", "Malta, Ċipru u l-Greċja stabbilixxew linji gwida li skonthom iktar ma tkun kbira d-dgħajsa, inqas il-kirja tkun stmata li sseħħ fl-ibħra tal-UE, regola li tnaqqas ħafna r-rata applikabbli tal-VAT.", "It-tassazzjoni żbaljata f'Ċipru u f'Malta tax-xiri ta' jottijiet permezz ta' dak li hu magħruf bħala \"kiri-xiri\".", "Il-liġijiet Ċiprijotti u Maltin bħalissa jikklassifikaw il-kiri ta' jott bħala provvista ta' servizz aktar milli ta' prodott.", "Dan jirriżulta f'li l-VAT tiġi imposta biss bir-rata standard fuq ammont żgħir tal-prezz tal-ispiża reali tal-inġenju meta jkun finalment inxtara l-jott, u l-bqija jiġi ntaxxat bħala provvista ta' servizz u b'rata mnaqqsa ħafna.", "It-tliet Stati Membri issa għandhom xahrejn biex jirrispondu għall-argumenti mressqa mill-Kummissjoni.", "Jekk ma jaġixxux f'dawn ix-xahrejn, il-Kummissjoni tista' tibgħat opinjoni motivata lill-awtoritajiet tagħhom.", "Għal Aktar Informazzjoni", "- Dwar id-deċiżjonijiet ewlenin tal-pakkett ta' ksur ta' Marzu, jekk jogħġbok irreferi għall-MEMO/18/1444 sħiħ", "- Dwar il-proċedura ġenerali ta' ksur, ara MEMO/12/12 (tabella ta' informazzjoni).", "- Dwar il-proċedura ta' ksur tal-UE."]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_1507", "title": "Il-Jum Internazzjonali tal-Mara 2018: L-emanċipazzjoni tan-nisa hija importanti għall-ġejjieni tal-Ewropa.", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=RULELAW,DIGAG,JFRC,WOMEN,DISCRIMINATION", "date": "Wed, 07 Mar 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni qed timmarka l-Jum Internazzjonali tal-Mara bir-rilaxx tar-rapport tal-2018 tagħha dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll preżentazzjoni ta' rapport dwar in-nisa fit-teknoloġija.", "Għad baqagħlna x'naqdfu.", "Il-Kummissjoni aġixxiet biex tixpruna l-bidla.", "Ressqet proposta biex ittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-familji li jaħdmu, Pjan ta' azzjoni biex tindirizza d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u talbet biex ittemm il-vjolenza kontra n-nisa permezz ta' finanzjament u azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni.", "Ir-rapport tal-2018 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi juri li l-progress waqaf f'ċerti oqsma: in-nisa għadhom jieħdu l-parti l-kbira tar-responsabbiltajiet ta' kura fil-familji, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa ilha s-snin staġnata għal 16 % u l-vjolenza kontra n-nisa għadha problema.", "Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President, illum qal: “Il-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għadha għolja fl-aġenda, iżda l-progress għadu kajman fil-prattika.", "Sabiex nagħmlu bidla reali għan-nisa jeħtieġ li nibdlu l-għarfien u l-intenzjonijiet f'azzjoni.", "Dan ifisser li nadottaw il-leġiżlazzjoni l-ġdida li l-Kummissjoni pproponiet dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, nissieħbu fil-Konvenzjoni ta' Istanbul u nimplimentaw il-politiki li diġà qbilna dwarhom biex nindirizzaw id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u niġġieldu kontra l-vjolenza kontra n-nisa.”", "Věra Jourová, il-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, żiedet: \"L-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex biss dwar in-nisa.", "Hija dwar is-soċjetà tagħna, l-ekonomija tagħna u d-demografika tagħna.", "Irridu niggarantixxu li n-nisa jkunu tassew ugwali għall-irġiel quddiem il-liġi.", "Se nkomplu naħdmu wkoll biex nagħtu s-setgħa lin-nisa biex ikunu jistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom fir-rigward tal-karrieri tagħhom u l-familji tagħhom.”", "Mariya Gabriel, il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjeta Diġitali, qalet:\"Il-futur tal-Ewropa se jkun wieħed diġitali u f'idejna biex nagħmluh inklużiv.", "In-nisa u l-bniet ma jistgħux jitħallew barra mit-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tagħna u tas-soċjetà tagħna.", "L-“Aġenda dwar in-nisa fis-settur diġitali” tagħna se tkun tirrigwarda l-għoti ta' setgħa, it-tħeġġiġ u l-motivazzjoni lin-nisa u lill-bniet biex jagħlqu l-qasma diġitali bejn is-sessi.”", "Dan ir-rapport juri li n-nisa għadhom iħabbtu wiċċhom ma' sfidi f'diversi oqsma:", "Għoti tas-setgħa lin-nisa fl-era diġitali", "Is-settur teknoloġiku se joħloq 500,000 impjieg ġdid sal-2020.", "Sfortunatament, in-nisa Ewropej jaf jitilfu dawn l-opportunitajiet, u daqstant ieħor titlef l-ekonomija tal-Ewropa.", "Il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ICT u fis-settur diġitali ma żdiditx ħafna matul dawn l-aħħar snin.", "Illum, il-Kummissjoni ppubblikat studju addizzjonali dwar in-nisa fl-era diġitali li juri li aktar nisa f'impjiegi diġitali jistgħu joħolqu żieda ta' €16-il biljun fis-sena fil-PDG fl-UE.", "Madankollu, huma biss 24.9% tan-nisa b'edukazzjoni għolja li jiggradwaw f'oqsma relatati mat-teknoloġija.", "Fir-rigward tal-intraprenditorija fit-teknoloġija, l-istudju sab li aktarx li negozji ġodda mmexxija minn nisa jkollhom aktar suċċess, iżda 14.8 % biss mill-fundaturi ta' negozji ġodda huma nisa.", "Sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur diġitali, il-Kummissarju Gabriel illum spjegat pjanijiet biex tippromwovi mudelli eżemplari fis-settur tal-IT, tisfida l-istereotipi, tippromwovi ħiliet u edukazzjoni diġitali u tistinka għal aktar intraprendituri nisa.", "L-inizjattiva għan-nisa fis-settur diġitali se tkompli matul l-2018 u l-2019.", "Sfond", "L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li ġie mnaqqax fit-Trattat sa mill-bidu nett, peress li t-Trattat ta' Ruma inkluda dispożizzjoni dwar il-pagi ndaqs.", "Il-ħidma tal-Kummissjoni fuq il-politika tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija bbażata fuq l-“Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019\", li jiffoka fuq ħames oqsma prijoritarji:", "Għal aktar informazzjoni:", "Ir-rapport tal-2018 dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa", "Studju “Nisa fl-era diġitali”", "Inizjattiva biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur diġitali", "Stqarrija għall-istampa tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar in-nisa fis-settur teknoloġiku", "Il-Kollokwju Annwali dwar id-Drittijiet Fundamentali dwar id-Drittijiet tan-Nisa fi Żminijiet Turbolenti indirizza l-vjolenza u l-fastidju fil-konfront tan-nisa kif ukoll l-inugwaljanza ekonomika u politika bejn in-nisa u l-irġiel, b'enfasi partikolari fuq id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.", "It-tnedija tal-Inizjattiva Spotlight mill-Kummissjoni Ewropea flimkien man-Nazzjonijiet Uniti tindirizza l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-livell globali.", "L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2017", "Video li jqajjem kuxjenza dwar il-vjolenza kontra n-nisa"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_1341", "title": "Il-Pakkett tax-Xitwa tas-Semestru Ewropew: analiżi tal-progress tal-Istati Membri favur il-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 06 Mar 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea llum ippubblikat l-analiżi annwali tagħha dwar il-qagħda ekonomika u soċjali fl-Istati Membri, inkluża tal-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u valutazzjoni tal-iżbilanċi li għad hemm.", "L-ekonomija Ewropea qed tespandi b'mod robust, u l-perspettiva ekonomika hija mqabbla minn suq tax-xogħol u sitwazzjoni soċjali mtejbin.", "Dan jirrifletti r-riformi mwettqa mill-Istati Membri fi snin riċenti u tagħti tieqa ta' opportunità biex tissaħħaħ iktar ir-reżiljenza tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-UE.", "Madankollu, l-irkupru mhux qed igawdi minnu kulħadd bl-istess mod, u hemm dgħufijiet strutturali li qed iżommu t-tkabbir u l-konverġenza lura f'xi Stati Membri.", "Huwa għalhekk li l-pajjiżi tal-UE għandhom japprofittaw minn dan il-momentum biex ikomplu jsaħħu s-sisien tal-ekonomiji tagħhom.", "Is-27 Rapport tal-Pajjiż tal-lum (għall-Istati Membri kollha ħlief il-Greċja, li għadha taħt programm ta' aġġustament makroekonomiku) jagħtu l-analiżi annwali mill-persunal tal-Kummissjoni tal-qagħda ekonomika u soċjali fl-Istati Membri, inkluż il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tul is-snin.", "Din l-analiżi tibni fuq id-djalogu intensiv fil-livell tekniku u politiku mal-Istati Membri, kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati fil-livelli kollha, bħala parti mis-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.", "Għal 12-il Stat Membru li ntgħażlu f'Novembru li għadda għal analiżi fil-fond, ir-Rapporti tal-Pajjiż jinkludu valutazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi possibbli u l-pakkett jipprovdi aġġornament tal-kategorizzazzjoni tal-pajjiżi taħt l-hekk imsejħa Proċedura ta' Żbilanċi Makroekonomiċi.", "Għall-ewwel darba, ir-Rapporti tal-Pajjiż xeħtu enfasi speċjali fuq l-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li ġie pproklamat f'Novembru 2017.", "Dis-sena qed jingħata fokus speċjali fuq l-analiżi tal-isfidi tal-ħiliet u kif ix-xbieki ta' sikurezza joperaw fil-livelli nazzjonali.", "Id-data mit-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali tintuża wkoll biex jinżamm kont tal-prestazzjoni tal-impjiegi u soċjali.", "Il-pakkett tax-xitwa tas-Semestru Ewropew tal-2018 jsegwi l-pubblikazzjoni f'Novembru tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 u r-rakkomandazzjoni għall-politika ekonomika taż-żona tal-ewro, li stabbilew il-prijoritajiet għas-sena li ġejja fil-livell Ewropew.", "Issa jixħet l-enfasi fuq id-dimensjoni nazzjonali tas-Semestru u jservi ta' pedament biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżviluppaw il-programmi nazzjonali annwali tagħhom sa nofs April.", "Flimkien mar-Rapporti tal-Pajjiżi, il-programmi nazzjonali se jkunu l-bażi għall-proposti tal-Kummissjoni għaċ-ċiklu li jmiss ta' Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż f'Mejju.", "Il-Viċi President Valdis Dombrovskis, responsabbli għall-Ewro u għad-Djalogu Soċjali, kif ukoll inkarigat mill-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “L-ekonomiji b'saħħithom huma dawk li jkomplu jindirizzaw id-dgħufijiet tagħhom anke meta jkunu għaddejjin minn żminijiet tajbin.", "Issa li l-ekonomija tal-Ewropa qed tikber bl-aktar pass mgħaġġel li qatt kellha għal deċennju, huwa proprju dan li għandha tkun l-istrateġija tagħna, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali.”", "Il-Kummissarju Pierre Moscovici, responsabbli għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana, qal: “Hemm ħdax-il pajjiż tal-UE li għadhom qed jesperjenzaw żbilanċi makroekonomiċi, li jagħmluhom vulnerabbli f'każ ta' xokkijiet.", "Illum, il-Kummissjoni Ewropea tinnota li dawn l-iżbilanċi qed jiġu kkoreġuti bis-saħħa tar-riformi u l-irkupru ekonomiku li għaddejjin, li min-naħa tagħhom qed isaħħu lill-Ewropa.", "Din aħbar tajba!", "L-għadd ta' pajjiżi taħt din il-proċedura kien qed jonqos mill-kriżi 'l hawn u llum, qed nippremjaw il-progress li sar fil-Bulgarija, fi Franza, fil-Portugall u fis-Slovenja b'bidla pożittiva tal-kategorija.", "Hemm bżonn iktar sforzi fil-pajjiżi kollha.", "Għal miljuni ta' Ewropej, il-ħajja hija taqtigħa ta' kuljum, u huwa għalhekk li l-gvernijiet kollha jridu jagħmlu iktar biex jindirizzaw l-inugwaljanza, il-qgħad u insigurtà tal-impjiegi.”", "Il-Kummissarju Marianne Thyssen, inkarigata mill-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, qalet: “Bil-proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, qegħidna l-investiment fil-ħiliet, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, il-ġustizzja soċjali u t-tkabbir inklużiv fuq nett tal-aġenda.", "Issa hemm bżonn li nżommu kont tal-prestazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-prinċipji u d-drittijiet inklużi fil-Pilastru, biex dawn isiru realtà tanġibbli.”", "Progress fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż", "Bħal kull sena, ir-Rapporti tal-Pajjiżi jivvalutaw il-progress tal-Istati Membri huma u jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi u soċjali ewlenin tagħhom u fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż mgħoddija.", "Meta nħarsu lejn il-progress li sar matul is-snin, l-Istati Membri mill-inqas kisbu “xi progress” fir-rigward ta' aktar minn żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet.", "L-implimentazzjoni tar-riforma kienet soda f'xi oqsma ewlenin.", "Mit-twelid tas-Semestru Ewropew fl-2011, l-iktar li għamlu progress l-Istati Membri kien fis-servizzi finanzjarji u fil-politika fiskali u l-governanza fiskali.", "Sar progress sinifikanti wkoll fl-indirizzar tal-aċċess għal finanzjament, il-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-impjiegi u l-oqfsa għal kuntratti tax-xogħol.", "Fir-Rapporti tal-Pajjiżi jkun hemm punti ta' politika enfasizzati għal kull Stat Membru.", "Illum il-Kummissjoni adottat il-Programm ta' Ħidma tal-2018 għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) li se jappoġġa lill-Istati Membri biex iwettqu r-riformi, partikolarment dawk prijoritizzati fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż.", "Fl-2018, iktar minn 140 proġett se jkun appoġġat f'24 Stat Membru.", "Nindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi", "F'Novembru li għadda, il-Kummissjoni varat analiżijiet fil-fond għal 12-il Stat Membru sabiex tanalizza jekk kienx qed ikollhom żbilanċi makroekonomiċi u biex tivvaluta l-gravità ta' dawn l-iżbilanċi.", "It-12-il Stat Membru eżaminat fil-fond din is-sena kollha ġew identifikati li kienu qed jesperjenzaw żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi s-sena l-oħra.", "Il-Kummissjoni issa kkonkludiet li 11 mit-12-il Stat Membru eżaminat jew qed jaffaċċjaw żbilanċi (8) inkella żbilanċi eċċessivi (3).", "Is-sommarju tar-riżultat tal-analiżi fil-fond huwa kif ġej:", "Għall-Bulgarija u l-Portugall, il-Kummissjoni ssottolinjat li għad hemm bżonn iktar sforzi biex tinkiseb korrezzjoni sostenibbli tal-iżbilanċi.", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali", "Id-dimensjoni soċjali tas-Semestru Ewropew ġie arrikkita aktar din is-sena billi ġew integrati l-prijoritajiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.", "Ir-Rapporti tal-Pajjiż qed jagħmlu wkoll użu mid-data miġbura permezz tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali biex iżommu kont tal-prestazzjoni tal-impjiegi u soċjali.", "Is-sitwazzjonijiet u l-prijoritajiet naturalment ivarjaw, u l-analiżi tqis din id-diversità.", "Oqsma ta' tħassib partikolari f'xi Stati Membri jinkludu l-provvista ta' ħiliet adegwati u d-distakk tal-impjiegi bejn il-ġeneri, is-segmentazzjoni għolja tas-suq tax-xogħol u r-riskju tal-faqar fost dawk li jaħdmu, l-impatt baxx tat-trasferimenti soċjali fuq it-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir kajman tal-pagi, u djalogu soċjali ineffettiv.", "Xi jmiss?", "Ir-Rapporti tal-Pajjiż jipprovdu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-sitwazzjoni f'kull Stat Membru u bażi għall-partijiet ikkonċernati kollha biex jinteraġġixxu.", "Il-Kunsill huwa mistenni li jiddiskuti r-rapporti flimkien mar-riżultati tal-analiżijiet fil-fond.", "Il-Kumissjoni se tmexxi laqgħat bilaterali mal-Istati Membri dwar ir-rapporti rispettivi tagħhom.", "Il-Viċi Presidenti u l-Kummissarji se jżuru lill-Istati Membri biex jiltaqgħu mal-gvernijiet, mal-parlamenti nazzjonali, mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati u jiddiskutu r-riżultati tar-rapporti.", "Il-pass li jmiss għall-Istati membri huwa li jippreżentaw il-prijoritajiet ekonomiċi u tal-politika soċjali tagħhom fil-programmi ta' riforma nazzjonali u/jew ta' konverġenza tagħhom (li jistabbilixxu l-prijoritajiet baġitarji) sa nofs April fid-dawl tal-isfidi li jkunu ġew identifikati u b'kont meħud ukoll tal-prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 u r-rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-ewro.", "Il-Kummissjoni tirrakkomanda li dawn il-programmi jitfasslu bl-appoġġ tal-Parlamenti Nazzjonali u tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, bħall-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif xieraq.", "Il-Kummissjoni se tipproponi sett ġdid ta' Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż f'Mejju.", "Sfond", "Il-Pakkett tax-Xitwa tas-Semestru huwa parti miċ-ċiklu annwali tal-koordinazzjoni tal-politika fil-livell tal-UE, is-Semestru Ewropew.", "Isegwi l-pubblikazzjoni f'Novembru tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 u r-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-ewro, li stabbilixxew il-prijoritajiet għas-sena li ġejja fil-livell Ewropew.", "Issa jixħet l-attenzjoni fuq id-dimensjoni nazzjonali tas-Semestru Ewropew.", "Huwa bbażat fuq l-aħħar data mit-Tbassir Ekonomiku Interim tax-Xitwa 2018 u jibni fuq l-analiżijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Pakkett tas-Semestru Ewropew tal-Ħarifa tal-2017.", "Ir-Rapporti tal-Pajjiż huma s-sisien biex fuqhom l-Istati Membri jiżviluppaw il-programmi nazzjonali tagħhom sa nofs April u għar-Rakkomandazzjoni Speċifiċi tal-Kummissjoni għall-Pajjiżi li ġejjin iktar tard fir-rebbiegħa.", "Aktar informazzjoni", "Memo Il-Pakkett tax-Xitwa tas-Semestru Ewropew:", "Rapporti tal-Pajjiżi", "Komunikazzjoni ġenerali dwar ir-rapporti tal-pajjiżi", "Rapporti ta' monitoraġġ speċifiċi skont il-MIP", "Il-programm ta' ħidma annwali tal-SRSP", "Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018", "Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2018", "Rakkomandazzjoni għaż-żona tal-ewro tal-2018", "Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-2018", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali", "Preżentazzjoni viżiva taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew", "Skedi informattivi tematiċi", "Segwi lill-Viċi President Dombrovskis fuq Twitter: @VDombrovskis", "Segwi lill-Kummissarju Thyssen fuq Twitter: @mariannethyssen", "Segwi lill-Kummissarju Moscovici fuq Twitter: @pierremoscovici", "Segwi lid-DĠ ECFIN fuq Twitter: @ecfin"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_18_1582", "title": "Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-prijoritajiet għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali fl-2018", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=ECOMONAFF", "date": "Tue, 06 Mar 2018 23:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-prijoritajiet għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali fl-2018", "Illum, il-Kummissjoni adottat il-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2018 li jiddefinixxi miżuri ta' appoġġ għal riformi li se jiġu ffinanzjati permezz tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP).", "Fl-2018, l-SRSP se jipprovdi assistenza teknika lil 24 Stati Membru biex iwettqu aktar minn 140 proġett.", "Dan flimkien ma' aktar minn 150 proġett magħżula fl-2017.", "Il-Viċi President għall-Ewro u d-Djalogu Soċjali, Valdis Dombrovskis, responsabbli wkoll mill-Istabbiltà Finanzjarja, mis-Servizzi Finanzjarji u mill-Unjoni tas-Swieq Kapitali, qal: “Filwaqt li l-ekonomija Ewropea ssaħħet u qiegħda fuq perkors ta' tkabbir stabbli, jinħtieġu aktar riformi strutturali sabiex l-ekonomiji tagħna jsiru aktar stabbli, inklużivi, produttivi u reżiljenti.", "Id-deċiżjoni tal-lum se tippermettilna li nkomplu nipprovdu appoġġ lill-Istati Membri tal-UE biex iħejju, ifasslu u jimplimentaw riformi li jsaħħu t-tkabbir.”", "Il-Programm Annwali ta' Ħidma tal-SRSP jistabbilixxi l-prijoritajiet, l-objettivi, ir-riżultati mistennija, u jagħti ħarsa lejn l-azzjonijiet li se jiġu implimentati permezz tal-Programm.", "Fl-2018, l-appoġġ tekniku, pereżempju, se jkun ipprovdut biex jgħin lill-Istati Membri jirriformaw is-sistemi baġitarji, jimmodernizzaw l-amministrazzjoni pubblika u jtejbu l-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, kif ukoll biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.", "Aktar appoġġ se jintuża għall-ġestjoni aħjar tar-riżorsi naturali u l-effiċjenza fir-riżorsi, u biex jiġu implimentati inizjattivi dwar l-Unjoni tal-Enerġija.", "Bosta Stati Membri se jibbenefikaw ukoll minn appoġġ biex jimplimentaw riformi fis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali.", "Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkunu megħjuna fl-iżvilupp ta' swieq kapitali, fir-riformi tal-oqfsa ta' insolvenza u fit-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jlaħħqu ma' self improduttiv.", "Din is-sena, it-talbiet mill-Istati Membri għal assistenza teknika eċċedew għal ħames darbiet l-ammont disponibbli u n-numru ta' Stati Membri li se jibbenefikaw minn appoġġ tekniku taħt l-SRSP żdied sostanzjalment meta mqabbel mal-2017.", "Sabiex tkun tista' tilqa' aktar talbiet, il-Kummissjoni f'Diċembru pproponiet li jiżdied il-finanzjament disponibbli għall-attivitajiet ta' assistenza teknika.", "L-appoġġ ipprovdut mill-Kummissjoni għal riformi strutturali huwa marbut mill-qrib mal-qafas tas-Semestru Ewropew, billi l-SRSP huwa maħsub ukoll biex itejjeb l-implimentazzjoni tar-riformi enfasizzati fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi u r-Rapporti tal-Pajjiżi.", "Eżempji ta' appoġġ tekniku mogħti fl-2017 u aktar kmieni huma deskritti fir-Rapporti tal-Pajjiżi tal-2018, li ġew ippubblikati llum.", "Kuntest", "Il-Kummissjoni ħolqot is-Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali fl-2015 biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija, it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi istituzzjonali, strutturali u amministrattivi.", "Is-Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali (SRSS) jimmaniġġja programm ta' appoġġ iddedikat, il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP), b'baġit ta' €142.8 miljun matul is-snin 2017-2020.", "Il-Programm daħal fis-seħħ f'Mejju tal-2017.", "L-appoġġ ipprovdut permezz tal-Programma huwa disponibbli lill-Istati Membri kollha tal-UE fuq it-talba tagħhom u ma jeħtieġ ebda kofinanzjament.", "Bħala parti mill-proposti tagħha biex tapprofondixxi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa mressqa f'Diċembru 2017, il-Kummissjoni pproponiet li żżid il-baġit tal-SRSP b'€80 miljun sal-2020. €80 miljun addizzjonali huma mistennija li jiġu rċevuti permezz ta' trasferimenti volontarji mill-Istati Membri mill-komponent ta' assistenza teknika tagħhom taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.", "Dan iżid il-baġit disponibbli għal attivitajiet ta' appoġġ għal €300 miljun sal-2020, biex b'hekk jippermetti lill-SRSP jirrispondi għal domanda akbar milli mistennija għall-assistenza teknika u għall-appoġġ tar-riformi fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro li jkunu fi triqithom biex jissieħbu fil-euro.", "Aktar informazzjoni", "Skeda informattiva: Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali", "Stqarrija għall-istampa: Il-Pakkett tax-Xitwa tas-Semestru Ewropew:", "Memo: Il-Pakkett tax-Xitwa tas-Semestru Ewropew", "Ir-Rapporti tal-Pajjiżi", "Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali", "Il-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_13_498", "title": "L-Ambjent: Tibda l-Ġimgħa favur l-Ambjent fi Brussell", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA", "date": "Mon, 03 Jun 2013 22:00:00 GMT", "text": ["Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar.", "Skopri aktar dwar, kif nużaw il-cookies u kif tista' tibdel is-settings tiegħek.", "Il-Kummissjoni Ewropea", "Stqarrija għall-Istampa", "Brussell, l-4 ta' Ġunju 2013", "L-Ambjent: Tibda l-Ġimgħa favur l-Ambjent fi Brussell", "Illum tibda l-akbar konferenza ambjentali fl-Ewropa bit-tema “Arja iktar nadifa għal kulħadd”.", "L-edizzjoni tal-Ġimgħa favur l-Ambjent ta' din is-sena hija ddedikata lill-arja.", "Madwar 3000 parteċipant huma mistennija li jiltaqgħu għal tliet ijiem biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-arja.", "Il-partijiet interessati, l-NGOs, ir-rappreżentanti tal-gvern u l-uffiċjali tal-UE se jippruvaw isibu soluzzjonijiet għat-tniġġis tal-arja, bħal kif jistgħu jħarsu l-kwalità tal-arja fi sfond ta' żieda fil-produzzjoni industrijali u tal-enerġija, iż-żieda fit-traffiku tat-triq u l-urbanizzazzjoni, il-ħruq ta' fjuwils fossili, u t-tibdil fil-klima.", "Is-sessjonijiet kollha huma strijmjati lajv fuq l-internet.", "Il-Kummissarju għall-Ambjent Janez Potočnik qal: “It-tniġġis tal-arja huwa spiss inviżibbli, iżda l-effetti tiegħu huma reali ħafna.", "Meta l-kwalità tal-arja tkun batuta npattu għaliha qares: ċittadini jitilfu ħajjithom, l-ispejjeż mediċi jkunu għoljin, u ħafna ġranet tax-xogħol jintilfu minħabba mard.", "Il-Ġimgħa favur l-Ambjent tipprovdi pjattaforma importanti fejn min ifassal il-politika, rappreżentanti minn komunitajiet lokali u NGOs, awtoritajiet pubbliċi u negozji jistgħu jiskambjaw ideat dwar kif l-arja li nibilgħu tista' tittejjeb.", "Qegħdin b'mod kontinwu nilqgħu suġġerimenti dwar kif il-leġiżlazzjoni attwali tagħna tista' tittejjeb.”", "L-organizzazzjonijiet u l-kumpaniji se juru l-aqwa prassi f'esebizzjoni b'40 stand, u bosta avvenimenti sekondarji jinkludu wirja fuq barra ta' vetturi li jieħdu fjuwils alternattivi u provi tas-sewqan ta' karozzi elettriċi.", "Il-ġimgħa tinkludi wkoll iċ-ċerimonja ta' premjazzjoni għall-Best LIFE Nature u l-Best LIFE Environment.", "Il-Kummissarju ddikjara l-2013 bħala s-Sena tal-Arja, u matul is-sena l-politika attwali tal-Kummissjoni dwar l-arja qed tiġi riveduta, b'enfasi biex jinsabu modi ġodda biex il-kwalità tal-arja li nibilgħu tittejjeb.", "Minkejja l-progress tajjeb li sar fl-aħħar snin, diversi standards marbutin mal-kwalità tal-arja fl-aktar żoni popolati tal-UE għadhom jinqabżu bil-kbir, speċjalment minħabba sustanzi niġġiesa bħall-materja partikulata, l-ożonu troposferiku u d-diossidu tan-nitroġenu.", "Fil-ħarifa, ir-reviżjoni se twassal għal strateġija riveduta għall-politika tal-UE dwar l-arja, inklużi għanijiet ġodda jew ikkonfermati għall-2020 u lil hinn minnha, flimkien ma' lista ta' inizjattivi ewlenin u l-istrumenti biex jintlaħqu.", "Sfond", "It-13-il edizzjoni tal-Ġimgħa favur l-Ambjent, l-akbar konferenza annwali dwar il-politika ambjentali Ewropea, se ssir mill-4 sas-7 ta' Ġunju 2013 f'The Egg, 175, Triq Bara, Brussell.", "Fost il-kelliema ewlenin hemm:", "• Janez Potočnik, il-Kummissarju tal-UE għall-Ambjent", "• Marcin Korolec, il-Ministru tal-Ambjent, ir-Repubblika tal-Polonja", "• Satu Hassi, MEP (Membru tal-Parlament Ewropew)", "• Sirpa Pietikäinen, MEP u l-President ta' GLOBE.EU", "• Catherine Stihler, MEP & Membru tal-Kumitat dwar is-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (IMCO)", "• BAS Eickhout, MEP", "• Cor Lamers, is-Sindku ta' Schiedam (NL) u Membru tal-KtR", "• Maurizio Conte, il-Ministru Reġjonali għall-Ambjent, ir-Reġjun ta' Veneto (IT)", "• Assumpta Ferran i Poca, id-Direttur Ġenerali għall-Kwalità Ambjentali, il-Ministeru għat-Territorju u s-Sostenibbiltà, il-Katalunja (ES)", "• Per Ankersjo, il-Viċi Sindku għall-Ambjent Urban, il-Belt ta' Stokkolma", "• Martha Delgado Peralta, il-Viċi President tal-ICLEI u l-Ex-Segretarju tal-ambjent għall-Belt tal-Messiku", "• Ugo Cappellacci, il-President tar-Reġjun ta' Sardinja", "• Giuseppe Bortone, id-Direttur Ġenerali għall-Ambjent u l-Ħarsien tal-Ħamrija, ir-Reġjun Emilia-Romagna (IT)", "• Claudia Terzi, il-Ministru Reġjonali għall-Ambjent, l-Enerġija & l-Iżvilupp Sostenibbli, il-Lombardija (IT)", "• Hans Bruyninckx, id-Direttur Eżekuttiv tal-EEA", "• Simon Upton, id-Direttur tal-Ambjent, l-OECD", "• Arab Hoballah, il-Kap, Konsum u Produzzjoni Sostenibbli, l-UNEP", "• Johan Kuylenstierna, id-Direttur Eżekuttiv, l-Istitut għall-Ambent ta' Stokkolma", "Għal aktar tagħrif:", "Biex tara l-programm tal-Ġimgħa favur l-Ambjent 2013 u ssegwi t-trażmissjoni diretta tal-attivitajiet, żur: http://greenweek2013.eu", "Għal aktar tagħrif dwar il-politika Ewropea dwar l-arja ara:", "http://ec.europa.eu/environment/consultations_en.htm", "Kuntatti :", "Joe Hennon (+32 2 295 35 93)", "Monica Westeren (+32 2 299 18 30)"]} {"url": "https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1954", "title": "Il-Kummissjoni Ewropea toħroġ l-ewwel ħruġ ta' bonds SURE tal-UE", "category": "press_eu", "subcategory": "POLICY_AREA=BUDFINPROG", "date": "Tue, 20 Oct 2020 22:00:00 GMT", "text": ["Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet bond soċjali inawgurali ta' EUR 17-il biljun permezz tal-istrument SURE tal-UE biex tgħin tipproteġi l-impjiegi u n-nies fl-impjieg.", "Il-ħruġ kien jikkonsisti f'żewġ bonds, b'EUR 10 biljun li kellhom jitħallsu lura f'Ottubru 2030 u EUR 7 biljun li kellhom jitħallsu lura fl-2040.", "Kien hemm interess qawwi ħafna mill-investituri f'dan l-istrument bi klassifikazzjoni għolja, u l-bonds kienu aktar minn 13-il darba sottoskritti żżejjed, li rriżulta f'kundizzjonijiet ta' pprezzar favorevoli għaż-żewġ bonds.", "Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet: “Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Kummissjoni qed toħroġ bonds soċjali fis-suq, biex tiġbor flus li se jgħinu biex in-nies jinżammu f'impjieg.", "Dan il-pass bla preċedent jaqbel maż-żmenijiet straordinarji li qed ngħixu fihom.", "Mhu qed inħallu barra l-ebda sforz biex nissalvagwadjaw l-għajxien fl-Ewropa.", "Kuntenta li l-pajjiżi milquta ħażin mill-kriżi se jirċievu appoġġ malajr permezz ta' SURE.”", "Il-Kummissarju Ewropew Johannes Hahn inkarigat mill-Baġit u l-Amministrazzjoni qal: “B'din l-operazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea għamlet l-ewwel pass biex issir waħda mill-atturi ewlenin fis-swieq kapitali globali tad-dejn.", "L-interess qawwi tal-investituri u l-kundizzjonijiet favorevoli li bihom tqiegħed il-bond huma prova oħra tal-interess ġdid fil-bonds tal-UE.", "Il-karattru ta' “bond soċjali” tal-ħruġ għen biex jattira investituri li jixtiequ jgħinu lill-Istati Membri tal-UE fl-appoġġ tal-impjiegi matul dawn iż-żminijiet diffiċli.”", "Iż-żewġ bonds inħarġu b'kundizzjonijiet attraenti, li rriflettew livell għoli ta' interess.", "Il-bond ta' 10 snin kien ipprezzat bi 3 punti bażi 'l fuq mill-iswaps tan-nofs Il-bond ta' 20 snin kien ipprezzat b' 14 punti bażi 'l fuq mill-iswaps tan-nofs Il-primjums tal-ħarġiet ġodda finali ġew stmati għal 1 bps u 2 bps għas-segmenti ta' 10 snin u ta' 20 snin rispettivament, biż-żewġ valuri jkunu estremament limitati minħabba l-ammonti stampati.", "Dawn jirrappreżentaw kundizzjonijiet ta' pprezzar attraenti għall-akbar ħruġ ta' bonds li qatt kellha l-Kummissjoni u debutt favorevoli għall-programm SURE.", "Il-kundizzjonijiet li fuqhom il-Kummissjoni tissellef jiġu mgħoddija direttament lill-Istati Membri li jirċievu s-self.", "(Ara hawn l-isfond għal aktar dettalji dwar l-ipprezzar tat-tranżazzjoni).", "Il-banek li appoġġaw lill-Kummissjoni Ewropea b'din it-tranżazzjoni (“joint bookrunners”) kienu Barclays (IRL), BNP Paribas, Deutsche Bank, Nomura u UniCredit.", "Il-fondi miġbura se jiġu ttrasferiti lill-Istati Membri benefiċjarji fil-forma ta' self biex jgħinuhom ikopru l-ispejjeż direttament relatati mal-finanzjament ta' skemi nazzjonali ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u miżuri simili bħala reazzjoni għall-pandemija.", "F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ħabbret aktar kmieni dan ix-xahar li se toħroġ il-bond SURE kollu tal-UE sa EUR 100 biljun bħala bonds soċjali, u adottat Qafas tal-Bonds Soċjali evalwat b'mod indipendenti.https://ec.europa.eu/info/strategy/eu-budget/eu-borrower/eu-borrowing-activities/eu-sure-social-bond-framework_mt", "Sfond dwar SURE", "Sa issa, 17-il Stat Membru se jirċievu appoġġ finanzjarju skont l-istrument SURE biex jgħinu fil-protezzjoni tal-impjiegi u l-persuni li jaħdmu.", "L-appoġġ finanzjarju se jingħata fil-forma ta' self mogħti b'kundizzjonijiet favorevoli mill-UE lill-Istati Membri.", "Dan is-self se jgħin lill-Istati Membri jkopru l-ispejjeż direttament relatati mal-finanzjament ta' skemi nazzjonali ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, u miżuri simili oħra li jkunu stabbilew bħala reazzjoni għall-pandemija, b'mod partikolari għal dawk li jaħdmu għal rashom.", "SURE jista' jiffinanzja wkoll xi miżuri relatati mas-saħħa, b'mod partikolari fil-post tax-xogħol, użati biex jiġi żgurat ritorn sikur għall-attività ekonomika normali.", "L-Istati Membri għadhom jistgħu jippreżentaw talbiet formali għall-appoġġ skont SURE, b'qawwa totali sa EUR 100 biljun biex jgħin fil-protezzjoni tal-impjiegi u l-ħaddiema affettwati mill-pandemija.", "Il-Kummissjoni diġà pproponiet total ta' EUR 87.8 biljun f'appoġġ finanzjarju permezz ta' SURE lil 17-il Stat Membru.", "Sfond għas-self tal-UE", "Aktar dettalji dwar l-eżekuzzjoni:", "Għal aktar informazzjoni", "Mistoqsijiet u Tweġibiet", "Stqarrija għall-istampa teknika", "Qafas tal-Bonds Soċjali", "Sit web tal-istrument SURE", "Sit web tal-UE bħala l-entità li qed tissellef"]}