{"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20190628STO55507/il-membri-tal-pe-jeleggu-lil-david-sassoli-bhala-president-tal-parlament", "text": ["Il-membru Taljan tal-S&D David Sassoli, ġie elett bħala President tal-Parlament Ewropew fit-3 ta' Lulju wara żewġ rawnds ta' votazzjonijiet.", ", ta' 63 sena, irċieva 345 vot mis-667 vot li ntefgħu fit-tieni votazzjoni.", "Huwa eks ġurnalist televiżiv u ilu MPE mill-2009.", "Fl-istqarrija tiegħu qabel il-bidu tal-proċedura tal-elezzjoni, Sassoli tkellem dwar ir-responsabbiltà tal-Parlament lejn il-votanti ġodda kollha li ħadu sehem fl-aħħar elezzjonijiet Ewropej f'Mejju: ''Tawna mandat, għaliex jemmnu fl-istituzzjoni tagħna, jemmnu fid-demokrazija u fl-elezzjonijiet ħielsa.", "Ma nistgħux niddiżappuntawhom.''", "''Tul din il-leġiżlatura li ġejja, jeħtiġilna nkunu min ta' quddiem, irridu nidderieġu l-bidliet meħtieġa, u tabilħaqq vitali, biex insaħħu u nimmodernizzaw l-Ewropa,'' żied jgħid.", "Filmat tas-sessjoni plenarja tat-3 ta' Lulju", "Ritratti u filmati relatati mal-proċedura tal-elezzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-19T11:20:00", "title": "Il-Membri tal-PE jeleġġu lil David Sassoli bħala President tal-Parlament"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/it-tmexxija-tal-pe-2019/20190627IPR55411/mahtura-l-vici-presidenti-tal-parlament-ewropew-il-gdid", "text": ["MPE titfa' l-vot tagħha biex teleġġi l-Viċi Presidenti tal-PE", "L-Erbgħa ġew eletti l-14-il Viċi Presidenti kollha tal-Parlament Ewropew il-ġdid, wara tliet rounds ta' votazzjoni, għal perijodu ta' sentejn u nofs.", "Ħdax-il MPE ġew eletti fl-ewwel round, tnejn fit-tieni round u l-aħħar wieħed, b'maġġoranza relattiva, fit-tielet round.", "Il-Viċi Presidenti, li ġejjin minn sitt gruppi politiċi u għaxar stati membri, jidhru hawn taħt fl-ordni li bih ġew eletti:", "Ewa Bożena KOPACZ (EPP, PL)", "Ir-rwol tal-Viċi Presidenti", "Il-Viċi Presidenti jistgħu jissostitwixxu l-President meta dan ikun neċessarju.", "Huma wkoll membri tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, li jistabbilixxi r-regoli għall-funzjonament tajjeb tal-Parlament.", "Fost id-dmirijiet l-oħra tiegħu", ", il-Bureau iħejji l-abbozz preliminari tal-baġit tal-Parlament u jiddeċiedi dwar kwistjonijiet amministrattivi, organizzazzjonali u tal-persunal.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-04T10:55:00", "title": "Il-Viċi Presidenti tal-Parlament Ewropew il-ġdid"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/it-tmexxija-tal-pe-2019/20190612STO54311/is-seba-gruppi-politici-tal-parlament", "text": ["Wara l-Brexit, il-Parlament Ewropew beda jgħodd 705 membri.", "Kompli aqra biex tara ma' liema mis-seba' gruppi politiċi jpoġġu l-MEPs tiegħek.", "Wieħed mis-siġġijiet allokati lil Spanja għadu jrid jimtela, allura bħalissa hemm 704 MEPs.", "L-MEPs jorganizzaw ruħhom fi gruppi politiċi li jgħaqqdu rappreżentanti minn Stati Membri differenti skont l-affinitajiet politiċi tagħhom.", "Ir-regoli tal-Parlament jgħidu li grupp politiku jrid ikun magħmul minn minimu ta' 25 MEP minn kwart tal-Istati Membri (jiġifieri sebgħa).", "L-MEPs jistgħu jkunu parti minn grupp politiku wieħed biss, iżda jistgħu jagħżlu li ma jkunux parti minn grupp; dawn jissejħu \"mhux affiljati\", jew \"non-inscrits\" (NI) bil-Franċiż.", "Bħalissa hemm 29 MEP li mhumiex qegħdin f'xi wieħed mill-gruppi politiċi.", "Grupp politiku jista' jiġi ffurmat fi kwalunkwe mument matul il-leġiżlatura.", "Bħalissa, sebgħa jissodisfaw il-kriterji stabbiliti.", "Il-gruppi politiċi jgawdu ċerti vantaġġi: għandhom rwol importanti fit-tiswir tal-aġenda tal-Parlament, jingħataw aktar ħin għad-diskorsi matul id-dibattiti u jkollhom aktar spazju għall-uffiċċji, persunal u riżorsi finanzjarji biex jorganizzaw il-laqgħat tagħhom u jqassmu l-informazzjoni.", "Jiddeċiedu wkoll dwar il-kompożizzjoni tal-", "delegazzjonijiet parlamentari", "Dawn huma l-gruppi politiċi fit-28 ta' Frar 2020, mill-kbir saż-żgħir:", "President jew kopresidenti", "Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE)", "(il-Ġermanja).", "Dan hu r-raba' mandat tiegħu bħala MEP.", "Ilu jippresiedi l-grupp mill-2014.", "Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew (S", "(Spanja).", "MEP mill-2004.", "(ir-Rumanija).", "Dan hu l-ewwel mandat tiegħu bħala MEP.", "Serva bħala Kummissarju tal-Agrikoltura bejn l-2010 u l-2014 u kien Prim Ministru.", "Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea (Verts/ALE)", "(il-Ġermanja) u", "(il-Belġju).", "Keller ilha MEP mill-2009 u saret kopresident tal-grupp fl-2016.", "Lamberts sar MEP fl-2009 u kopresident fl-2014.", "Identità u Demokrazija (ID)", "Konservattivi u Riformisti Ewropej (ECR)", "(il-Polonja) u", "(l-Italja).", "Legutko, MEP mill-2009, sar kopresident fl-2017.", "Fitto kien MEP bejn l-1999 u l-2000 u reġa' beda jservi fl-2014.", "Grupp tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku (GUE/NGL)", "(il-Ġermanja) u", "(Franza).", "Schirdewan ilu MEP mill-2017.", "Aubry ġiet eletta f'Mejju 2019.", "Wara l-elezzjoni u qabel il-Brexit kien hemm 751 MEP.", "Hawn taħt tista' tara kif kien kompost il-Parlament.", "Skopri aktar dwar il-gruppi politiċi u d-daqs tagħhom f'din il-leġiżlatura u fil-leġiżlaturi preċedenti fis-", "sit tar-riżultati elettorali tagħna", "Għal aktar informazzjoni", "X'inhuma l-gruppi politiċi u kif jiġu ffurmati?", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-16T12:40:00", "title": "Is-seba' gruppi politiċi tal-Parlament"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/it-tmexxija-tal-pe-2019/20190627IPR55410/david-sassoli-elett-bhala-l-president-tal-parlament-ewropew", "text": ["Fit-3 ta' Lulju 2019, David Sassoli ġie elett b'345 vot bħala l-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew", "L-MPE eleġġew lil David Sassoli bħala l-President tal-Parlament Ewropew l-Erbgħa.", "Hu rebaħ 345 vot mill-667 vot validu mitfugħa fit-tieni round ta' votazzjoni.", "Il-President Sassoli huwa MPE Taljan ta' 63 sena li reġa' ġie elett fil-Parlament Ewropew f'Mejju 2019 għat-tielet darba bħala kandidat għall-Partito Democratico fiċ-ċentru tal-Italja.", "Ser iservi bħala President ta' Jannar 2022.", "F'indirizz qasir fil-plenarja immedjatament wara l-vot, In a brief address to the European Parliament in Strasbourg immediately after the vote, il-President Sassoli irringrazzja l-Membri tal-appoġġ li tawħ.", "Huwa mbagħad qal: \"Fl-aħħar xhur, kien hemm wisq nies qed joħolqu l-firdiet u l-kunflitti li konna naħsbu kienu biss fl-arkivji tal-imgħoddi.", "Minflok, iċ-ċittadini wrew li għadhom jemmnu fid-direzzjoni straordinarja tal-UE, l-unika direzzjoni li tista' tipprovdi t-tweġibiet għall-isfidi globali li qed niffaċċjaw\".", "\"Jeħtieġ li jkollna s-saħħa biex nerġgħu nibdew il-proċess tal-integrazzjoni filwaqt li nbiddlu l-UE biex tkun tista' tirrispondi aħjar għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u s-sens ta' telf li qiegħed dejjem jespandi fost in-nies.\"", "Il-President Sassoli tenna wkoll il-prijoritajiet li l-PPE għandu javvanza fis-snin li ġejjin.", "\"Aħna qed ngħixu trasformazzjonijiet enormi: il-qagħad fost iż-żgħażagħ, il-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima, ir-rivoluzzjoni diġitali, il-bilanċ ġdid ġeo-politiku, biex insemmi biss ftit mill-kwistjonijiet li għalihom huma meħtieġa ideat ġodda u kuraġġ\".", "Verżjoni sħiħa tal-indirizz tal-President hija disponibbli", "iżultati", "Il-President Sassoli ġie elett fit-tieni round ta' votazzjoni.", "Ir-riżultat tal-votazzjoni kien hekk:", "L-ewwel round", "Voti mitfugħa:", "Maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa:", "Riżultat:", "[mhux konklussiv]", "It-tieni round", "Voti mitfugħa:", "Maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa:", "Riżultat:", "David Sassoli elett bħala l-President tal-PE", "Kandidati u gruppi", "Kien hemm 4 kandidati għall-elezzjoni.", "Qabel il-vot kull wieħed minnhom ippreżenta l-viżjoni tagħhom għat-tmexxija tal-Parlament f'interventi ta' tliet minuti.", "Biex terġa' ssegwi l-interventi tal-kandidati, ikklikkja fuq l-ismijiet rispettivi tagħhom hawn taħt.", "Intervent ta'", "(Ħodor/EFA, DE)", "Intervent ta'", "Intervent ta'", "Intervent ta'", "Ir-regoli dwar l-elezzjoni tal-president", "Skont ir-", "tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-kandidati għall-presidenza jistgħu jiġu nominati minn grupp politiku jew minn 1/20 tal-Membri, jiġifieri 38 MPE.", "L-elezzjoni tinżamm b'vot sigriet.", "Biex jiġi elett, kandidat irid jikseb maġġoranza assoluta tal-voti validi, jiġifieri 50% u wieħed (", ").", "Dokumenti ta' votazzjoni vojta jew imħassra ma jgħoddux fil-kalkolazzjoni tal-maġġoranza meħtieġa.", "Passi li jmiss", "Il-voti biex jintgħażlu l-Viċi Presidenti u l-Kwesturi ser iseħħu l-Erbgħa wara nofsinhar u l-Ħamis filgħodu rispettivament.", "Għal aktar informazzjoni", "Intervent inawgurali ta' David Maria Sassoli bħala l-President tal-Parlament Ewropew", "Mistoqsijiet li jsiru ta' spiss dwar it-tranżizzjoni mit-8 sad-9 leġiżlatura tal-Parlament Ewropew", "Regoli ġodda", "Materjal awdjo-viżiv b'xejn", "EP Think Tank (19.06.2019): L-elezzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-03T17:25:00", "title": "David Sassoli elett bħala l-President tal-Parlament Ewropew"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/it-tmexxija-tal-pe-2019/20190705STO56304/min-hu-min-harsa-lejn-it-tmexxija-tal-pe-fil-bidu-tal-legizlatura-2019-2024", "text": ["Il-MPE eleġġew il-president tal-Parlament kif ukoll il-viċi presidenti u l-kwesturi f'Lulju 2019.", "Skopri mill-infografika tagħna min intgħażel għall-karigi ewlenin tal-Parlament.", "Flimkien mal-president tal-Parlament, il-viċi presidenti u l-kwesturi jiffurmaw il-Bureau, li jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' organizzazzjoni interna tal-istituzzjoni.", "Filwaqt li l-president jissorvelja l-ħidma kollha tal-Parlament u jirrappreżentah fil-kwistjonijiet legali u fir-relazzjonijiet esterni kollha, hu jista' jiddelega xi dmirijiet lill-viċi presidenti.", "Huma jistgħu wkoll jissostitwixxuh meta jkun qed jippresiedi s-sessjonijiet plenarji.", "Il-kwesturi jittrattaw kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi li jikkonċernaw lill-MPE.", "Dawn il-karigi kollha huma biss għal sentejn u nofs u għalhekk il-MPE jivvutaw għal president, viċi presidenti u kwesturi fil-bidu ta' kull leġiżlatura parlamentari u għal darb'oħra f'nofs il-leġiżlatura.", "Aktar informazzjoni", "Parlament Ġdid u Kummissjoni Ġdida", "Regoli ta' Proċedura (Lulju 2019)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-19T11:25:00", "title": "Min hu min: ħarsa lejn it-tmexxija tal-PE fil-bidu tal-leġiżlatura 2019-2024"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20180912STO13338/l-ue-ghandha-taghmel-aktar-rigward-it-terrorizmu-il-qghad-l-ambjent", "text": ["L-Ewropej jistennew li l-UE tagħmel aktar f'firxa ta' oqsma ta' politika, bit-terroriżmu, il-qgħad u l-ambjent f'ras il-lista.", "Dan juruh ir-riżultati tal-istħarriġ.", "Sejħiet għal aktar azzjoni mill-UE", "Meta ġew mistoqsija jekk l-UE għandhiex tagħmel aktar jew anqas fuq firxa ta'", "15-il qasam ta' politika ewlieni", ", mill-politika ekonomika u l-migrazzjoni sal-ugwaljanza bejn is-sessi, maġġoranza assoluta ta' dawk li wieġbu (aktar minn 50%) b'mod konsistenti qalu li jistennew aktar azzjoni mill-UE.", "Tal-anqas 75% riedu li l-UE tieħu aktar azzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-qgħad u fil-protezzjoni ambjentali.", "Il-perċezzjonijiet dwar l-azzjonijiet tal-UE qed jinbidlu", "Dwar kwistjonijiet ewlenin bħat-terroriżmu, il-migrazzjoni u l-qgħad, il-maġġoranza għadhom iqisu li l-azzjoni tal-UE hija insuffiċjenti aktar milli adegwata, iżda s-sodisfazzjon qed jiżdied.", "Il-ġlieda kontra t-terroriżmu – 32% ta' dawk li wieġbu jqisu li l-UE għamlet biżżejjed, żieda minn 23% f'April 2016;", "Il-migrazzjoni – 26% ta' dawk li wieġbu jqisu li l-UE għamlet biżżejjed, żieda minn 19% f'April 2016;", "Il-qgħad – 29% ta' dawk li wieġbu jqisu li l-UE għamlet biżżejjed, żieda minn 23% f'April 2016.", "Dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-provvista tal-enerġija, il-politika industrijali u l-agrikoltura, aktar nies huma tal-fehma li l-UE qiegħda tagħmel biżżejjed.", "Ir-riżultati jvarjaw ħafna.", "Pereżempju, 27% taċ-Ċeki li wieġbu jqisu l-azzjoni tal-UE mhijiex adegwata fil-ġlieda kontra l-qgħad, meta mqabbla ma' 92% tal-Griegi li wieġbu.", "Il-pajjiżi tal-UE għandhom jimxu id f'id fuq kwistjonijiet ta' politika barranija", "Maġġoranza ċara trid li l-Istati Membri jaġixxu b'mod konġunt fix-xena internazzjonali.", "Madwar 7 minn kull 10 ta' dawk li wieġbu jaħsbu li ħidma komuni bejn il-pajjiżi tal-UE hija l-aħjar mod kif nirrispondu għas-setgħa u l-influwenza dejjem jiżdiedu tar-Russja (71%) u taċ-Ċina (71%), għall-instabbiltà tad-dinja Għarbija/Musulmana (71%) u għall-presidenza ta' Donald Trump fl-Istati Uniti (68%).", "Is-sejbiet, li tħabbru fit-18 ta' Settembru, joħorġu minn stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar għall-Parlament Ewropew f'April 2018 u jkomplu fuq", "l-ewwel rapport li ġie ppubblikat f'Mejju", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-10-05T11:33:00", "title": "L-UE għandha tagħmel aktar rigward it-terroriżmu, il-qgħad, l-ambjent, skont l-Ewropej"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/it-tmexxija-tal-pe-2019/20190829STO59918/kif-jiffunzjona-l-parlament-il-president-il-vici-presidenti-u-l-kwesturi", "text": ["Skopri l-Bureau tal-Parlament Ewropew li huwa responsabbli għat-tmexxija tal-istituzzjoni u l-ismijiet u r-responsabbiltajiet tal-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi.", "Il-Parlament jiffunzjona mingħajr intoppi bis-saħħa tal-ħidma tal-", ", li huwa magħmul mill-President, 14-il-Viċi President u ħames Kwesturi.", "Kull membru tal-Bureau għandu portafoll, b'responsabbiltajiet speċifiċi bħalma huma l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-ġestjoni tal-binjiet tal-Parlament jew ir-relazzjonijiet mal-Istati Membri.", "Il-Kwesturi huma responsabbli għal kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji li jikkonċernaw direttament lill-MEPs u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.", "Ara l-infografika biex tara liema huma r-responsabbiltajiet tal-membri attwali tal-Bureau.", "Il-membri tal-Bureau kollha huma eletti mill-MEPs għal perjodu ta' sentejn u nofs, jiġifieri l-mandat attwali tagħhom se jintemm f'Jannar 2022.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-09-23T14:04:00", "title": "Kif jiffunzjona l-Parlament: il-President, il-Viċi Presidenti u l-Kwesturi (infografika)"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/it-tmexxija-tal-pe-2019/20190711STO56847/laqgha-tal-presidenti-l-godda-tal-kumitati-parlamentari", "text": ["Il-kumitati huma l-postijiet fejn hemm konċentrazzjoni qawwija tal-ħidma leġiżlattiva tal-Parlament.", "Kun af min se jkun qed imexxihom għas-sentejn u nofs li ġejjin.", "Skopri l-presidenti l-ġodda tal-kumitati fl-infografika tagħna", "Il-kumitati tal-Parlament Ewropew eleġġew il-presidenti u l-viċi presidenti tagħhom matul l-ewwel laqgħat tagħhom f'Lulju.", "Il-kumitati huma responsabbli għall-abbozzar tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-proposti leġiżlattivi.", "Huma jħejju wkoll rapporti fuq inizjattiva proprja, jaħtru timijiet ta' negozjati biex imexxu taħditiet mal-Kunsill, jorganizzaw seduti ta' smigħ ma' esperti u jiskrutinizzaw istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE.", "Il-Parlament Ewropew għandu 20 kumitat permanenti u 2 sottokumitati, li jkopru diversi oqsma ta' politika mill-ambjent għall-kummerċ internazzjonali.", "Stqarrija għall-istampa", "Paġna web tal-Kumitati", "Segwi l-kumitati fuq Twitter", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T10:31:00", "title": "Laqgħa tal-presidenti l-ġodda tal-kumitati parlamentari"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/l-inkluzjoni-socjali-u-s-sigurta/20181129STO20519", "text": ["Il-Fond Soċjali Ewropew għandu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-faqar u l-qgħad fl-Ewropa.", "Il-Membri tal-PE jridu jsaħħu r-rwol tiegħu sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna aktar nies.", "Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu għan-negozjar ta' regoli aġġornati biex jiġu indirizzati l-qgħad u r-rati għolja ta' faqar fl-UE, billi vvota favur ir-", "imħejji mill-", "Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali", "Ir-rapport, li ttieħed vot dwaru fil-plenarja tas-16 ta' Jannar, jipproponi li jiżdied il-finanzjament tal-FSE+ fil-baġit fit-tul tal-UE 2021-2027 b'enfasi ewlenija fuq l-impjieg taż-żgħażagħ u fuq it-tfal.", "Ħafna nies fl-UE huma mħassba dwar l-impjiegi u l-faqar.", "Huwa għalhekk li", "l-Parlament irid li l-UE taġġorna l-politika soċjali tagħha", "billi tappoġġa pjanijiet għall-ħolqien ta' verżjoni simplifikata tal-fond magħrufa bħala l-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+).", "Il-verżjoni l-ġdida tal-fond tista' mbagħad tgħin biex jinħolqu impjiegi għal kulħadd, tingħata spinta lill-kwalità tax-xogħol, tiżdied il-produttività, issir aktar faċli għan-nies biex isibu xogħol f'parti differenti tal-UE, jittejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u s-saħħa.", "X'inhu l-Fond Soċjali Ewropew?", "Dan huwa l-eqdem strument finanzjarju tal-UE li jinvesti fin-nies, itejjeb l-opportunitajiet tax-xogħol għall-ħaddiema u jgħolli l-livell ta' għajxien tagħhom", "Il-finanzjament huwa mqassam lill-pajjiżi u lir-reġjuni tal-UE biex jiffinanzjaw programmi operazzjonali u proġetti relatati mal-impjieg, minn għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol għall-indirizzar tal-lakuni fl-edukazzjoni, tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali", "Il-benefiċjarji normalment ikunu persuni, iżda l-finanzjament jista' jintuża wkoll biex jiġu megħjuna kumpaniji u organizzazzjonijiet", "Aktar flessibbiltà, sempliċità u effiċjenza", "Il-Fond Soċjali Ewropew Plus aġġornat se jgħaqqad għadd ta' fondi u programmi eżistenti, biex ir-riżorsi tagħhom jinġabru flimkien:", "Fond soċjali Ewropew", "Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ", "Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn", "Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali tal-UE", "Programm tas-Saħħa tal-UE", "Dan se jippermetti appoġġ aktar integrat u mmirat.", "Pereżempju, persuni affettwati mill-faqar jistgħu jibbenefikaw minn taħlita aħjar ta' assistenza materjali u appoġġ soċjali komprensiv.", "Minħabba dawn ir-regoli aktar flessibbli u aktar sempliċi, għandu jkun aktar faċli għan-nies u għall-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-fond.", "Il-prijorità ewlenija għaż-żgħażagħ u għat-tfal", "Il-FSE+ se jinvesti fi tliet oqsma ewlenin: l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja; l-effettività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess ugwali għal impjiegi ta' kwalità; l-inklużjoni soċjali, is-saħħa u l-ġlieda kontra l-faqar.", "Il-Membri tal-PE jridu jiżguraw li l-FSE+ ikompli jkun ta' appoġġ għall-impjieg taż-żgħażagħ b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ inattivi u dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, kif ukoll li joħloq miżuri aħjar għall-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal sabiex jikkontribwixxi għall-opportunitajiet indaqs u l-aċċess għall-edukazzjoni bla ħlas tat-tfal.", "Appoġġ għas-saħħa u l-innovazzjoni soċjali", "Il-fondi tal-FSE+ jappoġġaw inizjattivi li jippermettu lin-nies isibu impjieg aħjar jew jaħdmu f'reġjun jew f'pajjiż differenti tal-UE.", "Il-programm FSE+ ikun jappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura kif ukoll l-investiment fid-dijanjożi bikrija u fl-iskrinjar, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE, pereżempju dwar mard rari u kumpless.", "Il-passi li jmiss", "Il-Parlament issa se jkollu jinnegozja r-regolament mal-Kunsill u mal-Kummissjoni Ewropea qabel ma jkun jista' jidħol fis-seħħ.", "Aqra aktar dwar il-politiki soċjali", "L-impjieg taż-żgħażagħ: Miżuri tal-UE biex dan jiffunzjona", "Lura għax-xogħol wara mard jew korriment fit-tul (filmat)", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà: opportunitajiet għaż-żgħażagħ", "Fajl tal-proċedura", "Fajl tal-proċedura", "Skeda informattiva:x'inhu l-FSE+?", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-30T11:52:00", "title": "Fond Soċjali Ewropew: il-ġlieda kontra l-faqar u l-qgħad"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20190227STO28989/accessibility-making-products-and-services-in-the-eu-easier-to-use", "text": ["L-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà għandu l-għan li jiżgura li aktar prodotti u servizzi jkunu aċċessibbli għall-anzjani u għall-persuni li jgħixu b'diżabbiltà.", "Ara l-filmat tagħna.", "Fl-14 ta' Marzu, il-Parlament approva r-regoli l-ġodda mmirati lejn it-titjib tal-ħajja ta' kuljum tal-anzjani u tal-persuni b'diżabbiltà madwar l-UE u lejn il-ħolqien ta'", "Ewropa aktar ġusta u aktar inklużiva", ".", "Il-ftehim xorta għad irid jiġi approvat mill-Kunsill qabel ma l-leġiżlazzjoni tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "Aktar prodotti u servizzi aċċessibbli", "Aktar minn", "80 miljun ruħ", "jgħixu b'diżabbiltà fl-UE u ħafna minnhom isibuha iebsa biex jużaw prodotti ta' kuljum, bħal smartphones, kompjuters u kotba elettroniċi, u jiltaqgħu ma' problemi biex jiksbu aċċess għal servizzi ewlenin permezz ta' magni għall-qtugħ tal-biljetti jew ATMs.", "Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD)", "tirrikjedi li l-UE u l-Istati Membri jiżguraw l-aċċessibbiltà.", "Huma meħtieġa miżuri fil-livell tal-UE biex jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni ta' aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi ewlenin.", "L-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà jistabbilixxi standards għal prodotti u servizzi ewlenin:", "magni għall-qtugħ tal-biljetti u ċ-check-in", "ATMs u terminals oħra ta' ħlas", "kompjuters u sistemi operattivi", "smartphones, tablets u tagħmir tat-TV", "aċċess għal servizzi tal-midja awdjoviżiva u kotba elettroniċi", "kummerċ elettroniku", "xi elementi tas-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri", "komunikazzjoni elettronika, inkluż in-numru tal-emerġenza 112", "Opportunitajiet għan-negozji u l-konsumaturi", "Jekk ikun hemm standards komuni fil-livell tal-UE, l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiżviluppaw liġijiet differenti?", "Tkun aktar faċli u attraenti biex in-negozji jbigħu prodotti u servizzi aċċessibbli kemm fl-UE u kemm barra mill-UE.", "Regoli ġodda jinkoraġġixxu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u jippromwovu l-moviment liberu ta' prodotti u servizzi aċċessibbli.", "Huwa mistenni li l-konsumaturi jingħataw aktar għażla ta' prodotti u servizzi aċċessibbli u li titnaqqas l-ispiża tagħhom.", "Eżenzjonijiet għall-mikrointrapriżi", "Minħabba d-daqs u r-riżorsi limitati tagħhom, japplikaw eżenzjonijiet għal xi mikrointrapriżi, li huma kumpaniji żgħar b'anqas minn 10 impjegati u b'fatturat jew karta bilanċjali annwali ta' anqas minn €2 miljun.", "Madankollu, dawn il-kumpaniji se jkunu mħeġġa jimmanifatturaw u jqassmu prodotti u jipprovdu servizzi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tar-regoli l-ġodda.", "Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom jipprovdu linji gwida lil dawn il-mikrointrapriżi biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni.", "Fajl tal-proċedura", "Segwi l-progress tal-proposta leġiżlattiva", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T15:12:00", "title": "Aċċessibbiltà: nagħmlu l-prodotti u s-servizzi fl-UE aktar faċli biex jintużaw"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20180404STO00909/the-eu-s-organic-food-market-facts-and-rules-infographic", "text": ["Regoli ġodda tal-UE dwar il-produzzjoni organika se jiggarantixxu kwalità tal-ikel, protezzjoni ambjentali u trattament xieraq tal-annimali matul il-katina sħiħa tal-provvista.", "Aktar u aktar konsumaturi Ewropej qegħdin jixtru prodotti li huma magħmula minn sustanzi u proċessi naturali.", "L-ikel organiku ma għadux suq niċċa, minkejja li għadu jammonta biss għal proporzjon żgħir tal-produzzjoni agrikola totali fl-UE.", "Madankollu, \"organiku\" xi jfisser eżattament?", "Id-definizzjoni tal-UE dwar il-biedja organika", "Il-produzzjoni organika tfisser sistema agrikola sostenibbli li tirrispetta l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali, iżda tinkludi wkoll l-istadji l-oħra kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel.", "Ir-regoli tal-UE dwar il-produzzjoni", "Ir-Regolament tal-UE dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi", "jiżgura li l-istess standards ta' kwalità għolja jiġu rispettati madwar l-UE kollha.", "Ir-regoli jirreferu għal prattiki tal-agrikoltura u tal-akkwakultura, l-ipproċessar u t-tikkettar tal-ikel, il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni għall-bdiewa kif ukoll għall-importazzjoni ta' prodotti organiċi li mhumiex tal-UE.", "Il-bdiewa organiċi fl-UE jużaw enerġija u riżorsi naturali b'mod responsabbli, jippromwovu s-saħħa tal-annimali u jikkontribwixxu għaż-żamma tal-bijodiversità, tal-bilanċ ekoloġiku u tal-kwalità tal-ilma/ħamrija.", "Il-prattiki tal-biedja organika fl-UE jinkludu:", "In-newba tal-għelejjel għall-użu effiċjenti tar-riżorsi", "Projbizzjoni fuq l-użu tal-pestiċidi kimiċi u fertilizzanti sintetiċi", "Limiti stretti ħafna fuq l-antibijotiċi għall-bhejjem", "Projbizzjoni tal-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM)", "Użu ta' riżorsi fuq il-post għall-fertilizzanti naturali u għall-għalf", "Trobbija tal-bhejjem fil-beraħ, f'ambjent miftuħ u bl-użu tal-għalf organiku", "Prattiki tat-trobbija tal-annimali mfassla apposta", "It-tikkettar u l-logo għall-prodotti organiċi", "Il-logo għall-prodotti organiċi tal-UE", "fuq il-prodotti alimentari jiggarantixxi li ġew rispettati r-regoli tal-UE dwar il-produzzjoni organika.", "Huwa obbligatorju għall-ikel ippakkjat minn qabel.", "Fil-każ ta' ikel ipproċessat, huwa jfisser li minn tal-inqas 95% tal-ingredjenti ta' oriġini agrikola huma organiċi.", "Is-supermarkets u bejjiegħa oħra bl-imnut jistgħu jittikkettaw il-prodotti tagħhom bit-terminu organiku fil-każ biss fejn huma jikkonformaw mar-regoli.", "Is-suq organiku u l-art għall-biedja organika", "Is-suq organiku tal-UE qiegħed jikber b'mod kostanti u issa għandu valur ta' madwar EUR 30.7 biljun fis-sena.", "Għalkemm l-art għall-biedja organika fl-UE żdiedet matul is-snin, hija tirrappreżenta biss 7% taż-żona agrikola totali.", "Id-differenza bejn id-domanda u l-produzzjoni hija koperta minn żieda fl-importazzjoni.", "Punti ewlenin tar-regoli l-ġodda", "L-UE qiegħda taħdem fuq aġġornament tar-regoli eżistenti dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar b'reazzjoni għal bidliet maġġuri li qegħdin jittrasformaw is-settur.", "L-emendi proposti jinkludu:", "Kontrolli aktar stretti:", "l-operaturi kollha tul il-katina tal-provvista tal-ikel (il-bdiewa, dawk li jrabbu l-annimali, il-proċessuri, il-kummerċjanti, l-importaturi) jiġu kkontrollati minn tal-inqas darba fis-sena.", "Kompetizzjoni aktar ġusta:", "produtturi minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE li jridu jbigħu l-prodotti tagħhom fl-UE jeħtieġ li jikkonformaw mal-istess regoli li magħhom iridu jikkonformaw il-produtturi fl-UE.", "Il-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni bil-pestiċidi:", "il-bdiewa jeħtiġilhom jieħdu miżuri ta' prekawzjoni biex tiġi evitata kontaminazzjoni aċċidentali b'fertilizzanti jew b'pestiċidi mhux awtorizzati.", "Prodott jitlef l-istatus organiku tiegħu jekk il-kontaminazzjoni hija minħabba frodi jew imġiba negliġenti.", "Il-pajjiżi tal-UE li jkollhom limiti għal sustanzi mhux awtorizzati f'ikel organiku jistgħu jkomplu japplikawhom, iżda dawn għandhom jippermettu ikel organiċi oħra minn pajjiżi oħra tal-UE fis-swieq tagħhom.", "Il-Kummissjoni Ewropea se tivvaluta r-regoli kontra l-kontaminazzjoni fl-2025.", "Provvista aħjar ta' żrieragħ u annimali organiċi:", "bażi tad-data kompjuterizzata dwar id-disponibbiltà taż-żrieragħ u annimali organiċi se tkun stabbilita f'kull pajjiż tal-UE.", "Azjendi agrikoli mħallta:", "il-bdiewa huma awtorizzati li jipproduċu prodotti konvenzjonali minbarra dawk organiċi, iżda jeħtieġ li jiġu separati b'mod ċar mill-attivitajiet agrikoli tagħhom.", "Proċeduri ta' ċertifikazzjoni", "għal bdiewa żgħar se jsiru aktar faċli.", "Prodotti ġodda", "bħal melħ, sufra u żjut essenzjali huma inklużi.", "Oħrajn jistgħu jiżdiedu aktar tard.", "L-MEPs adottaw ir-regoli l-ġodda fid-19 ta' April 2018.", "It-test maqbul għad irid jiġi approvat formalment mill-Kunsill qabel ma jkun jista' jidħol fis-seħħ.", ", membru Ġermaniż tal-Grupp Verts/ALE, huwa l-MEP responsabbli li qed jiddirieġi l-proposti fil-Parlament.", "Prattiki tal-biedja organika fl-UE", "Stħarriġ:L-Ewropej, l-agrikoltura u l-politika agrikola komuni tal-UE", "Passi proċedurali", "Iċċekkja l-progress tal-proposti", "Tgħarrif", "Il-leġiżlazzjoni dwar il-biedja organika (Marzu 2018)", "L-ikel organiku: ngħinu lill-konsumaturi Ewropej jagħmlu għażla infurmata (Mejju 2015)", "Il-produzzjoni organika u l-UE (Frar 2015)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T15:23:00", "title": "Is-suq tal-ikel organiku tal-UE: fatti u regoli"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20190117STO23722/pesticides-in-food-what-is-the-european-parliament-doing-to-help", "text": ["L-Ewropej huma mħassba dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u dwar l-effett potenzjali tagħhom fuq is-saħħa.", "Skopri kif l-MEPs qed jindirizzaw il-kwistjoni.", "Madwar 50% tal-ikel", "ittestjat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-2016 kien fih residwi ta' pestiċidi, u 3.8% ta' dan l-ikel kien fih aktar mil-limiti legali.", "Fl-UE, il-pestiċidi u s-sustanzi attivi fihom jiġu mmonitorjati bir-reqqa, iżda fl-aħħar snin, tqajjem tħassib dwar il-proċedura ta' approvazzjoni, speċjalment wara l-kontroversja dwar", "it-tiġdid tal-approvazzjoni tal-glifosat", "Biex is-saħħa tan-nies tkun protetta aħjar, il-Parlament Ewropew irid li tittieħed azzjoni biex tittejjeb il-ġestjoni tal-użu tal-pestiċidi fl-UE.", "Proċedura ta' approvazzjoni tal-pestiċidi aktar trasparenti", "Fi Frar 2018, il-Parlament ħatar", "kumitat speċjali biex jeżamina l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-UE għall-pestiċidi", ".", "Fis-16 ta' Jannar, l-MEPs appoġġaw ir-rapport finali tal-kumitat li appella għal", "proċeduri aktar trasparenti", "biex tkun żgurata r-responsabbiltà politika.", "L-MEPs jirrakkomandaw li:", "Il-pubbliku għandu jingħata aċċess għall-istudji użati fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni", "Il-manifatturi li jitolbu l-approvazzjoni ta' sustanzi għandhom jirreġistraw l-istudji regolatorji kollha f'reġistru pubbliku biex ikun żgurat li titqies l-informazzjoni rilevanti kollha", "L-esperti xjentifiċi għandhom jeżaminaw mill-ġdid l-istudji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat u għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi għall-ħamrija u l-ilma tal-wiċċ", "Il-pestiċidi u s-sustanzi attivi tagħhom għandhom ikunu ttestjati bir-reqqa, filwaqt li jitqiesu l-effetti kumulattivi u t-tossiċità fit-tul", "Il-pestiċidi m'għandhomx jibqgħu jintużaw fuq firxa wiesgħa ta' art qrib l-iskejjel, il-faċilitajiet tal-kura tat-tfal, il-postijiet fejn jilagħbu t-tfal, l-isptarijiet, l-isptarijiet tal-maternità u d-djar tal-kura", "Aċċess aħjar għall-istudji dwar is-sigurtà tal-katina tal-ikel", "F'Diċembru 2018, il-Parlament ivvota favur", "aġġornament tar-regolament dwar liġi ġenerali dwar l-ikel", "li jkopri s-sigurtà tal-ikel fl-istadji kollha tal-katina tal-ikel, inklużi s-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u l-produzzjoni.", "Ir-regoli l-ġodda li ġew proposti għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess pubbliku għall-istudji użati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fil-valutazzjoni tar-riskju tal-prodotti tal-ikel, u li jkun żgurat li l-istudji jkunu affidabbli, oġġettivi u indipendenti.", "Jiġi stabbilit reġistru Ewropew għall-istudji kkummissjonati, biex l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tkun tista' tivverifika jekk il-kumpaniji humiex qed iwarrbu xi studji li ma jkunux favorevoli.", "Jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jiddubita l-evidenza pprovduta mill-applikanti, l-aġenzija tista' titlob studji addizzjonali.", "Sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali", "Is-sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali jintużaw fl-agrikoltura biex jipproteġu l-pjanti mill-organiżmi li jagħmlu l-ħsara billi jinterferixxu fit-tkabbir jew fir-riproduzzjoni tagħhom.", "Jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem u jistgħu jkunu marbuta ma' kansers relatati mal-ormoni, mad-dijabete u mal-infertilità.", "imblukkaw", "il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li kienet", "teżenta xi sustanzi kimiċi fil-pestiċidi", "milli jiġu identifikati bħala sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali, minkejja li wħud minnhom kienu fil-fatt iddiżinjati biex jattakkaw is-sistema endokrinali ta' organiżmu.", "Promozzjoni ta' alternattivi", "Fl-2016, l-Ewropej bi", "EUR 30.7 biljun f'ikel organiku", ", żieda ta' kważi 50% mill-2012.", "Fl-2018, l-MEPs aġġornaw", "ir-regoli eżistenti dwar il-produzzjoni u t-tikkettar tal-ikel organiku", "b'reazzjoni għal bidliet kbar fis-settur.", "Fl-2017, l-MEPs adottaw riżoluzzjoni li tistieden lill-Kummissjoni tfassal proposti biex jitħaffew l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni ta'", "pestiċidi b'riskju baxx", "Skeda informattiva: is-sikurezza tal-ikel", "Tgħarrif: L-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi tal-UE", "Tgħarrif: kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-liġi ġenerali dwar l-ikel", "Stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi tar-riskji relatati mal-ikel", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T15:23:00", "title": "Pestiċidi fl-ikel: x'qed jagħmel il-Parlament Ewropew biex jgħin?"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20180316STO99921/vaccines-meps-concerned-about-drop-in-eu-vaccination-rates", "text": ["Il-każijiet ta' ħożba ttriplikaw f'sena biss fl-UE.", "Il-Membri tal-PE huma mħassba dwar l-impatt fuq is-saħħa pubblika ta' rati aktar baxxi ta' tilqim.", "X'għandhom inkomuni l-ġidri, il-poljomelite, il-ħożba, il-gattone u l-ġidri r-riħ?", "Huma wħud mill-", "mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim", "li, matul is-snin, qatel u ħalla lil miljuni ta' nies b'kumplikazzjonijiet gravi, inklużi l-għama u l-paraliżi.", "Illum, bis-saħħa ta' użu mifrux tat-tilqim, il-ġidri nqered u l-poljo jinqered ukoll, jekk l-isforzi li qed isiru bħalissa jibqgħu jsiru.", "Mard ieħor għadu ma nqeridx iżda l-firxa tiegħu ġiet limitata permezz tal-immunizzazzjoni.", "Bħal fil-każ tal-ħożba.", "Qabel l-introduzzjoni tat-tilqim fil-bidu tas-snin sittin, il-ħożba – virus li jittieħed ħafna u li jinfirex permezz tal-arja jew tas-superfiċi infettati – qatlet lil", "2.6 miljun ruħ", "fis-sena.", "Fl-2016, ikkaġunat il-mewt ta' 89,780 ruħ, l-aktar numru baxx sal-lum.", "It-tilqim għadu waħda mill-għodda l-aktar importanti għas-saħħa pubblika fis-seklu wieħed u għoxrin.", "Kull sena jsalva l-ħajja ta' bejn żewġ u tliet miljun ruħ u 1.5 miljun ruħ oħra jistgħu jiġu salvati kieku l-firxa tat-tilqim tiżdied. (", "Il-każijiet ta' ħożba fl-UE jittriplikaw f'sena", "Għalkemm il-każijiet ta' ħożba u l-imwiet mill-ħożba qed jonqsu fid-dinja, fl-2017 kien hemm 14,451 każ ta' ħożba fl-UE – tliet darbiet aktar milli fl-2016 (4,643).", "Ir-Rumanija u l-Italja rrappurtaw l-ogħla numru ta' każijiet (", ").", "Madwar 87% tal-każijiet seħħew f'individwi li ma ħadux it-tilqima.", "Il-ħożba qatlet 50 ruħ fl-UE fl-aħħar sentejn.", "Għaliex qed jiżdiedu l-każijiet ta' ħożba fl-UE?", "Il-miżura l-aktar effettiva biex tiġi evitata l-firxa tal-ħożba hija li jiġi żgurat li 95% tal-popolazzjoni tingħata t-tilqima b'żewġ dożi tat-tilqima tal-Ħożba, il-Gattone u l-Ħożba Ġermaniża (MMR).", "Minkejja dan, fl-UE, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Portugall, is-Slovakkja, Spanja u l-Iżvezja biss kienu qed jilħqu dik il-mira fl-2016 (", "Il-Membri jwissu kontra t-tnaqqis fir-rati tat-tilqim", "Fid-19 ta' April, il-Membri tal-PE adottaw riżoluzzjoni li tesprimi tħassib dwar rati baxxi wisq ta' tilqim fl-Ewropa u l-konsegwenzi tagħhom fuq is-saħħa pubblika.", "Il-politiki nazzjonali differenti dwar it-tilqim, il-prezzijiet li qed jiżdiedu tat-tilqim u r-rifjut tat-tilqim huma wħud mill-fatturi li għandhom jitqiesu fid-differenzi fir-rati ta' immunizzazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE.", "Fir-riżoluzzjoni, il-Membri tal-PE jistiednu lill-Kummissjoni tiffaċilita skeda aktar armonizzata għat-tilqim fl-UE kollha, u ssaħħaħ l-appoġġ għal inizjattivi nazzjonali favur it-tilqim.", "Jilqgħu wkoll il-Ftehim ta' Akkwist Konġunt, li permezz tiegħu l-akkwist ta' tilqim ikun irħas għall-pajjiżi tal-UE.", "Eżitazzjoni għat-tilqim", "Il-Membri tal-PE huma partikolarment imħassba dwar ir-rifjut tan-nies li jieħdu t-tilqim jew li jħallu lit-tfal tagħhom jieħdu t-tilqim.", "\"Wisq ġenituri jirrifjutaw it-tilqim, qed jerġa' jitfaċċa ħafna mard infettiv\", qalet Elena GENTILE (S&D, IT), waħda mis-7 korapporteurs, wara l-votazzjoni dwar it-test fil-kumitat li saret f'Marzu.", "Definizzjoni:", "\"Eżitazzjoni għat-tilqim tirreferi għad-dewmien fl-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tat-tilqim minkejja d-disponibbiltà ta' servizzi tat-tilqim.\"", "(ECDC)", "In-nies jevitaw jew jirrifjutaw it-tilqim minħabba l-perċezzjoni li t-tilqim mhuwiex importanti (għexieren ta' snin ta' tilqim mifrux għamlu l-benefiċċji tiegħu inviżibbli fl-Ewropa), li mhuwiex sikur jew li għandu effetti kollaterali perikolużi (minkejja bosta studji xjentifiċi li ma sabu", "ebda konnessjoni bejn l-MMR u l-awtiżmu", ", dawn l-allegazzjonijiet għadhom jinstabu fil-websites, fil-fora u fil-media soċjali).", "\"It-tilqim tagħna huwa assolutament sikur, hemm ħafna miżinformazzjoni li dan it-tilqim imarrad lin-nies, iżda dan naturalment ma jagħmilx sens, u huwa perikoluż\", iddikjarat il-korapporteur Renate Sommer (PPE, DE).", "Fir-riżoluzzjoni, il-Membri tal-PE jilqgħu l-", "Pjan ta' Azzjoni Konġunt dwar it-Tilqim", "biex tiġi miġġielda l-eżitazzjoni għat-tilqim u jippreżentaw diversi miżuri biex tiżdied it-trasparenza fl-evalwazzjoni tas-sikurezza tat-tilqim, kif ukoll aktar kampanji ta' komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni biex tiġi miġġielda l-informazzjoni falza dwar it-tilqim, speċjalment online.", "Korapporteur Marco Affronte (Verts/ALE, IT): \"Irridu nserrħu ras il-familji tagħna u niġġieldu kontra l-aħbarijiet foloz.\"", "Il-passi li jmiss", "Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta miżuri għal kooperazzjoni kontra l-mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim, qabel is-sajf.", "1) Każijiet ta' ħożba fl-2017", "Pajjiż", "Każijiet Totali ta' Ħożba fl-2017", "Każijiet għal kull miljun ruħ", "L-Awstrija", "Il-Belġju", "Il-Bulgarija", "Il-Kroazja", "Ċipru", "Ir-Repubblika Ċeka", "L-Estonja", "Il-Ġermanja", "Il-Greċja", "L-Ungerija", "L-Iżlanda", "L-Irlanda", "Il-Latvja", "Il-Litwanja", "In-Norveġja", "Il-Polonja", "Ir-Rumanija", "Is-Slovenja", "Spanja", "L-Iżvezja", "Ir-Renju Unit", "2) Rata ta' tilqim tal-MMR – it-tieni doża", "Rata ta' tilqim, it-tieni doża %", "Data tad-WHO, minn http://atlas.ecdc.europa.eu/public/index.aspx", "UE/ŻEE", "L-Awstrija", "Il-Belġju", "Il-Bulgarija", "Il-Kroazja", "Ċipru", "Ir-Repubblika Ċeka", "L-Estonja", "Il-Ġermanja", "Il-Greċja", "L-Ungerija", "L-Irlanda", "Il-Latvja", "Il-Litwanja", "Il-Polonja", "Ir-Rumanija", "Is-Slovenja", "Spanja", "L-Iżvezja", "Ir-Renju Unit", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa", "Trid taqra aktar dwar is-suġġett?", "L-iskedi tat-tilqim fil-pajjiżi kollha tal-UE", "Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard", "Mistoqsijiet u tweġibiet dwar it-tilqim fit-tfulija", "Paġna tal-KE dwar it-tilqim", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T15:13:00", "title": "Tilqim: Il-Membri tal-PE huma mħassba dwar ir-rati ta' tilqim baxxi wisq fl-UE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20180615STO05929/superbugs-meps-ideas-to-fight-antimicrobial-resistance", "text": ["25,000 ruħ imutu kull sena fl-UE minħabba infezzjonijiet ikkaġunati minn mikrobi reżistenti.", "U r-reżistenza għall-antibijotiċi qed tikber.", "Skopri kif l-MEPs iridu jiġġilduha.", "Madwar 700,000 ruħ imutu kull sena fid-dinja kollha minħabba r-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) – 25,000 minnhom fl-UE – u hemm il-biża' li sal-2050 l-AMR tista' tikkaġuna aktar imwiet mill-kanser.", "L-AMR hija r-reżistenza għall-mediċini ta' infezzjonijiet li huma kkawżati mhux biss mill-batterji, iżda anke minn mikrobi oħra bħall-parassiti, il-viruses u l-fungi.", "X'jikkawża l-AMR?", "L-AMR isseħħ b'mod naturali fuq perjodu ta' żmien, iżda sseħħ aktar malajr bl-użu ħażin u l-użu żejjed tal-antibijotiċi fil-bniedem u fit-trattament tal-annimali, bit-trasferiment ta' batterji reżistenti mill-annimali għall-bnedmin permezz ta' kuntatt dirett jew permezz tal-katina tal-ikel, bir-rilaxx ta' sustanzi antimikrobiċi fl-ambjent, bir-rimi mhux kif suppost ta' mediċini mhux użati fl-ilma ta' taħt l-art u bin-nuqqas ta' żvilupp ta' antibijotiċi ġodda.", "Mill-1999 'l hawn, l-UE investiet aktar minn EUR 1.3 biljun fir-riċerka dwar l-AMR, iżda peress li r-reżistenza għall-antimikrobiċi qed tiżdied, l-MEPs qed jitolbu li jsir sforz ulterjuri.", "Il-fatti: x'inhuma l-antimikrobiċi?", "Dawn jinkludu l-antibijotiċi, l-antivirali, l-antifungali u l-antiprotożojċi.", "Huma sustanzi attivi ta' oriġini sintetika jew naturali li joqtlu jew jinibixxu t-tkabbir ta' mikroorganiżmi.", "Fir-rapport INI dwar", "il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew il-ġdid Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi", ", abbozzat minn", "(S&D, AT) u approvat mill-Kumitat ENVI fl-20 ta' Ġunju, il-Membri:", "jenfasizzaw li l-istrateġiji għall-ġlieda kontra l-AMR għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju \"", "Saħħa Waħda", "\" (is-saħħa tan-nies/tal-annimali u l-ambjent huma interkonnessi; il-mard jiġi trażmess min-nies għall-annimali u viċe versa);", "jenfasizzaw l-importanza ta' użu korrett u prudenti tal-anitmikrobiċi; jappellaw biex jiġi ristrett il-bejgħ ta' antibijotiċi minn professjonisti tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u biex jiġi miġġieled il-bejgħ illegali;", "jitolbu li jiġi stimulat l-investiment f'sustanzi ġodda (ir-rata ta' skoperta u ta' żvilupp ta' antimikrobiċi ġodda naqset fl-aħħar 20 sena);", "jappellaw għal testijiet dijanjostiċi rapidi u orħos li jindikaw jekk il-kawża ta' infezzjoni hijiex virali jew batterika;", "jappellaw biex tiġi mħeġġa l-iġjene tajba u biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tal-preskrizzjoni żejda u tal-awtomedikazzjoni (", "44% tal-Ewropej ma jafux", "li l-antibijotiċi mhumiex effettivi kontra l-irjiħat u l-influwenza).", "Prodotti mediċinali veterinarji", "Fl-istess ġurnata, il-kumitat approva wkoll ftehim mal-Kunsill dwar regoli ġodda biex jitnaqqas l-użu tal-antibijotiċi fil-biedja.", "L-użu preventiv u kollettiv tal-antimikrobiċi fit-trobbija tal-annimali jiġi limitat u l-prodotti tal-ikel importati jridu jkunu konformi mal-istandards tal-UE dwar l-użu tal-antibijotiċi.", "Il-passi li jmiss", "Il-Parlament se jivvota dwar iż-żewġ rapporti fil-ħarifa.", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa (20/6/2018)", "Passi proċedurali: Ir-reżistenza għall-antimokrobiċi", "Passi proċedurali: Prodotti mediċinali veterinarji", "Riċerka tal-PE: Stronger bacteria, weaker antimicrobials", "Rapport tal-ECDC", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T15:25:00", "title": "Mikrobi reżistenti: L-ideat tal-MEPs biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi (filmat)"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20180308STO99326/ep-jistabbilixxi-dak-li-jrid-mill-bagit-fuq-terminu-twil-li-jmiss-tal-ue", "text": ["Fl-14 ta' Marzu, il-Membri tal-PE vvutaw fuq il-pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament għan-negozjati għall-baġit fuq terminu twil li jmiss tal-UE, li jibda fl-2021.", "Jan Olbrycht (PPE, il-Polonja)", "jgħid li l-UE għandha tkompli toffri s-sostenn tagħha għall-politiki komuni dwar l-agrikoltura u s-sajd kif ukoll għall-politika ta' koeżjoni.", "Iżda r-rapport jissottolinja wkoll li l-baġit fuq terminu twil li jmiss, magħruf ukoll bħala l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), għandu \"jlaħħam sostanzjalment\" il-programmi emblematiċi dwar ir-riċerka kif ukoll l-Erasmus+; jiżgura progress fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u jsostni l-impriżi żgħar u ta' daqs medju.", "Waqt intervista, Jan Olbrycht spjega: \"Qbilna u għandna bżonn ta' prijoritajiet ġodda – ir-riċerka, l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni – dan huwa importanti ħafna, iżda ma nistgħux infarfru jdejna minn dawk (il-prijoritajiet) ta' qabel\".", "Il-finanzjament tal-fondi fil-ġejjieni", "Il-QFP li jmiss hu mistenni li jibda wara l-2020 u għandu jkopri perjodu ta' mill-anqas ħames snin.", "Se jseħħ wara t-tluq tar-Renju Unit, fatt li, skont Isabelle Thomas, se jkollu \"konsegwenzi importanti\", minħabba li \"se jkollna diskrepanza ta' EUR 14-il biljun fil-kaxxa\".", "Il-Parlament approva proposti separati dwar kif il-baġit tal-UE għandu jiġi ffinanzjat fil-ġejjieni.", "Janusz Lewandowski (PPE, il-Polonja)", "jissuġġerixxi riformi għall-finanzjament tal-UE b'pakkett ta' \"riżorsi proprji\" ġodda possibbli tal-UE.", "Dawn jinkludu taxxa korporattiva, taxxi ambjentali, taxxa fuq tranżazzjonijiet finanzjarji fil-livell Ewropew u tassazzjoni speċjali ta' kumpaniji fis-settur diġitali.", "Stennijiet kbar", "Stħarriġ", "tal-Ewrobarometru fl-2017", "indika li l-maġġoranza kbira tal-Ewropej jixtiequ li l-UE taħdem aktar biex tindirizza l-isfidi attwali, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu (80 %) u l-qgħad (78 %), il-ħarsien tal-ambjent (75 %) u l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa (74 %).", "Sabiex jissodisfaw l-istennijiet tal-pubbliku, il-Membri tal-PE jridu li l-baġit tal-UE jiżdied minn madwar 1 % tal-introjtu nazzjonali gross għal 1,3 %.", "Madankollu, peress li l-QFP ta' wara l-2020 se jiġi kkalkolat fuq 27 stat membru u mhux fuq 28 stat, il-baġit ġenerali jista' ma jkunx akbar f'termini assoluti.", "Barra minn hekk sorsi ġodda ta' dħul għandhom jiġġeneraw tfaddil għall-Istati Membri.", "Il-pass li jmiss", "Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker hu mistenni li jagħti deskrizzjoni qasira tal-proposti għall-QFP li jmiss fit-2 ta' Mejju, bit-tama li jkun jista' jintlaħaq fehim fi żmien 12-il xahar.", "Il-baġit fuq terminu twil tal-UE:", "Minbarra l-baġit annwali, l-UE tistabbilixxi baġit fuq terminu twil (QFP) għal perjodu ta' mill-anqas ħames snin.", "Il-QFP attwali, li jkopri l-perjodu 2014-2020, jammonta għal EUR 963,5 biljun.", "F'dawn l-aħħar snin, il-Parlament iġġieled biex il-QFP jkun aktar flessibbli, sabiex inkunu mħejjija aħjar biex nilqgħu għal sfidi bħall-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-euro, bħall-kriżi tal-migrazzjoni u bħas-sigurtà.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-baġit pluriennali wara l-2020 irid ikun suffiċjenti għall-miri identifikati", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-03-27T10:39:00", "title": "Il-Parlament jistabbilixxi dak li jrid mill-baġit fuq terminu twil li jmiss tal-UE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/eu-long-term-budget/20200206IPR72013/aktar-mill-flus-il-bagit-fit-tul-tal-ue-huwa-ghodda-ghall-futur-tal-ewropa", "text": ["Ma nistgħux nagħmlu iżjed b'inqas, qalu ll-MPE matul id-dibattitu dwar il-baġit pluriennali tal-UE", "F'dibattitu dwar il-finanzjament tal-UE għall-2021–2027, il-MPE enfasizzaw li l-PE se japprova l-baġit biss jekk ikun kapaċi jilħaq l-ambizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Id-diskussjonijiet dwar il-baġit huma diskussjonijiet dwar il-futur tal-UE, qalu l-MPE f'dibattitu fil-plenarja ma' Nikoladina Brnjac, is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kroazja, li tirrappreżenta l-Kunsill, u l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen.", "Id-dibattitu ippreċeda s-summit speċjali tal-UE li ser jibda fl-20 ta' Frar, fejn l-Istati Membri ser jippruvaw jaqblu dwar pożizzjoni komuni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss.", "Il-parti l-kbira tal-MPE insistew li finanzjament suffiċjenti huwa essenzjali biex jinkisbu l-ambizzjonijiet komuni bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali u ekoloġika, li tittratta l-konsegwenzi soċjali tal-aħħar, u tkompli tappoġġa r-reġjuni u l-bliet, il-bdiewa, iż-żgħażagħ, ir-riċerkaturi jew l-intraprendituri.", "L-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku b'baġit imnaqqas, pereżempju, tkun tfisser it-tnaqqis ta' programmi tal-UE li jkunu qed ikollhom suċċess band'oħra, enfasizzaw il-Membri tal-Parlament Ewropew.", "Xi MPE qalu li jeħtieġ li ċerti politiki tal-UE jiġu vvalutati b'aktar reqqa, u li hija meħtieġa aktar dixxiplina fuq l-infiq.", "Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' sorsi ġodda ta' dħul (\"Riżorsi Proprji\") għall-UE u r-rabta tal-baġit tal-UE mar-rispett għall-istat tad-dritt ġew indikati bħala kruċjali għall-MPE.", "Ikklikkja fuq l-ismijiet biex tara dikjarazzjonijiet individwali mill-mexxejja tal-gruppi,", "President tal-Kummissjoni u tal-Kunsill", ", President tal-Parlament Ewropew", "Nikolina Brnjac", ", għall-Presidenza Kroata", ", President tal-Kummissjoni", ", Kummissarju Ewropew għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati dwar it-Tkabbir", "Nikolina Brnjac", ", għall-Presidenza Kroata", "Erġa' segwi d-dibattitu kollu bil-", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għall-Baġits", "Informazzjoni kompleta dwar il-baġit fit-tul tal-UE li jmiss", "Lista strutturata ta' links utli għal dokumenti dwar il-baġit fit-tul tal-UE li jmiss", "Stqarrijiet għall-istampa riċenti tal-PE dwar il-baġit fit-tul tal-UE li jmiss", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-02-13T13:40:00", "title": "Aktar mill-flus: il-baġit fit-tul tal-UE huwa għodda għall-futur tal-Ewropa"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/eu-long-term-budget/20200309STO74453/bagit-fit-tul-l-ue-tehtieg-iffinanzjar-xieraq-biex-tindirizza-l-krizijiet", "text": ["L-UE għandu jkollha l-mezzi finanzjarji biex tindirizza l-isfidi bħall-coronavirus jew il-migrazzjoni, qalu l-MPE f'dibattitu plenarju dwar il-baġit fit-tul tal-UE.", "Id-diskussjoni fil-Parlament", "fl-10 ta' Marzu ffukat fuq il-proposta tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel dwar id-daqs u l-istruttura tal-", "baġit fit-tul", "li naqas milli jikseb l-approvazzjoni mill-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE fis-summit tagħhom tal-20-21 ta' Frar.", "Is-Sur Michel qal li se jkompli bil-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri \"biex jivvaluta meta jkun possibbli li jerġa' jsir summit ġdid\", u impenja ruħu li jżomm kuntatt dirett mal-Parlament dwar l-iżviluppi kollha.", "Il-parti l-kbira tal-MPE kkritikaw il-proposta ta' Michel peress li, skont kif qalu, hija nieqsa mill-ambizzjoni u indikaw li l-isfidi attwali juru li l-Ewropa għandu jkollha baġit li jippermettilha taġixxi u tilħaq l-aspettattivi taċ-ċittadini.", "(PPE, il-Portugall), li huwa membru tat-tim tan-negozjati tal-Parlament dwar il-baġit fit-tul, qal: \"X'aktarx li hija ħaġa tajba li l-Kunsill ma laħaqx ftehim.", "Il-Parlament Ewropew ma setax japprova ftehim li jmur kontra l-interessi taċ-ċittadini Ewropej.", "Il-mexxejja tal-UE qed joħorġu bi kliem u għanijiet sbieħ, iżda meta jiġu biex isostnu dawk il-miri bir-riżorsi finanzjarji, dan ma jagħmluhx\".", "Il-mexxejja tal-Grupp S&D,", "(Spanja) iddikjarat hekk: \"Huwa preferibbli li ma jkun hemm ebda ftehim [dwar il-baġit tal-UE] pjuttost milli ftehim ħażin\".", "L-UE għandha tkun mgħammra biex taġixxi", "Il-MPE indikaw li l-isfidi attwali juru li l-UE għandu jkollha l-kapaċità finanzjarja li tipprovdi soluzzjonijiet komuni.", "Il-mexxej tal-Grupp Renew Europe,", "(ir-Rumanija) qal li l-baġit fit-tul jista' jtaffi l-impatt tat-tifqigħa tal-coronavirus fuq in-negozju: \"Il-baġit Ewropew jeħtieġ li jiżvolġi r-rwol tiegħu bħala stimolu għall-investiment biex jerġa' jagħti l-ħajja lill-ekonomija.\"", "Huwa rrefera wkoll għall-kriżi fuq il-fruntiera Griega-Torka u nnota dan: \"Il-politika ta' sigurtà u solidarjetà transfruntiera tagħna tfisser li [l-aġenzija tal-fruntiera tal-UE] Frontex teħtieġ riżorsi xierqa u baġit li jippermetti solidarjetà reali fil-post\".", "Il-President tal-Kumitat għall-Baġits", "(KRE, il-Belġju) argumenta kontra t-tnaqqis fil-programmi ta' difiża u ta' riċerka: \"Jekk hemm qasam wieħed li fih l-UE jeħtieġ li tkun qed tinvesti, dan huwa l-futur li naqsmu bejnietna.", "Jeħtieġ li verament niffukaw fuq l-innovazzjoni\".", "(S&D, il-Portugall), li hija wkoll membru tat-tim tan-negozjati tal-PE, qalet hekk: \"Ir-rispons tagħna, quddiem l-isfida tal-klima, l-isfida demografika, l-isfida diġitali u l-isfida internazzjonali għandu jkun aktar Ewropa: Ewropa li tista' ssolvi l-kriżi fil-fruntieri tagħna, li tista' ssib soluzzjoni għall-coronavirus\".", "Is-Sa Marques qalet li l-UE għandha tkun lesta tirrispondi għal kriżijiet li ma jistgħux jiġu previsti: \"Fis-seba' snin li ġejjin ikollna nkunu konxji li se jinqalgħu wkoll sfidi ġodda mhux mistennija, u l-Ewropa ma tistax tgħid bħal fl-2007-2008 li m'aħniex ippreparati\".", "(Grupp tal-Ħodor/AĦE, il-Ġermanja), membru ieħor tat-tim tan-negozjati tal-Parlament, innota li s-sitwazzjoni hija serja u li l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jilħqu ftehim: \"Qed niffaċċjaw kriżi ekonomika ġdida u dawn il-battalji nazzjonalistiċi kollha ma jistgħux jiġu miġġielda\".", "Wegħdi miksurin", "Siegfried Mureșan", "(PPE, ir-Rumanija) fakkar li f'Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew adotta", "aġenda strateġika", "li timpenja ruħha għal kontroll effettiv tal-fruntieri esterni, li tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini, it-tisħiħ tas-suq uniku u l-kisba tas-sovranità diġitali.", "Madankollu, il-proposta tal-President tal-Kunsill Michel tipprevedi tnaqqis perċentwali b'żewġ ċifri lill-Aġenzija tal-Gwardja tal-Fruntieri tal-UE, is-sigurtà interna, is-suq uniku u l-programmi tal-Ewropa Diġitali.", "\"Il-proposta ta' Charles Michel ma tirrispettax il-wegħdiet tal-Kunsill Ewropew.", "It-tweġiba tagħna għandha tkun le\".", "(S&D) indika wkoll inkonsistenzi fil-messaġġi tal-mexxejja tal-UE dwar l-Ewropa: \"Ilna s-snin naraw l-istess sitwazzjoni.", "Il-Ħadd, fid-diskorsi [il-mexxejja tal-UE] jitolbu aktar protezzjoni fil-fruntieri u biex jintefaq aktar fuq il-klima, fuq il-politika tad-difiża komuni eċċ. eċċ. It-Tnejn, l-Istati Membri jkunux lesti joħorġu l-flus.", "Sat-Tlieta, il-kwistjoni kollha tkun dwar kemm huma ħżiena l-affarijiet, peress li l-UE ma tistax issolvi l-problemi.\"", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-25T10:20:00", "title": "Baġit fit-tul: l-UE teħtieġ iffinanzjar xieraq biex tindirizza l-kriżijiet (MPE)"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20181011STO15887/ilma-tax-xorb-fl-ue-kwalita-u-access-ahjar", "text": ["Ilma tax-xorb ta' kwalità tajba huwa ta' importanza vitali", "l-MEPs adottaw regoli ġodda biex itejbu aktar il-kwalità u l-aċċess għall-ilma tax-xorb għan-nies kollha u għat-tnaqqis tal-iskart tal-plastik ikkawżat mill-ilma bbottiljat.", "Il-biċċa l-kbira tan-nies fl-UE għandhom aċċess għal ilma tax-xorb ta' kwalità għolja.", "Skont", "rapport mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2016)", ", bejn l-2011 u l-2013, l-istandards tal-UE ntlaħqu f'aktar minn 98,5 % tal-analiżijiet li twettqu fuq il-kampjuni tal-ilma tax-xorb.", "Id-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma tax-Xorb tistabbilixxi standards minimi ta' kwalità għall-ilma għall-konsum mill-bniedem (xorb, tisjir, finijiet domestiċi oħrajn), sabiex inkunu protetti mill-kontaminazzjoni.", "Ilma tax-xorb fl-UE", "Il-Parlament ivvota favur aġġornament tar-regoli biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur u jitħeġġeġ ix-xorb tal-ilma tal-vit.", "L-MEPs jappellaw lill-pajjiżi tal-UE biex jiġi \"promoss aċċess universali\" għal ilma nadif għal kulħadd, speċjalment għal gruppi vulnerabbli mingħajr aċċess jew b'aċċess limitat biss.", "Il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li żżid aktar il-kwalità tal-ilma tal-vit billi tirrestrinġi l-limiti massimi għal ċerti sustanzi niġġiesa bħaċ-ċomb (jitnaqqas bin-nofs), jew batterji dannużi u jiddaħħlu limiti massimi ġodda għal ċerti interferenti endokrinali.", "Se jkun hemm ukoll monitoraġġ tal-livelli tal-mikroplastiks.", "Il-regoli l-ġodda jżidu wkoll it-trasparenza u jipprovdu lill-konsumaturi aċċess aħjar għall-informazzjoni.", "L-ilma tal-vit għax-xorb huwa rħis u jirrispetta l-ambjent.", "Il-Membri jridu miżuri bħall-installazzjoni ta' funtani bla ħlas fi spazji pubbliċi - inklużi ċentri kummerċjali u ajruporti - u titħeġġeġ il-provvista tal-ilma tal-vit fir-restoranti.", "Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-aċċess għal kwalità aħjar tal-ilma jista'", "jnaqqas il-konsum tal-ilma fil-flixkun bi 17 %", ".", "Inqas ilma fil-flixkun jista' jgħin lin-nies jiffrankaw il-flus kif ukoll iħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent, billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u l-iskart tal-plastik.", "L-impatt ekonomiku u ambjentali", "L-inizjattiva taċ-ċittadini", "ġabret aktar minn 1,8 miljun firma, li juri kemm iċ-ċittadini Ewropej iħossu bis-saħħa din il-kwistjoni tal-ilma tax-xorb.", "Konsultazzjoni pubblika wriet li ċ-ċittadini qed iħossuhom insiguri dwar il-kwalità tal-ilma meta jivvjaġġaw f'pajjiżi oħra tal-UE, minkejja li r-rati ta' konformità huma għoljin.", "Huma jixtiequ wkoll li jirċievu aktar informazzjoni aġġornata dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb.", "X'jaħsbu l-Ewropej dwar l-ilma tax-xorb", "Il-passi li jmiss", "Ir-regoli l-ġodda issa se jkollhom jiġu nnegozjati mal-Kunsill u mal-Kummissjoni qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ.", "Fajl tal-proċedura", "Segwi l-progress fuq il-proposta leġiżlattiva", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T15:18:00", "title": "Ilma tax-xorb fl-UE: kwalità u aċċess aħjar"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20180514STO03405/investigazzjoni-dwar-il-pesticidi-is-sahha-ghandha-tkun-il-prijorita", "text": ["Il-kumitat tal-Parlament dwar il-pestiċidi għandu sa tmiem l-2018 biex jinvestiga u jippropona titjib fil-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi.", "Skopri aktar dwar il-ħidma ta' dan il-kumitat.", "Għal ħafna żmien kien hawn tħassib dwar kif xi komponenti ta' pestiċidi, bħall-glifosat, jaf jolqtu s-saħħa tal-bniedem.", "F'Ottubru 2017,", "l-MEPs talbu projbizzjoni totali fuq l-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat", "sal-2022, u restrizzjonijiet immedjati fuq l-użu tas-sustanza.", "Madankollu, il-pajjiżi tal-UE ddeċidew f'Novembru 2017 li l-erbiċida jista' jintuża fl-UE għal ħames snin oħra, u mhemmx data ffissata għal projbizzjoni sħiħa.", "Fl-2018, il-Parlament Ewropew stabbilixxa kumitat speċjali biex jinvestiga l-kwistjoni.", "Tkellimna mal-President tal-kumitat,", ", membru Franċiż tal-grupp S&D, dwar il-kompiti tiegħu għall-futur qarib.", "Il-pajjiżi tal-UE ddeċidew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-glifosati sal-2022.", "Il-Parlament għaliex iddeċieda jwaqqaf kumitat speċjali din is-sena?", "It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ma tindirizzax il-kwistjoni tal-kontroversja xjentifika.", "Huwa irresponsabbli li l-awtorizzazzjoni tiġġedded mingħajr aktar provi li l-molekula tal-glifosat u l-koformulanti tagħha mhumiex ta' periklu għas-saħħa.", "Sabiex tiġi protetta s-saħħa ta' 500 miljun Ewropew, jeħtiġilna nevalwaw il-proċess eżistenti u nivverfikaw jekk hux meħtieġ titjib.", "X'taħseb li għandhom ikunu l-ewwel kompiti tal-kumitat?", "Wieħed mill-kompiti ikun li naġġornaw l-għarfien tal-membri tal-kumitat.", "Imbagħad ikun jeħtieġ li nevalwaw kull pass tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni billi nagħmlu mistoqsijiet lill-partijiet interessati: il-kumpaniji, l-NGOs, ix-xjenzati.", "Fl-aħħar se nressqu proposti konkreti għat-titjib tal-proċess.", "Dan jolqot lil ħafna nies: lill-bdiewa, lill-kumpaniji u b'mod speċjali, liċ-ċittadini.", "Kif se tibbilanċjaw l-interessi differenti tagħhom?", "Għalina, l-iktar ħaġa importanti hi li nipproteġu s-saħħa ta' 500 miljun Ewropew.", "Sintendi, il-bdiewa jużaw il-glifosat, iżda jekk tistaqsihom \"Inti tibqa' tuża l-glifosat jekk jinstab li huwa ta' perikolu għas-saħħa?\", dawn iwieġbu \"le\".", "Huma se jsibu soluzzjoni.", "Xi xjenzati huma kritiċi dwar l-għażla ta' studji li għamlet l-", ".", "Jeħtieġ li naraw kif issir din is-selezzjoni ta' studji Irridu wkoll nagħmlu lill-industrija aktar konxja dwar il-kwistjoni tas-saħħa u l-etika.", "Ma nistgħux nittolleraw kollox f'isem l-ekonomija.", "Għalija, is-saħħa għandha tkun il-prijorità.", "Xogħolna hu li naraw li l-industrija taġixxi b'mod differenti.", "Il-Monsanto Papers qajmu ħafna interess.", "X'jista' jagħmel il-Parlament Ewropew biexjiżgura li jkun hemm studji xjentifiċi indipendenti?", "Ċertament huma meħtieġa aktar riżorsi biex jiġi żgurat li x-xjentisti huma indipendenti u se jeħtiġilna nistħarrġu dan.", "X'garanziji għandna li r-rapporti maħruġa mill-EFSA huma indipendenti?", "Kif inżommu l-lobbying milli jinfluwenza l-proċess?", "Għalhekk neħtieġu regoli biex niżguraw li ħadd ma jkun jista' jiddubita l-validità jew l-indipendenza tal-istudji u l-għażliet li saru.", "Il-fużjoni Monsanto-Bayer turi għal darb' oħra kif kontroll tal-kumpaniji fuq id-dinja ħajja qed jiġi kkonċentrat f'idejn ftit nies.", "Għalija dan hu inaċċettabbli.", "Il-glifosati issa huma awtorizzati sal-2022.", "Nistgħu nistennew tibdiliet qabel dakinhar?", "Id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill ma ġietx ikkontestata quddiem il-qrati Ewropej.", "M'għandhiex il-mezzi biex jikkontesta d-deċiżjoni, għax kieku kont nikkontestaha.", "Madankollu, huwa possibbli li se nitolbu li ssir valutazzjoni xjentifika qabel tmiem il-mandat.", "F'dan il-każ huwa possibbli li l-glifosati jiġu projbiti.", "Il-kumitat dwar il-pestiċidi għandu sa tmiem l-2018 biex iressaq proposti.", "Xi tqis li jkun eżitu pożittiv?", "Inkunu rnexxilna jekk inkunu ressaqna proposti konkreti f'Diċembru li juru l-Kummissjoni Ewropea x'jeħtieġ isir biex 500 miljun Ewropew jistgħu jieklu, jixorbu u jieħdu nifs mingħajr ma jkollhom jinkwetaw dwar saħħithom.", "Bħalissa ma tgħaddix ġimgħa mingħajr ma nisimgħu fl-aħbarijiet xi skandlu ġdid relatat mas-saħħa.", "Jeħtieġ nagħmlu dak kollu li nistgħu biex niżguraw protezzjoni aħjar ta' saħħet il-konsumaturi.", "Din hi r-responsabbiltà tagħna.", "Jeħtieġ nirnexxu.", "M'għandniex għażla.", "Fil-15 ta' Mejju, il-kumitat dwar il-pestiċidi organizza", "seduta pubblika", "dwar il-proċedura ta' approvazzjoni tal-UE għall-pestiċidi.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-06-04T10:29:00", "title": "Investigazzjoni dwar il-pestiċidi: \"Is-saħħa għandha tkun il-prijorità\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20181018STO16580/medicini-veterinarji", "text": ["MEPs ivvutaw dwar regoli ġodda biex jillimitaw l-użu tal-antibijotiċi fil-biedja bil-għan li l-batterji reżistenti għall-mediċini jibqgħu 'l bogħod mill-ikel tagħna", "Nhar il-Ħamis 25 ta' Ottubru, il-Membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw dwar regolament ġdid dwar prodotti mediċinali veterinarji biex iwaqqfu t-tixrid tar-reżistenza għall-antibijotiċi mill-annimali għall-bnedmin u biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux esposti għal residwi antibijotiċi fil-prodotti tal-ikel u li l-antibijotiċi jibqgħu effettivi kontra l-infezzjonijiet.", "Il-Membru Franċiż", ", li tagħmel parti mill-grupp PPE, qed tieħu ħsieb tmexxi l-fajl fil-Parlament.", "Nillimitaw l-użu tal-antibijotiċi", "Skont ir-regoli l-ġodda, l-użu preventiv tal-antimikrobiċi se jkun limitat għal annimali individwali u se jkun permess biss meta jkun iġġustifikat minn veterinarju u meta jkun hemm riskju għoli ta' infezzjoni.", "Trattamenti kollettivi – it-trattament ta' grupp sħiħ ta' annimali meta wieħed minnhom biss ikun marid – se jkun permess biss meta ma jkunx hemm alternattivi adegwati u wara ġustifikazzjoni xierqa minn veterinarju.", "Ċerti antimikrobiċi se jkunu riżervati għall-kura tal-bnedmin.", "Skont ir-regoli l-ġodda, il-mediċini veterinarji ma għandhom qatt jintużaw biex jagħmlu tajjeb għall-kundizzjonijiet ħżiena tat-trobbija tal-annimali jew biex iġiegħlu lill-annimali jikbru aktar malajr.", "X'jikkawża r-reżistenza għall-antimikrobiċi?", "Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi hija l-kapaċità tal-mikroorganiżmi, bħalma huma l-batterji u l-vajrusijiet, li jirreżistu l-azzjoni ta' aġent antimikrobiku wieħed jew aktar.", "Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi hija l-kapaċità tal-mikroorganiżmi, bħalma huma l-batterji u l-vajrusijiet, li jirreżistu l-azzjoni ta' aġent antimikrobiku wieħed jew aktar.", "Standards tal-UE għall-importazzjonijiet", "Is-sħab kummerċjali se jkollhom jirrispettaw l-istandards tal-UE dwar l-użu tal-antibijotiċi meta jesportaw prodotti tal-ikel lejn l-UE.", "Nagħtu spinta lill-innovazzjoni", "Inċentivi għar-riċerka dwar antimikrobiċi ġodda se jiġu mħeġġa biex tiżdied il-kompetittività fis-settur farmaċewtiku veterinarju u biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi.", "Għalf medikat", "Ir-regoli dwar il-prodotti mediċinali veterinarji huma marbuta mill-qrib ma' regolament ieħor li jipprojbixxi l-użu preventiv u kollettiv tal-antibijotiċi fl-għalf medikat li l-Membri tal-Parlament Ewropew se jivvutaw ukoll dwaru fil-25 ta' Ottubru.", "Barra minn hekk, ir-riċetti għal għalf medikat bl-antibijotiċi se jkollhom dejjem jinħarġu minn veterinarji wara li dawn ikunu eżaminaw il-każ kif xieraq.", "Il-Membru Spanjol", ", li tagħmel parti mill-grupp S&D, hija inkarigata mit-tmexxija tal-leġiżlazzjoni fil-Parlament.", "Il-passi li jmiss", "Ir-regoli l-ġodda se jkollhom jiġu approvati wkoll mill-Kunsill qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ.", "x'qed jipproponu aktar il-Membri tal-Parlament Ewropew fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi", "Stqarrija għall-istampa dwar il-mediċini veterinarji", "Proċedura leġiżlattiva dwar il-mediċini veterinarji", "Stqarrija għall-istampa dwar l-għalf", "Stqarrija għall-istampa dwar l-għa", "• Studju: batterji aktar b'saħħithom, antimikrobiċi idgħjef", "Azzjoni tal-UE dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T15:27:00", "title": "Mediċini veterinarji: pass ieħor fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/prijoritajiet-tal-gruppi-politici-tal-pe/20190712STO56966/prijoritajiet-tal-gruppi-fil-pe-xellug-maghqud-ewropew-xellug-ahdar-nordiku", "text": ["Ix-xellugin tal-grupp Xellug Magħqud Ewropew/Xellug Aħdar Nordiku huma l-iżgħar forza fil-Parlament Ewropew.", "Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin.", "Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom.", "Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.", "Xellug Magħqud Ewropew/Xellug Aħdar Nordiku (GUE/NGL)", "twaqqaf fl-1995 u huwa alleanza ta' partiti soċjalisti u komunisti.", "Il-grupp jgħodd 41 membru, li jagħmluh l-iżgħar grupp fil-Parlament Ewropew attwali.", "Il-membri tiegħu jirrappreżentaw 14-il-pajjiż tal-UE.", "Il-GUE/NGL għandu żewġ kopresidenti ġodda:", ", Franċiża, MPE għall-ewwel darba, u", ", Ġermaniż, li ilu MPE mill-2017.", "Il-grupp għandu wkoll erba' viċi presidenti.", "Il-grupp jiffavorixxi l-ġustizzja klimatika, il-ġustizzja fiskali u d-drittijiet tal-ħaddiema u l-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem.", "Wieħed mill-14-il", "viċi president tal-Parlament Ewropew", "huwa membru tal-GUE/NGL, kif inhu wkoll wieħed mill-20", "Kumitati", "Għal aktar informazzjoni", "Il-grupp GUE/NGL fuq twitter", "Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew", "Ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej skont il-grupp politiku", "Il-MPE skont l-Istat Membru u l-grupp politiku", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-08-19T12:36:00", "title": "Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: Xellug Magħqud Ewropew/Xellug Aħdar Nordiku"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/prijoritajiet-tal-gruppi-politici-tal-pe/20190712STO56964/prijoritajiet-tal-gruppi-fil-pe-il-konservattivi-u-r-riformisti-ewropej", "text": ["Il-grupp ċentru-lemini tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (ECR) huwa s-sitt l-akbar forza politika fil-PE attwali.", "Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin.", "Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom.", "Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.", "Il-grupp konservattiv", "twaqqaf fl-2009.", "Huwa għandu 62 siġġu fil-Parlament Ewropew, u b'hekk huwa s-sitt l-akbar grupp fost is-seba' gruppi politiċi fil-leġiżlatura attwali.", "Il-grupp iħaddan membri minn15-il pajjiż tal-UE.", "Il-grupp għandu żewġ kopresidenti:", ", MPE Pollakk li ilu kopresident mill-2017 u li fl-2019 ġie elett għat-tielet mandat, u", ", Taljan, li ġie elett kopresident f'Ġunju.", "Fitto kien MPE bejn l-1999 u l-2000 u reġa' beda jservi fl-2014.", "Il-grupp għandu sitt viċi presidenti.", "Il-grupp ECR jemmen li l-Ewropa teħtieġ bidla lejn id-deċentralizzazzjoni u inqas burokrazija.", "Huma jridu wkoll jippromwovu l-kummerċ liberu u ġust u l-irpiljar ekonomiku, it-tkabbir u l-kompetittività kif ukoll riforma tas-sistema ta' migrazzjoni tal-UE", "Tnejn mill-20", "Kumitati", "parlamentari huma membri tal-ECR.", "Għal aktar informazzjoni", "Il-grupp ECR fuq twitter", "Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew", "Riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej skont il-grupp politiku", "Il-MPE skont l-Istat Membru u l-grupp politiku", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-08-19T12:40:00", "title": "Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: Il-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20180309IPR99420/il-bagit-pluriennali-wara-l-2020-irid-ikun-sufficjenti-ghall-miri-identifikati", "text": ["L-UE għandha ttejjeb il-programmi ta' riċerka, tappoġġa ż-żgħażagħ u l-SMEs", "Il-baġit pluriennali tal-UE għandu japoġġa prijoritajiet ġodda kif ukoll agrikoltura moderna u sostenibbli, u l-iżvilupp tal-ifqar reġjuni tal-UE", "Sostituzzjoni parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-istati membri bbażati fuq il-PGD, b'riżorsi ta' dħul ġodda", "L-MEPs stabbilew il-pożizzjoni tagħhom dwar il-baġit pluriennali li jmiss tal-UE, li għandu jiffinanzja l-prijoritajiet ġodda kif ukoll jagħmel tajjeb għat-telf possibbli minħabba l-Brexit.", "Il-Parlament adotta żewġ riżoluzzjonijiet dwar l-infiq u d-dħul tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), li għandu japplika mill-2021.", "Il-QFP li jmiss irid jipprovdi l-mezzi biex l-isfidi jiġu ttrattati", "Il-Parlament irid li l-baġit tal-UE jkun jista' jindirizza l-prijoritajiet politiċi u l-isfidi ġodda li l-istati membri qed jiffaċċjaw bħall-migrazzjoni, id-difiża, is-sigurtà jew it-tibdil fil-klima.", "L-MEPs jikkunsidraw li l-limitu attwali tal-infiq irid jogħla għal 1.3% minn 1% tal-PGD tal-UE, biex l-oqsma prijoritarji ġodda jkunu jistgħu jiġu iffinanzjati mingħajr ma jinqatgħu l-fondi għall-aktar reġjuni fqar u il-komunitajiet agrikoli.", "Il-proposti prinċipali jinkludu titjib tal-programmi ta' riżerka, tal-Erasmus+, tal-Inizjattiva għall-Impjieg taż-Żgħażagħ, u l-appoġġ tal-SMEs, kif ukoll l-investiment fl-infrastruttura permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.", "L-MEPs wissew li \"ebda ftehim majista' jiġi konkluż mingħajr ma jsir progress importanti fuq ir-riżorsi proprji\" - jiġifieri d-dħul tal-baġit tal-UE.", "L-infiq u d-dħul għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati bħala pakkett uniku.", "Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet diretti tal-istati membri", "Ir-riżoluzzjoni tibni fuq ir-Rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, u tappella għat-tisħiħ tar-riżorsi proprji eżistenti u għall-introduzzjoni progressiv ta' riżorsi proprji ġodda.", "Dawn jistgħu jkunu bbażati fuq riżorsa tal-VAT riveduta, sehem tad-dħul mit-taxxa korporattiva, taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, taxxa diġitali jew taxxi ambjentali.", "Ir-riżorsi proprji l-ġodda għandhom:", "iwasslu għal tnaqqis sostanzjali (madwar 40%) tas-sehem tal-kontribuzzjonijiet diretti bbażati fuq il-PGD, biex b'hekk ikun hemm inqas flus ġejjin mill-baġits nazzjonali tal-istati membri filwaqt li titwarrab il-loġika tar\"ritorn ġust\" li twassal għal disgwidi bejn dawk li jħallsu iżjed fil-baġit tal-UE milli jieħdu lura u dawk li jibbenefikaw iżjed;", "ineħħu r-rebates u l-korrezzjonijiet kollha, li jibbenefikaw lil xi wħud mill-istati membri biss;", "ikopru l-'Brexit gap' mingħajr ma jkun hemm żieda fil-piż fiskali totali għall-kontribwenti.", "Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-", "Q&A dwar il-QFP", "Iż-żewġ riżoluzzjonijiet jipprovdu l-kontribut tal-Parlament għall-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni li għandhom isiru f'Mejju 2018.", "L-adozzjoni ta' Regolament ġdid dwar il-QFP jeħtieġ il-kunsens tal-Parlament.", "Ir-rapporti jappellaw biex jinbdew diskussjonijiet mingħajr dewmien bejn it-tliet istituzzjonijiet biex isir tentattiv biex jintlaħaq ftehim qabel l-elezzjonijiet Ewropej.", "Kummenti minn MEPs Maltin", ": Bħala Maltija, se niddefendi d-drittijiet li għandu jkollu kull ċittadin Maltin u Għawdxi.", "Hu kruċjali li f'temi importanti bħalma huma l-ġlieda kontra l-kriminalità u s-sigurtà, pajjiżna jibqa' jkollu r-riżorsi neċessarji - inkluż dawk finanzjarji - biex dawn jiġu miġġielda bl-akbar serjetà u impenn.", "(EPP): Irridu li fil-qafas finanzjarju li jorbot għal diversi snin (QFP) li jmiss tingħata importanza lill-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropew u li jittieħed f'kunsiderazzjoni l-bzonn li jiġu indirizzati sfidi li qed taffaċċja l-Ewropa u li anke huma ta' tħassib għall-poplu Malti, fosthom is-sigurta u t-terrorizmu.", "Il-qafas finanzjarju li jmiss irid anke jindirizza sfidi kurrenti fosthom il-faqar.", "Irridu nassiguraw ukoll li programmi eżistenti fosthom l-Erasmus+ (li joffri bosta opportunitajiet liż-żgħażagħ) u l-porgramm COSME (li joffri appoġġ lill-intrapriżi żgħar u medji) jkompli jissaħħaħ filwaqt li jissaħħaħ ukoll l-appoġġ lejn politika Ewropea f'oqsma varji fosthom l-agrikoltura.", "Iktar minn 94% tal-baġit tal-UE imur lejn iċ-ċittadini, ir-reġjuni, il-bliet, il-bdiewa, u l-kumpaniji.", "L-infiq fuq l-amministrazzjoni tal-UE tammonta għal inqas minn 6% tat-total, bis-salarji tal-uffiċjali tal-UE jammontaw għal madwar nofs ta' dak il-proporzjon ta' 6% (sors:", "Kummissjoni Ewropea", "Stħarriġ juri li l-Ewropej jistennew soluzzjonijiet mill-UE.", "Il-maġġoranza ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ jaħsbu li l-Ewropa għandha tagħmel iżjed f'diversi oqsma, mis-sigurtà għall-migrazzjoni u l-qagħad (sors:", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "It-test adottat ikun disponibbli hawn dalwaqt (14.03.2018)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (13.03.2018)", "Kumitat dwar il-baġit", "Fajl tal-proċedura (QFP)", "Fajl tal-proċedura (Riżorsi proprji)", "Artiklu: Il-baġit pluriennali tal-UE - il-prijoritajiet tal-Parlament", "Video: QFP - qafas tal-baġit tal-UE tajjeb għall-futur", "Video: Baġit tal-UE tajjeb għall-futur", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-03-14T15:37:00", "title": "Il-baġit pluriennali wara l-2020 irid ikun suffiċjenti għall-miri identifikati"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/prijoritajiet-tal-gruppi-politici-tal-pe/20190712STO56963/prijoritajiet-tal-gruppi-fil-pe-identita-u-demokrazija", "text": ["Identità u Demokrazija (ID) huwa grupp ġdid u l-ħames l-akbar fil-Parlament Ewropew attwali.", "Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin.", "Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom.", "Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.", "Identità u Demokrazija (ID)", "inħoloq fil-leġiżlatura attwali tal-Parlament Ewropew, is-suċċessur tal-Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà (ENL).", "Il-grupp għandu 73 membru, li jagħmluh il-ħames l-akbar forza fil-PE.", "Huwa jħaddan MPE minn disa' pajjiżi, bil-maġġoranza ġejjin mill-partit Taljan tal-Lega, in-National Rally Franċiż u l-AfD tal-Ġermanja.", ", Taljan, ġie elett president tal-grupp f'Lulju 2019.", "Dan hu t-tieni mandat tiegħu fil-PE.", "Il-grupp għandu żewġ viċi presidenti.", "Il-grupp ID isostni li l-fokus tiegħu huwa l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, iż-żieda tas-sigurtà u l-indirizzar tal-immigrazzjoni illegali, kif ukoll it-tnaqqis tal-burokrazija fl-UE.", "Ebda membru tal-grupp ma jokkupa l-kariga ta'", "viċi president tal-PE", "ta' wieħed mill-", "Kumitati", "Għal aktar informazzjoni", "Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew", "Ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej skont il-grupp politiku", "Il-MPE skont l-Istat Membru u l-grupp politiku", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-08-19T14:25:00", "title": "Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: Identità u Demokrazija"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/prijoritajiet-tal-gruppi-politici-tal-pe/20190712STO56960/prijoritajiet-tal-gruppi-fil-pe-il-hodor-alleanza-hielsa-ewropea", "text": ["Il-Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea huwa r-raba' forza politika fil-PE.", "Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin.", "Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom.", "Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.", "Ħodor/AĦE", "iħaddan MPE mill-partiti l-Ħodor, tal-Pirati u dawk reġjonali kif ukoll MPE indipendenti.", "Twaqqaf fl-1999.", "Il-grupp żied is-sehem tiegħu tal-voti matul l-elezzjonijiet u issa jgħodd 74 siġġu, biex b'hekk sar ir-raba' l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew.", "Il-membri tiegħu jirrappreżentaw 16-il pajjiż tal-UE.", "Il-grupp għandu żewġ kopresidenti:", ", MPE Ġermaniża eletta l-ewwel darba fl-2009 u kopresident mill-2016, u", ", MPE Belġjan li wkoll daħal fil-PE fl-2009 u ilu kopresident mill-2014.", "Il-grupp għandu seba' viċi presidenti.", "Il-fokus tal-grupp huwa l-ambjent kif ukoll il-ġustizzja soċjali - iridu jindirizzaw it-tibdil fil-klima permezz ta' rivoluzzjoni ta' enerġija ekoloġika u jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza għal kulħadd.", "Tnejn mill-14-il", "viċi president tal-Parlament Ewropew", "huma membri tal-Ħodor/AĦE, kif huma wkoll 2 mill-20", "Għal aktar informazzjoni", "Il-Ħodor/AĦE fuq twitter", "Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew", "Riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej skont il-grupp politiku", "Il-MPE skont l-Istat Membru u l-grupp politiku", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-08-19T14:34:00", "title": "Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: il-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20171023STO86602/il-kancer-relatat-max-xoghol", "text": ["Fl-UE, il-kanċer jikkaġuna aktar minn nofs l-imwiet marbuta max-xogħol.", "Informa ruħek dwar ir-regoli tal-UE biex jipproteġu lin-nies mill-karċinoġeni fil-post tax-xogħol.", "Biex inaqqas aktar ir-riskju tal-kanċer għall-ħaddiema, fis-27 ta' Marzu 2019 il-Parlament adotta", "t-tielet reviżjoni", "tad-direttiva tal-2004 biex jiġu limitati s-sustanzi ta' ħsara fil-post tax-xogħol.", "Din iżżid il-limiti tal-esponiment għal ħames sustanzi kimiċi użati f'setturi li jinkludu s-setturi tal-manifattura tal-batteriji tan-nikil-kadmju, tat-tidwib taż-żingu u r-ram, tal-laboratorji, tal-elettronika, tal-funerali, tal-kostruzzjoni, tal-kura tas-saħħa, tal-plastika u tar-riċiklaġġ.", "Id-direttiva emendata tal-UE issa tinkludi limiti ta' esponiment għal", "27 sustanza kimika li jikkaġunaw il-kanċer", "F'Diċembru 2018, matul it-tieni reviżjoni, il-Parlament adotta regoli aktar stretti.", "Il-leġiżlazzjoni inkludiet valuri ta' limitu ta' esponiment u simboli dwar il-ġilda għal tmien sustanzi addizzjonali li jikkaġunaw il-kanċer, kemm fis-sistema respiratorja kif ukoll fil-ġilda.", "Dawn is-sustanzi inkludew id-dħaħen tad-diesel u ż-żejt użat tal-magni.", "Fl-2017, saret l-ewwel reviżjoni tad-direttiva meta l-Membri tal-PE stabbilew limiti ta' esponiment għal 11-il karċinoġenu addizzjonali.", "Il-kanċer fil-post tax-xogħol: fatti ewlenin", "Fl-UE, il-kanċer huwa l-akbar kawża ta' mwiet marbuta max-xogħol.", "Kull sena, 53 % jistgħu jkunu marbuta mal-kanċer, 28 % mal-mard ċirkolatorju u 6 % mal-mard respiratorju.", "It-tipi l-aktar komuni ta' kanċer marbut max-xogħol huma l-kanċer tal-pulmun, il-mesoteljoma (ikkawżata minn esponiment għal partiċelli tal-asbestos) u l-kanċer tal-bużżieqa tal-urina.", "Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, wieħed minn kull għaxar imwiet mill-kanċer tal-pulmun huwa relatat mill-qrib mar-riskji fil-post tax-xogħol.", "Is-setturi partikolarment milquta huma s-settur tal-kostruzzjoni, il-manifatturi tas-sustanzi kimiċi, l-industriji tal-karozzi u tal-għamara, il-produtturi tal-ikel, il-manifatturi tat-tessuti, l-industrija tax-xogħol tal-injam u s-settur tal-kura tas-saħħa.", "In-numru ta' persuni li jistgħu jiġu salvati b'dawn ir-regoli matul il-50 sena li ġejjin", "Aqsam din il-kwotazzjoni ma' ħaddieħor:", "Aktar dwar l-azzjonijiet tal-Parlament kontra l-kanċer", "Il-kanċer tas-sider: aktar minn 90,000 mara jmutu fl-UE kull sena", "It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-glifosat: il-Parlament iqiegħed saħħet in-nies l-ewwel", "700,000 mewta fis-sena: nindirizzaw it-tipjip fl-UE", "Għal aktar informazzjoni", "Għal aktar informazzjoni", "Referenzi leġiżlattivi", "Stqarrija għall-istampa: Ftehim biex il-ħaddiema jiġu protetti minn esponiment għal għal sustanzi ta' ħsara (11/10/2018)", "Briefing EPRS: Limiti fuq l-esponiment għal karċinoġeni u mutaġeni fil-post tax-xogħol (it-tieni proposta) (Mejju 2017)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T15:08:00", "title": "Il-kanċer relatat max-xogħol: ir-regoli tal-UE dwar il-karċinoġeni fil-post tax-xogħol"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/prijoritajiet-tal-gruppi-politici-tal-pe/20190712STO56959/prijoritajiet-tal-gruppi-fil-pe-il-grupp-renew-europe", "text": ["Grupp ġdid, Renew Europe, huwa t-tielet l-akbar qawwa f'din id-disa' leġiżlatura.", "Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin.", "Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom.", "Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.", "Il-grupp taċ-ċentru liberali", "twaqqaf f'din id-disa' leġiżlatura, bħala s-suċċessur tal-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE).", "Il-grupp il-ġdid għandu 108 siġġijiet fil-Parlament, hekk li huwa t-tielet l-akbar grupp fil-PE.", "Il-membri tiegħu jirrappreżentaw 22 pajjiż tal-UE.", ", ex Prim Ministru tar-Rumanija, ġie elett president tal-grupp f'Ġunju 2019.", "Dan hu l-ewwel mandat tiegħu bħala MEP.", "Dan il-grupp huwa favur l-UE, u jiffoka ħafna fuq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u fuq soluzzjonijiet tal-UE għall-problemi tal-Ewropa.", "Tnejn mill-14-il", "viċi president tal-Parlament Ewropew", "huma membri tal-grupp RE, kif huma wkoll 3 mill-20", "Kumitati", "Għal aktar informazzjoni", "Renew Europe fuq Twitter", "Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew", "Ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej skont il-grupp politiku", "Il-MPE skont l-Istat Membru u l-grupp politiku", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-08-19T14:39:00", "title": "Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: il-grupp Renew Europe"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200305IPR74186/long-term-eu-budget-it-is-not-possible-to-do-more-with-less-say-meps", "text": ["Il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel jammetti fil-plenarja l-falliment tas-summit reċenti dwar il-baġit", "Il-falliment tas-summit reċenti dwar il-baġit tal-UE huwa diżappunt", "Il-kriżijiet attwali tas-saħħa pubblika u l-migrazzjoni juru li jeħtieġ baġit tal-UE b'saħħtu", "Il-proposta falluta fuq il-mejda tal-Kunsill kienet twassal biex l-UE ssir \"irrilevanti\"", "Il-MPE ikkritikaw lil dawk l-istati membri li mhumiex lesti jipprovdu r-riżorsi meħtieġa lill-UE biex tindirizza l-isfidi tal-Unjoni.", "\"Aħjar nuqqas ta' ftehim\" milli \"ftehim ħażin\", il-MPE enfasizzaw, fid-dawl tas-summit reċenti tal-UE li ntemm bl-istati membri għal darb' oħra inkapaċi jaqblu dwar pożizzjoni komuni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (QFP 2021–2027).", "Il-MPE ħeġġew lill-Kummissjoni biex tippreżenta pjan ta' kontinġenza fid-dawl tad-dewmien li se jiffaċċja b'mod inevitabbli l-baġit fit-tul li jmiss, sabiex jiġu protetti l-benefiċjarji bħall-bdiewa, il-bliet, ir-reġjuni, l-istudenti, ir-riċerkaturi, in-negozji u l-NGOs madwar l-Ewropa.", "Wara li l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel irrikonoxxa l-falliment tas-summit tal-20–21 ta' Frar meta tkellem fil-plenarja, il-MPE ikkritikaw il-proposta li huwa kien qiegħed fuq il-mejda u qalu li biha l-UE kienet issir \"irrilevanti\".", "Huma sejħa l-proposta \"skandaluża\", speċjalment fid-dawl tal-kriżi attwali mal-fruntiera Griega u l-emerġenza tal-COVID-19, peress li Michel kien ippropona tnaqqis fil-programmi ta' migrazzjoni u ta' riċerka, fost tnaqqis oħra.", "Sib il-links għad-diskorsi tad-dibattiti", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għall-Baġits", "Kulma tixtieq tkun taf dwar il-baġit fit-tul li jmiss", "Stqarrijiet għall-istampa reċenti tal-PE dwar il-baġit fit-tul li jmiss", "Ċifri dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-10T18:05:00", "title": "Il-baġit fit-tul tal-UE: Mhux possibbli li jsir aktar b'inqas, jgħidu l-MPE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/prijoritajiet-tal-gruppi-politici-tal-pe/20190712STO56958/prijoritajiet-tal-gruppi-fil-pe-il-grupp-s-d", "text": ["Il-grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi huwa t-tieni l-akbar grupp f'din il-leġiżlatura.", "Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin.", "Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom.", "Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.", "S&D, il-grupp parlamentari tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej, huwa t-tieni forza politika fil-Parlament Ewropew, b'154 membru.", "Huwa wkoll wieħed mill-eqdem gruppi politiċi fil-PE, għax ilu rrappreżentat mill-ewwel elezzjonijiet diretti fl-1979.", "Il-grupp iħaddan MPE minn 26 Stat Membru tal-UE.", "L-uniċi pajjiżi tal-UE li mhumiex rappreżentati fl-S&D huma ċ-Ċekja u l-Irlanda.", "ġiet eletta president tal-grupp S&D f'Ġunju 2019.", "Ilha MEP mill-2004.", "Il-grupp għandu disa' viċi presidenti.", "Il-grupp, li huwa sod ħafna favur l-Ewropa, qed jiffoka fuq kwistjonijiet soċjali, inkluża l-ugwaljanza, u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Tlieta mill-14-il", "viċi president tal-Parlament Ewropew", "huma membri tal-grupp S&D, kif huma wkoll 4 mill-20", "Kumitati", "Għal aktar informazzjoni", "Is-sit web tal-grupp S&D", "S&D fuq Twitter", "Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew", "Riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej skont il-grupp politiku", "Il-MPE skont l-Istat Membru u l-grupp politiku", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-08-19T14:53:00", "title": "Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: il-grupp S&D"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/prijoritajiet-tal-gruppi-politici-tal-pe/20190712STO56957/prijoritajiet-tal-gruppi-fil-pe-il-grupp-tal-partit-popolari-ewropew-ppe", "text": ["Il-PPE huwa l-akbar wieħed mis-seba' gruppi politiċi f'din il-leġiżlatura.", "Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin.", "Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom.", "Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.", "B'182 siġġu, il-PPE huwa l-akbar grupp politiku fid-disa' leġiżlatura tal-Parlament Ewropew.", "Huwa wkoll wieħed mill-eqdem gruppi politiċi.", "Ilu rrappreżentat fil-PE mill-ewwel darba li saru elezzjonijiet diretti fl-1979.", "Dan il-grupp taċ-ċentru-lemin iħaddan MPE mill-UE kollha – għajr mill-Estonja u mir-Renju Unit – hekk li l-membri tiegħu jirrappreżentaw 26 pajjiż tal-UE.", ", li sar MPE fl-2004, ilu president tal-grupp mill-2014.", "Il-PPE għandu wkoll 10 viċi presidenti.", "L-għan tal-grupp huwa li joħloq", "Ewropa aktar kompetittiva u demokratika", ".", "Fost il-prijoritajiet l-oħra hemm il-migrazzjoni, il-kummerċ u l-impjiegi.", "Ħamsa mill-14-il", "viċi president tal-Parlament Ewropew", "huma membri tal-grupp PPE, kif huma wkoll 8 mill-20", "Kumitati", "Għal aktar informazzjoni", "Il-grupp PPE fuq Twitter", "Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew", "Riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej skont il-grupp politiku", "Il-MPE skont l-Istat Membru u l-grupp politiku", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-08-19T14:57:00", "title": "Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE)"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/eu-long-term-budget/20200221STO73108/materjal-tal-kampanja", "text": ["L-investiment fl-Ewropa mhuwiex dwar miljuni ta' Euro.", "Huwa dwar miljuni ta' persuni.", "Uża l-materjal dwar il-kampanja li tista' ssib hawn taħt u għid lill-oħrajn għal xiex tista' tafda fuq l-Ewropa.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-02-24T10:09:00", "title": "Materjal tal-kampanja"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/immigrazzjoni/20150921STO94019/il-kumitat-libe-jiddiskuti-l-pjan-ghal-rilokazzjoni-permanenti-tal-migranti", "text": ["Nhar it-22 ta' Settembru, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili ddiskuta l-proposti ġodda mill-Kummissjoni kontra l-kriżi tar-rifuġjati.", "Il-miżuri proposti jinkludu mekkaniżmu ta' rilokazzjoni permanenti, lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini siguri u politika ta' ritorn effettiva.", "Qabel id-dibattitu tlabna lill-gruppi politiċi tal-PE għall-fehma tagħhom dwar il-kriżi.", "Segwi d-dibattitu dirett fuq is-sit tagħna nhar it-Tlieta mid-9:00 CET u kkonsulta r-rotot migratorji ewlenin fl-infografika.", "tal-Kummissjoni li tħabbret nhar id-9 ta' Settembru tinkludi wkoll ir-rilokazzjoni ta' 120,000 applikant għal asil mill-Italja, il-Greċja u l-Ungerija lejn l-Istati Membri l-oħra tal-UE, li d-dibattitu dwarha se jsir aktar tard fl-istess ġurnata waqt il-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni.", "Din il-proposta diġà ngħatat", "l-appoġġ tal-Membri tal-PE", "nhar is-17 ta' Settembru.", "Il-Parlament u l-Kunsill għandhom setgħa ndaqs biex jintervjenu fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni permanenti u l-lista komuni tal-UE ta' pajjiżi siguri.", "Il-fehmiet tal-Membri qabel id-dibattitu", "Ma nistgħux nirreaġixxu billi ntellgħu s-swar/il-ħitan biex nagħlqu l-aċċess għall-Ewropa u lanqas billi nabbandunaw il-kontrolli fil-fruntieri esterni tagħna Din il-ġimgħa jerġgħu jiltaqgħu l-Ministri.", "Irid ikollhom il-kuraġġ politiku li jaġixxu.", "L-Unjoni tagħna tiddependi fuq dan.", "Birgit Sippel (S&D, il-Ġermanja)", "Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker ressaq pjanijiet konkreti, inklużi r-rilokazzjoni ta' 120,000 rifuġjat ulterjuri mill-Greċja, l-Italja u l-Ungerija u mekkaniżmu ta' rilokazzjoni permanenti f'każ ta' kriżi.", "Issa jeħtieġ li nqiegħdu pressjoni fuq il-gvernijiet nazzjonali biex japprovawhom.", "Timothy Kirkhope (ECR, ir-Renju Unit)", "Qed nittama li nistgħu nibdew naraw il-prospettiva sħiħa ta' kif nistgħu verament nibdew naffrontaw lit-traffikanti, inħaffu l-ipproċessar u r-ritorn tal-migranti ekonomiċi, (niżguraw) kundizzjonijiet ta' akkoljenza sikuri għar-rifuġjati ġenwini u r-riżorsi għall-appoġġ tal-kampijiet tar-rifuġjati fil-Libanu, it-Turkija u l-Ġordan.", "Qed nittama wkoll li se nitolbu lil kull pajjiż x'sehem jista' jiżvolġi, aktar milli nimponu pjan fuqhom.", "Cecilia Wikström (ALDE, l-Iżvezja)", "Jiena kburija li l-Parlament Ewropew qed jagħti eżempju tajjeb u jaġixxi malajr kemm jista' jkun biex jgħin lir-rifuġjati li waslu l-Ewropa.", "Il-kriżi li qed naraw bħalissa hija biss parti żgħira mill-kriżi li dalwaqt tli dalwaqt tista' tolqot l-Ewropa.", "Ska Keller (Ħodor/ALE, il-Ġermanja)", "Meta vvota minnufih biex approva l-iskema ta' rilokazzjoni tar-rifuġjati, il-Parlament Ewropew kien qed jaġixxi biex jirrikonoxxi l-urġenza tas-sitwazzjoni u jibgħat sinjal qawwi lill-gvernijiet nazzjonali.", "Qed nistennew dibattitu vivaċi ħafna u l-kwistjonijiet huma importanti, emottivi u qed iseħħu bħalissa, u għaldaqstant hemm sens ta' urġenza.", "Jidher li qed tiżviluppa qasma dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni bejn l-Ewropa tal-Lvant u dik tal-Punent.", "Il-membri tal-ENL fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili", "Il-Grupp ENL iżomm sod fid-difiża tiegħu tal-interessi tal-popli Ewropej.", "Nhar il-Ħamis li għadda, il-Parlament Ewropew diġà vvota favur ir-rilokazzjoni ta' 120,000 migrant.", "Aħna kontra l-immigrazzjoni massiva li attwalment għaddejja lejn l-UE u l-vjaġġi b'xejn għat-terroristi li jinħbew fost dawk li jkunu qed ifittxu asil.", "Għalhekk, l-ENL qed jindika l-falliment tas-sistema ta' Schengen u jħeġġeġ il-kontroll tal-fruntieri tagħna.", "Għal aktar informazzjoni", "Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 22/09/2015", "Il-Membri japprovaw ir-rilokazzjoni ta' 120,000 applikant għall-asil addizzjonali fl-UE", "Tappi fil-proċedura", "Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern", "Frontex: mappa tar-rotot migratorji", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2015-10-19T15:24:27", "title": "Il-Kumitat LIBE jiddiskuti l-pjan għal rilokazzjoni permanenti tal-migranti"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/immigrazzjoni/20151015STO97855/iz-zona-schengen-l-istati-membri-li-qeghdin-fi-krizi-ma-jigux-abbandunati", "text": ["L-Ewropa teħtieġ sistema konsistenti u permanenti għar-rilokazzjoni tar-refuġjati, qal il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz, lill-Kapijiet tal-Istati Membri fil-bidu tal-Kunsill Ewropew dwar l-immigrazzjoni.", "\"Is-solidarjetà Ewropea hija dwar qsim tar-responsabilitajiet u li ħadd ma jitħalla waħdu,\" sostna Martin Schulz.", "Is-summit fil-15 u 16 ta' Ottubru jinkludi wkoll, barra diskuzzjonijiet fuq l-unjoni ekonomika u monetarja, ir-referendum tar-Renju Unit fuq l-UE kif ukoll it-Turkija u s-Sirja.", "Schulz rrileva li minkejja d-diffikultajiet esperjenzati, ħafna progress kien diġà sar fl-aħħar xħur.", "Huwa rrefera għall-kreazzjoni ta' missjoni konġunta ta' tfittxija u salvataġġ fil-Mediterran, il-ġlieda kontra t-traffikanti tal-persuni, kif ukoll l-emendar fil-baġit tal-UE għall-2015, biex jiġu allokati aktar riżorsi indirizzati għall-kriżi tar-refuġjati, kif ukoll iktar fondi għall-organizzazzjonijiet umanitarji b'għan li jgħinu r-refuġjati.", "Madanakollu, il-President enfasizza li kien hemm bzonn ta' sistema ġdida u permanenti biex tindirrizza r-rilokazzjoni tar-refuġjati: \"Ir-realtà qed turina li s-sistema ta' Dublin m'għadhiex adatta u utli.", "Għandna l-għażla bejn li noqogħdu mmorru minn kriżi għall-oħra, u nieħdu rimedji temporanji fuq aspetti individwali tal-problema, jew inkella noħorġu b'soluzzjoni komprensiva ankrata f'solidarjetà permanenti\".", "Il-President żied ukoll li xtaq jara progress rigward l-immigrazzjoni legali.", "Schulz qal ukoll li l-fruntieri esterni tal-UE għandom jiġu ġestiti b'mod effettiv u b'mod uman: \"Iż-żona Schengen tirnexxi biss jekk l-Istati Membri li qegħdin fi kriżi ma jiġux abbandunati u jekk nimplimentaw is-sistema ġdida ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif miftiehem fl-2013.", "Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħna hija responsabbiltà kollettiva u għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' responsabbiltà komuni, fiduċja u solidarjetà reċiproka.\"", "Għalkemm it-Turkija għanda tingħata appoġġ biex flimkien ngħinu 'l żewġ miljuni ta' refuġjati Sirjani li t-Turkija qed tiegħu ħsieb, Schulz indirizza wkoll it-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż: \"Id-djalogu huwa l-uniku mod biex tiġi żgurata l-istabbiltà u l-prosperità futura fit-Turkija\".", "Waqt li kien qed jitkellem dwar is-Sirja, il-President qal li kien hemm bżonn ta' inizjattiva diplomatika ewlenija: \"Is-Sirja llum saret l-akbar diżastru umanitarju fid-dinja.\"", "Schulz sejjaħ ukoll lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom biex joħolqu unjoni bankarja: \"Irridu nistabbilixxu mekkaniżmi ta' salvagwardja li jipproteġu l-flus tal-kontribwenti, miġbura mit-taxxi, billi nkissru b'mod effettiv ir-rabta bejn il-banek u d-dejn sovran.\"", "Dwar ir-referendum tar-Renju Unit, Schulz qal li kien f'kuntatt regolari mal-Prim Ministru Britanniku David Cameron: \"Kif għidt fil-passat, il-Parlament Ewropew huwa miftuħ għal kwalunkwe proposta għat-titjib tal-Unjoni Ewropea.\"", "Għal aktar informazzjoni", "Website tal-President tal-Parlament Ewropew", "Kunsill Ewropew", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2015-10-26T12:03:27", "title": "Martin Schulz dwar ir-refuġjati: \"Is-solidarjetà Ewropea tikkonsisti fil-qsim tar-responsabilitajiet\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20180404STO00916/intervista-il-beneficcji-tar-regoli-l-godda-dwar-l-ikel-u-l-biedja-organici", "text": ["Ir-regoli l-ġodda dwar l-ikel u t-tikkettar organiku joffru bosta benefiċċji għall-bdiewa u l-konsumaturi.", "Ara l-filmat tagħna u aqra l-intervista mal-MEP Martin Häusling għal aktar dettalji.", "Fid-19 ta' April, l-MEPs adottaw regoli ġodda dwar iċ-ċertifikazzjoni u t-tikkettar ta' ikel organiku.", "Il-leġiżlazzjoni se ttejjeb il-kontrolli tul il-katina tal-provvista, se tiżgura li l-prodotti organiċi importati kollha jikkonformaw mar-regoli stretti tal-Unjoni Ewropea, u se tippermetti ċertifikazzjoni ta' grupp għall-produtturi żgħar biex tiffrankalhom il-ħin u l-flus meta jaqilbu għall-produzzjoni organika.", "Hija għandha l-għan ukoll li żżid il-provvista ta' żrieragħ u annimali organiċi fis-suq.", ", membru Ġermaniż tal-Grupp Verts/ALE, l-MEP responsabbli biex jidderieġi l-proposti fil-Parlament, jelabora aktar dwar il-benefiċċji f'din l-intervista.", "X'inhuma l-punti ewlenin tar-riforma tal-biedja organika u għaliex din kienet meħtieġa?", "Ir-riforma tirrispondi għall-isfidi l-ġodda tal-biedja organika.", "Is-settur qiegħed jikber ħafna.", "Se jkun hemm aktar kontrolli konsistenti kontra l-frodi, iżda wkoll miżuri ta' prekawzjoni aħjar kontra l-kontaminazzjoni.", "L-importazzjonijiet tal-prodotti organiċi se jkollhom jikkonformaw mal-istess standards fi ħdan l-Unjoni Ewropea.", "Ir-Regolament il-ġdid se jinkludi regoli dwar il-produzzjoni agrikola, it-trobbija tal-bhejjem u l-akkwakultura, se joħloq sistemi ta' informazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u se jarmonizza r-responsabbiltajiet u s-sistemi ta' ċertifikazzjoni.", "Huwa se jistabbilixxi l-prinċipju tal-produzzjoni tal-pjanti fil-ħamrija, kif ukoll fis-serer.", "L-eżenzjoni għal miżirgħa demarkati (madwar 18-il ettaru) fl-Iskandinavja se tibqa' fis-seħħ għal għaxar snin oħra.", "Ir-regoli dwar l-użu ta' żrieragħ huma kompletament ġodda.", "Fil-futur, il-fornituri se jkunu jistgħu joffru aktar varjetajiet tradizzjonali adattati lokalment, li ħafna drabi huma aktar robusti u reżistenti għall-mard.", "Sa issa, bil-kontra ta' dak li jiġri fl-Istati Uniti, dawn il-varjetajiet ma jistgħux jintużaw jew jinbigħu biss taħt kundizzjonijiet stretti ħafna fl-Ewropa.", "X'inhuma l-benefiċċji għall-bdiewa tal-UE?", "Hemm ħafna!", "Pereżempju ċ-ċertifikazzjoni ta' grupp: produtturi u proċessuri żgħar se ikunu jistgħu jiffurmaw grupp, b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż ta' ċertifikazzjoni u l-kontrolli.", "Jew fil-każ ta' importazzjonijiet: l-armonizzazzjoni ta' standards tal-produzzjoni għall-pajjiżi mhux fl-UE, li magħhom ma hemm l-ebda ftehim kummerċjali bilaterali, se jinġiebu f'konformità mal-istandards Ewropej.", "Bħalissa, għandna aktar minn 64 standards tal-produzzjoni differenti madwar id-dinja kollha.", "Il-bdiewa tal-UE jistgħu għalhekk ikunu ħerqana għal kundizzjonijiet aktar ugwali fil-futur.", "Il-Parlament irnexxielu jżomm kontrolli orjentati lejn il-proċess fuq bażi annwali.", "Madankollu, intervall ta' spezzjoni jista' jiġi estiż għal 24 xahar jekk ma jkun hemm l-ebda irregolarità jew ksur f'dawn l-aħħar tliet snin.", "Barra minn hekk, l-iskambju ta' informazzjoni se jitjieb.", "Dawk li jrabbu l-annimali b'sistemi organiċi se jkunu jistgħu joffru l-prodotti tagħhom pubblikament permezz ta' pjattaformi tal-Istati Membri.", "Il-bdiewa u l-ġardinara, kif ukoll l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea se jkollhom stampa aħjar tad-disponibbiltà ta' pjanti mkabbra b'mod organiku u ta' annimali mrobbija b'mod organiku.", "L-industrija tal-ikel organiku ma għadhiex suq niċċa.", "Ir-regolament il-ġdid kif se jwieġeb għat-talbiet tal-konsumaturi għall-kwalità?", "Il-konsumaturi kif se jibbenefikaw mir-regoli l-ġodda?", "L-istandards organiċi diġà huma għoljin ħafna, iżda l-fiduċja tal-konsumaturi tista' tissaħħaħ bl-aħjar mod meta r-regoli jkunu ċari u komprensibbli.", "Ir-Regolament il-ġdid tabilħaqq se jkun ta' kontribut pożittiv hawnhekk.", "Barra minn hekk, ħafna mir-regoli li jagħtu sigurtà lill-produtturi huma ta' benefiċċju wkoll għall-konsumaturi.", "Kontrolli orjentati lejn il-proċess fuq bażi annwali jfissru li l-konsumaturi jistgħu jserrħu rashom li l-kumpaniji huma spezzjonati fuq bażi regolari.", "Ir-regoli l-ġodda dwar l-importazzjonijiet huma wkoll pożittivi għall-konsumaturi, peress li huma se jibbenefikaw mill-armonizzazzjoni ta' standards għoljin.", "Ir-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali ġew imtejba.", "Il-qtugħ tad-denb u l-qtugħ tas-snien għall-ħnieżer huma pprojbiti.", "It-tqasqis tal-munqar għadu permess iżda jista' jsir biss fl-ewwel tlett ijiem tal-ħajja.", "Il-qtugħ tad-denb u l-qtugħ tal-qarn għan-nagħaġ huma permessi biss f'każijiet eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ.", "Dispożizzjonijiet addizzjonali li jtejbu l-kondizzjonijiet tal-akkomodazzjoni għall-ħnieżer żdiedu wkoll.", "Kwistjoni ewlenija hija l-użu ta' pestiċidi.", "Dan kif se jiġi regolat?", "Għalkemm il-kwistjoni ta' livelli limiti għall-pestiċidi kienet is-suġġett ta' dibattitu mqanqal, ir-regoli l-ġodda mhumiex differenti ħafna mis-sitwazzjoni legali attwali.", "In-negozji u l-operaturi organiċi jeħtiġilhom ikomplu jieħdu miżuri ta' prekawzjoni, speċjalment matul il-ħażna u t-trasport.", "L-Istati Membri jistgħu jkomplu jirrikjedu li l-azjendi agrikoli jikkonformaw ma' livelli limiti speċjali li huma aktar rigorużi mill-valuri ta' limitu eżistenti għall-pestiċidi fil-prodotti tal-ikel.", "Rekwiżit ġdid huwa li l-awtorità jew il-korp ta' kontroll jeħtieġlu jaġixxi fil-pront meta jkun hemm xi ħaġa suspettuża.", "Huwa importanti li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ġestjoni tar-residwi tal-pestiċidi anke fil-futur.", "Ċertament, is-settur, il-politiċi u l-esperti tal-awtoritajiet għandhom ikomplu jaħdmu b'mod intensiv fuq din il-kwistjoni u jiżviluppaw l-istrateġiji ta' minimizzazzjoni, ukoll bil-ħsieb li tinżamm il-fiduċja tal-konsumatur.", "Għal aktar informazzjoni", "Passi proċedurali", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-05-29T17:14:00", "title": "Intervista: il-benefiċċji tar-regoli l-ġodda dwar l-ikel u l-biedja organiċi"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/immigrazzjoni/20160215STO14227/ir-rifugjati-il-membri-tal-pe-jivvalutaw-is-sitwazzjoni-fil-post-fit-turkija", "text": ["Gülhan kienet studenta tal-fiżika qabel ma l-gwerra ċivili fis-Sirja ħasdet darba għal dejjem il-futur promettenti tagħha.", "Illum għandha 32 sena u ġa ilha 4 snin tgħix fil-kamp tar-rifuġjati ta' Osmaniye fit-Turkija, ħajja li issa saret rutina għaliha u għat-tliet uliedha.", "Il-ġimgħa l-oħra żewġ delegazzjonijiet immexxija minn S. Guillaume u J. Arthuis żaru xi wħud minn dawk li ħajjithom inqalbet ta' taħt fuq bil-kunflitt fis-Sirja, wieħed mill-akbar diżastri umanitarji mit-Tieni Gwerra 'l hawn.", "L-istorja ta' Gülhan, Sirjana ta' dixxendenza Turkika, kienet waħda minn ħafna li semgħu l-membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili u l-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament meta żaru l-faċilitajiet tar-rifuġjati fit-Turkija bejn it-8 u l-11 ta' Frar.", "Wara kważi ħames snin ta' ġlied, aktar minn 250,000 Sirjan tilfu ħajjithom u Gülhan hija waħda biss minn aktar minn 11-il miljun persuna li sfaw spostati.", "Peress li fit-Turkija biss hemm aktar minn", "2.5 miljun rifuġjat Sirjan", ", fit-3 ta' Frar il-pajjiżi tal-UE laħqu ftehim dwar fond ta' €3 biljun biex il-pajjiż ikun jista' jlaħħaq ma' dan l-influss bla preċedent.", "Fl-aħħar ġimagħtejn il-pressjoni fuq it-Turkija kompliet tiżdied, hekk kif eluf ta' Sirjani ħarbu mill-vjolenza fl-inħawi ta' Aleppo u komplew jiffullaw il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-pajjiż.", "Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili", "Kien f'dan il-kuntest li, il-ġimgħa li għaddiet, il-Membri tal-PE żaru l-faċilitajiet għar-rifuġjati fit-Turkija.", "Fid-9 ta' Frar,", "Delegazzjoni ta' seba' membri mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili", "mmexxija mill-Viċi President tal-Parlament", ", membru tal-Grupp S&D minn Franza, żaret il-kamp tar-rifuġjati ta' Nizip.", "Meta tkellmet fil-kamp, li jilqa' fih madwar 15,000 Sirjan u jinsab 45 kilometru mill-fruntiera mas-Sirja, Guillaume qalet li l-messaġġ tal-Parlament kien \"wieħed ta' komprensjoni u rikonoxximent tal-isforzi li qed jagħmlu l-awtoritajiet Torok u l-komunitajiet lokali\".", "Il-Membri faħħru l-isforzi tat-Turkija biex ir-rifuġjati fil-kampijiet jingħataw kenn, ikel, kura tas-saħħa u edukazzjoni.", "Huma enfasizzaw, madankollu, li attwalment 10 % biss tar-rifuġjati Sirjani fit-Turkija jgħixu fil-kampijiet.", "Wara ż-żjara f'Nizip, il-membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili żaru d-djar ta' familji li qed jibbenifikaw minn skema – iffinanzjata mill-UE – ta' vouchers elettroniċi għar-rifuġjati li ma jgħixux fil-kampijiet.", "F'diskors li tat f'Gaziantep, il-Viċi President Guillaume qalet: \"Hemm differenza ċara bejn il-kundizzjonijiet ta' dawk li jgħixu fil-kampijiet tal-kontejners u dawk li ma jgħixux fil-kampijiet.", "Il-qagħda tar-rifuġjati li ma jgħixux fil-kampijiet hija prekarja ħafna u jeħtieġu għajnuna urġenti, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta' xogħol.\"", "Huwa stmat li aktar minn nofs ir-rifuġjati Sirjani huma tfal, iżda huma miktubin fl-iskejjel 14% biss tat-tfal li ma jgħixux fil-kampijiet u li suppost jattendu l-iskola primarja.", "Peress li llum it-Turkija tospita l-akbar popolazzjoni ta' rifuġjati fid-dinja, il-membri tad-delegazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili ltaqgħu ma' uffiċjali Torok u ma' rappreżentanti tal-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati f'Ankara biex ikollhom stampa ċara tal-kobor tal-kriżi.", "Huma żaru wkoll ċentru ta' reġistrazzjoni għal rifuġjati minn aktar minn 80 pajjiż.", "Il-Kumitat għall-Baġits", "Il-ġimgħa li għaddiet fit-Turkija kien hemm ukoll delegazzjoni ta' 11-il membru mill-", "Kumitat għall-Baġits", ", li żaru l-pajjiż biex jaraw kif il-fondi tal-UE b'appoġġ għar-rifuġjati qegħdin jintużaw fil-post.", "Meta kien qed jitkellem wara li ltaqa' ma' familja ta' rifuġjati Sirjani fil-kamp ta' Osmaniye fl-10 ta' Frar, il-President tal-Kumitat għall-Baġits", ", membru Franċiż tal-Grupp ALDE, qal: \"Nista' nħoss kemm huma ħerqana li jmorru lura lejn pajjiżhom.", "Il-prijorità tagħna għandha tkun li terġa' tirrenja l-paċi fil-Lvant Nofsani, peress li l-paċi biss tista' ssolvi l-problema tal-migrazzjoni.\"", "B'referenza għall-ftehim li nltaħaq dan l-aħħar dwar", "faċilità ta' appoġġ ta' €3 biljun għat-Turkija", ", Arthuis enfasizza l-urġenza dejjem akbar li l-fondi jintużaw mingħajr dewmien: \"Għandna bżonn trasparenza u ċarezza min-naħa tat-Turkija.", "Hawnhekk għandna emerġenza reali u l-fiduċja hija indispensabbli jekk irridu nirrispondu malajr.\"", "Fil-kamp ta' Osmaniye, il-membri kellhom l-opportunità jżuru supermarket u librerija ffinanzjati mill-UE.", "Fit-Turkija, id-delegazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits iltaqgħet ukoll ma' rappreżentanti mill-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati, il-Programm Dinji tal-Ikel u l-UNICEF kif ukoll ma' uffiċjali tal-gvern Tork.", "Appoġġ mill-UE", "L-UE hija", "fir-risposta internazzjonali għall-kunflitt Sirjan, u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha taw aktar minn €5 biljun f'għajnuna umanitarja u ekonomika u f'termini ta' assistenza għall-iżvilupp.", "Huwa ttamat li l-fond il-ġdid tal-UE ta' €3 biljun, li ġie diskuss mill-Membri tal-PE fi Strasburgu fit-2 ta' Frar, se jgħin lit-Turkija tkompli tindirizza l-ħtiġijiet tar-rifuġjati u tal-komunitajiet li qed jilqgħuhom.", "Minbarra li qed tilqa' lir-rifuġjati, f'dawn l-aħħar snin it-Turkija saret ukoll rotta ta' tranżitu.", "Sal-aħħar tal-2015 kienu waslu l-Ewropa bil-baħar aktar minn miljun persuna, 49% minnhom Sirjani.", "Il-maġġoranza l-kbira telqu mit-Turkija, u fil-gżira ta' Lesbos biss waslu aktar minn nofs miljun persuna.", "Sadattant l-influss m'hu juri l-ebda sinjal li jbatti.", "Skont", "l-aħħar ċifri tal-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati", ", matul l-ewwel sitt ġimgħat tal-2016 waslu l-Ewropa bil-baħar aktar minn 80,000 ruħ bejn rifuġjati u migranti.", "Dan huwa aktar mill-ammont ta' persuni li waslu matul l-ewwel erba' xhur tal-2015.", "Barra minn hekk, din is-sena diġà tilfu ħajjithom aktar minn 400 persuna huma u jippruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa.", "Ikklikkja l-links fuq il-lemin biex issir taf aktar dwar ir-risposta tal-UE għall-", "kunflitt fis-Sirja", "u għall-", "kriżi tar-rifuġjati", "kif ukoll biex issir taf aktar dwar", "iż-żjarat tal-Membri tal-PE fit-Turkija", "l-għadd ta' rifuġjati reġistrati fit-Turkija", "Aqsam din il-kwotazzjoni ma' ħaddieħor:", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern", "Kumitat għall-Baġits", "Xi ntqal fil-midja soċjali dwar iż-żjarat tat-8-11 ta' Frar fit-Turkija (bl-Ingliż)", "Ritratti miż-żjarat fit-Turkija", "Materjal awdjoviżiv miż-żjara", "Skeda informattiva dwar il-kriżi umanitarja fis-Sirja (Frar 2016 – bl-Ingliż)", "Tgħarrif dwar is-Sirja (Jannar 2016 – bl-Ingliż)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2016-03-07T15:33:34", "title": "Ir-rifuġjati: il-Membri tal-PE jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-post fit-Turkija"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/immigrazzjoni/20160218STO14834/x-ghandu-jsir-biex-tirnexxi-l-integrazzjoni-tar-rifugjati-fis-suq-tax-xoghol", "text": ["Brando Benifei qiegħed jikteb rapport dwar kif ir-rifuġjati jistgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol ©European Union 2016- EP", "L-Ewropa qed tiffaċċja l-akbar influss ta' migranti mit-Tieni Gwerra 'l hawn, u waħda mill-akbar sfidi hija kif se nintegrawhom fis-swieq tax-xogħol.", "Impjieg mhux biss jgħin lill-migranti jmantnu lilhom infushom, iżda jgħinhom ukoll jintegraw aktar faċilment.", "Nhar il-Ħamis 18 ta' Frar, il-kumitat parlamentari responsabbli mill-impjiegi ddiskuta l-opportunitajiet u l-isfidi mal-esperti.", "Kompli aqra biex tiskopri x'kellhom xi jgħidu huma u l-Membri.", "Bħalissa Brando Benifei qiegħed jikteb rapport fuq inizjattiva proprja dwar kif ir-rifuġjati jistgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, u l-laqgħa saret biex tipprovdilu kontribut min-naħa tal-esperti.", "Il-membru Taljan tal-Grupp S&D qal li l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali tar-rifuġjati huma \"tema politiċizzata ħafna\".", "L-UE għandha kompetenzi limitati f'dawn il-kwistjonijiet u fil-biċċa l-kbira huma l-Istati Membri li jiddeċiedu x'inhuma l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-swieq tax-xogħol u għaldaqstant hemm bosta differenzi bejn pajjiż u ieħor.", "L-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol", "Matul il-laqgħa l-esperti enfasizzaw li m'hemmx soluzzjonijiet sempliċi.", "Denis Haveaux, id-direttur tal-Uffiċċju tal-UE tas-Salib l-Aħmar, qal: \"Integrazzjoni li tirnexxi tirrikjedi mhux biss li jiġu kkunsidrati miżuri li jsostnu l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol, iżda wkoll miżuri addizzjonali u servizzi oħra bħar-riunifikazzjoni tal-familji, l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-appoġġ psikosoċjali u r-rijabilitazzjoni, il-konsulenza legali, kif ukoll it-taħriġ fil-lingwa tal-post.\"", "Wieħed mill-punti li tqajmu kien dwar il-proċeduri tal-asil, li Hala Akari, mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali għar-Rifuġjati Sirjani u l-Inizjattiva Popolari ta' Mariestad fl-Iżvezja, ikkritikat bħala twal wisq.", "Barra minn hekk, il-kelliema enfasizzaw il-ħtieġa ta' standards komuni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-valutazzjoni tal-ħiliet fil-livell ta' personalità fl-UE.", "Jean Lambert, membru tal-Grupp tal-Ħodor/ALE mir-Renju Unit, staqsiet kif jista' jinħoloq mod sistemiku għall-evalwazzjoni tal-ħiliet eżistenti tal-persuni.", "Wolfgang Mueller, mill-Aġenzija Federali Ġermaniża għall-Impjiegi, żied jgħid: \"Ir-rifuġjati tal-lum m'għandhomx isiru l-persuni qiegħda għal żmien twil ta' għada.\"", "Jutta Steinruck, membru tal-Grupp S&D mill-Ġermanja, wissiet li l-għajnuna lir-rifuġjati m'għandhiex tkun bi ħsara għall-persuni qiegħda eżistenti: \"Kull min qed ifittex impjieg fl-Ewropa għandu jiġi trattat bl-istess mod.", "Ma tagħmilx differenza jekk humiex ċittadini tal-UE jew persuni minn partijiet oħra tad-dinja.\"", "Is-solidarjetà", "Il-parteċipanti enfasizzaw ukoll il-ħtieġa tas-solidarjetà.", "Ryszard Cholewinski, speċjalista fil-politika tal-migrazzjoni fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, qal li l-pajjiżi tal-UE għandhom jegħlbu \"n-nuqqas ta' solidarjetà\".", "Il-valuri huma importanti wkoll.", "Issa l-Ewropa trid tibbaża ruħha fuq il-valuri tagħha, speċjalment fil-ġlieda kontra kull forma ta' ksenofobija, qalet Elisabeth Morin-Chartier, membru tal-Grupp PPE minn Franza.", "\"L-Ewropa tikkostitwixxi punt ta' attrazzjoni għall-popli kollha, speċjalment minħabba l-valuri li tirrappreżenta.\"", "L-isfidi", "Xi wħud, madankollu, qalu li hemm nuqqas ta' qbil dwar kif għandhom jiġu integrati r-rifuġjati.", "Czeslaw Hoc, membru Pollakk tal-Grupp ECR, ikklassifika wħud mill-punti mqajma bħala \"illużorji\": \"Kull pajjiż għandu l-identità nazzjonali tiegħu.", "Integrazzjoni mingħajr assimilazzjoni hija utopija.\"", "Il-laqgħa kienet immexxija mill-Viċi President tal-Kumitat għall-Impjiegi Marita Ulvskog, membru tal-Grupp S&D mill-Iżvezja.", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali", "Filmat tas-seduta", "Storja ewlenija: il-migrazzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2016-03-07T17:40:34", "title": "X'għandu jsir biex tirnexxi l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/immigrazzjoni/20160303IPR16927/l-meps-jappellaw-ghal-politika-tal-azil-li-taghraf-ir-realtajiet-tan-nisa", "text": ["Rappurtaġġ bir-ritratti dwar nisa refuġjati mill-fotografu-ġurnalista Marie Dorigny li marret il-Greċja, l-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-Ġermanja © Marie Dorigny / Unjoni Ewropea 2015", "Kwalunkwe riforma fil-politika u l-proċeduri tal-UE dwar l-immigrazzjoni u l-ażil għandu jkollha miżuri li jirrikonoxxu r-realtajiet tan-nisal i jkunu qed ifittxu ażil.", "Ħafna minn dawn jivvjaġaw bi tfal żgħar u persuni dipendenti oħra.", "Dan qaluh l-MEPs f'riżoluzzjoni li vvutaw fuqha nhar it-Tlieta.", "\"Dan ir-rapport jitfa' dawl fuq is-sitwazzjoni tant vulnerabbli ta' refuġjati nisa fl-Unjoni Ewropea.", "Dawn ikunu ħarbu mill-persekuzzjoni f'pajjiżhom u jaffrontaw vjaġġ mimli perikli biex isibu post sikur.", "Hekk kif jaslu fiċ-ċentri li jilqgħuhom dawn in-nisa li diġà jkunu vulnerabbli - li setgħu kienu vittmi ta' vjolenza sesswali, traffikar jew reati oħra - isibu xkiel addizzjonali li jagħmel is-sitwazzjoni tagħhom agħar\", qalet ir-rapporteur", "Ir-riżoluzzjoni għaddiet bi 388 vot favur, 150 kontra u 159 astensjoni.", "Proċedura tal-ażil li tagħraf ir-realtajiet tan-nisa", "Il-politika u l-proċeduri tal-ażil, inkluż il-valutazzjoni tat-talbiet, għandhom jagħrfu r-realtajiet tan-nisa.", "Skont it-test tar-riżoluzzjoni, forom ta' vjolenza abbażi tas-sess, inkluż immam hux biss l-istupru, il-vjolenza sesswali, il-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, żwieġ sfurzat jew il-vjolenza domestika għandhom ikunu rikonoxxuti bħala raġunijiet validi biex jinkiseb l-ażil fl-UE.", "L-MEPs innutaw ukoll il-ħtieġa li fil-faċilitajiet tal-wasla jkun hemm rispett lil persuni LGBTI għaliex il-vjolenza kontra persuni LGBTI hija komuni f'dawn il-faċilitajiet.", "Ir-rapport jappella għal għadd ta' miżuri biex il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa jkunu rispettati matul il-proċess kollu tal-ażil:", "faċilitajiet tal-irċad u iġeniċi maqsumin bejn irġiel u nisa,", "persunal li jintervista lill-applikanti femminili, tradutturi u interpreti,", "konsultazzjonijiet wara trauma għan-nisa li jkunu għaddew minn xi forma ta' vjolenza minħabba li huma nisa,", "kura tat-tfal waqt l-intervisti ta'", "u tal-ażil,", "informazzjoni għan-nisa dwar id-dritt tagħhom li jressqu talba għall-ażil, irrispettivament minn dik tal-konjugi tagħhom, u li jkollhom status legali inipendenti mill-konjugi, u", "taħriġ tal-persunal dwar ħtiġijiet abbażi tas-sess tal-persuna.", "Tfal, nisa tqal, u vittmi ta' stupru m'għandhomx jinżammu f'detenzjoni", "L-MEPs appellaw biex tintemm id-detenzjoni ta' tfal, nisa tqal, u vittmi ta' stupru u vjolenza sesswali u traffikar.", "Huma saħqu wkoll fuq il-ħtieġa li jkun hemm rotot legali lejn l-UE biex titjieb is-sigurtà ta' refuġjati nisa u jiġi skoraġġit il-kutrabandu tal-persuni.", "Il-politika dwar l-immigrazzjoni irregolari m'għandhiex iżżomm l-aċċess għall-proċedura tal-ażil fl-UE, żiedu jgħidu.", "L-integrazzjoni ta' ġeneri differenti", "Il-Parlament approva wkoll", "riżoluzzjoni", "dwar l-integrazzjoni tal-Perspettiva tal-Ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew.", "Din kienet imħejjija minn", "(ALDE, AT) u għaddiet b'453 vot favur, 173 kontra u 79 astensjoni.", "ċ", "riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva", "Sa mill-bidu tal-2016, 55% tal-persuni li waslu l-Greċja biex ifittxu ażil fl-UE kienu nisa u tfal.", "Dawn żdiedu mit-38% fl-2015.", "Aqsam din il-kwotazzjoni ma' ħaddieħor:", "Għal aktar informazzjoni", "It-test adottat ikun disponibbli hawn (klikkja fuq 08.03.2016)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (klikkja fuq 08.03.2016)", "Video tal-konferenza stampa", "Materjal awdjoviżiv", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2016-03-08T14:08:44", "title": "L-MEPs jappellaw għal politika tal-ażil li tagħraf ir-realtajiet tan-nisa"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20150904IPR91613/Refugees-MEPs-want-Dublin-rule-changes-humanitarian-visas-and-global-strategy", "text": ["Filwaqt li laqgħu b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea fil-konfront tal-flussi ta' immigranti u refuġjati bla preċedent, f'riżoluzzjoni li ttieħed vot fuqha nhar il-Ħamis l-MEPs stqarrew li huma lesti jaħdmu fuq abbozzi ta' liġijiet biex fil-futur ikollna politika b'saħħitha dwar l-immigrazzjoni u l-ażil.", "Rilokazzjoni", ".", "Wara li fil-jum ta' qabel taw l-appoġġ tagħhom għall-proposta ta' emerġenza biex jiġu rilokati 40,000 persuna jfittxu l-ażil lejn pajjiżi tal-UE, l-MEPs laqgħu l-proposta ġdida għar-rilokazzjoni ta' emerġenza ta' aktar persuni mill-Italja, il-Greċja u l-Ungerija [il-Kummissjoni qed tipproponi 120,000] u mekkaniżmu permanenti li jemenda r-reoglamenti ta' Dublin, li jiddetermina liema pajjiż membru jkun responsabbli li jipproċessa l-applikazzjoni għall-ażil.", "L-MEPs iridu metodu \"ġust u obbligatorju\" u li jiġu kkunsidrati l-prospetti ta' integrazzjoni u l-bżonnijiet tal-persuni nfushom li qed ifittxu ażil.", "Il-Parlament iddikjara l-intenzjoni tiegħu li jmexxi 'l quddiem ħidma fuq liġijiet \"biex jiġi żgurat li l-pajjiżi membri ma jdewmux l-iskema permanenti ta' rilokazzjoni\".", "Risistemazzjoni u viżi umanitarji", ".", "Il-Parlament irid ukoll li l-pajjiżi membri jieħdu refuġjati minn pajjiżi terzi permezz ta' programm obbligatorju ta' risistemazzjoni, u jqisha \"prijorità li l-UE u l-istati membri tagħha joħolqu għażliet siguri u legali għar-refuġjati\", bħal rotot u viżi umanitarji.", "L-MEPs jemmnu li huwa neċessarju li jiġi emendat il-Kodiċi tal-UE dwar il-Viża billi jiġu inklużi \"dispożizzjonijiet komuni aktar speċifiċi dwar viżi umanitarji\" u li l-pajjiżi membri jintalbu jippermettu li wieħed ikun jista' japplika għall-ażil mill-ambaxxati u l-uffiċċji konsulari tagħhom.", "Lista komuni tal-UE ta' pajjiżi tal-oriġini siguri", ".", "Ir-riżoluzzjoni tgħid li b'dan kollu m'għandux jiġi mittiefes il-prinċipju ta'", "u d-dritt individwali għall-ażil, speċjalment ta' persuni li ġejjin minn gruppi vulnerabbli.", "Regoli dwar l-ażil.", "L-MEPs appellaw għal Sistema Komuni Ewropea għall-Ażil implimentata kif suppost, biex b'hekk jiġi żgurat li jiġu applikati \"standards konsistenti u umani\" madwar l-UE kollha kemm hi.", "Il-Parlament huwa favur \"fruntieri miftuħin fi ħdan iż-żona Schengen\", filwaqt li saħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni.", "L-għeruq tal-kawżi tal-migrazzjoni", "jridu jiġu indirizzati wkoll u għandhom ikunu s-suġġett ewlieni fis-summit li se jsir fil-Belt Valletta, Malta fil-11-12 ta' Novembru.", "It-test jitkellem ukoll fuq il-bżonn li jkun hemm sanzjonijiet kriminali ħorox kontra t-traffikar u l-kutrabandu tal-persuni.", "Konferenza internazzjonali fuq il-kriżi tar-refuġjati.", "Il-Parlament appella lill-Kummissjoni u lill-Kap tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini biex ilaqqgħu konferenza internazzjonali fuq il-kriżi tar-refuġjati, bis-sehem tal-UE, l-istati membri tagħha, l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Uniti, NGOs internazzjonali rilevanti, u stati Għarab, bl-għan li tiġi stabbilita strateġija komuni u globali dwar l-għajnuna umanitarja.", "Ċittadini li verament iħaddnu l-valuri Ewropej", "Il-Parlament faħħar l-isforzi ta' gruppi mis-soċjetà ċivili u individwi madwar l-Ewropa li qegħdin jimmobilizzaw ruħhom biex jilqgħu lir-refuġjati u immigranti u jtuhom l-għajnuna.", "\"Azzjonijiet bħal dawn juru t-tħaddin veru tal-valuri Ewropej u huma sinjal ta' tama għall-futur tal-Ewropa\", qalu l-MEPs.", "Aktar informazzjoni", "Speċjalist", "Proċedura", "Riżoluzzjoni li ma torbotx", "Skont il-Frontex, il-pajjiżi ewlenin minn fejn ġejjin persuni jfittxu ażil fl-2015 huma s-Sirja, l-Afganistan, l-Eritrea u l-Iraq.", "Skont il-Eurostat, il-maġġoranza kbira tal-persuni li jaħarbu minn dawn il-postijiet lejn l-Ewropa jingħataw protezzjoni.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "Aktar informazzjoniIt-test adottat ikun aċċessibbli hawn (klikkja fuq 10.09.2015)", "Video tad-dibattitu (klikkja fuq 09.2015)", "Materjal awdjoviżiv", "Tagħrif għall-istampa dwar l-immigrazzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2015-09-15T16:19:57", "title": "Refuġjati: l-MEPs iridu tibdil fir-Regolament ta' Dublin, viżi umanitarji, u strateġija globali"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/immigrazzjoni/20181031STO18177/vizi-umanitarji-dritt-li-tigi-mismugh-minghajr-riskju-ghal-hajtek", "text": ["Biex persuni li jfittxu asil jitħallew jaslu l-Ewropa mingħajr ma jpoġġu ħajjithom f'riskju, il-Parlament qed jitlob li tiġi stabbilita sistema ta' viża umanitarja tal-UE ġdida.", ", approvata mill-MPE fil-11 ta' Diċembru, tistieden lill-Kummissjoni tressaq leġiżlazzjoni li tippermetti li persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali japplikaw għal viża f'ambaxxata jew konsulat tal-UE.", "Sir af aktar dwar l-inizjattiva leġiżlattiva fl-intervista tagħna mal-awtur tar-rapport", "Tista' tiddeskrivi l-proposti tiegħek dwar l-istabbiliment ta' viża umanitarja Ewropea?", "Aktar minn 90 % tal-persuni li jitolbu asil fl-Ewropa waslu permezz ta' mezzi irregolari", ", u għandna nistaqsu għaliex?", "Minħabba li ma ngħataw l-ebda mogħdija legali biex jaslu fl-UE.", "Il-proposti tagħna jfissru li int għandek id-dritt li tinstema', mingħajr ma tirriskja ħajtek u mingħajr ma tesponi lilek innifsek u lill-għeżież tiegħek għat-traffikar illeċitu tal-bnedmin.", "Inti tingħata permess territorjalment limitat biex tidħol fi Stat Membru tal-UE speċifiku biex titlob asil.", "Inti tkun tista' tagħmel dan f'konsulat jew f'ambaxxata Ewropea, jew f'delegazzjoni tal-UE barra mill-UE.", "Din għandha tkun soluzzjoni għal dawk li bħalissa ma għandhom l-ebda għażla oħra ħlief li jesponu lilhom infushom għal traffikar illeċitu.", "Ftakar li f'dawn l-aħħar ftit snin mill-inqas 30,000 ruħ tilfu ħajjithom fil-Mediterran.", "Rifuġjati u migranti li hu maħsub li mietu fil-Mediterran fl-2018 (perjodu sal-11 ta' Diċembru)", "Aqsam din il-kwotazzjoni ma' ħaddieħor:", "Min jingħata dawn il-viżi?", "Hemm firxa sħiħa ta' każijiet, pereżempju familja li tappartjeni għal komunità reliġjuża soġġetta għall-persekuzzjoni jew għall-vjolenza sistemika.", "Dan huwa l-każ għall-Insara fis-Sirja u fl-Iraq, jew persuni li mhumiex Musulmani fl-Afganistan, kif ukoll persuni LGBT fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Musulmani, jew komunitajiet etniċi li s-sikurezza tagħhom tinsab fil-periklu.", "Jekk jiġu approvati mill-Parlament, xi jkun il-pass li jmiss?", "Peress li huwa", "rapport fuq inizjattiva proprja", ", mhux qed nitkellmu dwar liġi vinkolanti f'daqqa.", "Hija stedina lill-Kummissjoni biex tissottometti leġiżlazzjoni li tittratta din il-kwistjoni.", "Stħarriġiet riċenti juru li l-immigrazzjoni għada ta' tħassib għall-Ewropej.", "Xi proposti oħrajn għandu l-Parlament?", "L-ewwel nett għandhom jiġu separati l-fatti mill-perċezzjonijiet.", "Hemm perċezzjoni mifruxa li l-migrazzjoni hija barra mill-kontroll, invażjoni aggressiva tal-UE, żiemel ta' Troja.", "Ma hemm l-ebda evidenza empirika li ssostni din il-fehma; huwa fatt li", "l-għadd ta' wasliet qed jonqos b'mod drammatiku", "Għandna mandat biex naġixxu b'solidarjetà u naqsmu r-responsabbiltà permezz ta'", "sistema Ewropea komuni tal-asil", ".", "Madankollu l-Kunsill huwa l-ħolqa nieqsa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.", "Dan il-Parlament għamel l-almu tiegħu biex iwassal leġiżlazzjoni li tinkludi", "r-reviżjoni tal-hekk imsejjaħ Regolament ta' Dublin", ", li jirriżulta f'allokazzjoni estremament inġusta tar-responsabbiltajiet.", "Għandna bżonn ta' sistema Ewropea komuni biex jiġu ttrattati t-talbiet għal asil u biex ma jintefax piż żejjed fuq dawk il-pajjiżi li jiffaċċjaw il-Mediterran.", "Għal aktar informazzjoni", "X'inhuma l-viżi umanitarji?", "Votazzjoni fil-plenarja (11 ta' Diċembru 2018)", "Votazzjoni fil-kumitat (3 ta' Diċembru 2018)", "Fajl tal-proċedura", "Referenzi leġiżlattivi: Viżi Umanitarji", "Stħarriġ tal-Ewrobarometru (8-26 ta' Settembru 2018)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-01-09T15:52:00", "title": "Viżi Umanitarji: \"Dritt li tiġi mismugħ mingħajr riskju għal ħajtek\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/immigrazzjoni/20190612STO54307/schengen-gwida-ghaz-zona-ewropea-minghajr-fruntieri", "text": ["Karozzi jistennew li jgħaddu minn kontroll mal-fruntiera", "Iż-żona tal-UE li tippermetti vjaġġar mingħajr passaport, magħrufa bħala ż-żona Schengen, hija waħda mill-aktar kisbiet tanġibbli tal-integrazzjoni Ewropea.", "Tgħallem dwarha fil-gwida tagħna.", "X'inhi ż-żona Schengen?", "Iż-żona Schengen hija waħda mill-pilastri tal-proġett Ewropew.", "Mindu nħolqot fl-1995, meta tneħħew il-kontrolli tal-passaporti f'din iż-żona, iċ-ċittadini tal-UE jgawdu mid-dritt għal-libertà ta' moviment.", "Dan ifisser li jistgħu jgħixu, jistudjaw, jaħdmu u jirtiraw fi kwalunkwe post fl-UE.", "It-turisti u n-negozji wkoll jibbenefikaw minn dawn id-drittijiet.", "Il-pajjiżi taż-żona Schengen", "Iż-żona Schengen tinkludi 26 pajjiż", ": 22 mill-UE u erbgħa minn barra: l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.", "Il-pajjiżi kollha tal-UE huma parti minn Schengen, minbarra sitta: L-Irlanda u r-Renju Unit, li għażlu l-esklużjoni fakultattiva u joperaw iż-żona komuni għall-ivvjaġġar tagħhom stess; kif ukoll il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija, li f'xi punt fil-futur huwa previst li jingħaqdu maż-żona Schengen.", "L-iskop u l-benefiċċji", "miljun ruħ", "jivvjaġġaw kuljum minn fruntiera interna għal oħra tal-UE.", "Il-moviment liberu fil-prattika jista' jinvolvi drittijiet differenti għal kategoriji differenti ta' nies, minn turisti sa familji.", "Iċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu joqogħdu f'pajjiż ieħor tal-UE bħala turist għal massimu ta' tliet xhur b'passaport jew karta tal-identità valida.", "Huma jistgħu wkoll jgħixu fi Stat Membru ieħor għal xogħol, u għandhom id-dritt li jiġu ttrattati bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.", "L-intraprendituri jibbenefikaw mil-libertà tal-istabbiliment u l-istudenti għandhom id-dritt li jistudjaw fi kwalunkwe post fl-UE.", "L-għeluq tal-fruntieri interni tal-UE jaf iwassal għal", "spiża stmata", "ta' bejn EUR 100 biljun u EUR 230 biljun fuq perjodu ta' 10 snin u jimpedixxi l-ivvjaġġar transfruntier għal 1.7 miljun persuna.", "Mappa taż-żona Schengen", "L-iżgurar tas-sigurtà", "Ir-regoli ta' Schengen jabolixxu l-kontrolli mal-fruntieri interni, filwaqt li jarmonizzaw u jsaħħu l-protezzjoni tal-fruntieri esterni taż-żona.", "La darba jidħlu fiż-żona Schengen, in-nies jistgħu jivvjaġġaw minn pajjiż għal ieħor mingħajr ma jkunu soġġetti għal verifiki mal-fruntieri.", "Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jiċċekkjaw lin-nies mal-fruntieri interni jew qrib tagħhom jekk l-informazzjoni u l-esperjenza tal-pulizija jiġġustifikaw żieda temporanja fis-sorveljanza.", "Schengen jinkludi wkoll politika komuni dwar il-viża għal żjarat qosra minn ċittadini mhux tal-UE u jgħin lill-Istati parteċipanti jingħaqdu fil-ġlieda kontra l-kriminalità bl-għajnuna", "tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja", "Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen", "qed tiġi msaħħa biex tipprovdi aktar sigurtà lill-Ewropej.", "Skopri t-titjib fl-infografika tagħna.", "Iż-żona Schengen hija waħda mill-pilastri tal-proġett Ewropew ©AP Images/European Union-EP", "Il-fruntieri esterni u interni", "Il-funzjonament tar-regoli ta' Schengen intlaqat", "miż-żieda fil-flussi tal-migrazzjoni", "lejn l-UE fl-2015 u minn tħassib akbar f'dak li jikkonċerna s-sigurtà, inkluż attivitajiet terroristiċi u ta' kriminalità transfruntiera serji, li wasslu", "għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli mal-fruntieri", "min-naħa ta' bosta Stati Membri.", "F'rapport adottat fit-30 ta' Mejju 2018, il-Parlament ikkritika", "l-insistenza li jkomplu jsiru l-kontrolli mal-fruntieri interni", "fiż-żona Schengen.", "F'dawn l-aħħar tliet snin kien hemm fis-seħħ", "kontrolli temporanji mal-fruntieri interni", "fi ħdan iż-żona Schengen.", "Il-Membri tal-PE qed jinsistu biex il-kundizzjonijiet għall-kontrolli jkunu aktar ċari u biex dawn jitqiesu bħala miżura aħħarija.", "L-isfidi u r-reazzjonijiet tal-UE", "Il-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà tal-fruntieri esterni huma sfida għall-Ewropa.", "Fl-2015 ġew individwati 1.83 miljun qsim illegali fil-fruntieri esterni tal-UE.", "Għalkemm din iċ-ċifra naqset għal 150 114 fl-2018, l-UE tipprova", "ssaħħaħ il-kontrolli mal-fruntieri esterni tagħha", "u tittratta b'mod aktar effiċjenti l-applikazzjonijiet għall-ażil.", "Dawn l-isfidi qanqlu żviluppi konsiderevoli", "fil-politika tal-ġestjoni tal-fruntieri", ".", "Dan jinkludi pereżempju l-ħolqien ta' strumenti u aġenziji bħas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), jew", "sistema ġdida ta' reġistrazzjoni tad-dħul u l-ħruġ", "mal-fruntieri esterni taż-żona Schengen.", "Fil-futur, il-vjaġġaturi li m'għandhomx bżonn viża se jiġu skrinjati qabel ma jaslu fl-UE bl-użu", "tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar", "(ETIAS) bil-għan li jinqabdu l-kriminali,", "jew kwalunkwe persuna oħra li tikkostitwixxi riskju qabel ma jaslu fl-UE.", "Dawn il-kontrolli jaf jibdew mill-2021.", "Barra minn hekk, il-Membri tal-PE approvaw pjanijiet biex, sal-2027,", "l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta", "tkun ingħatat korp permanenti ta' 10 000 gwardja tal-fruntiera bil-għan li tingħata spinta lis-sigurtà tal-Ewropa.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-11T14:25:00", "title": "Schengen: gwida għaż-żona Ewropea mingħajr fruntieri"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/immigrazzjoni/introduction", "text": ["L-isfida tal-migrazzjoni: l-UE kif qed tindirizza l-wasla ta' migranti u ta' persuni li jfittxu asil fl-Ewropa?", "Skopri aktar dwar il-ħidma tal-Parlament Ewropew dwar il-migrazzjoni, l-asil u l-fruntieri.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2019-09-05T15:24:00", "title": "Il-migrazzjoni: sfida komuni"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200109STO69927/il-pjan-finanzjarju-ghall-klima-ta-eur-1-000-biljun-tal-ewropa", "text": ["Skopri kif l-Ewropa trid tiffinanzja proġetti biex tindirizza t-tibdil fil-klima u tappoġġja reġjuni li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika.", "Ftit aktar minn xahar wara l-preżentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta dettaljata dwar kif se tiffinanzjah.", "Il-Pjan ta' Investiment għal Patt Ekoloġiku Ewropew", "huwa mfassal biex jattira mill-inqas EUR 1,000 biljun ta' investiment pubbliku u privat matul l-għaxar snin li ġejjin.", "Ġie diskuss fil-Parlament nhar it-Tlieta, 14 ta' Jannar.", "Għaliex huwa importanti", "It-trasformazzjoni tal-UE f'ekonomija newtrali għall-klima", "sal-2050 se tkun teħtieġ investiment massiv f'teknoloġiji tal-enerġija nadifa.", "Skont l-istimi tal-Kummissjoni Ewropea, l-ilħuq tal-mira provviżorja ta' tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra (GHG) ta' 40 % sal-2030 tkun teħtieġ EUR 260 biljun f'investiment annwali addizzjonali.", "Skopri aktar dwar ir-rispons tal-UE għat-tibdil fil-klima", "Minn fejn se jiġu l-flus", "Madwar nofs il-flus għandu jiġi mill-baġit tal-UE permezz ta' diversi programmi li jikkontribwixxu għal proġetti dwar il-klima u l-ambjent, pereżempju, permezz ta' fondi agrikoli, il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, Orizzont Ewropa, LIFE.", "Dan imbagħad jattira EUR 114-il biljun addizzjonali fil-kofinanzjament mill-Istati Membri.", "Madwar EUR 300 biljun ta' investiment privat u pubbliku huma mistennija li jiġu mobilizzati permezz ta' InvestEU u l-fondi tal-ETS, u EUR 100 biljun oħra għandhom jiġu attirati permezz tal-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta l-ġdid, li huwa mfassal biex jappoġġja r-reġjuni u l-komunitajiet li huma l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, pereżempju, reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-faħam.", "Il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta", "Il-mekkaniżmu se jkun ibbażat fuq tliet pilastri: Il-Fond għal Tranżizzjoni ġusta b'EUR 7.5 biljuni ta' flus ġodda, il-fluss ta' finanzjament ta' InvestEU u s-self tal-BEI appoġġjat mill-baġit tal-UE.", "Dawn l-istrumenti kollha huma mistennija jimmobilizzaw EUR 100 biljun f'investimenti pubbliċi u privati – flus li jistgħu jintużaw biex il-ħaddiema jitgħallmu ħiliet ġodda għall-impjiegi tal-futur, biex jappoġġjaw lin-negozji biex iġibu opportunitajiet ġodda ta' impjieg u biex isiru investimenti f'enerġija nadifa u fl-iżolament tad-djar.", "L-investimenti tal-fond għandhom jgħinu b'mod speċjali lil dawk ir-reġjuni li jiddependu fuq il-fjuwils fossili bħall-faħam li għadu jipprovdi madwar kwart tal-ġenerazzjoni tal-enerġija tal-UE.", "Is-settur tal-faħam", "fl-UE jimpjega 238 000 persuna f'attivitajiet direttament marbuta, bħal minjieri tal-faħam u impjanti tal-enerġija, f'aktar minn 100 reġjun Ewropew - mill-Polonja sa Spanja.", "Fl-2015, kien hemm 128 minjiera tal-faħam fi 12-il Stat Membru u 207 impjant tal-enerġija tal-faħam f'21 Stat Membru.", "\"Dan huwa messaġġ lill-minaturi tal-faħam fl-Asturias, fil-Maċedonja tal-Punent jew fis-Silesia, lill-ħassada tal-pit fil-midlands Irlandiżi, lir-reġjuni tal-Baltiku li jiddependu fuq iż-żejt tax-shale u ħafna oħrajn.", "Nafu li qed tiffaċċjaw triq aktar diffiċli lejn in-newtralità klimatika u nafu li l-prospett ta' futur differenti - wieħed aktar nadif - jista' jkun prospett ġeneralment pożittiv iżda t-triq biex taslu għalih illum tidher skoraġġanti.", "Dan il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta ta' mill-inqas EUR 100 biljun huwa wegħda li l-UE qed tappoġġjakom f'din it-tranżizzjoni,\" qal Frans Timmermans, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni responsabbli għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, nhar it-Tlieta waqt il-preżentazzjoni tal-proposta lill-Membri tal-PE.", "X'qed jgħidu l-Membri tal-PE", "Siegfried Mureșan (PPE, RO) appella biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi biex jittaffew l-effetti tat-tranżizzjoni.", "\"Barra minn hekk, ma għandhiex taffettwa l-politiki eżistenti - la l-koeżjoni, la l-agrikoltura u lanqas ir-riċerka u l-innovazzjoni.", "Hija prijorità addizzjonali u għandha tiġi ffinanzjata b'mod supplementari.\"", "\"Jeħtieġ li nħarsu lejn il-ħtieġa ta' finanzjament ġdid biex isostni din it-trasformazzjoni soċjali u ekoloġika,\" qalet Iratxe García Pérez (S&D, ES).", "Hi trid li mill-inqas 30 % tal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE jindirizzaw it-tibdil fil-klima.", "Dragoș Pîslaru (Renw, RO): \"Insejjaħ lill-Istati Membri kollha biex jużaw dawn l-għodod u jiffukaw fuq l-investimenti fir-riżorsi l-aktar importanti tal-Ewropa - iċ-ċittadini.\"", "Niklas Nienaß (Verts, DE): \"Nistgħu nappoġġjaw din il-proposta jekk tkun favur tranżizzjoni ċara u ġusta bi pjanijiet konkreti ta' eliminazzjoni gradwali għar-reġjuni kollha tal-faħam.\"", "\"Mhuwiex kompletament ċar minn fejn se jiġu r-riżorsi,\" qal Gianantonio Da Re (ID, IT).", "\"Il-kriterji għall-benefiċjarji u kif se jitqassmu l-fondi wkoll għandhom jiġu stabbiliti.\"", "Johan Van Overtveldt (ECR, BE), President tal-Kumitat għall-Baġits, ukoll ġibed l-attenzjoni fuq in-nuqqas ta' ċarezza dwar minn fejn se tiġi parti mill-flus.", "\"Aħna favur ekonomija ċirkolari iżda kontra \"r-riċiklaġġ tal-finanzjament u tal-flus\".", "M'aħniex favur avventuri finanzjarji.\"", "Younous Omarjee (GUE, FR), President tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: \"Jeħtieġ li nnaqqsu l-ispejjeż soċjali u nappoġġjaw lir-reġjuni f'din it-tranżizzjoni ġusta.\"", "Tista' tara d-dibattitu kollu", "hawnhekk", "Il-proposta tal-Kummissjoni issa se tgħaddi għand il-kumitati rilevanti tal-PE, fejn il-Membri tal-PE se jiddiskutuha aktar fil-fond u jressqu emendi biex itejbuha, u wara għandhom jibdew in-negozjati mal-Kunsill dwar it-test finali.", "Għal aktar informazzjoni", "Proposta tal-KE", "Il-Parlament jappoġġja l-Patt Ekoloġiku Ewropew u jimbota għal ambizzjonijiet saħansitra ogħla", "Patt Ekoloġiku għall-Ewropa: L-ewwel reazzjonijiet mill-Membri tal-PE", "Il-Parlament Ewropew jiddikjara emerġenza klimatika", "EU support for coal regions (Appoġġ tal-UE għar-reġjuni tal-faħam)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-01-29T14:23:00", "title": "Il-pjan finanzjarju għall-klima ta' EUR 1,000 biljun tal-Ewropa"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/eu-long-term-budget/20200227STO73523/il-kaz-tal-parlament-ghal-bagit-fit-tul-ambizzjuz-tal-ue-infografika", "text": ["L-MEPs qed jargumentaw favur baġit tal-UE b'saħħtu għall-2021-2027 li se jwieġeb għall-isfidi li l-Ewropa qed tiffaċċja u jagħti riżultati dwar l-aspettattivi tal-Ewropej.", "baġit", "jiżgura li l-UE jkollha l-mezzi finanzjarji biex tmexxi l-programmi u l-proġetti li jkunu ta' benefiċċju għall-Ewropej.", "Il-finanzjament tal-UE jappoġġja lill-bdiewa, lill-bliet, lir-reġjuni, lill-istudenti, lir-riċerkaturi, lin-negozji u lill-NGOs madwar l-Ewropa.", "Il-baġit fit-tul tal-UE ta' bħalissa jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020.", "Il-Kummissjoni Ewropea", "ppreżentat proposta f'Mejju 2018", "għall-perjodu ta' finanzjament li jmiss mill-2021 sal-2027.", "Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu f'", ", u reġa' kkonfermaha f'", ".", "L-Istati Membri fil-Kunsill għadhom ma jistgħux jaqblu dwar pożizzjoni u b'hekk, in-negozjati bejn l-istituzzjonijiet ma jistgħux jibdew.", "Wara s-summit tal-UE fl-20 u fil-21 ta' Frar, li kien iddedikat għall-baġit fit-tul tal-UE, il-", "President tal-Parlament David Sassoli qal", "li l-Parlament huwa diżappuntat minħabba li l-Kunsill Ewropew ma laħaqx ftehim u esprima t-tama li n-negozjati futuri juru li l-UE tinsab lesta li tappoġġja l-ambizzjonijiet tagħha b'fondi suffiċjenti .", "\"L-Ewropa qed tiffaċċja sfidi bla preċedent bħat-tibdil fil-klima, id-diġitalizzazzjoni u ordni ġeopolitiku ġdid. [...]", "Li nnaqqsu l-ambizzjonijiet tagħna jista' jkollu biss impatt negattiv fuq snin ta' progress u integrazzjoni,\" tenna l-President Sassoli.", "Filwaqt li d-deċiżjoni finali dwar il-baġit fit-tul li jmiss tittieħed mill-Kunsill, abbażi tar-riżultat tan-negozjati, il-Parlament jeħtieġlu jagħti l-kunsens tiegħu biex dan il-baġit jidħol fis-seħħ.", "Il-każ tal-Parlament għal baġit fit-tul ambizzjuż tal-UE", "Baġit tal-UE li jħares 'il quddiem", "B'mod konsistenti l-Parlament sostna li sabiex l-UE tkun tista' tissodisfa l-aspettattivi taċ-ċittadini u tagħmel tajjeb għall-impenji u l-ambizzjonijiet tagħha, jeħtiġilha jkollha l-mezzi neċessarji biex tinvesti fil-ġejjieni tal-UE.", "Waħda mill-kwistjonijiet ewlenin hija dwar f'liema qasam il-finanzjament tal-UE se jaqdi bl-aħjar mod lill-Ewropej.", "L-MEPs iridu jżommu l-finanzjament għall-bdiewa u għal reġjuni ifqar fil-livell ta' bħalissa.", "Il-Politika Agrikola Komuni hija ffinanzjata esklussivament fil-livell tal-UE u għandha l-għan li tipprovdi ikel sikur u ta' kwalità kif ukoll dħul deċenti għall-bdiewa, filwaqt li l-appoġġ għar-reġjuni anqas żviluppati jippromwovi s-solidarjetà u jiżgura li kulħadd jibbenefika mis-suq uniku.", "Iżda l-UE qed tiffaċċja sfidi oħra, uħud minnhom ġodda, bħall-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali, il-migrazzjoni u s-sigurtà li jirrikjedu investiment adegwat.", "Il-Parlament irid li l-azzjoni klimatika fil-baġit tal-UE tiġi intensifikata u ffinanzjata b'mod adegwat, anke biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta għal ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, biex ikun żgurat li ħadd ma jibqa' lura.", "U l-MPEs jappellaw għal aktar investimenti f'oqsma bħalma huma ż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll l-SMEs.", "Il-benefiċċji tal-UE huma ferm ikbar mill-kontributi", "Il-baġit tal-UE huwa għodda ta' investiment li ġġib valur miżjud u toħloq opportunitajiet għal persuni u kumpaniji bejn il-fruntieri.", "Is-suq uniku tal-UE, pereżempju, ineħħi l-ostakli għall-kummerċ u jagħmilha possibbli għal kumpaniji minn kwalunkwe pajjiż tal-UE li jidħlu fis-suq ta' Stati Membri oħra.", "L-istimi kkwotati mill-Kummissjoni Ewropea juru li l-benefiċċji huma ħafna akbar mill-kontribut li kull pajjiż jagħmel għall-baġit tal-UE.", "juru li l-eżistenza tas-Suq Uniku ħolqot 3.6 miljun impjieg mill-1990 u li kieku dan is-suq ma kienx jeżisti, il-PDG tal-UE kien ikun 8.7 % inqas.", "Bis-saħħa tas-Suq Uniku, iċ-ċittadin medju tal-UE jaqla € 840 aktar fis-sena.", "Il-każ tal-Parlament għal baġit fit-tul ambizzjuż tal-UE", "Nissodisfaw l-aspettattivi tal-Ewropej", "In-nies jistennew li l-UE tiffoka fuq il-prijoritajiet tagħhom, iżda d-data tal-Ewrobarometru tal-2019 turi li hemm differenza bejn dak li n-nies iridu li l-UE tagħmel u dak li jqisu bħala l-oqsma ewlenin tal-infiq tal-UE.", "Filwaqt li 48 % ta' dawk li wieġbu qalu li l-biċċa l-kbira tal-baġit tal-UE għandu jintefaq fuq l-impjiegi u l-affarijiet soċjali u 41 % ta' dawk li wieġbu jemmnu li għandu jintefaq fuq il-politika tal-klima u l-ambjent (dawk li wieġbu ntalbu jidentifikaw sa erba' politiki ewlenin), 16 % biss qalu li l-biċċa l-kbira tal-baġit tal-UE bħalissa qed jintefaq fuq il-politika tal-impjiegi u dik soċjali u 17 % qalu li l-biċċa l-kbira tal-baġit qed jintefaq fuq il-politika tal-klima u l-ambjent.", "Il-każ tal-Parlament għal baġit fit-tul ambizzjuż tal-UE", "Kemm għandu jkun kbir baġit tal-UE b'saħħtu?", "Id-daqs tal-baġit tal-UE huwa frazzjoni żgħira tal-infiq nazzjonali mill-pajjiżi tal-UE.", "Wara li vvaluta r-riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi f'kull qasam ta' politika, il-Parlament qed jipproponi baġit ta' 1.3 % tad-dħul nazzjonali gross tal-UE (DNG).", "Il-medja tal-infiq nazzjonali medju tal-gvernijiet tal-UE hija aktar minn 47 % tad-DGN.", "Il-każ tal-Parlament għal baġit fit-tul ambizzjuż tal-UE", "L-MEPs insistew b'mod ripetut li l-baġit m'għandux jiddependi primarjament mill-kontributi diretti mill-Istati Membri, u talab li jkun hemm riżorsi proprji ġodda għall-baġit.", "Dawn jistgħu jkunu, pereżempju, taxxa fuq l-iskart tal-plastik, dħul mill-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet jew taxxa ġdida fuq il-kumpaniji diġitali l-kbar.", "F'riżoluzzjoni minn Ottubru 2019, l-MEPs qalu li mingħajr ftehim dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, il-Parlament mhux se jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-baġit fit-tul li jmiss.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-18T11:33:00", "title": "Il-każ tal-Parlament għal baġit fit-tul ambizzjuż tal-UE (infografika)"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/ir-rispons-tal-ue-ghall-coronavirus/20200526IPR79817/il-mpe-jirreagixxu-ghall-proposti-ta-pakkett-ta-rkupru-mill-kummissjoni", "text": ["Sessjoni straordinarja tal-Parlament Ewropew ma' Ursula von der Leyen u mal-Kunsill dwar il-pjan ta' rkupru u l-baġit fit-tul. © EP / DLL", "B'ħarsitha fuq il-ġenerazzjonijiet futuri, il-President tal-Kummissjoni Von der Leyen pproponiet strument ta' rkupru ta' €750 biljun bħalha parti mill-proposta revista għall-baġit fit-tul.", "Wara l-preżentazzjoni fil-plenarja mill-President tal-Kummissjoni", "u l-wegħda mir-rappreżentanta tal-Presidenza Kroata tal-Kunsill", "Nikolina Brnjac", "li l-presidenza se taħdem mal-istati membri biex jigu konkluzi malajr in-negozjati mal-Parlament dwar il-pakkett il-ġdid, il-mexxejja tal-gruppi politiċi taw l-ewwel reazzjonijiet.", "[Ikklikkja fuq l-ismijiet biex tara d-dikjarazzjonijiet individwali].", "\"Is-solidarjetà Ewropea reġgħet magħna u qed niftħu kapitolu ġdid għall-UE\", qal", "(PPE, DE).", "Il-flus il-ġodda jeħtieġ li jintefqu fuq ideat ġodda u mhux fuq il-problemi l-qodma tal-Ewropa.", "\"Is-solidarjetà timxi id f'id mar-responsabbiltà\", għalhekk irid ikun ċar kif il-flus se jitħallsu lura, huwa qal.", "Weber appella għal riżorsi proprji tal-UE ġodda, u biex il-ġganti diġitali jħallsu l-parti tagħhom.", "(S&D, ES) irringrazzjat lil von der Leyen għal proposta ambizzjuża u talli qed tati lill-PE \"ir-rwol li ħaqqu\" fid-disinn tal-pakkett ta' rkupru.", "García wissiet li s-sopravivenza tal-proġett Ewropew hija f'riskju, u ħeġġet lill-Kunsill biex jadotta l-QFP il-ġdid b'maġġoranza kwalifikata biex jevita li l-UE tinżamm \"ostaġġ minn erba' stati membri li jippreferu rispons nazzjonali għal rispons Ewropew\".", "\"Dan huwa pjan bla preċedent fl-istorja tal-Ewropa\" qal", "(Renew, RO).", "\"Il-QFP u l-pjan ta' rkupru għandhom jiffukaw fuq il-futur\", bil-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-aġenda diġitali bħala pedamenti, huwa qal.", "\"Nistgħu ma naqblux fuq xi dettalji, imma jien verament nilqa' l-approċċ\" qal Ciolos, waqt li fakkar lill-istati membri li \"l-UE mhix magna tal-flus.", "Is-solidarjetà tiġi mal-valuri\".", "(ID, DE) irrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni bħala \"kompletament żbaljata u bla sens\", mingħajr bażi legali xierqa u nieqsa mir-responsabbiltà jew sens ekonomiku.", "Il-Kummissjoni trid tonfoq flus \"bħallikieku għada ma jasal qatt\".", "Dan huwa prezz enormi għall-kontribwenti Ewropej, huwa qal.", "(Ħodor, DE) qalet: \"Ma nistgħux nirrepetu l-iżbalji kbar tal-passat u nisfurzaw l-awsterità fuq il-pajjiżi u l-ideoloġiji għomja tas-suq.", "Anzi għandna bżonn niżguraw li l-flus jiġu investiti sew fi proġetti li jgħinu fuq medda ta' żmien fit-tul, joħolqu l-impjiegi u jsalvaw il-pjaneta waħda li għandna.\"", "\"Jekk se nippermettu s-self u l-għotjiet, irid ikun hemm kundizzjonijiet ċari'\" qal", "(ECR, BE).", "\"Il-flus iridu jintużaw fejn hu meħtieġ l-iktar, u għandu jkun hemm mekkaniżmi ta' sigurtà fis-seħħ għan-negozji tagħna.", "Nies li jaħdmu u jġemmgħu ma għandhomx ikollhom iħallsu għal dawn il-programmi\".", "\"Minflok inqata' għal kollox mid-dogmi tal-passat\", dan il-Pjan ta' Rkupru jieqaf \"nofs triq\" qalet", "(GUE / NGL, FR).", "Waqt li laqgħet il-proposti l-ġodda dwar ir-Riżorsi Proprji, hija sejħet għall-kanċellazzjoni tad-dejn tal-kriżi, għal self perpetwu dirett lill-Istati Membri, u għal appoġġ pubbliku kkundizzjonat fuq konsiderazzjonijiet soċjali.", "Il-Kummissjoni żvelat ukoll il-", "Programm ta' Ħidma", "aġġustat tagħha għall-2020, li ser jipprijoritizza l-azzjonijiet meħtieġa biex jimbuttaw l-irkupru u r-reżiljenza tal-Ewropa.", "Il-passi li jmiss", "Il-Parlament u l-Kunsill issa jiddiskutu l-proposti l-ġodda u jiddeċiedu dwar il-forma finali tagħhom fin-negozjati li ġejjin.", "Għal aktar informazzjoni", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu(25.05.2020)", "Konferenza stampa tal-President tal-PE David Sassoli", "Dikjarazzjoni tan-negozjaturi tal-Parlament dwar il-QFP", "Riżoluzzjoni tal-PE dwar il-QFP l-ġdid u l-pakkett ta' rkupru (15.05.2020)", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-05-27T18:42:00", "title": "Kwistjoni tal-futur tal-UE nnifisha: il-MPE jirreaġixxu għall-proposti ta' pakkett ta' rkupru mill-Kummissjoni"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/ir-rispons-tal-ue-ghall-coronavirus/20200512IPR78912/hemm-bzonn-ta-pakkett-ta-rkupru-ta-eur-2-triljuni-kontra-l-covid-19", "text": ["Il-Fond ta' rkupru jrid jiżdied mal-baġit fit-tul tal-UE, mhux jintuża bħala argument biex tal-aħħar jitnaqqas", "Il-Kummissjoni għandha tastjeni milli tuża \"kreattivita finanzjarja\" jew informazzjoni qarrieqa.", "Il-fondi li għandhom jitqassmu l-aktar permezz ta' għotjiet", "F'riżoluzzjoni dwar ir-reviżjoni tal-baġit UE wara l-2020 u l-pjan ta' rkupru ekonomiku, il-MPE talbu pakkett b'saħħtu, iffokat fuq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini li jibni fuq il-baġit tal-UE.", "Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata l-Ġimgħa b'505 voti favur, 119 kontra u 69 astensjoni.", "\"Iċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu fil-qalba tal-istrateġija ta' rkupru\", enfasizzaw il-MPE, filwaqt li żiedu li l-Parlament se jibqa' determinat biex jiddefendi l-interessi taċ-ċittadini.", "L-isforzi ta' rkupru għandu jkollhom dimensjoni soċjali b'saħħitha, li tindirizza l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi u l-ħtiġijiet ta' dawk l-aktar milquta mill-kriżi.", "Il-Parlament jinsisti li l-\"fond ta' rkupru u ta' trasformazzjoni\" l-ġdid għandu jkun ta' EUR 2 triljuni, jiġi ffinanzjat \"permezz tal-ħruġ ta' bonds ta' rkupru b'data ta' skadenza twila\" u jkun \"distribwit permezz ta' self u, l-aktar, permezz ta' għotjiet, pagamenti diretti għall-investiment u l-ekwità.\"", "Huma jħeġġu lill-Kummissjoni biex ma tużax \"multiplikaturi dubjużi biex jirreklamaw ċifri ambizzjużi\", u biex ma tużax \"kreattivita finanzjarja\", hekk kif il-kredibbiltà tal-UE hija fil-periklu.", "L-investimenti għall-rkupru għandhom ikunu żieda fuq il-programmi ffinanzjati mill-QFP", "Il-pjan ta' rkupru għandu jkun żieda fuq il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss, li huwa l-baġit fit-tul tal-UE, mhux għad-detriment ta' programmi eżistenti u futuri tal-UE, il-MPE wissew .", "Barra minn hekk, huma jinsistu li l-QFP għandu jiżdied u jissottolinjaw li l-Parlament se juża s-setgħat tiegħu ta' veto jekk it-talbiet tal-PE ma jiġux sodisfatti.", "Il-flus ta' rkupru \"għandhom imorru għal programmi fil-baġit tal-UE\", biex jiġu garantiti s-sorveljanza u l-parteċipazzjoni parlamentari.", "Il-Parlament għandu wkoll ikun involut b'mod sħiħ \"fit-tiswir, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-fond ta' rkupru\".", "Huma jwissu lill-Kummissjoni biex ma tippruvax \"tfassal strateġija ta' rkupru Ewropea li tkun barra mill-metodu komunitarju u li tirrikorri għal mezzi intergovernattivi.\"", "Il-pjan għandu jiffoka fuq il-prijoritajiet fil-Patt Ekoloġiku u l-aġenda diġitali", "Il-\"pakkett ta' rkupru massiv\", li l-MPE talbu diġà", "fir-riżoluzzjoni reċenti tagħhom ta' April", ", għandu jdum biżżejjed biex jindirizza \" l-impatt mistenni kbir u fit-tul tal-kriżi attwali\".", "Huwa għandu \"jittrasforma l-ekonomiji tagħna\" billi jappoġġa l-SMEs, u \"jżid l-opportunitajiet ta' impjiegi u ħiliet biex jittaffa l-impatt tal-kriżi fuq il-ħaddiema, il-konsumaturi u l-familji\".", "Huma jitolbu li l-investimenti jingħataw prijorità skont il-Patt Ekoloġiku u l-aġenda diġitali u jinsistu fuq il-ħolqien ta' programm Ewropew indipendenti ġdid tas-saħħa.", "Ir-riforma tad-dħul tal-UE saret vitali", "l-appell tagħhom għall-introduzzjoni ta' grupp ta' \"riżorsi proprji\" ġodda (sorsi ta' dħul tal-UE), sabiex tiġi evitata żieda ulterjuri fil-kontribuzzjonijiet diretti tal-istati membri għall-baġit tal-UE biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-QFP u l-Fond ta' Rkupru u ta' Trasformazzjoni.", "Peress li l-limitu massimu għad-dħul tal-UE huwa espress fil-PGN, li huwa mistenni li jonqos b'mod sinifikanti minħabba l-kriżi, il-MPE jsejħu wkoll \"għal żieda immedjata u permanenti tal-limitu massimu tar-Riżorsi Proprji.\"", "Il-Kummissjoni Ewropea mistennija li dalwaqt tippreżenta proposta ġdida għall-QFP u l-fond ta' rkupru biex jittieħed kont tal-kriżi tas-saħħa u l-konsegwenzi tagħha.", "Peress li l-baġit attwali fit-tul tal-UE jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020, l-UE teħtieġ orizzont ta' ppjanar baġitarju ġdid għas-seba' snin li ġejjin.", "Il-Kummissjoni tal-UE għalhekk ippreżentat pjanijiet għall-QFP li jmiss għall-2021–2027 f'", "Mejju 2018", ".", "Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu f'", ", u kkonfermah mill-ġdid f'", ".", "Il-Kunsill għadu ma setax jaqbel dwar pożizzjoni.", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għall-Baġits", "Stqarrija għall-istampa dwar id-dibattitu fil-plenarja qabel ir-riżoluzzjoni: \"Il-MPE jridu baġit ambizzjuż, orjentat lejn il-futur, b'fond ta' rkupru bħala parti minnu\" (13.05.2020)", "Stqarrija għall-istampa: \"Il-baġit tal-UE fit-tul — il-Parlament irid li jkun hemm xibka ta' sikurezza għall-benefiċjarji\" (13.05.2020)", "Q & A dwar il-baġit fit-tul tal-UE (Qafas Finanzjarju Pluriennali, QFP)", "Tgħarrif ta' sfond dwar ir-Riċerka tal-PE dwar il-QFP", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-05-15T15:10:00", "title": "Hemm bżonn ta' pakkett ta' rkupru ta' EUR 2 triljuni biex tiġi indirizzata l-COVID-19"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20181205IPR20933/vizi-umanitarji", "text": ["Aċċess għat-territorju tal-UE għall-uniku skop li tintalab protezzjoni internazzjonali", "Applikazzjoni u ħruġ ta' viżi fl-ambaxxati u l-konsulati", "90% ta' dawk li jingħataw protezzjoni internazzjonali fl-UE wasslu fl-UE b'modi irregolari", "Madwar 30 000 persuna mietu mis-sena 2000 f'tentattivi biex jilħqu l-Ewropa", "Il-pajjiżi tal-UE għandhom ikunu jistgħu joħorġu viżi umanitarji fl-ambaxxati u l-konsulati biex dawk li jfittxu l-protezzjoni jkunu jistgħu jagħmlu hekk mingħajr ma jirriżikaw ħajjithom.", "Il-Parlament Ewropew talab nhar it-Tlieta li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta, qabel il-31 ta' Marzu 2019, proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi Viża Umanitarja Ewropea, li tagħti aċċess fit-territorju tal-UE - esklussivament għall-istat membru li jkun ħareġ il-viża - għall-uniku skop biex tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.", "L-inizjattiva leġiżlattiva ġiet appoġġata mill-plenarja b'429 vot favur, 194 kontra u 41 astensjoni.", "L-MPE saħqu li, minkejja bosta' tħabbir u talbiet għal metodi siguri u legali għad-dħul fl-Ewropa għal dawk li jfittxu l-ażil, l-UE m'għandiex qafas armonizzat għall-proċeduri ta' dħul protett.", "Huma enfasizzaw li, minħabba nuqqas ta' possibilitajiet legali, madwar 90% ta' dawk li jingħataw il-protezzjoni internazzjonali jilħqu l-UE irregolarment.", "L-MPE jisħqu li d-deċiżjoni biex tinħareġ viża umanitarja għandha tibqa' kompetenza esklussiva tal-istati membri.", "Ir-riżoluzzjoni tagħmilha ċara li l-benefiċjarji jkollhom jippruvaw li huma ċarament esposti għall-persekuzzjoni u li mhumiex diġà f'proċedura ta' risistemazzjoni.", "Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni m'għandiex tinvolvi proċess sħiħ tad-determinazzjoni tal-istatut, iżda qabel il-ħruġ ta' kwalunkwe viża, kull applikant għandu jkun soġġett għal screening ta' sigurtà, permezz tal-bażijiet ta' data rilevanti nazzjonali u Ewropej, \"biex jiġi aċċertat li l-persuna m'hix ta' riskju għas-sigurtà.", "Dikjarazzjonijiet minn MPE Maltin", "\"Ir-rakkomandazzjonijiet li qed isiru fuq kif għandhom jinħarġu l-viżi umanitarji, hu simbolu ta' kif l-Unjoni Ewropea trid tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem.", "Aktar minn 90% ta 'dawk li talbu l-ażil fl-Ewropa waslu b'mod irregolari wara vjaġġ perikoluż.", "Għalhekk dak propost hu wkoll mod importanti kif nindirizzaw l-imwiet inaċċettabbli u intollerabbli fil-Mediterran u biex verament niġġieldu t-traffikar tal-bnedmin.", "Dan hu pass importanti biex nindirizzaw l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari.\"", "Passi li jmiss", "Il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva sal-31 ta' MArzu 2019.", "Il-Kummissjoni trid tagħti tweġiba raġunata għat-talba tal-Parlament.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "It-test adottat ikun disponibbli hawn (11.12.2018)", "Video tal-konferenza stampa (11.12.2018)", "Dokument ta' riċerka tal-PE: Viżi umanitarji (7.11.2018)", "Dokument ta' riċerka tal-PE: Analiżi tal-valur miżjud tal-viżi umanitarji (Ottubru 2018)", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-12-11T14:37:00", "title": "Viżi umanitarji biex jiġu evitati l-imwiet u titjieb il-ġestjoni tal-flussi migratorji"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/l-inkluzjoni-socjali-u-s-sigurta/20180706STO07413/mizuri-ta-bilanc-bejn-ix-xoghol-u-l-hajja-privata", "text": ["Il-Parlament Ewropew adotta regoli ġodda li jippermettu lill-ġenituri u lill-persuni li jindukraw jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja tagħhom.", "Għalfejn neħtieġu regoli ġodda tal-UE", "Kundizzjonijiet tax-xogħol aktar adattabbli u liv relatat mal-familja u mal-indukrar jgħinu biex il-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu jkunu jistgħu jibbilanċjaw l-interessi privati u professjonali tagħhom u jevitaw il-ħtieġa li jagħżlu bejn il-familja u l-karriera.", "Huma jiffurmaw parti mill-politiki", "soċjali tal-UE", "biex itejbu ħajjet in-nies u l-benesseri tagħhom.", "L-impatt fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi", "In-nisa, li r-rata ta' impjieg tagħhom kienet ta'", "(meta mqabbla ma' 78 % għall-irġiel) fl-2017, huma ħafna aktar probabbli li jaħdmu part-time biex jieħdu ħsieb it-tfal u l-qraba u jiffaċċjaw interruzzjonijiet fil-karriera li jikkontribwixxu biex jitħallsu inqas, bħala medja, u jkollhom", "pensjonijiet aktar baxxi", "mill-irġiel.", "Ir-regoli l-ġodda għal", "bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja", ", adottati fl-4 ta' April, għandhom l-għan li jżidu r-rata ta' impjieg fost in-nisa, joħolqu inċentivi għall-missirijiet biex jieħdu liv relatat mal-familja u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs.", "Miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata", "Elementi ewlenin tar-regoli l-ġodda", "Il-leġiżlazzjoni tkun tistabbilixxi standards minimi ġodda jew ogħla għal-liv tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw.", "Il-missirijiet ikunu intitolati għal mill-anqas għaxart ijiem ta' liv tal-paternità, imħallsa għall-anqas fil-livell tal-benefiċċji tal-mard.", "Dan ikun japplika wkoll għat-tieni ġenituri ekwivalenti, fejn rikonoxxuti mil-liġijiet nazzjonali.", "Il-persuni jkollhom id-dritt għal mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri, li minnhom xahrejn ikunu mhux trasferibbli u mħallsa.", "Il-livell ta' kumpens ikun stabbilit mill-pajjiżi tal-UE.", "Il-ħaddiema li jieħdu ħsieb qraba serjament morda jew dipendenti jistgħu jitolbu ħamest ijiem liv għall-persuni li jindukraw fis-sena.", "Barra minn hekk, il-ġenituri u l-persuni li jindukraw jibbenefikaw minn drittijiet imtejba biex jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli, pereżempju sigħat tax-xogħol flessibbli jew imnaqqsa.", "Il-passi li jmiss", "Ir-regoli l-ġodda jeħtieġu jiġu formalment approvati wkoll mill-Kunsill qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ.", "Wara dan il-pajjiżi tal-UE jkollhom tliet snin biex jikkonformaw magħhom.", "Fajl tal-proċedura", "Briefing: Direttiva ġdida dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata", "Infografika:liv tal-maternità u tal-paternità fl-UE (Marzu 2019)", "Għal aktar informazzjoni", "Is-sigurtà soċjali: aktar flessibbiltà għan-nies li jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE", "Ekonomija tal-gigs: Liġi tal-UE li ttejjeb id-drittijiet tal-ħaddiema (infografika)", "Ħaddiema stazzjonati: il-fatti dwar ir-riforma", "Kondizzjonijiet tax-Xogħol", "Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T14:57:00", "title": "Miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata: regoli ġodda dwar il-liv għall-indukrar fil-familja"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/l-inkluzjoni-socjali-u-s-sigurta/20181116STO19213/is-sigurta-socjali-aktar-flessibbilta-ghan-nies-li-jghixu-f-pajjiz-iehor-tal-ue", "text": ["Skopri kif taħdem il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-UE u kif il-Parlament jixtieq itejjeb is-sistema biex jiffaċilita x-xogħol barra mill-pajjiż.", "Fit-20 ta' Novembru, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament ivvota favur", "regoli aġġornati", "biex ikun aktar faċli li persuna taħdem f'pajjiż ieħor tal-UE u jkollha aċċess ġust għas-sigurtà soċjali.", "Għaliex neħtieġu l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali?", "Bħala ċittadin tal-UE, inti għandek id-dritt li tmur f'pajjiż ieħor tal-UE biex tistudja, taħdem b'mod temporanju jew tirrisjedi b'mod permanenti.", "Madwar 14-il miljun resident tal-UE, inklużi pensjonanti u persuni li m'għandhomx impjieg, diġà jgħixu fi Stat Membru ieħor.", "Ir-regoli tal-UE jiżguraw li huma jirċievu l-benefiċċji soċjali u tas-saħħa li huma intitolati għalihom.", "Dawn ir-regoli jiddeterminaw liema sistema nazzjonali huma suġġetti għaliha, u għandhom l-għan li jżommuhom milli jitħallew mingħajr protezzjoni jew li jiġu koperti darbtejn.", "Koordinazzjoni, mhux armonizzazzjoni", "Il-leġiżlazzjoni tal-UE tkopri benefiċċji relatati mal-mard, il-familja, il-qgħad u oħrajn, u l-liv tal-ġenituri.", "Madankollu, il-pajjiżi tal-UE jibqgħu responsabbli għas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom.", "Huma jiddeċiedu liema benefiċċji jingħataw, taħt liema kundizzjonijiet u liema kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu.", "Ir-regoli tal-UE, min-naħa tagħhom, jikkoordinaw biss l-interazzjoni bejn is-sistemi nazzjonali.", "Xi jfisser dan fil-prattika?", "Bħala regola bażika, persuni li jgħixu u jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn jaħdmu.", "Dawk li qed ifittxu impjieg jistgħu jiksbu l-benefiċċji tal-qgħad mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom matul ċertu perjodu fi Stat Membru ieħor fejn qed ifittxu impjieg, filwaqt li l-pensjonanti li ħadmu f'pajjiżi differenti jistgħu jgħaqqdu l-perjodi ta' kontribuzzjonijiet magħmula biex jieħdu pensjoni sħiħa.", "Fl-aħħar nett, it-turisti għandhom aċċess għas-servizzi tas-saħħa permezz tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea waqt soġġorni temporanji.", "Il-prinċipji bażiċi tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali", "Inti kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali ta' pajjiż wieħed u tħallas il-kontribuzzjonijiet f'pajjiż wieħed biss", "Inti għandek l-istess drittijiet u obbligi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn int assigurat", "Perjodi preċedenti ta' assikurazzjoni, xogħol jew residenza f'pajjiżi oħra jitqiesu, jekk ikun meħtieġ", "Meta tkun qed tgħix f'pajjiż, il-benefiċċji fi flus minn pajjiż ieħor b'mod ġenerali xorta għadhom jistgħu jingħatawlek", "Regoli ġodda għall-benefiċċji tal-qgħad, tal-familja u tal-kura fit-tul", "Bħalissa, dawk li qed ifittxu impjieg f'pajjiż ieħor tal-UE jibbenefikaw minn benefiċċji tal-qgħad għal minimu ta' tliet xhur.", "Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jemmen li dan il-perjodu għandu jkun ta' sitt xhur, bil-possibbiltà ta' estensjoni sakemm il-benefiċċji jiskadu.", "Il-membri tal-Kumitat jemmnu wkoll li n-nies għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk jiħdux il-benefiċċji tal-qgħad mingħand l-aħħar pajjiż li ħadmu fih jew mingħand il-pajjiż li jkunu qed jgħixu fih.", "Il-benefiċċji tal-familja fi flus maħsuba biex jissostitwixxu d-dħul meta persuna tieqaf taħdem biex trabbi tarbija għandhom jitqiesu bħala benefiċċju personali għall-ġenitur ikkonċernat u jkunu separati minn benefiċċji oħra tal-familja.", "Il-membri jappoġġaw ukoll dispożizzjonijiet għal ċarezza u trasparenza legali għal benefiċċji tal-kura fit-tul", "Passi proċedurali", "Tgħarrif", "Segwi l-progress fuq il-proposta leġiżlattiva", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-31T14:44:00", "title": "Is-sigurtà soċjali: aktar flessibbiltà għan-nies li jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20190402IPR34670/mizuri-godda-favur-rikonciljazzjoni-bejn-il-hajja-tax-xoghol-u-tal-familja", "text": ["Il-MPE adottaw regoli favur it-tfal u l-familji u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi", "Minimu ta' għaxar jiem ta' xogħol bħala liv imħallas għall-missirijiet mill-inqas bl-istess paga bħal-liv għal raġunijiet ta' mard", "Xahrejn liv imħallas mhux trasferibbli għall-ġenituri", "Ħamest ijiem ta' liv fis-sena għall-persuni li jindukraw", "Forom ta' xogħol flessibbli, inkluż ix-xogħol mill-bogħod", "Il-plenarja adottat regoli ġodda dwar il-liv tal-missirijiet u l-liv tal-ġenituri, matul vot finali il-Ħamis.", "Il-liġi, maqbula informalment mal-ministri tal-UE, tistabbilixxi ħtiġiet minimi għall-istati membri kollha bil-għan li tittejjeb ir-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jissaħħaħ ir-rwol tal-missier jew dak tat-tieni ġenitur ekwivalenti, fil-familja.", "Dan għandu jibbenefika lit-tfal u l-ħajja tal-familja, filwaqt li jittieħed kont aħjar tal-bidliet fis-soċjetà u tiġi aktar promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "Ir-relatur David Casa (EPP, MT) qal, \"Din id-direttiva ser iġġib iżjed ugwaljanza bejn is-sessi u qsim aħjar tar-responsabbiltajiet.", "In-nisa sofrew min-nuqqas ta' ugwaljanza b'riżultat li hemm differenzi fis-salarji u fil-pensjonijiet.", "Issa ser ikunu appoġġati biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u jaslu iżjed, filwaqt li l-missirijiet ser ikollhom rwol akbar fl-indukrar tat-tfal.", "Din id-direttiva tibbenefika wkoll lill-membri tal-familja li jindukraw ġenerazzjoni akbar.", "Din id-direttiva tgħin l-irġiel, in-nisa, il-familji u l-ekonomija.\"", "Liv tal-missirijiet, tal-ġenituri u ta' dawk li jindukraw", "Ingħata d-dritt għal mill-inqas 10 ijiem ta' liv imħallas għall-missirijiet u t-tieni ġenitur ekwivalenti (jekk dan huwa rikonoxxut mil-liġi nazzjonali).", "Dan għandu jittieħed madwar iż-żmien tat-twelid jew it-twelid mejjet u mħallas mhux inqas minn dak allokat għal-liv għal raġunijiet ta' saħħa.", "Il-MPE żiedu xahrejn liv mhux trasferibbli u imħallas għall-ġenituri.", "Dan il-liv għandu jkun dritt individwali, maħsub biex joħloq il-kundizzjonijiet għal distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tar-responsabbiltajiet fi ħdan il-familja.", "L-istati membri għandhom jistabbilixxu livell adegwat ta' paga jew allowance għall-perijodu minimu mhux trasferibbli ta' liv tal-ġenituri, b'kont meħud tal-fatt li l-użu ta' dan it-tip ta' liv spiss jirriżulta f'telf ta' dħul finanzjarju għall-familja u li l-membru tal-familja li jitħallas l-iżjed (spiss ir-raġel) għandu jkun jista' juża dan id-dritt..", "L-istati membri għandhom joffru mill-inqas ħamest ijiem fis-sena taż liv għall-indukrar għall-ħaddiema li jipprovdu kura personali lil persuna relatata jew persuna li tgħix fl-istess dar u li għandha kondizzjoni medika serja jew b'diżabilità minħabba l'età.", "L-istati membri li diġà jiggarantixxu paga jew allowance ta' mill-inqas 65% tal-paga nett tal-ħaddiem, għal mill-inqas 6 xhur ta' liv tal-ġenituri għal kull ġenitur, jistgħu jżommu s-sistema tagħhom.", "Xogħol flessibbli", "Il-persuni li jaħdmu u li huma ġenituri jew li jindukraw jkunu jistgħu jitolbu aġġustamenti fix-xogħol tagħhom u kif iwettquh, inkluż, fejn possibbli, permezz ta' ħidma mill-bogħod jew ħinijiet ta' xogħol flessibbli.", "Meta jikkunsidraw dawn it-talbiet, dawk li jimpjegaw jistgħu jikkunsidraw mhux biss ir-riżorsi tagħhom u l-kapaċità operazzjonali iżda wkoll il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew b'marda twila u ta' ġenituri uniċi.", "Il-passi li jmiss", "Id-direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.", "L-istati membri jkollhom ikunu konformi mar-regoli wara tliet snin.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "It-test adottat ikun disponibbli hawn (04.04.2019)", "Tappi fil-proċedura", "Stqarrija għall-istampa wara l-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (24.01.2019)", "Dokument ta' riċerka tal-PE", "Dokument ta' riċerka tal-PE", "Regoli ġodda biex jittejjeb il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u privata tal-ġenituri", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-04-04T14:35:00", "title": "Miżuri ġodda favur rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20171020IPR86555", "text": ["It-Tlieta, l-MEPs unanimament faħħru l-ħidma tal-ġurnalista, u ddinunċaw attack fuq id-demokrazija, filwaqt li xi wħud ipproponew diversi azzjonijiet konkreti.", "Matul id-dibattitu filgħaxija, esponenti ewlenin tal-gruppi politiċi kollha faħħru lil Daphne Caruana Galizia għall-kuraġġ li kellha u għal dak li rrappreżentat – professjoni lesta ssaqsi mistoqsijiet diffiċli biex b'hekk id-demokrazija teżisti u biex l-istat tad-dritt ikun protett.", "Il-maġġoranza tal-MEPs għarfu li l-problemi li kixfet Caruana Galizia jikkonċernaw l-UE kollha u għalhekk azzjoni unita kienet meħtieġa.", "Xi wħud tefgħu it-tort tal-mewt tagħha fuq l-awtoritajiet Maltin u appellaw għal investigazzjoni internazzjonali fuq il-każ u skrutinju tal-istat tad-dritt, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata f'Malta.", "Oħrajn iffukaw fuq il-ħtieġa għal azzjoni usa' fil-livell tal-UE biex tiġi miġġielda problema li kienet saret waħda komuni.", "Aktar kmieni fil-ġurnata, il-plenarja osservat minuta silenzju, fil-preżenza tal-familja ta' Caruana Galizia, u l-President tal-Parlament, Antonio Tajani ħabbar li s-sala tal-konferenzi stampa fi Strasburgu kienet ser tissejjeħ warajha.", "Tista' terġa' ssegwi d-dibattitu", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "Dikjarazzjoni mill-President tal-PArlament Ewropew Antonio Tajani", "Dokument ta' riċerka tal-PE dwar il-whistle blowers", "Materjal awdjoviżiv għall-professjonisti", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-10-25T10:39:00", "title": "L-MEPs ifaħħru lil Daphne Caruana Galizia u jitolbu għal azzjonijiet konkreti"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20180411IPR01528", "text": ["għandu jkun hemm investigazzjoni serja tal-qtil doppju, immexxija konġuntament mal-Europol", "jeħtieġ liġijiet tal-UE u nazzjonali aħjar biex jiġu protetti iżjed il-ġurnalisti u l-whistleblowers", "appell biex l-OLAF u l-PE jinvestigaw l-allegazzjonijiet ta' użu ħażin tal-fondi tal-UE fis-Slovakkja", "tfakkira li l-qtil tas-Sur Kuciak jiġi ftit xhur biss wara dak ta' Daphne Caruana Galizia", "Jeħtieġ li l-UE tipproteġi lill-ġurnalisti u l-whistleblowers aħjar u s-Slovakkja trid tiżgura investigazzjoni serja, indipendenti u internazzjonali fil-qtil ta' Ján Kuciak.", "Dawn kienu l-messaġġi ewlenin tar-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva li l-Parlament Ewropew adotta l-Ħamis.", "Il-Parlament ikkundanna bil-qawwa l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Slovakk Ján Kuciak u t-tfajla tiegħu Martina Kušnírová.", "Ir-riżoluzzjoni tissuġġerixxi wkoll li l-iskema ta' apprendistat tal-Parlament għall-ġurnalisti tissemma' għalih.", "Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, qal: \"Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u Ján Kuciak huma attentat kontra l-valuri fundamentali tagħna u jimminaw l-istat tad-dritt fl-UE.", "Dan il-Parlament jixtieq isaħħaħ id-dritt u d-dmir tal-ġurnalisti biex jiddefendu l-informazzjoni ħielsa u indipendenti.", "Għandna d-dmir li niġġieldu għal dan biex nonoraw lil Daphne u lil Ján u l-ġurnalisti Ewropej l-oħra kollha li jinsabu fl-ewwel linja kuljum jiddefendu d-demokrazija tagħna\".", "Messaġġ lis-Slovakkja: L-awturi jridu jinġiebu quddiem il-ġustizzja", "L-MEPs appellaw lis-Slovakkja biex tagħmel dak kollu li hemm bżonn biex l-investigazzjoni tkun serja, indipendenti u internazzjonali tal-qtil doppju, preferabbilment immexxijja konġuntament mal-Europol.", "Huma jappellaw ukoll biex il-ġurnalisti investigattivi jiġu protetti minn kull tip ta' intimidazzjoni, akkużi ta' difamazzjoni, u attakki biex jiġu mssikta.", "Il-Parlament iqajjem tħassib dwar l-infiltrazzjoni potenzjali tal-kriminalità organizzata fl-ekonomija u l-livelli kollha tal-politika fis-Slovakkja, il-politiċizzazzjoni tal-għażla tal-ogħla prosekuturi, kif ukoll numru ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fir-rigward ta' uffiċjali għolja, li ma rċevewx investigazzjoni xierqa.", "Ir-riżoluzzjoni titlob ukoll għal imparzjalità akbar tal-infurzar tal-liġi fis-Slovakkja.", "Protezzjoni aħjar tal-ġurnalisti u l-whistleblowers fl-UE", "L-MEPs ikkundannaw il-kummenti derogatorji li għamlu xi politikanti lejn il-ġurnalisti u insistew li l-istati membri kollha jeħtieġ li jipproteġu s-sigurtà personali u x-xogħol tal-ġurnalisti investigattivi u tal-whistleblowers.", "Huma appellaw għal:", "protezzjoni aħjar tal-ġurnalisti li huma regolarment soġġetti għal kawżi fil-qorti bil-għan li jissikkett xogħolhom", "skema permanenti tal-UE li tappoġġa l-ġurnaliżmu investigattiv indipendenti", "abbozz ta' direttiva biex jiġu protetti l-whistleblowers", "ħidma mill-Kummissjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi għal-libertà tal-midja u l-pluraliżmu fl-UE", "monitoraġġ aħjar ta' min jikkontrolla l-midjas u ta' konċentrazzjonijiet potenzjali", "Dikjarazzjonijiet minn MEPs Maltin", "Il-gruppi politiċi varji fil-Parlament Ewropew qed jitolbu sabiex il-ġurnalisti investigattivi madwar l-Ewropa jiġu protetti.", "Saħansitra sar appell lill-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri sabiex jieħdu miżuri neċessarji inkluż dawk kontra l-iSLAPP, prattiċi legali li jippruvaw jagħlqu ħalq il-ġurnalisti.", "Minkejja dan f'Malta rajna l-Gvern jinjora proposti mressqa mill-Oppożizzjoni kontra l-iSLAPP u l-Gvern insista li dawn l-miżuri jmorru kontra l-liġijiet Ewropej.", "Qtil u vjolenza qatt ma huma ġustifikabbli, u b'dan il-mod jien nuri s-solidarjetà mal-familjari tal-vittmi.", "Nemmen li l-ġustizzja għandha ssir minn dawk l-individwi li għandhom is-setgħa legali u mill forzi tal-ordni.", "Tajjeb niftakru li 'l fuq il-liġi m'hemm ħadd, u li l-investigazzjoni għandha titħalla tieħu l-kors tagħha.", "Fuq kollox il-libertà tal-pinna u tal-espressjoni għandha dejjem tiġi protetta .", "Il-media hi ir-raba pilastru (4th Estate) ta ́ demokrazija vera u l-gurnalisti qatt m'għandhom ihossuhom mhedda għax qed jagħmlu xogħolhom.", "Il-qtil ta' Ján Kuciak u Martina Kušnírová rriżultaw fl-ikbar protesti paċifiċi u dimostrazzjonijiet fit-toroq fis-Slovakkja mir-Rivoluzzjoni tal-Bellus tal-1989.", "Il-manifestazzjonijiet saru favur il-ġustizzja, l-accountability, l-istat tad-dritt, ir-rispett għall-libertà tal-midja u azzjonijiet biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni.", "Bosta attakki kontra ġurnalisti ġew irrappurtati mill-2007 u żewġ ġurnalisti għadhom nieqsa.", "#JanKuciak #AllForJan", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "It-test adottat ikun dalwaqt disponibbli hawn (19.04.2018)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (14.03.2018)", "Fajl tal-proċedura", "Materjal awdjoviżiv b'xejn: libertà tal-midja", "Materjal awdjoviżiv b'xejn: UE-Slovakkja", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-04-19T13:22:00", "title": "Qtil ta' Ján Kuciak: L-MEPs jappellaw għall-protezzjoni tal-ġurnalisti"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/fighting-plastic-pollution/20181116STO19217/il-mikroplastik-sorsi-effetti-u-soluzzjonijiet", "text": ["Minn fejn ġej il-mikroplastik u x'inhuma l-effetti tiegħu?", "Skopri fatti ewlenin dwar il-mikroplastik u sir af x'soluzzjonijiet qed taħdem fuqhom l-UE.", "X'inhu l-mikroplastik u minn fejn hu ġej?", "Il-mikroplastik jikkonsisti minn biċċiet żgħar ħafna ta' materjal tal-plastik tipikament iżgħar minn ħames millimetri.", "Jista' jinqasam f'żewġ kategoriji ewlenin skont is-sors tiegħu:", "Mikroplastik primarju", "Rilaxxat direttament fl-ambjent bħala partikoli żgħar", "Huwa stmat li jirrappreżenta bejn 15 u 31% tal-mikroplastik fl-oċeani", "Sorsi ewlenin: ħasil ta' ħwejjeġ sintetiċi (35% tal-mikroplastik primarju); brix ta' tajers minħabba s-sewqan (28%); mikroplastik miżjud intenzjonalment fi prodotti tal-kura personali, pereżempju mikrożibeġ fi scrubs tal-wiċċ (2%)", "Mikroplastik sekondarju", "Joriġina minn degradazzjoni ta' oġġetti tal-plastik akbar, bħal boroż tal-plastik, fliexken jew xbieki tas-sajd", "Jirrappreżenta bejn 69 u 81% tal-mikroplastik li nsibu fl-oċeani", "X'inhuma l-effetti tal-mikroplastik?", "Il-mikroplastik jinsab fi kwantitajiet dejjem akbar fl-oċean.", ", hemm mhux anqas minn 51 triljun partiċella ta' mikroplastik fl-ibħra, 500 darba aktar milli hemm kwiekeb fil-galassja tagħna.", "Il-mikroplastik li jinsab fil-baħar jista' jinbela' mill-annimali tal-baħar.", "Il-plastik imbagħad jakkumula u jista' jispiċċa fil-bnedmin permezz tal-katina tal-ikel.", "fl-ikel u fix-xorb, inkluż fil-birra, fl-għasel u fl-ilma tal-vit.", "Mhijiex ħaġa tal-għaġeb li partiċelli tal-plastik dan l-aħħar ġew skoperti wkoll fl-ippurgar tal-bnedmin.", "S'issa, l-effett fuq is-saħħa tal-bniedem għadu mhux magħruf, iżda l-plastik ta' spiss ikun fih addittivi, bħal stabilizzaturi jew ritardanti tal-fjammi, u sustanzi kimiċi oħra possibbilment tossiċi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-annimali jew il-bnedmin li jibilgħuhom.", "Mikroplastik", "X'inhuma s-soluzzjonijiet li qed taħdem fuqhom l-UE?", "F'Settembru 2018, il-Membri tal-Parlament Ewropew approvaw strateġija dwar il-plastik li għandha l-għan li żżid ir-rata ta' riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik fl-UE.", "Barra minn hekk, stiednu lill-Kummissjoni Ewropea tintroduċi", "projbizzjoni fl-UE kollha fuq mikroplastik miżjud intenzjonalment", "fi prodotti bħal kożmetiċi u deterġenti sal-2020 u tieħu miżuri biex jiġi minimizzat ir-rilaxx ta' mikroplastik minn tessuti, tajers, żebgħa u loqom tas-sigaretti.", "F'Ottubru 2018, il-Parlament appoġġja", "projbizzjoni tal-UE fuq ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss", ", li jinsabu b'mod mifrux fl-ibħra u li diġà għandhom sostituti disponibbli mhux tal-plastik.", "Id-deputati Ewropej żiedu l-plastik ossodegradabbli mal-lista ta' oġġetti li għandhom jiġu pprojbiti.", "Il-plastik ossodegradabbli huwa plastik konvenzjonali li jitfarrak faċilment f'biċċiet żgħar minħabba l-addittivi u jikkontribwixxi għat-tniġġis mill-mikroplastik fl-oċeani.", "Fl-2015, il-Parlament ivvota favur", "restrizzjoni tal-basktijiet tal-plastik ħfief fl-UE", "Is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar il-mikroplastik", "Skeda informattiva dwar il-mikroplastik", "Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tniġġis mill-mikroplastik", "Briefing dwar il-plastik f'ekonomija ċirkolari", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-12-10T12:16:00", "title": "Il-mikroplastik: sorsi, effetti u soluzzjonijiet"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/ir-rispons-tal-ue-ghall-coronavirus/20200327STO76004/10-affarijiet-li-qed-taghmel-l-ue-fil-glieda-kontra-l-coronavirus", "text": ["Skopri x'qed tagħmel l-UE biex ittaffi l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19, tipproteġi lin-nies u l-ekonomija u tippromwovi s-solidarjetà.", "L-istituzzjonijiet Ewropej qed jiġġieldu kontra t-tixrid tal-coronavirus u jgħinu lil dawk l-Istati Membri li jkollhom bżonn tagħmir u appoġġ.", "Aktar fit-tul, l-Unjoni Ewropea qed taħdem biex ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi.", "Dawn t'hawn taħt huma 10 passi li ħadet l-UE biex tiġġieled il-COVID-19.", "1.", "Innaqqsu t-tixrid tal-virus", "Biex jitnaqqas it-tixrid tal-virus fl-Ewropa u lil hinn minnha, l-UE għalqet il-fruntieri esterni tagħha għall-ivvjaġġar mhux essenzjali, filwaqt li kompliet tara li oġġetti essenzjali jibqgħu jiċċirkolaw fl-Unjoni kollha bl-introduzzjoni ta' korsiji ħodor.", "Hemm previsti riżorsi addizzjonali għaċ-", "Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard", ", li joħroġ valutazzjonijiet tar-riskju rapidi u aġġornamenti epidemjoloġiċi dwar it-tifqigħa.", "2.", "Nipprovdu tagħmir mediku", "Fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, il-pajjiżi tal-UE issa għandhom aċċess rapidu għar-", "riżerva ta' tagħmir mediku RescEU", "– l-ewwel waħda tat-tip tagħha – li tinkludi ventilaturi u maskri protettivi.", "Barra minn hekk, l-UE ħarġet sejħa għal offerti internazzjonali fuq skala kbira ħafna li tippermetti lill-Istati Membri jixtru tagħmir u mediċini flimkien u qed timmobilizza", "f'għajnuna biex jinxtraw iżjed testijiet u tgħin lill-persunal mediku jikkura l-pazjenti.", "L-UE organizzat ukoll", "ġabra fuq l-internet", "bil-għan li tinġabar somma inizjali ta' €7.5 biljun għal tilqimiet, mediċini u dijanjostika għall-ġlieda kontra l-coronavirus mad-dinja kollha.", "3.", "Nippromwovu r-riċerka", "Orizzont 2020, il-programm ta' riċerka tal-UE, qed", "jiffinanzja 18-il proġett ta' riċerka", "151 tim fl-Ewropa kollha", "biex tkun tista' tinstab tilqima kontra l-COVID-19 malajr kemm jista' jkun.", "L-għan hu li jittejbu d-dijanjostika, l-istat ta' tħejjija, il-ġestjoni klinika u t-trattament.", "4.", "Nistimulaw is-solidarjetà Ewropea", "Il-Parlament Ewropew ta l-appoġġ tiegħu għal regoli ġodda li jippermettu lill-Istati Membri jitolbu assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex ikopru l-emerġenzi tas-saħħa.", "Bit-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-fond, din is-sena l-Istati Membri se jkollhom sa €800 miljun għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiġġieldu l-pandemija tal-coronavirus.", "Agħti ħarsa lejn il-", "kronoloġija tal-azzjoni tal-UE kontra l-coronavirus", "5.", "Niggarantixxu l-irkupru tal-UE", "Biex tgħin lill-UE tirkupra mill-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija, il-Kummissjoni Ewropea se toħroġ bi proposta ġdida għall-baġit fit-tul tal-UE għall-2021-2027, li se jkun fiha pakkett ta' stimolu.", "L-MEPs talbu", "pakkett ta' rkupru u rikostruzzjoni massiċċ", "iffinanzjat minn baġit fit-tul akbar għall-UE, fondi u strumenti finanzjarji Ewropej eżistenti, kif ukoll mill-hekk imsejħa bonds ta' rkupru.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreżentat il-", "pjan direzzjonali għal wara l-lockdown", "tagħha għal strateġija ta' ħruġ koordinata b'testijiet fuq skala kbira u materjal protettiv għaċ-ċittadini.", "6.", "Nappoġġjaw l-ekonomija", "L-UE qed tipproponi pakkett ta' għajnuna ta' €540 biljun biex tiġi indirizzata l-kriżi u jingħata appoġġ lill-ħaddiema, in-negozji u l-Istati Membri.", "Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew qed jalloka €750 biljun biex itaffi d-dejn tal-gvernijiet matul il-kriżi, kif ukoll €120 biljun f'taffija kwantitattiva u €20 biljun f'xiri ta' djun.", "L-MEPs ivvutaw ukoll biex", "€37 biljun mill-fondi strutturali eżistenti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni", "tal-pajjiżi tal-UE sabiex jiġġieldu l-kriżi tal-coronavirus u jappoġġjaw il-qasam tas-saħħa, in-negozji u l-ħaddiema.", "7.", "Inħarsu l-impjiegi", "Biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu jistgħu jżommu l-impjieg meta l-kumpaniji jiqfilhom ix-xogħol minħabba l-kriżi tal-coronavirus, il-Kummissjoni pproponiet għajnuna għal xogħol b'ħinijiet iqsar bl-appoġġ tal-istat (", ").", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea", "mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi f'garanziji biex tħeġġeġ lill-banek u selliefa oħra jipprovdu sa €8 biljun f'likwidità b'appoġġ għal madwar 100,000 intrapriża Ewropea.", "8.", "Nirrimpatrijaw iċ-ċittadini tal-UE", "Għexieren ta' eluf ta' Ewropej", "li spiċċaw maqbudin f'pajjiż ieħor minħabba t-tifqigħa ttieħdu lura pajjiżhom bis-saħħa tal-", "Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili", "9.", "Ngħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw quddiem il-pandemija", "Il-Kummissjoni mmobilizzat €20 biljun biex tgħin lil pajjiżi sħab terzi fil-ġlieda kontra l-kriżi bħala parti minn pakkett tal-UE għal rispons globali kkoordinat biex tiġi indirizzata l-firxa tal-COVID-19.", "10.", "Niżguraw informazzjoni preċiża", "It-tixrid ta'", "diżinformazzjoni dwar il-coronavirus", "iqiegħed is-saħħa tan-nies f'riskju.", "L-MEPs talbu li jkun hemm sors ta' informazzjoni fil-livell Ewropew biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal informazzjoni preċiża u vverifikata bil-lingwa tagħhom u talbu lill-kumpaniji tal-midja soċjali jindirizzaw id-diżinformazzjoni u d-diskors ta' mibegħda.", "Aktar informazzjoni", "Ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-Coronavirus", "Kummissjoni Ewropea: is-saħħa pubblika u l-coronavirus", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-05-07T17:05:00", "title": "10 affarijiet li qed tagħmel l-UE fil-ġlieda kontra l-coronavirus"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/fighting-plastic-pollution/20190321IPR32111/il-parlament-jissigilla-l-projbizzjoni-fuq-il-plastik-li-jintrema-wara-l-uzu", "text": ["Il-pożati li jintużaw darba biss, il-cotton buds, l-istraws u l-ħawwada tax-xorb magħmula mill-plastik se jiġu pprojbiti mill-2021", "Objettiv ta' ġbir ta' 90% tal-fliexken tal-plastik sal-2029", "Applikazzjoni aktar rigoruża tal-prinċipju ta' \"min iniġġes iħallas\"", "L-Erbgħa, il-Parlament approva liġi ġdida li tipprojbixxi oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss bħal platti, pożati, straws u stikek tal-cotton buds.", "560 MPE ivvutaw favur il-ftehim mal-ministri tal-UE, 35 ivvutaw kontra u 28 astjenew.", "Il-prodotti li ġejjin se jiġu pprojbiti fl-UE mill-2021:", "Pożati tal-plastik li jintużaw darba biss (frieket, skieken, mgħaref u", "Platti tal-plastik li jintużaw darba biss", "Straws tal-plastik", "Stikek tal-cotton buds magħmulin mill-plastik", "Stikek tal-bżieżaq magħmulin mill-plastik", "Plastiks u kontenituri tal-ikel ossodegradabbli u tazez tax-xorb tal-polisterin tal-foam", "Objettiv ġdid għar-riċiklaġġ u responsabilità akbar għall-produtturi", "L-Istati Membri se jkollhom jilħqu objettiv ta' ġbir ta' 90% għall-fliexken tal-plastik sal-2029, u l-fliexken tal-plastik irid ikun fihom mill-inqas 25% ta' kontenut riċiklat sal-2025 u 30% sal-2030.", "Il-ftehim isaħħaħ ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, partikolarment għat-tabakk, billi jintroduċi r-responsabbiltà estiża għall-produtturi.", "Dan ir-reġim il-ġdid se japplika wkoll għall-irkaptu tas-sajd, biex jiżgura li l-manifatturi, u mhux is-sajjieda, ibatu l-ispejjeż tal-ġbir ta' xbieki li jintilfu fil-baħar.", "Il-leġiżlazzjoni fl-aħħar nett tistipula li t-tikkettar fuq l-impatt ambjentali negattiv tat-tfigħ tas-sigarretti b'filtri tal-plastik fit-toroq għandu jkun obbligatorju, kif ukoll għal prodotti oħrajn bħat-tazzi tal-plastik, wet wipes u pads sanitarji.", "Kwotazzjoni", "Il-MPE b'responsabilità ewlenija għall-fajl leġiżlattiv", "(ALDE, BE) qalet: \"Din il-leġiżlazzjoni se tnaqqas il-prezz tal-ħsara ambjentali b'€22 biljun - li hija l-ispiża stmata tat-tniġġis tal-plastik fl-Ewropa sal-2030.", "\"L-Ewropa issa għandha mudell leġiżlattiv li tista' tiddefendi u tippromwovi fuq livell internazzjonali, fid-dawl tan-natura globali tal-kwistjoni tat-tniġġis tal-baħar li jinvolvi l-plastik.", "Dan huwa essenzjali għall-pjaneta.\"", "L-isfond", "Skont il-Kummissjoni Ewropea", ", aktar minn 80% taż-żibel li jispiċċa fil-baħar huwa plastik.", "Il-prodotti koperti minn din il-liġi l-ġdida jikkostitwixxu 70% tal-oġġetti kollha ta' skart fil-baħar.", "Minħabba r-rata bil-mod ta' dekompożizzjoni, il-plastik jakkumula fl-ibħra, l-oċeani u fuq il-bajjiet fl-UE u madwar id-dinja.", "Residwi tal-plastik instabu fi speċijiet tal-baħar - bħal fkieren tal-baħar, foki, balieni u għasafar, iżda wkoll fil-ħut u l-molluski, u għaldaqstant, fil-katina tal-ikel tal-bniedem.", "Għal aktar informazzjoni", "Tappi fil-proċedura", "Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-03-27T17:31:00", "title": "Il-Parlament jissiġilla l-projbizzjoni fuq il-plastik li jintrema wara l-użu sal-2021"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/fighting-plastic-pollution/20181212STO21610/l-iskart-u-r-riciklagg-tal-plastik-fl-ue-fatti-u-cifri", "text": ["Fl-Ewropa, inqas minn terz tal-iskart tal-plastik jiġi riċiklat.", "Skopri aktar fatti u ċifri dwar l-iskart tal-plastik u r-riċiklaġġ tiegħu fl-UE permezz tal-infografika tagħna.", "Fatti u ċifri dwar l-iskart tal-plastik u r-riċiklaġġ tiegħu fl-UE", "Il-produzzjoni tal-plastik kibret b'mod esponenzjali fi ftit għexieren ta' snin – minn 1.5 miljun tunnellata fl-1950 għal 322 miljun tunnellata fl-2015 fid-dinja kollha – u magħha, kiber l-ammont ta' skart tal-plastik.", "L-UE diġà ħadet", "miżuri biex tnaqqas l-ammont ta' skart tal-plastik", ", iżda x'jiġri mill-iskart li jiġi ġġenerat minkejja l-isforzi kollha?", "U kif jistgħu jiżdiedu r-rati ta' riċiklaġġ tal-plastik?", "It-trattament tal-iskart tal-plastik fl-Ewropa", "Fl-Ewropa, l-irkupru tal-enerġija huwa l-aktar mod li jintuża biex jintrema l-iskart tal-plastik, segwit mill-miżbliet.", "30% tal-iskart tal-plastik kollu ġġenerat jinġabar għar-riċiklaġġ u, bħalma turi l-infografika, ir-rati ta' riċiklaġġ ivarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor.", "Nofs il-plastik miġbur għar-riċiklaġġ jiġi esportat biex jiġi ttrattat f'pajjiżi barra l-UE.", "Ir-raġunijiet għall-esportazzjoni jinkludu nuqqas ta' kapaċità, teknoloġija jew riżorsi finanzjarji biex l-iskart jiġi ttrattat lokalment.", "Fil-passat, sehem sinifikanti mill-iskart tal-plastik esportat kien jintbagħat iċ-Ċina iżda, bil-projbizzjoni riċenti taċ-Ċina fuq l-importazzjoni ta' dan l-iskart, qed isir dejjem aktar urġenti li jinstabu soluzzjonijiet oħra.", "Is-sehem żgħir ta' riċiklaġġ tal-plastik fl-UE jfisser telf kbir għall-ekonomija kif ukoll għall-ambjent.", "Huwa stmat li 95% tal-valur tal-materjal tal-imballaġġ tal-plastik jintilef wara ċiklu qasir ta' użu ta' darba.", "Kull sena, il-produzzjoni u l-inċinerazzjoni tal-plastik jiġġeneraw madwar 400 miljun tunnellata ta' CO2 globalment, li parti minnhom jistgħu jiġu evitati permezz ta' riċiklaġġ aħjar.", "Il-problemi involuti fir-riċiklaġġ tal-plastik", "Il-kwistjonijiet ewlenin li jikkumplikaw ir-riċiklaġġ tal-plastik huma l-kwalità u l-prezz tal-prodott riċiklat, meta mqabbla ma' dawk tal-kontroparti verġni tagħhom.", "Il-proċessuri tal-plastik jirrikjedu kwantitajiet kbar ta' plastik riċiklat, manifatturat skont speċifikazzjonijiet stretti u bi prezz kompetittiv.", "Madankollu, peress li l-plastik jiġi adattat faċilment għall-ħtiġijiet (funzjonali jew estetiċi) ta' kull manifattur, id-diversità tal-materja prima tikkomplika l-proċess tar-riċiklaġġ, tagħmlu għali u taffettwa l-kwalità tal-prodott finali.", "Għalhekk, id-domanda għall-plastik riċiklat tammonta għal 6% biss tad-domanda għall-plastik fl-Ewropa.", "Is-soluzzjonijiet proposti biex jiżdiedu r-rati ta' riċiklaġġ", "F'Settembru l-MEPs taw l-appoġġ tagħhom favur strateġija Ewropea għall-plastik biex, sal-2030, l-iskart kollu mill-imballaġġ tal-plastik ikun riċiklabbli.", "Dan jimplika disinn aktar adatt għar-riċiklabbiltà, iżda l-membri jissuġġerixxu li hemm bżonn ukoll miżuri li jinċentivaw is-suq għall-plastik riċiklat.", "Dawn il-miżuri jinkludu:", "il-ħolqien ta' standards tal-kwalità għall-plastik sekondarju;", "aktar ċertifikazzjoni sabiex tiżdied il-fiduċja kemm tal-industrija kif ukoll tal-konsumaturi;", "l-introduzzjoni ta' regoli obbligatorji dwar il-kontenut minimu ta' materjal riċiklat f'ċerti prodotti;", "il-possibbiltà li l-Istati Membri jnaqqsu l-VAT fuq il-prodotti riċiklati.", "Fl-istess waqt, il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ tiegħu favur miżuri biex jitnaqqas l-ammont ta' skart tal-plastik:", "projbizzjoni fuq oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss", "restrizzjonijiet fuq basktijiet tal-plastik ħfief", "Talab ukoll lill-Kummissjoni Ewropea tieħu", "azzjoni kontra l-mikroplastik", "Għal aktar informazzjoni", "It-tren leġiżlattiv dwar strateġija Ewropea għall-plastik f'ekonomija ċirkolari", "Ir-riżoluzzjoni tal-PE dwar strateġija Ewropea għall-plastik f'ekonomija ċirkolari", "Is-sit web tal-Kummissjoni dwar strateġija Ewropea għall-plastik", "L-iskeda informattiva tal-Kummissjoni dwar il-plastik fl-Ewropa", "L-istudju tal-Kummissjoni dwar l-iskart tal-plastik fl-ambjent", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-01-15T13:56:00", "title": "L-iskart u r-riċiklaġġ tal-plastik fl-UE: fatti u ċifri"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/fighting-plastic-pollution/20180830STO11347/strategija-tal-ue-biex-jinqata-l-iskart-tal-plastik", "text": ["L-UE trid li l-imballaġġ tal-plastik kollu jkun riċiklabbli sal-2030.", "Il-Membri tal-PE diġà qed jiddiskutu projbizzjoni fuq ċertu plastik li jintuża darba biss.", "Il-plastik irħis u durabbli jintuża ħafna, iżda ż-żieda fil-popolarità tiegħu ġiet akkumpanjata minn ammonti dejjem jikbru ta' skart tal-plastik u skart fil-baħar, qagħda li qed taffettwa l-ambjent u s-saħħa tan-nies.", "Kull sena jiġu ġġenerati madwar 26 miljun tunnellata ta' skart tal-plastik fl-UE.", "Anqas minn 30% minnhom jiġu rriċiklati, filwaqt li parti minnhom tiġi esportata lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE biex tiġi pproċessata.", "Il-bqija jintremew f'landfills, jiġu inċinerati, jew jispiċċaw fin-natura mingħajr ma jinġabru, inkluż fil-bajjiet jew fil-foresti, fix-xmajjar u fl-ibħra.", "Fi sforz biex tindirizza t-tniġġis mill-plastik, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet", "strateġija dwar il-plastik", "bil-għan li tiżgura li sal-2030 kull biċċa imballaġġ tal-plastik tkun tista' terġa' tintuża jew tiġi rriċiklata, kif ukoll bil-għan li tnaqqas il-konsum tal-plastik li jintuża darba biss u l-użu tal-", "mikroplastik", "Il-mikroplastik", "•jirreferi għal partikoli żgħar ħafna (<5 mm) ta' materjal tal-plastik", "jista' jifforma b'mod mhux intenzjonat permezz tat-tkagħbir bl-użu ta' biċċiet akbar ta' plastik bħal tessuti sintetiċi", "jew jista' jiġi mmanifatturat deliberatament u miżjud intenzjonalment ma' prodotti bħal kożmetiċi li jitlaħalħu (pereżempju scrubs tal-wiċċ jew tal-ġisem).", "F'riżoluzzjoni adottata fit-13 ta' Settembru 2018, id-deputati Ewropej laqgħu bil-ferħ il-pjanijiet tal-Kummissjoni.", "Barra minn hekk, appellaw għal projbizzjoni fuq il-mikroplastik miżjud intenzjonalment fil-kożmetiċi, fil-prodotti tal-kura personali, fid-deterġenti u fil-prodotti tat-tindif sal-2020, kif ukoll għal ammont minimu ta' kontenut riċiklat għal xi prodotti tal-plastik kif ukoll standards ta' kwalità għall-plastik riċiklat.", "Qed jipproponu wkoll li l-kumpaniji jirrilaxxaw anqas mikroplastik huma u jiffabbrikaw prodotti bħal tessuti, tajers, żebgħa u loqom tas-sigaretti.", "Il-Membru Belġjan Mark Demesmaeker, li jagħmel parti mill-grupp ECR, huwa inkarigat mit-tmexxija tal-istrateġija fil-Parlament.", "Huwa qal li wasal iż-żmien li l-UE taġixxi: \"Sa issa konna qed nesternalizzaw il-problemi tal-iskart tal-plastik tagħna lejn pajjiżi bħaċ-Ċina u ċ-Ċina reċentement iddeċidiet li tipprojbixxi l-importazzjonijiet kollha tal-iskart tal-plastik mill-UE; allura issa rridu naġixxu, irridu ninnovaw, irridu ninvestu.\"", "Barra minn hekk, il-Membri tal-PE bħalissa qed jiddiskutu wkoll", "proposta biex jiġi pprojbit ċertu plastik li jintuża darba biss", "bħal pożati, platti u stikek tal-bżieżaq, kif ukoll biex il-kumpaniji tal-imballaġġ tal-prodotti jkunu obbligati jikkontribwixxu għall-ispejjeż tat-tindif tal-plastik mormi.", "Il-votazzjoni fil-plenarja dwar din il-proposta mistennija ssir f'Ottubru.", "Għal aktar informazzjoni", "Briefing: Il-plastik f'ekonomija ċirkolari", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-12-05T14:47:00", "title": "Strateġija tal-UE biex jinqata' l-iskart tal-plastik: aktar riċiklaġġ, projbizzjoni fuq il-mikroplastik"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/fighting-plastic-pollution", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Sommarju: Plastics in a circular economy (il-plastik f'ekonomija ċirkolari)", "Fid-dettall: Plastics in a circular economy (il-plastik f'ekonomija ċirkolari)", "Reducing marine litter (innaqqsu l-iskart fil-baħar)", "il-Membri tal-PE jipproponu modijiet biex tingħata spinta lir-riċiklaġġ tal-plastik", "Skeda informattiva dwar il-plastik fl-Ewropa", "L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi: microplastics (il-mikroplastik)", "Skeda informattiva dwar il-mikroplastiċi", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2020-02-25T11:35:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/it-tibdil-fil-klima", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Il-Parlament jappoġġa limiti għall-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2020-01-16T10:53:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/ir-rispons-tal-ue-ghall-coronavirus", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Covid-19: Il-Kummissjoni Ewropea tfassal rispons Ewropew ikkoordinat fil-ġlieda kontra l-Coronavirus biex tilqa' għall-impatt ekonomiku kkawżat minnu (13 ta' Marzu 2020)", "Il-Kummissjoni Ewropea: Rispons għall-Coronavirus", "MISTOQSIJIET FREKWENTI: Rispons Ewropew ikkoordinat għall-Coronavirus", "Covid_19: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard", "Paġna web tal-Kummissjoni Ewropea dedikata għas-saħħa pubblika dwar il-Coronavirus", "Fuljett ta' informazzjoni", "Sit web tal-Kunsill dwar il-Coronavirus", "L-MEPs responsabbli għall-baġit lesti li jadottaw il-miżuri kollha neċessarji biex tiġi ttrattata l-emerġenza kkawżata mill-Coronavirus (16 ta' Marzu 2020)", "Il-Parlament Ewropew se jagħmel sessjoni plenarja straordinarja fis-26 ta' Marzu", "Il-Parlament lest biex jiddirieġi l-fondi tal-UE lejn dawk affettwati mill-pandemija tal-Coronavirus", "Il-Kumitat tat-Trasport impenjat biex iwaqqaf it-titjiriet vojta minħabba l-COVID-19", "Informazzjoni dwar Covid-19 f'pajjiżi differenti", "X'tista' tagħmel l-UE biex ittaffi l-impatt tal-kriżi kkawżata mill-Coronavirus?", "(Marzu 2020)", "L-impatt ekonomiku tal-epidemiji u tal-pandemiji (Frar 2020)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2020-05-28T16:19:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/faq", "text": ["Kif jaħdmu l-Membri tal-Parlament Ewropew?", "X'rwol g]andu l-Parlament fil-kontroll tal-baġit tal-UE?", "Kif jiġu ffurmati l-gruppi politiċi?", "Tista' ssib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u mistoqsijiet frekwenti oħrajn dwar il-metodi ta' ħidma tal-Parlament f'dawn il-mistoqsijiet frekwenti.", "It-taqsimiet hawn taħt fihom firxa wiesgħa ta' informazzjoni dwar it-tmexxija ta' kuljum tal-Parlament, l-elezzjonijiet Ewropej, il-ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew u ħafna iktar.", "L-għażla ta' mistoqsijiet u tweġibiet tiġi aġġornata regolarment biex tinkludi punti ta' interess attwali u kostanti għall-midja.", "Kull taqsima fiha links għal informazzjoni addizzjonali disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.", "Jekk ikollok xi mistoqsijiet oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Unità tal-Kelliem tal-Parlament Ewropew.", "Għal mistoqsijiet tal-midja dwar il-kumitati tal-Parlament Ewropew, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz tal-Istampa.", "Dettalji ta' kuntatt", "tas-servizz tal-Kelliem u tal-Istampa.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/accreditation", "text": ["Ġurnalisti, fotografi u persunal awdjoviżiv ming", "ħajr", "akkreditazzjoni interistituzzjonali", "konġunta", ", iridu japplikaw għal akkreditazzjoni mal-Parlament Ewropew (kif ukoll permess għall-irrikordjar meta dan ikun applikabbli) biex jaħdmu fil-Parlament Ewropew.", "Hemm żewġ tipi ta' akkreditazzjoni disponibbli fil-Parlament Ewropew:", "Akkreditazzjoni għal żmien qasir", "Akkreditazzjoni annwali", "Il-ġurnalisti kollha li jiksbu aċċess għall-Parlament jistgħu jużaw il-", "faċilitajiet", "previsti għalihom.", "Qabel ma tapplika jekk jogħġbok aqra ir-", "dwar l-użu tal-faċilitajiet.", "Akkreditazzjoni għal żmien qasir", "L-akkreditazzjoni għal żmien qasir tiswa minn jum wieħed sa massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol.", "Il-ġurnalisti li mhumiex ibbażati fi Brussell, Strasburgu jew il-Lussemburgu jistgħu jiksbu akkreditazzjoni għall-Parlament Ewropew għal laqgħa, sessjoni parzjali speċifika, jew avveniment.", "Tista' tapplika għal din l-akkreditazzjoni bl-użu ta' dan il-", "li jippermettilek tirreġistra u toħloq kont personali.", "Link ta' verifikazzjoni tintbgħatlek minn", "lill-email li inti tkun tajt.", "Ladarba l-kont ikun ġie ivvalidat, tista' tkompli bit-talba tiegħek billi tidħol fis-", "Informazzjoni meħtieġa biex tapplika għal akkreditazzjoni għal żmien qasir:", "kopja valida tal-press card jew ittra mill-Kap Editur, il-pubblikatur jew mill-uffiċju ċentrali b'evidenza ċara li inti mibgħut minn organizzazzjoni ġurnalistika jew pubblikazzjoni speċifika, b'ġustifikazzjoni tat-talba għall-akkreditazzjoni.", "L-ittra jeħtieġ li tkun fuq letterhead uffiċjali u għandha tispeċifika l-isem, il-funzjoni tal-ġurnalist u l-perijodu li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni.", "M'humiex permessi awto nominazzjonijiet.", "ritratt fil-format tal-identita', i.e. b'ratio ta' 3X4, format jpeg, f u +/- 100 KB.", "il-karta tal-identità uffiċjali, li turi t-tip, in-numru u d-data tal-iskadenza", "Raġuni taż-żjara.", "Għall-ġurnalisti li jaħdmu għal rashom: jeħtieġ li tipprovdi prova ta' attività ta' ġurnalist (pereżempju, publikazzjoni reċenti li turi ismek u evidenza korrispondenti ta' ħlas).", "Ladarba akkreditazzjoni tkun ġiet appruvata, il-ġurnalisti jistgħu jiġbru l-akkreditazzjoni fl-Uffiċċju tal-akkreditazzjoni tal-midja (ara hawn taħt) għall-ħinijiet ta' ftuħ u fejn jinsab l-uffiċċju.", "Il-ġurnalist ikun meħtieġ juri prova tal-identità valida.", "Akkreditazzjoni annwali", "L-akkreditazzjoni annwali hija valida għal sena kalendarja u tista' tiġġedded fuq talba.", "Applikazzjonijiet ġodda jew applikazzjonijiet ta' tiġdid jistgħu isiru minn Novembru għas-sena ta' wara sa' Ottubru tas-sena in kwistjoni.", "Jekk inti ġurnalistili tirrappurta b'mod regolari l-ħidma tal-Parlament Ewropew u inti bbażat fi jew viċin Strasburgu, Brussell jew il-Lussemburgu tista' tikkwalifika għal akkreditazzjoni annwali.", "L-akkreditazzjoni hija valida fit-tliet sedi tal-Parlament Ewropew (Strasburgu, Brussell u l-Lussemburgu).", "L-applikazzjonijiet għandhom isiru permezz tal-", "website ta' reġistrazzjoni", "Informazzjoni meħtieġa biex tapplika għal akkreditazzjoni għal żmien qasir:", "Kopja valida tal-press card", "Ittra mill-Kap Editur, il-pubblikatur jew mill-uffiċju ċentrali b'evidenza ċara li inti mibgħut minn organizzazzjoni ġurnalistika jew pubblikazzjoni speċifika, b'ġustifikazzjoni tat-talba għall-akkreditazzjoni.", "L-ittra jeħtieġ li tkun fuq letterhead uffiċjali u għandha tispeċifika l-isem, il-funzjoni tal-ġurnalist u l-perijodu li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni.", "M'humiex permessi awto nominazzjonijiet.", "ritratt fil-format tal-identita', i.e. b'ratio ta' 3X4, format jpeg, f u +/- 100 KB.", "il-karta tal-identità uffiċjali, li turi t-tip, in-numru u d-data tal-iskadenza", "prova li r-residenza prinċipali jew sekondarja tal-applikant hija fi jew viċin wieħed mis-sedijiet uffiċjali tal-Parlament Ewropew (Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu).", "L-Evidenza ta' tali residenza tinkludi pereżempju, kopja tal-karta tal-identitià, prova ta' residenza, jew kuntratt ta' kiri ta' akkomodazzjoni.", "Għall-ġurnalisti li jaħdmu għal rashom: jeħtieġ li tipprovdi prova ta' attività ta' ġurnalist (pereżempju, publikazzjoni reċenti li turi ismek u evidenza korrispondenti ta' ħlas).", "Akkreditazzjoni speċjal", "i: Akkreditazzjoni speċjali tista' tintalab għal ċerti avvenimenti.", "Tali akkreditazzjoni tista' tkun soġġetta għal ħtiġijiet speċifiċi li jitħabbru minn qabel mill-Parlament Ewropew.", "Permess għal iffilmjar u għar-ritratti għall-midja", "Il-ġurnalisti, il-fotografi tal-istampa u l-operaturi tal-kameras, inkluż dawk li jkollhom akkreditazzjoni inter-istituzzjonali, iridu jiksbu permess biex ikunu awtorizzati jiffilmjaw u jieħdu ritratti fil-Parlament Ewropew.", "Dan il-peremss jinħareġ mill-uffiċċju għall-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti u jista' jintalab ukoll qabel permezz ta' email lil", ".", "Il-ġurnalisti għandhom jikkonformaw u jiffirmaw", "ir-regoli għar-reġistrazzjoni", "fil-Parlament.", "Permess għall-iffilmjar u għar-ritratti minn persuni mhux tal-midja", "Fotografi u operaturi tal-kameras, li jkunu mistiedna mill-membri tal-Parlament Ewropew jew mis-servizzi tal-Parlament minn issa 'l quddiem insejħa \"l-awtorità rikjedenti\", għal avvennimenti speċjali, xogħol ta' komunikazzjoni u promozzjonali, għandhom jiksbru permess ta' iffilmjar li mhux tal-midja.", "L-awtorità rikjedenti u/jew il-fotografu/operatur tal-kamera għandu jitlob il-permess 24 siegħa qabel permezz ta' email lil", ".", "L-applikanti ikiru jikkonformaw u jiffirmaw ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni.", "Dan il-permess ma jagħtix aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew.", "L-awtorita rikjedenti trid titlob ukoll aċċess normali tal-viżitatur.", "L-awtorità rikjedenti għandha r-responsabbiltà li tissorvelja r-reġistrazzjoni u tiżgura li jiġu osservati r-", "regoli għar-reġistrazzjoni", "Uffiċċji għall-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti: ħinijiet tal-ftuħ", ": Uffiċċju għall-akkreditazzjoni tal-Midja, Daħla tal-istampa u l-viżitaturi, bini Paul-Henri Spaak, PHS -1C029, Rue Wiertz.", "It-Tnejn - il-Ħamis 08:30 -17:45", "il-Ġimgħa 08:30-13.00", "Strasburgu (biss waqt sessjoni plenarja):", "Daħla tal-istampa, bini Louise Weiss (LOW).", "Din hija l-ewwel daħla fuq in-naħa tax-xellug fil-bitħa ċentrali (Bronislaw Geremek Agora).", "It-Tlieta - L-Erbgħa: 08:00- 20:00", "Il-Ħamis: 08:00 sal-għeluq tas-sessjoni plenarja.", "Paġni relatati:", "Akkreditazzjoni interistituzzjonali - Il-Kummissjoni Ewropea", "Akkreditazzjoni għall-Kunsill Ewropew", "Uffiċċju għall-akkreditazzjoni tal-midja:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-05-07T15:36:00", "title": "Akkreditazzjoni għall-Ġurnalisti"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20190321IPR32112/parliament-backs-new-co2-emissions-limits-for-cars-and-vans", "text": ["Tnaqqis tas-CO2 ta' 5% għall-karozzi l-ġodda u 31% għall-vannijiet il-ġodda sal-2030", "Miżuri biex jiġi indirizzat l-impatt soċjali tat-tranżizzjoni lejn inqas karbonju", "Il-Kummissjoni għandha tfassal metodoloġija biex jiġu kkalkolati l-emissjonijiet kollha kkawżati minn vettura, inkluż il-produzzjoni tagħha", "Pjanijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b'effett ta' serra tal-karozzi u l-vannijiet sal-2030, diġà informalment innegozjati mal-ministri tal-UE, ġew approvati mill-MPE l-Erbgħa.", "Miriam Dalli (S&D, MT), l-MPE li mexxiet in-negozjati għall-Parlament Ewropew wara l-vot qalet, \"Il-Parlament iġġieled biex il-proposta tkun kredibbli u twassal għal benefiċċji veritabbli fl-oqsma tas-saħħa, tal-konsumaturi u tal-innovazzjoni.", "Irnexxielna niksbu dan minkejja oppożizzjoni ħarxa mill-industrija tal-karozzi u ċerti stati membri li rrifjutaw jagħrfu l-opportunitajiet li ser jinħolqu minħabba l-mira aktar ambizzjuża\".", "It-test ġie adottat 521 vot favur, 63 vot kontra u 34 astensjoni.", "Il-leġiżlazzjoni issa jmissha tgħaddi quddiem il-Kunsill biex tiġi adottata.", "L-MPE u l-ministri tal-UE qablu li jkun hemm mira aktar ambizzjuża għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karozzi l-ġodda (37.5%) sal-2030 meta mqabbel ma' dik proposta mill-Kummissjoni Ewropea (30%).", "Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi wkoll mira għat-tnaqqis tas-CO2 tal-vannijiet il-ġodda ta' 31% sal-2030.", "L-impatt soċjali tat-tranżizzjoni lejn inqas karbonju", "Il-produtturi li l-medja tal-emissjonijiet tal-vetturi tagħhom taqbeż il-limiti ser ikollhom iħallsu miżata għall-eċċess tal-emissjonijiet.", "Sal-2023, il-Kummissjoni Ewropea ser ikollha tivvaluta jekk id-dħul minn dawn il-miżati għandux jiġi allokat għal fond speċifiku li jgħin it-tranżizzjoni lejn il-mobilità b'żero emissjonijiet u li jappoġġa t-taħriġ tal-ħaddiema fis-settur tal-produzzjoni tal-karozzi.", "Analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja", "Il-liġi l-ġdida teħtieġ li għandhom jiġu vvalutati l-emissjonijiet kollha kkawżati minn vettura, inkluż il-produzzjoni tagħha.", "Għalhekk, il-Kummissjoni hija inkarigata wkoll biex tevalwa jekk għandhiex tiġi stabbilita metodoloġija komuni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti tad-data, mhux aktar tard mill-2023.", "Jekk jiġi kkunsidrat xieraq, għandha imbagħad tiġi proposta leġiżlazzjoni.", "It-trasport huwa l-uniku settur fl-UE li ma rreġistrax tnaqqis sinifikattiv fil-gassijiet b'effett ta' serra mill-1990.", "Ċifri mill-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent", "juru li mill-mezzi kollha tat-trasport fl-UE, it-trasport bit-triq huwa l-aktar responsabbli għall-gassijiet b'effett ta' serra (72.9% fl-2016), u huwa responsabbli għal madwar 20% tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-UE.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "Tappi fil-proċedura", "Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel", "Briefing: standards tas-co2 għall-karozzi u l-vannijiet", "Studju: Il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 wara l-2020 għall-karozzi u l-vannijiet - il-livell ta' ambizzjoni huwa tajjeb?", "Materjal awdjo viżiv b'xejn", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-03-27T17:25:00", "title": "Il-Parlament jappoġġa limiti għall-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/id-dizinformazzjoni/20190227STO28983/l-abbuz-tad-data-fil-kampanji-politici-ewropej-ghandu-jigi-ppenalizzat", "text": ["Il-PE jrid iħares id-dibattitu demokratiku fl-elezzjonijiet Ewropej billi jintroduċi penali finanzjarji għall-partiti u l-fondazzjonijiet tal-UE li jabbużaw mid-data fil-kampanji politiċi.", "Aktar minn żewġ terzi (", "67%) tal-utenti tal-internet fl-UE", "huma preokkupati dwar l-użu tad-data personali online b'mod li jinfluwenza l-messaġġi politiċi li jaraw, prattika li ddgħajjef il-kompetizzjoni ħielsa u ġusta bejn il-partiti politiċi kollha.", "L-UE stabbiliet diversi miżuri biex", "tipproteġi l-privatezza tad-data tagħna", "u qed taħdem biex tiżgura li ma jkunx hemm distorsjoni fl-elezzjonijiet Ewropej minħabba l-użu ħażin tad-data personali tal-votanti Ewropej.", "\"Speċjalment wara l-iskandlu tal-protezzjoni tad-data li qam b'rabta ma' Facebook u Cambridge Analytica, in-nies huma aktar konxji mill-użu tad-data personali.", "Dan ir-regolament huwa pass importanti biex terġa' tinbena l-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE u biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika b'mod ġenerali\", spjega l-korapporteur", "Fit-13 ta' Marzu, qabel", "l-elezzjonijiet Ewropej li se jsiru bejn it-23 u s-26 ta' Mejju 2019", ", il-Parlament approva", "regoli ġodda maħsuba biex jiddiswadu u jippenalizzaw il-partiti politiċi Ewropej", "li l-membri tagħhom jiksru deliberatament il-protezzjoni tad-data biex jinfluwenzaw ir-riżultat tal-elezzjonijiet.", "Nibagħtu messaġġ ċar ħafna", "\"Ma naħsibx li xi partit jew fondazzjoni se jirriskjaw li jużaw ħażin id-data personali miċ-ċittadini Ewropej għall-profitt tagħhom stess.", "Madankollu, hija r-responsabbiltà tagħna li nsaħħu l-proċeduri dwar il-ksur u s-sanzjonijiet sabiex nibagħtu messaġġ ċar ħafna lin-numru żgħir ħafna ta' individwi jew gruppi li jista' jkollhom it-tentazzjoni li ma jimxux mar-regoli\", qalet il-korapporteur", "Partiti politiċi Ewropej", "Il-partiti politiċi Ewropej huma magħmula minn partiti nazzjonali u individwi.", "Il-partiti nazzjonali jikkontestaw l-elezzjonijiet Ewropej iżda spiss ikunu assoċjati ma' partit politiku Ewropew.", "Wara l-elezzjonijiet, jistgħu jingħaqdu ma' partijiet tal-istess fehma mill-familja politika tagħhom biex jiffurmaw grupp politiku fil-Parlament Ewropew.", "Kif għandhom jaħdmu r-regoli l-ġodda", "- L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data huma responsabbli għall-monitoraġġ tal-elezzjonijiet fil-livell nazzjonali", "- Il-partiti politiċi Ewropej jorganizzaw kampanji komplementari fil-livell Ewropew inklużi dawk għall-", "kandidat ewlieni", "- Jekk awtorità superviżorja nazzjonali tiddeċiedi li jkun seħħ ksur, din tinforma lill-", "Awtorità għall-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej", ".", "Imbagħad, din l-Awtorità tiddeċiedi dwar il-penali.", "Għal aktar informazzjoni", "L-elezzjonijiet għall-PE: L-UE tadotta regoli ġodda biex tipprevjeni l-użu ħażin ta' data personali mill-partiti politiċi Ewropej", "Fajl tal-proċedura", "Rapport dwar il-proposta", "Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-03-22T09:27:00", "title": "L-abbuż tad-data fil-kampanji politiċi Ewropej għandu jiġi ppenalizzat"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200415IPR77105/ikliet-ghal-persuni-bla-dar-u-haddiema-ewlenin-ezempju-tal-ispirtu-pubbliku-pe", "text": ["Il-President tal-Parlament David Sassoli llum żar il-kċejjen tal-PE, li reġgħu nfetħu biex iħejju aktar minn 1,000 ikla kuljum lil persuni bla saqaf, dawk fil-bżonn, u l-ħaddiema tas-saħħa", "Il-President iddeskriva l-inizjattiva bħala \"eżempju tajjeb tal-ispirtu pubbliku tal-Parlament.\"", "Il-bieraħ diġà ġew distribwiti 500 ikla.", "Id-distribuzzjoni ssir grazzi għall-kollaborazzjoni mal-assoċjazzjonijiet: Restò du Coeur Saint Gilles, Douche FLUX, Croix Rouge u CPAS Ixelles.", "Il-Parlament ser jagħmel disponibbli wkoll parti mill-flotta tal-vetturi tiegħu biex iqassam l-ikliet u jittrasporta tobba, infermiera, u ħaddiema soċjali bejn id-djar tagħhom u l-isptarijiet fir-reġjun.", "il-filmati taż-żjara tal-President Sassoli fejn ra x-xogħol tal-Parlament biex jipprovdu l-ikliet għal dawk fil-bżonn.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-04-15T14:17:00", "title": "Sassoli: l-ikliet għal persuni bla dar u ħaddiema ewlenin huma \"eżempju tajjeb tal-ispirtu pubbliku tal-Parlament\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200408IPR76803/sassoli-lill-gvernijiet-tal-ue-sibu-modi-biex-jigi-ffinanzjat-l-irkupru", "text": ["Dikjarazzjoni mill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli dwar il-laqgħa tal-Eurogrupp.", "\"F'dan il-mument hemm bżonn li jsir ħafna aktar.", "Iċ-ċittadini, in-negozji, il-familji, iż-żgħażagħ tagħna huma mħassba dwar futur inċert minħabba li fil-pajjiżi kollha tagħna din il-kriżi, u l-emerġenza tas-saħħa, se jeqirdu miljuni ta' impjiegi.", "F'dawn l-aħħar ġimgħat, meta l-Ewropa aġixxiet, it-tweġibiet tagħha kienu utli biex niffaċċjaw l-isfida.", "Eżempju ta' dan huwa l-illaxkar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li ppermetta lill-pajjiżi tagħna jagħmlu interventi b'saħħithom biex jappoġġjaw liċ-ċittadini u lin-negozji tagħhom.", "Madankollu, fejn l-Ewropa ma intervenietx, it-tweġiba kienet dgħajfa jew xejn affattu.", "Għal dan il-għan, il-gvernijiet nazzjonali għandhom jassumu responsabbiltà kbira.", "Minħabba li issa għandna bżonn l-għodod biex negħlbu din l-emerġenza u nibdew bil-pjan ta' rikostruzzjoni.", "Irridu nkunu ppreparati għall-effetti ta' din il-kriżi.", "\"Illum l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) qalet li 2.5 biljun ruħ madwar id-dinja se jesperjenzaw effetti negattivi minħabba l-kriżi.", "Kemm se jiġu affettwati miljuni ta' nies fl-Ewropa?", "Għandna d-dmir li nipproteġuhom, fit-Tramuntana, fin-Nofsinhar, fil-Lvant u fil-Punent.", "S'issa implimentajna miżuri sinifikanti: Appoġġ għal sistemi nazzjonali biex jillimitaw il-qgħad (SURE); kundizzjonijiet imtejba għall-użu tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), għal pajjiżi li jixtiequ jużawha; Rifinanzjament tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) immirat primarjament għall-ħarsien ta' negozji żgħar u ta' daqs medju; u l- \"Bazoooka\" tal-BĊE b'appoġġ għal-likwidità tal-banek u għax-xiri ta' bonds pubbliċi u privati.", "\"Madankollu, illum il-kriżi teħtieġ li nagħmlu iżjed: jeħtieġ li noħolqu fond għall-irkupru ekonomiku biex jiġu kondiviżi l-ispejjeż biex l-ekonomiji tagħna jingħataw bidu mill-ġdid.", "Dan se jieħu ħafna flus, il-baġit tal-UE huwa limitat wisq u mhux se jkun biżżejjed.", "Jeħtieġ li nsibu modi ġodda, straordinarji u kondiviżi biex jiġi ffinanzjat dan l-irkupru.", "Mhuwiex biss kwistjoni ta' solidarjetà, huwa fl-interess ta' kulħadd, minħabba l-fatt li l-ekonomiji Ewropej huma interkonnessi b'mod profond.", "Il-kollass ta' pajjiż wieħed inevitabbilment ikollu konsegwenzi drammatiċi għall-oħrajn kollha.", "F'dan il-kuntest, ir-rispons tal-Eurogrupp irid jagħmel tajjeb għal din l-isfida.", "\"Il-gvernijiet u ċ-ċittadini għandhom jemmnu fis-setgħa tal-Ewropa, li tawna 70 sena ta' kollaborazzjoni u paċi.", "Illum aktar minn qatt qabel irridu ninvestu fil-futur komuni tagħna.\"", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-04-08T18:19:00", "title": "Sassoli lill-gvernijiet tal-UE: Ilqgħu l-isfida. Sibu modi ġodda konġunti biex jiġi ffinanzjat l-irkupru"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200313IPR74903/il-pe-lest-jiddiriegi-l-fondi-tal-ue-lejn-dawk-affettwati-mill-coronavirus", "text": ["Il-PE lest biex jiddirieġi l-fondi tal-UE lejn dawk l-aktar affettwati mill-pandemija tal-Coronavirus", "Il-kumitat dwar l-iżvilupp reġjonali huwa lest isib l-aktar mod effettiv biex l-Inizjattiva ta' Investiment b'Rispons għall-Coronavirus tiġi adottata u implimentata malajr.", "Il-President tal-kumitat dwar l-iżvilupp reġjonali, Younous Omarjee (GUE/NGL, FR) qal: \"L-Ewropa trid turi s-solidarjeta issa stess.", "Il-politika ta' koeżjoni hija parti waħda mas-solidarjeta, u dan issa aktar minn qatt qabel.", "Jeħtieġ li din il-politika tgħin biex tingħeleb din l-isfida.", "Il-kumitat ser jagħmel dak kollu li jista' biex jiġi żgurat li l-flus tal-UE ikun disponibbli fejn ikun l-aktar meħtieġ\".", "Il-passi li jmiss", "L-emenda tar-regoli dwar il-fondi tal-UE ssir skont il-pro1edura ta' kodeċiżjoni, jiġifieri li kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament Ewropew iridu jadottaw il-bidliet.", "Il-bureau tal-kumitat dwar l-iżvilupp reġjonali ser jiddiskutu l-proċedura u jħabbru l-passi li jmiss kemm jista' jkun malajr.", "Il-kumitat ser jipprova jikkonkludi l-iskrutinju tiegħu tal-proposti kemm jista' jkun malajr.", "L-adozzjoni tal-bidliet għandha tippermetti li l-finanzjament jiġi direzzjonat lejn iż-żoni u s-setturi l-aktar milquta.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-18T15:28:00", "title": "Il-Parlament lest biex jiddirieġi l-fondi tal-UE lejn dawk affettwati mill-pandemija tal-Coronavirus"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200319IPR75308/il-parlament-ewropew-se-jaghmel-sessjoni-plenarja-straordinarja-fis-26-ta-marzu", "text": ["Se ssir sessjoni plenarja straordinarja fis-26 ta' Marzu", "Il-President u l-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-PE iddeċidew li ssir sessjoni plenarja straordinarja l-Ħamis 26 ta' Marzu, biex jaġevolaw l-implimentazzjoni ta' miżuri speċjali.", "Il-President u l-mexxejja tal-gruppi politiċi (Konferenza tal-Presidenti) kellhom skambju informali ta' veduti l-Ħamis filgħodu.", "Huma approvaw - permezz ta' proċedura bil-miktub - il-proposta tal-President Sassoli li jagħmlu sessjoni plenarja straordinarja l-Ħamis, 26 ta' Marzu, fi Brussell.", "F'din il-plenarja il-Parlament se jiddibatti u jivvota fuq l-ewwel tliet proposti leġislattivi tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġu indirizzati l-effetti tal-pandemija COVID-19 fl-Istati Membri tal-UE.", "Il-President tal-PE David Sassoli qal: \"Il-Parlament Ewropew qed jagħmel u se jkompli jagħmel id-dover tiegħu.", "Il-Parlament irid jibqa' miftuħ għax id-demokrazija ma tistax titwaqqaf minn virus.", "Aħna l-unika istituzzjoni Ewropea eletta miċ-ċittadini u rridu nkomplu nirrappreżentawhom u niddefenduhom\".", "Fuq l-aġenda tal-PE:", "L-Inizjattiva ta' Investiment għar-Rispons għall-Corona virus, li tqiegħed għad-dispożizzjoni €37 biljun mill-Fondi ta' Koeżjoni lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-konsegwenzi tal-kriżi,", "Proposta leġiżlattiva sabiex testendi l-ambitu tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tkopri emerġenzi ta' saħħa pubblika,", "Il-proposta tal-Kummissjoni biex twaqqaf l-hekk imsejħa titjiriet fantażma ikkawżati mill-imxija tal-COVID-19.", "Huwa essenzjali li l-Parlament Ewropew jadotta dawn it-tliet proposti malajr, biex jipprovdu appoġġ konkret liċ-ċittadini tal-UE u lill-Istati Membri f'din is-sitwazzjoni mingħajr preċedent.", "Il-Bureau tal-Parlament Ewropew se jadotta miżuri speċifiċi għal din is-sessjoni biex jiżgura li l-votazzjoni tista' tiġi organizzata wkoll mill-bogħod.", "Din il-plenarja ser tissostitwixxi formalment is-sessjoni prevista fl-1 u t-2 ta' April.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-19T18:45:00", "title": "Il-Parlament Ewropew se jagħmel sessjoni plenarja straordinarja fis-26 ta' Marzu"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/agenda/briefing/2019-10-21/2/il-bagit-tal-ue-ghall-investiment-ghall-2020-pont-lejn-il-futur-tal-ewropa", "text": ["Il-Parlament se jadotta pożizzjoni dwar il-baġit tal-UE tas-sena li ġejja l-Erbgħa, b'fokus fuq it-tibdil fil-klima, il-qagħad taż-żgħażagħ, Erasmus, il-migrazzjoni u l-politika esterna.", "Il-MPE jissottolinjaw, fl-", "abbozz ta' riżoluzzjoni", "tagħhom, li l-baġit tal-2020 għandu jwitti t-triq għall-baġit pluriennali tal-2021-2027 u jipprovdi punt ta' tluq importanti għat-tnedija tal-programmi u l-politiċi l-ġodda tal-UE.", "Huma mistennija jkabbru l-", "abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni", "b'żieda ta' €2 biljun biex tiġi protettata l-klima.", "Barra minn hekk, huma jridu jżidu l-finanzi tal-programmi tal-Inizjattiva għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ u l-Erasmus+ u f'oqsma oħra bħall-SMEs, id-diġitalizzazzjoni, il-migrazzjoni u l-politika esterna, inkluż l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.", "Il-passi li jmiss", "Il-vot fil-plenarja ser jagħti bidu għal tliet ġimgħat ta' taħdidiet ta' 'konċiljazzjoni' mal-Kunsill, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ istituzzjonijiet biex imbgħad il-baġit jiġi vvutat fil-Parlament matul is-sessjoni plenarja ta' Novembru II (25-28 ta' Novembru).", "Madwar 93% tal-baġit tal-UE jiffinanzja programmi u attivitajiet li jseħħu fil-pajjiżi tal-UE u 'lil hinn.", "Il-benefikaturi huma ċ-ċittadini, ir-reġjuni, il-bliet, il-bdiewa, ir-riċerkaturi, l-istudenti, l-NGOs u n-negozji.", "Dibattitu: it-Tlieta, 22 ta' Ottubru", "Vot: l-Erbgħa, 23 ta' Ottubru", "Għal aktar informazzjoni", "Abbozz ta' riżoluzzjoni", "Stqarrija għall-istampa dwar il-vot fil-kumitat (14.10.2019) - Vot dwar ir-riżoluzzjoni dwar il-baġit", "Stqarrija għall-istampa dwar il-vot fil-kumitat (1.10.2019) - Vot dwar iċ-ċifri", "Infografika dwar il-proċedura tal-baġit", "Fact Sheet dwar il-proċedura tal-baġit", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-10-18T15:45:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/agenda/briefing/2019-10-21/1/il-mpe-jiddibattu-r-rizultati-tas-summit-ta-ottubru", "text": ["It-Tlieta filgħodu, il-MPE ser jivvalutaw l-eżitu tal-laqgħa tal-kapijiet tal-istati membri tal-UE.", "It-temi prinċipali tas-summit huma n-negozjati dwar il-baġit pluriennali, il-prijoritajiet strateġiċi għall-ħames snin li ġejjin, u t-tibdil fil-klima qabel il-Konferenza dwar il-Klima f'Santiago de Chile f'Diċembru.", "Laqgħa separata fis-17 ta' Ottubru hija ddedikata għall-Brexit.", "Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker ser jieħdu sehem fid-dibattitu.", "It-Tlieta, 22 ta' Ottubru", "Proċedura:", "Dibattitu mal-Kunsill u l-Kummissjoni", "Għal aktar informazzjoni", "Abbozz tal-aġenda tal-Kunsill Ewropew", "Abbozz tal-aġenda tal-Kunsill Ewropew dwar il-Brexit", "Materjal awdjoviżiv", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-10-18T15:45:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/contacts/6/facilitajiet-awdjovizivi", "text": ["Aħna noffru appoġġ u infrastruttura mill-aqwa lill-professjonisti tal-midja li jkopru l-attivitajiet parlamentari billi nipprovdu kontenut u faċilitajiet tekniċi għall-produzzjoni ta' vidjos, għar-radju, multimedjali u fotografika.", "Jekk int ġurnalist awdjoviżiv tista' tibbukkja l-istudjows u faċilitajiet tekniċi oħra jew titlob l-għajnuna tas-servizz tal-librerija tal-midja tagħna biex issib filmati.", "Kap tal-Unità", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Talba għal servizzi awdjoviżivi (studjows tat-TV, stazzjonijiet mobbli tat-TV, stand-ups diretti (live), eċċ.)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Hemm tim ta' arkivisti professjonali li jinsab għad-disponibbiltà tiegħek (materjal awdjoviżiv u filmati b'riżoluzzjoni għolja maħruġa mill-Parlament Ewropew)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Ibbukkja fotografu intern (għall-ġurnalisti – ċerti kundizzjonijiet japplikaw)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Ibbukkja studjow multimedjali jew green key (sfond modifikabbli b'mod diġitali)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Ikkuntattjana għal problemi ta' konnessjoni bl-istreaming live tagħna, il-VOD (video on demand) u l-appoġġ biex jiġi integrat iframe", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Servizz ta' individwazzjoni ta' soluzzjonijiet għal mistoqsijiet dwar is-sit web jew faċilitajiet awdjoviżivi speċifiċi", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/contacts/5/il-gruppi-politici-kollha", "text": ["Il-gruppi politiċi attwali tal-Parlament Ewropew u s-servizzi tal-istampa tagħhom.", "Mur direttament fis-siti web tal-gruppi politiċi għal aktar dettalji dwar is-servizzi tal-istampa tagħhom.", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/premju-lux-2019/20191010STO64048/skopri-t-tliet-finalisti-tal-premju-lux-f-sala-tac-cinema-qrib-tieghek", "text": ["Dalwaqt, f'sala taċ-ċinema qrib tiegħek: film dwar qtil politiku misterjuż, thriller dwar il-poter u l-korruzzjoni u l-istorja ta' antieroina li tisfida t-tradizzjonijiet patrijarkali.", "Dawn it-tliet films huma l-finalisti tal-Premju LUX mogħti mill-Parlament din is-sena u se jkunu qed jintwerew fis-swali taċ-ċinema Ewropej waqt il-LUX Film Days.", "\"Cold Case Hammarskjöld\", \"The Realm\", u \"God Exists, Her Name is Petrunya\" huma films differenti ħafna minn xulxin iżda għandhom xi affarijiet komuni: huma films Ewropej u l-istejjer prinċipali tagħhom jisfidaw il-prekonċezzjonijiet tagħna u jġiegħluna naħsbu dwar il-politika, il-valuri u t-tradizzjonijiet.", "Skoprihom waqt il-LUX Film Days minn Ottubru sa Frar u vvota għall-film favorit tiegħek.", "Id-dilettanti tal-films jistgħu jaraw it-tliet kontendenti waqt il-LUX Film Days f'festivals ċinematografiċi jew fis-swali taċ-ċinema fil-pajjiżi kollha tal-UE bejn Ottubru 2019 u Frar 2020.", "Il-films mistennija jintwerew f'aktar minn 50 belt, inkluż waqt festivals ċinematografiċi ewlenin.", "Biex il-films ikunu aċċessibbli għal kulħadd, il-Parlament Ewropew qed iħallas għas-sottotitli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.", "Idħol", "biex tiċċekkja fejn qed jintwerew il-films f'pajjiżek.", "F'Malta, \"God Exists, Her Name is Petrunya\" se jintwera San Ġiljan fis-6 ta' Novembru.", "Aktar dettalji", "hawnhekk", "Ivvota għall-film favorit tiegħek", "qabel il-31 ta' Jannar u idħol fiċ-ċans li tirbaħ vjaġġ għall-festival ċinematografiku internazzjonali ta' Karlovy Vary fir-Repubblika Ċeka f'Lulju li ġej biex tħabbar personalment ir-rebbieħ tal-premju tal-udjenza.", "It-tliet films", "tar-reġista Daniż Mads Brügger", "Dag Hammarskjöld miet fl-1961, meta l-ajruplan tiegħu kkraxxja, f'ċirkustanzi suspettużi, waqt li kien fi triqtu biex imexxi negozjati ta' waqfien mill-ġlied ħalli jintemm kunflitt f'Katanga, il-Kongo, fejn kien hemm fin-nofs interessi ekonomiċi sinifikanti.", "Is-Segretarju Ġenerali tan-NU kien politiku Żvediż progressiv li ried iżomm lil pajjiżi tal-Punent, bħar-Renju Unit u Franza, milli jerġgħu jistabbilixxu l-influwenza tagħhom fl-Afrika, wara li l-kolonji kienu kisbu l-indipendenza.", "Id-dokumentarju ta' Mads Brügger pass pass jixħet id-dawl fuq il-misteru.", "Din hija t-tielet darba fl-istorja tal-Premju LUX li dokumentarju ntgħażel fost it-tliet finalisti.", "tar-reġista Maċedonjana Teona Strugar Mitevska", "X'jiġri meta mara tieħu sehem f'tellieqa tradizzjonalment riservata għall-irġiel u jirnexxilha tiġbor salib imqaddes li qassis Ortodoss ikun xeħet fi xmara?", "Preċiż dan li tagħmel Petrunya, u tiġbed fuqha r-rabja kemm tal-irġiel u kemm tal-qassis, li jdaħħal il-pulizija fil-każ.", "Għalkemm inizjalment mhijiex femminista, Petrunya tirrifjuta li ċċedi lil min iridha tagħti lura s-salib, u tiġġieled għal drittijiet indaqs.", "\"Għala m'għandix id-dritt ingawdi sena ta' risq?\" tistaqsi, hija u tirreferi għall-\"premju\" tar-rebbieħ tal-kompetizzjoni.", "tar-reġista Spanjol Rodrigo Sorogoyen", "Bniedem sa fejn lest jasal biex jibqa' fil-poter?", "Dan it-thriller eċċitanti jittratta l-korruzzjoni politika.", "Jirrakkonta l-istorja tal-għajbien ta' politikant ta' suċċess u tal-fewdu politiku tiegħu, li kien donnu se jibqa' jaħkmu għal dejjem.", "Lesti ruħek għal argumenti jaħarqu, tensjoni ta' insegwiment bil-karozzi u taqbid ma' ġurnalisti li jridu jikxfu l-verità.", "L-għażla tal-film rebbieħ", "Il-film rebbieħ jintgħażel mill-Membri tal-Parlament Ewropew.", "Min se jirbaħ dis-sena?", "Biex tkun taf, segwi ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fis-27 ta' Novembru waqt is-sessjoni plenarja fi Strasburgu.", "Dwar il-Premju Ċinematografiku LUX", "Il-Premju Ċinematografiku LUX hu premju annwali li jingħata mill-Parlament Ewropew bil-għan li jsostni l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films Ewropej, jistimula r-riflessjoni dwar kwistjonijiet politiċi u soċjali attwali u jiċċelebra l-kultura Ewropea.", "Għal aktar informazzjoni", "Is-sit tal-Premju LUX", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-11-18T16:16:00", "title": "Skopri t-tliet finalisti tal-Premju LUX f'sala taċ-ċinema qrib tiegħek"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/premju-lux-2019/20190612STO54314/skopri-l-10-films-fil-kompetizzjoni-ghall-premju-cinematografiku-lux-tal-2019", "text": ["L-għażla tal-2019", "L-10 films li qed jikkompetu għall-Premju Ċinematografiku LUX ta' din is-sena ġew żvelati nhar il-Ħadd fil-Festival Internazzjonali taċ-Ċinema Karlovy Vary.", "Sib liema films huma inklużi.", "Bdiet edizzjoni oħra tal-kompetizzjoni tal-Premju Ċinematografiku LUX fil-festival internazzjonali taċ-ċinema Karlovy Vary, fir-Repubblika Ċeka.", "L-10 films magħżula għall-kompetizzjoni tal-2019 ġew żvelati fit-30 ta' Ġunju.", "Il-Parlament Ewropew jappoġġa ċ-ċinema bħala mod biex jitħeġġeġ id-dibattitu dwar il-valuri u l-kwistjonijiet soċjali.", "Bis-saħħa tal-Premju Ċinematografiku LUX, it-tliet films finalisti se jiġu sottotitolati bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u se jintwerew madwar l-Ewropa kollha din il-ħarifa.", "L-għażla tal-2019", "L-10 films,", "magħżula mill-ġurija tal-Premju Ċinematografiku LUX", ", jinkludu films twal li jirrappreżentaw id-debutt tad-diretturi, films ta' finzjoni u dokumentarji, diretti minn kemm diretturi rġiel kif ukoll nisa mill-irkejjen kollha tal-Ewropa.", "Dawn huma (fl-ordni alfabetiku skont il-verżjoni bl-Ingliż tat-titolu tal-film):", "(il-Polonja)", "Mads Brügger", "(id-Danimarka/in-Norveġja/l-Iżvezja/il-Belġju)", "(il-Maċedonja ta' Fuq/il-Belġju/is-Slovenja/il-Kroazja/Franza)", "(il-Greċja/Franza/is-Serbja)", "(il-Maċedonja ta' Fuq)", "Louis-Julien Petit", "(ir-Renju Unit)", "(il-Ġermanja)", "(ir-Russja/l-Estonja/Franza)", "(Spanja/Franza)", "Il-passi li jmiss", "Fit-23 ta' Lulju se tiġi mħabbra lista qasira ta' tliet films f'konferenza stampa matul il-Giornate degli Autori f'Ruma.", "Dawn it-tlieta mbagħad se jiġu sottotitolati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u jintwerew f'kull pajjiż tal-UE matul il-LUX Film Days fil-ħarifa.", "Ir-rebbieħ se jintgħażel mill-Membri tal-Parlament u jingħata l-premju fil-plenarja ta' Strasburgu fis-27 ta' Novembru 2019.", "Rakkomandazzjoni tal-Pubbliku għall-Premju Ċinematografiku LUX tal-2018", "Minkejja li l-MEPs jiddeċiedu dwar ir-rebbieħ, il-pubbliku jista' jgħid tiegħu wkoll.", "Waqt il-wiri tal-LUX Film Days, kulħadd jista' jivvota għall-favorit tagħhom fost it-tliet finalisti.", "Wara, il-premju tar-Rakkomandazzjoni tal-Pubbliku jiġi żvelat fil-Festival Karlovy Vary.", "Din is-sena ntrebaħ minn", "u ġie mħabbar minn Barbara Majsa mill-Iżvezja, li ġiet magħżula b'mod każwali minn dawk li vvutaw.", "Għaliex il-Premju Ċinematografiku LUX?", "Kif imsemmi qabel, it-tliet films li jikkompetu se jkunu sottotitolati fl-24 lingwa u l-wiri tagħhom se jkun organizzat madwar l-Ewropa kollha sabiex jgħin lil dawn il-produzzjonijiet promettenti lil hinn mis-suq nazzjonali tagħhom.", "Dan huwa traduzzjoni prattika tal-għan tal-Premju Ċinematografiku LUX: li jippromwovi ċ-ċinema Ewropea, jagħmel il-films aċċessibbli għal udjenzi akbar fost il-lingwi u l-kulturi u jħeġġeġ id-dibattitu dwar il-valuri u l-kwistjonijiet soċjali madwar l-Ewropa.", "Is-sit web tal-Premju Ċinematografiku LUX", "Artikli dwar il-Premju Ċinematografiku LUX tas-sena li għaddiet", "Il-Produtturi tal-Films – X'Tagħmel l-Ewropa Għalik (skeda ta' informazzjoni mill-EPRS)", "Tgħarrif tal-EPRS dwar il-Premju LUX", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-11T14:34:00", "title": "Skopri l-10 films fil-kompetizzjoni għall-Premju Ċinematografiku LUX tal-2019"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/premju-lux-2019/20191121STO67148/il-film-petrunya-huwa-ezempju-tas-setgha-tac-cinema-biex-tibdel-l-affarijiet", "text": ["Ir-reġista Teona Mitevska (fin-nofs bil-Premju f'idejha) waqt iċ-ċerimonja fil-Parlament", "\"God Exists, her name is Petrunya\" rebaħ il-Premju Ċinematografiku LUX.", "Ir-reġista Teona Mitevska kellmitna dwar is-setgħa tal-istorja tagħha dwar mara li teħodha kontra s-sistema u tirbaħ.", "\"Hija l-istorja ta' Petrunya, mara żagħżugħa, li tmur kontra r-regoli tas-soċjetà tagħha biex tfittex il-ġustizzja u ssib il-post veru tagħha fis-soċjetà.\"", "Hekk iddeskriviet il-film tagħha", "ir-reġista mill-Maċedonja ta' Fuq.", "Il-film huwa koproduzzjoni bejn il-Maċedonja ta' Fuq/il-Belġju/is-Slovenja/il-Kroazja/Franza.", "Mitevska kienet ispirata minn storja vera li ġrat fi Štip, belt żgħira fil-Maċedonja ta' Fuq, ħames snin ilu, meta żagħżugħa kkawżat pandemonju sħiħ billi ħadet sehem f'tellieqa li tradizzjonalment kienet riservata għall-irġiel biss – u rebħitha!", "Fil-biċċa l-kbira tad-dinja Nisranija Ortodossa, il-festa tal-Epifanija tiġi ċċelebrata b'tellieqa għas-salib imqaddes li qassis ikun waddab f'lag jew fi xmara.", "Is-salib mistenni jġib ir-risq lil min ikun rebħu, tul dik is-sena kollha.", "Storja dwar kif mara tikseb il-kunfidenza u ssib min hija tassew", "Petrunya hija mara bla xogħol li għandha 32 sena, lawrja fl-istorja u ftit piż żejjed.", "Ommha l-ħin kollu toqgħod fuqha b'mod prepotenti.", "Meta ssib ruħha fil-post fejn tkun qed isseħħ it-tellieqa għas-salib, l-impuls tagħha li taqbeż fl-ilma nġazzat ġej mill-frustrazzjoni li tħoss għas-sitwazzjoni li tinsab fiha.", "\"Fil-bidu hija kważi antieroj\", qalet Mitevska waqt", "wara li rċeviet il-premju.", "\"Tħoss li mhija kapaċi tagħmel xejn, u mbagħad tieħu b'idejha s-setgħa fuqha nfisha u twettaq il-jien veru tagħha.", "U dan huwa messaġġ importanti, speċjalment għalina n-nisa.", "Naf li għalija stess, li jkolli l-kunfidenza fija nnifsi kienet u għadha problema kbira.", "Li nkun nista' ngħid, \"dan nista' nagħmlu bi dritt\".", "Dan huwa dak li tgħaddi minnu Petrunya.", "Dan huwa film femminista, iżda kollha kemm aħna nistgħu nidentifikaw mal-kunflitt għall-ġustizzja.\"", "Fil-film, Petrunya tikkawża pandemonju fil-komunità lokali u l-knisja takkużaha li serqet is-salib.", "Taħt pressjoni mill-qassis, l-ispettur tal-pulizija jġib lil Petrunya fl-għassa u jpoġġiha taħt pressjoni.", "\"Għalfejn m'għandix id-dritt għal sena risq?\" tistaqsih bi sfida.", "Is-setgħa taċ-ċinema", "\"Petrunya huwa eżempju tas-setgħa taċ-ċinema li tibdel l-affarijiet,\" qalet Mitevska, u rrimarkat li, meta mara żagħżugħa qabżet għas-salib fi Štip din is-sena, ma kienx hemm l-ebda kjass u l-qassis tahulha bħallikieku ma kien ġara xejn.", "iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni", "fis-27 ta' Novembru, il-President tal-Parlament David Sassoli qal: \"Iċ-ċinema hija waħda mill-ħafna ċwievet sempliċi i jistgħu jgħinuna niftħu l-bieb fuq ir-realtà li ngħixu fiha u nifhmuha.", "Il-Premju Ċinematografiku LUX jagħtina opportunità straordinarja biex nagħmlu dan.\"", "Il-finalisti tal-Premju LUX ta' din is-sena kienu", "ta' Teona Mitevska,", "ta' Mads Brügger, u", "ta' Rodrigo Sorogoyen.", "Skopri aktar dwar dawn il-films u", "dwar meta tista' tarahom f'sala taċ-ċinema qribek", "Agħżel il-film favorit tiegħek", "u tista' tintgħażel biex tħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Rakkomandazzjoni tal-Pubbliku fil-festival ċinematografiku internazzjonali tal-films f'Karlovy Vary fir-Repubblika Ċeka s-sena d-dieħla.", "Appoġġ għaċ-ċinema Ewropea", "Il-Premju LUX ilu jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-films Ewropej tul dawn l-aħħar 13-il sena.", "Dan jagħmlu billi jħallas l-ispejjeż tas-sottotitolar bl-24 lingwa tal-UE għal kull wieħed mit-tliet films li jintgħażlu fil-lista mqassra.", "Barra minn hekk, il-film rebbieħ jiġi adatt għall-persuni bi problemi tal-vista u tas-smigħ, u jirċievi appoġġ għall-promozzjoni internazzjonali.", "Għal aktar informazzjoni", "Ritratti taċ-ċerimonja", "Materjal multimedjali", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-12-02T18:21:00", "title": "Rebbieħ tal-Premju LUX: \"Il-film Petrunya huwa eżempju tas-setgħa taċ-ċinema biex tibdel l-affarijiet\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/contacts/3/assistenza-ghall-gurnalisti-awdjovizivi", "text": ["Il-Parlament Ewropew joffri servizzi u faċilitajiet awdjoviżivi lill-professjonisti tal-midja, mingħajr ħlas.", "Biex tkun taf aktar, tista' tikkuntattja wieħed mill-uffiċjali tal-istampa awdjoviżivi.", "Kap tal-Unità", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Assistenza għall-midja awdjoviżiva", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov2018/20181018STO16585/il-premju-sakharov-2018-jintrebah-minn-oleg-sentsov", "text": ["Ir-reġista tal-films Ukren Oleg Sentsov huwa r-rebbieħ tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Libertà tal-Ħsieb ta' din is-sena.", "Intgħażel mil-lista qasira ta' tliet kandidati mill-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-PE fil-25 ta' Ottubru.", "Huwa u jħabbar ir-rebbieħ ta' din is-sena, il-President tal-PE Antonio Tajani qal:", "\"Permezz tal-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħu, billi qiegħed ħajtu fil-periklu, ir-reġista Oleg Sentsov sar simbolu tal-ġlieda għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi miżmuma fir-Russja u madwar id-dinja.", "Billi jagħtih il-Premju Sakharov, il-Parlament Ewropew qed jesprimi s-solidarjetà tiegħu miegħu u mal-kawża tiegħu.", "Nitolbu li jinħeles minnufih.", "Il-ġlieda tiegħu tfakkarna li huwa d-dmir tagħna li niddefendu d-drittijiet tal-bniedem kullimkien fid-dinja u f'kull ċirkostanza.", "Oleg Sentsov huwa reġista tal-films mill-Ukrajna li weħel 20 sena ħabs talli \"kkonfoffa f'atti terroristiċi\" kontra l-ħakma", "tar-Russja fil-Krimea.", "Amnesty International iddeskriviet il-proċess bħala wieħed \"inġust quddiem qorti militari\".", "Sentsov sar simbolu għall-madwar 70 ċittadin Ukren li sfaw arrestati illegalment u li ngħataw sentenzi twal ta' priġunerija mill-forzi Russi ta' okkupazzjoni fil-peniżola tal-Krimea.", "Dam għaddej bi strajk tal-ġuħ minn nofs Mejju sas-6 ta' Ottubru, meta temmu minħabba t-theddida li jitimgħuh bil-forza.", "Ċerimonja tal-Premjazzjoni", "Il-premju, li jikkonsisti f'ċertifikat u €50,000, se jingħata f'ċerimonja fil-Parlament fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru 2018.", "Oleg Sentsov kien fost tliet finalisti għall-Premju Sakharov 2018.", "Skopri aktar dwar il-finalisti l-oħra – l-NGOs li qed jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jsalvaw ħajjet il-migranti madwar il-Baħar Mediterran u Nasser Zefzafi, il-mexxej ta' Hirak, moviment ta' protesta tal-massa fir-reġjun tar-Rif fil-Marokk, f'dan l-", "artiklu", "Huma wkoll se jiġu mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni ta' Diċembru.", "Aktar dwar il-Premju Sakharov", "Il-premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, li jġib isem il-fiżiku u dissident politiku Sovjetiku Andrei Sakharov, ilu jingħata kull sena mill-1988 lil individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.", "Din is-sena ttaħbat it-30 anniversarju tal-Premju.", "Is-sena li għaddiet, Il-Premju ngħata lill-", "Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela", "Kif jintgħażel ir-rebbieħ?", "Għal aktar informazzjoni", "Sit tal-Premju Sakharov", "Rebbieħa preċedenti tal-Premju Sakharov", "30 sena tal-Premju Sakharov", "Artikli dwar il-Premju Sakharov 2018", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-10-25T14:59:00", "title": "Il-premju Sakharov 2018 jintrebaħ minn Oleg Sentsov"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov2018/20181005STO15106/il-premju-sakharov-2018-il-finalisti", "text": ["Il-Premju Sakharov 2018: il-finalisti", "Il-finalisti għall-Premju Sakharov 2018 huma: Oleg Sensov, il-11-il NGO li jsalvaw ħajjet il-migranti fil-Baħar Mediterran u Nasser Zefzafi .", "Il-finalisti ta' din is-sena għall-", "Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb", "tal-Parlament intgħażlu mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u minn dak għall-Iżvilupp fid-9 ta' Ottubru.", "Il-President u l-mexxejja tal-gruppi politiċi se jagħżlu r-rebbieħ(a) fil-25 ta' Ottubru.", "Il-finalisti għall-Premju Sakharov ta' din is-sena huma:", ", reġsita tal-films mill-Ukrajna, li weħel 20 sena ħabs talli \"kkonfoffa f'atti terroristiċi\" kontra l-ħakma", "tar-Russja fil-Krimea.", "Ilu għaddej bi strajk tal-ġuħ minn Mejju 2018.", "li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jsalvaw ħajjet il-migranti fil-Baħar Mediterran.", "Mill-2015 'il hawn, NGOs minn madwar l-UE varaw operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-Mediterran biex jippruvaw isalvaw ħajjet ir-refuġjati li qed jitħabtu biex jilħqu x-xtut tal-UE.", "huwa l-mexxej ta' Hirak, moviment ta' protesta tal-massa fir-reġjun tar-Rif (il-Marokk), li qed jiġġieled kontra l-korruzzjoni, l-oppressjoni u l-abbuż tal-poter.", "Zefzafi safa arrestat f'Mejju 2017, u ngħata sentenza ta' 20 sena ħabs għal \"konfoffa kontra s-sigurtà tal-istat\".", "Fil-25 ta' Ottubru, il-Konferenza tal-Presidenti, magħmula mill-President Antonio Tajani u l-mexxejja tal-gruppi politiċi, se jagħżlu r-rebbieħ(a) ta' din is-sena minn fost il-finalisti.", "Il-premju, li jikkonsisti f'ċertifikat u €50,000, se jingħata f'ċerimonja fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru 2018.", "Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, li jġib isem il-fiżiku Sovjetiku u dissident politiku Andrei Sakharov, jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew.", "Twaqqaf fl-1988 biex jagħti ġieħ lil individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.", "L-2018 taħbat it-30 sena minn meta l-Premju Sakharov ingħata għall-ewwel darba.", "Is-sena li għaddiet, Il-Premju ngħata lill-", "Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela", "Il-kandidati nominati ta' din is-sena", "Rebbieħa preċedenti", "30 sena tal-Premju Sakharov", "Ċentru Multimedjali", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-10-11T09:19:00", "title": "Il-Premju Sakharov 2018: il-finalisti"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov2018/20180920STO14024/il-premju-sakharov-2018-skopri-l-kandidati-nominati", "text": ["Kull sena mill-1988 'il hawn, il-Parlament ta l-Premju Sakharov lil individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.", "Il-kumitati għall-affarijiet barranin u l-iżvilupp u s-sottokumitat dwar id-drittijiet tal-bniedem ħabbru ismijiet il-persuni u l-organizzazzjonijiet li ġew nominati għall-2018 fis-27 ta' Settembru.", "Huma:", ", reġista tal-films mill-Ukrajna, li weħel 20 sena ħabs talli \"kkonfoffa f'atti terroristiċi\" kontra l-ħakma", "tar-Russja fil-Krimea.", "Amnesty International iddeskriviet il-proċess bħala wieħed \"inġust quddiem qorti militari\".", "Sar simbolu għall-madwar 70 ċittadin Ukren li sfaw arrestati illegalment u li ngħataw sentenzi twal ta' priġunerija mill-forzi Russi ta' okkupazzjoni fil-peniżola tal-Krimea.", "Ilu għaddej bi strajk tal-ġuħ minn Mejju 2018.", "Nominat mill-grupp", "NGOs li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jsalvaw il-ħajjiet tal-migranti fil-Mediterran", "Mill-2015 'il hawn, NGOs minn madwar l-UE varaw operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-Mediterran biex jippruvaw isalvaw il-ħajjiet tar-refuġjati li qed jitħabtu biex jilħqu x-xtut tal-UE.", "L-NGOs huma: Boat Refugee Foundation, Jugend Rettet, Lifeline Rescue Boat, Médecins Sans Frontières International, MOAS, Proactiva Open Arms, PROEM-AID, Save the Children, Sea Eye, Sea Watch, u SOS Mediterranée.", "Nominati mill-gruppi", "avukat Ġermaniża ta' oriġini Torka u attivista li tiġġieled kontra l-estremiżmu politiku u reliġjuż u l-oppressjoni tan-nisa.", "Ħadmet għat-twaqqif tal-Moskea Ibn Rushd Goethe f'Berlin, fejn l-irġiel u n-nisa jistgħu jitolbu flimkien.", "Sarulha bosta theddidiet ta' mewt u jeħtiġilha protezzjoni l-ħin kollu.", "Hija ġiet nominata mill-grupp", ", Hans-Olaf Henkel u 40 MPE ieħor għall-\"impenn tagħha favur il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-dedikazzjoni tagħha favur Iżlam modern u miftuħ\".", "huwa l-isem kodiċi ta' ex fotografu militari Sirjan li b'mod klandestin ħareġ mill-pajjiż aktar minn 55 000 ritratt li jiddokumentaw l-atroċitajiet li twettqu fis-Sirja.", "L-awtentiċità tagħhom hija kkonfermata minn Human Rights Watch.", "Ir-ritratti ta' Caesar se jkollhom rwol vitali biex jinbnew kawżi kriminali u ċivili kontra l-persuni responsabbli għad-delitti dokumentati.", "Nominat minn", "huwa l-mexxej ta' Hirak, moviment ta' protesta tal-massa fir-reġjun tar-Rif, il-Marokk.", "Hirak jiġġieled kontra l-korruzzjoni, l-oppressjoni u l-abbuż tal-poter.", "Zefzafi safa arrestat f'Mejju 2017, u ngħata sentenza ta' 20 sena ħabs għal \"konfoffa kontra s-sigurtà tal-istat\".", "F'Awwissu 2018, ir-Re Mohammed VI ta l-maħfra lil 188 attivist ta' Harek, imma Zefzafi ma kienx fosthom.", "Fi tmiem Awwissu beda strajk tal-ġuħ biex jiddenunzja l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni tiegħu.", "Nominat mill-grupp", ", Kati Pii, Judith Sargentini, Marie-Christine Vergiat u 39 MPE ieħor għall-ġlieda tiegħu \"kontra l-oppressjoni u l-abbuż tal-poter\".", "huwa ex ġardinar mill-Istati Uniti li għadu kif rebaħ kawża storika kontra Monsanto.", "Johnson kien l-ewwel li tella' lil Monsanto l-qorti fuq allegazzjonijiet li l-prodotti kimiċi li l-kumpanija tbigħ bħala l-erbiċida Roundup jikkawżaw il-kanċer.", "Fi tmiem il-proċess, Johnson kien għad fadallu biss ftit xhur ħajja, imma tela' jixhed u ddeskriva l-uġigħ u t-tbatija tiegħu.", "Nominat mill-grupp", "bħala ispirazzjoni \"għal min jibża' jitla' l-qorti biex jiddefendi drittijietu\".", "huwa NGO li taħdem biex tipproteġi d-drittijiet tal-minoranzi fl-Afrika t'Isfel, b'enfasi speċifiku fuq id-drittijiet tal-Afrikaners.", "Tiffoka fuq li tqajjem kuxjenza nazzjonali u internazzjonali dwar attakki fuq farms, każijijet ta' qtil, kif ukoll l-esproprjazzjoni ta' art agrikola mingħajr kumpens, li thedded id-drittijiet tal-proprjetà, il-provvista tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel.", "Nominat mill-grupp", "hija attivista Kanadiża li ġiet arrestata ħafna drabi, fuq akkużi li \"tiddisturba l-ħidma\" ta' klinika tal-abort f'Toronto.", "Baqgħet il-ħabs talli ma kkonformatx ma' ordni ta' probation biex ma tersaqx lejn kliniċi tal-abort.", "Hija ġiet nominata minn", "u 41 MPE ieħor għall-ħidma tagħha biex \"tissalvagwardja d-drittijiet ta' dawk li ma jistgħux jitkellmu għalihom infushom\".", "Il-passi li jmiss", "id-9 ta' Ottubru il-kumitat għall-affarijiet barranin u dak għall-iżvilupp jivvotaw biex jagħżlu lista mqassra ta' tliet finalisti", "il-25 ta' Ottubru: il-mexxejja politiċi tal-Parlament iħabbru r-rebbieħ(a)", "it-12 ta' Diċembru: iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Sakharov fi Strasburgu", "In-nomini għall-Premju Sakharov jistgħu jsiru mill-gruppi politiċi jew minn tal-anqas 40 Membru tal-PE.", "Il-kumitat għall-affarijiet barranin u dak għall-iżvilupp, abbażi tan-nomini, jivvotaw biex jagħżlu lista mqassra ta' tliet finalisti.", "Imbagħad, il-Konferenza tal-Presidenti – komposta mill-president tal-Parlament Ewropew u mill-mexxejja tal-gruppi politiċi – tagħżel ir-rebbieħ(a).", "ingħata lill-", "Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela", "Rebbieħa", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-10-02T10:08:00", "title": "Il-Premju Sakharov 2018 skopri l-kandidati nominati"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov2018/20181210STO21403/ic-cerimonja-tal-premju-sakharov-2018", "text": ["Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2018 ingħata lil Oleg Sentsov, ċinematografu u kittieb mill-Ukrajna waqt ċerimonja fil-Parlament fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru.", "Sentsov ma kienx fil-Parlament biex jiġbor il-premju personalment, minħabba li għadu miżmum fil-ħabs fis-Siberja, fejn qed jiskonta sentenza ta' 20 sena għal \"ippjanar ta' atti ta' terroriżmu\" kontra l-ħakma \"de facto\" tar-Russja fil-Krimea.", "Kuġintu Natalya Kaplan u l-avukat Dmitriy Dinze rrappreżentawh waqt iċ-ċerimonja fi Strasburgu.", "Waqt l-għoti tal-premju, il-President Antonio Tajani qal: \"Oleg Sentsov ġie nominat għall-protesta paċifika tiegħu kontra l-okkupazzjoni illegali ta' art twelidu, il-Krimea.", "Ġie nominat ukoll għall-kuraġġ tiegħu, id-determinazzjoni u t-twemmin tiegħu favur id-dinjità tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; dawn huma l-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni tagħna, aktar u aktar wara l-attakk terribbli tal-bieraħ, valuri li dan il-Parlament jgħożż, jiddefendi u jippromwovi.\"", "Huwa żied jgħid li \"l-istrajk tal-ġuħ ta' Sentsov u l-pożizzjoni pubblika qalbiena tiegħu għamluh simbolu tat-taqbida għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi miżmuma fir-Russja u madwar id-dinja.\"", "Filwaqt li jinnota li l-premju ngħata f'kuntest ta' tensjonijiet serji bejn ir-Russja u l-Ukrajna, Tajani appella għal tnaqqis tat-tensjoni fis-sitwazzjoni u tenna l-appoġġ tiegħu għall-integrità territorjali tal-Ukrajna.", "Il-President talab il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Sentenzi u ċittadini Ukreni oħra miżmuma illegalment fir-Russja u fil-peniżola tal-Krimea, kif ukoll ta' rebbieħa oħra miżmuma priġunieri: \"Il-Premju Sakharov mhuwiex biss premju.", "Huwa impenn.", "U aħna nibqgħu qrib tar-rebbieħa tagħna.\"", "Waqt li aċċettat il-premju, Natalya Kaplan iddeskriviet b'mod ħaj ħafna l-ewwel snin tal-ħajja ta' Sentsov, l-azzjonijiet tiegħu waqt l-annessjoni tal-Krimea u t-torturi u s-swat li għadda minnhom meta ġie arrestat u kkundannat għal reati li hu qatt ma wettaq.", "Hija qalet \"Oleg huwa persuna li ma jistax jaqta' qalbu u joqgħod kwiet.", "Hu min-natura tiegħu persuna li tiġġieled.\"", "Rigward l-istrajk tal-ġuħ tiegħu għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi Ukreni kollha, hi qalet hekk: \"Matul l-istrajk tal-ġuħ tiegħu ta' 145 jum ma nħeles l-ebda priġunier politiku, iżda dan ma jfissirx li hu tilef.", "Bis-saħħa tal-azzjoni tiegħu, id-dinja kollha tkellmet dwar it-trażżin min-naħa tar-Russja: din hija rebħa.\"", "Hija kkonkludiet billi qrat messaġġ mingħand Sentsov innifsu, li beda hekk: \"Ma nistax inkun preżenti f'din is-sala, iżda intom tistgħu tisimgħu il-kliem tiegħi.", "Anki jekk qed jgħidhom xi ħadd ieħor, il-kliem huwa l-għodda ewlenija ta' persuna, u sikwit huma l-unika għodda tiegħu, speċjalment meta kull ħaġa oħra tkun ittiħditlu.\"", "Tajani laqa' wkoll lill-ġenituri tal-finalista tal-Premju Sakharov 2018 Nasser Zefzafi, li jinsab il-ħabs, u r-rappreżentanti tal-11-il NGO li qed isalvaw il-ħajjiet fil-Mediterran, li kienu wkoll", "Fil-kummenti dwar it-30 sena tal-Premju Sakharov, Tajani qal: \"[Il-Premju] offra appoġġ lil individwi u organizzazzjonijiet madwar id-dinja li huma impenjati bis-sħiħ fil-ġlieda għall-ġustizzja soċjali, sikwit b'riskju personali kbir.", "Ħames rebbieħa tal-Premju Sakharov sussegwentement rebħu l-Premju Nobel għall-Paċi\", żied jgħid, inklużi Dr Denis Mukwege u Nadia Murad li rċevew il-Premju Nobel għall-Paċi tal-2018.", "L-isfond", "Fil-25 ta' Ottubru, Tajani", "ħabbar", "li l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2018 kien se jingħata lil Oleg Sentsov.", "Bijografija", "Il-Parlament iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex jeħilsu lil Oleg Sentsov u lil ċittadini Ukreni oħra miżmuma illegalment fir-Russja u fil-peniżola tal-Krimea (14 ta' Ġunju 2018)", "Il-Parlament jistieden lir-Russja teħles liċ-ċittadini Ukreni kollha detenuti (16 ta' Marzu 2017)", "Ċerimonja tal-Premjazzjoni", "Facebook Live ma' Natalya Kaplan u Dmitriy Dinze l-Erbgħa 12 ta' Diċembru 2018, fl-16.00 CET", "Artikoli dwar il-premju ta' din is-sena", "Ritratti taċ-ċerimonja", "Materjal awdjoviżiv", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-01-14T16:23:00", "title": "Iċ-ċerimonja tal-Premju Sakharov 2018: \"Oleg Sentsov huwa min-natura tiegħu persuna li tiġġieled\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov2018/20191121STO67147/ir-rebbieh-tal-premju-sakharov-2018-oleg-sentsov-jircievi-l-premju-tieghu", "text": ["Ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2018, id-direttur tal-films Ukrain, u attivist għad-drittijiet tal-bniedem Oleg Sentsov, aċċetta l-premju fi Strasburgu fis-26 ta' Novembru.", "Huwa seta jaċċetta personalment il-", "premju 2018 għall-Libertà tal-Ħsieb", "wara li nħeles mill-ħabs fis-7 ta' Settembru 2019 bħala parti minn skambju ta' ħabsin bejn ir-Russja u l-Ukraina.", "Huwa ġie impriġunat talli ipprotesta l-annessjoni mir-Russja tal-Krimea fil-Pjazza tal-Indipendenza f'Kiev.", "Meta ta l-premju, il-President tal-PE David Sassoli qal: \"Sur Sentsov, inti dejjem żammejt mal-prinċipji u l-konvinzjonijiet tiegħek u ta dan ħallast prezz għoli ħafna.", "Ħadd m'għandu jkollu jħallas prezz bħal dan.\"", "Sassoli faħħar il-kuraġġ tal-ġellieda għal-libertà li jitkellmu meta jinkisru d-drittijiet tal-bniedem.", "\"Is-Sur Sentsov inħeles iżda ħafna oħrajn, fosthom bloggers u ġurnalisti bħal Stanyslav Aseev għadhom qed jinżammu priġunieri fl-Ukraina tal-Lvant.", "Qed nappellaw biex dawn in-nies jinħelsu.\"", "Hu u jirċievi l-premju, Oleg Sentsov qal: \"(...)", "Huwa unur enormi għalija u responsabbiltà kbira ħafna biex nirċievi dan il-premju.", "Naċċetta u nirċievi dan il-premju mhux bħala unur personali iżda bħala premju lill-priġunieri politiċi Ukraini kollha li kienu jew qiegħdin f'ħabsijiet Russi.\"", "Huwa faħħar l-UE u l-valuri demokratiċi tagħha u kkritika l-metodi \"militaristiċi\" tar-Russja.", "Sentsov huwa direttur tal-films li ngħata sentenza ta' 2- sena ħabs għall-\"ippjanar ta' atti terroristiċi\" kontra s-saltna de facto tar-Russja fil-Krimea.", "Amnesty International iddeskrieva l-proċess ġudizzjarju bħala wieħed \"inġust quddiem qorti militari\".", "Huwa sar simbolu għall-madwar 70 persuna Ukraina li ġew arrestati illegalment u ngħataw sentenzi taż ħabs twal mill-forzi ta' okkupazzjoni Russi fil-peniżola tal-Krimea.", "Sentsov kien ilu fuq strika tal-ġuħ min-nofs Mejju sas-6 ta' Ottubru, meta temm l-istrike wara li ġie mhedded li kien ser jinġiegħel jiekol.", "tagħhna biex tiskopri aktar dwar Oleg Sentsov.", "Il-finalisti tal-2018", "Skopri aktar dwar il-finalisti għall-premju tal-2018 - l-NGOs li qed jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jsalvaw il-ħajjiet tal-migranti fil-baħar tal-Mediterran u Nasser Zefzafi, il-mexxej ta' Hirak, moviment ta' protesta fir-reġjun tar-Rif fil-Mar", "Għal aktar informazzjoni", "Ir-rebbieħa preċedenti", "Pakketti awdjoviżivi", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-11-26T16:22:00", "title": "Ir-rebbieħ tal-premju Sakharov 2018 Oleg Sentsov jirċievi l-premju tiegħu"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/contacts/2/ufficjali-tal-istampa-fl-istati-membri", "text": ["L-uffiċjali tal-istampa fl-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew madwar l-Ewropa jwieġbu mistoqsijiet mill-midja fl-Istati Membri dwar il-ħidma tal-Parlament u l-politiki tal-UE.", "Huma l-ewwel punt ta' kuntatt tiegħek jekk inti ġurnalist u qed tfittex informazzjoni speċifika dwar il-ħidma tal-Parlament Ewropew u l-Membri tiegħu.", "Kap tal-Unità", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "L-Awstrija", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Il-Belġju", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Il-Bulgarija", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Il-Kroazja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Barbara PERANIC", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Ċipru", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "iċ-Ċekja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "L-Estonja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Il-Ġermanja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Il-Greċja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "L-Ungerija", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "L-Irlanda", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Il-Latvja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Il-Litwanja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "L-Olanda", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Il-Polonja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Ir-Rumanija", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Is-Slovenja", "Saša BOJC GOLOB", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Spanja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "L-Iżvezja", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Ir-Renju Unit", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/contacts/1/ufficjali-tal-istampa-fi-brussell-strasburgu-skont-politika-u-lingwa", "text": ["Kap tal-Unità", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Koordinazzjoni editorjali", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Affarijiet Barranin (AFET) / Drittijiet tal-Bniedem (DROI) / Sigurtà u d-Difiża (SEDE)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Snježana KOBEŠĆAK SMODIŠ (HR)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Żvilupp (DEVE)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Kummerċ Internazzjonali (INTA)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Baġits (BUDG)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Kontroll tal-Baġit (CONT) / Kultura u Edukazzjoni (CULT)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tal-mobile:", "Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Impjiegi u Affarijiet Soċjali (EMPL)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel (ENVI)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Industrija, Riċerka u Enerġija (ITRE)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Suq Intern u Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Trasport u Turiżmu (TRAN)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Żvilupp Reġjonali (REGI) / Sajd (PECH)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Agrikoltura u Żvilupp Rurali (AGRI)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Affarijiet Legali (JURI) / Petizzjonijiet (PETI)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern (LIBE)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM)", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/lux-2018/20180706STO07414/il-finalisti-tal-premju-cinematografiku-lux-id-diversita-tac-cinema-ewropea", "text": ["It-tliet films li qed jikkompetu għall-Premju Ċinematografiku LUX 2018 huma: Styx, The Other Side of Everything u Woman at War.", "Il-lista mqassra għall-Premju Ċinematografiku Lux ta' din is-sena tħabbret fl-24 ta' Lulju f'Ruma, fil-konferenza stampa tal-Giornate degli autori.", "It-tliet finalisti għat-tnax-il edizzjoni tal-premju tal-films annwali tal-Parlament Ewropew huma:", "ta' Mila Turajlić (is-Serbja, Franza, il-Qatar)", "ta' Benedikt Erlingsson (l-Iżlanda, Franza, l-Ukrajna)", "ta' Wolfgang Fischer (il-Ġermanja, l-Awstrija)", "tar-reġista Serb Mira Turajlić huwa dokumentarju li jikkonfronta l-istorja ta' pajjiż sħiħ u ta' soċjetà sħiħa fil-ġlieda kontra n-nazzjonaliżmu u favur id-demokrazija.", "Il-kronaka ta' familja Serba tinbidel f'rakkont jikwi ta' attivist fi żminijiet ta' taqlib kbir, u tqajjem mistoqsijiet dwar ir-responsabbiltà ta' kull ġenerazzjoni għat-taqbida għall-ġejjieni.", "tar-reġista Iżlandiż Benedikt Erlingsson hija saga allegra, inventiva, enerġetika u femminista ta' għalliema tal-mużika li tgħix ħajja doppja bħala attivista ambjentali mħeġġa.", "Hekk kif tibda tippjana l-aktar operazzjoni kuraġġuża tagħha, issir taf li l-applikazzjoni tagħha biex tadotta fl-aħħar ġiet aċċettata, u li hemm tifla żgħira tistennieha fl-Ukrajna.", "tar-reġista Awstrijak Wolfgang Fischer għall-ewwel jidher li huwa dokumentarju, iżda fil-fatt huwa allegorija maġistrali tad-dinja polarizzata tagħna u tal-ambivalenza li nħossu quddiem il-kriżi tar-refuġjati.", "Il-protagonista ssalpa f'jott għall-vaganza tal-ħolm tagħha; vjaġġ waħedha fl-Atlantiku.", "Imma jiġri li, wara tempesta, issib ruħha qrib bastiment qed jaqa' biċċiet u perikoluż, imballat bin-nies li lkoll għandhom bżonn urġenti ta' assistenza.", "Il-gwardji tal-kosta jagħtuha istruzzjonijiet bir-radju biex taħsel idejha mill-affari u ma tagħmel xejn, għax m'għandhiex ir-riżorsi meħtieġa, iżda dawn l-istruzzjonijiet imorru kontra s-sens ta' responsabbiltà soċjali tagħha.", "Se tbaħħar 'l hemm qisu qatt ma kien xejn, filwaqt li bnedmin oħra jegħrqu?", "Films Ewropej fis-swali taċ-ċinema Ewropej", "Il-films se jintwerew f'xi swali taċ-ċinema fl-Ewropa fil-ftit ġimgħat li ġejjin, iżda l-aħjar ċans tiegħek biex tarahom ikun matul il-Ġranet tal-Films LUX fil-ħarifa.", "Bis-saħħa tal-appoġġ tal-Parlament Ewropew, it-tliet films se jsirulhom sottotitli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u se jintwerew f'ħafna bliet madwar l-Ewropa u f'diversi festivals.", "Il-film rebbieħ jintgħażel mill-MPE u jiġi mħabbar fl-14 ta' Novembru waqt is-sessjoni plenarja ta' Strasburgu, fil-preżenza tar-reġisti.", "Għal aktar dettalji, nistednuk tikkuntattja lill-uffiċjal ta' l-istampa Cornelia Gusa:", "Numru tat-telefon: (+32) 2 28 32601 (Brussell) jew (+33) 3 881 73784 (Strasburgu)", "Għal aktar informazzjoni", "Is-sit uffiċjali tal-Premju Ċinetmatografiku LUX", "Il-Premju Ċinetmatografiku LUX 2017", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-07-24T11:30:00", "title": "It-tliet finalisti tal-Premju Ċinematograifku LUX juru protagonisti nisa b'saħħithom"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/lux-2018/20181108STO18506/rebbieh-tal-premju-cinematografiku-lux", "text": ["Il-film \"Woman at War\" rebaħ il-Premju Ċinematografiku Lux ta' din is-sena.", "F'intervista, id-direttur Benedikt Erlingsson tkellem dwar it-tibdil fil-klima u l-isfidi li dan iġib miegħu għad-demokrazija.", "Woman at war (Kona fer í stríð)", "huwa l-istorja ta' Halla, għalliema tal-mużika li taħdem b'passjoni u klandestinament favur l-ambjent.", "Hekk kif tibda tippjana att ta' sabutaġġ fuq impjant tal-produzzjoni tal-aluminju, li qed jeqred il-pjanuri għolja tal-Iżlanda, hi ssir taf li l-applikazzjoni tagħha biex tadotta ġiet aċċettata, u li fl-Ukrajna hemm tifla ċkejkna qed tistenniha.", "F'dak il-waqt hija tiffaċċja d-dilemma ta' kif se tirrikonċilja l-ġlieda tagħha favur l-ambjent max-xewqa profonda tagħha li ssir omm.", "Hi ssib is-saħħa fin-natura u fil-persuni li jappoġġaw il-kawża tagħha.", "Meta jiddeskrivi l-film, id-direttur Benedikt Erlingsson qal: \"Il-film jittratta d-demokrazija, il-propaganda fil-mezzi tax-xandir, u l-ġlieda ambjentali u d-dritt tal-poplu li jaġixxi anke jekk jikser ir-regoli.\"", "Dan it-thriller indipendenti mimli azzjoni u b'ħafna mużika, komiku u surreali, juża n-natura meraviljuża tal-Iżlanda biex juri l-urġenza drammatika tal-kwistjonijiet ambjentali li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom.", "Sejħa għal azzjoni", "\"Il-film tiegħi huwa wkoll twissija,\" jgħid il-direttur Iżlandiż waqt", "wara li rċieva l-premju.", "\"Teżisti kultura stramba ta' ċaħda u posponiment tal-problema.", "Irridu nibdlu l-istil ta' ħajja tagħna, u dan hu sfida kbira għall-ġenerazzjoni tagħna.\"", "\"In-nisa qegħdin b'mod kostanti jsalvaw id-dinja\"", "Meta ġie mistoqsi għalfejn għażel li jagħti l-parti prinċipali lil mara, (Halldóra Geirharðsdóttir), Erlingsson wieġeb: \"In-nisa b'mod kostanti jsalvaw id-dinja.", "Xi drabi jużaw strateġiji differenti mill-irġiel.", "Illum id-dinja jeħtieġ li tiġi salvata, u fit-taqbida ambjentali n-nisa sikwit jinsabu fuq quddiem nett.\"", "Dibattitu ċinematografiku u politiku", "Waqt l-għoti", "tal-premju fil-plenarja", ", il-President Antonio Tajani qal: \"Il-films finalisti jindirizzaw tliet temi ewlenin għall-ġejjieni tal-Ewropa: ir-riskji assoċjati man-nazzjonaliżmu estrem, l-urġenza li naġixxu biex insalvaw l-ambjent u l-ħtieġa li jinstabu tweġibiet koerenti u koeżivi għall-kwistjoni tal-migrazzjoni.\"", "Huwa żied jgħid, \"Intom urejtuna perspettivi ġodda u personali din l-Ewropa tagħna, u b'hekk qed tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għad-dibattitu politiku li jsir kuljum f'din l-istituzzjoni.\"", "Erlingsson kellu wkoll messaġġ marbut mal-", "elezzjonijiet Ewropej", "f'Mejju 2019: \"Aħna l-aħħar ġenerazzjoni li nistgħu nagħmlu xi ħaġa dwar it-tibdil fil-klima.", "Jekk ma nagħmlux hekk, se jkun tard wisq għal uliedna.", "Huwa għalhekk li jeħtieġ li nivvutaw, għax il-vot huwa wieħed mill-akbar strumenti li għandna fil-ġlieda tagħna biex insalvaw id-dinja.\"", "Il-finalisti tal-Premju Lux 2018 kienu", ".", "Skopri aktar dwarhom u dwar", "meta tista' tarahom f'ċinema f'pajjiżek", "Agħżel il-film favorit tiegħek u jaf tintgħażel biex tħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Rakkomandazzjoni tal-Pubbliku fil-festival ċinematografiku internazzjonali f'Karlovy Vary fir-Repubblika Ċeka s-sena d-dieħla.", "Appoġġ għaċ-ċinema Ewropea", "Matul dawn l-aħħar 12-il sena, il-Premju Ċinematografiku Lux ikkontribwixxa għall-promozzjoni tal-films Ewropej permezz tal-finanzjament tas-sottotitolar tat-tliet films finalisti bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.", "Il-film rebbieħ jiġi adatt għall-persuni bi problemi tal-vista u tas-smigħ, u jirċievi appoġġ għal promozzjoni internazzjonali.", "Artikli dwar il-Premju Ċinematografiku Lux 2018", "Is-sit web tal-Premju Ċinematografiku Lux", "Ritratti taċ-ċerimonja tal-għoti tal-premji", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-11-19T10:26:00", "title": "Rebbieħ tal-Premju Ċinematografiku Lux: \"Dan il-film jittratta mara li tixtieq issalva d-dinja\" (video)"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/agenda/briefing/2019-10-21/0/valutazzjoni-ta-tmiem-il-mandat-ghall-kummissjoni-juncker", "text": ["Il-MPE ser jivvalutaw il-ħidma tal-Kummissjoni Juncker it-Tlieta filgħodu.", "Minn meta daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni Juncker ittrattat diversi suġġetti, fosthom it-tibdil fil-klima, l-effetti tal-kriżi fl-Eurożona, il-qagħad fost iż-żgħażagħ, il-migrazzjoni, il-Brexit, l-attakki fuq id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, id-diġitalizzazzjoni, id-diżinformazzjoni u diversi tensjonijiet u kunflitti viċin il-fruntieri tal-UE.", "Il-MPE ser jivvalutaw il-kwalità tat-tweġibiet tal-Kummissjoni Juncker għal dawn l-isfidi matul dibattitu t-Tlieta filgħodu.", "It-Tlieta 22 ta' Ottubru", "Proċedura:", "Dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni, segwit minn dibattitu", "Għal aktar informazzjoni", "Paġna web tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude-Juncker", "Dokument ta' riċerka tal-PE: L-għaxar prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker: Valutazzjoni ta' tmiem il-mandat (03-05-2019)", "Stqarrija għall-istampa tal-PE: Il-Parlament jeleġġi lil Jean-Claude Juncker bħala l-President tal-Kummissjoni (15.7.2014)", "Stqarrija għall-istampa tal-PE: Il-Parlament jeleġġi lil Jean-Claude Juncker bħala l-President tal-Kummissjoni (15.7.2014)", "Stqarrija għall-istampa tal-PE: Il-Parlament jeleġġi l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida (22.10.2014)", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-10-18T15:45:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/future", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Dokument ta' riflessjoni dwar l-immaniġġar tal-globalizzazzjoni", "Dokument ta' riflessjoni dwar l-approfondament tal-unjoni ekonomika u monetarja", "Dokument ta' riflessjoni dwar il-ġejjieni tad-difiża Ewropea", "Id-dokument ta' riflessjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa", "Dokument ta' riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2020-02-03T10:50:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/il-jum-internazzjonali-tal-mara-2020", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Il-Jum Internazzjonali tal-Mara 2020", "Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi", "X'jagħmel il-PE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri", "Tgħarrif dwar il-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing: Reviżjoni tal-25 sena u prijoritajiet futuri", "Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing — 25 sena wara", "Il-vjolenza kontra n-nisa fl-UE: Sitwazzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2020-03-16T11:18:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/id-drittijiet-tal-passiggieri-fl-ue", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Stqarrija dwar il-votazzjoni fil-kumitat (is-17 ta' Diċembru 2013)", "Nota ta' sfond: id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru", "It-trasport bl-ajru: l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri", "Il-paġna \"l-Ewropa Tiegħek\" dwar id-drittijiet tal-passiġġieri", "Paġna tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-passiġġieri", "Skeda informattiva dwar id-drittijiet tal-passiġġieri", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2020-04-27T09:52:00"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/premju-sakharov-2019/20190912STO60947/il-premju-sakharov-2019-il-persuni-nominati", "text": ["Skopri dwar il-persuni nominati din is-sena għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew.", "Il-Parlament jagħti l-Premju Sakharov kull sena biex jonora lil individwi u organizzazzjonijiet eċċezzjonali li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.", "Fl-2018 il-premju ngħata lil", "In-nomini għall-Premju Sakharov jistgħu jsiru mill-gruppi politiċi u/jew minn gruppi magħmula minn tal-anqas 40 Membru tal-PE.", "Il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw aktar minn persuna waħda.", "Il-persuni nominati għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2019 huma:", "Nominat minn", "S&D u GUE.", "Nominata wkoll mill-Grupp Verts/ALE.", "Din in-nomina ġiet appoġġata wkoll minn Terry Reintke, Tanja Fajon u 43 Membru ieħor tal-PE", "S&D u GUE.", "Ċif Raoni", "S&D u GUE.", "Ilham Tohti", "Renew Europe.", "Appoġġat minn Phillip Bennion, Ilhan Kyuchyuk, Reinhard Bütikofer u 58 Membru ieħor tal-PE", "Verts/ALE.", "Din in-nomina ġiet appoġġata wkoll minn Terry Reintke, Tanja Fajon u 43 Membru ieħor tal-PE", ", avukat u attivist politiku Russu.", "Fl-2011 ġie arrestat għall-ewwel darba minħabba r-rwol li kellu f'dimostrazzjoni barra mid-Duma.", "Huwa spiċċa fit-tieni post fl-elezzjoni tal-2013 għas-sindku ta' Moska.", "Fl-2017 ippubblika rapport li jattakka l-korruzzjoni politika u jikkritika lil Vladimir Putin u lill-alleati politiċi tiegħu.", "Dan wassal għal manifestazzjonijiet kontra l-korruzzjoni f'bosta bliet Russi, li wasslu għall-arrest ta' aktar minn 1,000 dimostrant, fosthom dak ta' Navalny.", "L-awtoritajiet żammewh milli jikkontesta l-elezzjonijiet Presidenzjali tal-2018.", "Navalny ntefa' l-ħabs tliet darbiet fl-2018 u fl-2019 talli kiser il-liġijiet stretti tar-Russja dwar il-protesti.", "attivista politika u difensur tad-drittijiet tal-bniedem li nqatlet brutalment f'Marzu 2018.", "Franco, mara bisesswali sewda mwielda f'favela, kienet magħrufa għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem ta' żgħażagħ suwed, nisa, residenti tal-favelas u persuni LGBTI.", "Hija spiss irrappurtat ukoll l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn uffiċjali tal-pulizija u minn forzi tas-sigurtà tal-istat.", "Il-każ tagħha għadu mhux solvut.", ", ambjentalista Brażiljana u difensur tad-drittijiet tal-bniedem li saret attivista wara l-qtil brutali ta' ħuha u martu minħabba l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni tal-foresta tropikali tal-Amażonja fil-Brażil.", "Hija magħrufa għall-pożizzjoni tagħha kontra persuni li jaqtgħu l-injam, sidien ta' ranċijiet u produtturi tal-faħam illegali li joperaw fir-reġjun ta' Praia-Alta Piranheira, kolonizzazzjoni remota fl-Amażonja.", "Ċif Raoni", ", figura emblematika fil-ġlieda kontra d-deforestazzjoni fl-Amażonja.", "Huwa wieħed mill-kapijiet il-kbar tal-poplu Kayapo, li jgħix fil-qalba tal-Amażonja, u ddedika ħajtu għall-ġlieda favur id-drittijiet indiġeni u l-preservazzjoni tal-Amażonja.", "Ilham Tohti", ", ekonomista Uyghur li qed jiġġieled għad-drittijiet tal-minoranza Uyghur fiċ-Ċina.", "Huwa proponent tad-djalogu u sostenitur favur l-implimentazzjoni ta' liġijiet għall-awtonomija reġjonali fiċ-Ċina.", "Fl-2014 ġie kkundannat għal għomru l-ħabs fuq akkużi relatati mas-separatiżmu.", "Minkejja dan, huwa jibqa' vuċi ta' moderazzjoni u rikonċiljazzjoni.", "Mill-2017 'l hawn, aktar minn miljun Uyghur sfaw miżmuma f'netwerk ta' kampijiet ta' internament.", "difensur tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalist, lekċerer u politiku Brażiljan.", "Fl-2010 ġie elett deputat federali (partit PSOL) u kien l-ewwel attivist omosesswali li kiseb siġġu fil-Kungress.", "Matul iż-żewġ mandati tiegħu ressaq liġijiet dwar żwieġ ċivili ugwali, il-legalizzazzjoni tal-abort, ir-regolamentazzjoni tax-xogħol sesswali, liġi dwar l-identità tal-ġeneru, it-twelid umanizzat, il-legalizzazzjoni tal-mariħwana u skejjel ħielsa mill-preġudizzju.", "F'Jannar 2019, minkejja li reġa' ġie elett, ma ħax il-kariga u telaq mill-Brażil minħabba theddid fuq ħajtu.", "Huwa jgħix fl-Ewropa u qed idur id-dinja biex jiddenunzja l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżu u l-politiki rigressivi tal-gvern tal-lemin estrem tal-President Jair Bolsonaro.", ", grupp ta' ħames studenti mill-Kenja – Stacy Owino, Cynthia Otieno, Purity Achieng, Mascrine Atieno u Ivy Akinyi – li żviluppaw i-Cut, applikazzjoni li tgħin lit-tfajliet li jkollhom jiffaċċjaw il-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF).", "L-app tagħmilha aktar faċli biex in-nisa żgħażagħ ifittxu għajnuna, isibu ċentru ta' sokkors jew jirrapportaw il-proċedura lill-awtoritajiet.", "Il-MĠF hija rikonoxxuta internazzjonalment bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "Din twettqet fuq aktar minn 200 miljun tifla u mara ħajjin illum.", "Kull sena aktar minn tliet miljun tifla jkunu f'riskju.", "Il-passi li jmiss", "Abbażi tan-nomini uffiċjali, il-kumitati għall-affarijiet barranin u għall-iżvilupp jivvutaw biex jaslu għal tliet finalisti.", "Wara, il-Konferenza tal-Presidenti – komposta mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-mexxejja tal-gruppi politiċi – tagħżel ir-rebbieħ jew ir-rebbieħa.", "Kronoloġija", "30 ta' Settembru: il-preżentazzjoni uffiċjali tal-persuni nominati mill-kumitati għall-affarijiet barranin u għall-iżvilupp u mis-sottokumitat għad-drittijiet tal-bniedem.", "24 ta' Ottubru: il-Konferenza tal-Presidenti tħabbar ir-rebbieħ jew ir-rebbieħa.", "18 ta' Diċembru: iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Sakharov fi Strasburgu.", "Rebbieħa", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-10-03T09:43:00", "title": "Il-Premju Sakharov 2019: il-persuni nominati"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/premju-sakharov-2019/20191018STO64607/ilham-tohti-jirbah-il-premju-sakharov-ghal-liberta-tal-hsieb-2019", "text": ["Ilham Tohti, ekonomista Uyghur li qed jiġġieled għad-drittijiet tal-minoranza Uyghur fiċ-Ċina, huwa r-rebbieħ tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għal-Libertà tal-Ħsieb fl-2019.", "Ilham Tohti", "Ir-rebbieħ intgħażel mill-mexxejja politiċi tal-Parlament fl-24 ta' Ottubru 2019.", "Meta ħabbar ir-rebbieħ, il-President tal-Parlament David Sassoli qal: \"Għandi l-pjaċir kbir li nħabbar li l-Parlament Ewropew għażel lil Ilham Tohti bħala r-rebbieħ tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2019.", "Tohti ddedika ħajtu biex jaħdem favur id-drittijiet tal-minoranza Uyghur fiċ-Ċina.", "Minkejja li huwa vuċi ta' moderazzjoni u rikonċiljazzjoni, safa kkundannat għal ħajtu fil-ħabs wara proċess finta fl-2014.", "Permezz tal-għoti ta' dan il-premju, bil-qawwa kollha nħeġġu lill-gvern Ċiniż biex jeħles lil Tohti, u nitolbu li d-drittijiet tal-minoranzi fiċ-Ċina jiġu rrispettati.\"", "Dwar ir-rebbieħ", "Tohti jaħdem favur id-djalogu u l-implimentazzjoni tal-liġijiet għall-awtonomija reġjonali fiċ-Ċina.", "Fl-2014 ġie kkundannat għal għomru l-ħabs fuq akkużi relatati mas-separatiżmu.", "Minkejja dan, għadu vuċi ta' moderazzjoni u rikonċiljazzjoni.", "Mill-2017 'l hawn, aktar minn miljun Uyghur sfaw miżmuma f'xibka sħiħa ta' kampijiet ta' internament.", "Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni", "Il-premju, li jikkonsisti f'ċertifikat u €50,000, se jingħata f'ċerimonja fil-Parlament fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru 2019.", "Difensuri Brażiljani tad-drittijiet tal-bniedem u studenti Kenjani wkoll kienu fost il-finalisti għall-Premju Sakharov ta' din is-sena.", "Skopri aktar dwar il-finalisti l-oħra.", "Aktar dwar il-Premju Sakharov", "Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, li jġib isem il-fiżiku u dissident politiku Sovjetiku Andrei Sakharov, ilu jingħata kull sena mill-1988 lil individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem.", "Is-sena li għaddiet il-premju ngħata liċ-ċinematografu Ukren", "Skopri kif jintgħażel ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov fl-", "tagħna.", "Għal aktar informazzjoni", "Rebbieħa", "Artikli dwar il-Premju Sakharov 2018", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-10-25T09:36:00", "title": "Ilham Tohti jirbaħ il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2019"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Kumitat tal-Affarijiet Barranin", "Kumitat għall-Iżvilupp", "Sottokumitat drittijiet tal-bniedem", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-12-07T18:09:45"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/future/20170602STO76617/id-difiza-tal-ue-kif-il-parlament-irid-jaghti-spinta-lill-kooperazzjoni", "text": ["Quddiem dinja imprevedibbli, l-UE ħerqana li tagħti spinta lid-difiża fl-Ewropa Skopri kif il-Parlament qed jikkontribwixxi għal riżultati konkreti fis-sigurtà", "MPE jitolbu lill-pajjiżi kollha tal-UE jikkooperaw aktar fid-difiża ©AP Images/European Union - EP", "68% tal-Ewropej jixtiequ li l-UE taħdem aktar fuq politika tas-sigurtà u tad-difiża, skont", "stħarriġ tal-Ewrobarometru", "ta' Marzu 2017.", "Il-Parliament Ewropew ilu s-snin isostni, b'mod konsistenti u apert, aktar kooperazzjoni dwar id-difiża bejn pajjiżi tal-UE.", "Il-pajjiżi tal-UE jibqgħu responsabbli għad-difiża u s-sigurtà tagħhom Fil-fehma tal-MPE, il-pajjiżi għandhom juru impenn politiku, ikattru l-investiment, jaqsmu l-informazzjoni, jiġmgħu r-riżorsi individwali tagħhom flimkien, u joħolqu sinerġiji fil-livell tal-UE, dan kollu bil-għan li jtejbu l-protezzjoni tal-Ewropej.", "Dawn l-isforzi jippermettu li noħolqu sinerġiji, nevitaw id-dupplikazzjoni u nkabbru l-effiċjenza għall-benefiċċju tat-28 pajjiż kollha tal-UE, mingħajr ma dan iwassal għall-ħolqien ta' armata Ewropea.", "Hekk kif il-Kummissjoni Ewropea qed tippubblika dokument ta' riflessjoni fis-7 ta' Ġunju, li fih tikkunsidra l-ġejjieni tad-difiża tal-UE, skopri x'inhi l-pożizzjoni tal-Parlament u x'passi qed jitolbu li jittieħdu l-MPE.", "Ekonomiji ta' skala", "L-UE għandha t-tieni l-akbar nefqa tad-difiża fid-dinja", ": Fl-2016, l-Istati Uniti nefqu €546 biljun fi prezzijiet kurrenti, it-28 pajjiż tal-UE flimkien nefqu €206 biljun, waqt li ċ-Ċina kellha t-tielet l-akbar nefqa, ta' €131 biljun.", "L-MPE qed iħeġġu lill-pajjiżi tal-UE jżidu n-nefqa tagħhom fuq id-difiża għal 2% tal-prodott domestiku gross ta' kull pajjiż, imma huwa evidenti li l-investiment waħdu mhuwiex biżżejjed.", "Huwa stmat li l-pajjiżi tal-UE jaħlu €26.4 biljun kull sena", "minħabba d-dupplikazzjoni fl-infiq tad-difiiża, kapaċitajiet żejda u barrieri għal-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża.", "Il-Parlament ilu jitlob lill-", "pajjiżi tal-UE biex jixtru r-riżorsi tad-difiża tagħhom b'mod konġunt", "u b'hekk igawdu mill-ekonomiji ta' skala.", "F'", "riżoluzzjoni dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża", "adottata fl-2016, l-MPE jidentifikaw modi kif l-Istati Membri jistgħu jiġmgħu flimkien il-kapaċitajiet tagħhom, jistabbilixxu forzi multinazzjonali u jwaqqfu kwartieri ġenerali tal-UE li jippjanaw u jikkmandaw operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-kriżijiet.", "B'hekk l-UE tkun tista' tirreaġixxi għat-theddidiet kontra s-sigurtà b'aktar ħeffa u qawwa.", "Investiment għar-riċerka fil-qasam tad-difiża", "Il-kriżi ekonomika kkawżat tnaqqis drastiku fil-baġits tad-difiża u fl-investimenti marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam.", "Il-Parlament huwa tal-fehma li proġetti ta' riċerka kollaborattiva joffru soluzzjoni. il-baġit tal-UE jista' jintuża biex jappoġġja lil pajjiżi tal-UE li jaħdmu flimkien.", "Biex timmassimizza r-riżultati u l-effiċjenza tal-infiq tad-difiża, il-Kummissjoni Ewropea nediet", "Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża", "u l-Fond Ewropew għad-Difiża f'Novembru 2016.", "L-MPE laqgħu dawn l-inizjattivi", "bħala modi tajbin kif l-UE tista' tkattar il-valur u", "tappoġġja l-finanzjament ta' miżuri", "maqbula mill-Istati Membri.", "Kooperazzjoni", "Il-Parlament ħerqan li jisfrutta kemm jista' l-possibbiltajiet legali offruti mit-Trattat ta' Lisbona.", "F'", "riżoluzzjoni dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni tal-UE", "adottata f'Marzu, l-MPE kkonludew li l-għodod diġà hemm qegħdin, imma li", "hemm bżonn ta' rieda politika biex tikber il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fl-UE", ".", "Il-Parlament jixtieq isaħħaħ l-istatus u l-finanzjament tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), li jsir użu sħiħ mill-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li sistema tal-Gruppi Tatttiċi tal-UE ssir tagħmel parti minnha.", "Punt ieħor ta' dgħufija i l-Parlament jixtieq jindirizza", "huwa li hemm tant", ", fattur li jkompli jagħmilha aktar diffiċli li l-pajjiżi jaħdmu flimkien.", "L-MPE ssuġġerew li l-ministri tad-difiża jistgħu jiltaqgħu f'formazzjoni tal-Kunsill separata biex jissinkronizzaw aħjar il-pjanifikazzjoni tagħhom u jwettqu Rieżami Annwali Kkoordinat dwar id-Difiża (CARD).", "Il-kuntest internazzjonali u d-difiża reċiproka", "Bidliet ġeopolitiċi fil-madwar tal-UE, flimkien mat-terroriżmu, l-attakki ċibernetiċi u n-nuqqas ta' sigurtà tal-enerġija jagħmluha evidenti li l-ebda pajjiż tal-UE ma jista' jilqa' għal dawn l-isfidi waħdu.", "Sew it-Trattat dwar l-UE (l-Artikolu 42(7)) u sew dak tan-NATO (l-Artikolu 5) jipprevedu klawsola dwar id-difiża reċiproka.", "Minkejja li l-MPE huma favur \"awtonomija strateġika\" fil-livell tal-UE, fil-fehma tal-Parlament,", "Unjoni Ewropea tad-Difiża ssaħħaħ is-sħubija bejn l-UE u n-NATO", "u għandha tiġi żviluppata f'dan l-ispirtu.", "Il-Parlament issottolinja wkoll", "il-ħtieġa ta' aktar riflessjoni fuq ir-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit", ", b'mod partikolari fil-qasam tal-kapaċitajiet militari.", "Madakollu, il-pożizzjoni li l-Parlament adotta fis-6 ta' April rigward in-negozjati tal-Brexit wissiet kontra kwalunkwe kompromess bejn is-sigurtà u r-relazzjoni ekonomika futura bejn l-UE u r-Renju Unit", "ibattitu dwar il-ġejjieni tal-integrazzjoni Ewropea", "Sal-aħħar ta' Ġunju, il-Kummissjoni se tippubblika ħames dokumenti ta' riflessjoni biex tagħti bidu għal dibattitu dwar il-ġejjieni tal-integrazzjoni Ewropea.", "Kull dokument jittratta tema speċifika: id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, il-globalizzazzjoni, l-unjoni ekonomika u monetarja, id-difiża u l-finanzi.", "Id-dokumenti fihom ideat u xenarji dwar x'bixra jista' jkollha l-Ewropa fl-2025, iżda l-ebda proposta konkreta.", "L-inizjattiva tispiċċa f'nofs Settembru, meta l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jagħmel id-diskors annwali tiegħu dwar l-istat tal-Unjoni.", "DOKUMENT TA' RIFLESSJONI DWAR", "Il-ġejjieni tad-difiża ewropea", "Stqarrijiet għall-istampa", "Id-difiża: l-MPE jħeġġu lill-Istati Membri juru rieda politika u jgħaqqdu l-forzi flimkien (is-16 ta' Marzu 2017)", "Id-difiża: l-MPE jħeġġu aktar kooperazzjoni fl-UE għal protezzjoni aħjar tal-Ewropa (it-23 ta' Novembru 2016)", "L-MPE jsostnu li Unjoni Ewropea tad-Difiża hija l-pass li jmiss fid-difiża reċiproka (il-21 ta' Jannar 2016)", "Infografika:L-MPE jridu jagħtu spinta lid-difiża Ewropea billi jqawwu l-kooperazzjoni", "Summit tan-NATO:\"Jeħtieġ li l-Ewropa tagħmel aktar weħidha għad-difiża tagħha stess\"", "Studji tal-EPRS", "Il-politika tad-difiża tal-UE: il-ġgant rieqed (December 2016)", "Ewropa tad-difiża?", "Fehmiet dwar il-ġejjieni tal-kooperazzjoni fid-difiża (Lulju 2016)", "Il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u d-difiża Ewropea wara s-summit ta' Varsavja (Diċembru 2016)", "Materjal awdjoviżiv", "• Unjoni Ewropea tad-Difiża", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-07-11T09:46:00", "title": "Id-difiża tal-UE: kif il-Parlament irid jagħti spinta lill-kooperazzjoni"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20170329IPR69014/brexit-l-meps-jistabbilixxu-l-kundizzjonijiet-taghhom", "text": ["Konferenza tal-Presidenti wara li l-gvern tar-Renju Unit jagħti bidu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 50 TUE", "Il-Konferenza tal-Presidenti approvat mozzjoni għal riżoluzzjoni mfassla mill-mexxejja ta' erba' gruppi politiċi u mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, fiha huma jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tagħhom għal approvazzjoni finali mill-Parlament Ewropew għal kwalunkwe ftehim dwar il-ħruġ mar-Renju Unit.", "Nhar l-Erbgħa li ġej il-Parlament Ewropew se jivvota dwar dan l-abbozz ta' riżoluzzjoni.", "Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħti importanza kbira lit-trattament ġust taċ-ċittadini tas-27 Stat Membru tal-Unjoni, u tenfasizza l-ħtieġa għal reċiproċità u nondiskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tar-Renju Unit u ċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fir-Renju Unit.", "Ir-Renju Unit irid ikompli kemm igawdi d-drittijiet kollha tiegħu kif ukoll jirrispetta l-obbligi kollha tiegħu skont it-Trattat tal-UE sakemm huwa joħroġ mill-Unjoni, inkluż l-impenji finanzjarji skont il-baġit attwali tal-Unjoni għal terminu twil, anke jekk dawn imorru lil hinn mid-data tal-ħruġ.", "Dan ifisser ukoll li r-Renju Unit irid ikompli jaċċetta l-erba' libertajiet, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjonijiet baġitarji ġenerali u jaderixxi mal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni sakemm ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni.", "L-MEPs jinsistu dwar l-importanza li tiġi indirizzata l-kwistjoni dwar il-fruntiera tal-Irlanda mal-Irlanda ta' Fuq.", "\"Ħruġ ordnat huwa rekwiżit assolut u prekundizzjoni għal kwalunkwe sħubija potenzjali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Dan mhuwiex negozzjabbli.", "Il-privileġġ ta' adeżjoni mal-Unjoni jġib miegħu responsabbiltajiet u li dawn ir-responsabbiltajiet ifissru li jiġu ġġarantiti l-erba' libertajiet.", "L-erba' libertajiet huma l-kolla li jgħaqqduha u għaldaqstant huma indiviżibbli,\" sostna Antonio Tajani, President tal-Parlament Ewropew.", "Kooperazzjoni leali", "Il-gruppi u l-Kumitat Kostituzzjonali jirrimarkaw li jkun kontra d-dritt tal-Unjoni li r-Renju Unit jibda negozjati dwar ftehimiet kummerċjali potenzjali ma' pajjiżi terzi qabel ma huwa joħrog mill-Unjoni u huma jistennew ukoll kooperazzjoni leali mir-Renju Unit fin-negozjati dwar leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'oqsma ta' politika oħra sakemm huwa joħroġ mill-Unjoni.", "Huma jwissu li ftehimiet bilaterali bejn ir-Renju Unit u wieħed jew bosta pajjiżi tal-Unjoni, bħal pereżempju fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji bbażati fir-Renju Unit, jkunu fi ksur tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea.", "\"\"Għalina, hija ta' prijorità assoluta li jiġu ċċarati d-drittijiet taċ-ċittadini mill-aktar fis possibbli.", "Din għandha tkun l-ewwel kwistjoni li għandha tiġi indirizzata min-negozjati.", "Iċ-ċittadini ma għandhomx ikunu ċippep ta' negozjati\", enfasizza Guy Verhofstadt, il-koordinatur tal-Parlament Ewropew dwar il-Brexit.", "L-ebda status aħjar barra mill-Unjoni milli kieku fl-Unjoni", "L-MEPs huma riżoluti li l-benefiċċji ta' membru fl-Unjoni ma jistgħux ikunu l-istess għal pajjiż li joħroġ mill-Unjoni.", "Ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni u r-Renju Unit tista', madankollu, tkun ta' ftehim ta' assoċjazzjoni, tgħid il-mozzjoni, mfassla minn Manfred Weber għall-EPP, Gianni Pittella għall-S&D, Guy Verhofstadt għal-Liberali u Philippe Lamberts u Ska Keller għall-Ħodor kif ukoll mill-President tal-Kumitat tal-Affarijiet Kostituzzjonali, Danuta Hübner.", "Dab il-ftehim ikun jirrekjedi rispett kontinwu mir-Renju Unit għall-istandards tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjebt, tat-tibdik fil-klima, tal-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, tal-kompetizzjoni ġusta, tal-kummerċ u tal-politika soċjali.", "Ftehimiet tranżitorji", "L-MEPs jaqblu li taħdidiet jistgħu jibdew dwar ftehimiet tranżitorji possibbli abbażi ta' pjanijiet għar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju unit, imma dan biss meta u jekk ikun sar progress tajjeb lejn ftehim dwar il-ħruġ.", "Ftehim dwar relazzjoni futura jista' jiġi biss konkluż ladarba r-Renju Unit ikun filfatt ħareġ mill-UE u ftehim tranżitorju ma jistax idum iktar minn tliet snin.", "Għal aktar informazzjoni", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Marjory VAN DEN BROEKE", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-03-29T18:21:11", "title": "Brexit: L-MEPs jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/il-jum-internazzjonali-tal-mara-2020/20200227STO73521/kif-neliminaw-id-differenza-bejn-il-pagi-tal-irgiel-u-n-nisa-video", "text": ["Qabel il-Jum Internazzjonali tan-Nisa fit-8 ta' Marzu, skopri kif il-Parlament Ewropew qed jaħdem biex inaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.", "Għalkemm", "l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel", "hija waħda mill-prinċipji li fuqhom inbniet l-UE u l-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali ġie introdott 60 sena ilu,", "in-nisa fl-UE għadhom jitħallsu kważi 15% inqas", "fil-medja kull siegħa mill-irġiel.", "Dan, il-Parlament Ewropew irid jibdlu – f'", "riżoluzzjoni", "tat-30 ta' Jannar, il-Membri tal-PE stiednu lill-Kummissjoni tipproponi strateġija ambizzjuża dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, inklużi miżuri li jindirizzaw id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.", "Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta Strateġija dwar Ugwaljanza bejn is-Sessi f'Marzu.", "Hija qalet li l-paga ugwali għal xogħol ugwali se tkun il-pedament tal-istrateġija.", "Soluzzjonijiet għal paga ugwali: miri vinkolanti u miżuri ta' trasparenza", "Il-Parlament irid dispożizzjonijiet vinkolanti dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u dwar it-trasparenza fil-pagi, li japplikaw għas-setturi pubbliċi u privati, infurzar qawwi, miri ċari u monitoraġġ biex jitkejjel il-progress.", "Il-Membri tal-PE jridu wkoll li l-", "Pjan ta' Azzjoni dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa", "jiġi rivedut sa tmiem l-2020 u li dan jinkludi miri ċari għall-pajjiżi tal-UE biex inaqqsu d-differenza tul il-ħames snin li ġejjin.", "Nindirizzaw il-kawżi fil-fond tal-paga inugwali", "Sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, li hija waħda mir-raġunijiet għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, il-Membri tal-PE qed jitolbu investiment akbar fl-edukazzjoni bikrija, fis-servizzi tal-kura u f'", "arranġamenti tax-xogħol aktar favur il-familji", "Huma jridu wkoll jinkoraġġixxu lin-nisa sabiex ikollhom impjiegi b'pagi aħjar permezz ta' serje ta' miżuri: il-promozzjoni tas-suġġetti xjentifiċi u teknoloġiċi għall-bniet fl-iskejjel, l-inkoraġġiment ta' imprendituri nisa u l-possibbiltà ta' tagħlim tul il-ħajja.", "Innaqqsu d-differenzi fil-pensjonijiet", "Biex tiġi indirizzata d-", "diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi", ", li bħala medja huma darbtejn ogħla mid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-UE, il-Membri tal-PE qed jissuġġerixxu miżuri li jinkludu l-introduzzjoni ta' krediti għall-kura u pensjonijiet minimi.", "Għal aktar informazzjoni", "Studju tal-Kumitat EMPL: Paga ugwali għal xogħol ugwali: Miżuri vinkolanti għat-trasparenza fil-pagi", "Drittijiet tan-nisa: Il-Membri tal-PE jappellaw għal azzjoni biex tiġi miġġielda r-rigressjoni fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel", "Paġna tal-KE dwar l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: kisbiet u oqsma ewlenin għal azzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-16T11:12:00", "title": "Kif neliminaw id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa (video)"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/security/20180122STO92206/difiza-l-ue-tappoggja-l-izvilupp-ta-taghmir-militari", "text": ["Jista' jkun li l-UE tonfoq il-flus fid-difiża għall-ewwel darba.", "Il-PE lest jibda taħditiet mal-Istati Membri dwar pjanijiet b'appoġġ għall-iżvilupp u l-akkwist konġunti ta' tagħmir militari", "L-idea ta' integrazzjoni aktar profonda fil-qasam tad-difiża mhijiex ġdida.", "Il-Komunità Ewropea tad-Difiża kienet waħda mill-ewwel u l-iżjed tentattivi ambizzjużi biex tinħoloq armata Ewropea konġunta fil-bidu tas-snin ħamsin, iżda l-falliment tagħha berred l-ambizzjonijiet għad-difiża komuni tal-Ewropa għal kważi nofs seklu.", "F'dawn l-aħħar għoxrin sena, il-mixja lejn il-kooperazzjoni intensifikat u l-", "hija l-aktar inizjattiva reċenti għall-iżvilupp konġunt tal-kapaċitajiet militari Ewropej.", "Barra minn hekk, jista' jkun li, għall-ewwel darba, proġetti kollaborattivi fil-qasam tat-teknoloġija tad-difiża, pereżempju l-iżvilupp ta' drones ta' sorveljanza minn fuq il-baħar, jiġu kofinanzjati direttament mill-UE.", "Fit-13 ta' Marzu, il-Parlament ikkonferma d-deċiżjoni biex jinbdew negozjati mal-Istati Membri dwar proposta biex jinħoloq", "programm ta' żvilupp industrijali tad-difiża Ewropea", ", li jipprevedi l-allokazzjoni ta' €500 miljun mill-baġit tal-UE għall-2020-2019 għall-kofinanzjament tal-iżvilupp konġunt ta' teknoloġiji ġodda tad-difiża u l-appoġġ ta' xiri konġunt ta' tagħmir.", "Dan l-ammont, imbagħad, mistenni jiżdied għal €1 biljun fis-sena.", "Programm simili li joffri għotjiet għal riċerka militari konġunta, pereżempju fil-qasam taċ-ċiberdifiża u r-robotika, għandu jiġi propost mill-Kummissjoni Ewropea din is-sena, b'baġit annwali ta' €500 miljun wara l-2020, filwaqt li diġà beda", "ta' €90 miljun għall-2017-2019.", "Il-Membri tal-PE qed jinsistu li, biex ikun eleġibbli għal finanzjament mill-programm, l-iżvilupp ta' prodotti tad-difiża għandu jsir minn – tal-inqas – tliet kumpaniji, stabbiliti – tal-inqas – fi tliet pajjiżi tal-UE, filwaqt li ċerti prodotti tad-difiża, bħal armi tal-qerda tal-massa u armi kompletament awtonomi, għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament.", "Fir-", "riżoluzzjoni ta' Diċembru 2017", "dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, il-Membri laqgħu dawn l-isforzi biex jiġi kkoordinat aħjar l-infiq fid-difiża u jitnaqqsu d-duplikazzjoni u l-ħela, filwaqt li fakkru li, \"meta mqabbla mal-Istati Uniti, l-UE-28 jonfqu 40 % fuq id-difiża iżda jirnexxilhom jiġġeneraw biss 15 % tal-kapaċitajiet li l-Istati Uniti jisiltu mill-proċess, u dan jindika problema serja ħafna ta' effiċjenza\".", "\"Irridu nikkooperaw aħjar fuq proġetti innovattivi u nipproteġu aħjar l-għarfien u t-teknoloġija tagħna,\" qalet il-membru Franċiż tal-PPE Françoise Grossetête, li hija inkarigata mit-tmexxija tal-proposti fil-Parlament, waqt", "diskussjoni mal-esperti", "fit-22 ta' Jannar.", "Għal aktar informazzjoni", "• Stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea (7 ta' Ġunju 2017)", "• Dokumenti ta' sfond dwar id-difiża", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-07-03T14:00:00", "title": "Difiża: l-UE tappoġġja l-iżvilupp ta' tagħmir militari"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/security/20190612STO54310/id-difiza-l-ue-qed-tohloq-armata-ewropea", "text": ["Ritratt mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża", "Filwaqt li m'hemm ebda armata tal-UE u d-difiża tibqa' kwistjoni esklużiva tal-Istati Membri, reċentement l-UE ħadet passi kbar biex issaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża", "Mill-2016, kien hemm progress sinifikanti fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża tal-UE b'diversi inizjattivi konkreti tal-UE biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni u tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tiddefendi ruħha.", "Aqra l-ħarsa ġenerali tal-aħħar żviluppi.", "Aspettattivi għoljin għad-difiża tal-UE", "L-Ewropej jistennew li l-UE tiggarantixxi s-sigurtà u l-paċi.", "Skont", "Ewrobarometru speċjali dwar is-sigurtà u d-difiża fl-2017", ", tliet kwarti (75 %) tal-Ewropej huma favur politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni tal-UE filwaqt li l-maġġoranza (55 %) kienu favur li tinħoloq armata tal-UE.", "Aktar reċenti, 68 % tal-Ewropej qalu li jixtiequ li l-UE tagħmel aktar dwar id-difiża (", "stħarriġ tal-Ewrobarometru ta' Marzu 2018", "Il-mexxejja tal-UE jirrealizzaw li l-ebda pajjiż tal-UE ma jista' jindirizza t-theddid attwali għas-sigurtà f'iżolament.", "Pereżempju, il-President Franċiż Macron talab għal", "proġett militari konġunt Ewropew", "fl-2017, filwaqt li l-Kanċillier Ġermaniż Merkel,", "fid-diskors tagħha lill-Parlament Ewropew", "f'Novembru 2018, qalet li \"għandna naħdmu fuq il-viżjoni li jum minnhom tiġi stabbilita armata Ewropea xierqa\".", "Il-mixja lejn unjoni tas-sigurtà u tad-difiża kienet waħda", "mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker", "Il-biċċa l-kbira tal-Ewropej jixtiequ li l-UE tagħmel aktar biex issaħħaħ is-sigurtà u d-difiża", "Miżuri reċenti tal-UE biex tingħata spinta lill-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża", "It-Trattat ta' Lisbona jipprovdi għal politika ta' difiża komuni tal-UE (", ").", "Madankollu, it-trattat jiddikjara b'mod ċar ukoll l-importanza tal-politika ta' difiża nazzjonali, inkluż is-sħubija fin-NATO jew in-newtralità.", "Fis-snin reċenti, l-UE għadha kemm bdiet timplimenta", "inizjattivi ambizzjużi", "biex tipprovdi aktar riżorsi, tistimula l-effiċjenza, tiffaċilita l-kooperazzjoni u tappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċitajiet:", "Il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)", "tnediet f'Diċembru 2017", ", u sa Ġunju 2019 kienu qed jipparteċipaw 25 pajjiż tal-UE.", "Bħalissa topera abbażi ta' 34", "proġett konkret", "b'impenji vinkolanti inklużi Kmand Mediku Ewropew, Sistema ta' Sorveljanza Marittima, assistenza reċiproka għaċ-ċibersigurtà u t-timijiet ta' rispons rapidu, u skola ta' intelligence konġunta tal-UE.", "Il-Fond Ewropew għad-Difiża", "f'Ġunju 2017.", "Din hija l-ewwel darba li l-baġit tal-UE qed jintuża għal finanzjament konġunt tal-kooperazzjoni għad-difiża u l-fond ser jagħmel parti", "mill-baġit fit-tul li jmiss", "tal-UE (2021-2027).", "L-EDF se jikkomplementa l-investimenti nazzjonali u jipprovdi kemm", "inċentivi prattiċi kif ukoll finanzjarji għar-riċerka kollaborattiva, l-iżvilupp konġunt u l-akkwist", "ta' tagħmir u ta' teknoloġija tad-difiża.", "L-UE saħħet", "il-kooperazzjoni man-Nato", "74 qasam", "inklużi ċ-ċibersigurtà, l-eżerċizzji konġunti u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Pjan biex tiġi ffaċilitata", "l-mobilità militari", "fi ħdan u madwar l-UE sabiex ikun possibbli li l-persunal militari u t-tagħmir jaġixxu b'mod aktar mgħaġġel bħala reazzjoni għall-kriżijiet.", "Il-finanzjament ta' operazzjonijiet u", "missjonijiet ċivili u militari", "jsir aktar effettiv.", "Bħalissa l-UE għandha 16-il missjoni bħal dawn mifruxin fuq tliet kontinenti, b'firxa wiesgħa ta' mandati u bi skjerament ta' aktar minn 6 000 membru tal-persunal ċivili u militari.", "Minn Ġunju 2017 hemm struttura ġdida ta' kmand u kontroll (", ") biex ittejjeb il-ġestjoni ta' kriżi tal-UE.", "Aktar nfiq, nfiq aħjar, nfiq flimkien", "Fis-Summit tan-NATO f'Wales fl-2014, il-pajjiżi tal-UE li huma membri tan-NATO impenjaw ruħhom li jonfqu 2 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tagħhom fuq id-difiża sal-2024.", "Il-Parlament Ewropew qed jitlob", "lill-Istati Membri biex jonoraw l-impenn", "L-istimi tan-NATO tal-2018", "juru li sitt pajjiżi biss (il-Greċja, l-Estonja, ir-Renju Unit, il-Latvja, il-Polonja u l-Litwanja) nefqu 2 % tal-PDG tagħhom fuq id-difiża.", "Madankollu, il-bini tad-difiża tal-UE mhuwiex biss dwar aktar nfiq, iżda wkoll dwar nfiq b'mod effiċjenti.", "Kollettivament, il-pajjiżi tal-UE huma t-tieni l-akbar investitur tad-difiża fid-dinja wara l-Istati Uniti iżda", "madwar EUR 26,4 biljun jinħlew", "kull sena minħabba d-duplikazzjoni, il-kapaċità żejda u l-ostakli għall-akkwist.", "B'riżultat ta' dan,", "fl-Ewropa jintużaw sistemi ta' difiża li huma aktar minn sitt darbiet aktar milli fl-Istati Uniti", ".", "Dan huwa fejn l-UE tista' tipprovdi l-kundizzjonijiet biex il-pajjiżi jikkollaboraw aktar.", "Jekk l-Ewropa trid tikkompeti mad-dinja kollha, se jkollha bżonn tiġbor flimkien u tintegra l-aħjar kapaċitajiet tagħha peress li huwa stmat li sal-2025", "iċ-Ċina se ssir it-tieni l-akbar investitur tad-difiża", "fid-dinja wara l-Istati Uniti.", "Infografika: Il-benefiċċji ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar id-difiża", "Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew", "Il-Parlament Ewropew talab ripetutament biex", "jintuża bis-sħiħ il-potenzjal tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona", "biex jaħdmu favur unjoni Ewropea tad-difiża.", "Hu jappoġġa b'mod konsistenti aktar kooperazzjoni, aktar investiment u ġbir ta' riżorsi biex jinħolqu sinerġiji fil-livell tal-UE sabiex l-Ewropej ikunu protetti aħjar.", "Minbarra l-isfidi prattiċi, l-UE teħtieġ li tirrikonċilja tradizzjonijiet differenti u kulturi strateġiċi differenti.", "Il-Parlament jemmen li", "dwar id-difiża tkun mod utli biex tagħmel dan u tirfed l-iżvilupp ta'", "politika tad-difiża futura", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-10T15:42:00", "title": "Id-difiża: l-UE qed toħloq armata Ewropea?"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20191017STO64562/it-trasparenza-tat-taxxa-fir-rigward-tal-kumpaniji-multinazzjonali", "text": ["©Sasirin Pamai/123RF/Unjoni Ewropea – PE", "It-trasparenza tat-taxxa: il-Membri tal-PE jiddeploraw in-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kunsill fir-rigward tal-kumpaniji multinazzjonali.", "Il-Membri tal-PE ħeġġew lill-pajjiżi tal-UE biex jaqblu dwar abbozzi ta' regoli biex il-kumpaniji multinazzjonali jiżvelaw pubblikament il-profitt tagħhom u t-taxxa mħallsa f'kull pajjiż, f'riżoluzzjoni adottata fl-24 ta' Ottubru.", "Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea pproduċiet proposta dwar rapportar pajjiż b'pajjiż ta' informazzjoni relatata mat-taxxa min-negozji l-kbar, li jeħtieġ li tiġi approvata kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill qabel ma tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "Il-Parlament qabel dwar", "il-pożizzjoni", "tiegħu dwar il-kwistjoni f'Lulju 2017, iżda minn dak iż-żmien għadu qed jistenna li l-Kunsill jaġixxi sabiex ikunu jistgħu jibdew in-negozjati.", "Il-Membri tal-PE kellhom dibattitu dwar il-kwistjoni fit-22 ta' Ottubru u adottaw", "riżoluzzjoni", "dwarha fl-24 ta' Ottubru.", "Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni tikkonċerna kumpaniji kbar b'fatturat dinji ta' mill-inqas EUR 750 miljun, li qed joperaw f'bosta pajjiżi.", "Jekk jiġu adottati, ir-regoli jintroduċu rekwiżit biex dawn il-kumpaniji jiżvelaw pubblikament informazzjoni dwar kemm qalgħu u kemm ħallsu taxxa f'kull pajjiż tal-UE.", "L-UE diġà adottat leġiżlazzjoni li tobbliga lill-kumpaniji jagħtu din l-informazzjoni", "lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali", ", iżda l-Membri tal-PE qed jargumentaw li jekk l-informazzjoni tinħareġ pubblikament dan jagħti spinta lit-trasparenza u jiskoraġġixxi lill-kumpaniji milli jittrasferixxu l-profitti li jkunu għamlu madwar id-dinja lejn reġimi b'rata baxxa ta' taxxa biex jipprovaw jevitaw tassazzjoni ġusta.", "Matul id-dibattitu fil-plenarja tat-22 ta' Ottubru, il-Membri tal-PE insistew li l-pubbliku għandu d-dritt li jkun jaf aktar dwar it-tassazzjoni tal-kumpaniji multinazzjonali.", "(S&D, l-Awstrija) qalet: \"Dawn il-kumpaniji kbar ħafna mhux qed iħallsu biżżejjed taxxa.", "Qed joħolqu kunċetti fittizji sabiex ikunu jistgħu jnaqqsu l-piż tat-taxxa tagħhom.", "Il-kumpaniji għandhom id-dover lejn iċ-ċittadini li jkunu ċari dwar fejn u kemm ħallsu taxxa.\"", "\"Huwa mod kif jinxteħet dawl fuq l-evitar tat-taxxa\", qal", "(PPE, l-Awstrija).", "Huwa nnota li l-UE kienet introduċiet b'suċċess ir-rappurtar pubbliku pajjiż b'pajjiż għall-banek.", "\"Għaliex ma nagħmlux l-istess fir-rigward tal-kumpaniji multinazzjonali?", "X'qed nippruvaw naħbu?\"", "Oħrajn argumentaw li n-nuqqas ta' trasparenza dwar kif il-kumpaniji multinazzjonali qed iħallsu t-taxxa qed ikun ta' ħsara għall-kumpaniji ż-żgħar.", "\"Din [il-proposta] mhijiex biss ta' benefiċċju għall-awtoritajiet tat-taxxa, iżda hija wkoll ta' benefiċċju għan-negozji lokali, li ħafna minnhom huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li jikkompetu lokalment ma' tali kumpaniji minkejja li m'għandhomx il-vantaġġ li jistgħu jifirxu l-infiq tat-taxxa tagħhom f'ġurisdizzjonijiet multipli\", qal", "(Renew Europe, ir-Repubblika Ċeka).", "Madankollu, il-pajjiżi tal-UE batew biex jaqblu dwar pożizzjoni.", "Tytti Tiuppurinen, li tkellmet f'isem il-presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE, qalet lill-Membri tal-PE li l-ħidma dwar dan kienet qed tavvanza u li kienu qed jiġu ppjanati aktar laqgħat, u żiedet tgħid li: \"Min-naħa tal-Kunsill, probabbilment se jkollna bżonn aktar ħin biex niċċaraw il-pożizzjoni tagħna.\"", "Il-Kunsill għandu wkoll dubji dwar il-bażi ġuridika tal-proposta tal-Kummissjoni, li tiġġustifika l-azzjoni tal-UE u li għandha impatt fuq kif tittieħed id-deċiżjoni.", "Il-Kummissjoni kklassifikatha bħala kwistjoni tas-suq uniku, li tkun teħtieġ li l-Parlament u l-Kunsill jaqblu dwar it-test skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, filwaqt li s-servizz legali tal-Kunsill qed jargumenta li din hija kwistjoni ta' tassazzjoni fejn id-deċiżjonijiet jirrikjedu l-unanimità fil-Kunsill u l-Parlament jiġi kkonsultat biss.", "Matul id-dibattitu l-Membri tal-PE kkritikaw in-nuqqas ta' aġir min-naħa tal-Kunsill.", "Sven Giegold", "(Verts/ALE, il-Ġermanja) qal: \"Bosta Ewropej ma jistgħux jifhmu għaliex għandna dawn ir-rifuġji tat-taxxa fejn jispiċċaw il-flus tat-taxxa.", "Hemm proposta rigward it-trasparenza li tressqet tliet snin ilu.", "Il-gvernijiet qegħdin ikunu ta' ostaklu għat-tassazzjoni ġusta u l-kompetizzjoni ġusta.\"", "Għal aktar informazzjoni", "Iċċekkja l-progress tal-proposta", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-11-22T10:58:00", "title": "It-trasparenza tat-taxxa fir-rigward tal-kumpaniji multinazzjonali"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/world/20160226STO16203/pat-cox-ghad-hemm-domanda-enormi-ghal-tibdil-profond-fl-ukrajna", "text": ["\"Il-ħtiġijiet tal-Ukrajna ma naqsux, iżda minħabba l-urġenza u l-piż ta' avvenimenti oħra tilfu l-attenzjoni tal-pubbliku.\"", "Dan kliem l-ex-President tal-PE, Pat Cox, f'intervista li ta qabel il-Ġimgħa tal-Ukrajna, li hi konferenza dwar prattiki parlamentari tajbin u leġiżlazzjoni tajba li saret fil-Parlament Ewropew bejn id-29 ta' Frar u t-2 ta' Marzu.", "Attendiet delegazzjoni ta' 40 parlamentarju Ukren.", "Il-ġimgħa bdiet bil-preżentazzjoni ta' rapport dwar il-bini ta' kapaċità mis-Sur Cox.", "Int qed tmexxi l-missjoni tal-Parlament Ewropew għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet fi ħdan il-parlament Ukren.", "Tista' ttina xi tagħrif dwar ix-xogħol tal-missjoni?", "Wettaqna aktar minn 100 intervista twila ma' membri tal-parlament, presidenti tal-kumitati, l-amministrazzjoni, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u firxa wiesgħa ta' gruppi internazzjonali.", "Dan kien eżerċizzju fil-fond ħafna fejn smajna x'qalulna u ppruvajna nagħmlu suġġerimenti dwar dawk li, fil-fehma tagħna, ikunu l-ħtiġijiet ta' parlament Ukren riformat.", "Il-ħtiġijiet tal-Ukrajna ma naqsux, iżda tilfu l-attenzjoni tal-pubbliku.", "Tista' tagħtina ħjiel ta' xi rakkomandazzjonijiet mir-rapport tal-missjoni?", "Id-dritt li l-membri parlamentari jabbozzaw liġi b'inizjattiva tagħhom hu wieħed mill-espressjonijiet dominanti tal-abbozzar leġiżlattiv fl-Ukrajna, u tant huwa qawwi li l-għadd ta' inizjattivi ssuġġeriti mill-MPs qed ifawru s-sistema.", "Għamilna għadd ta' suġġerimenti dwar kif din l-enerġija tista' tintuża biex tindirizza oqsma oħra.", "Ħarisna wkoll lejn is-sorveljanza politika fuq l-eżekuttiv u x'għandu jkun ir-rwol tal-parlament, kif ukoll kwistjonijiet ta' ftuħ, trasparenza u responsabbiltà lejn iċ-ċittadini.", "Ħarisna wkoll lejn l-approssimazzjoni tal-liġijiet Ukreni mal-liġijiet tal-UE u għandna numru tajjeb ta' suġġerimenti dwar dan.", "Ikun raġonevoli li wieħed jirrimarka li, f'sistemi post-Sovjetiċi, l-istrutturi tal-parti politiċi mhumiex żviluppati ħafna u hemm it-tendenza li n-nies jingħaqdu madwar personalitajiet b'saħħithom.", "Għalhekk ħarisna lejn l-oqsma ta' koalizzjoni, oppożizzjoni u djalogu.", "Nissuġġerixxu wkoll li l-parlament jaħdem b'urġenza fuq il-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu.", "Kollox ma' kollox, għandna bejn wieħed u ieħor 50 suġġeriment.", "Ilu ftit aktar minn sentejn minn mindu Viktor Yanukovych tneħħa mill-kariga tiegħu fost il-protesti tal-Euromaidan.", "X'inhi s-sitwazzjoni attwali fl-Ukrajna?", "F'dawn l-aħħar ftit xhur feġġew tensjonijiet qawwija ħafna bejn il-gvern u ċerti fazzjonijiet fil-parlament, u bejn id-diversi elementi fil-parlament/gvern u l-presidenza.", "Dan iwassal biex is-sitwazzjoni politika attwali tkun waħda fluwida ħafna u bħalissa hemm ħafna tensjoni fi Kiev.", "Madankollu, jekk tqis il-volum tal-leġiżlazzjoni u r-riformi, is-sentejn ta' wara t-tluq ta' Yanukovych kienu dawk li tulhom sar tibdil bħal qatt qabel.", "Jekk tqabbel maz-żewġ deċennji mill-indipendenza tal-Ukrajna s'issa, inkiseb ammont impressjonanti.", "Jekk wieħed ikejjel l-għanijiet stabbiliti miċ-ċittadini tal-Ukrajna permezz tas-sagrifiċċji li għamlu fil-Maidan, xorta għad hemm domanda enormi, li għadha ma ġietx indirizzata, għal tibdil profond fl-Ukrajna.", "Għal aktar informazzjoni", "Aktar dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna", "Skeda ta' żmien tal-avvenimenti fl-Ukrajna", "L-Ukrajna: x'se jiġri fl-2016", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2016-03-16T18:39:14", "title": "Pat Cox: \"Għad hemm domanda enormi għal tibdil profond fl-Ukrajna\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/world/20160707STO36236/il-krizi-tal-migrazzjoni-74-tal-ewropej-iridu-li-l-ue-tistinka-aktar", "text": ["L-UE rat influss mingħajr preċedent ta' migranti tul dawn l-aħħar ftit snin.", "74% tal-Ewropej iridu li l-UE tistinka aktar biex tiġġestixxi s-sitwazzjoni, skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru kkummissjonat mill-Parlament Ewropew.", "Barra minn hekk, żewġ terzi ta' dawk li wieġbu qalu li l-azzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni kienet insuffiċjenti.", "Kompli aqra biex tiskopri liema miżuri qed jaħdem fuqhom il-Parlament Ewropew.", "X'qed jagħmel il-Parlament", "F'Marzu, il-Membri tal-PE adottaw", "dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni.", "Fit-30 ta' Mejju, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili", "l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tintroduċi dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-migranti.", "Fis-6 ta' Lulju, il-Membri tal-PE vvutaw favur il-ħolqien ta'", "sistema ta' kontroll tal-fruntieri tal-UE", ", li se tgħaqqad l-aġenzija tal-UE għall-fruntieri, Frontex, u l-awtoritajiet nazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri.", "Il-Kummissjoni qed tipproponi", "lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu", "biex jitħaffu l-applikazzjonijiet minn persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi kkunsidrati bla periklu.", "Il-proposta trid tiġi approvata mill-Parlament u mill-Kunsill qabel ma tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "Il-Membru Franċiża tal-S&D Sylvie Guillaume,li hija inkarigata biex tmexxi", "l-proposta", "fi ħdan il-Parlament, qalet: \"Il-metodoloġija biex pajjiż jiġi ddikjarat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, jew biex tali status jiġi rivedut, ittejbet ukoll bil-kbir.", "Issa ġie inkluż proċess ta' konsultazzjoni biex ikun possibbli li partijiet terzi, bħall-EASO, l-UNHCR u l-NGOs, jieħdu sehem fil-kompitu tal-Kummissjoni li twettaq monitoraġġ tal-lista komuni tal-UE.\"", "Dwar l-istħarriġ", "L-istħarriġ tal-Ewrobarometru sar fost 27 969 persuna mill-pajjiżi kollha tal-UE bejn id-9 u t-18 ta' April u tfassal b'tali mod li jkun rappreżentattiv tal-popolazzjoni kollha.", "Madwar l-UE, 74% ta' dawk li wieġbu riedu li l-UE tistinka aktar dwar il-migrazzjoni meta mqabbel ma' 74% fl-Irlanda u 68% fir-Renju Unit.", "Agħfas hawn biex tikkonsulta r-riżultati għall-pajjiżi kollha u għall-prijoritajiet kollha.", "Għal aktar informazzjoni", "Infografika: is-sitwazzjoni fl-Ewropa", "Briefing: L-aspettattivi tal-pubbliku u l-politiki tal-UE", "Storja ewlenija dwar il-migrazzjoni", "Inizjattivi ġodda: it-titjib tal-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri tal-UE", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2016-09-07T12:07:45", "title": "Il-kriżi tal-migrazzjoni: 74% tal-Ewropej iridu li l-UE tistinka aktar"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/world/20190212STO25910/il-piena-tal-mewt-fl-ewropa-u-madwar-id-dinja-fatti-ewlenin", "text": ["Il-piena tal-mewt fl-Ewropa u madwar id-dinja: fatti ewlenin", "Il-piena tal-mewt madwar id-dinja", "Il-piena kapitali: fatti u ċifri", "Sal-2017, 142 pajjiż kienu abolixxew il-piena tal-mewt fil-liġi jew fil-prattika, u baqgħu 56 pajjiż li għadhom jużaw il-piena kapitali.", "Kien hemm minn tal-inqas 993 eżekuzzjoni rreġistrata f'23 pajjiż (eskluża ċ-Ċina, fejn huwa maħsub li seħħew eluf ta' eżekuzzjonijiet), b'aktar minn 20.000 persuna kkundannata għall-mewt.", "Madwar 84 % tal-eżekuzzjonijiet irreġistrati kollha fl-2017 seħħew f'erba' pajjiżi - l-Iran, l-Arabja Sawdija, l-Iraq u l-Pakistan.", "Hemm oppożizzjoni qawwija għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fl-Asja, fid-dinja Għarbija u fl-Istati Uniti.", "Madankollu, erba' minn kull ħamsa mill-55 pajjiż Afrikan abolixxew il-piena kapitali jew jimponu moratorji.", "L-Unjoni Ewropea: Skeda ta' żmien tal-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għal reati ordinarji u għar-reati kollha", "Kif l-UE tiġġieled il-piena tal-mewt", "Bħala parti mill-impenn tagħha biex tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem, l-Unjoni Ewropea hija l-akbar donatur fil-ġlieda kontra l-piena tal-mewt madwar id-dinja.", "Il-pajjiżi kollha tal-UE abolixxew il-piena tal-mewt skont il-", "Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem", "L-UE tiġġieled għall-abolizzjoni tal-piena kapitali f'diversi modi:", "l-kummerċ", "ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura u l-eżekuzzjoni", "tuża l-politika kummerċjali biex tħeġġeġ il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem", "tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jżidu l-għarfien, jimmonitorjaw u jiddokumentaw is-sitwazzjoni f'pajjiżi li żammew il-piena tal-mewt", "bħala osservatur permanenti fin-NU, hija ssemma' l-appoġġ tagħha għall-", "azzjonijiet", "kollha biex tintemm il-piena tal-mewt", "il-Parlament jadotta", "riżoluzzjonijiet", "u jospita dibattiti li jikkundannaw l-azzjonijiet ta' pajjiżi li għadhom jużaw il-piena kapitali.", "Riżoluzzjoni", "tal-2015 dwar il-piena tal-mewt ikkundannat l-użu tagħha biex trażżan l-oppożizzjoni, jew għal raġunijiet ta' twemmin reliġjuż, l-omosesswalità jew l-adulterju.", "Il-Belarussja hija l-uniku pajjiż fil-kontinent Ewropew li jkompli jwettaq l-eżekuzzjonijiet.", "Hemm moratorju fir-Russja.", "Il-piena tal-mewt u l-ġlieda tal-UE kontriha", "Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rilevanza tagħha għall-Unjoni Ewropea", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-03-06T15:16:00", "title": "Il-piena tal-mewt fl-Ewropa u madwar id-dinja: fatti ewlenin"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/world/20170426STO72401/rivalutazzjoni-tar-relazzjonijiet-bejn-l-ue-u-t-turkija", "text": ["It-tħassib relatat mad-drittijiet fundamentali u l-azzjoni fis-Sirja wassal biex ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija jiġu rieżaminati.", "Fiex waslet il-kooperazzjoni?", "Fl-10 ta' Marzu, il-Membri tal-PE ddiskutew it-tensjonijiet li nħolqu fl-fruntiera bejn il-Greċja u t-Turkija wara li l-President Recep Erdoğan ħabbar li pajjiżu ma kienx se jkompli jwaqqaf il-migranti u l-persuni li jfittxu asil milli jidħlu fl-UE, kif kien ilu jagħmel mill-2016 bi skambju għal għajnuna finanzjarja mill-UE.", "Il-mossa ta' Erdoğan ġiet wara li ħrax il-ġlied fil-gwerra Sirjana.", "Matul id-dibattitu, diversi Membri tal-PE qalu li l-UE għandha", "tgħin lill-Greċja timmaniġġja l-fruntiera tagħha", "mat-Turkija, filwaqt li jiġi garantit id-dritt ta' asil lil dawk li għandhom bżonnu.", "Għalkemm din żgur ma kinitx l-ewwel darba li l-Parlament qajjem tħassib, l-UE u t-Turkija jgawdu minn rabtiet mill-qrib f'ħafna oqsma.", "L-UE u t-Turkija ilhom għexieren ta' snin igawdu minn relazzjoni produttiva f'ħafna setturi, li jvarjaw mill-kummerċ għan-NATO.", "Madankollu, ir-relazzjonijiet dan l-aħħar birdu xi ftit hekk kif żdied it-tħassib dwar l-intervent militari tat-Turkija fis-Sirja, l-approċċ tagħha lejn il-migrazzjoni kif ukoll minħabba l-istat tad-dritt u l-qagħda tad-demokrazija fil-pajjiż, fejn l-organi tal-istampa qed jingħalqu u l-ġurnalisti qed jintefgħu l-ħabs.", "Dawn l-iżviluppi komplew saħħew il-fehma tal-Membri tal-PE biex jirrevedu l-mod kif l-UE u t-Turkija qed jikkollaboraw.", "Kompli aqra biex ikollok stampa ġenerali tas-sitwazzjoni attwali rigward diversi aspetti tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija.", "Il-migrazzjoni", "Sa minn meta bdiet il-gwerra ċivili fis-Sirja fl-2011, daħlu fit-Turkija madwar 3.6 miljun rifuġjat u llum il-pajjiż għadu jilqa' fi ħdanu l-ikbar komunità ta' rifuġjati fid-dinja.", "F'Marzu 2016, l-UE u t-Turkija kkonkludew ftehim li jindirizza l-kriżi migratorja, li wassal għal numru ferm inqas ta' migranti li jidħlu l-Ewropa illegalment.", "Kompli aqra dwar", "ir-rispons tal-UE għall-kriżi migratorja", "Skont il-ftehim, il-migranti irregolari kollha li jaqsmu mit-Turkija lejn il-gżejjer Griegi kellhom jintbagħtu lura t-Turkija.", "Ta' dan it-Turkija rċeviet għajnuna mill-UE bħala fondi umanitarji ta' madwar EUR 6 biljun fl-ambitu tal-Faċilità tal-UE għar-Rifuġjati fit-Turkija.", "Madankollu, f'diskors tat-28 ta' Frar, Erdoğan hedded li jerġa' jiftaħ il-fruntiera mal-Greċja għaliex ma ħassx li l-UE kienet żammet kelmtha.", "Wara dik id-deċiżjoni, il-Greċja ddikjarat stat ta' emerġenza u l-mexxejja tal-UE qablu li jagħtu lill-pajjiż EUR 700 miljun f'assistenza finanzjarja kif ukoll jagħtu żieda sostanzjali fil-fondi għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri fil-baġit tal-UE għall-2021-2027.", "L-adeżjoni mal-UE: sospensjoni tat-taħditiet ta' adeżjoni?", "It-Turkija ilha membru assoċjat tal-Komunità Ekonomika Ewropea sa mill-1963 u applikat biex issir Stat Membru fl-1987.", "Fl-1999 ġiet rikonoxxuta bħala pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, iżda n-negozjati ma bdewx qabel l-2005.", "Anke wara din id-data l-progress li sar kien ftit.", "Infetħu biss 16-il kapitolu minn 35, u ngħalaq wieħed biss.", "Wara r-repressjoni min-naħa tal-gvern Tork b'reazzjoni għall-kolp ta' stat li falla tal-15 ta' Lulju 2016, in-negozjati effettivament intemmu, u minn dak iż-żmien 'l hawn ma nfetaħ l-ebda kapitolu ġdid.", "F'Novembru 2016, il-Membri tal-PE adottaw", "riżoluzzjoni", "li titlob is-sospensjoni tan-negozjati waqt li tkun għadha għaddejja r-repressjoni fit-Turkija.", "F'", "riżoluzzjoni", "adottata f'Lulju 2017 tennew it-talba tagħhom għal sospensjoni minħabba t-tħassib kontinwu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.", "Għalkemm mhumiex vinkolanti, dawn ir-riżoluzzjonijiet jibagħtu sinjal importanti.", "Il-Membri tal-PE jiddiskutu regolarment is-sitwazzjoni fil-pajjiż.", "Pereżempju, fi Frar 2018 iddiskutew id-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, kif ukoll l-operazzjoni militari tal-pajjiż f'Afrin, is-Sirja.", "Fl-istess xahar adottaw ukoll", "riżoluzzjoni li fiha talbu lit-Turkija tneħħi l-istat ta' emerġenza", "L-intervent militari fis-Sirja", "F'Ottubru 2019, it-Turkija varat operazzjoni militari fit-Tramuntana", "tas-Sirja", "biex toħloq żona ta' lqugħ bejn iż-żewġ pajjiżi li fiha setgħu jiġu trasferiti r-rifuġjati Sirjani li jgħixu fit-Turkija.", "Waqt id-", "tat-23 ta' Ottubru l-Membri tal-PE kkundannaw din l-azzjoni.", "Fl-24 ta' Ottubru adottaw ukoll", "riżoluzzjoni", "li fiha appellaw għal sanzjonijiet kontra t-Turkija minħabba l-operazzjoni militari tagħha.", "Ftehim ta' Assoċjazzjoni: alternattiva għall-adeżjoni mal-UE?", "L-UE tista' tagħżel li tikkonkludi ftehimiet ta' assoċjazzjoni ma' pajjiżi ġirien, bħal ma ġara fil-każ tal-Iżlanda u t-Tuneżija.", "Dawn il-ftehimiet jistabbilixxu qafas għal kooperazzjoni ekonomika u politika mill-qrib.", "L-UE normalment titlob riformi biex titjieb il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż kif ukoll biex tissaħħaħ l-ekonomija.", "Min-naħa tiegħu, il-pajjiż jista' jibbenefika minn assistenza finanzjarja jew teknika, kif ukoll minn aċċess mingħajr tariffi għal xi wħud mill-prodotti jew għall-prodotti kollha.", "L-UE diġà għandha ftehim ta' assoċjazzjoni mat-Turkija, iżda xi Membri tal-PE jaħsbu li ftehim ġdid jista' jkun alternattiva għall-adeżjoni mal-UE.", "Lejn kooperazzjoni ekonomika aktar mill-qrib", "F'Diċembru 2016 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li taġġorna", "l-unjoni doganali eżistenti mat-Turkija", "u testendi r-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali, iżda l-Kunsill għadu ma approvax il-mandat tagħha.", "Ladarba n-negozjati jitlestew, il-ftehim xorta jkollu jiġi approvat mill-Parlament qabel ma jkun jista' jidħol fis-seħħ.", "L-UE hija bil-bosta l-ikbar suq tal-esportazzjoni tat-Turkija (50 %), filwaqt li t-Turkija hija l-ħames l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE kemm fir-rigward tal-importazzjonijiet kif ukoll tal-esportazzjonijiet.", "Dan l-artiklu oriġinarjament ġie ippubblikat fis-27 ta' April 2017, aġġornat fil-11 ta' Novembru 2019 u fis-16 ta' Marzu 2020.", "Aktar tagħrif", "Briefing: Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija fid-dawl tal-kunflitt Sirjan u l-kriżi tar-rifuġjati (bl-Ingliż)", "Stqarrija għall-istampa: Il-Membri tal-PE jirrifjutaw il-pressjoni tat-Turkija, jitolbu regoli komuni dwar l-asil (11 ta' Marzu 2020)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-27T11:47:00", "title": "Rivalutazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/l-ukranja", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Stqarrija għall-istampa tal-KE: L-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea lill-Ukraina (05/03/2014)", "Jitolbu lill-UE tieħu azzjoni u mhux sempliċiment tesprimi s-solidarjetà tagħha (03/03/2014)", "Il-President tal-PE: \"Il-Parlament Ewropew japprova l-perspettiva Ewropea tal-Ukraina\" (27/02/2014)", "Riżoluzzjoni tal-PE", "Ukraina: Il-MPE jitolbu projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u aktar appoġġ finanzjarju mill-UE", "Kowal: \"Huwa naturali li fi żmien 10-15 -il sena nkunu qed nitkellmu dwar l-adeżjoni tal-Ukraina\"", "Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Ukraina (SEAE)", "Nota ta' sfond dwar il-ftehim ta' Assoċjazzjoni", "Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina (SEAE)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2014-03-13T09:34:53"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov/20130917STO20110/ghal-liberta-tal-hsieb", "text": ["Il-Premju Sakharov għandu l-għan li jonora lil individwi straordinarji li jiġġieldu kontra l-intolleranza, il-fanatiżmu u l-oppressjoni.", "Bħal Andrei Sakharov innifsu, ir-rebbieħa kollha tal-premju wrew kemm jinħtieġ kuraġġ biex wieħed jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-espressjoni.", "Tagħrif dwar dwar il-Premju Sakharov", "Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew.", "Il-Premju ġie stabbilit fl-1988 biex jonora lil individwi jew organizzazzjonijiet għall-isforzi tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.", "Il-Parlament jagħti l-premju għad-drittijiet tal-bniedem, flimkien ma' għotja ta' EUR 50,000, f'seduta formali li ssir fi Strasburgu.", "Kif jintgħażel ir-rebbieħ?", "Nominazzjonijiet għall-Premju Sakharov jistgħu jsiru minn gruppi politiċi jew minn tal-anqas 40 Membru tal-PE.", "Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp jivvutaw biex jaslu għal tliet finalisti abbażi tan-nominazzjonijiet u mbagħad il-Konferenza tal-Presidenti tagħżel rebbieħ wieħed.", "Il-fiżiku Russu Andrei Dimitrievich Sakharov (1921-1989), li rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1975, l-ewwel li sar magħruf kien bħala dak li ħoloq il-bomba tal-idroġenu Sovjetika.", "Preokkupat dwar l-implikazzjonijiet li xogħlu kellu għall-ġejjieni tal-umanità, għamel kampanja ta' sensibilizzazzjoni dwar il-perikli tal-kompetizzjoni għas-supremazija fir-rigward tal-armi nukleari.", "L-isforzi tiegħu rnexxew parzjalment bl-iffirmar tat-trattat tal-1963 dwar il-projbizzjoni tal-provi nukleari.", "Fl-Unjoni Sovjetika, Sakharov kien jitqies bħala dissident sovversiv.", "Fl-1970, waqqaf kumitat biex jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u l-vittmi tal-proċessi politiċi.", "Fl-1975 ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi b'rikonoxximent tal-isforzi tiegħu.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-10-10T12:22:06", "title": "Għal-Libertà tal-Ħsieb"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov/20130917STO20112/iltaqa-ma-dawk-li-gew-innominati-ghall-premju-sakharov-2013", "text": ["Sir af aktar dwar min-nominati huma", "Tifla kuraġġuża mill-Pakistan, dimostrant Tork, priġunieri politiċi Bjelorussi, Russi u Etjopjani, is-CNN u l-whistle-blower tal-NSA, Edward Snowden, huma dawk li ġew innominati din is-sena għall-Premju Sakharov.", "Ġew ippreżentati fis-16 ta' Settembru mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament.", "Dawn in-nominazzjonijiet kollha saru minn Membri tal-PE jew minn gruppi politiċi.", "Ir-rebbieħ finali jintgħażel f'Ottubru.", "Malala Yousafzai kellha 11-il sena fl-2009 meta bdiet il-ġlieda tagħha fil-Wied ta' Swat fil-Pakistan, fejn it-Talibani jipprojbixxu lit-tfajliet milli jattendu l-iskola, billi bdiet tikteb blog.", "Hija malajr saret vuċi prominenti kontra tali abbużi, u ġellieda Talibani ppruvaw jassassinawha hawnhekk f'Ottubru 2012.", "Edward Snowden", "L-espert tal-kompjuters li żvela dettalji tas-sorveljanza tal-massa tal-NSA, is-Sur Snowden ġie akkużat bi spjunaġġ fl-Istati Uniti u issa qed jingħata ażil temporanju fir-Russja.", "Reeyot Alemu u Eskinder Nega", "Dawn il-ġurnalisti Etjopjani ntbagħtu l-ħabs fl-2012 akkużati b'terroriżmu talli kkritikaw il-gvern.", "Jirrappreżentaw il-priġunieri politiċi Bjelorussi kollha.", "Ilhom il-ħabs minn Diċembru tal-2010 talli pprotestaw kontra l-fatt li l-President Alexander Lukashenko reġa' ġie elett b'mod \"frawdolenti\".", "Dan in-negozjant Russu ngħata sentenza ta' disa' snin ħabs fl-2005 wara li talab lill-President Vladimir Putin jassumi r-responsabbiltà għall-korruzzjoni.", "Fl-2010 din is-sentenza ttawlet sal-2017.", "Erdem Gündüz kien l-ewwel raġel li beda jipprotesta bla ma jiċċaqlaq u fis-skiet fid-dimostrazzjonijiet ta' Pjazza Taksim f'Istanbul.", "Aktar tard ingħaqdu miegħu oħrajn, biex din saret simbolu tal-moviment paċifiku għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà.", "Il-\"Freedom Project\" tas-CNN: Inwaqqfu l-Iskjavitù taż-Żminijiet tal-Lum", "Din il-kampanja medjatika globali kontra l-kummerċ tal-iskjavi, it-traffikar tal-bnedmin, ix-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal ħarġet aktar minn 400 rapport mill-2011 li jenfasizzaw it-tbatija tal-vittmi fid-dinja kollha.", "Għal aktar dettalji, ikklikkja fuq il-links fuq il-lemin", "Iktar informazzjoni", "Kumitat drittijiet tal-bniedem", "Kumitat għall-Affarijiet Barranin", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-10-10T14:29:04", "title": "Iltaqa' ma' dawk li ġew innominati għall-Premju Sakharov 2013"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20170623STO78225/finanzi-kif-l-ue-taghmel-uzu-tajjeb-mill-bagit-taghha", "text": ["Il-baġit tal-UE jintuża biex jiffinanzja l-politiki deċiżi fil-livell tal-UE.", "Aqra aktar dwar kif l-UE tinvesti l-flus.", "Skopri kif l-UE tikseb il-parti l-kbira tal-finanzjament tagħha ©AP Immaġni/Unjoni Ewropea-PE", "Il-parti l-kbira tal-Ewropej jixtiequ li l-UE taħdem aktar f'15-il qasam ta' politika, skont", "stħarriġ tal-Ewrobarometru", "riċenti.", "Dawn l-oqsma jvarjaw mit-titjib fl-impjiegi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-indirizzar tal-migrazzjoni u l-azzjoni fil-qasam tal-ambjent.", "Madankollu, sabiex l-UE tkun tista' taġixxi, jeħtieġ li jkollha r-riżorsi meħtieġa.", "Peress li l-Kummissjoni Ewropea tippubblika dokument dwar il-futur tal-finanzji tal-UE fit-28 ta' Ġunju, kompli aqra biex issir taf", "aktar dwar il-baġit tal-UE", "kif jiġi ffinanzjat, għal xiex jintuża, u kif jista' jiġi ffinanzjat fil-futur.", "Għalxiex jintuża l-baġit tal-UE", "Il-baġit tal-UE għall-2017 huwa ta' EUR 157 biljun.", "Dan jista' jidher li huwa ammont kbir ta' flus, iżda fil-fatt jirrappreżenta biss madwar 1 % tal-ġid maħluq f'sena mill-pajjiżi kollha tal-UE meħuda flimkien.", "Mhux biss il-parti l-kbira tal-baġit hija ffinanzjata direttament mill-Istati Membri, madwar 94 % huwa użat wkoll biex jiffinanzja l-attivitajiet f'dawk il-pajjiżi.", "6 % biss hija użata biex joperaw l-istituzzjonijiet tal-UE u tiġi kkoordinata l-ħidma.", "Parti kbira mill-baġit tintuża għall-agrikoltura, ir-riċerka u reġjuni sottożviluppati, iżda l-flus tal-UE jintużaw wkoll biex jitwettqu operazzjonijiet ta' appoġġ ta' emerġenza, jiġu mgħejjuna kumpaniji Ewropej biex isiru aktar kompetittivi u l-Istati Membri jiġu mgħejjuna jittrattaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ.", "Hemm ukoll baġit fuq żmien twil għal perjodu ta' seba' snin - magħruf ukoll bħala l-", "Qafas Finanzjarju Pluriennali", "- li jiffissa l-limiti għall-baġits annwali.", "Il-Kummissjoni tamministra l-fondi, iżda l-Parlament huwa responsabbli biex jiċċekkja l-implimentazzjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u jiġu evitati l-frodi u l-użu ħażin tal-baġit.Kull sena, l-MEPs huma mitluba japprovaw kif il-Kummissjoni tkun użat il-flus.", "Barra minn hekk il-", "Qorti Ewropea tal-Awdituri", "tiskrutinizza wkoll id-dħul u l-infiq.", "Modi ġodda kif inħarsu lejn il-baġit", "L-MEPs qed jikkunsidraw ukoll jekk jistax ikun hemm modi aħjar ta' finanzjament tal-baġit tal-UE.", "Huma ħarsu dan l-aħħar lejn suġġerimenti sabiex ikollhom aktar sorsi ta' qligħ minflok ma jiddependu l-iktar fuq il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri.", "Dan jista' jinkludi, pereżempju, dazji doganali fuq importazzjonijiet minn barra l-UE jew wieħed ibbażat fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).", "Għal baġit fit-tul attwali, l-MEPs iġġieled ukoll favur aktar flessibbiltà fil-baġit biex ikun hemm reazzjoni aħjar għall-kriżijiet mhux previsti, bħall-kriżi migratorja.", "Il-Parlament insista li jkun hemm klawsola ta' reviżjoni li tippermetti lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid il-baġit f'nofs il-perjodu u tipproponi bidliet kif meħtieġ.", "Fi Frar, l-MEPs adottaw tliet rapporti dwar kif huma jemmnu li l-UE għandha tuża l-istrumenti kollha eżistenti skont it-trattati attwali, u jiġu riformati sabiex ikunu ssodisfati aħjar l-aspettattivi tan-nies.", "Rapport wieħed qies", "x'bidliet jistgħu jkunu meħtieġa fit-trattati għal riformi addizzjonali", ", pereżempju li jkun hemm ministru tal-finanzi tal-UE.", "Rapport ieħor ħares lejn", "x'titjib huwa diġà possibbli taħt is-sistema eżistenti", ", filwaqt li t-tielet ikkunsidra", "kif jittejbu l-ekonomiji ta' pajjiżi li adottaw l-Euro", "Dibattitu dwar il-ġejjieni tal-integrazzjoni Ewropea", "Sal-aħħar ta' Ġunju, il-Kummissjoni se tippubblika ħames dokumenti ta' riflessjoni biex tagħti bidu għal dibattitu dwar il-ġejjieni tal-integrazzjoni Ewropea.", "Kull dokument jittratta tema speċifika: id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, il-globalizzazzjoni, l-unjoni ekonomika u monetarja, id-difiża u l-finanzi.", "Id-dokumenti fihom ideat u xenarji dwar x'bixra jista' jkollha l-Ewropa fl-2025, iżda l-ebda proposti konkreti.", "L-inizjattiva tispiċċa f'nofs Settembru, meta l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jagħmel id-diskors annwali tiegħu dwar l-istat tal-Unjoni.", "Ħarsa ħafifa lejn il-baġit tal-UE", "Il-baġit fit-tul tal-UE: aktar flessibbiltà biex il-kriżijiet jiġu indirizzati aħjar", "Il-baġit tal-UE spjegat: in-nefqa u l-kontribuzzjoni għal kull Stat Membru", "Il-Futur tal-UE: Il-Parlament Ewropew jippreżenta l-viżjoni tiegħu", "• Lamassoure:It-tibdil fil-mod kif hija ffinanzjata l-UE mhux ser iċ-ċaqlaq is-setgħat lejn Brussell", "Is-setgħat baġitarji", "Kif il-Parlament jgħin biex jiġi deċiż il-baġit tal-UE", "Il-Futur tal-UE", "Aqra aktar dwar il-ħidma tal-Parlament biex jinħoloq futur aħjar", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-07-14T09:27:00", "title": "Finanzi: kif l-UE tagħmel użu tajjeb mill-baġit tagħha"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20170529STO76263/it-tkabbir-kif-il-parlament-qed-jahdem-biex-jaghti-spinta-lill-ekonomija", "text": ["Wara l-kriżi ekonomika, il-Parlament ilu jagħmel ħiltu biex jinkoraġġixxi l-investiment u t-tkabbir u jerġa' jibni l-kunfidenza fis-sistema bankarja u finanzjarja.", "L-MPE adottaw regolamenti ġodda dwar il-banek, appoġġjaw pjan maħsub biex ikattar l-investiment fl-ekonomija tal-Ewropa, saħħew il-koordinament tal-politika ekonomika fl-UE u pproponew modi kif tiġi indirizzata l-evażjoni tat-taxxa.", "Hekk kif il-Kummissjoni Ewropea fil-31 ta' Mejju qed tippubblika dokument ta' riflessjoni li jeżamina xenarji possibbli għall-futur tal-unjoni ekonomika u monetarja, skopri x'għamel diġà l-Parlament u x'passi addizzjonali qed jitolbu l-MPE.", "It-tisħiħ tas-sistema bankarja", "Il-kriżi finanzjarja tal-2008 kixfet beraħ id-dgħufijiet tal-banek u tal-finanzi pubbliċi fl-Ewropa.", "Bosta gvernijiet kienu qed jaħdmu b'defiċits tal-baġit anki fis-snin ta' qabel meta kollox kien sejjer tajjeb, iżda l-affarijiet marru mill-ħażin għall-agħar meta d-dħul mit-taxxi beda jiċkien u l-banek kienu jeħtieġu finanzjament pubbliku biex iżommu rashom 'il fuq mill-ilma.", "Biex jiżguraw sorveljanza aħjar tal-banek, inaqqsu l-ispejjeż għall-kontribwenti u għall-ekonomija, l-MPE adottaw leġiżlazzjoni li għamlet il-Bank Ċentrali Ewropew direttament responsabbli għas-", "superviżjoni", "ta' aktar minn mitt bank fost l-akbar banek fiż-żona tal-euro.", "Kwistjoni importanti oħra kienet li d-depożituri ż-żgħar b'anqas minn €100 000 fil-bank ikollhom id-depożitu tagħom garantit, u li jkunu l-aħħar li jkollhom jagħmlu tajjeb għal fallimenti tal-banek.", "B'dan quddiem għajnejha, l-UE waqqfet awtorità komuni, magħrufa bħala l-", "Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni", ", biex jittratta l-fallimenti potenzjali tal-banek b'mod effiċjenti.", "Il-Parlament saħħaħ ukoll ir-", "rekwiżiti kapitali għall-banek", "biex jobbligahom iwarrbu biżżejjed kapital biex jillimitaw l-impatt ta' xokkijiet futuri bħal dawk li ġraw fl-imgħoddi.", "Emendi ulterjuri", "għar-regoli qed jiġu kkunsidrati.", "Titjib tal-koordinament", "L-Unjoni Ewropea ħadet ukoll miżuri biex tiżgura koordinament aħjar tal-politiki ekonomiċi u fiskali madwar l-UE kollha, peress li n-nuqqas ta' allinjament kien ifisser li xi pajjiżi kienu qed iħabbtu wiċċhom ma' instabbiltà finanzjarja u kellhom jissellfu flus b'rati ta' mgħax ogħla.", "Dan wassal biex tvara s-", "Semestru Ewropew", ", ċiklu annwali li fih il-Kummissjoni Ewropea toħroġ b'rakkomandazzjonijiet ta' politika għal kull pajjiż tal-UE li mbagħad jiġu adottati mill-gvernijiet fil-Kunsill u implimentati fil-livell nazzjonali.", "Il-Parlament kien involut b'mod attiv fit-tħejjija tal-pakketti leġiżlattivi meħtieġa, magħrufa bħala", "s-six-pack u t-two-pack", "L-MPE ilhom jimbuttaw għal riformi profondi fiż-żona ekonomika u monetarja.", "F'", "rapport adottat fi Frar", ", sostnew li ż-żona tal-euro għandu jkollha baġit speċifiku.", "Dan għandu jgħin lill-pajjiżi jilqgħu għax-xokkijiet ekonomiċi u jgħinuhom jadattaw l-ekonomiji tagħhom għal sfidi ġodda.", "Ir-rapport talab ukoll li r-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess tas-Semestru Ewropew jissaħħaħ, u li u jitqawwa l-obbligu ta' rendikont fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi.", "L-impjiegi u t-tkabbir jibqgħu fil-qofol tal-aġenda tal-Parlament.", "Waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-Parlament huwa l-istabbiliment ta' suq diġitali uniku billi jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ elettroniku, ir-roaming u l-imblukkar ġeografiku, u billi ssir armonizzazzjoni tar-regoli tad-drittijiet tal-awtur fl-UE kollha.", "Dan għandu jagħti spinta qawwija lill-ekonomija diġitali tal-Ewropa.", "Fl-istess ħin, il-Parlament Ewropew qed jaħdem biex isaħħaħ id-drittijiet soċjali u dawk tax-xogħol fl-UE.", "reċenti, miktub mill-Membru Portugiż tal-S&D Maria João Rodrigues, ippropona inizjattivi konkreti biex jiżguraw li jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti f'kull forma ta' impjieg, u li jinstab bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.", "Dibattitu dwar il-ġejjieni tal-integrazzjoni Ewropea", "Sal-aħħar ta' Ġunju, il-Kummissjoni se tippubblika ħames dokumenti ta' riflessjoni biex tagħti bidu għal dibattitu dwar il-ġejjieni tal-integrazzjoni Ewropea.", "Kull dokument jittratta tema speċifika. id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa, il-globalizzazzjoni, l-unjoni ekonomika u monetarja, id-difiża u l-finanzi.", "Id-dokumenti fihom ideat u xenarji dwar x'bixra jista' jkollha l-Ewropa fl-2025, iżda ma jagħmlu l-ebda proposta konkreta.", "L-inizjattiva tispiċċa f'nofs Settembru, meta l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jagħmel id-diskors annwali tiegħu dwar l-istat tal-unjoni.", "Leġiżlazzjoni ġdida", "L-unjoni ekonomika", "Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda u aktar ġusta", "Titjib tas-Semestru Ewropew", "Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku għall-banek", "Mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni għall-banek", "Emenda tar-rekwiżiti kapitali għall-banek", "Pjan ta' investiment għall-Ewropa", "Estensjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi", "Teżor għaż-żona tal-euro", "Konċentrazzjoni fuq l-impjiegi u fuq l-aspetti soċjali", "Briefings tal-EPRS (bl-Ingliż)", "Spinta lill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi", "Stampa ġenerali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja", "Emendar tar-rekwiżiti kapitali", "Kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro: għażliet għal riformi li jaħdmu kontra x-xokkijiet asimmetriċi", "Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (b'podcast)", "Materjal awdjoviżiv", "Is-sistema bankarja Ewropea", "Il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi", "L-evażjoni tat-taxxa", "Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji", "Il-pilastru soċjali", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-07-11T09:47:00", "title": "It-Tkabbir: kif il-Parlament qed jaħdem biex jagħti spinta lill-ekonomija"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/l-ukranja/20140221IPR36637/ukraina-ghajnuna-finanzjarja-u-sanzjonijiet-immirati", "text": ["Il-forzi politiċi fl-Ukraina iridu jibnu djalogu biex tinżamm l-integrità territorjali, tiġi miġġielda l-korruzzjoni u jsiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti©BELGA/AFP/L.Gouliamaki", "L-UE trid tgħin l-Ukraina b'għajnuna finanzjarja urġenti filwaqt li tinforza sanzjonijiet immirati kontra dawk responsabbli għall-vjolenza, qalu l-MEPs f'riżoluzzjoni adottata nher il-Ħamis.", "L-isfidi ewlenin huma l-istabbiliment ta' djalogu kostruttiv bejn il-forzi politiċi, il-manteniment tal-integrità territorjali, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti.", "Ir-riżoluzzjoni tgħid li l-UE u l-organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali għandhom joffru pakkett finanzjarju fil-perijodu qasir u wieħed f'perijodu iżjed fit-tul biex jiġu appoġġati r-riformi neċessarji.", "L-MEPs jappellaw lill-UE biex tkun fuq quddiem fl-organizzazzjoni ta' konferenza internazzjonali tad-donaturi.", "Sanzjonijiet", "L-UE trid timponi projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi fir-rigward ta' dawk responsabbli għall-vjolenza, kif ġie maqbul mill-istati membri tal-UE fl-20 ta' Frar, tgħid ir-riżoluzzjoni.", "Dawk li abbużaw is-setgħat tagħhom u huma responsabbli għal krimini kontra ċ-ċittadini tal-Ukraina għandhom jitressqu quddiem qorti indipendenti.", "Korp internazzjonali indipendenti għandu jinvestiga l-ksur tad-drittijiet umani, iżżid ir-riżoluzzjoni.", "Il-perspettivi tal-Ukraina fir-rigward tal-UE", "Ir-riżoluzzjoni ttenni li l-UE hija lesta biex tiffirma ftehim ta' assoċjazzjoni u ftehim kummerċjali mal-Ukraina, hekk kif tkun riżolta l-kriżi politika.", "Iżda dan m'għandux ikun \"l-aħħar tappa fil-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina\", iżżid ir-riżoluzzjoni.", "L-MEPs indikaw li t-Trattat tal-UE jippermetti lil kull pajjiż Ewropew, inkluża l-Ukraina, biex japplika biex jissieħeb mal-UE, dment li japplika l-prinċipji tad-demokrazija, il-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem u tal-minoritajiet, u japplika l-istat tad-dritt.", "Ġlieda kontra l-korruzzjoni mingħajr tpattija", "L-UE għandha tgħin lill-gvern ġdid biex jiġġieled \"il-korruzzjoni endemika\" li qed ixxekkel l-iżvilupp tal-Ukraina, jgħidu l-MEPs.", "Ir-riżoluzzjoni tħeġġeġ liż-żewġ naħat biex ma jaqgħux \"fl-ispirtu ta' tpattija\" iżda minflok jimpenjaw ruħhom fi djalogu politiku biex jinbnew kompromessi u tiġi evitata \"ir-ritaljazzjoni extraġuridika\" .", "Il-mexxejja l-ġodda tal-Ukraina għandhom joqgħodu 'l bogħod mill-estremisti u jevitaw provokazzjonijiet li jistgħu jgħinu ambizzjonijiet separatisti, iwissu l-MEPs, u jżidu li tali mexxejja għandhom jirrispettu d-drittijiet tal-minoritajiet fil-pajjiż, inkluż l-użu tar-Russu u ta' lingwi oħra minoritarji.", "Huma jikkundannaw ukoll l-attakk fuq il-kwartieri ġenerali tal-Partit Komunist tal-Ukraina.", "Elezzjonijiet ħielsa u ġusti", "L-MEPs jisħqu li l-elezzjonijiet presidenzjali tal-25 ta' Mejju għandhom ikunu kredibbli, ħielsa u ġusti.", "Huma jappellaw lill-Parlament tal-Ukraina biex jadotta l-leġiżlazzjoni elettorali neċessarja, inkluż liġi ġdida dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.", "L-Ukraina għandha wkoll torganizza elezzjonijiet leġiżlattivi qabel l-aħħar tas-sena, iżidu l-MEPs.", "Ir-Russja trid tirrispetta l-fruntieri tal-Ukraina", "L-MEPs jindikaw li r-Russja impenjat ruħha biex tirrispetta l-integrità territorjali tal-Ukraina fil-\"memorandum ta' Budapest\" iffirmat mal-Istati Uniti u r-Renju Unit fl-1994.", "Fl-istess memorandum, ir-Russja impenjat ruħha wkoll biex ma twettaqx pressjoni ekonomika fuq l-Ukraina maħsuba biex tissubordinaha għall-interessi Russi.", "Informazzjoni addizzjonali", "Proċedura", "Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva", "Iktar informazzjoni", "It-test adottat ikun disponibbli hawn (ikklikkja fuq 27.02.2014)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (ikklikkja fuq 26.02.2014)", "Materjal awdjoviżiv (Delegazzjoni ta' MEPs fl-Ukraina 23.02.2014)", "Fajl proċedurali", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2014-02-27T12:50:34", "title": "Ukraina: Għajnuna finanzjarja u sanzjonijiet immirati"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/l-ukranja/20140303STO37479/l-ukranja-il-hrug-mill-krizi", "text": ["X'jista' jsir biex tissolva l-kriżi ġewwa l-Ukranja?", "Mexxeja politiċi minn madwar id-dinja ddiskutew fuq medda ta' żmien dwar kif jistgħu jittrattaw din il-kriżi u jipprevjenu eskalazzjoni ta' din id-diverġenza politika fil-pajjiż.", "Aħna ddiskutejna din is-sitwazzjoni ma' Knut Fleckenstein (Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew), president tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni UE-Russja, u ma' Pawel Kowal (Grupp tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej), president tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni UE-Ukrajnja", "Kif tista' l-UE tittratta lir-Russja biex tnaqqas din is-sitwazzjoni imwera'?", "L-ewwel ħaġa l-UE tinsisti biex ir-Russja tirtira t-truppi mill-fruntieri ma' l-Ukranja.", "Dan għaliex dan imur kontra l-liġijiet internazzjonali.", "It-tieni ħaġa, rridu inkunu preparati biex ngħinu lill-gvern temporanju ġewwa l-Ukranja sabiex isib soluzzjonijiet li jirrifflettu l-interessi tal-maġġoranza tal-popolazzjoni.", "Dan ifisser l-interessi tan-nies li ġejjin minn kull parti tal-pajjiż, inklużi dawk li jitkelmu bir-Russu.", "L-iktar ħaġa importanti hija li inkomplu nsostnu fuq il-fatti u l-liġijiet internazzjonali.- Il-Krimea hija parti integrali mill-Ukranja.", "Dan huwa fatt. It-truppi Russi kisru kull qbil internazzjonali u bilaterali.", "L-UE għandha tieħu azzjoni effettiva, immedjata u kkordinata.", "L-istati membri, l-istituzzjonijiet, l-Stati Uniti, u n-NATO, u kull istituzzjoni internazzjonali oħra, għandhom jibagħtu l-messaġġi tagħhom b'mod mill-aktar immedjat sabiex juru li m'hemmx spazju ghall-politika", "ġol-Krimea.", "Jekk ma nagħmlux dan inkunu tlifna l-opportunita' li għandna.", "X'jista' jwaqqaf lil Putin milli jkompli din it-tip ta' politika ġewwa l-Krimea?", "Is-sanzzjonijiet huma biżżejjed?", "Jew għandna nikkunsidraw esklużjoni totali mill-organiżazzjonijiet internazzjonali?", "X'tista' tagħmel l-Ukranja?", "Kieku jien niffoka iktar fuq il-possibilita' ta' l-użu tad-diplomazija u d-djalogu milli fuq is-sanzzjonijiet.", "Għandna nistennew li r-Russja tagħmel l-istess.", "Madanakollu m'hemm xejn fuq xiex nistgħu niddiskutu dwar it-truppi li r-Russja għandha fil-Krimea.", "Dawn iridu jitilqu.", "Wasal ukoll iż-żmien, biex il-gvern f'Kiev juri li huwa preparat li jaħdem fuq riformi konstituzzjonali fl-interess tal-maġġoranza tal-popolazzjoni.", "Il-politika l-ġdida tal-gvern għandha tkun waħda inklussiva, waħda li tħares lejn l-interessi tal-popolazzjoni kollha, inklużi dawk li joqogħdu fl-ilvant, u fin-nofsinhar-ilvant tal-pajjiż.", "M'hemmx soluzzjoni oħra għajr li l-politika tirriffletti l-interessi tal-maġġoranza tal-popolazzjoni.", "Resistenza diplomatika għandha tkun l-ewwel soluzzjoni.", "Madankollu esklużjoni u sospensjoni mill-organiżazzjonijiet internazzjonali hija possibilita oħra.", "Jekk dan ma jkunx biżżejjed, sanzjonijiet immirati lejn politikanti li qed jappoġjaw din il-vjolenza għandhom jintużaw.", "L-awtoritajiet ġewwa l-Ukranja għandhom ukoll isejħu għajnuna internazzjonali biex l-okkupazzjoni tat-truppi Russi ġewwa l-Krimea tieqaf.", "Jekk dan ma jsirx l-awtoritajiet jistgħu jiġu akkużati għal nuqqas ta' ħidma biex din is-sitwazzjoni titjieb.", "Iktar informazzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2014-03-06T11:08:01", "title": "L-Ukranja:- Il-Ħruġ mill-Kriżi"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/l-ukranja/20140306STO37727/l-ukranja-lejn-rabtiet-eqreb-ma-l-ewropa", "text": ["X'inhu l-futur ta' l-Ukranja? ©BELGAIMAGE/AFP/B.KILIC", "Bil-fruntieri tagħha jmissu kemm ma' l-Ewropa kif ukoll mar-Russja, l-Ukranja, ilha għall-ħafna żmien indeċiża dwar jekk tibnix rabtiet eqreb mal-ġirien tal-punent jew tal-lvant.", "Is-sena li għaddiet il-pajjiż kien wasal biex jiffirma l-ftehim ta' assoċjazzjoni ma' l-UE.", "Madanakollu, fl-aħħar ħinijiet, il-mexxejja politiċi tal-pajjiż iddeċiedew li ma jiffirmawx dan it-trattat.", "Dan wassal għal'ħafna protesti li ilhom għadejjin xhur sħaħ, fejn bosta dimostranti sfaw vittmi ta' tortura u qtil.", "Barra minn hekk, il-president Viktor Yanukovych ħarab mill-pajjiż, filwaqt li r-Russja qiegħda thedded li tieħu azzjoni militari.", "Il-futur ta' l-Ukranja jinstab mhedded.", "L-Ukranja qiegħdha taffaċċja bosta problemi ekonomiċi, kif ukoll sitwazzjoni ta' soċjeta' maqsuma.", "Għalkemm ħafna fl-Ukranja jissapportjaw rabtiet eqreb ma' l-UE, oħrajn fil-lvant tal-pajjiż juru nuqqas ta' fiduċja lejn il-gvern proviżorju f'Kiev.", "Il-Krimea qiegħda ssejjaħ għall-indipendenza tagħha u ssostitwiet l-awtoritajiet lokali ma' dawk li jissapportjaw rabtiet eqreb mar-Russja.", "Barra minn hekk, ir-Russja qiegħda tiġi akkużata li bagħtet it-truppi tagħha ġewwa l-pajjiż biex t tikkontrolla pożizzjonijiet strateġiċi importanti.", "L-UE wiegħdet iktar minn €11–il biljun f'għajnuna finanzjarja biex tgħin f'din it-tranżizzjoni, u tissaportja l-isforzi li qegħdin isiru biex jinstabu soluzzjonijiet paċifiċi, twarrab it-theddida militari minn naħa tar-Russja u żżomm l-Ukranja pajjiż magħqud.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2014-03-07T14:03:53", "title": "L-Ukranja: lejn rabtiet eqreb ma' l- Ewropa"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20190712STO56961/il-glieda-tal-parlament-ghall-ugwaljanza-bejn-is-sessi-fl-ue", "text": ["Skopri kif l-UE u l-Parlament Ewropew jiġġieldu għad-drittijiet tan-nisa u għat-titjib fl-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol, fil-politika u f'oqsma oħra.", "X'tagħmel l-UE biex jingħelbu l-inugwaljanzi?", "Fil-ġlieda favur l-", "ugwaljanza bejn is-sessi", "u l-promozzjoni ta'", "Ewropa soċjali", ", l-Unjoni Ewropea ilha timxi mal-prinċipju tal-\"integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi\" sa mill-bidu tagħha.", "L-UE", "adottat liġijiet", ", tippubblika rakkomandazzjonijiet, skambji u prattiki tajba u tgħin lill-Istati Membri billi tiffinanzja l-azzjoni li jieħdu.", "Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kellhom influwenza kbira fuq il-kunċetti tal-politika tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE.", "Il-Parlament Ewropew regolarment jadotta rapporti fuq inizjattiva proprja dwar dawn il-kwistjonijiet u jappella għal aktar sforzi biex", "titjieb l-ugwaljanza bejn is-sessi", "Il-Parlament Ewropew minn dejjem kien attiv ħafna fl-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għandu", "kumitat permanenti dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi", ".", "Kull sena, il-Parlament jiċċelebra l-Jum Internazzjonali tan-Nisa (8 ta' Marzu) u jqajjem kuxjenza billi jorganizza diversi attivitajiet.", "L-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol", "Fl-2019, l-UE approvat regoli ġodda dwar il-", "leave relatat mal-familja u l-indukrar", "u kundizzjonijiet tax-xogħol aktar flessibbli, b'tali mod li jinħolqu aktar inċentivi biex il-missirijiet jieħdu leave relatat mal-familja u jiżdied l-ammont ta' nisa li joħorġu jaħdmu.", "Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol:", "regoli dwar l-impjieg (inkl. paga ugwali, sigurtà soċjali, kundizzjonijiet tax-xogħol u fastidju)", "regoli dwar l-impjieg indipendenti", "drittijiet għal-leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri", "Il-Parlament qed jitlob ukoll miżuri espliċiti biex tonqos id-", "differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa", "fl-UE – minn medja ta'", "fl-2017 – u jonqos id-", "distakk fil-pensjonijiet", ", li fl-2017 kien ta'", ".", "Talab ukoll miżuri biex jiġi indirizzat il-", "faqar fost in-nisa", ", billi x'aktarx hemm aktar nisa milli rġiel jgħixu fil-faqar.", "Fl-Ewropa teżisti", "differenza kbira bejn is-sessi fis-settur diġitali", ": in-nisa huma sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol u hemm ċans iżgħar li jibdew jistudjaw f'dan il-qasam.", "F'", "riżoluzzjoni", "adottata fl-2018, il-Parlament Ewropew stieden lill-pajjiżi tal-UE jintroduċu miżuri li jiżguraw l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fis-settur tal-ICT u jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-ICT u s-suġġetti STEM.", "Il-prevenzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa", "L-UE qed tindirizza l-vjolenza fuq in-nisa b'diversi modi.", "Il-Parlament appella kemm-il darba għal strateġija tal-UE li ssaħħaħ il-politiki f'dan il-qasam.", "Jixtieq ukoll jikkonkludi l-adeżjoni tal-UE", "għall-Konvenzjoni ta' Istanbul", "tal-Kunsill tal-Ewropa u li din tiġi ratifikata mill-pajjiżi kollha tal-UE.", "Barra minn hekk, il-Parlament ġibed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu miġġielda forom speċifiċi ta' vjolenza, inkluż", "il-fastidju sesswali", "il-prostituzzjoni furzata", "il-mutilazzjoni ġenitali femminili", "l-vjolenza online", "Fl-2014, il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lill-ġinekologu Kongoliż", "talli ddedika ħajtu biex jgħin lil eluf ta' vittmi ta'", "fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u talli ġġieled għad-dinjità tan-nisa, il-ġustizzja u l-paċi f'pajjiżu.", "Mill-politika tal-migrazzjoni għall-kummerċ fl-UE", "Il-Parlament kemm-il darba talab lill-Kummissjoni żżid il-konsistenza bejn il-politiki tal-kummerċ, l-iżvilupp, l-agrikoltura, l-impjiegi u l-migrazzjoni – pereżempju – u l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "F'riżoluzzjoni adottata fl-2016, il-PE talab sett ta'", "linji gwida dwar is-sessi fl-UE", "bħala parti minn riformi usa' dwar il-politika tal-migrazzjoni u l-asil.", "adottat fl-2018, l-MEPs talbu", "approċċ aktar sensittiv għas-sessi", "fil-politika dwar it-tibdil fil-klima u azzjoni li tagħti s-setgħa lin-nisa u tħares lil dawk l-aktar vulnerabbli.", "riżoluzzjoni", "adottata fl-2018, il-", "ftehimiet kummerċjali", "kollha tal-UE għandhom jinkludu dispożizzjonijiet vinkolanti u infurzabbli biex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "In-nisa fil-politika", "Il-Parlament Ewropew kemm-il darba talab", "enfasi qawwija fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi", "fil-politika u ppromwova l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fil-proċessi deċiżjonali fil-livelli kollha.", "adottat f'Jannar 2019, il-Parlament stieden lill-partiti politiċi Ewropej jaraw li jinnominaw kemm nisa kif ukoll irġiel għall-", "korpi li jamministraw il-Parlament Ewropew", "fid-disa' leġiżlatura.", "Fil-Parlament il-ġdid, kostitwit uffiċjalment f'Lulju 2019, hemm", "aktar nisa minn qatt qabel", "– 41% tal-MEPs –", "meta mqabbel ma' 36.5 % fi tmiem il-leġiżlatura preċedenti", "Kompli skopri x'tagħmel l-UE dwar il-politiki soċjali:", "Kif l-UE ttejjeb id-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol", "It-tnaqqis tal-qgħad: spjegazzjoni tal-politiki tal-UE", "L-impjieg taż-żgħażagħ: miżuri tal-UE biex dan jiffunzjona", "It-titjib tas-saħħa pubblika: spjegazzjoni tal-miżuri tal-UE", "Aktar dwar is-suġġett", "L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-08-09T10:34:00", "title": "Il-ġlieda tal-Parlament għall-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20170210IPR61812/il-vizjoni-tal-parlament-ghall-futur-tal-ewropa", "text": ["Il-viżjoni tal-Parlament għall-futur tal-Ewropa", "Riżoluzzjoni mħejjija minn", "(EPP, DE) tiffoka fuq l-aħjar użu tat-trattat eżistenti.", "Hija tipproponi li:", "il-Kunsill tal-Ministri jinbidel f'awla leġislativa sekondarja ġenwina, u l-konfigurazzjonijiet tiegħu eżistenti jinbidlu f'korpi preparatorji, simili għall-kumitati fil-Parlament,", "kull stat membru għandu jippreżenta mill-inqas tliet kandidati , miż-żewġ sessijiet, għar-rwol ta' Kummissarju \"tiegħu\",", "il-kunsill għandu jaqleb kompletament għall-ivvutar bil-maġġoranza kwalifikata, kull fejn dan huwa previst mit-trattati, biex jiġi evitat li liġijiet importanti jiġu mblukkati u jitħaffef il-proċess leġiżlattiv, u", "għandu jiġi stabbilit Kunsill permanenti tal-Ministri tad-Difiża biex jiġu kkoordinati l-politiki tad-difiża tal-istati membri.", "Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata bi 329 vot favur, 223 vot kontra u 83 astensjoni.", "Riforma ambizzjuża tat-trattati", "Riżoluzzjoni oħra mħejjija minn", "(ALDE, BE), tikkunsidra metodi biex l-UE tmur 'lil hinn mill-mudell attwali u tissuġġerixxi diversi riformi għat-Trattat ta' Lisbona, fl-oqsma tal-governanza ekonomika, il-politika estera, id-drittijiet fundamentali u t-trasparenza.", "Pereżempju:", "tissuġġerixxi l-ħolqien ta' ministru tal-finanzi u li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa' li tfassal u timplimenta politika ekonomika komuni tal-UE, ikkomplimentata minn baġit għaż-żona tal-euro,", "tfakkar li l-Parlament Ewropew għandu jkollu siġġu wieħed,", "tipproponi li jitnaqqas sew id-daqs tal-Kulleġġ tal-Kummissjarji, inkluż bit-tnaqqis tal-Viċi Presidenti għal tnejn, u", "temmen li ċ-ċittadini tal-UE f'kull stat membru għandhom jivvutaw direttament għall-kandidat ewlieni tal-partiti politiċi Ewropej għall-President tal-Kummissjoni.", "Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata b'283 vot favur, 269 vot kontra u 83 astensjoni.", "Tisħiħ taż-żona tal-Euro", "Ir-riżoluzzjoni ta'", "(S&D, FR) tipproponi li d-differenzi bejn l-ekonomiji fiż-żona tal-Euro jitnaqqsu u biex dawn l-ekonomiji jsiru iżjed reżiljenti għal xokkijiet ekonomiċi esterni.", "Ir-relaturi jindikaw strateġija ta' konverġenza ffinanzjata permezz ta' baġit speċifiku għaż-żona tal-euro, iffinanzjat mill-istati membri u disponibbli skont ċerti kondizzjonijiet.", "Il-proposti ewlenin jinkludu:", "kapaċità fiskali li tikkonsisti mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà u kapaċità speċifika addizzjonali għaż-żona tal-euro, iffinanzjati mill-membri bħala parti mill-baġit tal-UE,", "Fond Monetarju Ewropew b'kapaċitajiet adegwati għas-self u b'mandat definit b'mod ċar biex jiġu assorbiti x-xokkijiet ekonomiċi,", "kodiċi ta' konverġenza u,", "rwol imtejjeb għall-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fis-sistema ta' governanza, it-tagħqid tar-rwoli tal-President tal-Eurogrupp u tal-Kummissarju għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji, kif ukoll ministru tal-finanzi fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.", "Ir-riżoluzzjoni ġiet approvata bi 304 voti favur, 255 vot kontra u 68 astensjoni.", "Dawn il-proposti huma kollha parti mill-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-futur tal-Ewropa, bi tħejjija għas-60 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma.", "Riżoluzzjonijiet mhux leġislattivi", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "It-testi kollha huma disponibbli hawn (16.02.2017)", "Reġistrazzjoni video tad-dibattitu (ikklikkja fuq 14.02.2017)", "Materjal awdjoviżiv għall-professjonisti", "Fact sheet tal-PE: Aġġustamenti possibbli għall-organizzazzjoni istituzzjonali tal-UE", "Nota ta' riċerka tal-PE: Użu sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Liżbona", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-02-17T10:09:30", "title": "Il-viżjoni tal-Parlament għall-futur tal-Ewropa"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20190705STO56305/fakti-un-skaitli-eiropas-parlamenta-jaunais-sasaukums", "text": ["Skopri xi wħud mill-fatti dwar il-Parlament il-ġdid", "Kif inhu l-Parlament Ewropew il-ġdid?", "Skopri aktar dwar il-Membri tal-PE li se jaħdmu għalik matul il-ħames snin li ġejjin.", "Bosta wċuħ ġodda, membri iżgħar tal-PE u aktar nisa", "Wara l-", "ogħla rata ta' parteċipazzjoni", "f'għoxrin sena fl-elezzjonijiet Ewropej, id-disa' Parlament Ewropew ġie kkostitwit uffiċjalment fl-", "ewwel seduta plenarja", "fi Strasburgu f'Lulju.", "Is-sessjoni tal-ftuħ rat bosta wċuħ ġodda, peress li 61% tal-Membri tal-PE huma ġodda fil-Parlament.", "Hemm aktar nisa minn qatt qabel, li jirrappreżentaw 41% tal-Membri tal-PE, żieda minn 36.5% fi tmiem il-leġiżlatura preċedenti.", "L-età medja ta' Membru tal-PE hija ta' 49.5 sena, iktar baxxa minn 53, ħames snin ilu.", "L-iżgħar Membru tal-PE huwa mid-Danimarka u għandu 21 sena, u huwa l-iżgħar membru li qatt ġie elett fil-Parlament Ewropew.", "L-aktar membru anzjan huwa Taljan u għandu 82 sena.", "B'kollox ġew eletti 751 Membru tal-PE minn 190 partit politiku nazzjonali fi 28 pajjiż tal-UE.", "Ladarba fil-Parlament Ewropew, dawn jallinjaw ruħhom skont il-prijoritajiet politiċi.", "Il-Parlament il-ġdid huwa magħmul minn", "seba' gruppi politiċi", ", wieħed anqas mil-leġiżlatura preċedenti.", "Id-9 leġiżlatura tal-Parlament Ewropew", "Membri tal-PE eletti mill-ġdid", "Membri ġodda tal-PE", "Membri tal-PE nisa", "Membri tal-PE rġiel", "L-iżgħar Membru tal-PE", "21 (Verts/ALE, id-Danimarka)", "Il-Membru tal-PE l-aktar anzjan", "Età medja tal-Membri tal-PE", "Gruppi politiċi", "Stqarrija għall-istampa: il-ftuħ tal-Parlament il-ġdid (2 ta' Lulju 2019)", "Ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-19T11:29:00", "title": "Fatti u ċifri: il-leġiżlatura l-ġdida tal-Parlament Ewropew"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20140411IPR43458/il-flus-tal-kontribwenti-mhux-ser-jibqghu-ihallsu-ghall-problemi-tal-banek", "text": ["Tliet miżuri li ser jiżguraw li l-banek iġorru l-piż tar-riskju ta' falliment minflok ma jitfgħuh fuq spallejn il-kontribwent ġew approvati mill-Parlament nhar it-Tlieta.", "Tnejn minnhom jikkonċernaw ir-ristrutturar u l-għeluq ta' banek bi problemi, filwaqt li t-tielet liġi tiżgura li jkunu l-banek mhux il-kontribwenti li jiggarantixxu d-depożiti taħt il-100 000 euro.", "Dawn il-miżuri jikkomplimentaw is-sistema unika ta' superviżjoni tal-banek li diġa ġiet stabbilita, u jmexxu lill-UE iktar 'lil hinn fit-triq lejn unjoni bankarja.", "Il-Parlament rebaħ konċessjonijiet sostanzjali mill-ministri tal-finanzi matul in-negozjati, speċjalment fir-rigward tar-regoli li jistabbilixxu l-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni u l-fond uniku ffinanzjat mill-banek li ser ikollu madwar 55 biljun euro.", "Il-konċessjonijiet inaqqsu ħafna ċ-ċans li l-politikanti jindaħlu fl-eżitu ta' bank speċifiku, u jiżguraw li l-fond jista' jiġi stabbilit aktar malajr u jintuża b'mod iktar ġust.", "Fid-direttiva dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek l-MEPs għamlu li kull rikors għall-flus pubbliku jsir biss skont regoli stretti ħafna.", "L-aġġornament għar-regoli dwar il-garanzija tad-depożiti ser jiżgura li d-depożitaturi jirċievu flushom ħafna iktar malajr jekk bank ikollu l-problemi.", "L-MEPs kisbu wkoll li l-banek ikollhom jitfgħu flus kontanti fil-fondi u mhux biss jagħmlu impenn li jħallsu jekk dan ikun meħtieġ minnhom.", "Ħafna iżjed dettalji jinsabu fin-nota ta' sfond (link fuq il-lemin).", "ċ", "Ko-deċiżjoni, ftehim fl-ewwel qari (liġijiet SRM u BRRD), ftehim fit-tieni qari (liġi DGS)", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Iktar informazzjoni", "Tappi fil-proċedura (2013/0253(COD))", "Tappi fil-proċedura (2012/0150(COD))", "Tappi fil-proċedura (2010/0207(COD))", "Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji", "Nota ta' sfond", "It-testi adottati jkunu disponibbli hawn (ikklikkja fuq 15.04.2014)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (ikklikkja fuq 15.04.2014)", "Reġistrazzjoni tal-konferenzi stampa (ikklikkja fuq 14.04.2014 u 15.04.2014)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2014-04-15T12:55:53", "title": "Il-flus tal-kontribwenti mhux ser jibqgħu iħallsu għall-problemi tal-banek"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20130521IPR08733/il-parlament-jappoggja-l-pjanijiet-ghal-sistema-ta-supervizjoni-bankarja-fl-ue", "text": ["Abbozzi ta' liġijiet li jistabilixxu sistema ta' superviżjoni bankarja fl-UE kienu approvati permezz ta' vot fil-plenarja nhar l-Erbgħa.", "Il-Bank Ċentrali Ewropew se jkun qed jissorvelja l-akbar banek fiż-Żona tal-Ewro direttament u se jkollu jedd fuq is-superviżjoni ta' banek oħrajn.", "Madankollu, il-Parlament se jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu aktar tard, biex jagħti ż-żmien għal taħdidiet paralleli mal-Bank Ċentrali Ewropew fuq arranġamenti dettaljati ta' kontabilità.", "Il-MPE li abbozzaw dawn il-liġijiet insistew li r-regoli ta' kontabilità iridu jaqblu mal-poteri ta' supervżjoni maħluqa jew trasferiti għal-livell tal-UE.", "Il-Bank Ċentrali Ewropew, fl-irwol superviżorju tiegħu, għalhekk irid jkun ħafna aktar miftuħ u responsabbli milli huwa fl-irwol tiegħu ta' politika monetarja.", "Indirizzat il-plenarja nhar it-Tlieta Marianne Thyssen (EPP, BE), rapporteur għat-test li jagħti poteri ta' superviżjoni bankarja lill-Bank Ċentrali Ewropew, u qalet: \"L-ispostament tal-poteri minn livell nazzjonali irid iseħħ flimkien mal-ħolqien tal-kontabilità fuq il-livell tal-UE.\"", "Sven Giegold (Greens/EFA, DE), rapporteur għat-test li jemenda l-irwol tal-Awtorità Bankarja Ewropea, qal: \"Il-Bank Ċentrali Ewropew mhuwiex magħruf bħala l-post tat-twelid tad-demokrazija.", "Imma se jkollu bżonn jidra l-kontabilità demokratika... membri tal-parlamenti nazzjonali nfushom qed jistennew lilna l-MPE biex niżguraw kontabilità f'waqtha tal-kontrollur.\"", "Il-passi li jmiss", "Il-plenarja tal-Parlament trid tagħti l-approvazzjoni finali tagħha tal-ftehim fil-futur qarib.", "Sadanittant, il-parlamenti nazzjonali jistgħu ukoll jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u l-Parlament u l-Bank Ċentrali Ewropew se joħorġu ftehim inter-istituzzjonali fuq kontabilità dettaljata u regoli ta' transparenza.", "Għal raġunijiet legali, id-dettalji tal-poteri tal-Parlament ta' kontroll fuq il-kontrollur se jkunu spjegati fi ftehim inter-istituzzjonali.", "Il-proċedura: Ko-deċiżjoni (Proċedura Ordinarja Leġiżlattiva), l-ewwel qari (għar-regoli li jemendaw l-istruttura tal-Awtorità Bankarja Ewropea u konsultazzjoni (għar-regoli li jqiegħdu inkarigu ta' superviżjoni fuq il-Bank Ċentrali Ewropew)", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Iktar informazzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-05-22T17:16:05", "title": "Il-Parlament jappoġġja l-pjanijiet għal sistema ta' superviżjoni bankarja fl-UE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov/20130917STO20113/sir-af-aktar-dwar-ir-rebbieha-precedenti-tal-premju-sakharov", "text": ["Il-Premju Sakharov għen biex tinġibed l-attenzjoni rigward ksur tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha u biex jiġi enfasizzat il-kuraġġ ta' dawk iddedikati għall-ġlieda kontra dan il-ksur.", "Ir-rebbieħa preċedenti bbenefikaw minn aktar kopertura medjatika tas-sitwazzjoni tagħhom, li għenet biex iseħħu l-bidliet.", "Fil-mappa interattiva tagħna tista' ssir taf aktar dwar ir-rebbieħa preċedenti u minn fejn huma.", "Matul is-snin ħafna rebbieħa tal-premju twaqqfu milli jirċievu l-premju tagħhom huma stess mill-awtoritajiet tal-pajjiż li kienu jgħixu fih, għalkemm uħud setgħu jirċevuh aktar 'il quddiem, bħal Guillermo Fariñas u Ladies in White minn Kuba.", "Il-mappa interattiva tagħna turi li l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jseħħu kullimkien.", "Il-Membri tal-PE huma ddedikati li jiġbdu l-attenzjoni rigward dawn is-sitwazzjonijiet matul dibattiti dwar id-drittijiet tal-bniedem waqt kull sessjoni plenarja.", "Kif jaħdmu", "Il-partiti politiċi Ewropej jirċievu finanzjament mingħand il-Parlament Ewropew biex ikopru l-infiq marbut direttament mal-objettivi stabbiliti fil-programmi tagħhom.", "Din hija l-gwida qasira tagħna li tispjega r-regoli li jiddefinixxu kif il-fondi jiġu allokati u kif il-partiti jistgħu jużawhom.", "Il-partiti politiċi kif inhuma ffinanzjati fil-livell Ewropew?", "Minn Lulju 2004, il-partiti politiċi Ewropej setgħu jibdew jirċievu finanzjament annwali mill-Parlament Ewropew.", "Il-finanzjament jieħu l-forma ta' grant operattiv.", "Jista' jkopri sa 85% tan-nefqa eliġibbli ta' partit, filwaqt li l-bqija għandha tiġi koperta minn riżorsi proprji bħal miżati tas-sħubija u donazzjonijiet.", "X'jista' u x'ma jistax jitħallas mill-grant?", "Il-grant jista' jintuża biex ikopri n-nefqa marbuta direttament mal-objettivi stabbiliti fil-programm politiku tal-partit, bħal:", "laqgħat u konferenzi", "pubblikazzjonijiet, studji u reklami", "spejjeż amministrattivi, tal-persunal u tal-ivvjaġġar", "spejjeż ta' kampanji marbuta mal-elezzjonijiet Ewropej", "Din tissejjaħ nefqa eliġibbli.", "Madankollu, il-grant ma jistax jintuża biex jiġi kopert infiq bħal:", "spejjeż ta' kampanji għal referenda u elezzjonijiet (ħlief għall-elezzjonijiet Ewropej)", "finanzjament dirett jew indirett ta' partiti nazzjonali, kandidati tal-elezzjonijiet u fondazzjonijiet politiċi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew", "djun u imposti għall-manutenzjoni tad-djun.", "Min jistabbilixxi r-regoli għall-finanzjament?", "Il-bażi legali tista' tinstab fl-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Ir-regoli dwar il-finanzjament huma stabbiliti b'regolament adottat mill-Kunsill u l-Parlament.", "Dan ġie rivedut sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet għall-finanzjament.", "Ir-regoli ta' implimentazzjoni jiġu adottati mill-Bureau tal-Parlament.", "Iktar informazzjoni", "Premju Sakharov paġna", "Video: Intervista mal-Nisa bl-Abjad", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-10-10T16:00:45", "title": "Prominenza għad-drittijiet tal-bniedem"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov/20131021STO22708/aung-san-suu-kyi-tircievi-l-premju-sakharov-li-rebhet-fl-1990", "text": ["Stennija vallapena: Aung San Suu Kyi sa fl-aħħar setgħet tiġbor il-Premju Sakharov tagħha fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu", "Il-figura leġġendarja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tal-Mjanmar, Aung San Suu Kyi, sa fl-aħħar irċeviet il-Premju Sakharov tagħha fit-22 ta' Ottubru, 23 sena wara li ngħatalha mill-Parlament Ewropew.", "\"Dan hu mument kbir, mument li ġenerazzjoni sħiħa f'pajjiżek iżda anke hawn fl-Ewropa ilna ħafna nistennew,\" qal il-President tal-PE Martin Schulz.", "Aung San Suu Kyi raddet ħajr lill-Membri tal-PE għall-appoġġ tagħhom matul is-snin: \"Il-libertà tal-ħsieb tibda bid-dritt li ssaqsi l-mistoqsijiet u l-poplu tagħna f'Burma tant ilu nieqes minn dan id-dritt li xi wħud miż-żgħażagħ tagħna lanqas jafu sew kif isaqsu l-mistoqsijiet.\"", "\"Aħna rridu niżguraw li d-dritt li taħseb liberament u tgħix skont il-kuxjenza jkun ippreservat.", "Dan id-dritt għadu mhuwiex iggarantit 100%.", "Baqgħalna ħafna xogħol x'nagħmlu qabel ma l-liġi bażika ta' artna, li hija l-kostituzzjoni, tiggarantilna d-dritt li ngħixu skont il-kuxjenza tagħna.\"", "Simbolu tal-libertà u d-demokrazija", "Is-Sur Schulz sejjaħ lil Aung San Suu Kyi \"simbolu kbir tal-libertà u d-demokrazija\".", "\"Minkejja t-tul ta' żmien li tista' tieħu l-ġlieda għad-demokrazija, in-nies li jibqgħu sodi fl-aħħar jirbħu,\" qal il-President.", "Aung San Suu Kyi qattgħet 15-il sena taħt arrest f'darha qabel ma nħelset f'Novembru 2010.", "Iktar informazzjoni", "Storja Ewlenija dwar il-Premju Sakharov", "Ir-riformi fil-Mjanmar: sentejn wara", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-12-07T17:44:45", "title": "Aung San Suu Kyi tirċievi l-Premju Sakharov li rebħet fl-1990"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20170911IPR83505/stat-tal-unjoni-nahsdu-l-okkazjoni-biex-infasslu-futur-ambizzjuz", "text": ["Rotta lejn UE 2025 mibnija fuq valuri demokratiċi u proċess deċiżjonali effikaċi", "Ikkompletar tal-unjonijiet tad-difiża, is-sigurtà, l-enerġija, diġitali, monetarja u tas-suq tal-kapital", "Opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha u tisħiħ tal-kompetittività industrijali", "Ħolqien ta' aġenziji għad-drittijiet tal-ħaddiema, iċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu", "Jean-Claude Juncker jippreżenta l-viżjoni tiegħu għal Ewropa b'saħħitha u magħquda", "Bosta gruppi politiċi laqgħu l-viżjoni ppreżentata matul id-dibattitu dwar l-istat tal-Unjoni mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker għal UE b'saħħitha u maqgħuda sal-2025.", "Il-biċċa l-kbira tal-gruppi politiċi laqgħu l-viżjoni ppreżentata matul id-dibattitu annwali dwar l-istat tal-Unjoni mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker għal Ewropa b'saħħitha u maqgħuda sal-2025.", "Tul id-dibattitu ta' madwar tliet sigħat il-mexxejja tal-gruppi politiċi ddiskutew il-pjanijiet tad-difiża, is-sigurtà, il-migrazzjoni legali, il-kummerċ internazzjonali, l-ugwaljanza soċjali u dwar kif tista' tissaħħaħ il-kapaċità baġitarja tal-Unjoni.", ", il-President tal-Parlament Ewropew, laqa' l-President tal-Kummissjoni u l-Kulleġġ tal-Kummissarji u qal li ċ-ċittadini riedu iżjed kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri fil-politiki tal-migrazzjoni, l-ekonomija, it-terroriżmu, it-tkabbir u d-drittijiet soċjali.", "Biex tisma' kull dikjarazzjoni ta' kull kelliem individwalment, ikklikkja fuq l-isem.", "Il-President Juncker qal li l-istabbiltà baġitarja, aktar nies jaħdmu minn qabel u irkupru ekonomiku kontinwu joħolqu opportunità għal riformi ambizzjużi għall-UE, mibnija fuq il-libertà, id-drittijiet indaqs u l-istat tad-dritt.", "Is-Sur Juncker ħabbar proposti għal ministru tal-finanzi Ewropew, għall-migrazzjoni legali, iċ-ċibersigurtà, il-libertà u d-drittijiet tal-ħaddiema, il-kummerċ internazzjonali u l-Unjoni tad-Difiza.", "Biex l-UE tkun irrapreżentata b'mod qawwi huwa qal li xtaq li l-Presidenza tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kellhom jingħaqdu taħt il-persuna li tkun is-\"Spitzenkandidat\" bl-iktar voti miċ-ċittadini Ewropej fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.", "Il-President tal-grupp tal-PPE", "(DE) laqa' l-viżjoni tas-Sur Juncker għal tisħiħ tal-UE.", "Madankollu huwa semma' t-tħassib tan-nies, bħat-tħassib dwar il-globalizzazzjoni: \"jeħtieġ li jkollna ekonomija soċjali\", kif ukoll li \"niżguraw il-fruntieri tagħna biex inwaqqfu l-migrazzjoni illegali.", "Is-Sur Weber żied li n-nies huma xxukjati dwar it-Turkija u li \"t-Turkija ma tistax issir membru sħiħ tal-UE\".", "Is-Sur Weber qal ukoll li n-nies kienu mbeżżgħa mill-isfida mill-Lvant: \"Jeħtieġ li jkollna Unjoni tad-Difiża Ewropeja biex nipproteġu l-istil taħ ħajja ta Ewropeja\" u żied li n-North Stream II għandu jitwaqqaf.", "Il-mexxej tal-S&D", "(IT) ippropona li l-Istati Membri tal-UE \"jobbligaw lill dawk il-multinazzjonali kollha li jiffrodaw l-awtoritajiet tat-taxxa biex iħallsu lura t-taxxi dovuti, jadottaw miżuri kontra l-esplojtazzjoni taż-żgħażagħ\" kif ukoll \"garanzija għat-tfal\".", "Is-Sur Pittella qal ukoll li jrid isir sforz biex it-tfal kollha fl-UE jkollhom garanzija ta' edukazzjoni u ta' saqaf fuq rashom.", "Dwar il-migrazzjoni, appella lill-Kummissjoni biex \"ikollha l-kuraġġ tiftaħ kanali legali\" minħabba li l-għeluq tar-rottot illegali mhix azzjoni sostenibbli waħedha.", "(ECR, UK) saħaq li, jekk verament trid tipproteġi liċ-ċittadini, \"l-Ewropa ma tistax tkun protezzjonista\".", "Biex l-ekonomija Ewropea tkum tajjeb, jeħtieġ li noħolqu aktar opportunitajiet, mhux iżjed regolamenti, filwaqt li żied li \"l-pjanijiet ta' tkabbir ekonomiku tal-UE ma joħolqux l-impjiegi.", "In-negozji joħolqu l-impjiegi.\"", "Il-mexxej tal-grupp tal-ALDE", "(BE) qal li d-diskors tas-Sur Juncker kellu \"ħafna viżjoni u ambizzjoni għall-2019\", parzjalment għaliex \"ħafna nbidel\" minħabba l-majnar tar-\"rebbiegħa populista\" fl-Awstrija, Franza, u l-Olanda.", "\"Merħba kollha fuq in-naħa ta' dawk li huma raġjonevoli\", qal is-Sur Verħofstadt, filwaqt li żied li \"Nigel Farrage biss ma jifhimx\", b'riferiment għall-fatt li maġġoranza tal-poplu Ewropej jixtieq aktar azzjoni fil-livell tal-UE.", "\"L-UE hija neċessarja kontra l-gvernijiet tal-alt right\", temm jgħid.", "il-Viċi President tal-grupp GUE/NGL, issuġġerixxa li l-fond ta' investiment imniedi mill-President Juncker jinbidel \"f'fond kbir soċjali u ambjentali.\"", "Huwa kompla jgħid li hemm \"ħtieġa urġenti biex noħorġu minn sistema kompetittiva fl-UE u nibnu Unjoni li tikkombina l-umaniżmu soċjali u l-progress ekoloġiku b'direttiva ġusta għall-ħaddiema ppustjati, salarji minimi, protezzjoni tal-pensjonijiet, erradikazzjoni tal-faqar u ugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa.", "(BE), il-viċi president tal-grupp tal-Ħodor/EFA, appella għal sforz biex \"iċ-ċittadini jkunu rrikonċiljati mal-idea essenzjali tal-UE\".", "Biex isir dan, id-diskors tas-Sur Juncker kellu jkun dwar \"it-tnaqqis tal-inugwaljanzi\", \"it-tnaqqis tal-impatt ekoloġiku tagħna,\" \"orjentazzjoni ġdida għall-politika kummerċjali tagħna\", \"l-iffriżar tas-CETA\", \"il-projbizzjoni tal-glysophate u definizzjoni aktar b'saħħitha tal-endocrine disrupters\".", "\"Ma tagħllimt xejn mill-Brexit\", qal", "(ENF, AT) saħaq li l-ENF ma tridx li l-Euro falluta tespandi u oppona l-Unjoni tad-Difiża u l-libertà ta' moviment tal-ħaddiema.", "Il-fruntieri interni jridu jinżammu biex \"il-miljuni ta' Afrikani u Għarab ma jidħlux fl-UE\", temm jgħid.", "Dikjarazzjoni mill-Presidenza Estonjana", "Għeluq tal-President Juncker", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "Indirizz tal-President Juncker", "Materjal awdjoviżiv SOTEU 2017", "Ittra mill-President tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-09-14T10:17:00", "title": "Stat tal-Unjoni: Naħsdu l-okkażjoni biex infasslu futur ambizzjuż"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov/20130930STO21108/imhabbra-l-finalisti-tal-premju-sakharov-2013", "text": ["Min se jirbaħ il-Premju Sakharov din is-sena?", "Il-finalisti tal-Premju Sakharov ta' din is-sena huma l-priġunieri politiċi Bjelorussi Ales Bialatski, Eduard Lobau u Mykola Statkevich, il-whistle-blower tal-NSA Edward Snowden u l-promotriċi Pakistana tal-edukazzjoni fost it-tfal bniet Malala Yousafzai.", "Ir-rebbieħ se jintgħażel mill-President tal-PE Martin Schulz u l-mexxejja tal-gruppi politiċi fl-10 ta' Ottubru u ċ-ċerimonja se ssir fi Strasburgu fl-20 ta' Novembru.", "L-ismijiet tal-finalisti tħabbru fit-30 ta' Settembru wara laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp flimkien mas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jintgħażlu tliet finalisti minn lista ta' seba' nominazzjonijiet.", "Ales Bialatski, Eduard Lobau u Mykola Statkevich (f'isem il-priġunieri politiċi Bjelorussi kollha) huma dissidenti mill-Bjelorussja.", "Huma ilhom il-ħabs minn meta saret dimostrazzjoni paċifika fi Pjazza Indipendenza f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010, kontra r-rielezzjoni kontroversjali tal-President Alexander Lukashenko.", "Ales Bialiatski huwa l-president taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem \"Viasna\", Eduard Lobau huwa attivist tal-\"Malady Front\", u Mykola Statkevich kien kandidat presidenzjali fl-2010.", "Edward Snowden huwa espert tal-informatika u eks-impjegat tas-CIA/NSA Amerikan li żvela informazzjoni sigrieta dwar is-sorveljanza tal-massa min-naħa tal-Istati Uniti fuq il-komunikazzjonijiet elettroniċi.", "F'Ġunju 2013, il-gvern Amerikan akkużah bi spjunaġġ, serq u l-użu illegali ta' proprjetà tal-gvern.", "F'Lulju huwa ngħata asil temporanju fir-Russja.", "Malala Yousafzai hija tfajla ta' 16-il sena li tiġġieled favur id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà u l-awtodeterminazzjoni tan-nisa fil-Wied ta' Swat, fil-Pakistan, fejn ir-reġim Taliban ipprojbixxa lill-bniet milli jattendu l-iskola.", "Hija kellha 11-il sena meta bdiet il-ġlieda tagħha billi bdiet tikteb blogg taħt isem fittizju.", "Malajr saret vuċi prominenti kontra abbużi bħal dawn u f'Ottubru 2012 xi Talibani armati ppruvaw joqtluha.", "Minn dakinhar hija saret simbolu tal-ġlieda favur id-drittijiet tan-nisa u l-aċċess mad-dinja kollha għall-edukazzjoni.", "Iktar informazzjoni", "Kumitat għall-Iżvilupp", "Kumitat għall-Affarijiet Barranin", "Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-12-07T17:58:17", "title": "Imħabbra l-finalisti tal-Premju Sakharov 2013"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov/20131009IPR21810/malala-yousafzai-rebbieha-tal-premju-sakharov-2013", "text": ["Il-militanta Pakistanjana għall-edukazzjoni tal-bniet Malala Yousafzai hija r-rebbieħa tal- Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għall-Libertà tal-Ħsieb 2013. ©ISOPIX", "Il-militanta Pakistanjana għall-edukazzjoni tal-bniet Malala Yousafzai hija r-rebbieħa tal- Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għall-Libertà tal-Ħsieb 2013 wara d-deċiżjoni ta' nhar il-Ħamis tal-Konferenza tal-Presidenti (President tal-PE u l-mexxejja tal-gruppi politiċi).", "Hija ser tiġi mistiedna biex tirċievi l-premju matul ċerimonja fi Strasburgu fl-20 ta' Novembru.", "Il-President Martin Schulz qal: \"Bl-ippremjar ta' Malala Yousafzai, il-PArlament Ewropew jirrikonoxxi l-qawwa inkredibbli ta' din il-mara żgħażugħa.", "Malala tirrapreżenta d-dritt biex it-tfal kollha jirċievu edukazzjoni ġusta.", "Spiss dan id-dritt jiġi minsi fir-rigward tal-bniet.", "Peress li għada huwa l-Jum Internazzjonali tal-Tfal Bniet, nixtieq infakkar li xi 250 miljun bniet fid-dinja ma jistgħux jattendu l-iskola liberament.", "L-eżempju ta' Malala tfakkarna li għandna dmir u responsabbiltà biex nipproteġu d-dritt tat-tfal għal edukazzjoni.", "Dan huwa l-aħjar investiment għall-futur.\"", "Is-Sinjura Yousafzai tat l-ewwel diskors tagħha f'Settembru 2008, intitolat \"X'dritt għandu t-Taliban biex ineħħili d-dritt bażiku għal edukazzjoni?\"", "Meta l-iskejjel tal-bniet kollha taħt il-kontroll tat-Taliban ingħalqu f''Jannar 2009, hija bdiet blog għall-BBC Urdu bil-psewdonimu ta' Gul Makai.", "Il-blog ġab il-fama għal Malala u l-ġlieda tagħha.", "Theddid sar lill-familja tagħha hekk kif l-identità tagħha nkixfet, u dan wassal għal attentat ta' qtil f'Ottubru 2012, meta rċiviet tiri f'rasha u għonqa minn suldati tat-Taliban meta kienet sejra lura d-dar f'bus tal-iskola.", "Il- Premju Sakharov għall-Libertà tal-Ħsieb ingħata mill-Parlament Ewropew kull sena mill-1988 lil individwi jew organizzazzjonijiet li għamlu kontribut importanti għall-ġlieda għad-drittijiet tal-bniedem jew id-democrazija.", "Iktar informazzjoni", "Premju Sakharov għall-Libertà tal-Ħsieb", "Premju Sakharov - il-finalisti 2013 (30.09.2013)", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-10-10T12:30:46", "title": "Malala Yousafzai - rebbieħa tal-Premju Sakharov 2013"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/sakharov/20130917STO20111/il-premju-sakharov-tehid-ta-pozizzjoni-favur-l-umanita", "text": ["Il-Premju Sakharov jingħata lil nies li jiġġieldu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem", "Min se jirbaħ il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb din is-sena?", "Il-premju jingħata mill-Parlament Ewropew kull sena biex jonora lil persuni straordinarji li jiġġieldu kontra l-intolleranza u l-oppressjoni.", "Il-persuni nnominati għal din is-sena tħabbru fis-16 ta' Settembru.", "Huma mill-Pakistan, l-Istati Uniti, l-Etjopja, il-Bjelorussja, it-Turkija u r-Russja iżda kollha għandhom ħaġa waħda inkomuni: jiġġieldu għad-drittijiet tal-bniedem, għad-dinjità tal-bniedem u għad-demokrazija f'uħud miż-żoni l-aktar diffiċli tad-dinja.", "Abbażi tan-nominazzjonijiet, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp jagħżlu tliet finalisti fit-30 ta' Settembru.", "Ir-rebbieħ jintgħażel fl-10 ta' Ottubru mill-Konferenza tal-Presidenti, li tikkonsisti mill-President tal-PE u l-kapijiet tal-gruppi politiċi.", "Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni ssir fi Strasburgu fl-20 ta' Novembru.", "Matul l-istess ġimgħa jitfakkar ukoll il-25 anniversarju tal-premju.", "Il-premju msemmi għad-dissident Russu Andrei Sakharov, li rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi fl-1975 għall-ħidma tiegħu biex jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u għall-enfasi li għamel fuq il-perikli tal-kompetizzjoni għas-supremazija fir-rigward tal-armi nukleari.", "Kull grupp politiku jew kull grupp ta' mill-anqas 40 Membru tal-PE jista' jinnomina kandidat.", "Iktar informazzjoni", "Premju Sakharov paġna", "2012 rebbieħa", "Qrib Tiegħek: Ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-10-08T19:08:16", "title": "Il-Premju Sakharov - Min se jirbaħ fl-2013?"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20181106IPR18316/merkel-in-nazzjonalizmu-u-l-egoizmu-qatt-m-ghandhom-jergghu-jirbhu-fl-ewropa", "text": ["Il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel iddiskuta l-futur tal-UE mal-MPE u l-President tal-Kummissjoni Ewropeja nhar it-Tlieta.", "\"It-tolleranza hija r-ruħ tal-Ewropa.", "Iżda din it-tolleranza qed tiġi mminata dawn l-aħħar snin minn diversi sfidi bħad-dejn pubbliku, it-terroriżmu, il-gwerer li għaddejjin fil-viċinat tagħna, il-migrazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, u t-tibdil fil-klima\", qalet is-Sinjura Merkel..", "Dawn l-isfidi jistgħu jiġu ffaċċati biss jekk l-Ewropa tkun unita u jekk \"inqisu li l-interessi u l-ħtiġijiet tal-oħrajn huma tagħna wkoll\"..", "Is-solidarjetà tfisser ukoll li jekk timmina l-istat tad-dritt f'pajjiż wieħed jew tattakka l-libertà tal-istampa, dan ikun qed iseħħ fl-UE kollha.", "Il-Kanċillier qalet ukoll li \"biex tinstema' f'dinja globalizzata, l-Ewropa trid tibda tmexxi minn quddiem\".", "L-istabbiliment ta' armata veritabbli Ewropeja bħala kompliment tan-NATO, \"turi lid-dinja li qatt m'hu ser jerġa' jkun hemm gwerra bejn il-pajjiżi Ewropej\".", "Tista' terġa ssegwi d-dibattitu u l-", "permezz tal-", "Dikjarazzjonijiet minn MPE Maltin", "\"Id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel kien importanti għaliex stajna naqsmu ideat dwar dak li ċ-ċittadini Ewropej jistennew minnha f'temi importanti bħas-sigurtà, l-immigrazzjoni u l-ekonomija.", "Irridu nipproteġu aħjar il-fruntiera tagħna biex niġġieldu t-terroriżmu filwaqt li rridu naħdmu aktar ma' pajjiżi terzi biex nindirizzaw l-għeruq tal-immigrazzjoni.", "Irridu ekonomija li tagħti każ in-nies u mhux waħda ibbażata fuq iċ-ċifri.", "Dan hu l-futur tal-Ewropa li qed jistennew iċ-ċittadini Ewropej.\"", "\"Huwa pożittiv li l-Kanċillier Ġermaniża saħqet dwar ir-rispett sħiħ lejn il-valuri tas-solidarjetà, partikularment is-solidarjetà bbażata fuq it-tolleranza.", "Dwar il-kwisjtoni tal-immigrazzjoni rregolari, qalet dak li Malta ilha tgħid: li din hija problema komuni għall-Ewropa u mhux għall-ftit.", "Finalment kull pajjiż għandu rwol fit-tqassim tar-responsabiltà, punt li naqbel miegħu imma li fl-istess ħin seta' ġie enfasizzat aktar fis-snin li għaddew.", "Dwar l-Armata Ewropeja, ma nistax naqbel mal-enfasi li qed issir meta tqis li aħna pajjiż newtrali u konna wieħed minn tlett pajjiżi li ma ngħaqadniex fil-ftehim il-ġdid dwar il-kooperazzjoni għad-difiża u s-sigurtà.\"", "\"L-Unjoni Ewropea trid tirbaħ lura l-appoġġ ta' kwalunkwe ċittadin iddiżappuntat.", "Għal din ir-raġuni neħtieġu ideat viżjonarji li jikkontribwixxu biex l-UE tersaq lejn iċ-ċittadini.", "Dan jista' jsir billi jinstabu soluzzjonijiet tanġibbli għall-problemi attwali tagħna, bl-inklużjoni ta' innovazzjoni diġitali li tista' tikkontribwixxi għal Unjoni li hija aktar kompetittiva ma' pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Amerika.\"", "Tista' terġa' ssegwi l-interventi tal-kapijiet tal-gruppi li pparteċipaw fid-dibattitu billi tikklikkja fuq il-links ta' hawn taħt:", "Introduzzjoni mill-President Antonio TAJANI", ", Kanċillier Federali tal-Ġermanja", ", President tal-Kummissjoni", "reazzjoni għall-interventi preċedenti", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Uffiċjal tal-istampa", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "It-test tal-intervent tal-Kancillier Merkel jinsab hawn", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-11-13T18:32:00", "title": "Merkel: In-nazzjonaliżmu u l-egoiżmu qatt m'għandhom jerġgħu jirbħu fl-Ewropa"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20190627IPR55404/constitution-of-the-9th-legislature-of-the-european-parliament", "text": ["Id-9 leġiżlatura tal-Parlament Ewropew bdiet illum", "Id-9 leġiżlatura tal-Parlament Ewropew mill-ewwel elezzjonijiet diretti fl-1979 tibda' llum", "L-MPE eletti jiġu minn 190 partit politiku mit-28 stat membru", "huma MPE ġodda", "huma rġiel u", "huma nisa", "Id-9 leġiżlatura tal-Parlament Ewropew ġiet uffiċjalment kostitwita llum fi Strasburgu fl-10.00 mill-President uxxenti Antonio Tajani.", "Il-President il-ġdid tal-Parlament jiġi elett l-Erbgħa filgħodu fid-9.00.", "In-nominazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati mill-gruppi politiċi jew minn 1/20 mill-membri sal-22.00 tal-lejla.", "Tmien MPE intgħażlu bil-polza biex jikkontrollaw il-votazzjoni.", "Wara l-elezzjonijiet Ewropej fit-28 stat membru f'Mejju, li fihom 51% tal-votanti vvutaw, il-Parlament Ewropew il-ġdid ġie kkostitwit.", "Hemm l-għola proporzjon li qatt kien hemm ta' membri ġodda (61%) u aktar nisa membri mid-darba preċedenti (40% filwaqt li dan kien ta' 37% fl-2014.", "L-iżgħar MPE hija Kira Marie Peter-Hansen mid-Danimarka (21) and l-aktar anzjan huwa Silvio Berlusconi mill-Italja (82).", "Il-Parlament il-ġdid huwa kompost minn 7 gruppi politiċi - wieħed inqas mil-leġiżlatura ta' qabel.", "L-MPE li għadhom ma ngħaqdux ma' grupp politiku huma elenkati bħala 'mhux allinjati', iżda fi kwalunkwe mument jistgħu jingħaqdu ma' grupp.", "Mill-2009, skont ir-regoli ta' proċedura tal-Parlament, grupp politiku għandu jikkonsisti minn ta' l-inqas 25 membru li jkunu ġew eletti f'mill-inqas 7 stati membri", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "Riżultati finali tal-elezzjonijiet Ewropew u dettalji skont kull stat membru u grupp politiku", "Lista tal-MPE kollha skont il-grupp politiku u n-nazzjonalità", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-07-02T12:55:00", "title": "Kostituzzjoni tad-9 leġiżlatura tal-Parlament Ewropew"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20191213STO69020/taxxi-korporattivi-pressjoni-tal-meps-fuq-l-evitar-tat-taxxa-ta-kumpaniji-kbar", "text": ["Taxxi korporattivi: Pressjoni tal-MEPs fuq l-evitar tat-taxxa ta' kumpaniji kbar", "F'dibattitu plenarju tas-16 ta' Diċembru, l-MEPs qalu li ċ-ċittadini jistennew azzjoni tal-UE li tiżgura li l-multinazzjonali jħallsu taxxi ġusti fl-UE.", "Id-diskussjoni ffokat fuq l-isforzi internazzjonali mmexxija mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) biex jiġu mmodernizzati r-regoli dwar it-taxxa korporattiva f'konformità mal-isfidi kkawżati mill-globalizzazzjoni u mir-rivoluzzjoni diġitali.", "L-MEPs adottaw", "riżoluzzjoni", "nhar l-Erbgħa, 18 ta' Diċembru, fejn qalu li l-UE għandha timpenja ruħha b'mod sħiħ fl-isforzi internazzjonali iżda għandha tkun lesta li taġixxi fil-livell tal-UE jekk il-pjanijiet globali jfallu.", "Modernizzar tat-tassazzjoni", "Ma għadux meħtieġ li jinbnew fabbriki, jiġu mpjegati ħaddiema jew saħansitra li oġġetti jaqsmu l-fruntieri sabiex il-kumpaniji kbar jaqilgħu l-flus f'pajjiż, peress li dawn qegħdin jiddependu dejjem aktar fuq mudelli ta' negozju diġitali.", "Madankollu, ir-regoli attwali dwar it-taxxa korporattiva jagħmlu lill-kumpaniji responsabbli għall-ħlas ta' taxxa f'pajjiż partikolari biss jekk ikollhom preżenza fiżika hemmhekk.", "Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar ħafna drabi jkollhom sussidjarji f'ħafna postijiet, u jistgħu jgħaddu d-dħul tagħhom minn ġurisdizzjonijiet bl-aktar rati tat-taxxa korporattiva baxxi.", "Dan, min-naħa tiegħu, joħloq inċentivi għall-pajjiżi biex joffrulhom kundizzjonijiet ta' tassazzjoni aktar vantaġġużi, u b'hekk dan iċaħħad lill-pajjiżi oħra minn dħul mit-taxxa.", "negozjati skont l-OECD", ", li jinvolvu 135 pajjiż, ifittxu li jindirizzaw l-isfidi tal-intaxxar tal-kumpaniji bl-ebda preżenza fiżika, u li jistabbilixxu rata minima ta' taxxa biex tiġi evitata l-kompetizzjoni fiskali dannuża.", "Ġustizzja fiskali", "Matul id-dibattitu, ħafna MEPs qalu li hija kwistjoni ta' ekwità li jiġi żgurat li l-kumpaniji multinazzjonali u diġitali jħallsu t-taxxa.", "\"Filwaqt li ċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-kumpaniji ż-żgħar iħallsu s-sehem tagħhom b'rati tat-taxxa effettivi ta' 40 % jew aktar, ħafna multinazzjonali kbar ma jħallsux rati simili,\" sostniet il-President tal-kumitat ekonomiku", "Is-Sinjura Tinagli indikat li skont ir-riċerka, 40 % tal-profitti tal-kumpaniji kbar jiġu trasferiti lejn rifuġji fiskali.", "\"Il-reġim fiskali internazzjonali attwali [...] iżid l-inugwaljanzi u jpoġġi l-parti l-kbira tal-piż fiskali fuq dawk li jħallsu t-taxxi li huma inqas mobbli fiskalment - il-ħaddiema u l-konsumaturi.", "Dan mhuwiex ġust.\".", "(Renew Europe, Spanja) ikkwota ċifri li juru li Apple ħallset taxxa korporattiva ta' EUR 4 miljun fi Spanja fuq dħul annwali ta' EUR 320 miljun, filwaqt li Netflix ħallset biss EUR 3,140.", "Huwa saqsa \"kif se nkunu qed niffinanzjaw l-istati soċjali tagħna, jekk dawk li jaqilgħu aktar, ma jikkontribwux biex l-istat soċjali jibqa' għaddej?\".", "\"Qed niffaċċjaw dawn l-isfidi b'regoli tas-seklu 19.\"", "It-tfittxija ta' soluzzjonijiet fil-livell internazzjonali", "\"Meta qed nitkellmu dwar l-ekonomija diġitali, qed inħarsu lejn sfidi internazzjonali.", "Għalhekk irridu naħdmu fuq dawn l-isfidi fuq livell internazzjonali,\" enfasizza", "(PPE, il-Ġermanja).", "Huwa indika wkoll li l-UE għandha tiżgura li tirranġa l-qagħda tagħha stess.", "Huwa sostna li \"għandna nsolvu l-problemi tagħna stess fi ħdan l-UE [...] jeħtieġ li ntemmu r-rifuġji fiskali tagħna stess\".", "Il-Kummissarju għall-Ekonomija Paolo Gentiloni qal li l-UE hija impenjata li ssib ftehim internazzjonali dwar din il-kwistjoni, iżda aċċerta lill-MEPs li l-Kummissjoni hija lesta li taġixxi fi kwalunkwe każ.", "\"Jekk l-ebda ftehim ma jintlaħaq jew jintlaħaq ftehim limitat internazzjonalment sa l-2020, huwa ċar daqs il-kristall li r-raġuni qawwija għal azzjoni fil-livell tal-UE ser tibqa' u li l-Kummissjoni ser taġixxi fuq din il-bażi.\"", "Għal aktar informazzjoni", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu plenarju", "Mozzjoni għal riżoluzzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-01-13T14:51:00", "title": "Taxxi korporattivi: Pressjoni tal-MEPs fuq l-evitar tat-taxxa ta' kumpaniji kbar"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20200117STO70505/il-membri-tal-pe-jitolbu-li-jkun-hemm-carger-elettroniku-komuni", "text": ["Il-membri tal-PE jridu jagħmlu l-ħajja aktar faċli għall-konsumaturi u jnaqqsu l-iskart elettroniku permezz tal-introduzzjoni ta' ċarġer komuni għall-apparati mobbli kollha.", "Huma appellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposta sa Lulju 2020", "f'dibattitu fit-13 ta' Jannar", "L-ispinta għall-bidla tiġi minn", "membri tal-", "Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO)", "li jridu ċarġer komuni għall-ismartphones, it-tablets, apparat għall-kotba elettroniċi, kameras intelliġenti u teknoloġija li tintlibes.", "\"Il-Kummissjoni trid turi tmexxija u tieqaf tħalli lill-ġganti teknoloġiċi jiddettawlna l-istandards.", "Jekk is-sovranità diġitali tfisser xi ħaġa għal din il-Kummissjoni l-ġdida, nistennew proposta biex jiġi stabbilit standard ta' ċarġer komuni, fi żmien is-sitt xhur li ġejjin\", qalet", "(Polonja, PPE, Viċi President tal-Kumitat IMCO) li kienet ippreżentat", "mistoqsija għal tweġiba orali", "lill-Kummissjoni.", "Impatt soċjali u ambjentali pożittiv", "L-introduzzjoni ta' ċarġer komuni għandu l-għan li jnaqqas l-iskart elettroniku, inaqqas l-ispejjeż u jtejjeb is-sikurezza u l-interoperabbiltà taċ-ċarġers.", "tal-2014 wera tnaqqis fl-għadd ta' ċarġers differenti għall-ismartphones minn 30 fl-2009 għal tlieta.", "Madankollu, meta wieħed jixtri apparat ġdid, awtomatikament jiġi b'ċarġer ġdid.", "Skont il-Kummissjoni Ewropea, l-iskart elettroniku huwa wieħed mill-flussi ta' skart li qed jikber l-aktar malajr fl-UE, u huwa mistenni li jikber għal", "aktar minn 12-il miljun tunnellata sal-2020", "Approċċ volontarju tal-Kummissjoni", "Il-leġiżlaturi tal-UE talbu li jinħoloq ċarġer komuni fl-2014.", "S'issa, il-Kummissjoni Ewropea segwiet approċċ volontarju biex tħeġġeġ lill-manifatturi tat-telefons mobbli jikkooperaw.", "Il-Kummissarju Maroš Šefčovič, il-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Previżjoni, li jirrappreżenta lill-Kummissjoni Ewropea, qal lill-MEPs li l-approċċ volontarju kien \"l-aħjar mod kif niksbu l-kisbiet tal-politika tagħna mingħajr ma nxekklu l-innovazzjoni\".", "Kampanja ta' Ċarġer wieħed għat-telefons mobbli kollha (sfond u dokumenti kompluti)", "Studju tal-2014", "Id-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-02-03T10:52:00", "title": "Il-membri tal-PE jitolbu li jkun hemm ċarġer elettroniku komuni"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/ttip/20150702IPR73645/ttip", "text": ["Ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti għandu jiftaħ l-aċċess għas-suq tal-Istati Uniti għall-kumpaniji tal-UE, iżda m'għandux idgħajjef l-istandards tal-UE, jistqarru l-Membri tal-Parlament Ewropew f'rakkomandazzjonijiet, ivvutati nhar l-Erbgħa, lin-negozjaturi kummerċjali tal-UE.", "Huma jżidu jgħidu li, sabiex jiġi solvut it-tilwim li għandu x'jaqsmu mal-kummerċ bejn investitur u stat, sistema ta' ġustizzja ġdida, immexxija minn imħallfin maħtura pubblikament u suġġetta għal skrutinju u regoli ta' trasparenza, għandha tissostitwixxi l-arbitraġġ privat taħt is-sistema ta' soluzzjoni ta' tilwim bejn l-investituri u l-Istat (ISDS).", "Il-Parlament approva r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lin-negozjaturi tal-Kummissjoni Ewropea tas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) b'436 vot favur, 241 vot kontra u 32 astensjoni.", "\"Qed isseħħ globalizzazzjoni mingħajr preċedent u ċ-ċittadini u n-negozji tagħna jinsabu eżatt f'nofsha.", "Bħala Membri Parlamentari, huwa d-dmir demokratiku tagħna li nsawru dan il-proċess.", "Jekk għandu jaħdem għall-ġid tal-poplu, allura ma jistax jitħalla f'idejn in-negozjaturi biss.", "Huwa għalhekk li aħna abbozzajna din ir-riżoluzzjoni u spjegajna fid-dettall il-prinċipji għat-tip ta' ftehim kummerċjali li rridu lill-Kummissjoni tikkonkludi\", qal ir-rapporteur Bernd Lange (S&D, DE).", "\"Nitolbu bi dritt proċess aktar trasparenti, drittijiet tal-ħaddiema aktar robusti u protezzjoni tad-data personali u s-servizzi pubbliċi.", "Aħna ninsistu li d-dritt ta' dawk li jfasslu l-liġi fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku m'għandux jiġu mminat minn qrati tal-arbitraġġ privati jew korpi oħra\", kompla jgħid, filwaqt li kkonkluda li \"aħna tajna gwida ċara għall-Kummissjoni dwar x'tip ta' ftehim irridu.", "U jekk, fl-aħħar mill-aħħar, il-ftehim ikun ħażin, aħna se niċħduh.", "Jekk ikun tajjeb, se nivvutaw favur\".", "Sistema ġdida biex jiġu solvuti t-tilwimiet ta' bejn investitur u stat", "Id-diċitura tal-kompromess dwar l-għodod ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn investitur u stat, li ssawwret mill-gruppi politiċi f'negozjati twal u mimlija tensjoni u li ddaħħlet fit-test b'447 vot favur, 229 kontra u 30 astensjoni, titlob għal sistema ta' ġustizzja ġdida biex tissostitwixxi d-disposizzjonijiet tas-\"soluzzjoni ta' tilwim bejn l-investituri u l-Istat\" (ISDS), li jiddependu mill-arbitraġġ privat u huma komuni fi ftehimiet kummerċjali.", "Din is-sistema għandha tkun \"suġġetta għal skrutinju u prinċipji demokratiċi\", li fihom il-każijiet huma ttrattati \"b'mod trasparenti\", minn \"imħallfin professjonali indipendenti, maħtura pubblikament\" u \"f'seduti ta' smigħ pubbliċi\".", "Dan għandu jinkludi \"mekkaniżmu ta' appell\", rispett għall-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-UE u tal-Istati Membri u jiġi żgurat li l-interessi privati \"ma jistgħux jimminaw l-objettivi tal-politiki pubbliċi\", jgħid it-test.", "Jibqgħu jsiru t-taħdidiet tat-TTIP biex jinkiseb ftehim tajjeb", "Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma favur li t-taħditiet ikomplu għaddejja iżda jtennu li dawn għandhom bżonn jipproduċu ftehim \"ambizzjuż\" u \"bilanċjat\", li jżid l-aċċess għas-suq għall-prodotti u s-servizzi kif ukoll l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku, b'benefiċċji kondiviżi madwar l-Istati Membri tal-UE kollha, li jwassal għal \"ambjent ekonomiku prokompetittiv effettiv\" u jipprekludi l-ostakli kummerċjali non-tariffarji.", "Ftehim għandu jneħħi r-restrizzjonijiet tal-Istati Uniti minn fuq is-sjieda barranija tas-servizzi tat-trasport u l-kumpaniji tal-ajru, itejjeb l-aċċess tal-UE għas-swieq tat-telekomunikazzjoni tal-Istati Uniti u jikseb \"ftuħ sinifikanti\" tas-suq tal-akkwist pubbliku tal-Istati Uniti fil-livelli kollha tal-gvern, jgħid it-test.", "Fl-istess ħin, għandhom jiġu ggarantiti livelli għolja ta' protezzjoni għad-data, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi tal-UE, u d-dumping soċjali, fiskali u ambjentali għandu jiġi pprevenut, huma jżidu jgħidu.", "Il-Membri tal-Parlament Ewropew jisħqu wkoll li s-servizzi pubbliċi għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim, li s-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE għandha tiġi protetta bil-qawwa, u għandu jkun hemm trattament speċjali għall-prodotti agrikoli u industrijali sensittivi.", "Il-Membri tal-Parlament Ewropew jappoġġaw li tinqata' l-burokrazija kummerċjali permezz tar-\"rikonoxximent reċiproku ta' standards ekwivalenti\", iżda minkejja dan jenfasizzaw li ma jista' jkun hemm \"l-ebda ftehim\" f'oqsma fejn l-istandards tal-Istati Uniti huma \"differenti ħafna\", eż. għall-awtorizzazzjoni ta' sustanzi kimiċi, l-OĠM, l-użu ta' ormoni fis-settur tal-ifrat, il-klonazzjoni jew il-kimiċi li jinterferixxu mas-sistema endokrinali.", "Il-passi li jmiss", "L-10 ċiklu ta' negozjati kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' investiment (TTIP) huwa skedat għat-13 sas-17 ta' Lulju 2015 fi Brussell.", "Ftehim tat-TTIP, ladarba jkunu tfassal min-negozjaturi tal-UE u l-Istati Uniti, se jkun jeħtieġ l-appoġġ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-UE biex jidħol fis-seħħ.", "Għal aktar informazzjoni", "Tappi fil-proċedura", "Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2015-07-14T10:05:05", "title": "TTIP: l-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq tal-Istati Uniti, il-protezzjoni tal-istandards tal-UE, ir-riforma tas-soluzzjoni tat-tilwim"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20200220STO73009/kwizz-ara-kemm-taf-dwar-il-bagit-fit-tul-tal-ue", "text": ["L-iskop tal-baġit tal-UE hu li naħdmu flimkien biex intejbu l-ħajja tal-Ewropej.", "Kemm taf dwaru?", "Ipprova l-kwiżż tagħna u skopri!", "L-UE tiffinanzja firxa wiesgħa ta' politiki u programmi li jagħtu valur miżjud liċ-ċittadini tal-UE.", "L-UE għandha kemm baġit annwali kif ukoll", "baġit fit-tul", "li jkopri ħames snin jew aktar.", "L-għan tal-ippjanar finanzjarju fit-tul hu li jkun hemm aktar stabbiltà u prevedibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mal-prijoritajiet tal-UE fl-investiment.", "Allura x'taf eżattament dwar il-baġit tal-UE?", "Ittestja ruħek bil-kwiżż tagħna!", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-04-07T14:52:00", "title": "Kwiżż: ara kemm taf dwar il-baġit fit-tul tal-UE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/id-drittijiet-tal-passiggieri-fl-ue/20140203IPR34618/drittijiet-ghall-passiggiera-bl-ajru-aktar-facli-biex-jigu-infurzati", "text": ["L-MEPs jivvutaw għal drittijiet għall-passiġġiera b'saħħithom ©BELGA/LANDOV/B.DUKE", "Passieġġiera bl-ajru li jsofru xi dewmien jew li jibqgħu l-art ser ikunu iktar kapaċi jiksbu kumpens, u l-kumpaniji tal-ajru ser ikollhom regoli ċari dwar kif għandhom jittrattaw l-ilmenti tal-passiġġiera, skont abbozz ta' liġi vvutat fil-Parlament fl-ewwel qari nhar l-Erbgħa.", "Ir-regoli hekk riveduti mill-Parlament issa jridu jiġu adottati mill-Kunsill jew inkella emendati.", "Titjiriet skedati mill-ġdid", "Meta' titjira tiġi ttardjata, il-passiġġiera għandhom jiġu pprovduti b'informazzjoni dwar titjiriet li jiġu skedati mill-ġdid, mhux iktar tard minn 30 minuta wara l-ħin ta' tluq inizjali.", "Il-passiġġiera b'biljett ta' ritorn ma jistgħux jiġu pprevenuti milli jieħdu t-titjira ta' ritorn, anki jekk ma jkunux użaw it-titjira ta' tluq.", "Il-passiġġiera iridu jiġu infurmati minn kmieni fil-proċess ta' prenotazzjoni dwar l-allowances fir-rigward tal-bagalji.", "Il-bagalja ta' abbord ser tiġi estiża biex tinkludi ġakketta, handbag, u basket bi prodotti mixtrijin mill-ajruport.", "Kumpanniji tal-ajru li ma jirrispondux għal ilment fi żmien xahrejn jiġu kkunsidrati bħala li jkunu aċċettaw it-talbiet tal-passiġġier.", "Meta jiġu invokati \"ċirkostanzi straordinarji\" biex ma jitħallax kumpens il-passiġġier ikollu jingħata spjegazzjoni sħiħa bil-miktub.", "Lista kompleta ta' tali ċirkostanzi hija wkoll inkluża fil-liġi.", "Biex jiġi żgurat li l-passiġġiera ma jibqgħux l-art meta kumpannija tal-ajru tfalli, il-Parlament daħħal ħtiġijiet biex il-kumpanniji jkollhom mekkaniżmi xierqa ta' garanzija, bħal fondi ta' garanzija, jew li jkollhom polza ta' assiguarazzjoni li tkopri tali sitwazzjoni.", "Passi li jmiss", "Il-Kunsill tal-Ministri issa jrid jew jaċċetta t-test tal-Parlament jew inkella jadotta l-pożizzjojni tiegħu.", "Informazzjoni addizzjonali", "Proċedura", "Ko-deċiżjoni, l-ewwel qari", "Iktar informazzjoni", "Tappi fil-proċedura", "Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu", "It-test adottat ikun disponibbli hawn (05.02.2014)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (05.02.2014)", "Fajl proċedurali", "Nota ta' sfond", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2014-02-05T13:49:37", "title": "Drittijiet għall-passiġġiera bl-ajru li jkunu aktar faċli biex jiġu infurzati"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/id-drittijiet-tal-passiggieri-fl-ue/20181005STO15109/il-passiggieri-ferrovjarji-regoli-godda-biex-il-vjaggaturi-jkunu-protetti-ahjar", "text": ["L-MEPs taw l-appoġġ tagħhom għal regoli ġodda li jsaħħu d-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji fl-UE, fosthom kumpens ogħla f'każ ta' dewmien u aktar assistenza għall-persuni b'diżabilità.", "Kull sena l-passiġġieri jagħmlu madwar 500 biljun kilometru fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew, u l-Parlament jixtieq jara li jkunu protetti.", "Fil-15 ta' Novembru, l-MEPs ivvutaw biex id-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji jsiru aktar moderni.", "L-aġġornamenti proposti jkopru diversi oqsma ewlenin u jkunu applikabbli fil-pajjiżi kollha tal-UE u għal kull tip ta' servizz ferrovjarju.", "Il-bidliet ġew approvati mill-", "Kumitat għat-Trasport", "tal-Parlament fid-9 ta' Ottubru.", "Aktar drittijiet għall-persuni b'diżabilità", "Il-kumpaniji ferrovjarji kollha tal-UE jkunu obbligati jiggarantixxu assistenza b'xejn lill-persuni b'diżabilità jew b'mobilità mnaqqsa.", "Ikunu obbligati jagħtu wkoll kumpens sħiħ għal tagħmir ta' mobilità mitluf jew li tkun saritlu ħsara, kif ukoll għal annimali mħarrġa li jintilfu jew jindarbu.", "Kumpens għad-dewmien", "Meta ferrovija tittardja ħafna, il-passiġġieri jkunu jistgħu jitolbu rimborż tal-prezz sħiħ tal-biljett jew inkella jkomplu l-vjaġġ u jitolbu rimborż parzjali.", "L-MEPs jaqblu mal-idea li jiżdied il-kumpens, skont it-tul tad-dewmien.", "Ir-regoli eżistenti", "Il-proposta l-ġdida", "Dewmien ta' bejn 60 u 120 minuta: 25% tal-prezz tal-biljett", "Dewmien ta' bejn 60 u 90 minuta: 50% tal-prezz tal-biljett", "Dewmien ta' bejn 90 u 120 minuta: 75% tal-prezz tal-biljett", "Dewmien > 120 minuta: 50% tal-prezz tal-biljett", "Dewmien > 120 minuta: 100% tal-prezz tal-biljett", "Applikazzjoni uniformi fl-UE kollha", "Bħalissa ħames pajjiżi biss japplikaw kompletament ir-regoli eżistenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji fl-UE: il-Belġju, id-Danimarka, l-Italja, in-Netherlands u s-Slovenja.", "Oħrajn għandhom", "eżenzjonijiet", "għall-ferroviji domestiċi fuq distanzi twal u għas-servizzi transkonfinali urbani, suburbani u reġjonali.", "L-MEPs iridu li, sa sena wara li jidħlu fis-seħħ ir-regoli l-ġodda, l-Istati Membri ma jibqgħux jużaw eżenzjonijiet.", "Aktar informazzjoni", "Il-kumpaniji ferrovjarji jkunu obbligati jagħtu aktar informazzjoni dwar ir-regoli eżistenti, pereżempju billi jinkludu informazzjoni dettaljata dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fuq il-biljetti.", "Ikollhom ikunu wkoll aktar trasparenti dwar l-iskadenzi u l-proċeduri tal-ilmenti.", "Ferroviji li jiffavorixxu r-roti", "Bħalissa m'hemmx biżżejjed spazju għar-roti fuq il-ferroviji.", "L-MEPs iridu li l-ferroviji l-ġodda jkollhom żoni apposta fejn jinżammu r-roti u b'hekk jitħeġġeġ l-użu tagħhom.", "Il-passi li jmiss", "Malli l-Kunsill jivvota fuq il-pożizzjoni tiegħu, il-Parlament ikun jista' jibda n-negozjati mal-Istati Membri.", "Jekk il-vjaġġ jitħassar, għandek dritt tieħu flusek lura 100%", "Jekk il-ferrovija teħel, il-kumpanija ferrovjarja trid tieħdok fl-istazzjon, f'punt tat-tluq alternattiv jew fid-destinazzjoni finali", "• Stqarrija għall-istampa dwar il-votazzjoni fil-plenarja (15 ta' Novembru 2018)", "Passi proċedurali", "Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-11-30T12:58:00", "title": "Il-passiġġieri ferrovjarji: regoli ġodda biex il-vjaġġaturi jkunu protetti aħjar"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/il-jum-internazzjonali-tal-mara-2020/20200227STO73519/id-differenza-bejn-il-pagi-tal-irgiel-u-n-nisa-fatti-u-cifri-infografika", "text": ["Qabel Jum in-Nisa 2020, kun af dwar l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE.", "L-2020 jimmarka l-25 sena mill-adozzjoni tad-", "Dikjarazzjoni ta' Beijing", "tan-NU, immirata lejn l-avvanz tan-nisa madwar id-dinja, l-10 anniversarju tal-UN Women – iddedikat għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa – u ħames snin mill-adozzjoni tal-", "Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli", ", li waħda minnhom hija l-", "ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel", "Allura, fejn ninsabu?", "Sar progress, iżda għad hemm inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, inkluż fis-suq tax-xogħol.", "Bħala medja, in-nisa fl-UE jitħallsu inqas mill-irġiel.", "Biex nifhmu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa", "Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija d-differenza fil-pagi medji bejn l-irġiel u n-nisa.", "Id-differenza mhux aġġustata bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija dik bejn il-qligħ gross medju fis-siegħa taż-żewġ sessi espressa bħala perċentwal tal-qligħ tal-irġiel.", "Ma tqisx l-edukazzjoni, l-età, is-sigħat maħduma jew it-tip ta' impjieg.", "Id-data tinkludi biss kumpaniji b'10 impjegati jew aktar.", "Kemm hija kbira d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-UE?", "Bħala medja fl-UE, in-nisa jaqilgħu kważi 15% anqas fis-siegħa mill-irġiel.", "Hemm differenzi kbar ħafna bejn l-Istati Membri: l-akbar differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa ġiet irreġistrata fl-Estonja (23%), filwaqt li l-pajjiż tal-UE bid-differenza l-aktar baxxa bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa huwa r-Rumanija.", "Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa skont il-pajjiżi tal-UE", "Differenza iżgħar bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa ma tfissirx neċessarjament aktar ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.", "Ħafna drabi dan jiġri f'pajjiżi b'rata ta' impjieg tan-nisa aktar baxxa.", "Differenza kbira bejn il-pagi tista' tindika li n-nisa huma aktar ikkonċentrati f'setturi b'paga baxxa jew li proporzjon sinifikanti minnhom jaħdmu part-time.", "In-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol", "Ir-raġunijiet tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa mhumiex sempliċi – jeħtieġ li jitqiesu ħafna fatturi.", "Din hija marbuta ma' ħafna aktar mill-kwistjoni ta' paga ugwali għal xogħol ugwali.", "In-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol", "Għalkemm", "aktar nisa milli rġiel itemmu l-edukazzjoni għolja fl-UE", ", dawn huma rappreżentati anqas fis-suq tax-xogħol.", "Kważi 30 % tan-nisa fl-UE jaħdmu part-time, u huwa ferm aktar probabbli li jieqfu jaħdmu biex jieħdu ħsieb it-tfal u l-qraba.", "differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tinbidel bl-età", "– għandha t-tendenza li tkun aktar baxxa meta l-persuni jibdew jaħdmu għall-ewwel darba u aktar tard tikber, għalkemm dawn ix-xejriet ivarjaw bejn il-pajjiżi.", "Id-", "differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tvarja wkoll skont l-industrija", ", u fl-2017 kienet", "ogħla fis-settur privat milli fis-settur pubbliku", "fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE.", "Raġuni importanti għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija li għadd kbir ta' nisa jaħdmu f'setturi fejn il-pagi huma relattivament baxxi filwaqt li numru żgħir ta' nisa jaħdmu f'setturi b'pagi ogħla.", "Pereżempju, bħala medja fl-UE, fl-2018 kien hemm", "aktar xjentisti u inġiniera rġiel milli nisa", "– 59% meta mqabbla ma' 41%.", "In-nisa jkopru biss 33% tal-pożizzjonijiet maniġerjali fl-UE.", "Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tfisser li n-nisa huma f'riskju ogħla ta' faqar f'età avvanzata.", "Fl-2018, in-nisa fl-UE ta' 'l fuq minn 65 sena rċevew pensjonijiet li bħala medja kienu", "30% aktar baxxi mill-pensjonijiet tal-irġiel", ".", "Is-sitwazzjoni bejn l-Istati Membri hija differenti hawnhekk ukoll – minn diskrepanza fil-pensjonijiet ta' 43% fil-Lussemburgu għal 1% fl-Estonja.", "Aktar tagħrif dwar dak li qed jagħmel il-Parlament biex inaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.", "Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa 2020: Il-25 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Beijing", "Il-Kummissjoni Ewropea: Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-UEand men in the EU", "Il-Kummissjoni Ewropea: Rapport tal-2019 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE", "Id-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa: Id-differenzi bejn il-pajjiżi tal-UE", "L-EIGE: X'hemm fil-bażi tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa?", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-03-18T10:51:00", "title": "Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa: fatti u ċifri (infografika)"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20190123IPR24124/ir-renju-unit-ghandu-jkun-responsabbli-biex-jirrisolvi-l-impass", "text": ["Il-MPE tennew l-impenn tal-UE għall-protezzjoni tal-paċi, l-istabbiltà u l-integrità tas-suq intern matul id-dibattitu dwar il-Brexit l-Erbgħa.", "Matul id-dibattitu, il-President tal-Kummissjoni tal-UE Jean-Claude Juncker afferma mill-ġdid li \"il-ftehim dwar il-ħruġ, approvat miż-żewġ naħat, huwa l-aħjar u l-uniku qbil possibbli\".", "Il-maġġoranza tal-MPE li tkelmu tennew li l-UE għandha tkompli tħejji għas-sitwazzjoni li ma jkunx hemm qbil u enfasizzaw li l-backstop kien meħtieġ biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm fruntiera fiżika fl-Irlanda, biex b'hekk tinżamm il-paċi u l-istabbiltà u tinżamm l-integrità tas-suq intern.", "Huma ġew appoġġati minn Michel Barnier, il-kap negozjatur tal-Brexit għall-UE.", "L-MEPs issottolinjaw ukoll li kienet meħtieġa maġġoranza wiesgħa biex jingħeleb l-impass attwali u affermaw mill-ġdid li, jekk ir-Renju Unit kellu jissuġġerixxi dan, l-UE tkun lesta tikkonsidra relazzjoni futura eqreb u aktar dettaljata.", "Tista' terġa' ssegwi d-dibattitu permezz ta'", "L-interventi individwali huma disponibbli permezz tal-links hawn taħt.", ", Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tar-Rumanija, għall-Presidenza Rumena", ", President tal-Kummissjoni Ewropeja", ", Kap Negozjatur tal-UE", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-01-31T10:20:00", "title": "Ir-Renju Unit għandu jkun responsabbli biex jirrisolvi l-impass"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20160707STO36103/tehid-ta-decizjonijiet-dwar-ir-relazzjonijiet-godda-bejn-l-ue-u-r-renju-unit", "text": ["Mindu ħabbar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ, ir-Renju Unit beda taħditiet mal-UE biex jiddeterminaw it-termini tar-relazzjoni l-ġdida tagħhom.", "Direzzjonijiet ġodda għar-Renju Unit u għall-UE", "Il-Parlament Ewropew se jkollu rwol fundamentali fid-determinazzjoni tal-eżitu ta' dawn in-negozjati.", "Fit-23 ta' Ġunju 2016, maġġoranza ta' votanti fir-Renju Unit ivvutaw favur li pajjiżhom joħroġ mill-UE.", "Il-gvern beda l-proċess uffiċjali fid-29 ta' Marzu 2017 billi invoka", "l-Artikolu 50 tat-Trattat ta' Lisbona", ", li jistabbilixxi n-negozjati għal ftehim dwar il-ħruġ biex tiġi definita r-relazzjoni futura tal-pajjiż mal-UE.", "Attwalment, ir-Renju Unit għandu joħroġ mill-UE fl-aħħar ta' Ottubru 2019.", "Kwalunkwe estensjoni tkun trid tintalab mill-gvern tar-Renju Unit u tiġi approvata mill-bqija tas-27 pajjiż tal-UE.", "Żewġ ftehimiet", "L-UE tissottolinja l-ħtieġa ta' ftehim", "dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, l-Irlanda ta' Fuq u s-saldu finanzjarju qabel jibdew in-negozjati", "dwar ir-relazzjoni futura, kif ukoll diversi kwistjonijiet oħra rigward is-separazzjoni.", "Wara sentejn ta' negozjati, ir-Renju Unit u l-UE qablu dwar żewġ dokumenti biex jiġi żgurat ħruġ ordnat tar-Renju Unit.", "L-ewwel pass huwa ftehim dwar il-ħruġ li jistabbilixxi l-arranġamenti dwar kif ir-Renju Unit se joħroġ mill-UE, filwaqt li \"jitqies il-qafas tar-relazzjoni futura mal-Unjoni\".", "L-arranġamenti li jistabbilixxu l-qafas għal relazzjonijiet futuri huma parti minn dokument separat, dikjarazzjoni politika, li tħejji l-pedamenti għall-qafas futur tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit.", "In-negozjaturi qablu dwar it-test ta' abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ u dikjarazzjoni politika f'Novembru 2018, iżda għadu ma ġiex ratifikat.", "X'ikopri l-ftehim dwar il-ħruġ", "Il-ftehim dwar il-ħruġ ikopri kwistjonijiet li jinkludu:", "Id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit", "Id-drittijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu f'partijiet oħra tal-UE", "L-impenji finanzjarji tar-Renju Unit meħuda bħala Stat Membru", "Kwistjonijiet rigward il-fruntieri (speċjalment il-fruntiera bejn ir-Renju Unit u r-Repubblika tal-Irlanda)", "Impenji internazzjonali meħuda mir-Renju Unit bħala Stat Membru (pereżempju l-Ftehim ta' Pariġi)", "Kwistjonijiet oħra marbuta mas-separazzjoni", "Id-dikjarazzjoni politika dwar il-qafas futur tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit tiddeskrivi l-kundizzjonijiet għal kooperazzjoni dwar għadd ta' kwistjonijiet, li jvarjaw mid-difiża u l-ġlieda kontra t-terroriżmu għall-ambjent, ir-riċerka, l-edukazzjoni, eċċ.", "Waħda mit-taqsimiet ewlenin tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-prinċipji għall-kummerċ futur, inklużi l-kwistjonijiet ta' tariffi possibbli, standards tal-prodotti, kundizzjonijiet ekwi u kif jissolva t-tilwim.", "Kif isiru n-negozjati", "Il-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE fil-Kunsill Ewropew ħarġu", "linji gwida", "biex iservu bħala l-bażi għan-negozjati.", "L-ex Kummissarju Michel Barnier imexxi n-negozjati f'isem l-UE, għalkemm il-Kunsill dejjem jista' jiċċara jew jaġġorna l-linji gwida.", "X'jiġri jekk ma jintlaħaqx ftehim", "Jekk ma jintlaħaqx ftehim u ma jkunx hemm qbil dwar l-estensjoni ulterjuri tal-iskadenza, ir-Renju Unit joħroġ awtomatikament mill-UE fi tmiem Ottubru 2019.", "Jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali, il-pajjiż ikollu jinnegozja mal-UE skont ir-regoli tad-WTO (l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ).", "Aqra dwar il-miżuri fis-seħħ biex jittaffa l-impatt ta' Brexit mingħajr ftehim.", "Ir-rwol tal-Parlament Ewropew", "Il-Membri tal-PE għandhom rwol fundamentali fir-rigward tal-eżitu ta' dawn it-taħditiet peress li kwalunkwe ftehim irid jiġi approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Guy Verhofstadt huwa l-koordinatur tal-Parlament dwar il-Brexit.", "Huwa jitlob l-għarfien espert tal-kumitati parlamentari u huwa assistit mil-bqija tal-", "Grupp ta' Tmexxija dwar il-Brexit tal-Parlament", "Il-Membri tal-PE kapaċi jinfluwenzaw in-negozjati billi jadottaw riżoluzzjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjoni tal-Parlament.", "Aqra aktar dwar ir-rwol tal-Parlament hawnhekk.", "Il-pożizzjoni tal-Parlament", "Il-Membri tal-PE adottaw il-", "pożizzjoni tal-Parlament", "fil-5 ta' April 2017, li tipprovdi l-linji gwida tiegħu għan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit.", "Il-prijoritajiet jinkludu r-rispett tad-", "drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u taċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-UE", "is-salvagwardja tal-proċess ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq", "u l-issodisfar tal-impenji finanzjarji meħuda mir-Renju Unit.", "Fit-8 ta' Diċembru 2017, in-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit qablu dwar rapport konġunt dwar il-progress rigward il-Brexit.", "Fit-13 ta' Diċembru, il-Membri tal-PE adottaw", "riżoluzzjoni", "li laqgħat b'sodisfazzjon ir-rapport, iżda enfasizzat ħames kwistjonijiet li għad iridu jiġu riżolti:", "l-estensjoni tal-kopertura tad-drittijiet taċ-ċittadini għal sħab futuri", "proċedura amministrattiva \"light-touch\" dikjaratorja għandha tkun disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit li japplikaw għal status ta' residenza permanenti", "id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini għandhom ikunu vinkolanti u r-rwol tal-ombudsman maħluq biex jieħu azzjoni rigward l-ilmenti taċ-ċittadini għandu jiġi definit", "id-dritt ta' moviment liberu għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li bħalissa jirrisjedu fis-27 Stat Membru għandu jiġi garantit", "l-impenji tar-Renju Unit rigward l-Irlanda ta' Fuq għandhom jiġu implimentati.", "Il-Membri tal-PE ddiskutew ukoll il-kwistjonijiet involuti waqt", "qabel il-votazzjoni fil-plenarja.", "Għal aktar informazzjoni", "Artikli dwar il-Brexit", "Artikli dwar il-futur tal-UE", "Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-Brexit", "Briefing: kwistjonijiet legali u proċedurali dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE", "Briefing: valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-Brexit fuq l-UE27", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-10-10T11:41:00", "title": "Negozjati dwar il-Brexit: teħid ta' deċiżjonijiet dwar ir-relazzjonijiet ġodda bejn l-UE u r-Renju Unit"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20180112IPR91627/brexit-l-meps-mahsubin-dwar-il-prijoritajiet-tal-gvern-tar-renju-unit", "text": ["L-aktar parti iebsa tan-negozjati għadha ġejja", "Il-gvern tar-Renju Unit m'għandux jaħseb li qbil dwar il-Brexit hu skontat", "L-MEPs jilqgħu il-passi li saru lejn aktar kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża", "L-MEPs jiddibattu l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (14-15 ta' Diċembru)", "L-MEPs jgħidu li tranżizzjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE mhix skontata u jilqgħu l-progress fid-difiża komuni", "F'dibattitu mal-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker dwar l-aħħar Summit, l-MEPs wissew lill-gvern tar-Renju Unit biex ma jaħsibx li qbil dwar tranżizzjoni wara l-Brexit huwa skontat, u saħqu li l-qbil dwar il-ħruġ jeħtieġ li jkun formalizzat malajr kemm jista' jkun.", "Huma talbu lill-gvern tar-Renju Unit biex jippreżenta l-viżjoni tiegħu dwar ir-relazzjoni futura tal-pajjiż mal-UE.", "Il-koordinatur tal-Parlament Ewropew dwar il-Brexit, Guy Verhofstadt saħaq li hemm bżonn ta' garanziji dwar il-proċeduri ta' applikazzjonijiet għal residenza għaċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jgħixu fir-Renju Unit fil-futur. huwa enfasizza wkoll li l-istatus il-ġdid dwar ir-residenza propost mir-Renju Unit m'għandux jidħol fis-seħħ qabel majintemm il-perijodu tranżitorju.", "L-MEPs laqgħu l-passi konkreti lejn aktar kooperazzjoni fid-difiża, saħqu li ż-żona tal-Euro tiġi riformata, u sejħu għal aktar miżuri pan-Ewropej biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u tal-qagħad fost iż-żgħażagħ.", "Ikklikkja fuq l-isem tal-kelliem biex tisma' d-dikjarazzjoni tiegħu jew tagħha.", ", President Kunsill Ewropew", ", President Kummissjoni Ewropea", "Għal aktar informazzjoni", "Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew", "Brexit [10 kwistjonijiet interessanti fl-2018] (At a Glance, Jannar 2018)", "Il-Proċess tal-Brexit: It-Tieni fażi tan-negozjati (Briefing, Diċembru 2017)", "Futur tal-Ewropa Top story", "Vidjo: siltiet mid-dibattitu", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-01-16T13:10:00", "title": "Brexit: L-MEPs maħsubin dwar il-prijoritajiet tal-gvern tar-Renju Unit"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20190109IPR23020/brexit-ir-renju-unit-ghandu-jiccara-l-pozizzjoni-tieghu-b-mod-urgenti", "text": ["Fid-dibattitu wara l-vot fil-parlament tar-Renju Unit, l-MEP enfasizzaw li l-pajjiżi Ewropej ser jibqgħu magħqudin u li l-prijorità għall-PE jibqgħu d-drittijiet taċ-ċittadini.", "Wara li l-parlament tar-Renju Unit irrifjuta l-qbil dwar il-ħruġ mill-UE u d-dikjarazzjoni politika, huwa issa f'idejn il-gvern u l-parlament tar-Renju Unit biex jinforma l-UE jekk hux possibbli li tinstab maġġoranza politika fuq xi tip ta' relazzjoni possibbli mal-UE, saħqu l-MEPs.", "Il-qbil dwar il-ħruġ huwa l-uniku kompromess possibbli li jikkonforma wkoll mal-linji ħomor stabbiliti mill-gvern tar-Renju Unit, ippreċiża l-kap negozjatur dwar il-Brexit, Michel Barnier.", "Il-koordinatur tal-PE dwar il-Brexit, Guy Verhofstadt (ALDE, BE) appella għal djalogu bejn il-partiti fir-Renju Unit biex tintlaħaq maġġoranza favur pożizzjoni li tikser l-impass u possibbilment tiddefinixxi mill-ġdid il-linji ħomor tar-Renju Unit.", "Huwa qal ukoll li bidla fil-pożizzjoni tar-Renju Unit tkun tista' tippermetti relazzjoni futura profonda bejn ir-Renju Unit u l-UE.", ", President tal-PE", ", Segretarju tal-Istat għall-affarijiet Ewropej, għall-Presidenza tar-Rumanija", ", L-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea", ", Kap Negozjatur tal-UE", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Uffiċjal tal-istampa", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-01-16T16:18:00", "title": "Brexit: Ir-Renju Unit għandu jiċċara l-pożizzjoni tiegħu b'mod urġenti"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20170509IPR73931/l-meps-jilqghu-l-unita-dwar-il-brexit-u-jappellaw-ghal-riforma-tal-ue", "text": ["MEPs jiddibattu l-linji gwida dwar il-Brexit maqbula mill-Kunsill Ewropew", "L-MEPs laqgħu l-unità tas-27 stat membru u l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-Brexit u sejħu wkoll għal riforma tal-UE li tibbenefika liċ-ċittadini kollha.", "Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ippreżenta l-", "Linji Gwida għan-negozjati dwar il-Brexit", "miftiehma mill-istati membri fid-29 ta' April.", "Huwa laqa' l-allinjament mal-", "linji ħomor", "stabbiliti mill-Parlament Ewropew.", "Il-mandat ta' negozjar dettaljat ser jiġi ppreżentat għall-adozzjoni fis-summit tal-Kunsill Ewropew fit-22 ta' Mejju.", "Flimkien man-negozjatur Michel Barnier, il-maġġoranza tal-MEPs enfasizzaw l-unità li ntweriet s'issa bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u s-27 stat membru li huma determinati li jinsab ftehim bilanċjat mar-Renju Unit.", "Id-dibattitu ffoka fuq il-bażi għan-negozjati futuri, kif fakkar is-Sur Barnier:", "m'għandhomx isiru negozjati dwar ir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit qabel ma jkun sar \"progress tanġibbli\" fuq il-modalitajiet ta' ħruġ mill-UE,", "garanzija tad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej affettwati mid-deċiżjoni tar-Renju Unit biex joħroġ mill-UE,", "ll-proċess ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq irid jitkompla (inkluż permezz tan-nuqqas ta' fruntiera fiżika bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq),", "Ir-Renju Unit għandu jirrispetta l-impenji finanzjarji kollha li għamel bħala stat membru.", "Bosta MEPs qalu li l-vot dwar il-Brexit u ż-żieda fil-populiżmu f'xi pajjiżi, partikolarment fi franza u fl-Olanda, għandhom ikunu lezzjoni gġall-mexxejja Ewropej.", "Filwaqt li r-rebħiet tal-partiti pro-Ewropej għandhom jintlaqgħu, bosta MEPs ħeġġew biex ma jsirux illużjonijiet li l-populiżmu u n-nazzjonaliżmu mietu\".", "Aktr minn qatt qabel, huwa vitali li t-tilwim taċ-ċittadin jinstema u li jingħataw tweġibiet, qalu l-MEPs.", "Links għar-replay", "L-Erbgħa", "ta' Mejju", "ċedura", "Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni", "Għal aktar informazzjoni", "Linji gwida tal-Kunsill Ewropew", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew wara n-notifika tal-Artikolu 50 mir-Renju Unit", "Stqarrija għall-istampa wara l-vot fil-plearja (05.04.2017)", "Informazzjoni ta' sfond dar il-Brexit", "Studju tad-dipartiment ta' riċerka tal-PE", "Materjal awdjoviżiv għall-professjonisti", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-05-17T17:33:33", "title": "L-MEPs jilqgħu l-unità dwar il-Brexit u jappellaw għal riforma tal-UE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20170927IPR84822/brexit-nuqqas-ta-progress-sufficjenti-dwar-it-termini-ta-divorzju", "text": ["Ma sarx biżżejjed progress fl-ewwel erba' serje ta' laqgħat mar-Renju Unit dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea.", "Dan skont l-abbozz ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Il-Kunsill Ewropew għandu jiddetermina li ma ntlaħaqx \"progress sodisfaċenti\" dwar it-tliet objettivi prinċipali tal-Unjoni Ewropea – is-salvagwardja tad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej u tar-Renju Unit, il-kjarifika tal-impenji finanzjarji tar-Renju Unit, u r-riżoluzzjoni tal-kwistjoni tal-fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq - sakemm ma jkunx hemm żvolta maġġuri fuq dawn il-kwistjonijiet fil-ħames serje ta' laqgħat, jgħid l-abbozz ta' riżoluzzjoni approvat illum (nhar il-Ħamis) mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew (magħmula mill-President tal-Parlament u mill-mexxejja tal-gruppi politiċi).", "Id-dibattitu u l-vot fuq il-mozzjoni, imfassla mill-", "Grupp ta' Tmexxija dwar il-Brexit", "tal-Parlament, se jsiru mill-MPE fi Strasburgu nhar it-Tlieta li ġej.", "\"Aħna nilqgħu l-approċċ kostruttiv li ħadet il-Prim Ministru May fid-diskors reċenti tagħha f'Firenze,\" qal il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.", "\"Il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini hija prijorità assoluta għall-Parlament Ewropew.", "Il-ftehim ta' ħruġ għandu jiggarantixxi d-drittijiet kollha li ċ-ċittadini jgawdu bħalissa, kif stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea.", "Garanziji supplimentari li l-ligi Ewropea se tkun irrispettata sa meta r-Renju Unit effetivament jitlaq mill-Unjoni huma fundamentali biex tiġi żgurata l-konklużjoni rapida tal-ewwel fażi ta' negozjati\".", "Il-koordinatur tal-Parlament dwar il-Brexit, Guy Verhostadt, żid jgħid: \"Il-Prim Ministru May fetħet il-bieb għal progress fid-diskors tagħha f'Firenze fit-22 ta' Settembru, per eżempju dwar ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.", "Madankollu, aħna nixtiequ li l-gvern tar-Renju Unit jipprovdi kjarifika akbar.", "Għadna qegħdin nistennew tweġibiet dwar kwistjonijiet essenzjali, bħal kif l-Irlanda ta' Fuq se tibqa' fl-unjoni tad-dwana, jew kif għandu jintlaħaq ftehim speċjali li jevita li tkun ristabbilita l-fruntiera.", "Rigward id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ftehim finanzjarju, aħna qegħdin nistennew tweġibiet konkreti għall-proposti ppreżentati mit-tim ta' negozjati tal-Unjoni\".", "Fatti fil-qosor", "Il-Membri se jiddibattu l-mozzjoni flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u Negozjatur Ewlieni dwar il-Brexit Michel Barnier nhar it-Tlieta.", "Ir-riżoluzzjoni kif adottata, se tkun il-kontribut tal-Parlament għas-samit tal-UE27 li se jsir fl-20 ta' Ottubru fi Brussell, fejn il-mexxejja tal-gvern se jevalwaw il-progress tan-negozjati tal-Brexit.", "Kwalunkwe ftehim ta' ħruġ fi tmiem in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea irid jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-09-28T17:31:00", "title": "Brexit: nuqqas ta' progress suffiċjenti dwar it-termini ta' divorzju"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/kriminalita-organizzata/20120314IPR40749/kumita-specjali-tal-parlament-biex-jinvestiga-l-kriminalita-organizzata-fl-ue", "text": ["Il-Parlament stabilixxa kumitat parlamentari speċjali biex jinvestiga l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.", "Il-kumitat se jkollu sena ċans biex jara x'infiltrazzjoni hemm fl-ekonomika legali, fl-amministrazzjoni pubblika u s-sistemi finanzjarji tal-UE u biex jipproponi mezzi biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni.", "Il-mandat tal-kumitat speċjali jgħid li dan għandu jevalwa l-impatt tal-kriminalità organizzata fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-UE u jirrakkomanda miżuri leġislattivi u oħrajn biex l-UE tkun tista' tirrispondi għal dan it-tip ta' theddid kemm fil-livell internazzjonali u Ewropew, kif ukoll dak nazzjonali.", "Il-kumitat għandu mandata ta' sena li jista' jiġġedded darba u se jkollu s-setgħa li jagħmel żjarat u jorganizza seduti ta' smigħ ma' istituzzjonijiet tal-UE u nazzjonali minn madwar id-dinja kollha.", "Il-kumitat jista' wkoll jistieden rappreżentanti mid-dinja tal-kummerċ, mis-soċjetà ċivili, minn organizzazzjonijiet tal-vittmi, kif ukoll uffiċjali u mħallfin li jaħdmu kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.", "Il-Parlament għandu jivvota fuq il-kompożizzjoni tal-kumitat matul is-seduta plenarja li jmiss (28-29 ta' Marzu, fi Brussell) sabiex dan ikun jista' jibda xogħolu fl-aħħar ta' April ta' din is-sena stess.", "Iktar informazzjoni", "Regola 184 fuq il-ħolqien ta' kumitati speċjali", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2012-03-14T16:40:05", "title": "Kumita Speċjali tal-Parlament biex jinvestiga l-kriminalità organizzata fl-UE"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/kriminalita-organizzata/20120426STO44160/sonia-alfano-membru-tal-pe-il-ligijiet-normali-ma-jahdmux-kontra-l-mafja", "text": ["Hija iebsa li timmaġina lil xi ħadd b'aktar esperjenza minn Sonia Alfano għall-kariga ta' president tal-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li l-PE waqqaf dan l-aħħar.", "Mhux talli hi minn Sqallija, imma talli ilha tiġġieled kontra l-kriminalità organizzata minn mindu l-mafja qatlet lil missierha fl-1993.", "Skont din il-membru tal-Grupp ALDE, il-kumitat tagħha għandu jipprovdi - b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji u investigattivi - l-istrumenti xierqa għall-ġlieda kontra l-mafja.", "Għalfejn kien hemm bżonn jinħoloq kumitat speċjali kontra l-kriminalità organizzata?", "Il-liġijiet normali ma jistgħux isolvu l-problema tal-kriminalità organizzata u d-diversi suriet tal-mafja.", "Fl-imgħoddi, il-liġijiet normali ffaċilitaw il-proċess tat-twaqqif ta' sistemi kriminali, anke f'pajjiżi bħall-Isvezja u l-Pajjiżi Baxxi, li fi mħuħ in-nies għandhom immunità għal dawn il-problemi.", "X'inhuma l-ħsibijiet inizjali tiegħek dwar x'għandu jkun inkluż f'riżoluzzjoni unika kontra l-mafja?", "Irridu nagħtu l-istrumenti xierqa lil min kuljum jiġġieled kontra l-mafja.", "Dan hu r-rwol tal-leġiżlaturi.", "Sabiex nikkompilaw test wieħed kontra l-mafja, hu ta' importanza vitali li nisimgħu lill-awtoritajiet ġudizzjarji u investigattivi minn madwar l-UE.", "Mill-perspettiva tiegħi, għandha nintroduċu fil-livell Ewropew \"ir-reat ta' assoċjazzjoni mafjuża\", li attwalment jeżisti biss fl-Italja.", "Għandna noħolqu għodda li twaqqaf lil boss mafjuż li jkun ġie arrestat milli jaħdem mill-ħabs, forsi permezz ta' priġunerija iżolata li tkun tikkorrispondi għar-reġim taħt l-Artikolu 41-bis (l-hekk imsejjaħ \"carcere duro\") tal-Att Taljan dwar l-Amministrazzjoni Penitenzjarja.", "Nixtieq ukoll inserraħ moħħ iċ-ċittadini Ewropej li dan definittivament mhux se jikser drittijiet tal-bniedem.", "Dan ir-reġim ifisser li l-ħabsi jkun f'ċella waħda u ma jkunx jista' jikkomunika ma' kriminali oħra.", "Kif se taħdem il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata", "Irridu nattakkaw il-proprjetajiet tal-kriminali mafjużi.", "Bħala ċittadin ta' Sqallija, sfortunatament esperjenzajt dan it-tip ta' problema u naf li boss mafjuż jista' jibqa' l-ħabs għal għaxar snin u xorta jżomm ir-rwol ta' boss.", "Però jekk naħtfulu l-fortuna u l-beni tiegħu, dan jitlef il-kredibilità u l-poter.", "Aħna nixtiequ li dawn il-beni jerġgħu lura għand iċ-ċittadini permezz ta' servizzi pubbliċi.", "Il-ġlieda kontra l-mafja se titwettaq bil-ħidma tal-politiċi, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet ġudizzjarji u investigattivi flimkien.", "Il-kumitat se jkun qed ifittex kooperazzjoni lil hinn mill-UE?", "L-organizzazzjoni kriminali 'Ndrangheta, iffokata fil-Kalabrija fl-Italja, hi l-iktar sistema kriminali sinjura fid-dinja u għandha l-monopolju fuq it-traffiku tad-droga.", "Għandha l-fiduċja assoluta tal-kartell tad-droga Kolombjan.", "Ma nistgħux nindirizzaw sistema ta' dan it-tip b'liġijiet ordinarji jew permezz tal-kooperazzjoni fil-kuntest ta' Eurojust biss.", "Aħna nixtiequ kollaborazzjoni aktar fil-fond bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u investigattivi ta' pajjiżna u dawk ta' pajjiżi oħra.", "Sonja Alfano ddedikat ruħha għall-ġlieda kontra l-mafja minn mindu qatlu lil missierha fl-1993.", "Iktar informazzjoni", "Il-kumitat dwar il-kriminalità organizzata", "Stqarrija għall-istampa rigward il-kumitat dwar il-kriminalità organizzata", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-12-06T18:13:15", "title": "Sonia Alfano, Membru tal-PE: \"Il-liġijiet normali ma jaħdmux kontra l-mafja\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/kriminalita-organizzata/20121109STO55249/kif-nistghu-nnaddfu-l-attivita-mahmuga-tal-hasil-tal-flus", "text": ["Il-ħasil tal-flus għadu problema © BELGA_EFE_A.Diaz", "Il-kriżi u t-teknoloġiji l-ġodda għamluha aktar faċli għall-kriminali li jaħslu l-flus, minkejja d-direttivi attwali tal-UE fis-seħħ u l-aħjar sforzi tal-aġenziji għall-infurzar tal-liġi.", "Il-kumitat speċjali tal-Parlament dwar il-kriminalità organizzata tella' sessjoni ta' smigħ pubblika fit-12 ta' Novembru biex jiddiskuti mal-esperti dwar x'jista' jsir.", "L-ambitu tal-problema", "Fl-2009, il-ħasil tal-flus kien jirrappreżenta 2.7% tal-prodott domestiku gross tad-dinja, li jammonta għal madwar $1,600 biljun.", "Il-kriminali jaħslu l-qligħ li jkunu kisbu b'mod illeġittimu f'ħafna modi differenti.", "Pereżempju, dan jista' jsir permezz ta' tranżazzjonijiet fittizji, billi jinħolqu rebħiet foloz mil-logħob tal-azzard jew billi jiġu sfruttati s-servizzi bankarji fuq l-internet.", "L-użu tal-logħob tal-azzard fuq l-internet għall-ħasil tal-flus", "Il-logħob tal-azzard fuq l-internet jintuża mill-kriminali bħala mod effiċjenti għall-ħasil tal-flus, qal Ingo Fiedler tal-Università ta' Amburgu.", "Huwa ta eżempju lill-kumitat dwar kemm hu faċli dan il-metodu.", "Pereżempju, kieku kont qlajt €200,000 mit-traffiku illegali tad-droga, int tista' tiddepożita l-flus f'kont bankarju f'rifuġju fiskali.", "Imbagħad tiftaħ kont biex tilgħab poker fuq l-internet billi tuża dan il-kont bankarju.", "Wara li tilgħab, tibgħat is-somma li jkun fadal lill-kont bankarju ta' vera tiegħek bħala rebħa mil-logħob tal-azzard.", "Peress li l-flus li jintrebħu b'dan il-mod huma eżentati mit-taxxa, dan il-metodu għandu viżibilità baxxa u ma tantx jiswa.", "L-infiltrazzjoni fis-sistema bankarja", "Il-kriżi ħolqot opportunitajiet addizzjonali biex il-kriminalità organizzata tinfiltra fis-settur bankarju, wissa Antonio Maria Costa, li kien sottosegretarju ġenerali tan-NU.", "Il-banek kellhom ifittxu flus ġodda peress li l-kriżi finanzjarja pparalizzat is-self interbankarju.", "Il-gruppi kriminali jistgħu jisfruttaw dan l-element biex iżidu l-influwenza tagħhom billi, pereżempju, jiddepożitaw karti tal-flus, jakkwiżixxu ishma u jpoġġu fuq bordijiet.", "Il-banek li jkunu involuti fil-ħasil tal-flus normalment qatt ma jiġu kkastigati.", "X'se jagħmel il-PE", "Il-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Organizzata se joħroġ b'rakkomandazzjonijiet.", "Il-Membru Taljan (Grupp PPE) Salvatore Iacolino, li se jkun qed jabbozza l-proposti finali tal-kumitat, qal li jista' jkun li regoli armonizzati fil-livell tal-UE jkunu aktar effikaċi minn sistema frammentata li toħloq lakuni li jistgħu jiġu sfruttati.", "Il-pass li jmiss", "Il-Kummissjoni Ewropea hi mistennija tipproponi direttiva ġdida fil-bidu tal-2013, li tkun tiffoka fuq ir-rifuġji fiskali.", "Iktar informazzjoni", "Il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus", "Materjali isfond", "Video tas-smigħ", "Stqarrija għall-istampa", "Il-kriminalità organizzata megħjuna mill-kriżi", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-12-06T17:35:03", "title": "Kif nistgħu nnaddfu l-attività maħmuġa tal-ħasil tal-flus"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/kriminalita-organizzata/20130913STO19815/il-kriminalita-organizzata-sfida-ewropea-tehtieg-soluzzjoni-ewropea", "text": ["Il-kumitat speċjali tal-PE dwar il-kriminalità organizzata approva r-rapport finali tiegħu nhar is-17 ta' Settembru b'segwitu għal 18-il xahar ta' ħidma, fejn stipula kif l-UE tista' taffronta l-problema b'mod aktar effikaċi.", "Tkellimna mal-awtur tar-rapport, Salvatore Iacolino, membru Taljan tal-Grupp PPE li saħaq fuq il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport kienu lesti biex jitwettqu.", "Hemm 3,600 organizzazzjoni tal-kriminalità organizzata li joperaw fl-UE.", "Xi prijoritajiet feġġew matul it-18-il xahar ta' ħidma fil-kumitat?", "L-isfida ewlenija tal-Unjoni Ewropea hi li tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja bejn il-forzi tal-pulizija nazzjonali.", "Għandna nistabbilixxu qafas ġuridiku wieħed: sentenza li tingħata fi Stat Membru partikolari għandha tiġi applikata fl-Istati Membri l-oħra kollha.", "Eżempju tajjeb hu \"r-reat ta' assoċjazzjoni mafjuża\", li attwalment jeżisti biss fl-Italja.", "Nistgħu nitkellmu dwar \"mafja Ewropea\"?", "Il-mafji mhumiex marbutin ma' żona ġeografika waħda.", "Fil-Ġermanja, l-ikbar organizzazzjonijiet tal-kriminalità organizzata huma Torok jew Russi.", "Għaldaqstant, sfida Ewropea teħtieġ soluzzjoni Ewropea.", "Waħda mill-ikbar kisbiet tal-UE kienet is-suq uniku, imma rridu niggarantixxu li n-negozji li jiġu kkundannati minħabba korruzzjoni jew ħasil ta' flus fi Stat Membru partikolari jiġu esklużi milli jieħdu sehem fl-għoti ta' kuntratti pubbliċi fl-UE kollha kemm hi.", "ħalfejn parti sinifikanti tar-rapport hi ddedikata għall-aspetti finanzjarji tal-organizzazzjonijiet kriminali?", "Irridu nattakkaw l-assi kriminali, inneħħu s-segretezza bankarja u ntemmu r-rifuġji fiskali fl-UE.", "Għalhekk hu daqstant importanti li tiġi żviluppata governanza bankarja aktar b'saħħitha.", "Dak li ktibna fir-rapport finali ma jistax jibqa' biss fuq karta.", "Iktar informazzjoni", "Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus", "Membri tipprepara lista ripressjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-12-06T18:01:29", "title": "Il-kriminalità organizzata: \"Sfida Ewropea teħtieġ soluzzjoni Ewropea\""} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/kriminalita-organizzata/20131018IPR22665/nattakkaw-il-kriminalita-organizzata-il-korruzzjoni-u-l-hasil-tal-flus", "text": ["Miżuri biex tiġi ttrattata l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus ġew stabbiliti fi pjan ta' azzjoni tal-UE għall-2014-2019 rrakkomandat mill-Parlament nhar l-Erbgħa.", "Il-qbid tal-assi finanzjarji tan-netwerks tal-kriminalità organizzata u l-eliminazzjoni tas-sori tagħhom ta' dħul jinsabu fuq il-quċċata tal-lista.", "Kważi 4000 organizzazzjoni kriminali internazzjonali huma mifhuma li qed joperaw fl-UE fl-2013.", "\"L-ispejjeż marbuta mal-mafja diffiċli biex jiġu stmati, ivarjaw minn 4 sa 5 punti perċentwali tal-PGD għall-UE biss\", qal Salvatore Iacolino (EPP, IT), li fassal l-aħħar proposti, li ġew approvati b' XXX voti.", "Din ir-riżoluzzjoni hija \"lista ta' azzjonijiet konkreti li għandhom jiġu implimentati matul it-terminu leġislattiv ġdid.", "Din hija sfida komuni għas-sistemi kriminali\", huwa kompla jgħid.", "Figuri tal-Europol jindikaw 3600 organizzazzjoni kriminali internazzjonali li joperaw fl-UE fl-2013, li minnhom 70% għandhom membri minn pajiżi differenti.", "Salvagwardja tal-finanzi tal-UE", "Il-MPE iridu li persuni misjuba ħatja bi kriminalità organizzata, korruzzjoni jew ħasil tal-flus ikunu pprojbiti milli jagħmlu offerti għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwist pubbliku fi kwalunkwe post fl-UE u jkunu pprojbiti milli japplikaw jew jokkupaw kariga pubblika.", "Il-MPE itennu s-sejħa dejjiema tagħhom biex jiġi stabbilit Uffiċċju Ewropew għall-Prosekuzzjoni Pubblika biex jikkoordina investigazzjonijiet nazzjonali u jiġġieled reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.", "Huma jenfasizzaw li dan l-Uffiċċju għandu jkun mgħammar bir-riżorsi umani u finanzjarji neċessarji.", "L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Droga u l-Kriminalità (UNODC) jistima li attivitajiet illegali jammountaw għal 3.6% tal-PGD globali, filwaqt li l-Kummissjoni tikkalkola li l-ħsara kkawżata mill-korruzzjoni fl-UE biss tammonta għal madwar EUR 120 biljun fis-sena, ekwivalenti għal 1.1% tal-PGD tal-UE.", "Nattakkaw l-assi tal-kriminalità", "Biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-UE, huwa importanti li jiġu attakkati l-assi tal-kriminalità b'mod aktar effettiv, jgħidu l-MPE, li jappellaw għat-tneħħija tas-segretezza bankarja (125-11) u għall-eliminazzjoni tar-rifuġji fiskali fl-UE għal dan il-għan.", "Ladarba jinqabdu, l-assi kriminali għandhom jiġu wżati mill-ġdid għal skopijiet soċjali, huma jgħidu.", "Neliminaw it-traffikar tal-bnedmin", "Il-MPE iridu pieni aktar ħorox għat-traffikanti tal-bnedmin u aktar protezzjoni għall-vittmi tagħhom fi sforz biex jiġi eliminat it-traffikar tal-bnedmin u x-xogħol furzat.", "Iridu li l-ġlieda kontra x-xogħol furzat tiffoka fuq il-lokaitajiet fejn ix-xogħol furzat irħis jiġi esplojtat.", "It-traffikar tal-bnedmin jiġġenera profitti kriminali stmati għal EUR24 biljun fis-sena u jaffettwa l-pajjiżi kollha tal-UE.", "L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol stabbilit in-numru totali ta' ħaddiema furzati fl-UE għal madwar 880,000 li minnhom 270, 000 huma vittmi ta' espojtazzjoni sesswali.", "Krimini relatati mal-mafja", "Il-Parlament jgħid li huwa essenzjali li tintlaħaq deċiżjoni dwar definizzjoni legali waħda ta' attività kriminali ta' natura mafjuża, li għandha tinkludi r-reat ta' involviment f'organizzazzjoni ta' natura mafjuża.", "Iffissar ta' logħob u", "xiri ta' voti", "Il-MPE jgħidu li jridu li l-immanuvrar fl-isport isir reat kriminali, anke meta l-benefiċċji tiegħu mhumiex tanġibbli.", "Ir-riżoluzzjoni adottata nhar il-Erbgħa tistabbilixxi pjan ta' azzjoni għall-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill li jmiss biex jgħammru l-UE biex tiġġieled il-kriminalità organizzata fil-livelli internazzjonali, Ewropej u nazzjonali.", "Ir-riżoluzzjoni ġiet imfassla mill-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus, stabbilit f'Marzu 2012 biex jivvaluta l-impatt ta' attivitajiet ta' natura mafjuża dwar l-ekonomija u s-soċjetà tal-UE u biex jirrakkomandaw leġislazzjoni u miżuri oħra.", "Proċedura: riżoluzzoni mhux leġislattiva", "Iktar informazzjoni", "It-test adottat ser ikun disponibbli dalwaqt (agħfas fuq 23 ta' Ottubru)", "Ara l-vidjo tad-dibattitu (agħfas fuq 23 ta' ru)", "Ara l-vidjo tal-konferenza għall-istampa (agħfas fuq 23 ta' Ottubru)", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-10-24T17:09:54", "title": "Nattakkaw il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/kriminalita-organizzata/20131016STO22387/il-kriminalita-organizzata-soluzzjoni-ewropea-ghal-problema-internazzjonali", "text": ["Pulizija fuq xogħlu", "Il-kriminali ilhom jipprovaw jabbużaw mill-opportunitajiet li toffri dinja li kull ma jmur qed issir dejjem iżjed globalizzata, kif jidher mit-3,600 organizzazzjoni kriminali internazzjonali li attwalment qed joperaw fl-UE.", "Il-PE nieda kumitat speċjali biex jinvestiga l-problema u joħroġ bl-aħjar modi possibbli biex dawn jiġu miġġielda.", "Il-kumitat ikkonsulta ma' kważi 150 awtorità u espert matul 18-il xahar, u wara, Salvatore Iacolino, membru Taljan tal-Grupp PPE, abbozza r-rapport finali.", "Fit-23 ta' Ottubru, il-Parlament approva r-rapport fil-plenarja u adotta riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva li tistipula pjan ta' azzjoni tal-UE għall-2014–2016 għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fil-livelli nazzjonali, Ewropej u internazzjonali.", "Ir-rapport appella għal armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea sabiex ikun possibbli li l-kriminalità organizzata tiġi affrontata b'mod aktar effikaċi.", "Din għandha tinkludi l-istess definizzjoni ta' kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus għal kull Stat Membru, kif ukoll kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija aħjar u t-twaqqif tal-kariga ta' prosekutur pubbliku Ewropew għall-koordinament u t-titjib tal-investigazzjonijiet nazzjonali.", "Barra minn hekk, il-kumitat qed jappella għat-tħassir tas-segretezza bankarja u għall-eliminazzjoni tar-rifuġji fiskali tal-UE b'mod li jinxtorbu r-riżorsi finanzjarji tal-kriminali.", "Iktar informazzjoni", "Il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"], "date": "2013-12-06T16:09:26", "title": "Il-kriminalità organizzata: soluzzjoni Ewropea għal problema internazzjonali"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20180309IPR99418/brexit-il-pe-jirrakkomanda-ftehim-ta-assocjazzjoni-bejn-l-ue-u-r-renju-unit", "text": ["Rispett tal-integrità tas-suq intern, l-unjoni doganali u l-erba' libertajiet", "Żgurar ta' trattament ugwali u ġust għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fl-UE", "Konservazzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini kif stabbilit fil-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira (fruntiera Irlandiża)", "Il-plenarja adottat riżoluzzjoni li tippreżenta l-possibbiltà ta' qafas ta' assoċjazzjoni għar-relazzjonijiet futuri bejn ir-Renju Unit u l-UE wara l-Brexit.", "Minħabba l-linji ħomor tar-Renju Unit, ftehim ta' assoċjazzjoni jista' jipprovdi qafas xieraq għar-relazzjoni futura, tgħid ir-riżoluzzjoni adottata b'544 vot favur, 110 kontra, u 51 astensjoni.", "Din ir-relazzjoni tista' tkun ibbażata fuq erba' elementi :", "Il-kummerċ u r-relazzjonijiet ekonomiċi (FTA)", "Is-sigurtà interna", "Il-kooperazzjoni fil-politika estera u d-difiża", "Il-kooperazzjoni tematika, pereżempju ir-riċerka u proġetti ta' innovazzjoni.", "L-MEPs jinsistu li l-qafas għandu jinkludu l-governanza konsistenti, b'mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tad-disgwidi.", "L-MEPs jinsistu li l-qafas għandu jinkludi l-governanza konsistenti, b'mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tad-disgwidi.", "Ir-riżoluzzjoni, imħejjija mill-", ", tisħaq li anki dawk il-pajjiżi terzi allinjati mill-viċin mal-UE, b'leġiżlazzjoni identika, ma jistgħux igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji jew aċċess għas-suq bħal dawk li jgawdu minnhom l-istati membri tal-UE.", "Il-qafas tar-relazzjoni futura jrid tirrispetta wkoll l-indipendenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u s-sistema legali, inkluż ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.", "Il-qafas tar-relazzjoni futura trid tirrispetta wkoll l-indipendenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u s-sistema legali, inkluż ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropeja.", "dwar il-", "ħruġ u l-perijodu ta' tranżi", "zz", "joni", "Ir-riżoluzzjoni tilqa'", "l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ", "tal-Kummissjoni tat-28 ta' Frar, u tesprimi appoġġ ukoll għall-arranġamenti proposti għat-tranżizzjoni.", "Ir-riżoluzzjoni tilqa' wkoll l-abbozz tal-protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq tal-Kummissjoni, inkluż il-pjan ta' kontinġenza ppreżentata fir-", "Rapport Konġunt ta' Diċembru", "li jipprevedi soluzzjoni ta' kontinġenza konkreta kontra fruntiera iebsa u li tippriżerva l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.", "Dikjarazzjonijiet minn MEPs Maltin", "Din hi rezoluzzjoni li tagħmilha ċara li d-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit għandhom ikunu protetti.", "Tipproponi wkoll l-oqsma li fuqhom trid tkun ibbażata r-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, fosthom is-sigurta u l-kummerċ, filwaqt li tenfasizza dwar il-bżonn li jiġu rispettati l-istandards determinati mill-Unjoni Ewropea f'setturi varji fosthom fis-saħħa, l-ambjent, id-dirttijiet tal-haddiema u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.", "Appellajna wkoll biex jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex oqsma li jistgħu jintlaqtu ħazin mill-Brexit, fosthom is-settur finanzjajru u l-aċċess għall-mediċini, ikunu mharsa.", "Fil-kwistjoni tal-Brexit, irridu nkunu ċari fejn se naslu.", "Aħna se niddefendu l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kif ukoll dak Ewropew kif ukoll l-interessi taċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu u jaħdmu kemm f'Malta kif ukoll fis-27 pajjiż l-ieħor tal-Unjoni Ewropea.", "Wara d-deċiżjoni tal-poplu Ingliż, it-triq trid tkun waħda ċara u konsistenti.", "In-negozjati Brexit se jiddeterminaw id-destin ta' aktar minn 4 miljun ċittadin, u huwa għalhekk li jeħtieġ li l-ewwel niddefendu l-interessi tac-cittadini fi kwalunkwe relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit.", "Għandna nzommu relazzjonijiet mill-qrib mar-Renju Unit, izda fl-istess ħin nzommu bilanċ xieraq tar-regoli tal-UE u d-drittijiet taċ-ċittadini bl-applikazzjoni sħiħa tal-four freedoms, mingħajr ma jimponu tbatija bla bżonn fuq ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit, jew ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-UE.", "Irridu nżommu l-integrità tas-suq uniku u nħarsu l-ordni legali tal-UE mingħajr ma nippermettu taqtiegha l-isfel biex jitbaxxew ir-regoli u l-istandards tal-UE.", "Iċ-ċittadini jibqgħu l-prijorità ċentrali ta' kwalunkwe negozjati.", "Id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jkunu fir-Rejnu Unit, u ċittadini tar-Renju Unit fl-UE-27, jridu jkunu assigurati u protetti.", "L-appell għal qbil dwar is-settur tal-avjazzjoni hu pożittiv.", "Għal Malta, gżira fil-Mediterran li l-konnettività hi mportanti ferm, dan hu punt kruċjali.", "Hu importanti li n-negozjati jibdew u jiġu konklużi malajr biex ma jkunx hemm impatt ħażin la fuq iċ-ċittadini li jridu jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit u lanqas fuq l-operaturi u l-linja nazzjonali tal-ajru tagħna li ttir minn u lejn ir-Renju Unit.", "Għal aktar informazzjoni", "It-test adottat ikun disponibbli hawn dalwaqt (14.03.2018)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (13.03.2018)", "Paġna web dwar il-brexit", "Infografika: \"Ir-Renju Unit fl-UE\"", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-03-14T12:57:00", "title": "Brexit: Il-PE jirrakkomanda ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20170505STO73508/il-protezzjoni-tad-drittijiet-tac-cittadini-tal-ue-li-jghixu-fir-renju-unit", "text": ["Brexit: il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit", "Il-Parlament qed jiġġieled biex jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u taċ-ċittadini Brittaniċi fl-UE wara l-Brexit.", "Għalkemm ftit minnhom tħallew jivvutaw waqt ir-referendum, il-miljuni ta' ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit se jkunu fost dawk l-aktar milquta mill-Brexit.", "Id-drittijiet tagħhom huma koperti mill-ftehim dwar il-ħruġ innegozjat mir-Renju Unit u mill-UE, li l-Parlament Ewropew mistenni jivvota fit-29 ta' Jannar.", "Fil-15 ta' Jannar, il-Membri tal-PE adottaw", "riżoluzzjoni", "li tgħid li hemm bżonn ta' assigurazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini biex ikun żgurat l-appoġġ tal-Parlament għall-ftehim dwar il-ħruġ.", "Wara l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni, il-koordinatur tal-Parlament għall-Brexit, Guy Verhofstadt, kiseb kjarifiki waqt laqgħa f'Londra mingħand is-Segretarju għall-Brexit Steve Barclay.", "L-awtoritajiet tar-Renju Unit", "issa qed jesploraw il-possibbiltà li ċittadini tal-UE li jkunu kisbu status ta' stabbilit ikunu jistgħu jistampaw formola li tasserixxi l-istatus tagħhom, kif mitlub mill-Parlament.", "Verhofstadt ġie infurmat ukoll li mhu se jkun hemm l-ebda deportazzjoni awtomatika taċ-ċittadini tal-UE li għadhom ma applikawx.", "Huma se jkollhom il-possibbiltà li l-kawża tagħhom tinstema' u li jiksbu status ta' stabbilit.", "Madankollu, filwaqt li l-ftehim dwar il-ħruġ jagħti kemm liċ-ċittadini Brittaniċi kif ukoll lil dawk tal-UE d-dritt li jkomplu jaħdmu u jgħixu fil-pajjiż li qed jgħixu fih, hemm kwistjonijiet oħra li għad iridu jiġu deċiżi.", "Il-pass li jmiss huwa li l-UE u r-Renju Unit jinnegozjaw ftehim dwar ir-relazzjonijiet futuri, li jkopri kollox mill-kummerċ għall-kollaborazzjoni dwar kwistjonijiet bħall-ambjent u t-terroriżmu.", "Dan ikopri wkoll il-kopertura tas-saħħa għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u għall-Brittaniċi li jgħixu fl-UE.", "Mill-bidu, il-Parlament kien ħerqan li jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini.", "Fil-", "pożizzjoni tal-Parlament", "adottata f'April 2017, il-Membri tal-PE saħqu fuq l-importanza li jiġi żgurat trattament ugwali u ġust għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u għaċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fl-UE.", "Il-pożizzjoni adottata pprovdiet", "linji gwida", "għan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit.", "Il-Parlament għandu rwol ewlieni fid-deċiżjoni tal-eżitu ta' dawn it-taħditiet.", "Aqra aktar dwar ir-rwol tiegħu hawnhekk.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn kien hemm diversi riżoluzzjonijiet adottati u dikjarazzjonijiet mill-grupp ta' tmexxija tal-Parlament dwar il-Brexit li jtennu l-importanza li jiġu protetti d-drittijiet tagħhom.", "Għal aktar informazzjoni", "Artikli dwar il-Brexit", "Artikli dwar il-futur tal-UE", "Studju: l-impatt u l-konsegwenzi tal-Brexit fuq id-drittijiet miksuba taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u taċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fl-EU-27", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-01-22T11:37:00", "title": "Brexit: il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200109STO69925/understanding-the-gender-pay-gap-definition-and-causes", "text": ["In-nisa li jaħdmu fl-UE jaqilgħu medja ta' 16 % inqas fis-siegħa mill-irġiel.", "Skopri kif din id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija kkalkulata u r-raġunijiet warajha.", "Minkejja li l-prinċipju ta'", "paga ugwali għal xogħol ugwali", "kien diġà ġie introdott fit-Trattat ta' Ruma fl-1957, l-hekk imsejħa differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa għadha tippersisti, fejn sar biss ftit titjib matul dawn l-aħħar għaxar snin.", "Il-Parlament Ewropew talab b'mod konsistenti għal aktar azzjoni biex jitnaqqas id-distakk u se jerġa' jqajjem il-kwistjoni f'", "dibattitu fil-plenarju nhar it-Tnejn 13 ta' Jannar", "X'inhi d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa?", "U kif tiġi kkalkulata?", "Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija d-differenza fi dħul gross medju fis-siegħa bejn in-nisa u l-irġiel.", "Hija bbażata fuq il-pagi mħallsa direttament lill-impjegati qabel ma jitnaqqsu t-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.", "Fil-kalkoli jiġu kkunsidrati biss kumpaniji ta' għaxar impjegati jew aktar.", "Meta tiġi kkalkulata b'dan il-mod, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa ma tqisx il-fatturi differenti kollha li jista' jkollhom rwol, pereżempju l-edukazzjoni, is-sigħat maħduma, it-tip ta' xogħol, il-waqfien mill-karriera jew ix-xogħol part-time.", "Iżda turi li madwar l-UE, b'mod ġenerali, in-nisa jaqilgħu inqas mill-irġiel.", "Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-UE", "Madwar l-UE, id-", "differenza bejn il-pagi hija differenti ħafna", ", u hija l-ogħla fl-Estonja (25.6 %), ir-Repubblika Ċeka (21.1 %), il-Ġermanja (21 %), ir-Renju Unit (20.8 %), l-Awstrija (19.9 %) u s-Slovakkja (19.8 %) fl-2017.", "L-aktar numri baxxi jinsabu fis-Slovenja (8 %), il-Polonja (7.2 %), il-Belġju (6 %), l-Italja u l-Lussemburgu (5 % kull wieħed) u r-Rumanija (3.5 %).", "Il-paga ugwali hija rregolata minn", "direttiva tal-UE", "iżda l-Parlament Ewropew talab bosta drabi għar-", "reviżjoni", "tagħha u għal aktar miżuri.", "Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se jkunu qed jaħdmu fuq strateġija Ewropea ġdida dwar il-ġeneri u miżuri ta' trasparenza fil-pagi vinkolanti.", "Skopri aktar dwar x'jagħmel il-Parlament għall-ugwaljanza bejn is-sessi", "Għaliex hemm differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa?", "L-interpretazzjoni tan-numri mhijiex sempliċi daqs kemm tidher, peress li differenza iżgħar bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa f'pajjiż speċifiku ma tfissirx neċessarjament aktar ugwaljanza bejn is-sessi.", "F'xi pajjiżi tal-UE, differenzi iżgħar fil-pagi għandhom it-tendenza li jkunu nisa b'inqas impjiegi mħallsa.", "Differenzi kbar għandhom it-tendenza li jkunu relatati ma' proporzjon għoli ta' nisa li jaħdmu part-time jew li jkunu kkonċentrati f'numru ristrett ta' professjonijiet.", "Bħala medja, in-", "nisa jqattgħu aktar sigħat jaħdmu bla ħlas", "(il-kura tat-tfal jew ix-xogħol tad-dar) u l-irġiel aktar sigħat ta' xogħol imħallas: 8.7 % biss tal-irġiel fl-UE jaħdmu part-time, filwaqt li kważi terz tan-nisa fl-UE (31.3 %) jaħdmu part-time.", "B'kollox, in-nisa jaħdmu aktar sigħat fil-ġimgħa mill-irġiel.", "Għalhekk, in-nisa mhux biss jaqilgħu anqas fis-siegħa, iżda jqattgħu inqas sigħat f'xogħol imħallas u inqas nisa huma impjegati mill-irġiel.", "Dawn il-fatturi kollha flimkien iġibu d-differenza fid-dħul globali bejn l-irġiel u n-nisa għal", "kważi 40 %", "(għall-2014).", "Barra minn hekk, aktarx li n-nisa jkunu dawk li jkollhom waqfien fil-karriera u wħud mill-għażliet tal-karriera tagħhom huma influwenzati minn", "responsabbiltajiet ta' indukrar u tal-familja", "Madwar", "tad-differenza totali bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tista' tiġi spjegata minn rappreżentazzjoni żejda ta' nisa f'setturi b'pagi relattivament baxxi, bħalma huma l-indukrar, il-bejgħ jew l-edukazzjoni.", "Għad hemm impjiegi bħal fis-setturi tax-xjenza, it-teknoloġija u l-inġinerija fejn il-proporzjon ta' impjegati rġiel huwa għoli ħafna (b'aktar minn 80 %).", "In-nisa għandhom ukoll inqas karigi eżekuttivi: inqas minn 6.9 % tas-CEOs tal-kumpaniji ewlenin huma nisa.", "Id-", "data tal-Eurostat", "turi li jekk inħarsu lejn id-differenza f'diversi impjiegi, il-maniġers nisa jinsabu fl-akbar żvantaġġ: jaqilgħu 23 % anqas fis-siegħa mill-maniġers rġiel.", "Iżda n-nisa xorta għadhom iħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni pura fuq il-post tax-xogħol, bħal pereżempju li jitħallsu anqas minn kollegi rġiel li jaħdmu fl-istess kategoriji ta' xogħol jew li jiffaċċjaw dimozzjoni wara li jirritornaw mil-leave tal-maternità.", "Benefiċċji tat-tnaqqis tad-distakk", "Wieħed jista' jara wkoll li d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa qiegħda tikber bl-età - tul il-karriera u flimkien maż-żieda fid-domanda tal-familja - filwaqt li hija pjuttost baxxa meta n-nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol.", "B'inqas flus biex ifaddlu u jinvestu, dan id-distakk jakkumula u konsegwentement in-nisa jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali f'età akbar (id-", "differenza bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel", "kienet ta' madwar 36 % fl-2017).", "Il-paga ugwali mhijiex biss kwistjoni ta' ġustizzja, iżda wkoll tagħti spinta lill-ekonomija billi n-nisa jaqilgħu iktar biex jonfqu aktar.", "Dan iżid il-bażi għat-taxxa u jtaffi ftit mill-piż fuq is-sistemi ta' protezzjoni soċjali.", "Il-", "valutazzjonijiet", "juru li tnaqqis ta' 1 % fit-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa jirriżulta f'żieda fil-prodott domestiku gross ta' 0.1 %.", "Għal aktar informazzjoni", "EPRS: Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel", "Blog tal-EPRS dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa", "L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Il-Bażi ta' Data tal-Istatistika dwar il-Ġeneru", "L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi: L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa - mhux mingħajr bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata", "Tren Leġiżlattiv - Leġiżlazzjoni dwar Paga ugwali għal xogħol ugwali", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-01-28T15:32:00", "title": "Nifhmu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa: definizzjoni u kawżi"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20170329IPR69054/limiti-dwar-kundizzjonijiet-ghan-negozjati-dwar-brexit", "text": ["Il-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew iddiskutew il-prijoritajiet tagħhom dwar in-negozjati għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.", "Ir-rwol kruċjali tal-MEPs matul in-negozjati ġie ssottolinjat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u min-negozjatur tal-UE dwar il-Brexit Michel Barnier, li lkoll ħadu sehem fid-dibattitu.", "Il-President tal-Parlament Ewropew fetaħ id-dibattitu billi ddikkjara li l-vot tal-Parlament se jkun deċiżiv għall-eżitu finali dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tar-Renju Unit u għar-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "L-attakki terroristiċi reċenti jagħmluha ċara li l-pajjiżi kollha Ewropej jeħtieġ li jkomplu jaħdmu flimkien mill-qrib.\"", "Is-Segretarju Parlamentari Dr Ian Borg, f'isem il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew enfasizza li eżitu pożittiv tan-negozjati dwar il-Brexit huwa possibbli biss jekk aħna nżommu f'moħħna l-aħjar interess taċ-ċittadini u tan-negozji.", "Huwa ssottolinja li rridu naħdmu sabiex innaqqsu l-impatt negattiv tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.", "Dr Ian Borg rrimarka li l-Presidenza Maltija f'diversi okkażjonijiet iddikjarat l-importanza tal-Parlament Ewropew, bħala l-unika istituzzjoni tal-Unjoni eletta direttament, fil-qalba tan-negozjati dwar il-Brexit.", "Huwa sostna li huwa importanti li Brexit tittieħed bis-serjetà, filwaqt li titkompla l-ħidma b'mod pożittiv u effettiv fuq kwalunkwe dossier ieħor, u li niksbu r-riżultati li ċ-ċittadini Ewropej jistennew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.", "Dan jippermetti lill-Unjoni tikseb u timplimenta dak li s-27 Stat Membru tal-Unjoni qablu dwaru fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma 2017.", "MEP David Casa (EPP, MT) enfasizza li l-Unjoni ma għandhiex tidħol għan-negozjati b'ċertu aġir ta' konfrontazzjoni – iżda għandha tistinka u tara li jkun hemm kundizzjonijiet ta' relazzjonijiet tajbin bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.", "Huwa ssottolinja li bħala prijorità għandna nagħtu l-protezzjoni kollha tagħna lill-miljuni ta' ċittadini Ewropej u Brittaniċi u lid-drittijiet tagħhom.", "Il-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa adotta, b'maġġoranza kbira, riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-prinċipji u l-kundizzjonijiet ewlenin għall-approvazzjoni tiegħu ta' ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit.", "Kwalunkwe ftehim fl-aħħar tan-negozjati bejn l-Unjoni u r-Renju Unit se jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.", "L-MEPs enfasizzaw l-importanza li jiġi żgurat trattament ekwu u ġust għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu fir-Renju Unit, kif ukoll għaċ-ċittadini Britanniċi li jgħixu fl-Unjoni Ewropea.", "Huma rrimarkaw ukoll li r-Renju Unit jibqa' Membru tal-Unjoni sal-ħruġ uffiċjali tiegħu, u dan iffiser drittijiet kif ukoll obbligi, li jinkludu impenji finanzjarji li jistgħu jwasslu sa wara d-data tal-ħruġ.", "Ir-riżoluzzjoni twissi li m'għandux ikun hemm għażla bejn is-sigurta' u l-ġejjieni tar-relazzjoni ekonomika bejn l-UE u r-Renju Unit.", "L-MEPs jopponu kwalunkwe forma ta' relazzjoni ekonomika futura ikkaratterizzata minn ftehimiet speċifiċi għal kull settur, u jenfasizzaw l-indiviżibbiltà tal-erba' libertajiet tas-suq uniku - il-moviment liberu tal-beni, tal-kapital, tas-servizzji, u tal-persuni.", "Finalment, ir-riżoluzzjoni tiddikjara li diskussjonijiet dwar arranġamenti tranżitorji eventwali jistgħu jinbdew biss wara li jintlaħaq \"progress sostanzjali\" fit-taħditiet dwar kif ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni.", "Dawn l-arranġamenti tranżitorji m'għandhomx idumu iktar minn tliet snin, filwaqt li l-ftehim dwar ir-relazzjoni futura jista' jiġi konkluż biss meta r-Renju Unit ikun ħareġ uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea.", "Iċ-ċittadini l-ewwel", "Ir-riżoluzzjoni ssostni li l-interessi taċ-ċittadini għandhom jitpoġġpew fuq quddiem mill-bidu nett, filwaqt li tinnota li ċ-ċittadini Irlandiżi \"se jkunu l-iżjed affettwati\".", "L-MEPs iħeġġu lill-partijiet kollha biex jibqgħu impenjati għall-proċess ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq u jevitaw l-istabbiliment mill-ġdid ta' kontrolli rigorużi tul il-fruntieri.", "Għaldaqstant, iċ-ċirkostanzi speċjali ppreżentati b'din is-sitwazzjoni għandhom jiġu indirizzati bħala kwistjoni ta' prijorita' fil-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit.", "Ir-riżoluzzjoni twissi wkoll lir-Renju Unit kontra kull tentattiv li jillimita d-drittijiet marbuta mal-libertà tal-moviment qabel il-ħruġ effettiv mill-UE, u tappella lis-27 Stat Membru tal-Unjoni biex jeżaminaw kif se jindirizzaw il-biża' taċ-ċittadini Brittaniċi li l-Brexit tista' tirriżulta fit-telf tad-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza li bħalissa qegħdin igawdu.", "Prinċipji li għandhom jiġu rrispettati fin-negozjati", "L-MEPs jappellaw liż-żewġ naħat biex jaġixxu b'rieda tajba u bi trasparenza sħiħa sabiex jassiguraw ħruġ ordnat.", "Ir-riżoluzzjoni tinnota li jekk ir-Renju Unit jinnegozja ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi qabel ma joħroġ mill-UE, dan jikkostitwixxi ksur tal-liġi tal-UE.", "Fl-istess ħin hija twissi kontra negozjati bilaterali bejn ir-Renju Unit u Stati Membri fuq bażi individwali dwar il-proċeduri tal-ħruġ jew dwar il-futur tar-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.", "Ir-Renju Unit ser ikompli jgawdi d-drittijiet tiegħu bħala Membru tal-UE sakemm jitlaq.", "Iżda fl-istess ħin, ser ikollu jirrispetta wkoll l-obbligi tiegħu, inklużi l-obbligi finanzjarji li joriġinaw inter alia mill-baġit pluriennali attwali tal-Unjoni.", "Impenji finanzjarji bħal dawn jibqgħu għaddejjin sa wara d-data tal-ħruġ.", "Il-Parlament Ewropew huwa", "involut mill-qrib", "Il-Parlament Ewropew għandu l-intenzjoni li jibni fuq l-elementi stabbiliti f'din ir-riżoluzzjoni waqt l-iżvilupp tan-negozjati, per eżempju billi jadotta riżoluzzjonijiet ulterjuri, inkluż dwar kwistjonijiet speċifiċi jew li jindirizzaw setturi speċifiċi.", "Għal aktar informazzjoni", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-04-07T09:43:53", "title": "Limiti dwar kundizzjonijiet għan-negozjati dwar Brexit"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20171212IPR90142/joint-progress-report-allows-move-to-phase-two-of-brexit-talks-says-parliament", "text": ["Il-Parlament jilqa' r-rapport konġunt ippreżentat min-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit", "Il-MPE jenfasizzaw il-ħtieġa li n-negozjati jsiru b'bona fede", "Kwistjonijiet pendenti jridu jiġu solvuti qabel il-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu", "Il-Parlament Ewropew jilqa' r-rapport konġunt UE-UK dwar it-taħdidiet tal-Brexit u jirrakkomanda li tinbeda t-tieni fażi.", "F'riżoluzzjoni vvutata nhar l-Erbgħa, il-Parlament jilqa' r-rapport konġunt ta' progress rigward il-Brexit, kif ippreżentat min-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit fit-8 ta' Diċembru.", "Ir-riżoluzzjoni għaddiet b'556 vot għal 62, b'68 astensjoni.", "Il-MPE jirrakkomandaw li l-kapijiet tal-istat jew tal-gvern tal-UE27 fil-15 ta' Diċembru jimxu lejn it-tieni fażi.", "Madankollu, il-MPE insistew li n-negozjati jistgħu jimxu 'l quddiem biss matul it-tieni fażi jekk il-gvern tar-Renju Unit jirrispetta bis-sħiħ l-impenji li ta fir-Rapport Konġunt u jdaħħalhom bis-sħiħ fl-abbozz tal-Ftehim ta' Irtirar.", "Kummenti \"bħal dawk li saru minn David Davis\" dan l-aħħar \"jistgħu jimminaw il-kunfidenza li nbniet matul in-negozjati\", qalu l-MEPs.", "Ir-riżoluzzjoni tinnota wkoll ħames kwistjonijiet pendenti li għandhom jiġu riżolti sabiex jintrebaħ il-kunsens tal-Parlament għall-ftehim finali:", "estensjoni tal-kopertura tad-drittijiet taċ-ċittadini lis-sieħba futuri tagħhom,", "proċedura amministrattiva ħafifa ta' natura dikjarattiva għandha tkun disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit li japplikaw għal \"status ta' residenza permanenti\"", "Deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar id-drittijiet taċ-ċittadini għandhom ikunu vinkolanti, u r-rwol tal-ombudsman maħluq biex jaġixxi fuq l-ilmenti taċ-ċittadini għandu jkun definit,", "id-dritt tal-moviment ħieles għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li bħalissa joqogħdu fl-istati membri tal-UE27 għandu jkun garantit, u", "l-impenji tar-Renju Unit dwar l-Irlanda ta' Fuq iridu jkunu implimentati.", "Għall-perjodu ta' tranżizzjoni, li għandu jkun limitat fiż-żmien, il-MPE jridu li l-acquis sħiħ tal-UE (inklużi d-drittijiet taċ-ċittadini) u s-superviżjoni kollha tkun applikabbli għar-Renju Unit.", "Il-forma tar-relazzjonijiet futuri għandha tiġi diskussa wkoll fit-tieni fażi.", "Din għandha tkun ibbażata fuq prinċipji sodi u mhux ambigwi u tista' tieħu l-forma ta' ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, tissottolinja r-riżoluzzjoni.", "S'issa l-Parlament adotta żewġ riżoluzzjonijiet dwar in-negozjati, fil-5 t'April u fit-3 t'Ottubru 2017, ippreparati mill-", "Grupp ta' Tmexxija Brexit", "tal-Parlament (BSG), ippresedut minn", "(ALDE, BE).", "Il-Parlament b'mod ġenerali se jkollu l-aħħar kelma dwar ir-riżultat tan-negozjati meta jivvota biex japprova jew jirrifjuta l-Ftehim ta' Irtirar, li għandu jiġi finalizzat sal-aħħar ta' Marzu 2019.", "Il-mozzjoni, imfassla mill-Grupp ta' Tmexxija Brexit tal-Parlament, ġiet diskussa mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans u n-negozjatur ewlieni tal-UE Michel Barnier nhar l-Erbgħa 13 ta' Diċembru 2017.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Għal aktar informazzjoni", "Test adottat (ikklikkja fuq 13.12.2017)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (13.12.2017)", "Riżoluzzjoni tal-PE tal-5 ta' April 2017", "Linji ħomor dwar in-negozjati dwar il-Brexit", "Brexit: Protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini", "Brexit u l-baġit tal-UE", "Brexit: l-impatt fuq l-Irlanda", "Materjal awdjoviżiv b'xejn dwar il-Brexit", "Dokument ta' riċerka tal-PE: Progress suffiċjenti fl-ewwel fażi tat-taħdidiet dwar il-Brexit - Diċembru 2017", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2017-12-13T13:56:00", "title": "Tista' tinbeda t-tieni fażi tal-Brexit"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20190313STO31215/il-brexit-pjanijiet-fis-sehh-biex-itaffu-l-impatt-ta-ebda-ftehim", "text": ["Jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE mingħajr ftehim, l-effetti se jinħassu minn persuni u kumpaniji madwar l-Ewropa.", "L-UE adottat miżuri biex ittaffi l-impatt ta' ħruġ diżordinat.", "L-UE enfasizzat ripetutament li hija favur ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni.", "Hija kkonkludiet ftehim dwar il-ħruġ mar-Renju Unit biex jiġi żgurat li ż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jkomplu jikkollaboraw dwar diversi kwistjonijiet għall-benefiċċju reċiproku tagħhom.", "Madankollu, l-UE adottat miżuri biex ittaffi l-impatt ta' Brexit ta' ebda ftehim li għandu mnejn iseħħ.", "Dawn il-miżuri ma jistgħux jirreplikaw il-vantaġġi tas-sħubija fl-UE.", "Dawn huma miżuri temporanji u unilaterali.", "Xi wħud minnhom se jeħtieġu r-reċiproċità tar-Renju Unit sabiex ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ.", "Soluzzjonijiet fit-tul jiddependu fuq diskussjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit.", "Ara hawn taħt għall-miżuri li jippreparaw l-UE għal Brexit ta' ebda ftehim:", "Viżi", "Il-Brittaniċi se jkunu jistgħu", "jidħlu fl-UE mingħajr viża", "għal perjodi qosra dment li l-istess japplika għal persuni mill-UE li jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit.", "Avjazzjoni", "Il-linji tal-ajru tar-Renju Unit ikunu jistgħu jipprovdu servizzi lill-pajjiżi tal-UE sakemm il-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu jagħmlu dan ukoll għar-Renju Unit, għal seba' xhur wara li jitlaq.", "Peress li r-Renju Unit ingħata estensjoni aktar kmieni din is-sena u issa huwa mistenni li joħroġ f'data aktar tard,", "ġdida tipprevedi estensjoni ta' miżuri ta' kontinġenza.", "Servizzi ferrovjarji", "Il-validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza ferrovjarja tiġi estiża biex tiżgura l-kontinwità tas-", "servizzi ferrovjarji", "bejn ir-Renju Unit u l-UE, dment li r-Renju Unit jagħmel l-istess.", "L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija u tat-trasport bix-xarabank u bil-kowċ", "mir-Renju Unit ikunu jistgħu jipprovdu", "servizzi", "bejn il-Gran Brittanja u l-UE, dment li r-Renju Unit jipprovdi aċċess ekwivalenti lill-kumpaniji tal-UE.", "Sigurtà soċjali", "Iċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u ċ-ċittadini tar-Renju Unit fl-UE jżommu", "l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali", "miksuba qabel il-ħruġ.", "Il-programm Erasmus+", "L-istudenti u l-għalliema", "fir-Renju Unit jew li jkunu ġejjin mir-Renju Unit ikunu jistgħu jlestu t-tagħlim kontinwu tagħhom barra mill-pajjiż bħala parti mill-", "Proċess ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq", "Il-finanzjament għal", "programmi ta' paċi bilaterali fl-Irlanda ta' Fuq", "ikompli sa mill-inqas l-2020 biex jgħin fl-appoġġ għall-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni li nbeda mill-ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira.", "Jekk ir-Renju Unit jaqbel mar-reċiproċità sħiħa tal-aċċess għall-ilmijiet", ", hemm proċedura faċli fis-seħħ biex il-kumpaniji jiksbu awtorizzazzjoni biex jistadu.", "It-tpartit tal-kwoti xorta jkun permess sakemm jintemmu dawn il-miżuri fil-31 ta' Diċembru.", "ġdida tipprevedi estensjoni ta' miżuri ta' kontinġenza biex ikopru l-2020.", "Jekk ir-Renju Unit ma jaqbilx, id-ditti tal-UE pprojbiti mill-ilmijiet tar-Renju Unit jistgħu jkunu eliġibbli għal kumpens mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.", "Difiża", "Id-ditti tal-UE xorta se jkunu jistgħu jesportaw ċerti oġġetti użati għal", "skopijiet ċivili u militari", "fir-Renju Unit.", "Iċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit", "Skont iċ-ċirkostanzi tagħhom, iċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit jista' jkollhom bżonn japplikaw għall-Iskema għall-kisba tal-istatus \"ta' stabbilit\" għaċ-ċittadini tal-UE qabel l-31 ta' Diċembru 2020 jekk ikunu jixtiequ jibqgħu.", "Għal aktar dettalji, iċċekkja dan is-", "sit web tal-gvern tar-Renju Unit", "Iċ-ċittadini Brittaniċi fl-UE", "Iċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fl-UE jridu jiċċekkjaw mal-awtoritajiet tal-pajjiż fejn jgħixu peress li l-arranġamenti jvarjaw.", "MIŻURI LI GĦAD IRIDU JIĠU APPROVATI MILL-PARLAMENT U MILL-KUNSILL", "Għajnuna b'impatt", "Il-pajjiżi tal-UE affettwati serjament jistgħu jirċievu għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, taħt", "li għad trid tiġi approvata mill-Parlament u mill-Kunsill qabel ma tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "separata, il-ħaddiema fl-UE li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-Brexit jistgħu jirċievu għajnuna mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.", "Din għadha trid tiġi approvata.", "F'ĊERTI OQSMA: L-EBDA MIŻURA SPEĊJALI FIS-SEĦĦ", "F'ħafna oqsma, ma hemm l-ebda miżura speċjali fis-seħħ biex tissostitwixxi r-relazzjoni eżistenti mar-Renju Unit f'każ ta' ebda ftehim.", "Dan jista' jwassal għal spejjeż addizzjonali u burokrazija żejda u tkun idea tajba li ssir verifika mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż jew reġjun tiegħek.", "Liċenzji tas-Sewqan", "Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiż wieħed tal-UE huma awtomatikament rikonoxxuti minn Stati Membri oħra.", "Meta r-Renju Unit joħroġ mill-UE, dan ma jibqax japplika għal-liċenzji Brittaniċi.", "Iċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jsuqu fir-Renju Unit se jkollhom jiċċekkjaw mal-awtoritajiet tar-Renju Unit jekk il-liċenzja tagħhom hijiex valida, filwaqt li l-Brittaniċi se jkollhom jiċċekkjaw mal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull pajjiż tal-UE li jixtiequ jsuqu fih.", "Il-liċenzji tas-sewqan internazzjonali huma validi madwar ir-Renju Unit u l-UE.", "Annimali domestiċi", "Il-passaport tal-UE għall-annimali domestiċi, li jippermetti lill-annimal domestiku tiegħek li jivvjaġġa miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE, mhux se jibqa' validu fir-Renju Unit.", "X'aktarx ikun hemm bżonn aktar xogħol amministrattiv meta tivvjaġġa bl-annimal domestiku tiegħek lejn jew mir-Renju Unit.", "Skont ir-regoli tal-UE, in-nies jibbenefikaw mill-aċċess għall-kura tas-saħħa waqt żjara temporanja fi Stati Membri oħra permezz tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC).", "Dawn ir-regoli mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit.", "Kemm iċ-ċittadini tal-UE li jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit kif ukoll il-Brittaniċi li jżuru l-pajjiżi tal-UE għandhom jivverifikaw jekk l-assigurazzjoni tagħhom tkoprix l-ispejjeż ta' trattament mediku barra mill-pajjiż.", "Jekk le, huma għandhom jikkunsidraw li jieħdu assigurazzjoni tal-ivvjaġġar privata.", "Għal aktar informazzjoni dwar l-ivvjaġġar lejn u mir-Renju Unit, żur dan", "is-sit web mill-Kummissjoni Ewropea", "Rwol tal-Parlament", "Minbarra r-regoli dwar ir-residenza, dawn il-miżuri kollha jistgħu jidħlu fis-seħħ biss bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Kwalunkwe ftehim milħuq bejn l-UE u r-Renju Unit - inkluż il-ftehim dwar il-ħruġ u kwalunkwe ftehim dwar relazzjonijiet futuri - irid jiġi maqbul mill-Parlament qabel ma jkun jista' jidħol fis-seħħ.", "Il-passi li jmiss", "L-ebda waħda minn dawn il-miżuri temporanji ma tista' tieħu post il-ftehimiet attwali.", "Huwa biss wara li r-Renju Unit ikun ħareġ mill-UE, li l-UE u r-Renju Unit, bħala pajjiż terz, ikunu jistgħu jħarsu lejn relazzjonijiet futuri u jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkonkludu ftehimiet biex jiżguraw li jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet li jvarjaw mill-kummerċ għas-sigurtà, il-migrazzjoni u d-difiża.", "Id-dikjarazzjoni politika mehmuża mal-ftehim dwar il-ħruġ, jekk tiġi rratifikata mir-Renju Unit, tagħti l-qafas ġenerali għar-relazzjonijiet futuri.", "Skedi informattivi dwar il-Brexit ta' ebda ftehim", "Il-Kummissjoni Ewropea timplimenta Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza f'oqsma speċifiċi f'każ li ma jintlaħaqx ftehim (19 ta' Diċembru 2018)", "Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tal-impatt ta' Brexit ta' ebda ftehim (10 ta' April 2019)", "Mistoqsijiet u tweġibiet", "Stqarrija għall-istampa: l-aħħar sejħa tal-Kummissjoni liċ-ċittadini u lin-negozji kollha tal-UE biex jippreparaw għall-ħruġ tar-Renju Unit fil-31 ta' Ottubru 2019 (4 ta' Settembru 2019)", "Lista ta' tħejjija għall-Brexit għall-kumpaniji", "Skeda ta' żmien għal miżuri ewlenin tal-UE", "Is-sit web tal-gvern tar-Renju Unit dwar it-tħejjijiet għall-Brexit", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-10-10T11:28:00", "title": "Il-Brexit: pjanijiet fis-seħħ biex itaffu l-impatt ta' ħruġ mill-UE mingħajr ftehim"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20170925STO84610/il-brexit-l-impatt-fuq-l-irlanda", "text": ["L-Irlanda x'aktarx se tkun l-aktar Stat Membru li se jintlaqat mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.", "Il-Parlament irid itaffi l-effetti tal-Brexit fuq iż-żewġ partijiet tal-gżira.", "Tul il-fruntiera kollha tal-Lvant tal-UE – mill-Finlandja sal-Greċja – hemm 137 punt ta' qsim tal-fruntiera; bejn l-Irlanda ta' Fuq u r-Repubblika Irlandiża hemm mal-275.", "Billi fl-2016 ir-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-UE, dawn il-500 kilometru dalwaqt jistgħu jsiru fruntiera esterna tal-UE.", "Dawn iċ-ċirkustanzi partikolari jridu jiġu indirizzati bħala parti mit-", "taħditiet dwar il-Brexit", "F'Novembru 2018, in-negozjaturi tar-Renju Unit u tal-UE qablu fuq it-test ta' dikjarazzjoni politika u abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ, iżda r-ratifika ma saritx.", "Il-ftehim kien jinkludi", ", dispożizzjoni li sservi ta' salvagwardja li timpedixxi l-ħolqien ta' fruntiera fiżika li tista' tpoġġi l-", "Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira", "f'riskju.", "L-għan ta' din id-dispożizzjoni hu li jinħoloq territorju doganali wieħed bejn l-UE u r-Renju Unit u jiddaħħlu miżuri biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn it-tnejn.", "Il-backstop tiġi attivata biss jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni oħra fi tmiem il-perjodu tranżitorju miftiehem.", "Il-backstop qajmet kontroversja fir-Renju Unit, għax xi wħud beżgħu li setgħet tintuża biex il-pajjiż jinżamm fl-unjoni doganali tal-UE b'mod indefinit.", "Fl-2019, il-Prim Ministru l-ġdid Boris Johnson reġa' nnegozja l-ftehim dwar il-ħruġ, li jinkludi protokoll rivedut dwar l-Irlanda ta' Fuq u r-Repubblika Irlandiża.", "Dan għad irid jiġi approvat mill-parlament tar-Renju Unit u mill-Parlament Ewropew.", "In-negozjaturi tal-UE ilhom jagħmlu pressjoni fuq il-gvern tar-Renju Unit biex joħroġ bi pjanijiet konkreti dwar kif qed jipproponi li tinħoloq alternattiva legali u operattiva għal din is-salvagwardja.", "Tnaqqis tal-impatt fuq l-Irlanda", "Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE mingħajr ftehim ikun ta' ħsara kbira għaż-żewġ partijiet.", "Ċifri uffiċjali juru li d-dannu ekonomiku jkollu effett sproporzjonatament akbar fuq ir-Renju Unit.", "Fuq in-naħa tal-UE, l-Irlanda tintlaqat b'mod sinifikanti.", "Bħalissa, ħafna prodotti jiġu impurtati fir-Repubblika Irlandiża mir-Renju Unit u allura l-prezz tagħhom jista' jiżdied minħabba t-tariffi.", "Il-ktajjen tal-provvista x'aktarx jispiċċaw imfixkla serjament.", "Barra minn hekk, sitwazzjoni bħal din tista' taffettwa l-esportazzjoni.", "Fl-2018, madwar 11.5% tal-prodotti kollha esportati mill-Irlanda kienu destinati għar-Renju Unit.", "Hemm ukoll ir-riskju li tiżdied it-tensjoni fl-Irlanda ta' Fuq.", "L-Irlanda tkun tista' tibbenefika minn diversi", "miżuri introdotti mill-UE biex jittaffa l-impatt ta' ħruġ mingħajr ftehim", ".", "Il-finanzjament ta'", "programmi ta' paċi bilaterali fl-Irlanda ta' Fuq", "jibqa' għaddej xorta – tal-anqas sal-2020 – b'appoġġ għall-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni li nbeda bil-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira.", "l-attivazzjoni tal-Artikolu 50 min-naħa tar-Renju Unit f'Marzu 2017", ", il-Parlament", "esprima t-tħassib tiegħu", "dwar il-konsegwenzi tal-Brexit fuq in-naħa ta' fuq u n-naħa t'isfel tal-Irlanda.", "Il-Membri tal-Parlament Ewropew enfasizzaw ukoll l-importanza li jiġi ppreservat il-ftehim ta' paċi tal-Ġimgħa l-Kbira, li temm tletin sena ta' ġlied fil-pajjiż u ġie approvat mill-votanti tal-gżira kollha fl-1998.", "Il-Parlament tenna t-tħassib tiegħu f'riżoluzzjoni adottata f'Settembru 2019.", "Ebda fruntiera fiżika", "F'diversi riżoluzzjonijiet, il-Membri enfasizzaw ripetutament li għandha tiġi evitata fruntiera fiżika fl-Irlanda.", "Wara għoxrin sena ta' paċi relattiva fl-Irlanda, it-torrijiet tal-għassa u l-kontrolli tal-armata tal-passat issa żżarmaw u, ta' kuljum, għexieren ta' eluf ta' persuni jaqsmu minn naħa għal oħra ta' din il-fruntiera miftuħa.", "Peress li la l-Irlanda u lanqas ir-Renju Unit ma huma fiż-żona Schengen, iż-żewġ pajjiżi jħaddmu żona komuni għall-ivvjaġġar.", "Pazjenti mir-Repubblika Irlandiża jirċievu r-radjoterapija fl-Irlanda ta' Fuq filwaqt li tfal morda minn Belfast imorru Dublin għall-operazzjonijiet tal-qalb.", "Madwar terz tal-ħalib prodott fl-Irlanda ta' Fuq jiġi pproċessat fir-Repubblika Irlandiża filwaqt li 40% tat-tiġieġ prodott fin-Nofsinhar jiġi pproċessat fit-Tramuntana tal-fruntiera.", "Kulħadd jaf li l-Guinness issir f'Dublin, iżda forsi ftit jafu li din il-birra taqsam il-fruntiera biex titferra' fil-fliexken u l-laned qabel ma terġa' lura fin-naħa t'isfel biex tiġi esportata.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-elettriku, il-pajjiż huwa regolat minn suq wieħed.", "\"Qatt m'aħna se nħallu 'l-Irlanda tbati\"", "Huwa u jindirizza l-membri tal-Parlament Irlandiż", "f'Dublin fil-21 ta' Settembru 2017,", "il-koordinatur tal-Brexit għall-Parlament Ewropew, Guy Verhofstadt", ", qal: \"Din il-fruntiera ħolqot kaos, mibegħda u vjolenza.", "Biex naqqasniha għal sempliċi linja fuq mappa kienet kisba kruċjali.\"", "Kompla jgħid: \"Qatt m'aħna se nħallu 'l-Irlanda tbati mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.\"", "Kull min jitwieled fl-Irlanda ta' Fuq huwa intitolat għaċ-ċittadinanza Irlandiża, u allura għaċ-ċittadinanza tal-UE.", "Fir-riżoluzzjoni adottata fit-3 ta' Ottubru 2017, l-MEPs enfasizzaw li \"l-ebda ostakolu jew impediment\" m'għandu jżomm lill-abitanti tal-Irlanda ta' Fuq milli jeżerċitaw bis-sħiħ id-dritt li jkunu ċittadini tal-UE.", "Il-Parlament enfasizza wkoll li se jkun hemm bżonn soluzzjoni \"unika\" biex tiġi evitata fruntiera fiżika.", "Ir-rwol tal-Parlament Ewropew", "L-UE qalet li tixtieq tara progress sinifikanti fuq", "tliet kwistjonijiet speċifiċi", "qabel ma tibda diskussjonijiet dwar ir-relazzjoni mar-Renju Unit fil-futur: id-", "drittijiet taċ-ċittadini", "saldu finanzjarju", "u l-Irlanda.", "Kwalunkwe ftehim dwar il-ħruġ fi tmiem in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE jirrikjedi l-", "approvazzjoni", "tal-Parlament Ewropew qabel ma jkun jista' jidħol fis-seħħ.", "riżoluzzjoni", "adottata fit-18 ta' Settembru 2019, il-Membri tal-PE tennew li ma kinux se jivvutaw favur ftehim dwar il-ħruġ mingħajr backstop.", "Madankollu, huma qalu li jkunu lesti jerġgħu lura għall-proposta oriġinali tal-UE għal backstop li tinvolvi l-Irlanda ta' Fuq biss.", "Ikunu lesti wkoll jeżaminaw kwalunkwe soluzzjoni oħra, basta tkun legalment u operazzjonalment kredibbli u konformi mal-prinċipji gwida tal-UE.", "Aktar informazzjoni dwar ir-rwol tal-Parlament fil-Brexit.", "Is-sit tal-gvern Irlandiż dwar il-Brexit", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-10-10T11:55:00", "title": "Il-Brexit: l-impatt fuq l-Irlanda"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20200109IPR69901/brexit-il-mpe-mhassba-dwar-id-drittijiet-tac-cittadini", "text": ["Il-MPE huma mħassba dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u r-Renju Unit, inkluż il-libertà tal-moviment", "Tħassib dwar l-Iskema UK - EU għall-ksib tal-istatus ta' stabbilit u t-twaqqif ta' awtorità indipendenti", "Il-libertà tal-moviment, it-tul tal-perjodu ta' tranżizzjoni u l-limitazzjoni tal-ħsara għall-ħajja taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit fil-qalba tad-dibattitu", "Il-Parlament jenfasizza li huma meħtieġa assigurazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini biex ikun jista' jikkonsenta l-Ftehim dwar il-Ħruġ.", "F'riżoluzzjoni adottata nhar l-Erbgħa, il-MPE jieħdu kont tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-kuntest tal-Brexit u jenfasizzaw li l-kunsens tagħhom għall-Ftehim dwar il-Ħruġ se jqis \" l-esperjenza miksuba u l-assigurazzjonijiet mogħtija\" dwar il-protezzjoni tagħhom.", "Il-Parlament jesprimi tħassib speċjalment dwar l-approċċ amministrattiv tar-Renju Unit fl-Iskema għall-ksib tal-istatus ta' stabbilit tal-UE, in-nuqqas ta' dokument fiżiku għall-applikanti li jirnexxu, u l-aċċessibbiltà tagħha, fost kwistjonijiet oħra.", "Il-MPE esprimew dubji fl-istruttura u l-indipendenza tal- \"awtorità indipendenti\" tar-Renju Unit prevista fil-Ftehim dwar il-Ħruġ, u iddikjaraw li huma jilqgħu l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' skrutinju konġunt bejn il-Parlament Ewropew u r-Renju Unit.", "It-test adottat jitlob li jitniedu kampanji ta' informazzjoni biex iħejju liċ-ċittadini u jħeġġeġ lill-gvernijiet fl-Istati Membri tal-UE27 biex jadottaw miżuri konsistenti u ġenerużi biex jipprovdu ċertezza legali għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fit-territorju tagħhom.", "Ir-riżoluzzjoni ġiet adottata b'610 vot favur, 29 kontra u 68 astensjonijiet wara dibattitu nhar it-Tlieta li ffoka l-aktar fuq il-futur tal-moviment liberu u l-limitazzjoni tal-impatt tal-Brexit fuq ħajjet iċ-ċittadini.", "tad-dikjarazzjonijiet ta' Nikolabina Brnjac, li tirrappreżenta l-Presidenza Kroata tal-Kunsill u minn Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni", "tad-dibattitu tal-Membri", "tad-dikjarazzjonijiet tal-għeluq minn Michel Barnier, Kap Negozjatur tal-UE għall-Ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, u Nikolomina Brnijac", "Biex jidħol fis-seħħ, il-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jeħtieġ li jiġi approvat mill-Parlament Ewropew b'maġġoranza sempliċi", "tal-voti mitfugħa (Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni", "Ewropea).", "Il-Parlament jivvota dwar il-Ftehim dwar il-Ħruġ wara li jitlesta l-proċess ta' ratifika fir-Renju Unit.", "It-tieni Parti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ", "tipproteġi liċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u ċ-ċittadini tar-Renju Unit f'pajjiżi oħra tal-UE, kif ukoll il-familji tagħhom.", "Skont id-dispożizzjonijiet tagħha, id-drittijiet kollha tas-sigurtà soċjali skont il-liġi tal-UE se jinżammu u d-drittijiet taċ-ċittadini se jiġu garantiti matul ħajjithom kollha.", "Il-proċeduri amministrattivi rilevanti kollha jridu jkunu trasparenti, bla xkiel u razzjonalizzati.", "L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dawn it-termini se jkunu sorveljati minn awtorità indipendenti b'setgħat ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.", "Għal aktar informazzjoni", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (14.01.2020)", "Fajl dwar il-proċedura", "Riżoluzzjonijiet tal-PE u l-kompożizzjoni tal-Brexit Steering Group", "Aktar informazjzoni", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-01-15T13:14:00", "title": "Brexit: il-MPE mħassba dwar id-drittijiet taċ-ċittadini"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20200128IPR71204/il-ftehim-dwar-il-brexit-approvat-mill-parlament-ewropew", "text": ["Il-Parlament japprova l-Ftehim ta' Ħruġ Renju Unit-UE qabel ma' dan jgħaddi lill-Kunsill għall-aħħar pass tal-proċess ta' ratifikazzjoni.", "Il-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit għadda l-ostaklu ta' qabel tal-aħħar qabel ma jidħol fis-seħħ", "L-aħħar tappa hija l-vot bil-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, biex imbagħad il-Brexit iseħħ fil-31 ta' Jannar 2020", "Il-Ftehim ta' Ħruġ ġie approvat mill-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa b'621 vot favur, 49 kontra u 13 il-astensjoni.", "Matul dibattitu ftit qabel il-vot flimkien mal-Presidenza tal-Kunsill, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, u l-Kap Negozjatur tal-UE Michel Barnier, il-Parlament qies il-proċess ta' ħruġ s'issa u l-isfidi li għad fadal.", "F'kummenti dwar l'importanza storika tal-vot, il-maġġoranza tal-kelliema f'isem il-gruppi politiċi qalu li l-ħruġ tar-Renju Unit mhux ser ikun it-tmiem tat-triq għar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit u li r-rabtiet bejn il-popli Ewropej huma b'saħħithom u ser jibqgħu hekk.", "Huma semmew ukoll li jeħtieġ li jitgħalmu lezzjonijiet mill-Brexit li għandhom ifasslu l-futur tal-UE u rringrazzjaw lir-Renju Unit u l-MPE għall-kontribut tagħhom tul is-sħubija tar-Renju Unit.", "Bosta minn dawk li tkellmu tennew il-kisbiet tal-Parlament fil-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u biex inaqqsu l-impatt negattiv tal-Brexit fuq il-ħajja ta' kulljum tan-nies.", "Huma wissew ukoll li n-negozjati dwar ir-relazzjoni futura ser ikunu diffiċli, speċjalment minħabba ż-żmien qasir biex titfassal ir-relazzjoni futura.", "Il-Parlament b'rwol kruċjali dwar ir-relazzjoni futura mar-Renju Unit", "Il-grupp tal-Parlament li jikkordina r-relazzjonijiet mar-Renju Unit, immexxi mill-President tal-", "Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin", ", ser jikkoordina mat-", "Task Force tal-UE għar-Relazzjonijiet mar-Renju Unit", "u jikkoordina mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-kumitati l-oħra kollha skont is-suġġett.", "Il-PE ser isegwi mill-qrib il-ħidma tan-negozjatur tal-UE, Michel Barnier, u jkompli jinfluwenza n-negozjati permezz ta' riżoluzzjonijiet.", "Il-ftehim finali ser jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament.", "Tista' terġa' ssegwi d-dibattitu billi tikklikka fuq il-links hawn taħt:", "Dikjarazzjoni ta' ftuħ minn", "Dikjarazzjonijiet ta' ftuħ minn", "Nikolina BRNJAC, f'isem il-Presidenza Kroata u minn Ursula VON DER LEYEN, President tal-Kummissjoni", "kelliema tal-gruppi politiċi", "Dibattitu bejn il-MPE", "Dibattitu bejn il-MPE", "(it-tieni parti)", "Dibattitu bejn il-MPE", "Dikjarazzjonijiet ta' għeluq minn-", "Dikjarazzjoni ta' għeluq mill-President tal-Parlament Ewropew", "Il-passi li jmiss", "Biex jidħol fis-seħħ, il-Ftehim dwar il-Ħruġ issa ser jiġi ppreżentat għal vot bil-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill.", "Il-perijodu ta' tranżizzjoni jibda fl-1 ta' Frar u għandu jintemm fl-aħħar ta' Diċembru 2020.", "Kwalunkwe ftehim dwar il-futur tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit ikollu jiġi konkluż bis-sħiħ sa dak il-mument jekk għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021.", "Il-perijodu ta' tranżizzjoni jista' jiġi estiż darba għal sena jew sentejn, iżda tali deċiżjoni trid tittieħed mill-Kumitat Konġunt UE-Renju Unit qabel l-1 ta' Lulju.", "Il-Parlament Ewropew ikollu jirratifika l-ftehim dwar il-futur.", "Jekk il-ftehim jolqot kompetenzi li l-UE taqsam mal-istati membri, il-parlamenti nazzjonali jkollhom jirratifikaw ukoll.", "Għal aktar informazzjoni", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (29.01.2020)", "Abbozz tar-riżoluzzjoni", "Fajl proċedurali", "Dokument ta' riċerka tal-PE, \"Il-Parlament Ewropew wara l-Brexit\" (14-01-2020)", "Dokument ta' riċerka tal-PE, \"Il-ftehim rivedut dwar il-Brexit: X'inbidel u x'inhuma l-passi li jmiss?\" (22-10-2019)", "Aqra iżjed dwar il-ħidma tal-PE dwar il-Brexit", "Riżoluzzjonijiet tal-PE u informazzjon dwar il-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Tmexxija tal-PE dwar il-Brexit", "Intervista tal-koordinatur tal-PE dwar il-Brexit, Guy Verhofstadt (RE, BE)", "Materjal awdjo-viżiv b'xejn", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-01-29T19:02:00", "title": "Il-ftehim dwar il-Brexit approvat mill-Parlament Ewropew"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20200206IPR72011/rabtiet-futuri-bejn-l-ue-u-r-ru-kundizzjonijiet-ekwi-ghal-kompetizzjoni-gusta", "text": ["Il-Parlament irid li l-ftehim ta' assoċjazzjoni futur ikun kemm jista' jkun dettaljat", "Għandha tiġi ppreservata l-integrità tas-Suq Uniku tal-UE u tal-Unjoni Doganali", "Għandu jkun hemm \"allinjament dinamiku\" tar-regoli bejn l-UE u r-Renju Unit.", "L-UE għandha tipproteġi s-setturi l-aktar sensittivi tagħha", "Il-Parlament jitlob li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi, garantiti permezz ta' impenji robusti u \" allinjament dinamiku\" tar-regoli bejn l-UE u r-Renju Unit.", "Nhar l-Erbgħa, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tipprovdi l-kontribut inizjali tal-MPE għan-negozjati li ġejjin mal-Gvern Brittaniku dwar is-sħubija ġdida bejn l-UE u r-Renju Unit wara l-perjodu ta' tranżizzjoni tal-Brexit.", "It-test ġie adottat b'543 vot favur 39 kontra, u 69 astensjoni.", "Il-Parlament irid li l-ftehim ta' assoċjazzjoni mar-Renju Unit ikun kemm jista' jkun komprensiv, ibbażat fuq tliet pilastri ewlenin: Sħubija ekonomika, sħubija fl-affarijiet barranin u kwistjonijiet settorjali speċifiċi.", "Madankollu, pajjiż li mhuwiex fl-UE ma jistax igawdi l-istess drittijiet bħal Stat Membru u l-integrità tas-Suq Uniku u l-Unjoni Doganali jridu jiġu ppreservati f'kull ħin, il-MPE jgħidu.", "Relazzjonijiet kummerċjali futuri bejn l-UE u r-Renju Unit", "Biex jintlaħaq ftehim ġdid ta' kummerċ ħieles ambizzjuż, il-MPE jaqblu b'mod", "ġenerali mal-linji li bihom il-Kummissjoni pproponiet", "li tinnegozja.", "Minħabba d-daqs tal-ekonomija tar-Renju Unit u l-prossimità ġeografika, il-kompetizzjoni futura mal-UE għandha tinżamm miftuħa u ġusta permezz ta' sistema ta' \"kundizzjonijiet ekwi\", li tirriżulta f'garanzija ta' regoli ugwali fuq, fost affarijiet oħra, kwistjonijiet soċjali, ambjentali, tat-taxxa, tal-għajnuna mill-Istat, tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-klima.", "Biex tinżamm relazzjoni mingħajr kwoti u mingħajr tariffi, il-gvern Brittaniku għandu jwiegħed li jaġġorna r-regoli tiegħu dwar, pereżempju, il-kompetizzjoni, l-istandards tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ambjent, sabiex jiżgura \"allinjament dinamiku\" tal-liġijiet tal-UE u tar-Renju Unit.", "Is-setturi l-aktar sensittivi", "Ir-riżoluzzjoni tagħmilha ċara wkoll li biex jinkiseb il-kunsens tal-Parlament, kwalunkwe ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u r-Renju Unit għandu jkun soġġett għal ftehim minn qabel dwar is-sajd sa Ġunju 2020.", "Jekk ir-Renju Unit ma jikkonformax mal-liġijiet u l-istandards tal-UE, il-Kummissjoni għandha \"tevalwa l-introduzzjoni ta' kwoti u tariffi possibbli għas-setturi l-aktar sensittivi, kif ukoll il-ħtieġa għal klawżoli ta' salvagwardja biex tiġi protetta l-integrità tas-suq uniku tal-UE.\"", "Dan huwa partikolarment importanti għall-importazzjonijiet tal-ikel u prodotti agrikoli, li jridu jikkonformaw strettament mar-regoli tal-UE.", "Prijoritajiet oħra", "It-test fih ukoll taqsimiet dwar", "id-drittijiet taċ-ċittadini", "u l-mobbiltà tal-persuni, il-protezzjoni tad-data, Ġibilterra, il-futur tas-servizzi finanzjarji, is-sitwazzjoni fuq il-gżira tal-Irlanda, ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fis-soluzzjoni tat-tilwim, il-programmi u l-aġenziji tal-UE, il-politika barranija u kwistjonijiet ta' sigurtà.", "It-test sħiħ tar-riżoluzzjoni", "ser ikun disponibbli hawnhekk", "Il-passi li jmiss", "Ir-riżoluzzjoni hija bbażata fuq l-abbozz ta' direttivi ta' negozjati tal-Kummissjoni Ewropea, li ġew", "ippreżentati mill-Kap Negozjatur tal-UE Michel Barnier, nhar it-Tnejn 3 ta' Frar", ".", "Dawn id-direttivi huma l-qafas li jistabbilixxi l-għan, il-kamp ta' applikazzjoni u l-objettivi għat-taħditiet.", "Jeħtieġ ukoll li jiġu ffirmati mir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE27 fil-Kunsill, li huwa mistenni li jseħħ fil-25 ta' Frar.", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għall-Affarijiet Barranin", "Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali", "Erġa segwi d-dibattitu fil-plenarja (11.02.2020)", "Reġistru ta' kif kull MPE vvota jkun disponibbli hawn (12.02.2020)", "Stqarrija għall-istampa: Il-ftehim dwar il-Brexit approvat mill-Parlament Ewropew (29.01.2020)", "Studju tad-dipartiment tar-riċerka tal-PE, \"Il-Parlament Ewropew wara l-Brexit\" (14.01.2020)", "Studju tad-dipartiment tar-riċerka tal-PE, \"Il-ftehim dwar il-Brexit rivedut: X'inbidel u x'inhuma l-passi li jmiss?\" (22.10.2019)", "Studju tad-dipartiment tar-riċerka tal-PE, \"Brexit: il-countdown finali [X'qed jaħsbu t-Think Tanks]\" (24.01.2020)", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-02-13T14:00:00", "title": "Rabtiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit: \"kundizzjonijiet ekwi\" huma kruċjali biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/future/20180411IPR01517/emmanuel-macron-jiddifendi-l-idea-tas-sovranita-ewropeja", "text": ["Il-Parlament Ewropew huwa l-bażi tal-leġittimità Ewropea, qal Emmanuel Macron", "Il-President ta' Franza appella għal \"sovranità ġdida\" tal-Ewropa bħala risposta għar-rivendikazzjonijiet nazzjonalisti", "Il-President tar-Repubblika Franċiża, Emmanuel Macron, iddiskuta nhar it-Tlieta dwar il-futur tal-Ewropa mal-MEPs u l-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker.", "Fil-kliem ta' ftuħ, il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani qal, \"Il-futur tal-Ewropa jiddependi minn dak li nagħmlu issa, u jibda hawn, fil-qalb tad-demokrazija Ewropeja.", "Wasal iż-żmien li nbiddlu l-pjanijiet tagħna f'realtà.\"", "Il-maġġoranza tal-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-Parlament laqgħu l-impenn pro-Ewropew tal-President Macron kif ukoll l-intervent riċenti ta' Franza fis-Sirja.", "Huma appellaw għal unità akbar Ewropeja u l-ikkompletar tal-proġett għal armata Ewropeja.", "Xi MEPs oħra saħqu fuq l-isfidi li qed tiffaċċja attwalment l-Ewropa, bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-migrazzjoni, it-teknoloġiji diġitali u l-ikkompletar tal-unjoni ekonomika u monetarja.", "Tista' terġa' ssegwi l-interventi individwali billi tikklikkja fuq il-links hawnhekk:", ", President tal-PArlament Ewropew", "Macron, President tar-Repubblika Franċiża -", "L-ewwel parti", "Macron, President tar-Repubblika Franċiża -", "It-tieni parti", ", President tal-Kummissjoni Ewropeja", "Tweġibiet tal-PResident Macron", "Dikjarazzjonijiet minn MEPs Maltin", "\"Il-futur tal-Ewropa jrid jibqa' mibni fuq il-popli Ewropej aktar milli fuq gvernijiet li jridu l-kredtu kollu ta' kull ma jmur tajjeb iżda jwaħħlu fl-Unjoni Ewropea għal kull ma jmur ħażin.", "Dak li jgħaqqadna lkoll huma l-valuri tagħna, inkluż il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.", "Nemmen f'Ewropa taċ-ċittadini, li tħares id-dinjità ta' kull individwu, tagħtih il-wens, il-ħarsien u s-sigurtà.\"", "60 sena mit-tratat ta' Ruma nirrifletu fuq il-futur Ewropew.", "Futur li għandu jara riformi fl-istituzzjonijiet.", "Sabiex nagħmlu dan irridu nkunu flessibli, irridu nippromwovu l-valuri Ewropej u rridu nirrifletu fuq dak li jinkwieta li' ċittadin.", "Irridu mmorru mill-kliem għal fatti, u b'hekk nappella li dan issir b'mod għaqli billi għal darb'oħra nġibu l-ewropa viċin l-poplu.", "L-istitutzjonijiet Ewropej u min imexxihom, iridu jszommu widnehjhom mal-art biex jisimhu u jifhmhu lic-cittadin minflok jinqaflu f ́torri tal- avorju, kif kultant jaghmlu, u jinsew il veru skop ghalfejn qedin hemm : l-interess tac-cittadini.", "Il-President Macron kien ir-raba' kap ta' stat membru biex jiddiskuti mal-MEPs dwar il-futur tal-UE.", "S'issa, żaru l-Parlament għal dan id-dibattitu il-Prim Ministru tal-Irlanda", "fis-17 ta' Jannar, il-Prim Ministru tal-Kroazja", "fis-6 ta' Frar u l-Prim Ministru tal-Portugall", "fl-14 ta' Marzu.", "Wara l-President Macron ser ikun imiss għall-Prim Ministru tal-Belġju u l-Prim Ministru tal-Lussemburgu biex jiddiskutu mal-plearja fis-sessjonijiet ta' Mejju.", "Għal aktar informazzjoni", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (17.04.2018)", "Dibattiti dwar il-futur tal-Ewropa mal-kapijiet ta' stat u l-Parlament", "Materjal awdjoviżiv b'xejn : Il-Presidenti tar-Repubblika Franċiża u l-Parlament Ewropew", "Materjal awdjoviżiv b'xejn : Futur tal-Ewropa", "Materjal awdjoviżiv : Wasla tal-President Macron", "Materjal awdjoviżiv: Elementi ta' introduzzjoni mill-President Tajani", "Materjal awdjoviżiv : Siltiet mid-diskors ta' ftuħ tal-President Macron", "Materjal awdjoviżiv : Siltiet mid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-04-17T14:15:00", "title": "Emmanuel Macron jiddifendi l-idea tas-sovranità Ewropeja"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/future/20180112IPR91628/il-holqien-ta-futur-ahjar-ghadu-jispira-l-ue-jghid-il-prim-ministru-irlandiz", "text": ["L-ewwel f'sensiela ta' dibattiti bejn il-mexxejja tal-UE u l-MEPs dwar il-futur tal-Ewropa", "L-MEPs jilqgħu l-appell tal-Prim Ministru għal Unjoni aktar demokratika", "Dak li twiegħed fin negozjati dwar il-Brexit irid jiġi onorat", "Il-Prim Ministru tal-Irlanda Leo Varadkar nieda s-sensiela ta' dibattiti Futur tal-Ewropa bejn il-mexxejja tal-UE u l-MEPs nhar l-Erbgħa.", "Fil-bidu tad-dibattitu l-President tal-Parlament Ewropew qal \"Insistejt, mill-jum li ġejt elett President sena ilu, dwar l-importanza li l-Ewropa toqrob lejn iċ-ċittadini.", "Huma qed jistennew li nipprovdu soluzzjonijiet biex jinħolqu l-impjiegi, jiġu ġestiti l-flussi migratorji u tissaħħaħ s-sigurtà u d-difiża.", "Dibattitu trasparenti bejn l-MEPs u l-mexxejja tal-UE jwitti t-triq għald-djalogu u l-fehim kruċjali li ser ikun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini kollha Ewropej.", "Tali dibattiti jqiegħdu l-Parlament Ewropew fejn għandu jkun - fil-qofol tal-ħsieb dwar il-futur tal-Ewropa.", "Is-Sur Varadkar qal, \"L-Ideal Ewropew dejjem kien ispirat minn spirtu ta' ottimiżmu u twemmin f'futur aħjar.", "Dak l-ideal ġie sfidat iżda ma tkissirx.", "Abbażi tas-suċċessi tal-passat, għandna aptit akbar biex niffaċċjaw l-isfidi tal-futur.\"", "Meta ppreżenta l-viżjoni tiegħu għall-futur tal-Ewropa, il-Prim Ministru enfasizza l-bżonn biex id-demokrazija fl-UE tittejjeb permezz ta' listi ta' votazzjoni pan-Ewropej, l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u sforz akbar biex il-kumpanniji l-kbar iħalsu sehem ġust tat-taxxi.", "Huwa rringrazzja wkoll lill-MEPs tal-appoġġ u s-solidarjetà tagħhom lejn l-Irlanda matul in-negozjati dwar il-Brexit, u saħaq l-importanza li dak li twiegħed jiġi onorat.", "Maġġoranza kbira ħafna tal-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-Parlament laqgħu l-kliem tas-Sur Varadkar.", "Bosta qalu li, bħall-Irlanda fil-passat, l-UE għandha tadatta ruħha biex tiffaċċja l-isfidi l-ġodda għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha.", "L-MEPs tennew ukoll l-impenn tagħhom biex jappoġġaw lill-Irlanda fin-negozjati dwar il-Brexit biex il-ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jiġi rispettat.", "Għal aktar informazzjoni", "Futur tal-Ewropa: Top story", "Vidjo: siltiet mid-dibattitu", "Id-diskors tal-Prim Ministru", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-01-17T13:49:00", "title": "Il-ħolqien ta' futur aħjar għadu jispira l-UE jgħid il-Prim Ministru Irlandiż"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/future/20180202IPR97024/jehtieg-li-nimxu-l-quddiem-mhux-lura-jghid-il-prim-ministru-tal-kroazja", "text": ["dan kien it-tieni minn serje ta' dibattiti bejn il-mexxejja tal-UE u l-MEPs dwar il-futur tal-UE", "is-solidarjetà għandha tibqa' waħda mill-pedamenti ta' l-azzjoni tal-UE", "il-futur għandu jinbena fuq l-ugwaljanza bejn il-pajjiżi, iċ-ċittadini u l-opportunitajiet", "Il-Prim Ministru Kroat Andrej Plenković kien it-tieni mexxej tal-UE biex jiddibatti l-futur tal-UE mal-MEPs meta jindirizzahom it-Tlieta.", "Meta ppreżenta l-viżjoni tiegħu għall-futur tal-UE, il-Prim Ministru Plenković saħaq fuq l-importanza tal-ugwaljanza, is-solidarjetà, u li l-progress ikun wieħed li jkun ta' benefiċċju indaqs għall-istati membri kollha.", "Il-Prim Ministru qal ukoll li l-UE trid tinvesti fl-edukazzjoni, il-kultura u l-kreattività, ir-riċerka u l-iżvilupp, filwaqt li tissorvelja sew l-istabbiltà finanzjarja.", "Maġġoranza tal-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-Parlament laqgħu l-impenn tas-Sur Plenković lejn Ewropa aktar demokratika.", "Xi MEPs saħqu fuq l-importanza li l-identità nazzjonali taċ-ċittadini tiġi protetta, flimkien ma' waħda Ewropea b'saħħitha.", "Oħrajn affermaw il-ħtieġa għal iżjed investiment u Ewropa li tkun aktar soċjalment responsabbli.", "L-MEPs talbu wkoll għal riformi istituzzjonali.", "Meta laqa' l-Prim Ministru, il-President tal-Parlament Antonio Tajani qal: \"Fl-indirizz tiegħu, il-Prim Ministru Plenković issottolinja viżjoni pożittiva u futurista għall-Ewropa, li fiha l-Kroazja u l-UE, flimkien, ser jipprovdu Unjoni aktar effettiva.", "Huwa għamel kummenti eċċellenti favur is-sħubija mal-UE u dwar kif din l-isħubija kienet ta' benefiċċju għall-Kroazja.", "Fl-istess waqt, huwa indika, bir-raġun, xi wħud mill-isfidi li rridu nindirizzaw flimkien bħas-sigurtà, il-migrazzjoni mhux ikkontrollata, u l-qagħad taż-żgħażagħ\"", "Stqarrijiet minn MEPs Maltin", "\"Il-prinċipji fundamentali li fuqhom twaqqfet l-Unjoni Ewropeja huma fil-fatt l-istess prinċipji li rridu nkomplu nirrikorru għalihom biex nassiguraw il-futur ta' din l-Unjoni.", "Iktar min qatt qabel, irridu nsaħħu l-prinċipju tal-unità - unità bejn il-pajjiżi membri u unità maċ-ċittadini.", "Id-dibattitu fuq x'tip ta' Unjoni irridu huwa kruċjali.", "Jiena favur Unjoni Ewropea b'saħħita li tkun viċin iċ-ċittadini Ewropej - Unjoni li tifhem l-isfidi tan-nies u ma tirrikorrix għal populiżmu.", "Flimkien, inkunu iżjed b'saħħitna.\"", "\"L-Ewropa tinsab f'salib it-toroq.", "Aħna parti mill-ewwel ġenerazzjoni ta' politiċi li qatt ma ġarrabna l-gwerra fl-Ewropa.", "Għalhekk, hu essenzjali li ma nħallu lil ħadd jinsa dak li ġara u dak li għad jista' jiġri.", "Għal dawn ir-raġunijiet l-Ewropa qatt ma tista' toqgħod kwieta meta d-drittijet fundamentali fl-Istati Membri jiġu mhedda.", "Qatt.", "Il-proġett Ewropew hu mibni fuq iċ-ċertezza li l-valuri u l-libertajiet tagħna huma garantiti.", "Mingħajrhom m'aħna xejn.", "L-Ewropa mhix biss għaqda ekonomika imma ħolma li naqsmuha flimkien, wegħda komuni li l-valuri tagħna u l-istil ta' ħajja li ngħixu qatt m'huma se jerġgħu jkunu mhedda.", "Irridu nsemmgħu leħinna u niddefendu Ewropa biex tkun Ewropa b'saħħitha u magħquda.", "Mingħajrha, l-populiżmu u l-estremiżmu jirbħu żgur.\"", "\"Il-Futur tal-Ewropa jrid jibqa' marbut mal-kwalità tal-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna.", "Dan nassigurawh billi nqieghdu l-poplu l-ewwel.", "L-Ewropa trid tibqa' t-tarka tal-ħarsien tad-drittijiet tagħna.", "L-Ewropa fuq kollox trid torbot Il-futur tagħna mal-futur taż-żgħażagħ billi toffri aktar opportunitajiet f'dak kollu li hu ta' interess għalihom.\"", "Iċ-ċavetta għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea tinsab f'Ewropa li hi kontabbli, responsabbli u viżjonarja, li taħdem fl-interess taċ-ċittadini f'ambjent ta' valuri , fi ħdan ugwaljanza soċjali, prosperita ́ ekonomika u paċi politika.", "Hija Ewropa li tappoġġja n-negozji, tipproteġi l-konsumaturi, tipprovdi sigurtà u serħan il-moħħ, u li toffri futur xieraq liċ-ċittadini tagħha.", "Siltiet mid-dibattitu - Prim Ministru u mexxejja tal-gruppi politiċi", "Plenkovic wara l-ewwel serje ta' kelliema", "Għal aktar informazzjoni", "Futur tal-Ewropa: Top story", "Video: Siltiet mid-dibattitu mal-Prim Ministru Irlandiż", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2018-02-06T13:55:00", "title": "Jeħtieġ li nimxu l-quddiem mhux lura, jgħid il-Prim Ministru tal-Kroazja"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/future/20200109IPR69906/ic-cittadini-huma-l-pedament-tal-konferenza-dwar-il-futur-tal-ewropa", "text": ["Il-laqgħat taċ-ċittadini u ż-żgħażagħ għandhom jistabbilixxu t-ton għar-riforma tal-UE, skont ir-riżoluzzjoni adottata l-Erbgħa", "Agoras Tematiċi li jinvolvu ċ-ċittadini ta' kull xejra minn madwar l-Ewropa", "Riforma tal-UE permezz ta' approċċ minn isfel għal fuq, trasparenti, inklużiv, parteċipattiv u bbilanċjat.", "Jista' jkun meħtieġ li jsiru bidliet fit-trattat u għandu jitwaqqaf mekkaniżmu permanenti għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini f'dan", "Laqgħat taċ-ċittadini u żgħażagħ għandhom jistabbilixxu t-ton għar-riforma tal-UE, skont ir-riżoluzzjoni adottata nhar l-Erbgħa.", "Wara dibattitu ma' Dubravka Šuica, Viċi President tal-Kummissjoni għad-Demokrazija u għad-Demografija u Nikolamina Brnjac, li tirrappreżenta l-Presidenza Kroata tal-Kunsill, il-Parlament adotta riżoluzzjoni b'494 vot favur, 147 kontra u 49 astensjoni, li tistabbilixxi l-viżjoni tiegħu għall-Konferenza li jmiss dwar il-Futur tal-Ewropa", "Iċ-ċittadini fil-qofol tad-dibattitu", "L-MPE jridu li ċ-ċittadini jkunu fil-qalba tad-diskussjonijiet wesgħin dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi interni u esterni li ma kinux previsti fiż-żmien tat-Trattat ta' Lisbona.", "Persuni minn kull sfond, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jiġu involuti fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-UE, b'rispett għat-tħassib taċ-ċittadini, f'approċċ minn isfel għal fuq, trasparenti, inklużiv, parteċipattiv u bbilanċjat sew.", "Il-Parlament jipproponi li jiġu stabbiliti diversi Agoras taċ-Ċittadini (fora tematiċi tar-rappreżentanti taċ-ċittadini magħżula bl-addoċċ f'konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u r-rappreżentazzjoni), u mill-inqas żewġ Agoras taż-Żgħażagħ, li kull wieħed minnhom ikun jinkludi 200–300 ċittadin b'minimu ta' tlieta għal kull stat membru.", "Ir-rappreżentanti taċ-ċittadini mbagħad jiddiskutu l-konklużjonijiet tal-Agora fil-Plenarja tal-Konferenza mal-MPE u r-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali, il-ministri tal-Kunsill, il-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni u rappreżentanti ta' istituzzjonijiet, korpi u sħab soċjali oħra tal-UE.", "Ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE", "Minbarra l-appoġġ ta' livell għoli mill-presidenti tat-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE, il-Parlament iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimpenjaw ruħhom favur il-possibbiltà ta' bidla fit-trattat.", "It-test adottat jenfasizza wkoll li għandu jiġi kkunsidrat mekkaniżmu permanenti biex jiġu involuti ċ-ċittadini.", "Il-President tal-Parlament, David Sassoli, iddikjara fil-bidu tad-dibattitu li \"jeħtieġ li nirrivedu l-mekkaniżmi kollha ta' governanza demokratika wara l-elezzjonijiet Ewropej.", "Dan għandu jsir flimkien mal-istituzzjonijiet nazzjonali u bl-involviment taċ-ċittadini tal-UE.", "Qiegħdin nibdew żmien importanti ieħor ta' rif'rmi.\"", "Il-passi li jmiss", "Il-Parlament huwa l-ewwel fost it-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE li adotta pożizzjoni dwar l-istruttura u l-ambitu tal-Konferenza li jmiss.", "In-negozjati mal-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew għandhom jiġu konklużi fil-ħin biex il-Konferenza titnieda f'Jum l-Ewropa 2020 (fid- 9 ta' Mejju) u tiġi konkluża fis-sajf 2022.", "Il-pożizzjoni tal-Parlament tirrifletti s-sejbiet tal-istħarriġ l-aktar reċenti.", "Fil-", "ta' Settembru 2019, iċ-ċittadini Ewropej komplew jappoġġaw rwol aktar importanti għall-Parlament, filwaqt li d-data mill-Ewrobarometru Standard", "tal-Kummissjoni (Novembru 2019, Tabella 102)", "turi li 83 % ta' dawk li wieġbu jixtiequ li leħen \"iċ-ċittadini tal-UE\" jiġi kkunsidrat aktar fid-deċiżjonijiet dwar il-futur tal-Ewropa\".", "Għal aktar informazzjoni", "Tappi fil-proċedura", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu (15.01.2020)", "It-tħejjija tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (03-12-2019)", "Materjal awdjo-viżiv b'xejn", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-01-15T15:05:00", "title": "Iċ-ċittadini huma l-pedament tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/future/20200131IPR71508/il-presidenti-tal-ue-jizvelaw-il-prijoritajiet-ghall-futur-tal-ewropa", "text": ["It-tliet Presidenti tal-UE matul id-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar il-futur tal-Ewropa", "Il-President tal-Parlament Ewropew, Davide Sassoli: \"Mingħajr regoli, dawk l-aktar b'saħħithom jirbħu u d-dgħajfa jiġu esklużi\".", "Il-President Sassoli, fit-tweġibiet għall-ġurnalisti, qal: \"Saqsu lilkom infuskom: għaliex kullħadd qed jipprova jifridna illum?", "Għaliex fejn hemm regoli komuni, ngħixu aħjar u niddefendu lil dawk li huma inqas b'saħħithom.", "Fejn m'hemmx regoli, jirbħu biss dawk l'aktar b'saħħithom.", "Forsi dawk li jridu jifirduna jibżgħu minn dinja bir-regoli?", "F'dan il-mument, nemmen li l-importanza tal-UE ġejja mit-tweġiba li nagħtu għal din il-mistoqsija.", "Mhux biss għalina, iżda wkoll għal dinja globali li tgħix skont ir-regoli.", "Mingħajr regoli, jirbħu biss dawk li huma b'saħħithom u d-dgħajfa jiġu esklużi.", "U l-UE ma teżistix għal dan.\"", "Wara l-laqgħa tal-bieraħ fi Franza fid-dar ta' Jean Monnet biex jirriflettu dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea, il-Presidenti Sassoli, Michel u Von der Leyen għamlu dikjarazzjonijiet illum fiċ-ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlamentarium, fi Brussell.", "Futur tal-Ewropa: dikjarazzjoni ta' David SASSOLI, President tal-Parlament Ewropew", "Futur tal-Ewropa: dikjarazzjoni ta' Charles MICHEL, President tal-Kunsill Ewropew", "Futur tal-Ewropa: dikjarazzjoni ta' Ursula VON DER LEYEN, President tal-Kummissjoni Ewropea", "It-tluq tar-Renju Unit jimmarka kapitolu ġdid fl-istorja tal-UE u d-dikjarazzjonijiet huma intiżi biex jindirizzaw ċerti sfidi interni u esterni li jridu jiġu indirizzati fis-snin li ġejjin, il-mod kif iċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u l-parlamenti nazzjonali għandhom jiġu aktar involuti fid-diskussjonijiet u t-teħid tad-deċiżjonijiet.", "Għal aktar informazzjoni", "\"Sebħ ġdid għall-Ewropa\" - Artikolu op-ed mill-Presidenti tal-UE", "Materjal awdjoviżiv b'xejn", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown:", "Numru tat-telefown:", "Numru tal-mobile:", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-01-31T13:28:00", "title": "Il-Presidenti tal-UE jiżvelaw il-prijoritajiet għall-futur tal-Ewropa"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/premju-sakharov-2019/20191213STO69021/bint-ir-rebbieh-tal-premju-sakharov-2019-ilham-tohti-tircievi-il-premju-f-ismu", "text": ["Bint Ilham Tohti aċċettat il-Premju Sakharov 2019 għal-Libertà tal-Ħsieb nhar l-Erbgħa f'isem missiera li jinsab il-ħabs.", "Tohti, studjuż tal-Uyghur li qed jiġġieled għad-drittijiet tal-minorità Ċiniża tal-Uyghur, ilu l-ħabs mill-2014 fuq akkużi relatati mas-separazzjoni. \"", "Ilham Tohti, bl-attiviżmu tiegħu, irnexxielu jagħti vuċi lil Uyghurs.[...]", "Huwa ilu jaħdem għal 20 snin biex jippromwovi d-djalogu u l-fehim reċiproku bejniethom u persuni oħra Ċiniżi,\" qal il-President tal-PE David Sassoli.", "\"Illum għandu jkun mument ta' ferħ, biex tiġi ċċelebrata l-libertà tal-espressjoni.", "huwa jum ta' niket.", "Għal darb' oħra, dan is-siġġu huwa vojt, għaliex fid-dinja li qed ngħixu fiha, l-eżerċizzju tal-libertà tal-ħsieb mhux dejjem ifisser li nkunu liberi.\"", "Waqt li kienet qed taċċetta l-premju waqt iċ-ċerimonja fi Strasburgu, Jesher Ilham qalet: \"", "Huwa unur li qiegħda l-Parlament Ewropew illum biex naċċetta l-Premju Sakharov f'isem missieri.", "Jiena grata għall-opportunità biex nirrakkonta l-istorja tiegħu, għaliex ma jistax jgħidha hu stess.", "Biex inkun onesta magħkom, ma nafx fejn jinsab missieri.", "L-aħħar darba li l-familja tiegħi waslitilha kelma dwaru kien fl-2017\".", "Illum, m'hemm l-ebda libertà għall-Uyghurs fiċ-Ċina... la fl-iskejjel, la fil-pubbliku, u lanqas fid-djar privati.", "Missieri, bħal ħafna Ujguri ġie ttikkettat bħala estremist vjolenti, b'marda li jeħtieġ li titfejjaq, b'marda li teħtieġ li tinħasel\", qalet is-Sinjura Ilham.", "Huwa taħt din it-tikketta falza ta' estremiżmu li l-gvern poġġa lil miljun ruħ — u probabbilment aktar — f'\"kampijiet ta' konċentrament\" fejn l-Ujguri huma sfurzati jċedu r-reliġjon, il-lingwa u l-kultura tagħhom, fejn in-nies jiġu torturati u xi wħud mietu\".", "Minn April 2017 'l hawn, aktar minn miljun Ujgur ġew detenuti f'kampijiet ta' internament, fejn huma mġiegħla jirrinunzjaw l-identità etnika u t-twemmin reliġjuż tagħhom u jipprattikaw lealtà lejn il-gvern Ċiniż.", "Jewer Ilham appellat għal appoġġ attiv għall-kawża ta' missierha,", "\"Nitlob li dawk f'din l-awla u dawk li qed jisimgħu, taraw li hemm problema fil-mod kif il-Gvern Ċiniż qiegħed jittratta n-nies Uyghur?", "Jekk taraw problema, jekk jogħġobkom aħdmu għal soluzzjoni\".", "biex Ilham Tohti jiġi rilaxxat immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet u għar-rilaxx ta' \"ħafna rebbieħa oħra tal-Premju Sakharov li bħalissa jinsabu l-ħabs u qed jiġu ppersegwitati għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.\"", "Dwar ir-rebbieħ", "Ilham Tohti huwa proponent ta' djalogu u avukat għall-implimentazzjoni tal-liġijiet ta' awtonomija reġjonali fiċ-Ċina.", "Fl-2014, wara proċess fittizju, huwa ġie kkundannat għal għomru l-ħabs fuq akkużi ta' separatizzazzjoni.", "Minkejja dan, huwa jibqa' vuċi ta' moderazzjoni u rikonċiljazzjoni.", "Ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet", "Il-premju, li jikkonsisti f'ċertifikat u EUR 50,000, ġie riċevut minn Jewer Ilhami, waqt iċ-ċerimonja tat-18 ta' Diċembru 2019.", "Il-finalisti l-oħra għall-Premju Sakharov 2019 ukoll kienu preżenti jew rappreżentati.", "Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-istudenti tal-Kenja kienu l-finalisti l-oħra għall-Premju Sakharov ta' din is-sena.", "Kun af aktar dwar il-finalisti l-oħra.", "Aktar dwar il-Premju Sakharov", "Il-premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, li jġib isem il-fiżiku u d-dissident politiku Sovjetiku Andrei Sakharov, ilu jingħata kull sena mill-1988 lil individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.", "Is-sena li għaddiet il-premju ngħata lil", ", li aċċetta l-premju personalment f'Novembru wara li ġie rilaxxat mill-ħabs.", "Għal aktar informazzjoni", "Ara video rreġistrat taċ-ċerimonja ta' premjazzjoni (fl-18.12.2019)", "Rebbieħa preċedenti", "Il-kamra tal-aħbarijiet tal-President Sassoli", "Kif jintgħażel ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov (infografika)", "Ċentru Multimedjali", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2019-12-19T15:25:00", "title": "Bint ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2019 Ilham Tohti, tirċievi il-premju f'ismu"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20200117STO70508/relazzjonijiet-futuri-bejn-l-ue-u-r-renju-unit-il-passi-li-jmiss", "text": ["It-tluq tar-Renju Unit mill-UE ma jfissirx it-tmiem tal-kooperazzjoni.", "Dalwaqt se jibdew it-taħdidiet li se jistabbilixxu kif it-tnejn se jaħdmu flimkien fuq is-suġġetti kollha mill-kummerċ sal-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "L-UE u r-Renju Unit jiffaċċjaw sfidi simili, bħat-tibdil fil-klima u t-terroriżmu u għandhom ħafna x'jiggwadanjaw jekk jaħdmu flimkien fuq dawn il-kwistjonijiet.", "Għalkemm ġie negozjat ftehim dwar il-ħruġ, il-ftehim jikkonċerna prinċipalment il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u dawk taċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu f'partijiet oħra tal-UE, l-impenji finanzjarji tar-Renju Unit meħuda bħala Stat Membru, kif ukoll kwistjonijiet dwar il-fruntieri (speċjalment il-fruntiera bejn ir-Renju Unit u r-Repubblika tal-Irlanda).", "Ir-relazzjonijiet futuri se jiffurmaw parti minn ftehim separat.", "In-negozjati dwar dawn jistgħu jibdew biss ladarba r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni.", "X'se jiġi kopert mill-ftehim dwar ir-relazzjonijiet futuri", "Il-kwistjonijiet fi kwalunkwe ftehim dwar ir-relazzjonijiet futuri jvarjaw mid-difiża u l-ġlieda kontra t-terroriżmu sal-ambjent, ir-riċerka, l-edukazzjoni eċċ.", "Wieħed min-negozjati ewlenin se jittratta l-kundizzjonijiet u l-prinċipji dwar il-kummerċ fil-futur, inklużi l-kwistjonijiet dwar il-possibbiltà ta' tariffi, ta' standards dwar il-prodotti, il-kundizzjonijiet ekwi u l-mod li bih jinstabu soluzzjonijiet għat-tilwim.", "Iċ-ċittadini", "Id-drittijiet taċ-ċittadini", "huma protetti mill-ftehim dwar il-ħruġ.", "Iċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittaniċi fl-UE għandhom id-dritt li jkomplu jgħixu u jaħdmu fl-istess post fejn jinsabu bħalissa.", "Dan is-suġġett se jibqa' wieħed ta' tħassib ewlieni għall-Parlament Ewropew, pereżempju fir-rigward tal-libertà ta' moviment u l-kopertura tas-saħħa għaċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit.", "L-iskeda taż-żmien", "Skont il-ftehim dwar il-ħruġ, se jkun hemm perjodu ta' tranżizzjoni sal-aħħar ta' Diċembru 2020.", "Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit se jibqa' jkollu aċċess għas-suq uniku u se jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-UE, għalkemm mhux se jkun għadu jista' jsawwar liġijiet ġodda tal-UE.", "Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit se jkompli jikkontribwixxi għall-baġit tal-UE, iżda mhux se jibqa' jkollu vuċi dwar il-baġit annwali jew", "il-baġit fit-tul", "tal-UE, li se jiġi nnegozjat din is-sena.", "L-għan huwa li t-taħditiet jiġu konklużi qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tranżizzjoni.", "Tista' ssir talba waħda biex jiġi estiż il-perjodu ta' tranżizzjoni, iżda d-deċiżjoni dwar dan trid tittieħed qabel l-1 ta' Lulju.", "Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit se jinnegozja mal-UE skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.", "Aqra dwar il-miżuri li hemm fis-seħħ biex itaffu l-impatt ta' ħruġ mingħajr ftehim.", "Kif jaħdmu n-negozjati", "L-", "Kummissarju", "se jmexxi n-negozjati f'isem l-UE, abbażi tal-linji gwida maħruġa mill-Kunsill Ewropew.", "Is-Sur Barnier mexxa wkoll in-negozjati dwar il-ftehim dwar il-ħruġ.", "Il-Membri tal-PE jistgħu jinfluwenzaw in-negozjati billi jadottaw riżoluzzjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjoni tal-Parlament.", "Il-Parlament ħoloq ukoll grupp ta' kuntatt tar-Renju Unit, immexxi mill-President tal-Kumitat AFET, David McAllister (PPE, il-Ġermanja), biex jikkollabora mas-Sur Barnier, in-negozjatur tal-UE, u biex jikkoordina mal-kumitati parlamentari involuti.", "Kwalunkwe ftehim jista' jidħol fis-seħħ biss jekk jiġi approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.", "Għall-kuntrarju tal-ftehim dwar il-ħruġ, huwa possibbli wkoll li l-ftehim dwar ir-relazzjonijiet futuri jkollu wkoll jiġi approvat mill-parlamenti nazzjonali jekk issir referenza għall-kompetenzi li l-UE tikkondividi mal-Istati Membri.", "Jeħtieġ ukoll approvazzjoni mir-Renju Unit.", "Il-Pożizzjoni tal-Parlament", "riżoluzzjoni", "adottata f'Settembru 2019, il-Parlament diġà qal li huwa ddikjara li", "n-negozjati dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit", "se jkunu jeħtieġu salvagwardji b'saħħithom u dispożizzjonijiet ta' kundizzjonijiet ekwi", "bil-ħsieb li jiġi ssalvagwardjat is-suq intern tal-UE u biex jiġi evitat li d-ditti tal-UE jitqiegħdu f'pożizzjoni potenzjali ta'", "żvantaġġ kompetittiv inġust, u li kwalunkwe ftehim ta' kummerċ ħieles li jonqos milli", "jirrispetta dawn il-livelli ta' protezzjoni ma jkunx ratifikat mill-Parlament.", "Għal aktar informazzjoni", "Kummissjoni: Negozjati dwar il-Brexit", "Paġna tal-Brexit mill-Kunsill", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-02-03T11:45:00", "title": "Relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit: il-passi li jmiss"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20180126STO94114/infografika-kemm-il-siggu-jikseb-kull-pajjiz-fil-parlament-ewropew", "text": ["Id-distribuzzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament tinbidel wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.", "Ara ċ-ċifri fl-infografika tagħna.", "Mill-1 ta' Frar, il-Parlament Ewropew għandu 705 siġġu meta mqabbel mas-751 (il-massimu permess mit-trattati tal-UE) qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fil-31 ta' Jannar 2020.", "27 mit-73 siġġu tar-Renju Unit tqassmu mill-ġdid lil pajjiżi oħra, filwaqt li s-46 siġġu li jifdal se jinżammu f'riżerva għal tkabbir futur potenzjali.", "F'konformità mal-att elettorali tal-1976, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw l-ismijiet tal-MEPs il-ġodda li jieħdu s-siġġijiet tagħhom lill-Parlament Ewropew qabel ma l-mandat tagħhom ikun jista' jibda' uffiċjalment.", "Tqassim ta' siġġijiet: l-ebda telliefa", "It-tqassim mill-ġdid tas-siġġijiet jiżgura li l-ebda pajjiż tal-UE ma jitlef is-siġġu tiegħu, filwaqt li xi wħud minnhom kisbu minn siġġu wieħed sa ħames siġġijiet biex jirrimedja s-sottorappreżentanza b'segwitu għal bidliet demografiċi.", "Din tqis il-popolazzjoni tal-Istati Membri u ssegwi l-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva.", "Dan ifisser li l-pajjiżi li huma iżgħar f'termini ta' popolazzjoni għandhom inqas MEPs minn pajjiżi akbar.", "Fl-istess ħin, il-Membri tal-PE minn pajjiżi akbar jirrappreżentaw aktar nies minn Membri minn pajjiżi iżgħar.", "B'dan il-mod, il-membri minn pajjiżi iżgħar għandhom preżenza relattivament aktar b'saħħitha fil-Parlament.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-02-05T15:18:00", "title": "Infografika: kemm-il siġġu jikseb kull pajjiż fil-Parlament Ewropew?"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20190711STO56844/skopri-l-istorja-tal-ewropa-fil-kronologija-tal-parlament", "text": ["X'taf dwar l-istorja tal-Ewropa u tal-Parlament Ewropew?", "Skopri l-fatti essenzjali kollha fil-kronoloġija interattiva tagħna.", "Il-Parlament Ewropew, l-uniku korp tal-UE elett direttament, huwa parti integrali mill-proġett Ewropew.", "Il-Parlament għadda minn trasformazzjoni gradwali iżda profonda – minn korp konsultattiv bi ftit setgħat formali għal koleġiżlatur fuq l-istess livell mal-Kunsill tal-UE, li jirrappreżenta lill-Istati Membri.", "Idħol fil-", "kronoloġija interattiva", "tagħna biex tiskopri kulma trid tkun taf dwar il-vjaġġ twil tal-istituzzjoni li twaqqfet fl-1952 u li oriġinarjament kienet magħrufa bħala l-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.", "Il-kronoloġija turi wkoll kif, tul is-snin, l-Unjoni Ewropea kibret biex tgħaqqad kontinent li darba kien mifrud.", "Dan jinkludi ż-żieda fl-għadd ta' pajjiżi membri minn sitta għal 28, wara d-dħul tal-Kroazja fl-2013.", "Ibbrawżja tul is-snin u, permezz ta' testi qosra, ritratti u filmati, skopri kif il-Parlament Ewropew evolva u ġab miegħu bidliet li nibbenefikaw minnhom fil-ħajja ta' kuljum.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-02-17T15:19:00", "title": "Skopri l-istorja tal-Ewropa fil-kronoloġija tal-Parlament"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20191025STO65110/posponiment-tal-konkors-premju-karlu-manju-ghaz-zghazagh-ewropej", "text": ["Posponiment tal-konkors Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej", "Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, il-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta' Aachen ipposponew il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ ta' din is-sena, inkluża ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen fid-19 ta' Mejju.", "L-applikanti se jiġu infurmati personalment.", "Għandek bejn 16 u 30 sena u qed taħdem fuq proġett b'dimensjoni Ewropea?", "Applika għall-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2020 u irbaħ fondi biex tkompli tiżviluppa l-inizjattiva tiegħek!", "Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ jingħata kull sena miIl-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta' Aachen bħala rikonoxximent għal proġetti li jsiru miż-żgħażagħ u li jkollhom dimensjoni Ewropea qawwija.", "L-applikazzjonijiet għall-2020 jibdew jintlaqgħu fis-6 ta' Novembru u jibqgħu miftuħin sal-31 ta' Jannar.", "Il-premju", "It-tliet proġetti rebbieħa jintgħażlu minn fost 28 proġett innominat mill-ġuriji nazzjonali fl-Istati Membri individwali tal-UE.", "L-ewwel premju hu ta' €7,500, filwaqt li t-tieni u t-tielet premju huma ta' €5,000 u €2,500 rispettivament.", "Ir-rappreżentanti tat-28 proġett rebbieħ nazzjonali jiġu mistiedna għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ f'Aachen f'Mejju 2020.", "Ir-regoli", "Biex ikunu eliġibbli, il-proġetti jridu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:", "jippromwovu l-komprensjoni Ewropea u internazzjonali;", "irawmu sens komuni ta' identità Ewropea u integrazzjoni;", "iservu ta' mudell għaż-żgħażagħ li jgħixu fl-Ewropa;", "joffru eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.", "Għal aktar informazzjoni, ibgħat email fuq:", "Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2019", "Il-premju tal-2019 intrebaħ minn Europhonica IT, programm tar-radju għall-istudenti u l-professjonisti żgħażagħ.", "It-tieni premju mar għall-proġett Finlandiż \"Your European Citizenship\", li permezz tiegħu n-nies setgħu jitgħallmu dwar il-kulturi Ewropej u l-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE.", "It-tielet premju ngħata lill-organizzazzjoni Muslims Against Antisemitism mill-Awstrija.", "Aqra aktar dwar ir-rebbieħa", "hawnhekk", "Midja soċjali", "Ingħaqad mad-diskussjoni fuq il-midja soċjali permezz tal-hashtag #ECYP2020.", "Kalendarju", "Tnedija tal-premju: 06.11.2019", "Skadenza għall-applikazzjonijiet: 31.01.2020", "Għażla tar-rebbieħa nazzjonali mill-ġuriji rispettivi: 20.3.2020", "Ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen, il-Ġermanja: 19.05.2020", "Għal aktar informazzjoni", "Il-paġna tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ", "Formola tar-reġistrazzjoni", "Is-CYP fuq Twitter", "Is-CYP fuq Instagram", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"], "date": "2020-04-09T10:04:00", "title": "Posponiment tal-konkors Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej"} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200615IPR81234/covid-19-easing-rules-to-encourage-banks-to-lend-to-companies-and-households", "date": "2020-06-19T09:00:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "COVID-19: Easing rules to encourage banks to lend to companies and households", "text": ["Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 32787 (BXL)", "Numru tal-mobile: (+32) 498 98 32 80", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200619IPR81604/protection-of-transported-animals-parliament-establishes-inquiry-committee", "date": "2020-06-19T13:39:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "Protection of transported animals: Parliament establishes inquiry committee", "text": ["Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 34476 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 73840 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 498 98 35 90", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200615IPR81235/meps-call-on-eu-to-consider-lawsuit-against-china-over-hong-kong", "date": "2020-06-19T21:37:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "MEPs call on EU to consider lawsuit against China over Hong Kong", "text": ["Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 31834 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 72420 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 88 29 42", "Snježana KOBEŠĆAK SMODIŠ", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 32547 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 74007 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 96 08 19", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200615IPR81223/kundanna-tas-suri-kollha-ta-razzizmu-mibeghda-u-vjolenza-u-appell-ghal-azzjoni", "date": "2020-06-19T21:45:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "Kundanna tal-forom kollha ta' razziżmu, mibegħda u vjolenza u appell għal azzjoni", "text": ["Black Lives Matter, jgħid il-PE, filwaqt li jiċħad is-supremazija bajda", "Il-MPE jikkundannaw bil-qawwa l-mewt \"orrendi\" ta' George Floyd u jappoġġaw il-protesti paċifiċi", "Id-diskriminazzjoni razzjali u l-fastidju għadhom komuni fl-UE kollha", "Għandu jintemm it-tfassil ta' profili razzjali fil-liġi kriminali u jiġi żgurat li l-brutalità tal-pulizija tiġi kkastigata", "M'hemx spazju għar-razziżmufis-soċjetajiettagħna, qal il-PE b'reazzjoni għall-protesti enormi madwar id-dinja wara l-mewt ta' George Floyd", "M'hemm ebda lok għal razziżmu u diskriminazzjoni fis-soċjetajiet tagħna, jgħidu l-MPE u jitolbu li l-UE tieħu pożizzjoni b'saħħitha u deċiżiva kontra r-razziżmu, il-vjolenza u l-inġustizzja.", "F'riżoluzzjoni adottata l-Ġimgħa b'493 vot favur, 104 kontra u 67 astensjoni, il-Parlament \"jikkundanna bil-qawwa l-mewt orrendi ta' George Floyd\" fl-Istati Uniti, kif ukoll qtil simili f'postijiet oħra fid-dinja.", "Il-MPE jappellaw lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jindirizzaw ir-razziżmu u l-inugwaljanzi strutturali, jikkritikaw ir-repressjonijiet tal-pulizija ta' dimostranti paċifiċi u l-ġurnalisti u t-theddida tal-President Trump li juża l-armata kif ukoll ir-\"retorika xewwiexa\" tiegħu.", "Il-Kamra tappoġġa l-protesti massivi reċenti madwar id-dinja kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni u tikkundanna \"is-supremazija bajda fil-forom kollha\".", "Il-MPE jikkritikaw \"l-episodjiji ta' serq, ħruq, vandaliżmu u distruzzjoni tal-proprjeta pubblika u privata ikkawżati minn xi dimostraturi vjolenti\", filwaqt li jitolbu fl-istess waqt li \"l-użu sproporzjonat tal-forza u t-tendenzi razzisti fl-infurzar tal-liġi\" jiġi ddenunzjati pubblikament kull meta u kull fejn iseħħu.", "L-użu tal-forza mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandu dejjem ikun \"legali, proporzjonat, meħtieġ u tal-aħħar għażla\", filwaqt li l-MPE jinsistu li \"l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-folol jikser il-prinċipju tal-proporzjonalità\".", "Il-PE jenfasizza li l-każijiet ta' brutalità u ta' abbuż mill-pulizija m'għandhomx ma jiġux ikkastigati u li ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jirrikordjam xeni ta' vjolenza mill-pulizzija biex jużawhom bħala evidenza.", "Tmiem it-tfassil ta' profili razzjali u etniċi, u tkabbir tad-diversita fil-pulizija", "It-test jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex itemmu t-tfassil ta' profili razzjali u etniċi fil-forom kollha fl-infurzar tal-liġi kriminali, il-miżuri kontra t-terroriżmu u l-kontrolli tal-immigrazzjoni.", "It-teknoloġiji ġodda f'dan il-qasam m'għandhomx jiddiskriminaw kontra l-minoritajiet razzjali u etniċi, iżżid ir-riżoluzzjoni.", "L-awtoritajiet tal-pulizija u tal-infurzar tal-liġi għandu jkollhom \"rekord eżemplari dwar l-antirazziżmu u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni\" u għandhom isaħħu t-taħriġ f'dan ir-rigward, jgħidu l-MPE, filwaqt li jappellaw ukoll għal aktar diversita fi ħdan il-forzi tal-pulizija.", "Delitti Ewropej kontra l-umanità mwettqa kontra persuni suwed fil-passat", "Skont il-Parlament, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b'mod uffiċjali l-inġustizzji u d-delitti tal-passat kontra l-umanità kommessi kontra l-persuni suwed, persuni ta' kulur u r-Roma.", "Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha għandha tkun prijorità tal-UE, jgħidu l-MPE, li jħeġġu lill-Kunsill biex \"jikkonkludi immedjatament in-negozjati dwar id-Direttiva Orizzontali dwar in-nuqqas ta' diskriminazzjoni \", imblukkat mill-pajjiżi tal-UE minn meta l-Kummissjoni pproponieta fl-2008.", "Il-liberta tal-kelma ma tipproteġix ir-razziżmu u l-xenofobja", "Ir-riżoluzzjoni tenfasizza li l-espressjonijiet razzisti u xenofobiċi mhumiex koperti mill-liberta tal-kelma.", "Il-MPE \"jikkundannaw il-fatt li l-forzi politiċi estremisti u ksenofobiċi madwar id-dinja", "qegħdin jirrikorru dejjem aktar għaddistorsjoni tal-fatti storiċi, statistiċi u xjentifiċi u jagħmlu użu minn simboliżmu u retorika li jfakkru aspetti ta' propaganda totalitarja, inklużi r-razziżmu, l-anti-Semitiżmu u l-mibegħda lejn il-minoranzi.\"", "Skont l-Aġenziji tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem , in-nies madwar l-UE jħabbtu wiċċhom sistematikament ma' fastidju, diskriminazzjoni, preġudizzju stabbilit u tfassil ta' profili etniċi diskriminatorji minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom, it-twemmin reliġjuż jew l-etniċità tagħhom, b'1 minn kull 5 persuna sewda u kważi 3 minn kull 10 Lhudi jesperjenzjaw tali fastidji.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 31324 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 73661 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 498 98 39 85", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern", "It-test adottat ser ikun disponibbli hawnhekk", "Il-MPE jikkundannaw il-vjolenza u l-vjolenza tal-pulizija fid-dibattitu dwar il-mewt ta' George Floyd (dibattitu fil-plenarja, 17.06.2020)", "Riżoluzzjoni tal-PE dwar id-drittijiet fundamentali tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana (26.03.2019)", "Tkun iswed fl-UE — It-tieni stħarriġ tal-UE dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea — Sommarju (Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, 15.11.2019)", "Ritratti, filmati u materjal awdjo bla ħlas", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/brexit/20200615IPR81221/negozjati-ue-renju-unit-l-mpe-esprimew-sostenn-sod-ghall-pozizzjoni-tal-ue", "date": "2020-06-18T15:09:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "Negozjati UE-Renju Unit: Il-MPE esprimew sostenn sod għall-pożizzjoni tal-UE", "text": ["Il-Parlament adotta riżoluzzjoni li tikkritika bil-qawwa l-approċċ tal-Gvern Brittaniku għan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit", "Il-MPE għandhom fiduċja sħiħa fin-negozjatur tal-UE, Michel Barnier", "L-approċċ tar-Renju Unit, li bih jagħżel dak li jaqbillu mhuwiex aċċettabbli għall-UE", "Huwa meħtieġ ftehim dwar kundizzjonijiet ekwi u s-sajd sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew", "Il-Parlament jinnota b'dispjaċir li għad hemm differenzi sostanzjali, u m'għadx baqa' wisq żmien biex jintlaħaq ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit.", "F'riżoluzzjoni adottata nhar il-Ħamis b'maġġoranza kbira, il-Parlament qies il-kisbiet li seħħew s'issa fin-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit dwar sħubija ġdida u jirrikonoxxi l-appell tan-negozjaturi biex it-taħdidiet jiġu intensifikati f'Lulju .", "B'dispjaċir innotaw li wara erba' ċikli ta' negozjati, ma nkiseb ebda progress reali fid-diskussjonijiet, u li għad hemm differenzi sostanzjali.", "L-atteġġament tar-Renju Unit li jagħżel ċerti politiki skont kif jaqbillu u jinsisti li jkollu aċċess għas-suq uniku wara l-Brexit mhuwiex \"aċċettabbli\" għall-UE.", "Fir-riżoluzzjoni, il-Parlament esprima tħassib serju dwar l-insistenza tal-Gvern Brittaniku li juri r-rieda li jinnegozja biss fuq dawk l-oqsma li jolqtu lilu.", "Ir-riżoluzzjoni ttenni wkoll is-sostenn sħiħ u sod tal-Parlament għall-Kap Negozjatur tal-UE Michel Barnier fit-taħditiet tiegħu man-negozjaturi Brittaniċi, fuq il-bażi tal-mandat politiku mogħti lilu mill-Istati Membri tal-UE u mill-Parlament.", "L-MPE appellaw ukoll lir-Renju Unit biex jirrispetta l-impenji tiegħu stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Politika, iffirmata mill-Prim Ministru Boris Johnson u ratifikata kemm mill-UE kif ukoll mir-Renju Unit.", "Obbligi ta' ħruġ", "It-test jgħid li l-implimentazzjoni stretta tal- Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, u l-implimentazzjoni korretta tal- Ftehim dwar il-Ħruġ , inkluż tad-drittijiet taċ-ċittadini, hija prekundizzjoni biex ikun hemm il-fiduċja meħtieġa biex jiġi konkluż ftehim dwar ir-relazzjoni futura.", "Kompetizzjoni fuq bażi ugwali, is-sajd", "It-test jenfasizza wkoll li l-approvazzjoni tal-Parlament għal kwalunkwe ftehim ta' kummerċ mar-Renju Unit hija suġġetta wkoll għall-qbil min-naħa tal-Gvern Brittaniku għal kundizzjonijiet ekwi (regoli u standards komuni) fil-qasam, fost l-oħrajn, tal-protezzjoni ambjentali, standards tax-xogħol u għajnuna mill-istat, u fuq il-konklużjoni ta' ftehim sodisfaċenti dwar is-sajd.", "Dan huwa essenzjali minħabba l-prossimità ġeografika tar-Renju Unit, il-livell ta' interkonnessjoni, u l-livell għoli ta' allinjament u interdipendenza eżistenti mar-regoli tal-UE.", "Ir-riżoluzzjoni tgħid li l-gvern Brittaniku s'issa ma daħalx f'negozjati dwar id-dispożizzjonijiet li jiżguraw kompetizzjoni ekwa.", "Ir-riżoluzzjoni, adottata b'572 vot favur, 34 kontra u 91 astensjoni, hija dalwaqt disponibbli hawnhekk (18.06.2020)", "Kwotazzjoni", "\"L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit urew rieda li jagħmlu progress sinifikanti fin-negozjati matul ix-xahar ta' Lulju.", "Permezz tar-riżoluzzjoni f'waqtha tiegħu adottata illum, il-Parlament Ewropew qed jesprimi li huwa lest jikkonkludi ftehim ambizzjuż u ġust, mingħajr ma jiġu kompromessi l-prinċipji u l-miri tagħna\", qal David McAllister (PPE, DE), President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew u l-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar ir-Renju Unit (UKCG), f'kummenti li ta dwar il-votazzjoni fil-plenarja u l-eżitu tal-laqgħa ta' livell għoli bejn l-UE u r-Renju Unit tal-15 ta' Ġunju.", "Agħfas fuq l-ismijiet biex tara l-filmati sħaħ ta' dikjarazzjonijiet fil-plenarja individwali ta':", "Bernd Lange (S&D, DE), President tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kummerċ Internazzjonali, membru tal-UKCG", "Kuntest", "Il-perjodu kurrenti ta' tranżizzjoni jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020.", "Sabiex ftehim kummerċjali ġdid u ftehim ġenerali jidħol fis-seħħ mill-għada, jeħtieġ li jiġi ffirmat miż-żewġ naħat fin-negozjati l-aktar tard sa Ottubru.", "It-test imbagħad jeħtieġ li jiġi rratifikat kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Parlament tar-Renju Unit, u, f'każ ta' hekk imsejjaħ ftehim imħallat, mill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri kollha tal-UE.", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għall-Affarijiet Barranin", "Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali", "Reġistrazzjoni video tad-dibattitu (17.06.2020)", "Ir-riżultat tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet (17. u 18.06.2020)", "Stqarrija għall-istampa u kwotazzjonijiet wara l-votazzjoni fiż-żewġ kumitati (12.06.2020)", "Stqarrija għall-istampa: \"Rabtiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit: \"kundizzjonijiet ekwi\" huma kruċjali biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta\" (12.02.2020)", "Dossier tal-proċedura (abbozz ta' rapport, emendi mressqa, rapport imressaq għall-plenarja eċċ)", "Brexit: L-impatt u l-konsegwenzi", "Iċ-Ċentru Multimedjali tal-PE: ritratti, videos u audio mingħajr ħlas", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 42373 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 73839 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 88 08 77", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 43383 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 64123 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 498 98 44 85", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 31834 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 72420 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 88 29 42", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200615IPR81226/il-konferenza-dwar-il-gejjieni-tal-ewropa-ghandha-tibda-malajr-kemm-jista-jkun", "date": "2020-06-18T16:06:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa għandha tibda \"malajr kemm jista' jkun fil-ħarifa tal-2020\"", "text": ["Il-COVID-19 ġabet in-nuqqasijiet istituzzjonali tal-UE fil-wiċċ", "Il-Kunsill jeħtieġ li jadotta pożizzjoni sensibbli fil-futur immedjat u jimpenja ruħu għal riformi mmexxija mill-Konferenza", "Il-Parlament iħeġġeġ lill-Kunsill \"jippreżenta minnufih pożizzjoni dwar il-format u l-organizzazzjoni tal-Konferenza\" biex iċ-ċittadini jsemmgħu leħinhom.", "F'riżoluzzjoni adottata b' 528 vot favur, 124 kontra u 45 astensjonijiet, il-Parlament jiddikjara li \"10 snin wara [...] t-Trattat ta' Lisbona , 70 snin wara d-Dikjarazzjoni ta' Schuman , u fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, wasal iż-żmien għal valutazzjoni mill-ġdid tal-Unjoni.\"", "Il-MPE jżidu li \"l-għadd ta' kriżijiet sinifikanti li l-Unjoni għaddiet minnhom juri li r-riformi istituzzjonali u politiċi huma meħtieġa f'diversi oqsma ta' governanza\".", "Il-Parlament jafferma mill-ġdid ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Jannar 2020 li tenfasizza li l-vuċijiet taċ-ċittadini għandhom ikunu fil-qalba ta' diskussjonijiet wesgħin dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi interni u esterni li ma kinux previsti fiż-żmien tat-Trattat ta' Lisbona.", "Filwaqt li rrikonoxxew li l-Konferenza ddewmet minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-MPE jappellaw liż-żewġ istituzzjonijiet l-oħra biex \"jimpenjaw ruħhom fin-negozjati biex jintlaħaq ftehim komuni [...] qabel il-waqfa tas-sajf\".", "Għalkemm jilqa' \"r-rieda tal-Kummissjoni li timxi 'l quddiem b'mod rapidu\", il-Parlament \"jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma adottax pożizzjoni\".", "Il-MPE ddiskutew il-Konferenza mas-Sinjura Nikoladina Brnjac f'isem il-Presidenza Kroata tal-Kunsill, u Viċi President tal-KE għad-Demokrazija u d-Demografija, Dubravka Šuica, nhar l-Erbgħa waqt is-sessjoni plenarja.", "Tista' terġa' ssegwi d-dibattitu li ġie rreġistrat billi tikklikkja hawnhekk , li tibda fl-19.05, jew issegwi siltiet hawnhekk .", "Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa mistennija tiġi organizzata mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni u kienet mistennija tibda f'Mejju 2020 u ddum sentejn.", "Il-Parlament irid li ċ-ċittadini ta' kull sfond, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali jiġu involuti fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-UE f'konformità mat-tħassib taċ-ċittadini f'approċċ minn isfel għal fuq, trasparenti, parteċipattiv u bbilanċjat sew.", "Barra minn hekk, il-MPE jinsistu fuq proċess ta' parteċipazzjoni miftuħa taċ-ċittadini li se jistabbilixxi l-ambitu tal-Konferenza nnifisha, u jitolbu segwitu sinifikanti għall-konklużjonijiet tal-Konferenza, inkluż impenn espress mit-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE għal riformi sostantivi tal-UE f'konformità mat-tħassib taċ-ċittadini, li potenzjalment jinkludi reviżjoni tat-Trattati tal-UE.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 32357 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 74651 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 96 47 35", "Għal aktar informazzjoni", "Tappi fil-proċedura", "It-test adottat se jkun disponibbli hawnhekk (18.06.2020)", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-17.04.2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE fil-ġlieda kontra l-pandemija COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha", "Dikjarazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-PE dwar l-anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman (07.05.2020)", "Il-briefing tas-servizzi ta' riċerka tal-PE: Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (11.06.2020)", "Ritratti bla ħlas, filmati u materjal awdjo", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200429STO78172/il-pjan-tal-ue-ghall-irkupru-mill-covid-ghandu-jipprijoritizza-l-krizi-klimatika", "date": "2020-06-29T10:09:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà, Soċjetà", "title": "Il-pjan tal-UE għall-irkupru mill-Covid 19 għandu jipprijoritizza l-kriżi klimatika", "text": ["Il-pakkett ta' rkupru tal-UE propost biex tiġi indirizzata r-riċessjoni ekonomika profonda kkawżata mill-Covid 19 għandu l-għan li joħloq futur sostenibbli.", "Il-kriżi tas-saħħa minħabba l-Covid‐19 u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha huma l-prijorità ewlenija , u l-pakkett ta' rkupru propost tal-KE għandu l-għan li jagħti spinta mill-ġdid lill-ekonomiji, abbażi ta' approċċ aktar ekoloġiku, soċjali u diġitali għal futur aktar sostenibbli.", "Il-proposta tal-Kummissjoni għal pjan ta' stimolu ekonomiku ta' EUR 750 biljun flimkien ma' proposta riveduta għall-baġit tal-UE għall-2021-2027 hija b'segwitu ta' talbiet mill-PE għal pakkett massiv ta' rkupru u ta' rikostruzzjoni bil-Patt Ekoloġiku fil-qalba tiegħu biex jistimula l-ekonomija u jiġġieled it-tibdil fil-klima .", "Il-proposta \" NextGenerationEU \", ippreżentata lill-MEPs mill-President tal-KE Ursula von der Leyen matul sessjoni plenarja fis-27 ta' Mejju, għandha l-għan li tnaqqas l-impatt tal-pandemija u li tagħmel futur sostenibbli aktar vijabbli.", "Il-Kummissjoni pproponiet li 25 % tal-baġit tal-UE għall-2021-2027 għandu jintuża għall-azzjoni klimatika .", "Din b'mod ġenerali ntlaqgħet tajjeb mill-MEPs iżda għad trid tiġi approvata mill-Kunsill u mill-Parlament.", "Impatt fuq l-emissjonijiet tal-karbonju", "Matul il-miżuri ta' kwarantina stretti madwar l-Ewropa, it-tniġġis tal-arja naqas minħabba tnaqqis fit-traffiku u f'attivitajiet ekonomiċi oħra.", "Il-bliet Ewropej il-kbar irreġistraw tnaqqis kbir fil-konċentrazzjoni tad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2), xi wħud bin-nofs.", "L-għeluq tal-uffiċini u tal-industrija u t-tnaqqis kbir fl-ivvjaġġar naqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.", "Fl-ewwel kwart tal-2020 huwa mistenni li jkun hemm tnaqqis fid-domanda għall-elettriku wkoll.", "Minħabba l-aspettattivi dwar it-tnaqqis fid-domanda għall-elettriku u fl-attività industrijali, il-prezz għall-kwoti tas- Sistema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU ETS) naqas b'40 % bejn nofs Frar u nofs Marzu 2020.", "Il-liġi dwar il-Klima tal-UE", "Fit-28 ta' Novembru 2019, il-Parlament Ewropew iddikjara emerġenza klimatika u talab li l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-UE tkun konformi mal-għan li t-tisħin globali jinżamm taħt il-1.5 °C.", "Il-Kummissjoni spjegat il-ftehim ekoloġiku f'Diċembru, u f'Marzu segwietu bi proposta għal Liġi dwar il-Klima tal-UE biex l-UE ssir newtrali mil-lat ta' klima sal-2050 .", "F'Jannar, il-Parlament appella għal miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet aktar ambizzjużi minn dawk proposti mill-Kummissjoni biex tiżgura li l-UE tkun tista' tilħaq l-għan tagħha.", "F' laqgħa tal-Kumitat għall-Ambjent tal-Parlament , fil-15 ta' April, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, qal li l-kalendarju għal-Liġi dwar il-Klima tal-UE baqa' l-istess u wiegħed li titressaq proposta ta' mira ta' tnaqqis riveduta għall-2030.", "Il-Parlament huwa mistenni li jiddeċiedi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-Liġi dwar il-Klima f'Ottubru.", "Il-Liġi dwar il-Klima trid tiġi approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ministri qabel ma tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "Il-Parlament irid li l-UE tadotta dawn il-miri minn ħafna qabel il-konferenza tan-NU COP26 dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet posposta għall-2021 minħabba l-pandemija.", "Il-Patt Ekoloġiku, imniedi f'Novembru 2019, għandu l-għan li jagħmel l-ekonomija tal-UE sostenibbli.", "Dan ikopri firxa wiesgħa ta' oqsma: mill-klima, l-agrikoltura u l-mobilità sal-protezzjoni tal-bijodiversità u t-tniġġis żero.", "Fost il-proposti konkreti li diġà tressqu mill-Kummissjoni hemm:", "Pjan ta' Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew", "Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari", "Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2030", "Strateġija \"mill-Għalqa sal-Platt\"", "Il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta", "Skopri x'miżuri ħadet l-UE biex tiġġieled kontra l-pandemija u ċċekkja d-dati u l-oqsma ta' azzjoni kollha tar-rispons ikkoordinat tal-UE .", "Aktar informazzjoni", "ENVI PR (29 ta' Mejju 2020): Il-liġi dwar il-klima, l-iskarsezza tal-mediċini u l-istrateġija \"mill-Għalqa sal-Platt\"", "Stqarrija għall-istampa tal-Kumitat ENVI (21 ta' April 2020)", "EPRS: Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima", "EPRS: L-impatt tal-kriżi tal-coronavirus fuq l-azzjoni klimatika u fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew", "EP IPOL: Valutazzjoni kritika tal-isfidi tat-tkabbir, dawk finanzjarji u regolatorji tal-Patt Ekoloġiku", "Mistoqsijiet u tweġibiet: Il-liġi Ewropea dwar il-Klima u l-Patt dwar il-Klima", "Konsultazzjoni online dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima – Strateġija tal-UE (skadenza: 20 ta' Awwissu 2020)", "il-Patt Ekoloġiku tal-UE fit-Tren Leġiżlattiv", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20200131STO71519/spjegazzjoni-tal-bagit-fit-tul-tal-ue", "date": "2020-06-29T11:15:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Ekonomija", "title": "Spjegazzjoni tal-baġit fit-tul tal-UE", "text": ["Il-baġit fit-tul tal-UE spjegat b'mod sempliċi", "Kif inhi ffinanzjata l-UE u għalxiex jintużaw il-flus?", "Kompli aqra biex tifhem x'inhu l-baġit fit-tul tal-UE u kif jiġi deċiż.", "Il-baġit fit-tul tal-UE jgħin lil miljuni ta' studenti, eluf ta' riċerkaturi, bliet, negozji, reġjuni u NGOs.", "Huwa jikkontribwixxi għal ikel aktar tajjeb għas-saħħa u aktar sikur, għal toroq, ferroviji u ajruporti ġodda u aħjar, għal ambjent aktar nadif u għal sigurtà aħjar fil-fruntieri esterni tal-UE.", "L-idea warajh hija li l-ġbir flimkien ta' riżorsi jwassal biex l-Ewropa tkun aktar b'saħħitha u huwa fundamentali biex tiżdied il-prosperità.", "Huwa jkompli jagħmel dan billi jiffinanzja proġetti ta' benefiċċju għall-ħajjiet ta' miljuni ta' Ewropej.", "Hekk kif l-Ewropa qed tħabbat wiċċha mal-impatt soċjali u ekonomiku devastanti tal- pandemija tal-coronavirus , aktar minn qatt qabel, huwa kruċjali, li jitfassal baġit ambizzjuż tal-UE li jilħaq l-aspettattivi taċ-ċittadini Ewropej.", "X'inhu l-baġit fit-tul tal-UE?", "Il-baġit fit-tul tal-UE xi drabi jirreferu wkoll għalih bħala l-qafas finanzjarju pluriennali (il-QFP).", "Huwa jistabbilixxi limiti dwar kemm l-UE tista' tonfoq flus fuq perjodu ta' mhux anqas minn ħames snin f'oqsma ta' politika differenti.", "Il-baġits fit-tul reċenti ġew stabbiliti għal seba' snin.", "Waħda mir-raġunijiet li l-UE għandha baġit fit-tul kif ukoll baġits annwali hija biex l-ippjanar għall-programmi, li l-UE trid tiffinanzja u żżid l-effiċjenza tagħhom, ikun aktar faċli.", "Din il-prevedibbiltà meħtieġa pereżempju għal riċerkaturi li jaħdmu fuq proġetti xjentifiċi li jieħdu diversi snin biex jitlestew.", "Il-baġit fit-tul jeħtieġ ukoll li jkollu grad ta' flessibbiltà biex jindirizza kriżijiet u emerġenzi mhux previsti, bħal pereżempju t-tifqigħa tal-Covid-19.", "Għalhekk jinkludi għadd ta' strumenti biex jiżgura li l-flus jistgħu jintużaw fejn ikun l-aktar meħtieġ f'ċirkostanzi mhux ippjanati.", "Pereżempju, il-fond ta' solidarjetà tal-UE huwa mfassal biex jipprovdi assistenza finanzjarja f'każ ta' diżastru kbir fi Stat Membru.", "Fih wkoll fond ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni maħsub biex jgħin lill-ħaddiema jsibu impjieg ġdid jekk ikunu ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali fix-xejriet kummerċjali dinjija jew minħabba kriżi ekonomika.", "Sa mill-bidu tal-kriżi coronavirus, il-fondi tal-UE saru disponibbli biex jiġu miġġielda l-impatti soċjoekonomiċi tal-pandemija u biex jingħata appoġġ lis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-pajjiżi tal-UE.", "Kun af aktar dwar l-iskeda ta' żmien tagħna marbuta mal-azzjoni tal-Covid-19", "Għall-kuntrarju tal-baġits nazzjonali, il-baġit tal-UE huwa aktar baġit ta' investiment, pereżempju ma jiffinanzjax l-edukazzjoni primarja jew id-difiża nazzjonali.", "Minflok, l-enfasi hija l-aktar fuq oqsma fejn l-UE tista' tagħmel id-differenza billi tagħti spinta lit-tkabbir u l-kompetittività, jew tagħmel mezz li s-solidarjetà titwettaq fil-prattika billi tappoġġja lil dawk li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi tal-Covid-19.", "Infografika li tisġjega x'inhu l-baġit fit-tul tal-UE", "Fuqhiex tonfoq il-flus l-UE?", "Il-baġit jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni, l-investiment fin-netwerks trans-Ewropej u l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li għandhom l-għan li jagħtu spinta lit-tkabbir u joħolqu l-impjiegi fl-UE.", "Il-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE, flimkien mal-politika komuni tas-sajd u l-ambjent, tirċievi l-aktar fondi mill-baġit fit-tul kurrenti.", "Dan segwit mill-programmi ta' \"koeżjoni\" li għandhom l-għan li jappoġġjaw reġjuni ifqar.", "Il-baġit fit-tul jiffinanzja wkoll għajnuna umanitarja internazzjonali u proġetti għall-iżvilupp.", "Aqra aktar dwar il-programmi appoġġjati mill-baġit fit-tul u l-proġetti ffinanzjati fir-reġjun tiegħek .", "Kif inhu ffinanzjat il-baġit fit-tul tal-UE?", "Il-finanzjament tal-baġit fit-tul tal-UE huwa kumpless peress li hemm diversi sorsi ta' introjtu.", "Dawn jinkludu:", "kontribuzzjonijiet minn pajjiżi tal-UE", "dazji tal-importazzjoni fuq prodotti minn barra l-UE", "multi imposti fuq kumpaniji li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.", "Biex jgħin lill-pajjiżi tal-UE jiffrankaw il-flus, partikolari fid-dawl tal-impatt tat-tifqigħa tal-coronavirus, il-Parlament irid jirriforma l-mod kif jiġi ffinanzjat il-baġit tal-UE.", "Il-Parlament qed jitlob għal sorsi ġodda ta' introjtu, bil-Membri tal-PE jissuġġerixxu li l-flus jistgħu jiġu minn taxxi korporattivi ġodda (inkluż it-tassazzjoni ta' kumpaniji kbar fis-settur diġitali), l-iskema ta' skambju tal-emissjonijiet u taxxa fuq il-plastik.", "Minħabba t-tnaqqis antiċipat fl-introjtu nazzjonali gross tal-pajjiżi tal-UE fid-dawl tal-pandemija, u biex jiffinanzja l-irkupru, il-Parlament qed jitlob ukoll għal żieda tal-hekk imsejjaħ \"limitu massimu tar-riżorsi proprji\" – partikolarment l-ammont massimu li l-UE tista' titlob mill-pajjiżi Membri għall-finanzjament tal-baġit.", "Il-Parlament indika li mhux se jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal baġit fit-tul ġdid tal-UE mingħajr riforma tas-sorsi ta' introjtu tal-UE.", "Skopri aktar dettalji dwar l-introjtu tal-UE.", "Kif inhu deċiż il-baġit fit-tul tal-UE?", "Qabel jiskadi l-baġit fit-tul li jkun għaddej fil-preżent, il-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta għall-baġit li jmiss.", "Dan jintuża bħala bażi għan-negozjati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jlaqqa' l-ministri mill-pajjiżi kollha tal-UE.", "Għall-baġit fit-tul li jmiss li jkopri l-perjodu 2021–2027, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha f'Mejju 2018 .", "Il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu f'Novembru 2018 , u kkonfermaha mill-ġdid f'Ottubru 2019 .", "Il-Kunsill ma kienx għamel il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu ċara meta faqqgħet il-pandemija tal-coronavirus.", "Biex tiġi indirizzata t-tifqigħa tal-coronavirus u l-konsegwenzi tagħha, fis-17 ta' April u fil-15 ta' Mejju 2020 , il-Parlament talab għal pakkett ta' rkupru u rikostruzzjoni biex l-ekonomija tal-Ewropa tiġi riattivata u tassisti lil dawk li ntlaqtu l-agħar mill-kriżi.", "Bi tweġiba għat-talbiet tal-Parlament, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pjan ta' stimolu ekonomiku li jiswa EUR 750 biljun marbut ma' baġit tal-UE ta' EUR 1.1 triljun għall-perjodu 2021–2027.", "Kun af aktar dwar il-pjan tal-UE għall-irkupru ekonomiku.", "X'inhu l-pass li jmiss?", "Ladarba l-Kunsill ikun laħaq pożizzjoni komuni, il-Parlament u l-gvernijiet tal-UE jiddiskutu l-proposti tal-Kummissjoni u jiddeċiedu dwar il-pożizzjoni tagħhom fin-negozjati li jiġu wara.", "L-unanimità hija meħtieġa fost l-Istati Membri biex jintlaħaq ftehim dwar il-baġit fit-tul li jmiss.", "Kwalunkwe ftehim jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200604STO80506/il-parlament-jitlob-strategija-gdida-u-ambizzjuza-dwar-id-dizabilita", "date": "2020-06-29T11:31:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà", "title": "Il-Parlament jitlob strateġija ġdida u ambizzjuża dwar id-diżabilità", "text": ["Issa li l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità riesqa lejn tmiemha, il-Parlament qed jitlob lill-Kummissjoni tfassal strateġija ambizzjuża għal wara l-2020.", "Ara x'inhuma l-prijoritajiet.", "Xi jrid il-Parlament fl-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar id-Diżabilità", "Il-Parlament Ewropew irid soċjetà inklużiva li tħares id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità, tkun adattata għall-ħtiġijiet individwali u ma tiddiskrimina kontra ħadd.", "Fis-sessjoni plenarja ta' Ġunju, l-MEPs stabbilew il-prioritajiet għal strateġija ġdida dwar id-diżabilità għal wara l-2020, li tibni fuq l- Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (EDS) 2010-2020.", "Il-Parlament irid li l-UE tkun minn ta' quddiem fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u qed jitlob strateġija ambizzjuża u kompluta bbażata fuq il-prinċipju ta' inklużjoni sħiħa.", "Ir-riżoluzzjoni titlob mingħand il-Kummissjoni Ewropea:", "strateġija ġdida żviluppata f'kooperazzjoni mill-qrib mal-persuni b'diżabilità u l-organizzazzjonijiet tagħhom", "l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fil-politiki u l-oqsma kollha", "miri ċari u kwantifikabbli, kif ukoll monitoraġġ regolari", "ugwaljanza fl-aċċess tal-persuni b'diżabilità għall-kura tas-saħħa, l-impjiegi, it-trasport pubbliku u l-akkomodazzjoni", "biżżejjed fondi għall-implimentazzjoni tal-obbligi kollha relatati mal-aċċessibbiltà", "l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-proġett pilota dwar il- Karta tad-Diżabilità tal-UE , li tippermetti r-rikonoxximent reċiproku tad-diżabilità f'għadd ta' pajjiżi tal-UE", "definizzjoni komuni ta' \"diżabilità\" fil-livell tal-UE", "Il-fatti: Il-persuni b'diżabilità fl-Ewropa: fatti u ċifri", "Huwa stmat li hemm mal-100 miljun persuna b'diżabilità fl-UE", "Ir-rata ta' impjieg tal-persuni b'diżabilità (fl-età ta' bejn 20 u 64 sena) hi ta' 50.6%; għal dawk li m'għandhomx diżabilità hi ta' 74.8% (2017)", "28.7% tal-persuni b'diżabilità fl-UE qegħdin f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali; fil-popolazzjoni ġenerali dan ir-riskju hu ta' 19.2% (2018)", "800,000 persuna b'diżabilità huma mċaħħda mid-dritt li jivvutaw fl-UE", "X'miżuri ħadet s'issa l-UE fil-qasam tad-diżabilità", "L-EDS ġiet introdotta biex tiġi implimentata l- Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità .", "Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta'Persuni b'Diżabilità", "Trattat internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li huwa legalment vinkolanti u li jistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità", "L-UE u l-Istati Membri kollha rratifikawh", "L-UE u l-Istati Membri huma obbligati jimplimentaw l-obbligi skont il-kompetenzi tagħhom", "Fost l-inizjattivi konkreti varati bis-saħħa tal-EDS insibu l- Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà , li jiżgura li aktar prodotti u servizzi bħal smartphones, tablets, ATMs u e-books ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.", "Bid- direttiva dwar l-aċċessibbiltà fuq l-internet , il-persuni b'diżabilità għandhom aċċess aktar faċli għad-data u s-servizzi online għax is-siti u l-apps tal-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku, bħall-isptarijiet, il-qrati u l-universitajiet, iridu jkunu aċċessibbli.", "Il-programm ta' skambji studenteski Erasmus+ jippromwovi l-mobbiltà tal-parteċipanti b'diżabilità.", "Skopri aktar dwar il-politiki tal-UE għal Ewropa aktar soċjali .", "Il-passi li jmiss:", "Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li tressaq il-proposta tagħha għal strateġija ġdida dwar id-diżabilità fl-2021.", "Aktar informazzjoni:", "Passi proċedurali", "Stqarrija għall-istampa tal-PE: L-istrateġija tal-UE għal wara l-2020 m'għandha tħalli lil ħadd warajha, jgħidu l-MEPs (17.12.2019)", "Reġistrazzjoni tad-dibattitu fil-plenarja (17.12.2019)", "Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (30 ta' Novembru 2017)", "Riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD (7 ta' Lulju 2016)", "Briefing tal-EPRS dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020", "Analiżi tal-EPRS dwar il-politika Ewropea favur il-persuni b'diżabilità", "In-Netwerk tas-CRPD tal-Parlament Ewropew", "Il-Kumitat EMPL", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200604STO80507/theddidiet-ghas-sahha-intejbu-t-thejjija-u-l-gestjoni-tal-krizijiet-tal-ue", "date": "2020-06-29T11:53:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà", "title": "Theddidiet għas-saħħa: Intejbu t-tħejjija u l-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE", "text": ["Programm ġdid tal-UE bl-għan li jsaħħaħ is-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa biex tirrispondi aħjar għal kriżijiet transfruntieri kbar fil-futur, bħall-pandemija tal-COVID-19.", "It-tifqigħa tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa li l-pajjiżi tal-UE jikkooperaw u jikkoordinaw aħjar fi żminijiet ta' kriżi u li jsaħħu l-kapaċità tal-UE li tirrispondi b'mod effikaċi għal theddidiet transfruntieri ġodda u futuri għas-saħħa.", "Abbażi tat-tagħlimiet meħuda, programm ġdid tal-Unjoni għas-saħħa li jismu \"l-UE għas-Saħħa\" għandu l-għan li jelimina n-nuqqasijiet evidenzjati mill-pandemija.", "L-Istati Membri huma primarjament kompetenti għall-politika tas-saħħa iżda l-UE tista' tikkomplementa u tappoġġa l-miżuri nazzjonali u tadotta leġiżlazzjoni f'setturi speċifiċi .", "Skopri aktar dwar il-politika tas-saħħa tal-UE .", "Minbarra protezzjoni aħjar mill-kriżijiet u ġestjoni aħjar tagħhom permezz tat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri u l-għoti ta' kura aħjar , il-programm l-UE għas-Saħħa għandu wkoll l-għan li jrawwem l-innovazzjoni u l-investiment u jtejjeb is-saħħa.", "3 prijoritajiet ewlenin tal-\"UE għas-Saħħa\"", "Protezzjoni tal-persuni minn theddidiet transfruntieri serji għas-saħħa", "Disponibbiltà aħjar ta' mediċini", "Sistemi tas-saħħa aktar b'saħħithom", "\"L-UE għas-Saħħa\" huwa parti mill- pjan ta' rkupru \"Next Generation EU\" ppreżentat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fis-27 ta' Mejju fil-plenarja.", "F' riżoluzzjoni dwar ir-reviżjoni tal-baġit tal-UE wara l-2020 u l-pjan ta' rkupru ekonomiku , li ġiet adottata fil-15 ta' Mejju, il-Membri tal-PE insistew fuq il-ħolqien ta' programm Ewropew tas-saħħa indipendenti ġdid.", "F' dibattitu mal-Kummissarju Kyriakides fit-28 ta' Mejju , il-Kumitat ENVI laqa' l-pjanijiet ambizzjużi, peress li l-Parlament ippromwova b'mod konsistenti l-istabbiliment ta' politika koerenti tal-UE dwar is-saħħa pubblika.", "F' riżoluzzjoni adottata fis-17 ta' April , il-Parlament appella għal baġit apposta biex jappoġġa s-setturi nazzjonali tal-kura tas-saħħa matul il-kriżi, kif ukoll għal investiment wara l-kriżi biex is-sistemi tal-kura tas-saħħa jsiru aktar reżiljenti u ffukati fuq dawk l-aktar fil-bżonn.", "Il-programm se jkopri l-perjodu 2021-2027 , iżda l-azzjonijiet kollha relatati mal-irkupru ta' wara l-kriżi għandhom jiġu applikati fl-ewwel snin.", "L-indirizzar tat-theddidiet transfruntieri għas-saħħa", "Il-programm għandu l-għan li jsaħħaħ il-prevenzjoni, it-tħejjija, is-sorveljanza u r-rispons fi żminijiet ta' kriżi u li jtejjeb il-koordinazzjoni tal-kapaċità f'każ ta' emerġenza.", "Għandu l-għan li jibni riżervi ta' mediċini u provvisti mediċi, persunal u esperti tal-kura tas-saħħa u li jipprovdi assistenza teknika.", "\"RescEU\" - parti mill- Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE - se tkompli tipprovdi reazzjoni rapida u tiffoka fuq il-kapaċitajiet ta' reazzjoni diretta għall-kriżijiet, filwaqt li \"l-UE għas-Saħħa\" jinkludi kumulazzjoni ta' riżervi mediċi strateġiċi għal użu aktar fit-tul u riżerva ta' persunal mediku li jista' jiġi mobilizzat f'każ ta' kriżi.", "Nagħmlu l-mediċini u l-provvisti mediċi disponibbli u għall-but ta' kulħadd", "L-UE trid tappoġġa l-isforzi biex jiġu mmonitorjati nuqqasijiet ta' mediċini, ta' apparat mediku u ta' prodotti (tal-kura tas-saħħa) rilevanti oħra, u tillimita d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta' mediċini u ingredjenti farmaċewtiċi attivi minn pajjiżi terzi.", "Għandha wkoll l-għan li tagħti spinta lill-innovazzjoni u lill-produzzjoni li tagħmel inqas ħsara lill-ambjent.", "Tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa", "Is-sistemi nazzjonali tas-saħħa għandhom isiru aktar effiċjenti u reżiljenti billi: tingħata spinta lill-investiment fi programmi ta' prevenzjoni tal-mard; jiġi appoġġat l-iskambju tal-aħjar prattiki; ikun hemm kooperazzjoni globali; u jingħata aċċess aħjar għall-kura tas-saħħa.", "\"Saħħa waħda\"", "\"L-UE għas-Saħħa\" huwa bbażat fuq l-approċċ \"Saħħa Waħda\" Jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali huma interkonnessi, li l-mard jista' jiġi trażmess mill-bnedmin għall-annimali u viċe versa u li għalhekk it-tnejn għandhom jiġu indirizzati", "u li l-bnedmin u l-annimali huma konnessi permezz tal-ambjent.", "Nindirizzaw l-isfidi fit-tul", "Fost il-kwistjonijiet l-oħra li \"l-UE għas-Saħħa\" għandu l-għan jindirizza, insibu:", "l-għoti ta' kura tas-saħħa għall-but ta' kulħadd u ta' kwalità tajba lil kulħadd, billi jitneħħew l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa", "iż-żieda fl-użu tal-innovazzjonijiet diġitali", "l-indirizzar tal-mard li ma jitteħidx permezz tat-titjib tad-dijanjosi, il-prevenzjoni u l-kura, b'mod partikolari l- kanċer , il-mard kardjovaskulari, id-dijabete, is-saħħa mentali (l-għan huwa li titnaqqas il-mortalità prematura b'terz sal-2030)", "ir-rakkomandazzjoni tal-użu prudenti tal-antibijotiċi u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi", "it-titjib tar- rati ta' kopertura tat-tilqim fl-Istati Membri", "l-espansjoni ta' inizjattivi ta' suċċess (bħan- Networks Ewropej ta' Referenza li jgħaqqdu lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa biex jappoġġaw lil pazjenti milquta minn mard rari)", "l-indirizzar tal-impatt tat-tniġġis ambjentali u t-tibdil demografiku (inkluża popolazzjoni li qed tixjieħ) fuq is-saħħa pubblika", "X'se jiġi ffinanzjat?", "Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li jiġu investiti EUR 9.4 biljun mill-baġit fit-tul li jmiss fil-Programm l-UE għas-Saħħa, 23 darbiet aktar mill-finanzjament għas-saħħa għall-2014-2020.", "L-UE għas-Saħħa se jsaħħaħ is-sistemi nazzjonali permezz ta' finanzjament:", "Appoġġ u konsulenza mfassla apposta għall-pajjiżi", "Taħriġ għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biex jintuża fl-UE kollha", "Awditjar tal-arranġamenti tat-tħejjija u tar-rispons tal-Istati Membri", "Provi kliniċi biex jitħaffef l-iżvilupp ta' mediċini u tilqim", "Kollaborazzjoni u sħubijiet transfruntieri", "Twettiq ta' studji, ġbir ta' data u benchmarking", "Aktar investiment fis-saħħa se jiġi pprovdut permezz ta' programmi oħra tal-UE, inklużi: il-fondi Ewropej ta' koeżjoni u ta' żvilupp reġjonali għall-infrastruttura medika, Orizzont Ewropa għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa, l-FSE+ għat-taħriġ u l-appoġġ għal gruppi vulnerabbli fl-aċċess għall-kura tas-saħħa.", "Il-passi li jmiss", "Il-Parlament u l-gvernijiet tal-UE se jinnegozjaw il-proposta tal-Kummissjoni dwar \"l-UE għas-Saħħa\" bħala parti mill-ftehim dwar il-baġit fit-tul li jmiss.", "Il-programm mistenni jiġi varat mill-1 ta' Jannar 2021.", "Aktar informazzjoni", "Kummissjoni Ewropea: Skeda informattiva", "Kummissjoni Ewropea: Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-programm il-ġdid l-UE għas-Saħħa", "Studju: Politiki tal-UE dwar is-Saħħa Pubblika (Settembru 2018)", "Briefing tal-EPRS: Theddidiet transfruntieri għas-saħħa (Jannar 2020)", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20190705STO56307/kif-l-ue-ttejjeb-is-sahha-pubblika-il-mizuri-tal-ue-spjegati", "date": "2020-06-29T12:20:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "title": "Kif l-UE ttejjeb is-saħħa pubblika – il-miżuri tal-UE spjegati", "text": ["Ritratt ta' Owen Beard fuq Unsplash", "L-UE tikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa pubblika permezz ta' finanzjament u leġiżlazzjoni f'firxa wiesgħa ta' suġġetti, bħall-ikel, il-mard, l-arja nadifa u aktar.", "Għalfejn għandha politiki tas-saħħa fil-livell tal-UE", "Ir-responsabbiltà ewlenija għall-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa u s-sigurtà soċjali tinsab primarjament f'idejn il-gvernijiet nazzjonali.", "Għalhekk ir-rwol tal-UE huwa li tikkomplementa u tappoġġja l-politiki tal-Istati Membri fit-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa u l-progress lejn Ewropa aktar soċjali .", "L-iżviluppi fis-suq tax-xogħol u l-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija fis-suq intern kienu jeħtieġu l-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet tas-saħħa pubblika.", "Il-politika tas-saħħa pubblika tal-UE għenet lill-pajjiżi jiġbru flimkien ir-riżorsi tagħhom u jindirizzaw sfidi komuni bħar-reżistenza għall-antimikrobiċi, il-mard kroniku li jista' jiġi evitat u popolazzjoni li kulma jmur aktar qed tixjieħ.", "L-UE toħroġ rakkomandazzjonijiet u għandha liġijiet u standards biex tipproteġi liċ-ċittadini, li jkopru prodotti u servizzi tas-saħħa (bħalma huma l-prodotti farmaċewtiċi, it-tagħmir mediku u s-saħħa elettronika), u lill-pazjenti (bħar-regoli dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera).", "Il-Coronavirus", "Matul il-kriżi tal-COVID-19, l-UE ħadmet mal-Istati Membri biex issaħħaħ is-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u tillimita t-tixrid tal-virus, billi żgurat il-forniment ta' tagħmir protettiv personali u provvisti mediċi madwar l-Ewropa, immobilizzat ir-riżorsi, u appoġġjat ir-riċerka u l-innovazzjoni favur trattamenti u azzjonijiet effettivi.", "Agħti ħarsa lejn il-kronoloġija tal-azzjoni tal-UE", "Programm imsaħħaħ tal-UE għas-saħħa", "Il-politiki tas-saħħa jiġu ffinanzjati permezz tal- Programm tas-Saħħa tal-UE , li jħeġġeġ il-kooperazzjoni u jippromwovi strateġiji għal kura tas-saħħa u saħħa tajba.", "It-tifqigħa tal-coronavirus uriet il-ħtieġa li l-pajjiżi tal-UE jikkooperaw u jikkoordinaw aħjar fi żminijiet ta' kriżi.", "F' riżoluzzjoni dwar il-pjan ta' rkupru ekonomiku , il-Membri tal-PE insistew fuq programm tas-saħħa Ewropew ġdid u indipendenti.", "Bi tweġiba għat-talba tal-Parlament, il-Kummissjoni pproponiet investiment ta' EUR 9.4 biljun mill-baġit fit-tul 2021-2027 fi programm ġdid tal-UE fil-qasam tas-saħħa: \" l-UE għas-Saħħa \".", "Dan għandu l-għan li jimla l-lakuni żvelati mill-pandemija u jtejjeb il-kapaċità ta' ġestjoni ta' kriżijiet tal-UE, kif ukoll li jippromwovi l-innovazzjoni u l-investiment fis-settur tal-kura tas-saħħa.", "Il-programm il-ġdid l-UE għas-Saħħa jiffoka fuq tliet prijoritajiet ewlenin:", "Il-protezzjoni tal-persuni minn theddidiet transfruntieri serji għas-saħħa", "Id-disponibbiltà ta' mediċini u provvisti mediċi għall-but ta' kulħadd", "It-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa", "Il-programm tas-saħħa attwali jkopri l-perjodu 2014-2020, u għandu baġit ta' EUR 450 miljun.", "Fondi oħra għal kwistjonijiet tas-saħħa jiġu pprovduti mill- programm ta' riċerka Orizzont 2020 , il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) , il-politika ta' koeżjoni tal-UE u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi .", "Mediċini u tagħmir mediku", "L-UE tirregola l-awtorizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-mediċini permezz tan-network regolatorju Ewropew tal-mediċini , li huwa sħubija bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini , ir-regolaturi nazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea.", "Ladarba fis-suq, is-sikurezza tal-prodotti awtorizzati tkompli tiġi mmonitorjata.", "Hemm regoli speċifiċi li jkopru l-mediċini għat-tfal, il-mard rari, il-prodotti ta' terapija avvanzata jew il-provi kliniċi .", "Barra minn hekk, l-UE għandha regoli fis-seħħ biex tiġġieled kontra l-mediċini ffalsifikati u tiżgura li l-kummerċ tal-mediċini jkun ikkontrollat.", "Peress li r-regoli dwar l-użu tal- kannabis għall-użu mediku jvarjaw ħafna fost l-Istati Membri, fl-2019 il-Parlament talab approċċ mifrux mal-UE kollha u riċerka xjentifika ffinanzjata kif xieraq.", "Kura tas-saħħa meta tkun barra pajjiżek", "Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) tiżgura li l-persuni li jgħixu fl-UE jista' jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa meħtieġa medikament u pprovduta mill-istat waqt żjara temporanja – indipendentement minn jekk hux minħabba vjaġġ ta' negozju, btala jew studju barra l-pajjiż – fil-pajjiżi kollha tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.", "Dan ifisser li l-kura tas-saħħa meħtieġa għandha tiġi pprovduta skont l-istess kundizzjonijiet u bl-istess spejjeż (b'xejn f'xi pajjiżi) bħall-persuni assigurati f'dak il-pajjiż.", "Il-promozzjoni tas-saħħa u l-indirizzar tal-mard", "L-UE taħdem biex tippromwovi s-saħħa u tipprevjeni l-mard f'oqsma bħall-kanċer, is-saħħa mentali u l-mard rari, u tipprovdi informazzjoni dwar il-mard permezz taċ- Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC).", "Il-ġlieda kontra l-kanċer dejjem kienet prijorità tal-UE.", "L-UE tinvesti fondi fi proġetti ta' riċerka u programmi ta' taħriġ, tadotta leġiżlazzjoni u tikkomplementa l-isforzi tal-Istati Membri billi tikkondividi l-informazzjoni u l-aħjar prattiki.", "Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li tippreżenta pjan ta' azzjoni ambizzjuż tal-UE kontra l-kanċer, \"Il-Pjan Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Kanċer\", lejn l-aħħar tal-2020.", "Fl-UE, kważi 700,000 ruħ imutu kull sena minħabba l-konsum tat-tabakk .", "Id-direttiva aġġornata tal-UE dwar it-tabakk , li għandha l-għan li tagħmel il-prodotti tat-tabakk inqas attraenti għaż-żgħażagħ, saret applikabbli fl-2016.", "Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ambjenti bla tipjip tal-2009 tistieden lill-Istati Membri jipproteġu liċ-ċittadini mill-esponiment għad-duħħan tat-tabakk f'postijiet pubbliċi u fuq il-post tax-xogħol.", "Madwar 30 miljun Ewropew huma affettwati minn mard rari u kumpless .", "Biex tgħin bid-dijanjożijiet u t-terapiji, fl-2017, l-UE waqqfet in-Networks ta' Referenza Ewropej (NRE).", "L-24 network virtwali eżistenti jlaqqgħu flimkien speċjalisti minn pajjiżi differenti li jaħdmu fuq kwistjonijiet differenti, pereżempju dwar is-sikurezza tal-pazjenti jew il-prevenzjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi.", "Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) qed tiżdied minħabba l-użu eċċessiv ta' antibijotiċi, rimi mhux xieraq ta' mediċini jew in-nuqqas ta' żvilupp ta' sustanzi ġodda.", "Madwar 33,000 ruħ imutu kull sena fl-UE b'kawża ta' dan.", "Il-pjan ta' azzjoni tal-UE tal-2017 kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi għandu l-għan li jippromwovi sensibilizzazzjoni u iġjene aħjar kif ukoll li jistimula r-riċerka.", "Regolament ġdid dwar il-prodotti mediċinali veterinarji ġie adottat fl-2018, biex jitrażżan l-użu tal-antibijotiċi fil-biedja u jitwaqqaf it-tixrid tar-reżistenzi mill-annimali għall-bnedmin.", "Bosta pajjiżi tal-UE qed jiffaċċjaw tifqigħat ta' mard li jista' jiġi evitat permezz ta' vaċċin , bħall-ħosba, minħabba r-rati insuffiċjenti ta' kopertura ta' vaċċinazzjoni.", "F' riżoluzzjoni adottata fl-2018, il-Membri tal-PE talbu skeda allinjata aħjar għall-vaċċinazzjoni madwar l-Ewropa, aktar trasparenza fil-produzzjoni tal-vaċċini u xiri konġunt biex jitnaqqsu l-prezzijiet.", "Arja aktar nadifa, ilma aktar nadif", "Il-kwalità ħażina tal-arja hija l-kawża ambjentali ewlenija ta' mewt prematura fl-Ewropa.", "Sa mill-bidu tas-snin sebgħin, l-UE ħadet azzjoni billi kkontrollat l-emissjonijiet ta' sustanzi ta' ħsara.", "Fil-qafas tal-pakkett ta' politika dwar l-arja nadifa, fl-2016 ġiet adottata direttiva ġdida li tistabbilixxi limiti ta' emissjonijiet nazzjonali aktar stretti għal sustanzi ewlenin li jniġġsu l-arja , bħall-ossidi tan-nitroġenu, biex jitnaqqsu bin-nofs l-impatti tagħhom fuq is-saħħa meta mqabbla mal-2005.", "Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tipproteġi l-ilmijiet tal-UE u tikkonċerna l-ilmijiet kollha ta' taħt l-art u tal-wiċċ, inklużi x-xmajjar, il-lagi u l-ilmijiet kostali.", "L-ilma għall-għawm jiġi mmonitorjat għal batterji mill-Istati Membri abbażi tad-direttiva dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm.", "L-UE qed taġġorna wkoll id-direttiva tagħha dwar l-ilma tax-xorb biex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ilma tax-xorb u l-aċċess għalih, u tnaqqas l-iskart ikkawżat mill-konsum tal-ilma tal-fliexken.", "Biex tħares is-saħħa tal-bniedem, l-UE żviluppat regoli li jiggarantixxu livell għoli ta' sikurezza fl-istadji kollha tal-proċess ta' produzzjoni u distribuzzjoni tal-ikel .", "Fl-2017, l-ispezzjonijiet uffiċjali tul il-katina alimentari kollha saru aktar riġidi.", "Hemm regoli speċifiċi tal-iġjene għal:", "ikel li joriġina mill-annimali.", "il-kontaminazzjoni tal-ikel (l-iffissar ta' livelli massimi għal kontaminanti bħalma huma n-nitrati, il-metalli tqal jew id-diossini)", "ikel ġdid (prodott minn mikroorganiżmi jew bi struttura molekulari primarja ġdida)", "materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (bħal materjali tal-imballaġġ u pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda).", "L-UE għandha wkoll qafas legali strett għall-kultivazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) użati fl-għalf u fl-ikel.", "Il-Parlament Ewropew joqgħod partikolarment attent għar-riskji potenzjali għas-saħħa u oppona pjanijiet għall-awtorizzazzjoni ta' pjanti ġenetikament modifikati ġodda bħal pereżempju l-fażola tas-sojja.", "Fl-2019, il-Membri tal-PE adottaw rapport dwar kif jista' jittejjeb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi u appoġġjaw ir-rapport tal-kumitat speċjali tiegħu li rrakkomanda proċeduri ta' awtorizzazzjoni aktar trasparenti.", "Minħabba li kien hemm aktar u aktar konsumaturi li kienu qed jixtru ikel organiku, fl-2018 l-UE aġġornat ir-regoli tagħha dwar il-biedja organika biex ikun hemm kontrolli aktar stretti u prevenzjoni aħjar tal-kontaminazzjoni.", "F'Mejju 2020, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet strateġija ġdida tal-UE dwar is-sostenibbiltà tal-ikel li għandha l-għan li tiżgura ikel sikur, nutrittiv u san.", "Postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu", "Il-leġiżlazzjoni tal-UE tistabbilixxi rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sikurezza biex jipproteġuk fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri japplikaw dispożizzjonijiet aktar stretti.", "Hemm dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ta' tagħmir, il-protezzjoni tal-ħaddiema nisa tqal u l-ħaddiema żgħażagħ u l-esponiment għall-istorbju jew għal sustanzi speċifiċi, bħalma huma l-karċinoġeni u l-mutaġeni .", "Il-forza tax-xogħol tal-Ewropa li qed tixjieħ u ż-żieda fl-età tal-irtirar joħolqu sfidi għas-sistema tal-kura tas-saħħa.", "Fl-2018, il-Membri tal-PE adottaw miżuri għaż-żamma u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema b'korrimenti jew bi problemi kroniċi tas-saħħa fil-post tax-xogħol .", "Dan kien jinkludi li l-postijiet tax-xogħol isiru aktar adattabbli permezz ta' programmi ta' żvilupp tal-ħiliet, li jiġu żgurati kundizzjonijiet flessibbli tax-xogħol u l-għoti ta' appoġġ lill-ħaddiema, inklużi t-taħriġ u l-għoti ta' aċċess għal psikologu jew terapista.", "Soċjetà inklużiva", "Biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà, fl-2019 il-Parlament approva l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà .", "Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jiżguraw li l-prodotti ta' kuljum u servizzi ewlenin bħall-ismartphones, il-kompjuters, il-kotba elettroniċi, il-biljetti, il-magni taċ-check-in u l-ATMs ikunu aċċessibbli għall-anzjani u l-persuni b'diżabilità madwar l-UE.", "F'riżoluzzjoni adottata f'Ġunju 2020, il-Parlament talab Strateġija Ewropea tad-Diżabilità ġdida komprensiva u ambizzjuża għal wara l-2020 li tintegra d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità fil-politiki u l-oqsma kollha u tiżgura aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjiegi, it-trasport pubbliku u l-akkomodazzjoni.", "Skopri aktar dwar il-politiki soċjali tal-UE:", "Kif l-UE ttejjeb id-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol", "It-tnaqqis tal-qgħad: Spjegazzjoni tal-politiki tal-UE", "• L-impjieg taż-żgħażagħ: Miżuri tal-UE biex dan jiffunzjona", "Aktar informazzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20181129STO20519/fond-socjali-ewropew-il-glieda-kontra-l-faqar-u-l-qghad", "date": "2020-06-29T12:31:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà, Soċjetà, Soċjetà", "title": "Fond Soċjali Ewropew: il-ġlieda kontra l-faqar u l-qgħad", "text": ["Il-Fond Soċjali Ewropew għandu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-faqar u l-qgħad fl-Ewropa.", "L-MEPs iridu jsaħħu r-rwol tiegħu sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna aktar nies.", "Ara kif.", "Il-Parlament Ewropew qed jagħti l-appoġġ tiegħu għal regoli aġġornati li jindirizzaw il-qgħad u r-rati għolja ta' faqar fl-UE.", "Ir-rapport, li ġie adottat fil-plenarja fl-4 ta' April, jipproponi żieda fil-finanzjament għall-Fond Soċjali Ewropew fil-baġit tal-UE għall-2021-2027 b'enfasi ewlenija fuq l-impjieg taż-żgħażagħ u fuq it-tfal.", "Ħafna nies huma mħassba dwar kwistjonijiet relatati mal-aspett soċjali u mal-impjiegi.", "Il-Parlament irid li l-UE tagħmel aktar dwar kwistjonijiet soċjali billi tagħti l-appoġġ tagħha għal Fond Soċjali Ewropew imġedded u aktar sempliċi, magħruf bħala l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).", "Il-verżjoni l-ġdida tal-fond tista' mbagħad tgħin biex jinħolqu impjiegi għal kulħadd, tingħata spinta lill-kwalità tax-xogħol, tiżdied il-produttività, issir aktar faċli għan-nies biex isibu xogħol f'parti differenti tal-UE, jittejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali.", "X'inhu l-Fond Soċjali Ewropew?", "Dan huwa l-eqdem strument finanzjarju tal-UE, li jinvesti fin-nies, itejjeb l-opportunitajiet tax-xogħol għall-ħaddiema u jgħollilhom il-livell tal-għajxien", "Il-fondi jitqassmu lill-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE għall-finanzjament ta' programmi operattivi u proġetti relatati mal-impjiegi, minn għajnuna għall-ħolqien tax-xogħol għall-indirizzar tal-lakuni fl-edukazzjoni, il-faqar u l-inklużjoni soċjali", "Il-benefiċjarji normalment ikunu persuni, iżda l-fondi jistgħu jintużaw ukoll biex jiġu megħjuna kumpaniji u organizzazzjonijiet", "Aktar flessibbiltà, sempliċità u effiċjenza", "Il-Fond Soċjali Ewropew Plus aġġornat jgħaqqad għadd ta' fondi u programmi eżistenti, biex ir-riżorsi tagħhom jinġabru flimkien:", "Il- Fond Soċjali Ewropew u l- Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ", "Il- Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn", "Il- Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali", "Dan jippermetti appoġġ aktar integrat u mmirat.", "Pereżempju, persuni affettwati mill-faqar ikunu jistgħu jibbenefikaw minn taħlita aħjar ta' assistenza materjali u appoġġ soċjali sħiħ.", "Bis-saħħa ta' dawn ir-regoli aktar flessibbli u aktar sempliċi, għandu jkun aktar faċli għan-nies u għall-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-fond.", "Prijorità ewlenija għaż-żgħażagħ u għat-tfal", "Il-FSE+ se jinvesti fi tliet oqsma ewlenin: l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja; l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u l-ugwaljanza fl-aċċess għal impjiegi ta' kwalità; l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar.", "L-MEPs iridu li l-FSE+ ikompli jsostni l-impjiegi taż-żgħażagħ b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ inattivi u dawk li ilhom qiegħda fit-tul, kif ukoll li jindirizza l-faqar fost it-tfal, jippromwovi opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha u jiffaċilita l-aċċess għal edukazzjoni bla ħlas.", "Appoġġ għall-innovazzjoni soċjali", "Il-fondi tal-FSE+ jappoġġjaw ukoll inizjattivi li jippermettu lin-nies isibu impjieg aħjar jew jaħdmu f'xi reġjun jew pajjiż differenti tal-UE, inkluż bl-appoġġ ta' ħiliet ġodda għat-tipi ġodda ta' impjiegi mitluba mit- tranżizzjoni ekoloġika u diġitali .", "Issa l-Parlament se jkollu l-kompitu li jinnegozja r-regolament mal-Kunsill bħala parti mill-ftehim dwar il-baġit fit-tul li jmiss għall-2021-2027.", "Aqra aktar dwar il-politiki soċjali", "L-impjieg taż-żgħażagħ: Miżuri tal-UE biex dan jiffunzjona", "Lura għax-xogħol wara mard jew korriment fit-tul (filmat)", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà: opportunitajiet għaż-żgħażagħ", "Fajl tal-proċedura", "Fajl tal-proċedura", "Skeda informattiva:x'inhu l-FSE+?", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200706IPR82715/il-mpe-jridu-li-l-ue-jkollha-rwol-aktar-b-sahhtu-fit-titjib-tas-sahha-pubblika", "date": "2020-07-09T11:07:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "Il-MPE jridu li l-UE jkollha rwol aktar b'saħħtu fit-titjib tas-saħħa pubblika", "text": ["Il-MPE jridu li l-UE jkollha rwol aktar b'saħħtu fit-titjib tas-saħħa pubblika bħall-COVID-19", "F'dibattitu dwar l-istrateġija futura tal-UE dwar is-saħħa pubblika, il-MPE qalu li l-COVID-19 wera li l-UE teħtieġ għodod aktar b'saħħithom biex tindirizza l-emerġenzi tas-saħħa.", "Fid-dibattitu plenarju mal-Kummissarju tas-Saħħa Stella Kyriakis u l-Kunsill, qabel il-votazzjoni nhar il-Ġimgħa fuq riżoluzzjoni dwar l-istrateġija tas-saħħa pubblika tal-UE wara l-COVID-19, il-Membri tal-PE enfasizzaw il-ħtieġa li jittieħdu l-lezzjonijiet tajbin mill-kriżi tal-COVID-19.", "Ħafna argumentaw favur il-ħtieġa li l-UE tingħata rwol aktar b'saħħtu fil-qasam tas-saħħa.", "Filwaqt li enfasizzaw li l-pandemija attwali għadha 'l bogħod milli tkun kbira, il-Membri enfasizzaw il-ħtieġa li jiġi żgurat li s-sistemi tas-saħħa madwar l-UE jkunu mgħammra u kkoordinati aħjar biex jiffaċċjaw theddid għas-saħħa fil-futur peress li ebda Stat Membru ma jista' jittratta waħdu pandemija bħall-COVID-19.", "Diversi MPE semmew li rwol tal-UE aktar b'saħħtu fil-qasam tas-saħħa pubblika għandu jinkludi miżuri biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta' mediċini abbordabbli u tagħmir protettiv kif ukoll appoġġ għar-riċerka.", "Xi MPE talbu li l-aġenziji Ewropej tas-saħħa ECDC u l-EMA jissaħħu, filwaqt li oħrajn argumentaw favur il-ħtieġa ta' Unjoni Ewropea tas-Saħħa bi standards minimi tal-UE.", "Il-votazzjoni fuq ir-riżoluzzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar, bir-riżultat jitħabbar fis-18.00.", "Ir-responsabbiltà primarja għas-saħħa pubblika u, b'mod partikolari, is-sistemi tal-kura tas-saħħa hija tal-Istati Membri.", "Madankollu, l-UE għandha rwol importanti fit-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' mard, il-mitigazzjoni ta' sorsi ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, u l-armonizzazzjoni ta' strateġiji tas-saħħa bejn l-Istati Membri.", "Il-Parlament ippromwova b'mod konsistenti l-istabbiliment ta' politika koerenti tal-UE dwar is-saħħa pubblika u, f' riżoluzzjoni dwar ir-reviżjoni tal-baġit tal-UE wara l-2020 u l-pjan ta' rkupru ekonomiku , il-MPE insistew li għandu jinħoloq programm Ewropew indipendenti ġdid dwar is-saħħa.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ta' 9.4 biljun għall-programm EUR EU4Health bejn l-2021–2027 bħala parti mill-pjan ta' rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss .", "Biex tara d-dibattitu sħiħ, agħfas hawn .", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 42976 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 72033 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 88 09 87", "Għal aktar informazzjoni", "Abbozz ta' riżoluzzjoni dwar l-istrateġija tas-saħħa pubblika tal-UE wara l-COVID-19", "Fajl dwar il-proċedura", "Stqarrija għall-istampa: EU4Health: Il-MPE jilqgħu il-proposta għal programm tas-saħħa tal-UE speċifiku (28.05.2020)", "Stqarrija għall-istampa: L-Istrateġija tal-UE dwar it-tilqimiet kontra l-COVID-19 trid tiggarantixxi s-sigurtà u l-aċċessibbiltà għal kullħaddl\" (22.06.2020)", "Theddid għas-saħħa: Titjib tat-tħejjija u tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE", "Is-sit tal-PE dwar il-COVID-19", "Sit tal-Kummissjoni dwar it-tweġiba tal-UE għall-COVID-19", "Materjal awdjoviżiv b'xejn relatat mal-COVID-19", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200706IPR82713/dibattitu-dwar-il-bagit-ue-u-l-irkupru-ftehim-fil-kunsill-mhux-l-ahhar-ftehim", "date": "2020-07-09T12:47:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "Dibattitu dwar il-baġit tal-UE u l-irkupru: \"Ftehim fil-Kunsill mhuwiex l-aħħar ftehim\"", "text": ["il-proposti tal-Kummissjoni għall-baġit u l-irkupru fit-tul huma l-minimu aċċettabbli għall-Parlament.", "B'ħarsa lura lejn is-summit ta' Ġunju u 'l quddiem lejn il-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Lulju, il-MPE ikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom dwar il-finanzjament tal-UE u l-irkupru ekonomiku.", "Fid-dibattitu mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u l-Kummissarju Maroš Šefčovič, il-biċċa l-kbira tal-MPE tennew li l-proposti tal-Kummissjoni għall-pakkett ta' rkupru u għal baġit ġdid fit-tul tal-UE huma l-minimu assolut li huwa aċċettabbli għall-Parlament.", "Il-MPE talbu wkoll pjan ta' ħlas lura xieraq, li jinkludi diversi \"Riżorsi Proprji tal-UE\" ġodda — sorsi ta' dħul — bħal taxxa diġitali jew waħda bbażata fuq l-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), biex jiġi evitat li ċ-ċittadini jkollhom iħallsu lura d-dejn ta' rkupru.", "Diversi membri insistew li", "il-kundizzjonijiet marbuta mal-fondi ta' rkupru m'għandhomx iwasslu għal miżuri ġodda ta' awsterità,", "l-Istat tad-dritt irid jiġi rispettat,", "l-investimenti għandhom isaħħu r-reżiljenza tal-UE, pereżempju billi tingħata spinta lill-aġenda diġitali.", "Filwaqt li għal xi MPE il-pakkett kollu jammonta għal \"ammont żgħir ta' 1.5 %\" tal-GNI tal-UE, oħrajn, madankollu, qalu li d-daqs tal-pakkett kien kbir wisq u ddeploraw li l-UE se tkun qed tiddejjen.", "Għadd ta' MPE qalu li huwa importanti li wieħed iħares lejn it-terminu twil, f'każ li jkun hemm aktar konfinamenti.", "Huma ssottolinjaw li \"ftehim fil-Kunsill mhuwiex il-ftehim finali\", peress li l-Parlament Ewropew jinsab lest li jinnegozja.", "Il-Parlament fil-fatt għandu sehem finali (votazzjoni b'maġġoranza assoluta) qabel ma jkun jista' jidħol fis-seħħ il-baġit fit-tul tal-2021–2027 (QFP).", "Kif previst fl-Artikolu 324 tat-Trattat, David Sassoli, il-President tal-Parlament Ewropew, Angela Merkel, il-Kanċillier Ġermaniż, fil-kapaċità tagħha bħala l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill, kif ukoll Charles Michel, il-President tal-Kunsill Ewropew, iltaqgħu mal-President tal-Kummissjoni von der Leyen fit-8 ta' Lulju biex jevalwaw il-progress u jħejju n-negozjati politiċi li jmiss.", "Fid-19 ta' Ġunju, il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet permezz ta' konferenza bil-vidjo biex jiddiskutu l-pjanijiet ta' fondi ta' rkupru biex jirrispondu għall-kriżi tal-COVID-19 u baġit ġdid fit-tul tal-UE ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fis-27 ta' Mejju 2020 fil-Parlament .Ma rnexxilhomx jaqblu fuq pożizzjoni komuni.", "Il-mexxejja tal-UE ser jerġgħu jiltaqgħu fiżikament, fi Brussell fis-17 ta' Lulju biex jippruvaw jilħqu ftehim bejniethom abbażi ta' proposti konkreti li Charles Michel, il-President tal-Kunsill Ewropew, huwa mistenni li jippreżenta qabel il-laqgħa tas-summit.", "Erġa' ara d-dikjarazzjonijiet individwali", "Charles MICHEL, President tal-Kunsill Ewropew", "Maroš ŠEFČOVIČ , għall-Kummissjoni", "Siegfried MUREŞAN (EPP, RO)", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 40924 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 73780 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 498 98 13 45", "Għal aktar informazzjoni", "Stqarrijiet mill-President tal-PE David Sassoli dwar il-baġit fit-tul tal-UE u l-fond ta' rkupru", "Il-briefing tas-servizzi ta' riċerka tal-PE: \"Eżitu tal-Kunsill Ewropew, vidjokonferenza tad-19 ta' Ġunju 2020\"", "Ittra mill-ħames presidenti tal-gruppi tal-PE lill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern (18 ta' Ġunju)", "Ċentru Multimedjali tal-PE: ritratti bla ħlas, filmati u awdjo — Kunsill Ewropew speċjali, 17 u 18 ta' Lulju 2020", "Ċentru Multimedjali tal-PE: ritratti bla ħlas, filmati u materjal awdjo — Kunsill Ewropew, 19 ta' Ġunju 2020", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200622IPR81710/acp-eu-post-cotonou-a-joint-parliamentary-assembly-is-non-negotiable", "date": "2020-06-26T09:00:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "ACP-EU Post-Cotonou: A Joint Parliamentary Assembly is non-negotiable", "text": ["Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 46396 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 64504 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 96 32 39", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 42742 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 74032 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 88 02 62", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200706IPR82726/insahhu-l-hzin-tal-energija-fl-ue-biex-nixprunaw-id-dekarbonizzazzjoni", "date": "2020-07-10T17:21:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "Insaħħu l-ħżin tal-enerġija fl-UE biex nixprunaw id-dekarbonizzazzjoni", "text": ["Aktar ħżin hu meħtieġ biex niżguraw provvista tal-enerġija, peress li l-produzzjoni tal-elettriku mix-xemx u r-riħ tvarja", "Il-MPE jipproponu possibilitajiet għall-iżvilupp tal-idroġenu u tal-batteriji", "Għandu jiġi promoss il-ħżin deċentralizzat permezz ta' batteriji għad-djar u għall-karozzi", "Hekk kif l-enerġija minn sorsi rinnovabbli dejjem qed tiżdied fit-taħlita enerġetika Ewropea, il-MPE jipproponu modi kif jitwaqqfu metodi ta' ħżin bħall-idroġenu jew il-batteriji għad-djar.", "F'rapport adottat l-Ġimgħa, il-MPE ddeskrivew l-istrateġija tagħhom għall-ħżin tal-enerġija, li hija mistennija li se jkollha rwol kruċjali sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.", "Il-MPE ewlenija Claudia Gamon (Renew Europe, AT) qalet: \"Il-ħżin tal-enerġija se jkun essenzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija dekarbonizzata bbażata fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli.", "Peress li l-elettriku ġġenerat mill-enerġija tar-riħ jew tax-xemx mhux dejjem huwa disponibbli fil-kwantitajiet meħtieġa, se jkollna bżonn naħżnu aktar.", "Apparti minn teknoloġiji li diġà nafu jaħdmu sew bħall-ħżin tal-elettriku bl-ilma ppumpjat, numru ta' teknoloġiji se jkollhom rwol kruċjali fil-futur, bħal teknoloġiji ta' batteriji ġodda, il-ħżin termali jew l-idroġenu ekoloġiku.", "Dawn għandhom jingħataw aċċess għas-suq biex tkun żgurata provvista kostanti ta' enerġija għaċ-ċittadini Ewropej.\"", "L-idroġenu ekoloġiku", "Il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli regolatorji li jxekklu l-iżvilupp tal-proġetti tal-ħżin tal-enerġija, bħat-taxxa doppja jew nuqqasijiet fil-kodiċijiet tan-network tal-UE.", "In-networks Trans-Ewropej tal-Enerġija ukoll jeħtieġu reviżjoni biex jittejbu l-kriterji ta' eliġibbiltà għal dawk li jixtiequ jiżviluppaw faċilitajiet ta' ħżin, sostnew il-MPE.", "Huma saħqu wkoll fuq il-potenzjal tal-idroġenu prodott minn sorsi rinnovabbli (l-hekk imsejjaħ \"idroġenu ekoloġiku\"), u talbu lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp tal-ekonomija tal-idroġenu.", "Miżuri ta' appoġġ jistgħu jnaqqsu l-prezz tal-idroġenu ekoloġiku u jagħmluh vijabbli, huma jsostnu.", "Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk huwiex possibbli li l-infrastruttura tal-gass tiġi modifikata biex tittrasporta l-idroġenu, peress illi l-użu tal-gass naturali huwa biss ta' natura tranżitorja u b'hekk għandu jitnaqqas gradwalment.", "Il-batteriji prodotti fl-UE u possibilitajiet ġodda ta' ħżin", "Il-Parlament jappoġġa wkoll l-isforzi tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' standards Ewropej għall-batteriji u għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-produzzjoni tagħhom barra mill-Ewropa.", "L-UE tiddependi ħafna fuq l-importazzjoni tal-materja prima minn sorsi fejn l-estrazzjoni tagħmel ħsara lill-ambjent.", "Dan għandu jitnaqqas permezz ta' skemi msaħħa ta' riċiklaġġ u permezz tax-xiri ta' materjali b'mod sostenibbli, possibbilment mill-UE.", "Fl-aħħar nett, il-MPE pproponew modi kif isaħħu l-possibilitajiet ta' ħżin, bħal ħżin mekkaniku u termali, kif ukoll l-iżvilupp ta' ħżin deċentralizzat permezz ta' batteriji għad-djar, ħżin tas-sħana domestika, it-teknoloġija mill-vettura għall-grilja u s-sistemi intelliġenti tal-enerġija tad-dar.", "Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku u tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, is-sistema Ewropea tal-enerġija jeħtieġ li ssir newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju sat-tieni nofs ta' dan is-seklu.", "Madankollu, filwaqt li s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli huma essenzjali biex isir dan, x'uħud mill-aktar sorsi rinnovabbli importanti mhumiex dejjem affidabbli: il-produzzjoni tal-enerġija mix-xemx u mir-riħ tiddependi fuq il-ħin tal-ġurnata, l-istaġuni u t-temp.", "Hekk kif is-sehem tas-sorsi rinnovabbli varjabbli jiżdied, il-ħżin tal-enerġija qed ikollu rwol dejjem aktar importanti fit-tnaqqis tal-ħin bejn il-produzzjoni tal-enerġija u l-konsum tal-enerġija.", "Il-Kummissjoni Ewropea tbassar li l-UE se jkollha bżonn taħżen sitt darbiet aktar enerġija minn kemm qed taħżen illum biex tikseb emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050.", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 40992 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 74151 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 498 98 13 37", "Għal aktar informazzjoni", "Riċerka tal-PE: Il-ħżin tal-enerġija u l-akkoppjament tas-settur - Lejn sistema tal-enerġija integrata u dekarbonizzata", "Fajl dwar il-proċedura", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20200710IPR83101/il-parlament-irid-unjoni-ewropea-tas-sahha", "date": "2020-07-10T18:27:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "title": "Il-Parlament irid Unjoni Ewropea tas-Saħħa", "text": ["Il-MPE jemmnu li l-UE għandu jkollha rwol akbar fis-saħħa pubblika ©AdobeStock_Robert-Kneschke", "Aċċess abbordabbli għal kulħadd għat-tilqimiet u t-trattamenti kollha tal-COVID-19", "Jeħtieġ li b'mod urġenti jsiru testijiet tal-istress tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri", "Għandu jinħoloq Mekkaniżmu ta' Rispons tal-UE tas-Saħħa biex jiġu evitati l-pandemiji fil-ġejjieni.", "Il-COVID-19 enfasizza l-ħtieġa li l-UE tingħata rwol aktar b'saħħtu fil-qasam tas-saħħa, jgħidu l-MPE f'riżoluzzjoni dwar l-istrateġija futura tal-UE dwar is-saħħa pubblika.", "F'riżoluzzjoni adottata nhar il-Ġimgħa l-Parlament Ewropew jistabbilixxi l-prinċipji tal-istrateġija futura tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19.", "Il-MPE jissottolinjaw il-ħtieġa li jittieħdu l-lezzjonijiet tajbin mill-kriżi tal-COVID-19 u li jkun hemm kooperazzjoni ħafna aktar b'saħħitha fil-qasam tas-saħħa biex tinħoloq Unjoni Ewropea tas-Saħħa.", "Dan għandu jinkludi standards minimi komuni għal kura tas-saħħa ta' kwalità, ibbażati fuq testijiet tal-istress urġenti ta-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri biex jidentifikaw dgħufijiet u jivverifikaw li huma ppreparati għall-qawmien mill-ġdid possibbli tal-COVID-19.", "Ir-riżoluzzjoni tappella biex jinħoloq malajr Mekkaniżmu Ewropew ta' Rispons għas-Saħħa biex jirreaġixxi għat-tipi kollha ta' kriżijiet tas-saħħa permezz ta' koordinazzjoni u ġestjoni aħjar tar-riżerva strateġika tal-mediċini u tat-tagħmir mediku.", "L-istrateġija farmaċewtika tal-UE li jmiss għandu jkun fiha miżuri biex il-mediċini essenzjali jsiru aktar disponibbli minnufih fl-Ewropa.", "Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti ktajjen tal-provvista diversifikati biex ikun garantit aċċess abbordabbli f'kull ħin.", "Il-programm il-ġdid iddedikat EU4Health ta' EUR 9.4 biljun huwa apprezzat ħafna u l-MPE jemmnu li huma meħtieġa investimenti u impenji fit-tul.", "Huma jitolbu li jiġi stabbilit fond tal-UE ddedikat biex itejjeb l-infrastruttura tal-isptarijiet u s-servizzi tas-saħħa.", "Minbarra dan, iridu jissaħħu l-aġenziji Ewropej tas-saħħa, l-ECDC u l-EMA , kif ukoll ir-riċerka konġunta dwar is-saħħa.", "Bil-kriżi tal-COVID-19 tibqa' għaddejja, il-MPE jtennu wkoll l-appell tagħhom għal aċċess abbordabbli għall-persuni kollha madwar id-dinja għal tilqimiet kontra l-COVID-19 u t-trattamenti futuri hekk kif ikunu disponibbli.", "L-akkwist konġunt tal-UE għandu jintuża b'mod aktar sistematiku biex tiġi evitata l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri meta jkun hemm riskju għas-saħħa pubblika.", "Ir-responsabbiltà primarja għas-saħħa pubblika u, b'mod partikolari, is-sistemi tal-kura tas-saħħa hija tal-Istati Membri.", "Madankollu, l-UE għandha rwol importanti fit-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' mard, il-mitigazzjoni ta' sorsi ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, u l-armonizzazzjoni ta' strateġiji tas-saħħa bejn l-Istati Membri.", "Il-Parlament ippromwova b'mod konsistenti l-istabbiliment ta' politika koerenti tal-UE dwar is-saħħa pubblika u, f' riżoluzzjoni dwar ir-reviżjoni tal-baġit tal-UE wara l-2020 u l-pjan ta' rkupru ekonomiku , il-MPE insistew li għandu jinħoloq programm Ewropew indipendenti ġdid dwar is-saħħa.", "Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ta' 9.4 biljun għall-programm EUR EU4Health bejn l-2021–2027 bħala parti mill-pjan ta' rkupru tal-UE tal-Ġenerazzjoni li Jmiss .", "Biex tara d-dibattitu sħiħ, agħfas hawn (08.07.2020).", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 42976 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 72033 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 88 09 87", "Għal aktar informazzjoni", "Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel", "Stqarrija għall-istampa tal-PE: Il-MPE iridu li l-UE jkollha rwol aktar b'saħħtu fit-titjib tal-ħajja pubblika (08.07.2020)", "It-test adottat ikun disponibbli hawn (10.07.2020)", "Fajl tal-proċedura", "Stqarrija għall-istampa tal-PE:UE4Health:Il-MPE jilqgħu l-proposta għal programm tal-UE dwar is-saħħa (28.05.2020)", "Stqarrija għall-istampa tal-PE:\"L-Istrateġija tal-UE dwar it-tilqimiet kontra l-COVID-19 għandha tiggarantixxi s-sikurezza u l-aċċessibbiltà għal kulħadd\" (22.06.2020)", "Theddid għas-saħħa: tingħata spinta lit-tħejjija tal-UE u l-maniġġar ta' kriżijiet", "Is-sit web tal-Parlament dwar il-COVID-19", "Is-sit web tal-Kummissjoni dwar ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-koronavajrus", "Materjal awdjoviżiv b'xejn relatat mal-COVID-19", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/l-inkluzjoni-socjali-u-s-sigurta", "date": "2021-01-06T11:57:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Il-politiki soċjali u tal-impjiegi fl-Ewropa", "Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà 2021-2027", "L-impatt tal-programm Erasmus+", "Emendi għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali", "Emendi għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali", "L-awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali", "Id-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema", "L-iżgurar ta' kundizzjonijiet tax-xogħol aktar trasparenti u prevedibbli", "Stqarrijiet għall-istampa mill-Kumitat FEMM", "Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali", "L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol", "Direttiva ġdida dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata", "Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa", "Infografika:liv tal-maternità u tal-paternità fl-UE (Marzu 2019)", "Reazzjoni negattiva rigward l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet", "Id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi", "Il-bullying u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi, u fil-ħajja politika", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20201208STO93327/l-impatt-tal-produzzjoni-tat-tessuti-u-l-iskart-fuq-l-ambjent-infografika", "date": "2021-01-06T15:11:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["Il-ħwejjeġ, iż-żraben u t-tessuti għad-dar jniġġsu l-ilma u jiġġeneraw emissjonijiet ta' gassijiet serra u skart.", "Skopri aktar fl-infografika tagħna.", "Il-moda mgħaġġla - il-forniment kostanti ta' stili ġodda bi prezzijiet baxxi ħafna - wasslet għal żieda kbira fil-kwantità ta' ħwejjeġ prodotti u mormija.", "Sabiex tindirizza l-impatt fuq l-ambjent, l-UE trid taċċellera t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari .", "F'Marzu 2020, il-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari , li jinkludi Strateġija tal-UE għat-Tessuti, li għandha l-għan li tiżviluppa l-innovazzjoni u tagħti spinta lill-użu mill-ġdid fi ħdan is-settur.", "Il-Parlament għandu jivvota dwar rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari fil-bidu tal-2021.", "L-użu tal-ilma", "Il-produzzjoni tat-tessuti tuża ħafna ilma, kif ukoll art biex tkabbar il-qoton u fibri oħra.", "Huwa stmat li l-industrija globali tat-tessuti u tal-ħwejjeġ użat 79 biljun metru kubu ta' ilma fl- 2015 – filwaqt li l-ħtiġijiet tal-ekonomija kollha tal-UE ammontaw għal 266 biljun metru kubu fl-2017 .", "Biex isir flokk wieħed tal-qoton, estimi jissuġġerixxu li 2,700 litru ta' ilma ħelu huma meħtieġa – il-bżonnijiet ta' xorb ta' persuna waħda għal sentejn u nofs.", "It-tniġġis tal-ilma", "Il-produzzjoni tat-tessuti hija stmata li hija responsabbli għal madwar 20 % tat-tniġġis tal-ilma globali nadif minn kuluranti u prodotti għall-finitura.", "Il-ħasil tas-sintetiċi jirrilaxxa madwar 0,5 miljun tunnellata ta' mikrofibri ġewwa l-oċean kull sena.", "Il-ħasil tal-ħwejjeġ sintetiċi jammonta għal 35 % tal-mikroplastiċi primarji rilaxxati fl-ambjent .", "Tagħbija waħda għall-ħasil ta' ħwejjeġ tal-poliester tista' tirrilaxxa 700,000 fibra mikroplastika li tista' tispiċċa fil-katina alimentari.", "L-emissjonijiet tal-gassijiet serra", "Huwa stmat li l-industrija tal-moda hija responsabbli għal 10 % tal-emissjonijiet globali tal-karbonju – aktar minn titjiriet internazzjonali u tbaħħir marittimu flimkien.", "Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent , ix-xiri tat-tessuti fl-UE fl-2017 iġġenera madwar 654 kg ta' emissjonijiet ta' CO2 għal kull persuna .", "Skart ta' tessuti fil-landfills", "Il-mod kif in-nies jeħilsu mill-ħwejjeġ mhux mixtieqa wkoll inbidel.", "L-oġġetti qegħdin jintremew pjuttost milli jingħataw donazzjoni.", "Sa mill-1996, l-ammont ta' ħwejjeġ mixtrija fl-UE għal kull persuna żdied b'40 % wara tnaqqis qawwi fil-prezzijiet, li naqqas it-tul tal-ħajja tal-ilbies.", "Kull sena l-Ewropej jikkunsmaw madwar 26 kg ta' tessuti u jarmu madwar 11 kg ta' tessuti.", "Il-ħwejjeġ użati jistgħu jiġu esportati barra mill-UE, iżda fil-biċċa l-kbira (87 %) jiġu inċinerati jew jintefgħu f'landfills.", "Globalment inqas minn 1 % tal-ħwejjeġ jiġu rriċiklati bħala ħwejjeġ, parzjalment minħabba teknoloġija inadegwata.", "L-indirizzar tal-iskart tat-tessuti fl-UE", "L-istrateġija l-ġdida għandha l-għan li tindirizza l-moda mgħaġġla u tipprovdi linji gwida biex jinkisbu livelli għoljin ta' ġbir separat tal-iskart tat-tessuti.", "Skont id-Direttiva dwar l-Iskart approvata mill-Parlament Ewropew fl-2018, il-pajjiżi tal-UE se jkunu obbligati jiġbru t-tessuti separatament sal-2025.", "L-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni tinkludi wkoll miżuri biex tappoġġja l-proċessi ta' materjal u ta' produzzjoni ċirkolari, tindirizza l-preżenza ta' sustanzi kimiċi perikolużi u tgħin lill-konsumaturi jagħżlu tessuti sostenibbli.", "L-UE għandha Ekotikketta tal-UE li l-produtturi li jirrispettaw il-kriterji ekoloġiċi jistgħu japplikaw għal oġġetti, biex jiġi żgurat użu limitat ta' sustanzi perikolużi u tniġġis imnaqqas tal-ilma u tal-arja.", "L-UE introduċiet ukoll xi miżuri biex tnaqqas l-impatt tal-iskart tat-tessuti fuq l-ambjent.", "Orizzont 2020 jiffinanzja RESYNTEX , proġett li juża riċiklaġġ kimiku, li jista' jipprovdi mudell ta' negozju tal-ekonomija ċirkolari tal-industrija tat-tessuti.", "Għal aktar informazzjoni", "L-impatt ambjentali tal-industrija tat-tessuti u tal-ilbies: X'jeħtieġ li jkunu jafu l-konsumaturi", "Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari", "Skeda informattiva: Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari Il-Patt Ekoloġiku Ewropew", "Paġna tal-KE: Inbiddlu l-mod kif nipproduċu u nikkonsmaw: Pjan ta' Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari juri t-triq lejn ekonomija newtrali għall-klima u kompetittiva magħmula minn konsumaturi infurmati", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20201208STO93325/l-iskart-e-fl-ue-fatti-u-cifri-infografika", "date": "2021-01-06T16:41:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["L-iskart-e huwa l-aktar fluss ta' skart li qed jiżdied b'rata mgħaġġla fl-UE u inqas minn 40% jiġi riċiklat.", "Agħti ħarsa lejn il-fatti u ċ-ċifri fl-infografika tagħna.", "L-apparat elettroniku u t-tagħmir elettriku jiddefinixxu l-ħajja moderna – mill-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u l-vacuum cleaners sal-ismartphones u l-kompjuters, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina l-ħajja mingħajrhom.", "Iżda l-iskart li jiġġeneraw sar ostakolu għall-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-impronta ekoloġika tagħha.", "Aqra aktar biex tiskopri kif l-UE qed tindirizza l-iskart-e fil-mixja tagħha lejn ekonomija aktar ċirkolari .", "X'inhu l-iskart-e?", "L-iskart tat-tagħmir elettroniku u elettriku, jew l-iskart-e, ikopri varjetà ta' prodotti differenti li jintremew wara li jintużaw.", "L-apparat domestiku kbir, bħal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u stufi tal-elettriku, huwa l-aktar li jinġabar, u jirrappreżenta aktar minn nofs l-iskart-e kollu miġbur.", "Dan huwa segwit mit-tagħmir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni (laptops, printers), tagħmir tal-konsumatur u pannelli fotovoltajċi (kameras tal-vidjo, lampi fluworexxenti) u apparat domestiku żgħir (vacuum cleaners, towsters).", "Il-kategoriji l-oħra kollha, bħall-għodod elettriċi u l-apparat mediku, flimkien jirrappreżentaw 7.2% biss tal-iskart-e miġbur.", "Ir-rata ta' riċiklaġġ tal-iskart-e fl-UE", "Inqas minn 40% tal-iskart-e kollu fl-UE jiġi riċiklat , il-bqija ma jiġix isseparat.", "Il-prattiki ta' riċiklaġġ ivarjaw fost l-Istati Membri – fl-2017, il-Kroazja rriċiklat 81.3% tal-iskart elettroniku u elettriku kollu, filwaqt li f'Malta, iċ-ċifra kienet 20.8%.", "Għaliex għandna bżonn nirriċiklaw l-iskart ta' tagħmir elettroniku u elettriku?", "It-tagħmir elettroniku u elettriku mormi jista' jkun fih materjali ta' ħsara li jniġġsu l-ambjent u li jżidu r-riskji għan-nies involuti fir-riċiklaġġ tal-iskart-e.", "Biex tiġġieled din il-problema, l-UE għaddiet leġiżlazzjoni biex tipprevjeni l-użu ta' ċerti sustanzi kimiċi, bħaċ-ċomb.", "Ħafna minerali rari li huma meħtieġa fit-teknoloġija moderna jiġu minn pajjiżi li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem.", "Sabiex jiġi evitat li l-kunflitti armati u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jiġu appoġġati b'mod involontarju, il-Membri tal-PE adottaw regoli li jirrikjedu li l-importaturi Ewropej ta' minerali terrestri rari jwettqu kontrolli tal-isfond dwar il-fornituri tagħhom.", "X'qed tagħmel l-UE biex tnaqqas l-iskart-e?", "F'Marzu 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pjan ta' azzjoni ġdid għal ekonomija ċirkolari (CEAP) li jistabbilixxi t-tnaqqis tal-iskart ta' tagħmir elettroniku u elettriku bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tiegħu.", "Il-proposta tiddeskrivi b'mod speċifiku għanijiet immedjati bħad-\"dritt għat-tiswija\" u ttejjeb l-użu mill-ġdid b'mod ġenerali, l-introduzzjoni ta' ċarġer komuni u l-istabbiliment ta' sistema ta' premjijiet biex tinkoraġġixxi r-riċiklaġġ tat-tagħmir elettroniku.", "Il-pożizzjoni tal-Parlament", "Il-Parlament għandu jivvota dwar rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari fi Frar 2021.", "Ir-rapporteur tal-Parlament, Jan Huitema (Renew Europe, NL), qal hekk dwar il-pjan tal-Kummissjoni: \"Huwa importanti li l-approċċ lejn is-CEAP ikun wieħed olistiku.", "Il-prinċipji taċ-ċirkolarità jeħtieġ li jiġu implimentati fl-istadji kollha tal-katina ta' valur biex l-ekonomija ċirkolari tkun suċċess.\"", "Huwa qal li għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-iskart-e, peress li r-riċiklaġġ għadu lura meta mqabbel mal-produzzjoni.", "\"Fl-2017, id-dinja ġġenerat 44.7 miljun tunnellata metrika (Mt) ta' skart-e u 20% biss ġie riċiklat kif suppost.\"", "Huitema qal ukoll li s-CEAP jista' jgħin fl-irkupru ekonomiku.", "\"L-istimular ta' mudelli ta' negozju ġodda u innovattivi se joħolqu t-tkabbir ekonomiku u l-opportunitajiet ġodda ta' impjieg li l-Ewropa se jkollha bżonn biex tirkupra.\"", "Aqra aktar dwar l-ekonomija ċirkolari u l-iskart:", "Fatti u ċifri dwar l-immaniġġjar tal-iskart fl-UE", "Il-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari: miri ġodda tal-UE għar-riċiklaġġ", "Informazzjoni addizzjonali", "Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari", "Il-paġna tal-Kummissjoni dwar l-Iskart ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE)", "Il-kategoriji l-ġodda għall-ġbir tal-iskart elettroniku", "FAQs dwar id-Direttiva WEEE", "Lejn soċjetà li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20201126STO92502/regoli-godda-tal-ue-id-digitalizzazzjoni-se-ttejjeb-l-access-ghall-gustizzja", "date": "2021-01-06T17:28:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["Vidjokonferenzi transfruntiera, skambju ta' dokumenti sikur u notifika aktar sempliċi ta' dokumenti.", "Fit-23 ta' Novembru, il-Parlament adotta żewġ proposti li għandhom l-għan li jimmodernizzaw is-sistemi ġudizzjarji fl-UE u se jgħinu jnaqqsu d-dewmien, iżidu ċ-ċertezza tad-dritt u jrendu l-aċċess għall-ġustizzja orħos u aktar faċli għall-utent.", "Ir-regolamenti l-ġodda se jimplementaw soluzzjonijiet diġitali għall-kumpilazzjoni ta' xhieda u n-notifika ta' dokumenti fil-livell transfruntier bil-għan li l-kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali ssir aktar effiċjenti fil-pajjiżi differenti tal-EU.", "L-użu ta' teknoloġiji ta' komunikazzjoni mill-bogħod se tgħin biex ix-xhieda tinġabar aktar malajr u bi spejjeż aktar baxxi.", "Pereżempju, il-preżenza fiżika ta' persuna ma tkunx aktar meħtieġa fi proċedura transfruntiera u tkun tista' tintuża l-vidjokonferenza.", "Se tiġi stabbilita sistema tal-IT deċentralizzata li tiġbor flimkien is-sistemi nazzjonali sabiex id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu skambjati elettronikament b'mod aktar rapidu u sigur.", "Ir-regoli l-ġodda jinkludu dispożizzjonijiet addizzjonali għall- protezzjoni tad-data u tal-privatezza fit-trażmissjoni ta' dokumenti jew il-kumpilazzjoni ta' xhieda.", "Ir-regolamenti jgħinu biex jiġu simplifikati l-proċeduri u biex tingħata ċ-ċertezza tad-dritt liċ-ċittadini u lin-negozji biex b'hekk l-individwi u n-negozji jiġu mħeġġa jidħlu fi tranżazzjonijiet transfruntiera, u għalhekk dawn ir-regolamenti jsaħħu mhux biss id-demokrazija iżda wkoll is-suq intern.", "kawża ċivili u kummerċjali fis-sena jkollhom implikazzjonijiet transfruntiera.", "Aqsam din il-kwotazzjoni ma' ħaddieħor:", "L-isforzi tal-UE għad-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja", "Iż-żewġ proposti jaġġornaw ir-regolamenti eżistenti tal-UE dwar in-notifika ta' dokumenti u l-kumpilazzjoni ta' xhieda - biex jiġi żgurat l-aħjar użu tas-soluzzjonijiet diġitali moderni.", "Huma parti mill- isforzi tal-UE biex tgħin fid-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ġudizzjarji .", "Filwaqt li f'ċerti pajjiżi, is-soluzzjonijiet diġitali diġà wrew li huma effettivi, il-proċeduri ġudizzjarji transfruntiera għadhom iseħħu l-aktar fuq il-karta.", "L-UE għandha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell tal-UE, u b'hekk tgħin liċ-ċittadini u lin-negozji u tippreserva l-kapaċità tal-infurzar tal-liġi biex tipproteġi liċ-ċittadini b'mod effettiv .", "Il- kriżi tal-COVID-19 ikkawżat ħafna problemi għall-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja: kien hemm dewmien fis-seduti ta' smigħ ta' persuni u fin-notifika transfruntiera ta' dokumenti ġudizzjarji; inabbiltà temporali li tinkiseb għajnuna legali personalment; u l-iskadenza tal-iskadenzi minħabba dewmien.", "Fl-istess ħin, l-għadd dejjem akbar ta' insolvenzi u sensji dovuti għall-pandemija jagħmlu l-ħidma tal-qrati saħansitra aktar importanti.", "Dawn il-proposti jidħlu fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Aktar informazzjoni", "Rapport: Ġustizzja kriminali diġitali transfruntiera", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200429STO78172/il-pjan-ta-rkupru-tal-ue-ghall-covid-19-ghandu-jaghti-prijorita-lill-klima", "date": "2021-01-07T16:42:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà, Soċjetà", "text": ["Il-pjan ta' rkupru tal-UE għall-COVID-19 għandu l-għan li jistabbilixxi l-pedamenti għal Ewropa newtrali għall-klima u sostenibbli.", "Il-kriżi tas-saħħa tal-Covid-19 u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha huma tal-ogħla prijorità.", "Il-proposta tal-Kummissjoni għal pjan ta' stimolu ekonomiku ta' EUR 750 biljun flimkien ma' proposta riveduta għall-baġit tal-UE għall-2021-2027 hija b'segwitu ta' talbiet mill-PE għal pakkett massiv ta' rkupru u ta' rikostruzzjoni li fil-qalba tiegħu għandu l-Patt Ekoloġiku, biex jistimula l-ekonomija u jiġġieled it-tibdil fil-klima .", "In-\" NextGenerationEU \", il-pjan għat-tnedija mill-ġdid tal-ekonomiji Ewropej , għandu l-għan li jnaqqas l-impatt tal-pandemija u jagħmel futur sostenibbli aktar vijabbli.", "Il-Kummissjoni pproponiet li 25 % tal-baġit tal-UE għall-2021-2027 għandu jintuża għall-azzjoni klimatika.", "F' kompromess li ntlaħaq f'Novembru 2020 , dwar il-baġit fit-tul tal-UE u l-pjan ta' rkupru, it-tim tan-negozjati tal-PE u l-Presidenza tal-Kunsill qablu li mill-inqas 30 % tan-nefqa tkun ta' appoġġ għall-objettivi tal-klima.", "B'mod parallel, fl-2024 u l-2025, 7.5 % tal-infiq annwali se jiġi allokat għall-bijodiversità, li jiżdied għal 10 % mill-2026 'il quddiem.", "Kun af aktar dwar il-progress tal-UE fl-għanijiet tagħha għat-tibdil fil-klima.", "In-newtralità klimatika ssir legalment vinkolanti", "Fit-28 ta' Novembru 2019, il-Parlament Ewropew iddikjara emerġenza klimatika u talab li l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-UE tkun konformi mal-għan li t-tisħin globali jinżamm taħt il-1.5°C.", "Il-Kummissjoni spjegat il- Patt Ekoloġiku f'Diċembru, u f'Marzu 2020 segwietu bi proposta għal Liġi dwar il-Klima tal-UE biex l-UE ssir newtrali mil-lat ta' klima sal-2050 , li ssir legalment vinkolanti ladarba l-Parlament u l-Kunsill japprovawha.", "Il-Parlament appella għal miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet aktar ambizzjużi minn dawk proposti mill-Kummissjoni biex jiżgura li l-UE tkun tista' tilħaq l-għan tagħha.", "F'Ottubru 2020, il-Parlament adotta l-mandat ta' negozjar tiegħu dwar il-Liġi tal-UE dwar il-Klima, u appoġġja l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 u mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet b'60 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, li hija aktar ambizzjuża mill-proposta tal-Kummissjoni ta' 55 % u mill-mira interim attwali ta' 40 %.", "Il-Liġi dwar il-Klima trid tiġi approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ministri qabel ma tkun tista' tidħol fis-seħħ.", "Il-Parlament irid li l-UE tadotta dawn il-miri minn ħafna qabel il-konferenza tan-NU COP26 dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet posposta għal Novembru 2021 minħabba l-pandemija.", "Iċċekkja l-kronoloġija tagħna dwar l-azzjoni tal-UE fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima .", "Il-Patt Ekoloġiku, imniedi f'Novembru 2019, għandu l-għan li jagħmel l-ekonomija tal-UE sostenibbli.", "Dan ikopri firxa wiesgħa ta' oqsma: mill-klima, l-agrikoltura u l-mobilità sal-protezzjoni tal-bijodiversità u t-tniġġis żero.", "Fost il-proposti konkreti li diġà tressqu mill-Kummissjoni hemm:", "Il-Pjan ta' Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew", "Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari", "L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2030", "L-Istrateġija \"mill-Għalqa sal-Platt\"", "Il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta", "L-Istrateġija Industrijali Ewropea", "L-Istrateġija Industrijali Ewropea l-ġdida", "Skopri 10 affarijiet li l-UE qed tagħmel għall-irkupru ekonomiku u ċċekkja d-dati u l-oqsma ta' azzjoni kollha tar-rispons ikkoordinat tal-UE .", "Aktar informazzjoni", "Stqarrija għall-istampa tal-Kumitat ENVI (21 ta' April 2020)", "EPRS: Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima", "EPRS: L-impatt tal-kriżi tal-coronavirus fuq l-azzjoni klimatika u fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew", "EP IPOL: Valutazzjoni kritika tal-isfidi tat-tkabbir, dawk finanzjarji u regolatorji tal-Patt Ekoloġiku", "Mistoqsijiet u tweġibiet: Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-Patt dwar il-Klima", "Mistoqsijiet u tweġibiet: Il-liġi Ewropea dwar il-Klima u l-Patt dwar il-Klima", "Konsultazzjoni online dwar it-Tibdil fil-Klima – aġġornament tas-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet (skadenza: 5 ta' Frar 2021)", "il-Patt Ekoloġiku tal-UE fit-Tren Leġiżlattiv", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20201208STO93328/il-presidenza-portugiza-tal-kunsill-x-jistennew-il-membri-tal-parlament-ewropew", "date": "2021-01-07T17:00:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["Il-Portugall ħa f'idejh il-Presidenza tal-Kunsill b'rotazzjoni fl-1 ta' Jannar 2021, waqt kriżi tas-saħħa u ekonomika.", "Iżda x'inhuma l-aspettattivi tal-Membri Portugiżi tal-PE?", "Filwaqt li ċ-ċittadini Ewropej qed ikomplu jiffaċċjaw l-effetti soċjoekonomiċi bla preċedent marbuta mal- pandemija tal-COVID-19 , il-Portugall jieħu f'idejh il-Presidenza ta' sitt xhur tal-Kunsill tal-UE determinat li jipprijoritizza l-irkupru.", "Il-Prim Ministru Portugiż żvela l-programm tal-Presidenza tiegħu, f'konferenza stampa konġunta mill-bogħod mal-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, li saret fit-2 ta' Diċembru 2020.", "Minħabba ż-żminijiet ta' sfida attwali, il-Portugall huwa impenjat li jippromwovi Ewropa reżiljenti , soċjali , ekoloġika , diġitali u globali .", "Is-slogan tal-presidenza l-ġdida huwa \"Iż-żmien li nwettqu: irkupru ekwu, ekoloġiku u diġitali\".", "Hu se jkollu wkoll ikompli bil-ħidma ta' xi wħud mill-prijoritajiet tal-Presidenza preċedenti Ġermaniża: il- futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit , il-progress fl- azzjoni klimatika tal-UE , il- baġit fit-tul tal-UE u l- pjan tal-UE għall-Irkupru minħabba l-COVID .", "Staqsejna lill-Membri Portugiżi tal-Parlament Ewropew dwar l-aspettattivi u l-fehmiet tagħhom dwar il-prijoritajiet imressqa mill-Presidenza l-ġdida.", "Skont Paulo Rangel (PPE), it-tliet prijoritajiet li se jiddominaw l-aġenda tal-Presidenza huma \"l-varar tal-fond għall-irkupru, l-istrateġija tat-tilqim u r-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit – bil-ftehm [dwar il-ħruġ] jew mingħajru\".", "Huwa jissottolinja l-importanza tal-pilastru soċjali, li \"għandu jiffoka aktar fuq is-saħħa\", u l-importanza tas-summit bejn l-UE u l-Indja.", "Hu jżid jgħid li l-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u l-istrateġija l-ġdida għal Schengen flimkien mal-Patt tal-UE dwar il-Migrazzjoni \"jistħoqqilhom aktar attenzjoni\" mill-Presidenza.", "Il-Portugall qed \"jgħaqqad l-aġenda soċjali u dik klimatika mat-tranżizzjoni diġitali bħala muturi tar-reżiljenza u l-irkupru tal-Unjoni Ewropea\", jgħid Carlos Zorrinho (S&D).", "Huw jsostni li Lisbona \"hija impenjata wkoll li tqiegħed lill-UE f'pożizzjoni ġdida bħala forza multilaterali, jiġifieri permezz tas-summits mal-Afrika u l-Indja\".", "B'referenza għal \"inċertezza akbar\" kaġun tal-pandemija u tal-Brexit, is-Sur Zorrinho jara lill-Presidenza Portugiża bħala \"opportunità unika biex l-UE tiskopri mill-ġdid lilha nnifisha u l-prinċipji fundamentali tagħha.\"", "Francisco Guerreiro (Verts/ALE) jinnota li l-Presidenza tal-Portugall tikkoinċidi mal-\"akbar kriżi globali li qatt kien hawn – dik relatata mad-distruzzjoni rampanti tal-bijodiversità\".", "Fil-fehma tiegħu, waħda mill-akbar sfidi hija t-tlestija tan-negozjati għall-futur tal-Politika Agrikola Komuni [PAK], li jibqa' jkollha sehem mill-akbar mill-baġit tal-UE.", "Huwa jikkonkludi li \"M'għandniex aspettattivi li se jkun hemm xi bidliet strutturali fil-PAK li jkunu kapaċi jwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew u jħarsu l-Istrateġija \"Mill-Għalqa sal-Platt\" jew [fir-rigward] tal-preservazzjoni tal-bijodiversità\".", "Marisa Matias (GUE/NGL) tqis li \"l-Ewropa soċjali, it-tranżizzjoni ekoloġika u t-tranżizzjoni diġitali huma l-prijoritajiet it-tajba u konformi mal-isfidi\" li bħalissa qed tiffaċċja l-UE.", "Madankollu, hija tirrimarka li \"l-Ewropa qed tesperjenza mumenti ta' firda profonda\" u qed tbati biex issib soluzzjonijiet għall-isfidi strutturali.", "\"Hemm inqas u inqas opportunitajiet biex wieħed jagħmel sens mill-proġett Ewropew u l-ebda waħda ma tista' tiġi skartata\", tisħaq is-Sa Matias, filwaqt li tispera li \"l-Presidenza Portugiża se tonora l-intenzjonijiet tagħha\".", "Ix-Xemx u t-Tmun\": Logo animat tal-Presidenza:", "Fuq sfond tal-bandiera tal-UE, ikkulurit bil-blu u bl-isfar", "L-ewwel 12-il stilla (bħal tal-UE) jinbidlu f'27 (l-Istati Membri) li jisinjifikaw kostruzzjoni usa', koeżiva u diversa", "Is-27 element jinbidlu f'xemx u tmun li jirrappreżentaw l-istorja, il-ġeografija u l-ftuħ tal-Portugall għad-dinja u l-intenzjoni tiegħu li jiggwida lill-UE lejn il-futur", "Il-mużika tal-isfond hija minn kitarra tipika Portugiża", "Il-Portugall qed jibda r-raba' Presidenza tiegħu tal-UE.", "Fl-1 ta' Jannar, huwa jiċċelebra l-35 sena mill-adeżjoni tiegħu mal-UE (flimkien ma' Spanja).", "Aktar informazzjoni", "Is-sit web tal-Presidenza (PT, EN, FR)", "Il-kalendarju tal-avvenimenti", "Materjal multimedia", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20201208STO93329/l-ue-se-tmexxi-l-isforzi-ghall-irkupru-fl-2021", "date": "2021-01-08T10:10:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["Waqt li l-UE qiegħda tkompli tieħu ħsieb l-impatt tal-pandemija, u twettaq il-prijoritajiet ewlenin bħat-tibdil fil-klima, fl-2021 għandna noqogħdu għassa għal dan li ġej.", "Il-Fond ta' rkupru u l-baġit fit-tul tal-UE", "Tard is-sena l-oħra, il-PE laħaq kompromess mal-Kunsill dwar il-baġit fit-tul tal-UE (2021–2027) u kiseb ftehim dwar il- baġit għall-2021 biex jappoġġa l-irkupru.", "Madankollu, in-nuqqas ta' qbil fost l-Istati Membri dwar il- mekkaniżmu mfassal biex jipproteġi l-valuri tal-UE naqqas ir-ritmu tal-proċedura ta' approvazzjoni.", "Il-Membri tal-PE se jkollhom jiffinalizzaw ir-regoli dwar il-funzjonament tal-programmi kollha li huma parti mill-baġit għall-2021–2027 u mill-pjan ta' rkupru, li se jappoġġa lin-nies u lin-negozji fl-UE kollha.", "Irkupru sostenibbli/ekoloġiku", "Fil- qalba tal-pjanijiet għall-irkupru tal-UE mill-COVID-19 , il- Patt Ekoloġiku fih ħafna inizjattivi relatati mas-sostenibbiltà li se jevolvu matul din is-sena.", "L- agrikoltura , l-ekonomija ċirkolari, il- bijodiversità , il- foresti , l-enerġija, l-emissjonijiet u l- ETS huma wħud mill-fajls mistennija li jkunu fl-aġendi tal-Membri tal-PE.", "Waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Parlament tibqa' li l-għan tan-newtralità klimatika tal-UE għall-2050 ikun wieħed vinkolanti, filwaqt li l-UE qiegħda tikkonkludi n-negozjati fir-rigward tal- Liġi dwar il-Klima .", "Il-Parlament qed jippromwovi objettiv ta' tnaqqis ta' 60% fl-emissjonijiet sal-2030 .", "Servizzi diġitali", "L-2021 se tkun is-sena tar-regolamentazzjoni tal-pjattaformi online.", "L-UE qed taħdem fuq l-Att dwar is-Servizzi Diġitali biex tistabbilixxi linji gwida għax-xenarju online li qed jinbidel u biex tiżgura ambjent diġitali aħjar u aktar sikur għall-utenti u l-kumpaniji.", "Il-Parlament spjega l-prijoritajiet tiegħu għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali f'Ottubru 2020, qabel il-proposta tal-Kummissjoni.", "Intelliġenza artifiċjali", "Fil-bidu tal-2021, il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni ġdida dwar l-Intelliġenza artifiċjali bil-għan li tittratta l-aspetti teknoloġiċi, etiċi, legali u soċjoekonomiċi tal-IA u tiżgura li l-Ewropa tkun fuq quddiem nett tal-iżviluppi.", "Il-Parlament irid jiżgura li l-leġiżlazzjoni tkun iċċentrata fuq il-bniedem u bbażata fuq il-valuri Ewropej, filwaqt li tgħin biex tingħata spinta lill-ekonomija.", "Migrazzjoni", "Il-Parlament Ewropew se jeżamina l-leġiżlazzjoni li timmira li toħloq politika komuni tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni .", "Il-miżuri l-ġodda, proposti mill-Kummissjoni, għandhom l-għan li jibdlu u jtejbu l-proċeduri attwali tal-ażil billi jiżguraw responsabbiltà kondiviża u solidarjetà fost l-istati membri, filwaqt li jipproteġu l-fruntieri esterni tal-UE.", "Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa", "Il- Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija inizjattiva ġdida li teżamina l-bidliet li jistgħu jidħlu fis-seħħ biex l-UE titħejja aħjar għall-futur, bl-involviment dirett taċ-ċittadini.", "Il-kriżi tal-COVID-19 ittardjat il-bidu tal-inizjattiva : madankollu, il-proċess attwali ta' konsultazzjoni ta' sentejn għandu jibda bis-sħiħ fl-2021.", "Il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jikkonkludu n-negozjati dwar ir-riformi tal- Politika Agrikola Komuni (PAK) għall-perjodu 2022–2027, inkluż l-allinjament mal- Patt Ekoloġiku u l-objettivi ambjentali Ewropej.", "Il-Membri tal-PE se jgħarblu wkoll il-politika l-ġdida \"Mill-Għalqa sal-Platt\", li timmira li tikkunsidra l-ikel b'mod usa'.", "Programm \"l-UE għas-Saħħa\" (EU4Health)", "Is-sena l-ġdida se tara t-tnedija tal- programm EU4Health , li għandu jgħin lill-pajjiżi tal-UE jikkooperaw u jikkoordinaw aħjar fi żminijiet ta' kriżi.", "Il-prijoritajiet ewlenin huma l-protezzjoni tan-nies minn theddid transfruntier serju għas-saħħa, titjib fid-disponibbiltà tal-mediċini u sistemi tas-saħħa aktar b'saħħithom.", "Il-programm huwa mistenni li jidħol fis-seħħ fl-2021.", "Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili", "Il-Parlament irid iġedded il- Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili biex itejjeb il-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Unjoni u jżid it-tħejjija għal emerġenzi ta' skala kbira bħall-COVID-19 u d-diżastri naturali.", "Il-Membri tal-PE jridu jippermettu lill-UE tikseb kapaċitajiet ta' emerġenza b'mod awtonomu u li tippromwovi aktar il-prevenzjoni.", "Il-Parlament se jinnegozja mal-Kunsill dwar is-sistema aġġornata li għandha tibda topera fl-2021.", "Programm spazjali", "F'din is-sena x'aktarx se jiġi adottat il-programm spazjali tal-UE għall-2021–2027, inkluża l-espansjoni tal-kamp attwali ta' applikazzjoni tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea ( GSA ), filwaqt li tibda tissejjaħ l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali.", "L-1 ta' Jannar jimmarka t-tmiem uffiċjali tal-perjodu ta' tranżizzjoni bejn ir-Renju Unit u l-UE, li wassal għall-bidu ta' relazzjoni kumplessa bejniethom.", "Il-PE se jkun involut fil-ħolqien ta' rabtiet ġodda mar-Renju Unit, inkluża l-konklużjoni ta' ftehimiet ad hoc f'oqsma ewlenin bħall-avjazzjoni.", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/eu-affairs/20201208STO93323/premju-lux-tal-pubbliku", "date": "2021-01-08T10:15:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["It-tliet films fil-kompetizzjoni għall-Premju LUX 2021 huma: \"Another Round\", \"Collective\" u \"Corpus Christi\".", "Din is-sena il-premju ċinematografiku tal-Parlament ingħata format ġdid, il-pubbliku, flimkien mal-MPE, jiddeċiedu r-rebbieħ tal-Premju LUX – il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Pubbliku.", "It-tliet films fil-kompetizzjoni għall-premju tħabbru waqt iċ-Ċerimonja tal-European Film Awards fit-12 ta' Diċembru:", "Another Round – ta' Thomas Vinterberg (koproduzzjoni mid-Danimarka/in-Netherlands/l-Iżvezja)", "Collective – ta' Alexander Nanau (koproduzzjoni mir-Rumanija/il-Lussemburgu)", "Corpus Christi – ta' Jan Komasa (koproduzzjoni mill-Polonja/Franza)", "Another Round tad-Direttur Daniż Thomas Vinterberg (titlu oriġinali \"Druk\")", "Qatt smajt bit-teorija oskura ta' psikologu Norveġiż li ammont żgħir ta' alkoħol fid-demm jiftaħ il-menti, iżid il-kreattività u jżommna kuntenti?", "Erba' għalliema tal-iskola postsekondarja jesperimentaw bit-teorija, iżda dik li għall-ewwel tidher li kienet kura għall-kriżi tal-mezza età, tispiċċa tmur ħażin.", "Il-film ta' Vinterberg mhuwiex biss dwar ix-xorb, iżda għandu messaġġ aktar profond dwar kif jiġu ffaċċjati l-ħafna tlajja u nżul tal-ħajja u kif inkunu onesti dwarhom.", "tad-direttur Rumen Alexander Nanau (titlu oriġinali \"Colectiv\")", "Dan id-dokumentarju mqanqal huwa msemmi għal nightclub f'Bucharest fejn nar traġiku qatel 27 żagħżugħ u żagħżugħa fl-2015 u ħalla 180 oħra midruba.", "Id-dokumentarju jsegwi tim ta' ġurnalisti li jinvestigaw għalfejn 37 vittma ta' ħruq imutu fl-isptarijiet minkejja l-fatt li l-ġrieħi tagħhom ma kienux ta' theddida għall-ħajja.", "Huma jiżvelaw in-nepotiżmu u l-korruzzjoni li jiswew il-ħajjiet, iżda juru wkoll li persuni kuraġġużi u determinati jistgħu jittrasformaw is-sistemi korrotti.", "tad-direttur Pollakk Jan Komasa (titlu oriġinali \"Boże Ciało\")", "Il-film huwa bbażat parzjalment fuq l-istorja reali ta' detenut żagħżugħ li jesperjenza trasformazzjoni spiritwali u li jrid isir qassis.", "Bi skerz tad-destin, huwa jispiċċa responsabbli ta' parroċċa f'raħal remot Pollakk.", "Hekk kif tiżviluppa l-istorja, huwa jiffaċċja sigriet traġiku li qed jeqred lill-komunità.", "Permezz tal-istorja ta' dan il-predikatur kariżmatiku, Komasa jirrifletti dwar l-elementi li jsawru komunità u dak li jagħmilna suxxettibbli kemm għal mexxejja foloz kif ukoll għal dawk reali.", "Ara u vvota", "Jinteressawk il-films?", "Skopri fejn tista' tarahom (online jew fiċ-ċinema) fuq www.luxaward.eu u vvota fuq is-sit web.", "Fact box : Kif tivvota għall-Premju LUX tal-Pubbliku", "il-votazzjoni hija miftuħa fuq www.luxaward.eu sal-11 ta' April 2021", "tista' tikklassifika kull film minn stilla sa ħames stilel", "il-klassifikazzjonijiet jistgħu jinbidlu kemm-il darba sakemm tingħalaq il-votazzjoni.", "Jgħodd l-aħħar vot.", "Il-klassifikazzjoni finali se tiġi stabbilita billi jingħaqdu l-voti tal-pubbliku u dawk tal-MPE, b'kull grupp ikollu 50% tal-votazzjoni.", "Il-film rebbieħ se jitħabbar fiċ-Ċerimonja tal-Premju LUX tal-Pubbliku fit-28 ta' April 2021 fil-Parlament Ewropew.", "Aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-għażla fl-infografika tagħna.", "Films Ewropej fis-swali taċ-ċinema Ewropej", "Permezz tal-Premju LUX tal-Pubbliku, il-Parlament jingħaqad mal- European Film Academy biex jilħaq udjenza usa'.", "Grazzi għall-premju ċinematografiku tiegħu, il-Parlament ilu, sa mill-2007, jipprovdi appoġġ tanġibbli għad-distribuzzjoni tal-films Ewropej billi jipprovdi sottotitoli fl-24 lingwa tal-UE għall-films fil-kompetizzjoni finali.", "Il-premju LUX bena reputazzjoni li jagħżel koproduzzjonijiet Ewropej li jinvolvu ruħhom fi kwistjonijiet politiċi u soċjali attwali u li jħeġġu d-dibattitu dwar il-valuri tagħna.", "Il- Kummissjoni Ewropea u n-network Europa Cinemas huma wkoll sħab fil-Premju LUX.", "Aktar informazzjoni", "Premju Ċinematografiku LUX 2019", "Materjal multimedia", "Infografika tal-EPRS: Il-Premju LUX 2.0 – il-Premju Ċinematografiku tal-Pubbliku Pan Ewropew", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/terrorizmu", "date": "2021-01-08T11:13:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Il-ġlieda kontra t-terroriżmu", "Ferrovija leġislattiva: unjoni tas-sigurtà", "Rekord tal-Isem tal-Passiġġier", "Protezzjoni tad-dejta", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/economy/20151201STO05603/l-ekonomija-cirkolari-definizzjoni-importanza-u-beneficcji", "date": "2021-01-08T13:33:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["L-ekonomija ċirkolari: skopri xi tfisser, kif tibbenefika int, l-ambjent u l-ekonomija tagħna bis-saħħa tal-filmat u l-infografika tagħna.", "L-Unjoni Ewropea tipproduċi aktar minn 2.5 biljun tunnellata ta' skart kull sena .", "Bħalissa qed taġġorna l-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-immaniġġjar tal-iskart biex tippromwovi bidla lejn mudell aktar sostenibbli magħruf bħala l-ekonomija ċirkolari.", "F'Marzu 2020, il-Kummissjoni Ewropea, fl-ambitu tal- Patt Ekoloġiku Ewropew u bħala parti mill- istrateġija industrijali ġdida proposta , ippreżentat pjan ta' azzjoni ġdid għal ekonomija ċirkolari li jinkludi proposti dwar id-disinn ta' prodotti aktar sostenibbli, it-tnaqqis tal-iskart u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini (bħal \"dritt għat-tiswija\").", "Issir enfasi speċifika fuq is-setturi intensivi fir-riżorsi, bħall-elettronika u l-ICT, il- plastiks , it-tessuti u l-kostruzzjoni.", "Iżda xi tfisser eżattament l-ekonomija ċirkolari?", "U x'ikunu l-benefiċċji tagħha?", "X'inhi l-ekonomija ċirkolari?", "L-ekonomija ċirkolari hija mudell ta' produzzjoni u konsum , li jinvolvi l-kondiviżjoni, il-lokazzjoni, l-użu mill-ġdid, it-tiswija, ir-rinnovazzjoni u r-riċiklaġġ ta' materjali u prodotti eżistenti kemm jista' jkun fit-tul.", "B'dan il-mod, iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jiġi estiż .", "Fil-prattika, dan ifisser li l-iskart jitnaqqas kemm jista' jkun.", "Meta prodott jasal fi tmiem il-ħajja tiegħu, il-materjali tiegħu jinżammu fl-ekonomija kull meta jkun possibbli.", "Dawn jistgħu jintużaw u jerġgħu jintużaw b'mod produttiv, u b'hekk jinħoloq valur ulterjuri .", "Dan huwa differenti mill-mudell ekonomiku tradizzjonali u lineari , li huwa bbażat fuq mudell \"ħu-ipproduċi-ikkonsma-armi\".", "Dan il-mudell jiddependi fuq kwantitajiet kbar ta' materjali u enerġija rħas u faċilment aċċessibbli.", "Barra minn hekk, parti minn dan il-mudell hija l-obsolexxenza ppjanata , meta prodott ikun ġie ddisinjat biex ikollu tul ta' ħajja limitat biex il-konsumaturi jkunu mħeġġa jerġgħu jixtruh.", "Il-Parlament Ewropew appella għal miżuri biex din il-prattika tiġi indirizzata.", "Għaliex għandna bżonn naqilbu għal ekonomija ċirkolari?", "Il-popolazzjoni tad-dinja qed tikber u magħha qed tikber id-domanda għall-materja prima.", "Madankollu, il-provvista ta' materja prima kruċjali hija limitata.", "Provvisti limitati jfissru wkoll li xi pajjiżi tal-UE huma dipendenti fuq pajjiżi oħra għall-materja prima tagħhom.", "Barra minn hekk, l-estrazzjoni u l-użu ta' materja prima għandhom impatt kbir fuq l-ambjent.", "Iżidu wkoll il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2.", "Madankollu, użu aktar intelliġenti tal-materja prima jista' jnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 .", "X'inhuma l-benefiċċji?", "Miżuri bħall-prevenzjoni tal-iskart, l- ekodisinn u l-użu mill-ġdid jistgħu jiffrankaw il-flus lill-kumpaniji tal-UE filwaqt li jnaqqsu wkoll l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet b'effett ta' serra .", "Attwalment, il-produzzjoni ta' materjali li nużaw kuljum hija responsabbli għal 45% tal-emissjonijiet ta' CO2.", "Il-bidla għal ekonomija aktar ċirkolari tista' twassal għal benefiċċji bħat-tnaqqis tal-pressjoni fuq l-ambjent, it-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima, iż-żieda fil-kompetittività, l-istimolu tal-innovazzjoni, l-għoti ta' spinta lit-tkabbir ekonomiku (0.5% addizzjonali tal-PDG), il-ħolqien tal-impjiegi ( 700,000 impjieg fl-UE biss sal-2030).", "Il-konsumaturi se jingħataw ukoll prodotti aktar sostenibbli u innovattivi li jżidu l-kwalità tal-ħajja u eventwalment jiffrankawlhom il-flus.", "Għal aktar informazzjoni", "Website tal-Kummissjoni għall-pjan ta' azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolar", "Infografika tal-EPRS dwar l-ekonomija ċirkolari", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200618STO81513/patt-ekologiku-centrali-ghal-ue-newtrali-mil-lat-tal-klima-u-sostenibbli", "date": "2021-01-08T14:08:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["Il-Parlament irid li l-Patt Ekoloġiku jkun fil-qalba tal-pakkett tal-Unjoni Ewropea għall-irkupru mill-COVID-19.", "Skopri aktar dwar dan il.", "Matul il-pandemija tal-coronavirus naqset l-attività ekonomika, li wasslet għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju iżda ħalliet lill-UE f'sitwazzjoni ta' reċessjoni imminenti.", "Il-Parlament, f'riżoluzzjoni adottata fil-15 ta' Mejju 2020, appella għal pjan ta' rkupru ambizzjuż bil-Patt Ekoloġiku bħala s-sisien .", "B'reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni ħarġet bin-\"Next Generation EU\", pjan ta' rkupru ta' EUR 750 biljun.", "Il-pjan, flimkien mal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE , li għad irid jiġi approvat mill-Istati Membri u mill-Parlament, għandu l-għan li jibni Ewropa aktar ekoloġika, inklużiva, diġitali u sostenibbli u jgħin isaħħaħ ir-reżiljenza għal kriżijiet futuri bħall-kriżi klimatika .", "F'Novembru 2019, il-Parlament iddikjara emerġenza klimatika fejn talab lill-Kummissjoni tintegra l-proposti kollha tagħha skont il-mira ta' 1,5°C li tillimita t-tisħin globali u tiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra jitnaqqsu b'mod sinifikanti.", "Bħala reazzjoni, the il-Kummissjoni żvelat il-Patt Ekoloġiku Ewropew , pjan direzzjonali biex l-Ewropa ssir kontinent newtrali mil-lat tal-klima sal-2050.", "Skopri dwar il-progress tal-UE fl-għanijiet tagħha għat-tibdil fil-klima.", "L-ewwel passi taħt il-Patt Ekoloġiku", "Finanzjament tat-Tranżizzjoni Ekoloġika", "F'Jannar, il-Kummissjoni ppreżentat il- Pjan", "ta' Investiment għal", "Ewropa Sostenibbli , strateġija li tiffinanzja l-Patt Ekoloġiku billi tattira mill-inqas triljun euro ta' investiment pubbliku u privat matul l-għaxar snin li ġejjin.", "Bħala parti mill-pjan ta' investiment, il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta għandu jgħin biex itaffi l-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni fuq il-ħaddiema u l-komunitajiet l-aktar milquta mit-tranżizzjoni.", "F'Mejju 2020, il-Kummissjoni pproponiet faċilità ta' self pubbliku biex tappoġġa investimenti ekoloġiċi f'reġjuni li jiddependu fuq il-fjuwils fossili.", "Din jeħtieġ tiġi approvata mill-PE.", "Il-Parlament u l-Kunsill qablu dwar l-introduzzjoni ta' sorsi ġodda ta' dħul biex jiġu ffinanzjati l-baġit u l-pjan ta' rkupru.", "Dawn jinkludu dħul mill-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet u mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera li jimponi imposta fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti beni.", "Biex jinkoraġġixxi investiment f'attivitajiet sostenibbli għall-ambjent u jipprevjeni 'greenwashing' il-Parlament adotta leġiżlazzjoni ġdida dwar investimenti sostenibbli fit-18 ta' Ġunju.", "F'Novembru, il-Membri tal-PE talbu wkoll li tranżizzjoni minn sistema ekonomika mhux sostenibbli għal waħda sostenibbli , tkun ċentrali għall-iżvilupp ta' awtonomija strateġika fit-tul tal-UE u biex tiżdied ir-reżiljenza tal-UE.", "Skopri kif il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ser jgħin lir-reġjuni tal-UE jagħmlu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika.", "Newtralità klimatika minquxa fil-liġi", "F'Marzu 2020, il-Kummissjoni pproponiet il-Liġi dwar il-Klima Ewropea, qafas legali biex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050.", "F'Jannar, il-Parlament appella għal miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet aktar ambizzjużi minn dawk inizjalment proposti mill-Kummissjoni.", "F'Ottubru 2020, il-Parlament adotta l-mandat ta' negozjar tiegħu dwar il-Liġi tal-UE dwar il-Klima, fejn approva l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 u mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet b'60 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, li hija aktar ambizzjuża mill-proposta inizjali tal-Kummissjoni ta' 55 % u aktar mill-mira interim attwali ta' 40 %.", "Ladarba l-istati membri fil-Kunsill jistabbilixxu l-pożizzjoni tagħhom dwar il-liġi dwar il-klima, il-Parlament u l-Kunsill jibdew negozjati dwar it-test finali, liema jeħtieġlu jirċievi approvazzjoni miż-żewġ istituzzjonijiet.", "Aqra aktar dwar il-kontribut tal-UE għal azzjonijiet klimatiċi globali fl-iskeda ta' żmien tagħna .", "Emanċipazzjoni tal-Industrija Ewropea u tal-SMEs", "F'Marzu 2020, il-Kummissjoni ppreżentat Strateġija Industrijali ġdida għall-Ewropa , biex tiżgura li n-negozji Ewropej jistgħu lejn in-newtralità klimatika u l-futur diġitali.", "F'Novembru, il-Parlament talab għal reviżjoni tal-proposta biex jiġi rifless l-impatt tal-pandemija fis-settur industrijali.", "Il-Membri tal-PE jridu li l-UE tappoġġja lill-industrija matul fażi inizjali ta' rkupru u mbagħad tiffoka fuq it-trasformazzjoni u t-titjib tal-awtonomija fit-tieni fażi.", "Billi 99 % tad-ditti Ewropej huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ( SMEs ), li jammontaw għal 50 % tal-PDG tal-UE u huma responsabbli għal 2 minn kull 3 impjiegi, b'mod parallel mal- Istrateġija l-ġdida għall-SMEs proposta mill-Kummissjoni, li tinkoraġġixxi l-innovazzjoni ; it-tnaqqis tal- burokrazija u jingħata aċċess għall-finanzi aħjar.", "Il-Membri tal-PE huma mistennija jivvotaw fil-plenarja ta' Diċembru dwar il-pożizzjoni tagħhom rigward l-istrateġija inizjali għall-SMEs, u jitolbu lill-Kummissjoni taġġornaha fid-dawl tal-kriżi tal-coronavirus, b'enfasi fuq il-problemi ta' likwidità u l-aspetti diġitali, kif ukoll tesprimi appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika.", "Aqra aktar dwar l-isfidi li għandhom jiġu indirizzati mill-Istrateġija Industrijali l-ġdida .", "Nagħtu Spinta lill-Ekonomija Ċirkolari", "Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll il- Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari f'Marzu, li jinkludi miżuri fiċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ ta' prodotti li jippromwovu proċessi tal-ekonomija ċirkolari, irawmu konsum sostenibbli u jiggarantixxu anqas skart.", "Dan ser jiffoka fuq:", "elettroniċi u ICT", "batteriji u vetturi", "imballaġġ u plastik", "kostruzzjoni u binjiet", "il- katina alimentari", "Aqra aktar dwar il-miżuri tal-UE dwar l-ekonomija ċirkolari , u kif il-PE jiġġieled kontra t-tniġġis tal-plastik .", "Ħolqien ta' sistema tal-ikel sostenibbli", "Is-settur tal-ikel huwa wieħed mill-muturi ewlenin tat-tibdil fil-klima.", "Għalkemm l-agrikoltura tal-UE hija l-uniku settur agrikolu ewlieni fid-dinja li naqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra (b'20% mill-1990 'l hawn), xorta għadha responsabbli għal madwar 10 % tal-emissjonijiet (li minnhom 70% huma minħabba l-annimali).", "L- Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt ippreżentata mill-Kummissjoni f'Mejju 2020, għandha tiggarantixxi sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u għall-ambjent , filwaqt li tiżgura l-għajxien tal-bdiewa.", "Din tkopri l-katina kollha tal-provvista tal-ikel, mill-qtugħ tal-użu tal-pestiċidi u l-bejgħ ta' antimikrobiċi bin-nofs u t-tnaqqis tal-użu ta' fertilizzanti għal żieda fil- biedja organika .", "Skopri kif il-Parlament qiegħed jiġġieled il-pestiċidji fl-ikel .", "Preservazzjoni tal-bijodiversità", "Fl-istess waqt l-UE tfittex li tindirizza t- telf tal-bijodiversità , inkluż il-possibbiltà ta' estinzjoni ta' miljun speċi .", "L- Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 , żvelata f'Mejju, tfittex li tipproteġi n-natura, treġġa' lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi u twaqqaf it-telf tal-bijodiversità.", "Fost l-objettivi prinċipali tagħha hemm:", "żieda fiż-żoni protetti", "twaqqif u t-treġġigħ lura tad-dakkara", "tħawwil ta' 3 biljun siġra sal-2030", "mobilizzazzjoni ta' EUR 20 biljun fis-sena għall-bijodiversità", "Il-Parlament ilu jippromwovi forestrija sostenibbli peress li l-foresti għandhom rwol essenzjali fl-assorbiment u t-tpaċija tal-emissjonijiet tal-karbonju.", "Il-Membri tal-PE jirrikonoxxu wkoll il-kontribut tal-forestrija għall-ħolqien ta' impjiegi fil-komunitajiet rurali u r-rwol li l-UE jista' jkollha fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja.", "Il-Kummissjoni mistennija tfassal strateġija tal-UE għall-Foresti fl-ewwel kwart tal-2021.", "Aqra aktar dwar l-azzjoni tal-UE dwar il-klima:", "Miżuri tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra", "Il-politika tal-UE dwar l-enerġija nadifa", "Aktar informazzjoni", "Il-KE tul iż-żmien: Il-Patt Ekoloġiku", "Patt Ekoloġiku: azzjonijiet li qegħdin jittieħdu", "Il-Patt Ekoloġiku tal-UE fit-Tren Leġiżlattiv", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20201217IPR94201/eu-institutions-establish-common-priorities-for-2021-and-until-next-elections", "date": "2020-12-17T17:45:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "text": ["Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 43000 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 74705 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 496 59 94 76", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 42077 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 74167 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 89 16 63", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/security/20180703STO07127/it-terrorizmu-gihadista-fl-ue-mill-2015", "date": "2021-01-04T17:47:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["L-Ewropa esperjenzat sensiela ta' attakki terroristiċi mill-2015.", "Min huma t-terroristi?", "Għaliex u kif jaġixxu?", "It-terroriżmu ġiħadista mhuwiex ġdid fl-UE iżda mill-2015 kien hemm mewġa ġdida ta' attakki Iżlamiċi.", "It-terroristi ġiħadisti x'iridu?", "Min huma?", "Kif jattakkaw?", "X'inhu t-terroriżmu ġiħadista?", "L-għan tal-gruppi ġiħadisti huwa li jinħoloq stat Iżlamiku rregolat biss mil-liġi Iżlamika – ix-Xarija.", "Huma jirrifjutaw id-demokrazija u l-parlamenti eletti għax fl-opinjoni tagħhom Alla huwa l-uniku leġiżlatur.", "L- Europol tiddefinixxi l-Ġiħadiżmu bħala \"ideoloġija vjolenti li tisfrutta kunċetti Iżlamiċi tradizzjonali.", "Il-ġiħadisti jilleġittimizzaw l-użu tal-vjolenza b'referenza għad-duttrina Iżlamika klassika fuq il-ġiħad, terminu li litteralment ifisser \"tħabrik\" jew \"sforz\", iżda fil-liġi Iżlamika jiġi ttrattat bħala gwerra b'sanzjonijiet reliġjużi.\"", "In-network al-Qaeda u l-hekk imsejjaħ stat Iżlamiku huma rappreżentanti ewlenin tal-gruppi ġiħadisti.", "Il-ġiħadiżmu huwa subsett tas-Salafiżmu, moviment Sunnita ta' qawmien mill-ġdid.", "Attakki terroristiċi, imwiet u arresti fl-UE fl-2019", "Min huma t-terroristi ġiħadisti?", "Skont l- Europol , fl-2018 l-attakki ġiħadisti twettqu primarjament minn terroristi li kibru u ġew radikalizzati f'pajjiżhom, mhux l-hekk imsejħa ġellieda barranin (individwi li vvjaġġaw barra mill-pajjiż biex jissieħbu fi grupp terroristiku).", "Fl-2019, kważi 60% tal-aggressuri ġiħadisti kellhom iċ-ċittadinanza tal-pajjiż li fih seħħ l-attakk jew il-komplott.", "Ir-radikalizzazzjoni ta' terroristi endoġeni aċċellerat hekk kif l-hekk imsejħa lpup solitarji huma radikalizzati minn propaganda online, filwaqt li l-attakki tagħhom huma ispirati aktar milli ordnati minn gruppi terroristiċi bħal al-Qaeda jew l-IS.", "L-Europol tispjega li dawn it-terroristi mhux neċessarjament ikunu reliġjużi ħafna: jistgħu ma jaqrawx il-Koran jew ma jattendux il-moskea b'mod regolari u ħafna drabi jkollhom għarfien rudimentarju u frammentat tal-Iżlam.", "Fl-2016, għadd sinifikanti ta' individwi rrappurtati lill-Europol minħabba terroriżmu kienu kriminali ta' livell baxx, u dan jissuġġerixxi li persuni bi storja kriminali jew soċjalizzati f'ambjent kriminali jistgħu jkunu aktar suxxettibbli għar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ.", "L-Europol tikkonkludi li \"għalhekk ir-reliġjon ma jkunx l-ixprun primarju jew inizjali tal-proċess ta' radikalizzazzjoni, iżda sempliċiment joffri \"tieqa ta' opportunità\" sabiex jingħelbu kwistjonijiet personali.", "Huma jistgħu jqisu deċiżjoni li jwettqu attakk f'pajjiżhom bħala waħda li se tittrasformahom minn \"żero\" għal \"eroj\".\"", "Ir-rapport tal-Europol tal-2020 juri li l-biċċa l-kbira tat-terroristi ġiħadisti kienu żgħażagħ.", "Kważi 70% minnhom kellhom bejn 20 u 28 sena u 85% kienu rġiel.", "It-terroristi ġiħadisti kif jattakkaw?", "Sa mill-2015, l-attakki ġiħadisti twettqu minn atturi u gruppi solitarji.", "Ħafna drabi l-ilpup solitarji jużaw skieken, vannijiet u armi tan-nar.", "L-attakki tagħhom huma aktar sempliċi u pjuttost mhumiex strutturati.", "Il-gruppi jużaw azzarini awtomatiċi u splussivi f'attakki kumplessi u kkoordinati sew.", "Fl-2019, kważi l-attakki kollha li seħħew jew fallew kienu minn atturi solitarji, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-pjanijiet sfrattati kienu jinvolvu diversi persuni suspettati.", "Hemm tendenza li t-terroristi ġiħadisti jippreferu attakki kontra n-nies, milli bini jew miri istituzzjonali, b'tali mod li jiskattaw rispons emozzjonali mill-pubbliku.", "It-terroristi ma jiddiskriminawx bejn Musulmani u dawk mhux Musulmani u l-attakki kienu mmirati lejn numru massimu ta' vittmi, bħal f'Londra, Pariġi, Nizza, Stokkolma, Manchester, Barċellona u Cambrils, fost oħrajn.", "Il-ġlieda tal-UE kontra t-terroriżmu Ittieħdet azzjoni fil-livell nazzjonali u Ewropew biex jiżdied il-livell u l-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.", "Il-miżuri tal-UE biex jipprevjenu attakki ġodda huma estensivi u eżawrjenti.", "Dawn l-azzjonijiet ivarjaw mill-qtugħ tal-finanzjament tat-terroriżmu, l-indirizzar tal-kriminalità organizzata u t-tisħiħ tal-kontrolli fuq il-fruntieri sal-indirizzar tar-radikalizzazzjoni u t-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fit-traċċar ta' persuni suspettati u t-tiftix tal-awturi ta' delitti.", "Pereżempju, il-Membri tal-Parlament Ewropew adottaw regoli ġodda biex jagħmlu l-użu tal-armi tan-nar u l-ħolqien ta' bombi magħmula d-dar aktar diffiċli għat-terroristi.", "L-Europol, l-aġenzija tal-pulizija tal-UE, ingħatat setgħat addizzjonali.", "Tista' tistabbilixxi unitajiet speċjalizzati b'aktar faċilità, bħaċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu maħluq f'Jannar 2016.", "Tista' wkoll f'xi każijiet tiskambja informazzjoni ma' kumpaniji privati u titlob lill-midja soċjali biex tneħħi paġni ġestiti mill-IS.", "F'Lulju 2017, il-Parlament Ewropew ħoloq kumitat speċjali dwar it-terroriżmu biex jevalwa kif jista' jiġi miġġieled aħjar it-terroriżmu fil-livell tal-UE.", "Il-Membri tal-Parlament Ewropew ipproduċew rapport b'miżuri konkreti li jixtiequ li l-Kummissjoni Ewropea tinkludi fil-leġiżlazzjoni l-ġdida.", "Għal aktar spjegazzjonijiet dwar Il-miżuri tal-UE kontra t-terroriżmu", "Għal aktar informazzjoni", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20190926STO62270/x-inhi-n-newtralita-f-termini-ta-emissjonijiet-tal-karbonju", "date": "2020-11-06T15:09:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà", "text": ["X'inhi n-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju?", "Kif tista' tinkiseb sal-2050?", "Fil-liġi Ewropea dwar il-Klima, l-UE se timpenja ruħha favur in-newtralità tal-karbonju sal-2050.", "It-tibdil fil-klima diġà qed jolqot lid-dinja kollha, u l-kundizzjonijiet ta' temp estrem, bħan-nixfiet, il-mewġiet ta' sħana, ix-xita qawwija, l-għargħar u l-uqigħ tal-art qed isiru aktar frekwenti, anke fl-Ewropa.", "Konsegwenzi oħra tat-tibdil rapidu fil-klima jinkludu żieda fil-livelli tal-ibħra, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani u t-telf tal-bijodiversità.", "Sabiex it-tisħin globali jiġi limitat għal 1.5 gradi Celsius, li hu livell ta' limitu suġġerit bħala sikur mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), in-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju sa nofs is-seklu 21 hija essenzjali.", "Din il-mira hija mniżżla wkoll fil- Ftehim ta' Pariġi ffirmat minn 195 pajjiż, inkluża l-UE.", "F'Diċembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew , il-pjan ewlieni tagħha li għandu l-għan li jagħmel l-Ewropa newtrali għall-klima sal-2050.", "Din il-mira se tintlaħaq permezz tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima li tistabbilixxi n-newtralità klimatika fil-leġiżlazzjoni vinkolanti tal-UE.KWOTAZZJONI: L-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Pariġi:", "\"Sabiex tintlaħaq il-mira fit-tul dwar it-temperatura […], il-Partijiet għandhom l-għan li jilħqu livell massimu globali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra malajr kemm jista' jkun, […], u li minn hemm' il quddiem iwettqu tnaqqis rapidu f'konformità mal-aqwa xjenza disponibbli, sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu[…].\"", "X'inhi n-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju?", "In-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju tfisser li jkun hemm bilanċ bejn l-emissjonijiet tal-karbonju u l-assorbiment tal-karbonju mill-atmosfera fi bjar tal-karbonju .", "Sabiex jinkisbu emissjonijiet żero netti, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra se jkollhom jiġu kontrobilanċjati permezz tal-assorbiment tal-karbonju.", "\"Bir tal-karbonju\" tfisser kwalunkwe sistema li tassorbi aktar karbonju milli tipproduċi.", "Il-bjar tal-karbonju naturali ewlenin huma l-ħamrija, il-foresti u l-oċeani.", "Skont l-istimi, il-bjar naturali jneħħu bejn 9.5 u 11-il Gt ta' CO2 fis-sena .", "L-emissjonijiet annwali dinjija ta' CO2 laħqu 38.0 Gt fl-2019.", "Sal-lum, m'hemm l-ebda bir artifiċjali tal-karbonju li jista' jneħħi l-karbonju mill-atmosfera fuq l-iskala meħtieġa biex jiġi miġġieled it-tisħin globali.", "Il-karbonju maħżun fi bjar naturali bħall-foresti jiġi rilaxxat fl-atmosfera permezz tan-nirien tal-foresti, bidliet fl-użu tal-art jew il-qtugħ tas-siġar.", "Din hi r-raġuni għalfejn huwa essenzjali li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju sabiex tintlaħaq in-newtralità klimatika.", "Il-kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju", "Mod ieħor kif jitnaqqsu l-emissjonijiet u tiġi segwita n-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju huwa li l-emissjonijiet li jinħolqu f'settur jiġu kumpensati billi jitnaqqsu xi mkien ieħor.", "Dan jista' jsir permezz ta' investiment fl- enerġija rinnovabbli , l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u teknoloġiji oħra nodfa u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.", "L-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet (ETS) tal-UE hija eżempju ta' sistema ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju.", "L-għanijiet tal-UE", "L-Unjoni Ewropea hija impenjata favur politika ambizzjuża fir-rigward tal-klima.", "Skont il-Patt Ekoloġiku hija għandha l-għan li ssir l-ewwel kontinent li sal-2050 ineħħi emissjonijiet tas-CO2 daqs kemm jipproduċi.", "Dan l-għan se jsir legalment vinkolanti jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw il-Liġi l-ġdida dwar il-Klima.", "Il-mira interim tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 tiġi aġġornata wkoll mit-tnaqqis attwali ta' 40 % għal wieħed aktar ambizzjuż.", "Fis-7 ta' Ottubru l-Kumitat ENVI tal-Parlament approva n-newtralità klimatika sal-2050 u mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' 60 % sal-2030 meta mqabbel mal-livell tal-1990 – li hija aktar ambizzjuża mill-proposta inizjali tal-Kummissjoni ta' 55%.", "Il-Membri qed jitolbu lill-Kummissjoni tistabbilixxi mira interim addizzjonali għall-2040 biex tiżgura li jsir progress lejn l-għan finali.", "Barra minn hekk, il-membri talbu li l-pajjiżi kollha tal-UE individwalment isiru newtrali għall-klima u insistew li wara l-2050, irid jitneħħa mill-atmosfera aktar CO2 milli jiġi rilaxxat.", "Barra minn hekk, is-sussidji kollha diretti u indiretti għall-fjuwils fossili għandhom jiġu eliminati progressivament sa mhux aktar tard mill-2025.", "Il-MPE iridu wkoll iwaqqfu Kunsill Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (ECCC) bħala korp xjentifiku indipendenti biex jivvaluta jekk il-politika hijiex konsistenti u biex jimmonitorja l-progress.", "Imbagħad, il-Parlament se jibda n-negozjati mal-Kunsill.", "Fil-preżent, ħames pajjiżi tal-UE stabbiliew il-mira tan-newtralità klimatika fil-liġi: L-Iżvezja għandha l-għan li tilħaq emissjonijiet netti żero sal-2045, u d-Danimarka, Franza, il-Ġermanja u l-Ungerija sal-2050.", "Skopri aktar dwar il-ġlieda tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 :", "Skopri aktar dwar il-ġlieda tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2:", "Miri nazzjonali għall-2030", "Miri tas-CO2 għall-karozzi", "L-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi: fatti u ċifri (infografika)", "Infografika: kalendarju tan-negozjati dwar it-tibdil fil-klima", "Aktar informazzjoni", "il-Kummissjoni: Il-Patt Ekoloġiku", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20170629STO78629/ir-rispons-tal-ue-ghall-krizi-tal-migranti", "date": "2020-10-19T16:56:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà", "text": ["Il-Gwardja tal-Kosta Ellenika tal-Greċja tersaq lejn dgħajsa li fiha 43 rifuġjat Sirjan fil-Baħar Mediterran © UNHCR/Andrew McConnell", "Il-kriżi migratorja kixfet nuqqasijiet fis-sistema Ewropea tal-ażil, u dan wassal biex l-UE tieħu azzjoni.", "Skopri aktar dwar ir-risposta tal-Parlament għall-kriżi.", "Fl-2015 il-każijiet ta' qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-UE ammontaw għal 1.83 miljun.", "Filwaqt li dan in-numru naqas għal 141,700 fl-2019 , f'dawn l-aħħar snin il-Parlament ressaq għadd ta' proposti biex jirrimedja n-nuqqasijiet fil-politika tal-UE fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni: mir-riforma tas-sistema tal-ażil għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-fruntieri u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tar-rifuġjati.", "It-tisħiħ tas-sistema tal-ażil u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn il-pajjiżi tal-UE B'reazzjoni għall-kriżi tar-refuġjati fl-2015, fl-2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposti għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA), inkluża riforma tas-Sistema ta' Dublin biex ikun hemm allokazzjoni aħjar tal-applikanti għall-ażil fost il-pajjiżi tal-UE.", "Madankollu, l-Istati Membri naqsu milli jilħqu qbil dwar il-proposti dwar il-mod kif għandha tinqasam ir-responsabbiltà.", "Fit-23 ta' Settembru, il-Kummissjoni pproponiet Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li jistabbilixxi proċeduri mtejba u aktar rapidi fis-sistema tal-ażil u l-migrazzjoni tal-UE.", "Il-patt il-ġdid jikkostitwixxi reviżjoni tar-regolament ta' Dublin, li jiddetermina l-pajjiż responsabbli għall-ipproċessar ta' kull talba għall-ażil.", "Għal aktar informazzjoni dwar il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u r-reazzjoni tal-Ewroparlamentari għalih .", "Minbarra riforma tas-sistema ta' Dublin, il-Parlament Ewropew kien qed jaħdem ukoll biex isaħħaħ il-kontrolli fil-fruntieri u jtejjeb il-kapaċità tal-Istati Membri li jżommu traċċa tan-nies deħlin l-Ewropa.", "Matul il-leġiżlatura 2014–2019 tal-Parlament, il-Membri tal-PE ħadmu wkoll fuq regoli ċari għall-Ewropa kollha biex issir distinzjoni bejn il-migranti regolari u r-rifuġjati jew biex jiġi żgurat trattament ġust u ugwali tal-applikanti għall-ażil.", "Aqra l-paġna tagħna dwar it-tisħiħ tas- Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil .", "Is-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE u l-ġestjoni tal-flussi migratorji L-influss tar-rifuġjati poġġa pressjoni enormi fuq l-awtoritajiet tal-fruntieri nazzjonali.", "Il-Parlament talab li tissaħħaħ Frontex, l-aġenzija tal-fruntieri tal-UE u, f'Diċembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta għal Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ġdida bl-għan li ssaħħaħ il-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE u li tappoġġa l-gwardji nazzjonali tal-fruntieri.", "L- aġenzija l-ġdida ġiet varata f'Ottubru 2016.", "Hemm pjanijiet li sal-2027 l-aġenzija tingħata korp permanenti ta' 10,000 gwardjan tal-fruntiera .", "Is-sistema l-ġdida tal-migrazzjoni u l-ażil proposta mill-Kummissjoni f'Settembru 2020 għandha l-għan li tintroduċi sistema ġdida ta' kontribuzzjonijiet flessibbli u tagħmel obbligatorja s-solidarjetà mal-istati tal-UE l-aktar esposti, meta jinsabu \"taħt pressjoni\" minħabba l-wasliet.", "Il-proposta timmira wkoll li tiftaħ aktar kanali ta' migrazzjoni legali, tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u tiżgura proċess ta' ażil aktar rapidu fil-fruntieri inklużi ritorni rapidi għall-applikanti għall-ażil li jkunu ġew irrifjutati.", "Il-Parlament u l-Istati Membri (il-Kunsill), bħala koleġiżlaturi, se jkollhom jilħqu qbil dwar dawk il-proposti l-ġodda.", "Il-Membri appoġġaw ukoll proposta biex jissaħħaħ l- Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO) attwali li se jsir l- Aġenzija tal-UE", "għall-Ażil .", "L-Aġenzija tkun tiffaċilita l-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u tgħin biex tiżgura konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE kollha.", "F'votazzjoni li saret f'Novembru 2019, il-Parlament appoġġa żieda sostanzjali fil-finanzjament għall-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri matul il-perjodu 2021–2027 meta mqabbel mal-baġit tal-2014–2020.", "Is-sehem tal- baġit tal-UE li se jiġi allokat lill-fond għas-seba' snin li ġejjin bħalissa jinsab fil-fażi ta' negozjati.", "Aqra l-paġna tagħna dwar il-kontroll tal-fruntieri tal-UE u l-ġestjoni tal-migranti .", "It-trawwim tal-integrazzjoni tar-rifuġjati fl-Ewropa L-UE qed tieħu wkoll azzjoni biex tgħin lill-migranti jintegraw fis-soċjetajiet fil-pajjiżi l-ġodda tagħhom.", "Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, imwaqqaf għall-perjodu 2014–2020 b'total ta' EUR 3.137 biljun, jippromwovi l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji u l-implimentazzjoni u t-tisħiħ ta' approċċ komuni tal-UE għall-ażil u l-immigrazzjoni.", "Bil-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni tipprevedi Pjan ta' Azzjoni komprensiv ġdid dwar l-integrazzjoni u l-inklużjoni għall-2021–2024.", "Il-Parlament huwa wkoll proattiv u appella għal aktar programmi ta' finanzjament biex jinħolqu opportunitajiet ġodda bħal dawk relatati mal-impjiegi u mal-edukazzjoni b'mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli u għar-rifuġjati.", "Aqra l-paġna tagħna dwar l- integrazzjoni tar-rifuġjati fl-Ewropa .", "Għal aktar informazzjoni dwar il-migrazzjoni fl-Ewropa:", "L-ażil u l-migrazzjoni fl-UE: fatti u ċifri (infografika)", "Nesploraw il-kawżi tal-migrazzjoni", "Il-kriżi tal-migrazzjoni tal-2015–2016 fl-Ewropa", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20170629STO78630/l-asil-u-l-migrazzjoni-fl-ue-fatti-u-cifri", "date": "2021-01-04T17:24:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà, Sigurtà, Dinja", "text": ["Il-livelli massimi fil-flussi migratorji li seħħew fl-UE fl-2015 u fl-2016 naqsu.", "Iċċekkja ċ-ċifri l-aktar riċenti marbuta mal-migrazzjoni u l-asil fl-infografika tagħna.", "Il-wasla ta' aktar minn miljun migrant u persuna li tfittex asil fl-Ewropa fl-2015 kixfet nuqqasijiet serji fis-sistema tal-asil tal-UE.", "Biex iwieġeb għall-kriżi tal-migrazzjoni, il-Parlament qed jaħdem fuq proposti biex joħloq politika Ewropea dwar l-asil aktar ġusta u aktar effettiva.", "Hawn taħt issib id-data rilevanti kollha dwar il-migrazzjoni fl-Ewropa , min huma l-migranti, x'qed tagħmel l-UE biex tittratta s-sitwazzjoni, u x'implikazzjonijiet finanzjarji kien hemm.", "Definizzjonijiet: Min hu rifuġjat?", "Min hi persuna li tfittex asil?", "Il-persuni li jfittxu asil huma persuni li jagħmlu talba formali għal asil f'pajjiż ieħor għax jibżgħu li ħajjithom hija fil-periklu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom.", "Ir-rifuġjati huma persuni b'biża' ġustifikat ta' persekuzzjoni għal raġunijiet ta' razza, reliġjon, nazzjonalità, politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari li ġew aċċettati u rikonoxxuti bħala tali fil-pajjiż ospitanti tagħhom.", "Fl-UE, id-Direttiva dwar Standards għall-Kwalifika tistabbilixxi l-linji gwida għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali lil dawk li jeħtiġuha.", "Bħalissa persuni barra mill-UE jridu japplikaw għall-protezzjoni fl-ewwel pajjiż tal-UE li jidħlu fih.", "It-tressiq ta' applikazzjoni jfisser li dawn isiru applikanti għal asil (jew persuni li jfittxu asil).", "Huma jirċievu status ta' rifuġjat jew forma oħra ta' protezzjoni internazzjonali biss ladarba tkun ittieħdet deċiżjoni pożittiva mill-awtoritajiet nazzjonali.", "Skopri aktar dwar il-kawżi tal-migrazzjoni .", "Deċiżjonijiet dwar l-asil fl-UE", "Fl-2019, kien hemm 714,200 applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-UE flimkien man-Norveġja u l-Isvizzera, u dan ifisser 13 % aktar mis- 634,700 applikazzjoni li waslu fl-2018.", "Matul is-snin ta' qabel, kien hemm 728,470 applikazzjoni fl-2017 u kważi 1.3 miljun fl-2016.", "Barra minn hekk, fl-2019 il-pajjiżi tal-UE taw protezzjoni lil 295,800 applikant għal asil , jiġfieri inqas mill-ammont ta' 333,400 fl-2018 , li kien kważi 40 % inqas minn dak fl-2017 (533,000).", "Kważi wieħed minn kull tlieta (27 %) minn dawn kienu mis-Sirja, filwaqt li l-Afganistan (14 %) u l-Iraq (13 %) jikkompletaw l-ewwel tliet pajjiżi fil-lista.", "L-għadd ta' Venezwelani żdied bi kważi 40 darba fl-2019 meta mqabbel mal-2018.", "Mit-78,600 ċittadin Sirjan li ngħataw protezzjoni internazzjonali fl-UE, kważi 71 % rċevewha fil-Ġermanja.", "Is-sitwazzjoni fil-Mediterran", "L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tiġbor data dwar qsim illegali tal-fruntieri esterni tal-UE rreġistrata mill-awtoritajiet nazzjonali.", "Fl-2015 u l-2016 ġew identifikati aktar minn 2.3 miljun każ ta' qsim illegali .", "Fl-2019, l-għadd totali ta' każijiet ta' qsim illegali tal-fruntiera lejn l-UE naqas għal 141,846 , li kien l-aktar livell baxx mill-2013 u jirrappreżenta tnaqqis ta' 5 % meta mqabbel mal-2018.", "Persuna waħda tista' tgħaddi minn fruntiera għal aktar minn darba, b'tali mod li n-numru ta' persuni deħlin fl-Ewropa ċkien; madankollu, l-Istati Membri sabu ruħhom taħt pressjoni sinifikanti.", "Fl-2019, 735,835* persuna ma tħallewx jidħlu fil-fruntieri esterni tal-UE.", "Fl-ewwel nofs tal-2020, kien hemm 23,288 persuna li rriskjaw ħajjithom biex jaslu l-Ewropa bil-baħar, u huwa maħsub li kien hemm madwar 248 li għerqu.", "Fl-2019, kważi 30,000 persuna waslu l-Ewropa bil-baħar, apparagun ta' aktar minn miljun persuna fl-2015.", "Madankollu, il-qsim tal-Mediterran baqa' fatali, b'1,319-il persuna mejta jew nieqsa fl-2019, apparagun ta' 2,277 fl-2018 u 3,139 fl-2017.", "Migranti preżenti illegalment fl-UE", "Fl-2015, 2.2 miljun ruħ instabu li kienu preżenti illegalment fl-UE.", "Sal-2019, in-numru kien naqas għal ftit iżjed minn 650,000 biss.", "\"Preżenti illegalment\" tista' tfisser persuna li tkun naqset milli tirreġistra kif suppost jew li tkun telqet mill-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar tat-talba għal asil tagħha.", "Fih innifsu dan waħdu mhuwiex bażi biex dawn il-persuni jitkeċċew mill-UE.", "X'qed jaħsbu l-Ewropej", "Il-migrazzjoni ilha prijorità tal-UE għal ħafna snin.", "Ittieħdu diversi miżuri kemm għall-ġestjsoni tal-kriżi kif ukoll għat-titjib tas-sistema tal-asil.", "Skont ir-riżultati ta' stħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikati f'Mejju 2018, 72 % tal-Ewropej iridu li l-UE tagħmel aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-immigrazzjoni.", "Minkejja li l-istħarriġ tal-Ewrobarometru minn Ġunju 2019 juri li l-immigrazzjoni kienet il-ħames l-akbar kwistjoni li influwenzat id-deċiżjonijiet ta' votazzjoni tal-Ewropej fl-elezzjonijiet tal-UE ta' Mejju, fl-aħħar stħarriġ tal-Parlometru 2019 din il-kwistjoni rreġistrat tnaqqis fl-importanza.", "(34 % tal-Ewropej kellhom f'moħħhom l-immigrazzjoni meta vvutaw.", "Il-kwistjonijiet ewlenin kienu l-ekonomija, it-tibdil fil-klima, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, kif ukoll il-futur tal-UE.)", "L-UE żiedet b'mod sinifikanti l-finanzjament tagħha għall-politiki dwar il-migrazzjoni , l-asil u l-integrazzjoni wara ż-żieda fl-influss ta' persuni jfittxu asil fl-2015.", "Fin-negozjati li jmiss dwar il-baġit tal-UE ta' wara l-2020 , il-Parlament se jappella għal finanzjament addizzjonali għal dawn l-oqsma.", "Skopri aktar kif l-UE timmaniġġja l-migrazzjoni.", "Rifuġjati fid-dinja", "Madwar id-dinja, in-numru ta' nies li qed jaħarbu mill-persekuzzjoni, mill-kunflitti u mill-vjolenza, għall-ewwel darba, laħaq 79.5 miljun.", "Dan huwa ekwivalenti għal kważi kull raġel, mara, tifel u tifla fil-Ġermanja li jiġu sfurzati barra minn darhom.", "It-tfal jirrappreżentaw kważi 40 % tal-popolazzjoni tar-rifuġjati fid-dinja.", "Il-pajjiżi li jospitaw l-akbar numru ta' rifuġjati huma t-Turkija, il-Kolombja, il-Pakistan, l-Uganda u l-Ġermanja.", "15 % biss tar-rifuġjati fid-dinja huma ospitati minn pajjiżi żviluppati.", "Ara l-infografika tagħna hawn fuq għall-aħħar ċifri tal-Eurostat dwar l-applikazzjonijiet għal asil fl-UE kif ukoll iċ-ċifri tal-UNHCR dwar l-għadd ta' rifuġjati fil-pajjiżi tal-UE .", "*proviżorju", "Noti ta' tgħar r if", "L-asil u l-migrazzjoni", "Il-kwistjoni tal-migrazzjoni", "Aktar fatti u ċifri dwar il-migrazzjoni fl-Ewropa", "Aqra aktar dwar il-kriżi tal-migranti fl-Ewropa", "Ir-rispons tal-UE għall-kriżi tal-migranti", "L-aktar aħbarijiet riċenti tagħna dwar il-kriżi tal-migranti", "Aktar data: Statistika tal-Eurostat dwar l-asil", "Data dwar wasliet fir-reġjun tal-Mediterran", "L-immigrazzjoni irregolari fl-UE: fatti u ċifri", "L-asil fl-UE: fatti u ċifri", "L-AMIF: il-fond tal-UE dedikat għall-kwistjonijiet ta' asil u migrazzjoni", "Aktar fatti u ċifri dwar il-migrazzjoni fl-Ewropa", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/world/20200624STO81906/nesploraw-il-kawzi-tal-migrazzjoni-in-nies-ghaliex-jemigraw", "date": "2021-01-04T17:32:00", "category": "European Union, European Parliament, press release", "text": ["In-nies jemigraw għal ħafna raġunijiet, li jvarjaw mis-sigurtà, id-demografija u d-drittijiet tal-bniedem għall-faqar u t-tibdil fil-klima.", "Skopri aktar.", "Fl-1 ta' Jannar 2019, l-għadd ta' persuni residenti f'pajjiż tal-UE li kellhom iċ-ċittadinanza ta' pajjiż mhux membru kien ta' 21.8 miljun, jiġifieri 4.9% tal-popolazzjoni tal-UE-27.", "Fl-1 ta' Jannar 2019, 13.3-il miljun persuna oħra li jgħixu f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE-27 kienu ċittadini ta' pajjiż ieħor tal-UE.", "Għaliex in-nies jemigraw lejn l-Ewropa jew lejn pajjiż ieħor tal-UE?", "Fatturi ta' spinta u ta' attrazzjoni", "Il-fatturi ta' spinta huma r-raġunijiet li minħabba fihom in-nies jitilqu minn pajjiżhom.", "Il-fatturi ta' attrazzjoni huma r-raġunijiet li minħabba fihom in-nies jiċċaqalqu lejn pajjiż partikolari.", "Hemm tliet fatturi ta' spinta u ta' attrazzjoni ewlenin.", "Fatturi soċjopolitiċi", "Il-persekuzzjoni etnika, reliġjuża, razzjali, politika jew kulturali tagħti spinta lin-nies jitilqu minn pajjiżhom.", "Fattur ewlieni huwa l-gwerra, il-kunflitt, il-persekuzzjoni mill-gvern jew it-theddida sinifikanti tagħhom.", "Dawk li jaħarbu minn kunflitt armat, minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew minn persekuzzjoni huma aktar suxxettibbli li jkunu rifuġjati umanitarji.", "Dan ikollu impatt fuq fejn imorru jgħixu peress li xi pajjiżi għandhom approċċi aktar liberali għall-migranti umanitarji minn oħrajn.", "Qabel xejn, dawn l-individwi x'aktarx jiċċaqalqu lejn l-eqreb pajjiż sikur li jaċċetta persuni li jfittxu l-ażil.", "F'dawn l-aħħar snin, għadd kbir ta' persuni ħarbu lejn l-Ewropa biex jeħilsu mill-kunflitt, mit-terrur u mill-persekuzzjoni f'pajjiżhom.", "Fl-2019, mill-295,800 persuna li fittxew l-ażil u li ngħataw status ta' protezzjoni fl-UE, aktar minn kwart ġew mis-Sirja mifnija bil-gwerra, waqt li t-tieni u t-tielet l-akbar gruppi ġew mill-Afganistan u mill-Iraq rispettivament.", "Agħti daqqa t'għajn lejn l-infografika tagħna dwar l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE .", "Fatturi demografiċi u ekonomiċi", "Il-bidla demografika tiddetermina kif in-nies jiċċaqalqu u jemigraw.", "Il-fatt li popolazzjoni tkun qed tikber jew tiċkien, jew li din tkun qed tixjieħ jew tkun żagħżugħa, għandu impatt fuq it-tkabbir ekonomiku u l-opportunitajiet ta' impjieg fil-pajjiżi ta' oriġini jew fuq il-politiki ta' migrazzjoni fil-pajjiżi ta' destinazzjoni.", "Il-migrazzjoni demografika u ekonomika hija relatata mal-istandards tax-xogħol, il-qgħad u s-saħħa ġenerali tal-ekonomija ta' pajjiż.", "Il-fatturi ta' attrazzjoni jinkludu pagi ogħla, opportunitajiet ta' impjieg aħjar, livell ta' għajxien ogħla u opportunitajiet edukattivi.", "Jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi ma jkunux favorevoli u jkun jidher li jinsabu fir-riskju li jkomplu jmorru għall-agħar, għadd akbar ta' individwi probabbilment jemigraw lejn pajjiżi bi prospettivi aħjar.", "Skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tan-NU, fl-2017 kien hemm madwar 164 miljun ħaddiem migrant – iddefiniti bħala persuni li jemigraw bil-ħsieb li jiġu impjegati – u dawn kienu jirrappreżentaw kważi żewġ terzi tal-migranti internazzjonali.", "Kważi 70% nstabu f'pajjiżi b'introjtu għoli, 18.6% f'pajjiżi b'introjtu medju superjuri, 10.1% f'pajjiżi b'introjtu medju baxx u 3.4% f'pajjiżi b'introjtu baxx.", "Fatturi ambjentali", "L-ambjent dejjem kien xprun tal-migrazzjoni, peress li n-nies jaħarbu minn diżastri naturali, bħal għargħar, uragani u terremoti.", "Madankollu, it-tibdil fil-klima huwa mistenni li jaggrava l-avvenimenti estremi tat-temp, u dan ifisser li aktar nies jistgħu jiċċaqalqu.", "Skont l- Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni , il-migranti ambjentali huma dawk li, għal raġunijiet ta' bidliet f'daqqa jew progressivi fl-ambjent li jaffettwawlhom ħażin ħajjithom jew il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom, huma sfurzati jħallu d-djar abitwali tagħhom, b'mod temporanju jew b'mod permanenti, u li jiċċaqalqu ġewwa pajjiżhom jew 'il barra mill-pajjiż.", "Huwa diffiċli li jiġi stmat kemm-il migrant ambjentali jeżisti fuq livell globali minħabba fatturi bħat-tkabbir tal-popolazzjoni, il-faqar, il-governanza, is-sigurtà tal-bniedem u l-kunflitti, li għandhom impatt.", "L-istimi jvarjaw minn 25 miljun sa biljun sas-sena 2050.", "Patt ġdid tal-UE dwar il-migrazzjoni", "Il-ġestjoni effettiva tal-migrazzjoni biex jiġu indirizzati l-persuni li jfittxu l-ażil u jiġu protetti l-fruntieri esterni ilha prijorità tal-UE għal bosta snin.", "Fit-23 ta' Settembru, il-Kummissjoni pproponiet Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil , li jistabbilixxi proċeduri mtejba u aktar rapidi fis-sistema tal-ażil u l-migrazzjoni tal-UE.", "Il-patt il-ġdid huwa reviżjoni tar-Regolament ta' Dublin, li jiddetermina l-pajjiż responsabbli għall-ipproċessar ta' kull talba għall-ażil.", "Aqra aktar dwar il-migrazzjoni fl-Ewropa:", "Ir-risposta tal-UE għall-isfida tal-migranti", "Il-kriżi tal-migrazzjoni fl-Ewropa tal-2015-2016", "Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u r-reazzjoni tal-Membri tal-PE għalih", "Studju: Interlinks between migration and development (Interkonnessjonijiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp)", "Għal aktar informazzjoni", "Studju: Interkonnessijiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp", "Briefing: Migrazzjoni legali lejn l-UE", "Statistika dwar il-migrazzjoni u l-popolazzjoni tal-migranti", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20201109IPR91115/eu4health-il-mpe-jwittu-t-triq-ghal-programm-tas-sahha-tal-ue-effettiv", "date": "2020-11-13T19:14:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "text": ["Il-MPE jridu jsaħħu s-sistemi tas-saħħa biex jagħmluhom aktar reżiljenti fil-każ ta' kriżijiet tas-saħħa bħall-COVID-19. ©Philippe LOPEZ/AFP", "Jiġi stabbilit Mekkaniżmu Ewropew ta' Rispons tas-Saħħa biex jipprepara lill-EU b'mod aktar effettiv", "Sistema Ewropea ta' monitoraġġ, rappurtaġġ u notifikazzjoni hija meħtieġa biex jingħelbu nuqqasijiet ta' mediċini u apparat mediku", "Appoġġ jingħata għad-diġitalizzazzjoni tas-saħħa permezz ta' Rekord Elettroniku Ewropew tas-Saħħa", "Biex insolvu n-nuqqasijiet li kixfet il-COVID-19 u niżguraw li s-sistemi tas-saħħa jkunu kapaċi jiffaċċjaw theddidiet futuri għas-saħħa pubblika huwa meħtieġ programm tal-UE għas-saħħa.", "Nhar il-Ġimgħa, il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fuq il-proposta tal-Kummissjoni biex iżżid sew l-azzjoni tal-UE fis-settur tas-saħħa, permezz tal-hekk imsejjaħ \" Programm EU4Health \" b'615-il vot favur, 34 voti kontra u 39 astensjoni.", "Il-MPE jgħidu li l-COVID-19 uriet li l-UE għandha bżonn urġenti ta' programm ambizzjuż li jiżgura li s-sistemi tas-saħħa Ewropej ikunu jistgħu jiffaċċjaw theddidiet tas-saħħa futuri biex b'hekk l-UE tibqa' r-reġjun bl-aqwa livell tas-saħħa fid-dinja.", "Skont il-Parlament, dan mhuwiex possibbli kieku l-baġit kellu jitnaqqas għal EUR 1.7 biljun, kif propost mill-Istati Membri.", "Fil- kompromess li ntlaħaq din il-ġimgħa dwar il-baġit fit-tul tal-UE , il-MPE kkonvincew lill-Kunsill l-biex il-bagit għal dan ikun ittriplikat għal €5.1 bijun .", "Theddidiet transkonfinali għas-saħħa", "EU4Health huwa maħsub biex jipprepara lill-UE b'mod aħjar għal theddidiet transkonfinali għas-saħħa u biex jgħin lis-sistemi tas-saħħa jsiru aktar reżiljenti.", "Dan għandu jippermetti li l-UE tiffaċċja mhux biss epidemiji futuri iżda wkoll sfidi fit-tul bħall-popolazzjoni li qed tixjieħ u l-inugwaljanzi fis-saħħa.", "Il-MPE jridu kooperazzjoni akbar fil-livell tal-UE biex l-entitajiet differenti jkunu preparati aħjar fil-każ ta' kriżijiet tas-saħħa, u qed jappoggjaw il-ħolqien ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Rispons għas-Saħħa.", "Għandu wkoll jinħoloq portal ta' komunikazzjoni tal-UE għall-pubbliku għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni li tkun ġiet verifikata sew, biex joħroġ twissijiet liċ-ċittadini Ewropej u biex jiġġieled d-diżinformazzjoni.", "Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għandu jkollhom mandati aktar b'saħħithom.", "Jiġi żgurat li l-mediċini u s-servizzi mediċi jkunu disponibbli u jkunu bi prezz raġonevoli fl-Istati Membri kollha", "Il-kriżi tal-COVID-19 ħarġet fid-deher il-ħafna djgħufijiet tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali, inkluża d-dipendenza tagħhom fuq pajjiżi barra mill-UE għall-provvista tal-mediċini, apparat mediku kif ukoll tagħmir ta' protezzjoni personali.", "Il-programm għalhekk għandu jappoġġja l-iżvilupp ta' sistema Ewropea ta' monitoraġġ, rappurtaġġ, u notifika ta' nuqqasijiet ta' mediċini, apparat mediku, vaċċini, għodod tad-djanjostika, u ta' prodotti oħra tal-kura tas-saħħa.", "Dan għandu jevita l-frammentazzjoni tas-suq uniku u jiżgura li dawn il-prodotti jkunu aktar disponibbli u jkollhom prezzijiet aktar raġonevoli.", "Il-ktajjen tal-provvista tagħhom għandhom ikunu wkoll inqas dipendenti fuq pajjiżi barra mill-UE.", "Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm, ir-rapport jipproponi wkoll aktar iffukar fuq il-prevenzjoni tal-mard billi jiġu indirizzati riskji tas-saħħa bħalma huwa l-użu dannuż tal-alkoħol u t-tabakk, sistemi tas-saħħa aktar sodi u ta' kura tas-saħħa diġitalizzati billi jinħoloq u jiġi applikat ir-Rekord Elettroniku Ewropew tas-Saħħa.", "Il-MPE jridu wkoll isaħħu l-ġlieda tal-UE kontra l-kanċer f'sinerġija mal-Pjan Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Kanċer.", "Biex jiġi żgurat li l-programm jiġi implimentat b'mod effettiv, il-MPE qed jipproponu li jiġi stabbilit Grupp ta' Tmexxija li jikkonsisti minn esperti tas-saħħa pubblika indipendenti.", "Kwotazzjoni", "Wara l-votazzjoni, ir-rapporteur tal-Parlament Cristian-Silviu Buşoi (PPE, ir-Rumanija) qal: \"Il-kriżi tal-COVID-19 kixfet il-ħtieġa għal strumenti tas-saħħa definiti tajjeb u finanzjati kif jixraq.", "Għandna bżonn ukoll nagħtu spinta lill-innovazzjoni u ninvestu aktar fis-saħħa b'mod ġenerali.", "Kien kruċjali li żidna l-finanzjament għall-Programm EU4Health min Eur 1.7 biljun għal EUR 5.1 biljun, sabiex inkunu nistgħu niffaċċjaw pandemiji futuri u theddidiet għas-saħħa, u biex nagħmlu s-sistemi tas-saħħa tagħna aktar reżiljenti.\"", "Il-passi li jmiss", "Il-Parlament Ewropew issa huwa lest biex jibda negozjati mal-Istati Membri ħalli l-programm ikun jista' jiġi implimentat mill-bidu tal-2021.", "Fit-28 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni ressqet Programm EU4Health awtonomu għall-2021-2027 bħala parti mill-Pjan ta' Rkupru.", "Il-Programm tas-Saħħa qabel kien jaqa' taħt il-baġit fit-tul tal-UE 2021-2027 inizjalment bħala element tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 42976 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 72033 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 88 09 87", "Għal aktar informazzjoni", "Tappi fil-proċedura", "Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel", "It-test adottat, ikun disponibbli hawnhekk (13.11.2020)", "Il-briefing tas-servizzi ta' riċerka tal-PE dwar il-programm EU4Health", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20201016IPR89542/", "date": "2020-10-23T17:34:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "text": ["Il-MPE jridu politika agrikola aktar sostenibbli u resiljenti biex tkun tista' tipproduċi s-sikurezza alimentari fl-UE ©AdobeStock/Vadim", "Aktar għajnuna għal dawk li jużaw prattiki aktar ekoloġiċi u favur l-ambjent", "Ħlasijiet diretti annwali limitati għal massimu ta' €100,000, aktar għajnuna għall-SMEs", "Miżuri mfassla apposta biex jgħinu lill-bdiewa jkampaw fil-kriżijiet", "Sanzjonijiet ogħla meta xi ħadd ripetutament jikser regoli, eż. dwar l-ambjent jew il-benessri tal-annimali", "Il-politika tal-biedja futura tal-UE għandha tkun aktar flessibbli, sostenibbli u reżiljenti għall-kriżijiet, sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jkomplu jiżguraw il-provvista tal-ikel fl-UE.", "Nhar il-Ġimgħa, il-MPE adottaw il-pożizzjoni tagħhom dwar ir-riforma tal-politika tal-biedja tal-UE għal wara l-2022.", "It-tim ta' negozjaturi tal-PE jinsab lest biex jibda t-taħditiet mal-ministri tal-UE.", "Lejn politika bbażata fuq il-prestazzjoni", "Il-MPE approvaw bidla fil-politika li għandha tfassal aħjar il-politika tal-biedja tal-UE għall-ħtiġijiet tal-istati membri individwali iżda jinsistu li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni.", "Il-gvernijiet nazzjonali għandhom jabbozzaw pjanijiet strateġiċi, li jkunu approvati mill-Kummissjoni, li jispeċifikaw kif biħsiebhom jimplementaw fil-prattika l-għanijiet tal-UE.", "Il-Kummissjoni tkun qed tivverifika l-prestazzjoni tagħhom, u mhux biss il-konformità tagħhom mar-regoli tal-UE.", "Il-promozzjoni ta' prestazzjoni ambjentali aħjar tal-farms tal-UE", "L-objettivi tal-pjanijiet strateġiċi għandhom jitwettqu f'konformita mal-Ftehim ta' Pariċi, jgħidu l-MPE.", "Il-Parlament saħħaħ prattiċi mandatorji klimatiċi u ekoloġiċi, l-hekk imsejħa kundizzjonalità, li kull bidwi jrid japplika biex jikseb għajnuna diretta.", "Barra minn hekk, il-MPE jridu jallokaw mill-inqas 35% tal-baġit tal-iżvilupp rurali għat-tipi kollha ta' miżuri relatati mal-ambjent u l-klima.", "Mill-inqas 30% tal-baġit tal-ħlasijiet diretti għandu jintuża għal ekoskemi, li jkunu volontarji iżda jistgħu jżidu d-dħul tal-bdiewa.", "Il-MPE jinsistu li jitwaqqfu servizzi ta' konsulenza għall-farms f'kull stat membru u li jiġi allokat mill-inqas 30% tal-finanzjament sponsorjat tagħhom mill-UE f'għajnuna lill-bdiewa fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ħarsien tal-bijodiversità.", "Huma jitolbu wkoll lill-Istati Membri jħeġġu lill-bdiewa jiddedikaw 10% tal-art tagħhom għall-landscaping li jiffavorixxi l-bijodiversità, bħal hedges, siġar mhux produttivi u vaski.", "It-tnaqqis ta' ħlasijiet lil farms akbar, b'għajnuna għal bdiewa żgħar u żgħażagħ", "Il-MPE vvutaw biex inaqqsu progressivament il-ħlasijiet diretti annwali lill-bdiewa li jkunu aktar minn €60,000 u jillimitawhom għal €100,000.", "Madankollu, il-bdiewa jistgħu jitħallew inaqqsu 50% tas-salarji relatati mal-agrikoltura mill-ammont totali qabel it-tnaqqis.", "Mill-inqas 6% tal-ħlasijiet diretti nazzjonali għandhom jintużaw biex jgħinu lill-farms żgħar u ta' daqs medju iżda jekk jintuża aktar minn 12%, il-limitu għandu jkun volontarju, jisħqu l-MPE.", "Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jużaw mill-inqas 4% tal-baġits tal-ħlasijiet diretti biex jgħinu lill-bdiewa żgħażagħ.", "Tista' tingħata aktar għajnuna mill-finanzjament għall-iżvilupp rurali fejn l-investimenti tal-bdiewa żgħażagħ jistgħu jkunu pprijoritizzati, jisħqu l-MPE.", "Il-Parlament jisħaq li s-sussidji tal-UE għandhom ikunu riżervati biss għal dawk li jwettqu mill-inqas livell minimu ta' attività agrikola.", "L-operaturi tal-ajruporti, servizzi ferrovjarji, infrastrutturi tal-ilma, servizzi immobiljari, postijiet permanenti fejn isiru sports u attivitajiet rikreattivi għandhom ikunu esklużi awtomatikament.", "Veggie burgers u tofu steaks: ebda bidla fit-tikkettar tal-prodotti ibbażi fuq haxix", "Il-MPE rrifjutaw kull proposta biex xi ismijiet relatati mal-laħam jiġu riżervati għal prodotti li jkun fihom il-laħam.", "M'hu ser jinbidel xejn għall-prodotti bbażati fuq il-ħaxix u l-ismijiet li bihom dawn huma kkumerċjalizzati.", "Għajnuna lill-bdiewa biex jittrattaw riskji u kriżijiet", "Il-Parlament insista għal miżuri oħra ta' għajnuna għall-bdiewa biex jittrattaw riskji u kriżijiet potenzjali futuri.", "Huwa jrid li s-suq ikun aktar trasparenti, strateġija ta' intervent għall-prodotti kollha agrikoli, u prattiċi bil-għan ta' standards ogħla ambjentali, tas-saħħa jew tal-benessri tal-annimali li jkunu eżenti mir-regoli tal-kompetizzjoni.", "Irid ukoll li r-riżerva għal kriżijiet, li tgħin lill-bdiewa f'każ ta' instabbiltà tal-prezzijiet jew tas-suq, tinbidel b'strument ad hoc għal wieħed permanenti b'baġit adegwat.", "Sanzjonijiet ogħla għal ksur ripetut u mekkaniżmu tal-ilmenti tal-UE", "Il-Parlament irid iżid is-sanzjonijiet għal dawk li ripetutament jonqsu milli josservaw ir-rekwiżiti tal-UE dwar l-ambjent jew il-benessri tal-annimali.", "Dan għandu jiswa lill-bdiewa 10% ta' dak li huma intitolati għalih (żieda mill-5% tal-lum).", "Il-MPE jridu wkoll li jitwaqqaf mekkaniżmu tal-ilmenti tal-UE ad hoc.", "Dan iservi lill-bdiewa u lill-benefiċjarji rurali li huma trattati inġustament jew b'mod żvantaġġat fir-rigward tas-sussidji tal-UE, jekk il-gvern nazzjonali tagħhom jonqos milli jittratta l-ilment tagħhom.", "Ir-riżultati tal-votazzjoni u aktar informazzjoni", "Ir-regolament dwar il-pjanijiet strateġiċi ġie adottat b'425 vot favur, 212 kontra u 51 astensjoni.", "Ir-regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ġie adottat b'463 vot favur, 133 kontra u 92 astensjoni.", "Ir-regolament dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni ġie adottat b'434 vot favur, 185 kontra u 69 astensjoni.", "Aktar informazzjoni dwar it-testi approvati hija disponibbli fin- nota ta' sfond .", "Hawnhekk tista' ssib id-dikjarazzjonijiet tal-President tal-Kumitat dwar l-Agrikoltura u tat-tliet rapporteurs.", "L-aħħar riforma tal-politika tal-biedja tal-UE, stabbilita fl-1962, tmur lura għall-2013.", "Ir-regoli attwali tal-Politika Agrikola Komuni jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2020.", "Huma għandhom jiġu sostitwiti b' regoli tranżitorji sakemm jintlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar ir-riforma li għaddejja bħalissa tal-Politika Agrikola Komuni, u din tiġi approvata minnhom.", "Il-Politika Agrikola Komuni tammonta għal 34.5% tal-baġit tal-UE tal-2020 (€58.12 biljun).", "Madwar 70% tal-baġit tal-Politika Agrikola Komuni jappoġġa d-dħul ta' bejn sitta u seba' miljun farm fl-UE .", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 34476 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 73840 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 498 98 35 90", "Għal aktar informazzjoni", "It-testi adottati, dalwaqt ikunu disponibbli hawnhekk (23.10.2020)", "Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali", "Reġistrazzjoni video tad-dibattitu (20.10.2020)", "Tappi fil-proċedura (2018/0217(COD))", "Tappi fil-proċedura (2018/0216(COD))", "Tappi fil-proċedura (2018/0218(COD))", "Profil tar-rapporteur - pjanijiet strateġiċi: Peter Jahr (PPE, DE)", "Profil tar-rapporteur - organizzazzjoni komuni tas-suq: Eric Andrieu (S&D, FR)", "Profil tar-rapporteur - regolament orizzontali: Ulrike Müller (RE, DE)", "Ritratti, videos u audio mingħajr ħlas", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/ir-rispons-tal-ue-ghall-coronavirus/20200402STO76414/covid-19-attenzjoni-ghall-prattiki-qarrieqa-u-zleali-online", "date": "2020-12-08T19:50:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà", "text": ["L-UE qed tieħu azzjoni kontra l-kummerċjanti online li jisfruttraw il-biża' marbuta mat-tifqigħa tal-coronavirus biex ibigħu kuri foloz jew jgħollu l-prezzijiet.", "Minħabba l-kwarantina u l-iżolament ta' ħafna nies, ix-xiri online qed jiżdied.", "Waqt li nippruvaw nipproteġu ruħna u lill-familja tagħna mill-virus, xi kummerċjanti japprofittaw minn din l-ansjetà biex ibigħu kuri foloz jew prodotti li, allegatament, jipprevjenu l-infezzjoni bi prezzi għoljin ħafna.", "Dawn il-frodi jirrigwardaw diversi prodotti fosthom maskri u brieret, mediċini u sanitizzaturi tal-idejn irreklamati b'mod qarrieq bħala \"l-unika kura kontra l-coronavirus\" jew \"l-unika protezzjoni kontra l-coronavirus\" u mibjugħa bi prezz ferm ogħla mill-valur reali.", "Il-kummerċjanti jużaw ukoll tattiki oħrajn, pereżempju jgħidu li l-prodott dalwaqt jispiċċa biex iġiegħlu lill-konsumatur jixtrih.", "Għal xiex għandek toqgħod għassa?", "Trid toqgħod għassa għal xi sinjali bħal dawn li jistgħu juruk li hemm qerq:", "stqarrijiet espliċiti jew impliċiti li prodott jista' jipprevjeni jew ifejjaq il-COVID-19;", "l-użu ta' sorsi mhux uffiċjali bħal nies li jagħmluha tabirruħhom tobba biex isostni l-istqarrijiet tagħhom;", "l-użu ta' ismijiet jew logos ta' awtoritajiet governattivi, esperti uffiċjali jew istituzzjonijiet internazzjonali li minnhom il-kummerċjanti jippretendu li għandhom l-appoġġ iżda mingħajr ma jagħtu hyperlinks jew referenzi għal dokumenti uffiċjali;", "affermazzjonijiet li l-prodott huwa \"disponibbli llum biss\", \"jinbiegħ malajr\"\", eċċ.;", "affermazzjonijiet vagi bħal \"l-orħos prezz fis-suq\", \"l-uniku prodott li jista' jfejjaq l-infezzjoni tal-COVID-19\" eċċ.;", "prezzijiet eżorbitanti minħabba, allegatament, is-setgħat ta' fejqan tal-prodotti.", "Jekk tiltaqa' ma' affermazzjonijiet qarrieqa jew mhux ikkonfermati minn provi fuq pjattaforma online, uża l-għodda li tippermettilek tirrapporta l-preżenza tagħhom lill-operaturi tal-pjattaforma.", "Kun af li xi drabi huma l-ħbieb jew il-familjari, li jkunu sfaw imqarrqa, li qasmu miegħek din l-informazzjoni falza mhux għal t'apposta, iżda biex mingħalihom jgħinuk.", "Dejjem fittex sorsi li tista' tafda biex ikollok informazzjoni dwar il-coronavirus: gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet tas-saħħa jew organizzazzjonijiet internazzjonali bħall- Organizzazzjoni Dinja tas-Saħħa .", "X'qed tagħmel l-UE f'dan ir-rigward?", "Biex twaqqaf il-prattiki qarrieqa online dwar il-coronavirus, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet għall-protezzjoni tal-konsumatur tal-Istati Membri varaw numru ta' miżuri komuni.", "Fl-20 ta' Marzu, dawn l-awtoritajiet ħarġu pożizzjoni komuni dwar l-prattiki qarrieqa u żleali l-aktar komuni biex jgħinu lill-pjattaformi online jidentifikaw aħjar dawn il-prattiki illegali, ineħħuhom u jevitaw milli jerġgħu jitfaċċaw oħrajn simili.", "Fit-23 ta' Marzu, Didier Reynders, il-Kummissarju għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, kiteb ittra lil diversi pjattaformi, midja soċjali, magni tat-tiftix u swieq online biex jitlobhom jikkooperaw billi jneħħu mill-pjattaformi tagħhom il-prattiki qarrieqa bħal kuri foloz għall-coronavirus.", "Fl-UE id- Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali tipprojbixxi ċerti prattiki, fosthom dawk li jqarrqu bil-konsumaturi f'dawk li huma benefiċċji jew riżultati mistennija minn prodott billi jaffermaw li jista' jfejjaq marda jew li huwa disponibbli għal żmien limitat biss.", "Il-kummerċjanti għandhom juru bil-provi li l-prodott għall-bejgħ jista' jfejjaq marda.", "L-operaturi tal-pjattaformi attivi fl-UE li jsiru jafu b'attività illegali fuq is-siti web tagħhom huma obbligati li jintervjenu .", "Biex jinħoloq spazju diġitali aktar sikur għall-utenti u għall-kumpaniji fl-UE kollha, il-Kummissjoni Ewropea qalet li biħsiebha tipproponi Liġi ġdida dwar is-Servizzi Diġitali sa tmiem l-2020.", "Fl-20 ta' Ottubru, il-Parlament adotta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu u enfasizza l-prinċipju ta' \"dak li hu illegali offline huwa wkoll illegali online\".", "Qal ukoll li l-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sikurezza tal-utenti għandhom ikunu l-prinċipji gwida.", "Il-Parlament appella wkoll għal rekwiżiti aktar severi għall-pjattaformi u għas-servizzi ta' intermedjazzjoni online biex jaffrontaw il-kummerċjanti diżonesti jew frawdolenti li jbigħu online prodotti foloz, illegali jew perikolużi.", "F' riżoluzzjoni adottata f'Novembru 2020 , il-Parlament reġa' talab sikurezza aħjar tal-prodotti.", "L-Ewroparlamentari jridu aktar miżuri li jiżguraw li l-prodotti kollha li jinbiegħu fl-UE jkunu sikuri, sew jekk jinbiegħu online jew fil-ħwienet, sew jekk minn produtturi tal-UE jew ta' pajjiżi terzi.", "L-Ewroparlamentari qed jitolbu sorveljanza tas-suq aħjar, aktar kontroll u aktar responsabbiltà għas-swieq diġitali, u dawn se jiġu rikjesti japplikaw l-istess regoli kemm lill-kumpaniji tal-UE kif ukoll lil dawk ta' pajjiżi terzi li jbigħu l-prodotti tagħhom l-UE.", "Aktar informazzjoni", "In-Netwerk ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur", "Il-Kummissjoni Ewropea: Prattiki qarrieqa relatati mal-COVID-19", "COVID-19: il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-konsumatur tal-UE jieħdu azzjoni kontra t-tixrid ta' prodotti foloz online", "• Sorsi ta' informazzjoni dwar il-COVID-19 fid-diversi pajjiżi", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20201016IPR89543/jehtieg-li-l-ue-tistabbilixxi-standards-li-jirregolaw-il-pjattaformi-online", "date": "2020-10-21T09:20:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Stqarrija", "text": ["Metodi ġodda ta' kommunikazzjoni, xiri jew aċċess għal informazzjoni qed jiġu żviluppati u aġġornati ©AdobeStock/Blue Planet Studio", "Il-fornituri tas-servizzi barranin jeħtieġ li jaderixxu mar-regoli tal-UE li ġejjin", "Il-konsumaturi jridu jkunu protetti aħjar mill-prodotti illegali, falsifikati u mhux sikuri", "Kundizzjonijiet aktar stretti għal reklami mmirati u aktar kontroll fuq x'jaraw online l-utenti", "Regoli speċifiċi għall-pjattaformi l-kbar, li huma l-\"gwardjani\" tal-aċċess għas-suq", "Il-PE jappella għal regoli li jibqgħu validi fil-futur għas-servizzi diġitali, inklużi pjattaformi u postijiet tas-suq online, u mekkaniżmu vinkolanti li jindirizza kontenut online illegali.", "Fil-lejl ta' nhar it-Tlieta l-MPE approvaw żewġ rapporti ta' \"inizjattiva leġiżlattiva\" separati u stiednu lill-Kummissjoni tindirizza u tieħu azzjoni dwar in-nuqqasijiet li bħalissa hemm fl-ambjent online fil-pakkett tagħha għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA), li mistenni li jiġi preżentat f'Diċembru.", "Ir-regoli attwali dwar is-servizzi diġitali ma nbidlux wisq minn meta kienet adotata d-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku għoxrin sena ilu.", "B'dan il-pakkett, l-Unjoni Ewropea għandha l-għan li ssawwar l-ekonomija diġitali fil-livell tal-UE kif ukoll tistabbilixxi l-istandards għall-bqija tad-dinja, kif għamlet għall-protezzjoni tad-data.", "Regoli aktar b'saħħithom biex nindirizzaw il-kontenut illegali online", "Il-fornituri għas-servizzi diġitali stabbiliti f'pajjiżi terzi jridu jaderixxu mar-regoli tad-DSA meta s-servizzi tagħhom ikunu mmirati wkoll lejn il-konsumaturi jew l-utenti fl-UE, qalu l-MPE.", "Mekkaniżmu vinkolanti \"ta' avviż u azzjoni\" irid jiġi stabbilit sabiex l-utenti jkunu jistgħu jinnotifikaw lill-intermedjarji online dwar kontenut jew attivitajiet online potenzjalment illegali.", "Dan għandu jgħin lill-intermedjarji online biex jirreaġixxu malajr u jkunu aktar trasparenti rigward l-azzjonijiet li jkunu ħadu dwar kontenut potenzjalment illegali.", "L-utenti għandhom ikunu jistgħu jiksbu rimedju permezz ta' korp nazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim.", "Il-Parlament qed jitlob li ssir distinzjoni stretta bejn kontenut illegali u kontenut dannuż (ir-reġim ta' responsabbiltà legali għandu jikkonċerna \"kontenut illegali\" biss kif definit fil-liġi tal-UE jew fil-liġi nazzjonali).", "Il-pjattaformi m'għandhomx jużaw filtri tal-upload jew kwalunkwe forma oħra ta' kontroll tal-kontenut ex ante għall-kontenut dannuż jew illegali.", "Id-deċiżjoni finali dwar jekk il-kontenut ikunx illegali jew le għandu jittieħed minflok minn ġudikatura indipendenti u mhux minn intrapriżi privati, qalu l-MPE.", "Kontenut dannuż, diskors ta' mibegħda u diżinformazzjoni għandhom jiġu indirizzati permezz ta' obbligi ta' trasparenza mtejba u billi ċ-ċittadini jiġu megħjuna jiksbu litteriżmu diġitali u medjatiku fir-rigward tat-tixrid ta' tali kontenut.", "Internet aktar sikur għall-konsumaturi", "Il-Parlament qal li l-prinċipju ta' \"dak li hu illegali offline huwa wkoll illegali online\", kif ukoll ta' protezzjoni tal-konsumatur u sikurezza tal-utent, għandhom isiru l-\"prinċipji gwida\" tal-futur għad-DSA.", "Il-pjattaformi u s-servizzi ta' intermedjazzjoni online se jkollhom bżonn jaħdmu aħjar biex jidentifikaw u jneħħu dikjarazzjonijiet foloz u jindirizzaw b'mod attiv in-negozjanti qarrieqa, pereżempju, dawk li jbigħu apparat mediku falz jew prodotti perikolużi online, kif ġara matul it-tifqigħa tal-COVID-19.", "Il-MPE appellaw ukoll biex jiġi introdott il-prinċipju ġdid ta' \"Kun Af lill-Klijenti tan-Negozju Tiegħek\", li jirrikjedi li l-pjattaformi jivverifikaw u jwaqqfu kumpaniji frodulenti milli jużaw is-servizzi tagħhom biex ibigħu l-prodotti u l-kontenut illegali u mhux sikur tagħhom.", "Il-MPE qalu wkoll li jridu jitressqu regoli speċifiċi biex jipprevjenu (u mhux biss jirrimedjaw) in-nuqqasijiet tas-suq li jiġu kkawżati mill-pjattaformi l-kbar, biex jinfetħu s-swieq għal parteċipanti ġodda, inklużi l-SMEs u l-istart-ups.", "Għal aktar informazzjoni dwar it-talbiet tal-Kumitat għas-Suq Intern, appoġġati mill-plenarja b'571 vot favur, 26 kontra u 94 astensjoni, ara hawn u hawn .", "U tenti inqas dipendenti fuq l-algoritmi", "Il-MPE jixtiequ jagħtu aktar kontroll lill-utenti fuq dak li jaraw online, fosthom billi jkunu jistgħu jagħżlu li jeskludu totalment il-ġestjoni tal-kontenut u li jsiru inqas dipendenti fuq l-algoritmi.", "Ir-reklamar immirat irid jiġi regolat b'mod aktar strett biex jitħalla lok għal forom inqas intrużivi u kontestwalizzati ta' reklamar li jirrikjedu inqas data u ma jiddependux fuq l-interazzjoni preċedenti tal-utent mal-kontenut.", "Il-MPE jistiednu wkoll lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilitajiet ta' regolamentazzjoni tar-reklamar immirat, inkluża t-tneħħija gradwali li twassal għal projbizzjoni;", "Id-DSA li ġej għandu wkoll jipprevedi d-dritt li jiġu użati s-servizzi diġitali b'mod anonimu kull meta dan ikun possibbli.", "Fl-aħħar nett, biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli l-ġodda, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-alternattivi biex tiġi stabbilita entità Ewropea biex tissorvelja u timponi multi.", "Għal aktar dettalji dwar it-talbiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali approvati b'637 vot favur, 26 kontra u 28 astensjoni, ara hawn u hawn .", "Id-drittijiet fundamentali online", "It-tielet riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva mill- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili , approvata b'566 vot favur, 45 kontra u 80 astensjoni, tiffoka fuq kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali.", "Hija tappella biex it-tneħħija tal-kontenut tkun \"diliġenti, proporzjonata u mhux diskriminatorja\" biex tissalvagwardja l-libertà ta' espressjoni u informazzjoni, kif ukoll il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data.", "Il-MPE enfasizzaw ukoll li l-immirar fuq livell mikro (micro-targeting) ibbażat fuq il-vulnerabbiltajiet huwa problematiku, bħal ma hija problematika l-firxa tad-diskors ta' mibegħda u d-diżinformazzjoni, u qed jitolbu li jkun hemm trasparenza fil-politiki ta' monetizzazzjoni tal-pjattaformi online.", "Rapporteur għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: Alex Agius Saliba (S&D, MT)", "Rapporteur għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali: Tiemo Wölken (S&D, DE)", "Rapporteur għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili: Kris Peeters (PPE, BE)", "Kuntatti:", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 32198 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 76758 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 498 98 33 36", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 42626 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 73774 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 88 10 60", "Informazzjoni ta' kuntatt:", "Numru tat-telefown: (+32) 2 28 32357 (BXL)", "Numru tat-telefown: (+33) 3 881 74651 (STR)", "Numru tal-mobile: (+32) 470 96 47 35", "Għal aktar informazzjoni", "It-testi adottati jkunu disponibbli hawnhekk (klikkja fuq 20.10.2020)", "Pakkett multimidja u vidjo tad-dibattitu fil-plenarja (19.10.2020)", "Tappi fil-proċedura (2020/2019(INL))", "Tappi fil-proċedura (2020/2022(INI))", "Tappi fil-proċedura (2020/2018(INL))", "Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur", "Kumitat għall-Affarijiet Legali", "Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern", "Studji dwar l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (Servizz ta' Riċerka tal-PE)", "Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa: L-Att dwar is-Servizzi Diġitali (is-sit web tal-Kummissjoni)", "Id-dritt tal-Parlament għall-inizjattiva leġiżlattiva", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]} {"url": "https://www.europarl.europa.eu/news/mt/headlines/society/20200520STO79501/coronavirus-pariri-prattici-ghal-safar-bla-periklu", "date": "2020-10-06T15:52:00", "category": "European Union, European Parliament, press release, Soċjetà, Sigurtà, Soċjetà, Soċjetà", "text": ["Wara lockdown li dam ix-xhur, x'aktarx daqt jerġgħu jibdew il-vjaġġi u t-turiżmu.", "X'tirrakkomanda l-UE biex il-vjaġġi jsiru b'mod sikur?", "Hekk kif il-pajjiżi tal-UE qed ineħħu ftit ftit il-miżuri ta' konfinament, l-Ewropej x'aktarx se jkunu jistgħu jivvjaġġaw dan is-sajf, jekk is-sitwazzjoni tas-saħħa u r-restrizzjonijiet nazzjonali jippermettu.", "Filwaqt li n-nies se jkollhom jieħdu prekawzjonijiet u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali relatati mas-saħħa u s-sikurezza, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet linji gwida u rakkomandazzjonijiet biex tgħin lill-Istati Membri tal-UE jikkoordinaw it-tneħħija bla periklu tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.", "Skopri l-aħħar aġġornamenti dwar il-kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar u l-miżuri ta' sikurezza fl-UE fuq is-sit web re-open.eu.", "10 rakkomandazzjonijiet għal safar bla periklu waqt il-kriżi tal-coronavirus", "Irriżerva l-biljetti u agħmel online check-in biex tevita l-kju meta jkun possibbli.", "Irrispetta d-distanzi bejnek u ħaddieħor meta tibgħat il-bagalji, waqt il-kontrolli tas-sigurtà, l-imbark u meta tiġbor il-bagalji.", "Abbord jista' jkun permess numru inqas ta' passiġġieri u tista' tintalab tpoġġi 'l bogħod mill-passiġġieri li ma jgħixux fl-istess dar miegħek.", "Meta d-distanzi bejnek u ħaddieħor ikunu diffiċli li jinżammu, tista' tintalab tilbes maskra.", "Abbord jaf ma jkunux aktar disponibbli l-ikel, ix-xorb u oġġetti oħra.", "Il-kumpaniji tat-trasport jistgħu jinstallaw barrieri protettivi, pereżempju bejn il-passiġġieri u x-xufier.", "Tista' tintalab tirkeb mill-bieb ta' wara.", "Ikun tajjeb li x-xufiera, kull darba li jieqfu, jiftħu awtomatikament il-bibien biex il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn imissu l-buttuni jew il-manki.", "L-istazzjonijiet, il-portijiet u l-ajruporti għandhom jiggarantixxu tindif u diżinfezzjoni regolari u jipprovdu prodotti sanitizzanti/diżinfettanti anki abbord.", "Għandu jkun hemm ventilazzjoni adegwata fil-mezzi kollha tat-trasport.", "Il-passiġġieri jistgħu jagħżlu bejn rimborż jew rotta alternattiva għall-biljetti kkanċellati.", "Jekk il-kumpanija tat-trasport toffri vawċer, xorta għandek id-dritt titlob rimborż.", "Il-Parlament ilu jinsisti minn Marzu fuq azzjoni tal-UE b'saħħitha u koordinata biex tingħeleb il-kriżi fis-settur tat-turiżmu .", "Fid-19 ta' Ġunju, il-Parlament ivvota dwar riżoluzzjoni dwar it-trasport u t-turiżmu fl-2020 li fiha talab aktar miżuri biex jiġu appoġġati l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u linja baġitarja apposta.", "Il-Membri tal-PE jqisu l-kriżi bħala opportunità biex it-turiżmu fl-UE jsir aktar sostenibbli.", "Skopri aktar dwar x'qed tagħmel l-UE fil-ġlieda kontra l-coronavirus", "Nirriskja jekk noqgħod f'lukanda?", "Ikun tajjeb li l-mistednin tal-lukandi u ta' tipi oħra ta' akkomodazzjoni jirrispettaw it-tbegħid fiżiku meta jinsabu fl-ispazji komuni, kif ukoll il-miżuri ta' prevenzjoni u ta' kontroll tal-infezzjoni pereżempju li dak li jkun jisgħol jew jagħtas f'maktur tal-karti jew fil-vojt tal-minkeb, jirrispetta l-iġjene tal-idejn u jilbes maskra.", "L-istabbilimenti turistiċi għandhom jagħtu lill-mistednin informazzjoni u istruzzjonijiet ċari qabel ma jaslu u jkollhom pjan ta' azzjoni f'każ ta' infezzjoni fl-istabbiliment.", "Għandhom ukoll jiżguraw tindif u diżinfezzjoni regolari tal-uċuħ li jintmissu ta' spiss u li jkollhom sistemi ta' ventilazzjoni tajbin.", "Il-persunal tal-lukandi għandu jiġi mħarreġ fil-prevenzjoni u fil-kontroll bażiċi tal-infezzjoni.", "Agħti ħarsa lejn il-kronoloġija tal-azzjoni tal-UE kontra l-Covid-19", "Stqarrija għall-istampa: il-Kumitat TRAN jilqa' l-pakkett tal-Kummissjoni biex tingħeleb il-kriżi tal-COVID-19 (13 ta' Mejju 2020)", "Briefing: il-Covid-19 u s-settur tat-turiżmu", "Vidjokonferenza tal-ministri għat-turiżmu (20 ta' Mejju 2020)", "Kummissjoni Ewropea: il-pakkett dwar it-turiżmu u t-trasport", "Kummissjoni Ewropea: gwida prattika għall-vjaġġaturi u għall-operaturi", "Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard", "Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor:", "Irreġistra biex tirċievi l-aġġornamenti b'mail", "Verżjoni PDF"]}