{"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/05/council-extends-eu-sanctions-over-misappropriation-ukrainian-state-funds/", "text": ["Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi tal-UE iffokati fuq l-iffriżar u l-irkupru ta' fondi tal-istat tal-Ukrajna li ġew misapproprjati.", "Il-miżuri jikkonsistu f'iffriżar tal-assi għal persuni soġġetti għal investigazzjonijiet inizjali dwar approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-istat tal-Ukrajna, inkluż l-eks President Viktor Yanukovych.", "Il-Kunsill aġġusta s-sanzjonijiet sabiex jittieħed kont tal-progress f'dawn il-proċedimenti ġudizzjarji.", "L-atti legali huma disponibbli fil-Ġurnal Uffiċjali tas-6 ta' Marzu 2015.", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ukrajna,29 ta' Jannar 2015", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet UE-Ukrajna (SEAE)", "Skeda informattiva tal-UE - miżuri restrittivi, 29 ta' April 2014", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "5 ta' Marzu 2015", "title": "Il-Kunsill jestendi s-sanzjonijiet tal-UE fuq misapproprjazzjoni ta' fondi tal-istat tal-Ukrajna"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/06/syria-eu-strengthens-sanctions-against-regime-and-supporters/", "text": ["Billi s-sitwazzjoni fis-Sirja qed tkompli teħżien, il-Kunsill saħħaħ il-miżuri restrittivi tal-UE kontra s-sostenituri tar-reġim Sirjan.", "7 persuni u 6 entitajiet li jipprovdu appoġġ lir-reġim Sirjan kif ukoll jibbenefikaw minnu ntlaqtu minn projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi fl-UE.", "Dan iġib l-għadd ta' persuni u entitajiet milquta minn sanzjonijiet tal-UE minħabba r-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja għal 218-il persuna u 69 entità.", "F'Diċembru 2014, il-Kunsill tenna li l-UE ser tkompli timponi u tinforza sanzjonijiet kontra r-reġim u min jappoġġah sakemm tibqa' għaddejja r-repressjoni.", "Għall-UE, soluzzjoni dejjiema għall-konflitt tista' tintlaħaq biss permezz ta' proċess politiku mmexxi mis-Sirjani li jwassal għal tranżizzjoni.", "L-UE tkompli tinkoraġġixxi l-isforzi kollha għal dan l-għan.", "L-atti legali, inklużi d-dettalji kollha ta' dawk milquta mir-restrizzjonijiet, huma disponibbli fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE tas-7 ta' Marzu 2015.", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja,15 ta' Diċembru 2014", "Skeda informattiva dwar l-Unjoni Ewropea u s-Sirja", "Skeda informattiva tal-UE - miżuri restrittivi, 29 ta' April 2014", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "6 ta' Marzu 2015", "title": "Is-Sirja: l-UE ssaħħaħ is-sanzjonijiet kontra r-reġim u min jappoġġah"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/06/weekly-schedule/", "text": ["It-Tnejn 9 ta' Marzu", "12.30 ikla ta' ħidma mal-Viċi President Joe Biden (opportunità għal ritratti)", "15.00 laqgħa mal-President Barack Obama (dikjarazzjoni konġunta)", "It-Tlieta 10 ta' Marzu", "09.00 żjara fil-Holocaust Museum (opportunità għal ritratti)", "15.00 laqgħa mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE"], "date": "6 ta' Marzu 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/12/european-council-statement-fight-against-terrorism/", "text": ["L-Ewropej irreaġixxew b'diqa kbira u għaqda qawwija għall-attakki terroristiċi reċenti f'Pariġi.", "Dawn l-attakki kienu mmirati lejn il-valuri fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem li qegħdin fil-qalba tal-Unjoni Ewropea - is-solidarjetà, il-libertà, inkluż il-libertà tal-espressjoni, il-pluraliżmu, id-demokrazija, it-tolleranza u d-dinjità tal-bniedem.", "Iċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li jgħixu mingħajr biża', huma x'inhuma l-fehmiet jew il-konvinzjonijiet tagħhom.", "Aħna ser nissalvagwardjaw il-valuri komuni tagħna u nħarsu lil kulħadd mill-vjolenza msejsa fuq motivazzjonijiet etniċi jew reliġjużi u fuq ir-razziżmu.", "Dan ifisser ukoll ġlieda kontra l-għedewwa tal-valuri tagħna.", "Aħna ser inkomplu nsaħħu l-azzjoni kontra t-theddid terroristiku, f'konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.", "Illum qbilna dwar dan li ġej biex jiggwida l-ħidma matul ix-xhur li ġejjin:", "1.", "L-iżgurar tas-sigurtà taċ-ċittadini", "Is-sigurtà taċ-ċittadini hija bżonn immedjat.", "Aħna għandna nimplimentaw aħjar u niżviluppaw aktar l-għodod li għandna, b'mod partikolari biex nindividwaw u nħarbtu vjaġġar marbut mat-terroriżmu, b'mod partikolari ta' ġellieda terroristi barranin.", "Aħna nitolbu li:", "il-leġislaturi tal-UE jadottaw b'mod urġenti direttiva b'saħħitha u effettiva dwar sistema Ewropea tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri b'salvagwardji b'saħħithom tal-protezzjoni tad-data;", "isir użu sħiħ mill-qafas ta' Schengen eżistenti biex jissaħħaħ u jiġi mmodernizzat il-kontroll tal-fruntieri esterni: naqblu li nkomplu naħdmu mingħajr dewmien għal kontrolli sistematiċi u kkoordinati fuq individwi li jgawdu mid-dritt ta' moviment ħieles bi tqabbil mal-bażijiet ta' data rilevanti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu abbażi ta' indikaturi komuni tar-riskju; il-Kummissjoni għandha toħroġ malajr linji gwida operazzjonali dwar dan; ser nikkunsidraw ukoll emenda għal dan il-għan fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen fejn meħtieġ biex jiġu previsti kontrolli permanenti, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni;", "l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji jżidu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali, inkluż permezz tal-Europol u l-Eurojust;", "l-awtoritajiet kompetenti kollha jżidu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar, inkluż b'adattament rapidu tal-leġislazzjoni rilevanti;", "is-servizzi tas-sigurtà tal-Istati Membri japprofondixxu l-kooperazzjoni tagħhom;", "l-Istati Membri jimplimentaw malajr regoli msaħħa li jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u li l-awtoritajiet kompetenti kollha jżidu l-azzjoni biex jittraċċaw flussi finanzjarji u biex jiffriżaw b'mod effettiv assi użati għall-finanzjament tat-terroriżmu;", "il-ħidma għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni tavvanza malajr, minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà.", "2.", "Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u s-salvagwardja tal-valuri", "Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni hija element ewlieni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Jeħtieġ li jinġabru flimkien l-istrumenti f'approċċ komprensiv biex jiġi indirizzat dan il-fenomenu.", "Aħna nappellaw:", "li jittieħdu miżuri adegwati, f'konformità mal-kostituzzjonijiet nazzjonali, biex jinstab u jitneħħa kontenut fuq l-internet li jippromwovi t-terroriżmu jew l-estremiżmu, inkluż permezz ta' kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet pubbliċi u s-settur privat fil-livell tal-UE, b'ħidma wkoll mal-Europol biex jiġu stabbiliti kapaċitajiet ta' indikazzjoni ta' kontenut simili fuq l-internet;", "għal strateġiji ta' komunikazzjoni biex jiġu promossi t-tolleranza, in-nondiskriminazzjoni, il-libertajiet fundamentali u s-solidarjetà madwar l-UE, inkluż billi jissaħħaħ id-djalogu bejn twemmin differenti u djalogu ma' komunitajiet oħra, u permezz ta' narrattivi kontra ideoloġiji terroristiċi, inkluż l-għoti ta' leħen lill-vittmi;", "għal inizjattivi li jirrigwardaw l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, l-opportunitajiet ta' xogħol, l-integrazzjoni soċjali u r-riabilitazzjoni fil-kuntest ġudizzjarju biex jiġu indirizzati fatturi li jikkontribwixxu għar-radikalizzazzjoni, inkluż f'ħabsijiet.", "3.", "Il-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali tagħna", "Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra t-theddida terroristika, li qed teskala f'ċerti partijiet tal-viċinat tal-UE, b'mod partikolari fis-Sirja u l-Libja.", "Aħna neħtieġu:", "nindirizzaw il-kriżijiet u l-kunflitti, partikolarment fil-Viċinat tan-Nofsinhar tagħna, billi b'mod strateġiku nirrevedu l-approċċ tagħna;", "ninvolvu ruħna aktar ma' pajjiżi terzi fir-rigward ta' kwistjonijiet tas-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, partikolarment fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq u fis-Saħel, iżda wkoll fil-Balkani tal-Punent, inkluż permezz ta' proġetti ġodda ta' bini tal-kapaċitajiet (eż. kontrolli fuq il-fruntieri) ma' sħab u assistenza tal-UE mmirata aħjar;", "involviment internazzjonali sostnut u koordinat man-NU u l-Forum Globali Kontra t-Terroriżmu kif ukoll fl-inizjattivi reġjonali rilevanti;", "djalogu fost il-kulturi u ċ-ċiviltajiet biex flimkien nippromwovu l-libertajiet fundamentali.", "Matul dawn l-aħħar ġimgħat il-Kunsill intensifika l-ħidma tiegħu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "L-Unjoni Ewropea ser tmexxi din il-ħidma 'l quddiem minnufih, filwaqt li tinvolvi b'mod sħiħ lir-Rappreżentant Għoli, lill-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u lill-Istati Membri.", "F'April, il-Kummissjoni ser tippreżenta proposta għal Aġenda Ewropea komprensiva dwar is-Sigurtà.", "Il-Kunsill ser jirrapporta dwar l-implimentazzjoni dettaljata ta' dawn l-orjentazzjonijiet sal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "12 ta' Frar 2015", "title": "Laqgħa informali tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern Brussell, 12 ta' Frar 2015 - Dikjarazzjoni mill-membri tal-Kunsill Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/12/150212-remarks-tusk-after-informal-euco/", "text": ["Il-lejla t-tajba.", "Għandna kif temmejna diversi sigħat ta' diskussjoni, iffokati fuq tliet sfidi kbar li qed tiffaċċja l-Ewropa.", "L-ewwel nett, l-Ukraina.", "Il-President Poroshenko aġġornana dwar is-sitwazzjoni terribbli f'pajjiżu b'riżultat tal-aggressjoni mir-Russja.", "Tana valutazzjoni inkwetanti tal-ftehim milħuq dalgħodu f'Minsk.", "Irringrazzjajna lill-Kanċilliera Merkel u l-President Hollande għall-isforzi indispensabbli tagħhom għall-paċi fl-Ukraina.", "Huma ppreżentaw ir-riżultati tat-taħditiet f'Minsk.", "L-appoġġ tagħna huwa kawt.", "Kliem imniżżel fuq karta jrid jissarraf f'azzjonijiet ta' veru.", "Il-waqfien mill-ġlied irid jiġi rispettat.", "Irridu naraw li t-tensjoni tonqos tabilħaqq.", "Dan ma jikkonċernax biss l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina.", "Huwa l-ordni ġeopolitiku kollu fl-Ewropa wara l-1989 li jinsab f'periklu.", "Se nkunu lesti għal kwalunkwe żvilupp, tajjeb jew ħażin.", "Id-dibattitu tagħna ffoka fuq kif se nappoġġaw l-implimentazzjoni tal-ftehim.", "Jekk dan ma jseħħx, mhux se żżommu lura milli nieħdu l-passi meħtieġa.", "Ninsabu magħqudin.", "Se nibqgħu nirsistu.", "Minbarra theddid għall-paċi estern, l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja għedewwa fi ħdanha.", "Ħames ġimgħat ilu biss, terroristi qatlu 17-il persuna fi Franza.", "Se nikkooperaw flimkien biex niffaċċjaw din it-theddida, mhux b'emozzjoni jew reazzjoni żejda, iżda b'kalma u determinazzjoni.", "Qbilna dwar prijoritajiet ġodda fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Li hu meħtieġ l-aktar huwa ftehim dwar l-iskambju tar-reġistri tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea.", "Dan għandna bżonnu malajr.", "Dwar il-Greċja, il-President tal-Grupp tal-Euro aġġornana dwar id-diskussjoni intensiva tal-bieraħ bejn il-Ministri tal-Finanzi.", "Il-Kunsill Ewropew ma daħalx f'negozjati dwar din il-kwistjoni.", "Illum, il-Prim Ministru Tsipras u l-President tal-Grupp tal-Euro talbu lill-istituzzjonijiet biex jaħdmu fuq valutazzjoni teknika.", "Din għandha tistabbilixxi bażi komuni qabel ma jiltaqa' l-Grupp tal-Euro nhar it-Tnejn li ġej.", "Tkellimna wkoll dwar it-titjib tal-politika ekonomika fiż-żona tal-euro.", "Wara d-deċiżjoni reċenti mill-BĊE, huwa essenzjali li l-ekonomiji nazzjonali jinġiebu għal kollox kompatibbli mal-unjoni monetarja.", "Biex iseħħ dan, ir-riformi strutturali jeħtieġu sjieda politika qawwija fil-livell nazzjonali.", "Aħna se nkomplu nħabirku għal Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina.", "Dan kien summit \"informali\".", "Madankollu, għamilna progress tajjeb.", "F'Marzu, ħames ġimgħat oħra, se nerġgħu niltaqgħu.", "Sadanittant se nkomplu nsegwu l-iżviluppi mill-qrib.", "Nirringrazzjakom.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "12 ta' Frar 2015", "title": "Dikjarazzjoni għall-istampa mill-President Donald Tusk wara l-laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/13/benchmarks-for-financial-instruments-council-agrees-stance-tighter-controls/", "text": ["Fit-13 ta' Frar 2015 il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti qabel, f'isem il-Kunsill, il-pożizzjoni għan-negozjati dwar regoli ġodda bl-għan li tkun żgurata aktar il-preċiżjoni u l-integrità tal-parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji.", "Huwa talab lill-presidenza Latvjana biex malajr kemm jista' jkun tiftaħ negozjati mal-Parlament Ewropew sabiex ir-regolament ikun jista' jiġi adottat fl-ewwel qari.", "Każijiet reċenti ta' manipulazzjoni ta' parametri referenzjarji tal-imgħax bħal Libor u Euribor enfasizzaw l-importanza tal-parametri referenzjarji u d-dgħufijiet tagħhom.", "Il-prezzijiet ta' bosta strumenti u kuntratti finanzjarji jiddependu mill-preċiżjoni tal-parametri referenzjarji.", "Dubji dwar l-integrità tal-indiċi użati bħala parametri referenzjarji jistgħu jimminaw il-fiduċja fis-suq, jikkawżaw telf għall-konsumaturi u l-investituri u joħolqu distorsjoni tal-ekonomija reali.", "Il-parametri referenzjarji huma suxxettibbli għall-manipulazzjoni fejn jeżistu konflitti ta' interess u diskrezzjoni fil-proċess tal-parametri referenzjarji u fejn ma ssirx superviżjoni tajba fuqhom.", "Għalhekk, l-abbozz tar-regolament miftiehem mill-Kunsill għandu l-għanijiet li ġejjin:", "Titjib tal-governanza u l-kontrolli fuq il-proċess tal-parametri referenzjarji, b'mod partikolari biex ikun żgurat li l-amministraturi jevitaw konflitti ta' interess, jew tal-inqas jimmaniġġjawhom tajjeb;", "Titjib tal-kwalità tad-data mdaħħla u l-metodoloġiji użati mill-amministraturi tal-parametri referenzjarji;", "Ikun żgurat li l-kontributuri għall-parametri referenzjarji u d-data li jipprovdu jkunu soġġetti għal kontrolli xierqa, b'mod partikolari biex ikunu evitati konflitti ta' interess;", "Protezzjoni tal-konsumaturi u l-investituri permezz ta' aktar trasparenza, drittijiet ta' rimedju adegwati u valutazzjoni tal-idoneità fejn ikun meħtieġ.", "L-abbozz tar-regolament jintroduċi kodiċi ta' kondotta li jorbot legalment għall-kontributuri (tad-data) li jirrikjedi l-użu ta' metodoloġiji robusti u data suffiċjenti u affidabbli.", "B'mod partikolari, jirrikjedi l-użu fejn ikun possibbli tad-data mdaħħla proprja tat-tranżazzjonijiet.", "Iżda jekk id-data tat-tranżazzjonijiet ma tkunx suffiċjenti tista' tintuża data oħra.", "L-ambitu tar-regolament huwa wiesa', għalkemm parametri referenzjarji meqjusa bħala kritiċi ser ikunu soġġetti għal regoli aktar stretti, inkluża s-setgħa għall-awtorità kompetenti rilevanti li tobbliga kontributi tad-data mdaħħla.", "Ir-regolament mhux ser japplika għall-forniment ta' parametri referenzjarji minn banek ċentrali u għal skopijiet ta' ordni pubbliku.", "L-amministraturi ta' parametri referenzjarji ser ikollhom japplikaw għal awtorizzazzjoni u jkunu soġġetti għal superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn ikunu jinsabu.", "Jekk amministratur ma josservax id-dispożizzjonijiet tar-regolament, l-awtorità kompetenti tista' tirtira jew tissospendi l-awtorizzazzjoni tagħha.", "L-amministraturi ser ikunu obbligati li jkollhom fis-seħħ arranġamenti xierqa ta' governanza u kontrolli biex jiġu evitati konflitti ta' interess.", "L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ser tikkoordina s-superviżjoni tal-amministraturi ta' parametri referenzjarji mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.", "Għall-parametri referenzjarji ta' importanza kritika, ser jitwaqqaf u jieħu d-deċiżjonijiet importanti kulleġġ ta' superviżuri nazzjonali li jinkludi l-ESMA.", "It-test tal-mandat ta' negozjar dwar Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji"], "date": "13 ta' Frar 2015", "title": "Parametri referenzjarji għal strumenti finanzjarji: il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni fuq kontrolli aktar stretti"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/13/revised-mff-2014-2020/", "text": ["Fit-13 ta' Frar 2015, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill qabel dwar reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-UE għall-2014-2020.", "L-għan tar-reviżjoni hu li l-UE titħalla tittrasferixxi € 21.1 biljun ta' impenji mhux użati għal ċerti fondi mill-2014 għas-snin sussegwenti.", "B'hekk ikunu jistgħu jinżammu impenji meħtieġa biex jingħata appoġġ lil għadd ta' programmi tal-UE li ma setgħux jiġu adottati fl-2014.", "Il-ftehim jippermetti wkoll li jiġu adottati u implimentati l-programmi pendenti.", "Dawn il-programmi ser iħeġġu investimenti biex jiġi stimulat it-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi.", "Il-ftehim ma jagħmel l-ebda bidla fil-limiti tan-nefqa totali u ma jinvolvix aktar flejjes.", "\"Dan il-ftehim ser jippermetti li l-istati membri jużaw il-fondi għall-investiment maqbula bħala parti mir-regolament dwar il-QFP\", qal Edgars Rinkēvičs, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Latvja u President tal-Kunsill.", "Niżguraw l-implimentazzjoni tal-programm", "Ir-regolament dwar il-QFP jistabbilixxi l-ammonti massimi - il-limiti massimi - li l-UE tista' tonfoq fuq oqsma ta' politika - intestaturi - fuq il-perjodu 2014-2020.", "Ir-reviżjoni tar-regolament dwar il-QFP jippermetti t-trasferiment ta' €16.5 biljun għall-2015, €4.5 biljun għall-2016 u l-ammont li jibqa' ta' €0.1 biljun għall-2017.", "Dawn l-impenji baqgħu ma ntużawx fl-2014 minħabba l-adozzjoni tardiva ta' 300 mis-645 programm tal-UE.", "L-impenji huma wegħdiet legali li jintefqu l-flus fuq attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tista' tinfirex fuq diversi snin finanzjarji.", "Il-programmi kkonċernati huma appoġġati mill-fondi strutturali, il-fond ta' koeżjoni, il-fond agrikolu Ewropew għall-iżvilupp rurali, il-fond Ewropew għall-affarijiet marittimi u s-sajd, il-fond għall-asil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni u l-fond għas-sigurtà interna.", "Spostament tal-impenji mill-2014", "It-trasferiment ta' impenji mhux użati jikkonċerna l-ammonti u l-istati membri li ġejjin (f'miljuni ta' €):", "Impenji fl-2014", "Impenji trasferiti għas-snin sussegwenti", "Awstrija", "Belġju", "Bulgarija", "Ċipru", "Repubblika Ċeka", "Ġermanja", "Spanja", "Greċja", "Kroazja", "Litwanja", "Pajjiżi l-Baxxi", "Polonja", "Rumanija", "Svezja", "Slovenja", "Renju Unit", "multinazzjonali", "Skadenza l-1 ta' Mejju 2015", "Ir-regolament dwar il-QFP adottat fit-2 ta' Diċembru 2013 jipprevedi reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE fil-każ ta' adozzjoni tardiva ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża.", "Ir-regolament dwar il-QFP jistabbilixxi wkoll skadenza fl-1 ta' Mejju 2015 għall-adozzjoni tar-reviżjoni.", "Il-passi li jmiss", "Ir-reviżjoni tar-regolament dwar il-QFP tirrikjedi l-unanimità fil-Kunsill.", "Il-ftehim politiku milħuq mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti mistenni jiġi kkonfermat mill-Kunsill Ecofin fis-17 ta' Frar.", "Ir-regolament dwar il-QFP rivedut ser jiġi adottat mill-Kunsill ladarba jkun kiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.", "Ir-reviżjoni tal-QFP ser tkun akkumpanjata mill-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju nru 2 li jsarraf ir-reviżjoni tal-QFP f'termini baġitarji billi jżid l-impenji fil-baġit tal-2015 b'€ 16.5 biljun.", "Bl-istabbiliment ta' limiti massimi ta' nefqa r-regolament dwar il-QFP", "isarraf il-prijoritajiet politiċi f'ċifri għaċ-ċiklu tal-baġit 2014-2020", "jiżgura dixxiplina baġitarja għall-UE", "jiffaċilita l-adozzjoni tal-baġit annwali tal-UE permezz ta' qafas pluriennali", "Proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE (QFP) għall-2014-2020", "Ir-Regolament dwar il-QFP adottat fit-2 ta' Diċembru 2013", "Qafas finanzjarju multiannwali għall-2014-2020"], "date": "13 ta' Frar 2015", "title": "Il-Kunsill jaqbel dwar QFP rivedut għall-2014-2020"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/13/22-weekly-schedule-president-tusk/", "text": ["It-Tlieta 17 ta' Frar", "10:30 Laqgħa mal-Kap tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà Klaus Regling", "13:00 Ikla ta' nofsinhar mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker", "Il-Ħamis 19 ta' Frar", "15:00 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Albanija Edi Rama (opportunità għal ritratti - stqarrijiet għall-istampa ±15:30)"], "date": "13 ta' Frar 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/17/eu-police-mission-palestinian-territories-get-new-head-mission/", "text": ["Is-Sur Rodolphe Mauget inħatar bħala kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-UE għat-territorji Palestinjani (EUPOL COPPS).", "Ċittadin Franċiż, huwa kien l-aġent kap tal-missjoni sa minn Ġunju 2014.", "Il-missjoni timmira li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' arranġamenti tal-pulizija sostenibbli u effettivi u tagħti pariri lill-kontropartijiet Palestinjani dwar il-ġustizzja kriminali u l-istat tad-dritt.", "Hija taħdem biex tappoġġa r-riforma u l-iżvilupp tal-pulizija ċivili Palestinjana, issaħħaħ is-sistema tal-ġustizzja kriminali u ttejjeb l-interazzjoni bejn il-prosekuzzjoni u l-pulizija.", "Mill-2006, kienet parti importanti mill-appoġġ ġenerali tal-UE għall-bini ta' stat Palestinjan.", "Il-kwartieri ġenerali tal-missjoni huma f'Ramallah.", "Hija tinkludi konsulenti tal-pulizija u esperti legali mill-istati membri tal-UE, il-Kanada, in-Norveġja u t-Turkija.", "Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tal-Kunsill.", "Is-CV tal-Kap il-ġdid tal-missjoni għall-EUPOL Copps", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "17 ta' Frar 2015", "title": "Il-missjoni tal-pulizija tal-UE għat-territorji Palestinjani għandha Kap tal-Missjoni ġdid"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/20/weekly-schedule-president-tusk/", "text": ["Il-Ħadd 22 ta' Frar", "Parteċipazzjoni fil-mixja paċifika fl-okkażjoni tal-anniversarju tar-Rivoluzzjoni tad-Dinjità", "It-Tlieta 24 ta' Frar", "13:00 Ikla ta' nofsinhar mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker", "L-Erbgħa 25 ta' Frar", "14:30 Laqgħa mar-Re u r-Reġina tal-Belġjani (opportunità għal ritratti)", "17:00 Rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern li saret fi Frar", "Il-Ħamis 26 ta' Frar", "13:00 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Ġeorġja Irakli Garibashvili (opportunità għal ritratti - dikjarazzjonijiet għall-istampa ±13:30)", "14:30 Laqgħa mal-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Moldova Chiril Gaburici (opportunità għal ritratti - dikjarazzjonijiet għall-istampa ±15:00))", "16:00 Laqgħa mal-President tal-Bulgarija Rosen Plevneliev (opportunità għal ritratti)"], "date": "20 ta' Frar 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/20/statement-tusk-ukraine/", "text": ["Minn nhar il-Ħadd li għadda l-Unjoni Ewropea qed tuża l-isforzi kollha biex il-Ftehim ta' Minsk II jirnexxi, minkejja l-attakki ħorox li komplew fuq Debaltseve u reġjuni oħra mis-separatisti li għandhom appoġġ militari mir-Russja.", "Illum, irridu niffaċċjaw ir-realtà li kważi ġimgħa wara kien hemm aktar minn 300 ksur tal-waqfien mill-ġlied.", "Għadhom qed imutu n-nies.", "Huwa ċar li wasalna f'punt fejn aktar sforzi diplomatiċi ma jiswew għal xejn mingħajr sostenn kredibbli ta' azzjoni ulterjuri.", "Għaldaqstant, issa qed nikkonsulta l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea dwar il-passi li jmiss.", "Dawn ser ikollhom l-għan li jkomplu jkabbru l-ispiża tal-aggressjoni fuq il-Lvant tal-Ukraina, u wkoll jikkontribwixxu għat-tnaqqis fit-tensjoni, bħall-proposta tal-President Ukrain dwar kif l-UE tista' tgħin biex ittejjeb il-monitoraġġ tal-waqfien mill-ġlied.", "Fl-aħħar mill-aħħar huwa biss il-kliem sostnut bil-fatti li jagħti tama vera għal soluzzjoni politika ta' dan il-konflitt.", "Nhar il-Ħadd ser immur Kiev biex nesprimi s-solidarjetà tiegħi mal-poplu tal-Ukraina f'dawn iż-żminijiet diffiċli."], "date": "20 ta' Frar 2015", "title": "Dikjarazzjoni mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/25/speech-president-tusk-european-parliament/", "text": ["President Schulz, għeżież membri,", "Huwa ta' pjaċir għalija li nkun magħkom għal darb'oħra wara l-laqgħa ta' dan ix-xahar tal-Kunsill Ewropew.", "L-għan ewlieni tas-summits informali hu li niddiskutu u nikkonsultaw, mhux li ninnegozjaw.", "Il-laqgħa tagħna kienet qasira u r-riżultat pjuttost konċiż.", "Seħħet fl-isfond ta' ġrajjiet li qed jinbidlu malajr.", "Mill-erba' sfidi kbar fuq l-aġenda, l-ewwel waħda kienet l-Ukrajna.", "Kellna skambju mal-President Ukren, Petro Poroshenko.", "Huwa ngħaqad magħna biex jippreżenta l-waqfien mill-ġlied ta' Minsk u biex jaqsam magħna l-valutazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni fuq il-post.", "Irringrazzjajna lill-Kanċilliera Merkel u l-President Hollande għall-isforzi indispensabbli tagħhom għall-paċi bħala l-inizjaturi tat-taħditiet tal-Kwartett tan-Normandija.", "Il-ftehim fraġli appoġġajnieh b'kawtela.", "L-Unjoni Ewropea għadha tittama għall-paċi sabiex l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna tmur lura għal li kienet kemm jista' jkun malajr.", "Madankollu, għadna xettiċi ħafna.", "Il-ftehim ta' Minsk tal-2014 ma ġiex rispettat.", "Id-dibattitu fost il-mexxejja ffoka fuq kif isostnu l-implimentazzjoni tal-ftehim ġdid ta' paċi.", "Jekk dan ma jseħħx, mhux se nżommu lura milli nieħdu l-passi meħtieġa.", "Skont l-OSKE, il-waqfien mill-ġlied, li kellu jidħol fis-seħħ f'nofsillejl fil-15 ta' Frar, inkiser iktar minn 800 darba.", "Ninsab f'kuntatt mal-Kanċilliera Merkel u l-President Hollande, u f'konsultazzjoni mal-mexxejja kollha.", "L-Unjoni Ewropea hi magħquda fuq din il-kwistjoni u mhux se naqtgħu qalbna.", "Għadna nikkunsidraw aktar sanzjonijiet.", "Għandna nkunu lesti għal kwalunkwe żvilupp, tajjeb jew ħażin.", "Fit-12 ta' Frar, il-mexxejja fakkru l-attakki terribbli f'Pariġi li qatlu 17-il persuna.", "Intrabatna li nwettqu pjan ġdid ta' ħidma kontra t-terroriżmu.", "Dan jinsab fid-dikjarazzjoni konġunta adottata fis-summit.", "Il-pjan ta' ħidma ġdid jitlob prinċiplament li l-Unjoni Ewropea tkompli b'dak li diġà qed tagħmel fil-qasam tas-sigurtà interna.", "Imma jeħtieġ li ċerti affarijiet nagħmluhom aħjar u aktar malajr, pereżempju nużaw ħafna aħjar l-arranġamenti tas-sigurtà ta' Schengen jew nirrevedu r-regolamenti dwar l-armi tan-nar.", "L-attakk fatali reċenti f'Copenhagen jenfasizza din il-ħtieġa.", "Dawn l-attakki jservu biss biex isaħħu r-rieda tagħna li niġġieldu kontra kull xorta ta' estremiżmu u terroriżmu.", "Nieħu din l-opportunità biex nesprimi l-kondoljanzi u l-appoġġ tagħna lid-Danimarka, lill-poplu Daniż u lill-familji tal-vittmi.", "Għalkemm il-Libja ma kinitx fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew informali ta' Frar, il-ġrajjiet terribbli u perikolużi f'dan il-pajjiż huma r-raġuni konvinċenti l-aktar reċenti għaliex għandna nindirizzaw din il-kwistjoni urġenti.", "Is-sigurtà nazzjonali jieħdu ħsiebha l-gvernijiet nazzjonali.", "Madankollu, hemm oqsma importanti fejn nistgħu nappoġġaw lil xulxin, u fejn l-azzjoni komuni hija saħansitra vitali.", "F'dan ir-rigward, nilqa' b'sodisfazzjon il-progress reċenti lejn il-bidu ġdid ta' negozjati għal ftehim tal-UE dwar ir-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri.", "M'għandi ebda dubju li nistgħu nipproteġu s-sigurtà taċ-ċittadini b'mod effettiv mingħajr ma nnaqqsulhom id-dritt tal-privatezza.", "L-għajnuna tagħkom fuq dan il-punt hija assolutament kruċjali u imprezzabbli.", "Il-Kunsill Ewropew se jerġa' lura għal din il-kwistjoni, fost ħwejjeġ oħra, f'Ġunju.", "Sadanittant, il-pajjiżi tagħna se jaffrontaw din it-theddida flimkien b'kalma u determinazzjoni.", "Dwar il-Greċja, kien ċar li l-laqgħa tagħna ta' Frar ma kinitx il-mument xieraq għal negozjati mhux koordinati fuq il-programm ta' assistenza għall-Greċja.", "Smajna lill-President tal-Grupp tal-Euro jispjegalna l-qagħda attwali tad-diskussjonijiet mal-Greċja.", "Tajna merħba bħala membru ġdid tal-Kunsill Ewropew lill-Prim Ministru Tsipras li tana l-fehma tiegħu dwar is-sitwazzjoni.", "Qbilna li t-taħditiet kellhom ikomplu, kif fil-fatt ġara, fuq il-livell ministerjali sabiex ikunu jistgħu jinstabu punti ta' qbil.", "Ma kellix dubju li dan kien se jseħħ.", "Inżammu kuntatti mill-qrib mal-partijiet kollha rilevanti sabiex seta' jintlaħaq qbil fil-prinċipju fil-Grupp tal-Euro nhar il-Ġimgħa li għadda.", "Kienet ferħa għalija nara lill-ministri taż-żona tal-euro japprovaw il-pjanijiet ta' riforma tal-Greċja lbieraħ.", "Fl-aħħar nett, ikkunsidrajna fil-qosor il-ġejjieni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja nnifisha.", "Għandna bżonn intejbu t-tfassil tal-politika ekonomika fiż-żona tal-euro.", "L-awturi prinċipali tar-rapport hekk imsejjaħ tal-Erba' Presidenti kienu kollha fil-kamra.", "Għalhekk kienet l-okkażjoni xierqa biex niftħu din id-diskussjoni.", "Il-President Juncker ippreżenta analiżi tal-isfond, u għamel mistoqsijiet li jeħtieġ jitwieġbu jekk irridu niksbu governanza ekonomika aħjar.", "Iżda punt wieħed huwa ċar ħafna diġà.", "Wara d-deċiżjoni reċenti mill-BĊE, il-prijorità hija li l-ekonomiji nazzjonali jsiru aktar kompatibbli mal-unjoni monetarja.", "Dan ma jistax isir minn Brussell imma bi tmexxija politika soda tar-riformi ekonomiċi fuq il-livell nazzjonali.", "Issa nħarsu 'l quddiem lejn il-Kunsill Ewropew ta' Marzu.", "Fit-tliet ġimgħat li ġejjin, se nsegwu b'attenzjoni kbira s-sitwazzjoni fl-Ukrajna u fil-Libja ġurnata b'ġurnata.", "Is-summit ta' Marzu se jkun ukoll żmien biex inqisu l-perspettiva strateġika għall-viċinati tal-Lvant u n-Nofsinhar.", "Se nkomplu niddiskutu l-ekonomija Ewropea.", "U naturalment, se niffokaw ukoll fuq kwistjoni li hija għal qalbi bħal ma hi għal bosta f'dan il-Parlament.", "Din hija l-ħtieġa urġenti għal unjoni tal-enerġija Ewropea, kif għadu kemm fisser il-Viċi President Šefčovič.", "L-Unjoni Ewropea tista' u għandha tavvanza f'dan il-qasam malajr."], "date": "25 ta' Frar 2015", "title": "Diskors mill-President Tusk lill-Parlament Ewropew dwar il-Kunsill Ewropew ta' Frar"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/26/tusk-meeting-pm-georgia/", "text": ["Illum kelli l-pjaċir nilqa' lill-Prim Ministru tal-Georgia, Irakli Garibashvili.", "Il-Georgia hija wieħed mill-membri ewlenin tas-Sħubija tal-Lvant.", "Dan mhuwiex kumpliment, iżda fatt.", "Hija ħadet deċiżjoni importanti f'Ġunju li għadda meta ffirmat il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea.", "L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim kien suġġett prominenti fuq l-aġenda tagħna llum wara nofsinhar.", "Wasal iż-żmien li l-Georgia tavvanza b'mod sostanzjali fl-aġenda tar-riforma tagħha f'oqsma vitali bħall-istat tad-dritt u l-ġudikatura, inkluż bil-ħolqien ta' uffiċċju ta' prosekutur indipendenti.", "It-trawwim ta' klima politika ta' rispett u djalogu bejn il-partiti huwa qasam ieħor fejn jiena ħeġġiġt li jsir progress.", "Dawn ir-riformi ser jittrasformaw u jimmodernizzaw il-Georgia.", "L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ser tgħin ukoll biex jinbena rekord kredibbli għall-pajjiż fid-dawl tal-aspirazzjonijiet Ewropej tiegħu.", "Iddiskutejna l-liberalizzazzjoni tal-viża.", "Qed nagħmlu progress tajjeb dwar dan.", "Qed jistennew ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet esperti li għaddejjin bħalissa.", "U nittama li fil-laqgħa tagħna li jmiss f'Riga, niksbu suċċess f'dan il-kuntest.", "Ser inkomplu nsegwu mill-qrib l-implikazzjonijiet tat-trattat li ġie ffirmat reċentement bejn l-awtoritajiet \"de facto\" tal-Abkhazia u l-Federazzjoni Russa.", "Dan il-ftehim jikser is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia.", "Jikkontradixxi wkoll il-prinċipji tad-dritt internazzjonali u l-impenji internazzjonali tar-Russja.", "L-UE tibqa' impenjata favur ir-riżoluzzjoni tal-konflitti u tappoġġa l-integrità territorjali tal-Georgia fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment.", "Fl-istess ħin, ħeġġiġt lill-Prim Ministru biex joħloq kuntatt mal-entitajiet u jsegwi approċċ fuq żewġ binarji kemm ta' nuqqas ta' rikonoxximent kif ukoll ta' involviment.", "Nirringrazzjakom.", "Irakli, f'idejk issa."], "date": "26 ta' Frar 2015", "title": "Dikjarazzjoni għall-istampa mill-President Donald Tusk wara l-laqgħa tiegħu mal-Prim Ministru tal-Georgia Irakli Garibashvili"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/12/insolvency-proceedings-new-rules-to-promote-economic-recovery/", "text": ["Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar regoli ġodda għall-UE kollha dwar proċedimenti ta' insolvenza.", "Dan se jippermetti lill-Parlament Ewropew, li diġà ntlaħaq qbil miegħu f'Novembru 2014 dwar pakkett ta' kompromess fir-rigward tar-regoli l-ġodda, biex jadotta t-test fit-tieni qari fis-sessjoni tiegħu ta' Mejju jew Ġunju 2015.", "Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li l-proċedimenti ta' insolvenza transkonfinali jsiru aktar effiċjenti u effettivi, li jkun ta' benefiċċju għad-debituri u l-kredituri, jiffaċilita s-sopravivenza tan-negozji u jagħti ċans ieħor lill-imprendituri.", "Barra minn hekk iġib ir-regolament attwali dwar l-insolvenza f'konformità mal-iżviluppi fil-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza li ddaħħlu minn meta daħal fis-seħħ fl-2002.", "Ċifri pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea juru li, kull sena fl-Unjoni Ewropea, dawn il-proċedimenti jaffettwaw numru stmat ta' 200 000 negozju, li jfisser li 1.7 miljun impjieg huma fil-periklu", "Kwart ta' dawn il-proċedimenti ta' insolvenza għandhom element transkonfinali.", "Il-Ministru Rasnačs, Ministru għall-Ġustizzja tal-Latvja u President tal-Kunsill, qal li: \"Ir-regolament joħloq sistema mtejba tal-UE għall-insolvenza li għandha l-għan mhux biss li tħares aħjar l-interessi tal-kredituri, iżda tipprevedi wkoll qafas regolatorju.", "Nemmen li dan ir-regolament il-ġdid hu definittivament pass fid-direzzjoni t-tajba għax jistabbilixxi regoli aktar effettivi dwar proċedimenti ta' insolvenza f'livell transkonfinali, li jgħinu biex tinkiseb waħda mill-prijoritajiet attwali - li tingħata spinta lit-tkabbir fl-Ewropa.\"", "Kamp ta' applikazzjoni", "Il-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament twessa' biex imur lil hinn mill-proċedimenti ta' likwidazzjoni diġà koperti mir-regolament attwali.", "Ir-regoli l-ġodda jkopru wkoll:", "proċedimenti li jipprevedu r-ristrutturar ta' debitur fi stadju fejn hemm biss probabbiltà ta' insolvenza", "proċedimenti li jħallu lid-debitur f'kontroll sħiħ jew parzjali tal-assi u l-affarijiet tiegħu", "proċedimenti li jipprevedu rilaxx mid-dejn jew aġġustament tad-dejn tal-konsumaturi u tal-persuni li jaħdmu għal rashom.", "Ġurisdizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza", "Ir-regolament il-ġdid itejjeb il-qafas proċedurali għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni.", "Il-kunċett taċ-ċentru tal-interessi prinċipali hu ċċarat aktar biex tingħata gwida siewja lil dawk kollha kkonċernati u tiżdied iċ-ċertezza legali.", "Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda jinkludu ġabra ta' salvagwardji bl-għan li jxekklu \"forum shopping\" (għażla tal-ġurisdizzjoni) abbużiv.", "Proċedimenti sekondarji", "Ir-regolament jippreżenta sitwazzjonijiet speċifiċi fejn il-qorti invokata b'talba għal ftuħ ta' proċedimenti sekondarji tkun tista' tipposponi jew tiċħad il-ftuħ ta' tali proċedimenti.", "Il-qorti tista' tagħmel dan fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali.", "Żdiedu wkoll għadd ta' regoli dwar kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn l-atturi involuti fil-proċedimenti prinċipali u f'dawk sekondarji.", "Reġistri tal-insolvenza", "L-istati membri se jkollhom l-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti f'każijiet ta' insolvenza transkonfinali f'reġistru elettroniku aċċessibbli pubblikament.", "Dan se jtejjeb l-informazzjoni tal-kredituri u l-qrati involuti u jevita l-ftuħ ta' proċedimenti paralleli ta' insolvenza.", "Ir-reġistri tal-insolvenza se jkunu kollegati flimkien permezz tal-portal Ġustizzja elettronika biex b'hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dik l-informazzjoni għall-kredituri u l-qrati li jinsabu fi stati membri oħra.", "Gruppi ta' kumpaniji", "Ir-regolament fih ġabra ta' regoli proċedurali bl-għan li jiżguraw amministrazzjoni effiċjenti tal-proċedimenti ta' insolvenza li jirrigwardaw kumpaniji differenti li jagħmlu parti minn grupp ta' kumpaniji.", "Dħul fis-seħħ", "Dan ir-regolament se jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.", "Se jkun jorbot kollu kemm hu u japplika direttament fl-istati membri kollha.", "Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament dwar proċedimenti ta' insolvenza", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "12 ta' Marzu 2015", "title": "Proċedimenti ta' insolvenza: regoli ġodda favur l-irkupru ekonomiku"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/13/eu-extends-validity-sanctions-ukraine/", "text": ["Il-Kunsill", "l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE maħsuba minħabba l-azzjoni kontra s-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Ukrajna.", "L-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar kontra 150 persuna u 37 entità ġew estiżi għal 6 xhur oħra, jiġifieri sal-", "15 ta' Settembru 2015", "Din id-deċiżjoni tagħti effett legali lil deċiżjoni politika meħuda fil-Kunsill Affarijiet Barranin fid-29 ta' Jannar 2015.", "L-atti legali huma disponibbli fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE tal-14 ta' Marzu 2015.", "Lista ta' persuni u entitajiet taħt miżuri restrittivi tal-UE minħabba l-integrità territorjali tal-Ukrajna, 15 ta' Marzu 2015", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ukrajna,29 ta' Jannar 2015", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet UE-Ukrajna (SEAE)", "Skeda informattiva tal-UE - miżuri restrittivi, 29 ta' April 2014", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "13 ta' Marzu 2015", "title": "L-UE testendi l-validità tas-sanzjonijiet minħabba l-azzjoni kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/13/press-release-general-secretariat-of-council/", "text": ["Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Uwe Corsepius, ħabbar li huwa ser jerġa' lura lejn il-Ġermanja wara li jiskadi l-mandat tiegħu dan is-sajf.", "Huwa qal: \"Il-Kanċillier Ġermaniża talbitni mmur lura Berlin, u għalhekk ser nitlaq minn Brussell wara li jiskadili l-mandat.", "Il-ħidma mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-istati membri matul l-aħħar ftit snin, fil-qalba tal-istituzzjonijiet tal-UE, kienet ta' privileġġ kbir għalija\".", "Uwe Corsepius beda l-mandat tiegħu bħala Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fis-26 ta' Ġunju 2011.", "Wara diskussjonijiet preċedenti fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħatar formalment lis-Sur Corsepius fit-22 ta' Diċembru 2010 għall-perjodu mis-26 ta' Ġunju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2015, f'konformità mal-artikolu 240(2) tat-Trattat.", "Is-Segretarju Ġenerali"], "date": "13 ta' Marzu 2015", "title": "Stqarrija għall-istampa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/13/data-protection-council-agrees-general-principles-and-one-stop-shop-mechanism/", "text": ["Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali parzjali dwar kwistjonijiet speċifiċi tal-abbozz ta' regolament li jistabbilixxi qafas ġenerali tal-UE għall-", "protezzjoni tad-data", ", bil-fehim li xejn mhu maqbul qabel ma jintlaħaq qbil dwar kollox.", "L-approċċ ġenerali parzjali jinkludi l-kapitoli u l-premessi li jikkonċernaw", "il-mekkaniżmu ta' \"punt uniku ta' servizz\"", "(kapitoli VI u VII) kif ukoll il-kapitoli u l-premessi relatati mal-", "prinċipji għall-promozzjoni tad-data personali", "F'Ottubru u Diċembru tal-2013, il-Kunsill kien diġà esprima l-appoġġ tiegħu għall-prinċipju li, f'każijiet transnazzjonali importanti, ir-regolament għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' \"punt uniku ta' servizz\" sabiex ikun hemm", "deċiżjoni superviżorja unika", ", li għandha tkun", ", tiżgura", "applikazzjoni konsistenti", "ċertezza legali", "tnaqqas il-piż amministrattiv", ".", "Dan huwa fattur importanti biex titjieb il-kosteffiċjenza tar-regoli tal-protezzjoni tad-data għall-kummerċ internazzjonali, u sabiex jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-ekonomija diġitali.", "Skont it-test li ntlaħaq qbil dwaru,", "il-mekkaniżmu ta' punt uniku ta' servizz għandu jkollu biss rwol f'każijiet transkonfinali importanti", "u ser jipprovdi kooperazzjoni u teħid konġunt tad-deċiżjonijiet bejn diversi awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data kkonċernati.", "It-test jikkjarifika li t-teħid konġunt tad-deċiżjonijiet ser jiġi adottat mill-awtorità tal-protezzjoni tad-data li qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tagħti l-aktar protezzjoni effettiva mill-perspettiva tas-suġġett tad-data.", "il-prinċipji ġenerali", "tal-ipproċessar tad-data, il-Ministri approvaw sett ta' prinċipji għal ipproċessar tad-data", "legali, ġust u trasparenti", ".", "Saret enfasi fuq l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali.", "It-test jinkludi wkoll miżuri għall-ipproċessar abbażi tal-kunsens.", "Ir-riforma leġislattiva tal-protezzjoni tad-data għandha l-għan li toħloq", "qafas tal-protezzjoni tad-data aktar rigoruż u koerenti", "fl-UE, bl-appoġġ ta' infurzar b'saħħtu li jippermetti lill-ekonomija diġitali tiżviluppa fis-suq intern, l-individwi jikkontrollaw id-data tagħhom stess u jipprovdi ċertezza legali u prattika akbar għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi.", "Il-protezzjoni tad-data fl-Unjoni Ewropea hija", "dritt fundamentali", ".", "Il-riforma tal-protezzjoni tad-data tal-UE għandha l-għan tiżgura", "livell għoli ħafna ta' protezzjoni tad-data personali", "Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - Il-mekkaniżmu ta' punt uniku ta' servizz (Kapitoli VI u VII)", "Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - Prinċipji (Kapitolu II)", "Riforma tal-protezzjoni tad-data", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "13 ta' Marzu 2015", "title": "Protezzjoni tad-data: Il-Kunsill jaqbel dwar il-prinċipji ġenerali u l-mekkaniżmu ta' \"punt uniku ta' servizz\""} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/13/weekly-schedule-president-tusk/", "text": ["It-Tnejn 16 ta' Marzu", "17:00 Laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Latvja Edgars Rinkēvičs", "It-Tlieta 17 ta' Marzu", "13:00 Laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker (Berlaymont)", "L-Erbgħa 18 ta' Marzu", "15:00 Laqgħa mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Bohuslav Sobotka (opportunità għal ritratti)", "Il-Ħamis 19 ta' Marzu", "08.30 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Ukrajna Arseniy Yatsniuk (opportunità għal ritratti)", "09.30 Summit soċjali tripartitiku", "12.30 Konferenza stampa tas-Summit soċjali tripartitiku", "14.45 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Latvja Laimdota Straujuma", "16.00 Kunsill Ewropew", "Il-Ġimgħa 20 ta' Marzu", "10:00 Kunsill Ewropew", "Laqgħa tal-Kunsill Ewropew, 19-20 ta' Marzu 2015"], "date": "13 ta' Marzu 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/eutm-somalia-training-mission/", "text": ["Il-Kunsill estenda l-missjoni ta' taħriġ tal-UE fis-Somalja (EUTM Somalia) sal-31 ta' Diċembru 2016.", "Sa mill-2010 il-missjoni ilha tipprovdi ħiliet bażiċi fit-tmexxija u taħriġ u pariri militari speċjalizzati dwar sistema ta' taħriġ militari li tappertjeni lis-Somalja.", "EUTM Somalia kkontribwixxiet ukoll billi pprovdiet parir strateġiku lill-Ministeru tad-Difiża tas-Somalja u l-Forzi Armati Nazzjonali dwar l-iżvilupp tas-settur tas-sigurtà, fost l-oħrajn dwar it-tmexxija tal-persunal, l-ippjanar strateġiku u liġijiet marbutin mad-difiża.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet: \"", "Il-missjoni ta' taħriġ tal-UE diġà għamlet differenza reali fis-Somalja billi ħarrġet madwar 5000 truppa tas-Somalja.Bil-mod il-mod ser timxi lejn it-tagħlim ta' persuni Somali li jħarrġu, biex b'hekk l-Armata Nazzjonali tas-Somalja tkun tista' dejjem aktar tieħu f'idejha t-taħriġ tagħha stess", "Dan ser jikkontribwixxi biex jappoġġa l-isforzi tas-Somalja biex iġibu sigurtà u stabbiltà fil-pajjiż", "Matul il-mandat imġedded, il-pilastru konsultattiv tal-missjoni ser ikompli jissaħħaħ.", "L-isforzi tal-EUTM kkontribwixxew għall-iżvilupp ta' kontroll pajżan fuq il-forzi armati u l-amministrazzjoni tal-Ministeru tad-Difiża, kif ukoll għat-tħejjija ta' Pjan ta' Difiża fi ħdan il-kuntest ġenerali ta' servizz pubbliku.", "Il-fatt li l-missjoni ċċaqilqet mill-Uganda għal Mogadishu lejn il-bidu tal-2014 iffaċilita din il-ħidma bil-kbir.", "EUTM Somalia hija parti mill-approċċ komprensiv tal-UE għas-Somalja, li jinkludi sforzi diplomatiċi, appoġġ għall-iżvilupp, għajnuna umanitarja kif ukoll impenn għas-sigurtà.", "Hija tinkludi żewġ missjonijiet komplementari taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-UE: L-Operazzjoni ATALANTA ta' EUNAVFOR li tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-piraterija 'l barra mix-xtut tas-Somalja u EUCAP Nestor għall-iżvilupp tal-kapaċità ta' sigurtà marittima fil-Qarn tal-Afrika u l-Oċean Indjan tal-Punent.", "EUTM Somalia ngħatat bidu f'Diċembru 2010 u ilha bbażata f'Mogadishu sa mill-2014.", "Il-Brigadier Ġeneral Antonio Maggi, mill-Italja, inħatar Kmandant tal-Missjoni sa mit-8 ta' Marzu 2015, li fiha jmexxi grupp ta' 125 membru tal-persunal.", "Skeda informattiva dwar EUTM Somalia, Ottubru 2014", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Somalja: L-UE testendi l-missjoni ta' taħriġ"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/central-african-republic-eu-military-advisory-mission-gets-green-light/", "text": ["Il-Kunsill nieda l-missjoni konsultattiva militari tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA), li stabbilixxa fid-19 ta' Jannar 2015.", "Din għandha l-għan li tappoġġa lill-awtoritajiet Ċentru-Afrikani fit-tħejjija ta'", "riforma tas-settur tas-sigurtà", "fir-rigward tal-forzi armati tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (FACA).", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet: \"L-UE tkompli bl-appoġġ komprensiv tagħha għall-istabbiltà u s-sigurtà fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.", "Esperti tal-UE issa se jappoġġaw it-tħejjijiet għar-riforma tas-settur tas-sigurtà.", "Dan ser jgħin lir-Repubblika Ċentru-Afrikana taqleb paġna ġdida wara din il-kriżi tas-sigurtà.\"", "F'kooperazzjoni mill-qrib mal-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (MINUSCA), din il-missjoni ser ikollha rwol importanti fit-tisħiħ tas-settur tas-sigurtà.", "Fl-istess ħin, EUMAM RCA ser tagħti pariri lill-awtoritajiet militari tar-Repubblika Ċentrali Afrikana (RĊA) dwar ir-", "riformi meħtieġa biex jittrasformaw il-forzi armati tar-RĊA", "f'armata professjonista, ikkontrollata demokratikament u etnikament rappreżentattiva.", "EUMAM RCA ser tappoġġa wkoll lil MINUSCA fit-twettiq tal-mandat fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà u l-proċess ta' skrutinju.", "Esperti tal-UE, li ddaħħlu fil-Ministeru għad-Difiża tar-RĊA kif ukoll fl-Istat Maġġur, ser jagħtu pariri dwar il-ġestjoni tal-forzi militari kif ukoll dwar it-tħejjija ta' riforma sistemika futura tal-FACA.", "Barra minn hekk, huma ser jipprovdu għarfien espert dwar il-kondizzjonijiet għal programm ta' taħriġ għall-forzi armati.", "Abbażi ta' approċċ gradwali, u soġġetta għal deċiżjoni politika oħra, il-missjoni tista' twettaq ukoll taħriġ mhux operazzjonali limitat, sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-riformi li jmiss.", "EUMAM RCA tinsab fil-belt kapitali tal-pajjiż Bangui.", "Il-Brigadier Ġenerali Dominique Laugel minn Franza nħatar Kmandant tal-Missjoni tal-UE għal grupp li jista' jkun fih sa 60 membru tal-persunal.", "L-ispejjeż komuni tal-operazzjoni huma stmati għal €7.9 miljun għal 12-il xahar.", "Il-missjoni hija parti mill-", "appoġġ komprensiv tal-UE biex jerġa' jkun hemm l-istabbiltà fir-RĊA", ".", "Din qed isir fid-dawl tal-operazzjoni militari tal-UE li kkontribwixxiet għas-sigurtà f'Bangui, EUFOR RCA.", "Dik l-operazzjoni temmet il-mandat tagħha", "fil-15 ta' Marzu 2015", ", bit-trasferiment tar-responsabbiltà lill-missjoni multidimensjonali integrata tan-NU fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (MINUSCA).", "Barra minn hekk, l-UE hija s-sieħeb ewlieni tal-pajjiż għall-iżvilupp u l-fornitur prinċipali tal-għajnuna umanitarja.", "Hija ddedikat aktar minn €360 miljun ta' finanzjament ġdid b'rispons għall-kriżi fir-RĊA minn mindu bdiet fl-2013.", "Matul is-snin, l-UE tat ukoll għajnuna għall-iżvilupp biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tan-nies l-aktar vulnerabbli.", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, 9 ta' Frar 2015", "L-involviment tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Repubblika Ċentru-Afrikana: Il-missjoni konsultattiva militari tal-UE tirċievi l-approvazzjoni"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/council-conclusions-on-bosnia-and-herzegovina/", "text": ["Il-Kunsill jilqa', fil-kuntest tal-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2014, l-adozzjoni tal-Impenn bil-Miktub mill-Presidenza tal-BiH fid-29 ta' Jannar, l-iffirmar tiegħu mill-mexxejja tal-partiti politiċi u l-approvazzjoni sussegwenti fil-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovina fit-23 ta' Frar 2015 matul iż-żjara tar-RGħ Mogherini f'Sarajevo.", "Wara li kkunsidra l-impenji hekk meħudin mill-Bożnija-Ħerzegovina, u f'konformità mal-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill jinnota li l-kondizzjonijiet meħtieġa li jinsabu fihom ġew sodisfatti u jaqbel li jipproċedi bil-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina.", "Il-Kunsill jappella lill-mexxejja tal-Bożnija-Ħerzegovina biex jirrispettaw bis-sħiħ l-impenji u l-obbligi tagħhom, inkluż dawk relatati mal-adattament tal-FSA li jmiss, u li jibqgħu impenjati mal-Unjoni Ewropea skont l-approċċ imġedded u jżommu l-momentum pożittiv permezz tal-iżvilupp ta' aġenda inizjali għal riformi f'konsultazzjoni mal-Unjoni Ewropea.", "Din l-aġenda ta' riforma, li għandha tiġi żviluppata u implimentata wkoll f'konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, għandha tinkludi riformi skont il-kriterji ta' Kopenħagen u kwistjonijiet maqbula ta' funzjonalità (inkluż il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tal-UE).", "Biex applikazzjoni għal sħubija titqies mill-Unjoni Ewropea, ser ikun meħtieġ progress sinifikanti fl-implimentazzjoni ta' aġenda għar-riformi, inkluż il-\"Patt għal Tkabbir u Impjiegi\".", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bożnija-Ħerzegovina"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/declaration-high-representative-crimea/", "text": ["Wara sena minn meta sar ir-\"referendum\" illegali u illeġittimu u mill-annessjoni illegali sussegwenti tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa, l-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata bis-sħiħ lejn is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.", "L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix u tkompli tikkundanna dan l-att ta' ksur tad-dritt internazzjonali.", "L-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa hija wkoll sfida diretta għas-sigurtà internazzjonali, b'implikazzjonijiet serji għall-ordni legali internazzjonali li jipproteġi l-unità u s-sovranità tal-istati kollha.", "L-Unjoni Ewropea ser tkompli tkun impenjata biex timplimenta bis-sħiħ il-politika ta' nonrikonoxximent tagħha, inkluż permezz ta' miżuri restrittivi.", "L-UE tappella mill-ġdid lill-Istati Membri tan-NU biex jikkunsidraw miżuri ta' nonrikonoxximent simili f'konformità mar-Riżoluzzjoni 68/262 tal-KSNU.", "L-UE ttenni t-tħassib serju tagħha għaż-żieda kontinwa fil-preżenza militari u għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-peniżola tal-Krimea, inkluż iċ-ċaħda għal-libertà tal-espressjoni u l-persekuzzjoni ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.", "L-UE ttenni l-appell tagħha li l-atturi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jingħataw aċċes sħiħ, liberu u mingħajr restrizzjoni għat-territorju kollu tal-Ukrajna, inklużi l-Krimea u Sevastopol.", "Il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u kandidati potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna u l-Georgia, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.", "*L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u l-Albanija jkomplu jkunu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.", "Dan id-dokument hu disponibbli b'lingwi mhux tal-UE:", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar il-Krimea"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/council-conclusions-eu-regional-strategy-for-syria-and-iraq-as-well-as-the-isil-daesh-threat/", "text": ["L-UE tibqa' impenjata għall-kisba tal-paċi dejjiema, stabbiltà u sigurtà fis-Sirja, l-Iraq u r-reġjun usa', kif ukoll għall-ġlieda kontra t-theddida tal-ISIL/Da'esh.", "Transizzjoni politika inklużiva fis-Sirja u governanza politika inklużiva fl-Iraq huma kruċjali għall-paċi u l-istabbiltà sostenibbli fir-reġjun.", "L-UE ser tkompli tappoġġa r-rwol tal-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan de Mistura u l-isforzi tal-Gvern Iraqi biex jintlaħqu dawk l-objettivi.", "F'dan ir-rigward, l-UE tfakkar il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru, tal-15 ta' Diċembru 2014 kif ukoll tad-9 ta' Frar 2015.", "L-UE tissottolinja li l-ġlieda kontra l-ISIL/Da'esh u gruppi terroristiċi oħra trid issir b'mod parallel mat-tiftix għal soluzzjonijiet politiċi dejjiema.", "L-ISIL/Da'esh wettqet atti barbariċi kontra l-popli tas-Sirja u l-Iraq.", "Huwa jikkostitwixxi theddida ċara lis-sħab tagħna fil-Lvant Nofsani, theddida lis-sigurtà internazzjonali inġenerali u lill-Ewropa direttament.", "Huwa sponsorja attakki terroristiċi fuq artna u kontra ċ-ċittadini tagħna lil hinn minn xtutna.", "L-UE ser tuża l-għodod rilevanti kollha tagħha biex tindirizza t-theddida tal-ISIL/Da'esh u l-ideoloġija vjolenti tiegħu.", "Il-Kunsill jilqa' r-rispons tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President għat-talba tiegħu għal strateġija reġjonali komprensiva għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da'esh.", "Il-Kunsill jadotta l-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da'esh, ibbażata fuq il-Komunikazzjoni Konġunta", "annessa tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u dawn il-Konklużjonijiet.", "L-UE tikkundanna mingħajr riżervi l-attakki indiskriminati, l-atroċitajiet, il-qtil u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li saru mill-ISIL/Da'esh u gruppi terroristiċi oħra, b'mod partikolari kontra l-Insara u gruppi reliġjużi u etniċi oħra.", "L-UE tissottolinja l-importanza li jiġi ppreservat il-karattru multietniku, multireliġjuż u multikonfessjonali tas-soċjetajiet Sirjani u Iraqini.", "L-UE tappoġġa l-isforzi internazzjonali u l-inizjattivi li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet u f'dan ir-rigward tilqa' l-laqgħa Ministerjali li ser issir fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fis-27 ta' Marzu dwar il-vittmi ta' attakki u abbużi għal raġunijiet etniċi jew reliġjużi fil-Lvant Nofsani.", "L-UE tikkundanna bil-qawwa l-atti ta' vjolenza u abbużi mwettqa kontra t-tfal, waqt li tinnota bi tħassib il-prattika tal-ISIL/Da'esh li jingaġġa tfal fl-unitajiet armati tiegħu, billi jisfurzawhom sabiex jipparteċipaw f'eżekuzzjonijiet u billi jiġu soġġetti għal forom differenti ta' pressjoni fiżika u psikoloġika.", "L-UE tħeġġeġ lill-atturi internazzjonali kollha, b'mod partikolari l-pajjiżi fir-reġjun, biex jieħdu rwol kostruttiv fl-indirizzar tal-kriżi minħabba li l-impenn tagħhom hu meħtieġ sabiex ikun hemm stabbiltà reġjonali u internazzjonali u biex jinstabu soluzzjonijiet durabbli.", "L-UE tappoġġa l-isforzi tal-Koalizzjoni Globali biex jiġġieldu kontra l-ISIL/Da'esh, inkluża l-azzjoni militari f'konformità mad-dritt internazzjonali.", "Hija tfakkar li l-azzjoni militari f'dan il-kuntest hija meħtieġa iżda mhux suffiċjenti biex tegħleb lill-ISIL/Da'esh.", "Hija ser tikkoordina mill-qrib mas-sħab internazzjonali fil-qafas tal-gruppi ta' ħidma tal-Koalizzjoni Globali dwar l-istabbilizzazzjoni, counter-messaging strateġiku, ġellieda terroristi barranin, il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u l-azzjoni militari.", "Hija ser tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2161, 2170, 2178, 2199, u riżoluzzjonijiet rilevanti oħra.", "Dan ser jinkludi l-miżuri ta' sigurtà li jidhru fl-istrateġija tal-UE, tas-Sirja u tal-Iraq kontra t-terroriżmu/ġellieda barranin approvata mill-Kunsill fl-20 ta' Ottubru 2014, li hija parti integrali tal-istrateġija reġjonali tal-UE.", "L-UE tappella lill-istati kollha biex jikkonformaw mar-Riżoluzzjonijiet 2161 u 2199 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sabiex jiżguraw li l-ebda fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi ma jitpoġġew għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, miċ-ċittadini tagħhom jew minn persuni fit-territorju tagħhom għall-benefiċċju tal-ISIL/Da'esh, Al-Qaida u gruppi affiljati.", "Fl-implimentazzjoni tal-istrateġija, l-UE ser tiffoka l-isforzi tagħha fuq oqsma ta' politika fejn hi għandha valur miżjud fir-rigward tal-attivitajiet tal-Istati Membri.", "Fl-insegwiment tal-azzjonijiet ta' politika tagħha, l-UE ser taġixxi f'koordinazzjoni mill-qrib u ser tfittex komplementarjetà mal-miżuri implimentati minn sħab internazzjonali u reġjonali oħra, u l-gvern tal-Iraq.", "L-UE ser tintegra l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom bħala objettiv ewlieni fl-isforzi kollha li ser jiġu appoġġati skont l-istrateġija, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u riżoluzzjonijiet relatati.", "Soluzzjonijiet politiċi sostenibbli jew strateġiji effettivi kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti ma jistgħux jitwettqu mingħajr il-parteċipazzjoni attiva tan-nisa f'dawn l-isforzi.", "L-UE ser tagħti attenzjoni speċjali lill-vjolenza u l-insigurtà li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet fil-qasam, u appellat għall-waqfien immedjat tal-vjolenza sesswali u sessista kollha.", "L-għajnuna umanitarja u l-assistenza fit-tul ser jibqgħu pilastri importanti tar-rispons tal-UE għall-konsegwenzi tal-kriżi, bl-għajnuna umanitarja tiffoka b'mod partikolari fuq l-aktar gruppi vulnerabbli inklużi t-tfal.", "L-assistenza umanitarja għandha tibqa' distinta mill-operazzjonijiet militari u tilħaq lill-popli kollha fil-bżonn, irrispettivament mill-affiljazzjoni politika, reliġjuża, etnika jew oħrajn tagħhom jew il-pożizzjoni ġeografika tagħhom, ibbażata biss fuq il-ħtiġijiet u titwassal fir-rispett sħiħ tal-prinċipji umanitarji tan-newtralità, l-imparzjalità, l-umanità u l-indipendenza kif minquxa fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.", "Hija ser tibqa' strettament separata minn u mhux subordinata minn linji oħra ta' azzjonijiet tal-UE.", "L-UE tinnota bi tħassib kbir li l-aċċess għal dawk fil-bżonn qed jonqos.", "L-UE tappella lill-partijiet kollha biex jirrispettaw id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem, u biex f'kull ħin jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u l-faċilitajiet mediċi u l-aċċess sikur, bla xkiel għall-popli kollha fil-bżonn.", "L-UE tikkundanna l-attakki kollha fuq il-ħaddiema umanitarji u l-attentati biex jiġi ristrett l-aċċess umanitarju.", "L-UE tikkundanna bil-qawwa l-qerda intenzjonata tal-wirt arkeoloġiku u kulturali min-naħa tal-ISIL/Da'esh fis-Sirja u l-Iraq u l-ideoloġija estremista warajha, filwaqt li tinnota li azzjonijiet bħal dawn jistgħu jammontaw għal delitt tal-gwerra skont l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.", "L-UE hija impenjata sabiex tgħin jiġi dokumentat u protett il-wirt tas-Sirja u l-Iraq filwaqt li tieħu l-passi xierqa f'konformità mal-UNSCR 2199 sabiex tipprevjeni l-kummerċ illegali tal-proprjetà kulturali, filwaqt li tinnota li traffikar illeċitu bħal dan ta' artefatti kulturali, jikkontribwixxi direttament sabiex jiffinanzja lill-ISIL/Da'esh u organizzazzjonijiet terroristiċi oħra.", "L-UE tfaħħar l-isforzi konsiderevoli tal-pajjiżi kollha li qed joffru kenn u protezzjoni lir-refuġjati.", "Hija ser tagħmel kull sforz biex tgħinhom jipprovdu protezzjoni u assistenza lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti vulnerabbli, biex jibnu r-reżiljenza u jikkonformaw mal-liġi internazzjonali, l-istandards, il-konvenzjonijiet u l-prinċipji umanitarji, inkluż permezz tal-Fond Fiduċjarju Reġjonali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea b'rispons għall-kriżi tas-Sirja (il-Fond Madad) li hu miftuħ għad-donaturi kollha.", "Il-Fond Madad ser jopera f'koordinazzjoni mill-qrib ma' mekkaniżmi eżistenti ta' finanzjament u f'konformità mal-ippjanar nazzjonali u internazzjonali rilevanti, li jirrispondu għall-prijoritajiet stabbiliti fil-Pjan Reġjonali tan-NU għar-Refuġjati u r-Reżiljenza, biex jiġi appoġġat rispons internazzjonali effettiv għall-kriżi.", "10.", "L-UE tibqa' konxja b'mod sħiħ mill-isfidi tas-sigurtà enormi li l-kriżi tippreżenta lir-reġjun, b'mod partikolari lil-Libanu u l-Ġordan.", "L-UE tissottolinja l-importanza tal-appoġġ kontinwu tal-UE u tal-Istati Membri, u ttenni l-impenn tagħha biex tfittex modi kif issaħħaħ dan l-appoġġ għaż-żewġ pajjiżi biex jilqgħu dawk l-isfidi.", "11.", "Il-Kunsill ser jaħdem mas-SEAE u l-Kummissjoni fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom lejn l-implimentazzjoni ppjanata, rapida u koordinata tal-istrateġija inkluż permezz ta' skambji tal-aħjar prattika u informazzjoni.", "Hija ser tagħmel kull sforz biex timmobilizza assistenza adegwata fil-livell bilaterali b'żieda mal-pakkett ta' assistenza ta' EUR 1 biljun mill-baġit tal-UE, sabiex tipprovdi rispons kollettiv sostanzjali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija.", "Il-Kunsill, is-SEAE u l-Kummissjoni ser jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija inkluż permezz ta' rapport ta' kull sitt xhur.", "Sirja", "12.", "Hekk kif il-konflitt Sirjan jidħol fil-ħames sena tiegħu, l-UE ttenni li soluzzjoni dejjiema teħtieġ proċess politiku inklużiv immexxi mis-Sirjani li jwassal għal transizzjoni, abbażi tal-Komunikat ta' Ġinevra tat-30 ta' Ġunju 2012 u f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU biex tinżamm l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiż.", "Ma jistax ikun hemm paċi dejjiema fis-Sirja dment li ma jiġux indirizzati l-ilmenti u l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-komponenti kollha tas-soċjetà Sirjana.", "13.", "Il-gwerra kiefra tar-reġim ta' Assad kontra niesu stess, il-ksur enormi tad-drittijiet tal-bniedem u t-tfixkil sistematiku kontra r-riformi demokratiċi kkontribwixxew bil-qawwi biex jistgħana l-ISIL/Da'esh.", "Il-vjolenza intollerabbli mwettqa mill-ISIL/Da'esh u gruppi terroristiċi oħra, bħal Jabhat al-Nusra, kif ukoll il-milizji differenti preżenti fis-Sirja żżid mat-tbatija umana konsiderevoli.", "Konsegwenza tal-politiki u l-azzjonijiet tiegħu, ir-reġim ta' Assad ma jistax ikun sħab fil-ġlieda kontra l-ISIL/Da'esh.", "14.", "L-UE ttenni l-appoġġ sħiħ tagħha lill-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja Staffan de Mistura biex jinkiseb tnaqqis strateġiku fl-eskalazzjoni tal-vjolenza li għandu jtaffi t-tbatija tal-poplu bħala bażi għal proċess politiku sostenibbli u inklużiv li jwassal għal tranżizzjoni li tilħaq l-aspirazzjonijiet tal-poplu kollu Sirjan.", "L-UE tappella lill-partijiet Sirjani kollha biex juru impenn ċar u konkret għal dan il-proċess.", "L-UE tħeġġeġ lil dawk li għandhom influwenza fuq il-partijiet, u partikolarment fuq ir-reġim ta' Assad, biex jagħmlu pressjoni fuqhom biex itemmu l-vjolenza kollha u jimpenjaw ruħhom b'mod kostruttiv fil-proċess.", "L-UE tikkundanna bil-qawwa l-eskalazzjoni tal-vjolenza mir-reġim ta' Assad inkluż f'Aleppo li thedded l-isforzi ta' De Mistura.", "15.", "L-UE tinsab lesta biex tipprovdi appoġġ prattiku immedjat lill-istabbiliment tal-iffriżar lokali tal-ostilità f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali f'Aleppo u bnadi oħra.", "Hija ser tfittex ukoll modi biex issaħħaħ aktar l-appoġġ attwali tagħha għall-governanza u l-amministrazzjoni lokali, għar-restawr ta' servizzi bażiċi u għar-ritorn għan-normalità fiż-żoni ta' vjolenza mnaqqsa inkluż permezz tal-Fond Fiduċjarju għall-Irkupru tas-Sirja (SRTF) li diġà huwa operazzjonali u li qed jopera minn Gaziantep.", "16.", "L-UE tissottolinja l-importanza tal-preservazzjoni tal-istrutturi u l-funzjonijiet tal-istat, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà, l-ordni u l-provvediment ta' servizzi bażiċi lill-poplu tas-Sirja.", "17.", "L-UE hija determinata li tappoġġa l-isforzi kollha biex tinkiseb soluzzjoni politika b'kunsens reċiproku bbażat fuq il-Communique ta' Ġinevra tat-30 ta' Ġunju 2012 u f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU.", "Biex jinkisbu dawn ir-riżultati, dawn l-isforzi għandhom ikunu inklużivi, jinvolvu lin-nisa u s-soċjetà ċivili, koordinati u akkompanjati minn miżuri għall-bini tal-fiduċja bħat-tmiem tal-bumbardamenti indiskriminati, b'mod partikolari bil-bombi f'forma ta' bittija (barrel bombs), u tad-detenzjonijiet arbitrarji.", "L-UE ser tinkoraġġixxi b'mod attiv lil membri tal-komunità internazzjonali b'influwenza fuq il-partijiet Sirjani, biex jieħdu responsabbiltà speċjali għall-iżgurar tas-suċċess ta' tali sforzi.", "18.", "L-oppożizzjoni moderata kemm ġewwa kif ukoll barra mis-Sirja għandha rwol kruċjali fil-qafas ta' dan il-proċess.", "Huwa element kruċjali kemm ta' soluzzjoni politika futura kif ukoll fil-ġlieda kontra l-gruppi estremisti fuq il-post.", "L-UE tilqa' u tinkoraġġixxi l-isforzi ulterjuri mill-Koalizzjoni Nazzjonali għall-Forzi Sirjani Rivoluzzjonarji u tal-Oppożizzjoni (SOC) biex tgħin lil gruppi moderati jingħaqdu bi strateġija komuni sabiex joffru alternattiva lill-poplu Sirjan.", "Hija ser tkompli tappoġġa l-isforzi kollha għal dan il-għan.", "L-UE ser issostni l-appoġġ politiku u prattiku għall-oppożizzjoni moderata.", "19.", "L-UE ser tkompli bil-politika tagħha li timponi sanzjonijiet addizzjonali kontra r-reġim u dawk li jappoġġawh, sakemm tibqa' għaddejja r-repressjoni.", "F'dan ir-rigward, hija tfakkar li aktar kmieni dan ix-xahar l-UE elenkat 13-il individwu u entità addizzjonali fil-kuntest tal-miżuri restrittivi tagħha marbuta mas-sitwazzjoni fis-Sirja.", "20.", "Ir-rapporti ta' ksur serju, mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem u ta' abbużi u vjolenza settarja huma kwistjoni ta' tħassib gravi.", "L-UE tilqa' d-disa' rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU, u tikkundanna r-reati kontra l-umanità u l-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem deskritti fih, imwettqa b'mod partikolari mir-reġim ta' Assad u gruppi terroristiċi.", "L-UE tappoġġa t-tiġdid tal-mandat tal-Kummissjoni ta' Inkjesta.", "Hija tappoġġa wkoll id-dokumentazzjoni ta' reati fis-Sirja biex jiġi żgurat li l-awturi kollha jinżammu responsabbli.", "L-UE ttenni t-talba tagħha lill-Kunsill tas-Sigurtà biex jirreferi s-sitwazzjoni tas-Sirja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali.", "21.", "L-UE tilqa' r-Riżoluzzjoni tas-Sigurtà tan-NU 2209 u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII tagħha li jikkundannaw bl-aktar mod qawwi kull użu ta' kimika tossika, bħall-kloru, bħala arma fis-Sirja.", "L-UE itenni l-kundanna tagħha tal-użu tal-gass tal-kloru bħala arma kimika mir-reġim ta' Assad, li jikkostitwixxi vjolazzjoni sfaċċata tad-dritt internazzjonali u jista' jammonta għal delitt tal-gwerra u delitt kontra l-umanità.", "L-UE tisħaq li dawk kollha responsabbli għal tali atti orribbli għandhom jinżammu responsabbli.", "L-UE tappella lir-reġim ta' Assad jestendi l-kooperazzjoni sħiħa lill-missjoni ta' tiftix tal-fatti tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW).", "L-UE ttenni li tinsab lesta tappoġġa azzjonijiet previsti skont din ir-riżoluzzjoni u dawk preċedenti.", "22.", "L-UE tinnota bi tħassib serju li l-ħtiġijiet umanitarji jkomplu jiżdiedu waqt li l-aċċess għal persuni vulnerabbli jiffaċċja għadd li qed jikber ta' limiti.", "L-UE tikkundanna l-intransiġenza kontinwa tar-reġim ta' Assad dwar l-aċċess umanitarju u l-użu ta' proċeduri amministrattivi li jxekklu t-twassil rapidu u sostnut tal-għajnuna, inkluż materjal mediku.", "L-UE ttenni l-appell tagħha lill-partijiet kollha, b'mod partikolari r-reġim ta' Assad biex jimplimentaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 2139, 2165 u 2191 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.", "L-UE ser tfittex iżżid l-implimentazzjoni ta' dawk ir-Riżoluzzjonijiet għat-twassil ta' assistenza transkonfinali u fuq kull naħa tal-konflitt sabiex tgħin lil dawk is-Sirjani l-aktar dispratament fil-bżonn.", "L-UE tikkundanna wkoll l-assedji kontinwi fuq persuni ċivili u tfakkar fir-responsabbiltà primarja tar-reġim li jiżgura l-protezzjoni tal-popolazzjoni proprja tiegħu.", "L-UE tinsab ferm imħassba li l-ISIL/Da'esh affettwa b'mod sinifikanti l-preżenza u l-operazzjoni ta' aġenziji u atturi umanitarji fit-Tramuntana tas-Sirja, u b'hekk ikkomprometta l-funzjoni umanitarja tagħhom.", "23.", "L-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributuri għar-rispons internazzjonali għall-kriżi tas-Sirja, wara li s'issa mmobilizzaw aktar minn EUR 3.2 biljun għal għajnuna u assistenza għall-irkupru lil dawk affettwati mill-konflitt ġewwa s-Sirja u r-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti fil-pajjiżi ġirien il-Libanu, il-Ġordan, l-Iraq u t-Turkija.", "Qabel it-tielet konferenza internazzjonali ta' donaturi għal għajnuna umanitarja għas-Sirja li ser issir fil-Kuwajt fil-31 ta' Marzu, il-Kunsill itenni l-impenn tal-Istati Membri li, flimkien mal-pakkett finanzjarju tal-Kummissjoni Ewropea, jippreżentaw wegħdiet sostanzjali ta' fondi ġodda umanitarji u għall-iżvilupp li jirriflettu l-iskala u n-natura fit-tul tal-kriżi.", "Il-Kunsill jappella wkoll lis-sħab internazzjonali kollha biex jippreżentaw ukoll wegħda sostanzjali fil-Kuwajt u fit-terminu aktar fit-tul biex itejbu wkoll il-livell u l-prevedibbiltà tal-appoġġ rispettiv tagħhom għall-poplu affettwat mill-kriżi tas-Sirja fir-reġjun.", "24.", "L-UE ttenni l-appoġġ determinat tagħha lejn l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Iraq.", "Hija tissottolinja wkoll l-appoġġ qawwi tagħha għall-Gvern tal-Iraq, immexxi mill-Prim Ministru al-Abadi, u tilqa' l-impenn tal-gvern biex ikompli r-riformi u djalogu komprensiv bil-ħsieb li jinkisbu l-inklużività, ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-paċi u l-istabbiltà fit-tul, u f'dan il-kuntest tilqa' l-progress konkret li sar f'diversi oqsma, inkluża l-adozzjoni tal-baġit.", "L-UE tappella lill-Gvern u l-Kunsill tar-Rappreżentanti biex iżidu l-isforzi tagħhom ta' riforma sabiex jiksbu b'mod rapidu progress effettiv.", "Hija tissottolinja l-importanza tal-qbil dwar it-trasferiment tad-dħul u ż-żejt bejn il-Gvern Federali tal-Iraq u l-Gvern tar-Reġjun tal-Kurdistan u tappella lit-tnejn li huma biex jirriżolvu kwistjonijiet pendenti oħra b'mod kostruttiv.", "Hija tappella lill-pajjiżi tar-reġjun biex jappoġġaw lill-Gvern tal-Iraq fl-isforzi tiegħu biex jirristawra l-paċi u l-istabbiltà dejjiema fl-Iraq.", "25.", "L-UE tiddeplora l-preżenza kontinwa u l-azzjonijiet brutali tal-ISIL/Da'esh fl-Iraq, u tinsisti li l-kriżi politika u ta' sigurtà sottostanti fl-Iraq għandha tiġi indirizzata sabiex jinqered l-ISIL/Da'esh u tinkiseb l-istabbiltà fit-tul.", "Hija tħeġġeġ lill-komponenti kollha tas-soċjetà tal-Iraq biex jingħaqdu flimkien fil-ġlieda kontra l-ISIL/Da'esh.", "Ir-rapporti ta' ksur serju, mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, ta' abbużi u vjolenza settarja huma kwistjoni ta' tħassib serju.", "L-UE tissottolinja l-importanza tar-rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fl-istabilizzazzjoni tal-Iraq.", "Hija tikkundanna l-qtil extraġudizzjarju mwettaq minn gruppi armati differenti, kif irrappurtat reċentement, u tfakkar li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tista' tkun ta' suċċess biss jekk titwettaq b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali.", "Hija tisħaq dwar il-ħtieġa tal-bini mill-ġdid ta' Forzi tas-Sigurtà Iraqini inklużivi u kkontrollati demokratikament u tissottolinja li l-gruppi armati kollha għandhom jaqgħu taħt il-kmand u l-kontroll tal-istat tal-Iraq, u li dawk li wettqu l-ksur u l-abbużi għandhom jinżammu responsabbli.", "L-UE ttenni l-appell tagħha lill-Iraq biex jaderixxi mal-Istatut ta' Ruma.", "26.", "L-UE tappella lill-Gvernijiet tal-Iraq, kif ukoll il-Gvern tar-Reġjun tal-Kurdistan, biex jagħmel l-isforzi possibbli kollha biex jiżgura li l-għajnuna umanitarja titwassal lill-persuni spostati f'pajjiżhom (IDPs) u lir-refuġjati kollha f'konformità mad-dritt internazzjonali u l-prinċipji umanitarji.", "L-UE tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet rilevanti kollha biex isaħħu l-isforzi attwali tar-reġistrazzjoni tal-IDPs u joffru protezzjoni ugwali lill-komunitajiet etniċi u reliġjużi kollha li huma parti mis-soċjetà tal-Iraq, kif ukoll lil refuġjati Sirjani.", "Hija tenfasizza l-importanza li l-koordinazzjoni ċivili-militari tissaħħaħ kif adatt f'konformità mad-dritt umanitarju.", "Fl-2014, l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu t-tieni l-akbar donaturi umanitarji fir-rispons għall-kriżi fl-Iraq, wara li pprovdew EUR 163 miljun f'għajnuna umanitarja urġenti.", "L-UE ser iżżid l-isforzi umanitarji fl-2015.", "27.", "L-UE twiegħed l-appoġġ sħiħ tagħha għall-isforzi tal-Gvern tal-Iraq, kif ukoll il-Gvern tar-Reġjun tal-Kurdistan, fit-twettiq tar-riformi meħtieġa fi spettru wiesa' ta' setturi.", "L-UE tesprimi l-impenn tagħha li taħdem mill-qrib mas-sħab Iraqini bl-użu tal-istrumenti disponibbli tagħha kollha, kif jinsab fil-Komunikazzjoni Konġunta, inkluż permezz tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq, l-inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni u bini tal-paċi, il-miżuri ta' trasparenza u responsabbiltà, inkluż fis-settur tas-sigurtà u s-sistema ġudizzjarja li jeħtieġu jissaħħu, it-twassil ta' assistenza għall-iżvilupp, u l-kooperazzjoni kontra t-terroriżmu.", "Barra minn hekk, l-UE u l-Istati Membri jibqgħu impenjati li jipprovdu assistenza fit-tul.", "Strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da'esh", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da'esh"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/council-conclusions-ebola/", "text": ["Il-Kunsill japprova d-Dikjarazzjoni tal-Kopresidenti tal-Konferenza ta' Brussell dwar l-Ebola - \"Minn Stat ta' Emerġenza għall-Irkupru\" tat-3 ta' Marzu 2015.", "Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ottubru u Novembru 2014 u filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ewlieni li għandhom l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri tagħha bħala donaturi prinċipali fir-rispons għall-kriżijiet min-naħa tal-komunità internazzjonali, il-Kunsill itenni l-impenn sod tiegħu biex tintemm l-epidemija tal-Ebola billi n-numru ta' każijiet jonqos għal żero u biex dan in-numru jinżamm permezz ta' għajnuna ta' emerġenza kontinwa u adatta u permezz ta' appoġġ għall-pjanijiet ta' rkupru.", "Hu jtenni l-istima tiegħu għall-eroiżmu ta' dawk kollha fil-livell nazzjonali u internazzjonali li wieġbu biex għenu fl-indirizzar tal-epidemija fil-post u għas-sagrifiċċju li għamlu u jagħraf il-kontribut tal-missjonijiet diplomatiċi tal-UE fil-pajjiżi milqutin.", "Il-Kunsill jissottolinja l-importanza li l-finanzjament li fadal b'rabta mal-emerġenza u l-irkupru, li ġie mwiegħed sal-lum, jiġi żburżat mingħajr dewmien u b'mod ikkoordinat u b'mod partikolari biex tiġi koperta d-diskrepanza immedjata fil-finanzjament ta' USD 400 miljun għall-azzjonijiet tal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-appoġġ addizzjonali meħtieġ għal prijoritajiet marbutin mal-irkupru bikri u l-istat ta' tħejjija reġjonali.", "Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għal dawn ir-rekwiżiti, inkluż permezz ta' żburżar rapidu tal-bqija ta' EUR 1.3 biljun li wiegħdu l-UE u l-Istati Membri tagħha, u li għadhom mhumiex kompletament impenjati.", "Huwa jappella wkoll għal kooperazzjoni u koordinazzjoni kontinwa fost l-atturi involuti fir-rispons u l-irkupru li għaddejjin bħalissa biex jiġi żgurat l-aħjar użu effiċjenti tar-riżorsi.", "Il-Kunsill jinnota l-Laqgħat li jmiss tar-Rebbiegħa bejn il-Grupp tal-Bank Dinji u l-FMI, is-segwitu tas-Sessjoni Speċjali dwar l-Ebola tal-Bord Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li għandu jiġi diskuss fil-laqgħa li jmiss tal-Assemblea tal-WHO, il-laqgħa li ser tiġi ospitata mis-Segretarju Ġenerali tan-NU f'Mejju u l-laqgħa li jmiss, prevista għal Ġunju, tal-Unjoni Afrikana (UA).", "L-UE u l-Istati Membri tagħha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi milqutin ser ikomplu jikkontribwixxu favur il-prijoritajiet marbutin mal-irkupru fuq perijodu ta' żmien itwal.", "Dan għandu jinkludi l-bini mill-ġdid ta' sistemi tal-kura tas-saħħa u soċjali sostenibbli, anke sabiex terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-popolazzjonijiet, kif ukoll għall-konsolidazzjoni tal-paċi u l-bini tal-istat.", "Il-Kummissjoni tan-NU għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi u l-Patt Ġdid ser ikomplu jipprovdu pjattaformi importanti għal koordinazzjoni internazzjonali u biex tiġi żviluppata strateġija koerenti li torbot l-aspetti ta' żvilupp, ta' sigurtà u dawk politiċi, inkluż l-irkupru post-Ebola.", "Il-Kunsill jissottolinja l-importanza tal-impenji tal-Kopresidenti biex itejbu l-governanza lokali u nazzjonali, it-trasparenza u s-sens ta' responsabbiltà, li jipprevedu riżultati aktar inklużivi u effettivi fl-għoti tas-servizzi liċ-ċittadini, inkluż l-aċċess ta' kulħadd għas-saħħa u l-edukazzjoni, u biex jiġi indirizzat il-piż partikolari fuq in-nisa u l-bniet bħala riżultat tal-kriżi.", "Il-Kunsill jinnota t-tagħlimiet meħuda u l-impenn tal-Kopresidenti u s-sħab fit-tisħiħ tal-istat ta' tħejjija fil-livell lokali, nazzjonali, reġjonali u globali, inklużi l-mekkaniżmi ta' sorveljanza tal-mard u ta' twissija bikrija tad-diżastri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u t-trażżin ta' tifqigħat fil-futur.", "Il-Kunsill ifakkar fl-istedina tiegħu lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex jesploraw l-istabbiliment ta' grupp ta' riżerva ta' esperti mis-settur tas-saħħa fuq bażi volontarja, għal mobilizzazzjoni rapida u mmirata, permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili.", "Għandhom ikomplu l-isforzi internazzjonali, f'kooperazzjoni mal-industrija farmaċewtika, biex tingħata spinta lir-riċerka u l-iżvilupp bil-għan tal-iżvilupp u l-approvazzjoni ta' vaċċini, trattamenti u testijiet rapidi.", "6.", "Il-Kunsill jinnota li għad hemm lok biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jibqa' jkollhom rwol ewlieni fl-għoti ta' appoġġ għall-kooperazzjoni fir-reġjun milqut biex l-Ebola tintemm u biex jiġi żgurat li ma terġax titfaċċa, inkluż permezz tal-Unjoni tax-Xmara Mano, l-ECOWAS, l-UA u s-sistema tan-NU, b'mod partikolari l-WHO.", "Il-Kunsill jistieden lill-Koordinatur tal-UE għall-Ebola biex ikompli jaħdem mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u s-servizzi tal-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex jesplora l-opzjonijiet f'dan ir-rigward.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ebola"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/15/new-eu-special-representative-middle-east-peace-process/", "text": ["Il-Kunsill ħatar lil", "bħala Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani.", "Il-kompiti tar-Rappreżentant Speċjali huma li jikkontribwixxi għal azzjonijiet u inizjattivi li jwasslu għal", "riżoluzzjoni finali tal-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, ibbażata fuq soluzzjoni ta' żewġ stati", ".", "Huwa se jiffaċilita l-kuntatt bejn il-partijiet u jikkontribwixxi għall-possibbiltà li jiġi stabbilit qafas ġdid għan-negozjati.", "Fernando Gentilini, eks-direttur għall-Ewropa tal-Punent, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandu karriera estensiva f'affarijiet barranin.", "Minn Mejju 2011 sa Jannar 2012, huwa kien ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE fil-Kosovo.", "Is-Sur Gentilini se jassumi l-kariga tiegħu minnufih u huwa inizjalment maħtur sat-30 ta' April 2016."], "date": "15 ta' April 2015", "title": "Jinħatar Rappreżentant Speċjali ġdid tal-UE għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/15/new-eu-special-representative-for-central-asia/", "text": ["Il-Kunsill ħatar lil", "bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali.", "Ir-Rappreżentant Speċjali għandu l-inkarigu li", "jippromwovi l-koordinament politiku tal-UE fl-Asja Ċentrali", ", li jimmonitora l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali u li jappoġġa s-sigurtà reġjonali fir-reġjun.", "Is-Sur Burian, li sa ftit ilu kien Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovakkja, għandu karriera estensiva fis-servizz diplomatiku Slovakk.", "Il-pożizzjonijiet tiegħu jinkludu dawk ta' ambaxxatur għan-NATO u mibgħut għall-Istati Uniti tal-Amerika.", "Is-Sur Burian se jibda l-ħidma tiegħu minnufih filwaqt li l-mandat tiegħu bħala Rappreżentant Speċjali tal-UE inizjalment jiskadi fit-30 ta' April 2016."], "date": "15 ta' April 2015", "title": "Maħtur Rappreżentant Speċjali ġdid tal-UE għall-Asja Ċentrali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/17/tusk-weekly-schedule/", "text": ["It-Tlieta 21 ta' April 2015", "10.45 Laqgħa mal-Primat tal-Knisja Ortodossa Ukrena tal-Patrijarkat ta' Kiev, il-Patrijarjka Philaret", "15.30 Laqgħa mal-Prim Ministru tas-Serbja Aleksandar Vučić (opportunità għal ritratti - dikjarazzjonijiet għall-istampa ±16.00)", "L-Erbgħa 22 ta' April 2015", "09.30 Laqgħa mal-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana Dr Nkosazana Dlamini Zuma", "Il-Ħamis 23 ta' April 2015", "15.00 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Latvja Laimdota Straujuma", "16.45 Laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew dwar il-pressjonijiet migratorji fil-Mediterran", "Il-Ħadd 26 ta' April 2015", "Kamp ta' koncentrament Natzweiler-Struthof (Franza)", "16.00 Parteċipazzjoni fiċ-ċerimonja ta' tifkira fl-okkażjoni tas-70 anniversarju tal-liberazzjoni tal-kamp ta' Struthof", "Laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran, 23 ta' April 2015"], "date": "17 ta' April 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/18/declaration-hr-yarmouk-syria/", "text": ["L-UE hija mħassba serjament bid-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà fis-Sirja.", "Il-kundizzjonijiet fil-kamp tar-refuġjati Palestinjan f'Yarmouk saru kritiċi u jeħtieġ li jiġu indirizzati bl-akbar urġenza.", "Wara 3 snin ta' assedju mir-reġim Sirjan, il-mewġa reċenti ta' vjolenza f'Yarmouk minn partijiet differenti involuti fil-ġlieda qed tqiegħed il-popolazzjoni li tgħix fil-kamp f'riskju serju.", "Iċ-ċaħda kontinwa ta' aċċess umanitarju għar-refuġjati li jgħixu fil-kamp ta' Yarmouk mir-reġim Sirjan u ġellieda oħra mhix aċċettabbli.", "Il-partijiet kollha għandhom iwaqqfu l-ostilitajiet tagħhom biex jiżguraw aċċess umanitarju immedjat u bla kundizzjonijiet għal dawk fil-bżonn, u jipprovdu transitu bla periklu liċ-ċivili kollha li jixtiequ jitilqu mill-kamp, f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-UNSC 2139, 2165 u 2191.", "Inħeġġu lill-partijiet kollha biex jużaw l-influwenza tagħhom fuq il-gruppi involuti fil-ġlieda biex jippermettu aċċess umanitarju immedjat u bla kundizzjonijiet u jipprovdu transitu bla periklu liċ-ċivili kollha li jixtiequ jitilqu minn Yarmouk.", "Bħala l-UE, aħna nfaħħru l-UNRWA għall-ħidma importanti li qiegħda twettaq u ser inkomplu naħdmu flimkien mal-Kummissarju Ġenerali tal-UNRWA Pierre Krähenbühl, u s-sħab l-oħra kollha biex ngħinu ntaffu t-tbatija tan-nies l-aktar fil-bżonn.", "Għal dak l-għan il-Kummissjoni Ewropea rrilaxxat fondi ta' emerġenza immedjati ta' EUR 2.5 miljun għal operazzjonijiet tal-UNRWA li jagħtu assistenza vitali lir-refuġjati Palestinjani fis-Sirja permezz ta' flus u oġġetti ta' għajnuna ta' emerġenza.", "Barra minn hekk, u bħala parti mill-finanzjament umanitarju għas-Sirja għall-2015 tal-UE, l-appoġġ ser jiffaċilita rispons umanitarju rapidu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-familji vulnerabbli.", "Dan il-finanzjament huwa disponibbli għall-partijiet kollha tas-Sirja affettwati mill-kunflitt, b'fokus speċifiku fuq il-vjolenza reċenti f'Yarmouk, Idlib, Dara'a u Aleppo.", "Bħala l-UE, aħna nitolbu lill-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan de Mistura sabiex jaħdem mal-partijiet kollha għall-implimentazzjoni komprensiva tal-Communiqué ta' Ġinevra tat-30 ta' Ġunju 2012 li twassal għal transizzjoni politika ġenwina li tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan u tippermettilu li jiddetermina b'mod indipendenti u demokratiku il-futur tiegħu stess.", "Aħna ser inkomplu nappoġġaw b'mod sħiħ il-vittmi tal-kriżi tas-Sirja."], "date": "18 ta' April 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta' Yarmouk fis-Sirja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/20/safer-greener-lorries-approved/", "text": ["Il-manifatturi tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja se jitħallew jaqbżu l-limiti attwali tat-tul u tal-piż sabiex jintużaw mudelli li se", "jtejbu s-sikurezza tat-triq u l-effiċjenza fil-konsum tal-fjuwil", ".", "Dawn il-bidliet għad-direttiva tal-1996 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet ġew adottati mill-Kunsill fl-20 ta' April 2015.", "Vetturi bi profil ajrudinamiku", "Profil ġdid", "b'tondjatura fuq quddiem għall-kabini tat-trakkijiet se jnaqqas il-partijiet mhux viżibbli għas-sewwieqa kif ukoll ir-reżistenza tar-riħ.", "Billi l-parti ta' quddiem se tkun ftit itwal, jista' wkoll ikollha żona għall-assorbiment ta' kolliżjoni li tassorbi l-enerġija u tnaqqas l-impatt ta' xi kolliżjoni.", "Dan kollu jista' jgħin biex tissalva l-ħajja ta' bosta nies li jkunu mexjin fit-triq kif ukoll ċiklisti.", "Derogi dwar it-tul se jippermettu wkoll li fuq wara tal-vettura jitwaħħlu", "flaps ajrudinamiċi", "li jistgħu jinġibdu 'l ġewwa jew jintwew.", "It-tondjatura ta' quddiem kif ukoll il-flaps ta' wara se jtejbu l-effiċjenza tal-konsum tal-fjuwil mill-vettura.", "Dan se jwassal għal iffrankar mit-trasportaturi u jnaqqas l-emissjonijiet li jagħmlu l-ħsara.", "Vetturi bil-karatteristiċi l-ġodda se jkollhom jiġu approvati skont it-tip qabel ma jkunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq.", "Il-Kummissjoni se tipproponi l-bidliet meħtieġa għar-regoli attwali tal-approvazzjoni tat-tip.", "Id-dispożizzjonijiet dwar l-apparat fuq wara se jibdew japplikaw malli jiġu adottati r-rekwiżiti tekniċi u operazzjonali.", "Id-dispożizzjonijiet dwar id-disinn il-ġdid tal-kabini se jibdew japplikaw tliet snin wara li r-regoli rilevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip ikunu daħlu fis-seħħ.", "Novitajiet oħra", "Se jiġi mħeġġeġ l-użu ta'", ", bħall-elettriku u l-idroġenu, billi tiġi awtorizzata żieda fil-piż ta' mhux iktar minn tunnellata għal vetturi li jużaw dawk il-fjuwils.", "piż massimu tax-xarabanks", "se jiżdied b'1.5 tunnellati.", "Il-piż il-ġdid se jakkomoda ż-żieda fil-piż medju tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom u tat-tagħmir il-ġdid impost mir-regolamenti tas-sikurezza.", "Regoli ġodda dwar it-tul tal-vetturi li jittrasportaw ċerti kontejners fil-kuntest ta' operazzjoni", "se jagħmluha aktar faċli biex jiġi kkombinat it-trasport bit-triq ma' modi oħra ta' trasport li għandhom inqas intensità ta' karbonju.", "L-istati membri jridu jieħdu miżuri speċifiċi biex", "jikkontrollaw il-vetturi għal tagħbija żejda", ".", "Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli tal-vetturi se japplikaw sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-direttiva.", "Vetturi twal ħafna: ebda bidla", "regola attwali dwar vetturi twal ħafna", "ma tinbidilx.", "Dan ifisser li l-istati membri jistgħu jkomplu jippermettu l-użu ta' vetturi li jeċċedu l-istandards tal-UE fit-territorju tagħhom stess sakemm dan ma jwassalx għal effett sinifikanti fuq il-kompetizzjoni internazzjonali.", "Dan jikkonċerna t-trasport ta' tagħbijiet kbar pereżempju minn vetturi tal-forestrija speċjalizzati jew permezz tal-użu ta' vetturi kkombinati twal.", "Ftehim mal-Parlament Ewropew", "Sabiex jiġi adottat, l-att legali kellu jiġi approvat kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Parlament Ewropew.", "Dan il-ftehim fl-istadju tat-tieni qari kien ibbażat fuq il-ftehim li ntlaħaq bejn l-istituzzjonijiet f'Diċembru 2014.", "Il-Parlament kellu l-votazzjoni tat-tieni qari fl-10 ta' Marzu 2015.", "Dħul fis-seħħ, skadenza biex tgħaddi d-direttiva u reviżjoni", "Id-direttiva se tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.", "Wara l-pubblikazzjoni, l-istati membri se jkollhom sentejn biex jittrasponuha, jiġifieri jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali biex jikkonformaw magħha.", "Hija se tiġi riveduta tliet snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni.", "Direttiva li temenda d-Direttiva tal-1996 dwar il-Piżijiet u d-Dimensjonijiet", "Dikjarazzjonijiet dwar l-adozzjoni tad-direttiva emendatorja dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' April 2015", "title": "Trakkijiet aktar sikuri u ekoloġiċi approvati mill-Kunsill"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/20/long-term-investment-funds/", "text": ["Fl-20 ta' April 2015, il-Kunsill adotta regolament bil-għan li tiżdied il-provvista ta' kapital disponibbli għal", "investiment fuq terminu twil fl-ekonomija tal-UE", "permezz tal-ħolqien ta' forma ġdida ta' fond ta' koinvestiment.", "Il-fondi Ewropej tal-investiment fuq terminu twil (ELTIFs), minħabba l-klassijiet tal-assi li dawn se jkunu permessi li jinvestu fihom, huma mistennija li jipprovdu lill-investituri bi qligħ stabbli u fuq terminu twil.", "Il-ħolqien ta' ELTIFs definiti b'mod ċar se jgħin", "biex jiġu indirizzati l-ostakoli għall-investiment fuq terminu twil", ", pereżempju, fi proġetti ta' infrastruttura, u b'hekk jistimulaw l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.", "L-ELTIFs se jiffokaw biss fuq investimenti alternattivi li jaqgħu taħt kategorija definita ta' klassijiet ta' assi fuq terminu twil li l-iżvilupp b'suċċess tagħhom jirrikjedi impenn fuq terminu twil mill-investituri.", "Dawn se jinkludu:", "impriżi mhux elenkati li joħorġu ekwità;", "strumenti ta' dejn li għalihom m'hemmx xerrej faċilment identifikabbli;", "assi reali li jeħtieġu nefqa kapitali bil-quddiem sinifikanti;", "SMEs ammessi għan-negozju f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar", "Eliġibbiltà", "Huma biss il-fondi ta' investiment alternattivi tal-UE (AIFs) li huma mmaniġġjati minn maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi (AIFMs), awtorizzati skont id-direttiva 2011/61/UE dwar l-AIFMs, li se jkunu eliġibbli li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs.", "L-ELTIFs se jkunu suġġetti għal regoli addizzjonali", "li jirrekjedu minnhom, fost l-oħrajn, li jinvestu mill-inqas 70 % tal-kapital tagħhom f'kategoriji ta' assi eliġibbli definiti b'mod ċar.", "Il-kummerċ fl-assi li mhumiex investiment ta' terminu twil se jkunu permessi biss sa massimu ta' 30% tal-kapital tagħhom.", "Ġeneralment l-ELTIFs ma joffrux drittjiet ta' ammortizzazzjoni qabel tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.", "Dan għandu jkun indikat b'mod ċar bʼdata speċifika fir-regoli jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF, u żvelat lill-investituri.", "Il-protezzjoni għall-investitur", "L-ELTIFs se jkollhom fil-mira kemm investituri", "professjonali kif ukoll individwali", "fl-UE.", "Ir-regolament jistabbilixxi regoli li jipproteġu l-investituri, b'mod partikolari l-investituri individwali.", "Il-maniġer jew id-distributur tal-fond għandu jiżgura li l-investitur individwali b'portafoll", "sa €500 000 ma jinvestix ammont aggregat ta' aktar minn 10% tal-portafoll tiegħu f'ELTIFs, sakemm l-ammont inizjali investit f'ELTIF wieħed jew aktar ma jkunx inqas minn €10 000.", "Barra minn hekk, fejn iċ-ċiklu tal-ħajja ta' ELTIF jaqbeż l-għaxar snin, il-maniġer jew id-distributur tal-fond għandu joħroġ twissija bil-miktub li dan jista' ma jkunx adatt għal investituri individwali li mhumiex f'pożizzjoni li jsostnu tali impenn fuq terminu twil u illikwidu.", "Il-passi li jmiss", "L-adozzjoni tar-regolament issegwi qbil li ntlaħaq mal-", "Parlament Ewropew", "f'Diċembru 2014 fl-ewwel qari.", "Ir-regolament se jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.", "F'konformità mad-direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (Mifid II).", "Li jeskludi kwalunkwe strument finanzjarju li ngħata bħala kollateral.", "Regolament dwar l-ELTIFs", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' April 2015", "title": "Fondi ta' investiment Ewropej fuq terminu twil: il-Kunsill jadotta regoli ġodda"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/20/eu-citizens-consular-protection/", "text": ["Direttiva adottata llum (20 ta' April 2015) tiffaċilita", "l-aċċess taċ-ċittadini tal-UE għal servizzi konsulari", "f'pajjiżi terzi fejn pajjiżhom m'għandux rappreżentanza diplomatika jew ma jistax jipprovdi protezzjoni.", "F'pajjiżi terzi, ċittadini mhux rappreżentati tal-UE huma intitolati għal protezzjoni konsulari pprovduta minn stat membru ieħor", "bl-istess kondizzjonijiet", "bħaċ-ċittadini ta' dak l-istat membru.", "Ir-regoli l-ġodda jistabbilixxu kif l-istati membri se jikkooperaw biex jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt.", "Huma jsegwu l-ħsieb tat-Trattat ta' Lisbona, li saħħaħ l-istatus taċ-ċittadinanza tal-Unjoni.", "Assistenza konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati tal-UE tista' tinkludi s-sitwazzjonijiet li ġejjin:", "• arrest jew detenzjoni;", "• tkun vittma ta' kriminalità;", "• inċident serju jew mard serju;", "• sokkors u ripatrijazzjoni f'każ ta' emerġenza;", "• ħtieġa għal dokumenti tal-ivvjaġġar ta' emerġenza.", "F'pajjiżi terzi, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-missjonijiet diplomatiċi u konsulari tal-istati membri, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għal protezzjoni konsulari kif speċifikata fit-Trattat.", "L-istati membri għandhom", "sal-1 ta' Mejju 2018", "biex jaġġustaw il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għad-direttiva.", "It-test tad-direttiva dwar il-protezzjoni konsolari għal ċittadini tal-Unjoni mhux rappreżentati f'pajjiżi terzi, 31 ta' Marzu 2015", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' April 2015", "title": "Ċittadini tal-UE se jgawdu minn aċċess imtejjeb għal protezzjoni konsulari barra l-UE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/20/council-conclusions-review-european-neighbourhood-policy/", "text": ["1.", "Il-Kunsill jilqa' d-Dokument ta' Diskussjoni Konġunt tal-4 ta' Marzu 2015 'Lejn Politika Ewropea tal-Viċinat Ġdida', maħruġ b'mod konġunt mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni.", "2.", "Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) hija kruċjali kemm għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE kif ukoll għal oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-UE.", "Il-viċinat huwa prijorità strateġika u interess fundamentali għall-UE.", "Il-Kunsill jissottolinja l-importanza ta' relazzjoni speċjali mal-ġirien tal-UE li teħtieġ tkun kemm jista' jkun effettiva sabiex tiġi żviluppata żona ta' stabbiltà, sigurtà u prosperità komuni.", "Il-Kunsill jenfasizza l-ħtieġa għal ħidma dwar rieżami tal-PEV sabiex jiġi żgurat li din tipprovdi qafas adegwat għal relazzjonijiet fit-tul mas-sħab kollha tal-PEV, waqt li tagħmilha wkoll aktar politika u adattata għall-isfidi varji fil-viċinat.", "3.", "Il-PEV għandha l-għan li tiżviluppa viċinat demokratiku, stabbli u prosperu, ibbażat fuq impenn lejn il-valuri fundamentali, inklużi l-istat tad-dritt, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi.", "4.", "Il-Kunsill jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment sħiħ tal-Istati Membri tal-UE fl-istadji kollha tal-proċess ta' rieżami.", "Il-Kunsill jilqa' l-konsultazzjonijiet mis-Servizz għall-Azzjoni Esterna u s-servizzi tal-Kummissjoni mal-pajjiżi sħab, il-Parlament Ewropew, u ma' partijiet ikkonċernati oħra bħas-soċjetà ċivili, il-komunità kummerċjali, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, u l-pubbliku inġenerali.", "5.", "Il-Kunsill jirrikonoxxi li l-kuntest ġeografiku usa' tas-sħab tagħna u tar-relazzjonijiet tagħhom mal-ġirien tagħhom huma kunsiderazzjonijiet importanti, u dan iħalli impatt fuq l-ENP.", "Huwa dritt uniku tal-UE u tas-sħab tagħha biex jiddeċiedu b'mod sovran dwar kif iridu jipproċedu fir-relazzjonijiet tagħhom.", "6.", "Il-Kunsill jafferma l-erba' oqsma ta' prijorità li r-rieżami attwali tal-PEV jipprova jindirizza: 'Differenzjazzjoni'; 'Fokus' (li fost l-oħrajn jinkludi s-sigurtà, l-iżvilupp ekonomiku u l-kummerċ, il-governanza tajba, il-migrazzjoni, l-enerġija u d-drittijiet tal-bniedem); 'Flessibbiltà'; u 'Sjieda u Viżibbiltà'.", "Dawn l-oqsma jirriflettu l-prinċipji ewlenin li għandhom jgħinu jiddefinixxu PEV aktar simplifikata, skont il-prijoritajiet u l-interessi politiċi tal-UE.", "7.", "Il-Kunsill jenfasizza li PEV riveduta għandha tqis l-interessi u l-ħtiġijiet tal-UE u l-ġirien tagħha, l-impenn tal-ġirien favur ir-riformi, il-livell ta' ambizzjoni tas-sħubija kif ukoll sfidi differenti u l-ambjent ġeopolitiku.", "Il-politika għandha tkun kapaċi twieġeb b'mod flessibbli għas-sitwazzjonijiet li qed jinbidlu fir-reġjun, għall-isfidi u l-kriżijiet filwaqt li tħares il-kontinwità u l-prevedibbiltà tagħha.", "Approċċ xprunat mid-domanda u l-interess għandu jżid is-sjieda tal-pajjiżi sħab.", "8.", "L-istabbiltà u l-prosperità bbażati fuq il-prinċipji tal-inklużjoni politika, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku inklużiv fil-viċinat tagħha huwa interess fundamentali tal-UE.", "Il-Kunsill jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw sett ta' proposti li jiżguraw il-koerenza tal-Politika mad-dimensjonijiet tas-sigurtà u l-politika barranija tal-azzjonijiet esterni tal-UE.", "Il-politika għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà fil-viċinat f'konformità mal-approċċ komprensiv u d-dimensjoni esterna ta' politiki rilevanti oħra tal-UE bħall-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.", "L-istrumenti tal-PEV għandhom jintużaw b'mod usa' sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi sħab li jindirizzaw theddid għas-sigurtà, b'mod partikolari permezz ta' riformi tas-settur tas-sigurtà.", "Bl-istess mod, ir-rieżami li għaddej bħalissa tal-PEV għandu jimmira lejn koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-attivitajiet tal-PEV u dawk usa' tal-PESK/PSDK b'mod komprensiv.", "9.", "Il-Kunsill jinkoraġġixxi lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex jissimplifikaw il-proċeduri sabiex l-appoġġ tal-UE permezz tal-istrumenti tal-PEV isir aktar flessibbli u jwieġeb għal sitwazzjonijiet li qegħdin jinbidlu fuq il-post u jkompli jinkoraġġixxi l-koordinazzjoni effettiva ta' donaturi, inkluż ma' donaturi mhux mill-UE.", "10.", "Jeħtieġ li l-UE tippreżenta b'mod aktar effettiv l-impatt li qiegħda tħalli l-PEV fuq ħajjet in-nies.", "Il-Kunsill jisħaq fuq l-importanza ta' narrattiva ċara u l-ħtieġa għal sforzi ta' komunikazzjoni strateġika dwar l-impenn tal-UE fir-reġjun, inkluż dwar il-valuri u l-objettivi tagħha.", "Għandhom isiru aktar sforzi biex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-UE bħala entità sħiħa, u tiġi kkomunikata l-politika barranija Ewropea u l-firxa wiesgħa ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni settorjali lejn il-pajjiżi tar-reġjun.", "F'dan il-kuntest, il-Kunsill jissottolinja l-ħtieġa li jitwessa' l-involviment tal-UE mas-soċjetà ċivili u l-komunità kummerċjali.", "11.", "Il-Kunsill itenni l-importanza li jiġu żviluppati aktar l-integrazzjoni u d-djalogu skont id-dimensjonijiet reġjonali speċifiċi tal-PEV, u jissottolinja r-rwol ċentrali tas-Sħubija tal-Lvant u l-Unjoni għall-Mediterran.", "F'dan il-kuntest, huwa jfakkar fl-importanza ta' inizjattivi reġjonali oħra bl-involviment tal-UE u tal-Istati Membri.", "Aktar kooperazzjoni reġjonali msaħħa tikkontribwixxi għal atmosfera ta' sħab indaqs, ittejjeb is-sens ta' sjieda konġunta tal-ġirien tal-UE, u ssaħħaħ il-politika kollha kemm hi.", "12.", "Il-Kunsill jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni jippreżentaw proposti ta' riforma għall-kunsiderazzjoni tal-Kunsill sal-ħarifa 2015 u jibqa' jsegwi din il-kwistjoni.", "Huwa jilqa' l-konsultazzjonijiet reċenti mas-sħab tan-Nofsinhar li saru f'Barċellona u jistenna b'interess il-konsultazzjonijiet mas-sħab tal-Lvant f'Riga.", "Il-Kunsill jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati s-sjieda u l-involviment tal-pajjiżi sħab tal-PEV fil-proċess ta' rieżami sabiex titjieb l-effettività tal-politika u l-approċċ individwalizzat tagħha.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' April 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/20/council-conclusions-npt/", "text": ["1.", "Il-Kunsill ifakkar li l-Unjoni Ewropea hija magħquda fil-fehma li tqis lit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) bħala l-pedament tar-reġim globali ta' nonproliferazzjoni nukleari, il-bażi essenzjali biex jinkiseb id-diżarm nukleari skont l-Artikolu VI tat-TNP u element importanti fl-iżvilupp ulterjuri ta' applikazzjonijiet tal-enerġija nukleari għal finijiet paċifiċi.", "Il-Kunsill jafferma mill-ġdid li l-UE hija impenjata li tħares u tippreserva t-TNP bħala prijorità ewlenija, u bħala strument multilaterali għaż-żamma u t-tisħiħ tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali.", "2.", "Il-Kunsill jilqa' d-Disa' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari li ser issir mis-27 ta' April sat-22 ta' Mejju 2015 fil-Kwartieri Ġenerali tan-NU fi New York u jissottolinja l-importanza tagħha bħala pass ewlieni fi kwistjonijiet ta' nonproliferazzjoni u diżarm globali.", "3.", "Filwaqt li jżomm f'moħħu l-ambjent attwali ta' sigurtà severa, il-Kunsill itenni l-appoġġ sod tal-Unjoni Ewropea għat-tliet pilastri kollha tat-Trattat u għall-implimentazzjoni tal-impenji kollha li ttieħdu skont dan jew li ttieħdu matul Konferenzi ta' Reviżjoni preċedenti.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' April 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Disa' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP)"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/23/declaration-hr-federica-mogherini-european-world-water-day/", "text": ["Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ilma, l-Unjoni Ewropea tfakkar li ilma sikur tajjeb għax-xorb u s-sanità huma kruċjali għal ħajja f'saħħitha u dinjituża.", "Minkejja dan, aktar minn 750 miljun persuna madwar id-dinja għadhom mingħajr aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb, u għalhekk imċaħħda minn dritt bażiku tal-bniedem.", "Hija traġedja umana u totalment inaċċettabbli li aktar minn 4,000 tifel u tifla taħt il-ħames snin imutu kuljum minħabba mard assoċjat man-nuqqas ta' aċċess għal ilma tax-xorb nadif kif ukoll sanità u iġjene inadegwati.", "Fl-2015, id-dinja għandha opportunità ta' darba f'ġenerazzjoni biex taqbel dwar approċċ verament trasformattiv u komprensiv għall-eradikazzjoni tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli madwar id-dinja.", "L-UE temmen li approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għall-aġenda ta' wara l-2015, li jħaddan id-drittijiet tal-bniedem kollha, u l-ugwaljanza bejn is-sessi, jiżgura bl-aħjar mod li dawn l-għanijiet jintlaħqu.", "Id-disponibbiltà u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u s-sanità għal kulħadd iridu jkunu komponenti importanti ta' dan il-qafas ġdid, peress li l-ilma huwa fattur ewlieni għall-iżvilupp sostenibbli.", "L-UE hija mħassba dwar il-problema tal-iskarsezza tal-ilma u l-pressjoni fuq l-ilma, li hija aktar minn qatt qabel riżultat tat-tibdil fil-klima u li x'aktarx taffettwa aktar nies fil-ġejjieni minħabba l-iżviluppi demografiċi.", "In-nuqqas ta' ilma, il-kwalità fqira tal-ilma, nixfiet jew għargħar huma fatturi li jikkontribwixxu għal konflitti vjolenti li mbagħad iċaħħdu lil ħafna nies minn aċċess għall-ilma.", "Abbażi tal-esperjenza u l-għarfien miksuba mill-UE u l-Istati Membri tagħha fil-ġestjoni tal-ilma, l-UE tinkoraġġixxi bil-qawwa l-kooperazzjoni transkonfinali dwar il-ġestjoni tal-ilma biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll l-istabbiltà, il-paċi u s-sigurtà.", "F'dan il-kuntest, aħna nilqgħu l-ftuħ tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Użu tal-Korsiji tal-Ilma Transkonfinali u tal-Lagi Internazzjonali (il-Konvenzjoni dwar l-Ilma tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti) għall-Istati Membri kollha tan-NU u d-dħul fis-seħħ, f'Awwissu 2014, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Korsiji tal-Ilma.", "L-UE tistenna bil-ħerqa wkoll sabiex tikkontribwixxi b'mod attiv għas-suċċess tal-Forum Dinji dwar l-Ilma f'April ta' din is-sena.", "Il-Pajjiżi Kandidati l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Dikjarazzjoni.", "* - L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni."], "date": "23 ta' Marzu 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Federica Mogherini f'isem l-UE fl-okkażjoni tal-Jum Dinji u Ewropew tal-Ilma"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/24/guinea-bisau-eu-lifts-restrictions-on-cooperation/", "text": ["Il-Kunsill irrevoka l-miżuri li jillimitaw il-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Guinea-Bissau.", "Dan qed isir wara elezzjonijiet kredibbli fl-2014, ir-restawr tal-ordni kostituzzjonali u l-progress tal-pajjiż fit-tqegħid fil-prattika tal-impenji ta' riforma magħmula lill-UE.", "Bħala konsegwenza, l-UE terġa' tibda bis-sħiħ il-kooperazzjoni mal-Ginea Bissaw.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini qalet: \"Il-Guinea-Bissau bdiet miexja fi triq ġdida ta' paċi, rikonċiljazzjoni u żvilupp wara l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u r-restawr tal-ordni kostituzzjonali fl-2014.", "Id-deċiżjoni tal-lum tippermettilna nappoġġaw l-isforzi tal-awtoritajiet biex jerġgħu jibnu l-pajjiż, isejsu l-istituzzjonijiet demokratiċi u jqiegħdu s-sisien għal stabbiltà fit-tul.", "Diġà din il-ġimgħa l-UE qed torganizza b'mod konġunt, flimkien mal-gvern tal-Guinea-Bissau u n-NU, konferenza internazzjonali għall-mobilizzazzjoni tal-appoġġ għall-implimentazzjoni tar-riformi fil-Guinea-Bissau u l-programm ta' żvilupp tagħha\".", "Il-Kummissarju tal-UE għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali Neven Mimica żied jgħid: \"Il-Guinea-Bissau reġgħet lura fuq ix-xena internazzjonali u tinsab lesta timxi 'l quddiem bl-appoġġ tal-UE.", "Fix-xhur li ġejjin, aħna ser niffinalizzaw l-ipprogrammar tal-11-il pakkett tal-FEŻ u ser nallinjaw il-kooperazzjoni tagħna mal-prijoritajiet tal-istrateġija ta' żvilupp nazzjonali tal-gvern.\"", "L-UE tinkoraġġixxi lill-Guinea-Bissau biex tibqa' magħquda u tkompli bl-isforzi tagħha biex jissaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, jiġu rriformati s-settur tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-impunità u t-traffikar tad-drogi.", "L-Unjoni tappoġġa l-isforzi biex jiġu ffaċċjati dawn l-isfidi u bħalissa qed tiddiskuti l-ipprogrammar tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) mal-Guinea-Bissau.", "F'Lulju 2014, il-Kunsill issospenda r-restrizzjonijiet tal-kooperazzjoni mal-Guinea-Bissau, wara l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet ħielsa u kredibbli.", "Il-miżuri li jillimitaw il-kooperazzjoni mal-Guinea-Bissau kienu ġew imposti f'Lulju 2011 wara l-ħatra tal-istigaturi ewlenin tar-rewwixta militari f'April 2010 fl-ogħla karigi tal-ġerarkija militari, li l-UE kkunsidrat bħala ksur serju tal-elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou."], "date": "24 ta' Marzu 2015", "title": "Guinea-Bissau: l-UE tneħħi r-restrizzjonijiet fuq il-kooperazzjoni"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/25/report-tusk-european-parliament/", "text": ["Ippermettuli l-ewwel nett nesprimi l-kondoljanzi l-aktar sinċiera tiegħi lill-familji tal-vittmi tat-traġedja tal-bieraħ tal-Germanwings.", "Nixtieq ukoll nesprimi s-simpatija u s-solidarjetà tiegħi mal-gvernijiet tan-nazzjonijiet kollha affettwati.", "Il-ħsibijiet tagħna qiegħdin magħkom illum.", "Issa nixtieq nirrapportalkom dwar il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa li fil-fatt kien summit impenjattiv b'aġenda twila u mimlija.", "Ħadna l-ewwel passi konkreti lejn Unjoni tal-Enerġija bid-dimensjonijiet kollha tagħha.", "Id-diskussjoni tagħna kkonċentrat l-aktar fuq is-sigurtà tal-enerġija.", "Il-mexxejja qablu li fil-futur il-kuntratti kollha tal-gass, kemm bejn il-gvernijiet kif ukoll bejn in-negozji, jeħtieġ li jkunu aktar trasparenti biex jiġi żgurat li jikkonformaw mar-regoli tagħna u li ma jipperikolawx is-sigurtà tal-enerġija tagħna.", "Id-dettalji ser jiġu stabbiliti fil-leġislazzjoni li ser tiġi proposta dalwaqt mill-Kummissjoni.", "Nittama li l-ambizzjoni tagħna ser tiġi appoġġata minn din il-kamra.", "Qbilna wkoll li nesploraw kif il-kumpaniji Ewropej jistgħu jikkooperaw biex jixtru l-gass bl-ingrossa.", "Din hija diskussjoni f'waqtha.", "Id-dipendenza tagħna fuq fornituri esterni hija dgħufija ewlenija u ninsab kuntent li l-mexxejja xtaqu jindirizzawha.", "Fl-aħħar nett, qbilna li nżidu d-diplomazija tal-Ewropa fir-rigward tal-klima qabel is-Summit dwar il-Klima ta' Pariġi f'Diċembru.", "Fil-preżenza tal-President tal-BĊE Mario Draghi, iddiskutejna l-ekonomija Ewropea.", "Il-prospetti għall-ekonomija tagħna qed jitjiebu, tal-anqas skont l-aħħar previżjonijiet.", "Il-prezzijiet taż-żejt naqsu b'rata aktar mgħaġġla milli kien mistenni.", "Il-BĊE qed jimplimenta tnaqqis kwantitattiv.", "L-euro tilef mill-valur.", "Madankollu, l-ebda inizjattiva monetarja, irrispettivament kemm tkun kbira, mhi ser tiffunzjona mingħajr riformi strutturali fil-livell nazzjonali.", "Issa l-waqt għar-riforma, meta r-riħ qiegħed jonfoħ favur tagħna.", "Fl-Unjoni Ewropea għad għandna madwar 5 miljun żagħżugħ mingħajr impjieg , allura ħadd ma jista' jorbot idejh u jirrilassa.", "U lanqas ma għandha din il-kamra tillaxka l-isforzi tagħha biex tapprova l-Fond Ewropew tal-Investiment li ser jgħinna nipprovdu l-investiment li l-Ewropa tant teħtieġ.", "Kellna dibattitu tajjeb dwar it-TTIP.", "L-għan jibqa' ċar: biex jintlaħaq ftehim ambizzjuż, komprensiv u ta' benefiċċju reċiproku sa tmiem l-2015.", "Il-mexxejja kienu tal-fehma li aħna issa lkoll neħtieġu li nikkomunikaw il-benefiċċji potenzjali lill-pubbliku.", "Fis-sessjonijiet tagħna dedikati għall-affarijiet barranin iddiskutejna kemm id-dimensjonijiet tal-Lvant kif ukoll dawk tan-Nofsinhar tal-politika tal-viċinat tagħna.", "L-Ewropa għandha tkompli tuża l-piż diplomatiku tagħha u taġixxi bħala fattur ta' stabbilizzazzjoni.", "Abbażi tal-kontribut tal-ministri tal-affarijiet barranin, il-Kunsill Ewropew iddiskuta s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Libja.", "Aħna determinati li nappoġġaw b'mod sħiħ it-taħditiet tan-Nazzjonijiet Uniti li għandhom l-għan li jiżguraw waqfien immedjat mill-ġlied u l-istabbiliment ta' Gvern ta' Unità Nazzjonali.", "Tajna sinjal ċar li ninsabu lesti nappoġġaw ftehim malli jintlaħaq.", "Iddiskutejna wkoll ż-żieda f'migrazzjoni mhux ikkontrollata fil-kuntest tal-Libja.", "L-Unjoni Ewropea diġà qed tieħu xi miżuri u dawn għandhom jiżdiedu.", "Il-Kunsill Ewropew laqa' wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni f'Mejju.", "Madankollu, l-aħjar pass waħdieni biex tiġi kkontrollata l-migrazzjoni huwa l-istabbiliment mill-ġdid ta' awtorità ċentrali fil-Libja.", "Il-laqgħa tagħna saret fil-ġurnata ta' wara li t-terroristi attakkaw il-Mużew ta' Bardo f'Tuneż, fejn intilfu ħafna ħajjiet.", "Konna unanimi fl-appoġġ tagħna lejn id-demokrazija żagħżugħa tat-Tuneżija, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha, kif ukoll fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "It-Tuneżija hija eżempju eċċellenti ta' tama u għalhekk jeħtieġ li nagħmlu l-almu tagħna biex nappoġġawha.", "Flimkien mar-Rappreżentant Għoli, il-ġimgħa d-dieħla ser inżur it-Tuneżija u r-reġjun biex nirrieżamina s-sitwazzjoni attwali u nara kif l-Ewropa tista' tgħin biex tistabbilizza s-sitwazzjoni.", "Issa nduru lejn il-Lvant.", "Din kienet l-aħħar laqgħa tal-mexxejja qabel is-summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Riga.", "Ikkonfermajna l-impenn tagħna għas-sitt pajjiżi sħab u enfasizzajna l-ħtieġa li niffokaw fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi.", "Fl-aħħar nett, qbilna li nżidu l-appoġġ tagħna għall-proċess ta' paċi fl-Ukrajna u biex norbtu r-reġim tas-sanzjonijiet tagħna mal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk.", "Din hija l-aħjar tama biex jiġi żgurat li l-ftehim innegozjat mill-President Hollande u l-Kanċillier Merkel jiġi rispettat.", "Qbilna li jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar, ninsabu lesti biex nieħdu miżuri ulterjuri.", "Sadanittant, l-Unjoni Ewropea ser tkompli tappoġġa l-isforzi ta' riforma fl-Ukrajna.", "Infaħħar il-ħidma attwali tal-Parlament biex tiġi ffinalizzata għajnuna finanzjarja lil Kiev.", "Ippermettuli nagħlaq b'kelmtejn dwar il-Greċja, li hija tant importanti għall-futur taż-żona tal-euro u l-Unjoni Ewropea.", "Kelli laqgħa informali dwar il-Greċja fuq talba tal-Prim Ministru Tsipras.", "L-għan ta' din il-laqgħa kien sempliċi ħafna: biex nibnu mill-ġdid il-fiduċja reċiproka u nevitaw li ninftiehmu ħażin.", "Naħseb li kellna suċċess f'dan.", "Qbilna biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-ftehim tal-Grupp tal-Euro tal-20 ta' Frar.", "Il-Prim Ministru Tsipras wiegħed li dalwaqt ser jippreżenta pjanijiet ta' riforma addizzjonali.", "Nittamaw li dawn ser iwittu t-triq għal soluzzjoni.", "Minħabba li l-format ta' din il-laqgħa ġibed attenzjoni partikolari, ippermettuli nsemmi li jien tlabt lill-Kunsill Ewropew jekk il-membri jippreferux li jiddiskutu l-kwistjoni Griega f'Summit tal-Euro, li jekk meħtieġ għandu jsir immedjatament.", "Il-mexxejja ma dehrilhomx li dan kien neċessarju jew tabilħaqq siewi f'dan l-istadju.", "Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, ser inkompli nagħmel kull ma nista' biex ngħin f'din is-sitwazzjoni diffiċli.", "Grazzi.", "Nistenna bil-ħerqa d-dibattitu tagħna.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "25 ta' Marzu 2015", "title": "Rapport mill-President Donald Tusk lill-Parlament Ewropew dwar il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/25/market-stability-reserve-council-ready-negotiate-ep/", "text": ["Il-Presidenza Latvjana għandha mandat biex tibda negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq.", "Proposta għal deċiżjoni dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq", "It-test maqbul mir-rappreżentanti permanenti tal-istati membri fil-25 ta' Marzu 2015 ser ikun il-bażi għat-taħditiet mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew.", "L-ewwel laqgħa (\"trilogu\") hija skedata għat-30 ta' Marzu.", "Id-deċiżjoni hija pass importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u twitti t-triq għar-riforma", "tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra", "(ETS).", "Il-gassijiet serra maħluqa mill-bniedem huma l-kaġun prinċipali tat-tisħin tal-pjaneta u t-tibdil fil-klima.", "L-għan tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS) huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mod ekonomikament effiċjenti.", "L-EU ETS hija bbażata fuq l-hekk imsejjaħ approċċ ta' \"limitu u negozju\": kull sena l-UE tistabbilixxi limitu għall-emissjonijiet globali mill-impjanti tal-enerġija, l-industrija intensiva fl-enerġija u l-linji tal-ajru kummerċjali koperti mis-sistema.", "Fi ħdan dan il-limitu, il-kumpaniji jistgħu jixtru u jbiegħu kwoti tal-emissjonijiet kif meħtieġ.", "Kull kwota tagħti lid-detentur id-dritt li jemetti tunnellata ta' CO2, il-gass serra ewlieni, jew l-ammont ekwivalenti ta' gass serra ieħor.", "Mill-2013 sal-2020, il-limitu jitnaqqas kull sena b'1.74% u mill-2021 'il quddiem bi 2.2%, li jirrifletti l-mira l-ġdida tal-UE għall-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.", "B'kollox l-EU ETS tkopri madwar 45% tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra mit-28 pajjiż tal-UE.", "Għaliex għandna bżonn ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq?", "Mill-2009, parzjalment minħabba l-kriżi ekonomika, akkumula ruħu fis-sistema ammont żejjed ta' kwoti ta' emissjonijiet - li laħaq madwar 2.1 biljun kwota fl-2013 - u dan dgħajjef b'mod sinifikanti l-prezz tal-karbonju.", "Barra minn hekk, l-eċċess strutturali mistenni li jibqa' fis-sistema sa u lil hinn mill-2020.", "Biex jiġi kkoreġut l-iżbilanċ attwali tas-suq u biex jiġu evitati problemi simili fil-futur, id-deċiżjoni tipproponi li jiġi rtirat awtomatikament mis-suq persentaġġ ta' kwoti tal-ETS li jitpoġġa f'riżerva jekk l-għadd totali ta' kwoti jeċċedi ċertu soll.", "Fil-każ oppost, il-kwoti jerġgħu lura fis-suq.", "Il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill", "Wara eżami dettaljat tal-proposta f'livell tekniku, il-kwistjonijiet ewlenin inkwistjoni għall-Kunsill huma:", "id-data tal-bidu", "il-ġestjoni tal-\"", "(id-900 miljun kwota li l-irkantar tagħhom kien pospost mis-snin 2014-2016 sal-2019-2020): għandha tiġi ttrasferita direttament fir-riżerva tas-suq;", "(attwalment imwarrba għal parteċipanti ġodda jew li jirriżultaw mill-għeluq tal-impjanti): għandhom jiġu indirizzati mill-Kummissjoni bħala parti mir-reviżjoni li jmiss tad-direttiva tal-ETS.", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha lill-Kunsill f'Jannar 2014, flimkien ma' komunikazzjoni dwar \"", "Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2030\"", "Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perijodu ta' bejn l-2020 u l-2030", "Fil-", "konklużjonijiet tiegħu ta' Ottubru", ", il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 għall-Unjoni Ewropea u approva mira li torbot lill-UE għal", "tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40% fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-1990", "Kunsill Ewropew (23 u 24 ta' Ottubru 2014) - Konklużjonijiet", "Fir-rigward tal-ETS, il-Kunsill Ewropew iddikjara li skema għan-negozjar ta' emissjonijiet li taħdem tajjeb u riformata bi strument biex jistabbilizza s-suq ser tkun l-istrument Ewropew ewlieni biex tinkiseb din il-mira, u pprovda għadd ta' orjentazzjonijiet oħrajn, inkluż dwar l-allokazzjoni bla ħlas u l-kontinwazzjoni wara l-2020 tal-miżuri eżistenti għall-prevenzjoni tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju."], "date": "25 ta' Marzu 2015", "title": "Riżerva tal-istabbiltà tas-suq: Il-Kunsill lest biex jinnegozja mal-Parlament Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/27/tusk-trip-malta-spain-tunisia/", "text": ["It-Tnejn 30 ta' Marzu", "12:30 Laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Berġa ta' Kastilja (opportunità għal ritratti)", "It-Tlieta 31 ta' Marzu", "09:30 Laqgħa mal-Prim Ministru Mariano Rajoy f'la Moncloa (opportunità għal ritratti)", "Tuneż", "14:45 Laqgħa mal-Prim Ministru Habib Essid fil-Palazz Bardo (opportunità għal ritratti)", "16:00 Laqgħa mal-President tal-Assemblea tar-Rappreżentanti tal-Poplu Mohamed Ennaceur (opportunità għal ritratti)", "16:45 Ċerimonja tat-tqegħid tal-girlanda b'tifkira", "tal-vittmi tal-attakk terroristiku tat-18/3 fil-Mużew Bardo (opportunità għal ritratt)", "17:30 Laqgħa mal-President Beji Caid Essebsi fil-Palazz ta' Kartaġni (opportunità għal ritratti)", "F'Tuneż, ser jingħaqad il-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu Gilles de Kerchove mal-President Tusk.", "Aktar dettalji dwar il-paġna web tal-President Tusk"], "date": "27 ta' Marzu 2015", "title": "Il-President Donald Tusk jivvjaġġa lejn Malta, Spanja u t-Tuneżija fit-30 u l-31 ta' Marzu 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/29/tusk-mogherini-tunis-pour-intensifier-relations-ue-tunisie/", "text": ["Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, u r-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni Federica Mogherini, akkumpanjati mill-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, Gilles de Kerchove, ser iżuru t-Tuneżija, it-Tlieta 31 ta' Marzu, biex jiżguraw is-solidarjetà sħiħa tal-Unjoni Ewropea mal-poplu Tuneżin u jesploraw il-modi kif jista' jiżdied l-appoġġ tal-UE għat-Tuneżija.", "Iż-żjara konġunta hija parti minn żjara reġjonali ta' Donald Tusk biex jiddiskuti l-kwistjonijiet tal-istabbiltà reġjonali, tal-migrazzjoni illegali u t-theddid mit-terroriżmu.", "Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, stqarr: \"L-Ewropej kollha ntlaqtu mill-attakk ta' Bardo, għax permezz tat-Tuneżija huma l-libertà u d-demokrazija li kienu fil-mira.", "L-UE tinsab iddeterminata aktar minn qatt qabel li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mat-Tuneżija quddiem din it-theddida terroristika komuni, u li tintensifika aktar ir-relazzjonijiet tagħna għall-ġid tal-popli tagħna, fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran.", "Fl-istess ħin, irridu naħdmu flimkien biex nattakkaw l-għeruq tal-instabbiltà reġjonali u l-konsegwenzi tagħha bħall-migrazzjoni irregolari u t-terroriżmu.\"", "Ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President, Federica Mogherini, qalet: \"Illum, \"id-dinja hija Bardo\", u ninsab b'qalbi kollha ma' dawk li qed jaħdmu għal Tuneżija ħielsa, miftuħa u demokratika kontra t-terroriżmu.", "Ir-reazzjoni tat-Tuneżini huma u jħabbtu wiċċhom ma' din il-prova tikkonferma kemm jimpurtahom milli jiddefendu d-demokrazija tagħhom u l-istabbiltà tat-Tuneżija.", "Ir-responsabilità tal-UE hija li tkompli takkumpanja l-bini ta' demokrazija Tuneżina b'saħħitha, sabiex tiggarantixxi s-sigurtà, l-iżvilupp ekonomiku u l-progress soċjali għall-ġid tat-Tuneżini kollha.", "Il-kooperazzjoni tagħna f'dik li hija sigurtà trid tiġi aċċellerata, iżda huwa billi niżviluppaw il-kooperazzjoni tagħna u l-iskambji tagħna fl-oqsma kollha li nistgħu noffru liż-żgħażagħ Tuneżini, l-istess bħaż-żgħażagħ Ewropej, opportunitajiet reali u prospetti futuri.", "It-Tuneżija tista' tiddependi fuq l-UE.\"", "Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, u r-Rappreżentant Għoli/Viċi President, Federica Mogherini, ser jiltaqgħu mal-President tar-Repubblika, Béji Caïd Essebsi, il-Prim Ministru, Habib Essid, u l-President tal-Assemblea tar-Rappreżentanti tal-Poplu, Mohamed Ennaceur.", "Huma ser imorru fil-Mużew ta' Bardo biex ifakkru l-vittmi tal-attakk terroristiku tat-18 ta' Marzu li ħalla 21 mejta u bosta midruba.", "Din iż-żjara ssegwi l-Kunsilli Ewropej ta' Frar u Marzu 2015, li fihom il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern qablu li jsaħħu l-ġlieda kontra t-terroriżmu u li jieħdu impenn biex jikkontribwixxu għal soluzzjoni politika fil-Libja.", "Iż-żjara ssegwi wkoll dik tar-Rappreżentant Għoli / Viċi President Mogherini f'Tuneż fit-13 ta' Frar li għadda, u l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija tas-17 ta' Marzu, li permezz tagħhom ġew indirizzati l-isfidi kollha tat-transizzjoni demokratika fit-Tuneżija, is-sitwazzjoni soċjoekonomika, kif ukoll l-isfidi ta' sigurtà u partikolarment ta' terroriżmu li huma komuni għall-Ewropa u għall-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran.", "Fis-17 ta' Marzu l-UE u t-Tuneżija ffirmaw Protokoll dwar il-parteċipazzjoni tat-Tuneżija fil-programmi tal-UE.", "Il-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Marzu ddikjara li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha \"ser jintensifikaw il-kooperazzjoni mat-Tuneżija fil-ġlieda kontra din it-theddida terroristika komuni, biex isaħħu d-demokrazija promettenti tat-Tuneżija u jassistu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha\".", "Wara ż-żjara, fl-aħħar ta' Frar f'Tuneż, tal-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, Gilles de Kerchove, l-UE qed taħdem mal-awtoritajiet Tuneżini biex iżżid il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-aspetti differenti tiegħu, bħala parti mill-appoġġ tagħha għar-riforma tas-settur tas-sigurtà u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni l-ġdida f'dak li għandu x'jaqsam mal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem."], "date": "29 ta' Marzu 2015", "title": "Il-President Donald Tusk u r-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini f'Tuneż biex jintensifikaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/council-conclusions-gulf-guinea-action-plan-2015-2020/", "text": ["Illum il-Kunsill ser jadotta l-Pjan ta' Azzjoni għall-Golf tal-Guinea 2015-2020 fl-anness, li jiddeskrivi l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-isforzi tar-reġjun u l-istati kostali tiegħu biex jiġu indirizzati l-bosta sfidi marbutin mas-sigurtà marittima u l-kriminalità organizzata.", "Bħall-Istrateġija, li ġiet adottata fis-17 ta' Marzu 2014, dan il-Pjan ta' Azzjoni jafferma mill-ġdid l-importanza li tagħti l-Unjoni Ewropea li tkompli bil-kooperazzjoni mill-qrib ma' sħab madwar l-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali, fit-teħid ta' kull miżura adatta fil-ġlieda kontra l-kriminalità marittima, inkluża l-piraterija u s-serq bl-użu tal-armi fuq il-baħar, is-sajd illegali, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin, drogi, u armi, u biex jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti bil-għan li jiġu promossi s-sigurtà u l-istabbiltà fit-tul fir-reġjun.", "Il-Kunsill jissottolinja li l-Pjan ta' Azzjoni għandu l-għan li jipprovdi appoġġ kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f'dak nazzjonali, lill-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS) u l-Kummissjoni tal-Golf tal-Guinea (GGC) kif ukoll lill-Istati Firmatarji tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar it-trażżin tal-piraterija, is-serq bl-użu tal-armi fuq il-bastimenti u l-attivitajiet marittimi illeċiti fl-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali, adottata fis-Summit tal-Kapijiet ta' Stat f'Yaoundé, il-Kamerun f'Ġunju 2013.", "L-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni hija maħsuba biex issaħħaħ il-kooperazzjoni intrareġjonali kif ukoll biex iżżid il-livell ta' koordinazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, u s-sħab internazzjonali.", "Il-Kunsill jinsab lest biex jassisti lill-istati kostali tal-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali biex jiksbu prosperità fit-tul permezz ta' approċċ integrat u transsettorjali, li jorbot l-importanza ta' governanza tajba, l-istat tad-dritt, u l-iżvilupp tal-qasam marittimu bil-għan ta' aktar kooperazzjoni kummerċjali u l-ħolqien ta' impjiegi għall-pajjiżi fir-reġjun.", "Il-Kunsill jistieden lir-RGħ u lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, biex jibdew jimplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni għall-Golf tal-Guinea, filwaqt li jqisu l-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni tiegħu, u f'kooperazzjoni mill-qrib mar-reġjun innifsu u s-sħab internazzjonali ewlenin.", "F'dan ir-rigward, hu jistenna b'interess il-ħatra ta' Kap Koordinatur tal-UE għall-Golf tal-Guinea.", "Il-Kunsill ser jerġa' lura għal din il-kwistjoni skont il-ħtieġa.", "Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Golf tal-Guinea, 16 ta' Marzu 2015", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni għall-Golf tal-Guinea 2015-2020"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/conclusions-conseil-situation-politique-burundi-dans-contexte-pre-electoral/", "text": ["1.", "L-Unjoni Ewropea (UE) tilqa' l-progress fil-Burundi minn meta ġew iffirmati l-ftehimiet ta' paċi ta' Arusha.", "Dawn ippermettew lill-Burundi jimpenja ruħu għall-iżvilupp, l-istabbiltà u d-demokrazija, u li jieħu sehem f'missjonijiet ta' paċi fil-kontinent Afrikan.", "L-UE kienet attur impenjat fl-appoġġ għal dan il-proċess.", "Hija biħsiebha tkompli b'dan il-mod billi taħdem mill-qrib mas-sħab tagħha, b'mod partikolari l-UA, il-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR) u n-Nazzjonijiet Uniti, li l-missjoni elettorali tagħha (MENUB) għandha tkun tista' tiżvolġi b'mod sħiħ ir-rwol tagħha.", "2.", "Iċ-ċiklu elettorali li jmiss fil-Burundi, bejn Mejju u Awwissu 2015, jikkostitwixxi sfida kbira għall-konsolidazzjoni tal-progress miksub u biex jikkontribwixxi biex jinbeda ġejjieni aktar sod.", "Il-pajjiż ma jistax jitlef din l-opportunità u jirriskja li jitlef il-progress miksub.", "Permezz tal-adozzjoni tal-Kodiċi elettorali, il-Pjan direzzjonali għall-elezzjonijiet tal-2015 u l-Kodiċi ta' mġiba tajba, il-partiti u l-atturi politiċi kollha tal-Burundi fasslu t-triq 'il quddiem.", "Issa wieħed għandu josservahom fl-intier tagħhom.", "L-UE tilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (KENI) u jħeġġiġha tassumi r-rwol tagħha b'mod indipendenti u imparzjali.", "Hija tappella lill-KENI u lill-istituzzjonijiet Burundjani kkonċernati biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi għar-reġistrazzjoni tal-votanti miftehma waqt il-laqgħa ta' valutazzjoni tat-22 ta' Diċembru 2014 u biex jerġgħu jistabbilixxu d-djalogu mal-partiti u l-atturi politiċi tul il-proċess elettorali.", "3.", "Quddiem it-tensjonijiet u l-intimidazzjonijiet li kkaratterizzaw il-perijodu preelettorali, l-UE tappella lill-awtoritajiet biex jagħmlu sforzi addizzjonali biex tiġi żgurata n-natura inklużiva, paċifika u trasparenti tal-proċess.", "Kemm l-oppożizzjoni kif ukoll il-maġġoranza għandhom ir-responsabbiltajiet f'dan ir-rigward, iżda huwa d-dmir tal-awtoritajiet li jiggarantixxu l-eżerċizzju tad-drittijiet ċivili u politiċi, tal-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà ta' espressjoni u tal-istampa kif ukoll l-indipendenza tal-ġudikatura, fir-rispett tal-liġijiet u l-impenji internazzjonali tal-Burundi.", "F'dan ir-rigward, l-UE tesprimi t-tħassib tagħha minħabba l-bosta każijiet ta' proċedimenti ġudizzjarji kontra mexxejja ta' partiti fl-oppożizzjoni u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili impenjati fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.", "Dawn l-arresti u l-kundanni jirriskjaw li jiskreditaw il-proċess elettorali kollu, kif ukoll il-funzjonament tal-ġustizzja.", "4.", "L-UE tagħti importanza kbira liż-żamma tal-kisbiet tal-Ftehim ta' Arusha li jikkostitwixxi l-pedament li fuqu jinbnew il-paċi u d-demokrazija fil-Burundi wara l-perijodu ta' gwerer ċivili.", "Bħalissa, fil-Burundi n-nies qed isemmgħu leħinhom favur l-osservanza tal-Ftehim ta' Arusha, b'mod partikolari rigward il-possibbiltà ta' tielet mandat presidenzjali.", "Wieħed ma jistax ma jagħtix kas dawn in-nies.", "L-UE tħeġġeġ lill-awtoritajiet Burundjani biex jittrattaw din il-kwistjoni b'ġudizzju għaqli u bi spirtu ta' rikonċiljazzjoni sabiex tinstab malajr soluzzjoni li tikseb kunsens ġenerali sabiex jitnaqqsu t-tensjonijiet u jiġi evitat li s-sitwazzjoni tmur għall-agħar.", "5.", "Fuq l-istedina tal-awtoritajiet Burundjani, l-UE ddeċidiet li tibgħat missjoni ta' osservazzjoni elettorali minn April 2015 sabiex tiżgura l-evalwazzjoni kontinwa u kompleta tal-proċess elettorali kollu, f'kuntatt mill-qrib ma' missjonijiet oħra ta' osservazzjoni.", "L-appoġġ tal-UE għall-proċess elettorali, permezz ta' din il-missjoni ta' osservazzjoni u permezz tal-appoġġ finanzjarju tagħha, jista' jitfassal biss fil-qafas ta' kompetizzjoni elettorali inklużiva u trasparenti, miftuħa b'mod ġust lill-partiti u l-atturi politiċi kollha.", "6.", "L-UE tistieden lill-atturi kollha biex jieħdu inizjattivi bil-għan li tinżamm il-paċi u jitnaqqsu t-tensjonijiet.", "Hija jiddispjaċiha bl-avvenimenti vjolenti li seħħew fil-provinċja ta' Cibitoke bejn it-30 ta' Diċembru 2014 u t-3 ta' Jannar 2015 u tesprimi t-tħassib tagħha rigward l-allegazzjonijiet ta' eżekuzzjonijiet sommarji mwettqa minn membri tal-pulizija u membri tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-partit CNDD-FDD.", "L-UE tilqa' l-istabbiliment ta' kummissjoni ta' inkjesta ġudizzjarja li għandha tkun tista' twettaq xogħolha mingħajr xkiel u b'mod totalment indipendenti.", "L-UE tistenna wkoll li tirċievi r-riżultati tal-inkjesta li għaddejja bħalissa dwar il-qtil ta' tliet sorijiet Taljani f'Settembru 2014 f'Bujumbura, li għandha titmexxa b'mod trasparenti u imparzjali.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sitwazzjoni politika fil-Burundi fil-kuntest preelettorali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/council-conclusions-mali/", "text": ["Il-Kunsill jikkundanna bil-qawwa l-attakki terroristiċi reċenti mwettqa f'Bamako, Gao u Kidal u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi li f'din l-okkażjoni kienu jinkludu impjegat Belġjan tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Mali, ċittadin Franċiż u ċittadini tal-Mali u taċ-Ċad.", "Tali atti huma inaċċettabbli irrispettivament minn fejn iseħħu jew minn min ikunu l-awturi jew il-vittmi.", "L-Unjoni Ewropea (UE) tinsab magħquda mal-bqija tal-komunità internazzjonali fil-kundanna tal-atti terroristiċi kollha, kif ukoll atti vjolenti oħra u ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jkomplu jseħħu fil-Mali; hija tafferma mill-ġdid l-appoġġ tagħha għall-awtoritajiet tal-Mali biex tintemm il-pjaga tat-terroriżmu u dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja.", "Il-protezzjoni tal-popolazzjoni, speċjalment in-nisa u t-tfal, li qed isofru ħafna minħabba dawn l-atti, għandha tiġi żgurata.", "Il-proliferazzjoni reċenti ta' attakki vjolenti u l-attivitajiet terroristiċi fil-Mali u l-pajjiżi ġirien isaħħu l-ħtieġa biex tintlaħaq konklużjoni rapida u l-firma mill-partijiet kollha tal-Ftehim milħuq fl-1 ta' Marzu fin-negozjati għall-paċi f'Alġeri, u biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li ser jippermettu lill-komunitajiet kollha fil-Mali biex jingħaqdu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u biex jgħixu flimkien fil-paċi u s-sigurtà.", "L-UE tifraħ lill-Alġerija u lill-oħrajn fit-tim ta' medjazzjoni għall-isforzi tremendi li għamlu biex jiġu konklużi dawn in-negozjati u tikkonferma li tinsab lesta twettaq ir-rwol tagħha fil-Kumitat ta' Segwitu, li għandu jiġi stabbilit u jsir operattiv malajr u jkollu l-kapaċità u r-rieda politika biex b'mod effettiv jissorvelja u jappoġġa l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi.", "Hija tissottolinja l-importanza li titkompla l-koordinazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għas-Saħel, mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Mali u l-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fil-Mali (MINUSMA).", "Il-Kunsill iqis l-abbozz ta' ftehim ta' paċi bħala opportunità unika għal soluzzjoni politika għall-kriżi.", "It-test inizjalat f'Alġeri jirrappreżenta l-aħjar kompromess possibbli, li jwitti t-triq għal paċi dejjiema fil-Mali, dment li l-partijiet kollha jonoraw l-impenji tagħhom.", "L-UE tħeġġeġ bil-qawwa lill-partijiet kollha li fadal biex jinizjalaw il-ftehim b'dewmien minimu.", "Hija ttenni wkoll l-impenn tagħha li tappoġġa l-isforzi kollha għal dan l-għan u li tgħin lill-Mali fl-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi bl-użu tal-mezzi u l-istrumenti kollha adatti għad-dispożizzjoni tagħha.", "Fil-kuntest tal-approċċ komprensiv, l-UE hija impenjata biex tkompli tuża l-istrumenti rilevanti tagħha, inkluż il-missjonijiet tal-PSDK EUTM Mali u EUCAP Sahel Mali, ir-RSUE għas-Saħel u l-Programm Indikattiv Nazzjonali għall-Mali ffirmat dan l-aħħar.", "Il-Kunsill jenfasizza l-ħtieġa għal mekkaniżmi ta' segwitu effettivi biex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-ftehim, f'arranġament ma' sforzi paralleli ta' rikonċiljazzjoni fil-livell lokali.", "F'dan il-kuntest, huwa jħeġġeġ lill-Gvern tal-Mali biex iħaffef l-istabbiliment effettiv tal-Kummissjoni dwar il-Djalogu, il-Verità u r-Rikonċiljazzjoni u sabiex din tkun tista' tibda l-ħidma tagħha malajr kemm jista' jkun, sabiex id-drittijiet tal-vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti b'mod sħiħ.", "6.", "Il-Kunsill ifakkar fil-konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta' Frar u jissottolinja r-rwol importanti li taqdi l-missjoni ta' żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti, MINUSMA, fil-konsolidazzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà.", "F'dan ir-rigward, huwa jtenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għal MINUSMA fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha u l-isforzi tagħha biex tipproteġi lill-popolazzjoni ċivili, kif ukoll il-kooperazzjoni kontinwa taż-żewġ missjonijiet tal-PSDK tagħha.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Mali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/council-conclusions-libya/", "text": ["1.", "L-UE tilqa' b'sodisfazzjon l-issoktar tad-djalogu politiku ffaċilitat min-NU f' Rabat u tappella lill-partijiet Libjani kollha biex jipparteċipaw b'mod kostruttiv biex jiżguraw il-formazzjoni rapida ta' Gvern ta' Unità Nazzjonali li jkun jista' jikseb progress fit-transizzjoni demokratika u jerġa' jibda jibni l-pajjiż.", "L-UE tissottolinja li jeħtieġ li issa ssir bidla deċiżiva fid-djalogu peress li jekk ma jintlaħaqx qbil politiku, dan jipperikola l-unità tal-Libja u l-għanijiet tar-Rivoluzzjoni ta' Frar, inkluż ir-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u d-demokrazija.", "2.", "Il-Libja issa tinsab f'salib it-toroq.", "Għaldaqstant, l-UE tħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jipparteċipaw fid-djalogu b'mod kostruttiv, biex jimplimentaw il-waqfien mill-ġlied b'mod sħiħ u biex jastjenu minn azzjonijiet li jistgħu jxekklu l-proċess ta' djalogu.", "L-UE tfaħħar lil dawk il-Libjani li s'issa pparteċipaw b'mod attiv u kostruttiv f'dawn it-taħditiet biex jappoġġaw il-ħidma lejn qbil politiku.", "L-UE tafferma mill-ġdid li m'hemm l-ebda soluzzjoni militari għal dan il-konflitt; soluzzjoni politika biss tista' tipprovdi triq sostenibbli 'l quddiem u tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja.", "L-UE tappella għal waqfien immedjat mill-vjolenza kontinwa u tikkundanna kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "3.", "L-UE tafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tagħha għall-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti, u b'mod partikolari tfaħħar l-isforzi li saru mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u l-Missjoni ta' Appoġġ tan-NU fil-Libja (UNSMIL), li kienu strumentali biex il-partijiet jitlaqqgħu mal-mejda tan-negozjati.", "L-UE tenfasizza l-importanza ta' proċess inklużiv u ekwilibrat b'kont meħud tal-UNSCR 1325.", "4.", "F'dan il-punt kritiku fil-proċess ta' djalogu, l-UE tappella lill-atturi reġjonali u l-pajjiżi ġirien kollha tal-Libja biex jinfluwenzaw lill-atturi domestiċi kollha fil-Libja sabiex jiġi żgurat eżitu b'suċċess tan-negozjati u transizzjoni demokratika fil-Libja, biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-ftehimiet u biex jibqgħu lura minn azzjonijiet li jistgħu jaggravaw id-diviżjonijiet attwali.", "Ir-Riżoluzzjonijiet rilevanti kollha tal-KSNU għandhom jiġu rrispettati.", "L-UE tistenna b'interess li tikkoopera mal-atturi reġjonali u l-ġirien tal-Libja sabiex tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà tal-Libja.", "5.", "Id-dimensjoni tas-sigurtà u dik politika jsaħħu lil xulxin.", "Il-vojt politiku u ta' sigurtà, id-diviżjonijiet politiċi attwali u n-nuqqas ta' fiduċja reċiproka bejn il-partijiet politiċi kkonċernati ewlenin qed jgħinu lill-gruppi terroristiċi bħad-Da'esh biex jikkonsolidaw il-preżenza tagħhom fil-Libja, u b'hekk qed jdgħajfu s-sigurtà tal-Libja u joħolqu sfidi serji għall-ġirien tagħha, fir-reġjun usa' u l-Ewropa.", "L-UE tinsab serjament imħassba dwar iż-żieda fl-attività tal-gruppi terroristiċi u estremisti u tikkundanna kull att ta' terroriżmu.", "L-UE tinsab lesta biex iżżid l-impenn tagħha lejn il-Libja b'rabta mal-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Hi ser toffri appoġġ lill-pajjiżi ġirien sabiex tiżdied il-kapaċità kontra t-terroriżmu f'konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-fruntieri u biex jiġu ostakolati l-kuntrabandu tal-armi u l-fluss ta' ġellieda barranin.", "L-UE toffri appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-Libja biex timpedixxi r-radikalizzazzjoni u ser tintegra ċerti aspetti tal-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-proġetti eżistenti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, fejn adatt.", "Il-formazzjoni ta' Gvern ta' Unità Nazzjonali tippermetti li l-UE toffri l-appoġġ sħiħ tagħha lil-Libja biex tiżdied il-kapaċità kontra t-terroriżmu f'konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.", "6.", "L-UE tikkundanna l-azzjonijiet kontra l-assi nazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji u r-riżorsi naturali tal-Libja, li hemm riskju li jċaħħdu lill-poplu Libjan mill-benefiċċji tal-iżvilupp sostenibbli ta' pajjiżhom.", "7.", "L-UE tirrikonoxxi l-importanza ta' diversi linji paralleli miftiehma tal-isforzi ta' medjazzjoni tan-NU li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jwasslu għall-finalizzazzjoni ta' ftehim politiku u f'dan ir-rigward tilqa' l-laqgħa reċenti tal-partiti politiċi li saret fl-Alġier.", "8.", "L-UE ser tkompli twettaq Miżuri għall-Bini tal-Fiduċja.", "F'dan ir-rigward, hi tfakkar fl-appoġġ li qed tipprovdi għall-inizjattivi bħal-laqgħa reċenti mal-komunità Libjana tan-negozju u l-intenzjoni li tiġi organizzata rapidament laqgħa mas-sindki u l-mexxejja lokali Libjani, taħt il-patroċinju tal-UNSMIL.", "L-UE tkompli tagħti appoġġ f'setturi oħra bħar-rikonċiljazzjoni, is-soċjetà ċivili, il-migrazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.", "9.", "L-UE tappella lill-partijiet kollha fil-Libja biex jiżguraw aċċess umanitarju mingħajr xkiel u s-sigurtà ta' ħaddiema li jagħtu għajnuna umanitarja sabiex jiffaċilitaw l-assistenza u l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili fil-bżonn.", "L-UE tappella għal aktar sforzi biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja li sejra għall-agħar.", "L-UE tenfasizza l-ħtieġa ta' azzjoni umanitarja komuni u kkoordinata taħt it-tmexxija tan-NU.", "10.", "Hekk kif ikun hemm qbil dwar Gvern ta' Unità Nazzjonali u arranġamenti relatati dwar is-sigurtà, l-UE tinsab lesta li ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal-Libja u li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-ftehimiet permezz tal-appoġġ li qed jingħata bħalissa lill-istituzzjonijiet Libjani ewlenin u f'oqsma ewlenin bħalma huma l-istat tad-dritt, il-kooperazzjoni ekonomika u d-DDR, filwaqt li tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti kollha tagħha.", "F'dan ir-rigward, il-Kunsill jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex tippreżenta proposti dwar attivitajiet possibbli tal-PSDK b'appoġġ għall-arranġamenti ta' sigurtà, f'koordinazzjoni mill-qrib man-NU, il-Libja, sħab ewlenin u atturi reġjonali, bħala parti minn sett usa' ta' opzjonijiet ta' politika fil-kuntest ta' Qafas Politiku aġġornat għall-Approċċ għall-Kriżi, li għandu jiġi żviluppat mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni.", "Il-Kunsill jappella wkoll lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġija komprensiva għal-Libja, b'kont meħud tal-kuntest reġjonali.", "11.", "Il-kooperazzjoni mal-ġirien tal-Libja u korpi reġjonali bħal-Lega tal-Istati Għarab u l-Unjoni Afrikana kienet, u ser tkompli tkun, ta' interess kruċjali għall-UE u s-suċċess tal-proċess ta' transizzjoni tal-Libja.", "L-UE ser tkompli taħdem ma' dawn is-sħab biex tippromwovi djalogu politiku fil-Libja u tindirizza kwistjonijiet oħrajn ta' interess u tħassib komuni, inkluż il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar u t-terroriżmu.", "Għandha tkompli tingħata konsiderazzjoni wkoll għall-ġlieda kontra t-traffikar ta' armi illegali.", "12.", "L-UE stabbilixxiet qafas legali li, fejn meħtieġ u f'koordinazzjoni sħiħa mal-UNSRSG, ser jippermetti li jiġu introdotti miżuri restrittivi kontra dawk li jippruvaw ixekklu l-proċess ta' djalogu f'konformità mal-UNSCR 2174, li jippermetti l-elenkar ta' individwi li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà fil-Libja, jew li jdgħajfu t-transizzjoni politika tagħha.", "13.", "L-UE ma tistax taċċetta l-imwiet traġiċi kontinwi fuq il-baħar ta' migranti li jitilqu mil-Libja.", "Il-moviment irregolari ta' persuni minn naħa għall-oħra tal-Libja u permezz tal-fruntieri tagħha għandu effett drammatiku fuq il-ħajja ta' numru kbir wisq ta' nies, u jiddestabbilizza l-pajjiżi fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran.", "L-isfidi li joħloq għandhom jiġu indirizzati b'mod komprensiv.", "14.", "L-UE tibqa' impenjata b'mod sħiħ favur is-sovranità, l-indipendenza, l-integrità territorjali u l-unità nazzjonali tal-Libja.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Libja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/joint-press-release-following-the-endorsement-updated-association-agenda-eu-ukraine-association-council/", "text": ["Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna llum ikkonferma l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni aġġornata, li ser tkun strumentali biex tiggwida l-proċess ta' riformi u l-modernizzazzjoni ekonomika msaħħa fl-Ukrajna.", "Maqbul bejn il-Gvern tal-Ukrajna u l-UE u l-Istati Membri tagħha, dan id-dokument jikkostitwixxi l-għodda politika prinċipali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.", "L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna tipprovdi qafas prattiku li permezz tiegħu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet inġenerali tal-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika.", "Dan tagħmlu billi tipprovdi lista ta' prijoritajiet ta' riforma u miżuri konkreti kif ukoll appoġġ rilevanti tal-UE għall-firxa wiesgħa ta' oqsma koperti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, li partijiet importanti minnu ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' Novembru 2014.", "Id-dokument aġġornat issa jirrifletti l-livell ogħla ta' assoċjazzjoni fir-relazzjonijiet bilaterali tagħna.", "L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni tiddeskrivi wkoll għaxar azzjonijiet ta' riforma fuq medda qasira ta' żmien li l-Ukrajna għandha tindirizza bħala kwistjoni ta' prijorità fl-oqsma tal-kostituzzjoni, l-elezzjonijiet, il-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-amministrazzjoni pubblika, l-enerġija, id-deregolamentazzjoni, l-akkwist pubbliku, it-tassazzjoni u l-awditjar estern.", "L-UE u l-Ukrajna jirrikonoxxu l-importanza li jsostnu l-prijoritajiet miftiehma permezz ta' mezzi politiċi, tekniċi u finanzjarji xierqa u suffiċjenti, jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex ikomplu jaħdmu flimkien lejn l-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tal-Ukraina mal-UE u jtennu l-importanza ta' ratifika rapida tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mill-Istati Membri kollha tal-UE f'konformità mal-proċeduri nazzjonali tagħhom.", "Iż-żewġ partijiet issa qablu li jgħaqqdu l-isforzi tagħhom għall-implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u jipprevedu għal monitoraġġ mill-qrib ta' dan il-proċess.", "L-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni se tkun soġġetta għal u se tifforma parti minn rappurtar, monitoraġġ u valutazzjoni annwali.", "L-Aġenda ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Stqarrija għall-istampa konġunta wara l-konferma tal-Aġenda ta' Assoċjazzjoni aġġornata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/16/first-association-council-meeting-between-european-union-republic-moldova/", "text": ["L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova (minn hawn il quddiem \"il-Moldova\") illum kellhom l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni l-ġdid.", "L-UE u l-Moldova reġgħu kkonfermaw ir-rieda komuni biex jimplimentaw l-impenji tagħhom rigward l-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tal-Moldova mal-UE.", "Iż-żewġ naħat enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jaħdmu għal suċċess fis-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Riga f'Mejju.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni laqa' l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova inkluża ż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva tiegħu mill-1 ta' Settembru u enfasizza l-importanza tar-ratifika f'waqtha ta' dan il-Ftehim mill-Istati Membri kollha tal-UE skont il-proċeduri nazzjonali tagħhom.", "Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ser ikun il-bażi li fuqha l-Moldova tipproċedi bl-aġenda ta' riforma u l-modernizzazzjoni ekonomika tagħha fis-snin li ġejjin.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni nieda l-qafas istituzzjonali ta' kooperazzjoni msaħħa bl-adozzjoni ta' regoli ta' proċedura.", "Iż-żewġ partijiet reġgħu kkonfermaw l-objettiv komuni tagħhom li jibnu Moldova demokratika, stabbli u prospera.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni rrikonoxxa l-importanza li jingħata impetu ġdid lir-riformi politiċi u ekonomiċi ferm meħtieġa fil-Moldova.", "B'mod partikolari, l-UE enfasizzat il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u dwar ir-riforma tas-settur tal-ġustizzja, u li jiġu indirizzati b'mod urġenti d-dgħufijiet fis-settur finanzjarju.", "Titjib fil-klima tan-negozju u tal-investiment u l-iżgurar ta' sostenibbiltà tar-riformi ekonomiċi li għaddejjin bħalissa ser ikunu ta' benefiċċju għas-soċjetà inġenerali.", "L-UE affermat mill-ġdid ir-rieda tagħha li tkompli tappoġġa lill-Moldova lejn dawn l-għanijiet.", "Barra minn hekk, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni enfasizza l-importanza li titkompla u tiġi intensifikata politika li tinvolvi b'mod sħiħ lis-soċjetà kollha.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni laqa' l-implimentazzjoni b'suċċess tas-sistema ta' vjaġġar mingħajr viża, filwaqt li enfasizza li 360 000 ċittadin mir-Repubblika tal-Moldova kollha vjaġġaw mingħajr viża lejn iż-żona ta' Schengen bejn April u Diċembru 2014.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni nnota ż-żieda sostanzjali fl-assistenza tal-UE għall-Moldova f'dawn l-aħħar snin, b'ammont li jista' jilħaq sa € 410 miljun disponibbli għall-perjodu 2014-2017.", "L-UE appellat lill-Moldova biex tagħmel l-aħjar użu minn din l-assistenza sabiex twettaq ir-riformi ambizzjużi previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni.", "Hija laqgħet il-fatt li l-ħidma ta' implimentazzjoni rigward iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva nbdiet bla xkiel mill-1 ta' Settembru u apprezzat iż-żieda sostanzjali tal-esportazzjonijiet mill-Moldova lejn l-UE fl-2014.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kkonferma li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Moldova fil-qasam tal-enerġija hija prijorità, waqt li laqa' b'mod partikolari l-inawgurazzjoni tal-interkonnettur tal-gass Iași-Ungheni f'Awwissu 2014 u l-bidu tal-konsenja tal-gass mir-Rumanija għall-Moldova f'Marzu 2015.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fakkar fl-importanza li titkompla l-ħidma dwar il-pipeline Ungheni-Chisinau bħala pass ulterjuri lejn id-diversifikazzjoni tal-provvisti bil-għan li tiżdied is-sigurtà tal-enerġija fuq il-livell ta' pajjiż u dak reġjonali.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni laqa' l-parteċipazzjoni tal-Moldova fil-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju \"COSME\" u l-assoċjazzjoni tagħha mal-Programm tal-UE dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni \"Orizzont 2020\", billi l-Moldova hija l-ewwel Sieħeb tal-Lvant li ngħaqad ma' dawn il-programmi.", "Il-Kunsill enfasizza wkoll l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-Moldova fil-programm Erasmus+ li jappoġġa l-mobbiltà tal-istudenti u kooperazzjoni akkademika.", "Il-Moldova u l-UE kkonkludew ukoll in-negozjati dwar il-ftehim għall-parteċipazzjoni fil-Programm Ewropa Kreattiva, li ser jipprovdi aktar opportunitajiet biex jissaħħu r-relazzjonijiet fil-qasam tal-kultura.", "Barra minn hekk il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ddiskuta l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ekonomija, l-agrikoltura, u l-ambjent.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni enfasizza l-importanza li jiġu intensifikati l-isforzi sabiex tinstab soluzzjoni komprensiva u paċifika għall-konflitt Transnistrijan li tkun ibbażata fuq is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova bi status speċjali għat-Transnistrija.", "Huwa ħeġġeġ lin-naħat biex iġeddu l-impenn kostruttiv tagħhom fir-rigward tat-taħditiet ta' riżoluzzjoni, waqt li jistenna b'interess kontribut sostanzjali fit-taħditiet 5+2 li jmiss fil-futur qrib u djalogu intensifikat fil-formati kollha.", "L-UE enfasizzat li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni inkluż iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva tiegħu joffri opportunitajiet għat-territorju kollu tal-Moldova li hu rikonoxxut internazzjonalment u li l-UE tinsab lesta biex tappoġġa l-implimentazzjoni kompleta tiegħu għall-benefiċċju tal-poplu kollu tal-Moldova u s-sħab internazzjonali tagħha.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "16 ta' Marzu 2015", "title": "Stqarrija għall-istampa konġunta wara l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/18/invitation-letter-tusk-european-council/", "text": ["Għandi l-pjaċir nistiednek għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew fid-19 u l-20 ta' Marzu 2015.", "Il-laqgħa ser tkun iddedikata għal tliet kwistjonijiet ewlenin: l-Unjoni tal-Enerġija, l-ekonomija u r-relazzjonijiet esterni.", "Wara l-iskambju ta' fehmiet mal-President tal-Parlament Ewropew u r-ritratt tal-grupp, ser niddedikaw l-ewwel sessjoni ta' ħidma tagħna għall-Unjoni tal-Enerġija.", "Din l-Unjoni tal-Enerġija għandha ħames dimensjonijiet marbutin mill-qrib ma' xulxin u li jsaħħu lil xulxin.", "Fil-laqgħa li jmiss tagħna, nixtieq nikkonċentra d-diskussjoni tagħna fuq ċerti aspetti tal-Unjoni tal-Enerġija, b'rabta partikolari mas-sigurtà tal-enerġija, is-suq intern u d-diplomazija dwar il-klima.", "Dawn huma kwistjonijiet li għalihom nistgħu nipprovdu valur miżjud immedjat.", "M'għandniex xi ngħidu, il-Kunsill Ewropew ser jerġa' lura għall-Unjoni tal-Enerġija fil-futur biex ikompli jipprovdi gwida, fost l-oħrajn dwar kwistjonijiet mhux diskussi din id-darba.", "L-ikla ta' filgħaxija ser tkun il-ħin fejn nagħtu ħarsa lejn ir-relazzjonijiet esterni.", "Jeħtieġ li nagħtu gwida għat-tħejjija tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Riga.", "Huwa importanti li l-UE turi d-determinazzjoni kontinwa tagħha li tinvolvi ruħha mar-reġjun, kemm bilateralment kif ukoll reġjonalment.", "Is-sitwazzjoni fl-Ukraina u r-relazzjonijiet mar-Russja ser ikunu fil-qalba tad-diskussjoni tagħna waqt l-ikla ta' filgħaxija, b'enfasi partikolari fuq il-passi li jmiss.", "Nħar il-Ġimgħa, ser ikollna dibattitu dwar is-sitwazzjoni ekonomika u dwar l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali ewlenin imwettqa mill-Istati Membri.", "Is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) ukoll ser ikollha post prominenti fuq l-aġenda: flimkien, jeħtieġ li nagħmlu kull sforz biex nikkonkludu n-negozjati dwar ftehim ambizzjuż, komprensiv u ta' benefiċċju reċiproku sa tmiem is-sena.", "Jiena stedint lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jingħaqad magħna għad-diskussjoni dwar l-ekonomija.", "Imbagħad ser nindirizzaw is-sitwazzjoni fil-Libja, li hija inkwetanti ħafna f'bosta aspetti.", "Ser naraw kif nistgħu nappoġġaw l-isforzi biex jiġi stabbilizzat il-pajjiż u biex nippromwovu soluzzjoni politika.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "18 ta' Marzu 2015", "title": "Ittra ta' stedina mill-President Donald Tusk għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/19/tripartite-social-summit-tusk/", "text": ["Qabel kollox, nixtieq nagħti l-kondoljanzi lill-familji ta' dawk li nqatlu lbieraħ f'Tuneż, fejn fosthom kien hemm diversi ċittadini tal-Unjoni Ewropea.", "Għal darb'oħra ntilfu aktar ħajjiet f'isem ideoloġija skura.", "Mhux ser ninsew il-vittmi u dan il-jum traġiku.", "Għadu kemm kellna interazzjoni siewja mas-sħab soċjali matul l-ewwel miż-żewġ summits tripartitiċi ta' din is-sena.", "Jidher ċar li l-ekonomija Ewropea sejra għall-aħjar.", "Illum smajna kif għadd ta' fatturi ekonomiċi qed jiffavoruna: prezzijiet taż-żejt li niżlin, spinta għall-esportazzjonijiet minħabba euro aktar dgħajjef, spinta għall-investiment mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, u l-programm ta' xiri ta' bonds tal-BĊE.", "Iddiskutejna wkoll b'mod apert l-isfidi li għandna bħalissa.", "F'ċerti pajjiżi, il-qgħad għadu f'livelli inaċċettabbilment għoljin u hemm ħtieġa urġenti għal riformi fis-suq tax-xogħol fiż-żona tal-euro.", "Madankollu, is-sitwazzjoni ekonomika", "tinbidel.", "U billi nkomplu bir-riformi strutturali, qed niżguraw li dan it-titjib ikun fit-tul u mhux biss xaqq dawl għal qasir żmien.", "Issa ħa niġi għall-aġenda mimlija li għandna għall-Kunsill Ewropew li ser isir aktar tard illum u għada.", "Wara nofsinhar l-ewwel ħaġa li ser niddiskutu hija l-Unjoni tal-Enerġija.", "L-enerġija, bħalma dejjem kienet, tinsab fil-qalba tal-proġett Ewropew.", "Illum il-ġurnata kemm iċ-ċittadini kif ukoll il-kumpaniji Ewropej għandhom bżonn b'mod urġenti provvista ta' enerġija li tkun garantita, li wieħed ikun jiflaħ għaliha finanzjarjament u li tkun sostenibbli.", "L-Unjoni tal-Enerġija l-ġdida tagħna ser tirriforma u tirriorganizza l-politika tagħna dwar l-enerġija biex din tkun pedament reżiljenti ta' ekonomija Ewropea ġdida.", "Dan ma jistax iseħħ kollu f'daqqa.", "Għalhekk wara nofsinhar bħala l-ewwel pass nixtieq l-ewwel niffoka fuq is-sigurtà tal-provvista.", "Aktar tard il-lejla, ser inħejju għas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li ser isir f'Riga f'Mejju.", "L-impenn tal-Unjoni Ewropea għas-sitt pajjiżi kollha jibqa' wieħed sod.", "Issa qed nippjanaw li nkomplu nibnu fuq il-ftehim billi ngħinu lis-sħab tagħna jsaħħu l-istat tad-dritt u jirrafforzaw l-istituzzjonijiet dgħajfa.", "Fi kliem ieħor: l-iżvilupp tal-istat.", "Kull pajjiż huwa uniku, jinsab fi stadju differenti, u għandu ħtiġijiet differenti.", "Għalhekk, fil-futur l-għajnuna li nagħtu għandha tkun aktar adattata għal kull sitwazzjoni individwali.", "Naturalment, ser niddiskutu wkoll l-Ukrajna u r-Russja u s-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk.", "Wieħed mill-aħjar modi biex nappoġġaw l-Ukrajna ser ikun billi nżommu l-pressjoni tas-sanzjonijiet fuq ir-Russja sakemm naraw isseħħ l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta' Minsk.", "Il-konklużjoni aħħarija ta' dan irid ikun li l-Ukrajna terġa' tieħu l-kontroll tal-fruntieri tagħha, kif previst fil-pjan innegozjat mill-President Hollande u l-Kanċilliera Merkel.", "Nhar il-Ġimgħa filgħodu, ser niddiskutu s-sitwazzjoni ferm serja fil-Libja.", "Minbarra l-bżonn immedjat għal stabbiltà u paċi, għandna tħassib serju dwar l-attività terroristika li qed tiżdied hemmhekk, mhux biss fil-Libja iżda fir-reġjun kollu.", "U ma nistgħux naċċettaw il-ġrajjiet traġiċi ta' kuljum ta' migranti li jegħrqu.", "Sabiex nikkonfrontaw tajjeb dawn l-isfidi, irid ikun hemm mingħajr dewmien soluzzjoni politika u gvern Libjan ta' unità nazzjonali.", "Biex nikkonkludu dawn il-jumejn li bdew bis-summit soċjali, ser niddiskutu l-prospetti għat-tkabbir ekonomiku u l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali ewlenin li għalihom impenjaw ruħhom l-Istati Membri.", "Fl-aħħar nett, kelma dwar it-TTIP, li ser niddiskutu wkoll fil-qosor għada filgħodu.", "It-taħditiet reċenti tiegħi f'Washington mal-President Obama ikkonvinċewni aktar minn qatt qabel dwar l-importanza ekonomika u strateġika tat-TTIP.", "Hemm bżonn li nimpenjaw ruħna ma' xulxin u mal-pubbliku b'mod aktar intensiv biex niksbu momentum għal dan il-ftehim vitali."], "date": "19 ta' Marzu 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk wara s-summit soċjali tripartitiku"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/19/conclusions-energy-european-council-march-2015/", "text": ["UNJONI TAL-ENERĠIJA", "L-UE hija impenjata li tibni Unjoni tal-Enerġija b'politika dwar il-klima li tħares 'il quddiem fuq il-bażi tal-qafas strateġiku tal-Kummissjoni li l-ħames dimensjonijiet tiegħu huma marbuta mill-qrib u reċiprokament rinforzanti (sigurtà tal-enerġija, solidarjetà u fiduċja; suq Ewropew tal-enerġija kompletament integrat; effiċjenza fl-enerġija li tikkontribwixxi għal moderazzjoni tad-domanda; dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija; u riċerka, innovazzjoni u kompetittività).", "L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri ser imexxu l-ħidma 'l quddiem u l-Kunsill ser jirrapporta lill-Kunsill Ewropew qabel Diċembru.", "Il-Kunsill Ewropew ser ikompli jagħti gwida.", "Waqt li jenfasizza l-importanza tad-dimensjonijiet kollha tal-Unjoni tal-Enerġija, illum, il-Kunsill Ewropew iffoka fuq xi wħud mill-aspetti u appella biex:", "a) jitħaffu l-proġetti infrastrutturali, inklużi l-interkonnessjonijiet b'mod partikolari għar-reġjuni periferiċi, għall-elettriku u l-gass", "sabiex jiġu żgurati s-sigurtà tal-enerġija u suq intern tal-enerġija li jaħdem sew;", "b) tiġi implimentata b'mod sħiħ u rinfurzata b'mod rigoruż il-leġislazzjoni eżistenti tal-enerġija;", "c) jiġi rinfurzat il-qafas leġislattiv għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u l-gass; is-sigurtà tal-enerġija tista' tissaħħaħ ukoll permezz ta' grilji robusti, żieda fl-effiċjenza fl-enerġija u billi jsir rikors għal riżorsi indiġeni kif ukoll għal teknoloġiji sikuri u sostenibbli b'livell baxx ta' karbonju;", "d) tiġi żgurata konformità sħiħa mal-liġi tal-UE tal-ftehimiet kollha relatati max-xiri ta' gass minn fornituri esterni, b'mod partikolari bit-tisħiħ tat-trasparenza ta' dawn il-ftehimiet u l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-sigurtà tal-enerġija.", "Fir-rigward ta' kuntratti kummerċjali ta' provvista tal-gass, teħtieġ li tkun garantita l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva;", "e) jiġu vvalutati l-opzjonijiet għal mekkaniżmi volontarji ta' aggregazzjoni tad-domanda f'konformità sħiħa mar-regoli tad-WTO u r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni;", "f) tiġi żviluppata struttura tas-suq aktar effettiva u flessibbli li għandha timxi id f'id ma' kooperazzjoni reġjonali mtejba, inkluż ma' pajjiżi ġirien, u tgħin biex tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jiġi żgurat li l-intervent pubbliku jkun kompatibbli mas-suq intern u li d-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita tal-enerġija proprja tagħhom jiġi rispettat.", "Dan ser jgħin biex tingħata enerġija bi prezz aċċessibbli lill-familji u lill-industrija;", "g) tiġi rieżaminata u żviluppata leġislazzjoni dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli biex tirfed il-miri maqbula għall-2030; tiġi żviluppata sistema ta' governanza affidabbli u trasparenti;", "h) tiġi żviluppata strateġija għat-teknoloġija u l-innovazzjoni f'relazzjoni mal-enerġija u l-klima, inkluż pereżempju dwar il-ġenerazzjoni li jmiss ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, dwar il-ħażna tal-elettriku u l-ġbir u ħżin tad-diossidu tal-karbonju, dwar it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tad-djar kif ukoll dwar it-trasport sostenibbli;", "i) jiġu użati l-istrumenti kollha ta' politika esterna biex jistabbilixxu sħubijiet strateġiċi tal-enerġija ma' pajjiżi produtturi u ta' transitu dejjem aktar importanti, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi promossa is-sigurtà tal-enerġija, filwaqt li jiġi żgurat li s-sovranità u d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri li jesploraw u jiżviluppaw ir-riżorsi naturali tagħhom jiġu mħarsa.", "Il-Kunsill Ewropew jappoġġa azzjoni b'saħħitha u kkoordinata permezz ta' diplomazija attiva Ewropea dwar il-klima qabel il-COP21 f'Pariġi, f'konformità mal-objettiv ambizzjuż stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 kif rifless fil-kontribut ippreżentat reċentement mill-UE u l-Istati Membri tagħha.", "Huwa jħeġġeġ lill-partijiet kollha li huma f'pożizzjoni li jagħmlu dan, inklużi l-ekonomiji maġġuri, biex jippreżentaw il-kontributi tagħhom sal-aħħar ta' Marzu.", "Jinħtieġ ukoll li tiġi intensifikata l-ħidma dwar soluzzjonijiet ta' finanzjament, trasferiment ta' teknoloġija u l-bini tal-kapaċità, li huma kwistjonijiet ewlenin fid-dawl ta' ftehim ambizzjuż f'Pariġi.", "Il-ftehim reċenti ta' Franza, il-Portugall, Spanja, il-Kummissjoni u l-BEI huwa pass pożittiv biex jintlaħaq l-objettiv ta' 10% ta' interkonnessjonijiet tal-elettriku sal-2020; il-ftehim tal-Istati Baltiċi biex jipproċedu lejn operat sinkroniku tal-Istati Membri fin-Netwerk Kontinentali Ewropew jikkontribwixxi wkoll għaż-żieda tas-sigurtà tal-enerġija, bħalma jikkontribwixxi wkoll il-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Konnettività tal-Gass fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk.", "F'dan il-kuntest, huwa inkuraġġut l-istabbiliment mill-Kummissjoni ta' Gruppi Reġjonali ta' Livell Għoli magħmul mill-atturi ewlenin rilevanti kollha biex jiżguraw monitoraġġ regolari tal-progress fl-għażla u l-finanzjament tal-Proġetti ta' Interess Komuni.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-Unjoni tal-Enerġija (19 ta' Marzu 2015)"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/19/new-council-secretary-general/", "text": ["Fid-19 ta' Marzu 2015, il-kapijiet ta' stat u ta' gvern approvaw il-proposta tal-President Tusk li tinnomina lis-", "bħala s-", "Segretarju Ġenerali li jmiss tal-Kunsill", ", u stiednu lill-Kunsill biex jipproċedi mill-aktar fis possibbli bil-ħatra formali f'konformità mal-Artikolu 240(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.", "Is-Sur Tranholm-Mikkelsen bħalissa huwa r-", "Rappreżentant Permanenti tad-Danimarka", "għall-Unjoni Ewropea, kariga li ilu jokkupa sa mill-2010.", "Is-Sur Tranholm-Mikkelsen mistenni jieħu l-kariga fl-", "1 ta' Lulju 2015", ".", "Huwa s-suċċessur tas-Segretarju Ġenerali attwali, Uwe Corsepius, li ser iħalli l-Kunsill biex jieħu kariga ġdida f'Berlin.", "Ir-rwol tas-Segretarju Ġenerali", "Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hu assistit minn Segretarjat Ġenerali, taħt ir-responsabbiltà ta' Segretarju Ġenerali maħtur mill-Kunsill.", "Is-Segretarjat Ġenerali hu involut fl-", "organizzazzjoni, il-koordinament u l-kontroll tal-koerenza fil-ħidma tal-Kunsill", ".", "Huwa jassisti lill-Presidenza tal-Kunsill fit-tiftix ta' soluzzjonijiet.", "Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, taħt l-awtorità tas-Segretarju Ġenerali tiegħu,", "jassisti wkoll lill-Kunsill Ewropew u lill-President tiegħu", ".", "Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jattendi l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u jieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-organizzazzjoni tal-proċedimenti.", "Is-Segretarju Ġenerali", "CV tas-Sur Tranholm-Mikkelsen", "Pożizzjoni attwali:", "Ambaxxatur, Rappreżentant Permanenti tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea", "Imwieled:", "30 ta' Ottubru 1962", "Nazzjonalità", ": Daniż", "Stat ċivili", ": miżżewweġ lil Birgitte Karnøe Frederiksen u għandhom żewġt itfal", "Ambaxxatur, Rappreżentant Permanenti għall-UE", "Ambaxxatur għaċ-Ċina, akkreditat ukoll għall-Mongolja u r-RDPK", "Ambaxxatur, Viċi Rappreżentant Permanenti għall-UE", "Konsulent Prinċipali (Politika tal-UE), Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Kap tad-Dipartiment (Politika ġenerali tal-UE), Ministeru għall-Affarijiet Barranin Daniż", "Konsulent Anzjan (Politika tal-UE), Uffiċċju tal-Prim Ministru", "Segretarju tal-Ambaxxata, Rappreżentanza Permanenti Daniża għall-UE", "Kap tat-Taqsima, Ministeru għall-Affarijiet Barranin Daniż", "Edukazzjoni", "Cand.", "Scient.", "Pol., Università ta' Aarhus", "MSc (Relazzjonijiet Internazzjonali), London School of Economics", "Ingliż, Ġermaniż, Franċiż.", "Ftit Spanjol, Olandiż u Ċiniż."], "date": "19 ta' Marzu 2015", "title": "Nomina ta' Segretarju Ġenerali ġdid tal-Kunsill"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/19/european-council-intermediate-remarks-tusk/", "text": ["Għadda l-ewwel jum tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa.", "Bdejna bi ftit mumenti ta' silenzju bħala rispett għall-vittmi tal-attakki terribbli tal-bieraħ f'Tuneż.", "Il-qtil ta' turisti innoċenti fil-mużew ta' Bardo, inklużi bosta Ewropej, huwa eżempju ta' kif it-terroriżmu militanti jhedded lin-nies kullimkien.", "Illum, il-mexxejja qablu li joħolqu Unjoni tal-Enerġija u li jfasslu l-ewwel passi.", "L-Unjoni Ewropea se taċċellera l-konnessjoni tal-pipelines nazzjonali u l-grilji tal-elettriku.", "Din id-darba, ħafna mid-diskussjoni tagħna ffukat fuq is-sigurtà tal-enerġija.", "L-Unjoni Ewropea tiddependi aktar u aktar fuq il-gass minn fornituri esterni.", "Fejn il-gass jiġi importat minn sorsi differenti u l-kuntratti huma flessibbli, l-affarijiet sejrin tajjeb.", "Iżda l-biċċa l-kbira tal-kuntratti bilaterali mal-fornitur dominanti tagħna, ir-Russja, huma konklużi fit-tul, xi kultant għal aktar minn 20 sena.", "Dan jista' ma jkunx san.", "Kemm għas-sigurtà tagħna, kif ukoll għas-suq tagħna.", "Il-kuntratti tal-gass għandhom ikunu dwar l-ekonomija, dwar in-negozju.", "M'għandhomx jintużaw bħala armi politiċi.", "Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ddeċidew li l-kuntratti kollha tal-gass - bejn il-gvernijiet jew in-negozji - iridu jkunu konformi mal-liġi tal-UE, iridu jkunu aktar trasparenti u m'għandhomx ikollhom impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa.", "Id-dettalji eżatti se jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b'ħeffa kbira f'abbozz ta' leġiżlazzjoni.", "Aħna qbilna li nesploraw kif il-kumpaniji Ewropej jistgħu volontarjament jissieħbu u jixtru l-gass minn fornituri esterni.", "U kif jistgħu jinkisbu wkoll sħubiji strateġiċi ma' pajjiżi li qed isiru dejjem aktar importanti għall-produzzjoni u t-transitu tal-enerġija.", "Finalment, se niżviluppaw strateġiji innovattivi li se jippermettu lill-Unjoni Ewropea ttejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija f'setturi importanti, u tibbenefika minn ġenerazzjoni ġdida ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli.", "Fatt importanti, il-mexxejja qablu wkoll illum biex inżidu d-diplomazija tagħna dwar il-klima u nagħtu spinta kbira għas-suċċess tas-Summit ta' Pariġi dwar il-Klima f'Diċembru.", "Il-Kunsill Ewropew se jerġa' jittratta l-Unjoni tal-Enerġija qabel tmiem is-sena.", "Illejla, iddiskutejna l-Ukrajna u r-Russja.", "Il-mexxejja ddeċidew li nallinjaw ir-reġim tas-sanzjonijiet tagħna mal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk innegozjati mill-Kanċilliera Merkel u l-President Hollande.", "Il-Kunsill Ewropew qabel li d-durata tas-sanzjonijiet ekonomiċi se tkun marbuta b'mod ċar mal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li din hija prevista biss sa tmiem l-2015.", "Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew jinsab lest li jieħu aktar deċiżjonijiet jekk ikun meħtieġ.", "Enfasizzajna wkoll il-ħtieġa li nisfidaw il-kampanja ta' miżinformazzjoni tal-pubbliku min-naħa tar-Russja dwar il-konflitt fl-Ukrajna.", "Ir-Rappreżentant Għoli se tħejji pjan ta' azzjoni dwar komunikazzjoni strateġika għall-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.", "Sadanittant, l-Unjoni Ewropea għadha tinsab lesta li tappoġġa l-proċess ta' waqfien mill-ġlied u li twieġeb b'mod pożittiv għall-progress li jkun sar.", "U se nkomplu nappoġġaw il-programm ta' riformi interni tal-Ukrajna, inkluż b'mod finanzjarju.", "Din se tkun l-aħħar darba li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea jiltaqgħu qabel is-summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Riga fil-21 ta' Mejju.", "L-UE hija impenjata bis-sħiħ lejn is-Sħubija tal-Lvant.", "Il-mexxejja qablu li qasam ta' prijorità għandu jgħin jibni l-istituzzjonijiet tal-istati u jsaħħaħ l-istat tad-dritt, abbażi tal-ħtiġijiet u l-preferenzi ta' kull pajjiż.", "Fi kliem ieħor, il-fażi li jmiss se tkun dwar it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi lejn il-Lvant.", "Dan iwassal għall-konklużjoni tal-ħidma tagħna llejla.", "Se nerġgħu niltaqgħu għada filgħodu biex niddiskutu l-ekonomija Ewropea u biex nitfgħu ħarsitna lejn il-Viċinat tan-Nofsinhar, b'mod partikolari l-Libja u t-Tuneżija.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Marzu 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk wara l-ewwel sessjoni tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/19/conclusions-russia-ukraine-european-council-march-2015/", "text": ["RELAZZJONIJIET ESTERNI", "Politika Ewropea tal-Viċinat", "7.", "Ir-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-Politika Ewropea tal-Viċinat għandha tiżgura involviment kontinwu u profond tal-UE kemm mas-sħab tal-Lvant kif ukoll ma' dawk tan-Nofsinhar.", "Il-Kunsill Ewropew ser ikollu diskussjoni usa' dwar il-Viċinat tan-Nofsinhar f'Ottubru.", "F'dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew laqa' l-laqgħa ministerjali li għandha ssir f'Barċellona fit-13 ta' April li ser tipprovdi opportunità unika biex jinstemgħu l-fehmiet ta' sħabna tan-nofsinhar.", "Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Riga", "8.", "L-UE hija impenjata bis-sħiħ għas-Sħubija tal-Lvant.", "Hija ser issaħħaħ, b'mod differenzjat, ir-relazzjonijiet ma' kull wieħed mis-sitt sħab tagħha.", "Għandhom isiru sforzi partikolari biex jitmexxew 'il quddiem il-kooperazzjoni fil-bini tal-istat, il-mobbiltà u l-kuntatti bejn il-persuni, l-opportunitajiet tas-suq u l-interkonnessjonijiet.", "Il-Kunsill Ewropew jistenna b'interess ir-ratifika l-aktar bikrija possibbli mill-Istati Membri kollha tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni/Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (AAs/DCFTAs) mal-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna.", "Russja/Ukrajna", "9.", "Il-Kunsill Ewropew appella lill-partijiet kollha biex jimplimentaw b'mod sħiħ u b'mod rapidu l-ftehimiet ta' Minsk u jonoraw l-impenji tagħhom, u enfasizza r-responsabbiltà tal-awtoritajiet Russi f'dan ir-rigward.", "L-UE tinsab lesta li tappoġġa dan il-proċess, b'mod partikolari fir-rigward tal-abbiltà u l-kapaċità tal-OSKE li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk, u ser tkompli bl-isforzi fil-proċessi trilaterali dwar l-enerġija u l-implimentazzjoni tad-DCFTA bejn l-UE u l-Ukrajna.", "10.", "Il-Kunsill Ewropew qabel li t-tul ta' żmien tal-miżuri restrittivi kontra l-Federazzjoni Russa adottati fil-31 ta' Lulju 2014 u msaħħa fit-8 ta' Settembru 2014, għandu jkun marbut b'mod ċar mal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li din hija prevista biss sal-31 ta' Diċembru 2015.", "Id-deċiżjonijiet neċessarji ser jittieħdu fix-xhur li ġejjin.", "Il-Kunsill Ewropew jinsab lest li jieħu aktar miżuri jekk ikun meħtieġ.", "11.", "Il-Kunsill Ewropew ma jirrikonoxxix u jkompli jikkundanna l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u ser jibqa' impenjat li jimplimenta b'mod sħiħ il-politika tiegħu ta' nonrikonoxximent.", "12.", "L-UE ser tkompli tappoġġa l-proċess ta' riforma tal-Ukrajna, flimkien ma' donaturi oħra u f'konformità mal-kondizzjonalità tal-FMI.", "Il-Kunsill Ewropew appella biex it-tielet pakkett ta' Assistenza Makrofinanzjarja għall-Ukrajna jiġi adottat bħala kwistjoni ta' urġenza.", "Huwa rrikonoxxa l-isforzi ta' riforma li l-gvern tal-Ukrajna għamel s'issa u talbu jintensifika aktar il-ħidma tiegħu.", "13.", "Il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm rispons għall-kampanji Russi ta' diżinformazzjoni li għaddejjin u stieden lir-Rappreżentant Għoli biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, tħejji pjan ta' azzjoni sa Ġunju dwar komunikazzjoni strateġika.", "L-istabbiliment ta' tim ta' komunikazzjoni huwa l-ewwel pass f'dan ir-rigward.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Marzu 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar ir-relazzjonijiet esterni (19 ta' Marzu 2015)"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/20/joint-statement-greece/", "text": ["Aħna naqblu għal kollox mal-ftehim tal-Grupp tal-Euro tal-20 ta' Frar 2015.", "Fi spirtu ta' fiduċja reċiproka, ninsabu lkoll impenjati biex inħaffu l-ħidma u nikkonkluduha malajr kemm jista' jkun.", "Fil-qafas tal-ftehim tal-Grupp tal-Euro tal-20 ta' Frar 2015, l-awtoritajiet Griegi se jkunu inkarigati mir-riformi u se jippreżentaw lista sħiħa ta' riformi speċifiċi fil-ġranet li ġejjin.", "Erġajna kkonfermajna l-ftehim prattiku dwar il-proċess: It-taħditiet politiċi jsiru fi Brussell.", "Il-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni jsiru f'Ateni.", "Il-Grupp tal-Euro jibqa' lest biex jerġa' jitlaqqa' malajr kemm jista' jkun."], "date": "20 ta' Marzu 2015", "title": "Stqarrija mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni u l-Grupp tal-Euro dwar il-Greċja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/20/statement-european-council-tunisia/", "text": ["Il-Kunsill Ewropew jikkundanna l-attakk terroristiku terribbli kontra t-Tuneżija li sar din il-ġimgħa.", "L-Unjoni Ewropea tesprimi l-kondoljanzi profondi tagħha lill-vittmi, lill-familji tagħhom u lill-poplu Tuneżin.", "L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ser jintensifikaw il-kooperazzjoni mat-Tuneżija fil-ġlieda kontra din it-theddida terroristika komuni, biex isaħħu d-demokrazija promettenti tat-Tuneżija u jassistu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Marzu 2015", "title": "Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar it-Tuneżija"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/20/final-remarks-tusk-european-council/", "text": ["Insellmilkom.", "Ilbieraħ filgħaxija, u kmieni dalgħodu, iltaqgħu għandi informalment il-Prim Ministru Tsipras, il-Kanċilliera Merkel, il-President Hollande, il-President Juncker u l-President Draghi.", "Kien preżenti wkoll il-President Dijsselbloem.", "Il-laqgħa ntalbet mill-Prim Ministru Tsipras biex niddiskutu l-qagħda attwali fil-Greċja.", "Dalgħodu għarraft lill-Kunsill Ewropew bir-riżultat tal-laqgħa.", "Ma kinitx laqgħa biex jittieħdu deċiżjonijiet, imma biex nifhmu r-realtà tas-sitwazzjoni.", "U biex nevitaw nuqqasijiet ta' ftehim fl-ogħla livell politiku.", "Kellna skambju kostruttiv u onesta dwar it-triq 'il quddiem.", "Kif għamilniha ċara fid-dikjarazzjoni konġunta tal-bieraħ filgħaxija, l-impenn sħiħ tagħna hu mal-qbil tal-Grupp tal-Euro tal-20 ta' Frar.", "U qbilna, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka, li nħaffu l-ħidma u nikkonkluduha malajr kemm jista' jkun.", "Nemmen li kienet laqgħa importanti, fejn irnexxielna nerġgħu noħolqu l-fiduċja.", "Issa jmiss lilna lkoll, inkluż naturalment il-Greċja, li nwettqu dan bil-fatti.", "Dalgħodu kellna diskussjoni dwar l-ekonomija Ewropea bil-parteċipazzjoni tal-President tal-BĊE Mario Draghi.", "Huwa ċar li l-perspettiva ekonomika tal-Ewropa qed titjieb.", "Il-mexxejja approvaw il-pilastri ewlenin tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: l-investiment, ir-riformi strutturali u r-responsabbiltà fiskali.", "Innotajna li l-ħidma għall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi sejra tajjeb.", "Dwar it-TTIP, kellna skambju siewi u enfasizzajna li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jagħmlu kull sforz biex jintlaħaq ftehim sa tmiem l-2015.", "Il-ġrajjiet fin-Nofsinhar tal-Mediterran huma perikolużi għall-Ewropa.", "Ikkundannajna l-attakk terroristiku faħxi f'Tuneż din il-ġimgħa u qbilna li nżidu l-kooperazzjoni mat-Tuneżija biex niġġieldu t-theddida tat-terroriżmu, insaħħu d-demokrazija promettenti f'dak il-pajjiż u ngħinuh fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu.", "Nibqgħu impenjati favur it-tranżizzjoni fil-Libja u l-ħidma tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU, Bernardino Leon.", "Jinħtieġ waqfien mill-ġlied minnufih u mingħajr kundizzjoni, u ftehim malajr għal Gvern ta' Għaqda Nazzjonali.", "Meta jintlaħaq ftehim, l-Unjoni Ewropea tinsab lesta, flimkien ma' sħab internazzjonali u reġjonali oħra, sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tiegħu.", "Ninsab konvint li huwa essenzjali li nkomplu t-taħditiet dwar x'nistgħu nagħmlu aktar, flimkien mal-ġirien tagħna fin-Nofsinhar, biex nistabbilizzaw ir-reġjun kollu.", "Qabel it-tmiem ta' Marzu se nżur it-Tuneżija, Malta u l-Italja.", "Stedint miegħi lir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Marzu 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, 20 ta' Marzu 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/20/weekly-schedule-president-tusk/", "text": ["It-Tlieta 24 ta' Marzu", "13:00 Laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker", "L-Erbgħa 25 ta' Marzu", "14:30 Laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz (Parlament Ewropew)", "15:00 Rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu", "Il-Ġimgħa 27 ta' Marzu", "15:00 Laqgħa mal-President tal-Kirgiżistan Almazbek Atambayev (opportunità għal ritratti)"], "date": "20 ta' Marzu 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/21/declaration-hr-federica-mogherini-international-day-elimination-racial-discrimination/", "text": ["Illum niċċelebraw il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali.", "Din is-sena niċċelebraw ukoll il-50", "anniversarju mill-adozzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali.", "Il-konvenzjoni hija l-pedament għall-ġlieda dinjija kontra d-diskriminazzjoni razzjali.", "U bħala tali tkompli tfakkarna li l-bnedmin kollha jitwieldu ħielsa u ugwali fid-dinjità u li kull ipoteżi jew twemmin għall-kuntrarju huwa ħażin u moralment falz.", "Għal dan ir-raġuni l-konvenzjoni għandha tiġi ratifikata u implimentata universalment.", "Id-diskriminazzjoni razzjali, l-inċitament għad-diskriminazzjoni, il-mibegħda jew il-vjolenza diretta lejn persuni minħabba l-appartenenza tagħhom għal ċertu grupp etniku jew reliġjuż, u atti ta' vjolenza motivati mir-razziżmu u l-ksenofobija jqiegħdu f'periklu eżistenzjali d-drittijiet universali tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u ma għandhom jiġu ttollerati qatt.", "Miżuri qawwija għall-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra kull forma u manifestazzjoni ta' razziżmu u ksenofobija huma indispensabbli għall-bini ta' soċjetajiet sikuri, inklużivi u pluralisti, ibbażati fuq il-valuri tad-diversità, it-tolleranza u r-rispett reċiproku.", "Dawn għandhom jinkludu mhux biss risponsi legali effettivi, iżda wkoll miżuri preventivi li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza tal-membri kollha tas-soċjetà.", "Fl-isforzi msaħħa kollha tagħha biex telimina d-diskriminazzjoni razzjali, l-UE ser tkompli l-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi sħab kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE, u organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili.", "L-Azzjonijiet tal-UE ser jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni kollha li jsiru l-aktar vulnerabbli minħabba forom kumulattivi u multipli ta' diskriminazzjoni.", "Issa aktar minn qatt qabel hemm il-ħtieġa li l-komunità dinjija tieħu miżuri determinati u effettivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali biex telimina l-forom kollha ta' diskriminazzjoni razzjali.", "Il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Dikjarazzjoni.", "* - L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni."], "date": "21 ta' Marzu 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/30/montenegro-eu-open-more-negotiating-chapters-accession-process/", "text": ["Fit-30 ta' Marzu 2015 in-negozjaturi tal-UE u dawk Montenegrini qablu li jiftħu żewġ kapitoli fil-proċess tan-negozjar tal-adeżjoni tal-Montenegro mal-Unjoni Ewropea.", "Imlaqqgħin fi Brussell fit-tielet sessjoni tal-konferenza dwar l-adeżjoni fil-livell ta' deputati, huma qablu li jiftħu kapitolu 16 dwar it-", "tassazzjoni", "u kapitolu 30 dwar ir-", "relazzjonijiet esterni", "B'riżultat ta' dan, minn 35 kapitolu predeterminat, issa nfetħu 18 għan-negozjati, li minnhom tnejn diġà ngħalqu b'mod proviżorju.", "In-negozjaturi kienu:", "għall-UE, Ilze Juhansone, ir-Rappreżentant Permanenti tal-Latvja għall-UE;", "għall-Montenegro, Andrija Pejović, segretarju tal-istat għall-integrazzjoni Ewropea u negozjatur ewlieni għall-adeżjoni tal-Montenegro mal-UE.", "Punti ta' riferiment", "L-UE qieset li xi punti ta' riferiment ikunu meħtieġa biex iż-żewġ kapitoli jingħalqu b'mod proviżorju.", "Dawn jinkludu emendi leġislattivi mill-Montenegro u l-kapaċità amministrattiva biex jiġi implimentat u infurzat l-acquis tal-UE fil-kapitoli rispettivi.", "Għall-kapitolu 16, għandhom jintlaħqu l-punti ta' riferiment imniżżla hawn taħt:", "Il-Montenegro għandu", "jadotta leġislazzjoni", "f'oqsma li jeħtieġu aktar allinjament.", "B'mod partikolari għandu jagħmel progress sinifikanti lejn allinjament fl-oqsma tal-", "VAT, id-dazji tas-sisa u t-tassazzjoni diretta", ".", "Għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni skeda ta' żmien dettaljata biex jintlaħaq allinjament sħiħ mal-acquis tal-UE sad-data tal-adeżjoni.", "Il-Montenegro għandu", "kapaċità amminstrattiva", "adegwata u l-", "meħtieġa fl-uffiċċji ċentrali u lokali tat-taxxa tiegħu biex jinforza l-leġislazzjoni tiegħu dwar it-taxxa u biex jiġbor it-taxxi u jikkontrolla l-kontribwenti tiegħu.", "Barra minn hekk, għandu jiżgura li l-Uffiċċju Ċentrali ta' Kollegament u l-Uffiċċju Ċentrali ta' Kollegament dwar is-Sisa jkollhom biżżejjed persunal u jkunu operazzjonali biżżejjed mal-adeżjoni.", "Il-Montenegro għandu jagħmel biżżejjed progress fl-iżvilupp ta'", "sistemi tal-IT", "għall-amministrazzjoni tat-taxxa, inklużi dawk marbutin mal-interkonnettività.", "Dawn jinkludu partikolarment dawk għall-VAT (VIES), id-dazji tas-sisa (EMCS) u s-sistemi tal-IT meħtieġa għall-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' taxxa u l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.", "Għall-kapitolu 30, għandu jintlaħaq il-punt ta' riferiment imniżżel hawn taħt:", "Il-Montenegro għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni pjan ta' azzjoni għat-tħejjijiet li fadallu f'dak li għandu x'jaqsam mal-allinjament leġislattiv.", "Il-pjan għandu jagħmel il-", "ftehimiet internazzjonali", "konformi mal-acquis tal-UE.", "Għandu jsaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u dik ta' kontroll biex jiżgura applikazzjoni u", "infurzar sħaħ tal-acquis", "f'dan il-kapitolu mill-jum tal-adeżjoni.", "Il-passi li jmiss", "L-UE ser tissorvelja l-kwistjonijiet speċifiċi kollha li ssemmew fil-pożizzjonijiet komuni tagħha biex tiżgura l-kapaċità amministrattiva tal-Montenegro u l-kapaċità tiegħu li jlesti l-allinjament legali.", "Il-monitoraġġ tal-progress", "fl-allinjament mal-acquis u l-implimentazzjoni tiegħu ser ikompli matul in-negozjati.", "Valutazzjoni finali tal-konformità tal-leġislazzjoni tal-Montenegro mal-acquis u tal-kapaċità implimentattiva tiegħu tista' ssir biss fi stadju aktar tard.", "Il-konferenza għaldaqstant ser terġa' lura għal dawn il-kapitoli fil-ħin xieraq.", "Hija ppjanata", "konferenza dwar l-adeżjoni fil-livell ministerjali", "f'Ġunju 2015 sabiex tmexxi l-proċess 'il quddiem."], "date": "30 ta' Marzu 2015", "title": "Il-Montenegro u l-UE jiftħu żewġ kapitoli ta' negozjar oħra fil-proċess tal-adeżjoni"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/30/remarks-tusk-after-meeting-muscat-valletta/", "text": ["L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru Muscat talli laqgħani hawnhekk fil-Belt Valletta.", "Tassew qed nieħu gost li ninsab lura f'Malta.", "L-aħħar żjara tiegħi kienet f'Ottubru 2009 iżda dik kienet fil-kariga tiegħi bħala l-Prim Ministru Pollakk.", "Dan il-vjaġġ huwa importanti għalija.", "Bħala President tal-Kunsill Ewropew, l-għan tiegħi huwa li nibni rispons Ewropew b'saħħtu u magħqud għall-instabbiltà fir-reġjun Mediterran.", "Huwa biss flimkien li nistgħu nittrattaw l-għeruq tagħha - bħall-faqar u strutturi statali li qed ifallu.", "Hija biss Unjoni Ewropea magħquda li tista' tħabbat wiċċha mal-konsegwenzi tal-instabbiltà, bħall-migrazzjoni irregolari u t-terroriżmu.", "Din hija r-raġuni għaliex iddeċidejt li npoġġi dawn il-problemi fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew u niddiskutihom mal-mexxejja tal-UE.", "Ir-rieda u l-impenn tal-Prim Ministri u l-Presidenti kollha tal-UE biex jgħinu biex tintemm din it-traġedja umana huma b'saħħithom ħafna.", "Dak li hu inqas ċar huwa kif nistgħu ngħinu.", "Għandna bżonn naħsbu dwar dan mill-ġdid.", "Biex noħorġu b'soluzzjonijiet ġodda u kreattivi.", "Biex ma neħlux f'ideat qodma, proposti li mhux ser isiru xejn ħlief illużjonijiet.", "Huwa għalhekk li ninsab hawn.", "Biex nisma', nitgħallem u niddiskuti x'tista' tagħmel aktar l-Unjoni Ewropea fil-Viċinat tan-Nofsinhar u għalih.", "Malta tħabbat wiċċha mas-sintomi tal-kaos f'dan ir-reġjun ta' kuljum, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-migrazzjoni irregolari.", "L-Unjoni Ewropea għandha responsabbiltà li tgħin lil dawk fil-periklu.", "U dan nagħmluh.", "Madankollu, l-iktar importanti għalina huwa s-sigurtà u l-istabbiltà tal-Istati Membri, bħal Malta.", "Ma nistgħux niftħu l-bibien għal kulħadd u għalhekk, irridu nieħdu azzjoni biex inwaqqfu lin-nies milli jieħdu d-deċiżjoni li jitilqu minn pajjiżhom.", "Konsegwenza traġika oħra hija t-terroriżmu.", "Gruppi terroristiċi qed jheddu lill-popli tal-Afrika ta' Fuq, u b'estensjoni lill-Ewropa kollha.", "Is-sigurtà interna u dik esterna tagħna qatt ma kienu tant marbutin flimkien.", "Jien u l-Prim Ministru qsamna l-fehmiet tagħna dwar kif l-Unjoni Ewropea tista' tkompli ssaħħaħ l-azzjonijiet tagħna għall-ġlieda kontra l-aġenda terroristika - f'darna kif ukoll barra mill-pajjiż.", "Dan isegwi mid-diskussjoni li kellna fil-laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew fi Frar, fejn il-mexxejja kollha tal-UE qablu dwar pjan ta' ħidma ambizzjuż għal kif għandu jiġi miġġieled it-terroriżmu.", "Fuq in-naħa l-oħra tal-baħar, il-poplu Libjan qed iħabbat wiċċu ma' theddida terroristika akbar, fejn in-nuqqas ta gvern magħqud u istituzzjonijiet statali jagħtuha lok biex tespandi.", "Kif qbilna fil-Kunsill Ewropew biss għaxart ijiem ilu, u għal darb'oħra hawnhekk illum, l-Unjoni Ewropea trid tkun lesta li tgħin lil-Libjani fit-transizzjoni tagħhom.", "F'dan ir-rigward, inħeġġu lill-partijiet Libjani biex jilħqu qbil malajr dwar gvern ta' unità nazzjonali, u jdaħħlu fis-seħħ waqfien dejjiemi mill-ġlied.", "Ninsab kuntent li kelli din l-opportunità li naqsam ħsibijiet mal-Prim Ministru, grazzi Joseph.", "Ser nieħu din l-informazzjoni miegħi fiż-żjara tiegħi fit-Tuneżija u Spanja għada, u lura lejn Brussell."], "date": "30 ta' Marzu 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk wara l-laqgħa mal-Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/03/31/macro-financial-assistance-ukraine/", "text": ["Fil-31 ta' Marzu 2015 il-Kunsill adotta deċiżjoni li tipprovdi ammont massimu ta' €1.8 biljun f'għajnuna makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna.", "L-għan hu li tiġi appoġġata l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-pajjiż u aġenda ta' riforma sostanzjali, li jikkontribwixxu għall-ħtiġijiet tal-bilanċ ta' pagamenti tiegħu kif identifikati mill-FMI.", "L-għajnuna ser tkun disponibbli għal perjodu ta' sentejn u nofs.", "Ser tiġi pprovduta fil-forma ta' self, li titħallas fi", "tliet pagamenti", ".", "Is-self ser ikollu maturità massima ta' 15-il sena.", "Il-Kummissjoni u l-Ukrajna ser jiftiehmu wkoll dwar", "ftehim ta' self", "li jistabbilixxi t-termini dettaljati tal-għajnuna makrofinanzjarja.", "Kondizzjonalità", "Il-Kummissjoni ser tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-fondi.", "L-għajnuna ser tkun soġġetta għal memorandum ta' qbil (MtQ), li jrid jiġi miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna.", "Il-MtQ ser jistabbilixxi", "kondizzjonijiet definiti b'mod ċar ta' politika ekonomika u finanzjarji", ", li jiffukaw fuq ir-riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi.", "Għajnuna addizzjonali", "Il-€1.8 biljun f'self ser ikun addizzjonali għall-€1.61 biljun f'għajnuna makrofinanzjarja li diġà ġiet deċiża", "fl-2010 u fl-2014", ".", "L-Ukrajna talbet assistenza ulterjuri minħabba s-sitwazzjoni ekonomika li sejra lura.", "Id-deċiżjoni adottata mill-Kunsill ma tbiddilx il-proposta tal-Kummissjoni, ippreżentata fit-8 ta' Jannar 2015.", "Il-Parlament Ewropew approva l-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi fil-25 ta' Marzu 2015.", "Id-deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.", "Deċiżjoni tal-PE u tal-Kunsill ta' Marzu 2015 dwar assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna", "Proposta tal-Kummissjoni ta' Jannar 2015 dwar assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna"], "date": "31 ta' Marzu 2015", "title": "Ukrajna: Il-Kunsill japprova €1.8 biljun f'self"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/01/judges-appointed-european-court-justice/", "text": ["Tmien imħallfin u tliet avukati ġenerali ġew maħtura fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-istati membri fl-1 ta' April.", "Il-persuni li ġejjin ġew maħtura mill-ġdid bħala", "mħallfin", "għal sitt snin oħra mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021:", "Is-Sur Marek Safjan (Polonja)", "is-Sur Siniša Rodin (Kroazja)", "is-Sinjura Küllike Jürimäe (Estonja)", "Is-Sinjura Eleanor Sharpston (Renju Unit) u s-Sinjura Juliane Kokott (Ġermanja) ġew maħtura mill-ġdid bħala", "avukati ġenerali", "għall-istess perjodu ta' sitt snin.", "Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-istati membri ħatru wkoll lis-Sur Henrik Saugmandsgaard Øe (Danimarka) bħala avukat ġenerali għal sitt snin mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021.", "Attwalment il-Qorti tal-Ġustizzja hija magħmula minn 28 imħallef u disa' avukati ġenerali.", "L-għadd ta' avukati ġenerali ser jiżdied għal ħdax sas-7 ta' Ottubru 2015.", "Kull tliet snin issir sostituzzjoni parzjali tal-imħallfin u l-avukati ġenerali.", "Il-mandat ta' 14-il imħallef u ta' erba' avukati ġenerali jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2015.", "Żewġ imħallfin (mill-Belġju u Spanja) diġà ġew maħtura mill-ġdid fl-24 ta' Settembru 2014 għall-eżerċizzju ta' sostituzzjoni parzjali tal-2015.", "Dan ifisser li sas-7 ta' Ottubru 2015 għad iridu jinħatru erba' mħallfin u tliet avukati ġenerali.", "L-imħallfin u l-avukati ġenerali jinħatru għal mandat ta' sitt snin, li jista' jiġġedded.", "L-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja jaħtru wieħed minn fosthom bħala president għal perjodu ta' tliet snin li jista' jiġġedded.", "Dokumenti u pubblikazzjonijiet relatati", "Stqarrija għall-istampa tal-24 ta' Settembru 2014 dwar il-ħatra mill-ġdid ta' żewġ imħallfin tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "1 ta' April 2015", "title": "Imħallfin maħtura fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/09/declaration-hr-upcoming-elections-sudan/", "text": ["Il-fatt li ma ngħatax bidu għal djalogu nazzjonali ġenwin sena wara li dan kien tħabbar mill-Gvern tas-Sudan huwa ostaklu għall-benessri tal-poplu tas-Sudan.", "Fil-konklużjonijiet tagħha ta' Ottubru 2014, l-UE appellat għal soluzzjoni komprensiva għall-kunflitti fis-Sudan u li din għandha twassal għal proċess politiku inklużiv li jipprovdi paċi u prosperità għas-Sudan.", "L-UE tafferma mill-ġdid din il-fehma u tinsab diżappuntata li l-Gvern tas-Sudan qed jitlef opportunità billi ma jweġibx għall-isforzi tal-Unjoni Afrikana biex tlaqqa' flimkien il-partijiet interessati kollha.", "Infaħħru lil dawk ir-rappreżentanti ta' gruppi armati, tal-oppożizzjoni politika u tas-soċjetà ċivili li kienu preżenti f'Addis, lesti biex jimpenjaw ruħhom.", "Meta ma jkunx hemm djalogu, xi gruppi jiġu esklużi u jinkisru d-drittijiet ċivili u politiċi, l-elezzjonijiet li ġejjin ma jistgħux jagħtu riżultat kredibbli b'leġittimità fil-pajjiż kollu.", "Il-poplu tas-Sudan jistħoqqlu aħjar.", "Għalhekk għażilna li ma nappoġġawx dawn l-elezzjonijiet.", "L-UE tkompli tappoġġa l-isforzi tal-panel ta' livell għoli tal-Unjoni Afrikana kif ukoll sforzi oħrajn għall-paċi fis-Sudan."], "date": "9 ta' April 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta' ambjent favorevoli għall-elezzjonijiet li ġejjin fis-Sudan"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/09/tusk-congratulates-roivas-reappointment/", "text": ["F'isem l-Unjoni Ewropea nixtieq nifraħ lil Taavi Rõivas għall-ħatra mill-ġdid tiegħu bħala Prim Ministru tal-Estonja.", "Waħda mill-isfidi ewlenin tal-Ewropa tibqa' li neħilsu għal kollox mill-kriżi ekonomika u finanzjarja.", "F'dan il-kuntest, nistgħu nieħdu l'Estonja bħala mudell minħabba t-tkabbir, il-baġit ibbilanċjat u d-dejn baxx tagħha.", "L-Estonja hija wkoll minn ta' quddiem fl-iżvilupp diġitali, qasam li l-Kunsill Ewropew se jindirizza fil-laqgħa tiegħu ta' Ġunju u fejn hemm potenzjal sinifikanti biex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa.", "Nistenna bil-ħerqa li nkompli naħdem mill-qrib mal-Prim Ministru Rõivas."], "date": "9 ta' April 2015", "title": "Donal Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, jifraħ lil Taavi Rõivas għall-ħatra mill-ġdid tiegħu bħala Prim Ministru tal-Estonja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/30/tusk-weekly-schedule/", "text": ["It-Tnejn 4 ta' Mejju 2015", "Ċerimonja funebri għas-Segretarju tal-Istat Pollakk, Plenipotenzjarju tal-Prim Ministru għad-Djalogu Internazzjonali Władysław Bartoszewski", "It-Tlieta 5 ta' Mejju 2015", "13.00 Laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz (Berlaymont)", "17.00 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Estonja Taavi Rõivas (opportunità għal ritratti)", "L-Erbgħa 6 ta' Mejju 2015", "14.00 Preżentazzjoni tal-ittri kredenzjali tal-ambaxxaturi", "Il-Ħamis 7 ta' Mejju 2015", "09.30 Laqgħa mal-Prim Ministru tan-Netherlands Mark Rutte (opportunità għal ritratti)", "Gdansk, il-Polonja", "Parteċipazzjoni fiċ-ċerimonja għas-70 anniversarju ta' tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa"], "date": "30 ta' April 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/03/hr-mogherini-world-press-freedom-day/", "text": ["Illum niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-UNESCO.", "Mezzi ta' komunikazzjoni liberi, diversi u indipendenti huma essenzjali fi kwalunkwe soċjetà demokratika għaliex mingħajr il-libertà ta' espressjoni u l-mezzi ta' komunikazzjoni, ikun impossibbli li jkun hemm ċittadini infurmati, attivi u involuti.", "Għalhekk il-libertà tal-istampa hija pilastru ta' kwalunkwe soċjetà.", "Din għandha tiġi promossa u ma tista' qatt tittieħed bħala fatt. Huwa bis-saħħa tal-kuraġġ ta' ħafna ġurnalisti li għad hemm tifsira f'kelma li spiss tintesa: il-verità.", "L-UE tfaħħar lil dawk il-ġurnalisti u l-atturi fil-mezzi ta' komunikazzjoni li tilfu ħajjithom, intefgħu l-ħabs jew inkella batew minn konsegwenzi inġusti talli ħaddmu d-dritt tagħhom tal-libertà ta' espressjoni.", "Aħna naffermaw mill-ġdid l-impenn tagħna li nippromwovu u nħarsu l-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni mad-dinja kollha, u li nkomplu nippromwovu s-sigurtà tal-ġurnalisti u ta' ħaddiema oħra fil-mezzi ta' komunikazzjoni.", "It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) moderni huma issa parti mill-ħajja ta' kuljum u jipprovdu opportunitajiet ġodda għat-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem u għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku.", "L-aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni u l-libertà ta' espressjoni għall-individwi kollha, kemm online kif ukoll offline, għandu jkun żgurat u protett.", "L-internet għandu jibqa' netwerk uniku u mhux frammentat, soġġett għall-istess liġijiet u normi li japplikaw għall-oqsma l-oħra fil-ħajja tagħna ta' kuljum fejn l-individwi jistgħu jieħdu benefiċċju mid-drittijiet tagħhom u mir-rimedji ġudizzjarji meta dawk id-drittijiet jinkisru.", "Dawn il-prinċipji ġew rikonoxxuti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Internet tas-27 ta' Novembru 2014 u l-Konklużjonijiet dwar iċ-Ċiberdiplomazija tal-11 ta' Frar 2015.", "L-UE għandha l-impenn li tkompli ssaħħaħ l-isforzi internazzjonali bil-għan tal-promozzjoni tal-libertà ta' espressjoni u tilqa' l-mandat tan-NU dwar il-proċeduri speċjali ġodda rigward id-dritt għall-privatezza.", "Kważi sena wara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem rigward \"il-libertà ta' espressjoni online u offline\", l-UE hija determinata li tkompli tuża kull strument finanzjarju estern adegwat tal-UE biex tipproteġi u tippromwovi aktar il-libertà ta' opinjoni u espressjoni u biex tappoġġa l-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi ta' komunikazzjoni.", "Il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Dikjarazzjoni.", "* - L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni."], "date": "3 ta' Mejju 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/05/payment-services-agreement-on-new-rules/", "text": ["Il-presidenza Latvjana tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew fil-5 ta' Mejju 2015 laħqu qbil tentattiv dwar abbozz ta' direttiva maħsuba biex jiġi żviluppat aktar suq ta' ħlas elettroniku mifrux fl-UE kollha.", "Il-qbil intlaħaq waqt laqgħa ta' trilogu informali fi Brussell.", "\"Din id-direttiva l-ġdida se toħloq qafas regolatorju ċar għal diversi tipi ta' atturi ġodda fis-suq li diġà ilhom attivi għal xi snin fil-qasam tal-ħlasijiet bl-internet, jiġifieri fornituri ta' servizzi tal-bidu tal-ħlas u fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni dwar kontijiet\", qal Jānis Reirs, ministru għall-finanzi tal-Latvja u president tal-Kunsill.", "\"Id-direttiva se tippermetti wkoll tipi ġodda ta' servizzi bħalma huma l-ħruġ ta' strumenti ta' ħlas minn fornituri terzi ta' servizzi ta' ħlas.", "Dan se joħloq inċentiv ġdid biex tiżdied il-kompetizzjoni u jħeġġeġ l-innovazzjoni fis-suq tal-ħlas.", "Nemmen li ż-żieda ta' dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà u s-superviżjoni se jżidu wkoll is-sigurtà tal-ħlasijiet online u l-ħarsien tal-konsumatur fl-UE.\"", "Il-ftehim għad irid jiġi kkonfermat mill-Kunsill ladarba t-test sħiħ tad-direttiva jkun finalizzat fil-livell tekniku.", "Id-direttiva mbagħad titressaq lill-Parlament Ewropew għal vot fl-ewwel qari, u lill-Kunsill għall-adozzjoni finali.", "L-abbozz tad-direttiva jinkorpora u jirrevoka direttiva eżistenti dwar servizzi ta' ħlas (id-direttiva 2007/64/KE), li pprovdiet il-bażi legali għall-ħolqien ta' suq uniku għall-ħlas li jkopri l-UE kollha.", "Id-direttiva riveduta tadatta r-regoli eżistenti għal servizzi ta' ħlas emerġenti u innovattivi, inkluż bl-internet u bil-mowbajl.", "Tistabbilixxi ġabra komprensiva ta' regoli maħsuba biex jiżguraw ambjent aktar sigur għall-ħlasijiet, b'mod partikolari għal min juża kanali remoti.", "Id-direttiva toħloq ukoll qafas aktar armonizzat u effettiv għas-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.", "Mill-adozzjoni tad-direttiva oriġinali dwar servizzi ta' ħlas fl-2007 'l hawn, fil-qasam tal-kummerċ elettroniku evolvew metodi innovattivi għall-bidu tal-ħlas.", "Normalment dawn jifformaw pont ta' software bejn is-sit web tal-bejjiegħ u l-pjattaforma bankarja online ta' min iħallas biex jinbdew ħlasijiet bl-internet abbażi ta' trasferiment ta' kreditu.", "Dawn is-servizzi, li issa jkoprihom l-abbozz tad-direttiva, jippermettu li l-fornitur tas-servizz tal-bidu ta' ħlas (li qatt ma jkun fil-pussess tal-fondi tal-utent) jipprovdi serħan il-moħħ lill-benefiċjarju li l-fondi meħtieġa għal tranżazzjoni speċifika ta' ħlas ikunu disponibbli fil-kont u li l-ħlas inbeda.", "Hija prevista wkoll sistema regolatorja li tkopri l-attivitajiet tas-servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet.", "Dawn is-servizzi joffru lill-utent tas-servizz ta' ħlas, pereżempju, informazzjoni aggregata online dwar kont ta' ħlas wieħed jew aktar miżmuma għand fornitur ieħor jew fornituri oħrajn ta' servizzi ta' ħlas.", "Dan jippermetti li l-utent tas-servizz tal-ħlas ikollu stampa globali tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu fi kwalunkwe moment.", "Fl-istess ħin l-abbozz tad-direttiva jippromwovi t-tisħiħ tal-miżuri ta' sigurtà għall-ħlasijiet bl-internet u għall-użu tas-servizzi pprovduti mill-atturi l-ġodda fis-suq imsemmija hawn fuq.", "Id-direttiva l-ġdida se tiżgura l-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-klijenti li tidentifika lill-klijent għal kull tranżazzjoni.", "Is-sistema l-ġdida u msaħħa ta' superviżjoni se tkompli żżid il-livell ta' sigurtà u l-ħarsien tal-konsumatur f'dan il-qasam.", "Ladarba d-direttiva tkun ġiet adottata, l-istati membri se jkollhom sentejn biex jittrasponuha fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom."], "date": "5 ta' Mejju 2015", "title": "Servizzi ta' ħlas: Il-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar regoli ġodda"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/06/eu-signs-visa-waiver-agreement-united-arab-emirates/", "text": ["Fis-6 ta' Mejju, l-UE u l-Emirati Għarab Magħquda (UAE) iffirmaw", "ftehim ta' eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir", "waqt ċerimonja li saret Brussell.", "F'isem l-UE, il-ftehim ġie ffirmat mir-rappreżentanti tal-Presidenza Latvjana tal-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.", "Għall-UAE, l-Ambaxxatur Sulaiman Hamid Almazroui, iffirma l-ftehim.", "Is-sistema l-ġdida tal-viża tipprevedi", "vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-UE meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-UAE u għaċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż meta jivvjaġġaw lejn l-UE", ", għal perjodu ta' soġġorn ta'", "fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.", "Sabiex jibbenefikaw minn vjaġġar mingħajr viża, iċ-ċittadini mill-UE u l-UAE għandhom ikunu fil-pussess ta' passaport validu ordinarju, diplomatiku, ta' servizz/uffiċjali jew speċjali.", "L-ivvjaġġar mingħajr viża japplika għall-kategoriji kollha ta' persuni u għal kwalunkwe tip ta' vjaġġar (pereżempju turiżmu, żjarat kulturali, attivitajiet xjentifiċi, żjarat familjari, kummerċ, eċċ), għajr għal persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività mħallsa.", "Il-ftehim issa ser jintbagħat lill-Parlament Ewropew bil-għan li jinkiseb il-kunsens tiegħu qabel ikun jista' jiġi konkluż.", "Madankollu", ", dan ser japplika fuq bażi proviżorja mis-6 ta' Mejju 2015", "L-Irlanda u r-Renju Unit mhux ser ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-ftehim, f'konformità mal-protokolli annessi għat-trattati tal-UE.", "Is-sistema tal-viża għal dawn l-istati membri tibqa' soġġetta għal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.", "Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "6 ta' Mejju 2015", "title": "L-UE tiffirma ftehim ta' eżenzjoni mill-viża mal-Emirati Għarab Magħquda"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/07/europe-day-press-release/", "text": ["Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed jorganizzaw Jum għall-Pubbliku fil-Bini Justus Lipsius (rue de la Loi 175, Brussell), il-kwartieri ġenerali taż-żewġ istituzzjonijiet", "fid-9 ta' Mejju mill-10:00 sal-17:00.", "Żjarat bil-gwida tal-bini", "Membri tal-persunal ser jiggwidaw lill-viżitaturi madwar is-swali tal-laqgħat fejn il-kapijiet ta' stat u ta' gvern u l-ministri jiltaqgħu għas-summits Ewropej u l-laqgħat tal-Kunsill.", "Iż-żjarat ser ikunu organizzati matul il-jum bil-Franċiż, l-Olandiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż.", "\"L-Ewropa tul il-ġenerazzjonijiet\" - laqgħa wiċċ imb' wiċċ", "Biex jitfakkar il-65 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman tad-9 ta' Mejju 1950, il-Kunsill qed jorganizza avveniment transġenerazzjonali li jlaqqa' flimkien żgħażagħ Ewropej u eks kollegi jew membri tal-familji tal-fundaturi tal-UE - opportunità unika għall-ġenerazzjoni żagħżugħa biex titgħallem kif dawk il-personalitajiet prominenti sawru l-Unjoni u jiskopru aktar dwar x'kien għaddej minn wara l-kwinti fil-ġranet inizjali tal-bini ta' Ewropa magħquda.", "Il-mistednin u l-kelliema ser jinkludu: Maria Romana De Gasperi (bint Alcide de Gasperi, eks Prim Ministru tal-Italja), Antoinette Spaak (bint Paul-Henri Spaak, eks Prim Ministru tal-Belġju), Paul Collowald (ġurnalist li ħadem ma' Robert Schuman u Jean Monnet), Jean-Marie Pelt (eks segretarju privat ta' Robert Schuman), Jacques-René Rabier (kap tal-kabinett ta' Jean Monnet), Clemens Coudenhove-Kalergi (il-proneputi ta' Richard niklaus Coudenhove-Kalergi, fundatur tal-Moviment Pan-Ewropew), Gabriel Fragnière (filosofu u għalliem Żvizzeru, u ħabib ta' Hendrik Brugmans), Victoria Martín de la Torre (awtriċi ta' \"Europe, a leap into the unknown\").", "L-avveniment ser jibda fis-", "fil-Bini Justus Lipsius u jista' jiġi", "segwit f'xandira diretta fuq is-sit web tagħna", "Konferenzi stampa u avvenimenti pubbliċi permezz tal-video-streaming", "Fajls tal-filmat f'format li jista' jixxandar ser ikunu disponibbli wara l-avveniment.", "Stands ta' informazzjoni u attivitajiet", "Ser ikun hemm diversi stands li joffru informazzjoni u dokumentazzjoni għall-qarrejja kollha u li ser jospitaw għadd ta' attivitajiet:", "stands ta' informazzjoni mill-unitajiet tal-iżvilupp u l-ħarsien tal-ambjent tas-Segretarjat tal-Kunsill, flimkien maż-żewġ missjonijiet tal-UE fil-Mali, li juru s-suġġett tal-iżvilupp.", "stands li jirrappreżentaw il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Presidenza Latvjana u l-Presidenza Lussemburgiża futura tal-Kunsill, eċċ.", "wirjiet ta' żfin tradizzjonali Latvjan matul il-jum.", "rokna għat-tfal u kwiżż dwar l-Ewropa biex jinvolvu b'mod attiv lill-viżitaturi sabiex isiru jafu aktar dwar l-Ewropa", "Il-Jum għall-Pubbliku ser ikun ukoll fuq is-siti tal-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali.", "Il-viżitaturi jistgħu jużaw il-hashtag", "fuq diversi netwerks tal-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali biex jipparteċipaw fil-konverżazzjoni u jikkondividu l-ħsibijiet tagħhom jew", "ir-ritratti Instagram", "tagħhom tal-ġurnata.", "Jum għall-Pubbliku fil-Kunsill - 9 ta' Mejju"], "date": "7 ta' Mejju 2015", "title": "9 ta' Mejju 2015 - il-Kunsill jiftaħ il-bibien tiegħu"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/07/joint-statement-eastern-partnership-07-05-2015/", "text": ["Fis-7 ta' Mejju 2015, il-Presidenza Latvjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni organizzaw l-ewwel Laqgħa Ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant dwar il-Kummerċ.", "Il-laqgħa kienet ippreseduta b'mod konġunt mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Latvjan is-Sur Edgars Rinkēvičs, u l-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ is-Sinjura Cecilia Malmström.", "Il-Ministri għall-Kummerċ tal-UE u l-kontropartijiet tagħhom tal-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, tal-Georgia, tal-Moldova u tal-Ukrajna ltaqgħu wara nofsinhar tas-7 ta' Mejju biex jiddiskutu l-kisbiet tas-Sħubija tal-Lvant fil-qasam tal-kummerċ, kif ukoll l-opportunitajiet u l-isfidi għal aktar żvilupp ta' dimensjoni kummerċjali ta' suċċess tas-Sħubija tal-Lvant.", "Fid-dawl tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li jmiss f'Riga u r-reviżjoni li għaddejja tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-Ministri għall-Kummerċ kellhom skambju ta' fehmiet dwar relazzjonijiet kummerċjali attwali bejn l-UE u s-Sħab tal-Lvant.", "Il-Ministri ddiskutew ukoll il-possibbiltajiet għal aktar kooperazzjoni, b'kont meħud tad-diversi interessi tas-Sħab tal-Lvant fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-UE.", "Il-Presidenza u l-Kummissjoni enfasizzaw l-importanza tal-kummerċ bħala parti mill-politika tas-Sħubija tal-Lvant u ssottolinjaw il-ħtieġa li jaħdmu bis-sħiħ għal żvilupp ekonomiku inklużiv u sostenibbli.", "Il-parteċipanti rrikonoxxew l-importanza tal-kummerċ u ta' aktar opportunitajiet fis-suq għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi.", "Huma laqgħu l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna, filwaqt li ħeġġu sabiex jitkompla l-proċess ta' riforma.", "Huma nnutaw b'mod pożittiv iż-żieda fil-kummerċ bejn l-UE u l-Georgia u r-Repubblika tal-Moldova rispettivament, wara l-applikazzjoni taż-Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv (DCFTAs) u jistennew b'interess l-applikazzjoni proviżorja tad-DCFTA mal-Ukrajna li tibda fl-1 ta' Jannar 2016.", "Il-Presidenza u l-Kummissjoni esprimew rispett għall-għażliet individwali tas-Sħab tal-Lvant, u kkonfermaw li huma lesti li jaħdmu fuq relazzjonijiet kummerċjali aktar imsaħħa iżda differenzjatii ma' kull wieħed mis-Sħab."], "date": "7 ta' Mejju 2015", "title": "Dikjarazzjoni konġunta tal-Presidenza Latvjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-Laqgħa Ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant dwar il-Kummerċ"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/08/weekly-schedule-tusk/", "text": ["It-Tnejn 11 ta' Mejju 2015", "13.15 Ikla ta' ħidma mal-Presidenti Jean-Claude Juncker, Martin Schulz, Mario Draghi u Jeroen Dijsselbloem", "It-Tlieta 12 ta' Mejju 2015", "15.00 Laqgħa mal-President tal-Georgia Giorgi Margvelashvili (opportunità għal ritratti - stqarrijiet għall-istampa ±15.30)", "16.30 Laqgħa mad-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni William Lacy Swing", "L-Erbgħa 13 u l-Ħamis 14 ta' Mejju 2015", "Aachen, il-Ġermanja", "Parteċipazzjoni fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Charlemagne lill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz", "Il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2015", "Gdansk, il-Polonja", "17.00 Parteċipazzjoni fil-konferenza \"L-Ewropa orjentata lejn il-futur\""], "date": "8 ta' Mejju 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/20/tusk-extraordinary-european-council-migration-mediterranean/", "text": ["Is-sitwazzjoni fil-Mediterran hija drammatika.", "Ma tistax tkompli sejra hekk.", "Ma nistgħux naċċettaw li mijiet ta' nies imutu jippruvaw jaqsmu l-baħar lejn l-Ewropa.", "Minħabba f'hekk iddeċidejt li nsejjaħ Kunsill Ewropew straordinarju nhar il-Ħamis.", "U kien għalhekk ukoll li vvjaġġajt lejn ir-reġjun tliet ġimgħat ilu.", "L-għan tas-summit hu li niddiskutu, fl-ogħla livell, x'nistgħu u x'għandna nagħmlu aħna, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE flimkien, biex intaffu s-sitwazzjoni issa.", "Ma nistenniex xi soluzzjonijiet ta' malajr għall-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni - għax dawn ma jeżistux.", "Kieku jeżistu, ilna li użajnihom.", "Iżda nistenna li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jippreżentaw għażliet għal azzjoni immedjata.", "U nistenna li l-Istati Membri jikkontribwixxu immedjatament.", "Uħud mit-temi li għandna bżonn niddiskutu b'urġenza huma", "- kif se nwaqqfu lit-traffikanti tal-bnedmin li b'mod ċiniku jaqilgħu l-flus billi jqiegħdu l-ħajjiet tal-migranti f'periklu;", "- kif se nżidu l-isforzi konġunti tagħna biex insalvaw in-nies li jeħtieġu l-għajnuna;", "- kif se ngħinu aħjar lill-Istati Membri tal-UE l-aktar milquta; u", "- kif se ntejbu l-kooperazzjoni tagħna mal-pajjiżi tal-oriġini u tat-tranżitu.", "Il-Kunsill Ewropew nhar il-Ħamis se jibni fuq id-diskussjoni tal-lum fil-laqgħa tal-Kunsill tal-ministri għall-affarijiet barranin u l-ministri għall-ġustizzja u l-affarijiet interni.", "Sejjaħt ukoll laqgħa ta' koordinament mal-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli u l-Presidenza Latvjana bi tħejjija għas-summit.", "Is-sitwazzjoni fil-Mediterran tikkonċerna mhux biss il-pajjiżi fil-Viċinat tan-Nofsinhar tagħna, iżda tikkonċerna lilna lkoll, l-Ewropa kollha.", "Għalhekk irridu nieħdu azzjoni, u azzjoni flimkien, issa."], "date": "20 ta' April 2015", "title": "Il-President Tusk isejjaħ Kunsill Ewropew straordinarju dwar il-pressjonijiet migratorji fil-Mediterran"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/21/conclusions-fyr-macedonia/", "text": ["1.", "Filwaqt li jfakkar fl-impenn tal-UE skont l-Aġenda ta' Tessalonika, fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2014 u fl-Istatus ta' Kandidat tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kunsill jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fil-pajjiż, b'mod partikolari fil-qasam tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, li huma valuri demokratiċi fundamentali fil-qalba tal-UE u l-politika tat-tkabbir tagħha.", "Fl-interess taċ-ċittadini, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-istabbiltà politika, il-Kunsill iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi biex jindirizzaw malajr dan it-tħassib.", "2.", "Il-Kunsill iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jassumu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u jieħdu miżuri immedjati għal soluzzjoni sostenibbli, jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv biex jerġa' jinbeda d-djalogu politiku u terġa' tinkiseb il-fiduċja fl-istituzzjonijiet permezz ta' passi politiċi adegwati.", "Kull allegazzjoni għandha tiġi investigata mill-awtoritajiet rilevanti, inkluż li dawk l-allegazzjonijiet ta' għemejjel ħżiena potenzjali jsiru pubbliċi, b'kunsiderazzjoni sħiħa għal proċess ġust, il-prinċipju ta' indipendenza u l-preżunzjoni ta' innoċenza.", "3.", "Il-Kunsill jilqa' l-fatt li l-Membri tal-Parlament Ewropew qed jiffaċilitaw taħditiet bejn il-partiti ewlenin tal-gvern u tal-oppożizzjoni u jappella lill-partijiet kollha biex ikunu moderati u jiffukaw biex jinstabu soluzzjonijiet għall-kriżi politika li għaddejja mill-aktar fis possibbli.", "4.", "Filwaqt li jaffermaw mill-ġdid l-impenn kontinwu tal-UE, inkluż permezz ta' rappurtar regolari mill-Kummissjoni u s-SEAE dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż u dwar il-progress ta' integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż, u f'konformità mal-Konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill jibqa' infurmat dwar il-kwistjoni u ser jerġa' lura għaliha fix-xhur li ġejjin.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "21 ta' April 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/21/eu-us-agreement-reinsurance/", "text": ["Fil-21 ta' April 2015, il-Kunsill ħareġ mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim mal-Istati Uniti dwar ir-riassigurazzjoni.", "Il-mandat huwa magħmul minn deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' taħditiet u direttivi għan-negozjar tal-ftehim.", "Il-Kummissjoni ser tinnegozja f'isem l-UE, f'konsultazzjoni ma' kumitat tal-Kunsill.", "Il-ftehim ser jiġi konkluż mill-Kunsill bil-kunsens tal-Parlament Ewropew.", "\"Ftehim mal-Istati Uniti ser jiffaċilita bil-kbir il-kummerċ fir-riassigurazzjoni u attivitajiet relatati\", qal Janis Reirs, ministru tal-finanzi tal-Latvja u president tal-Kunsill.", "\"Ser jippermettilna pereżempju li nirrikonoxxu r-regoli prudenzjali ta' xulxin u ser jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn is-superviżuri.\"", "Id-deċiżjoni ġiet adottata mingħajr diskussjoni f'laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "21 ta' April 2015", "title": "Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar ir-riassigurazzjoni: Qbil mill-Kunsill għall-bidu ta' negozjati"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/21/council-preserves-funds-promoting-growth-jobs/", "text": ["Ċerti impenji baġitarji tal-UE li ma ntużawx fl-2014 xorta waħda ser ikunu disponibbli biex jingħata appoġġ għall-investiment biex jiġi stimolat it-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi fis-snin 2015-2017.", "Il-Kunsill iddeċieda hekk fil-21 ta' April 2015 billi rreveda l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-UE għall-2014-2020.", "\"Ninsab tassew kuntent li rnexxielna jadottaw ir-reviżjoni.", "B'din ir-reviżjoni lħaqna l-prekondizzjonijiet kollha li r-riżorsi allokati jistgħu jintużaw kemm jista' jkun u b'hekk tiġi żgurata implimentazzjoni tajba ta' programmi li jappoġġaw it-tkabbir u l-impjiegi \", qal Edgars Rinkēvičs, Ministru għall-Affarijiet Barranin Latvjan u President tal-Kunsill tal-UE.", "QFP rivedut jippermetti t-trasferiment ta' € 21.1 biljun", "ta' impenji mhux użati għal ċerti fondi mill-2014", "għas-snin ta' wara", ".", "Jistgħu jiġu trasferiti €16.5 biljun għall-2015, €4.5 biljun għall-2016 u €0.1 biljun li jifdal għall-2017.", "Abbozz ta' baġit emendatorju 2/2015", "Fil-21 ta' April 2015, il-Kunsill aċċetta wkoll l-abbozz ta' baġit emendatorju nru 2 għall-2015 li", "jinkorpora l-impenji ta' €16.5 biljun", "mhux użati fl-2014", "fil-baġit tal-UE għall-2015", "Id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kunsill iżommu l-", "limiti totali tal-infiq għall-perjodu 2014-2020 l-istess", "ma jinvolvux flus addizzjonali", "Niżguraw l-implimentazzjoni tal-programm", "Ċerti impenji baqgħu ma ntużawx fl-2014 minħabba l-adozzjoni tardiva ta' 300 minn kważi 650 programm tal-UE taħt tmexxija kondiviża.", "L-impenji huma wegħdiet legali li jintefqu l-flus fuq attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tista' tinfirex fuq diversi snin finanzjarji.", "Il-programmi kkonċernati huma appoġġati mill-fondi strutturali, il-fond ta' koeżjoni, il-fond agrikolu Ewropew għall-iżvilupp rurali, il-fond Ewropew għall-affarijiet marittimi u s-sajd, il-fond għall-asil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni u l-fond għas-sigurtà interna.", "Spostament tal-impenji mill-2014", "It-trasferiment ta' impenji mhux użati jikkonċerna l-ammonti u l-istati membri li ġejjin (f'miljuni ta' €):", "Impenji fl-2014", "Impenji trasferiti għas-snin sussegwenti", "Awstrija", "Belġju", "Bulgarija", "Ċipru", "Repubblika Ċeka", "Ġermanja", "Spanja", "Greċja", "Kroazja", "Litwanja", "Polonja", "Rumanija", "Żvezja", "Slovenja", "Renju Unit", "multinazzjonali", "Il-passi li jmiss", "Il-QFP rivedut issa ser jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u jidħol fis-seħħ tlett ijiem wara.", "L-abbozz ta' baġit emendatorju 2/2015 għadu jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew qabel ma jiġi adottat.", "Ir-regolament dwar il-QFP jistabbilixxi l-ammonti massimi - il-limiti massimi - li l-UE tista' tonfoq fuq oqsma ta' politika - intestaturi - fuq il-perjodu 2014-2020.", "Bl-istabbiliment ta' limiti massimi ta' nefqa r-regolament dwar il-QFP", "isarraf il-prijoritajiet politiċi f'ċifri għaċ-ċiklu tal-baġit 2014-2020", "jiżgura dixxiplina baġitarja għall-UE", "jiffaċilita l-adozzjoni tal-baġit annwali tal-UE permezz ta' qafas pluriennali", "Ir-regolament dwar il-QFP adottat fit-2 ta' Diċembru 2013 jipprevedi reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE fil-każ ta' adozzjoni tardiva ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża.", "Ir-regolament dwar il-QFP jistabbilixxi skadenza fl-1 ta' Mejju 2015 għall-adozzjoni tar-reviżjoni.", "Regolament adottat mill-Kunsill fil-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament QFP", "Ir-Regolament dwar il-QFP adottat fit-2 ta' Diċembru 2013", "Abbozz ta' baġit emendatorju 2/2015 kif aċċettati mill-Kunsill fil-21 ta' April 2015", "Insawru l-infiq tal-UE: qafas finanzjarju multiannwali", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "21 ta' April 2015", "title": "Il-baġit tal-UE: Il-Kunsill jippreserva fondi għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/21/bih-conclusion-stabilisation-association-agreement/", "text": ["Fil-21 ta' April, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) mal-Bożnija-Ħerzegovina (BiH).", "Huwa mistenni li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015.", "Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jikkostitwixxi l-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-BiH.", "Il-ftehim jistabbilixxi gradwalment żona ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-pajjiż.", "Huwa jidentifika wkoll l-objettivi politiċi u ekonomiċi komuni u jinkoraġġixxi kooperazzjoni reġjonali.", "Fil-kuntest tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, il-ftehim iservi bħala bażi għall-implimentazzjoni tal-proċess ta' adeżjoni.", "Id-deċiżjoni ser tippermetti lill-BiH timxi 'l quddiem fir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u għandha tipprovdi stimolu pożittiv biex tkompli bir-riformi soċjoekonomiċi, ġudizzjarji, u riformi neċessarji oħra għall-integrazzjoni tal-pajjiż fl-UE.", "L-għan ġenerali huwa li l-BiH tkun tista' tħejji ruħha għal sħubija futura fl-UE.", "Il-passi li jmiss", "L-UE appellat lill-BiH biex tibqa' impenjata u żżomm il-momentum pożittiv attwali billi tiżviluppa, f'konsultazzjoni mal-UE, aġenda inizjali għal riformi b'enfasi fuq kwistjonijiet ta' interess dirett għaċ-ċittadini.", "Din l-aġenda inizjali għandha tinkludi r-riformi rilevanti fl-oqsma tal-ekonomija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, u għandha tindirizza kwistjonijiet ta' funzjonalità, inkluż mekkaniżmu ta' koordinazzjoni effettiv dwar kwistjonijiet tal-UE.", "L-UE tissottolinja l-importanza ta' impenn mas-soċjetà ċivili tul dan il-proċess.", "Huwa meħtieġ progress sinifikanti fl-implimentazzjoni ta' din l-aġenda għal riformi sabiex l-applikazzjoni għas-sħubija tiġi kkunsidrata mill-UE.", "Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta' Marzu 2015, il-Kunsill laqa' l-adozzjoni ta' Impenn bil-Miktub mill-Presidenza tal-BiH fid-29 ta' Jannar 2015 u l-approvazzjoni sussegwenti tiegħu mill-Parlament tal-BiH fit-23 ta' Frar 2015.", "B'kont meħud tal-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2014, li jorbtu l-konklużjoni tal-FSA mal-Impenn bil-Miktub mill-mexxejja politiċi tal-BiH mar-riformi u l-progress fit-triq lejn l-UE, il-Kunsill innota li l-kundizzjonijiet meħtieġa kienu ntlaħqu u qabel li jipproċedi bil-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tal-FSA mal-Bożnija-Ħerzegovina.", "Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2015", "Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2014", "Il-Bożnija-Ħerzegovina ġiet rikonoxxuta bħala pajjiż kandidat potenzjali għall-adeżjoni mal-UE fl-2003 u ffirmat il-FSA tagħha mal-UE fis-16 ta' Ġunju 2008 fil-Lussemburgu.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "21 ta' April 2015", "title": "Bożnija-Ħerzegovina: Konklużjoni ta' Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/21/sixth-eu-chile-association-council/", "text": ["Is-sitt laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċilì saret fi Brussell fil-21 ta' April 2015.", "Il-laqgħa kienet ippreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, is-Sinjura Federica Mogherini.", "Id-delegazzjoni Ċilena kienet immexxija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, is-Sur Heraldo Muñoz.", "Il-Kunsill ħa nota tal-progress miksub mill-ħames Kunsill ta' Assoċjazzjoni 'l hawn fl-approfondiment u t-tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċilì.", "Il-Kunsill irrefera għal-laqgħa fl-ogħla livell li saret f'Novembru 2012 bejn l-UE u ċ-Ċilì, fejn kien ġie maqbul li jiġu esplorati l-opzjonijiet għall-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni sabiex dan l-istrument fundamentali jiġi aġġornat u mtejjeb, li r-relazzjoni bilaterali titkattar f'kull aspett, u li tiġi żviluppata aġenda ġdida li tirrifletti l-viżjoni kondiviża tagħna tas-soċjetà, u l-valuri u l-prinċipji komuni tagħna.", "Il-Kunsill ħa nota wkoll tal-konklużjonijiet tat-tnax-il Kumitat ta' Assoċjazzjoni Ċilì-UE li sar fis-6 ta' Novembru 2014 f'Santiago de Chile.", "Il-Kunsill approva l-proċess ta' modernizzazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u, b'mod partikolari, l-istabbiliment ta' sitt djalogi ġodda dwar Sigurtà u Difiża; Edukazzjoni; Enerġija; Ġeneru; Responsabbiltà Soċjali tal-Kumpanniji; u Intrapriżi u Raggruppamenti Żgħar u ta' Daqs Medju.", "Il-partijiet impenjaw ruħhom li jippromwovu kooperazzjoni produttiva f'dawn l-oqsma ta' interess komuni.", "Il-partijiet enfasizzaw li l-oqsma ġodda ta' djalogu huma l-punt ta' tluq ta' stadju ġdid fir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċilì.", "Huma ssottolinjaw li dawn l-oqsma ġodda ta' prijorità huma komponenti ewlenin għal proċess ta' żvilupp sostenibbli biex tinkiseb l-inklużjoni soċjali, it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem, il-progress ekonomiku, u soċjetà aktar ġusta u imparzjali.", "Il-partijiet qablu li jimxu 'l quddiem fil-proċess lejn il-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni permezz tat-twaqqif ta' Grupp ta' Ħidma Konġunt, b'sottogruppi rilevanti, biex jevalwa l-valur miżjud li jista' jġib miegħu l-proċess ta' modernizzazzjoni u biex jesplora l-ambitu u l-ambizzjoni tiegħu.", "Il-partijiet enfasizzaw ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali eċċellenti.", "Bejn l-2003 u l-2014, il-kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċilì kiber b'rata medja annwali ta' 6.6 %, minn €8 biljun fl-2003 għal €16.2 biljun fl-2014.", "F'dak il-kuntest, il-partijiet qablu li jinvolvu ruħhom fil-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt dwar il-modernizzazzjoni ta' pilastru ekonomiku u kummerċjali, u li jiltaqgħu fit-22 ta' April biex jiddiskutu l-aspetti organizzattivi rilevanti.", "Il-partijiet tennew l-interess komuni tagħhom fl-iżvilupp ulterjuri tad-djalogu eżistenti bejn l-UE u ċ-Ċilì dwar il-materja prima, b'mod li jkopri l-katina tal-valur kollha.", "Fil-kuntest tal-pilastru ta' kooperazzjoni, iż-żewġ partijiet iddiskutew il-qafas il-ġdid ta' kooperazzjoni abbażi tal-programmi ta' kooperazzjoni reġjonali u tematiċi tal-UE kif ukoll programmi ta' sħubija ġodda ta' interess reċiproku u qablu li jiffinalizzaw pjan direzzjonali li ser jippermetti d-definizzjoni ta' oqsma u modalitajiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu żviluppati fis-snin li ġejjin.", "Iż-żewġ partijiet qablu li jaħdmu flimkien matul l-2015 fuq proġetti ta' kooperazzjoni ta' interess reċiproku.", "Il-partijiet qablu li jrawmu kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja Ċileni u dawk minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll skambji ta' studenti u ta' persunal, programmi konġunti u s-sħubijiet bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja.", "Huma rreferew għal strumenti eżistenti, inkluża d-dimensjoni internazzjonali ta' Erasmus+ u azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie.", "Il-kooperazzjoni u l-mobilità akkademika ser jippermettu li jikber il-fehim reċiproku u l-għarfien dwar il-kulturi rispettivi tagħhom, kif ukoll jinkoraġġixxu l-modernizzazzjoni, l-aċċessibbiltà u l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja.", "Il-partijiet esprimew is-sodisfazzjon tagħhom rigward l-iffirmar ta' Ftehim dwar Qafas għall-Parteċipazzjoni fl-Immaniġġar ta' Kriżijiet.", "Il-Ftehim jirrifletti l-interess komuni għall-iżvilupp ulterjuri ta' kooperazzjoni attiva fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża u ser jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-Ċilì f'operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-UE, bħala espressjoni tal-impenn kondiviż tagħna li nikkontribwixxu għall-paċi u s-sigurtà fid-dinja, abbażi tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Iċ-Ċilì esprima r-rieda tiegħu favur proċess ta' ratifika rapidu u ta' suċċess.", "Il-Kunsill laqa' t-twaqqif tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt sabiex jassisti lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-promozzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn id-diversi organizzazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali, fl-UE u fiċ-Ċilì.", "Il-partijiet esprimew l-aspettattiva tagħhom li l-ewwel laqgħa tiegħu tkun tista' sseħħ fl-2015.", "L-UE esprimiet apprezzament għall-parteċipazzjoni taċ-Ċilì bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u laqgħet ir-rwol attiv u l-impenn qawwi taċ-Ċilì favur il-paċi u s-sigurtà internazzjonali.", "Iż-żewġ naħat saħqu dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Missjonijiet Permanenti rispettivi tagħhom tan-Nazzjonijiet Uniti.", "Il-Kunsill irrefera għall-avveniment ta' livell għoli dwar \"In-Nisa fil-poter u fit-teħid ta' deċiżjonijiet: Nibnu dinja differenti\", li saret f'Santiago, iċ-Ċilì, fis-27-28 ta' Frar 2015 u jifraħ liċ-Ċilì għall-impenn tiegħu fit-tisħiħ tar-rwol tan-nisa fis-soċjetà.", "F'dan il-kuntest, il-gvern taċ-Ċilì iħabbar b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' Ministru għan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi.", "Dan ser jippermetti kooperazzjoni u skambju ta' prattiki tajba fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi.", "Il-partijiet laqgħu r-riżultati tal-ħames djalogu UE-Ċilì dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li sar fl-14 ta' Ottubru 2014 f'Santiago.", "Id-djalogu pprovda opportunità għal skambju kostruttiv ta' fehmiet dwar kwistjonijiet rilevanti ta' interess komuni u ta kontribut għal kooperazzjoni aħjar fil-fora multilaterali.", "Il-partijiet esprimew is-sodisfazzjon tagħhom fir-rigward tal-iffirmar miċ-Ċilì tal-Karta Internazzjonali dwar l-Enerġija fil-laqgħa li jmiss tal-Konferenza tal-Aja II, li mistennija ssir fl-20 u l-21 ta' Mejju 2015.", "Dan l-iffirmar ser jinvolvi l-impenn imġedded taċ-Ċilì biex jikkontribwixxi aktar għall-modernizzazzjoni tal-linji gwida, l-istandards u l-qafas ta' kooperazzjoni internazzjonali attwali fir-rigward tal-enerġija.", "Il-partijiet laqgħu l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-UE u ċ-Ċilì.", "Huma kkonfermaw mill-ġdid l-interess reċiproku tagħhom li jkomplu jiżviluppaw il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija inkluż fil-ġestjoni tad-diżastri, estrazzjoni minerarja ekoloġika u r-riċerka polari.", "Il-partijiet enfasizzaw ukoll l-importanza li titkompla l-kooperazzjoni reġjonali fil-kuntest ta' Inizjattiva Konġunta bejn l-UE u s-CELAC dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.", "Huma laqgħu l-opportunitajiet biex iżidu l-kooperazzjoni fil-livelli bilaterali u reġjonali offruti permezz tal-programm qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 miftuħa għad-dinja.", "Il-partijiet laqgħu t-talba uffiċjali ppreżentata mill-gvern taċ-Ċilì biex isir membru assoċjat ta' EUREKA, wieħed mill-akbar netwerks internazzjonali u deċentralizzati, ta' oriġini Ewropea, għal riċerka u żvilupp industrijali mmexxija mis-suq.", "L-inklużjoni taċ-Ċilì f'din l-organizzazzjoni intergovernattiva, li l-Kummissjoni Ewropea hija firmatarja tagħha, tiffaċilita bil-kbir il-koordinazzjoni ta' finanzjament għall-innovazzjoni bil-għan li tiżdied il-produttività u l-kompetittività tal-industriji, kif ukoll trawwem trasferimenti teknoloġiċi għal kumpaniji, kemm fiċ-Ċilì kif ukoll fl-Unjoni Ewropea.", "Il-Kunsill enfasizza l-importanza li ssir ħidma mas-sħab kollha biex jinbena kunsens dwar l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp wara l-2015.", "Din l-aġenda għandha tindirizza t-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, tkun ambizzjuża u stabbilita f'sett uniku ta' miri ċari u li jistgħu jitkejlu, u applikabbli b'mod universali, tenfasizza l-isfidi interkonnessi ta' tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli, tindirizza l-inugwaljanzi u tippromwovi soċjetajiet paċifiċi u sikuri.", "Il-partijiet qablu dwar l-importanza li jinżamm fis-seħħ djalogu u kooperazzjoni attivi f'fora multilaterali dwar suġġetti tal-aġenda globali li jeħtieġu azzjoni miftiehma bħat-tibdil fil-klima, l-ambjent, is-saħħa tal-ħamrija u l-protezzjoni tal-bijodiversità, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.", "Huma qablu li jaħdmu flimkien favur ftehim ambizzjuż, ġust u legalment vinkolanti dwar il-bidla fil-klima li jkun applikabbli għall-Partijiet kollha taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u li għandu jiġi adottat fil-COP.", "F'dan ir-rigward, il-partijiet laqgħu l-iffirmar li ser iseħħ dalwaqt ta' Ittra ta' Intenzjoni bejn iċ-Ċilì u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kooperazzjoni fir-rigward tal-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja Copernicus.", "L-għan ta' dan l-Istrument huwa li jidentifika oqsma ta' ħidma konġunta fl-użu tal-osservazzjoni tad-dinja b'għanijiet ambjentali, sabiex jiġi appoġġat il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u konformità aħjar tar-regolamentazzjoni ambjentali.", "Il-partijiet irrikonoxxew il-kooperazzjoni tajba tagħhom dwar is-sajd u ġeddew l-impenn tagħhom biex isibu soluzzjoni għall-kwistjoni li ilha għaddejja fir-rigward tal-pixxispad.", "Il-Kunsill esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-progress miksub s'issa permezz ta' Sħubija Strateġika bejn l-UE u s-CELAC u jinnota li din tista' tkun żviluppata aktar fir-rigward ta' kwistjonijiet globali u temi bireġjonali fi spirtu ta' solidarjetà u fehim reċiproku.", "Iż-żewġ naħat ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jaħdmu flimkien biex jiżguraw is-suċċess sħiħ tat-tieni Summit UE-CELAC, li għandu jiġi ospitat mill-UE fl-10 u l-11 ta' Ġunju 2015 fi Brussell.", "Il-partijiet intrabtu li jiffaċilitaw implimentazzjoni effettiva tal-konklużjonijiet li għandhom jiġu adottati matul is-Summit dwar in-Negozju UE-CELAC 2015, (Brussell, 10 ta' Ġunju 2015), b'mod partikolari biex jitrawwem l-investiment, it-trasferiment tat-teknoloġija u opportunitajiet ta' kooperazzjoni fin-negozju bejn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju Ċileni u tal-UE.", "Il-partijiet skambjaw fehmiet dwar diversi kwistjonijiet fuq l-aġenda reġjonali u internazzjonali u ltaqgħu biex ikomplu jaħdmu flimkien biex jippromwovu l-governanza u kunsens globali f'diversi fora internazzjonali.", "Iż-żewġ naħat iddeċidew li l-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ser issir fiċ-Ċilì f'data li ż-żewġ partijiet għandhom jaqblu dwarha."], "date": "21 ta' April 2015", "title": "Is-Sitt Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/21/youth-employment-initiative/", "text": ["Il-Kunsill irid jgħaġġel fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ.", "Fil-21 ta' April, huwa qabel li jżid b'mod sinifikanti l-pagamenti bil-quddiem taħt l-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ (YEI - Youth Employment Initiative).", "Minflok madwar €67 miljun, l-istati membri jirċievu", "madwar €1 biljun fl-2015 bħala pagamenti bil-quddiem", "li jippermettilhom", "iniedu malajr miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ", ".", "Madwar 7 miljun żagħżugħ Ewropew bħalissa huwa mingħajr impjieg u barra mill-edukazzjoni jew taħriġ.", "\"Iż-żieda drastika fil-pagamenti bil-quddiem tirrifletti l-impenn qawwi tagħna biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa.", "Fil-fatt, in-nuqqas ta' prefinanzjament huwa attwalment wieħed mill-akbar l-ostakoli li qed iżommu milli r-riżorsi mill-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ jiġu mobilizzati malajr.", "Il-presidenza Latvjana issa ser taħdem mal-Parlament Ewropew biex tiżgura li dawn ir-regoli l-ġodda jiġu adottati mill-aktar fis possibbli\", qal Jānis Reirs, Ministru għall-Finanzi Latvjan u President tal-Kunsill.", "L-iżgurar ta' massa kritika finanzjarja", "Iż-żieda fil-pagamenti bil-quddiem tinkiseb billi tiżdied ir-rata ta' prefinanzjament tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI għal 30%.", "Il-livell attwali ta' prefinanzjament għall-YEI tammonta għal 1% (1.5% għall-istati membri taħt assistenza finanzjarja).", "L-esperjenza turi li", "skont ir-regoli attwali mhux possibbli li tintlaħaq massa kritika finanzjarja", "li tippermetti lill-istati membri jibdew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet tal-YEI.", "Minħabba nuqqas ta' fondi, l-istati membri ma jistgħux jgħaddu pagamenti suffiċjenti lill-benefiċjarji.", "Dan ixekkel konsiderevolment il-bidu ta' proġetti bil-għan li jgħinu liż-żgħażagħ Ewropej isibu impjieg jew traineeship.", "L-istati membri bl-ogħla livelli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ jiffaċċjaw l-akbar restrizzjonijiet baġitarji.", "L-abbozz ta' regolament joffri soluzzjoni għal din il-kwistjoni għall-benefiċċju taż-żgħażagħ, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew.", "Iż-żieda tal-pagamenti bil-quddiem ma teħtieġ l-ebda tibdil fil-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE u lanqas xi baġit emendatorju.", "Dan jipprovdi l-impatt massimu f'termini ta' appoġġ lill-benefiċjarji, fi ħdan il-baġit disponibbli.", "Il-YEI ġiet miftiehma mill-Kunsill Ewropew fi Frar 2013.", "L-għan tagħha huwa li jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali ta' €6.4 biljun fil-perjodu 2014-2020 għall-promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ għar-reġjuni l-aktar milquta mill-qgħad fost iż-żgħażagħ.", "Ir-reġjuni eliġibbli huma", "dawk fejn ir-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena qabżet il-25% fl-2012 u", "dawk fejn il-qgħad fost iż-żgħażagħ kien ta' aktar minn 20% fl-2012 dment li dawn jappartjenu għal stati membri fejn il-qgħad fost iż-żgħażagħ qabeż it-30% fl-istess sena", "Ġie riżervat baġit dedikat għall-YEI b'valur ta' €3.2 biljun.", "Dan ma jirrikjedi l-ebda kofinanzjament fil-livell nazzjonali. €3.2 biljun ieħor ġejjin mill-allokazzjonijiet mill-fond soċjali Ewropew lill-istati membri għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.", "Il-passi li jmiss", "Il-pożizzjoni maqbula mill-Kunsill isservi bħala mandat għall-Presidenza Latvjana biex torganizza diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew.", "Ladarba jintlaħaq ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, iż-żewġ istituzzjonijiet jridu japprovaw l-eżitu formalment.", "Lista li tindika kif il-prefinanzjament addizzjonali tal-YEI hu mqassma fost l-istati membri", "Proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2015 dwar żieda fil-prefinanzjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-żgħażagħ", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "21 ta' April 2015", "title": "Inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ: Il-Kunsill jagħlaq id-diskrepanza tal-likwidità"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/21/trade-marks-reform-presidency-secures-provisional-agreement/", "text": ["Wara negozjati intensivi, fil-21 ta' April 2015 il-presidenza Latvjana laħqet", "ftehim proviżorju", "mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew dwar ir-", "riforma tas-sistema Ewropea tat-trade marks", ".", "Il-Ftehim huwa soġġett għal konferma mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill.", "Ir-riforma tat-trade marks - aħjar għan-negozju", "Ir-riforma tas-sistema attwali ser ittejjeb il-", "kondizzjonijiet għan-negozji biex jinnovaw", "u biex jibbenefikaw minn", "protezzjoni tat-trade marks aktar effettiva kontra l-falsifikazzjoni", ", inklużi l-prodotti foloz fi transitu mit-territorju tal-UE.", "Il-Ministru Latvjan għall-Ġustizzja Dzintars Rasnačs għamel il-kummenti li ġejjin: \"Kburi li l-modernizzazzjoni tal-qafas tat-trade mark tal-UE tista' tiġi politikament konkluża taħt il-presidenza Latvjana, li ġiet żviluppata fuq sforzi konġunti li saru minn presidenzi preċedenti u l-istituzzjonijiet tal-UE.", "L-azzjoni tagħna ġiet iggwidata mill-ħtieġa li l-interessi tal-utenti aħħarija jkunu fil-qalba tar-riforma.", "Dawk il-kumpaniji, b'mod partikolari dawk żgħar u ta' daqs medju, ilhom jitolbu għal sistema ta' reġistrazzjoni aktar ċara, simplifikata u affordabbli għat-trattament u l-protezzjoni tal-assi industrijali innovattivi tagħhom\".", "Proċess irħas, aktar sempliċi u aktar aċċessibbli", "Il-qafas legali l-ġdid huwa mmirat ukoll biex jinkoraġġixxi l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku billi jagħmel is-sistemi tar-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Unjoni Ewropea kollha", "aktar aċċessibbli u effiċjenti għan-negozji", "f'termini ta'", "inqas spejjeż", "u kumplessità, ħeffa akbar, aktar prevedibbiltà u ċertezza legali.", "Huwa ser itejjeb ukoll il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), li huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni u l-amministrazzjoni tat-trade marks fil-livell tal-Unjoni Ewropea, u l-uffiċċji nazzjonali.", "Skont il-ftehim, għadd ta' prinċipji politiċi ser jiġu inkorporati fis-sistema l-ġdida, inkluż:", "struttura ġdida b'", "livell imnaqqas ta' tariffi", "li għandhom jitħallsu mill-applikanti u l-proprjetarji tat-trade marks; tnaqqis bħal dan huwa ġġustifikat permezz tal-ħtieġa li s-sistema ssir aktar aċċessibbli għall-utenti u biex jiġi bbilanċjat il-baġit tal-UASI, li kien qed jipproduċi bilanċi pożittivi baġitarji konsiderevoli matul is-snin;", "l-istabbiliment ta'", "mekkaniżmu ta' kumpens", "biex ikopri l-ispejjeż imġarrba mill-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà industrijali li jirriżultaw mit-trattament ta' proċeduri li jinvolvu t-trade marks tal-UE.", "5% tad-dħul annwali tal-UASI huwa previst għall-mekkaniżmu ta' kumpens, bil-possibbiltà li dan l-ammont jiżdied b'5% oħra fil-każ ta' bilanċ pożittiv baġitarju sostantiv;", "kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-uffiċċji nazzjonali u l-UASI", "fi proġetti biex jippromwovu l-konverġenza ta' prattiki u għodod fil-qasam tat-trade marks u d-disinji.", "L-ammont massimu ta' finanzjament għall-proġetti ta' kooperazzjoni huwa stabbilit għal 15% tad-dħul annwali tal-UASI;", "it-titjib tal-", "istruttura ta' governanza", "u l-istabbiliment ta'", "proċeduri finanzjarji sodi", "għoti ta' isem ġdid", "lill-UASI għal \"", "Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea", "l-implimentazzjoni ta'", "proċeduri amministrattivi effiċjenti u rapidi", "mill-uffiċċji nazzjonali għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità ta' trade marks;", "adattament tal-għażla u l-klassifikazzjoni ta' prodotti u servizzi", "biex ikunu konformi mal-ġurisprudenza reċenti tal-UE, f'konformità mal-klassifikazzjoni internazzjonali stabbilita mill-ftehim ta' Nizza.", "It-trade mark Komunitarja stabbilixxiet sistema awtonoma għar-reġistrazzjoni ta' drittijiet unitarji li għandhom effett ugwali fl-UE kollha.", "It-trade mark għandha tiddistingwi l-prodotti u s-servizzi ta' kumpannija.", "Din hi l-marka li permezz tagħha negozju jista' jattira u jżomm il-lealtà tal-klijent, u joħloq valur u tkabbir.", "It-trade mark taħdem bħala mutur għall-innovazzjoni u għandha impatt favorevoli fuq l-impjiegi.", "Is-sistema tfasslet biex bil-għan ta' koeżistenza mas-sistemi nazzjonali tat-trade marks, li jibqgħu meħtieġa għal dawk l-intrapriżi li ma jixtiqux li t-trade marks tagħhom jiġu protetti fil-livell tal-UE.", "L-esperjenza miksuba minn mindu twaqqfet is-sistema tat-trade mark Komunitarja wriet li l-impriżi minn ġewwa l-Unjoni u minn pajjiżi terzi aċċettaw is-sistema, li saret komplement ta' suċċess u vijabbli għall-protezzjoni tat-trade marks fil-livell tal-Istati Membri.", "Maż-żmien kien hemm tkabbir sod fil-valur kummerċjali u fl-għadd ta' trade marks.", "L-UASI, li beda jopera fl-1996, illum il-ġurnata għandu rreġistrati madwar 100 000 trade mark Komunitarja u 75 000 disinn kull sena.", "L-iżvilupp tiegħu kien akkumpanjat minn aspettattivi dejjem akbar min-naħa tal-partijiet interessati għal sistemi ta' reġistrazzjoni tat-trade marks aktar armonizzati u ta' kwalità ogħla, li huma aktar konsistenti, aċċessibbli pubblikament u aġġornati mill-aspett teknoloġiku.", "Għalhekk, l-istabbiliment tal-UASI kien suċċess kbir u kkontribwixxa sostanzjalment għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE.", "L-UASI jinsab f'Alicante, fi Spanja.", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti għar-riforma f'April 2013:", "Abbozz ta' regolament dwar it-trade mark Komunitarja", "Abbozz ta' direttiva biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks", "Sit web tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM)"], "date": "21 ta' April 2015", "title": "Riforma tat-trade marks: Il-presidenza tiżgura ftehim proviżorju"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/22/tusk-invitation-letter-special-european-council/", "text": ["Għandi l-pjaċir nistiednek għal-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew fit-23 ta' April 2015 fl-16:00.", "It-traġedji reċenti fil-Mediterran urew għal darb'oħra kemm hi serja s-sitwazzjoni.", "L-għan tal-laqgħa tagħna huwa li niddiskutu fl-ogħla livell dak li aħna - l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE flimkien - nistgħu nagħmlu biex nagħtu għajnuna immedjata.", "Ilkoll nafu li l-migrazzjoni hija kwistjoni kumplessa li tista' tiġi indirizzata biss billi jiġu ttrattati wkoll l-għeruq tagħha.", "Dan ser jieħu ż-żmien iżda jien konvint li aħna obbligati li nagħmlu dan u ser nagħmlu dan.", "Il-Ħamis, il-prijorità ewlenija tagħna hija li nipprevjenu li aktar nies imutu fil-baħar.", "Wara l-laqgħa tas-soltu mal-President tal-Parlament Ewropew, jien għaldaqstant nistenna li naqblu dwar miżuri prattiċi ħafna li jikkontribwixxu għal dan il-għan, partikolarment billi jissaħħu l-possibbiltajiet ta' tfittxija u salvataġġ, billi jiġu miġġielda dawk li jiffaċilitaw dħul illegali u billi l-vittmi tagħhom jiġu skoraġġiti milli jqiegħdu ħajjithom f'periklu, filwaqt li tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri.", "Dawn il-miżuri immedjati ser ikunu l-ewwel pass fl-iżvilupp ta' approċċ tal-UE aktar sistemiku u ġeografikament komprensiv għall-migrazzjoni fil-futur qarib.", "Nistenna bil-ħerqa li niltaqa' miegħek.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' April 2015", "title": "Ittra ta' stedina mill-President Donald Tusk għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew Speċjali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/23/special-euco-tusk-doorstep/", "text": ["Insellmilkom.", "Aħna qed niltaqgħu llum fid-dawl tas-sitwazzjoni drammatika fil-Mediterran.", "M'għandi l-ebda dubju li din hija kwistjoni Ewropea, mhux biss problema għall-Istati Membri fin-Nofsinhar tal-Ewropa.", "Aħna għandna responsabbiltà komuni biex ngħinu insolvuha.", "Sejjaħt is-summit tal-lum biex jiġu mobilizzati l-isforzi kollha.", "L-akbar prijorità tagħna hi, naturalment, li nsalvaw il-ħajjiet ta' persuni innoċenti.", "Iżda li nsalvaw il-ħajjiet mhix biss dwar is-salvataġġ ta' persuni fuq il-baħar.", "Hija wkoll dwar il-ġlieda kontra l-kuntrabandisti u l-prevenzjoni tal-flussi migratorji illegali.", "L-ewwel nett, jeħtieġ li jittieħdu passi kontra t-traffikanti tal-bnedmin.", "Irridu nkissru n-netwerks tagħhom u nimminaw il-mudell tan-negozju tagħhom.", "L-aħjar mod biex jiġu protetti l-persuni milli jegħrqu hu billi jiġi żgurat li, l-ewwel u qabel kollox, huma ma jmorrux fuq id-dgħajjes.", "It-tieni, għandna bżonn li nsaħħu l-operazzjonijiet tal-fruntieri tal-UE Triton u Poseidon b'aktar riżorsi.", "It-tielet, għandna bżonn kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu, sabiex tiġi limitata l-migrazzjoni illegali, u biex in-nies jiġu skoraġġuti milli jpoġġu ħajjithom f'riskju.", "Fl-aħħar nett, u dan huwa forsi l-aktar mument diffiċli u tqil fil-laqgħa tagħna, irridu niddiskutu kif insaħħu s-solidarjetà Ewropea.", "Ifisser li jeħtieġ niddiskutu tali kwistjonijiet diffiċli bħar-risistemazzjoni, ir-rilokazzjoni u l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-asil.", "Għaliex huwa daqshekk diffiċli?", "Għaliex fil-fatt din ser tkun diskussjoni dwar id-disponibbiltà biex jiġu sagrifikati xi interessi nazzjonali għall-ġid komuni.", "U dan huwa dejjem l-aktar mument diffiċli fid-diskussjonijiet tagħna.", "Ħa nkun ċar.", "Inneħħu l-illużjoni li l-problema nistgħu nsolvuha llum.", "Ma nistgħux, għax il-vera kawżi huma l-gwerra, l-instabbilità u l-faqar fir-reġjun kollu.", "U ċertament l-Ewropa mhix il-kawża ta' din is-sitwazzjoni fil-Mediterran.", "Iżda kollha kemm aħna rridu nagħmlu sforz akbar biex nittrattaw l-agħar konsegwenzi u ninsab ċert li llum nistgħu naqblu dwar azzjoni komuni konkreta.", "Grazzi.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "23 ta' April 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk qabel il-Kunsill Ewropew Speċjali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/23/final-remarks-tusk-european-council-migration/", "text": ["Il-lejla t-tajba.", "Illum, aħna ddiskutejna s-sitwazzjoni drammatika fil-Mediterran fl-ogħla livell politiku.", "L-akbar prijorità hi li nsalvaw il-ħajjiet ta' persuni innoċenti.", "Iżda li nsalvaw il-ħajjiet mhix biss dwar is-salvataġġ ta' persuni fuq il-baħar.", "Hija wkoll dwar li nwaqqfu lil dawk li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta' persuni u nindirizzaw il-migrazzjoni irregolari.", "Ħa nkun ċar.", "L-Ewropa ma kkawżatx din it-traġedja.", "Iżda dan ma jfissirx li nistgħu inkunu indifferenti.", "Qed inħabbtu wiċċna ma' sajf diffiċli u jeħtieġ li nkunu lesti li naġixxu.", "Għalhekk, il-mexxejja qablu dwar erba' oqsma ta' prijorità għal azzjoni.", "L-ewwel nett, il-mexxejja talbu lir-Rappreżentant Għoli biex tipproponi azzjonijiet sabiex jinqabdu u jinqerdu l-bastimenti ta' dawk li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta' persuni qabel ma jkunu jistgħu jintużaw.", "Naturalment, dan ser ikun konformi mal-liġi internazzjonali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.", "Aħna ser inżidu l-kooperazzjoni kontra netwerks ta' dawk li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta' persuni billi naħdmu permezz tal-Europol, u billi nistazzjonaw uffiċjali tal-immigrazzjoni f'pajjiżi terzi.", "It-tieni, aħna qbilna li nittriplaw ir-riżorsi disponibbli għal Triton, il-missjoni tal-fruntieri tagħna fil-Mediterran Ċentrali, u biex insaħħu l-kapaċità operazzjonali tagħha.", "Il-missjoni ser tkompli twettaq il-mandat tagħha u twieġeb għal talbiet għal għajnuna fejn meħtieġ.", "Għandi pjaċir inħabbar li l-mexxejja diġà wiegħdu appoġġ sinifikattivament ogħla, inklużi ħafna aktar bastimenti, inġenji tal-ajru u esperti, u flus.", "It-tielet, jeħtieġ li nillimitaw il-flussi migratorji irregolari u niskoraġġixxu lin-nies milli jpoġġu ħajjithom f'riskju.", "Dan ifisser kooperazzjoni aħjar mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu, speċjalment il-pajjiżi madwar il-Libja.", "Fl-aħħar nett, aħna ser nagħmlu aktar f'dak li jikkonċerna l-protezzjoni tar-refuġjati.", "L-Unjoni Ewropea ser tgħin lill-Istati Membri l-aktar esposti u li jinsabu taħt pressjoni u ser tikkoordina r-risistemazzjoni ta' aktar persuni lejn l-Ewropa fuq bażi volontarja, u b'opzjoni għal rilokazzjoni ta' emerġenza.", "Għal dawk li ma jikkwalifikawx bħala refuġjati, aħna ser noperaw politika ta' ritorn effettiva.", "Il-mexxejja ma kellhom l-ebda illużjoni li aħna konna ser insolvu din l-emerġenza umana internazzjonali llum.", "Għalhekk, impenjajna lill-Kummissjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli biex isaħħu l-ħidma tagħhom abbażi ta' dak li għandna issa miftiehem.", "Din il-kwistjoni tibqa' prijorità tagħna u l-Kunsill Ewropew ser jerġa' lura għaliha f'Ġunju.", "Bħala kumment finali, infakkar li l-Unjoni Ewropea hija kompletament kontra l-piena tal-mewt.", "Ma tistax tkun ir-risposta għat-traffikar tad-drogi.", "Qed nirreferi hawnhekk għas-Sur Atlaoui, iċ-ċittadin Franċiż li ġie kkundannat mill-awtoritajiet Indoneżjani.", "Grazzi.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "23 ta' April 2015", "title": "Kummenti tal-President Donald Tusk wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew speċjali dwar pressjonijiet migratorji fil-Mediterran"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/23/special-euco-statement/", "text": ["1.", "Is-sitwazzjoni fil-Mediterran hija traġedja.", "L-Unjoni Ewropea ser timmobilizza l-isforzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tipprevjeni t-telf ta' aktar ħajjiet fil-baħar u biex tindirizza l-għeruq tal-emerġenza umana li qed inħabbtu wiċċna magħha, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu.", "Il-prijorità immedjata tagħna hija li nipprevjenu li aktar nies imutu fil-baħar.", "2.", "Għaldaqstant iddeċidejna li nsaħħu l-preżenza tagħna fil-baħar, niġġieldu t-traffikanti, nipprevjenu l-flussi ta' migrazzjoni illegali u nsaħħu s-solidarjetà u r-responsabbiltà interni.", "Minħabba li l-instabbiltà fil-Libja qed toħloq ambjent ideali għall-attivitajiet kriminali tat-traffikanti, ser nappoġġaw b'mod attiv l-isforzi kollha mmexxija min-NU biex terġa' tiġi stabbilita l-awtorità tal-gvern fil-Libja.", "Ser inżidu wkoll l-isforzi biex jiġu indirizzati l-konflitti u l-instabbiltà bħala fatturi ewlenin li jimmotivaw il-migrazzjoni, inkluż fis-Sirja.", "3.", "Illum aħna nikkommettu ruħna li:", "Insaħħu l-preżenza tagħna fil-baħar", "a) insaħħu malajr l-Operazzjonijiet Triton u Poseidon tal-UE billi mill-inqas nittriplaw ir-riżorsi finanzjarji għal dan l-iskop fl-2015 u l-2016 u nżidu n-numru ta' mezzi, u b'hekk ikunu jistgħu jiżdiedu l-possibbiltajiet ta' tfittxija u salvataġġ fil-mandat tal-FRONTEX.", "Nilqgħu l-impenji li diġà saru mill-Istati Membri li ser jippermettu li nilħqu dan l-objettiv fil-ġimgħat li ġejjin;", "Il-ġlieda kontra t-traffikanti skont il-liġi internazzjonali", "b) infixklu n-netwerks ta' traffikar, inressqu l-atturi tar-reat quddiem il-ġustizzja u nissekwestraw l-assi tagħhom, permezz ta' azzjoni rapida mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-EUROPOL, il-FRONTEX, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u l-EUROJUST, kif ukoll permezz ta' aktar intelligence u kooperazzjoni tal-pulizija ma' pajjiżi terzi;", "c) inwettqu sforzi sistematiċi biex jiġu identifikati, jinqabdu u jinqerdu bastimenti qabel ma jintużaw mit-traffikanti;", "d) fl-istess waqt, ir-Rappreżentant Għoli mistiedna tibda immedjatament it-tħejjijiet għal operazzjoni possibbli tal-PSDK għal dan il-għan;", "e) nużaw il-EUROPOL biex insibu u nitolbu t-tneħħija ta' kontenut fuq l-internet użat mit-traffikanti biex iħajjar lil migranti u refuġjati, skont il-kostituzzjonijiet nazzjonali;", "Nipprevjenu l-flussi ta' migrazzjoni illegali", "f) inżidu l-appoġġ lit-Tuneżija, l-Eġittu, is-Sudan, il-Mali u n-Niġer fost oħrajn, biex jissorveljaw u jikkontrollaw il-fruntieri u r-rotot tal-art, fuq il-bażi ta' operazzjonijiet attwali tal-PSDK fir-reġjun, kif ukoll ta' oqfsa ta' kooperazzjoni reġjonali (il-proċessi ta' Rabat u Khartoum); inżidu d-djalogu mal-Unjoni Afrikana fil-livelli kollha dwar dawn il-kwistjonijiet kollha;", "g) insaħħu l-kooperazzjoni politika tagħna mas-sħab Afrikani fil-livelli kollha sabiex nindirizzaw il-kawża tal-migrazzjoni illegali u niġġieldu l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u t-traffikar tal-bnedmin.", "L-UE ser tqajjem dawn il-kwistjonijiet mal-Unjoni Afrikana u l-pajjiżi ewlenin ikkonċernati, u magħhom ser tipproponi li jsir summit f'Malta fix-xhur li ġejjin;", "h) inżidu l-kooperazzjoni mat-Turkija fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u l-Iraq;", "i) nibagħtu uffiċjali Ewropej ta' kollegament fir-rigward tal-migrazzjoni f'pajjiżi ewlenin biex jiġbru informazzjoni dwar il-flussi migratorji, jikkoordinaw mal-uffiċjali ta' kollegament nazzjonali, u jikkooperaw direttament mal-awtoritajiet lokali;", "j) naħdmu mas-sħab reġjonali biex nibnu kapaċitajiet għall-ġestjoni tal-fruntieri tal-baħar u operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ;", "k) inniedu programmi ta' Żvilupp u Protezzjoni Reġjonali għall-Afrika ta' Fuq u l-Qarn tal-Afrika;", "l) nistiednu lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli biex jimmobilizzaw l-għodod kollha, inkluż permezz tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' riammissjoni tal-UE u nazzjonali ma' pajjiżi terzi, biex tiġi promossa r-riammissjoni ta' migranti ekonomiċi mhux awtorizzati fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu, filwaqt li naħdmu mill-qrib mal- Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni;", "m) filwaqt li nirrispettaw id-dritt li wieħed jitlob asil, noħolqu programm ġdid ta' ritorn għar-ritorn rapidu ta' migranti illegali mill-Istati Membri l-aktar esposti, koordinat mill-FRONTEX;", "Insaħħu s-solidarjetà u r-responsabbiltà interni", "n) traspożizzjoni rapida u sħiħa u implimentazzjoni effettiva tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil mill-Istati Membri parteċipanti kollha, biex b'hekk jiġu żgurati standards Ewropej komuni taħt il-leġislazzjoni eżistenti;", "o) inżidu l-għajnuna ta' emerġenza għall-Istati Membri l-aktar esposti u nikkunsidraw l-għażliet għall-organizzazzjoni ta' rilokazzjoni ta' emerġenza bejn l-Istati Membri kollha fuq bażi volontarja;", "p) nibagħtu timijiet tal-EASO fl-Istati Membri l-aktar esposti għall-ipproċessar konġunt tal-applikazzjonijiet ta' asil, inklużi r-reġistrazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba';", "q) noħolqu l-ewwel proġett pilota volontarju dwar ir-risistemazzjoni fl-UE kollha, li joffri postijiet lil persuni li jikkwalifikaw għall-protezzjoni.", "4.", "L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri ser jaħdmu immedjatament fuq l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn l-orjentazzjonijiet.", "Il-ġimgħa d-dieħla, il-Presidenza u l-Kummissjoni ser jippreżentaw pjan direzzjonali li jiddeskrivi l-ħidma sa Ġunju.", "5.", "Il-Kunsill Ewropew jistenna b'interess il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea għall-Migrazzjoni, sabiex jiġi żviluppat approċċ aktar sistemiku u ġeografikament komprensiv għall-migrazzjoni.", "Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' infurmat dwar is-sitwazzjoni u ser jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn l-orjentazzjonijiet.", "Il-Kunsill u l-Kummissjoni ser jirrappurtaw lill-Kunsill Ewropew f'Ġunju.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "23 ta' April 2015", "title": "Laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew, 23 ta' April 2015 - dikjarazzjoni"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/24/weekly-schedule-tusk/", "text": ["Il-Ħadd 26 ta' April 2015", "Il-kamp ta' konċentrament Natzweiler-Struthof (Franza)", "15:40 Parteċipazzjoni fiċ-ċerimonja kommemorattiva fl-okkażjoni tas-70 anniversarju tal-liberazzjoni tal-kamp ta' Struthof.", "It-Tnejn 27 ta' April 2015", "12:00 Ċerimonja ta' tqegħid tal-girlanda fil-Pjazza Maidan (monument ta' tifkira Institutska)", "13:00 Ikla ta' ħidma", "14:30 Sessjoni plenarja", "16:15 Konferenza stampa konġunta", "Chisinau, Repubblika tal-Moldova", "18:45 Laqgħa u ċena uffiċjali mal-Prim Ministru Chiril Gaburici", "It-Tlieta 28 ta' April 2015", "Chisinau, Repubblika tal-Moldova", "10:10 Laqgħa mal-President Nicolae Timofti", "10:55 Dikjarazzjonijiet konġunti għall-istampa", "11:15 Laqgħa mal-Prim Ministru Chiril Gaburici u l-Kabinett tal-Ministri", "12:05 Konferenza stampa konġunta", "12:30 Laqgħa mal-President tal-Parlament Andrian Candu", "L-Erbgħa 29 ta' April 2015", "09:00 Rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew", "14:00 Preżentazzjoni tal-kredenzjali tal-ambaxxaturi", "18:00 Laqgħa mal-President tal-Kroazja Kolinda Grabar-Kitarović (opportunità għal ritratti)"], "date": "24 ta' April 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/04/27/press-remarks-tusk-summit-ukraine/", "text": ["Għadna kif ikkonkludejna s-17-il Summit bejn l-UE u l-Ukrajna.", "Madankollu, dan kien l-ewwel summit taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni l-ġdid bejn l-UE u l-Ukrajna.", "U kien ukoll l-ewwel summit minn mindu bdew l-aggressjoni u l-konflitt f'Donbass u l-Krimea.", "Id-diskussjoni dwar il-kriżi fl-Ukrajna ħadet ħafna mill-ħin tagħna u stajna niskambjaw fehmiet dwar is-sitwazzjoni fuq il-post u dak li jeħtieġ isir.", "Qbilna li l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk tibqa' l-aħjar opportunità biex nersqu lejn soluzzjoni politika.", "Qed nagħmlu monitoraġġ mill-qrib tal-waqfien mill-ġlied.", "Filwaqt li l-livell ta' vjolenza naqas mill-ftehim ta' Frar 'l hawn, il-vjolazzjonijiet tal-waqfien mill-ġlied qed isiru kuljum u l-OSKE għadha ma tistax tivverifika l-irtirar ta' armamenti tqal.", "Barra minn hekk, ninsabu mħassbin ħafna dwar informazzjoni li qed taslilna li għadhom deħlin armi fil-lvant tal-Ukrajna.", "Ser inkomplu bl-isforzi diplomatiċi tagħna.", "Nistennew li l-Federazzjoni Russa tassumi r-responsabbiltà biex tissodisfa l-obbligi tagħha, li jinkludu l-irtirar tal-forzi armati u tagħmir Russi.", "Ta' min ifakkar li s-sanzjonijiet u l-miżuri restrittivi tagħna huma marbuta mal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk.", "Nistennew r-rilaxx urġenti tal-ostaġġi kollha, inkluża Nadia Savchenko.", "Semmejna l-monitoraġġ u l-kompiti marbuta mas-sigurtà.", "L-Unjoni Ewropea diġà qed issaħħaħ l-appoġġ tagħha lill-OSKE, iżda ddiskutejna wkoll kwistjonijiet aktar ġeneriċi.", "Nafu x'inhuma l-aspettattivi min-naħa tal-Ukrajna dwar din il-kwistjoni.", "Dan mhux se jkun faċli, iżda se naraw x'nistgħu nagħmlu.", "Se nibagħtu malajr kemm jista' jkun missjoni ta' valutazzjoni ċivili.", "Kellna skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni umanitarja, fejn l-isforzi biex titwassal l-għajnuna lill-popolazzjoni milquta jridu jiġu intensifikati.", "Dan jinkludi passi leġislattivi u istituzzjonali, li jridu jittieħdu mill-Ukrajna.", "L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha huma fost l-akbar kontributuri fl-isforzi ta' għajnuna internazzjonali u ninsabu lesti nikkontribwixxu aktar.", "Is-Summit offra wkoll il-possibbiltà li jiġu diskussi t-tħejjijiet għas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Riga x-xahar id-dieħel.", "Qbilna li dan l-avveniment importanti huwa sinjal kemm tal-impenn qawwi tagħna għal dan il-qafas kif ukoll għall-istabbiliment tal-prijoritajiet tagħna għas-snin li ġejjin.", "Ippermettuli nikkonkludi b'riflessjoni wara ż-żjara tiegħi f'Maidan dalgħodu.", "Maidan kienet punt deċiżiv għall-Ukrajna - kif ukoll għall-Ewropa.", "Issa, irridu niżguraw li dan kien punt ta' bidla għall-aħjar.", "Għall-benefiċċju tal-Ukreni kollha.", "Jien ninsab fiduċjuż li qed timxu fid-direzzjoni t-tajba.", "Iżda ninsab konxju wkoll li għad tridu tiffaċċjaw ħafna ostakli.", "U nkunu sinċieri, sagrifiċċji.", "Naf dan minn pajjiżi stess, il-Polonja, li f'ħafna aspetti kellha tgħaddi mill-istess proċess, sikwit diffiċli - anke mingħajr konflitt armat 'il ġewwa mill-fruntieri tagħna.", "Iżda nista' wkoll onestament ngħid li m'hemmx alternattiva aħjar.", "Ir-riformi, is-sagrifiċċji, il-fatt li issa qed tħarsu lejn l-Ewropa u l-Punent huma kollha vallapena.", "Nassigurakom li l-Ewropa se tappoġġakom sal-aħħar - u se nassistukom mill-aħjar li nistgħu.", "Illum dan kien ukoll il-messaġġ ewlieni tiegħi lill-President Poroshenko u lill-Prim Ministru Yatseniuk.", "Iżda x-xogħol l-iebes intom tridu tagħmluh mhux l-Ewropa.", "Intom biss, in-nazzjon Ukren u l-Gvern u l-Parlament tiegħu, tistgħu twettqu din il-biċċa xogħol iebsa li tirriformaw l-Ukrajna.", "Biex tagħmlu l-Ukrajna pajjiż aktar prosperu, aktar ġust u aktar ekwu.", "Fi ftit kliem, Ukrajna aħjar.", "Grazzi.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "27 ta' April 2015", "title": "Kummenti mill-President Tusk b'segwitu għas-summit bejn l-UE u l-Ukrajna fi Kiev"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/11/agri-conclusions-simplification-cap/", "text": ["Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea", "1.", "FILWAQT LI JFAKKAR fl-inizjattivi ta' simplifikazzjoni mwettqa preċedentement mill-Kunsill, fil-kontribut għas-simplifikazzjoni miksuba mill-\"Verifika tas-Saħħa\" tal-Politika Agrikola Komuni fl-2008, u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2014 dwar l-affidabbiltà tar-riżultati tal-verifiki tal-Istati Membri fuq in-nefqa fl-agrikoltura (dok.", "13616/14) u tal-15 ta' Diċembru 2014 dwar ir-rata ta' żball għan-nefqa agrikola (dok.", "16798/14);", "2.", "FILWAQT LI JILQA' B'SODISFAZZJON il-prijorità mogħtija mill-Kummissjoni lil eżerċizzju ta' simplifikazzjoni bir-reqqa u l-fatt li diġà pproponiet jew dalwaqt ser tipproponi s-simplifikazzjoni ta' ċerti atti tal-Kummissjoni;", "3.", "FILWAQT LI JFAKKAR fl-impenn mill-Kummissjoni li terġa' teżamina d-dispożizzjonijiet dwar l-ekoloġizzazzjoni wara l-ewwel sena tal-implimentazzjoni kif ukoll fil-paragrafu 67 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Frar 2013 (dok.", "EUCO 37/13);", "4.", "FILWAQT LI JISĦAQ li s-simplifikazzjoni tal-PAK tikkostitwixxi objettiv kondiviż bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, il-partijiet ikkonċernati, il-bdiewa u benefiċjarji oħra bl-istess mod, u FILWAQT LI JINNOTA li kollha għandhom responsabbiltà sabiex jintlaħaq dak l-objettiv;", "5.", "FILWAQT LI JAPPELLA lill-Kummissjoni biex tkompli u tapprofondixxi d-diskussjoni dwar l-abbozz ta' atti tal-Kummissjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni qabel ma jiġu adottati, peress li approċċ ex-ante huwa l-aktar effikaċi biex jiġi evitat il-piż amministrattiv;", "6.", "FILWAQT LI JENFASIZZA li, fl-implimentazzjoni tal-PAK, għandu jittieħed aktar kont tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u li għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex:", "il-leġislazzjoni tal-UE ssir eħfef biex tinftiehem u biex tiġi implimentata b'mod konkret, u b'hekk jiżdiedu t-trasparenza u ċ-ċertezza legali;", "jittieħed kont dovut tas-sitwazzjonijiet nazzjonali u reġjonali speċifiċi;", "jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż assoċjati għall-bdiewa, benefiċjarji oħra, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-amministrazzjonijiet nazzjonali;", "7.", "JISĦAQ li s-simplifikazzjoni tal-PAK għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:", "jitħarsu l-objettivi tal-politika u l-elementi ewlenin tal-PAK riformata, kif ukoll tiġi żgurata l-istabbiltà legali għall-bdiewa, biex b'hekk is-simplifikazzjoni ma twassalx għal deregulazzjoni jew aċċess ristrett għall-appoġġ mill-PAK;", "ma tiġix preġudikata l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-UE;", "ikun hemm iffukar fuq oqsma fejn dawk li jimplimentaw il-PAK kif ukoll il-benefiċjarji tagħha jibbenefikaw l-aktar f'termini ta' inqas piż amministrattiv, pereżempju fir-rigward ta' rekwiżiti ta' informazzjoni, kontroll u rapportar;", "titjieb iċ-ċarezza tal-leġislazzjoni u l-konsistenza tagħha, b'mod partikolari, fejn xieraq, bejn l-ewwel u t-tieni pilastri kif ukoll bejn l-atti bażiċi, l-atti tal-Kummissjoni u l-linji gwida tal-Kummissjoni;", "Aqra t-test sħiħ tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "11 ta' Mejju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/12/ecofin-conclusions-in-depth-review/", "text": ["Il-Kunsill (ECOFIN):", "JILQA' B'SODISFAZZJON il-pubblikazzjoni tar-rapporti integrati uniċi dwar il-pajjiżi tal-Kummissjoni li janalizzaw il-politiki ekonomiċi għal kull Stat Membru u ż-żona tal-euro, inklużi analiżi fil-fond (in-depth reviews - IDRs) fil-kuntest tal-Proċedura ta' Żbilanċi Makroekonomiċi (Macroeconomic Imbalances Procedure - MIP), kif ukoll il-Komunikazzjoni mehmuża li tiġbor fil-qosor ir-riżultati ewlenin tal-IDRs.", "IQIS li dan il-mod ta' razzjonalizzazzjoni tas-Semestru Ewropew wera li huwa l-ewwel pass utli biex jiġu eżaminati u diskussi aħjar il-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, biex b'hekk ikun hemm trasparenza u reazzjonijiet imtejba rigward l-analiżi tal-Kummissjoni.", "Għall-futur, jinħtieġ li tiżdied ulterjurment kemm is-sjieda, kif ukoll is-sorveljanza multilaterali, bl-għan li jissaħħaħ il-proċess.", "IQIS li l-IDRs huma strutturati b'mod xieraq u jippreżentaw analiżi bir-reqqa tal-iżbilanċi f'kull wieħed mill-Istati Membri li qed jiġi analizzat, b'kont meħud ta' ċirkostanzi speċifiċi għall-pajjiżi u informazzjoni kwalitattiva.", "Qed jiġu applikati wkoll għodod analitiċi rilevanti bil-ħsieb tal-isfidi speċifiċi ta' kull ekonomija.", "I - ANALIŻI FIL-FOND", "JAQBEL li 16-il Stat Membru fost dawk eżaminati li huma identifikati fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2015 (il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit) qed jesperjenzaw żbilanċi makroekonomiċi ta' natura u daqs differenti.", "IQIS li aktar trasparenza dwar il-kriterji għall-kategorizzazzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi kif ukoll aktar stabbiltà u prevedibbiltà tal-proċedura nnifisha tkun apprezzata.", "JAQBEL li, mis-sena li għaddiet, l-iżbilanċi fis-Slovenja ma għandhomx għalfejn jibqgħu jiġu kkunsidrati bħala eċċessivi, għalkemm ingranaġġ korporattiv għoli u fraġilitajiet persistenti fis-settur finanzjarju jkomplu jesiġu monitoraġġ speċifiku.", "Dan huwa bbażat fuq il-fatt li ttieħdu azzjonijiet ta' politika deċiżivi rigward ir-ristrutturar tas-sistema bankarja.", "Barra minn hekk, prestazzjoni tal-esportazzjonijiet u kundizzjonijiet għat-tkabbir aħjar naqqsu r-riskji meta mqabbla mas-sena l-oħra, b'mod partikolari dawk marbuta mas-sostenibbiltà esterna.", "JAQBEL mal-fehma tal-Kummissjoni li jeżistu żbilanċi eċċessivi f'ħames Stati Membri (il-Bulgarija, Franza, il-Kroazja, l-Italja, u l-Portugall), u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li f'Mejju tqis il-miżuri ta' politika ta' Franza u l-Kroazja, b'kont meħud tal-livell ta' ambizzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u impenji oħra ppreżentati sa dik id-data, u li jiddeċiedi jekk humiex meħtieġa passi ulterjuri taħt il-fergħa korrettiva tal-MIP.", "JISSOTTOLINJA l-ħtieġa ta' azzjoni politika u impenn b'saħħtu lejn ir-riformi strutturali fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari meta dawn jaffrontaw żbilanċi makroekonomiċi, speċjalment jekk jaffettwaw il-funzjonament bla xkiel tal-UEM.", "L-iżbilanċi għandhom jiġu indirizzati b'mod durabbli, biex b'hekk jonqsu r-riskji, jiġi ffaċilitat ir-riekwilibriju tal-ekonomiji tal-UE u jinħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi, u JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex tippreżenta rakkomandazzjonijiet iffukati sew u konsistenti, lill-Istati Membri, li jindirizzaw żbilanċi makroekonomiċi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.", "JILQA' B'SODISFAZZJON il-pjanijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-monitoraġġ speċifiku tar-rakkomandazzjonijiet mill-Kunsill lill-Istati Membri bi żbilanċi eċċessivi (il-Bulgarija, Franza, il-Kroazja, l-Italja u l-Portugall).", "Monitoraġġ speċifiku ser japplika wkoll għal għadd ta' Stati Membri taż-żona tal-euro bi żbilanċi li jirrikjedu azzjoni politika deċiżiva (l-Irlanda, Spanja u s-Slovenja), u JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex tiddelinea ż-żmien u l-kontenut konkret ta' tali monitoraġġ.", "F'konformità mal-prattika stabbilita, il-monitoraġġ għall-Irlanda, Spanja u l-Portugall ser jiddependi fuq sorveljanza ta' wara l-programm biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.", "JIRRIKONOXXI li għadd ta' żbilanċi makroekonomiċi qed jiġu kkoreġuti, iżda JISSOTTOLINJA li għad hemm riskji konsiderevoli f'ċerti Stati Membri.", "B'mod partikolari, passivi esterni kbar jagħmlu lill-pajjiżi debituri vulnerabbli, u titjib fil-kont kurrenti mhux dejjem ikun biżżejjed biex jiġi stabbilizzat id-dejn estern.", "Minkejja li t-telf fil-kompetittività tal-prezzijiet, meta mqabbla mal-livelli ta' qabel il-kriżi, ġie parzjalment ikkoreġut f'għadd ta' pajjiżi debituri, it-tisħiħ tat-tkabbir tal-esportazzjoni jibqa' prijorità sabiex jintlaħaq riekwilibriju sostenibbli u favorevoli għat-tkabbir.", "Fl-istess waqt, f'xi Stati Membri s-surpluses fil-kontijiet kurrenti jibqgħu għoljin, dawn jirriflettu xi ftit jew wisq domanda domestika dgħajfa, li tista' tkun parzjalment marbuta ma' livelli baxxi ta' investiment tas-settur privat u pubbliku.", "Barra minn hekk, JISSOTTOLINJA li livelli għoljin ta' dejn privat u dak tal-gvern jibqgħu' sfida importanti f'xi pajjiżi, fil-kuntest ukoll ta' inflazzjoni baxxa u rati moderati ta' tkabbir.", "Riformi strutturali huma meħtieġa sabiex jiżdied il-potenzjal tat-tkabbir u jiġi indirizzat il-livell għoli ta' qgħad, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ u dawk qiegħda fit-tul.", "II - IMPLIMENTAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PAJJIŻI", "JILQA' B'SODISFAZZJON il-progress ġenerali li sar fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi kif ukoll dawk għaż-żona tal-euro għall-2014-15.", "JIEĦU NOTA tal-fatt li l-implimentazzjoni tar-riformi kienet inkonsistenti bejn l-oqsma ta' politika u fost il-pajjiżi u JAQBEL li jinħtieġ li l-implimentazzjoni tar-riformi tiġi intensifikata biex jiġu indirizzati l-isfidi individwali ta' politika li kull Stat Membru qiegħed jaffronta u biex jiġi żgurat irkupru ekonomiku rapidu u sostenibbli.", "JIRRIKONOXXI li riformi strutturali ulterjuri fis-swieq tas-servizzi, tal-prodotti u tax-xogħol u politiki fiskali responsabbli huma meħtieġa fl-Istati Membri kollha sabiex jissaħħaħ u jiġi sostnut l-irkupru ekonomiku, jiġu kkoreġuti żbilanċi dannużi, tinkiseb sostenibbiltà fiskali, jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-investiment u jissaħħaħ is-suq uniku, biex b'hekk joħroġ il-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomiji tal-Istati Membri.", "JISTENNA B'INTERESS il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi għall-2015-16 f'nofs Mejju sabiex jiġu żgurati diskussjonijiet multilaterali fil-fond qabel l-adozzjoni tagħhom mill-Kunsill ECOFIN.", "JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex tieħu kont tad-diskussjoni dwar ir-Rapporti dwar il-Pajjiżi kif ukoll tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma meta tabbozza r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi 2015.", "JISĦAQ li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għandhom jiffukaw fuq oqsma ta' importanza makroekonomika fejn hemm ħtieġa urġenti ta' azzjoni, sabiex tingħata aktar viżibilità lil dawn il-kwistjonijiet fid-dibattitu politiku nazzjonali tal-Istati Membri.", "Fl-istess waqt, l-isfidi komuni għaż-żona tal-euro u l-UE kollha kemm hi ser ikomplu jiġu identifikati u mmonitorjati.", "IQIS li huwa importanti li tiġi żgurata bażi analitika soda u trasparenti għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs), filwaqt li jiġi mħares it-trattament indaqs permezz ta' konsistenza tul iż-żmien u bejn il-pajjiżi."], "date": "12 ta' Mejju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-analiżi fil-fond"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/12/ecofin-ageing-populations/", "text": ["Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:", "Il-kriżi ekonomika u finanzjarja poġġiet piż sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi u wasslet għal defiċits u livelli ta' dejn li qed jiżdiedu.", "L-iżgurar tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi hija għalhekk partikolarment importanti fl-istadju attwali.", "Il-Kunsill JENFASIZZA l-ħtieġa ta' konsolidazzjoni fiskali xierqa li tiffavorixxi t-tkabbir għal aktar implimentazzjoni ta' riformi strutturali sabiex tittejjeb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.", "F'dan il-kuntest, il-Kunsill JAPPROVA r-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2015: tbassir ekonomiku u baġitarju għat-28 Stat Membru tal-UE u n-Norveġja (2013-2060) imħejji mill-Kumitat tal-Politika Ekonomika (il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Tixjiħ) u l-Kummissjoni (DG ECFIN) abbażi ta' metodoloġiji u suppożizzjonijiet miftiehma b'mod komuni.", "F'konformità mal-edizzjonijiet preċedenti, it-tbassir fir-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2015 ikopri nfiq pubbliku relatat mal-pensjonijiet, il-kura tas-saħħa, il-kura fit-tul, l-edukazzjoni, u l-benefiċċji tal-qgħad.", "Il-Kunsill JISSOTTOLINJA s-sejbiet ewlenin tar-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2015:", "- Matul il-perijodu kollu bejn l-2013 u l-2060, il-medja tat-tkabbir annwali tal-PDG fl-UE huwa mbassar li jkun ta' 1.4%, li baqa' l-istess meta mqabbel mar-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2012.", "Madankollu, hemm differenzi sinifikanti fil-potenzjal tat-tkabbir fl-Istati Membri kollha.", "- L-infiq pubbliku totali relatat mal-età qed jitbassar li ser jiżdied b'1.4 p.p. tal-PDG bejn l-2013 u l-2060 fl-UE, biex jilħaq 27% fl-2060, b'differenzi kbar bejn il-pajjiżi.", "Minbarra l-benefiċċji tal-qgħad (nefqa strettament marbuta mal-età), hija mbassra żieda ta' 1.8 p.p. tal-PDG bejn l-2013 u l-2060 fl-UE, biex jilħaq 26.3% fl-2060.", "- B'kont meħud tal-possibbiltà ta' aktar suppożizzjonijiet makroekonomiċi negattivi, bħax-xenarju ta' riskju tal-PTF, l-infiq pubbliku strettament marbut mat-tixjiħ jista' jiżdied bi 2.1 p.p. tal-PDG bejn l-2013 u l-2060.", "Bħala riżultat ta' riformi reċenti u ta' żviluppi demografiċi aktar favorevoli mbassra għall-UE fl-intier tagħha fl-EUROPOP2013, iż-żieda mbassra fin-nefqa totali marbuta mal-età matul il-perijodu 2013-2060 issa hija sostanzjalment inqas minn dik imbassra fl-2012 (3.3 p.p. tal-PDG).", "- Wara żieda mbassra sal-2040, marbuta wkoll mal-ġenerazzjoni tal-\"baby boom\" li tilħaq l-età tal-irtirar, in-nefqa pubblika fuq il-pensjonijiet hija mbassra li sal-2060 tiġi lura qrib il-livell tagħha tal-2013 (11.3% tal-PDG tal-UE).", "Id-diversità fost l-Istati Membri hija kbira ħafna, u tiddependi mil-livell u ż-żmien tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi tal-pensjoni nazzjonali u, b'mod partikolari, il-progress tal-pajjiżi bir-riformi strutturali.", "F'ħafna pajjiżi, ir-riformi reċenti tal-pensjoni kellhom impatt pożittiv viżibbli billi żammew taħt kontroll id-dinamika tan-nefqa pubblika.", "Ir-riformi tal-pensjoni kkontribwixxew ukoll għal żieda fl-età effettiva tal-irtirar u b'hekk fix-xogħol prodott.", "Madankollu, l-iskala tar-riformi f'xi Stati Membri għadha insuffiċjenti biex titrażżan iż-żieda fin-nefqa pubblika fuq il-pensjonjiet.", "- In-nefqa pubblika fuq il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul hija mbassra li tiżdied bi 2 p.p. tal-PDG bejn l-2013 u l-2060 fl-UE, fix-xenarju ta' riferiment tal-Grupp ta' Ħidma dwar it-Tixjiħ, b'differenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi li tilħaq l-10.6% tal-PDG fl-2060, prinċipalment minħabba żviluppi demografiċi.", "B'kont meħud tal-iżviluppi futuri possibbli fid-determinanti tal-ispejjeż li mhumiex demografiċi fin-nefqa fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, kif imbassar fix-xenarju ta' riskju tal-Grupp ta' Ħidma dwar it-Tixjiħ, iż-żieda mbassra fin-nefqa relatata mal-kura tista' tilħaq l-4 p.p. tal-PDG bejn l-2013 u l-2060.", "Fid-dawl tat-tbassir aġġornat tan-nefqa relatata mal-età u s-sitwazzjoni ekonomika attwali, il-Kunsill, filwaqt li jilqa' r-riformi reċenti f'ħafna Stati Membri, JIRRIAFFERMA li hemm bżonn li titkompla l-azzjoni politika adatta fl-UE fl-oqsma kollha relatati mal-età, b'mod partikolari r-riformi tal-pensjoni, tas-saħħa u tal-kura fit-tul filwaqt li jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tal-pajjiżi, u biex jiġu evitati miżuri li jirriżultaw fit-treġġigħ lura tar-riformi li jsaħħu s-sostenibbiltà diġà mwettqa.", "Dan jinvolvi implimentazzjoni immedjata tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi maħruġa taħt is-Semestru Ewropew u tal-istrateġija fuq tliet livelli għall-indirizzar tal-konsegwenzi ekonomiċi u baġitarji tat-tixjiħ, jiġifieri permezz tat-tnaqqis tad-dejn tal-gvern, iż-żieda tar-rati tal-impjieg u l-produttività, u r-riforma tal-pensjoni, is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul.", "Il-Kunsill JENFASIZZA b'mod partikolari li għad jeħtieġ li jittieħdu aktar passi mill-Istati Membri, għalkemm f'livelli differenti, biex tiżdied l-età effettiva tal-irtirar, inkluż billi jiġi evitat l-irtirar bikri mis-suq tax-xogħol u billi l-età tal-irtirar jew il-benefiċċji tal-pensjoni jintrabtu mal-istennija tal-għomor.", "Barra minn hekk, waqt li jfakkar fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-7 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill JISTIEDEN lill-Istati Membri biex il-ħtieġa li jipprovdu kura tas-saħħa u kura fit-tul universali, biex ilaħħqu mad-domanda dejjem tiżdied relatata mal-popolazzjoni li qed tixjieħ, kif ukoll iż-żieda fl-aspettattiva tal-pazjent minħabba l-iżvilupp teknoloġiku fid-deċennji li ġejjin jibbilanċjawhom mal-ħtieġa li jitnaqqsu l-livelli għolja tad-dejn pubbliku.", "Dan jenfasizza l-ħtieġa li tiġi vvalutata l-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura fit-tul u li jiġu implimentati riformi sodi u meħtieġa sabiex isir użu aktar effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi kif ukoll l-għoti ta' kura tas-saħħa u kura fit-tul li jkunu ta' kwalità għolja.", "Il-Kunsill JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex fl-analiżi u s-sorveljanza tagħha taħt is-Semestru Ewropew tieħu kont ta' dawn is-sejbiet relatati mal-isfidi tat-tixjiħ u informazzjoni rilevanti oħra li tinkludi stimi aġġornati ta' tkabbir potenzjali tal-PDG fiż-żmien qarib", ", u biex tieħu kont tal-implikazzjonijiet tiegħu fl-oqsma rilevanti kollha tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-UE.", "Il-Kunsill JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex tagħmel il-valutazzjoni ġenerali profonda regolari tagħha tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi sa tmiem l-2015 bl-użu ta' dan is-sett ta' tbassir aġġornat komprensiv u komparabbli.", "Il-Kumitat tal-Politika Ekonomika għandu jirrapporta lura lill-Kunsill abbażi tal-valutazzjoni.", "Il-Kunsill JISTIEDEN lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika biex jaġġorna, abbażi tat-tbassir il-ġdid tal-popolazzjoni li għandu jiġi pprovdut mill-Eurostat, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs), l-analiżi tiegħu tal-implikazzjonijiet ekonomiċi u baġitarji tat-tixjiħ tal-popolazzjoni sal-ħarifa tal-2018.", "Barra minn hekk, il-Kunsill JISTIEDEN lill-Eurostat biex sistematikament jipprovdi aġġornamenti annwali tat-tbassir tiegħu tal-popolazzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-flussi migratorji, biex jintużaw għat-tbassir fuq terminu ta' żmien qasir sa medju.", "[1] Fl-1 ta' April 2015, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika approva approċċ rivedut għat-tbassir tat-tkabbir tal-popolazzjoni għall-finijiet tal-istimi tal-PDG potenzjali mbassar għall-Irlanda, il-Latvja u l-Litwanja."], "date": "12 ta' Mejju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fid-dawl ta' popolazzjonijiet li qed jixjieħu"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/12/ecofin-joint-conclusions/", "text": ["Rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija, il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew, kif ukoll rappreżentanti tal-banek ċentrali tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija ltaqgħu għad-djalogu annwali dwar il-politika ekonomika", ".", "Il-parteċipanti laqgħu l-preżentazzjoni tal-Programmi ta' Riforma Ekonomika (ERPs) tal-2015 tal-Balkani tal-Punent u t-Turkija.", "Fil-każ tal-Balkani tal-Punent, dawn il-programmi jikkonsistu minn żewġ partijiet distinti: Parti I tiddeskrivi qafas makroekonomiku u fiskali għall-perijodu medju kif ukoll riformi makrostrutturali konkreti li jappoġġaw il-qafas politiku u għalhekk huma verżjoni mtejba tal-Programmi Ekonomiċi ta' Qabel l-Adeżjoni preċedenti ppreżentati mill-pajjiżi kandidati.", "Parti II, bħala element ġdid, tkopri riformi strutturali ta' natura settorjali (bħat-trasport, l-enerġija, l-edukazzjoni, eċċ.) biex titjieb il-kompetittività u t-tkabbir fit-tul.", "It-Turkija ġiet mitluba tippreżenta biss Parti I. Il-programmi jkopru l-perijodu mill-2015 sal-2017.", "Il-parteċipanti ħadu nota tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2014 li fihom il-Kunsill laqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ id-djalogu dwar il-governanza ekonomika mal-Balkani tal-Punent u t-Turkija, inkluż permezz tat-tħejjija ta' ERPs, biex jiġi rifless aħjar il-proċess tas-Semestru Ewropew fil-livell tal-UE.", "Il-parteċipanti fakkru l-impenn li tiġi stabbilita gwida politika mmirata biex tappoġġa l-isforzi biex jintlaħqu l-kriterji ekonomiċi ta' Copenhagen.", "Fir-rigward tal-statistika, il-parteċipanti jissottolinjaw l-importanza ta' data affidabbli u aġġornata u għalhekk jilqgħu r-Rapport ta' Progress tal-2015 dwar il-Pjan ta' Azzjoni rigward Statistika Ekonomika, Monetarja u Finanzjarja fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija.", "Huma kellhom is-serħan tal-moħħ li l-Balkani tal-Punent kollha u t-Turkija għamlu progress fl-issodisfar tar-rekwiżiti tal-Pjan ta' Azzjoni, iżda nnotaw li għad hemm bżonn ta' sforzi addizzjonali f'xi oqsma ta' statistika biex tinkiseb konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Pjan ta' Azzjoni.", "Aqra t-test sħiħ tal-konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "[1] Il-konklużjonijiet ta' dan id-djalogu huma mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE dwar l-istatus tal-Kosovo.", "[2] Il-Montenegro, is-Serbja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija u t-Turkija huma pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE."], "date": "12 ta' Mejju 2015", "title": "Konklużjonijiet konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/12/novel-foods/", "text": ["Fit-12 ta' Mejju 2015, kien hemm ċiklu ieħor ta' diskussjonijiet kostruttivi dwar regoli ġodda tal-UE għal ikel ġdid bejn il-presidenza Latvjana u rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.", "Minkejja ċerti konverġenzi dwar xi elementi tinħtieġ aktar ħidma biex jintlaħaq qbil.", "Fit-13 ta' Mejju, l-presidenza ser tinforma lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill biex jirrifletti dwar il-passi li jmiss.", "L-ikel ġdid huwa ikel li ma kienx ikkonsmat b'mod sinifikanti fl-UE qabel Mejju 1997.", "Dan jinkludi pereżempju ikel li għalih ikun ġie applikat proċess ġdid ta' produzzjoni.", "Valur miżjud", "Ir-regoli li qed jiġu diskussi għandhom l-għan li jagħmlu l-", "proċess ta' awtorizzazzjoni", "ta' ikel ġdid", "aktar rapidu u orħos", "filwaqt li jinżamm il-livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.", "L-abbozz ta' regoli ġodda huma mistennija wkoll li jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tal-UE għall-ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi li għandhom", "storja ta' użu sikur tal-ikel", "Għadhom qed jiġu diskussi", "Tnejn mill-aktar elementi diffiċli tad-diskussjonijiet li għad iridu jiġu indirizzati huma r-referenza għall-ikklonjar u l-għażla tat-tip ta' deċiżjonijiet sekondarji għall-awtorizzazzjoni ta' ikel ġdid.", "L-ikel ġdid awtorizzat skont ir-regoli attwali fl-UE jinkludu pereżempju \"żejt tal-kolza b'livell għoli materjal mhux saponifikabbli\", \"ħobż tas-segala b'fitosteroli/fitostanoli miżjuda\", \"prodotti tat-tip tal-ħalib u prodotti tat-tip tal-jogurt b'esteri tal-fitosterol miżjuda\", \"proteini koagulati tal-patata u l-idrolisati tagħhom\" u \"fosfolipidi mill-isfar tal-bajd\".", "Proposta tal-Kummissjoni dwar ikel ġdid mit-23 ta' Diċembru 2013", "Ir-regoli attwali dwar l-ikel ġdid", "Lista ta' ikel ġdid awtorizzat"], "date": "12 ta' Mejju 2015", "title": "Ikel ġdid: Ikomplu t-taħdidiet tal-UE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/13/seafarers-labour-rights/", "text": ["Test ta' kompromess għal direttiva ġdida", "biex tiżdied il-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol tal-baħħara", "ġie kkonfermat mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) tal-Kunsill.", "Il-Coreper approva l-ftehim li ntlaħaq mill-Presidenza mal-Parlament Ewropew fi trilogu fis-6 ta' Mejju 2015.", "Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-baħħara, Diċembru 2013", "Aktar protezzjoni", "Dan l-att leġislattiv ġdid jagħti lill-baħħara l-istess", "drittijiet fir-rigward ta' informazzjoni u konsultazzjoni", "bħal dawk li jgawdu l-ħaddiema fuq l-art, filwaqt li jqis in-natura partikolari tas-settur tat-trasport marittimu.", "Huwa", "bbażat fuq pożizzjoni komuni milħuqa mis-sħab soċjali", "fis-settur marittimu.", "Minbarra li tiżgura kondizzjonijiet ekwi fis-settur marittimu, id-direttiva għandha l-għan li", "ttejjeb il-kwalità tal-impjiegi marittimi", ".", "L-intenzjoni hi li jitreġġa' lura t-tnaqqis attwali fl-għadd ta' żgħażagħ Ewropej li jidħlu għal ċerti professjonijiet marittimi u li jinżammu l-ħaddiema ta' kompetenza fil-professjoni.", "Għandha l-għan ukoll li tipprovdi", "għas-sitwazzjoni legali attwali li twassal għal", "trattament mhux indaqs", "tal-istess kategorija ta' ħaddiema minn stati membri differenti.", "Bħalissa dan ivarja skont jekk l-istati membri japplikawx jew le l-eżenzjonijiet u d-derogi permessi mil-leġislazzjoni attwali.", "Il-biċċa l-kbira tal-istati membri ma użawx jew ftit li xejn ma użaw l-esklużjonijiet.", "Il-proċess leġislattiv: il-passi li jmiss", "Il-Kumitat tal-Impjiegi tal-Parlament Ewropew mistenni jikkonferma t-test fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Mejju 2015.", "Wara r-reviżjoni mill-ġuristi lingwisti, it-test jista' jiġi vvotat mill-Plenarja tal-Parlament Ewropew f'Lulju 2015 u jiġi ffirmat miż-żewġ istituzzjonijiet f'Settembru."], "date": "13 ta' Mejju 2015", "title": "Aktar protezzjoni għad-drittijiet tax-xogħol tal-baħħara: il-Kunsill jikkonferma qbil mal-PE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/13/market-stability-reserve/", "text": ["Ir-rappreżentanti permanenti tal-istati membri approvaw il-qbil informali li ntlaħaq bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni rigward l-istabbiliment u t-tħaddim ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR) waqt il-laqgħa tagħhom fit-13 ta' Mejju 2015.", "Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE (EU ETS)", "It-test konsolidat li ġie ppreżentat illum ser jiġi rivedut mill-Ġuristi-Lingwisti u wara jiġi adottat formalment mill-Kunsill f'waħda mil-laqgħat li jmiss tiegħu.", "Id-deċiżjoni, li tintroduċi miżuri għall-indirizzar ta' żbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda fl-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU ETS) ikkawżati minn bilanċ pożittiv ta' kwoti ta' emissjonijiet li ilhom jakkumulaw mill-2009, hija pass importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u twitti t-triq għal reviżjoni usa' tal-EU ETS.", "\"Ninsab kuntent li ntlaħaq qbil u li l-COREPER approvah illum\" qal Kaspars Gerhards, il-Ministru Latvjan għall-Ambjent, \"L-istabbiliment ta' Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq kienet prijorità għall-Presidenza Latvjana sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq tal-karbonju fl-UE.", "Bla dubju dan huwa suċċess.\"", "Għan tal-MSR", "Fl-2013, il-bilanċ pożittiv ta' kwoti ta' emissjonijiet kien ta' madwar 2,1 biljun kwota - li parzjalment kien minħabba l-kriżi ekonomika u dgħajjef b'mod sinifikanti l-prezz tal-karbonju.", "Barra minn hekk, il-bilanċ pożittiv strutturali hu mistenni li jibqa' fis-sistema sal-2020 u wara.", "Għalhekk, id-deċiżjoni tipproponi li persentaġġ ta' kwoti tal-EU ETS jiġi rtirat awtomatikament mis-suq u li jitpoġġa f'riżerva jekk l-għadd totali ta' kwoti jeċċedi ċertu limitu massimu.", "Fil-każ oppost, il-kwoti jerġgħu jitpoġġew fis-suq", "Karatteristiċi ewlenin tal-pakkett ta' kompromess finali", "ser tiġi stabbilita riżerva ta' stabbiltà tas-suq fl-", "u ser tkun operattiva mill-", "1 ta' Jannar 2019", "kwoti \"differiti\" (id-900 miljun kwota li l-irkantar tagħhom kien pospost mis-snin 2014-2016 sal-2019-2020) ser jitpoġġew fir-riżerva tas-suq", "kwoti mhux allokati ser jiġu trasferiti direttament fl-MSR fl-2020 u l-użu futur tagħhom għandu jiġi kkunsidrat fir-reviżjoni usa' tal-EU ETS", "eżenżjoni temporanja mill-\"komponent ta' solidarjetà ta' 10%\" għall-kwoti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-MSR sal-aħħar tal-2025", "ir-reviżjoni tal-EU ETS għandha tikkunsidra l-użu possibbli ta' għadd limitat ta' kwoti qabel l-2021 biex jiġu ssupplimentati riżorsi eżistenti għall-promozzjoni ta' CCS, sorsi ta' enerġija rinnovabbli u proġetti ta' innovazzjoni industrijali b'livell baxx ta' karbonju", "reviżjonijiet tal-EU ETS u tal-MSR għandhom iqisu l-aspetti tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-kompetittività, kif ukoll il-kwistjonijiet relatati mal-impjieg u l-PDG.", "L-għan tal-iskema EU ETS huwa li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mod ekonomikament effiċjenti.", "L-EU ETS hija bbażata fuq l-hekk imsejjaħ approċċ ta' \"cap and trade\": kull sena l-UE tistabbilixxi limitu għall-emissjonijiet globali mill-impjanti tal-enerġija, l-industrija b'użu intensiv tal-enerġija u l-linji tal-ajru kummerċjali koperti mis-sistema.", "Fi ħdan dan il-limitu, il-kumpaniji jistgħu jixtru u jbiegħu kwoti tal-emissjonijiet kif meħtieġ.", "Kull kwota tagħti lid-detentur id-dritt li jemetti tunnellata ta' CO2, il-gass serra ewlieni, jew l-ammont ekwivalenti ta' gass serra ieħor.", "Mill-2013 sal-2020, il-limitu jitnaqqas kull sena b'1.74% u mill-2021 'il quddiem sa 2.2%, li jirrifletti l-mira l-ġdida tal-UE għall-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.", "B'kollox l-EU ETS tkopri madwar 45% tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra mit-28 pajjiż tal-UE.", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha dwar riżerva tal-istabbiltà tas-suq lill-Kunsill f'Jannar 2014, flimkien mal-komunikazzjoni tagħha \"Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2030\".", "Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija mill-2020 sal-2030", "Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ottubru 2014", "il-Kunsill Ewropew qabel dwar il-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 għall-Unjoni Ewropea u approva mira li torbot lill-UE għal tnaqqis ta' mill-inqas", "40% fl-emissjonijiet domestiċi tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-1990", "Fir-rigward tal-EU ETS, il-Kunsill Ewropew iddikjara li Skema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet li taħdem tajjeb u riformata bi strument biex jistabbilizza s-suq ser tkun l-istrument Ewropew ewlieni biex tinkiseb din il-mira, u pprovda għadd ta' orjentazzjonijiet oħrajn, inkluż dwar l-allokazzjoni bla ħlas u l-kontinwazzjoni wara l-2020 tal-miżuri eżistenti għall-prevenzjoni tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.", "Kunsill Ewropew (23 u 24 ta' Ottubru 2014) - Konklużjonijiet"], "date": "13 ta' Mejju 2015", "title": "Riżerva tal-istabbiltà tas-suq: approvat il-qbil mal-Parlament Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/13/weekly-schedule-tusk/", "text": ["L-Erbgħa 13 ta' Mejju 2015", "Aachen, il-Ġermanja", "Parteċipazzjoni fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Charlemagne lill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz", "Il-Ħamis 14 ta' Mejju 2015", "Aachen, il-Ġermanja", "Parteċipazzjoni fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Charlemagne lill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz", "10.20 Laqgħa bilaterali mal-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko", "Il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2015", "Gdansk, il-Polonja", "17.00 Parteċipazzjoni fil-konferenza \"L-Ewropa orjentata lejn il-futur\"", "Il-Ħamis 21 ta' Mejju 2015", "Summit tas-Sħubija tal-Lvant", "20.00 Ikla ta' ħidma informali", "Il-Ġimgħa 22 ta' Mejju 2015", "Summit tas-Sħubija tal-Lvant", "09.00 Merħba uffiċjali", "09.45 Ritratt tal-grupp", "10.00 Sessjoni plenarja", "Summit tas-Sħubija tal-Lvant, Riga, 21-22/05/2015"], "date": "13 ta' Mejju 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/28/jha-eu-visa-waiver-agreements/", "text": ["Fit-28 ta' Mejju, l-UE ffirmat ftehimiet għall-eżenzjoni mill-viża għal żjara qasira ma'", "Saint Lucia, il-Commonwealth ta' Dominica, Grenada, Saint Vincent u l-Grenadini, ir-Repubblika ta' Vanuatu, l-Istat Indipendenti ta' Samoa u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago", ", f'ċerimonja li saret fi Brussell.", "F'isem l-UE, il-ftehimiet ġew iffirmati mis-Sinjura Zanda Kalniņa-Lukaševica, is-Segretarju Parlamentari tal-Istat għall-Affarijiet tal-UE fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Latvja, u mis-Sur Dimitris Avramopoulos, il-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza.", "Min-naħa tal-Grupp ta' pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) kienu r-rappreżentanti mis-seba' pajjiżi li ffirmaw il-ftehimiet.", "Is-sistema l-ġdida tal-viża tipprevedi", "vvjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-UE meta jivvjaġġaw lejn it-territorju ta' dawn il-pajjiżi u għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi meta jivvjaġġaw lejn l-UE", ", għal perjodu ta' żjara ta'", "fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.", "\"Il-ftehimiet tal-lum ser jinkoraġġixxu l-", "kuntatti bejn il-persuni, jagħtu spinta", "lit-turiżmu, u jagħtu l-ħajja", "lin-negozju bejn l-UE u", "dawn is-seba' pajjiżi tal-AKP\", qalet is-Sinjura Zanda Kalniņa-Lukaševica, is-Segretarju Parlamentari tal-Istat għall-Affarijiet tal-UE fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Latvja.", "Sabiex jibbenefikaw minn ivvjaġġar mingħajr viża, iċ-ċittadini mill-UE u l-pajjiżi firmatarji għandhom ikunu fil-pussess ta' passaport validu ordinarju, diplomatiku, ta' servizz/uffiċjali jew speċjali.", "L-ivvjaġġar mingħajr viża japplika għall-kategoriji kollha ta' persuni u għal kwalunkwe tip ta' vvjaġġar (pereżempju turiżmu, żjarat kulturali, attivitajiet xjentifiċi, żjarat familjari, kummerċ, eċċ), għajr għal persuni li jivvjaġġaw bil-għan li jwettqu attività mħallsa.", "Id-deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet issa ser jintbagħtu lill-Parlament Ewropew bil-għan li jinkiseb il-kunsens tiegħu qabel ikunu jistgħu jiġu konklużi.", "Madankollu,", "dawn ser japplikaw fuq bażi proviżorja mit-28 ta' Mejju 2015.", "L-Irlanda u r-Renju Unit mhux ser ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-ftehim, f'konformità mal-protokolli annessi mat-trattati tal-UE.", "Is-sistema tal-viża għal dawn l-istati membri tibqa' soġġetta għal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.", "Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir", "Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth ta' Dominica dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir", "Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Grenada dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir", "Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Vincent u l-Grenadini dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir", "Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Vanuatu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir", "Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir", "Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Trinidad u Tobago dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "28 ta' Mejju 2015", "title": "L-UE tiffirma ftehimiet għall-eżenzjoni mill-viża ma' seba' pajjiżi tal-AKP"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/28/compet-single-member-private-companies/", "text": ["Fit-28 ta' Mejju 2015, il-Kunsill qabel dwar test ta' kompromess għal abbozz ta' direttiva bil-għan li jinħoloq", "status ġdid għal kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata b'membru uniku", "Il-qbil huwa bbażat fuq test ta' kompromess ippreżentat mill-presidenza.", "Dan jikkostitwixxi l-approċċ ġenerali tal-Kunsill, li ser iservi ta' bażi għan-", "negozjati li ġejjin mal-Parlament Ewropew", "Waqt li ppresediet il-laqgħa tal-Kunsill, il-Ministru Latvjana għall-Ekonomija", "qalet li \"dan id-dossier huwa eżempju konkret tal-vantaġġi li d-diġitalizzazzjoni tista' tagħti lis-suq uniku u lilna lkoll: liċ-ċittadini li qed jikkunsidraw li jingħaqdu mal-moviment tal-ftuħ ta' negozji u jistabbilixxu l-kumpanija tagħhom stess, lill-impjegati li ser jaħdmu f'dawn il-kumpaniji, lill-SMEs li qed jikkunsidraw li jistabbilixxu sussidjarji, u lill-amministraturi pubbliċi li ser isiru aktar diġitali.", "Kulħadd għandu xi jgawdi f'termini ta' modernizzazzjoni, tkabbir u impjiegi\".", "Societas Unius Personae: isem ġdid biex jiġi ffaċilitat in-negozju transkonfinali", "Id-direttiva abbozzata għandha l-għan li tiffaċilita l-", "attivitajiet transkonfinali tan-negozji", ", b'mod partikolari tal-SMEs, u l-istabbiliment ta' kumpaniji b'membru uniku bħala sussidjarji fi stati membri oħra, billi tnaqqas l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi involuti fit-twaqqif ta' dawn il-kumpaniji.", "Dan ser jagħmilha possibbli li n-negozji jgawdu mill-benefiċċji kollha tas-suq intern.", "Biex jintlaħaq dan l-objettiv, id-direttiva abbozzata tintroduċi", "qafas komuni li jirregola l-ħolqien ta' kumpaniji b'membru uniku", "L-Istati Membri jkollhom jiżguraw li s-sistemi legali nazzjonali tagħhom jipprevedu forma ta' kumpanija li tikkonforma ma' regoli komuni stabbiliti fid-direttiva.", "Il-forma legali tiġi stabbilita fil-livell nazzjonali.", "Fl-UE kollha", ", din ikollha t-taqsira:", "L-elementi ewlenin tal-ftehim jinkludu:", "Reġistrazzjoni online", "Innovazzjoni kbira fid-direttiva abbozzata hija li s-", "SUP tista' tiġi rreġistrata online", "bl-użu ta' mudelli pprovduti mill-istati membri.", "Dan bil-għan li tiġi ffaċilitata l-attività ekonomika sabiex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi, f'konformità mal-aġenda diġitali tal-UE.", "Xi stati membri diġà għandhom fis-seħħ skemi nazzjonali tagħhom stess għar-reġistrazzjoni elettronika ta' kumpaniji.", "It-test maqbul għandu l-għan li jagħmel ir-reġistrazzjoni online kemm jista' jkun sigura u konformi mar-regoli nazzjonali eżistenti.", "Rekwiżit kapitali minimu ta' €1", "Bħalissa, il-kapital minimu meħtieġ biex tinħoloq kumpanija privata b'responsabbiltà limitata b'membru uniku tvarja fost l-istati membri.", "L-approċċ ġenerali fih", "rekwiżit ta' kapital azzjonarju minimu simboliku ta' €1", "(jew unità ekwivalenti waħda tal-munita ta' stat membru jekk mhux l-euro).", "Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni adegwata tal-kredituri u partijiet oħra kkonċernati, l-istati membri ser ikollhom jiżguraw li l-liġijiet nazzjonali tagħhom jipprovdu mekkaniżmi biex ikun evitat li s-SUPs ma jkunux kapaċi li jħallsu d-djun tagħhom.", "Fost l-eżempji ta' mekkaniżmi bħal dawn wieħed isib ir-rekwiżit li l-kumpaniji joħolqu riserva legali, jistabbilixxu testijiet tal-karta tal-bilanċ u/jew joħorġu dikjarazzjoni ta' solvenza.", "Trasferiment tas-sede għal stat membru ieħor", "Id-dispożizzjonijiet relatati mas-separazzjoni tas-sede tal-kumpanija tneħħew mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni sabiex jitħarsu l-kompetenzi u t-tradizzjonijiet tal-istati membri.", "Bl-istess mod, aspetti tal-", "liġi tax-xogħol ser jibqgħu koperti mil-liġijiet nazzjonali eżistenti", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "28 ta' Mejju 2015", "title": "Kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata b'membru uniku: Il-Kunsill jaqbel dwar approċċ ġenerali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/29/acp-dialogue-migration-development/", "text": ["Esperti tal-UE u tal-pajjiżi tal-AKP ltaqgħu fi Brussell fid-9 u l-10 ta' Lulju 2014 biex jiddiskutu l-politiki rispettivi tagħhom fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti u jidentifikaw oqsma konkreti ta' kooperazzjoni biex jindirizzaw iż-żewġ fenomeni fi spirtu ta' responsabbiltà komuni.", "Il-laqgħa wriet ir-rieda komuni li jiġu indirizzati dawn l-isfidi u l-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni inkluż f'perspettiva Nofsinhar-Nofsinhar.", "L-esperti miż-żewġ naħat qablu dwar il-konklużjonijiet operazzjonali li ġejjin:", "1.", "Fejn japplika, jingħaddu liġijiet komprensivi kemm dwar it-traffikar tal-bnedmin kif ukoll dwar il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti, b'enfasi fuq id-differenzi bejn iż-żewġ fenomeni, u konformi mal-Protokolli tan-NU dwar it-Traffikar ta' Persuni u l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin ta' Migranti li jissupplimentaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Transnazzjonali Organizzata (il-Protokolli ta' Palermo) u l-leġislazzjoni tal-UE.", "2.", "L-implimentazzjoni effettiva tal-liġijiet nazzjonali kemm dwar it-traffikar tal-bnedmin kif ukoll dwar il-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti hija essenzjali.", "Bħalissa, il-maġġoranza l-kbira tal-vittmi mhumiex identifikati jew protetti u, bl-istess mod, il-biċċa l-kbira tan-netwerks kriminali jaġixxu b'impunità u la jiġu żmantellati u lanqas jitressqu quddiem il-ġustizzja.", "Implimentazzjoni xierqa tfisser ukoll li jiġu ttrattati b'mod effettiv il-forom differenti ta' sfruttament (pereżempju l-isfruttament fil-qasam tal-isport, l-attivitajiet skolastiċi jew it-turiżmu sesswali).", "Huwa wkoll assolutament importanti l-involviment xieraq ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi, speċjalment fir-rigward tar-relazzjonijiet mal-vittmi tan-netwerks kriminali.", "Test sħiħ tad-djalogu bejn l-AKP u l-UE dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp: Traffikar tal-bnedmin u faċilitazzjoni tad-dħul illegali tal-migranti", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "29 ta' Mejju 2015", "title": "Djalogu AKP-UE dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp: Traffikar ta' bnedmin u faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/29/joint-press-statement-eu-japan-summit/", "text": ["Is-Sur Shinzo Abe, Prim Ministru tal-Ġappun, is-Sur Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, u s-Sur Jean-Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea, iltaqgħu f'Tokyo fid-29 ta' Mejju 2015 għat-23 Summit bejn il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea u ħarġu d-dikjarazzjoni konġunta li ġejja.", "Stqarrija konġunta għall-istampa wara t-23 Summit bejn il-Ġappun u l-UE, Tokyo, 29 ta' Mejju 2015", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "29 ta' Mejju 2015", "title": "Stqarrija konġunta għall-istampa wara t-23 Summit bejn il-Ġappun u l-UE, Tokyo, 29 ta' Mejju 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/29/tusk-weekly-schedule/", "text": ["It-Tlieta 2 ta' Ġunju 2015", "13.00 Laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker (Berlaymont)", "L-Erbgħa 3 ta' Ġunju 2015", "14.00 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Bhutan Tshering Tobgay (opportunità għal ritratti)", "Il-Ġimgħa 5 ta' Ġunju 2015", "13.00 Ikla ta' ħidma dwar ir-rapport dwar l-UEM (Berlaymont)", "Il-Ħadd 7 u t-Tnejn 8 ta' Ġunju 2015", "Schloss Elmau (Ġermanja)", "Summit tal-G7, il-Ġermanja, 7-8 ta' Ġunju 2015"], "date": "29 ta' Mejju 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/01/provisional-agreement-animal-health-measures/", "text": ["Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu qbil proviżorju dwar il-kwistjonijiet pendenti rigward il-proposta għal regolament dwar il-liġi dwar is-saħħa tal-annimali f'laqgħa informali tat-trilogu fl-1 ta' Ġunju.", "Ir-regolament huwa mistenni li jiġi adottat formalment qabel tmiem l-2015, wara li jitlestew l-aħħar proċeduri inkluż ir-reviżjoni tat-test mill-ġuristi-lingwisti.", "Ser isir applikabbli 5 snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ.", "Kontroll u prevenzjoni tal-mard tal-annimali", "Il-liġi dwar is-saħħa tal-annimali għandha l-għan li tiżgura", "standards għoljin tas-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika fl-UE", "qafas legali globali uniku", "bi prinċipji armonizzati fis-settur kollu, li bħalissa huwa regolat minn serje ta' regolamenti u direttivi marbuta u interkonnessi.", "L-enfasi tal-liġi dwar is-saħħa tal-annimali hi fuq il-", "kontroll u l-prevenzjoni tal-mard trażmissibbli tal-annimali", ", li l-effett tiegħu jista' jkun devastanti għal annimali individwali, popolazzjonijiet tal-annimali, indokraturi tal-annimali u l-ekonomija.", "Hija għandha l-għan li tnaqqas l-effetti avversi ta' dan il-mard trażmissibbli tal-annimali u tillimita l-effetti negattivi potenzjali tal-miżuri meħuda għall-prevenzjoni u l-kontroll tiegħu.", "Tpoġġi enfasi kbira fuq il-prevenzjoni tal-mard tal-annimali u tagħti importanza speċjali lill-miżuri dwar il-bijosigurtà bħala għodda ewlenija għall-prevenzjoni.", "Lista ta' mard tal-annimali", "Il-mard li ser ikun soġġett għal regoli speċifiċi ta' prevenzjoni u kontroll tal-mard huwa elenkat fl-Anness għar-Regolament.", "Il-lista inizjali tinkludi dak il-mard li attwalment jikkwalifika għall-finanzjament mill-UE (ir-Regolament 652/2014).", "Il-lista ser tiġi rieżaminata u riveduta mill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-applikazzjoni tal-liġi dwar is-saħħa tal-annimali, sabiex jiġi żgurat li dak il-mard kollu - u dak il-mard biss - li jissodisfa l-kriterji armonizzati stretti stabbiliti fil-liġi dwar is-saħħa tal-annimali jkun fuq dik il-lista.", "Ir-regoli tal-liġi dwar is-saħħa tal-annimali għandhom jieħdu kont, fost elementi oħra, tar-", "relazzjoni tas-saħħa tal-annimali mas-saħħa pubblika", ", mas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, mar-reżistenza għall-antimikrobiċi u mal-benessri tal-annimali, inkluż l-evitar ta' kwalunkwe uġigħ, dwejjaq jew tbatija evitabbli.", "Madankollu, huma ma jissostitwixxux, ma jiddupplikawx u ma jikkoinċidux mal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE dwar il-benessri tal-annimali.", "Il-liġi dwar is-saħħa tal-annimali ser tkun ikkomplimentata minn sett ta'", "regoli aktar dettaljati li għandhom jiġu adottati fi stadju aktar tard", "mill-Kummissjoni f'konformità mas-setgħat definiti mill-koleġiżlaturi.", "Il-proposta għal regolament dwar il-liġi dwar is-saħħa tal-annimali nħarġet oriġinarjament bħala parti minn pakkett ta' rieżamijiet relatati mas-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-kontrolli uffiċjali ta' pjanti, annimali, ikel u għalf.", "Ir-Regolament il-ġdid jistabbilixxi qafas legali ċar u uniku sabiex tiġi żgurata prevenzjoni u kontroll aħjar tal-mard tal-annimali trażmissibbli bejn l-annimali u mill-annimali għall-bnedmin.", "Huwa jieħu kont tal-isfidi ġodda bħall-mard li sa ftit ilu ma kienx magħruf, iż-żieda fil-volumi tal-kummerċ u l-iżviluppi teknoloġiċi", "\", qal Jānis Dūklavs, il-President tal-Kunsill u l-Ministru Latvjan għall-Agrikoltura.", "Regolament (UE) 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti", "Saħħa tal-annimali"], "date": "1 ta' Ġunju 2015", "title": "L-istituzzjonijiet tal-UE jaqblu proviżorjament dwar miżuri għas-saħħa tal-annimali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/04/conseil-association-algerie-communique/", "text": ["Id-disa' Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE - Alġerija sar dalgħodu fi Brussell.", "Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kien ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, is-Sinjura Mogherini.", "L-Alġerija kien rappreżentata mill-Ministri tal-Istat, u l-Ministru għall-affarijiet barranin u l-kooperazzjoni internazzjonali, l-E.T. Ramtane Lamamra.", "Din il-laqgħa l-ġdida tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ppermettiet liż-żewġ partijiet iġeddu l-ħsieb tagħhom li jikkonsolidaw ir-relazzjoni bilaterali, mhux biss permezz tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni iżda permezz ta' djalogu politiku ambizzjuż.", "F'dan ir-rigward, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kien opportunità biex ikun hemm riflessjoni dwar l-isfidi komuni.", "Iż-żewġ naħat analizzaw l-aħħar żviluppi fil-Libja, il-kriżi fil-Mali u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.", "Huma ttrattaw ukoll il-fenomenu tal-migrazzjoni u l-kooperazzjoni fl-enerġija, li din is-sena ġiet enfasizzata bl-ewwel Djalogu ta' Livell Għoli dwar l-Enerġija.", "L-istat attwali tal-integrazzjoni Magrebina kienet ukoll suġġett ta' diskussjoni.", "L-UE u l-Alġerija qiesu l-fehmiet komuni tagħhom dwar l-analiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tennew ir-rieda tagħhom li jikkonkludu n-negozjati dwar il-Pjan ta' Azzjoni fl-2015.", "F'dan il-qafas iż-żewġ partijiet esprimew l-interess tagħhom fir-riformi politiċi, istituzzjonali u soċjoekonomiċi fl-Alġerija bil-għan li tissaħħaħ id-demokrazija u l-governanza tajba, permezz ta' djalogu inklużiv mal-atturi kollha tas-soċjetà ċivili.", "F'dan ir-rigward, iż-żewġ partijiet analizzaw il-prijoritajiet tal-kooperazzjoni bilaterali, fosthom id-diversifikazzjoni tal-ekonomija u tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja pubblika.", "Il-partijiet ittrattaw ukoll il-protezzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.", "L-UE tfaħħar l-aħħar riformi adottati rigward il-promozzjoni tal-mara.", "Rigward id-dritt ta' assoċjazzjoni, ta' għaqda u ta' assemblea, l-UE ħeġġet lill-Alġerija ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex tkompli toqrob lejn l-istandards internazzjonali fil-qasam.", "Fir-rigward tal-kooperazzjoni teknika, iż-żewġ partijiet iffirmaw Protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-Alġerija fil-programmi Ewro-Mediterranji.", "L-Alġerija b'hekk tkun tista' tieħu sehem f'għoxrin programm tal-UE bħal COSME (SMEs), Orizzont 2020 (riċerka) jew Ewropa Kreattiva (kultura u media)."], "date": "4 ta' Ġunju 2015", "title": "Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE - Alġerija"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/05/ukraine-state-funds/", "text": ["Fil-kuntest tas-sanzjonijiet tal-UE relatati mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-istat Ukren, fil-5 ta' Ġunju l-Kunsill iddeċieda li jestendi l-iffriżar tal-assi għal tlieta mill-erba' persuni koperti minn miżuri li japplikaw sas-6 ta' Ġunju 2015.", "Il-miżuri huma estiżi b'9 xhur għal tnejn mill-persuni kkonċernati u b'4 xhur għat-tielet waħda.", "Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl ta' proċedimenti ġudizzjarji li għaddejjin fl-Ukrajna fir-rigward ta' dawn il-persuni.", "Il-miżuri restrittivi tal-UE b'enfasi fuq l-iffriżar u l-irkupru ta' assi miżapproprjati issa japplikaw għal total ta' 17-il persuna.", "L-atti legali huma disponibbli fil-Ġurnal Uffiċjali tas-6 ta' Ġunju 2015.", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ukrajna,29 ta' Jannar 2015", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet UE-Ukrajna (SEAE)", "Skeda informattiva tal-UE - miżuri restrittivi, 29 ta' April 2014"], "date": "5 ta' Ġunju 2015", "title": "Fondi miżapproprjati tal-istat Ukren: Il-Kunsill jestendi l-iffriżar tal-assi"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/05/tusk-weekly-schedule/", "text": ["Il-Ħadd 7 ta' Ġunju 2015", "Summit tal-G7 - Schloss Elmau (il-Ġermanja)", "11:00 Informazzjoni għall-istampa mill-President Donald Tusk u l-President Jean-Claude Juncker", "13:00 Merħba uffiċjali mill-Kanċillier Angela Merkel", "13:30 Ritratt tal-grupp", "14:00 L-ewwel sessjoni ta' ħidma", "15:00 It-tieni sessjoni ta' ħidma", "17:30 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Kanada Stephen Harper", "19:15 Riċeviment uffiċjali", "20:30 Pranzu ta' ħidma", "It-Tnejn 8 ta' Ġunju 2015", "Summit tal-G7 - Schloss Elmau (il-Ġermanja)", "09:00 It-tielet sessjoni ta' ħidma", "10:45 Ir-raba' sessjoni ta' ħidma ma' mistednin assoċjati", "12:20 Ritratt tal-grupp ma' mistednin assoċjati", "12:45 Ikla ta' ħidma ma' mistednin assoċjati", "It-Tlieta 9 ta' Ġunju 2015", "19:30 Pranzu mal-President tal-Ekwador/President fil-kariga tas-CELAC Rafael Correa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ricardo Patiño, il-Ministru għall-Kummerċ Barrani Diego Aulestia u r-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini qabel is-summit UE-CELAC", "L-Erbgħa 10 ta' Ġunju 2015", "09:15 Laqgħat bilaterali", "14:00 Merħba uffiċjali", "14:30 Ċeremonja tal-ftuħ", "15:30 L-ewwel sessjoni ta' ħidma", "17:00 It-tieni sessjoni ta' ħidma", "18:30 Ritratt tal-grupp", "19:00 Pranzu soċjali", "Il-Ħamis 11 ta' Ġunju 2015", "09:00 Laqgħat bilaterali", "10:00 Sessjoni ristretta", "12:15 Ċeremonja tal-għeluq", "13:00 Konferenza stampa mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-President pro-tempore tas-CELAC", "16:00 Laqgħa ta' livell għoli UE-SICA", "17:30 Laqgħa ta' livell għoli UE-CARIFORUM", "Il-Ġimgħa 12 ta' Ġunju 2015", "09:30 Laqgħa tal-mexxejja", "10:00 Sessjoni plenarja segwita minn konferenza stampa", "14:00 Laqgħa mal-President interim tal-Burkina Faso Michel Kafando (opportunità għal ritratt)", "Summit tal-G7, il-Ġermanja, 7-8 ta' Ġunju 2015", "Summit bejn l-UE u l-Messiku, Brussell, 12 ta' Ġunju 2015"], "date": "5 ta' Ġunju 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/08/media-advisory-eu-mexico/", "text": ["L-informazzjoni kollha dwar l-akkreditazzjoni tal-media u l-aċċess għas-summit bejn l-UE u l-Messiku fit-12 ta' Ġunju 2015.", "Avviż għall-media, summit UE-Messiku", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "8 ta' Ġunju 2015", "title": "Avviż għall-media Summit bejn l-UE u l-Messiku 12 ta' Ġunju 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/08/yemen-un-sanctions/", "text": ["L-UE imponiet embargo fuq l-armi u mmirat aktar is-sanzjonijiet kontra mexxej tal-Houthis u iben l-ex President Saleh.", "Din id-deċiżjoni tirrifletti r-", "Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2216 (2015)", "tal-14 ta' April 2015 u timplimentaha għall-UE.", "Żewġ", "individwi mill-Jemen", "oħra ġew soġġetti għal projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi minħabba l-azzjonijiet tagħhom kontra l-paċi u l-istabbiltà tal-Jemen.", "Dawn huma Abdulmalik Al-Houthi, il-mexxej tal-Houthis, u Ahmed Ali Abdullah Saleh, iben l-ex President, li kellu rwol ewlieni fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-moviment Houthi alleat mal-unitajiet tal-armata regolari leali għall-ex President Saleh.", "Iż-żewġ membri l-oħra tal-moviment Houthi kif ukoll l-ex President Ali Abdullah Saleh kellhom l-istess restrizzjonijiet minn Diċembru 2014.", "Barra minn hekk, il-Kunsill stabbilixxa l-", "embargo fuq l-armi", "tan-NU kontra l-persuni u l-entitajiet soġġetti għal dawn ir-restrizzjonijiet.", "Il-projbizzjoni tkopri wkoll l-għoti ta' assistenza teknika u finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari.", "L-UE kkundannat l-azzjonijiet unilaterali destabilizzanti li għamlu l-Houthis u l-forzi leali għall-ex President Saleh u ħeġġet lill-forzi tagħhom biex iwaqqfu immedjatament l-użu tal-vjolenza.", "L-UE tqis li kunsens politiku wiesa' li jinkiseb permezz ta' negozjati inklużivi biss jista' joffri soluzzjoni sostenibbli, jerġa' jwassal għall-paċi, u jħares l-unità, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen.", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Jemen, 20 ta' April 2015", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "8 ta' Ġunju 2015", "title": "Jemen: L-UE timplimenta s-sanzjonijiet tan-NU kontra l-mexxej tal-Houthis u iben l-ex President Saleh"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/17/international-day-against-homophobia-transphobia/", "text": ["F'dan il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, it-Transfobija u l-Bifobija, l-UE hija solidali mal-persuni LGBTI madwar id-dinja kollha fil-ġlieda biex tintemm id-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru.", "Il-bnedmin kollha huma ugwali fid-dinjità u kollha huma intitolati li jgawdu d-drittijiet tagħhom kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.", "Tul dawn l-aħħar snin f'xi partijiet tad-dinja l-persuni LGBTI għamlu progress sostanzjali lejn il-kisba ta' drittijiet indaqs.", "Madankollu, f'ħafna postijiet għadhom iġarrbu diskriminazzjoni u vjolenza minħabba l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru tagħhom.", "F'diversi pajjiżi, ir-relazzjonijiet sesswali bejn adulti kunsenswali tal-istess sess għadhom kriminalizzati u jwasslu għal sentenzi ta' priġunerija jew saħansitra l-piena tal-mewt.", "Aħna ser inkomplu nippromwovu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem għall-individwi kollha, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, f'konformità mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet ta' persuni LGBTI.", "Permezz ta' djalogi ma' pajjiżi terzi, il-ħidma tagħna f'fora multilaterali, dikjarazzjonijiet pubbliċi, u bl-appoġġ tagħna lis-soċjetà ċivili, l-UE ser tkompli tippromwovi miżuri li jiġġieldu d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra persuni LGBTI, u tippromwovi attivament id-drittijiet tagħhom.", "Il-Pajjiżi Kandidati l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidati potenzjal l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Dikjarazzjoni.", "* - L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni."], "date": "17 ta' Mejju 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, f'isem l-Unjoni Ewropea, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, t-Transfobija u l-Bifobija, 17 ta' Mejju 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/18/eu-turkey-association-council/", "text": ["Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija kellu t-53 laqgħa tiegħu nhar it-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015, fi Brussell.", "Din il-laqgħa tmexxiet mis-Sur Mevlüt Çavuşoğlu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija.", "Huwa kien akkumpanjat mis-Sur Volkan Bozkir, il-Ministru għall-Affarijiet tal-UE u n-Negozjatur Ewlieni.", "Is-Sur Edgars Rinkēvičs, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Latvja, mexxa d-delegazzjoni tal-UE (f'isem ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini).", "Is-Sur Johannes Hahn, il-Kummissarju responsabbli għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, irrappreżenta lill-Kummissjoni Ewropea.", "Il-laqgħa pprovdiet opportunità f'waqtha biex jiġu eżaminati r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u jinqasmu l-fehmiet dwar firxa ta' kwistjonijiet.", "Affermat mill-ġdid l-importanza li l-UE tagħti lir-relazzjonijiet tagħha mat-Turkija, bħala pajjiż kandidat u sieħeb ewlieni għall-UE.", "L-UE faħħret l-isforzi konsiderevoli li saru mit-Turkija meta ospitat madwar żewġ miljun refuġjat li kienu qed jaħarbu mill-vjolenza fis-Sirja u l-Iraq.", "F'dan il-kuntest, l-UE ssottolinjat li l-iżviluppi serji ħafna fir-reġjun, b'mod partikolari fis-Sirja u l-Iraq, jagħmluha kruċjali li d-djalogu u l-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta' politika barranija jiżdiedu.", "L-UE pproponiet li tiżviluppa kooperazzjoni aktar mill-qrib kontra l-ISIL/id-Da'esh u n-netwerks ta' finanzjament tagħha u biex twaqqaf il-fluss ta' ġellieda barranin.", "Id-djalogu attiv kontra t-terroriżmu bejn l-UE u t-Turkija ntlaqa' tajjeb flimkien mal-iskambju tal-aħjar prattika dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ għat-terroriżmu.", "L-UE kkonfermat ukoll l-intenzjoni tagħha li ssaħħaħ il-kooperazzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u ssottolinjat l-importanza li tiġi żviluppata kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "Hija u tirreferi għall-kwistjoni prinċipali tal-migrazzjoni illegali, l-UE tenniet l-impenn tagħha biex issaħħaħ il-kooperazzjoni mat-Turkija fuq il-prevenzjoni ta' flussi ta' migrazzjoni illegali, kif espress ukoll mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta' April 2015.", "L-UE esprimiet ukoll tħassib dwar iż-żieda sinifikanti fil-qsim irregolari fil-fruntieri tal-baħar ma' Stati Membri tal-UE li huma ġirien.", "L-UE rrikonoxxiet li l-kooperazzjoni fuq il-fruntieri bejn naħa u oħra tal-fruntieri tal-art mal-Greċja u l-Bulgarija kienet tjiebet u esprimiet l-apprezzament tad-djalogu żviluppat bejn l-awtoritajiet Torok u l-awtoritajiet tal-Greċja u l-Italja fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari fuq il-baħar.", "L-UE ħeġġet lit-Turkija biex tiżviluppa djalogu bħal dan f'kooperazzjoni sħiħa bil-ħsieb li tevita flussi migratorji illegali fil-Baħar Eġew u l-Mediterran u biex tiġġieled kontra l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' persuni u t-traffikar tal-bnedmin.", "L-UE tenniet ukoll li hi tistenna li t-Turkija timplimenta b'mod effettiv u sħiħ il-ftehim ta' riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija.", "F'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet tal-UE mat-Turkija, l-UE laqgħet l-impenn imġedded tal-gvern Tork għall-adeżjoni mal-UE.", "L-UE ssottolinjat li permezz ta' negozjati attivi u kredibbli dwar l-adeżjoni li jħarsu l-impenji u l-kundizzjonalità stabbilita tal-UE, flimkien mad-dimensjonijiet l-oħra kollha tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija jkunu jistgħu jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom.", "F'dan ir-rigward, l-UE esprimiet il-pożizzjoni ċara tagħha fir-rigward tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.", "Implimentazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja lejn l-Istati Membri kollha tal-UE hija obbligu u bħala tali għandha tiġi onorata.", "Din l-implimentazzjoni tista' tagħti spinta sinifikanti lill-proċess ta' negozjar.", "Kif enfasizzat mill-Qafas ta' Negozjar, l-UE esprimiet ukoll li hi tistenna li t-Turkija tappoġġa b'mod attiv in-negozjati li għandhom l-għan li tinstab soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli tal-problema ta' Ċipru fi ħdan il-qafas tan-NU, skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u f'konformità mal-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni.", "L-impenn u l-kontribut tat-Turkija f'termini konkreti għal soluzzjoni komprensiva bħal din huma kruċjali.", "Fiċ-ċirkostanzi attwali, l-UE tqis li hu importanti aktar minn qatt qabel li tiġi żgurata klima pożittiva bil-ħsieb li jissoktaw in-negozjati għal soluzzjoni komprensiva għal Ċipru.", "L-issoktar tat-taħditiet dwar soluzzjoni fil-15 ta' Mejju 2015 intlaqa' mill-UE.", "Kif stqarr fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew esprima li jinsab lest li jagħmel il-parti tiegħu fl-appoġġ tan-negozjati.", "Rigward is-sitwazzjoni domestika fit-Turkija, l-UE estendiet l-aktar appoġġ politiku qawwi tagħha għall-isforzi mġedda għal soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni Kurda u inkoraġġiet aktar involviment mill-partijiet kollha biex il-proċess jimxi 'l quddiem.", "F'dak li għandu x'jaqsam mar-riformi li għaddejjin, l-UE laqgħet l-implimentazzjoni kontinwa ta' riformi adottati fis-snin ta' qabel, u b'mod partikolari miżuri mħabbra fil-pakkett ta' demokratizzazzjoni ta' Settembru 2013.", "Madankollu, l-UE esprimiet tħassib dwar indħil bla bżonn mill-eżekuttiv fil-ġudikatura, bidliet frekwenti għal-leġislazzjoni ewlenija mingħajr il-konsultazzjoni meħtieġa tal-partijiet ikkonċernati, u restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-informazzjoni.", "Ir-riformi għandhom jipprevedu kontrolli u bbilanċjar xierqa li jiggarantixxu b'mod sħiħ il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, fosthom id-drittijiet ta' persuni minn minoranzi.", "Ir-riformi, inklużi dawk dwar kostituzzjoni ġdida, għandhom jitħejjew skont l-istandards Ewropej, sabiex jissodisfaw kompletament il-kriterji ta' Kopenħagen.", "F'dak li għandu x'jaqsam mal-kooperazzjoni ekonomika, l-UE fakkret fir-rabtiet ekonomiċi b'saħħithom bejn it-Turkija u l-UE u l-ħtieġa li jiġi żviluppat djalogu ekonomiku ta' livell għoli.", "Maż-żmien, il-progress skont Kapitolu 17 - politika ekonomika u monetarja - għandu jappoġġa aktar dan id-djalogu u jinkoraġġixxi l-allinjament mal-acquis.", "Fl-aħħar nett, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni analizza l-istat tar-relazzjonijiet skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Unjoni Doganali.", "F'dan il-kuntest, l-UE tenniet l-impenn tagħha li tinvolvi ruħha b'mod kostruttiv mat-Turkija biex timmassimizza l-potenzjal tal-Unjoni Doganali u biex issolvi tilwim pendenti."], "date": "18 ta' Mejju 2015", "title": "Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/18/seventh-stabilisation-association-council-eu-albania/", "text": ["Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (Kunsill SA) bejn l-Albanija u l-Unjoni Ewropea kellu s-seba' laqgħa tiegħu fit-18 ta' Mejju 2015.", "Il-laqgħa kienet ippreseduta mis-Sur Edgars Rinkēvičs, Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Latvja, f'isem ir-Rappreżentant Għoli / Viċi President Federica Mogherini.", "Il-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, is-Sur Johannes Hahn, irrappreżenta lill-Kummissjoni Ewropea.", "Id-delegazzjoni Albaniża tmexxiet mis-Sur Ditmir Bushati, Ministru għall-Affarijiet Barranin.", "Peress li dan kien l-ewwel Kunsill SA wara d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta' Ġunju 2014 biex l-Albanija tingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat tal-UE, il-Kunsill SA laqa' dan il-pass importanti ħafna fil-proċess tal-integrazzjoni tal-Albanija fl-UE.", "Dan jinvolvi tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Albanija.", "Il-Kunsill SA nnota li r-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni tal-2014 dwar l-Albanija kkonkluda li l-pajjiż għamel aktar progress biex jissodisfa l-kriterji politiċi għas-sħubija, peress li l-pajjiż adotta miżuri ewlenin ta' riforma ġudizzjarja u tal-amministrazzjoni pubblika u ħa passi ulterjuri fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, kif ukoll dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.", "Il-Kunsill SA ħa nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2014, li rrikonoxxew l-impenn tal-Albanija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, b'attivitajiet intensifikati ta' infurzar tal-liġi li rriżultaw b'mod partikolari f'ammont ikbar ta' konfiski ta' drogi, kif ukoll f'avvanz fir-riforma ġudizzjarja.", "Il-Kunsill SA tenna li l-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni ser jiġi kkunsidrat mill-Kunsill Ewropew, f'konformità mal-prattika stabbilita, ladarba l-Kummissjoni tkun ivvalutat li l-Albanija kisbet il-livell meħtieġ ta' konformità mal-kriterji tas-sħubija.", "L-Albanija esprimiet it-tama li d-deċiżjoni li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni ser issir permezz ta' proċess kredibbli u prevedibbli, abbażi tal-progress tal-pajjiż fl-issodisfar tal-ħames prijoritajiet ewlenin.", "L-UE nnotat li għad fadal xi sfidi.", "Hija ssottolinjat li l-Albanija għandha bżonn tintensifika l-isforzi tagħha għar-riformi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħames prijoritajiet ewlenin, speċjalment fl-oqsma tal-istat tad-dritt.", "Barra minn hekk, l-UE ħeġġet lill-Albanija biex tikkonsolida l-kisbiet tar-riformi li diġà twettqu u biex tiggarantixxi implimentazzjoni sostnuta.", "Il-Kunsill SA fakkar li l-UE tibqa' impenjata għalkollox favur l-integrazzjoni tal-Albanija fl-UE u ser tibqa' tappoġġa lill-pajjiż f'dan il-proċess.", "L-UE laqgħet l-impenn tal-awtoritajiet Albaniżi biex isegwu l-aġenda ta' riforma domestika, kif ikkonfermat fil-qafas tal-laqgħat ta' Djalogu ta' Livell Għoli.", "Il-Kunsill SA nnota li d-djalogu politiku kostruttiv u inklużiv fil-parlament bejn il-maġġoranza fil-gvern u l-oppożizzjoni hija essenzjali għas-sostenibbiltà tar-riformi relatati mal-integrazzjoni Ewropea.", "F'dan il-kuntest, l-UE laqgħet il-ftehim politiku li ntlaħaq fl-24 ta' Diċembru 2014 bejn il-partiti u stiednet lill-partijiet ikkonċernati Albaniżi kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni responsabbli tiegħu.", "Il-Kunsill SA laqa' wkoll l-istabbiliment tal-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea, ippresedut mill-oppożizzjoni, bħala strument importanti għal dan l-approċċ globali għal riformi relatati mal-UE.", "Madankollu, l-UE nnotat bi tħassib tensjonijiet politiċi persistenti fost l-atturi politiċi.", "L-UE ssottolinjat l-importanza li jiġi żgurat li l-elezzjonijiet lokali li ġejjin isiru f'konformità mal-istandards rilevanti.", "Jeħtieġ li l-korpi amministrattivi elettorali jwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tal-qafas leġislattiv rilevanti.", "L-UE fakkret li dawn l-elezzjonijiet jipprovdu opportunità oħra sabiex l-Albanija turi impenn lejn l-implimentazzjoni tal-qbil politiku ta' Diċembru fir-rigward tal-indirizzar tal-kwistjoni ta' persuni b'rekords kriminali f'kariga pubblika.", "Il-Kunsill SA nnota li r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tibqa' prijorità ewlenija għall-Albanija u hija wkoll wieħed mill-pilastri fundamentali tal-proċess ta' tkabbir tal-UE.", "L-abbiltà li tilqa' l-isfidi tal-", "tal-UE tiddependi ħafna minn amministrazzjoni pubblika depolitiċizzata u effiċjenti.", "L-UE laqgħet il-passi meħuda mill-Albanija s'issa biex timplimenta l-Liġi l-ġdida tas-Servizz Ċivili, iżda wissiet kontra kwalunkwe emenda għal din il-liġi li tista' ddgħajjef il-perspettiva fit-tul u l-impenn tal-Albanija biex tiżviluppa servizz ċivili professjonali, ibbażat fuq il-mertu u depolitiċizzat.", "L-UE laqgħet ukoll l-adozzjoni reċenti tal-Istrateġija għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika għall-2015-2020 u l-Kodiċi l-ġdid tal-Proċeduri Amministrattivi, u appellat biex dawn jiġu implimentati.", "Il-Kunsill SA nnota li r-riforma tas-sistema ġudizzjarja tibqa' sfida ewlenija.", "L-indipendenza, l-imparzjalità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-kontabbiltà tas-sistema ġudizzjarja huma elementi ċentrali fil-valutazzjoni tal-kriterji politiċi għall-adeżjoni fl-UE, u huma kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza tal-istat tad-dritt u għal progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.", "L-UE ssottolinjat l-importanza ta' proċess ta' riforma ġudizzjarja komprensiv u inklużiv u ħeġġet lill-Albanija biex tkompli bl-involviment tagħha mas-soċjetà ċivili u mal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt - il-Kummissjoni ta' Venezja - tal-Kunsill tal-Ewropa.", "Il-Kunsill SA nnota li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tibqa' prijorità ewlenija għall-Albanija.", "L-UE laqgħet l-impenn tal-Albanija li ssaħħaħ l-isforzi għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-ġlieda kontriha.", "Il-qafas leġislattiv u l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika ġew imsaħħa, inkluż permezz tal-adozzjoni tal-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni kontra l-korruzzjoni.", "L-UE ssottolinjat l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta' azzjoni kif ukoll tal-monitoraġġ tiegħu.", "L-UE rrikonoxxiet it-tnedija ta' portal web online fejn iċ-ċittadini jistgħu jressqu ilmenti u jiddenunzjaw każijiet ta' korruzzjoni, u enfasizzat l-importanza li l-każijiet jiġu ttrattati u segwiti b'mod xieraq.", "L-istabbiliment ta' rekord sod ta' investigazzjonijiet proattivi, prosekuzzjonijiet u kundanni f'każijiet ta' korruzzjoni fil-livelli kollha jibqa' sforz ewlieni.", "Il-Kunsill SA nnota li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata tibqa' prijorità ewlenija għall-Albanija.", "Huwa nnota xi xejriet pożittivi f'għadd ta' oqsma b'intensifikazzjoni tal-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi, u appella sabiex dawn l-isforzi jiżdiedu biex jinbena rekord sod u kredibbli fit-tkissir tan-netwerks ta' kriminalità organizzata u fil-ġlieda kontra kull forma ta' attività kriminali fil-livelli kollha.", "Il-qafas legali fis-seħħ jeħtieġ jiġi implimentat b'mod sħiħ, u x-xkiel għal investigazzjonijiet effettivi għandu jitneħħa, inkluż bl-adozzjoni ta' emendi għall-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali.", "L-UE tenniet l-impenn tagħha fir-rigward tas-sistema ta' vjaġġar fuq perjodu qasir mingħajr viża għall-Albanija u nnotat l-isforzi tal-awtoritajiet Albaniżi biex tiġi żgurata l-osservazzjoni tal-kondizzjonijiet marbuta mal-liberalizzazzjoni tal-viża.", "Madankollu l-UE nnotat li applikazzjonijiet għall-ażil li huma manifestament bla bażi baqgħu jiġu ppreżentati minn għadd dejjem jikber ta' ċittadini Albaniżi lill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati ta' Schengen.", "L-UE tistieden lill-awtoritajiet Albaniżi biex jimplimentaw kemm miżuri fuq perjodu qasir kif ukoll dawk fit-tul immirati biex jiġġieldu kontra dan il-fenomenu negattiv, inkluż billi jsegwu l-aħħar sett ta' rakkomandazzjonijiet maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ Wara l-Liberalizzazzjoni tal-Viża.", "L-UE nnotat li l-Albanija għamlet sforzi biex issaħħaħ il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari permezz tat-titjib tal-qafas leġislattiv, u enfasizzat il-ħtieġa ta' implimentazzjoni effettiva.", "L-UE appellat għal aktar sforzi, b'mod partikolari billi tkompli ssaħħaħ il-protezzjoni ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi.", "F'dan il-qasam speċifiku ta' politika, l-adozzjoni ta' qafas leġislattiv komprensiv, f'konformità mal-istandards rilevanti Ewropej u internazzjonali, tibqa' objettiv importanti li għad irid jintlaħaq.", "L-UE laqgħet il-fatt li l-Albanija għamlet xi ftit aktar progress fi triqtha biex issir ekonomija tas-suq li tiffunzjona.", "L-UE tinnota li l-ekonomija tal-Albanija kompliet tikber u li l-Albanija żammet l-istabbiltà makroekonomika; madankollu, il-pajjiż xorta għadu qed jiffaċċja sfidi sinifikanti.", "F'konformità mal-Konklużjonijiet Konġunti tad-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija, l-Albanija hija mistiedna tagħmel aktar sforzi biex il-finanzi pubbliċi jitpoġġew fuq bażi sostenibbli, filwaqt li tippreżerva spazju fiskali għal investmenti pubbliċi li jsaħħu t-tkabbir u li huma meħtieġa b'mod urġenti.", "Fil-qasam tal-kooperazzjoni finanzjarja, l-UE nnotat rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-proġetti ta' assistenza.", "Sar progress ġenerali biex jingħelbu diversi diffikultajiet pendenti.", "Madankollu, f'xi każijiet, għadhom jippersistu problemi marbuta mal-allokazzjoni f'waqtha ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti mill-baġit tal-istat Albaniż għal spejjeż operattivi u ta' manutenzjoni.", "L-UE laqgħet l-impenn sħiħ tal-awtoritajiet Albaniżi fit-tħejjija tal-IPA II, b'mod partikolari l-kooperazzjoni tajba fil-konsultazzjonijiet għall-finalizzazzjoni tal-approċċ strateġiku tal-perjodu li jmiss u fit-tħejjija tad-dokumenti tal-ippjanar settorjali għall-IPA 2015.", "Il-Kunsill SA laqa' l-parteċipazzjoni attiva kontinwa tal-Albanija f'inizjattivi u strutturi reġjonali fix-Xlokk tal-Ewropa u r-relazzjonijiet tajbin tagħha mal-pajjiżi ġirien u l-attitudni kostruttiva tagħha fuq livell reġjonali.", "F'dan il-kuntest, l-UE faħħret lill-Presidenza Albaniża fil-Kariga għall-ħidma u l-isforzi investiti s'issa fit-tisħiħ ulterjuri tas-SEECP.", "Hija stiednet lill-Albanija tibqa' impenjata għal involviment pożittiv fir-reġjun, inkluż permezz tal-konklużjoni ta' konvenzjonijiet bilaterali, u biex tkompli tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali.", "L-UE tenniet li r-relazzjonijiet tajbin mal-pajjiżi ġirien u l-istabbiltà reġjonali huma elementi essenzjali tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u wissiet kontra kwalunkwe dikjarazzjoni li jkollha implikazzjonijiet għar-relazzjonijiet tajbin mal-pajjiżi ġirien.", "Il-Kunsill SA laqa' l-allinjament sħiħ tal-Albanija mad-dikjarazzjonijiet tal-PESK u mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill."], "date": "18 ta' Mejju 2015", "title": "Is-seba' laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-Albanija u l-UE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/18/council-establishes-naval-operations-disrupt-human-smugglers-mediterannean/", "text": ["Illum (it-18 ta' Mejju) il-Kunsill qabel li jistabbilixxi operazzjoni militari tal-UE - EUNAVFOR Med- biex jisfratta l-mudell kummerċjali ta' dawk li jiffaċilitaw id-dħul klandestin u t-traffikanti ta' persuni fil-Mediterran.", "Din id-deċiżjoni, li hija element wieħed tar-reazzjoni komprensiva tal-UE għall-isfida tal-migrazzjoni, ser tippermetti l-bidu formali tal-ippjanar operazzjonali għall-operazzjoni navali.", "L-EUNAVFOR Med ser titmexxa f'fażijiet sekwenzjali u f'konformità mar-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali.", "L-ippjanar tal-operazzjoni u l-fażi inizjali ta' sorveljanza u valutazzjoni tan-netwerks tal-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin u tat-traffikar tal-bniedem fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali ser jitwettqu mill-iktar fis possibbli.", "It-tieni u t-tielet fażi tal-operazzjoni jagħmlu ħidma biex jitfittxu, jinqabdu u jitkissru l-assi ta' kuntrabandisti, abbażi tad-dritt internazzjonali u fi sħubija mal-awtoritajiet Libjani.", "Il-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni EUNAVFOR Med ser ikunu f'Ruma u l-Kontra Armirall Enrico Credendino (Italja) inħatar Kmandant tal-Operazzjoni.", "L-ispejjeż komuni tal-operazzjoni huma stmati li jilħqu €11.82 miljun għal fażi inizjali ta' xahrejn flimkien ma' mandat inizjali ta' 12-il xahar.", "L-operazzjoni tal-PSDK tal-UE tagħmel parti minn sett ta' miżuri komprensivi maħsuba biex iwieġbu għal bżonn immedjat li jiġu salvati l-ħajjiet, jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' emerġenza iżda wkoll biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari kif intalab mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta' April 2015.", "It-tnedija tal-operazzjoni navali tal-UE ser tkun fuq l-aġenda tal-Kunsill Affarijiet Barranin f'Ġunju.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "18 ta' Mejju 2015", "title": "Il-Kunsill jistabbilixxi operazzjoni navali tal-UE biex tfixkel lil dawk li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta' persuni fil-Mediterran"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/18/conclusions-burundi/", "text": ["1.", "L-UE tikkundanna t-tentattiv ta' kolp ta' stat fil-Burundi kif ukoll kull att ta' vjolenza u ta' xkiel tal-ordni kostituzzjonali, irrispettivament mill-awturi, u tfakkar fil-ħtieġa urġenti espressa mill-Unjoni Afrikana lill-partijiet ikkonċernati Burundjani kollha biex isolvu t-tilwim tagħhom b'mod paċifiku.", "2.", "L-Unjoni Ewropea (UE) tesprimi t-tħassib serju tagħha dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi, ikkaratterizzata, wara dan it-tentattiv, minn fraġilità kbira u mir-riskju li jintensifikaw id-diviżjonijiet fis-soċjetà Burundjana.", "Hija tappella lill-partijiet kollha, il-gvern, is-servizzi tas-sigurtà, il-gruppi politiċi kollha inkluż il-movimenti tagħhom taż-żgħażagħ, biex iżommu lura minn kwalunkwe azzjoni li tista' żżid it-tensjoni fil-Burundi, biex iqisu l-aħjar interess tal-pajjiż u jfittxu soluzzjonijiet li jirrispettaw il-ftehimiet ta' Arusha, pedament li fuqu nbnew il-paċi u d-demokrazija.", "L-UE titlob b'mod partikolari lill-forzi armati u tas-sigurtà tal-Burundi biex jitrażżnu, iżommu n-newtralità tagħhom u jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili.", "Hija tappella wkoll biex il-proċedimenti ġudizzjarji kontra l-awturi allegati tal-kolp ta' stat jirrispettaw id-drittijiet ta' difiża u r-regoli tal-istat tad-dritt.", "3.", "Issa huwa essenzjali li l-awtoritajiet, il-forzi politiċi u s-soċjetà ċivili jimpenjaw ruħhom fi djalogu politiku inklużiv u trasparenti.", "Dan id-djalogu għandu jwassal għal proċess politiku li jirrispetta t-termini stabbiliti fil-kostituzzjoni u l-istituzzjonijiet tiegħu, kif ukoll il-prinċipji fundamentali tal-Ftehim ta' Arusha għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni tal-2000, b'tali mod li tiġi żgurata t-tkomplija tal-proċess elettorali b'mod kunsenswali.", "L-UE tappella għall-ħtieġa ta' verifika ġdida -- matul id-djalogu politiku inklużiv -- tal-kondizzjonijiet meħtieġa biex il-proċess elettorali jkun kredibbli, trasparenti u mhux vjolenti.", "Hija tappella għar-rispett tal-libertajiet fundamentali u sabiex tiġi żgurata, b'mod partikolari, il-libertà ta' opinjoni, ta' espressjoni u tal-istampa kif ukoll ta' dimostrazzjoni paċifika.", "4.", "F'dan ir-rigward, hija taqbel ma' u tappoġġa l-konklużjoni tas-Summit tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC) li m'hemmx il-kondizzjonijiet adatti biex jiġu organizzati elezzjonijiet u li huwa essenzjali li dawn jiġu posposti, sa fejn permess mill-kostituzzjoni.", "L-UE tfakkar li l-appoġġ tagħha għall-proċess elettorali u l-preżenza effettiva tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tagħha huma marbuta mill-qrib ma' dawn il-kondizzjonijiet.", "Kemm il-maġġoranza kif ukoll l-oppożizzjoni għandhom jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom biex jiżguraw ambjent adatt biex isiru l-elezzjonijiet.", "F'dan il-kuntest, l-UE tenfasizza l-importanza tal-Pjan Direzzjonali miftiehem bejn il-gvern u l-atturi politiċi kollha f'Marzu 2013 dwar it-tħejjija ta' elezzjonijiet demokratiċi u ħielsa fil-Burundi.", "5.", "L-UE tesprimi l-appoġġ kollu tagħha għall-isforzi tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), b'mod partikolari l-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, Saïd Djinnit, għall-azzjoni tal-Unjoni Afrikana (UA) immexxija mill-ex Prim Ministru Edem Kodjo, u għall-inizjattivi tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-djalogu bejn il-partijiet u li jiġi żgurat li jerġa' jkun hemm stabbiltà.", "Hija ser issegwi b'interess id-diskussjonijiet tas-Summit li jmiss tal-EAC.", "L-UE tinsab lesta li tikkontribwixxi għal dawn l-isforzi u titlob lill-partijiet kollha kkonċernati fil-Burundi biex jimpenjaw ruħhom b'mod sinċier f'dan id-djalogu, fil-livell adatt u fi spirtu ta' kompromess u rikonċiljazzjoni.", "L-UE tfaħħar partikolarment lill-UA għad-deċiżjoni tagħha li tibgħat, mill-aktar fis possibbli, osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi, sabiex jieħdu kont tal-ksur u jieħdu azzjoni għar-riżoluzzjoni tal-konflitti fil-livell lokali.", "6.", "L-UE tesprimi wkoll it-tħassib tagħha dwar l-ispustament fuq skala kbira ta' persuni kkawżat minn dawn it-tensjonijiet politiċi u t-tħassib tagħha dwar is-sitwazzjoni umanitarja li sejra għall-agħar, speċjalment għal gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal.", "Hija tqis li hemm riskju kbir għal reġjun li diġà ddgħajjef.", "Hija tafferma l-appoġġ tagħha għall-isforzi tal-atturi umanitarji fir-reġjun u lill-pajjiżi ġirien fl-isforzi tagħhom li jospitaw lir-refuġjati li qed jaħarbu mill-insigurtà u l-vjolenza.", "7.", "L-UE tfakkar li s-sħubija tagħha mal-Burundi hija rregolata mill-Ftehim ta' Cotonou.", "Huwa importanti li kull parti tirrispetta t-termini tal-Ftehim u tiżgura li jintlaħqu l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim, b'mod partikolari fil-qasam tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.", "Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ippermettew, għal diversi xhur, li jsir djalogu politiku msaħħaħ mal-awtoritajiet Burundjani.", "Skont l-iżviluppi futuri, l-UE tinsab lesta li tikkunsidra l-adozzjoni ta' miżuri possibbli, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni.", "Hija tesprimi d-determinazzjoni tagħha li tieħu, skont il-każ, u bl-appoġġ tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-miżuri kollha meħtieġa kontra l-atturi Burundjani li l-azzjoni tagħhom twassal għal aktar vjolenza u tfixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika.", "Hija tissottolinja li m'għandux ikun hemm impunità għal dawk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom jinżammu kriminalment responsabbli.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "18 ta' Mejju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Burundi"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/18/eu-uzbekistan-cooperation-council/", "text": ["Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u r-Repubblika tal-Użbekistan kellu t-tnax-il laqgħa tiegħu t-Tnejn, 18 ta' Mejju 2015.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni afferma mill-ġdid l-impenn taż-żewġ partijiet li jaraw ir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom imsaħħa f'għadd ta' oqsma u għamel rendikont tal-progress li sar mill-ħdax-il Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Użbekistan f'Marzu 2014 'l hawn, fost l-oħrajn fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni enfasizza l-intensifikazzjoni tad-djalogu politiku bejn l-UE u r-Repubblika tal-Użbekistan matul l-aħħar snin.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tenna d-dedikazzjoni tiegħu għal implimentazzjoni komprensiva tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali, kemm fuq bażi reġjonali kif ukoll nazzjonali, laqa' l-involviment tal-Użbekistan f'inizjattivi reġjonali tal-UE għall-Asja Ċentrali u ddiskuta l-orjentazzjonijiet possibbli b'rabta ma' din l-analiżi tal-istrateġija UE-Asja Ċentrali. l-UE esprimiet l-istennija tagħha li tara lill-Użbekistan jieħu sehem attiv fid-Djalogu ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Asja Ċentrali dwar is-Sigurtà kif ukoll fil-proġetti ta' kooperazzjoni reġjonali tal-UE dwar id-drogi (CADAP) u l-ġestjoni tal-fruntieri (BOMCA).", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni ddiskuta wkoll għadd ta' kwistjonijiet ta' interess għaż-żewġ partijiet, partikolarment ir-riformi politiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, il-kooperazzjoni fl-enerġija, l-edukazzjoni, il-kooperazzjoni reġjonali fl-Asja Ċentrali u kwistjonijiet internazzjonali.", "L-UE laqgħet ir-rieda tal-Użbekistan li tiddiskuti dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-UE b'mod dejjem aktar miftuħ fid-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.", "Iż-żewġ naħat eżaminaw is-sitwazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Użbekistan, speċjalment f'oqsma ewlenin ta' tħassib għall-UE.", "L-UE laqgħet l-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali bil-għan li jiżgura l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet aċċettati mill-Użbekistan fl-eżerċizzju ta' Eżami Perjodiku Universali tal-2013 u ħeġġet ħafna lill-Użbekistan biex isaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu man-Nazzjonijiet Uniti biex jiżgura li dan il-Pjan jiġi implimentat tajjeb u ssorveljat kif xieraq, f'kooperazzjoni ma' sħab internazzjonali.", "L-UE esprimiet ir-rieda tagħha li tappoġġa lill-Użbekistan f'dan l-eżerċizzju ta' kooperazzjoni internazzjonali.", "L-UE laqgħet il-momentum dejjem akbar fil-kooperazzjoni bejn l-Użbekistan u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b'mod partikolari fuq ix-xogħol tat-tfal, u ħadet nota tas-sejbiet pożittivi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-ħsad tal-qoton tal-2014, li jikkorraboraw il-konklużjonijiet tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' Livell Għoli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-xogħol tat-tfal matul il-ħsad tal-qoton tal-2013 u r-rapport sussegwenti tal-Kumitat ta' Esperti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal-2014.", "L-UE laqgħet l-adozzjoni fl-2014 ta' programm tal-pajjiżi ta' Xogħol Deċenti bejn l-Użbekistan u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol li jkopri, minbarra x-xogħol tat-tfal, kwistjonijiet aktar ġenerali ta' xogħol.", "L-UE appellat lill-Użbekistan biex jinvolvi ruħu aktar mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fuq l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u biex jindirizza l-kwistjonijiet pendenti kollha marbutin max-xogħol, partikolarment aspetti marbutin max-xogħol furzat.", "L-UE laqgħet b'sodisfazzjon id-diskussjonijiet kostruttivi li għaddejjin bejn l-Użbekistan u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar dan.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni enfasizza l-potenzjal kbir tal-komponent ekonomiku u kummerċjali tar-relazzjonjiet bejn l-UE u l-Użbekistan u ddiskuta kif tista' tittejjeb il-klima tan-negozju u l-investiment.", "L-UE tenniet l-appoġġ tagħha għall-pjan tal-Użbekistan li jissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u r-rieda tagħha li tipprovdi għajnuna għal dan l-għan.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni laqa' l-progress li diġà sar lejn il-ħolqien ta' Kunsill tan-Negozju u l-Investiment bil-għan li jippromwovi l-kummerċ u l-investiment bilaterali bejn l-UE u l-Użbekistan, u r-rieda taż-żewġ partijiet li jistabbilixxu dan il-korp il-ġdid bl-inqas dewmien possibbli.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni nnota l-fehmiet konverġenti tal-UE u l-Użbekistan dwar il-prijoritajiet ewlenin tal-kooperazzjoni bilaterali għall-iżvilupp tal-UE li għaddejja mal-Użbekistan, li hija kkonċentrata fuq is-settur tal-iżvilupp rurali.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni enfasizza l-interess reċiproku tal-UE u l-Użbekistan f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-enerġija u ssottolinja l-importanza ta' implimentazzjoni effettiva tal-Memorandum ta' Qbil bilaterali dwar l-enerġija.", "Fil-qasam tal-edukazzjoni, l-UE ssottolinjat l-importanza ta' programmi tal-UE fl-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni teknika u vokazzjonali li jistgħu jrawmu l-iżvilupp soċjoekonomiku u ħeġġet lill-Użbekistan biex igawdi b'mod attiv minn dawn il-programmi.", "F'dan ir-rigward, l-Użbekistan ġie mistieden jattendi l-ewwel konferenza Ministerjali bejn l-UE u l-Asja Ċentrali dwar l-Edukazzjoni f'Riga fil-25 u s-26 ta' Ġunju 2015.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni ddiskuta l-kooperazzjoni reġjonali fl-Asja Ċentrali u kwistjonijiet internazzjonali, fosthom l-Afganistan.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni ssottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fl-Asja Ċentrali bħala mezz effettiv ta' prevenzjoni ta' kunflitti u żvilupp soċjoekonomiku fir-reġjun.", "F'dan il-kuntest, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni ssottolinja wkoll l-importanza li s-sħab tal-Asja Ċentrali jfittxu soluzzjoni sostenibbli għall-kwistjonijiet ta' ġestjoni tal-ilma, sigurtà u enerġija fir-reġjun, li tqis l-interessi tal-pajjiżi kollha u tippreserva l-għaqda fir-reġjun, f'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar l-ilma u l-prinċipji ta' gwida dwar id-Diplomazija tal-UE fil-Qasam tal-Ilma adottati f'Lulju 2013.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni nnota l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Użbekistan biex jippromwovu l-istabbiltà reġjonali u jħabbtu wiċċhom ma' sfidi esterni.", "Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tmexxa mill-Eċċellenza Tiegħu Abdulaziz KAMILOV, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Użbekistan.", "Id-delegazzjoni tal-UE tmexxiet mill-Eċċellenza Tiegħu Edgars Rinkevics, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Latvja f'isem ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fil-kariga tagħha bħala President tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "18 ta' Mejju 2015", "title": "It-tnax-il laqgħa tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/21/statement-tusk-following-call-aliyev/", "text": ["Dalgħodu jiena esprimejt il-kondoljanzi tiegħi lill-President Aliyev u lill-familji u l-ħbieb tal-vittmi tan-nirien fatali fl-appartament f'Baku.", "Qed inħoss għalihom kollha.", "Filwaqt li jiddispjaċini li minħabba dan l-avveniment traġiku l-President Aliyev mhux se jattendi għas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Riga, illum u għada, nifhem il-bżonn tiegħu li jkun fost il-poplu f'dan il-mument diffiċli.", "Matul it-telefonata tagħna ddiskutejna wkoll is-Sħubija tal-Lvant u r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Ażerbajġan u l-Unjoni Ewropea.", "Ikkonfermajna mil-ġdid l-impenn qawwi reċiproku għas-Sħubija u biex inkomplu niżviluppaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ażerbajġan.", "Aħna lqajna l-fatt li n-negozjati dwar ftehim ġdid bejn l-UE u l-Ażerbajġan waslu biex jibdew.", "Fl-aħħar nett, aċċettajt bi pjaċir l-istedina tal-President Aliyev biex inżur l-Ażerbajġan.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "21 ta' Mejju 2015", "title": "Dikjarazzjoni mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk wara t-telefonata tiegħu mal-President Aliyev tal-Ażerbajġan fil-21 ta' Mejju 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/21/remarks-tusk-ahead-eastern-partnership-summit/", "text": ["Jien ġejt Riga bi tliet messaġġi sempliċi u ċari ħafna.", "L-ewwel nett, l-Unjoni Ewropea żammet iebes u baqgħet għaddejja f'din it-triq.", "Minkejja l-intimidazzjoni, l-aggressjoni u saħansitra l-gwerra tas-sena l-oħra, l-Unjoni Ewropea hija impenjata aktar minn qatt qabel għas-sħab tal-Lvant tagħna.", "Il-preżenza rekord ta' 25 minn 28 mexxej tal-UE tagħti prova ta' dan il-punt.", "Illum jien assolutament ċert li s-Sħubija tal-Lvant hija prijorità komuni tagħna - madwar l-Ewropa, mhux biss għall-partijiet tal-Lvant u ċentrali tal-kontinent tagħna kif kien il-każ ħames snin ilu.", "It-tieni nett, l-Unjoni Ewropea trid tagħmel progress fir-relazzjonijiet tagħha mas-sħab kollha tagħna tas-Sħubija tal-Lvant.", "Dan ifisser li nfasslu l-kooperazzjoni tagħna apposta għall-ħtiġijiet, ir-rieda u naturalment l-għażliet sovrani tagħhom.", "Aħna rridu ngħinuhom jgħinu lilhom infushom ibiddlu s-soċjetajiet tagħhom għall-ġid taċ-ċittadini tagħhom, li jfisser ukoll li huma jsiru aktar reżiljenti għal pressjoni minn barra.", "It-tielet nett, l-Unjoni Ewropea hija sieħeb li tista' toqgħod fuqu għal żmien twil.", "Naf sew li aħna lkoll ħerqana għall-bidla, iżda jeħtieġ li neżerċitaw il-paċenzja strateġika tagħna.", "Is-Summit ta' Riga mhux qed isir biex jitħabbru passi ta' ġgant 'il quddiem.", "Le: is-sħubija tagħna ser timxi 'l quddiem pass pass, bħalma nbniet l-Unjoni Ewropea, u f'dan il-kuntest pass pass tfisser li tassew isir progress fil-kummerċ, l-enerġija, il-mobilità u r-riformi li huwa wkoll fl-aħjar interess tas-sħab tagħna u l-Ewropa kollha kemm hi.", "Bħala kumment tal-aħħar ippermettuli nwieġeb lil dawk li jsostnu li s-Sħubija tal-Lvant hija diretta kontra r-Russja.", "Mhijiex.", "Is-Sħubija tal-Lvant mhijiex kompetizzjoni ta' sbuħija bejn ir-Russja u l-Unjoni Ewropea.", "Iżda, biex inkun onest, is-sbuħija tgħodd.", "Kieku r-Russja tkun aktar ġentili, aktar affaxxinanti, aktar attraenti, forsi ma jkollhiex tpatti għan-nuqqasijiet tagħha bit-tattiki ta' bullying distruttivi u aggressivi tagħha kontra l-ġirien tagħha.", "Grazzi.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "21 ta' Mejju 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit dwar is-Sħubija tal-Lvant f'Riga"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/22/final-remarks-tusk-eastern-partnership-summit/", "text": ["Insellmilkom.", "Qabel xejn, ippermettuli nibda billi nesprimi l-gratitudni sinċiera tal-ospitalità, lilek Prim Ministru Laimdota Straujuma u lill-Presidenza Latvjana, għall-ħidma kollha li wettaqtu fit-tħejjija tas-Summit.", "Ninsab kuntent nara dan il-livell għoli ta' parteċipazzjoni minn kulħadd.", "Dan jibgħat messaġġ qawwi ħafna dwar l-impenn tagħna għas-Sħubija tal-Lvant.", "Dan il-messaġġ tal-impenn qawwi, konsistenti u kontinwu tagħna għas-Sħubija tal-Lvant u għal kull pajjiż sieħeb tagħna hu l-messaġġ prinċipali ta' dan is-summit.", "U huwa messaġġ meħtieġ fid-dawl tat-taqlib, l-aggressjoni, l-intimidazzjoni fis-snin li għaddew u saħansitra gwerra f'din il-parti tal-Ewropa.", "Is-Sħubija tal-Lvant hija l-qafas tagħna ta' involviment li joffri assoċjazzjoni politika u kooperazzjoni ekonomika aktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea.", "Huwa bbażat fuq interessi u impenji reċiproċi kif ukoll ir-rieda ħielsa, is-sovranità u l-indipendenza tal-partijiet kollha.", "Illum, aħna lkoll affermajna mill-ġdid l-interess komuni tagħna sabiex inkomplu niżviluppaw relazzjonijiet imsaħħa, eqreb u differenzjati ma' kull wieħed minn sħabna biex ngħinuhom isiru aktar reżiljenti quddiem l-isfidi dejjem akbar għall-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun u biex jagħmlu għażliet sovrani.", "L-istituzzjonijiet imsaħħa u aktar trasparenti, ħielsa mill-korruzzjoni, ser jagħmlu l-imsieħba tagħna aktar b'saħħithom u jgħinuna nżommu s-Sħubija tal-Lvant rilevanti għal kulħadd.", "Dan huwa t-tieni messaġġ ewlieni tas-summit.", "Matul is-summit għamilna rendikont tal-kisbiet li rajna mis-Summit ta' Vilnius sal-lum u stabbilixxejna aġenda pożittiva għall-futur.", "Mis-Summit ta' Vilnius sal-lum, iffirmajna Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni u Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (AA/DCFTAs) mal-Georgia, mal-Moldova u mal-Ukrajna.", "Dan wassal il-kooperazzjoni tagħna għal livell ġdid.", "L-AA/DCFTAs diġà huma applikati b'mod proviżorju, ħlief għall-parti tad-DCFTA għall-Ukrajna li ser jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2016.", "Eżaminajna l-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tal-AA/DCFTA u wrejna l-impenn qawwi tagħna biex insaħħu l-kooperazzjoni tagħna.", "Tennejna l-appoġġ tagħna għal dawk li qed ifittxu relazzjonijiet aktar speċjali.", "Ilħaqna fehim mal-Armenja dwar l-ambitu tar-relazzjoni futura tagħna.", "Għandna wkoll ikunu f'pożizzjoni li nieħdu xi passi 'l quddiem biex insaħħu l-impenn kruċjali tagħna mal-Belarussja.", "U lqajna s-suġġerimenti tal-Ażerbajġan dwar it-tiġdid tal-bażi kontrattwali għar-relazzjonijiet tiegħu mal-UE.", "Ippermettuli nisħaq li s-Sħubija tal-Lvant hija aktar minn sempliċiment it-totalità tar-relazzjonijiet bilaterali tagħna.", "Il-qafas multilaterali tagħna ser ikompli jkun kruċjali biex is-sħubija tagħna tibqa' magħquda.", "Tul dawn l-aħħar sitt snin id-dimensjoni multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant stabbilixxiet netwerk folt ta' kuntatti informali, pereżempju permezz ta' Djalogi Informali dwar is-Sħubija.", "Ħadna s-Sħubija tal-Lvant lil hinn mill-gvernijiet, lejn il-parlamenti, l-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u n-negozji.", "U llum ikkonfermajna l-intenzjoni tagħna li nagħmlu l-koperazzjoni fl-enerġija u fit-trasport bħala l-prijoritajiet distinti għas-snin li ġejjin.", "B'mod ġenerali, aħna qbilna li nżidu l-kooperazzjoni tagħna f'dawk l-oqsma li jwasslu benefiċċji tanġibbli għas-soċjetajiet u l-ekonomiji tas-sħab tagħna, b'mod partikolari fil-bini tal-istat, il-mobbiltà u l-kuntatti bejn il-persuni, l-opportunitajiet tas-suq u l-interkonnessjonijiet.", "Fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' mobbiltà, aħna nilqgħu l-impatt pożittiv li s-sistema mingħajr viża mal-Moldova kellha fuq l-ivvjaġġar u l-kuntatti bejn il-persuni, b'madwar 500,000 ruħ jibbenefikaw minn din l-opportunità matul l-ewwel sena tagħha.", "Qed isir ukoll progress mal-Armenja u l-Belarussja.", "Fir-rigward tal-Georgia u l-Ukrajna, li jinsabu fuq quddiem nett fil-proċess biex jilħqu l-objettiv ta' vjaġġar mingħajr viża, il-President Juncker u jien ninsabu determinati li nkunu kemm jista' jkun possibbli ambizzjużi sabiex naraw li dan il-proċess jiġi konkluż b'suċċess.", "Iżda dan jiddependi wkoll mill-Georgia u l-Ukrajna biex jistabbilixxu r-ritmu għat-twettiq tal-passi meħtieġa.", "Qbilna wkoll li nkomplu ntejbu l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħna biex nispjegaw aħjar il-benefiċċji tas-Sħubija lill-pubbliku ġenerali.", "Barra minn hekk, infaħħar il-laqgħat siewja tal-avvenimenti paralleli fil-marġini tas-Summit ta' Riga: Il-Forum tan-Negozji, il-Konferenza dwar is-Soċjetà Ċivili u l-Konferenza dwar il-Media.", "Biex nagħlaq - u nirrepeti.", "L-Unjoni Ewropea hija sieħeb għat-tul.", "Is-sħubija tagħna, kif ukoll is-Summit ta' Riga nnifsu, mhumiex kwistjoni ta' deċiżjonijiet drammatiċi jew passi ta' ġgant 'l quddiem.", "Le, ir-relazzjoni tagħna hija mibnija fuq ir-rieda ħielsa, ir-rispett u l-ugwaljanza.", "U s-sħubija tagħna ser timxi 'l quddiem pass pass, bl-istess mod kif inbniet l-Unjoni Ewropea.", "Permezz ta' progress konkret fuq kwistjonijiet bħall-kummerċ, l-enerġija, it-trasport, il-mobbiltà u r-riformi, is-sħubija tagħna ser issir dejjem eqreb u bla dubju ser toffri l-aħjar prospetti għall-Ewropa b'mod ġenerali.", "Grazzi", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Mejju 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk waqt il-konferenza stampa tas-summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Riga"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/22/tusk-weekly-schedule/", "text": ["It-Tlieta 26 ta' Mejju 2015", "16.45 Laqgħa mal-President tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Peter Maurer", "L-Erbgħa 27 ta' Mejju 2015", "16.30 Laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon (opportunità għal ritratt)", "Il-Ħamis 28 ta' Mejju 2015", "18.00 Ftuħ tal-Jiem tal-Films tal-UE 2015 fil-Ġappun", "Il-Ġimgħa 29 ta' Mejju 2015", "14.00 Udjenza mal-Imperatur Akihito tal-Ġappun", "Summit UE-Ġappun", "18.00 Laqgħa plenarja", "19.15 Ikla ta' ħidma"], "date": "22 ta' Mejju 2015", "title": "Skeda ta' kull ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/24/eu-gcc-ministerial-meeting-co-chairs-statement/", "text": ["1.", "L-24 sessjoni tal-Kunsill Konġunt u l-Laqgħa Ministerjali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf (GCC) u l-Unjoni Ewropea (UE) saret f'Doha, il-Qatar, fl-24 ta' Mejju 2015.", "Id-delegazzjoni GCC tmexxiet mill-E.T. Khalid bin Mohamed Al-Attiyah, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Istat tal-Qatar bħala l-Presidenza b'rotazzjoni tal-GCC, u d-delegazzjoni tal-UE tmexxiet mill-E.T. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni.", "Is-Segretarjat tal-GCC kien rappreżentat mill-E.T. Dr. Abdul Latif bin Rashed Al-Zayani, is-Segretarju Ġenerali tal-GCC.", "Il-Ministri wrew l-apprezzament tagħhom lejn l-Istat tal-Qatar talli ospita l-laqgħa.", "2.", "Il-Ministri tal-GCC u tal-UE enfasizzaw l-importanza li jkomplu jissaħħu r-rabtiet tagħhom, biex iservu ta' pedament solidu u effettiv għall-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali.", "Iż-żewġ naħat laqgħu t-titjib fid-djalogu politiku, b'mod partikolari permezz tal-laqgħat regolari tal-Uffiċjali Għolja tal-GCC-UE, u nnutaw b'mod partikolari dak l-aktar reċenti li sar fi Brussell fil-5 ta' Mejju 2015.", "3.", "Il-Ministri kellhom skambju ta' fehmiet u identifikaw tħassib u prijoritajiet komuni fir-rigward tas-sitwazzjoni fir-reġjun, b'mod partikolari fil-Jemen, l-Iran, il-Libja, is-Sirja, l-Iraq u l-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani.", "Huma ħadu nota tal-Konferenza ta' Riyadh mis-17 sad-29 ta' Mejju u qablu dwar il-bżonn li tinstab soluzzjoni għall-konflitt Jemenit abbażi tar-Riżoluzzjoni 2216 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-Inizjattiva GCC u l-Eżiti tal-Konferenza dwar id-Djalogu Nazzjonali.", "Il-Ministri indirizzaw ukoll kwistjonijiet globali ta' interess komuni, b'mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u kkundannaw bis-saħħa l-attakk atroċi fuq il-fidili reliġjużi f'Qatif, l-Arabja Sawdija fit-22 ta' Mejju.", "Huma enfasizzaw l-importanza strateġika li l-UE u l-GCC jikkoordinaw mill-qrib dwar dawn l-iżviluppi.", "4.", "Il-Ministri tal-GCC u tal-UE analizzaw il-progress fir-relazzjoni GCC-UE u approvaw il-minuti tal-aħħar Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni li sar fi Brussell fl-4 ta' Mejju 2015.", "Il-Ministri wrew determinazzjoni li jindirizzaw flimkien l-isfidi politiċi, soċjali, ekonomiċi u ta' sigurtà komuni.", "Il-Ministri nnutaw b'sodisfazzjon li l-kummerċ miż-żewġ naħat irrappreżenta aktar minn €148 biljun fl-2014, żieda sinifikanti ħafna mill-€100 biljun reġistrati fl-2010.", "5.", "Il-Ministri jilqgħu l-inizjattivi ta' kooperazzjoni li saru mill-aħħar Laqgħa Ministerjali, b'mod partikolari permezz tad-djalogi GCC-UE dwar l-ekonomija, it-trasport bl-ajru, il-grupp tal-esperti fl-enerġija, l-iskambji dwar it-trasport ferrovjarju, il-kummerċ li jikkonċentra fuq kwistjonijiet sanitarji, fitosanitarji u ta' standardizzazzjoni, kif ukoll il-kooperazzjoni fid-diversifikazzjoni ekonomika fil-kuntest tat-Tibdil fil-Klima, li hija ta' importanza partikolari fil-kuntest tal-21 Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC li ġejja li ser issir f'Pariġi f'Diċembru 2015.", "Il-Ministri stennew b'interess li jespandu r-relazzjonijiet GCC-UE permezz ta' aktar kuntatti bejn il-persuni, u aktar kooperazzjoni fl-oqsma soċjali, ekonomiċi, edukattivi, kulturali u xjentifiċi, u d-drittijiet tal-bniedem.", "6.", "Il-Ministri tal-GCC u tal-UE qablu li l-laqgħa li jmiss tagħhom issir fl-UE fl-2016."], "date": "24 ta' Mejju 2015", "title": "Dikjarazzjoni tal-kopresidenti tal-24 Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali GCC-UE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/05/25/declaration-hr-one-year-president-sleiman-left-office/", "text": ["Illum qed infakkru sena minn meta l-ex-President Michel Sleiman tal-Libanu spiċċa mill-kariga.", "Dan iż-żmien twil mingħajr President iġib miegħu riskji serji għall-pajjiż kollu kemm hu.", "Dan dgħajjef il-funzjonament tal-istituzzjonijiet kollha u l-kapaċità tal-Libanu li jindirizza l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ta' sigurtà diffiċli li l-pajjiż qed jiffaċċja.", "L-UE tfakkar fid-Dikjarazzjoni Presidenzjali adottata mill-KSNU fid-19 ta'", "Marzu.", "L-UE tappella lill-forzi politiċi kollha sabiex jieħdu azzjoni deċiżiva biex jeleġġu President ġdid.", "Huwa kruċjali li l-partijiet kollha jħarsu l-", "Kostituzzjoni", ", jimplimentaw kompletament il-Ftehim ta' Taef, u l-Patt Nazzjonali.", "L-UE tenfasizza l-importanza tad-djalogu fost il-forzi politiċi kollha biex tingħeleb din il-kriżi dejjem tikber.", "L-UE tappoġġa lill-Prim Ministru Tammam Salam fl-isforzi tiegħu biex jiggverna l-pajjiż fi żminijiet daqstant diffiċli.", "L-UE tappella lill-Membri tal-Parlament kollha biex iħarsu t-tradizzjoni demokratika li ilha teżisti fil-Libanu u biex jiltaqgħu biex jeleġġu President mingħajr aktar dewmien f'konformità mal-Kostituzzjoni.", "kunflitt fis-Sirja", ", li issa jinsab fil-ħames sena tiegħu, ikompli jaffettwa l-istabbiltà tal-Libanu.", "Sett ġdid ta' theddidiet kumplessi għas-sigurtà qed ikomplu jħarrxu l-kriżi.", "L-UE ttenni l-impenn tagħha lejn is-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Libanu.", "L-UE tappella għal impenn imġedded għall-politika ta' dissoċjazzjoni mingħand il-partiti politiċi kollha, waqt li tpoġġi l-interess tal-Libanu u l-istabbiltà tiegħu l-ewwel u qabel kollox.", "L-UE tappoġġa b'mod sħiħ l-isforzi tal-aġenziji tas-sigurtà Libaniżi kollha biex iżommu l-istabbiltà u jirreaġixxu għall-isfidi tas-sigurtà.", "Kien għalhekk li l-UE żiedet l-assistenza tagħha għall-Forzi Armati Libaniżi u għas-settur tas-sigurtà kollu kemm hu.", "kriżi tar-rifuġjati", "hija kwistjoni urġenti wkoll.", "L-UE tfaħħar lill-awtoritajiet u l-popolazzjoni tal-Libanu għall-isforzi ġenerużi biex jospitaw, jassistu u jipproteġu lir-rifuġjati li qed jaħarbu mill-kunflitt fis-Sirja u, fl-istess waqt, tisħaq l-importanza tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji umanitarji.", "L-UE tilqa' l-ħidma indispensabbli tal-UNHCR kif ukoll aġenziji oħrajn tan-NU u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali b'appoġġ għar-rifuġjati Sirjani u l-komunitajiet ospitanti fil-Libanu.", "L-UE ser tkompli twettaq l-impenn tagħha bħala l-akbar donatur fil-Libanu billi tindirizza l-bżonnijiet dejjem jikbru tal-komunitajiet vulnerabbli u r-rifuġjati.", "Fil-konferenza tad-donaturi fil-Kuwajt fl-aħħar ta' Marzu l-UE offriet 1.1 biljun EUR ieħor inkluż finanzjament umanitarju u għall-iżvilupp fuq bosta snin għar-rifuġjati u l-pajjiżi ospitanti.", "L-UE tagħti sostenn lil-Libanu fl-isforzi tiegħu biex jindirizza dawn l-isfidi straordinarji.", "L-impenn tagħna b'appoġġ għal-Libanu huwa sod u dejjiemi.", "L-UE tafferma mill-ġdid is-", "sħubija", "b'saħħitha tagħha mal-Libanu msejsa fuq il-valuri komuni tagħna tad-demokrazija, il-pluraliżmu u l-istat tad-dritt.", "L-UE tenfasizza l-importanza li l-libertà u d-diversità tal-Libanu jitħarsu bħala mudell ta' moderazzjoni fir-reġjun kollu."], "date": "25 ta' Mejju 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE li tfakkar sena minn meta l-ex-President Michel Sleiman tal-Libanu spiċċa mill-kariga"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/08/new-director-general/", "text": ["Fit-8 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill ħatar lis-Sinjura Christine Roger bħala Direttur Ġenerali responsabbli għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill mill-1 ta' Lulju 2015.", "Is-Sinjura Roger hija attwalment Direttur fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, responsabbli għall-Affarijiet Interni.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "8 ta' Ġunju 2015", "title": "Direttur Ġenerali ġdid fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/10/trade-marks/", "text": ["Fl-10 ta' Ġunju 2015, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill (Coreper) approva ftehim ta' kompromess dwar ir-riforma tas-sistema Ewropea tat-trade marks.", "Ir-riforma tas-sistema attwali ser ittejjeb il-kondizzjonijiet għan-negozji biex jinnovaw u biex jibbenefikaw minn protezzjoni tat-trade marks aktar effettiva kontra l-falsifikazzjoni, inklużi l-prodotti foloz fi transitu mit-territorju tal-UE.", "Il-qafas legali l-ġdid huwa mmirat ukoll lejn sistemi tar-reġistrazzjoni tat-trade marks fl-Unjoni Ewropea kollha aktar aċċessibbli u effiċjenti għan-negozji f'termini ta' inqas spejjeż u kumplessità, ħeffa akbar, aktar prevedibbiltà u ċertezza legali.", "Il-passi li jmiss", "Wara l-approvazzjoni tal-ftehim ta' kompromess mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew, it-testi legali jerġgħu lura għand il-Kunsill għal ftehim politiku, segwiti mir-reviżjoni tas-soltu mill-ġuristi-lingwisti qabel l-adozzjoni formali tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari.", "Wara, it-testi jiġu ppreżentati għal vot fit-tieni qari f'sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew.", "Abbozz ta' Regolament li jemenda r-Regolament 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja", "Abbozz ta' direttiva biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks", "Riforma tal-marki kummerċjali: Il-presidenza tiżgura qbil proviżorju"], "date": "10 ta' Ġunju 2015", "title": "Riforma tat-trade marks: Il-Kunsill jikkonferma ftehim mal-Parlament"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/10/novel-foods-council-presents-final-compromise-text/", "text": ["Fl-10 ta' Ġunju 2015, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill approva test ta' kompromess finali dwar regoli ġodda tal-UE għal ikel ġdid.", "It-test jinkludi l-emendi tal-Parlament Ewropew li huma aċċettabbli għall-Kunsill u", "jtejjeb sostanzjalment ir-regoli attwali dwar ikel ġdid", ".", "Ikel ġdid huwa ikel li ma kienx ikkonsmat fi kwantità sinifikanti fl-UE qabel Mejju 1997.", "Dan jinkludi pereżempju ikel li għalih ikun ġie applikat proċess ġdid ta' produzzjoni.", "Valur miżjud", "Il-Kunsill aċċetta l-emendi tal-Parlament li permezz tagħhom", "ikel ġdid jidħol aktar malajr fis-suq tal-UE u jkun orħos", "jinżamm il-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.", "Tnaqqis tal-burokrazija", "Il-proposta ta' kompromess tal-Kunsill tgħin biex", "jonqsu l-piżijiet amministrattivi", "billi taqleb il-proċedura għal waħda ċentralizzata f'livell ta' UE u tipprevedi awtorizzazzjonijiet ġeneriċi.", "Dan ifisser li, ladarba jkun awtorizzat u miżjud fil-lista tal-UE, ikel ġdid jista' jitqiegħed fis-suq minn kwalunkwe operatur tan-negozju tal-ikel.", "Dan jelimina l-bżonn li jitressqu applikazzjonijiet ġodda minn kumpaniji oħra għall-istess ikel ġdid u għandu jkun ta' benefiċċju b'mod partikolari għall-SMEs.", "Bir-regoli kif inhuma issa, ikel ġdid jiġi awtorizzat f'livell nazzjonali u jkun validu biss għall-applikant.", "Jitħaffef l-aċċess għall-ikel tradizzjonali", "Barra minn hekk ir-regoli l-ġodda", "jiffaċilitaw l-aċċess fis-suq tal-UE għall-ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi", "li jkollu storja ta' użu mingħajr periklu.", "Għal dan l-ikel l-applikant irid juri li l-ikel ilu jintuża mingħajr periklu f'pajjiż terz għal mill-inqas 25 sena.", "Nanoteknoloġija", "Il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar ikel ġdid ikun ikopri espliċitament nanomaterjali maħluqa bl-inġinerija.", "Il-Kummissjoni tingħata mandat biex tadatta d-definizzjoni ta' nanomaterjali maħluqa bl-inġinerija skont il-progress tekniku jew id-definizzjonijiet miftehma f'livell internazzjonali.", "Klonazzjoni", "Il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar ikel ġdid", "ikun ikopri espliċitament ukoll ikel minn annimali klonati", ", sakemm jidħlu fis-seħħ regoli speċifiċi dwar ikel minn annimali klonati.", "Il-passi li jmiss", "Il-presidenza Latvjana issa ser tgħarraf lill-Parlament permezz ta' ittra li tipproponi ftehim fl-ewwel qari abbażi tat-test approvat mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti.", "Il-Parlament Ewropew mistenni jqis u jivvota dwar it-test ta' kompromess tal-Kunsill fil-ġimgħa li tibda fis-6 ta' Lulju 2015.", "L-ikel ġdid awtorizzat skont ir-regoli fis-seħħ bħalissa fl-UE jinkludi pereżempju \"żejt tal-kolza b'livell għoli ta' materjal mhux saponifikabbli\", \"ħobż tas-segala b'fitosteroli/fitostanoli miżjuda\", \"prodotti tat-tip tal-ħalib u prodotti tat-tip tal-jogurt b'esteri tal-fitosterol miżjuda\", \"proteini koagulati tal-patata u l-idrolisati tagħhom\" u \"fosfolipidi mill-isfar tal-bajd\".", "Ir-regoli attwali dwar l-ikel ġdid", "Lista ta' ikel ġdid awtorizzat"], "date": "10 ta' Ġunju 2015", "title": "Ikel ġdid: il-Kunsill jippreżenta test ta' kompromess finali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/11/inland-waterway-vessels/", "text": ["Fil-11 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill qabel dwar", "approċċ ġenerali", "dwar ir-", "rekwiżiti tekniċi proposti għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni", ".", "Fil-futur, standards tekniċi bħal dawn se jiġu żviluppati fil-", "Kumitat Ewropew għat-tfassil tal-Istandards fin-Navigazzjoni Interna (CESNI)", ".", "L-istandards imfassla mis-CESNI se japplikaw awtomatikament fil-verżjoni aġġornata tagħhom.", "Proċeduri simplifikati", "Ir-riforma se tissimplifika u tħaffef il-proċeduri, b'mod partikolari biex tadatta l-istandards għall-progress tekniku.", "Dan għandu jiżgura livell għoli ta' sikurezza, u jħeġġeġ l-innovazzjoni u l-investiment f'teknoloġiji ġodda.", "Il-qafas il-ġdid se jipprovdi ċertezza legali u jkun eħfef biex jintuża mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-istati membri.", "L-istandards infushom mhumiex mibdula mill-proposta li qed tiġi diskussa.", "Promozzjoni ta' trasport ekoloġiku u mingħajr periklu", "Meta mqabbel ma' tipi ta' trasport fuq l-art, it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni huwa effiċjenti fl-enerġija, bla periklu u silenzjuż, u kważi mingħajr ebda konġestjoni.", "Id-direttiva abbozzata hija waħda mill-miżuri maħsuba biex isir użu aħjar tax-xmajjar u l-kanali tal-Ewropa, u b'mod partikolari biex tinġarr aktar merkanzija fuqhom (il-pakkett NAIADES II).", "Ħidma flimkien mal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR)", "Bħalissa hemm żewġ ċertifikati differenti tan-navigazzjoni interna mħaddma fl-UE: iċ-ċertifikat tal-UE u ċ-ċertifikat tar-Renu.", "Is-sistema ta' żewġ ċertifikati se tkompli iżda jkun ħafna aktar faċli jekk tinżamm l-ekwivalenza bejniethom.", "Il-Kumitat il-ġdid tas-CESNI twaqqaf fit-3 ta' Ġunju taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR).", "Se jkun miftuħ għal esperti mill-istati membri kollha tal-UE.", "Fl-istess ħin se jkun jista' juża l-kompetenza esperta li s-CCNR bniet matul is-snin bl-iżvilupp u l-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi.", "Id-direttiva abbozzata se tapplika biss għall-istati membri fejn isir użu sostanzjali ta' navigazzjoni interna.", "L-istati membri li ġejjin mhumiex meħtieġa li jimplimentawha: id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u l-Finlandja.", "L-att abbozzat, li jirrevedi d-direttiva eżistenti tal-2006, irid jiġi approvat kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Parlament Ewropew.", "Il-Parlament adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari f'April 2014.", "Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni — Approċċ ġenerali", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "11 ta' Ġunju 2015", "title": "Bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/11/eu-celac-summit-brussels-declaration/", "text": ["Aħna, il-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), u l-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, iltqajna fi Brussell, fl-10 u l-11 ta' Ġunju 2015, għat-tieni summit EU-CELAC, it-tmien laqgħa bireġjonali tagħna, bit-tema \"Insawru l-futur komuni tagħna: naħdmu biex ikollna soċjetajiet prosperi, koeżivi u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħna\".", "Bħala espressjoni tad-determinazzjoni komuni tagħna sabiex insaħħu aktar ir-relazzjoni tagħna, napprofondixxu d-djalogu tagħna u minħabba l-importanza li nagħtu lill-assoċjazzjoni strateġika bireġjonali, adottajna Dikjarazzjoni dwar is-'Sħubija għall-ġenerazzjoni li jmiss'.", "Dikjarazzjoni politika, summit UE-CELAC, 10-11 ta' Ġunju 2015", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Dikjarazzjoni minn Brussell, summit UE-CELAC, 10-11 ta' Ġunju 2015", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Pjan ta' azzjoni, summit UE-CELAC 2015, 10-11 ta' Ġunju 2015", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "11 ta' Ġunju 2015", "title": "Dikjarazzjoni politika, dikjarazzjoni ta' Brussell u l-pjan ta' azzjoni tat-tieni summit UE-CELAC"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/15/jha-data-protection/", "text": ["Fil-15 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill laħaq", "approċċ ġenerali", "rigward ir-", "regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data", "li jistabbilixxi regoli adattati għall-era diġitali.", "Iż-żewġ għanijiet ta' dan ir-regolament huma li jsaħħaħ il-livell tal-protezzjoni tad-data personali għall-individwi u li jżid l-opportunitajiet kummerċjali tas-Suq Uniku Diġitali.", "Il-ministru għall-ġustizzja tal-Latvja", "qal: \"Illum imxejna", "pass kbir 'il quddiem lejn qafas modernizzat u armonizzat dwar il-protezzjoni tad-data", "għall-Unjoni Ewropea.", "Ninsab kuntent ħafna li wara aktar minn 3 snin ta' negozjati fl-aħħar sibna kompromess dwar it-test.", "Ir-regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data, adattat għall-ħtiġijiet tal-era diġitali,", "ser isaħħaħ id-drittijiet individwali taċ-ċittadini tagħna u jiżgura standard għoli ta' protezzjoni", "Approċċ ġenerali ifisser li l-Kunsill għandu ftehim politiku li abbażi tiegħu issa jista' jibda negozjati mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq qbil ġenerali rigward ir-regoli l-ġodda tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.", "L-", "mal-Parlament huwa ppjanat għall-", "24 ta' Ġunju 2015", "\"Napprezza ferm li l-Parlament Ewropew lest jibda n-negozjati tat-", "trilogu mill-ġimgħa d-dieħla stess", ".", "Nittama li naslu għal ftehim finali malajr sabiex iċ-ċittadini tagħna jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tar-riforma mill-aktar fis possibbli \", qal il-ministru għall-ġustizzja tal-Latvja", "Il-Presidenza li jmiss tal-Lussemburgu indikat li, b'mod parallel man-negozjati dwar ir-regolament, il-ħidma fuq id-direttiva dwar il-protezzjoni tad-data fil-qasam tal-infurzar tal-liġi għandha tiġi aċċellerata bil-għan li jinstab approċċ ġenerali f'Ottubru.", "Il-ministru għall-ġustizzja tal-Lussemburgu", "qal: \"Din ir-riforma hija pakkett u aħna determinati li nikkonkludu sal-aħħar ta' din is-sena\".", "Elementi prinċipali tal-ftehim", "Livell ogħla ta' protezzjoni tad-data", "Id-data personali għandha tinġabar u tiġi pproċessata b'mod legali skont kondizzjonijiet stretti u għal skop leġittimu.", "Il-", "kontrolluri tad-data", "(dawk li huma responsabbli għall-ipproċessar tad-data) għandhom jirrispettaw regoli speċifiċi, bħar-rekwiżit ta'", "kunsens mingħajr ambigwità", "suġġett tad-data", "(l-individwu li tiegħu tkun qed tiġi pproċessata d-data personali), biex ikunu permessi jipproċessaw data personali.", "Drittijiet imsaħħa tal-protezzjoni tad-data", "jagħtu lis-suġġetti tad-data aktar kontroll fuq id-data personali tagħhom:", "aċċess aktar faċli", "għad-data tagħhom.", "informazzjoni aktar dettaljata dwar x'jiġri mid-data personali tagħhom ladarba huma jiddeċiedu li jipprovduha: il-kontrolluri tad-data għandhom ikunu aktar trasparenti dwar kif tiġi trattata d-data personali, pereżempju billi jinformaw lill-individwi dwar il-politika tal-privatezza tagħha b'", "lingwaġġ ċar u sempliċi", "dritt għat-tħassir ta' data personali u li \"tintesa\"", ", li permezz tiegħu kulħadd pereżempju jista' jitlob lil fornitur ta' servizz biex iħassar, mingħajr dewmien, data personali li kienet inġabret meta l-individwu kien tifel.", "dritt għal trasferibbiltà", "li jippermetti trasmissjoni aktar faċli ta' data personali minn fornitur ta' servizz wieħed, pereżempju netwerk soċjali, għal ieħor.", "Dan ser iżid ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri ta' servizz.", "limiti għall-użu ta' 'profiling'", ", jiġifieri l-ipproċessar awtomatizzat ta' data personali biex jiġu vvalutati aspetti personali, bħal pereżempju l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, preferenzi personali eċċ.", "Sabiex jiġi żgurat rimedju legali mtejjeb, is-suġġetti tad-data ser ikunu jistgħu jitolbu li kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorità tal-protezzjoni tad-data tagħhom tiġi rieżaminata mill-qorti nazzjonali tagħhom, irrispettivament mill-istat membru fejn il-kontrollur tad-data jkun stabbilit.", "Aktar opportunitajiet kummerċjali fis-Suq Uniku Diġitali", "Is-sett uniku ta' regoli, li huwa validu madwar l-UE kollha u applikabbli kemm għal kumpaniji Ewropej kif ukoll għal dawk mhux Ewropej li joffru s-servizzi online tagħhom fl-UE għandu jimpedixxi li konflitti fir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data jkunu jistgħu jfixklu l-iskambju transkonfinali ta' data.", "Barra minn hekk, kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-istati membri ser tiżgura applikazzjoni koerenti ta' dawk ir-regoli fl-UE kollha.", "Dan ser joħloq", "kompetizzjoni ġusta", "u jinkoraġġixxi lill-kumpaniji, speċjalment lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, biex jisfruttaw kemm jistgħu s-", "Suq Uniku Diġitali", "Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u tingħata ċertezza legali, f'", "każijiet transnazzjonali importanti", "fejn ikunu involuti diversi awtoritajiet superviżorji nazzjonali,", "ser tittieħed deċiżjoni superviżorja unika", ".", "Dan il-", "mekkaniżmu ta' punt uniku ta' servizz ser", "jippermetti li kumpanija b'sussidjarji f'diversi stati membri tillimita l-kuntatti tagħha għall-awtorità tal-protezzjoni tad-data fl-istat membru fejn tkun stabbilita.", "Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' konformità, il-kontrolluri tad-data jistgħu, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskji involuti fl-ipproċessar tagħhom ta' data personali, jiddefinixxu livelli ta' riskji u jimplimentaw miżuri f'konformità ma' dawk il-livelli.", "Aktar għodod u għodod aħjar biex isaħħu l-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data", "Responsabbiltà u kontabbiltà akbar tal-kontrolluri tad-data, ser itejbu l-konformità mar-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-data.", "Il-", "kontrolluri tad-data għandhom jimplimentaw miżuri ta' sigurtà xierqa", "u jipprovdu, mingħajr dewmien żejjed, notifika ta' ksur rigward data personali lill-awtorità superviżorja kif ukoll lil dawk affettwati b'mod sinifikanti mill-ksur.", "Il-kontrolluri u l-proċessuri jistgħu jaħtru uffiċjali tal-protezzjoni tad-data fl-organizzazzjoni tagħhom.", "Barra minn hekk, il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tista' tirrikjedi li dawn jagħmlu hekk.", "Is-suġġetti tad-data, u wkoll, taħt ċerti kondizzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data jistgħu jressqu", "quddiem awtorità superviżorja jew jitolbu rimedju ġudizzjarju f'każijiet fejn ir-regoli tal-protezzjoni tad-data ma jkunux rispettati.", "Barra minn hekk, meta każijiet bħal dawn jiġu kkonfermati, il-", "kontrolluri tad-data jġarrbu multi", "sa EUR 1 miljun jew 2% tad-dħul annwali globali tagħhom.", "Garanziji rigward trasferimenti ta' data personali barra l-UE", "Il-protezzjoni tat-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali hija żgurata permezz ta'", "deċiżjonijiet ta' adegwatezza", ".", "Il-Kummissjoni, bl-involviment tal-istati membri u tal-Parlament Ewropew, hija kompetenti biex tiddeċiedi jekk il-livell ta' protezzjoni tad-data offrut minn pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali huwiex adegwat.", "F'każijiet fejn ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni bħal din, it-trasferiment ta' data personali jista' jsir biss jekk is-salvagwardji adatti (klawsoli standard għall-protezzjoni tad-data, regoli korporattivi vinkolanti, klawsoli kuntrattwali) ikunu fis-seħħ.", "Regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data - approċċ ġenerali", "Riforma tal-protezzjoni tad-data", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "15 ta' Ġunju 2015", "title": "Protezzjoni tad-Data: Il-Kunsill jaqbel dwar approċċ ġenerali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/16/eutm-new-mission-commander-appointed/", "text": ["Il-Brigadier Ġeneral Franz Xaver", "nħatar", "bħala l-Kmandant l-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-UE fil-Mali", "(EUTM Mali).", "Il-Ġeneral Pfrengle, mill-", "Ġermanja,", "jassumi l-kariga tiegħu fit-", "28 ta' Lulju", "2015.", "Huwa ser jieħu post il-Brigadier Ġeneral Alfonso García-Vaquero Pradal, li kien ilu f'din il-kariga minn Ottubru 2014.", "EUTM Mali tassisti fir-rikostruzzjoni ta'", "Forzi Armati tal-Mali effettivi u responsabbli", "sabiex ikunu kapaċi jiżguraw is-", "sigurtà fit-tul tal-Mali", "u, taħt awtorità ċivili, jirrestawraw l-", "integrità territorjali tal-pajjiż", ".", "Għal dan l-għan, EUTM Mali tipprovdi taħriġ għal unitajiet tal-Forzi Armati tal-Mali u tiżviluppa kapaċità ta' taħriġ awtonomu.", "Il-missjoni tipprovdi wkoll konsulenza lill-awtoritajiet tal-Mali fir-riforma tal-armata.", "Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tal-UE.", "Skeda informattiva dwar EUTM Mali", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "16 ta' Ġunju 2015", "title": "Missjoni ta' Taħriġ tal-UE fil-Mali: maħtur il-Kap il-ġdid tal-Missjoni"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/16/european-citizens/", "text": ["Fis-16 ta' Ġunju 2015, il-Presidenza Latvjana tal-Kunsill tal-UE, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kampanja tal-ECI (Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej) ġabru l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u tal-pubbliku ġenerali f'konferenza dwar \"L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u l-Wegħda ta' Demokrazija Parteċipattiva\".", "L-għan tal-konferenza kien li jittieħed kont tat-tliet snin mill-ħolqien tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI), u", "li tingħata spinta lil diskussjonijiet dwar kif l-istrument jista' jsir aktar effiċjenti u faċli għall-utent", "Meta fetħet il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari tal-Istat għall-Affarijiet tal-UE Latvjana Zanda Kalniņa-Lukaševica ddeskriviet is-sitwazzjoni: \"It-tliet snin li għaddew urew li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija parti integrali mill-istrutturi demokratiċi tal-UE.", "Madankollu l-esperjenza tal-partijiet ikkonċernati u r-rapport reċenti mill-Kummissjoni enfasizzaw b'mod ċar li għad hemm kwistjonijiet li jeħtieġ jiġu indirizzati malajr biex l-ECI tibqa' titqies bħala strument vijabbli\".", "\"L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija forza reali għall-mobilizzazzjoni u l-ispirazzjoni tal-opinjoni pubblika.", "Sitt miljun persuna urew dan permezz tal-firem tagħhom\", qalet Zanda Kalniņa-Lukaševica.", "Kalniņa-Lukaševica enfasizzat l-importanza li d-demokrazija parteċipattiva tingħata fil-Latvja, li għandha pjattaforma għall-petizzjonijiet elettroniċi li hi waħda mill-aktar innovattivi u ta' suċċess fl-Ewropa, ManaBalss.lv.", "L-ECI hija", "l-ewwel għodda dinjija tad-demokrazija transnazzjonali, parteċipattiva u diġitali", ".", "Madankollu, l-ebda waħda mill-inizjattivi, li ġabru l-miljun firma meħtieġa, ma rriżultat fi proposta leġislattiva, u dan qajjem għadd ta' kwistjonijiet.", "Il-konferenza kienet l-ewwel dibattitu pubbliku dwar l-ECI fil-Kunsill, li laqqgħet flimkien lil dawk minn fost l-istituzzjonijiet, il-partijiet interessati, u l-pubbliku inġenerali li għandhom l-għan doppju li janalizzaw ir-rwol tad-demokrazija parteċipattiva fl-UE u jirfinaw sett ta' rakkomandazzjonijiet konġunti għat-titjib tal-istrument.", "Id-diskussjonijiet fil-konferenza enfasizzaw li", "xi progress jista' jinkiseb b'azzjoni immedjata", ", mingħajr bidliet leġislattivi, permezz tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-inizjattiva u l-proċeduri tagħha.", "Suġġeriment ieħor huwa li l-organizzaturi ta' inizjattivi jingħataw aktar assistenza.", "Meħtieġa aktar spinta politika u bidliet leġislattivi possibbli biex jiġu indirizzati l-problemi strutturali", ", bħall-iskadenzi wisq stretti għall-ġbir ta' firem.", "Għandhom jittieħdu wkoll miżuri biex il-proċeduri tal-ġbir ta' firem jiġu ssimplifikati jew diġitalizzati.", "Il-konklużjonijiet tal-konferenza ser jiġu ppubblikati fit-18 ta' Ġunju fis-sit web tal-kampanja tal-ECI."], "date": "16 ta' Ġunju 2015", "title": "Il-konferenza dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tagħti spinta ġdida lid-demokrazija parteċipattiva fl-UE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/29/small-claims-procedure/", "text": ["Fid-29 ta' Ġunju, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) approva, f'isem il-Kunsill, kompromess milħuq mal-Parlament Ewropew dwar regolament li jemenda r-", "regolament dwar talbiet żgħar Ewropej", "u r-regolament dwar l-ordni ta' ħlas Ewropea.", "L-objettiv tar-regolament emendatorju huwa li", "jżid l-effiċjenza tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar", ", b'mod partikolari billi", "jirrifletti l-progress teknoloġiku", "li sar fis-sistemi ġudizzjarji fl-istati membri, u biex il-proċedura ssir", "aċċessibbli", "f'għadd akbar ta' każijiet, b'mod partikolari għan-negozji.", "iż-", "żieda fil-limitu massimu għal talba żgħira minn EUR 2.000 għal EUR 5.000", ".", "Il-possibbiltà li l-limitu massimu jiżdied aktar ser tiġi eżaminata wara l-ewwel ħames snin ta' applikazzjoni tar-regoli l-ġodda;", "l-obbligu tal-istati membri li", "jiżguraw li t-tariffi tal-qorti", "mitluba għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar", "ma jkunux sproporzjonati", "u mhux ogħla mit-tariffi tal-qorti għal proċeduri nazzjonali simplifikati tal-qorti, kif ukoll l-obbligu li joffru mezzi ta' ħlas mill-bogħod għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti;", "żieda fl-", "użu ta' teknoloġija tal-komunikazzjoni mill-bogħod", "għal seduti orali u t-teħid ta' evidenza f, u l-istabbiliment ta' qafas ġenerali li jippermetti l-użu ta' servizz elettroniku ta' dokumenti;", "titnaqqas kemm jista' jkun il-ħtieġa tat-traduzzjoni", "(u l-ispejjeż relatati) fir-rigward taċ-ċertifikat meħtieġ għall-infurzar ta' sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar;", "il-", "ħolqien ta' \"pont\" bejn il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u l-Proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea", "billi r-rikorrent ikun jista' juża l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar meta tkun saret dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni kontra ordni ta' ħlas Ewropea.", "Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija strument importanti għaċ-ċittadini u n-negozji li ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja billi tissimplifika l-litigazzjoni transkonfinali dwar talbiet żgħar fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u tnaqqas l-ispejjeż.", "Din ġiet stabbilita mir-regolament 861/2007 u ilha tapplika sa mill-1 ta' Jannar 2009.", "Is-sentenzi mogħtija skont din il-proċedura huma rikonoxxuti u eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà.", "Il-proċedura hija fakultattiva, offruta bħala alternattiva għall-possibbiltajiet li jeżistu skont il-liġijiet nazzjonali tal-istati membri.", "Il-passi li jmiss", "Il-qbil intlaħaq waqt laqgħa ta' trilogu fi Brussell fit-23 ta' Ġunju 2015.", "Issa li l-qbil ġie kkonfermat mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti, f'isem il-Kunsill, ir-regolament ser jitressaq, wara reviżjoni mill-ġuristi-lingwisti, quddiem il-Parlament Ewropew għal vot fl-ewwel qari, u quddiem il-Kunsill għal adozzjoni."], "date": "29 ta' Ġunju 2015", "title": "Il-proċedura għal talbiet żgħar: il-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar regoli ġodda"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/17/ecofin-transparency-securities-financing-transactions/", "text": ["Fis-17 ta' Ġunju 2015, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim dwar regolament biex", "itejbu t-trasparenza tas-self ta' titoli u tranżazzjonijiet ta' riakkwist", "Ir-regolament ser", "isaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja", "billi jiżgura li l-informazzjoni dwar l-hekk imsejħa tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli tiġi rrapportata b'mod effiċjenti lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u l-investituri f'intrapriżi għal investiment kollettiv.", "It-trasparenza mtejba ser tipprevjeni lil banek u intermedjarji finanzjarji oħra milli jippruvaw jevitaw ir-regolament billi jċaqilqu partijiet mill-attivitajiet tagħhom għas-settur bankarju parallel li jkun irregolat inqas.", "Tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, li ta' spiss jitwettqu", "mis-settur bankarju parallel", ", jikkonsistu minn kwalunkwe tranżazzjoni li tuża assi li jappartjenu lill-kontroparti biex jiġġeneraw finanzjament.", "Dawn jinvolvu l-aktar l-għoti jew it-teħid b'self ta' titoli u komoditajiet, riakkwist (ftehim ta' riakkwist) jew tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid li jsiru bil-maqlub, jew tranżazzjonijiet ta' akkwist bil-patt ta' rivendità.", "Pakkett ta' miżuri", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha f'Jannar 2014, flimkien ma' abbozz ta' regolament dwar ir-riforma strutturali tas-settur bankarju tal-UE.", "Ir-regolament dwar tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli huwa b'mod partikolari maħsub biex", "jilqa' kontra r-riskju ta' attivitajiet ta' negozjar bbażata fuq tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli milli jiżviluppaw aktar mingħajr sorveljanza adatta", ", inkluż barra s-sistema bankarja regolata.", "Għal dan l-għan, hija tipproponi rekwiżiti ta' trasparenza u rappurtar vinkolanti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli.", "L-abbozz ta' regolament jintroduċi miżuri li jtejbu it-trasparenza fi tliet oqsma prinċipali:", "il-monitoraġġ tal-evoluzzjoni ta' riskji sistemiċi fis-sistema finanzjarja b'rabta ma' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;", "l-iżvelar ta' informazzjoni dwar tali tranżazzjonijiet lil investituri li l-assi tagħhom jintużaw f'dawn it-tranżazzjonijiet;", "attivitajiet ta' riipotekazzjoni, prattika mill-banek jew is-sensara ta' użu mill-ġdid għall-finijiet tagħhom stess ta' kollateral imwiegħed mill-klijenti tagħhom.", "Passi li jmiss", "Il-qbil intlaħaq waqt laqgħa ta' trilogu fi Brussell.", "It-trilogi bdew fit-28 ta' April 2015, wara li l-Kunsill u l-Parlament qablu dwar il-pożizzjonijiet ta' negozjar rispettivi tagħhom f'Diċembru 2014 u Marzu 2015.", "Il-qbil ser jiġi kkonfermat fi żmien ftit jiem mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti, f'isem il-Kunsill.", "Ir-regolament imbagħad jiġi ppreżentat, wara reviżjoni mill-ġuristi-lingwisti, lill-Parlament Ewropew għal vot fl-ewwel qari, u lill-Kunsill għall-adozzjoni."], "date": "17 ta' Ġunju 2015", "title": "Aktar trasparenza għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli: Il-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar regoli ġodda"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/29/securities-financing-transactions/", "text": ["Fid-29 ta' Ġunju 2015, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti approva, f'isem il-Kunsill, ftehim dwar", "ta' self ta' titoli u tranżazzjonijiet ta' riakkwist.", "Ir-regolament propost se", "jsaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja", "billi jiżgura li l-informazzjoni dwar l-hekk imsejħa tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli tiġi rrapportata b'mod effiċjenti lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u lill-investituri f'intrapriżi għal investiment kollettiv.", "Intlaħaq qbil dwar it-test mal-Parlament Ewropew fis-17 ta' Ġunju 2015.", "It-trasparenza mtejba se tipprevjeni lill-banek u intermedjarji finanzjarji oħra milli jippruvaw jevitaw ir-regolament billi jċaqilqu partijiet mill-attivitajiet tagħhom għas-", "settur bankarju parallel", "li huwa inqas irregolat.", "Tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, li ta' spiss jitwettqu mis-settur bankarju parallel, jikkonsistu minn kwalunkwe tranżazzjoni li tuża assi li jappartjenu għall-kontroparti biex jiġi ġġenerat il-finanzjament.", "Dawn jinvolvu l-aktar l-għoti jew it-teħid b'self ta' titoli u komoditajiet, riakkwist (repo) jew tranżazzjonijiet ta' retroriakkwist, jew tranżazzjonijiet ta' akkwist bil-patt ta' rivendità.", "Pakkett ta' miżuri", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha f'Jannar 2014, flimkien ma' abbozz ta' regolament dwar ir-riforma strutturali tas-settur bankarju tal-UE.", "Il-proposta hija maħsuba biex tilqa' kontra r-riskju li attivitajiet ta' negozjar ibbażati fuq tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli jiżviluppaw aktar mingħajr sorveljanza adatta, pereżempju barra s-sistema bankarja regolata.", "Għal dan l-għan, hija tipproponi", "rekwiżiti vinkolanti ta' trasparenza u rapportar", "għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli.", "L-abbozz ta' regolament jintroduċi miżuri li jtejbu t-trasparenza fi tliet oqsma prinċipali:", "il-monitoraġġ tal-evoluzzjoni ta' riskji sistemiċi fis-sistema finanzjarja b'rabta ma' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;", "l-iżvelar ta' informazzjoni dwar tali tranżazzjonijiet lil investituri li l-assi tagħhom jintużaw f'dawn it-tranżazzjonijiet;", "riutilizzazzjoni mill-banek jew is-sensara għall-finijiet tagħhom stess ta' kollateral mogħti mill-klijenti tagħhom.", "Passi li jmiss", "Ladarba jiġi ffinalizzat bil-lingwi kollha, ir-regolament se jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni fl-ewwel qari, u lill-Kunsill għall-adozzjoni.", "Test ta' kompromess tar-regolament dwar tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "29 ta' Ġunju 2015", "title": "Tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli: Il-Kunsill jikkonferma l-ftehim mal-PE dwar ir-regoli ta' trasparenza"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/29/network-information-security/", "text": ["Fid-29 ta' Ġunju 2015, il-presidenza Latvjana tal-Kunsill laħqet", "ftehim mal-Parlament Ewropew dwar il-prinċipji ewlenin", "li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz ta' direttiva dwar", "is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni (NIS)", ".", "Imbagħad jeħtieġ li dawn il-prinċipji jinbidlu f'dispożizzjonijiet legali sabiex ikun possibbli ftehim finali dwar id-direttiva fi stadju aktar tard.", "Il-presidenza ser tippreżenta l-eżitu ta' dan ir-raba' trilogu lill-ambaxxaturi tal-istati membri fil-laqgħa tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tat-30 ta' Ġunju.", "\"Iż-żieda fl-attakki ċibernetiċi hija waħda mill-ikbar theddidiet li qegħdin inħabbtu wiċċna magħhom, u l-ftehim tal-lum dwar il-pakkett globali huwa pass kbir lejn il-finalizzazzjoni tal-ewwel miżuri li jkopru l-UE kollha għall-ġlieda kontra din it-theddida,\" qal Raimonds Vējonis, il-Ministru Latvjan għad-Difiża.", "\"Dan jirrifletti wkoll il-prijorità mogħtija lil din il-kwistjoni mill-mexxejja tal-UE, li nhar il-Ġimgħa appellaw għal adozzjoni rapida tad-direttiva.\"", "Ġestjoni tar-riskju ċibernetiku u rapportar ta' inċidenti aktar b'saħħithom madwar l-UE", "Ir-regoli l-ġodda ser jirrikjedu operaturi magħżula li jipprovdu", "servizzi essenzjali", "(f'oqsma bħall-enerġija u t-trasport) biex jieħdu miżuri għall-ġestjoni tar-riskji għan-netwerks tagħhom u r-rapportar tal-inċidenti lill-awtoritajiet.", "L-istati membri ser jidentifikaw operaturi essenzjali bħal dawn biex ikunu koperti mid-direttiva, abbażi ta' kriterji ċari imniżżla fit-test.", "Ser jiġu introdotti dispożizzjonijiet partikolari sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni fl-identifikazzjoni tal-operaturi fost l-istati membri.", "Madankollu, dawn m'għandhomx idgħajfu l-prerogattivi jew l-interessi tas-sigurtà tal-istati membri.", "Kien hemm qbil li l-", "pjattaformi tas-servizzi diġitali", "jiġu ttrattati b'mod differenti mis-servizzi essenzjali.", "Id-dettalji ser jiġu diskussi fuq livell tekniku.", "L-istati membri ser ikunu meħtieġa jistabbilixxu pjan tal-NIS u jaħtru awtoritajiet kompetenti.", "Ser jinħoloq grupp ta' kooperazzjoni fil-livell tal-UE biex jindirizza l-kwistjonijiet tal-NIS fuq livell", "strateġiku", "u jiggwida l-attivitajiet operattivi.", "Għal kooperazzjoni", "bħal din, ser jiġu stabbiliti Skwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs).", "Dan ser itejjeb il-kunfidenza u l-fiduċja bejn l-istati membri.", "X'benefiċċji huma mistennija mid-direttiva dwar l-NIS?", "Il-proposta dwar l-NIS għandha l-għan li tiżgura", "ambjent diġitali sigur u affidabbli", "madwar l-UE.", "Iċ-", "ċittadini", "u l-konsumaturi ser ikollhom aktar fiduċja fit-teknoloġiji, is-servizzi u s-sistemi li jiddependu fuqhom minn ġurnata għall-oħra.", "Din iż-żieda fil-kunfidenza ser tfisser ċiberspazju aktar inklużiv, u ekonomija diġitali li tikber saħansitra aktar malajr, u b'hekk tappoġġa l-irkupru ekonomiku.", "Il-", "gvernijiet u n-negozji", "ser ikunu jistgħu jiddependu aktar fuq netwerks u infrastrutturi diġitali biex jipprovdu s-servizzi essenzjali tagħhom f'pajjiżhom u lil hinn mill-fruntieri.", "Pjattaformi tal-kummerċ elettroniku aktar siguri jistgħu jwasslu għal aktar klijenti online u joħolqu opportunitajiet ġodda.", "Il-", "tal-prodotti u s-servizzi ta' sigurtà tal-ICT ser jibbenefikaw ukoll, peress li d-domanda għall-prodotti u s-servizzi tagħhom x'aktarx ser tiżdied, li jwassal għal prodotti innovattivi u ekonomiji ta' skala.", "L-", "ekonomija tal-UE", "ser tibbenefika hekk kif is-setturi li jiddependu ħafna fuq l-NIS ser ikunu sostnuti aħjar biex joffru servizz aktar affidabbli.", "Kif ser issir liġi?", "Il-presidenza ser tinnegozja t-termini tad-direttiva mal-Parlament Ewropew f'isem il-Kunsill.", "Sabiex jiġi adottat, l-att legali jrid jiġi approvat miż-żewġ istituzzjonijiet.", "It-taħditiet ser ikomplu taħt il-presidenza li ġejja Lussemburgiża.", "Strateġija dwar is-sigurtà ċibernetika tal-UE"], "date": "29 ta' Ġunju 2015", "title": "Sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni: żvilupp importanti fit-taħditiet mal-PE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/30/roaming-charges/", "text": ["Fis-sigħat bikrin tat-30 ta' Ġunju 2015, wara 12-il siegħa ta' negozjati, il-Presidenza Latvjana laħqet ftehim proviżorju mal-Parlament Ewropew dwar regoli ġodda biex", "jintemmu t-tariffi tar-roaming bil-mowbajl", "jiġi salvagwardjat aċċess miftuħ għall-internet", ", magħrufa wkoll bħala r-regoli dwar in-newtralità tal-internet.", "Għall-Kunsill, il-ftehim għad irid jiġi kkonfermat mill-istati membri.", "Tmiem it-tariffi tar-roaming f'nofs l-2017", "Skont il-ftehim,", "is-soprataxxi fuq ir-roaming", "fl-Unjoni Ewropea se", "jitneħħew mill-15 ta' Ġunju 2017", ".", "Madankollu, il-fornituri tar-roaming se jkunu jistgħu japplikaw", "'politika ta' użu ġust'", "biex jipprevjenu użu abbużiv mir-roaming.", "Dan ikun jinkludi l-użu ta' servizzi tar-roaming għal finijiet oħra minbarra vjaġġar perjodiku.", "Is-salvagwardji se jiġu introdotti biex jindirizzaw l-irkupru tal-ispejjeż mill-operaturi.", "It-tariffi tar-roaming diġà se jonqsu fit-30 ta' April 2016, meta l-limiti massimi tal-prezzijiet attwali fil-livell tal-konsumatur se jiġu sostitwiti b'soprataxxa massima ta' €0.05 kull minuta għal telefonati, €0.02 għal SMSs u €0.05 għal kull megabyte ta' data.", "Nipproteġu l-internet miftuħ", "Taħt l-", "ewwel regoli tal-internet miftuħ fl-UE kollha,", "l-operaturi se jkollhom jittrattaw it-traffiku kollu bl-istess mod meta jipprovdu servizzi ta' aċċess għall-internet.", "Huma jistgħu jużaw miżuri ta' ġestjoni raġonevoli tat-traffiku.", "L-imblukkar jew it-tnaqqis fir-rapidità se jkun permess biss f'għadd limitat ta' ċirkostanzi, pereżempju biex jilqgħu għal attakki ċibernetiċi u jevitaw il-konġestjoni tat-traffiku.", "Ftehimiet dwar servizzi li jeħtieġu livell speċifiku ta' kwalità ser jiġu permessi, iżda l-operaturi se jkollhom jiżguraw il-kwalità ġenerali tas-servizzi ta' aċċess għall-internet.", "Sforz konġunt biex jintlaħaq ftehim", "\"Dan huwa suċċess kbir għall-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Latvjana\", enfasizza Anrijs Matīss, il-Ministru Latvjan għat-Trasport.", "\"Il-Presidenza Latvjana għamlet sforz kbir biex tiffinalizza l-proposta għal Suq Uniku fit-Telekomunikazzjoni - aħna erġajna qajjimna l-proposta mill-bidu nett u lħaqna qbil.", "Dan ma kienx ikun possibbli mingħajr l-impenn u l-approċċ kostruttiv tal-istati membri, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea\".", "Dan kif ser isir liġi?", "Il-Presidenza se tinforma lill-ambaxxaturi tal-istati membri dwar l-eżitu tat-trilogu fil-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) fit-30 ta' Ġunju.", "It-test maqbul ser jiġi ppreżentat għal konferma mill-istati membri taħt il-presidenza tal-Lussemburgu."], "date": "30 ta' Ġunju 2015", "title": "Tmiem it-tariffi tar-roaming: il-Presidenza tilħaq ftehim mal-Parlament Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/30/cepol-updated-rules/", "text": ["Fid-29 ta' Ġunju, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) approva, f'isem il-Kunsill, kompromess milħuq mal-Parlament Ewropew dwar regolament li jistabbilixxi", "Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)", ", li ser iħassar u jissostitwixxi d-deċiżjoni attwali tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija.", "L-għan tar-regolament il-ġdid huwa li tiġi", "aġġornata l-bażi legali tas-CEPOL", "sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-UE permezz tal-implimentazzjoni ta'", "approċċ ġdid ta' taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi tal-UE", "Skont ir-regoli l-ġodda, is-CEPOL ser ikun jista' jgħammar lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi ta' kull grad bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa għall-prevenzjoni tal-kriminalità transkonfinali u l-ġlieda effettiva kontriha permezz ta' kooperazzjoni effiċjenti mal-kollegi tagħhom fl-istati membri l-oħra, l-aġenziji tal-UE, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.", "Barra minn hekk, il-", "mandat tal-aġenzija", "ser jiġi", "estiż", "ukoll u l-", "Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) huwa Aġenzija tal-Unjoni Ewropea, stabbilita fl-2005 mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI.", "L-objettivi tas-CEPOL huma li jżid l-għarfien tas-sistemi u l-istrutturi nazzjonali tal-pulizija tal-istati membri l-oħra u tal-kooperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija fl-Unjoni Ewropea, li jtejjeb l-għarfien tal-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni u li jipprovdi taħriġ xieraq fir-rigward tar-rispett għas-salvagwardji demokratiċi.", "Fl-2013, meta l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal regolament ġdid dwar il-Europol, hija pproponiet il-fużjoni tas-CEPOL mal-Europol, iżda l-idea tal-fużjoni ġiet irrifjutata kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Parlament Ewropew.", "Sadanittant, wara d-deċiżjoni tar-Renju Unit li ma jospitax aktar is-CEPOL, l-Aġenzija kellha tirriloka minn Bramshill (ir-Renju Unit) għal Budapest (l-Ungerija), mill-1 ta' Ottubru 2014.", "Il-passi li jmiss", "Issa li l-ftehim ġie kkonfermat mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti, f'isem il-Kunsill, ir-regolament ser jiġi ppreżentat, wara reviżjoni mill-ġuristi-lingwisti, lill-Parlament Ewropew għal vot fl-ewwel qari, u lill-Kunsill għall-adozzjoni."], "date": "30 ta' Ġunju 2015", "title": "CEPOL: il-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar regoli aġġornati"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/30/seal-products-trade/", "text": ["L-Istati Membri approvaw test ta' kompromess maqbul mal-Parlament Ewropew biex ir-regolament tal-UE dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki jinġieb", "f'konformità mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO)", "Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper), f'isem il-Kunsill, ikkonferma l-qbil bejn il-Presidenza tal-Kunsill u l-Parlament li ntlaħaq f'laqgħa ta' trilogu fil-25 ta' Ġunju 2015.", "Din l-emenda għar-regolament attwali tal-2009 ssegwi deċiżjoni tad-WTO ta' Ġunju 2014.", "Wara li l-Kanada u n-Norveġja kkontestaw ir-reġim tal-UE, id-", "deċiżjoni tad-WTO appoġġat il-projbizzjoni tal-UE", "fuq il-kummerċ tal-prodotti mill-foki.", "Madankollu, hija sabet li ż-", "żewġ eċċezzjonijiet", "mogħtija kienu problematiċi, waqt li esprimiet l-opinjoni li jista' jkollhom effetti diskriminatorji.", "Proposta tal-Kummissjoni għal aġġustamenti dwar il-kummerċ ta' prodotti mill-foki, 6 ta' Frar 2015", "Informazzjoni dwar il-każ tad-WTO rigward il-projbizzjoni tal-UE fuq il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (Kummissjoni Ewropea)", "L-eċċezzjonijiet fir-regolament tal-2009", "It-test il-ġdid li ntlaħaq qbil dwaru jindirizza dan it-tħassib billi", "waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet u billi jiddikjara", "kondizzjonijiet", "aktar ċari għall-oħra.", "L-eċċezzjoni għal prodotti li jirriżultaw minn kaċċa li ssir għall-", "ġestjoni", "sostenibbli", "tar-riżorsi tal-baħar", "(l-eċċezzjoni MRM) għalhekk tneħħiet.", "Madankollu, ir-regolament jirrikonoxxi li dan jista' joħloq problemi fl-istati membri kkonċernati u li għandu jittieħed kont ta' dan fil-valutazzjonijiet futuri tar-regolament.", "Fir-rigward tal-eċċezzjoni għal prodotti li ġejjin minn kaċċa li ssir minn", "komunitajiet Inuit jew komunitajiet indiġeni oħra", "(l-eċċezzjoni IC), jeħtieġ li l-kaċċa tissodisfa tliet kondizzjonijiet:", "hija ssir", "b'mod tradizzjonali", "mill-komunità", "hija ssir għas-", "tal-komunità u tikkontribwixxi għaliha (u ma titwettaqx primarjament għal raġunijiet kummerċjali)", "hija ssir bir-rispett dovut għat-", "trattament xieraq tal-annimali", "(filwaqt li jiġi kkunsidrat l-għajxien tal-komunità u l-għan ta' sussistenza)", "Jekk il-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mill-foki", "ma jiġux sodisfatti", ", il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew tillimita l-kwantità ta' prodotti li jistgħu jitqiegħdu, wara li jiġu kkonsultati l-esperti (inkluż mill-istati membri).", "Il-passi li jmiss", "Il-leġislazzjoni l-ġdida ser tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew għal votazzjoni fl-ewwel qari f'Settembru 2015 u lill-Kunsill għall-adozzjoni finali.", "Ir-reġim il-ġdid tal-UE għandu jidħol fis-seħħ sat-18 ta' Ottubru 2015."], "date": "30 ta' Ġunju 2015", "title": "Il-kummerċ tal-prodotti mill-foki: qbil li tiġi adattata l-projbizzjoni għal regoli tad-WTO"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/30/medium-combustion-plants/", "text": ["Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) tal-Kunsill ikkonferma l-qbil mal-Parlament Ewropew dwar direttiva ġdida biex", "jiġu limitati l-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu", "minn impjanti medji tal-kombustjoni.", "Dawn ir-regoli l-ġodda huma parti mill-pakkett leġislattiv dwar l-", "arja nadifa", ", bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-arja fl-UE.", "Id-direttiva l-ġdida tistabbilixxi l-limiti ta' emissjonijiet għal ċerti sustanzi li jniġġsu, fosthom id-diossidu tal-kubrit, l-ossidu tan-nitroġenu u t-trab.", "Dawn il-limiti ser jiġu applikati għal", "impjanti tal-kombustjoni ġodda u eżistenti ta' daqs medju", "(bejn 1 u 50 MW).", "''Biex tittejjeb il-kwalità tal-arja li nieħdu hemm bżonn li nindirizzaw it-tniġġis tal-arja mis-sors.", "Permezz ta' din id-direttiva aħna nikkompletaw il-qafas regolatorju għall-emissjonijiet mis-settur tal-kombustjoni.", "Dan hu parti ewlenija li kienet nieqsa u li ser tgħin biex jitnaqqsu b'mod sinifikanti r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent \", qal il-Ministru Latvjan Kaspars Gerhards, president tal-Kunsill Ambjent taħt il-presidenza Latvjana.", "Proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar l-emissjonijiet minn impjanti medji tal-kombustjoni", "Skadenzi", "Meta mqabbel mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni Ewropea, it-test maqbul jintroduċi", "arranġamenti distinti", "għall-impjanti tal-kombustjoni eżistenti, abbażi tad-daqs tagħhom.", "Dan għandu l-għan li jnaqqas l-ispejjeż għall-iżgħar impjanti filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni ambjentali.", "Il-limiti ser jiġu applikati għal impjanti eżistenti akbar (5-50 MW) mill-2025 u mill-2030 għal dawk iżgħar (1-5 MW).", "Jeħtieġ li l-impjanti ġodda jikkonformaw mal-limiti wara perjodu ta' traspożizzjoni ta' sentejn wara d-dħul fis-seħħ.", "Skadenzi estiżi ta' konformità", "sal-2030 jistgħu jingħataw lil xi impjanti, b'mod partikolari għal:", "sistemi ta' tisħin distrettwali", "impjanti li jaħarqu l-bijomassa bħala l-fjuwil ewlieni tagħhom", "impjanti li jiffurmaw parti minn sistemi iżolati żgħar (pereżempju, fuq gżejjer)", "impjanti speċifiċi marbuta ma' sistema għat-trasmissjoni tal-gass nazzjonali", "Tibdil ieħor għall-proposta", "F'żoni li ma jikkonformawx mal-valuri ta' limitu tal-kwalità tal-arja tal-UE, l-istati membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jiġu applikati", "limiti aktar stretti", "għal impjanti individwali.", "It-test maqbul jinkludi regoli għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' sustanza li tniġġes oħra: il-", "monossidu tal-karbonju", ".", "Il-Kummissjoni se tqis ir-riżultati rilevanti f'reviżjoni futura.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija mitluba tivvaluta permezz ta' reviżjoni l-benefiċċji tat-twaqqif ta' standards minimi tal-", "effiċjenza enerġetika", "f'konformità mal-aqwa tekniki disponibbli.", "Filwaqt li impjanti iżgħar u ikbar huma diġà koperti minn direttivi rispettivi tal-UE, l-emissjonijiet minn impjanti medji tal-kombustjoni għadhom", "mhumiex regolati fil-livell tal-UE", ".", "Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li", "jnaqqsu dak id-distakk", "sabiex jiġi kkompletat il-qafas regolatorju għas-settur tal-kombustjoni, bħala sors importanti ta' ċerti sustanzi li jniġġsu.", "Sfond u passi li jmiss", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fit-18 ta' Diċembru 2013 bħala parti mill-Istrateġija 'Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa'.", "Il-presidenza tal-Kunsill u l-Parlament laħqu qbil proviżorju f'laqgħa tat-trilogu fit-23 ta' Ġunju 2015 li issa ġie kkonfermat mill-Coreper.", "L-att legislattiv il-ġdid issa ser jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew għal vot fl-ewwel qari u mbagħad lill-Kunsill għall-adozzjoni finali."], "date": "30 ta' Ġunju 2015", "title": "L-emissjonijiet minn impjanti medji tal-kombustjoni: l-istati membri jikkonfermaw qbil mal-Parlament"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/30/iran-sanctions/", "text": ["Biex jingħata aktar żmien lin-negozjati li għaddejjin biex tintlaħaq soluzzjoni fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana, il-Kunsill estenda sas-7 ta' Lulju 2015 is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE maqbula fil-Pjan ta' Azzjoni Konġunt mal-Iran fl-24 ta' Novembru 2013.", "Skeda informattiva tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt mal-Iran tal-24 ta' Novembru 2013", "Nota ta' informazzjoni: L-Unjoni Ewropea u l-Iran"], "date": "30 ta' Ġunju 2015", "title": "Iran: Is-sospensjoni tas-sanzjonijiet estiża b'ġimgħa"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/fac-lebanon-conclusions/", "text": ["Fit-22 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Libanu.", "L-UE tfakkar fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE li tfakkar il-passaġġ ta' sena minn meta l-Ex President Michel Sleiman tal-Libanu ħalla l-kariga mogħtija fil-25 ta' Mejju u d-Dikjarazzjoni Presidenzjali adottata mill-KSNU adottata fid-19 ta' Marzu.", "L-UE ttenni bil-qawwa s-sejħa tagħha lill-forzi politiċi kollha biex jieħdu azzjoni deċiżiva sabiex jiġi elett President ġdid u jqiegħdu l-istabbiltà u l-interess nazzjonali tal-Libanu qabel il-politika partiġjana.", "L-UE ttenni l-appell tagħha lill-Membri tal-Parlament kollha biex iħarsu t-tradizzjoni demokratika li ilha teżisti fil-Libanu u biex jiltaqgħu sabiex jeleġġu President mingħajr aktar dewmien f'konformità mal-Kostituzzjoni.", "Huwa ta' importanza kruċjali li l-partijiet kollha jħarsu l-Kostituzzjoni, jimplimentaw bis-sħiħ il-Ftehim ta' Taef, u l-Patt Nazzjonali.", "Dan iż-żmien fit-tul mingħajr President qed ikompli jġib miegħu riskji serji għall-pajjiż kollu kemm hu.", "Il-kriżi dejjem tikber dgħajfet aktar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet.", "L-UE ttenni l-appoġġ tagħha għall-isforzi tal-Prim Ministru Tammam Salam biex jiggverna taħt ċirkostanzi diffiċli u titlob lill-partijiet kollha jippermettu lill-gvern jiffunzjona kif suppost, inklużi l-ħatriet għall-karigi pubbliċi ewlenin.", "Hija tfakkar fl-importanza tal-kontinwità tal-istituzzjonijiet, b'mod partikolari fis-settur tas-sigurtà u dak militari.", "Il-forzi politiċi Libaniżi għandhom responsabbiltà kbira f'dan ir-rigward.", "L-UE tilqa' l-passi reċenti biex jitrawmu d-djalogu u l-konċiljazzjoni u tħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha biex iżidu l-isforzi f'dan ir-rigward.", "L-UE tħeġġeġ lill-Parlament Ewropew biex jiltaqa' għal kwistjonijiet leġislattivi urġenti, inkluża l-implimentazzjoni tal-għajnuna internazzjonali.", "Dan l-istaġnar istituzzjonali għandu impatt negattiv ukoll fuq l-ekonomija tal-pajjiż> Huwa dejjem aktar diffiċli għal donaturi biex joperaw fil-Libanu f'kondizzjonijiet bħal dawn.", "L-impass istituzzjonali jaffettwa dejjem aktar l-abbiltà tal-Libanu li jindirizza l-isfidi tas-sigurtà, dawk ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mill-konflitt fis-Sirja.", "Hekk kif is-sitwazzjoni tas-sigurtà qed tkompli tiddeterjora b'mod partikolari fuq il-fruntiera tal-Lvant, l-ispejjeż tal-istaġnar istituzzjonali qed jikbru kuljum.", "L-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw bis-sħiħ l-isforzi tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà Libaniżi kollha, b'mod partikolari l-Forzi Armati Libaniżi, biex tinżamm l-istabbiltà u jirreaġixxu għal theddidiet ta' sigurtà kumplessi.", "Huwa għalhekk li l-UE u l-Istati Membri tagħha żiedu l-assistenza tagħhom lill-Forzi Armati Libaniżi u lis-settur tas-sigurtà u ser jibqgħu impenjati b'mod attiv f'dan ir-rigward.", "L-UE tikkonferma wkoll ir-rieda tagħha li tappoġġa lil-Libanu fil-ġlieda tiegħu kontra t-terroriżmu u fl-isforzi tiegħu biex jiġġieled ir-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti.", "L-UE ttenni l-impenn tagħha lejn is-sovranità, l-istabbiltà, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Libanu.", "L-UE hija mħassba dwar l-inkursjonijiet, il-ġlied transkonfinali, kif ukoll, il-ħtif ta' persuni, u t-traffikar tal-bnedmin, l-armi u l-artefatti fuq il-fruntieri tagħha.", "L-UE ttenni l-appell tagħha għal impenn imġedded lejn il-politika ta' dissoċjazzjoni mill-konflitti reġjonali kollha mill-partiti politiċi kollha f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Baabda.", "L-UE tenfasizza l-importanza tal-impenn kontinwu tal-Libanu għall-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligi internazzjonali kollha tiegħu, inklużi r-Riżoluzzjonijiet 1559, 1680, 1701, 1757 tal-KSNU.", "L-UE ttenni l-appoġġ tagħha għar-rwol tal-UNIFIL biex jiġu appoġġati l-paċi u l-istabbiltà fin-Nofsinhar tal-Libanu.", "L-UE hija totalment konxja mill-isfidi straordinarji li l-kriżi tar-refuġjati qed toħloq fuq l-istabbiltà tal-Libanu.", "L-UE tfaħħar lill-awtoritajiet u l-popolazzjoni tal-Libanu għall-isforzi tagħhom biex jospitaw, jassistu u jipproteġu lir-refuġjati li qed jaħarbu mill-konflitt fis-Sirja.", "L-UE tieħu nota tal-politika tal-fruntieri tal-Libanu introdotta f'Jannar 2015 u deċiżjonijiet reċenti oħra u, fl-istess ħin, tenfasizza l-importanza tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji umanitarji, kif ukoll il-prinċipju ta' non-refoulement skont il-Communiqué ta' Berlin tat-28 ta' Ottubru 2014.", "Bħala l-akbar donatur fil-pajjiż, l-UE hija impenjata li tappoġġa lil-Libanu biex jindirizza l-ħtiġijiet dejjem jikbru tal-komunitajiet u r-refuġjati vulnerabbli kollha, inklużi r-refuġjati Palestinjani.", "L-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-assistenza internazzjonali teħtieġ teħid ta' deċiżjonijiet effettiv mill-gvern.", "L-UE tħeġġeġ lil-Libanu biex imexxi 'l quddiem riformi ekonomiċi u soċjali ewlenin, inklużi l-adozzjoni tal-baġit nazzjonali, l-implimentazzjoni effettiva ta' politiki settorjali strateġiċi biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tal-popolazzjoni, biex jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u l-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku fil-pajjiż.", "It-tisħiħ tas-soċjetà ċivili għandu wkoll ikun parti minn dawn ir-riformi.", "L-UE tappoġġa lil-Libanu biex jindirizza l-isfidi straordinarji tiegħu.", "L-UE tafferma mill-ġdid is-sħubija b'saħħitha tagħha mal-Libanu msejsa fuq il-valuri komuni tagħna tad-demokrazija, il-pluraliżmu, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.", "L-UE tenfasizza l-importanza li jitħarsu l-libertà u d-diversità tal-Libanu bħala mudell ta' moderazzjoni fir-reġjun kollu.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Libanu"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/fac-burundi/", "text": ["1.", "L-istaġnar politiku fil-Burundi u s-sitwazzjoni tas-sigurtà u ekonomika li sejra għall-agħar joħolqu effetti serji fuq il-popolazzjoni u riskji għar-reġjun kollu.", "Quddiem din is-sitwazzjoni kritika, l-UE tfaħħar il-mobilizzazzjoni fir-reġjun biex tinsab soluzzjoni.", "Id-deċiżjonijiet dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi adottati mis-Summit tal-Unjoni Afrikana (UA) fit-13 ta' Ġunju, kif ukoll il-konklużjonijiet tas-Summit tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC) tal-31 ta' Mejju 2015, jistabbilixxu qafas inevitabbli biex jippermetti lill-Burundi joħroġ minn din il-kriżi.", "2.", "Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu u tat-18 ta' Mejju 2015, l-UE għandha l-istess fehma tal-UA, is-CAE u n-Nazzjonijiet Uniti (NU) li d-djalogu u l-kunsens biss, b'rispett tal-Ftehim ta' Arusha u tal-Kostituzzjoni tal-Burundi, jippermettu li tinsab soluzzjoni politika sostenibbli fl-interess tas-sigurtà u d-demokrazija għall-Burundjani kollha.", "Hija tappella, u tieħu l-impenn li tagħti appoġġ, lill-atturi Burundjani kollha biex ikomplu bid-djalogu rigward il-kwistjonijiet kollha li joħolqu diverġenzi bejn il-partijiet.", "3.", "L-Unjoni Ewropea tappella biex jiġu rispettati bis-sħiħ il-kondizzjonijiet identifikati mill-UA u s-CAE, essenzjali għall-kredibbiltà u l-andament tajjeb tal-proċess elettorali b'mod paċifiku, inklużiv u trasparenti, u b'rispett sħiħ għal-libertajiet politiċi, inkluża l-libertà ta' espressjoni.", "L-UE tappella għal tisħiħ tal-koordinazzjoni, tappoġġa l-isforzi ta' medjazzjoni li qed isiru mill-UA, is-CAE u n-NU, u tinsab lesta tagħti sostenn għall-implimentazzjoni tal-miżuri konkreti li tħabbru reċentement mill-UA.", "Kemm is-CAE kif ukoll l-UA ddikjaraw biċ-ċar li bħalissa għadhom ma ntlaħqux kondizzjonijiet adatti għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet.", "Huwa ferm probabbli li dawn il-kondizzjonijiet mhux ser ikunu jistgħu jintlaħqu fiż-żmien previst mill-kostituzzjoni Burundjana.", "L-UE tħeġġeġ lill-gvern tal-Burundi jaċċetta din ir-realtà u jirreaġixxi mill-aktar fis possibbli għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-UA permezz ta' atti konkreti.", "4.", "Bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-UE tinsab imħassba sew bl-għadd ta' vittmi u bil-każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem sa mill-bidu tal-kriżi, b'mod partikolari l-abbużi mill-forzi tas-sigurtà u l-membri tal-Imbonerakure.", "Hija titlob lil dawk responsabbli biex jieqfu minn kull att li jwassal għal dawn il-vjolenzi u tħeġġeġ lill-awtoritajiet Burundjani jfittxu l-verità kollha dwar dawn il-ġrajjiet u jressqu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja.", "L-UE ttenni li m'għandux ikun hemm impunità għal dawk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-Bniedem, u li dawn il-persuni għandhom jinżammu individwalment responsabbli u jagħtu rendikont quddiem il-ġustizzja.", "F'dan il-kuntest, l-UE tagħti importanza partikolari għall-istazzjonament immedjat tal-osservaturi tad-drittijiet tal-Bniedem u l-esperti militari li tħabbru mill-UA.", "5.", "L-UE hija determinata li tadotta, f'dak il-każ, miżuri restrittivi kontra dawk li azzjonijiethom setgħu jwasslu jew iwasslu għal atti ta' vjolenza u repressjoni, għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u/jew għal tfixkil biex tinsab soluzzjoni politika fil-qafas propost mill-UA u s-CAE.", "Bħala miżura preventiva, il-Kunsill jitlob lir-Rappreżentant Għoli tibda ħidma preparatorja għal dan il-għan.", "6.", "L-UE tfakkar fl-obbligi tal-Ftehim ta' Cotonou fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt u fil-possibbiltà li jinbdew il-proċeduri ta' konsultazzjoni previsti fil-Ftehim, inkluż skont l-Artikolu 96.", "Skont ir-reazzjoni tal-gvern Burundjan għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-UA u l-iżviluppi futuri, l-UE tinsab lesta tibda dawn il-proċeduri, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni, biex tiżgura li l-Burundi jirrispetta l-impenji msemmija.", "L-UE tisħaq li l-obbligi tal-Ftehim ta' Cotonou japplikaw bl-istess mod għall-Istati partijiet kollha fil-Ftehim.", "7.", "L-UE tesprimi wkoll it-tħassib serju tagħha dwar il-fluss kontinwu ta' refuġjati lejn il-pajjiżi ġirien.", "Hija ttenni l-appoġġ tagħha għall-organizzazzjoni umanitarji fir-reġjun li jirreaġixxu għall-bżonnijiet immedjati tar-refuġjati.", "Hija tfaħħar lill-awtoritajiet tal-pajjiżi ospitanti għall-politika ta' fruntieri miftuħa u ta' akkoljenza tagħhom fir-rigward tal-popolazzjonijiet li jfittxu kenn lil hinn mill-fruntieri tagħhom.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Burundi"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/fac-human-rights-report/", "text": ["Il-Kunsill adotta r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2014.", "Matul din is-sena kkaratterizzata minn sfidi l-UE indirizzat bosta każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha, bit-twemmin qawwi li bid-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, soċjetajiet inklużivi u demokratiċi huma l-uniku mod biex jiġu garantiti s-sigurtà u l-istabbiltà fid-dinja kollha.", "Ir-Rapport Annwali tal-2014 jiddeskrivi l-isforzi konsistenti tal-UE, tan-netwerk estensiv tiegħu ta' 139 Delegazzjoni tal-UE, tar-Rappreżentant Għoli u tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, Stavros Lambrinidis, fid-dinja kollha biex jippromwovi l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.", "Matul l-2014, l-UE involviet ruħha fi djalogi u konsultazzjonijiet formali dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' 37 pajjiż sieħeb u raggruppamenti reġjonali.", "Barra minn hekk, ħafna mid-79 pajjiż Afrikan, tal-Karibew u l-Paċifiku li huma parti għall-Ftehim ta' Cotonou kellhom djalogu mal-UE.", "Għall-ewwel darba, ġie organizzat id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Mjanmar/Burma.", "L-UE kkundannat l-ispazju dejjem jiċkien għas-soċjetà ċivili f'ħafna pajjiżi, ir-restrizzjonijiet dejjem akbar imposti fuq organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-fastidju u l-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem imposti fuq attivisti.", "L-UE kkundannat l-attakki kontra ġurnalisti u bloggers permezz ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi u fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha.", "L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) baqa' għodda finanzjarja ewlenija ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi ġurnalisti u bloggers.", "L-UE tenniet l-impenn tagħha biex tappoġġa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.", "Filwaqt li fakkar l-10 anniversarju tal-adozzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill f'Ġunju 2014 enfasizza ir-rwol partikolarment importanti tad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem u dawk minn gruppi vulnerabbli u marġinalizzati.", "Ġew adottati linji gwida tal-UE dwar il-libertà tal-espressjoni offline u online kif ukoll il-Forum annwali UE NGO dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f'Diċembru 2014, iddedikat għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertà tal-espressjoni bil-parteċipazzjoni ta' aktar minn 200 NGO minn madwar id-dinja.", "Filwaqt li ċċelebrat it-30 anniversarju tal-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, l-UE kompliet bl-isforzi tagħha biex jiġu evitati u jinqerdu t-tortura u t-trattament ħażin.", "Permezz tat-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tan-NU, bħall-ILO, l-UE kompliet tappoġġa bis-sħiħ is-sistema multilaterali tad-drittijiet tal-bniedem, li għandha rwol kritiku fil-promozzjoni u l-protezzjoni tan-normi u l-istandards tad-drittijiet universali tal-bniedem u fil-monitoraġġ tal-konformità.", "L-UE kkontribwixxiet għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi.", "L-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ li tipproteġi t-tfal mill-vjolenza, l-isfruttament, l-abbuż u n-negliġenza, u twiegħed aktar minn EUR 100 miljun għas-seba' snin li ġejjin għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-benessri tat-tfal, inklużi proġetti konkreti dwar it-tmiem għall-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa u tat-tfal, iż-żwieġ prekoċi u dak sfurzat.", "Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2014", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Protezzjoni u promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem (informazzjoni ġenerali)", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2014"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/fac-asean-conclusions/", "text": ["1.", "L-UE għandha interess strateġiku ġenwin fit-tisħiħ tar-relazzjoni tagħha mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), li hija l-kontributur ewlieni għall-istabbiltà fir-reġjun Asja-Paċifiku.", "ASEAN b'saħħitha u koeżiva li tipproċedi bl-integrazzjoni tagħha stess hija ta' benefiċċju għall-prosperità reġjonali, l-istabbiltà u s-s-sigurtà, u toħloq opportunitajiet ġodda għal kooperazzjoni dwar sfidi reġjonali u globali.", "Il-Kunsill laqa' l-momentum il-ġdid fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN u ssottolinja l-impenn tal-UE fl-appoġġ tal-integrazzjoni reġjonali tal-ASEAN u approfondiment akbar tar-relazzjonijiet.", "2.", "Il-Kunsill tenna li l-mixja lejn Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-ASEAN għandha tkun akkumpanjata mill-preżenza tal-UE fuq il-mejda strateġika tar-reġjun, inkluż fil-livell ta' summit, permezz tal-involviment tal-UE fil-proċess tas-Summit tal-Asja tal-Lvant.", "Kemm l-UE kif ukoll l-ASEAN għandhom jaħdmu flimkien biex ir-relazzjoni timxi lejn il-livell strateġiku, biex jagħtu riżultat ta' sustanza bħala responsabbiltà konġunta.", "Il-Kunsill jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta tar-RGħ/VP-Kummissjoni: 'L-UE u ASEAN: sħubija bi skop strateġiku' li timxi fuq il-gwida u d-deċiżjonijiet tal-20 Laqgħa Ministerjali ASEAN-UE li saret fi Brussell f'Lulju 2014 u li stabbilixxiet l-oqsma ta' prijoritajiet għall-involviment.", "3.", "Il-Kunsill enfasizza fuq l-importanza ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-ASEAN fil-Konnettività, li hija fil-qalba ta' din ir-relazzjoni speċjali bejn reġjun u ieħor.", "L-UE għandha assi ta' valur biex tappoġġa lill-ASEAN fil-kisba tal-objettivi tagħha fir-rigward tal-Konnettività u qed tistenna bil-ħerqa biex iżżid il-kooperazzjoni ta' benefiċċju reċiproku wkoll permezz ta' mekkaniżmi ddedikati dwar l-integrazzjoni ekonomika sostenibbli u inklużiva, il-kummerċ u l-ġestjoni tal-fruntieri.", "L-UE ser tipprovdi appoġġ finanzjarju mill-programmi tagħha ta' kooperazzjoni, permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Faċilità ta' Investiment għall-Asja u l-programmi ta' għajnuna bilaterali mill-Istati Membri tal-UE.", "4.", "Il-Kunsill issottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta' rabtiet kummerċjali u ta' investiment eqreb mal-ASEAN.", "Il-Kunsill laqa' l-impenn mill-Kummissjoni li timpenja ruħha f'valutazzjoni konġunta mal-ASEAN dwar il-prospetti ta' negozjati ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn reġjun u ieħor li jkun ta' suċċess, komprensiv, ambizzjuż u bilanċjat.", "Sadanittant, il-Kunsill ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex issegwi l-linja bilaterali ta' negozjati tal-FTA ambizzjużi, bilanċjati u komprensivi mal-ekonomiji maġġuri kollha tal-ASEAN.", "Il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet kummerċjali, inkluż għall-benefiċċju tal-SMEs Ewropej, bi programmi ta' appoġġ tal-UE iżda wkoll il-ħtieġa li jiġu promossi politiki biex jittejjeb l-aċċess għal kreditu fi klima ta' kummerċ u investiment ġusta u trasparenti fir-reġjun tal-ASEAN.", "5.", "Il-Kunsill fakkar l-importanza fundamentali tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll il-kuntatti bejn in-nies, bħala element essenzjali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN.", "Il-Kunsill issottolinja l-ħtieġa li tiġi approfondita l-kooperazzjoni tanġibbli ma' atturi rilevanti tal-ASEAN li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem.", "F'dan il-kuntest, l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, is-sitwazzjoni ta' minoranzi vulnerabbli u d-drittijiet tan-nisa u l-bniet jeħtieġu attenzjoni speċjali.", "6.", "Il-Kunsill tenna l-interess tal-UE għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-ASEAN dwar it-trasport u l-avjazzjoni ċivili, inkluż fil-perspettiva ta' ftehim dwar l-avjazzjoni ċivili bejn reġjun u ieħor.", "7.", "Il-Kunsill issottolinja l-ħtieġa li jiġu allinjati l-pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' importanza globali, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG), li se jiġu adottati fis-Summit tan-NU f'Settembru 2015 fi New York.", "Il-Kunsill enfasizza wkoll li l-UE u l-ASEAN għandhom interess komuni fl-iżvilupp ta' kooperazzjoni aktar effettiva bejn reġjun u ieħor dwar it-tibdil fil-klima, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi żgurat eżitu ta' suċċess tal-21 Sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima li għandha ssir f'Pariġi fi tmiem din is-sena.", "Il-Kunsill appella wkoll għall-iżvilupp ta' djalogi ta' politika u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar l-ambjent, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u l-ġestjoni tad-diżastri, ir-reżiljenza u tal-iżvilupp sostenibbli, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tal-Brunei u abbażi tal-esperjenza tal-UE fl-indirizzar ta' tali kwistjonijiet fuq skala kontinentali.", "Id-djalogu ta' politika għandu jindirizza sfidi ambjentali ewlenin ta' interess tal-UE inkluż: it-telfien tal-bijodiversità, id-deforestazzjoni, il-kummerċ illegali tal-injam u tal-organiżmi slavaġ, kif ukoll il-konsum mhux sostenibbli u x-xejriet ta' produzzjoni.", "8.", "Il-Kunsill tenna l-offerta tal-UE għall-kontribuzzjoni sostanzjali fl-oqsma relatati mal-politika u mas-sigurtà/difiża mmexxija mill-ASEAN, inkluż fis-Summit tal-Asja tal-Lvant.", "Il-Kunsill enfasizza l-valur ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-ASEAN dwar is-sigurtà, filwaqt li jirrikonoxxi li għandna sfidi komuni li għandhom impatt globali inkluż is-sigurtà marittima u sfidi ta' sigurtà \"mhux tradizzjonali\", xprunati mill-interessi komuni u mill-kapaċitajiet ġodda fuq iż-żewġ naħat biex jindirizzaw kwistjonijiet ta' sigurtà b'mod komprensiv.", "Il-Kunsill faħħar l-impenn imsaħħaħ tal-UE fil-Forum Reġjonali tal-ASEAN (ARF), li rriżulta wkoll f'kopresidenzi ta' laqgħat ewlenin, fit-tlaqqigħ, mal-Brunei Darussalam tal-ewwel Sessjoni ta' Ħidma tal-ARF dwar id-Diplomazija Preventiva u l-Medjazzjoni u fl-organizzazzjoni ta' żewġ Djalogi ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-ASEAN dwar is-sigurtà marittima.", "L-UE ser ikollha rwol attiv ukoll fir-rigward tal-indirizzar ta' suġġetti importanti oħra, bħan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali, ir-rispons tal-emerġenza, iċ-ċibersigurtà, l-emerġenzi tal-migrazzjoni u t-traffikar tad-droga u tal-bnedmin.", "9.", "Il-Kunsill issottolinja li l-UE tikkondividi l-impenn tal-ASEAN sabiex tippreserva l-Asja tax-Xlokk bħala reġjun ħieles mill-armi nukleari u mill-armi l-oħra kollha ta' qerda massiva kif imnaqqax fit-Trattat tal-Asja tax-Xlokk bħala Żona Ħielsa mill-Armi Nukleari (traduzzjoni mhux uffiċjali) (SEANWFZ) u l-Karta tal-ASEAN.", "Il-Kunsill issottolinja wkoll l-importanza tal-kontroll tal-armi konvenzjonali u l-eliminazzjoni tat-trasferimenti illeċiti tal-armi.", "Il-Kunsill laqa' l-ħidma taċ-Ċentru Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari (CBRN) f'Manila sponsorjat mill-UE fl-Asja tax-Xlokk, li jassisti fl-iżvilupp ta' pjanijiet nazzjonali ta' rispons u li jrawwem il-koordinazzjoni reġjonali.", "10.", "Il-Kunsill appella lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet identifikati hawn fuq u l-Komunikazzjoni Konġunta, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tal-UE, billi jibnu fuq l-attivitajiet tagħhom, inklużi inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni tal-ASEAN.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-relazzjonijiet UE-ASEAN"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/fac-central-asia-conclusions/", "text": ["1.", "Billi tikkunsidra l-Asja Ċentrali bħala reġjun ta' importanza strateġika, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tistabbilixxi relazzjoni b'saħħitha, dejjiema u stabbli mal-ħames pajjiżi tal-Asja Ċentrali.", "Tmien snin wara l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Asja Ċentrali, il-Kunsill jilqa' l-progress sostanzjali li sar fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Każakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan kif ukoll mar-reġjun tal-Asja Ċentrali kollu kemm hu.", "Filwaqt li jenfasizza l-interess reċiproku sinifikanti tal-kooperazzjoni politika u ekonomika akbar, il-Kunsill jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għal relazzjoni bbażata fuq il-prinċipji ta' responsabbiltà u sjieda, li għandha l-għan li trawwem l-iżvilupp stabbli, sigur u sostenibbli tar-reġjun.", "2.", "L-għanijiet ewlenin u l-oqsma ta' prijorità tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali tal-2007 jibqgħu pertinenti.", "Billi timplimenta l-Istrateġija, l-UE ser tieħu kont tat-tagħlimiet meħuda u l-bidliet fir-reġjun kif ukoll is-sitwazzjoni ġeopolitika li qed tinbidel madwaru.", "Il-Kunsill jappella għat-tisħiħ tar-rabtiet tal-kummerċ u tal-enerġija bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u l-istabbiltà, inkluża l-ġestjoni sostenibbli ta' riżorsi naturali.", "Huwa jenfasizza l-importanza fundamentali tad-demokratizzazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u l-iżvilupp soċjoekonomiku, li kollha huma elementi essenzjali tal-Istrateġija.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/fac-myanmar-burma-conclusions/", "text": ["1.", "L-Unjoni Ewropea ttenni l-impenn qawwi u l-appoġġ kontinwu tagħha għat-transizzjoni demokratika u ekonomika tal-Myanmar/Burma f'konformità mal-Qafas Komprensiv kif adottat mill-Kunsill fit-22 ta' Lulju 2013.", "Hija tilqa' l-kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Myanmar/Burma, inkluż l-organizzazzjoni ta' żewġ sessjonijiet ta' Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Myanmar/Burma, l-iffirmar ta' ftehim ta' qafas bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Gvern tal-Myanmar/Burma, in-negozjati li jinsabu għaddejjin dwar Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment bejn l-UE u l-Myanmar/Burma u li l-UE reċentement ingħaqdet mal-Inizjattiva għall-Promozzjoni tad-Drittijiet u l-Prattiki Fundamentali tax-Xogħol fil-Myanmar/Burma.", "2.", "L-elezzjonijiet fl-2015 ser ikunu pass importanti fit-transizzjoni demokratika tal-Mjanmar/Burma u opportunità biex jiġi kkonfermat li r-riformi huma irriversibbli.", "Il-Kunsill jilqa' l-organizzazzjoni ta' djalogu politiku f'diversi formati bejn atturi ewlenin, inklużi l-President, il-kelliema tal-Parlament, il-Kap Kmandant, l-oppożizzjoni u l-partiti politiċi etniċi.", "It-twettiq tal-elezzjonijiet f'ambjent paċifiku ser jikkontribwixxi lejn Myanmar/Burma demokratika bbażata fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt għall-popolazzjoni kollha tagħha.", "3.", "L-Unjoni Ewropea ssegwi mill-qrib in-negozjati bejn il-Gvern tal-Myanmar/Burma u l-gruppi armati etniċi dwar it-test ta' ftehim ta' waqfien mill-ġlied fil-pajjiż kollu u tħeġġeġ progress kontinwu lejn l-iffirmar.", "Hija tħeġġeġ lill-mexxejja kollha biex ikomplu jaħdmu flimkien lejn il-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali, f'konformità mal-aspirazzjonijiet tal-poplu tal-Myanmar/Burma.", "4.", "Il-Kunsill jafferma mill-ġdid is-sejħa tiegħu għat-twettiq ta' elezzjonijiet demokratiċi, inklussivi, kredibbli u trasparenti li fihom il-poplu kollu tal-Myanmar/Burma, inklużi persuni li jappartjenu għall-minoranzi, ikunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet politiċi tagħhom u jitfgħu l-vot tagħhom u fejn jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha.", "Il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess elettorali għandha tiġi mħeġġa.", "Rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali inklużi l-libertajiet ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda huwa kruċjali biex jiġi żgurat proċess miftuħ u inklużiv.", "5.", "Arranġamenti għal dawk li qabel kienu detenturi ta' Karta ta' Reġistrazzjoni Temporanja għandhom b'mod urġenti jiġu implimentati u jiġu żgurati r-rappreżentazzjoni u l-parteċipazzjoni politika tagħhom.", "It-tneħħija tad-dritt tal-vot ta' detenturi tal-karta bajda tirriskja li tistimula aktar is-sentiment ta' aljenazzjoni tar-Rohingya.", "Soluzzjoni dejjiema għall-kwistjoni taċ-ċittadinanza tkun tikkontribwixxi wkoll biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kriżi migratorja fil-baħar Andaman.", "Il-Kunsill jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni mwiegħra ta' eluf ta' migranti fil-Baħar Andaman u jenfasizza l-ħtieġa għal rispons reġjonali biex jiġu salvati l-ħajjiet u indirizzat it-traffikar tal-bnedmin.", "6.", "L-Unjoni Ewropea tilqa' l-istedina tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni biex tosserva l-elezzjonijiet fl-2015.", "Hija tħeġġeġ it-tkomplija ta' konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni u l-partiti politiċi u s-soċjetà ċivili biex jiżguraw it-tmexxija bla xkiel tal-elezzjonijiet.", "7.", "Il-Kunsill japprezza l-kooperazzjoni tajba bejn il-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni u l-imsieħba internazzjonali tagħha fit-tħejjija tal-elezzjonijiet.", "F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea qed tipprovdi appoġġ elettorali biex il-prattiki ta' ġestjoni elettorali jsiru konformi mal-istandards internazzjonali.", "Dan ser ikopri l-monitoraġġ tal-elezzjoni lokali, l-edukazzjoni tal-votant, is-sensibilizzazzjoni pubblika mmirata lejn il-minoranzi u l-assistenza għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-media.", "It-trasparenza u l-aċċess bla xkiel mill-media u l-osservaturi ser isaħħu l-fiduċja tal-pubbliku fl-integrità tal-elezzjonijiet.", "8.", "L-Unjoni Ewropea tilqa' l-adozzjoni b'kunsens tar-riżoluzzjonijiet dwar is-'Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Myanmar' fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u tħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar/Burma biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-elezzjonijiet li ġejjin fil-Myanmar/Burma"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/accession-conference-montenegro/", "text": ["Is‐sitt laqgħa tal‐Konferenza tal‐Adeżjoni mal‐Montenegro fil‐livell ministerjali saret illum fil‐Lussemburgu bil‐għan li jinfetħu n‐negozjati dwar il‐Kapitolu 9 ‐ Servizzi finanzjarji u l‐Kapitolu 21 ‐ Netwerks trans‐Ewropej.", "Barra minn hekk, il‐Konferenza kkonfermat fil‐livell ministerjali l‐ftuħ tal‐Kapitolu 16 ‐ Tassazzjoni, u tal‐Kapitolu 30 ‐ Relazzjonijiet Esterni, li tqiesu fil‐Konferenza tal‐Adeżjoni mal‐Montenegro fil‐Livell tad‐Deputati, li saret fi Brussell fit‐30 ta' Marzu 2015.", "Aqra t-test sħiħ tas-sitt laqgħa tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Adeżjoni fil-livell Ministerjali - 2 kapitoli ġodda miftuħa", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Is‐sitt laqgħa tal‐Konferenza tal‐Adeżjoni mal‐Montenegro fil‐livell ministerjali ‐ infetħu żewġ kapitoli ġodda"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/tusk-doorstep-euro-summit/", "text": ["Sejjaħt din il-laqgħa għaliex iż-żmien qed jagħfas mhux biss għall-Greċja iżda għalina lkoll.", "Għandna biss ġimgħa qabel ma jiskadi l-programm Grieg attwali.", "U dan ifisser li l-istrateġija ta' \"imbagħad naraw\" trid tintemm.", "Hija r-responsabbiltà tiegħi li niżgura li għamilna ħilitna kollha biex tissolva din il-problema.", "Iżda hija wkoll ir-responsabbiltà tiegħi li niżgura li aħna nirrispettaw il-kontribwenti kollha fil-pajjiżi kollha.", "Li kieku ma ġarrewx il-piż tal-awsteritajiet, kieku llum ma setgħux jgħinu lill-Greċja.", "Din hija wkoll ir-raġuni għaliex il-partijiet kollha tan-negozjati għandhom jirrispettaw lil xulxin.", "Ninsab assolutament konvint li l-logħba tal-ħtija ma twassal imkien.", "Illejla rrid il-karti kollha fuq il-mejda.", "Dan ma jfissirx li jien irrid ninnegozja d-dettalji tekniċi, iżda jfisser li nixtieq inwaqqaf il-logħob tal-azzard politiku.", "Nista' ngħid li mindu sejjaħt din il-laqgħa informali seħħew xi affarijiet promettenti, inklużi t-taħdidiet u l-laqgħat tal-lum.", "U l-aħħar proposti Griegi huma l-ewwel proposti reali f'bosta ġimgħat, għalkemm ċertament huma għad għandhom bżonn il-valutazzjoni tal-istituzzjonijiet u ħidma ulterjuri.", "Iżda l-aktar ħaġa importanti hija li l-mexxejja jieħdu r-responsabbiltà sħiħa għall-proċess politiku biex jiġi evitat l-agħar xenarju possibbli li huwa \"Graccident\" bla kontroll u kaotiku.", "Grazzi.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-Summit taż-Żona tal-Euro, 22 ta' Ġunju 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/17/railway-package/", "text": ["Fis-17 ta' Ġunju 2015, il-presidenza Latvjana tal-Kunsill għamlet arranġament proviżorju mal-Parlament Ewropew dwar ir-regoli l-ġodda biex", "jitjiebu l-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-ferroviji Ewropej", ".", "Ir-riforma tagħti wkoll", "kompiti ġodda lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)", ".", "Iż-żewġ direttivi u r-regolament flimkien jagħmlu l-", "pilastru tekniku tar-raba ' pakkett ferrovjarju", "Għall-Kunsill, il-ftehim għad irid jiġi kkonfermat mill-istati membri.", "Il-presidenza ser tinforma lill-ambaxxaturi tal-istati membri dwar l-eżitu tat-trilogu finali fil-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) fl-24 ta' Ġunju.", "Il-Coreper ser jeżamina t-testi maqbula fit-30 ta' Ġunju għal approvazzjoni.", "Il-ftehim intlaħaq fid-disa' laqgħa tat-trilogu mal-Parlament.", "Il-Kunsill approva l-pożizzjoni tiegħu f'dawn in-negozjati f'Ġunju 2014.", "Proposti tekniċi"], "date": "17 ta' Ġunju 2015", "title": "Interoperabbiltà u sigurtà ferrovjarja u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea: ftehim mal-Parlament"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/19/eu-budget-council-provides-additional-resources-manage-refugee-flows/", "text": ["Fid-19 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill qabel li jżid il-baġit tal-UE għall-2015 biex jirrispondi għall-pressjonijiet migratorji fil-Mediterran.", "Il-Kunsill ittratta dan l-abbozz ta' baġit emendatorju nru 5 bħala kwistjoni ta' urġenza u prijorità politika għolja, u b'hekk ta sostenn lill-proposta mill-Kummissjoni li tipprevedi €89 miljun f'impenji u €76.6 miljun f'pagamenti bi proċedura rapida bħala", "riżorsi addizzjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-flussi ta' refuġjati", ".", "Peress li parti minn dan l-appoġġ jista' jkun iffinanzjat minn fondi mhux użati f'oqsma oħra, il-piż finanzjarju miżjud huwa limitat għal €75.8 miljun f'impenji u ma huwa meħtieġ", "l-ebda pagament ġdid", ".", "Ir-riżorsi miżjuda huma maħsuba biex jirrinfurzaw b'mod partikolari lil FRONTEX, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, kif ukoll il-Fond għas-Sigurtà Interna.", "Il-Kunsill aċċetta wkoll l-abbozzi ta' baġits emendatorji li ġejjin għall-2015:", "L-abbozz ta' baġit emendatorju nru 4 li jżid il-baġit tal-UE għall-2015 b'", "€66.5 miljun f'impenji u pagamenti għall-fond ta' solidarjetà tal-UE", "sabiex jittratta l-ħsara kkawżata mill-", "għargħar fl-Italja", "(€56 miljun), fir-", "Rumanija", "(€8.5 miljun) u fil-", "Bulgarija", "L-abbozz ta' baġit emendatorju nru 3 li għandu l-għan li", "jinkorpora l-bilanċ pożittiv tal-baġit tal-2014", "fin-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE għall-2015.", "Il-baġit tal-UE għall-2014 għalaq b'bilanċ pożittiv ta' €1.43 biljun", "Il-passi li jmiss", "Il-Parlament Ewropew mistenni jivvota dwar tliet abbozzi ta' baġits emendatorji fis-sessjoni plenarja tiegħu li tibda fis-6 ta' Lulju 2015.", "Jekk il-Parlament jaċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill, l-abbozzi ta' baġits emendatorji jkunu adottati.", "Jekk il-Parlament jadotta emendi jibda perjodu ta' konċiljazzjoni ta' tliet ġimgħat.", "Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit tal-UE għall-2015", "Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit tal-UE għall-2015", "Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit tal-UE għall-2015", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Ġunju 2015", "title": "Il-baġit tal-UE: il-Kunsill jipprevedi aktar riżorsi għall-ġestjoni tal-flussi ta' refuġjati"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/19/restructuring-risky-banks-council-agrees-negotiating-stances/", "text": ["Fid-19 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu fir-rigward ta' miżuri strutturali biex titjieb ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-UE.", "Abbażi ta' dan il-mandat, il-Presidenza Lussemburgiża li jmiss ser tibda negozjati mal-Parlament Ewropew hekk kif dan ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu.", "Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja billi", "tipproteġi n-negozju tat-teħid ta' depożiti", "tal-akbar u l-aktar banek kumplessi tal-UE minn attivitajiet ta' negozju potenzjalment riskjużi.", "Ir-regolament propost għandu japplika biss għal", "banek meqjusa li għandhom importanza sistemika globali jew li jaqbżu ċerti limiti", "f'termini ta' attività tan-negozju jew daqs assolut.", "Minkejja riformi regolatorji reċenti fis-settur bankarju, dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-gruppi jibqgħu", "kbar wisq biex ifallu", ", kbar wisq biex jiġu salvati u kumplessi wisq biex jiġu mmaniġġjati, sorveljati u riżolti.", "Nindirizzaw ir-riskji eċċessivi", "L-abbozz ta' regolament huwa maħsub biex inaqqas it-teħid tar-riskju eċċessiv u jimpedixxi tkabbir rapidu fil-karta tal-bilanċ bħala riżultat ta' attivitajiet ta' negozju.", "Ifittex ukoll li jipproteġi lill-istituzzjonijiet li jwettqu attivitajiet li jistħoqqilhom xibka ta' sikurezza pubblika fir-rigward ta' telf imġarrab b'riżultat ta' attivitajiet oħra.", "Huwa jipprevedi s-", "separazzjoni obbligatorja tan-negozjar għall-kont proprju", "u l-attivitajiet ta' negozju relatati u jistabbilixxi qafas biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri sabiex inaqqsu t-teħid eċċessivi ta' riskji.", "L-attivitajiet ta' negozju, minbarra n-negozjar għall-kont proprju, jiġu soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju.", "Jekk awtorità kompetenti ssib li jeżisti riskju eċċessiv, din tista' tirrikjedi li l-attivitajiet ta' negozju jiġu separati mill-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali, jew titlob żieda fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali, jew timponi miżuri prudenzjali oħrajn.", "L-entitajiet ta' negozju ma jitħallewx jieħdu depożiti fil-livell ta' konsumatur li jkunu eliġibbli għal garanzija tad-depożiti.", "Kamp ta' applikazzjoni", "Skont it-test tal-Kunsill, ir-regolament ikun japplika għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (skont id-direttiva 2013/36/UE dwar ir-rekwiżiti ta' kapital) jew għal entitajiet b'assi totali ta' mhux anqas minn €30 biljun matul l-aħħar tliet snin u attivitajiet ta' negozju ta' mhux anqas minn €70 biljun jew 10% tal-assi totali tagħhom.", "Dawn il-banek jitpoġġew f'", "żewġ livelli", ", skont jekk it-total tal-attivitajiet ta' negozju tagħhom matul l-aħħar tliet snin ikunx jeċċedi jew le l-€100 biljun.", "Għall-banek li jeċċedu l-limitu jkunu japplikaw ukoll rekwiżiti ta' rapportar aktar stretti, valutazzjoni tar-riskju aktar bir-reqqa, u azzjonijiet superviżorji differenti.", "Ir-regolament ma għandux japplika għal istituzzjonijiet b'total ta' depożiti eliġibbli (skont id-direttiva 2014/49/UE dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti) ta' inqas minn 3% tal-assi totali tagħhom, jew b'total ta' depożiti eliġibbli fil-livell ta' konsumatur ta' anqas minn €35 biljun.", "Kif propost mill-Kummissjoni, lanqas ma jkun japplika għal strumenti ta' dejn sovran.", "Iżda fit-test tal-Kunsill, ġiet ulterjorment elaborata klawżola ta' reviżjoni li tispeċifika li l-Kummissjoni tirrevedi din l-esklużjoni b'kont meħud tal-iżviluppi fil-livell Ewropew u dak internazzjonali.", "Sistemi nazzjonali", "Biex jakkomoda s-sistemi nazzjonali eżistenti, it-test tal-Kunsill jipprovdi", "żewġ alternattivi", "biex jiġi indirizzat riskju eċċessiv li joriġina minn attivitajiet ta' negozju: Dan jista' isir kemm permezz ta' leġislazzjoni nazzjonali li tirrikjedi li l-attivitajiet prinċipali fil-livell ta' konsumatur jiġu delimitati, jew inkella permezz ta' miżuri imposti mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità ma' dan ir-regolament.", "L-abbozz ta' regolament jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' rapport ippubblikat f'Ottubru 2012 mill-\"grupp ta' livell għoli\" ppresedut mill-gvernatur tal-Bank tal-Finlandja, Erkki Liikanen (ir-\"rapport Liikanen\").", "Ir-regolament jirrikjedi", "maġġoranza kwalifikata", "għall-adozzjoni mill-Kunsill, bi qbil mal-Parlament Ewropew.", "(Bażi legali: l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.)", "Pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' regolament dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza tal-banek tal-UE", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Ġunju 2015", "title": "Ristrutturar ta' banek riskjużi: Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/19/medical-devices-council-ready-talk-with-ep/", "text": ["Fid-19 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill qabel dwar il-kontenut tal-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu dwar żewġ abbozzi ta' regolamenti maħsuba għall-modernizzazzjoni tar-regoli tal-UE dwar apparat mediku u apparat mediku dijanjostiku in vitro.", "Dan huwa pass lejn biex il-presidenza tingħata l-mandat li tibda taħditiet mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jintlaħaq qbil mill-aktar fis possibbli.", "Iż-żewġ abbozzi ta' regolamenti dwar l-apparat mediku jkopru firxa wiesgħa ta' prodotti, minn stikek sa impjantazzjonijiet prostetiċi fil-ġembejn, pacemakers u testijiet tal-laboratorju għall-valutazzjoni ta' interventi mediċi.", "L-objettiv ewlieni ta' dawn iż-żewġ abbozzi ta' regolamenti huwa li", "jiġi żgurat li l-apparati mediċi huma sikuri", ".", "Dan jista' jinkiseb billi jissaħħu r-regoli dwar it-tqegħid fis-suq tal-apparat u b'sorveljanza aktar stretta ladarba jkun disponibbli.", "\"Ninsabu kuntenti li taħt il-Presidenza Latvjana nkiseb progress kbir biex jissaħħu r-regoli dwar l-apparat mediku.", "Il-ftehim tal-lum huwa", "pass deċiżiv 'il quddiem biex titjieb is-sikurezza tal-pazjenti u tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea", ".", "Madankollu, hemm bżonn ta' aktar ħidma kemm fi ħdan il-Kunsill kif ukoll bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tar-regoli l-ġodda jiġu implimentati fil-prattika\", qal Guntis Belēvičs", "il-ministru Latvjan għas-Saħħa u President tal-Kunsill.", "Tqegħid fis-suq", "Kuntrarjament għall-farmaċewtiċi, l-apparat mediku u l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro mhumiex soġġetti għal awtorizzazzjoni ta' qabel it-tqegħid fis-suq.", "Minflok, dawn jgħaddu minn valutazzjoni tal-konformità sabiex jiġi stabbilit jekk jilħqux l-istandards applikabbli qabel ma jitqiegħdu fis-suq.", "Skont ir-riskju kkawżat minn prodott, il-valutazzjoni tista' tinvolvi 'l-hekk imsejjaħ korp notifikat.", "Dan huwa korp indipendenti b'kompetenza esperta speċifika għal ċerti tipi ta' apparat mediku li jivvaluta jekk dan l-apparat mediku jissodisfax l-istandards rilevanti.", "Kunsill kompla jissikka r-regoli għad-deżinjazzjoni tal-korpi notifikati", ", għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u għall-kooperazzjoni ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti.", "Ir-regoli l-ġodda jagħtu wkoll id-dritt lill-korpi notifikati d-dritt u d-dmir li jwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda fil-fabbriki.", "Sorveljanza ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni", "Kunsill żied dispożizzjonijiet espliċiti dwar ir-responsabbiltajiet tal-manifatturi", "għas-segwitu tal-kwalità, il-prestazzjoni u s-sikurezza ta' apparat li jitqiegħed fis-suq.", "Investigazzjonijiet kliniċi", "L-abbozzp ta' regolamenti jipprevedu wkoll dispożizzjonijiet imsaħħa dwar investigazzjoni klinika bil-għan li tiżdied id-disponibbiltà ta' data klinika affidabbli dwar l-apparat mediku.", "Il-", "Kunsill iffoka l-isforzi tiegħu b'mod partikolari fuq il-protezzjoni ta' dawk li għaddejjin minn provi kliniċi.", "Aktar trasparenza għall-pazjenti", "L-abbozzi ta' regolamenti jfittxu li jipprovdu lill-pazjenti aktar trasparenza dwar il-mezzi disponibbli, u jżidu t-traċċabbiltà tagħhom.", "Il-pazjenti li huma impjantati b'apparat jingħataw informazzjoni essenzjali dwar il-prodott, inkluż kwalunkwe prekawzjonijiet li jista' jkun hemm bżonn li jittieħdu.", "Il-manifatturi ta' apparat b'riskju għoli jkollhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku sommarju tas-sikurezza u l-prestazzjoni tagħhom, b'elementi prinċipali tad-data klinika.", "Aktar traċċabbiltà", "Il-manifatturi ta' apparat mediku jridu jqiegħdu identifikazzjoni unika tal-apparat fil-prodotti tagħhom biex jiżguraw it-traċċabbiltà.", "Il-manifatturi u l-importaturi taż-żewġ kategoriji ta' prodotti jkollhom jirreġistraw lilhom infushom u l-apparat li jqiegħdu fis-suq tal-UE f'bażi ta' data ċentrali.", "Jinħoloq portal tal-UE fejn il-manifatturi jkollhom jirrapportaw inċidenti serji u l-azzjonijiet korrettivi li jkunu ħadu biex inaqqsu r-riskju li dawn jerġgħu jiġru.", "Il-Kunsill ħa ħsieb partikolari li jiġi żgurat li r-regoli ta' traċċabbiltà u identifikazzjoni jistgħu jiġu implimentati fil-prattika.", "Il-passi li jmiss", "Il-qbil dwar il-kontenut tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill ser jippermetti lill-Presidenza li jmiss biex tagħmel kuntatt mal-Parlament Ewropew biex jitħejjew in-negozjati bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.", "Ladarba l-Kunsill ikun iffinalizza xi ħidma teknika pendenti dwar il-preambolu taż-żewġ abbozzi ta' regolamenti, in-negozjati bejn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jibdew.", "Proposta tal-presidenza tal-11 ta' Ġunju 2015 għal regolament dwar apparat mediku", "Proposta tal-presidenza tal-11 ta' Ġunju 2015 għal anness għar-regolament dwar apparat mediku", "Proposta tal-presidenza tat-12 ta' Ġunju 2015 għal regolament dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro", "Proposta tal-presidenza tat-12 ta' Ġunju 2015 għal anness għar-regolament dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro", "Riforma tar-regoli tal-UE għal apparat mediku u in vitro", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Ġunju 2015", "title": "Apparati mediċi: il-Kunsill qiegħed ilesti għal taħditiet mal-PE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/19/crimea-eu-extends-restrictions-illegal-annexation/", "text": ["Fid-19 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill estenda", "sat 23 ta' Ġunju 2016", "il-miżuri restrittivi tal-UE b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.", "Is-sanzjonijiet jinkludu", "projbizzjonijiet fuq:", "l-importazzjoni ta' prodotti", "li joriġinaw fil-Krimea jew f'Sevastopol lejn l-UE;", "fil-Krimea jew f'Sevastopol, li jfisser li l-Ewropej u l-kumpaniji bbażati fl-UE ma jistgħux jixtru beni immobbli jew entitajiet fil-Krimea, jiffinanzjaw kumpaniji tal-Krimea jew jipprovdu servizzi relatati;", "servizzi turistiċi", "fil-Krimea jew f'Sevastopol, b'mod partikolari bastimenti tal-kruċiera, ma jistgħux jidħlu f'portijiet fil-peniżola tal-Krimea ħlief fil-każ ta' emerġenza;", "l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti u teknoloġiji", "lil kumpaniji tal-Krimea jew għal użu fil-Krimea fis-", "setturi tat-trasport, it-telekomunikazzjoni u l-enerġija", "u relatati mat-tħaffir, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta'", "żejt, gass u riżorsi minerali", ".", "Lanqas ma tista' tingħata assistenza teknika, servizzi ta' senserija, kostruzzjoni jew inġinerija relatati mal-infrastruttura f'dawn is-setturi.", "Kif iddikjarat mill-Kunsill Ewropew fid-19 ta' Marzu 2015, l-UE tkompli tikkundanna l-", "annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol", "mill-Federazzjoni Russa u tibqa' impenjata li timplimenta b'mod sħiħ il-", "politika tagħha ta' nonrikonoxximent", "Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 19 u 20 ta' Marzu 2015", "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar il-Krimea", "Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet UE-Ukrajna (SEAE)", "Skeda informattiva tal-UE - miżuri restrittivi, 29 ta' April 2014", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Ġunju 2015", "title": "Krimea: l-UE testendi r-restrizzjonijiet b'reazzjoni għall-annessjoni illegali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/19/malta-poland-deficits-back-below-three-percent-gdp/", "text": ["Fid-19 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill għalaq proċeduri ta' defiċit eċċessiv għal Malta u l-Polonja, u kkonferma li dawn kienu naqqsu d-defiċits tagħhom għal taħt it-3% tal-valur ta' referenza tal-PDG tal-UE.", "Huwa abroga deċiżjonijiet preċedenti dwar l-eżistenza ta' defiċits eċċessivi f'dawn iż-żewġ pajjiżi.", "Bħala konsegwenza, 9 mit-28 stat membru tal-UE jibqgħu soġġetti għall-proċedura ta' defiċit eċċessiv, minn 24 matul perjodu ta' 12-il xahar fl-2010 u l-2011.", "Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-proċeduri nfetħu wara l-kriżi finanzjarja globali u r-reċessjoni tal-2008 u l-2009.", "Il-proċedura ta' defiċit eċċessiv intużat biex tappoġġa", "ritorn għal pożizzjonijiet fiskali sodi", "Malta kienet soġġetta għal proċedura ta' defiċit eċċessiv minn Lulju 2009 sa Diċembru 2012.", "Il-", "proċedura reġgħet infetħet", "f'Ġunju 2013, wara li d-defiċit ta' Malta kien stmat li laħaq 3.3% tal-PDG fl-2012.", "Meta l-proċedura ngħalqet f'Diċembru 2012 kien imbassar defiċit ta' 2.6% tal-PDG għall-2012.", "F'Ġunju 2013, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni fejn talab lil Malta biex", "tikkoreġi d-defiċit tagħha sal-2014", ".", "Għal dan l-għan, huwa talab għal titjib fil-bilanċ strutturali ta' 0.7% tal-PDG fl-2013 u l-2014.", "Malta naqqset id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika tagħha għal 2.6% tal-PDG fl-2013 u", ".", "Il-previżjoni tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2015 tipproġetta defiċits ta' 1.8% tal-PDG fl-2015 u ta' 1.5 % fl-2016.", "Id-defiċit ta' Malta huwa għalhekk mistenni", "jibqa' taħt it-3% tal-valur ta' referenza tal-PDG", "tul il-perjodu ta' tbassir.", "Il-proporzjon tad-dejn għall-PDG ta' Malta żdied minn 67.4% fl-2012 għal 69.2% fl-2013, minħabba aġġustament temporanju bejn il-fondi u l-flussi.", "Huwa naqas għal 68.0% fl-2014, u huwa previst ikompli jonqos, biex jilħaq 65.4% fl-2016, parzjalment minħabba xenarju makroekonomiku favorevoli.", "Il-Kunsill ikkonkluda li d-defiċit ta' Malta ġie kkoreġut.", "Polonja", "Il-Polonja kienet soġġetta għal proċedura ta' defiċit eċċessiv minn Lulju 2009, meta l-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni li talbet għall-korrezzjoni tad-defiċit tagħha sal-2012.", "F'Ġunju 2013, il-Kunsill estenda l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit b'sentejn, sal-2014.", "Għalkemm il-Polonja qabżet l-iskadenza tal-2012, hija kienet għamlet sforz fiskali matul il-perjodu 2010-12 li kien iżjed mil-livell rakkomandat.", "F'Diċembru 2013, il-Kunsill estenda l-iskadenza b'sena oħra, sal-2015.", "Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika tal-Polonja kien jammonta għal", "3.2% tal-PDG fl-2014", ", 'il fuq mit-3% tal-valur ta' referenza tal-PDG.", "Madankollu, il-Kunsill sab li l-Polonja hija", "eliġibbli għal dispożizzjonijiet speċifiċi", "skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv li tittratta r-riformi sistemiċi tal-pensjonijiet, minħabba li:", "id-defiċit tagħha huwa qrib il-valur ta' referenza;", "il-proporzjon tad-dejn għall-PDG tagħha huwa taħt il-valur ta' referenza ta' 60% għad-dejn tal-gvern,", "F'Diċembru 2013, il-Polonja reġġgħet lura riforma tal-pensjonijiet introdotta fl-1999, iżda l-ispejjeż netti tar-riforma tal-1999 komplew sal-aħħar ta' Lulju 2014.", "It-total ta' dawn l-ispejjeż netti għall-perjodu minn Jannar sa Lulju 2014 huwa stmat għal 0.4% tal-PDG.", "Il-Kunsill ikkunsidra li dawn huma biżżejjed biex jispjegaw l-eċċess tad-defiċit fuq il-valur ta' referenza ta' 3% fl-2014.", "Għall-futur, il-previżjoni tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa tal-2015 tipproġetta defiċits ta' 2.8% tal-PDG għall-2015 u, abbażi ta' xenarju ta' ebda bidla fil-politika, ta' 2.6% tal-PDG għall-2016.", "Id-defiċit tal-Polonja huwa għalhekk mistenni", "jibqa' taħt it-3% tal-valur ta' referenza tal-PDG", "tul il-perjodu ta' tbassir.", "Id-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika tal-Polonja laħaq 50.1% tal-PDG fl-2014.", "Il-previżjoni tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2015 tipproġetta li dan jammonta għal 50.9% tal-PDG fl-2015 u ta' 50.8% fl-2016.", "Il-Kunsill ikkonkluda li d-defiċit tal-Polonja ġie kkoreġut.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Ġunju 2015", "title": "Id-defiċits ta' Malta u tal-Polonja lura taħt it-3% tal-PDG, il-Kunsill jagħlaq il-proċeduri"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/19/uk-excessive-deficit-procedure-council-issues-new-recommendation/", "text": ["Fid-19 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill ikkonferma li r-Renju Unit", "qabeż data ta' skadenza", "stabbilita biex inaqqas id-defiċit tiegħu għal inqas minn 3% tal-PDG, il-valur ta' referenza tal-UE għad-defiċits tal-gvern.", "Il-Kunsill sab li ma tteħditx biżżejjed azzjoni mir-Renju Unit b'reazzjoni għal rakkomandazzjoni li huwa ħareġ f'Diċembru 2009.", "Għalhekk huwa ħareġ rakkomandazzjoni ġdida taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv dwar il-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu.", "B'hekk, għas-", "sena finanzjarja 2016-17", ", il-Kunsill estenda b'sentejn id-data ta' skadenza stabbilita għar-Renju Unit biex", "inaqqas id-defiċit tiegħu għal inqas minn 3% tal-PDG", ".", "(Is-snin finanzjarji tar-Renju Unit itulu mill-1 ta' April sal-1 ta' April.)", "Tnaqqis fid-defiċit", "Il-Kunsill sab li,", "minkejja programm ta' konsolidazzjoni fiskali", "implimentat sa mill-2010, ir-Renju Unit ma kienx ikkoreġa d-defiċit tiegħu sad-data ta' skadenza meħtieġa tal-2014-15.", "Wara li laħaq il-qofol fl-2009-10, il-baġit nominali waqa' għal 7.7% tal-PDG fl-2011-12, u mbagħad għal 7.6% fl-2012-13, 5.9% fl-2013-14 u 5.2% fl-2014-15.", "Sa mill-2009-10, id-dejn gross ġenerali tal-gvern baqa' b'mod kontinwu 'l fuq minn 60% tal-PDG, il-valur ta' referenza tal-UE għad-dejn tal-gvern.", "It-tbassir għar-rebbiegħa 2015 tal-Kummissjoni jipprevedi li l-proporzjon tad-dejn għall-PDG ser ikompli jiżdied b'mod marġinali, għalkemm l-interventi tas-settur finanzjarju jistgħu jkollhom effett pożittiv.", "Estensjoni ta' sentejn", "Il-Kunsill sab li l-għoti ta' sena addizzjonali lir-Renju Unit biex jikkoreġi d-defiċit tiegħu, li hija r-regola ġenerali taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv, ikun jinvolvi wisq sforz.", "Dan ikun jirrikjedi aġġustament fid-defiċit nominali ta' 2.2% tal-PDG u l-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali fi skeda ta' żmien stretta.", "Dan ikollu impatt negattiv b'mod sinifikanti fuq it-tkabbir ekonomiku.", "Għaldaqstant, il-Kunsill għażel li jagħti sentejn, u rrakkomanda", "miri ta' defiċit", "nominali ta' 4.1% tal-PDG fl-2015-16 u 2.7% tal-PDG fl-2016-17.", "Dawn għandhom ikunu konsistenti ma'", "titjib fil-bilanċ strutturali", "ta' 0.5% tal-PDG fl-2015-16 u 1.1% fl-2016-17.", "Il-Kunsill stabbilixxa l-15 ta' Ottubru 2015 bħala data ta' skadenza biex tittieħed azzjoni effettiva.", "Data ta' skadenza diġà estiża", "Ir-Renju Unit kien soġġett għal proċedura ta' defiċit eċċessiv sa minn Lulju 2008, meta l-Kunsill inizjalment talab biex id-defiċit jiġi kkoreġut sas-sena finanzjarja 2009-10.", "Madankollu, l-effetti kkombinati tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u tal-miżuri ta' stimolu fiskali adottati b'reazzjoni għal dan it-tnaqqis wassal għal deterjorament sostanzjali tal-pożizzjoni baġitarja tar-Renju Unit.", "F'April 2009, il-Kunsill estenda d-data ta' skadenza għall-korrezzjoni b'erba' snin, u f'Diċembru 2009 b'sena oħra, għas-sena finanzjarja 2014-15.", "Minħabba li r-Renju Unit mhux membru taż-żona tal-euro,", "ma jistax jingħata sanzjonijiet", "taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Ġunju 2015", "title": "Proċedura ta' defiċit eċċessiv tar-Renju Unit: Il-Kunsill joħroġ rakkomandazzjoni ġdida"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/19/conclusions-capital-markets-union/", "text": ["Il-Kunsill:", "IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-9 ta' Diċembru 2014 dwar Finanzi għat-Tkabbir u l-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea sabiex jibni aktar fuq il-miri politiċi u l-prinċipji li jinsabu fihom;", "JIRRIKONOXXI li għalkemm is-swieq kapitali tal-UE espandew matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, dawn jibqgħu frammentati u inqas żviluppati meta mqabbla ma' dawk f'xi ġurisdizzjonijiet oħra komparabbli, b'mod partikolari f'ċerti setturi tas-suq kruċjali għall-impjiegi u t-tkabbir bħat-titolizzazzjoni u l-kapital ta' riskju;", "IQIS li swieq kapitali aktar żviluppati u aktar integrati jistgħu jiftħu investiment għal kumpaniji u proġetti tal-infrastruttura, jattiraw investiment barrani, jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u jagħmlu s-sistema finanzjarja aktar effiċjenti, robusta u reżiljenti għax-xokkijiet;", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Unjoni tas-Swieq Kapitali, 16 ta' Ġunju 2015", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "19 ta' Ġunju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Unjoni tas-Swieq Kapitali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/19/tusk-weekly-schedule/", "text": ["It-Tnejn 22 ta' Ġunju 2015", "16:00 Laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-BĊE, il-President tal-Grupp tal-Euro u d-Direttur Ġenerali tal-FMI", "17:30 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras", "19:00 Summit taż-żona tal-euro", "L-Erbgħa 24 ta' Ġunju 2015", "10:30 Laqgħa mal-President ta' Ċipru Nicos Anastasiades", "Il-Ħamis 25 ta' Ġunju 2015", "14:00 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Latvja Laimdota Straujuma", "15:00 Laqgħa mal-Prim Ministri tar-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja (il-Pajjiżi tal-Visegrad)", "15:30 Laqgħa mal-Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron", "16:00 Kunsill Ewropew", "Il-Ġimgħa 26 ta' Ġunju", "10:00 Kunsill Ewropew", "Summit taż-żona tal-euro, 22 ta' Ġunju 2015", "Laqgħa tal-Kunsill Ewropew, 25-26 ta' Ġunju 2015"], "date": "19 ta' Ġunju 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/russia-sanctions/", "text": ["Fit-22 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill estenda s-sanzjonijiet ekonomiċi tal-UE, li ġew introdotti b'reazzjoni għar-rwol destabbilizzanti tar-Russja fil-Lvant tal-Ukrajna,", "sal-31 ta' Jannar 2016", "Dan isegwi qbil fil-Kunsill Ewropew f'Marzu 2015, meta l-mexxejja tal-UE għaqqdu t-tul ta' dawn is-sanzjonijiet mal-", "implimentazzjoni sħiħa tal-", "ftehimiet ta' Minsk", ", li huwa previst sal-31 ta' Diċembru 2015.", "Dawn il-miżuri restrittivi ġew imposti f'Lulju 2014 u ġew rinfurzati f'Settembru 2014.", "Huma jimmiraw ċerti skambji mar-Russja fis-settur finanzjarju, dak tal-enerġija u tad-difiża u l-merkanzija b'użu doppju.", "Aktar dettalji dwar il-miżuri restrittivi", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Russja: l-UE testendi s-sanzjonijiet ekonomiċi b'sitt xhur"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/fac-naval-operation/", "text": ["Illum, il-Kunsill nieda l-", "operazzjoni navali tal-UE", "kontra l-faċilitaturi tad-dħul klandestin u t-traffikanti ta' bnedmin fil-Mediterran imsejħa \"", "\".", "Il-missjoni tagħha hija li tidentifika, taqbad u teqred il-bastimenti u r-riżorsi li jsostnuhom użati jew suspettati li qed jintużaw mill-faċilitaturi tad-dħul klandestin jew mit-traffikanti tal-migranti.", "Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet:", "\"L-UE qatt ma ħadet il-kwistjoni tal-migrazzjoni bis-serjetà daqs kemm qed nagħmlu bħalissa.", "B'din l-operazzjoni, għandna fil-mira l-mudell kummerċjali ta' dawk li jibbenefikaw mill-miżerja tal-migranti.", "Iżda din hija biss parti minn strateġija usa' li tinkludi l-kooperazzjoni ma' sħabna fl-Afrika, b'mod partikolari fir-reġjun tas-Saħel, u l-ħidma mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u l-UNHCR.", "Bħala UE, aħna determinati li nikkontribwixxu biex insalvaw il-ħajjiet, inkissru n-netwerks tal-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta' bnedmin u nindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.\"", "L-EUNAVFOR Med ser titwettaq f'sekwenza ta' fażijiet, f'konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali, inkluż il-liġi umanitarja u dwar ir-rifuġjati u d-drittijiet tal-bniedem.", "L-", "ewwel fażi", "tikkonċentra fuq is-", "sorveljanza u l-valutazzjoni tan-netwerks tal-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin u tat-traffikar tal-bnedmin", "fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali.", "Huwa ppjanat li t-tieni stadju tal-operazzjoni tipprevedi t-tiftix u, jekk meħtieġ, il-konfiska ta' bastimenti suspettużi.", "It-tielet fażi tippermetti l-qerda tal-bastimenti u r-riżorsi relatati, preferibbilment qabel l-użu, u li jinqabdu l-faċilitaturi tad-dħul klandestin u t-traffikanti.", "Il-Kunsill ser jivvaluta meta għandu jmur lil hinn minn dan l-ewwel pass, b'kont meħud ta' mandat tan-NU u l-kunsens tal-istati kostali kkonċernati, u l-fażijiet sussegwenti ser jitwettqu skont dan.", "Il-Kwartier Ġenerali tal-Operazzjoni tal-EUNAVFOR Med jinsab f'Ruma.", "Il-Kontro-Ammirall Enrico Credendino nħatar Kmandant tal-Operazzjoni u fuq il-baħar ser ikun assistit mill-Kmandant tal-Forza l-Kontro-Ammirall Andrea Gueglio.", "L-ispejjeż komuni tal-operazzjoni huma stmati li jilħqu €11.82 miljun għal fażi inizjali ta' xahrejn u l-mandat inizjali ta' 12-il xahar.", "L-EUNAVFOR Med, stabbilita fit-18 ta' Mejju 2015, hija element wieħed tal-", "istrateġija komprensiva usa' tal-UE għall-migrazzjoni", "li għandha l-għan li tirrispondi għal ħtieġa immedjata li jiġu salvati l-ħajjiet u jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, tittratta l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u tiġġieled kontra t-traffikanti.", "It-tiftix ta' soluzzjonijiet għal pressjonijiet migratorji (informazzjoni ġenerali)", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Il-Kunsill iniedi operazzjoni navali tal-UE biex tisfratta lill-faċilitaturi tad-dħul klandestin u lit-traffikanti ta' bnedmin fil-Mediterran"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/stabilisation-association-eu-montenegro/", "text": ["1.", "Il‐Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (Kunsill SA) UE‐Montenegro kellu s‐sitt laqgħa tiegħu nhar it‐Tnejn 22 ta' Ġunju 2015.", "Din il‐laqgħa kienet ippreseduta mis‐Sur Igor LUKŠIĆ, il‐Viċi Prim Ministru u l‐Ministru għall‐Affarijiet Barranin u l‐Integrazzjoni Ewropea tal‐Montenegro, li mexxa wkoll id‐delegazzjoni tal‐Montenegro.", "Is‐Sur Edgars RINKĒVIČS, il‐Ministru għall‐Affarijiet Barranin tal‐Latvja, mexxa d‐delegazzjoni tal‐Unjoni Ewropea (f'isem ir‐Rappreżentant Għoli tal‐UE għall‐Affarijiet Barranin u l‐Politika ta' Sigurtà Federica Mogherini), mas‐Sur Johannes Hahn, il-Kummissarju responsabbli għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, li rrappreżenta l-Kummissjoni Ewropea.", "2.", "Il‐laqgħa tal‐Kunsill SA pprovdiet opportunità f'waqtha biex jiġi rieżaminat il-progress tal-Montenegro fit-tħejjiet tiegħu għall-adeżjoni u biex jitqiesu l-prijoritajiet ta' ħidma ulterjuri fil-qafas tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.", "Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa tas-sitt laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Is‐sitt laqgħa tal‐Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l‐Unjoni Ewropea u l‐Montenegro"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/23/questions-answers-general-court/", "text": ["Għaliex tinħtieġ riforma tal-Qorti Ġenerali?", "Minħabba li l-Qorti Ġenerali qed taffaċċja volum ta' kawżi li qed jiżdied b'mod rapidu li ma jippermettilhiex li tagħti sentenzi fi żmien raġonevoli.", "L-għadd ta' kawżi ġodda fis-sena żdied minn inqas minn 600 sal-2010 għal 912 fl-2014, li rriżulta fl-għadd ta' 1393 kawża pendenti bħal qatt qabel fl-aħħar ta' Marzu 2015.", "X'inhu ż-żmien medju għall-Qorti Ġenerali biex tagħti sentenza?", "Attwalment il-Qorti Ġenerali tieħu medja ta' sentejn biex tagħti sentenza.", "Dan huwa d-doppju taż-żmien ta' dak li huwa meqjus permessibbli.", "Ta' min jinnota li l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprevedi d-dritt li tingħata sentenza f'perjodu ta' żmien raġonevoli.", "Fir-rigward tal-kawżi ekonomikament l-aktar sensittivi (għajnuna mill-Istat u kawżi ta' kompetizzjoni), iż-żmien medju biex jingħataw is-sentenzi huwa saħansitra bejn erba' u ħames snin.", "Dan jikkawża ħafna diffikultajiet għal-litiganti, peress li jkollhom iwarrbu riżorsi finanzjarji importanti sakemm tingħata sentenza.", "Dan għandu konsegwenzi ovvji fuq it-tkabbir u l-impjiegi.", "Bħala eżempju, multi li jammontaw għal aktar minn € 7 biljun huma attwalment ikkontestati f'kawżi pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali.", "X'inhu l-kontenut preċiż tar-riforma tal-Qorti Ġenerali?", "Ir-riforma tikkonsisti minn żieda ta' 21 fl-għadd ta' mħallfin f'żewġ stadji u l-fużjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mal-Qorti Ġenerali.", "Fl-2015 l-għadd ta' mħallfin jiżdied bi 12.", "Fl-2016, is-seba' karigi ta' mħallfin mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġu ttrasferiti lill-Qorti Ġenerali permezz ta' fużjoni taż-żewġ qrati.", "Fl-2019, l-għadd ta' mħallfin jiżdied b'disgħa, li jġib l-għadd totali ta' mħallfin għal 56.", "Għaliex għandu jiżdied l-għadd ta' mħallfin?", "Ma jkunx biżżejjed li jiżdied l-għadd ta' segretarji legali?", "L-għadd ta' segretarji legali diġà żdied b'disgħa fl-2014 li għen biex tittejjeb il-produttività tal-Qorti Ġenerali.", "Madankollu, din il-miżura laħqet il-limiti tagħha.", "Fil-fatt l-imħallfin biss għandhom id-dritt li jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet u li jagħtu s-sentenzi.", "Iż-żieda fl-għadd ta' mħallfin tippermetti wkoll li l-Qorti Ġenerali tiddedika lill-kawżi l-attenzjoni li jistħoqqilhom billi tipprovdi l-possibbiltà ta' deliberazzjoni f'awli ta' ħames imħallfin pjuttost milli ta' tlieta.", "Iż-żieda fl-għadd ta' mħallfin mhijiex eċċessivament għalja?", "L-ispejjeż tar-riforma jkunu pjuttost limitati u fil-fatt jikkostitwixxu valur tajjeb għall-flus.", "Bis-saħħa tal-isforzi li saru mill-Qorti, iż-żieda ppjanata fl-għadd ta' mħallfin u l-fużjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mal-Qorti Ġenerali ser tiswa €13.5 miljun fis-sena.", "Dan huwa biss €2.3 miljun jew 21% aktar meta mqabbel ma' żieda ta' 12 fl-għadd ta' mħallfin, li diġà ġie maqbul mill-Parlament Ewropew.", "Ta' min jinnota li l-volum ta' kawżi żdied bi 43% mill-2010 sal-2014.", "L-ispejjeż tar-riforma ppjanata wkoll jitqabblu b'mod favorevoli mas-€26.8 miljun mitluba f'diversi azzjonijiet għal danni minħabba dewmien fis-sentenza.", "Il-problema taż-żieda fil-volum ta' kawżi ma tistax tiġi indirizzata permezz tal-ħolqien ta' qrati speċjalizzati?", "Il-ħolqien ta' qrati speċjalizzati ma jikkostitwixxix alternattiva vijabbli, għal għadd ta' raġunijiet.", "Il-qrati speċjalizzati mhumiex flessibbli: jekk l-għadd ta' kawżi jiżdied b'mod sostanzjali, il-qorti x'aktarx ma tkunx tista' tlaħħaq magħhom.", "Il-qrati speċjalizzati jżidu wkoll ir-riskju ta' inkonsistenza tad-dritt tal-UE peress li dejjem ikun hemm tliet qrati li jistgħu jkunu qed jittrattaw kwistjonijiet simili: waħda permezz tal-proċedura għal deċiżjoni preliminarja (Qorti tal-Ġustizzja), waħda permezz tal-appell (Qorti Ġenerali) u waħda permezz tal-azzjonijiet diretti (il-qorti speċjalizzata).", "Il-qrati speċjalizzati jżidu wkoll il-kumplessità.", "Fl-aħħar nett, il-qrati speċjalizzati jkunu għaljin bla bżonn : kull waħda minnhom teħtieġ President u l-Kabinett tiegħu, reġistru u spejjeż fissi oħra.", "Iż-żieda ta' 21 fl-għadd ta' imħallfin mhijiex biss il-konsegwenza tal-inabbiltà tal-Istati Membri li jaqblu dwar minn fejn ser jiġu t-12-il imħallef addizzjonali?", "Huwa minnu li kmieni fl-2011 il-President tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għamel proposta biex jiżdied l-għadd ta' mħallfin bi 12.", "Huwa minnu wkoll li t-taħdidiet bejn l-Istati Membri dwar il-metodu ta' ħatra ma kinux konklużivi.", "Madankollu, minn mindu saret din l-ewwel proposta l-volum ta' kawżi żdied b'mod sinifikanti.", "Bejn l-2010 u l-2014, meta saret it-tieni proposta, l-għadd ta' kawżi ġodda żdied bi 43%.", "Minħabba din iż-żieda aċċellerata reċenti fil-volum ta' kawżi, żieda ta' 12 fl-għadd ta' mħallfin fi kwalunkwe każ kienet titlob żieda ġdida fl-għadd ta' mħallfin sa mhux aktar tard mill-2020.", "Ir-riforma tal-Qorti Ġenerali kif appoġġata mill-Kunsill toffri soluzzjoni sostenibbli għall-isfidi attwali u fil-futur prevedibbli.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "23 ta' Ġunju 2015", "title": "Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar ir-riforma tal-Qorti Ġenerali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/22/tusk-final-remarks-euro-summit/", "text": ["Sejjaħt dan is-summit biex tispiċċa l-inċertezza perikoluża u jiġi evitat l-agħar xenarju possibbli li jfisser \"Graccident\" kaotiku u bla kontroll.", "Biex nagħmel dan, ridt nilħaq żewġ affarijiet.", "L-ewwel nett, ridt indaħħal dinamiżmu ġdid fin-negozjati li ilhom wisq weqfin.", "Bil-proposta Griega tal-lum, nemmen li dak il-pass għamilnieh.", "It-tieni nett, biex inkun ċert li l-mexxejja kollha qegħdin fuq l-istess paġna politika, u li kollha għandhom l-istess fehma tal-possibbiltajiet u l-limiti.", "Il-Prim Ministru Tsipras iggarantielna li l-Greċja hija serja u li għandha r-rieda taħdem b'mod kostruttiv.", "Kif rajna fl-aħħar sigħat, nistgħu naraw li l-partijiet kollha huma impenjati bis-sħiħ li jsibu soluzzjoni.", "Il-proposti Griegi l-ġodda lit-tliet istituzzjonijiet huma pass pożittiv 'il quddiem skont il-valutazzjoni inizjali tal-istituzzjonijiet.", "Ser tkompli ssir valutazzjoni tagħhom fis-sigħat li ġejjin.", "Il-ħidma issa għandha tkun rapida fil-Grupp tal-Euro.", "Il-Prim Ministru Tsipras u l-istituzzjonijiet issa ser jaħdmu flimkien, sabiex il-Grupp tal-Euro jkun jista' jasal għal riżultati nhar l-Erbgħa filgħaxija li jistgħu jiġu ppreżentati l-Ħamis filgħodu.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "22 ta' Ġunju 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk fil-konferenza stampa tas-Summit taż-Żona tal-Euro"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/24/tusk-invitation-letter-european-council/", "text": ["Għandi l-pjaċir nistiednek għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew fil-25 u s-26 ta' Ġunju 2015.", "Il-laqgħa tagħna ser tibda bħas-soltu bi skambju ta' fehmiet mal-President tal-Parlament Ewropew.", "F'din l-okkażjoni, u wkoll fil-preżenza tal-Presidenti tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-Euro, il-President tal-Kummissjoni ser jippreżenta r-rapport dwar governanza ekonomika aħjar fiż-żona tal-euro.", "Wara r-ritratt tal-grupp, ser niddedikaw l-ewwel sessjoni ta' ħidma tagħna u l-ikla ta' filgħaxija għall-migrazzjoni.", "Għandna bżonn nagħmlu ħilitna kollha biex titrażżan iż-żieda fil-flussi ta' migrazzjoni illegali u biex jiġi żviluppat approċċ ibbilanċjat u ġeografikament komprensiv.", "F'din il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, nixtieq li nikkonċentraw fuq tliet dimensjonijiet ewlenin tal-approċċ tal-Unjoni - rilokazzjoni/risistemazzjoni, ritorn/riammissjoni/riintegrazzjoni u kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu.", "Ser naqblu wkoll dwar il-parti rilevanti tal-konklużjonijiet.", "Fi tmiem l-ikla l-Prim Ministru Cameron ser jippreżenta l-pjanijiet tiegħu għal referendum (in/out) fir-Renju Unit.", "Nhar il-Ġimgħa, matul it-tieni sessjoni ta' ħidma tagħna, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg ser jispjega kif in-NATO qed tirrispondi għal sfidi ġodda marbuta mas-sigurtà.", "Wara ser niddiskutu l-punti l-oħra tal-aġenda u nadottaw il-bqija tal-konklużjonijiet.", "B'kont meħud tal-kontribut notevoli tiegħu għall-iżvilupp tal-proġett Ewropew, nipproponi li nikkonferixxu t-titlu ta' \"Ċittadin Onorarju tal-Ewropa\" lil Jacques Delors.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "24 ta' Ġunju 2015", "title": "Ittra ta' stedina mill-President Donald Tusk lill-membri tal-Kunsill Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/25/tusk-remarks-ahead-european-council/", "text": ["M'għandi l-ebda dubju li jrid jgħaddi ż-żmien biex nibnu kunsens Ewropew dwar il-migrazzjoni.", "Iżda l-ewwel u qabel kollox, irridu nrażżnu l-migrazzjoni illegali u din għandha tkun il-prijorità tagħna.", "Illum nistenna li l-KE jibgħat messaġġ qawwi.", "Dawk kollha li jfittxu l-asil li mhumiex leġittimi m'għandhom l-ebda garanzija li ser jibqgħu fl-Ewropa.", "B'dan il-messaġġ biss nistgħu nagħmlu progress reali dwar ir-rilokazzjoni mill-Italja u l-Greċja.", "Illum m'għandna l-ebda kunsens fost l-Istati Membri dwar kwoti obbligatorji għall-migranti.", "Iżda fl-istess ħin l-iskema volontarja ma tistax tintuża bħala skuża biex ma jsir xejn.", "Nista' nifhem dawk li jridu dan il-mekkaniżmu volontarju, iżda huma se jkunu kredibbli biss jekk jagħtu impenji preċiżi u sinifikanti sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Lulju, għaliex is-solidarjetà mingħajr is-sagrifiċċju hija ipokrisija pura.", "Issa m'għandniex bżonn dikjarazzjonijiet vojta fuq is-solidarjetà, iżda fatti u numri biss.", "It-tieni, fuq ir-Renju Unit.", "Il-kollega tagħna l-Prim Ministru Cameron ser jikkondividi magħna l-pjanijiet tiegħu tar-referendum.", "Hemm xi tħassib tal-Brittaniċi li għandna nikkunsidraw, iżda b'mod li jkun sikur għal kulħadd fl-Ewropa.", "Illum ser ikun biss il-bidu ta' dan il-proċess.", "Madankollu, ħaġa waħda biss għandha tkun ċara mill-bidu nett: il-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea mhumiex għall-bejgħ u għalhekk mhumiex negozjabbli.", "Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-Greċja.", "Għal issa, nista' biss ngħid, li għaddejja l-ħidma u li żgur għad għandhom bżonn ħafna sigħat.", "L-aħħar siegħat kienu kritiċi iżda qed inħoss li b'differenza mit-traġedji ta' Sofokle, din l-istorja Griega ser ikollha tmiem feliċi.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "25 ta' Ġunju 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/14/council-issues-recommendations-member-states/", "text": ["Fl-14 ta' Lulju 2015, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet dwar politiki ekonomiċi, tal-impjieg u fiskali ppjanati mill-istati membri.", "Huwa ħareġ ukoll rakkomandazzjoni dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro, kif ukoll spjegazzjonijiet f'każijiet fejn it-testi ma jikkorrispondux ma' dawk proposti mill-Kummissjoni.", "B'hekk, il-Kunsill ikkonkluda formalment is-'Semestru Ewropew 2015', proċess annwali ta' monitoraġġ tal-politika, wara li l-Kunsill Ewropew approva r-rakkomandazzjonijiet fil-laqgħa tiegħu f'Ġunju.", "Il-prijoritajiet għas-Semestru Ewropew ġew stabbiliti f'Marzu 2015, meta l-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet li ġejjin:", "nagħtu spinta koordinata lill-investiment, bil-pjan ta' investiment tal-Kummissjoni għall-Ewropa għall-perijodu 2015-17", "nieħdu impenn imġedded għal riformi strutturali, biex il-pajjiżi jkunu jistgħu joħorġu mid-dejn u jistimulaw il-ħolqien ta' aktar impjiegi u impjiegi aħjar", "niksbu responsabilità fiskali, naċċertaw il-kontroll tad-defiċit u l-livelli tad-dejn fuq perjodu ta' żmien twil", "Monitoraġġ tal-politiki tal-istati membri", "Is-Semestru Ewropew jinvolvi monitoraġġ simultanju tal-politiki ekonomiċi u fiskali tal-istati membri matul perjodu ta' sitt xhur kull sena.", "Fid-dawl tal-gwida politika mogħtija kull sena mill-Kunsill Ewropew f'Marzu, l-istati membri jippreżentaw f'April ta' kull sena:", "programmi nazzjonali ta' riforma għall-politiki", "ekonomiċi u tal-impjiegi", "tagħhom.", "Dawn jistabbilixxu xenarju makroekonomiku għall-perjodu medju, miri nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għall-impjiegi u t-tkabbir, l-identifikazzjoni tal-ostakli ewlenin għat-tkabbir, u miżuri għal inizjattivi li jtejbu t-tkabbir f'perjodu ta' żmien qasir.", "Programmi ta' stabbiltà u konverġenza għall-", "politiki fiskali", "tagħhom.", "Il-pajjiżi taż-żona tal-euro jippreżentaw programmi ta' stabbiltà, filwaqt li l-istati membri mhux fiż-żona tal-euro jippreżentaw programmi ta' konverġenza.", "Dawn jistabbilixxu objettivi baġitarji għall-perjodu medju, is-suppożizzjonijiet prinċipali dwar l-iżviluppi ekonomiċi mistennija, deskrizzjoni tal-miżuri rigward il-politika fiskali u ekonomika, u analiżi dwar kif tibdil fis-suppożizzjonijiet x'aktarx jaffettwa l-pożizzjonijiet fiskali u tad-dejn.", "Imbagħad il-Kunsill japprova rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) li jiġu approvati mill-Kunsill Ewropew.", "Huwa jagħti spjegazzjonijiet f'każijiet fejn ir-rakkomandazzjonijiet ma jikkorrispondux ma' dawk proposti mill-Kummissjoni.", "Is-CSRs tal-2015 huma indirizzati lil 26 mit-28 stat membru tal-UE u liż-żona tal-euro inġenerali.", "Sabiex jiġi evitat xogħol doppju, ma saret l-ebda CSR għal", "Ċipru u l-Greċja", ", peress li dawn it-tnejn kienu soġġetti għal programmi ta' aġġustament makroekonomiku meta ġew abbozzati t-testi.", "Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-programmi nazzjonali ta' riforma għall-2015", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Semestru Ewropew (informazzjoni ġenerali)", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "14 ta' Lulju 2015", "title": "Politiki ekonomiċi u fiskali: Il-Kunsill joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-istati membri"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/14/eu-iran-sanctions-extended/", "text": ["Wara l-ftehim milħuq fl-14 ta' Lulju 2015 fi Vjenna dwar il-kwistjoni nukleari Iranjana, il-Kunsill tawwal is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE miftiehma fil-Pjan ta' Azzjoni Konġunt mal-Iran tal-24 ta' Novembru 2013 sal-14 ta' Jannar 2016.", "Dan ser jippermetti lill-UE sabiex tagħmel l-arranġamenti u t-tħejjijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt il-ġdid.", "Stqarrija mill-President Donald Tusk dwar il-ftehim dwar il-programm nukleari tal-Iran", "Stqarrija konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE, Federica Mogherini u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan Javad Zarif, Vjenna, 14 ta' Lulju 2015", "Kummenti mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini fil-bidu tal-Plenarja ministerjali finali tat-taħditiet mal-Iran, Vjenna", "Skeda informattiva tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt mal-Iran tal-24 ta' Novembru 2013", "Nota ta' informazzjoni: L-Unjoni Ewropea u l-Iran"], "date": "14 ta' Lulju 2015", "title": "L-Iran: Is-sospensjoni tas-sanzjonijiet tal-UE estiża għal sitt xhur"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/17/declaration-hr-international-criminam-justice-day/", "text": ["Is-17 ta' Lulju huwa l-jum li l-Istati Partijiet għall-Istatut ta' Ruma għażlu bħala Jum il-Ġustizzja Kriminali Internazzjonali.", "Dan il-jum jgħaqqad lil dawk kollha li jixtiequ jappoġġaw il-ġustizzja, jiddefendu d-drittijiet tal-vittmi, u jgħinu fil-prevenzjoni ta' delitti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-benesseri fid-dinja.", "Ġustizzja għall-vittmi ta' delitti internazzjonali serji tista' tinkiseb bis-sħiħ biss jekk l-awturi ta' dawn id-delitti jitressqu quddiem il-ġustizzja u jinżammu responsabbli quddiem korpi ġudizzjarji ġusti u effettivi, f'livell nazzjonali jew internazzjonali.", "Il-vittmi għandu jinstema' leħinhom u għandhom jiġu kkunsidrati.", "Il-prosekuzzjoni ta' ksur massiċċ tad-drittijiet tal-bniedem għandha rwol importanti bħala deterrent għat-twettiq ta' delitti bħal dawn fil-futur.", "L-UE u l-Istati Membri tagħha jibqgħu impenjati sabiex jappoġġaw il-prevenzjoni u s-sanzjoni ta' delitti internazzjonali u jippromwovu l-ġustizzja globali.", "Il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidati potenzjal l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Dikjarazzjoni.", "* - Il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni."], "date": "17 ta' Lulju 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni ta' Jum il-Ġustizzja Kriminali Internazzjonali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/17/efsm-bridge-loan-greece/", "text": ["Fis-17 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tagħti sa", "f'assistenza finanzjarja għal żmien qasir lill-Greċja taħt il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM).", "Is-self għandu jkollu", "maturità massima ta' tliet xhur", "u se jitħallas f'żewġ pagamenti.", "Permezz ta' dan, il-Greċja se tkun tista' teħles mill-arretrati li għandha mal-FMI u l-Bank of Greece u tħallas lura lill-BĊE, sakemm il-Greċja tibda tirċievi finanzjament taħt programm ġdid mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES).", "Programm aktar fit-tul", "Fis-16 ta' Lulju, il-Grupp tal-Euro ddeċieda fil-prinċipju li jilqa' t-talba li għamlet il-Greċja fit-8 ta' Lulju 2015 għal appoġġ għall-istabbiltà, mifrux fuq tliet snin, mill-MES.", "Ladarba l-assistenza mill-MES tkun ġiet innegozjata bejn l-istituzzjonijiet u l-Greċja u approvata mill-Grupp tal-Euro, din tintuża, fost affarijiet oħra, biex jitħallas lura s-self li l-Greċja tirċievi taħt l-EFSM.", "Kondizzjonijiet ta' politika ekonomika", "Il-Kunsill adotta wkoll deċiżjoni li tapprova", "programm ta' aġġustament makroekonomiku", "li jistipula l-kondizzjonijiet speċifiċi ta' politika ekonomika marbutin mal-assistenza finanzjarja.", "Ir-riformi li assumiet il-Greċja għandhom l-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tagħha u l-ambjent regolatorju.", "B'mod speċifiku, il-Greċja kellha tadotta leġislazzjoni biex tirriforma s-sistemi tagħha tal-VAT u tal-pensjonijiet, issaħħaħ il-governanza tal-Awtorità Statistika Ellenica (ELSTAT), u timplimenta sal-15 ta' Lulju 2015 id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza.", "Il-programm ta' aġġustament se jiġi ddefinit f'memorandum ta' qbil (MtQ).", "L-assistenza finanzjarja titħallas ladarba jidħlu fis-seħħ il-MtQ u ftehim għall-faċilità ta' self li jistipula fid-dettall il-kondizzjonijiet finanzjarji.", "It-tnejn iridu jiġu ffirmati mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet Griegi.", "Salvagwardji sħaħ għall-istati membri mhux fiż-żona tal-euro", "Tfassal mekkaniżmu biex ikun żgurat li", "l-istati membri mhux fiż-żona tal-euro ma jassumu l-ebda riskju.", "Skont id-deċiżjoni, l-esponiment tal-istati membri mhux fiż-żona tal-euro ser ikun kompletament garantit minn kollateral likwidu taħt arranġamenti li jorbtu legalment.", "Jekk il-Greċja ma tkunx tista' tħallas lura s-self skont il-kondizzjonijiet miftiehma, kwalunkwe obbligazzjoni mġarrba minn stati membri li mhumiex fiż-żona tal-euro se tkun rimborsata immedjatament.", "Dikjarazzjoni dwar l-użu futur tal-EFSM", "Il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw ukoll dikjarazzjoni konġunta fejn qablu li \"kwalunkwe użu futur tar-Regolament dwar l-EFSM jew ta' kwalunkwe strument ieħor ta' natura simili, bil-għan li titħares l-istabbiltà finanzjarja ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, ser ikun bil-kondizzjoni li jkun hemm arranġamenti fis-seħħ (permezz ta' kollateral, garanziji jew miżuri ekwivalenti) li jiżguraw li l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-munita unika ma jkollhom ebda responsabbiltà (diretta jew indiretta) finanzjarja.", "Biex ikun rifless dan il-prinċipju, il-Kummissjoni ser tagħmel proposta malajr kemm jista' jkun għall-bidliet meħtieġa fir-Regolament dwar l-EFSM, li f'kull każ għandu jsir qbil dwarhom qabel ma titressaq kwalunkwe proposta oħra għal appoġġ skont ir-Regolament dwar l-EFSM.", "Barra minn hekk, il-Kummissjoni tintrabat li ma tressaq ebda proposta għall-użu tal-EFSM mingħajr ma jkun assigurat mekkaniżmu għall-protezzjoni tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhix il-euro.\"", "L-EFSM jipprovdi assistenza finanzjarja lill-istati membri tal-UE f'diffikultajiet finanzjarji.", "Jiddependi minn fondi miġbura mill-Kummissjoni fis-swieq finanzjarji taħt garanzija baġitarja impliċita tal-UE.", "Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti għajnuna mill-UE lill-Ġreċja fuq perjodu qasir ta' żmien", "Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-programm ta' aġġustament għall-Greċja", "Dikjarazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u l-Kunsill dwar l-użu tal-EFSM"], "date": "17 ta' Lulju 2015", "title": "EFSM: il-Kunsill japprova self tranżitorju ta' €7 biljun lill-Greċja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/17/tusk-weekly-schedule/", "text": ["It-Tnejn 20 ta' Lulju 2015", "Żjara fl-Armenja", "10:20 Żjara lill-Monument tal-Ġenoċidju", "11:10 Laqgħa mal-Prim Ministru Hovik Abrahamyan", "12:00 Laqgħa mal-President Serzh Sargsyan", "12:30 Konferenza stampa konġunta", "12:50 Ikla ta' ħidma ospitata mill-President Serzh Sargsyan", "14:25 Laqgħa ma' rappreżentanti tal-partiti tal-oppożizzjoni", "Żjara fil-Georgia", "17:15 Laqgħa mal-President tal-Georgia, Giorgi Margvelashvili", "18:00 Konferenza stampa konġunta", "18:40 Laqgħa mal-Ispeaker tal-Parlament tal-Georgia, David Usupashvili u ffirmar tal-ktieb tal-unuri", "19:30 Ċena ta' ħidma ospitata mill-President Giorgi Margvelashvili", "It-Tlieta 21 ta' Lulju 2015", "Żjara fil-Georgia", "09:00 Żjara lill-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-UE fil-Georgia", "11:45 Laqgħa mal-Prim Ministru Irakli Garibashvili", "12:30 Dikjarazzjonijiet għall-istampa", "13:00 Ikla ta' ħidma ospitata mill-Prim Ministru Irakli Garibashvili", "15:00 Laqgħa ma' rappreżentanti tal-partiti tal-oppożizzjoni", "16:00 Laqgħa ma' truppi Georgjani skjerati taħt l-Operazzjoni tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)", "16:45 Ċerimonja tat-tqegħid ta' girlanda fil-Pjazza tal-Eroj", "L-Erbgħa 22 ta' Lulju 2015", "Żjara fl-Ażerbajġan", "10:00 Laqgħa mal-President Ilham Aliyev", "11:45 Konferenza stampa konġunta", "12:30 Ikla ta' ħidma ospitata mill-President Ilham Aliyev", "14:30 Laqgħa ma' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili"], "date": "17 ta' Lulju 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/30/approval-rail-interoperability/", "text": ["Fit-30 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill ikkonferma ftehim li ntlaħaq mal-Parlament Ewropew", "dwar proċeduri aktar mgħaġġla u ta' anqas piż għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi u taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għall-ferroviji Ewropej", ".", "L-", "Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA)", "ser ikollha rwol ewlieni f'dan.", "Flimkien, id-direttivi aġġornati dwar l-interoperabbiltà u s-sikurezza kif ukoll ir-regolament ERA jiffurmaw il-", "pilastru tekniku tar-raba ' pakkett ferrovjarju", "\"Li nikkonkludu ftehim dwar il-pilastru tekniku kien l-ewwel prijorità tal-presidenza Latvjana fil-qasam tat-trasport - u flimkien mal-partijiet kollha involuti ksibnieha'', qal Anrijs Matīss, il-Ministru Latvjan għat-trasport.", "''Ir-riforma hija rispons għal talbiet mis-settur ferrovjarju Ewropew, li għandu rwol sostanzjali fl-ekonomija tal-UE u jgħin biex it-trasport isir aktar ekoloġiku.", "Il-ftehim ser inaqqas l-ispejjeż u l-burokrazija, u b'hekk ser jgħin settur li bħalissa qed jaffaċċja kompetizzjoni internazzjonali li qed tikber.", "Sistema effettiva għandha wkoll tikkontribwixxi għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa.''", "Rwol akbar għall-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea", "Ir-riforma ser tagħti lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea rwol akbar", "fiċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza tal-operaturi ferrovjarji u l-awtorizzazzjoni tal-vetturi ferrovjarji", ".", "S'issa, meta manifattur ta' vetturi ferrovjarji xtaq ipoġġi vettura ġdida fis-suq f'diversi pajjiżi tal-UE, kellu jressaq applikazzjonijiet separati mal-awtoritajiet ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi.", "Is-sitwazzjoni kienet l-istess għall-operaturi ferrovjarji li jixtiequ jipprovdu servizzi f'diversi stati membri, peress li jeħtieġu ċertifikat li jagħti prova li s-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħhom hija konformi u huma kapaċi joperaw b'mod sikur.", "Ir-regoli l-ġodda ser jeliminaw il-ħtieġa ta' applikazzjonijiet multipli.", "L-", "ERA ser toħroġ l-awtorizzazzjonijiet kollha għal vetturi maħsuba għal operazzjonijiet transkonfinali u ċ-ċertifikati tas-sikurezza kollha lill-kumpanniji ferrovjarji li joperaw servizzi transkonfinali.", "L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza xorta ser jibqgħalhom rwol importanti fit-twettiq tal-valutazzjonijiet meħtieġa.", "Għall-vetturi u l-operaturi involuti", "fit-trasport nazzjonali biss, l-applikant ser ikun jista' jagħżel", "jekk l-applikazzjoni tiegħu tiġix ipproċessata u l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-Aġenzija jew mill-awtorità nazzjonali.", "L-ERA għandu jkollha wkoll rwol akbar fl-iżvilupp tas-", "Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)", ".", "Hija ser tivvaluta s-soluzzjonijiet tekniċi previsti qabel ma tinħareġ kwalunkwe sejħa għall-offerti relatata għat-tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS, biex jiġi żgurat li l-proġetti żviluppati huma interoperabbli.", "L-ERA ser tieħu f'idejha l-kompiti ta' ċertifikazzjoni u awtorizzazzjoni tagħha fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament.", "L-istati membri ser ikollhom sena addizzjonali biex ikomplu bis-sistema attwali jekk iqisu li dan ikun meħtieġ.", "F'dak il-każ, ikollhom jinfurmaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom u jipprovdu ġustifikazzjoni.", "Proċeduri faċli u konsistenti", "Biex il-proċeduri jkunu faċli u trasparenti, l-ERA ser tistabbilixxi sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni li ser jaġixxu bħala", "punt ta' entrata waħda għall-applikazzjonijiet kollha", ".", "F'każijiet fejn iż-żona ta' operazzjoni tkun limitata għal stat membru wieħed, l-applikant ser juża s-sistema biex jagħżel l-awtorità li huwa jixtieq li tipproċessa l-applikazzjoni.", "Dan il-''punt uniku ta' servizz'' ser jippermetti kemm lill-Aġenzija kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza biex isegwu l-istadji differenti tal-applikazzjoni matul il-proċedura.", "L-ERA u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ser jikkonkludu wkoll", "ftehimiet ta' kooperazzjoni", ".", "Il-punt uniku ta' servizz u l-ftehimiet ta' kooperazzjoni ser jiggarantixxi distribuzzjoni ċara tal-kompiti bejn l-ERA u l-awtoritajiet nazzjonali.", "Ser jiżguraw ukoll il-konsistenza f'każ ta' applikazzjonijiet differenti għal awtorizzazzjonijiet jew ċertifikazzjonijiet simili.", "Is-sistema ta' punt uniku ta' servizz għandha tiġi stabbilita fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-regolament.", "Lejn żona ferrovjarja unika Ewropea", "Din is-sistema ta' awtorizzazzjoni u ċertifikazzjoni aktar iċċentralizzata tqarreb lill-Ewropa lejn", "żona ferrovjarja unika Ewropea", ".", "Hija mistennija li żżid l-ekonomiji ta' skala għall-impriżi u l-manifatturi ferrovjarji mal-UE kollha.", "Hija ser tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi u tħaffef il-proċeduri, waqt li jinżamm il-livell għoli attwali ta' sikurezza.", "Fl-istess ħin din ser tgħin biex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni moħbija, b'mod partikolari kontra kumpaniji ġodda li jixtiequ jidħlu f'suq ferrovjarju.", "Ir-regolament il-ġdid ser iwassal ukoll għal", "tnaqqis sinifikanti fir-regoli nazzjonali", "f'oqsma fejn qed tiġi introdotta regolamentazzjoni armonizzata fil-livell tal-UE.", "Il-pilastru tekniku jistabbilixxi wkoll qafas ta' koordinazzjoni għal korpi nazzjonali ta' investigazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm il-livell għoli ta' indipendenza tagħhom.", "Ġew introdotti elementi ġodda ta' ''kultura ġusta'': pereżempju, il-Kummissjoni tingħata l-kompitu li tanalizza dan l-approċċ fir-rigward ta' proposti futuri.", "Miżuri oħra tal-pakkett ferrovjarju li għadhom qed jiġu diskussi", "Ir-raba' pakkett ferrovjarju jinkludi wkoll", "pilastru tas-suq", ", bi proposti biex jiġu liberalizzati s-servizzi domestiċi tal-passiġġieri ferrovjarji u li tissaħħaħ il-governanza tal-maniġers tal-infrastruttura.", "Il-presidenza li jmiss tal-Lussemburgu għandha l-għan li tilħaq approċċ ġenerali dwar iż-żewġ proposti li fadal f'Ottubru.", "Approċċ ġenerali dwar il-proposta dwar in-normalizzazzjoni tal-kontijiet kien diġà ġie adottat f'Diċembru 2014.", "Proposti tekniċi"], "date": "30 ta' Ġunju 2015", "title": "Sistemi ta' approvazzjoni ġodda għall-interoperabbiltà u s-sikurezza ferrovjarja: Il-Coreper jagħti l-approvazzjoni tiegħu"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/06/30/council-ep-agree-new-rules-insurance-distrubution/", "text": ["Fit-30 ta' Ġunju 2015, il-presidenza tal-Kunsill laħqet qbil mal-Parlament Ewropew dwar abbozz ta' direttiva li tistabbilixxi regoli ġodda u mtejba dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni.", "Permezz tad-direttiva ser tiżdied il-protezzjoni tad-", "detentur tal-polza", ", ser tittejjeb il-", "kwalità tal-informazzjoni", "mogħtija lill-konsumaturi u jiġu stabbiliti regoli mtejba tal-", "kondotta tal-operazzjonijiet", "għad-distributuri tal-assigurazzjoni.", "It-test iħassar id-direttiva 2002/92/KE dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u jfassalha mill-ġdid bħala direttiva dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni.", "Id-direttiva tfittex li ttejjeb ir-regolamentazzjoni tal-assigurazzjoni fil-livell tal-konsumatur b'mod li ser jiffaċilita l-integrazzjoni tas-suq, u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa għal", "kompetizzjoni ġusta", "bejn id-diversi tipi ta' distributuri ta' prodotti tal-assigurazzjoni.", "Hija għandha l-għan ukoll li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-detentur tal-polza, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti tal-", "assigurazzjoni tal-ħajja", "b'element ta' investiment.", "L-intermedjarji għandhom rwol ċentrali fid-distribuzzjoni ta' prodotti ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni.", "Hemm diversi tipi ta' persuni u istituzzjonijiet li jiddistribwixxu prodotti tal-assigurazzjoni, pereżempju l-aġenti, is-sensara u l-impriżi tal-assigurazzjoni.", "L-applikazzjoni tad-direttiva 2002/92/KE wriet li hemm għadd ta' dispożizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ppreċiżati aktar.", "Miri speċifiċi", "B'mod aktar speċifiku, id-direttiva l-ġdida għandha l-għan li:", "ta' applikazzjoni għall-kanali kollha ta' distribuzzjoni, inklużi r-rekwiżiti proporzjonati għal dawk li jbigħu prodotti tal-assigurazzjoni fuq bażi anċillari;", "tidentifika, tiġġestixxi u ttaffi l-", "kunflitti ta' interess", "issaħħaħ", "sanzjonijiet", "amministrattivi, kif ukoll il-miżuri li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' ksur ta' dispożizzjonijiet ewlenin;", "tiżgura l-idoneità u l-oġġettività tal-", "konsulenza dwar l-assigurazzjoni", "tiżgura li l-", "kwalifiki professjonali", "tal-bejjiegħa jaqblu mal-kumplessità tal-prodotti mibjugħa;", "tikkjarifika l-proċedura għad-dħul fis-suq", "Din id-direttiva m'għandhiex iżżomm lill-istati membri milli japplikaw dispożizzjonijiet aktar rigorużi biex jipproteġu lill-konsumaturi, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti mad-dritt tal-UE.", "U sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn is-setturi finanzjarji, hija tieħu inkonsiderazzjoni r-regoli stabbiliti għas-swieq ta' strumenti finanzjarji.", "Il-passi li jmiss", "Il-qbil għad irid jiġi kkonfermat mill-Kunsill ladarba t-test jiġi ffinalizzat.", "Id-direttiva mbagħad ser tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew għal vot fl-ewwel qari, u lill-Kunsill għall-adozzjoni.", "Skont it-test maqbul, l-istati membri ser ikollhom sentejn biex jittrasponu d-direttiva fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali."], "date": "30 ta' Ġunju 2015", "title": "Distribuzzjoni tal-assigurazzjoni: Il-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar regoli ġodda"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/02/eupol-copps-extended/", "text": ["Il-Kunsill estenda l-missjoni tal-pulizija tal-UE għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) sat-30 ta' Ġunju 2016.", "Din hija parti mill-isforzi ġenerali tal-UE b'appoġġ għall-bini tal-istat Palestinjan fil-kuntest tal-ħidma lejn riżoluzzjoni komprensiva tal-konflitt bejn Iżrael u l-Palestina, ibbażata fuq soluzzjoni b'żewġ stati.", "Il-missjoni, immexxija fil-qafas tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK), ilha minn Jannar 2006 tassisti lill-Awtorità Palestinjana fil-bini tal-istituzzjonijiet ta' Stat futur tal-Palestina fl-oqsma tal-pulizija u tal-ġustizzja kriminali.", "Bil-kontribut tagħha għar-riforma tas-setturi tas-sigurtà u tal-ġustizzja, il-missjoni tappoġġa l-isforzi biex tiżdied is-sigurtà tal-popolazzjoni Palestinjana u biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt.", "Is-Sur Rodolphe Mauget huwa l-Kap tal-Missjoni.", "Bejn l-1 ta' Lulju 2015 u t-30 ta' Ġunju 2016 ġie allokat baġit ta' €9.175 miljun għall-attivitajiet tal-missjoni.", "Fl-istess ħin, il-Kunsill estenda l-mandat tal-missjoni tal-UE ta' assistenza fil-fruntieri għall-punt ta' qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) sat-30 ta' Ġunju 2016."], "date": "2 ta' Lulju 2015", "title": "Estiża l-Missjoni tal-Pulizija tal-UE għat-Territorji Palestinjani"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/06/invitation-letter-eurosummit/", "text": ["Nixtieq nistiednek għal laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern taż-żona tal-euro u l-President tal-Kummissjoni nhar it-Tlieta 7 ta' Lulju 2015 fis-18:00.", "Wara r-referendum fil-Greċja, nemmen li għandna niltaqgħu urġentement fl-ogħla livell politiku biex niddiskutu s-sitwazzjoni u modi possibbli 'l quddiem.", "Stedint ukoll lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u lill-President tal-Grupp tal-Euro biex jingħaqdu magħna.", "Summit taż-Żona tal-Euro, 7 ta' Lulju 2015", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "6 ta' Lulju 2015", "title": "Ittra ta' stedina mill-President Donald Tusk lill-membri tas-Summit taż-Żona tal-Euro"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/07/tusk-remarks-euro-summit/", "text": ["Ser naqra d-dikjarazzjoni maqbula llejla mill-mexxejja waqt is-Summit taż-Żona tal-Euro:", "1.", "Iltqajna llejla biex niddiskutu s-sitwazzjoni serja fil-Greċja.", "Innutajna li l-awtoritajiet taż-żona tal-euro huma lesti biex jagħmlu dak kollu meħtieġ biex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kemm hi.", "2.", "Wara r-referendum Grieg, il-Prim Ministru Tsipras impenja ruħu li jippreżenta talba ġdida għal programm fi ħdan il-qafas stabbilit mit-Trattat dwar il-MES, inkluż kondizzjonalità stretta ta' politika.", "3.", "Qbilna biex b'mod urġenti neżaminaw jekk huwiex possibbli li tiġi stabbilita bażi biex jintlaħaq qbil li jirrispetta l-impenji eżistenti u r-regoli komuni tagħna.", "4.", "Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 9 ta' Lulju, il-Gvern Grieg għandu jistipula fid-dettall il-proposti tiegħu għal aġenda ta' riforma komprensiva u speċifika għall-valutazzjoni mit-tliet Istituzzjonijiet biex tiġi ppreżentata lill-Grupp tal-Euro.", "5.", "Il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern ser jiltaqgħu nhar il-Ħadd 12 ta' Lulju.", "Ippermettuli nżid ftit kliem mill-perspettiva tiegħi.", "In-naħat kollha tan-negozjati jikkondividu r-responsabbiltà għall-", "attwali.", "Din hija r-raġuni għaliex illum appellajt lill-mexxejja kollha biex jippruvaw isibu kunsens, li ser ikun is-suċċess komuni tagħna, mingħajr ebda telliefa jew rebbieħa.", "Jekk dan ma jseħħx, ikun ifisser it-tmiem tan-negozjati bil-konsegwenzi kollha possibbli, inkluż l-agħar xenarju possibbli, fejn aħna lkoll inkunu telliefa.", "In-nuqqas tagħna li nilħqu qbil jista' jwassal għall-falliment tal-Greċja u l-insolvenza tas-sistema bankarja tagħha.", "U li hu żgur, ser ikun il-poplu Grieg li ser ibati l-aktar.", "M'għandi l-ebda dubju li din ser taffettwa l-Ewropa kollha, fis-sens ġeopolitiku wkoll.", "Jekk xi ħadd għandu xi illużjoni li mhux hekk, huma inġenwi.", "Ir-realtà evidenti hi li fadlilna biss ħamest ijiem biex insibu l-qbil aħħari.", "S'issa, evitajt li nitkellem dwar skadenzi.", "Iżda llejla rrid ngħid ċar u tond li l-iskadenza finali tintemm din il-ġimgħa.", "Aħna lkoll responsabbli għall-kriżi u aħna lkoll għandna r-responsabbiltà li nsolvuha.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "7 ta' Lulju 2015", "title": "Kummenti mill-President Donald Tusk dwar l-eżitu maqbul tas-Summit taż-Żona tal-Euro dwar il-Greċja fis-7 ta' Lulju 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/08/tusk-report-european-parliament/", "text": ["L-ewwel nett, nixtieq kull suċċess lill-Presidenza Lussemburgiża.", "Dawn is-sitt xhur li ġejjin ser jippreżentaw sfida kbira u nistenna b'interess l-eqreb kooperazzjoni possibbli.", "Minn dak li naf dwar il-Prim Ministru Bettel ninsab ċert li ser iwettaq ħidma eċċellenti.", "Qed niltaqgħu f'mument uniku u diffiċli għall-Ewropa, u għall-unjoni ekonomika u monetarja tagħna.", "Qabel niddiskutu s-Summits Speċjali taż-Żona tal-Euro tal-lejl li għadda u ta' Ġunju, ser nirrapporta fil-qosor dwar l-eżiti ewlenin tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.", "Il-mexxejja ddiskutew kif jista' jingħata appoġġ lill-pajjiżi l-aktar esposti tal-UE li qegħdin taħt l-akbar pressjoni migratorja.", "Aħna qbilna dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni ta' 60 000 refuġjat matul is-sentejn li ġejjin.", "Għal raġunijiet ta' ċarezza, l-iskema ser tikkomplementa l-isforzi nazzjonali eżistenti, issa li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qegħdin jirċievu 600 000 applikazzjoni għall-asil kull sena.", "Iva, id-diskussjoni kienet diffiċli u f'mumenti diviżiva.", "Fil-fehma tiegħi, din kienet l-ewwel darba li l-mexxejja Ewropej kellhom skambju onest bħal dan dwar il-kwistjoni tar-refuġjati.", "Il-Kunsill Ewropew għażel li jżomm mal-approċċ volontarju maqbul fil-Kunsill Ewropew Speċjali f'April.", "F'din il-kwistjoni jeħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn is-sovranità nazzjonali u l-azzjoni fuq livell Ewropew.", "Issa għandna ftehim bħala bażi għall-ħidma tagħna, u li nistgħu nibnu fuqu.", "Il-Presidenza Lussemburgiża qed tirċievi impenji volontarji mingħand l-Istati Membri kemm dwar ir-rilokazzjoni kif ukoll dwar ir-risistemazzjoni.", "Abbażi tal-progress li sar sa issa, nittamaw li ser jintlaħqu n-numri li kien intlaħaq qbil dwarhom fil-Kunsill Ewropew.", "Fid-dawl tal-emerġenza attwali, il-mexxejja qablu wkoll li l-Unjoni Ewropea ser tassisti fl-istabbiliment ta' 'faċilitajiet tal-ewwel akkoljenza' fl-Istati l-iktar esposti biex tiġi żgurata reġistrazzjoni rapida tal-wasliet irregolari.", "Sadanittant, il-Kummissjoni ser taċċellera t-taħdidiet mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu dwar ir-riammissjoni biex tissaħħaħ il-politika ta' ritorn tagħna.", "Dawn ser isiru abbażi tal-'prinċipju aktar għal aktar' f'oqsma relatati bħall-għajnuna għall-iżvilupp.", "Il-Prim Ministru Brittaniku kkonferma l-intenzjoni tal-gvern tiegħu li sal-2017, isir referendum dwar is-sħubija.", "Ser jibdew id-diskussjonijiet mar-Renju Unit dwar in-negozjati mill-ġdid.", "Dan kien l-ewwel pass fi proċess itwal li ser jintemm ukoll fil-Kunsill Ewropew.", "Ser nerġgħu lura għal dan f'Diċembru.", "Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg kellu diskussjoni magħna dwar it-theddid ġdid għas-sigurtà li qed tħabbat wiċċha miegħu l-Ewropa, hekk kif sirna nafu dwar l-attakki terroristiċi l-aktar reċenti fit-Tuneżija, il-Kuwajt u Franza.", "Fil-kuntest tat-terroriżmu internazzjonali u sfidi oħrajn għas-sigurtà, il-mexxejja inkarigaw lir-Rappreżentant Għoli biex tħejji strateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar il-politika estera u ta' sigurtà għal Ġunju tas-sena d-dieħla.", "Qbilna wkoll li nużaw fondi Ewropej biex nappoġġaw l-isforzi kollettivi ta' investiment fil-futur tad-difiża Ewropea.", "Finalment, iddiskutejna kwistjonijiet ekonomiċi, b'mod partikolari r-rapport dwar it-tlestija tal-unjoni ekonomika u monetarja, ippubblikat fit-22 ta' Ġunju.", "Ir-rapport jiċċara li l-prijorità biex tinbena unjoni monetarja aktar profonda hija r-riforma fil-livell nazzjonali.", "L-aħjar mod kif nindirizzaw id-dgħufijiet strutturali taż-żona tal-euro hu li nindirizzaw in-nuqqasijiet tal-ekonomiji nazzjonali tagħha.", "Il-mexxejja enfasizzaw ukoll l-importanza li jinbena suq uniku diġitali u nnotaw il-pjan ta' ħidma l-ġdid tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward.", "Minħabba r-rwol ċentrali li għandha l-ekonomija diġitali fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, il-Kunsill Ewropew kien assolutament ċar li dan il-qasam issa jikkostitwixxi prijorità ewlenija.", "Il-kooperazzjoni futura tal-Parlament Ewropew hi essenzjali biex jinkiseb dan il-għan.", "Ġimagħtejn ilu, sejjaħt Summit taż-żona tal-Euro fit-22 ta' Ġunju biex noħorġu mis-sitwazzjoni ta' staġnar fin-negozjati dwar l-assistenza finanzjarja għall-Greċja u biex jiġi żgurat li l-mexxejja kollha jkunu fuq l-istess paġna politika.", "Fil-jiem ta' wara dan, il-mexxejja talbu lill-Grupp tal-Euro biex jiġu aċċellerati d-diskussjonijiet dwar proposta fl-aħħar minuta mill-Greċja.", "Dakinhar ħsibna li seta' jintlaħaq qbil.", "Issa, gimagħtejn wara, hemm tellieqa kontra l-ħin biex terġa' tinbena l-fiduċja.", "Mhux ser niddiskuti t-tajjeb u l-ħażin tar-referendum Grieg.", "Kull persuna għandha l-perċezzjonijiet personali tagħha.", "Jeħtieġ li f'dan l-istadju nimxu 'l quddiem.", "Li ninsew dak li ġara fil-passat.", "Fis-Summit taż-Żona tal-Euro tal-lejl li għadda, il-mexxejja kellhom skambju sinċier u onest dwar is-sitwazzjoni diffiċli li għandna quddiemna bħalissa.", "Tlabna lill-Prim Ministru Tsipras biex jippreżenta l-ideat tal-gvern tiegħu għal tkabbir sostenibbli u prosperità fil-Greċja.", "Il-Grupp tal-Euro issa ser jikkunsidra fid-dettall t-talba tal-Greċja għal programm taħt it-Trattat dwar il-MES.", "Ser ikun hemm bżonn ta' kjarifiki fil-jiem li ġejjin u dawn għandhom jingħataw malajr kemm jista' jkun.", "In-naħat kollha tan-negozjati jikkondividu r-responsabbiltà għall-", "attwali.", "Nagħmel appell lill-mexxejja kollha biex jippruvaw isibu kunsens, li jista' jkun is-suċċess komuni tagħna, mingħajr ma jkun hemm telliefa jew rebbieħa.", "Jekk dan ma jseħħx, ikun ifisser it-tmiem tan-negozjati bil-konsegwenzi kollha possibbli, inkluż l-agħar xenarju possibbli, fejn aħna lkoll inkunu telliefa.", "In-nuqqas min-naħa tagħna li nilħqu qbil jista' jwassal għall-falliment tal-Greċja u l-insolvenza tas-sistema bankarja tagħha.", "U li hu żgur, ser ikun il-poplu Grieg li ser ibati l-aktar.", "M'għandi l-ebda dubju li dan ser jaffettwa lill-Ewropa kollha, fis-sens ġeopolitiku wkoll.", "Jekk xi ħadd għandu xi illużjoni li dan mhux ser ikun minnu, huma inġenwi.", "Ir-realtà evidenti hi li fadlilna biss erbat ijiem biex insibu qbil aħħari.", "S'issa, evitajt li nitkellem dwar skadenzi.", "Iżda rrid ngħid b'mod ċar u tond li l-iskadenza finali tintemm din il-ġimgħa.", "Aħna lkoll responsabbli għall-kriżi u aħna lkoll għandna r-responsabbiltà li nsolvuha.", "Kif qal darba Plutarka: \"Faċli li nsibu t-tort, li tagħmel xi ħaġa aħjar jista' jkun diffiċli.\"", "Nispera li mhux ser ikun daqstant diffiċli li nagħmlu xi ħaġa aħjar, kif kien ħaseb Plutarka.", "Ejjew nagħtu prova li ma kellux raġun.", "Grazzi.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "8 ta' Lulju 2015", "title": "Rapport mill-President Donald Tusk lill-Parlament Ewropew rigward il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju u s-sitwazzjoni fil-Greċja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/08/roaming-charges/", "text": ["Fit-8 ta' Lulju 2015 ittieħed pass ieħor lejn", "it-tmiem tat-tariffi tar-roaming għall-mowbajl", "fil-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti", "approvaw il-ftehim", "mal-Parlament Ewropew.", "Il-liġi l-ġdida ser tinkludi wkoll", "l-ewwel regoli li japplikaw fl-UE kollha u li jħarsu l-aċċess miftuħ għall-internet", ", magħruf ukoll bħala n-newtralità tal-internet.", "Tmiem it-tariffi tar-roaming f'nofs l-2017", "Skont il-ftehim,", "is-sovrimposti fuq ir-roaming", "fl-Unjoni Ewropea ser", "ikunu aboliti mill-15 ta' Ġunju 2017", ".", "Madankollu, il-fornituri tar-roaming ser ikunu jistgħu japplikaw", "'politika ta' użu ġust'", "biex ma jitħalliex isir użu abbużiv mir-roaming.", "Dan ikun jinkludi l-użu ta' servizzi roaming għal finijiet oħra minbarra vjaġġar perjodiku.", "Għar-roaming li jmur lil hinn mill-użu ġust, jista' jkun hemm tariffa żgħira.", "Din it-tariffa ma tistax tkun ogħla mill-ogħla rata bl-ingrossa li l-operaturi jħallsu biex jużaw in-netwerks ta' pajjiżi oħra tal-UE.", "Il-", "limitu għall-użu ġust", "ser jiġi definit mill-Kummissjoni sal-15 ta' Diċembru 2016.", "Biex it-tmiem tat-tariffi tar-roaming ikun", "sostenibbli", "fl-UE kollha, jeħtieġ li jitnaqqsu r-rati attwali bl-ingrossa.", "Biex dan jinkiseb, il-Kummissjoni ser tingħata mandat biex tirrevedi s-suq tar-roaming bl-ingrossa u tipproponi liġi ġdida sal-15 ta' Ġunju 2016.", "Barra minn hekk, ser jiddaħħlu salvagwardji biex jindirizzaw l-irkupru tal-ispejjeż mill-operaturi.", "Il-Prim Ministru u Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill, Xavier Bettel, qal: \"Il-ftehim dwar l-abolizzjoni tar-roaming sa Ġunju 2017 juri li l-Unjoni Ewropea tista' tagħti benefiċċji konkreti liċ-ċittadini Ewropej.", "L-Ewropa kapaċi tikseb ir-riżultat mixtieq.\"", "Roaming orħos anki mill-2016", "It-tariffi tar-roaming diġà ser jorħsu fit-30 ta' April 2016", "L-ogħla sovrimposta", "minn dakinhar ser tkun €0.05 kull minuta għal", ", €0.02 għal", "u €0.05 kull megabyte għal", ".", "Dawn l-ammonti huma l-ogħla rati bl-ingrossa ta' bħalissa.", "Għal", "telefonati riċevuti", ", l-ogħla sovrimposta ser tkun il-medja ppeżata tar-rati massimi tat-terminazzjoni tal-mowbajl fl-UE kollha, li għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni sa tmiem l-2015.", "Il-limiti massimi attwali tal-UE għall-prezzijiet tar-roaming fil-livell tal-konsumatur jirreferu għal kemm l-operaturi jistgħu jiċċarġjaw lill-klijenti tagħhom.", "Fi kliem ieħor, ikopru l-prezz domestiku miżjud bis-sovrimposta.", "Wara t-30 ta' April 2016 ukoll, it-total tal-prezz domestiku u kwalunkwe sovrimposta ma jista' f'ebda każ ikun ogħla mil-limiti massimi attwali fil-livell tal-konsumatur (€0.19 kull minuta għal telefonati, €0.06 għal sms u €0.20 kull megabyte ta' data).", "Nipproteġu l-internet miftuħ", "Għall-ewwel darba, liġi tal-UE ser tistipula li", "l-operaturi ser ikollhom jittrattaw it-traffiku kollu l-istess", "meta jipprovdu servizzi ta' aċċess għall-internet.", "It-test jistabbilixxi wkoll il-prinċipju tad-", "dritt tal-utenti li jkollhom aċċess għal u li jqassmu l-kontenut tal-għażla tagħhom", "fuq l-internet.", "L-operaturi jistgħu jużaw", "miżuri raġonevoli ta' ġestjoni tat-traffiku", "sabiex l-internet jibqa' operattiv.", "Miżuri bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq bżonnijiet tekniċi oġġettivi, u mhux konsiderazzjonijiet kummerċjali.", "L-imblukkar jew it-tnaqqis fir-rapidità ser ikunu permessi biss f'għadd limitat ta' ċirkostanzi, pereżempju biex jilqgħu għal ċiberattakki jew jindirizzaw konġestjoni eċċezzjonali jew temporanja tat-traffiku.", "Ftehimiet dwar", "servizzi ottimizzati għal kontenut speċifiku", "ser ikunu permessi fejn tkun meħtieġa l-ottimizzazzjoni, iżda l-operaturi ser ikollhom jiżguraw il-kwalità ġenerali tas-servizzi ta' aċċess għall-internet.", "Servizzi speċjalizzati bħal dawn jinkludu pereżempju t-telekirurġija u l-karozzi kollegati.", "Ir-regoli għall-internet miftuħ ser ikunu applikabbli mit-30 ta' April 2016, li hija d-data tal-applikazzjoni ġenerali tar-regolament il-ġdid.", "\"It-tħaddin tal-prinċipju tal-ħarsien tal-internet miftuħ fil-leġislazzjoni tal-UE ma hu xejn inqas minn pass storiku,\" qal il-Prim Ministru Bettel.", "\"Qed nippreservaw il-possibbiltà li sseħħ l-innovazzjoni.", "Dan il-ftehim jibqa' jreġi anki fil-ġejjieni.\"", "Kif ser isir liġi dan kollu?", "It-test miftiehem ser jgħaddi għall-finalizzazzjoni teknika.", "Imbagħad jeħtieġ jiġi approvat formalment mill-Kunsill u mill-Parlament.", "Il-Kunsill mistenni jadottah formalment fil-ħarifa 2015.", "Dan m'għandux bżonn isir mill-Kunsill tat-Telekomunikazzjoni: kwalunkwe formazzjoni tal-Kunsill għandha s-setgħa tadotta l-att legali.", "Ir-regolament ser jidħol fis-seħħ 20 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.", "Abbozz ta' regolament dwar ir-roaming u internet miftuħ"], "date": "8 ta' Lulju 2015", "title": "It-tmiem tat-tariffi tar-roaming: il-Kunsill jikkonferma qbil mal-PE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/08/tusk-concluding-remarks-european-parliament/", "text": ["Kważi kulħadd qed jitkellem dwar il-ħtieġa għall-unità.", "Iżda, bħal fil-każ tal-Kunsill Ewropew, id-dibattitu tagħna tal-lum wera kemm ma naqblux dwar is-suġġett tal-Greċja.", "Għalhekk għandha nerġgħu lura għall-prinċipji sempliċi komuni tagħna li akkumpanjaw lin-nies għal ħafna sekli.", "L-ewwel nett, f'din il-kriżi ninħtieġu nirrispettaw lil xulxin mingħajr kundizzjonijiet;", "It-tieni, il-moralità tfisser li tħallas lura d-djun li għandek tagħti lill-oħrajn.", "Mhuwiex minnu li l-kredituri huma ħżiena u immorali filwaqt li d-debitur huwa vittma innoċenti;", "It-tielet, huwa sempliċiment impossibbli li fuq perjodu twil ta' żmien wieħed jibqa' jonfoq ħafna iktar milli qed jiggwadanja.", "Dan huwa s-sors tal-kriżi fil-Greċja, mhux il-munita komuni;", "Ir-raba', fittex l-għajnuna fost ħbiebek u mhux fost l-għedewwa tiegħek, speċjalment meta dawn ma jkunux jistgħu jgħinuk;", "U, finalment, jekk tixtieq tgħin lill-ħabib tiegħek li jkun fil-bżonn, tumiljahx.", "Illum, neħtieġu l-unità.", "Mhux għax l-unità hija idea sabiħa, iżda għax hija indispensabbli sabiex jittieħdu deċiżjonijiet konkreti.", "Mingħajr unità dwar il-Greċja, fi żmien erbat ijiem ser insibu ruħna f'Ewropa differenti.", "Din hija tassew l-aħħar twissija għall-Greċja iżda għalina wkoll, l-aħħar ċans tagħna.", "Nixtieq ninfurmakom li l-proċedura tal-aħħar ċans għadha kemm bdiet.", "Il-President Dijsselbloem irċieva, waqt li aħna qed niddibattu hawnhekk, it-talba formali Griega għall-programm MES, kif qbilna lbieraħ.", "Nittama li dan huwa sinjal tajjeb, awgurju tajjeb għal għada.", "Nittama.", "Grazzi.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "8 ta' Lulju 2015", "title": "Rimarki tal-għeluq mill-President Donald Tusk fid-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju u s-sitwazzjoni fil-Greċja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/09/eu-budget-2016/", "text": ["Fid-9 ta' Lulju 2015, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit tal-UE għall-2016, abbażi ta' test ta' kompromess tal-presidenza tal-Lussemburgu.", "Prijoritajiet tal-Kunsill", "Il-Kunsill appoġġa l-fondi proposti mill-Kummissjoni għal għadd ta' oqsma ta' prijorità.", "Dawn jinkludu", "l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi", "(EFSI) immirati biex jagħtu spinta lill-ekonomija, miżuri biex jiġu ġestiti l-flussi", "migratorji", "l-għajnuna umanitarja", ".", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti wkoll il-", "pjan ta' pagament", "maqbul mal-Parlament Ewropew f'Mejju 2015 biex jintemmu gradwalment it-talbiet ta' pagament pendenti għall-programmi ta' koeżjoni 2007-2013.", "\"Ninsab fiduċjuż li l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-UE għall-2016 tipprovdi riżorsi adegwati għall-mobilizzazzjoni ta' investimenti produttivi, biex tingħata spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi u biex twieġeb għall-bżonnijiet politikament l-aktar urġenti bħall-ġestjoni migratorja.", "Fl-ekonomija tal-lum huwa ta' importanza kbira li ċ-ċittadini jiksbu valur għal flushom u li r-riżorsi tal-UE jintużaw b'mod mirqum u responsabbli.", "Għalhekk nemmen li l-ftehim politiku tal-Kunsill joħloq bilanċ tajjeb bejn il-konsolidazzjoni fiskali u l-investimenti strateġiċi li l-Ewropa teħtieġ biex jittaffew l-effetti negattivi tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali attwali\", qale Pierre Gramegna, ministru għall-finanzi tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill.", "Iż-żamma ta' marġini", "Minħabba l-bosta sfidi li qed tiffaċċja l-UE fl-ambjent politiku u ekonomiku attwali, il-Kunsill iqis li jkun", "għaqli li jinżamm marġini finanzjarju suffiċjenti", ".", "Għalhekk tħallew marġini adegwati taħt il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) biex l-UE tkun tista' tirreaġixxi f'każ ta' sitwazzjonijiet mhux previsti.", "Fuq il-bażi taċ-ċifri għall-eżekuzzjoni tal-baġit f'dawn l-aħħar snin u filwaqt li jiġu stabbiliti kapaċitajiet realistiċi ta' assorbiment għall-futur, il-Kunsill jemmen li €153.27 biljun f'impenji u €142.12 biljun f'pagamenti se jippermettu lill-UE biex fl-2016 tilħaq l-għanijiet tal-politika tagħha.", "Dan huwa €563.6 miljun f'impenji u €1.4 biljun f'pagamenti anqas minn dak li pproponiet il-Kummissjoni.", "Rati ta' tkabbir għolja għall-politika esterna, il-migrazzjoni u l-kompetittività", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi għal tnaqqis f'impenji totali ta' 5.36% u żieda f'pagamenti totali ta' 0.59% meta mqabbel mal-baġit tal-UE għall-2015 kif emendat bil-baġits emendatorji numri 1 sa 5.", "Impenji ta' €16.5 biljun ġew miżjuda reċentement għall-baġit tal-2015 bħala salvagwardja għall-approprjazzjonijiet li baqgħu ma ntużawx fl-2014 minħabba l-adozzjoni tard ta' ċerti programmi tal-QFP.", "Fir-rigward tal-pagamenti, il-pożizzjoni tal-Kunsill toffri", "rati ta' tkabbir b'żewġ ċifri għal azzjonijiet tal-politika esterna (+22.5 %)", "għal miżuri relatati mas-sigurtà u ċ-ċittadinanza, bħall-", "migrazzjoni", "(+15.4%).", "Ir-riċerka u miżuri oħra mmirati sabiex tiżdied il-kompetittività jibbenefikaw minn żieda ta' 8.6%", "Sommarju tal-abbozz tal-pożizzjoni tal-Kunsill jinsab fit-tabella hawn taħt:", "Approprjazzjonijiet skont l-intestatura", "impenji", "1.", "Tkabbir intelliġenti u inklużiv:", "a) Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", "b) Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", "2.", "Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali:", "li minnhom hemm nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti", "3.", "Sigurtà u ċittadinanza:", "4.", "Ewropa Globali:", "5.", "Nefqa amministrattiva (għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE)", "Strumenti speċjali:", "Approprjazzjoni totali", "F'% tal-DNG tal-UE-28", "Il-passi li jmiss", "Il-Kunsill huwa mistenni jadotta formalment il-pożizzjoni tiegħu permezz ta' proċedura bil-miktub fil-bidu ta' Settembru.", "Din se sservi bħala mandat għall-Presidenza tal-Lussemburgu biex tinnegozja l-baġit tal-UE tal-2016 mal-Parlament Ewropew.", "Pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-UE għall-2016", "Baġits emendatorji tal-UE għall-2015", "Il-baġit tal-UE għall-2016"], "date": "9 ta' Lulju 2015", "title": "Baġit tal-UE għall-2016: Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/10/eu-iran-sanctions-extended/", "text": ["Biex jagħti aktar żmien biex in-negozjati li għaddejjin iwasslu għal soluzzjoni dejjiema għall-kwistjoni nukleari Iranjana, il-Kunsill tawwal is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE miftehma fil-Pjan ta' Azzjoni Konġunt mal-Iran tal-24 ta' Novembru 2013 sat-13 ta' Lulju 2015.", "Skeda informattiva tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt mal-Iran tal-24 ta' Novembru 2013", "Nota ta' informazzjoni: L-Unjoni Ewropea u l-Iran"], "date": "10 ta' Lulju 2015", "title": "Iran: Sospensjoni estiża tas-sanzjonijiet tal-UE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/fac-climate-diplomacy-conclusions/", "text": ["1.", "Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Lulju 2011 u Ġunju 2013 u d-diskussjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin ta' Jannar 2015 li approvaw il-Pjan ta' Azzjoni għad-Diplomazija dwar il-Klima, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:", "2.", "It-tibdil fil-klima, kif issottolinjat mill-aħħar sejbiet xjentifiċi mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), huwa sfida globali deċiżiva li, jekk ma tiġix indirizzata b'mod urġenti, ser tpoġġi f'riskju mhux biss l-ambjent iżda wkoll il-prosperità ekonomika, it-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u, b'mod aktar ġenerali, il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tad-dinja.", "Tranżizzjoni dinjija lejn triq ta' żvilupp sigura, sostenibbli, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima hija prekondizzjoni għal ġejjien sikur u stabbli.", "3.", "L-indirizzar tat-theddid li jimmultiplika r-riskji ta' klima li qed tinbidel, inklużi konflitt u instabbiltà potenzjali, relatati mal-aċċess affidabbli għall-ikel, l-ilma u l-enerġija, jirrikjedi inizjattivi u rispons effettivi fil-politika barranija fil-livell globali u dak tal-UE.", "Il-Kunsill huwa impenjat li jindirizza d-dimensjoni tas-sigurtà tat-Tibdil fil-Klima, inkluż bil-bini tal-komponent tiegħu ta' diplomazija dwar il-klima, bħala parti integrali tal-politika barranija tiegħu, u jilqa' l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-G7 \"Klima ġdida għall-paċi\" kif ikkummissjonat taħt il-Presidenza tar-Renju Unit tal-G7 u kkompletat taħt il-Presidenza Ġermaniża tal-G7, kif ukoll id-dibattitu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-30 ta' Ġunju mibdi minn Spanja dwar ir-rwol tat-Tibdil fil-Klima bħala multiplikatur tat-theddid għas-Sigurtà Globali.", "F'dan il-kuntest il-Kunsill jistenna b'interess aġġornament tar-Rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-2009 \"Tibdil fil-Klima u l-Implikazzjonijiet potenzjali tiegħu għas-Sigurtà\".", "4.", "Il-Kunsill ifakkar li jeħtieġ li l-COP21 f'Pariġi tilħaq ftehim legalment vinkolanti applikabbli għall-Partijiet kollha li jkun universali, robust, inklużiv, dinamiku u ambizzjuż, b'qafas b'saħħtu ta' trasparenza u responsabbiltà biex tiġi żgurata l-fiduċja bejn il-partijiet.", "Huwa wkoll jafferma mill-ġdid li l-ftehim ta' Pariġi jeħtieġ li jindirizza b'mod ibbilanċjat il-mitigazzjoni, l-adattament, il-finanzjament, it-teknoloġija, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, it-trasparenza tal-azzjoni, kif ukoll li jagħti appoġġ u jirrifletti r-realtajiet u l-isfidi ġeopolitiċi u ekonomiċi li qed jevolvu fid-dinja.", "5.", "Għalkemm il-mobilizzazzjoni politika fl-ogħla livelli hija qawwija u minkejja li għadd dejjem jiżdied ta' pajjiżi ppreżentaw Kontributi Maħsubin Determinati fil-Livell Nazzjonali (INDCs), il-Kunsill jinnota bi tħassib il-progress bil-mod tal-proċess ta' negozjati tal-UNFCCC.", "Il-Kunsill jilqa' l-INDCs diġà ppreżentati u jħeġġeġ lill-Partijiet l-oħrajn kollha, b'mod partikolari l-ekonomiji l-kbar, biex jippreżentaw INDCs ambizzjużi mill-aktar fis possibbli.", "Bil-ħsieb li jitħaffef il-pass, il-Kunsill jilqa' l-mobilizzazzjoni tal-Presidenza Peruvjana attwali u dik Franċiża li jmiss tal-COP b'appoġġ għan-negozjati internazzjonali dwar il-klima u l-involviment bikri tal-ministri sabiex tgħin biex jiġu indirizzati elementi ewlenin tan-negozjati u jintuża kull forum internazzjonali biex jingħalaq id-distakk bejn il-livell għoli ta' impetu politiku u l-proċess ta' negozjati.", "6.", "F'dan ir-rigward, il-Kunsill jilqa' d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tas-Summit tal-G7 f'Ġunju u li t-tibdil fil-klima ġie indirizzat bħala prijorità matul summits reċenti, bħal pereżempju s-Summits UE-CELAC u UE-Ċina.", "Huwa jissottolinja l-importanza li t-tibdil fil-klima jibqa' jkun prijorità għolja fuq l-aġenda tas-summits li ġejjin.", "7.", "L-Unjoni tissottolinja l-impenn qawwi tagħha li tikkoopera ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti kemm rigward l-adattament kif ukoll il-mitigazzjoni, filwaqt li tenfasizza l-kontribuzzjonijiet sinifikanti tagħha f'termini ta' finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima, u mezzi oħra ta' implimentazzjoni u l-impenn tagħha li tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet ta' dawk il-pajjiżi bl-inqas kapaċitajiet.", "8.", "Il-Kunsill jissottolinja l-ħtieġa li jkomplu jiġu intensifikati l-isforzi konġunti fid-diplomazija tal-UE dwar il-klima.", "Biex l-Unjoni tiffaċilita progress ulterjuri fin-negozjati, il-Kunsill ikompli jikkomunika l-ġustizzja, il-kredibbiltà u l-ambizzjoni tal-pożizzjoni komuni tiegħu u jinnota b'apprezzament l-attivitajiet imwettqa fl-UE u f'pajjiżi sħab b'appoġġ għall-Pjan ta' Azzjoni għad-Diplomazija dwar il-Klima, inkluż il-Jum Ewropew tad-Diplomazija dwar il-Klima.", "Il-Kunsill jilqa' r-rwol tan-Netwerk Diplomatiku Ekoloġiku tal-UE u l-kollaborazzjoni mill-qrib tal-atturi kollha tal-UE, li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-vuċi u l-isforzi tal-UE internazzjonalment fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Huwa jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jilħqu lill-pajjiżi sħab bl-użu sħiħ tar-relazzjonijiet tagħhom.", "9.", "Il-Kunsill jistenna b' interess il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ambjent u l-Kunsill ECOFIN li jmiss biex jistabbilixxi fid-dettall il-pożizzjoni tal-UE bil-ħsieb tal-COP21.", "10.", "Il-Kunsill jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni, fir-rwol u l-kompetenza rispettivi tagħhom, biex ikomplu jikkoordinaw u jaħdmu mill-qrib mal-Istati Membri, fl-implimentazzjoni tad-diplomazija tal-UE dwar il-klima permezz ta' inizjattivi konġunti u li jsaħħu lil xulxin.", "11.", "Il-Kunsill jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex kmieni fl-2016 jirrapportaw lura dwar l-eżitu tal-COP21 u l-implikazzjonijiet tagħha għad-diplomazija dwar il-klima kif ukoll biex jipproponu azzjonijiet ulterjuri.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-diplomazija dwar il-klima"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/fac-car-conclusions/", "text": ["1.", "L-UE tilqa' l-ħidma mwettqa f'dawn l-aħħar xhur mill-awtoritajiet ta' tranżizzjoni Ċentru-Afrikani, li permezz tagħha sar progress deċiżiv fuq il-livell politiku, u b'mod partikolari l-forum ta' Bangui, pass kruċjali lejn ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali.", "Dawn l-isforzi jridu jkomplu, fi spirtu inklużiv u responsabbli, biex iwasslu t-tranżizzjoni fi tmiemha.", "Il-komunità internazzjonali għadha lesta li tgħin lir-RĊA toħroġ mill-kriżi.", "F'dan il-kuntest, il-Kunsill jilqa' l-organizzazzjoni tal-konferenza internazzjonali ta' livell għoli li saret fi Brussell fis-26 ta' Mejju bis-sehem tal-president tat-tranżizzjoni, Catherine Samba Panza.", "Dan l-avveniment kien opportunità importanti li tikkonferma l-approċċ ġenerali tal-UE fir-RĊA u ppromwova l-użu ta' riżorsi addizzjonali għall-Fond Fiduċjarju Bêkou u l-għajnuna umanitarja.", "L-UE tilqa' wkoll l-impenn politiku pożittiv tar-reġjun - l-ECCAS u l-UA - biex jappoġġaw il-gvern ta' tranżizzjoni.", "2.", "L-UE tagħraf is-sehem tat-truppi internazzjonali kollha preżenti fuq il-post, il-ħaddiema għaż-żamma tal-paċi ta' MINUSCA u t-truppi Franċiżi tal-operazzjoni Sangaris, biex jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tar-RĊA.", "Il-ħidma mibdija mill-missjoni EUMAM RCA għandha tikkontribwixxi għat-tnedija tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, essenzjali għall-irkupru tal-pajjiż.", "Din il-ħidma għandha tkompli, f'koordinazzjoni mal-azzjonijiet l-oħra tal-komunità internazzjonali.", "3.", "It-tħejjija tal-elezzjonijiet imxiet 'il quddiem f'dawn l-aħħar ġimgħat.", "L-UE tilqa' l-pubblikazzjoni tal-kalendarju elettorali rivedut u l-ewwel operazzjonijiet fejn jinkitbu l-votanti.", "L-UE tħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċentru-Afrikani biex jaħdmu aktar fuq din il-prijorità, biex ikunu jistgħu jiġu organizzati, fid-dati miftiehma, elezzjonijiet kredibbli, trasparenti u miftuħin għal kulħadd, inklużi persuni spustati jew refuġjati fil-pajjiżi ġirien, u b'attenzjoni speċjali għan-nisa.", "Il-Forum ta' Bangui ħoloq spirtu ta' inklużività li għandu jinżamm.", "L-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju sostanzjali lill-proċess elettorali.", "Sabiex ma jiddgħajjifx dan il-proċess, u meta jitqies li l-finanzjament għadu mhux biżżejjed, l-UE tappella għal ġestjoni rigoruża tal-ispejjeż u għall-mobilizzazzjoni ta' kull donatur potenzjali.", "Lil hinn mill-appoġġ finanzjarju, l-UE ttenni li tinsab lesta li tkompli tappoġġa l-proċess elettorali, inkluż fil-qasam tal-osservazzjoni elettorali.", "4.", "Il-proċess ta' Diżarm - Demobilizzazzjoni - Reintegrazzjoni (DDR) għandu malajr joħloq kultura b'saħħitha ta' diżarm skont il-ftehim iffirmat fl-10 ta' Mejju 2015 u rratifikat mill-biċċa kbira tal-gruppi armati.", "L-UE ser tkun tista' taħdem mal-MINUSCA li tappoġġa lill-awtoritajiet Ċentru-Afrikani f'dan il-qasam, partikolarment permezz ta' miżuri għal diżarm volontarju.", "F'dan il-kuntest, l-UE tissottolinja li hija diġà tappoġġa bosta proġetti għall-integrazzjoni komunitarja u r-rikonċiljazzjoni, iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP), kif ukoll l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond Fiduċjarju Bêkou għall-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ Ċentru-Afrikani.", "L-UE tilqa' l-ftehim iffirmat bejn l-awtoritajiet ta' transizzjoni, in-NU u l-gruppi armati dwar id-demobilizzazzjoni ta' tfal minn gruppi armati.", "Hija tappella għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-ftehim.", "Huwa importanti li l-UNICEF - bl-appoġġ tal-UE - tagħti l-għajnuna tagħha biex tiġi promossa l-integrazzjoni mill-ġdid ta' dawn it-tfal fis-soċjetà .", "5.", "Fil-qafas tal-estensjoni tal-proċess ta' DDR, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà, li twettqet taħt il-patroċinju tal-MINUSCA f'kooperazzjoni mal-operazzjoni Sangaris u l-missjoni tal-PSDK EUMAM RCA, trid timxi 'l quddiem bla dewmien u tkopri l-oqsma rilevanti kollha, fost l-oħrajn fis-sistema ġudizzjarja kollha.", "L-UE temmen li r-rwol tal-Forzi Armati (FACA), il-pożizzjoni, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-armi tagħhom, inkluża l-integrazzjoni individwali mill-ġdid ta' ġellieda preċedenti fil-forzi armati, ser ikollhom jiġu definiti b'mod preċiż wara l-elezzjonijiet u jinkitbu fil-qafas tar-RSS li l-proċess tagħha għandu jibda issa.", "6.", "L-UE għadha mħassba dwar is-sitwazzjoni baġitarja diffiċli tal-Istat Ċentru-Afrikan.", "Bl-appoġġ baġitarju tagħha, l-UE tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex dan jaħdem u tixtieq li l-irkupru ekonomiku li beda jkompli sabiex ir-RĊA tkun tista' taqdi l-ħtiġijiet ewlenin tagħha.", "Dan l-irkupru ekonomiku, li jista' jseħħ fost l-oħrajn permezz tar-riżorsi naturali importanti li għandha r-RĊA, jitlob, minbarra s-sigurtà u l-istabbiltà politika, ġestjoni aħjar tal-finanzi tal-Istat.", "7.", "L-UE tfakkar, bħal dakinhar tal-forum ta' Bangui, li ma jistax ikun hemm rikonċiljazzjoni mingħajr ġustizzja.", "L-adozzjoni u l-promulgazzjoni tal-liġi li tistabbilixxi l-Qorti Kriminali Speċjali jikkostitwixxu pass importanti fil-ġlieda kontra l-impunità.", "Hija għandha tibda l-ħidma tagħha mingħajr dewmien u tiżgura s-sehem sħiħ tar-RĊA fit-tħaddim tagħha, tant huma għoljin l-istennijiet tal-poplu f'dan il-qasam.", "Il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet Ċentru-Afrikani mal-mekkaniżmi tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli mid-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, għandha tkompli wkoll.", "8.", "F'solidarjetà mal-poplu Ċentru-Afrikan, l-UE beħsiebha tkompli bl-isforz umanitarju tagħha, fir-RĊA kif ukoll fil-pajjiżi ġirien fejn għadd kbir ta' ċittadini Ċentru-Afrikani sabu l-kenn.", "Il-ħtiġijiet umanitarji għadhom enormi.", "Minkejja titjib fis-sitwazzjoni tas-sigurtà, l-aċċess għall-persuni fil-bżonn fil-pajjiż għadu ferm problematiku.", "F'din il-fażi ta' tranżizzjoni, huwa essenzjali li jiġi żgurat l-impenn tal-komunità internazzjonali b'appoġġ għar-RĊA biex tkompli tindirizza l-kriżi umanitarja bi strateġija globali li tappoġġa l-persuni spustati, inkluż fil-pajjiżi ġirien u filwaqt li jitqies l-impatt fuq il-popli li jospitawhom.", "Fl-istess ħin l-UE ttenni l-impenn tagħha li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-popolazzjoni li tħabbat wiċċha mal-impatt tal-kriżi, b'mod partikolari bis-saħħa tal-użu tal-Fond Fiduċjarju Bêkou mniedi mill-UE u li jiġbor flimkien il-kontribuzzjonijiet ta' bosta donaturi.", "L-UE hija wkoll involuta b'mod aktar dejjiemi biex tindirizza l-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-kapaċitajiet u ta' riabilitazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tal-Istat fil-pajjiż kollu, ibda mis-servizzi soċjali.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/fac-energy-diplomacy-conclusions/", "text": ["1.", "Il-Komunikazzjoni \"Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li Tħares 'il Quddiem\" tal-25 ta' Frar 2015 u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta' Marzu 2015 irrikonoxxew l-importanza tad-dimensjoni esterna tal-Unjoni tal-Enerġija.", "L-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija jistgħu jintlaħqu biss jekk id-dimensjonijiet esterni u interni tal-politika tal-enerġija, b'mod partikolari Suq Intern tal-Enerġija li jiffunzjona b'mod sħiħ, isaħħu lil xulxin b'mod reċiproku.", "2.", "L-objettivi ta' politika tal-UE definiti fl-Unjoni tal-Enerġija tal-UE għandhom jiġu appoġġati minn azzjoni ta' politika barranija u tal-enerġija koerenti tal-UE, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi ġeopolitiċi.", "Il-Kunsill, f'konformità mal-pjan direzzjonali ta' implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija u abbażi tal-impenn tal-politika barranija tal-UE eżistenti għad-diplomazija tal-enerġija u l-klima, jilqa', bħala bażi għal aktar ħidma, il-Pjan ta' Azzjoni anness dwar id-Diplomazija tal-Enerġija tal-UE ppreżentat b'mod konġunt mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni.", "Huwa jafferma wkoll mill-ġdid id-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu t-taħlita tal-enerġija tagħhom stess.", "Il-Kunsill jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex jiżguraw is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Diplomazija tal-Enerġija tal-UE, f'konsultazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u skont ir-rwoli u l-kompetenzi rispettivi tagħhom kif determinat fit-Trattati.", "Aqra t-test sħiħ tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Diplomazija fl-Enerġija", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-diplomazija tal-enerġija"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/fac-mali-conclusions/", "text": ["1.", "L-iffirmar, fil-15 ta' Mejju u l-20 ta' Ġunju, mill-partijiet kollha tal-Ftehim ta' Paċi tal-Mali huwa pass importanti fit-triq lejn il-paċi u l-istabbiltà fil-Mali u r-reġjun usa' tas-Saħel.", "Il-Ftehim huwa pass kruċjali biex jitreġġgħu lura l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà, u b'hekk jgħin biex jittejbu l-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-popolazzjoni, u terġa' tinbena l-fiduċja reċiproka li ser tippromwovi r-rikonċiljazzjoni nazzjonali.", "L-ewwel pass, madankollu, għandu jkun rispett assolut u dejjiemi tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied attwali.", "2.", "L-UE tilqa' b'mod sħiħ il-Ftehim u tfaħħar lill-Alġerija, in-Nazzjonijiet Uniti, membri oħra tat-Tim ta' medjazzjoni, il-Gvern tal-Mali u l-koalizzjonijiet ta' gruppi armati għall-isforzi bla heda tagħhom biex jikkonkludu dawn in-negozjati b'suċċess.", "B'mod partikolari, il-Kunsill jilqa' l-impenn tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għas-Saħel matul in-negozjati.", "Issa l-prijorità hija l-implimentazzjoni rapida u komprensiva tal-Ftehim.", "Proċess trasparenti huwa essenzjali, u l-partijiet kollha għandhom jonoraw l-impenji tagħhom jekk il-poplu tal-Mali jrid iġarrab benefiċċju tanġibbli ta' paċi.", "Dan jinkludi l-progress fil-governanza, l-istat tad-dritt, ir-riforma tas-setturi tal-ġustizzja u tas-sigurtà u t-tressiq quddiem il-ġustizzja ta' dawk responsabbli għal abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem.", "L-UE tisħaq fuq l-importanza tal-bini ta' paċi dejjiema u inklużiva u għalhekk tissottolinja l-ħtieġa li kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel ikunu involuti b'mod sħiħ fl-implimentazzjoni tal-ftehim.", "L-UE tissottolinja wkoll l-importanza partikolari tal-promozzjoni tal-opportunitajiet għaż-żgħażagħ bħala parti minn sforzi usa' għall-bini tal-paċi.", "Ir-responsabbiltà ewlenija għall-kisba ta' dawn l-impenji hija f'idejn il-partijiet kollha tal-Mali nfushom.", "L-UE tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha li tappoġġa l-proċess, flimkien ma' membri oħra tat-Tim ta' medjazzjoni u l-komunità internazzjonali, bil-mezzi u l-istrumenti kollha adatti għad-dispożizzjoni tagħha u billi jkollha rwol attiv fil-mekkaniżmu ta' segwitu.", "3.", "Minkejja l-iffirmar mill-partijiet kollha, is-sitwazzjoni fil-post tibqa' fraġli kif jixhdu l-attakki reċenti fuq il-forzi tal-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fil-Mali (MINUSMA).", "L-UE tikkundanna l-attakki terroristiċi kollha u tissottolinja l-importanza li l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja, u tenfasizza li jeħtieġ li l-partijiet kollha jiżguraw l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili, inkluż il-persunal tan-NU u l-ħaddiema umanitarji.", "Hija ttenni l-appoġġ sħiħ tagħha għall-MINUSMA li għandha rwol ewlieni, taħt il-mandat imġedded tagħha biex tappoġġa u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi.", "Hija tenfasizza wkoll l-importanza ta' koordinazzjoni kontinwa u mill-qrib bejn l-UE u n-NU.", "4.", "Waqt li tfakkar fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2015, l-UE tafferma mill-ġdid l-approċċ komprensiv tagħha biex jiġu ffaċilitati l-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp fil-pajjiż.", "Hija tenfasizza r-rwol kontinwu u importanti li għandhom il-Missjonijiet tal-PSDK tagħha EUTM Mali u EUCAP Sahel Mali fil-promozzjoni tar-riforma tas-settur tas-sigurtà.", "Dan ix-xogħol essenzjali qed jibqa' jkollu rwol importanti biex jingħata kontribut għall-bini ta' forzi armati tas-sigurtà nazzjonali inklużivi, effettivi u responsabbli.", "L-UE tissottolinja l-kontribut proattiv tagħha għall-irkupru tal-pajjiż permezz tal-programmazzjoni konġunta, inkluż l-istrumenti tal-Istati Membri tal-UE u l-Programm Indikattiv Nazzjonali tal-Mali taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument li jikontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi.", "5.", "L-UE tenfasizza l-importanza tad-dimensjoni reġjonali fl-iżgurar tas-sigurtà u l-prosperità tal-Mali.", "Dak li jiġri f'pajjiż wieħed ikollu impatt fuq ir-reġjun kollu u l-pajjiżi ġirien.", "F'dan il-kuntest, il-Kunsill jilqa' b'sodisfazzjon il-bidu mir-Rappreżentant Għoli fis-17 ta' Ġunju 2015 ta' djalogu politiku mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G5 tas-Saħel u segretarju permanenti tal-G5 tas-Saħel.", "Il-Kunsill jistieden lir-RGħ, lir-RSUE u lill-Kummissjoni biex ifittxu l-aktar approċċ koerenti bejn dan id-djalogu u l-implimentazzjoni tal-partijiet rilevanti tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għar-Reġjun tas-Saħel bl-erba' oqsma ta' prijorità tiegħu; il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni; il-ħolqien ta' kondizzjonijiet adatti għaż-żgħażagħ; il-migrazzjoni u l-mobbiltà; il-ġestjoni tal-fruntieri u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u l-kriminalità organizzata transnazzjonali, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi kollha tar-reġjun tas-Saħel u s-sħab internazzjonali tiegħu.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Mali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/fac-migration-conclusions/", "text": ["1.", "Il-Kunsill jappoġġa politika dwar il-migrazzjoni esterna tal-UE attiva, komprensiva u ġeografikament ibbilanċjata f'konformità mal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju.", "Approċċ usa' għall-politika estera u ta' sigurtà hija essenzjali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu li għandhom l-għan li jindirizzaw il-kawżi fundamentali u l-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari, inkluż il-kuntrabandu u t-traffikar, il-protezzjoni ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jiġi rispettat id-dritt li jitfittex asil, l-iżgurar ta' ritorn u riammissjoni effettivi u l-massimizzazzjoni tal-impatt tal-iżvilupp tal-migrazzjoni u l-mobilità ġestiti b'mod tajjeb.", "Dan jeħtieġ ħidma aktar mill-qrib mas-sħab biex jistabbilizzaw pajjiżi fraġli, jiġi indirizzat il-kunflitt, il-vjolenza politika, l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, is-sitwazzjoni soċjoekonomika prekarja u n-nuqqas ta' governanza tajba li jħeġġu l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat.", "Kooperazzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq id-djalogu, l-appartenenza u r-responsabbiltà kondiviża.", "2.", "Għalhekk, il-Kunsill jilqa' t-tħejjijiet għal Summit tal-Belt Valletta fil-11 u t- 12 ta' Novembru, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba Afrikani, u konferenza ta' livell għoli li jindirizzaw l-isfidi urġenti r-rotta tal-Balkani tal-Punent, filwaqt li jieħu nota tal-offerta Ungeriża li tospita din il-konferenza f'Budapest.", "Ser ikompli jikkontribwixxi għat-tħejjija għaddejja ta' dawn il-laqgħat fis-sessjoni tiegħu li jmiss, wara aġġornament mir-Rappreżentant Għoli.", "Il-Kunsill jilqa' l-kuntatti u d-djalogi ta' livell għoli li għaddejjin mal-imsieħba ewlenin dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni, inkluża l-laqgħa reċenti tar-Rappreżentant Għoli mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-G5 tas-Saħel.", "Il-Kunsill ifakkar ukoll fid-deċiżjoni tiegħu li jintensifika l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ewlenin u l-imsieħba reġjonali u internazzjonali, inklużi n-NU, matul rotot migratorji ewlenin.", "Huwa jissottolinja r-rwol tad-delegazzjonijiet u l-missjonijiet tal-Istati Membri tal-UE fl-ippreżentar tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni f'dawn il-kwistjonijiet.", "3.", "Il-Kunsill itenni li l-prijoritajiet tal-migrazzjoni għandhom ikomplu jiġu integrati fi strumenti u politiki rilevanti tal-Unjoni Ewropea, inkluż fil-qafas tal-politiki dwar l-iżvilupp u l-politiki dwar il-viċinat Ewropew.", "Il-koerenza u s-sinerġiji bejn oqsma ta' politika differenti, bħall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komunità /il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, id-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-kummerċ u l-impjiegi, huma l-qofol.", "Huwa jenfasizza wkoll l-importanza ta' finanzjament adegwat bil-ħsieb li jiġu żgurati l-effettività u s-sostenibbiltà tal-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti.", "L-impatt li l-migrazzjoni għandha fuq l-UE u l-pajjiżi ta' oriġini, it-transitu u d-destinazzjoni jeħtieġ li jkun rifless u indirizzat adegwatament fl-implimentazzjoni ta' politika esterna Ewropea.", "4.", "Il-Kunsill jinnota li l-implimentazzjoni ta' politika komprensiva dwar il-migrazzjoni hija sforz konġunt, u responsabbiltà kondiviża għall-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE.", "Il-Kunsill jinsab lest li jaħdem flimkien mar-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni fl-isforzi tagħhom biex imexxu 'l quddiem politika esterna tal-Unjoni Ewropea aktar attiva, komprensiva u effettiva fil-qasam tal-migrazzjoni.", "5.", "Huwa jappella lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex jirrapportaw lura lill-Kunsill Affarijiet Barranin ta' Ottubru bi proposti konkreti biex jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'kont meħud tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' April u l-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Ġunju, u biex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni bl-aħjar mod.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/tunisie-con/", "text": ["1.", "L-UE tikkundanna bil-qawwa l-attakk brutali li kkawża l-mewt ta' 38 turist, u t-tidrib ta' bosta oħrajn fis-26 ta' Ġunju qrib Sousse, tliet xhur wara l-attakk fatali ta' Bardo.", "Hija ttenni s-solidarjetà tagħha mal-poplu Tuneżin u l-familji tal-vittmi.", "2.", "Peress li t-Tuneżija hija l-eżempju tas-suċċess ta' rivoluzzjoni demokratika ġenwina u ta' transizzjoni lejn mudell ta' soċjetà li tipproteġi l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, hija tinsab fil-mira tat-terroriżmu.", "Dawn l-attentati jsaħħu l-impenn tal-UE espress mill-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Marzu li tappoġġa t-transizzjoni Tuneżina sabiex tkompli t-triq ambizzjuża tal-konsolidazzjoni tad-demokrazija, u li tapprofondixxi s-sħubija privileġġata ta' bejn l-UE u t-Tuneżija li tpoġġi fil-prattika, f'ħafna oqsma, l-ambizzjoni komuni li l-Ewropej u t-Tuneżini jkunu eqreb ta' xulxin.", "3.", "L-UE ttenni l-appoġġ tagħha għall-isforzi tal-awtoritajiet Tuneżini biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Kostituzzjoni, biex tiġi żgurata s-sikurezza ta' kulħadd fit-territorju nazzjonali, u biex iwettqu r-riformi meħtieġa biex jiġu identifikati l-isfidi soċjoekonomiċi li primarjament jaffettwaw liż-żgħażagħ.", "Hija ttenni l-impenn tagħha biex tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mat-Tuneżija permezz ta' assistenza teknika u finanzjarja sostanzjali bħala parti minn approċċ integrat li jindirizza d-diversi sfidi li qed jiffaċċja l-pajjiż.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tuneżija"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/fac-iran/", "text": ["1.", "Il-Kunsill jilqa' l-ftehim tal-14 ta' Lulju 2015 li ntlaħaq fi Vjenna bejn l-Iran u ċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, ir-Russja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerka, bil-faċilitazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Politika Estera u ta' Sigurtà, rigward Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (JCPOA).", "Fil-kuntest tal-isforzi diplomatiċi li ilhom isiru biex tinstab soluzzjoni komprensiva, dejjiema u paċifika għall-kwistjoni nukleari tal-Iran, dan huwa mument storiku.", "2.", "Il-Kunsill jesprimi l-apprezzament tiegħu għar-rwol ta' koordinazzjoni tar-Rappreżentant Għoli, li kien strumentali biex dawn in-negozjati jiġu konklużi b'suċċess u jirrikonoxxi s-sostenn tal-gvern Awstrijakk billi ospita ċ-ċiklu finali tat-taħditiet.", "Il-Kunsill jirrikonoxxi r-rwol li kellhom Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit sa mit-tnedija tan-negozjati f'Tehran fl-2003 bil-Ftehim ta' Tehran.", "3.", "Il-Kunsill jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni sħiħa mill-Iran tal-impenji tiegħu taħt il-JCPOA, inkluż il-Pjan Direzzjonali maqbul mill-IAEA ser tikkontribwixxi biex tissawwar fiduċja internazzjonali fin-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari tal-Iran.", "4.", "Il-Kunsill japprova l-JCPOA u jikkommetti ruħu li jżomm mat-termini tiegħu u jsegwi l-pjan ta' implimentazzjoni maqbul.", "5.", "Il-Kunsill jappoġġa bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adottata b'mod unanimu fl-20 ta' Lulju 2015 li tapprova l-JCPOA u jħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu.", "6.", "Il-Kunsill jenfasizza l-ħtieġa li n-naħat kollha issa jaħdmu lejn l-implimentazzjoni ta' dan il-JCPOA.", "Il-Kunsill jitlob lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tkompli bir-rwol ta' koordinazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-JCPOA.", "Il-Kunsill itenni li l-azzjonijiet u l-impenji tal-UE taħt il-JCPOA relatati mat-tneħħija tas-sanzjonijiet ser jitwettqu f'konformità mal-iskeda ta' żmien u l-modalitajiet speċifikati fil-JCPOA; u li t-tneħħija tas-sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji jidħlu fis-seħħ ladaraba l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika tkun ivverifikat li l-Iran ikun implimenta l-impenji nukleari relatati tiegħu kif stipulat fil-JCPOA.", "Il-Kunsill jinnota li d-dispożizzjonijiet taħt il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt maqbul f'Ġinevra fl-2013 ġew estiżi għal sitt xhur oħra, biex jiġi kopert il-perijodu sakemm l-IAEA tkun ivverifikat li l-Iran ikun ħa dawn l-azzjonijiet.", "7.", "Il-Kunsill jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-IAEA fil-verifika tal-JCPOA u jappella lill-pajjiżi kollha biex jappoġġaw lill-IAEA fit-twettiq ta' dan il-kompitu importanti, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji.", "8.", "Il-Kunsill jesprimi l-aspettattiva li dan l-iżvilupp pożittiv ser jiftaħ il-bieb għal titjib kostanti fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Iran, kif ukoll relazzjonijiet reġjonali u internazzjonali mtejba mal-Iran, u li dan ser jikkostitwixxi bażi għal reġjun aktar stabbli u sikur.", "9.", "Fid-dawl tal-ftehim fi Vjenna, il-Kunsill jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex tesplora modi li bihom l-UE tista' tippromwovi b'mod attiv qafas reġjonali aktar kooperattiv u tirrapporta lura lill-Kunsill fix-xhur li ġejjin.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ftehim dwar il-programm nukleari tal-Iran"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/fac-human-rights/", "text": ["Il-kriżijiet, il-faqar u ħafna tentattivi madwar id-dinja biex jonqos l-ispazju tas-soċjetà ċivili jeħtieġu l-attenzjoni u l-isforzi kollha tagħna dwar id-drittijiet tal-bniedem.", "Kuljum niffaċċjaw sitwazzjoni drammatika ta' nies oppressi u mġiegħla jaħarbu mill-konflitti, ta' nisa li qed jissieltu biex jiddefendu d-dinjità u d-drittijiet tagħhom, ta' tfal li spiċċaw fl-iskjavitù, ta' ċittadini li d-drittijiet fundamentali tagħhom huma sistematikament injorati.", "Il-Pjan ta' Azzjoni li qed inniedu llum isaħħaħ l-impenn tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem, u jiffoka fuq l-għoti tas-setgħa lil atturi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali.", "L-istati membri kollha tal-UE huma magħqudin biex jieħdu azzjoni dwaru", "Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija 2015 - 2019", "1.", "Waqt li jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta", "\"Inżommu d-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tal-aġenda tal-UE\",", "kif ippreżentata mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill jadotta Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija għall-perjodu 2015-2019.", "B'dan il-Pjan ta' Azzjoni, il-Kunsill jirriafferma l-impenn tal-Unjoni Ewropea li tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u li tappoġġa d-demokrazija fid-dinja kollha.", "2.", "Abbażi tal-Qafas Strateġiku dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni 2012-2014, l-Unjoni Ewropea għamlet progress konsiderevoli fit-titjib tal-impatt u l-koerenza tal-azzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija.", "L-UE kompliet tiżviluppa linji gwida dwar punti kruċjali relatati mad-drittijiet tal-bniedem, għamlet il-ħidma bilaterali għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija aktar effettiva, irnexxielha tippromwovi l-azzjoni fil-livell multilaterali, u tejbet l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-azzjoni kollha esterna tal-UE.", "Il-Kunsill jilqa' wkoll il-ħidma importanti tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem Stavros Lambrinidis, li jikkontribwixxi ħafna għall-effikaċja, il-koerenza u l-viżibbiltà tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jesprimi appoġġ politiku sħiħ għall-ħidma tiegħu.", "3.", "Il-kriżijiet kumplessi u l-ksur u l-abbuż estensiv tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-lum il-ġurnata jeħtieġu sforzi dejjem aktar determinati mill-UE.", "Dan il-Pjan ta' Azzjoni għandu jippermetti lill-UE tindirizza dawn l-isfidi b'azzjoni aktar iffukata, użu sistematiku u kkoordinat tal-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha, u titjib tal-impatt tal-politiki u l-għodod tagħha fuq il-post.", "L-UE ser tagħmel enfasi speċjali fuq is-sjieda ta', u l-kooperazzjoni ma', l-istituzzjonijiet u l-mekkaniżmi lokali, inklużi l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll is-soċjetà ċivili.", "L-UE ser tippromwovi l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa.", "L-UE ser tiżgura wkoll approċċ komprensiv għad-drittijiet tal-bniedem fil-prevenzjoni u l-indirizzar ta' konflitti u kriżijiet, u tkompli tintegra d-drittijiet tal-bniedem fl-aspetti esterni tal-politiki tal-UE sabiex tiżgura koerenza politika aħjar, b'mod partikolari fl-oqsma tal-migrazzjoni, il-kummerċ u l-investiment, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.", "4.", "L-UE tibqa' impenjata favur l-implimentazzjoni tal-aġenda sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija kif hemm rifless fil-Qafas Strateġiku tal-2012 għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, li jkompli jiggwida l-azzjonijiet tal-Unjoni, u fil-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'Konklużjonijiet tal-Kunsill u dokumenti strateġiċi.", "L-UE ser tkompli tippromwovi u tiddefendi l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet kollha tal-bniedem fi sħubija mal-pajjiżi mir-reġjuni kollha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, u mas-soċjetà ċivili.", "L-UE ser iżżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi ambjent sigur u abilitanti fejn is-soċjetà ċivili u l-mezzi tax-xandir indipendenti jistgħu jirnexxu.", "L-UE tenfasizza l-kontribut importanti li l-atturi tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jagħtu lill-paċi u s-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità.", "5.", "Il-Kunsill ifaħħar ir-rwol importanti tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President u tal-Kummissjoni Ewropea fil-promozzjoni ta' implimentazzjoni konsistenti u koerenti tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem.", "Il-Pjan ta' Azzjoni ser jiġi implimentat bl-involviment mill-qrib tal-Parlament Ewropew u b'konsultazzjoni regolari mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.", "L-UE hija impenjata li ttejjeb id-diplomazija pubblika u l-komunikazzjoni dwar l-azzjonijiet tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem.", "Fl-2017 ser isir rieżami intermedju tal-Pjan ta' Azzjoni li ser jikkoinċidi mar-rieżami intermedju tal-istrumenti ta' finanzjament estern sabiex tiġi żgurata koerenza akbar.", "Il-Kunsill jistieden lis-sħab kollha biex jikkontribwixxu għas-suċċess ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni u biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja.", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija 2015 - 2019", "Pjan ta' azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija - Stqarrija", "Pjan ta' azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija - Skeda informattiva", "Protezzjoni u promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem (informazzjoni ġenerali)", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "Il-Kunsill jadotta pjan ta' azzjoni ġdid tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, \"Inżommu d-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru tal-aġenda tal-UE\""} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/20/eu-fyrom-twelfth-meeting/", "text": ["Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-UE (KSA) kellu t-tnax-il laqgħa tiegħu fl-20 ta' Lulju 2015.", "Il-laqgħa kienet ippreseduta mis-Sur Nikola Poposki, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.", "Min-naħa tal-Unjoni Ewropea, il-laqgħa kienet ko-preseduta mis-Sur Lajčák, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tar-Repubblika Slovakka, f'isem ir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini.", "Il-Kummissarju Johannes Hahn irrappreżenta lill-Kummissjoni Ewropea.", "Ipparteċipa wkoll il-Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet Ewropej tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Sur Fatmir Besimi.", "Il-KSA ħa nota tat-talba tal-pajjiż biex jinfetħu n-negozjati għall-adeżjoni, b'kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni f'dan is-sens.", "Innota wkoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2014, tal-21 ta' April 2015 u tat-23 ta' Ġunju 2015.", "Il-KSA eżamina l-iżviluppi ewlenin ta' matul il-perjodu preċedenti fir-rigward tal-ilħuq tal-kriterji politiċi.", "Il-KSA ddiskuta l-kriżi politika fil-pajjiż li ilha għaddejja żmien twil, kif ukoll kwistjonijiet serji u sistemiċi ta' stat tad-dritt fir-rigward tal-interċettazzjoni ta' komunikazzjonijiet.", "Huwa laqa' l-qbil li ntlaħaq fil-15 ta' Lulju bejn il-mexxejja tal-erba' partiti politiċi ewlenin, iffaċilitat mill-UE, biex tintemm il-kriżi politika u appella sabiex dan jiġi implimentat malajr in bona fede, inklużi l-prijoritajiet urġenti ta' riforma dwar kwistjonijiet sistemiċi ta' stat tad-dritt li l-partiti kollha qablu dwarhom.", "Il-KSA nnota t-tħejjija mill-gvern tal-abbozz ta' Pjan ta' Azzjoni li jindirizza l-prijoritajiet urġenti ta' riforma fl-oqsma tal-istat tad-dritt u l-ġudikatura, l-amministrazzjoni pubblika, il-mezzi tal-informazzjoni, ir-riforma elettorali, ir-relazzjonijiet interetniċi u l-governanza ekonomika, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta tal-24 ta' Diċembru u li l-gvern diġà beda xi azzjonijiet b'mod partikolari dwar kampanji pubbliċi ta' informazzjoni, il-liġi tat-tisfija u l-istatistika tal-amministrazzjoni pubblika.", "Laqgħa tad-Djalogu ta' Livell Għoli dwar l-Adeżjoni f'Settembru, li tinkludi l-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, ser teżamina r-riżultati miksuba.", "Il-KSA nnota wkoll it-talba tal-UE għal investigazzjoni indipendenti u bir-reqqa dwar l-allegazzjonijiet kollha, inklużi dawk ta' abbużi potenzjali li nkixfu fil-pubbliku bl-interċettazzjonijiet telefoniċi, b'rispett sħiħ tal-proċess dovut, il-prinċipju tal-indipendenza tal-prosekuzzjoni u l-ġudikatura u l-preżunzjoni tal-innoċenza.", "Il-KSA fakkar li l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin mal-ġirien jibqgħu essenzjali.", "Il-KSA laqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni kontinwa u attiva tal-pajjiż fil-kooperazzjoni reġjonali, kif ukoll il-presidenza tagħha tal-Inizjattiva tal-Ewropa Ċentrali.", "Il-KSA nnota wkoll il-pressjonijiet migratorji fil-pajjiż u fir-reġjun, l-isforzi li saru sal-lum u l-konferenza ta' livell għoli ppjanata għax-xhur li ġejjin, kif imfissra fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015.", "Fir-rigward tal-iżviluppi ekonomiċi, il-KSA nnota li l-ekonomija tal-pajjiż uriet tkabbir ġmielu s-sena li għaddiet, inżammet stabbiltà makrofinanzjarja ġenerali u l-ambjent inflazzjonarju baqa' favorevoli.", "Huwa laqa' b'sodisfazzjon il-Programm ta' Riforma Ekonomika li jkopri l-perjodu 2015-2017 u ħeġġeġ lill-gvern biex jimplimenta azzjonijiet ta' segwitu bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mid-Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju li sar f'Mejju 2015.", "Innota u inkoraġġixxa l-ħidma li għaddejja fl-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi.", "Il-KSA faħħar il-progress fil-programmazzjoni tal-għajnuna futura mill-UE u l-isforzi li jindirizzaw in-nuqqasijiet fl-assorbiment tal-fondi tal-UE li jtejbu l-kapaċità tal-istituzzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni tagħhom.", "Il-KSA nnota wkoll il-progress tajjeb miksub f'diversi oqsma koperti mill-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.", "Huwa laqa' b'sodisfazzjon il-livell għoli ta' integrazzjoni kummerċjali u l-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-UE dwar Proċedura Komuni ta' Tranżitu.", "Il-KSA fakkar fil-proposta tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2009 dwar it-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.", "Huwa kkonferma li d-deċiżjoni dwar il-proposta tibqa' f'idejn il-Kunsill tal-UE."], "date": "20 ta' Lulju 2015", "title": "It-tnax-il laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-UE, Brussell, 20 ta' Lulju 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/16/judges-appointed-to-ecj-and-general-court/", "text": ["Fis-16 ta' Settembru 2015, erba' mħallfin u avukat ġenerali wieħed fil-", "Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea", "nħatru mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-istati membri.", "Is-Sinjura Camelia Toader (Rumanija) u s-Sur Marko Ilešič (Slovenja) ġew maħtura mill-ġdid bħala mħallfin għal sitt snin oħra.", "Is-Sur Michail Vilaras (Greċja) u s-Sur Eugene Regan (Irlanda) ġew maħtura bħala mħallfin u s-Sur Manuel Campos Sánchez-Bordona (Spanja) bħala avukat ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.", "Il-ħatriet kollha japplikaw għal mandat mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021.", "Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-istati membri ħatru lis-Sur Ian Stewart Forrester, bħala mħallef fil-", "Qorti Ġenerali", "biex jissostitwixxi lis-Sur Nicholas Forwood (it-tnejn li huma mir-Renju Unit) għall-bqija tal-mandat ta' dan tal-aħħar mill-1 ta' Ottubru 2015 sal-31 ta' Awwissu 2019.", "Barra minn hekk ħatru mill-ġdid lis-Sur Juraj Schwarcz (Slovakkja) u lis-Sur Heikki Kanninen (Finlandja) bħala mħallfin fil-Qorti Ġenerali mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Awwissu 2022.", "Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja hija magħmula minn tliet qrati: il-Qorti tal-Ġustizzja nfisha, il-Qorti Ġenerali u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.", "Bħalissa l-", "Qorti tal-Ġustizzja", "hija magħmula minn 28 imħallef u disa' avukati ġenerali.", "F'konformità ma' deċiżjoni tal-Kunsill mill-2013 l-għadd ta' avukati ġenerali ser jiżdied għal ħdax b'effett mis-7 ta' Ottubru 2015.", "Kull tliet snin issir sostituzzjoni parzjali tal-imħallfin u tal-avukati ġenerali.", "Il-mandat ta' 14-il imħallef u ta' erba' avukati ġenerali jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2015.", "Għaxar imħallfin (mill-Belġju, Spanja, il-Polonja, il-Lussemburgu, il-Kroazja, il-Finlandja, l-Estonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, id-Danimarka) u erba' avukati ġenerali (mir-Renju Unit, il-Ġermanja, id-Danimarka u r-Repubblika Ċeka) kienu diġà nħatru fl-24 ta' Settembru 2014, fl-1 ta' April u fit-12 ta' Ġunju 2015 għall-eżerċizzju ta' sostituzzjoni parzjali tal-2015.", "Dan ifisser li l-eżerċizzju ta' sostituzzjoni parzjali tal-2015 issa tlesta.", "Madankollu, għad irid jinħatar l-avukat ġenerali mill-Bulgarija biex jittieħed kont taż-żieda ta' tnejn fl-għadd ta' avukati ġenerali.", "Bħalissa l-", "Qorti Ġenerali", "hija magħmula minn 28 imħallef.", "Bħal ma jiġri fil-Qorti tal-Ġustizzja, fil-Qorti Ġenerali ssir sostituzzjoni parzjali tal-imħallfin kull tliet snin.", "Il-mandat ta' 14-il imħallef jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2016.", "L-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-imħallfin tal-Qorti Ġenerali jinħatru għal mandat ta' sitt snin, li jista' jiġġedded.", "L-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja jeleġġu wieħed minn fosthom bħala president għal perjodu ta' tliet snin li jista' jiġġedded.", "L-istess japplika għall-Qorti Ġenerali.", "Stqarrija għall-istampa tal-24 ta' Settembru 2014 dwar il-ħatra mill-ġdid ta' żewġ imħallfin tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:", "Stqarrija għall-istampa tal-1 ta' April 2015 dwar il-ħatra ta' tmien imħallfin u tliet avukati ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea", "Eżitu tal-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija tal-11 u t-12 ta' Ġunju 2015, flimkien ma' nota għall-istampa dwar il-ħatra ta' avukat ġenerali ġdid fil-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea", "Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:"], "date": "16 ta' Settembru 2015", "title": "Imħallfin maħtura fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u fil-Qorti Ġenerali"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/18/greenhouse-gas-emissions-creation-of-market-stability-reserve-approved/", "text": ["Il-Kunsill adotta d-deċiżjoni dwar il-ħolqien ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR) għall-", "iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (EU ETS)", ".", "Din ir-riżerva l-ġdida għandha l-għan tindirizza l-iżbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda fl-EU ETS.", "Kif taħdem", "Meta, f'sena partikolari, it-total tal-kwoti tal-emissjonijiet jaqbeż ċertu limitu, persentaġġ ta'", "kwoti jiġi awtomatikament irtirat mis-suq", "u jitqiegħed fir-riżerva.", "Fil-każ oppost, il-kwoti jitneħħew mir-riżerva u jerġgħu jitpoġġew fis-suq", "Għaliex huwa meħtieġ", "Fl-2013, kien hemm ammont sinifikanti ta'", "eċċess", "ta' kwoti fl-EU ETS, li kien mistenni li jikber matul is-snin ta' wara.", "Dan irriżulta minn", "żbilanċ bejn il-provvista u d-domanda", "għall-kwoti, peress li d-domanda hija flessibbli u tintlaqat, pereżempju, miċ-ċikli ekonomiċi.", "Il-preżenza ta' eċċess kbir tnaqqas il-prezzijiet tal-kwoti kif ukoll l-inċentivi għal", "investiment b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju", ".", "Għalhekk, jekk ma jiġix indirizzat, l-iżbilanċ attwali tas-suq jista' jaffettwa l-", "kapaċità tal-EU ETS li tilħaq il-miri tagħha", "b'mod kosteffettiv fil-futur.", "L-elementi ewlenin tat-test finali", "Ser tiġi stabbilita riżerva tal-istabbiltà tas-suq fl-", "u ser tkun operattiva mill-", "1 ta' Jannar 2019", "(id-900 miljun kwota li l-irkant tagħhom ġie pospost mis-snin 2014-2016 sal-2019-2020) ser jitpoġġew fir-riżerva", "mit-tielet fażi tal-EU ETS ser jitpoġġew fir-riżerva fl-2020", "rieżami", "tar-riżerva ser iqis l-impatt tagħha fuq it-tkabbir, l-impjiegi, il-kompetittività industrijali u r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.", "Kronoloġija", "Il-Kummissjoni ppreżentat il-", "tagħha għal riżerva tal-istabbiltà tas-suq f'Jannar 2014, u b'hekk inbdiet il-proċedura leġislattiva ordinarja.", "F'Mejju 2015 intlaħaq", "informali dwar test ta' kompromess bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.", "Il-", "approvazzjoni tal-Kunsill", ", id-deċiżjoni issa ġiet adottata fl-ewwel qari.", "L-EU ETS", "L-EU ETS, imnedija fl-2005, għandha l-għan li tilħaq l-", "għanijiet", "tal-UE fil-qasam tat-", "tnaqqis tal-emissjonijiet", "b'mod ekonomikament effiċjenti.", "L-iskema hija bbażata fuq l-hekk imsejjaħ approċċ ta' \"limitu u skambju\": kull sena l-UE tistabbilixxi", "għall-emissjonijiet globali mill-impjanti tal-enerġija, l-industrija li tuża ħafna enerġija u l-linji tal-ajru kummerċjali koperti mis-sistema.", "F'dan il-limitu, il-kumpaniji jistgħu", "jixtru u jbiegħu", "kwoti tal-emissjonijiet.", "Kull kwota tagħti lid-detentur id-dritt li jemetti tunnellata ta' CO", ", il-gass serra ewlieni, jew l-ammont ekwivalenti ta' gass serra ieħor.", "Mill-2013 sal-2020, il-limitu", "jitnaqqas kull sena b' 1.74%.", "Mill-2021, it-tnaqqis annwali ser jiżdied għal", "li jirrifletti l-mira ġdida tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030.", "Rieżami tal-EU ETS", "L-istabbiliment tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq huwa l-", "ewwel pass ta' rieżami aktar ġenerali", "tal-EU ETS propost mill-Kummissjoni din is-sena.", "Deċiżjoni rigward l-istabbiliment u t-tħaddim ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-EU ETS", "Proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-EU ETS", "Kunsill Ewropew (23 u 24 ta' Ottubru 2014) - Konklużjonijiet", "Riforma tal-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "18 ta' Settembru 2015", "title": "Emissjonijiet ta' gassijiet serra: approvat il-ħolqien ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/16/greece-solidarity/", "text": ["Fis-16 ta' Settembru 2015, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill ta l-appoġġ tiegħu għal proposta tal-Kummissjoni biex tgħin lill-Greċja timmassimizza l-użu tal-fondi tal-UE u ttejjeb il-likwidità biex tagħti spinta lit-tkabbir u toħloq l-impjiegi.", "L-objettiv ewlieni tal-proposta huwa li", "jiġi indirizzat in-nuqqas ta' fondi pubbliċi disponibbli għall-investimenti tant meħtieġa", "fil-Greċja, u biex jiġi żgurat li l-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej ikkonċernati jipprovdu l-benefiċċji tagħhom fuq il-post bl-aktar mod rapidu possibbli.", "Il-miżuri approvati huma eċċezzjonali u mfassla biex jirrispondu għas-sitwazzjoni unika li nħolqot mill-kriżi finanzjarja fil-Greċja.", "L-abbozz ta' regolament ser itejjeb il-likwidità tal-Greċja b'madwar €2.0 biljuni.", "Dan għandu jinkiseb bil-modi segwenti:", "Żieda", "fil-", "pagamenti bil-quddiem b'total ta' 7 punti perċentwali", "fl-2015 u fl-2016 għall-finanzjament tal-perjodu 2014-2020.", "Dan jikkonċerna l-fond soċjali Ewropew, il-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali, il-fond ta' koeżjoni u l-fond Ewropew għall-affarijiet marittimi u s-sajd.", "Din il-miżura se tagħmel disponibbli €1 biljun addizzjonali fl-2015 u fl-2016.", "Il-pagamenti bil-quddiem isiru mill-Kummissjoni lill-istati membri awtomatikament wara l-adozzjoni ta' kull programm operattiv biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati.", "Żieda", "fir-", "rati ta' kofinanzjament massimu tal-UE għal 100%", "għall-programmi 2007-2013 iffinanzjati mill-fond ta' koeżjoni, il-fond soċjali Ewropew u l-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali.", "Il-Greċja diġà tibbenefika minn kofinanzjament ogħla għal dan il-perjodu: f'ħafna każijiet l-UE tkopri 95% tal-ispejjeż totali tal-investiment, pjuttost mill-85% tas-soltu.", "Barra minn hekk, għandu jkun hemm", "rilaxx bikri tal-aħħar 5%", "tal-pagamenti tal-UE li jifdal li normalment jinżammu sal-għeluq tal-programmi għall-perjodu 2007-2013.", "Flimkien maż-żieda tar-rati ta' kofinanzjament dan għandu jagħmel disponibbli ammont addizzjonali ta' €1 biljun fl-2015 u fl-2016.", "It-total ta' €2 biljuni se jitmexxa 'l quddiem fil-perjodu 2014-2020 u jkollu", "effett newtrali fuq il-baġit", "matul l-istess perjodu.", "Il-passi li jmiss", "Il-pożizzjoni miftiehma mill-Kunsill isservi bħala mandat biex il-Presidenza Lussemburgiża tagħmel diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew.", "Ladarba jintlaħaq ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, iż-żewġ istituzzjonijiet għandhom japprovaw l-eżitu formalment.", "L-għan tal-politika ta' koeżjoni huwa li tnaqqas id-differenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni tal-UE billi tippromwovi t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività.", "Il-fondi tal-UE huma l-akbar sors ta' investiment dirett barrani fil-Greċja.", "Fil-", "perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013", ", kważi €42 biljun huma allokati lill-Greċja.", "Huma magħmula minn madwar €24 biljun mill-fondi strutturali u ta' koeżjoni tal-UE, il-fondi għall-iżvilupp rurali u s-sajd, u madwar €17-il biljun għal pagamenti diretti lill-bdiewa u miżuri ta' appoġġ għal swieq agrikoli.", "S'issa, il-Greċja rċeviet €38.4 biljun, li jikkorrispondu għal 17.5% tal-PDG annwali medju Grieg matul dak il-perjodu.", "Ammont ta' madwar €2 biljuni għall-politika ta' koeżjoni għadu disponibbli; jekk ma jintużax sal-aħħar tal-2015 jintilef.", "Għall-", "perjodu 2014-2020", ", aktar minn €35 biljun ġew allokati għall-Greċja.", "Huma magħmula minn madwar €20 biljun mill-fondi strutturali u ta' investiment tal-UE, u aktar minn €15-il biljun għal pagamenti diretti lill-bdiewa u miżuri ta' appoġġ għas-swieq agrikoli.", "Minn din l-allokazzjoni prevista, diġà tħallsu €4.5 biljun bejn l-2014 u Lulju 2015.", "Proposta tal-Kummissjoni biex jiżdiedu l-prefinanzjament u l-kofinanzjament ta' programmi ta' politika ta' koeżjoni għall-benefiċċju tal-Greċja", "Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Bidu ġdid għat-tkabbir u l-impjiegi fil-Greċja"], "date": "16 ta' Settembru 2015", "title": "Il-Greċja: Il-Kunsill juri solidarjetà permezz ta' mobilizzazzjoni aktar rapida ta' fondi tal-UE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/18/counclusions-un-climate-change-conference-paris-2015/", "text": ["Tħejjijiet għall-21 sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u għall-11-il sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP 11), Pariġi 2015", "Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,", "1.", "JISSOTTOLINJA l-importanza kritika tal-Konferenza ta' Pariġi tal-2015 bħala pass storiku biex tissaħħaħ l-azzjoni kollettiva globali u tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni globali lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.", "Urġenza u ħtieġa ta' azzjoni globali", "2.", "JINNOTA bi tħassib is-sejbiet li jinsabu fil-Ħames Rapport ta' Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC); JISSOTTOLINJA li t-tisħin globali huwa inekwivokabbli u li hemm probabbiltà kbira li l-influwenza tal-bniedem kienet il-kawża prevalenti tat-tisħin osservat minn nofs is-seklu 20 'il hawn.", "3.", "JISĦAQ li, b'konsistenza mas-sejbiet reċenti tal-IPCC, sabiex nibqgħu taħt iż-2°C, jeħtieġ li l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra jridu jilħqu l-ogħla tagħhom sa mhux aktar tard mill-2020, jonqsu b'mill-inqas 50% sal-2050 meta mqabbla mal-1990[1] u jkunu qrib iż-żero sal-2100; f'dan il-kuntest, JILQA' d-dikjarazzjoni tal-Mexxejja fis-Summit tal-G7 f'Ġunju 2015 u JISĦAQ li l-Partijiet kollha għandhom jieħdu toroq trasformattivi lejn viżjoni fuq medda twila ta' żmien ta' newtralità tal-klima globali u sostenibbli u reżiljenza tal-klima fit-tieni nofs ta' dan is-seklu; IFFAKKAR fl-objettiv tal-UE, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont l-IPCC mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp, li tnaqqas l-emissjonijiet bi 80-95 % sal-2050 meta mqabbla mal-1990.", "Eżitu ta' Pariġi", "4.", "JENFASIZZA l-importanza li jintlaħaq qbil fil-Konferenza ta' Pariġi dwar: i) ftehim ambizzjuż u legalment vinkolanti li jservi fit-tul taħt il-UNFCCC (\"il-Ftehim ta' Pariġi\") applikabbli għall-Partijiet kollha u li jindirizza b'mod bilanċjat u kosteffettiv il-mitigazzjoni, l-adattament, il-finanzjament, l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija, il-bini tal-kapaċità u t-trasparenza tal-azzjoni u tal-appoġġ u li jinkludi impenji ta' mitigazzjoni stabbiliti fil-livell nazzjonali; ii) pakkett komprensiv ta' deċiżjonijiet li jippermettu l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u li jiddelineaw l-arranġamenti interim qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu; u iii) deċiżjoni dwar l-ambizzjoni ta' mitigazzjoni globali għal qabel l-2020, appoġġata mill-Aġenda għall-Azzjoni ta' Lima u Pariġi.", "5.", "JISSOTTOLINJA li l-eżitu ta' Pariġi għandu jibgħat sinjal qawwi dwar il-finanzjament sabiex jiġu appoġġati pajjiżi fqar u vulnerabbli u tkun tista' sseħħ it-tranżizzjoni lejn ekonomiji reżiljenti b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra.", "Proċess ulterjuri fl-2015", "6.", "JINNOTA l-ammont konsiderevoli ta' xogħol li fadal xi jsir sabiex jintlaħaq l-eżitu ta' Pariġi; IMĦASSEB dwar in-nuqqas ta' progress sostanzjali dwar it-test tan-negozjati s'issa; JINKORAĠĠIXXI lill-Kopresidenti tal-Grupp ta' Ħidma ad hoc dwar il-Pjattaforma ta' Durban għal Azzjoni Msaħħa (ADP) biex iħejju test rivedut u konċiż tan-negozjati u li jkun fih l-għażliet ewlenin, abbażi tal-fehmiet espressi mill-Partijiet, bil-ħsieb li jkun hemm impenn ministerjali produttiv bikri qabel il-Konferenza ta' Pariġi.", "Kontributi Maħsuba Determinati fil-Livell Nazzjonali (INDCs)", "7.", "JILQA' l-preżentazzjoni tal-INDCs s'issa; JISSOTTOLINJA li l-UE u l-Istati Membri tagħha ppreżentaw l-INDC tagħhom fis-6 ta' Marzu 2015, li hija mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-1990; IĦEĠĠEĠ il-Partijiet kollha li għadhom ma għamlux dan sabiex iressqu INDCs ġusti u ambizzjużi kemm jista' jkun malajr fil-ftit ġimgħat li ġejjin; f'dan il-kuntest, JILQA' B'SODISFAZZJON l-opportunitajiet għal skambji faċilitattivi ta' fehmiet dwar il-livell tal-isforz aggregat lejn l-objettiv ta' taħt 2°C, inkluż ir-rapport ta' sinteżi li ġej tal-UNFCCC u l-Forum dwar l-INDC f'Rabat, il-Marokk, fit-12 u t-13 ta' Ottubru 2015.", "Il-Ftehim ta' Pariġi", "8.", "JINNOTA l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni \"Il-Protokoll ta' Pariġi - pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima globali wara l-2020\" bħala kontribut biex tiġi artikolata viżjoni mill-UE u l-Istati Membri tagħha bil-ħsieb tal-Konferenza ta' Pariġi.", "9.", "JIPPROPONI li l-Ftehim ta' Pariġi legalment vinkolanti b'mod internazzjonali:", "- jipprovdi viżjoni fit-tul tat-trasformazzjoni meħtieġa lejn ekonomiji b'livell baxx ta' emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima matul dan is-seklu;", "- jippermetti l-parteċipazzjoni tal-Partijiet kollha u l-involviment ta' atturi mhux statali;", "- ikun fil-forma ta' protokoll sabiex jinkorpora l-aktar espressjoni b'saħħitha ta' rieda politika u jipprovdi prevedibbiltà u durabilità;", "- jidħol fis-seħħ wara r-ratifika minn għadd sinifikanti ta' Partijiet li jirrappreżentaw livell sinifikanti ta' emissjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim ta' Pariġi jkun tassew globali u effettiv.", "Mitigazzjoni", "10.", "JIPPROPONI li l-Ftehim ta' Pariġi:", "- jistabbilixxi l-mira ta' mitigazzjoni globali fit-tul skont l-objettiv ta' taħt iż-2°C;", "- ikun fih impenji ta' mitigazzjoni ġusti, ambizzjużi u kwantifikabbli mill-Partijiet kollha, konsistenti mal-prinċipji tal-UNFCCC applikati fid-dawl ta' ċirkostanzi nazzjonali differenti u realtajiet u kapaċitajiet ekonomiċi li qed jevolvu;", "- jipprevedi li l-Partijiet kollha għandhom ikollhom, iżommu fis-seħħ u jimplimentaw impenn ta' mitigazzjoni bħal dan;", "- ikun fih mekkaniżmu dinamiku ta' ambizzjoni ta' mitigazzjoni ta' kull ħames snin li fih il-Partijiet kollha jintalbu jew jissottomettu impenji ġodda jew aġġornati, mingħajr ma jaqgħu wara livelli preċedenti ta' impenn, jew inkella jerġgħu jissottomettu dawk eżistenti;", "- ikun fih proċeduri simplifikati għat-tiġdid u l-aġġustament 'il fuq tal-impenji ta' mitigazzjoni;", "- jinkludi sistema ta' konformità li tippromwovi l-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva;", "- jipprovdi flessibbiltà għal dawk il-pajjiżi bl-inqas kapaċitajiet.", "11.", "JIPPROPONI li l-adattament għandu jkun parti ċentrali ta' Ftehim ta' Pariġi bbilanċjat li:", "- jimpenja lill-Partijiet kollha li jippjanaw, iħejju u jirreaġixxu għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima, sabiex jintegraw l-adattament fi proċessi ta' żvilupp nazzjonali u jikkomunikaw l-esperjenzi sabiex jinkiseb żvilupp sostenibbli reżiljenti għat-tibdil fil-klima;", "- jappella lill-Partijiet kollha biex jissaħħu l-monitoraġġ, ir-rapportar, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni sabiex tiżdied l-effettività tal-azzjonijiet ta' adattament;", "- ikun fih approċċ iterattiv u dinamiku biex kontinwament itejjeb l-effikaċja ta' miżuri ta' adattament u l-implimentazzjoni tagħhom;", "- jikkontribwixxi sabiex jiġu megħjuna l-pajjiżi kollha, speċjalment dawk l-aktar foqra u partikolarment vulnerabbli, sabiex jinkiseb żvilupp sostenibbli reżiljenti għat-tibdil fil-klima;", "- jissottolinja li ż-żewġ azzjonijiet ambizzjużi ta' mitigazzjoni u adattament, inkluż għat-tnaqqis effiċjenti tar-riskju tad-diżastri, huma essenzjali biex jiġi ġestit u jitnaqqas ir-riskju ta' impatti negattivi tat-tibdil fil-klima, inkluż li jiġi indirizzat ir-riskju ta' telf u dannu.", "12.", "IFAKKAR fil-preżentazzjoni mill-UE u l-Istati Membri tagħha rigward \"Impenji tal-Unjoni Ewropea fl-ippjanar għall-adattament\".", "Użu tas-swieq", "13.", "JISĦAQ li l-Ftehim ta' Pariġi għandu jippermetti l-użu internazzjonali tas-swieq, soġġett għall-applikazzjoni ta' regoli komuni sodi ta' kontabilità li jiżguraw li jinżammu l-integrità ambjentali u l-integrità tal-impenji ta' mitigazzjoni u jiġi evitat l-għadd doppju, u jipprevedi mekkaniżmi tas-swieq li jippromwovu azzjoni ta' mitigazzjoni fuq skala akbar u kosteffettiva li tinkludi kontribut nett għall-isforzi ta' mitigazzjoni globali u tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.", "Finanzjament", "14.", "JIRRIAFFERMA li l-UE u l-Istati Membri tagħha ħadu u ser iżommu l-impenn li jżidu l-mobilizzazzjoni tal-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-kuntest ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni sinifikanti u trasparenza tal-implimentazzjoni, sabiex jikkontribwixxu s-sehem tagħhom mill-mira tal-pajjiżi żviluppati li jimmobilizzaw b'mod konġunt USD 100 biljun fis-sena sal-2020 minn firxa wiesgħa ta' sorsi pubbliċi u privati, bilaterali u multilaterali, inklużi sorsi alternattivi ta' finanzjament; f'dan il-kuntest, IFAKKAR fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tas-7 ta' Novembru 2014; ITENNI l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Fond Ekoloġiku għall-Klima u JISTENNA B'INTERESS l-allokazzjoni bikrija ta' finanzjament inizjali; JISSOTTOLINJA li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jeħtieġu li jkunu dinamiċi u kapaċi jadattaw għal realtajiet u bżonnijiet li qed jinbidlu billi jirriflettu l-kapaċitajiet u r-responsabbiltajiet dejjem jevolvu tal-Partijiet; minbarra dan, JIRREFERI għall-konklużjonijiet tiegħu li jmiss dwar il-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.", "Trasparenza u responsabbiltà", "15.", "JISSOTTOLINJA li l-Ftehim ta' Pariġi għandu jipprevedi sistema komuni b'saħħitha bbażata fuq ir-regoli, inklużi regoli ta' trasparenza u responsabbiltà applikabbli għall-Partijiet kollha, filwaqt li jirrikonoxxi li l-applikazzjoni tagħhom ser tkun differenti skont it-tipi ta' impenn li jirriflettu l-kapaċitajiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali tal-Partijiet; JISĦAQ li din is-sistema għandha tipprevedi l-użu ta' metrika komuni, tirrispetta l-linji gwida l-aktar reċenti tal-IPCC u tibni fuq l-esperjenza miksuba skont il-UNFCCC.", "16.", "JENFASIZZA li l-Ftehim ta' Pariġi għandu jipprevedi qafas trasparenti ta' kontabilità u rapportar għall-emissjonijiet u l-assorbimenti għas-settur tal-użu tal-art għall-Partijiet kollha, li jippromwovu ġestjoni sostenibbli tal-art, filwaqt li jibnu fuq deċiżjonijiet rilevanti eżistenti skont il-UNFCCC.", "Twettiq Konġunt", "17.", "JIKKONFERMA li l-UE u l-Istati Membri tagħha biħsiebhom iwettqu l-impenji tagħhom b'mod konġunt taħt il-Ftehim ta' Pariġi; JILQA' B'SODISFAZZJON l-intenzjoni tal-Iżlanda u tan-Norveġja li jipparteċipaw f'dan it-twettiq konġunt.", "Kwistjonijiet oħra", "18.", "JISĦAQ fuq l-importanza tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, approċċ sensittiv għad-differenza bejn is-sessi, transizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol, impjiegi diċenti, edukazzjoni u sensibilizzazzjoni kif ukoll li jiżguraw is-sigurtà tal-ikel fil-kuntest ta' azzjoni klimatika.", "Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi", "19.", "JIPPROPONI l-adozzjoni ta' pakkett komprensiv ta' deċiżjonijiet sostantivi, flimkien ma' programm ta' ħidma tekniku, fil-Konferenza ta' Pariġi biex jiġu żviluppati ulterjorment ir-regoli, il-modalitajiet u l-proċeduri dwar", "fost l-oħrajn", "it-trasparenza u r-responsabbiltà ta' impenji ta' mitigazzjoni, inkluż fis-settur tal-użu tal-art, u dwar l-użu internazzjonali tas-swieq, li għandu jitlesta sal-2017, sabiex jippermetti l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi.", "Tisħiħ globali", "Ambizzjoni ta' qabel l-2020", "20.", "ITENNI li l-UE u l-Istati Membri tagħha diġà qegħdin japplikaw l-emenda ta' Doha għall-Protokoll ta' Kjoto; JISĦAQ fuq id-determinazzjoni tal-UE u l-Istati Membri tagħha li jlestu l-proċess tar-ratifika tal-emenda ta' Doha fit-tielet trimestru tal-2015; u JISTIEDEN lill-Partijiet l-oħra biex jagħmlu l-istess sabiex jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ rapidu tiegħu; f'dan il-kuntest, JISSOTTOLINJA l-ħtieġa ta' adozzjoni, waqt il-Konferenza ta' Pariġi, tar-regoli ta' implimentazzjoni għat-tieni perijodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto kif maqbul f'Varsavja u Lima.", "21.", "JISĦAQ li l-Partijiet kollha jeħtieġu jaġixxu sabiex jiġi eliminat id-distakk fil-mitigazzjoni ta' qabel l-2020; IFAKKAR fil-progress li sar taħt l-ADP fl-identifikazzjoni ta' opportunitajiet biex tiżdied l-ambizzjoni ta' mitigazzjoni ta' qabel l-2020 f'oqsma b'potenzjal għoli ta' mitigazzjoni, b'mod partikolari l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, l-REDD+, is-sustanzi inkwinanti ta' ħajja qasira, l-emissjonijiet upstream tal-metan, l-HFCs, il-krediti ta' esportazzjoni u riforma tas-sussidji fuq il-karburanti fossili; JISSOTTOLINJA l-importanza ta' kooperazzjoni multilaterali, b'mod partikolari permezz tal-Aġenda ta' Azzjoni ta' Lima u Pariġi, bl-għan li jiġu identifikati u aċċellerati azzjonijiet f'dawn l-oqsma; f'dan il-kuntest, JISĦAQ fuq l-importanza tal-involviment ta' u l-kooperazzjoni ma' atturi mhux statali; JISSOTTOLINJA l-importanza li titkompla u tiġi intensifikata l-ħidma dwar it-tisħiħ tal-ambizzjoni ta' mitigazzjoni ta' qabel l-2020 wara l-Konferenza ta' Pariġi, u biex tkun żgurata l-kontinwità fl-attenzjoni politika għal għażliet b'potenzjal ta' mitigazzjoni għoli billi jkun hemm rabta bejn l-eżami tekniku tal-għażliet ta' mitigazzjoni u l-avvenimenti regolari ta' livell għoli fuq il-bażi tal-Aġenda ta' Azzjoni ta' Lima u Pariġi.", "22.", "JENFASIZZA li l-eżami ta' opportunitajiet b'potenzjal għoli ta' mitigazzjoni jibqa' rilevanti lil hinn mill-2020 u jista' jservi bħala kontribut għall-proċess biex tiżdied ambizzjoni globali taħt il-Ftehim ta' Pariġi matul iż-żmien.", "23.", "JIRRIKONOXXI l-ħtieġa li titrawwem l-implimentazzjoni kontinwa ta' deċiżjonijiet eżistenti tal-UNFCCC; f'dan il-kuntest, JILQA' B'SODISFAZZJON l-ikkompletar tan-negozjati dwar l-REDD+.", "Proċessi oħrajn", "24.", "Filwaqt li jinnota li l-Ftehim ta' Pariġi għandu jindirizza l-emissjonijiet mas-setturi kollha soġġett għal rieżami regolari u li l-kontabilità u r-rapportar rigward l-emissjonijiet għandhom jibqgħu taħt l-UNFCCC, JISSOTTLONJA li l-OMI, l-ICAO, u l-Protokoll ta' Montreal għandhom jirregolaw malajr kemm jista' jkun b'mod effettiv u skont l-objettiv ta' taħt 2°C l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu u l-avjazzjoni internazzjonali u l-produzzjoni u l-konsum tal-HFCs rispettivament.", "25.", "JILQA' B'SODSIFAZZJON l-eżitu tal-Konferenza ta' Addis Ababa li jsaħħaħ il-qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp sostenibbli u l-mezzi ta' implimentazzjoni għall-aġenda universali 2030 għall-iżvilupp sostenibbli; JISTENNA BIL-ĦERQA s-summit li jmiss tan-NU li ser jadotta l-aġenda \"Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli\" sabiex tindirizza l-isfida universali tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli u li tikkonferma l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima bħala element ewlieni biex tiġi indirizzata din l-isfida.", "[1] Ara pereżempju 14790/09 (paragrafu 7) u 14747/14 (paragrafu 2).", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "18 ta' Settembru 2015", "title": "Pożizzjoni tal-UE għall-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Pariġi: Konklużjonijiet tal-Kunsill"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/18/tusk-invitation-letter-informal-european-council/", "text": ["Il-kriżi li lkoll qed naraw hija prova għall-umanità u r-responsabbiltà tagħna.", "Qed tikkawża bosta tensjonijiet u akkużi fost il-politiċi u n-nies fl-Ewropa.", "M'għandi l-ebda illużjoni li l-Ewropa mhux ser ikollha tindirizza din l-isfida tul ħafna snin li ġejjin.", "Għaldaqstant nixtieq li niffukaw fuq l-approċċ globali għal din il-kriżi.", "Madankollu, ir-rispons tagħna mhux ser jaħbi r-realtà kiefra.", "Aħna bħala Ewropej bħalissa m'aħniex kapaċi nimmaniġġjaw il-fruntieri esterni komuni tagħna, u għalhekk xi Stati ddeċidew li jipproteġu lilhom infushom billi jagħlqu l-fruntieri nazzjonali tagħhom.", "Il-protezzjoni tal-komunità Ewropea hija l-ewwel dmir u obbligu tagħna, u aħna fallejna f'dan ir-rigward.", "Id-diskussjonijiet tagħna ilhom wisq jiffukaw fuq it-trasferiment tar-responsabbiltà lil ħaddiehor.", "Hemm lista twila ta' kwistjonijiet fejn nistgħu nagħtu t-tort lil xulxin iżda dan mhux ser jgħinna nsibu soluzzjoni komuni.", "Illum neħtieġu assolutament infasslu politiki li nistgħu nimplimentaw sabiex ngħinu lil xulxin.", "Għalhekk ser nitlob biex ilkoll niddiskutu onestament x'tista' tagħmel l-UE biex tgħin lill-Istati Membri tagħha jsolvu din il-problema.", "Jeħtieġ ukoll li niddiskutu r-responsabbiltajiet tagħhna fil-livell nazzjonali.", "Ħadd ma għandu jaħrab minnhom għaliex imbagħad ma nkunux kapaċi nibnu r-rispons konġunt Ewropew tagħna abbażi tal-unità u s-solidarjetà.", "It-trasferiment tar-responsabbiltà u l-għoti ta' tort lil xulxin iridu ċertament jintemmu.", "Jeżistu esperjenzi u perċezzjonijiet diversi fi ħdan l-UE u m'hemm l-ebda soluzzjoni faċli.", "Madankollu dan m'għandux ikun skuża biex iżommna milli niżviluppaw strateġija komprensiva jew nibnu sistema tajba ta' politika ta' migrazzjoni li tkun effettiva u responsabbli filwaqt li nirrispettaw il-valuri fundamentali tagħna.", "Il-'politika dwar il-migrazzjoni' attwali hija r-riżultat tad-disprament tal-vittmi li qed jaħarbu l-gwerer u l-persekuzzjoni, tad-determinazzjoni tagħhom li jfittxu ħajja aħjar, taċ-ċiniżmu tat-traffikanti, u wisq spiss, tad-destin traġiku tar-rifuġjati u l-migranti.", "Għalhekk huwa essenzjali li tiġi stabbilita politika kredibbli Ewropea dwar il-migrazzjoni.", "Minbarra d-diskussjoni tal-approċċ globali tagħna għall-kriżi rrid nindirizza kwistjonijiet bħal: għajnuna lill-Istati Membri l-aktar esposti; kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, mat-Turkija u mal-pajjiżi bi fruntiera mas-Sirja; assistenza baġitarja lill-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati u l-Programm Dinji tal-Ikel (WFP); u l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tagħna dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.", "Jeħtieġ li niddiskutu wkoll l-isforzi diplomatiċi biex tissolva l-kriżi tas-Sirja.", "Ser naqsam magħkom il-valutazzjoni tiegħi tas-sitwazzjoni wara ż-żjarat tiegħi fil-pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani.", "Madankollu hemm kwistjoni waħda li ma tistax tistenna.", "Il-Programm Dinji tal-Ikel jeħtieġ il-flus biex jipprovdi l-ikel lil 11-il miljun ruħ fis-Sirja u fir-reġjun.", "Id-WFP diġà naqqas sostanzjalment l-appoġġ tal-ikel lir-rifuġjati.", "Nixtieq nappella lilkom ilkoll biex ma tistennewx sal-laqgħa tagħna u tagħtu donazzjonijiet lill-Programm Dinji tal-Ikel, f'koordinazzjoni mal-ECHO.", "Nittama li nkunu nistgħu nindirizzaw dawn l-isfidi kollha fil-laqgħa speċjali tagħna nhar l-Erbgħa li ġej fis-6.00 ta' filgħaxija.", "Il-President tal-Parlament Ewropew ser jingħaqad magħna fil-bidu tal-laqgħa.", "Wara l-iskambju mal-President Schulz ser niddiskutu l-kwistjonijiet imsemmijin hawn fuq matul l-ikla ta' filgħaxija.", "Nistenna bil-ħerqa li narakom ilkoll fi Brussell."], "date": "18 ta' Settembru 2015", "title": "Ittra ta' stedina mill-President Donald Tusk lill-membri tal-Kunsill Ewropew"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/22/tusk-weekly-schedule/", "text": ["Is-Sibt 19 ta' Settembru 2015", "Żjara fl-Eġittu", "11:30 Laqgħa mal-President President Abdel Fattah al-Sisi", "12:45 Stqarrija konġunta għall-istampa", "Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015", "Żjara fil-Ġordan", "12:00 Laqgħa mal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Ġordan, Abdullah II bin al-Hussein", "Żjara f'kamp tar-refuġjati", "It-Tlieta 22 ta' Settembru 2015", "13:00 Laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker", "L-Erbgħa 23 ta' Settembru 2015", "15:00 Summit tal-Partit Popolari Ewropew (Stanhope Hotel)", "18:00 Laqgħa informali tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern", "Il-Ħamis 24 ta' Settembru 2015", "11:00 Laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz (Parlament Ewropew)", "Laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern, 23 ta' Settembru 2015"], "date": "22 ta' Settembru 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/23/eeas-mogherini-burundi/", "text": ["Minkejja l-isforzi tal-komunità internazzjonali, u b'mod partikolari l-inizjattiva reċenti tal-President Museveni biex jiġi ffaċilitat id-djalogu fost il-Burundjani, jidher ċar li l-progress fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Unjoni Afrikana fit-13 ta' Ġunju u mill-Komunità tal-Afrika tal-Lvant fis-6 ta' Lulju mhuwiex biżżejjed.", "Hija biss l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn id-deċiżjonijiet li setgħet twitti t-triq għal elezzjonijiet kredibbli u inklużivi fil-Burundi li jwasslu għal riżultat rappreżentattiv.", "Bit-twettiq tal-elezzjonijiet, il-Gvern iddeċieda mod ieħor.", "Fin-nuqqas ta' djalogu nazzjonali sostanzjali li jista' jwassal għal kunsens politiku, il-Burundi mhux ser ikun jista' jerġa' lura għat-triq tal-istabbiltà, id-demokrazija u l-iżvilupp li bdiet bl-adozzjoni tal-Ftehim ta' Arusha.", "Għalhekk, l-UE ser tibda bil-ħidma preparatorja għal konsultazzjonijiet speċifiċi kif previst fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou sabiex ikun żgurat li l-gvern Burundjan jieħu l-impenji meħtieġa biex tiġi rimedjata l-kriżi.", "Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-prinċipji demokratiċi u għall-istat tad-dritt huwa element essenzjali tar-relazzjoni ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Burundi, li hija rregolata mill-Ftehim ta' Cotonou.", "L-UE tħeġġeġ lill-gvern u lill-partiti tal-oppożizzjoni biex jerġgħu lura għad-djalogu sabiex tinstab soluzzjoni kunsenswali li twassal għall-istabbiliment mill-ġdid ta' sistema politika inklużiva u demokratika.", "L-UE tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi li qed isiru għal dan il-għan mill-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, l-Unjoni Afrikana u n-Nazzjonijiet Uniti.", "L-Unjoni Ewropea tinsab ferm imħassba dwar l-impatt umanitarju, soċjoekonomiku u dak relatat mas-sigurtà, tal-kriżi fil-pajjiż u fir-reġjun inġenerali.", "F'dan il-kuntest, aħna nilqgħu l-fatt li l-Unjoni Afrikana tibgħat osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem u esperti militari biex jissorveljaw id-diżarm tal-gruppi affiljati mal-partiti politiċi.", "L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi l-ġenerożità tal-pajjiżi ġirien li qed jilqgħu r-refuġjati mill-Burundi u tirriafferma s-solidarjetà tagħha mal-poplu Burundjan u mal-komunitajiet ospitanti, fost l-oħrajn permezz tal-mobilizzazzjoni ta' għajnuna umanitarja għall-eluf ta' refuġjati.", "L-UE tfakkar li l-vjolenza ma tistax tintuża għal skopijiet politiċi u għal darba oħra tappella lill-partijiet interessati u lill-mexxejja politiċi kollha biex jikkundannawha u jiskoraġġuha.", "Hawnhekk qed issir referenza, b'mod partikolari, għall-attivitajiet tal-gruppi armati, bħall-attakki li saru dan l-aħħar fil-provinċja ta' Kayanza.", "L-Unjoni Ewropea qed tħejji, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2015, biex tadotta, fejn meħtieġ, miżuri restrittivi mmirati kontra dawk li l-azzjonijiet tagħhom setgħu wasslu jew jistgħu jwasslu għal atti ta' vjolenza u ripressjoni u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u/jew li jistgħu jfixxklu l-ħidma biex tinstab soluzzjoni politika.", "Il-Pajjiżi Kandidati l-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Dikjarazzjoni.", "* Il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni."], "date": "23 ta' Lulju 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini f'isem l-Unjoni Ewropea wara l-elezzjoni presidenzjali fil-Burundi"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/31/iran-eu-plan-of-action/", "text": ["Il-Kunsill adotta l-ewwel atti legali li jimplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (JCPOA), il-ftehim li ntlaħaq fl-14 ta' Lulju 2015 fi Vjenna dwar il-kwistjoni nukleari Iranjana.", "Fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta riżoluzzjoni li tappoġġa l-JCPOA.", "Din ir-riżoluzzjoni tipprevedi ċerti derogi mir-restrizzjonijiet fis-seħħ bħalissa sabiex ikunu possibbli:", "- it-trasport ta' ċertu tagħmir marbut mal-attivitajiet nukleari barra mill-Iran, il-modifika ta' żewġ kaskati f'Fordow u l-modernizzazzjoni tar-reattur ta' Arak;", "- trasferimenti u attivitajiet meħtieġa biex jiġu implimentati ċerti impenji marbuta mal-attivitajiet nukleari speċifikati fil-JCPOA jew meħtieġa għat-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-JCPOA.", "L-atti legali adottati mill-Kunsill ibiddlu dawn id-dispożizzjonijiet f'liġi tal-UE.", "L-atti legali huma disponibbli fil-Ġurnal Uffiċjali tal-1 ta' Awwissu.", "Dawn ġew adottati mill-Kunsill permezz ta' proċedura bil-miktub.", "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ftehim dwar il-programm nukleari tal-Iran, 20 ta' Lulju 2015", "Stqarrija konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE, Federica Mogherini u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan Javad Zarif, Vjenna, 14 ta' Lulju 2015"], "date": "31 ta' Lulju 2015", "title": "Iran: L-UE tibda timplimenta l-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/08/09/hr-declaration-international-day-indigenous-peoples/", "text": ["Filwaqt li llum niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Popli Indiġeni tad-Dinja, niżnu l-progress miksub lejn it-tmiem ta' kull forma ta' diskriminazzjoni u biex niżguraw li d-drittijiet tal-popli indiġeni jiġu rispettati, protetti u mwettqa.", "F'Settembru tas-sena li għaddiet, l-UE kkontribwixxiet għas-suċċess tal-Konferenza Dinjija dwar il-Popli Indiġeni u ppromwoviet il-parteċipazzjoni ugwali ta' popli indiġeni bi tħejjija għal din il-laqgħa.", "Aħna appoġġajna d-Dokument Finali tal-konferenza li jservi bħala gwida għal azzjonijiet fuq livell internazzjonali u nazzjonali, li jġibu bidliet pożittivi fil-ħajja tal-popli indiġeni.", "Bħala segwitu għall-Konferenza Dinjija, l-UE qed tkompli tiżviluppa l-politika tagħha skont id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni u f'konsultazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tagħhom.", "Minkejja l-ħafna eżempji pożittivi ta' progress miksub madwar id-dinja, il-popli indiġeni, b'mod partikolari n-nisa u l-bniet, qed ikomplu jgħaddu minn diversi forom ta' diskriminazzjoni, vulnerabbiltà u marġinalizzazzjoni fil-ħajja tagħhom.", "Għaldaqstant aħna impenjati li nsaħħu s-setgħa tagħhom fuq l-affarijiet li jirrigwardawhom.", "Billi tafferma mill-ġdid l-appoġġ tagħha għad-dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, l-UE ttenni d-determinazzjoni tagħha li taħdem mill-qrib ma' popli indiġeni, flimkien ma' sħab u partijiet ikkonċernati oħra fl-isforzi tagħha biex tippromwovi r-rikonoxximent li d-drittijiet tal-bniedem huma garantiti b'mod ugwali għall-irġiel u n-nisa kollha.", "Il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Dikjarazzjoni.", "* - L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni."], "date": "9 ta' Awwissu 2015", "title": "Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Popli Indiġeni tad-Dinja"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/08/28/tusk-weekly-schedule-1/", "text": ["Il-Ħadd 30 ta' Awwissu 2015", "Żjara fis-Slovenja", "16.00 Laqgħa mal-Prim Ministru Miro Cerar", "19.30 Ċena ta' ħidma ospitata mill-Prim Ministru Miro Cerar", "It-Tnejn 31 ta' Awwissu 2015", "Żjara fis-Slovenja", "11.00 Laqgħa mal-Prim Ministru Miro Cerar", "11.45 Konferenza stampa konġunta", "13.00 Laqgħa mal-President Borut Pahor segwita minn ikla ta' ħidma", "16.00 Diskors introduttiv fil-Forum Strateġiku 2015 ta' Bled fl-ambitu tal-grupp ta' diskussjoni \"L-Ordni Dinji: Konfrontazzjoni jew Sħubija\"", "It-Tlieta l-1 ta' Settembru 2015", "Żjara fil-Kroazja", "10.30 Laqgħa mal-President Kolinda Grabar-Kitarović", "11.35 Konferenza stampa konġunta", "12.10 Ikla ta' ħidma ospitata mill-President Kolinda Grabar-Kitarović", "14.00 Laqgħa mal-Prim Ministru Zoran Milanović", "15.15 Stqarrijiet għall-istampa", "L-Erbgħa 2 ta' Settembru 2015", "12.00 Laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker (Berlaymont)", "Il-Ħamis 3 ta' Settembru 2015", "09.00 Diskors fil-konferenza annwali tal-Ambaxxaturi tal-UE (Bini Charlemagne)", "11.00 Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orbán (opportunità għal ritratti u dikjarazzjonijiet għall-istampa mal-wasla)"], "date": "28 ta' Awwissu 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/04/eu-budget-2016/", "text": ["Fl-4 ta' Settembru 2015, il-Kunsill adotta b'unanimità l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit tal-UE għall-2016.", "Dan jikkonferma qbil politiku li ntlaħaq mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti f'Lulju.", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill tikkostitwixxi l-bażi li fuqha l-Parlament Ewropew se jiddeċiedi sa tmiem Ottubru jekk jadottax l-emendi.", "F'dan il-każ, il-pożizzjoni tal-Kunsill se sservi bħala mandat lill-presidenza Lussemburgiża għal negozjati sussegwenti mal-Parlament.", "\"Ninsab kuntent li llum il-Kunsill adotta formalment il-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit tal-UE għall-2016.", "L-appoġġ unanimu jipprovdi lill-presidenza b'mandat partikolarment b'saħħtu għan-negozjati mal-Parlament Ewropew fil-ħarifa li nixtiequ nwettqu fi spirtu ta' lealtà u kooperazzjoni interistituzzjonali tajba.", "Is-sitwazzjoni ekonomika attwali titlob li r-riżorsi jkunu ffukati fuq l-impjiegi, l-investimenti u t-tkabbir filwaqt li jiġu rrispettati d-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba.", "Ninsab konvint li l-pożizzjoni tal-Kunsill toħloq il-bilanċ it-tajjeb bejn il-ħtiġijiet ta' investiment ta' prijorità tal-Ewropa u r-restrizzjonijiet ekonomiċi u baġitarji tal-istati membri\", qal Pierre Gramegna, il-ministru għall-Finanzi tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill.", "Pożizzjoni bilanċjata, finanzjament adegwat", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi €153.27 biljun f'impenji u €142.12 biljun f'pagamenti.", "B'kont meħud kemm tar-rati ta' implimentazzjoni tal-passat u l-kapaċitajiet ta' assorbiment futuri probabbli, dawn huma", "ammonti realistiċi", "li se jippermettu", "l-implimentazzjoni", "xierqa", "tal-politika", "u jippermettu lill-UE tiżgura", "finanzjament adegwat tal-oqsma ta' prijorità tagħha", ".", "Dawn jinkludu miżuri biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku, jinħolqu l-impjiegi, u jiġu ġestiti l-flussi migratorji.", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti wkoll il-pjan ta' pagament maqbul mal-Parlament Ewropew biex jintemmu gradwalment it-talbiet ta' pagamenti pendenti għall-programmi ta' koeżjoni 2007-2013.", "U l-pożizzjoni tirrispetta l-qbil milħuq mal-Parlament dwar il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi.", "Żidiet sostanzjali fil-pagamenti għall-oqsma ta' prijorità", "L-oqsma ta' politika li għandhom l-akbar żidiet fil-pagamenti meta mqabbla mal-baġit tal-UE għall-2015 (kif emendat) jinkludu l-politika esterna (+22.4%), azzjoni fil-qasam tas-sigurtà u ċ-ċittadinanza, inkluża l-migrazzjoni (+15.4%), kif ukoll ir-riċerka u miżuri oħra maħsuba biex iżidu l-kompetittività (+8.6%).", "Marġini suffiċjenti", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill tipprevedi tnaqqis ta' €563.6 miljun f'impenji u €1.4 biljun f'pagamenti meta mqabbla mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.", "Dan juri li l-Kunsill huwa determinat li jevita li jintefa' piż bla bżonn fuq il-baġits tal-istati membri fi żmien ta' konsolidazzjoni fiskali.", "Fl-istess ħin ifisser li l-UE se jkollha marġni suffiċjenti fil-baġit biex tirreaġixxi għal avvenimenti u ħtiġijiet mhux previsti.", "Sommarju tal-pożizzjoni tal-Kunsill jinsab fit-tabella t'hawn taħt:", "Approprjazzjonijiet skont l-intestatura", "impenji", "1.", "Tkabbir intelliġenti u inklużiv:", "a) Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi", "b) Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali", "2.", "Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali:", "li minnhom nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti", "3.", "Sigurtà u ċittadinanza:", "4.", "Ewropa Globali:", "5.", "Nefqa amministrattiva (għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE):", "Strumenti speċjali:", "Approprjazzjonijiet totali", "F'% tad-DNG tal-UE-28", "Il-passi li jmiss", "Jekk il-Parlament Ewropew jadotta emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, se jibda perijodu ta' konċiljazzjoni ta' tliet ġimgħat fid-29 ta' Ottubru 2015.", "L-għan ta' dan proċess ta' konċiljazzjoni hu li tintlaħaq pożizzjoni konġunta taż-żewġ istituzzjonijiet dwar il-baġit.", "Dan għandu jiġri sa mhux aktar tard mit-18 ta' Novembru 2015.", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit għall-2016 kif adottat fl-4 ta' Settembru 2015", "Stqarrija għall-istampa dwar il-qbil politiku li ntlaħaq mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill fid-9 ta' Lulju 2015"], "date": "4 ta' Settembru 2015", "title": "Baġit tal-UE għall-2016: Il-Kunsill huwa lest li jinnegozja mal-PE"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/07/tusk-weekly-schedule/", "text": ["It-Tnejn 7 ta' Settembru 2015", "20.30 Diskors ewlieni waqt l-Ikla Annwali ta' Bruegel (Brigittines Performing Arts Centre)", "It-Tlieta 8 ta' Settembru 2015", "Żjara fl-Iżrael", "17.00 Laqgħa mal-President Reuven Rivlin", "19.30 Dikjarazzjonijiet konġunti għall-istampa mal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu segwiti minn ikla ta' ħidma", "L-Erbgħa 9 ta' Settembru 2015", "Żjara fl-Iżrael", "11.00 Żjara fil-Mużew tal-Istorja tal-Olokawst Yad Vashem", "Żjara f'Ramallah", "13.30 Laqgħa mal-President tal-Awtorità Palestinjana Mahmoud Abbas", "Żjara fit-Turkija", "17.30 Laqgħa mal-President Recep Tayyip Erdoğan segwita minn dikjarazzjonijiet għall-istampa", "Il-Ħamis 10 ta' Settembru 2015", "Żjara fit-Turkija", "10.30 Laqgħa mal-Prim Ministru Ahmet Davutoğlu (ħin għad mhux konfermat)", "Żjara f'kamp ta' refuġjati", "Il-Ġimgħa 11 ta' Settembru 2015", "Żjara f'Ċipru", "11.20 Laqgħa mal-President Nikos Anastasiades segwita minn dikjarazzjonijiet għall-istampa", "13:00 Ikla ta' ħidma uffiċjali ospitata mill-President Nikos Anastasiades", "15:00 Laqgħa mal-mexxej tal-komunità Ċiprijotta Torka Mustafa Akıncı"], "date": "7 ta' Settembru 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/09/11/tusk-weekly-schedule/", "text": ["It-Tnejn 14 ta' Settembru 2015", "Żjara fir-Repubblika tal-Korea - Seoul", "12:00 Żjara lill-Mafkar Nazzjonali tal-Gwerra", "It-Tlieta 15 ta' Settembru 2015", "Żjara fir-Repubblika tal-Korea - Seoul", "Summit UE-Repubblika tal-Korea", "14:30 Merħba mill-President Park Geun-hye", "14:40 Laqgħa bilaterali", "15:00 Laqgħa plenarja", "16:10 Dikjarazzjonijiet għall-istampa", "18:00 Pranzu uffiċjali", "Il-Ħamis 17 ta' Settembru 2015", "12:00 Laqgħa mal-Prim Ministru tad-Danimarka Lars Løkke Rasmussen (opportunità għal ritratti)", "Summit UE-Repubblika tal-Korea, Seoul, 15 ta' Settembru 2015"], "date": "11 ta' Settembru 2015", "title": "Skeda tal-ġimgħa tal-President Donald Tusk"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/10/06/tusk-address-european-parliament-informal-euco-september/", "text": ["Il-prova reali għal kwalunkwe komunità sseħħ fi żmien ta' kriżi.", "Hekk kif inwettqu verifiki fuq il-banek tagħna permezz ta' testijiet tal-istress, illum hi l-ħajja nnifisha li qed tuża l-migrazzjoni drammatika bħala t-test tal-istress biex tivverifika lill-komunità tagħna.", "U kien proprju dan is-suġġett tal-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew.", "Ir-riżultati tafuhom.", "Għaldaqstant, ippermettuli naqsam magħkom ħsieb aktar ġenerali - speċjalment peress li fi żmien għaxart ijiem il-Kunsill Ewropew li jmiss ser ikun qed jittratta l-istess problema.", "Il-bidliet storiċi u t-theddid fuq skala kbira jesiġu sens ta' dinjità u ta' fiduċja fl-individwi minn kull komunità, partikolarment bħalissa, meta d-dinja kollha qed tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq l-Ewropa u fuq ir-reazzjoni tagħha għall-mewġa tar-refuġjati.", "L-Ewropa hi soġġetta għal kritika dejjem aktar severa, u n-nuqqas ta' qbil internament u l-kritika reċiproka bejnietna jgħinu biss lil min hu kontrina.", "Kważi kulħadd fl-Ewropa ngħaqad mal-kor tal-kritiċi, filwaqt li huma biss ftit dawk li jiddefendu r-reputazzjoni tajba tagħha.", "Fin-Nazzjonijiet Uniti, wieħed jista' jkollu l-impressjoni li l-Ewropa hi l-agħar post fid-dinja għar-refuġjati.", "Emmnuni, ħassejtni iżolat hemmhekk jien u niddefendi r-reputazzjoni tajba tal-Ewropa, billi ppruvajt nikkonvinċi lill-udjenza li l-verità dwar l-Ewropa hi waħda kompletament differenti.", "Mijiet ta' eluf ta' refuġjati jivvjaġġaw lejn l-Ewropa peress li jafu li l-komunità tagħna għadha l-iktar waħda miftuħa u tolleranti fost il-komunitajiet kollha.", "Aħna nibqgħu dawk li jirrispettaw l-istandards u l-konvenzjonijiet internazzjonali, u, l-Ewropa għadha l-post fejn il-poplu, kull poplu, jgħix f'sikurezza aqwa minn dik f'postijiet oħra.", "Ejja ma nħallux li l-Ewropa ssir il-vittma taċ-ċirkostanzi minħabba l-ġlied ta' bejnietna u minħabba li moħħna sabiex nagħtu t-tort lil xulxin mingħajr rażan.", "Inkella, ma ndumux ma nibdew nirċievu priedki mit-teokraziji dwar it-tifsira tat-tolleranza reliġjuża, id-dittaturi jibdew jgħidulna xi tfisser id-demokrazija, u dawk li huma responsabbli għal dan l-eżodu massiv, jibdew jiddettawlna kif għandna nittrattaw ir-refuġjati.", "Fil-fatt, diġà qegħdin jagħmlu hekk.", "Hemm pajjiżi, li kważi ma jaċċettaw lill-ebda refuġjat, iżda huma dawk li l-aktar li jsemmgħu leħinhom biex iħeġġu lill-Ewropa biex turi aktar disponibbiltà.", "Huwa għalhekkli lkoll flimkien, irridu nieħdu ħsieb ir-reputazzjoni tagħna.", "Nibqgħu nreddnu dwar is-solidarjetà.", "Dwar kwoti u aktar assistenza għar-refuġjati fuq l-artijiet tagħna, u għal dawk li għadhom fil-kampijiet u f'pajjiżi barra mill-UE.", "Ejjew niftakru, madankollu, li s-solidarjetà tesiġi fehim u rispett reċiproku.", "Mingħajr solidarjetà fost l-Istati Membri, m'aħniex ser inkunu nistgħu ngħinu lil ħaddieħor.", "Huwa l-obbligu komuni tagħna li nassistu lir-refuġjati kif ukoll li nipproteġu l-fruntieri esterni tal-UE.", "Kulħadd għandu jerfa' dan l-obbligu u fl-istess ħin ħadd ma għandu jitħalla jġorr il-piż waħdu.", "Għalija, din hi t-tifsira ta' solidarjetà.", "Irridu nirrispettaw ir-regoli maqbula b'mod komuni.", "Meta xi ħadd jgħid li ma għandu l-ebda intenzjoni li josserva d-Dritt Ewropew, bħal pereżempju Dublin jew il-kwoti, dan ikun qed jimmina l-essenza tas-solidarjetà u tal-komunità tagħna.", "L-osservanza tar-regoli dejjem ser tfisser is-sagrifiċċju ta' parti mill-interessi tagħna.", "Nixtieq niddedika dawn il-kliem lill-Ungeriżi u lit-Taljani, lis-Slovakki u lill-Griegi.", "Ma għandux ikollna illużjonijiet.", "Illum, irridu nistrieħu prinċipalment fuqna nfusna.", "Id-dinja ta' madwarna ma għandhiex l-intenzjoni li tgħin lill-Ewropa.", "Ħafna mill-ġirien tagħna għandhom problemi ferm ikbar x'jittrattaw, u xi wħud minnhom iħarsu b'sodisfazzjoni lejn il-problemi li laqtuna.", "Għalina, ir-refuġjati huma nies speċifiċi, individwi, li jistennew l-għajnuna tagħna.", "Madankollu, hemm forzi madwarna li jqisu l-mewġa ta' refuġjati sempliċiment bħala attività li ma jridux iċappsu jdejhom biha jew pedina f'negozjati politiċi.", "Ftit ftit qed nassistu għat-twelid ta' forma ġdida ta' pressjoni politika, u xi wħud saħansitra jsejħulha tip ġdid ta' gwerra ibrida, li fiha, il-mewġ migratorju sar għodda, arma kontra l-ġirien.", "Dan jeħtieġ sensittività u responsabbiltà partikolari min-naħa tagħna.", "Ilkoll tafuh il-kunċett tal-etika tar-responsabbiltà mix-xogħlijiet ta' Weber, mhux Manfred iżda Max.", "Illum, l-etika tar-responsabbiltà teħtieġ li nibqgħu lura mill-estremitajiet.", "U b'estremitajiet qed nirreferi kemm għar-retorika kontra l-immigrazzjoni fuq naħa, u min-naħa l-oħra, li nistiednu lil dawk kollha li jixtiequ jiġu hawn, minkejja l-fatt li ma nistgħux nilqgħuhom kollha taħt is-saqaf tagħna.", "Fl-aħħar mill-aħħar irridu nifhmuha - illum miljuni ta' refuġjati u migranti potenzjali qegħdin joħolmu fuq l-Ewropa - mhux biss dawk mis-Sirja, iżda wkoll mill-Afrika, l-Afganistan, il-Pakistan, l-Iraq u postijiet oħra.", "Għal kull refuġjat, l-aċċess faċli għall-Ewropa u n-nuqqas ta' fruntieri esterni saru, minbarra l-\"Wilkommen politik,\" kalamita li tattirahom lejna.", "Matul iż-żjarat tiegħi fir-reġjun, ma' kulmin tkellimt, Presidenti jew refuġjati fil-kampijiet, fit-Turkija, il-Ġordan, jew l-Eġittu, ġejt imwissi kontra ħaġa waħda: illum, rebħa potenzjali tar-reġim ta' Assad hi aktar probabbli minħabba l-involviment tal-Iran u r-Russja fis-Sirja, u dan ser iwassal għall-mewġa migratorja li jmiss.", "Ilbieraħ, dan il-messaġġ ġie kkonfermat mill-President Erdoğan.", "Skont estimi Torok, jista' jkun hemm tliet miljun refuġjat potenzjali ieħor minn Aleppo u l-viċinat tiegħu.", "Id-dikjarazzjoni ta' solidarjetà dejjem tintlaqa' b'applaws, filwaqt li l-appell għar-responsabbiltà u s-sens komun kważi qatt ma jintlaqa' bl-istess mod.", "Is-solidarjetà fil-prattika hi ferm aktar diffiċli mill-priedki li jsiru dwarha.", "Qed nitkellem bħala prattikant fil-qasam b'għexieren ta' snin ta' esperjenza.", "Proprju minħabba f'hekk, qed nitlobkom ilkoll biex turu responsabbiltà u sens komun.", "L-ewwel kmandament illum hu li nerġgħu nieħdu l-kontroll fuq il-fruntieri esterni tal-UE bħala", "ta' politika migratorja effettiva, umanitarja u sikura.", "Għada, fil-Parlament Ewropew ser tisimgħu lil Angela Merkel u lil Francois Hollande.", "Ilkoll konxji kemm niddependu minnhom.", "F'din is-sitwazzjoni ta' kriżi, it-tnejn urew imġiba morali ammirevoli, li lkoll napprezzaw ħafna.", "Għada, jeħtieġ li jgħaddu minn eżami saħansitra iktar diffiċli: eżami dwar ir-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-komunità politika Ewropea u l-fruntieri esterni tagħha.", "Jekk ifallu, huma, u aħna lkoll inkunu responsabbli għat-tfaċċar mill-ġdid ta' ħitan u konfini fuq il-fruntieri interni tagħna, hawnhekk fl-Ewropa.", "Fl-aħħar nett, jeħtieġ li nitkellmu ċar u tond: L-Ewropa mingħajr il-fruntieri esterni tagħha hi ekwivalenti għall-Ewropa mingħajr Schengen.", "L-Ewropa mingħajr il-fruntieri esterni tagħha ser issir ambjent fertili għat-trawwim ta' biża' f'kull wieħed u waħda minna.", "U dan, illum jew għada, ser iwassalna għal katastrofi politika.", "Dak li ċ-ċittadini jistennew mill-politikanti, l-ewwel u qabel kollox, hu li jkunu effettivi u determinati.", "Jekk il-mexxejja tal-politika konvenzjonali dan ma jifhmuhx, il-poplu ser jibda jfittex forom differenti ta' tmexxija, radikali u bla ħniena.", "Dan peress li dak li l-poplu jrid mill-mexxejja tiegħu, l-ewwel u qabel kollox, hu garanzija ta' ordni u sigurtà għall-komunità proprja.", "Jew naċċettaw l-isfida, jew inkella jkun hemm oħrajn li jieħdulna postna.", "Il-kju ta' politikanti b'sens kbir ta' superjorità hu pjuttost twil.", "Iżda għad fadal iż-żmien biex inwaqqfuhom.", "U dan jiddependi kompletament minna.", "Grazzi."], "date": "6 ta' Ottubru 2015", "title": "Diskors mill-President Donald Tusk lill-Parlament Ewropew dwar il-laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tat-23 ta' Settembru 2015"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/10/06/cross-border-tax-rulings/", "text": ["Fis-6 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar direttiva maħsuba biex ittejjeb it-trasparenza fl-assigurazzjonijiet mogħtija mill-istati membri lill-kumpaniji dwar kif jinħadmu t-taxxi tagħhom.", "Id-direttiva hija waħda minn għadd ta' inizjattivi maħsuba biex jimpedixxu l-", "evitar tat-taxxa fuq il-kumpaniji", "Ser tobbliga lill-istati membri jiskambjaw informazzjoni awtomatikament dwar", "deċiżjonijiet transfruntieri minn qabel dwar it-taxxa", "arranġamenti minn qabel dwar il-prezzijiet", ".", "L-istati membri li jirċievu informazzjoni ser ikunu jistgħu jitolbu aktar informazzjoni fejn ikun meħtieġ.", "U l-Kummissjoni ser tkun tista' tiżviluppa", "direttorju ċentrali sigur", ", fejn tkun tista' tinħażen l-informazzjoni skambjata.", "Id-direttorju ser ikun aċċessibbli għall-istati membri kollha u, sakemm ikun meħtieġ għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta tad-direttiva, għall-Kummissjoni.", "Deċiżjoni dwar it-taxxa hija assigurazzjoni li l-awtoritajiet tat-taxxa jagħtu lill-kontribwenti dwar kif ċerti aspetti tat-tassazzjoni jkunu ser jiġu ttrattati f'każijiet speċifiċi.", "Arranġament minn qabel dwar il-prezzijiet huwa tip ta' deċiżjoni dwar it-taxxa, maħruġ mill-awtoritajiet tat-taxxa biex jiddeterminaw il-metodu u dettalji rilevanti oħra tal-prezzijiet li għandhom jiġu applikati għat-trasferiment ta' oġġetti u servizzi bejn kumpaniji.", "\"Dan huwa pass deċiżiv lejn trasparenza akbar fi kwistjonijiet ta' taxxa,\" qal Pierre Gramegna, ministru għall-finanzi tal-Lussemburgu u president tal-Kunsill.", "\"Il-presidenza rnexxielha tikseb dan il-qbil fi żmien rekord.", "L-Ewropa qed tibgħat messaġġ qawwi favur sistema aktar ġusta għat-tassazzjoni tan-negozji madwar id-dinja.\"", "Ippjanar tat-taxxa", "L-ippjanar tat-taxxa mill-kumpaniji sar aktar elaborat f'dawn l-aħħar ftit snin, u sar jaqsam minn ġurisdizzjoni għal oħra.", "Jinvolvi, pereżempju, it-", "trasferiment tal-profitti taxxabbli", "lejn stati b'sistemi tat-taxxa aktar vantaġġużi, jew it-", "tnaqqis tal-bażi tat-taxxa", "Id-direttiva ser tiżgura li meta stat membru wieħed joħroġ deċiżjoni minn qabel dwar it-taxxa jew arranġament għall-prezz tat-trasferimenti, kull stat membru ieħor affettwat ikun f'pożizzjoni li jsegwi s-sitwazzjoni u l-impatt possibbli fuq l-introjtu tiegħu mit-taxxa.", "Fora internazzjonali", "Il-qbil dwar id-direttiva hu konformi mal-iżviluppi fl-OECD u mal-ħidma tagħha fuq it-tnaqqis tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti.", "Il-ministri tal-finanzi tal-G20 mistennija japprovaw ir-riżultati ta' dik il-ħidma f'laqgħa fit-8 ta' Ottubru ġewwa Lima, liema riżultati mbagħad jitressqu lill-mexxejja tal-G20 f'summit ġewwa Antalya fil-15 u s-16 ta' Novembru 2015.", "Applikazzjoni", "Id-direttiva ser tiġi adottata f'laqgħa li jmiss tal-Kunsill, ladarba l-Parlament Ewropew ikun ta l-opinjoni tiegħu u d-direttiva tkun ġiet iffinalizzata bil-lingwi uffiċjali kollha.", "Ir-regoli l-ġodda għandhom jiġu applikati mill-", "1 ta' Jannar 2017", ".", "Sadanittant, l-obbligi eżistenti tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-istati membri ser jibqgħu fis-seħħ.", "Dwar id-deċiżjonijiet maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2017, ser ikunu japplikaw ir-regoli li ġejjin:", "Jekk id-deċiżjonijiet transfruntieri minn qabel u l-arranġamenti minn qabel dwar il-prezzijiet inħarġu, ġew emendati jew iġġeddu bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Diċembru 2013, tali komunikazzjoni għandha ssir bil-kundizzjoni li huma jkunu", "għadhom validi", "fl-1 ta' Jannar 2014.", "Jekk id-deċiżjonijiet transfruntieri minn qabel u l-arranġamenti minn qabel dwar il-prezzijiet inħarġu, ġew emendati jew iġġeddu bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2016, tali komunikazzjoni għandha ssir irrispettivament minn jekk huma jkunux", "għadhom validi jew le", "L-istati membri ser ikollhom il-possibbiltà (mhux l-obbligu) li jeskludu mill-iskambju ta' informazzjoni d-deċiżjonijiet minn qabel dwar it-taxxa u l-arranġamenti dwar il-prezzijiet maħruġa lil kumpaniji b'", "fatturat nett fis-sena ta' inqas minn €40 miljun f'livell ta' grupp,", "jekk dawk id-deċiżjonijiet transfruntieri minn qabel u l-arranġamenti minn qabel dwar il-prezzijiet inħarġu, ġew emendati jew iġġeddu qabel l-1 ta' April 2016.", "Madankollu, din l-eżenzjoni", "mhux ser tapplika", "għal kumpaniji li jwettqu attivitajiet prinċipalment finanzjarji jew ta' investiment.", "Pakkett ta' miżuri", "Il-Kummissjoni pproponiet id-direttiva bħala parti minn pakkett ta' miżuri f'Marzu 2015.", "It-test jemenda d-direttiva 2011/16/UE dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, li tistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni.", "Abbozz ta' direttiva dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet transfruntieri tat-taxxa", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "6 ta' Ottubru 2015", "title": "Deċiżjonijiet transfruntieri dwar it-taxxa: il-Kunsill japprova regoli dwar it-trasparenza"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/10/07/personal-protec-equip-gas-cableways-new-rules/", "text": ["Fis-7 ta' Ottubru 2015, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Kunsill (Coreper) approva l-ftehimiet bejn il-presidenza Lussemburgiża u rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għall-aġġornament tar-regoli tas-suq intern għal tagħmir protettiv personali, apparat tal-gass u trasport bil-kejbil biex titjieb aktar is-sikurezza tal-konsumatur u jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-kumpaniji.", "Ir-regoli l-ġodda huma maħsuba wkoll għat-titjib tas-sorveljanza tas-suq minn awtoritajiet pubbliċi mingħajr ma jiġu imposti piżijiet u spejjeż bla bżonn fuq l-industrija.", "Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ekonomija tal-Lussemburgu Etienne Schneider, qal: \"Ninsab konvint li l-politika tas-suq intern u l-politiki ta' protezzjoni tal-konsumatur huma intrinsikament marbuta ma' xulxin u għandhom imorru id f'id.", "Il-ftehimiet dwar dawn ir-regoli l-ġodda huma eżempju eċċellenti tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' Regolamentazzjoni Aħjar li l-presidenza Lussemburgiża hija impenjata li tippromwovi fi ħdan is-suq uniku\".", "Tagħmir personali protettiv", "It-tagħmir personali protettiv huwa maħsub biex jipproteġi kontra kull tip ta' periklu (eż. sħana, fjammi, sustanzi kimiċi, partiċelli li jtiru, xokkijiet mekkaniċi, eċċ) li jseħħ f'ambjenti differenti, kemm jekk id-dar, fuq ix-xogħol jew waqt attività sportiva.", "Xi eżempji jinkludu: protezzjoni għar-ras/il-widnejn/l-għajnejn (elmi, earmuffs, nuċċalijiet), protezzjoni għan-nifs (maskri kontra l-gass u t-trab), protezzjoni għall-ġisem (ilbies li jipprovdi protezzjoni kontra sustanzi kimiċi, ilbies għall-motoċiklisti u ġkieket b'viżibilità għolja), protezzjoni għall-idejn/ir-riġlejn/is-saqajn (ingwanti tal-ġardinaġġ, kuxxinetti għall-irkopptejn, żraben ta' sikurezza).", "L-ingwanti għall-forn huma inklużi fl-ambitu ta-regolament il-ġdid; madankollu, l-ingwanti għall-ħasil tal-platti għall-użu domestiku ser jibqgħu barra minn dan l-ambitu.", "Ir-regolament il-ġdid ser jaġġorna r-regoli attwali skont id-direttiva 89/686/KEE.", "Huma japplikaw għal kull oġġett individwali maħsub li jitqiegħed u/jew tqiegħed fis-servizz għall-ewwel darba fis-suq tal-UE.", "Jistipulaw ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza u jistabbilixxu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu osservati mill-manifatturi.", "Il-proċeduri jiddependu mill-gravità tar-riskju involut.", "It-\"tikketta CE\" titwaħħal fuq prodotti li jkunu konformi ma' dawn ir-rekwiżiti essenzjali u armonizzati tas-saħħa u s-sikurezza.", "Tagħmir tal-gass", "L-objettiv tar-regolament il-ġdid huwa li jiżgura li t-tagħmir tal-gass u l-aċċessorji tiegħu jissodisfaw rekwiżiti armonizzati li jipprevedu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà u użu razzjonali tal-enerġija.", "Tagħmir tal-gass tipiku li juża fjuwils gassużi li jinkludi bojlers, kukers/fran/barbikjus u apparat tal-gass għat-tisħin ta' barra.", "Skont ir-regolament il-ġdid, kemm l-apparati tal-gass u l-aċċessorji tagħhom ser jirċievu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni standard tal-UE u għalhekk jaqgħu taħt l-istess reġim.", "Ir-regolament ser jaġġorna r-regoli attwali taħt id-Direttiva rigward Tagħmir li juża l-Gass (2009/142/KE).", "Dawn japplikaw għal tagħmir li jitqiegħed fis-suq tal-UE u/jew fis-servizz għall-ewwel darba.", "Installazzjonijiet ta' trasport bil-kejbil", "It-tipi ewlenin ta' installazzjonijiet ta' trasport bil-kejbil huma funikulari, gondoli, chairlifts li jinqalgħu, chairlifts b'maqbad fiss, linji tat-tramm tal-ajru, funitels, installazzjonijiet ikkombinati (magħmula minn diversi tipi ta' trasport bil-kejbil, bħall-gondoli u ċ-chairlifts) u d-drag lifts.", "Bħalissa, ir-rekwiżiti ta' konformità tagħhom dwar is-sikurezza, l-ambjent u s-suq huma koperti mid-direttiva 2000/9/KE.", "It-trazzjoni b'kejbil u l-funzjoni tat-trasport tal-passiġġieri huma l-kriterji prinċipali li jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva, li hija applikabbli għal installazzjonijiet mibnija jew imqiegħda fis-servizz mit-3 ta' Mejju 2004 'l quddiem.", "Ir-regolament il-ġdid ser jissostitwixxi d-direttiva 2000/9/KE sabiex tiġi żgurata aktar konsistenza fil-leġislazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-UE għall-prodotti industrijali.", "L-installazzjonijiet ta' trasport bil-kejbil huma prodotti uniċi adattati għall-kondizzjonijiet lokali u marbuta ma' infrastruttura fissa u makkinarju mobbli.", "Il-komponenti ta' sikurezza u s-sottosistemi huma soġġetti għar-regoli dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u għall-valutazzjoni tal-konformità u għad-Dikjarazzjoni ta' Konformità.", "Il-passi li jmiss", "It-tliet regolamenti ser jiġu ppreżentati għal vot fl-ewwel qari fil-Parlament Ewropew u l-adozzjoni formali mill-Kunsill qabel il-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.", "Abbozz ta' regolament dwar tagħmir protettiv personali", "Abbozz ta' regolament dwar apparat li jaħraq fjuwils tal-gass", "Abbozz ta' regolament dwar l-installazzjonijiet tat-trasport bil-kejbil"], "date": "7 ta' Ottubru 2015", "title": "Tagħmir protettiv personali - Apparat tal-gass - Trasport bil-kejbil: regoli ġodda armonizzati tas-sikurezza"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/10/08/railway-market-opening-and-governance/", "text": ["Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill qabel dwar", "approċċ ġenerali", "rigward żewġ proposti biex", "jiġu liberalizzati s-servizzi ferrovjarji nazzjonali tal-passiġġieri", "tissaħħaħ il-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja", ".", "Il-proposti huma parti mill-pilastru tas-suq tar-raba' pakkett ferrovjarju.", "François Bausch, il-Ministru tal-Lussemburgu għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Infrastruttura u President tal-Kunsill, qal: \"Illum ilħaqna qbil dwar regolament tal-UE li ser jgħin il-promozzjoni tal-ferroviji fl-Ewropa kollha.", "Ninsab sodisfatt bl-appoġġ kbir iżda iktar u iktar sodisfatt bis-soluzzjonijiet bilanċjati u solidi li rnexxielna naqblu dwarhom.\"", "L-għan tar-regoli l-ġodda huwa li", "titjieb il-kwalità", "tas-servizzi ferrovjarji billi dawn isiru aktar dinamiċi u orjentati lejn il-klijent.", "Għandhom jinkoraġġixxu wkoll l-investiment u l-innovazzjoni u jiżguraw kompetizzjoni ġusta fis-suq ferrovjarju.", "Skont il-proposti, il-kumpaniji ferrovjarji tal-UE jkollhom", "aċċess mingħajr diskriminazzjoni għan-netwerk", "fil-pajjiżi kollha tal-UE sabiex iħaddmu servizzi ta' trasport nazzjonali tal-passiġġieri.", "Huma jistgħu", "joħolqu servizzi kummerċjali tagħhom stess", "biex jikkompetu ma' operaturi oħrajn, jew", "jagħmlu offerta għal kuntratti pubbliċi ta' servizzi", "Jiddaħħlu fis-seħħ salvagwardji biex", "ikunu evitati l-konflitti tal-interessi", "tiżdied it-trasparenza", "tal-flussi finanzjarji bejn il-ġesturi tal-infrastruttura u l-operaturi ferrovjarji.", "Regolament dwar l-obbligu ta' servizz pubbliku (OSP)", "Il-Kunsill qabel li", "s-sejħiet għal offerti kompetittivi", "għandhom ikunu", "r-regola prinċipali għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' servizzi", ".", "Madankollu, għadd ta' eċċezzjonijiet għal din ir-regola jkunu jippermettu li jingħataw kuntratti pubbliċi ta' servizzi direttament.", "Dawn jindirizzaw kwistjonijiet bħall-adegwatezza ta' sejħiet għal offerti kompetittivi għal swieq żgħar u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità fit-tul ta' servizzi pubbliċi ta' trasport ferrovjarju.", "B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-istati membri jkunu jistgħu jagħżlu l-għoti dirett jekk", "iġġustifikat mill-istruttura u l-karatteristiċi ġeografiċi tas-suq u tan-netwerk", "u jekk dan", "itejjeb il-kwalità tas-servizzi u/jew il-kosteffiċjenza", ".", "L-awtoritajiet nazzjonali jivvalutaw il-progress fit-titjib tas-servizzi bl-użu ta' kriterji tal-prestazzjoni, bħalma huma l-puntwalità u l-frekwenza tal-ferroviji.", "L-għoti dirett ikun possibbli wkoll għal kuntratti żgħar u f'ċirkostanzi eċċezzjonali.", "L-iskadenzi", "fil-pożizzjoni tal-Kunsill huma itwal minn dawk imressqa mill-Kummissjoni.", "Pereżempju, l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jkomplu jagħtu kuntratti ta' servizz pubbliku direttament għal 10 snin wara li r-regolament jidħol fis-seħħ mingħajr ma jkollhom jiġġustifikaw dan.", "Kuntratti ta' servizz pubbliku mogħtija direttament li jkunu għadhom fis-seħħ jitħallew għaddejjin sakemm jiskadu.", "Direttiva dwar il-governanza", "Il-Kunsill iqis li", "l-istrutturi organizzattivi tal-istati membri huma fil-biċċa l-kbira diġà kompatibbli", "mal-għanijiet tal-proposta.", "Miżuri b'għan preċiż", "ser jindirizzaw għadd ta' sitwazzjonijiet li ġew identifikati bħala potenzjalment problematiċi, bħalma huma r-riskji ta' konflitti ta' interessi jew trasferimenti ta' fondi bejn ġesturi tal-infrastruttura u kumpaniji ferrovjarji.", "Madanakollu, is-salvagwardji m'għandhomx jostakolaw l-istruttura tal-impriżi.", "Sabiex jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv u spejjeż ta' adattament bla bżonn, il-miżuri li jiżguraw l-", "indipendenza tal-ġesturi tal-infrastruttura", "għandhom jiffokaw fuq il-funzjonijiet essenzjali tagħhom.", "Dawn ikopru t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-tqassim tar-rotot u t-tariffi tal-infrastruttura.", "Iddaħħlet ċerta flessibbiltà fil-mod kif jistgħu", "l-funzjonijiet", "tal-ġestur tal-infrastruttura.", "L-istati membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li t-tqassim tar-rotot u t-tariffi tal-infrastruttura jitwettqu minn korp indipendenti.", "Barra minn hekk, il-ġestur tal-infrastruttura jista' jesternalizza l-funzjonijiet biex itejjeb l-effiċjenza.", "Self bejn l-atturi differenti fis-settur ferrovjarju", "ma jkunx ipprojbit bħala regola ġenerali, ħlief f'każijiet fejn dawn jippreżentaw riskju għall-operat ġust tas-settur.", "Ir-regoli li jiżguraw", "l-indipendenza tal-persunal u tad-diriġenza", "ġew issimplifikati biex tiġi evitata regolamentazzjoni żejda.", "L-istati membri jkollhom tliet snin biex jadattaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom.", "Ċerti regoli essenzjali, bħal dawk li jirrigwardaw l-indipendenza tal-ġesturi tal-infrastruttura jew it-trasparenza finanzjarja, ikollhom jidħlu fis-seħħ sa tmiem dan il-perjodu ta' tranżizzjoni.", "Oħrajn, inkluż l-aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-infrastruttura, ikunu japplikaw mill-2020.", "Il-passi li jmiss", "Il-pożizzjoni tal-Kunsill tippermetti lill-presidenza tiftaħ negozjati mal-Parlament Ewropew.", "Jeħtieġ li ż-żewġ istituzzjonijiet japprovaw il-proposti qabel ma dawn isiru liġijiet.", "Approċċ ġenerali tal-Kunsill dwar proposti għall-ftuħ u l-governanza tas-suq - Ottubru 2015", "Approċċ ġenerali tal-Kunsill dwar proposti dwar il-governanza u l-ftuħ tas-suq - dikjarazzjoni", "Ir-raba' pakkett ferrovjarju: Proposti dwar governanza u ftuħ tas-suq", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "8 ta' Ottubru 2015", "title": "Il-liberalizzazzjoni u l-governanza tas-suq ferrovjarju: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/10/08/council-approves-money-refugee/", "text": ["Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill approva assistenza finanzjarja addizzjonali mill-baġit tal-UE għall-2015 b'reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni.", "Permezz ta' dan saru effettivi l-impenji li ħa l-Kunsill Ewropew fit-23 ta' Settembru 2015.", "Fi proċedura rapida, il-Kunsill aċċetta l-abbozz ta' baġit emendatorju nru 7 għall-2015, li jsaħħaħ l-appoġġ tal-UE taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni b'€401.3 miljun f'impenji u €57.0 miljun f'pagamenti.", "Dan jinkludi żieda ta'", "€300 miljun f'impenji għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat biex tingħata assistenza lill-pajjiżi terzi li jkunu qed jospitaw refuġjati mis-Sirja permezz tal-Fond Fiduċjarju Madad", "€100 miljun f'impenji għall-finanzjament ta' assistenza ta' emerġenza mogħtija taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, u l-Fond għas-Sigurtà Interna", "€55.7 miljun f'pagamenti għal għajnuna umanitarja", "L-abbozz ta' baġit emendatorju 7/2015 jiffinanzja wkoll il-ħolqien ta' 120 pożizzjoni ġdida fit-tliet aġenziji tal-UE li jaħdmu f'oqsma relatati mal-migrazzjoni: il-Frontex (+60), l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (+30) u l-Europol (+30); dan jinvolvi spejjeż addizzjonali ta' €1.3 miljun f'impenji u pagamenti fl-2015.", "\"Nilqa' l-approvazzjoni ta' dan il-pakkett finanzjarju li permezz tiegħu ser inkunu nistgħu nieħdu azzjoni rapida biex nimplimentaw il-politiki Ewropej tagħna, u biex intejbu r-reazzjoni tagħna għall-kriżi attwali\"", "Jean Asselborn, Ministru għall-Immigrazzjoni u l-Asil tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill.", "Peress li ż-żidiet fl-impenji jiġu parzjalment iffinanzjati permezz tar-riallokazzjoni ta' riżorsi mhux użati, iż-żieda fil-baġit tal-UE għall-2015 hi limitata għal €330.7 miljun.", "Il-ħtiġijiet f'pagamenti huma kompletament koperti mir-riallokazzjonijiet.", "Din hija t-tieni darba din is-sena li l-Kunsill żied il-baġit tal-UE għal miżuri relatati mal-migrazzjoni.", "Bi tweġiba għall-pressjonijiet migratorji fil-Mediterran, fid-19 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill appoġġa l-abbozz ta' baġit emendatorju nru 5, li mmobilizza €89 miljun f'impenji u €76.6 miljun f'pagamenti mill-baġit għall-2015.", "Fit-8 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill approva wkoll proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment ta' €175 miljun f'impenji u €14.3 miljun f'pagamenti biex tissaħħaħ l-għajnuna umanitarja taħt l-intestatura 4 (Ewropa Globali).", "L-objettiv tat-trasferiment huwa li jiġu koperti l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-popolazzjoni fis-Sirja, il-persuni spostati fl-Iraq u fil-pajjiżi ta' akkoljenza u ta' transitu tar-refuġjati fit-Turkija, il-Libanu, il-Ġordan u l-Balkani tal-Punent.", "Il-passi li jmiss", "L-abbozz ta' baġit emendatorju 7/2015 għadu jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.", "Jekk il-Parlament jaċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill, l-abbozz ta' baġit emendatorju jiġi adottat.", "Jekk il-Parlament jadotta emendi, jibda perjodu ta' konċiljazzjoni ta' tliet ġimgħat.", "It-trasferiment biex tiżdied l-għajnuna umanitarja jkun approvat dment li l-Parlament ma joġġezzjonax għalih fi żmien sitt ġimgħat.", "Dikjarazzjoni - laqgħa informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern, 23 ta' Settembru 2015", "Stqarrija għall-istampa dwar l-appoġġ tal-Kunsill għall-abbozz ta' baġit emendatorju 5/2015", "Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-2015", "Proposta għat-trasferiment tat-30 ta' Settembru 2015 biex tissaħħaħ l-għajnuna umanitarja", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "8 ta' Ottubru 2015", "title": "Il-Kunsill japprova aktar flus biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/10/08/jha-return-policy/", "text": ["1.", "Il-Kunsill jafferma mill-ġdid li politika koerenti, kredibbli u effettiva fir-rigward tar-ritorn ta' ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali, li tirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tal-persuni kkonċernati kif ukoll il-prinċipju ta'", "hija parti essenzjali minn politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni.", "2.", "Il-Kunsill jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn, li twieġeb għas-sejħa tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015 li stieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi Programm Ewropew ta' Ritorn iddedikat.", "Il-Pjan ta' Azzjoni[1], kif ukoll il-Manwal ta' Ritorn[2], ippreżentati fid-9 ta' Settembru 2015, jinkludu elementi prammatiċi u operattivi bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-Istati Membri biex iwettqu r-ritorn tal-migranti irregolari, filwaqt li jirrikonoxxi bis-sħiħ il-ħtieġa għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-appoġġ lill-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu.", "3.", "Il-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015 stabbilixxa lista ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu fl-oqsma tar-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni.", "Sabiex jittieħed kont tal-progress u jkunu identifikati l-kwistjonijiet li fadal, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta f'dan is-sens, sa Jannar 2016.", "Barra minn hekk, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi malajr b'azzjonijiet konkreti dwar dak li tħabbar fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn.", "4.", "Jeħtieġ li jiġu allokati riżorsi finanzjarji adegwati sabiex tiżdied l-effettività tas-sistema ta' ritorn tal-UE b'attenzjoni partikolari mogħtija għall-appoġġ lill-Istati Membri li jinsabu taħt pressjoni migratorja qawwija.", "Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni ser jappoġġa b'mod sostanzjali l-attivitajiet ta' ritorn tal-Istati Membri, li qegħdin jippjanaw li jiddedikaw aktar minn 800 miljun euro għar-ritorn fil-programmi nazzjonali tagħhom fil-perijodu 2014-2020.", "Il-finanzjament għall-appoġġ tal-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni tal-persuni rimpatrijati, inkluż bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, għandu jiġi pprovdut mill-istrumenti kollha adatti, b'mod partikolari l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-istabbiltà, u li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-persuni spostati fl-Afrika u minn programmi finanzjarji tal-UE.", "Il-Kunsill jilqa' wkoll l-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-Faċilità ta' Bini ta' Kapaċità ta' riammissjoni ddedikata, taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF).", "Barra minn hekk, għandhom jiġi allokati riżorsi adegwati lill-Frontex sabiex tkun tista' żżid sostanzjalment l-appoġġ tagħha dwar ir-ritorn.", "5.", "L-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jwettqu aktar f'termini ta' ritorn.", "Rati ta' ritorn akbar għandhom jaġixxu bħala deterrent għall-migrazzjoni irregolari.", "Id-Direttiva dwar ir-Ritorn[3], fis-seħħ minn Jannar 2009, għandha tiġi applikata b'mod konsistenti u effiċjenti biex ikunu żgurati standards uniformi għolja ta' infurzar u biex jinżamm livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri.", "Il-Kunsill iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tevalwa l-funzjonament u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn u tidentifika kwalunkwe ostaklu għar-ritorn effettiv, inkluż bl-użu tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen[4].", "Abbażi ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni hi mistiedna tagħmel proposti leġislattivi, jekk adatt, għar-rimedju ta' tali ostakoli.", "Għandu jsir użu aħjar tas-sistemi ta' informazzjoni Ewropej eżistenti, b'mod partikolari tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-Eurodac, li huma għodod importanti li għandhom jittejbu aktar sabiex ikun jista' jsir ġbir, kondiviżjoni u koordinazzjoni aħjar ta' informazzjoni fost l-Istati Membri għal finijiet ta' ritorn.", "Il-Kunsill jistenna b'interess l-proposti li jmiss mill-Kummissjoni, ibbażati fuq studju ta' fattibilità, biex id-dħul fis-SIS ta' kull projbizzjoni ta' dħul u deċiżjoni ta' ritorn isir obbligatorju, b'mod partikolari biex ikunu possibbli r-rikonoxximent u l-infurzar reċiproku tagħhom, malajr kemm jista' jkun fl-2016.", "Barra minn hekk, il-leġislazzjoni riveduta dwar il-Fruntieri Intelliġenti, li għandha tiġi ppreżentata qabel tmiem l-2015, għandha tgħin fit-tisħiħ tar-ritorn permezz tal-ħolqien ta' reġistru tal-movimenti transkonfinali kollha ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.", "B'żieda ma' dan, il-Kunsill jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni rigward l-użu tal-Eurodac għal finijiet ta' ritorn.", "Aktar minn hekk, l-Istati Membri ser joperazzjonalizzaw in-netwerk ta' punti ta' kuntatt nazzjonali għall-iskambju ta' informazzjoni bil-għan li jiġi ffaċilitat l-irtirar ta' permessi ta' residenza, b'mod partikolari għal migranti b'rekord kriminali, sal-aħħar tal- 2015.", "6.", "Il-Kunsill jirrikonoxxi li l-oqfsa legali u amministrattivi nazzjonali għandhom ukoll rwol importanti fil-ħolqien tal-kondizzjonijiet li jippermettu azzjoni ta' ritorn effettiva tal-UE.", "B'mod partikolari, jeħtieġ li l-Istati Membri b'mod sistematiku joħorġu deċiżjonijiet ta' ritorn, jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jinfurzawhom u jipprovdu riżorsi adegwati, inkluż il-finanzjament u l-persunal, meħtieġa għall-identifikazzjoni u r-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment.", "Jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat ritorn effettiv tal-migranti irregolari, inkluż l-użu ta' detenzjoni bħala miżura leġittima tal-aħħar għażla.", "B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrinfurzaw il-kapaċità tagħhom ta' detenzjoni qabel it-tneħħija biex jiżguraw id-disponibbiltà fiżika tal-migranti irregolari għar-ritorn u jieħdu passi biex jipprevjenu l-abbuż tad-drittijiet u l-proċeduri.", "7.", "Il-kooperazzjoni prattika dwar ir-ritorn fost l-Istati Membri hija element essenzjali biex tiżdied ir-rata ta' ritorn.", "Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa biex jagħmlu użu aħjar tal-għarfien espert, u jitolbu, b'mod aktar sistematiku, is-servizzi li attwalment qed jiġu offruti mill-Frontex, bħall-mobilizzazzjoni ta' timijiet ta' skrinjar fl-operazzjonijiet konġunti koordinata tagħha, l-assistenza fl-akkwist ta' dokumenti ta' vvjaġġar ta' migranti, l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet konġunti ta' ritorn u t-taħriġ ta' persunal nazzjonali involuti f'operazzjonijiet ta' ritorn.", "Min-naħa tagħha l-Frontex għandha tintensifika l-isforzi kollha biex isir użu sħiħ mill-mandat attwali tagħha fl-assistenza lill-Istati Membri f'operazzjonijiet ta' ritorn u attivitajiet rilevanti oħra.", "Filwaqt li l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għat-twettiq tar-ritorn, il-ħolqien immedjat ta' Uffiċċju ta' Ritorn dedikat fil-Frontex għandu jippermettilha li żżid l-appoġġ tagħha lill-Istati Membri biex, fost oħrajn, jiffaċilitaw, jorganizzaw u jiffinanzjaw operazzjonijiet ta' ritorn.", "Jeħtieġ li l-Frontex tkompli tassisti lill-Istati Membri individwali direttament u tingħata d-dritt li torganizza operazzjonijiet konġunti ta' ritorn fuq inizjattiva tagħha stess, b'kont meħud tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri.", "L-Istati Membri kollha u l-Frontex ser jikkooperaw mill-qrib fit-twettiq ta' rwol partikolarment attiv fl-istabbiliment u l-funzjonament tal-", "fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' ritorn, kif enfasizzat mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Settembru 2015.", "8.", "Il-Kunsill jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għat-tisħiħ tal-Frontex u jistenna b'interess il-pakkett leġislattiv li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni f'Diċembru 2015.", "F'dan ir-rigward, il-Kunsill jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-istabbiliment ta' Timijiet ta' Intervent Rapidu ta' Ritorn tal-Frontex, li joffru appoġġ għall-identifikazzjoni, kooperazzjoni konsulari ma' pajjiżi terzi, u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istati Membri, li jibnu fuq l-esperjenzi tal-", "9.", "Il-Kunsill jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li trawwem u tidderieġi sistema integrata tal-ġestjoni ta' ritorn permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-Approċċ Ewropew Integrat dwar ir-Ritorn lejn Pajjiżi Terzi (EURINT), in-Netwerk Ewropew ta' Strumenti ta' Riintegrazzjoni (ERIN) u n-netwerk Ewropew ta' Uffiċjali ta' Kollegament dwar ir-Ritorn (EURLO), kif ukoll l-Uffiċjali ta' Kollegament dwar il-Migrazzjoni Ewropej (EMLOs), l-Uffiċjali ta' Kollegament għall-Immigrazzjoni (ILOs) u l-Uffiċjali ta' Kollegament tal-Frontex.", "Fil-ħidma tagħhom dawn għandhom jappoġġaw lil xulxin reċiprokament billi jevitaw id-duplikazzjoni, biex tittejjeb l-effettività tas-sistema ta' ritorn tal-UE.", "L-għarfien espert u l-esperjenza tagħhom għandhom ikomplu jiġu kondiviżi mal-Istati Membri għal segwitu possibbli.", "L-Istati Membri kollha huma mistiedna jikkunsidraw parteċipazzjoni attiva f'dawn in-netwerks.", "Il-Frontex għandha tiżgura l-koordinazzjoni fil-livell operattiv tas-sistema integrata ta' ġestjoni tar-ritorn.", "10.", "L-għodod kollha għandhom jiġu mobilizzati biex tiżdied il-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.", "L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ser jipprijoritizzaw ir-riammissjoni fil-kuntatti rilevanti kollha fil-livell politiku mal-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti irregolari biex jiżguraw li dawk il-pajjiżi jirċievu messaġġ konsistenti, inkluż dwar il-ħtieġa għal implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-ftehimiet eżistenti ta' riammissjoni fir-rigward tal-Istati Membri kollha.", "Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini jeħtieġ li tiffoka wkoll fuq l-identifikazzjoni tal-migranti irregolari u l-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.", "F'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni mar-rappreżentanzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-oriġini hija kruċjali u għandha tingħata prijorità.", "Fil-qasam tal-Affarijiet Interni, il-Kunsill ser ikompli jikkunsidra r-rabta bejn il-faċilitazzjoni tal-viża u l-ftehimiet ta' riammissjoni fil-qafas tal-Kodiċi riformulat dwar il-Viżi, b'mod partikolari billi jiġi żgurat li l-faċilitazzjonijiet tal-viża, kif previsti fil-Kodiċi dwar il-Viżi, jingħataw biss wara li tiġi valutata l-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni mal-Istati Membri kollha.", "11.", "Il-Kunsill jenfasizza li r-riammissjoni ta' ċittadini proprji hija obbligu skont id-dritt konswetudinarju internazzjonali u li l-Istati kollha għandhom jirrispettaw dan l-obbligu.", "Fir-rigward tal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP), dan l-obbligu huwa stipulat ulterjorment f'Artikolu 13 tal-Ftehim ta' Cotonou[5] li jorbot lill-Istati parteċipanti kollha biex jaċċettaw lura ċ-ċittadini tagħhom stess mingħajr formalitajiet ulterjuri.", "L-UE u l-Istati Membri tagħha ser jistinkaw biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-impenji kollha ta' riammissjoni, kemm jekk ikunu saru permezz ta' ftehimiet ta' riammissjoni formali, tal-Ftehim ta' Cotonou jew ta' arranġamenti oħra.", "Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, biex rapidament tniedi djalogi bilaterali għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni prattika mal-pajjiżi terzi rilevanti kollha ta' oriġini u ta' transitu għall-migranti irregolari, billi tibni fuq l-esperjenza tal-Istati Membri tal-UE li għandhom rekord ta' operazzjonijiet ta' ritorn b'suċċess lejn dawn il-pajjiżi terzi.", "Il-Frontex, flimkien man-netwerks iffokati fuq ir-ritorn, għandha tipprovdi appoġġ tekniku u operattiv.", "Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jinfurmaw b'mod regolari dwar l-eżitu ta' dawn il-laqgħat u jirrappurtaw dwar il-progress miksub, sa mhux aktar tard minn Ġunju 2016.", "Abbażi ta' dan, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi direttivi ta' negozjar għal ftehimiet ta' riammissjoni ma' pajjiżi ta' oriġini rilevanti fejn ikun meħtieġ li jiġu fformalizzati arranġamenti ta' kooperazzjoni prattika.", "B'mod parallel, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li n-negozjati li jinsabu għaddejjin dwar ftehimiet ta' riammissjoni jiġu aċċellerati u konklużi malajr kemm jista' jkun.", "12.", "Il-Kunsill jilqa' l-introduzzjoni tal-prinċipju aktar għal aktar bħala mod biex tiżdied l-influwenza persważiva tal-UE u tal-Istati Membri.", "Għandu jintuża bilanċ fin ta' inċentivi u pressjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ta' pajjiżi terzi dwar ir-riammissjoni u r-ritorn.", "Dan il-prinċipju għandu għalhekk jiġi applikat b'mod aktar ġenerali u jintuża attivament b'azzjoni miftehma flimkien, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali, li torbot il-kooperazzjoni mtejba dwar ir-ritorn u r-riammissjoni ma' benefiċċji fl-oqsma kollha tal-politika, ibbażata fuq l-esperjenza tal-proġetti pilota dwar ir-ritorn.", "Il-Kunsill jappella lill-Kummissjoni biex, flimkien mas-SEAE, tipproponi, fi żmien sitt xhur, pakketti komprensivi u mfassla apposta li għandhom jintużaw fil-konfront ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu rimedjati il-problemi li jkunu nqalgħu waqt l-implimentazzjoni ta' riammissjoni effettiva.", "Tali pakketti għandhom jiġu implimentati immedjatament wara.", "Għandha tintuża l-kondizzjonalità fejn ikun adatt bil-għan li titjieb il-kooperazzjoni.", "F'dan il-kuntest, l-Istati Membri huma inkoraġġuti jidentifikaw mezzi ta' influwenza persważiva fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza nazzjonali tagħhom.", "Id-djalogi ta' livell għoli mmexxija mir-Rappreżentant Għoli, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, għandhom jgħinu fl-identifikazzjoni ta' mezzi ta' influwenza persważiva u fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni.", "13.", "Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu hija essenzjali għal operazzjonijiet ta' ritorn b'suċċess.", "Fil-futur qarib, l-UE ser tesplora s-sinerġiji tad-diplomazija tal-UE fuq il-post, permezz tad-delegazzjonijiet tal-UE, u b'mod partikolari permezz tal-Uffiċjali ta' Kollegament dwar il-Migrazzjoni Ewropej (EMLOs), li għandhom jiġu mobilizzati sa tmiem l-2015 fl-Eġittu, il-Marokk, il-Libanu, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, il-Pakistan, is-Serbja, l-Etjopja, it-Tuneżija, is-Sudan, it-Turkija u l-Ġordan.", "14.", "Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE, kif ukoll lill-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tar-rappreżentanzi tagħhom barra l-UE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċjali ta' kollegament imsemmija fil-paragrafu 9, biex jippromwovu", "tal-UE (dokument tal-ivvjaġġar standard għat-tkeċċija ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi)[6] li għandu jsir id-dokument tal-ivvjaġġar aċċettat b'mod komuni mill-pajjiżi terzi għal finijiet ta' ritorn.", "Barra minn hekk, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jużaw aktar regolarment il-", "tal-UE fl-operazzjonijiet ta' ritorn.", "15.", "B'rikonoxximent li l-appoġġ għal riintegrazzjoni mhux prekondizzjoni għar-ritorn, jinħtieġu sforzi addizzjonali f'termini ta' appoġġ għar-riintegrazzjoni biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tar-ritorn.", "Il-kooperazzjoni prattika mal-awtoritajiet lokali jeħtieġ ukoll li tissaħħaħ biex titjieb il-kapaċità tagħhom fir-riammissjoni taċ-ċittadini tagħhom b'mod effiċjenti u f'waqtha.", "16.", "Programmi ta' ritorn volontarju huma ġeneralment implimentati mill-amministrazzjonijiet nazzjonali f'għadd ta' pajjiżi terzi.", "Fejn adatt, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jimplimentaw proġetti ta' riintegrazzjoni konġunta li jsiru aktar komprensivi u kosteffiċjenti, minħabba l-ekonomija ta' skala.", "L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-finanzjament disponibbli, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-AMIF, li huwa pprovdut mill-Kummissjoni.", "Il-Kunsill jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tivverifika u tivvaluta permezz tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni jekk id-disparitajiet fost il-programmi tar-ritorn u tar-riintegrazzjoni tal-Istati Membri jistgħux iwasslu għal xiri ta' ritorn.", "17.", "L-UE għandha tanalizza l-iżvilupp sikur u sostenibbli ta' kapaċitajiet ta' akkoljenza u li jipprovdu prospetti fit-tul u proċeduri adegwati għar-refuġjati u l-familji tagħhom f'reġjuni f'pajjiżi terzi milquta minn pressjoni migratorja, sakemm ir-ritorn lejn il-pajjiż ta' oriġini jkun possibbli.", "Ladarba jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti bid-Direttiva 2013/32/UE[7], b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement imsemmi fl-Artikolu 38 tagħha, l-Istati Membri jkunu f'pożizzjoni li jqisu l-applikazzjonijiet għall-asil ta' dawn il-persuni inammissibbli għal raġunijiet ta' pajjiż terz sikur f'konformità mal-Artikolu 33 tad-Direttiva msemmija, u wara dan ikun jista' jsegwi r-ritorn assistit rapidu.", "B'mod parallel, għandhom jiġu eżaminati kapaċitajiet reġjonali simili għar-ritorn rapidu ta' dawk li ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali.", "[3] Din id-Direttiva ma tapplikax għal UK, IE u DK f'konformità mal-Protokolli Nru 21 u 22, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013, ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27.", "[5] Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000; Ġurnal Uffiċjali L 317, 15/12/2000 P. 0003 – 0353.", "[6] Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar l-adozzjoni ta' dokument ta' vjaġġar standard għat-tkeċċija ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.", "[7] Din id-Direttiva ma tapplikax għal UK, IE u DK f'konformità mal-Protokolli Nru 21 u 22, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "8 ta' Ottubru 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-politika tar-ritorn"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/10/08/jha-fighting-trafficking-firearms/", "text": ["IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,", "WAQT LI JENFASIZZA li l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna mġedda 2015-2020[1] identifikat,", "fost l-oħrajn, l-indirizzar u l-prevenzjoni tat-terroriżmu, it-tisħiħ tas-sigurtà fuq il-fruntieri u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata bħala prijoritajiet għas-snin li ġejjin fil-qasam tas-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea, u rrikonoxxiet it-theddida serja li joħolqu l-armi tan-nar illegali għas-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea,", "WAQT LI JINNOTA li l-attakki terroristiċi f'Pariġi, fi Brussell u f'Copenhagen aktar kmieni din is-sena u, aktar reċentement, l-attakk li ġie sfrattat fuq il-ferrovija Thalys fil-21 ta' Awwissu 2015, urew il-ħtieġa li jkompli jissaħħaħ l-użu ta' mezzi fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar,", "WAQT LI JFAKKAR li l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar ġiet identifikata fid-Dikjarazzjoni tat-12 ta' Frar 2015 mill-Membri tal-Kunsill Ewropew, id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Riga[2] u d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi[3] u mill-Kunsill fid-9 ta' Frar[4] u t-12 ta' Marzu 2015[5] bħala waħda mill-miżuri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fejn jeħtieġ li jsir aktar progress,", "WAQT LI JISSOTTOLINJA li aktar kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar u l-indirizzar, bħala kwistjoni ta' prijorità, tal-kwistjoni kritika tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar ġew identifikati bħala suġġetti fejn jeħtieġ li tittieħed azzjoni rapida u li jinkisbu riżultati sinifikanti fix-xhur li ġejjin,", "WAQT LI JINNOTA li jeħtieġ li l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-armi tan-nar jiġi intensifikat u li mhux qed jintuża l-potenzjal sħiħ tas-sistemi ta' informazzjoni attwali fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali (Interpol),", "WAQT LI JINNOTA li l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha \"L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà\"[6] tħabbar li fl-2016 ser tirrevedi l-leġislazzjoni eżistenti dwar l-armi tan-nar biex ittejjeb il-kondiviżjoni ta' informazzjoni, biex issaħħaħ it-traċċabbiltà, tistandardizza l-immarkar u tistabbilixxi standards komuni rigward id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar,", "WAQT LI JILQA' l-ħidma mwettqa fil-qafas taċ-ċiklu tal-politika tal-UE dwar il-kriminalità serja u organizzata, b'mod partikolari fil-prijorità tal-UE 2014-2017 b'rabta mal-kriminalità \"biex jitnaqqas ir-riskju tal-armi tan-nar għaċ-ċittadini, inkluża l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar\", u WAQT LI JAPPELLA lill-Istati Membri biex jieħdu sehem fl-azzjonijiet operazzjonali identifikati fil-Pjan ta' Azzjoni Operazzjonali dwar l-Armi tan-Nar u jimplimentawhom,", "WAQT LI HUWA KONXJU tal-fatt li t-traffikar tal-armi tan-nar għandu dimensjoni esterna importanti li tirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi ġirien, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar it-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar bejn l-UE u r-reġjun tax-Xlokk tal-Ewropa (2015-2019)[7],", "JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:", "Idaħħlu b'mod sistematiku, fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II), l-informazzjoni dwar l-armi tan-nar imfittxija f'konformità mal-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007[8] u biex iżidu l-inklużjoni ta' informazzjoni dwar l-armi tan-nar fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (EIS) u fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Interpol tar-Reġistrar u t-Traċċar ta' Armi Illeċiti (iARMS), fejn disponibbli,", "Jipparteċipaw fil-proġett ta' interoperabbiltà iARMS/SIS,", "3.", "Jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-Europol biex din tiddaħħal fis-Sistema ta' Analiżi tal-Europol dwar investigazzjonijiet attwali rigward it-traffikar tal-armi tan-nar, dwar reati mwettqa bl-użu tal-armi tan-nar u dwar l-arrest ta' terroristi li jinvolvi l-qbid tal-armi tan-nar,", "Jagħmlu użu sħiħ mill-'Mekkaniżmu ta' rappurtar globali dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti' (iTRACE) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK, u b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-kapaċità ta' rispons għal talbiet ta' traċċar,", "Jipparteċipaw fil-Pjan ta' Azzjoni Operazzjonali (OAP) dwar l-Armi tan-Nar fuq bażi multidixxiplinari, u biex jużaw proċeduri eżistenti, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi nazzjonali,", "fost l-oħrajn, il-Qafas għall-Ġestjoni tar-Riskji fis-Settur Doganali, kif ukoll biex jappoġġaw b'mod sħiħ l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet operazzjonali, b'mod partikolari fil-Jiem favur l-Azzjoni Konġunta tal-UE u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.", "L-OAP 2016 li jmiss għandu jinkludi azzjonijiet operazzjonali konkreti b'kont meħud tal-miżuri elenkati f'dawn il-konklużjonijiet,", "JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:", "Tippreżenta proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva 91/477 tat-18 ta' Ġunju 1991 sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2016 sabiex jissaħħaħ il-qafas leġislattiv dwar l-armi tan-nar, pereżempju biex titjieb il-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar l-armi tan-nar, tissaħħaħ it-traċċabbiltà tagħhom, jiġi standardizzat l-immarkar u jittieħed kont tat-traffikar illegali permezz tal-Internet u d-Darknet,", "7.", "Sakemm issir ir-reviżjoni tad-Direttiva 91/477, tippreżenta sa mhux aktar tard minn tmiem l-2015, Regolament tal-Kummissjoni dwar standards minimi b'saħħithom għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar,", "Tinforma lill-COSI f'intervalli regolari bis-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar it-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar bejn l-UE u r-reġjun tax-Xlokk tal-Ewropa (2015-2019)[9],", "Tkompli taħdem fuq il-proġett ta' interoperabilità iARMS/SIS f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Europol, l-INTERPOL u l-Istati Membri u tinforma regolarment lill-COSI bil-progress li jkun inkiseb bil-ħsieb li jkun hemm interoperabbiltà sħiħa bejn iż-żewġ sistemi fil-futur qrib,", "JISTIEDEN LILL-EUROPOL BIEX:", "10.", "Twettaq monitoraġġ mill-qrib tat-theddida mill-armi tan-nar u, b'mod partikolari, biex twettaq monitoraġġ tal-internet miftuħ u d-Darknet permezz taċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda kontra ċ-Ċiberkriminalità (EC 3) u l-Punt Fokali għall-Armi tan-Nar (FP Firearms), biex tidentifika l-kummerċ illegali permezz ta' dawn il-pjattaformi u biex tikkoordina l-investigazzjonijiet u l-operazzjonijiet transfruntieri kontra t-traffikar online,", "11.", "Taħdem mill-qrib mal-Grupp ta' Esperti Ewropej fl-Armi tan-Nar (EFE) u l-Interpol biex tiżviluppa manwal għall-ġlieda kontra l-bejgħ ta' merkanzija illegali fuq l-internet,", "JISTIEDEN LILL-INTERPOL BIEX:", "12.", "Tiżgura li, fejn ikun possibbli, kwalunkwe informazzjoni pprovduta lill-iARMS u/jew ir-riżultati tat-traċċar imwettaq mill-iARMS jitqiegħdu wkoll għad-dispożizzjoni tal-Europol,", "Tidħol f'kuntatt ma' pajjiżi terzi sabiex jimlew u jfittxu fil-bażi ta' data iARMS u jiżguraw l-ogħla livell ta' kwalità.", "[8] ĠU L 205, 7.8.2007, p.76", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "8 ta' Ottubru 2015", "title": "Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-użu ta' mezzi fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar"} {"url": "https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/10/09/data-protection/", "text": ["Fid-9 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill laħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu fin-negozjar dwar l-abbozz ta' direttiva dwar il-protezzjoni tad-data.", "Dan l-abbozz ta' direttiva għandu l-għan li jipproteġi d-data personali pproċessata għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' reati kriminali jew is-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom.", "Permezz ta' dan il-qbil, il-presidenza Lussemburgiża tista' tibda bid-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew fuq din il-parti wkoll tal-pakkett dwar il-protezzjoni tad-data.", "Il-parti l-oħra tal-pakkett hi r-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data li dwaru diġà bdew taħditiet mal-Parlament wara li ntlaħaq qbil fil-Kunsill dwar il-pożizzjoni tiegħu fil-15 ta' Ġunju 2015.", "Bħalissa għaddejjin kuntatti mal-Parlament Ewropew biex jiġi organizzat l-ewwel trilogu, bl-objettiv li jintlaħaq qbil dwar il-pakkett kollu dwar il-protezzjoni tad-data sa tmiem is-sena.", "\"Il-ftehim tal-lum hu pass kruċjali biex sa tmiem is-sena tiġi konkluża r-riforma tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data\"", "Félix Braz, Ministru għall-Ġustizzja tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill.", "L-objettiv tal-abbozz ta' direttiva hu li jiġi żgurat", "livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali", "u li", "jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' data personali", "bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni Ewropea.", "Il-protezzjoni tal-persuni b'rabta mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom hija dritt fundamentali stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.", "Id-direttiva l-ġdida tkun tapplika kemm għall-ipproċessar transfruntier ta' data personali kif ukoll għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji fuq livell purament nazzjonali.", "\"Dan il-kamp ta' applikazzjoni huwa essenzjali għal qafas komprensiv għall-protezzjoni tad-data għaċ-ċittadini u l-awtoritajiet f'kull wieħed mit-28 stat membru\", qal Félix Braz.", "Mill-banda l-oħra, ir-regoli attwali tal-UE japplikaw għat-trasferiment transfruntier ta' data personali biss.", "Dan ħoloq diffikultajiet għall-pulizija u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija.", "Ir-regoli l-ġodda", "jsaħħu l-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji fi ħdan l-UE", "Il-prinċipji mniżżlin fl-abbozz ta' direttiva jikkonformaw mar-regoli attwali.", "Dan japplika wkoll għall-possibbiltà li l-istati membri jipprevedu salvagwardji ogħla minn dawk imsemmija fid-direttiva.", "Meta mqabbel mar-regoli attwali, il-kamp ta' applikazzjoni tal-abbozz ta' direttiva jiġi estiż biex ikopri s-salvagwardja kontra theddidiet għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tagħhom.", "Ir-regoli jibqgħu jkopru t-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.", "L-awtorità superviżorja stabbilita fir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tista' tkun l-istess waħda bħal dik li tittratta l-materji li jaqgħu taħt id-direttiva.", "Permezz tad-direttiva l-ġdida, is-suġġetti tad-data jingħataw id-dritt li jirċievu kumpens jekk ikunu sofrew danni bħala konsegwenza ta' pproċessar li ma jkunx irrispetta r-regoli.", "Il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill għad-direttiva dwar il-protezzjoni tad-data miftiehma fid-9 ta' Ottubru 2015", "Stqarrija għall-istampa dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tar-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data miftiehma fil-15 ta' Ġunju 2015", "Ara l-paġna tal-laqgħa"], "date": "9 ta' Ottubru 2015", "title": "Protezzjoni tad-data rigward il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali: il-Kunsill lest għal diskussjonijiet mal-PE"}